ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 412

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
27 ta' Ottubru 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2022/C 412/01

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 412/02

Rata tal-kambju tal-euro — Is-26 ta' Ottubru 2022

2

2022/C 412/03

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-17 ta’ Novembru 2021 dwar abbozz ta’ Deċiżjoni fil-Każ AT.40127 - Ħxejjex fil-laned — Relatur: L-Irlanda ( 1 )

3

2022/C 412/04

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — AT.40127 – Ħxejjex fil-laned ( 1 )

4

2022/C 412/05

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2021 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Il-Każ AT.40127 – Canned vegetables) (notifikat bid-dokument Nru C(2021)8259 final)  ( 1 )

6

2022/C 412/06

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

9

2022/C 412/07

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

10

2022/C 412/08

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 )  ( 1 )

11

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2022/C 412/09

Rapport annwali dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021

12

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 412/10

Avviż tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

13


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 412/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10953 – ADD / TOTALENERGIES / TOTAL EGYPT) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14

2022/C 412/12

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10892 – APOLLO / HINES / VI-BA / AEDES) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

16


 

Rettifika

 

Rettifika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1493/93 dwar kunsinni ta’ sustanzi radjuattivi bejn l-Istati Membri ( ĠU C 288, 29.7.2022 )

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/1


Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

(2022/C 412/01)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza tal-kompetittività, l-innovazzjoni u l-investiment fis-servizzi diġitali, b'mod partikolari fir-rigward tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju u n-negozji ġodda. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni hija impenjata li tiffaċilita l-konformità mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali mill-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju u n-negozji ġodda, b'mod partikolari permezz tal-mobilizzazzjoni tal-programmi rilevanti favur l-innovazzjoni, l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji diġitali u l-istandardizzazzjoni.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta' Ottubru 2022

(2022/C 412/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0023

JPY

Yen Ġappuniż

147,32

DKK

Krona Daniża

7,4381

GBP

Lira Sterlina

0,86603

SEK

Krona Żvediża

10,9530

CHF

Frank Żvizzeru

0,9917

ISK

Krona Iżlandiża

143,50

NOK

Krona Norveġiża

10,3408

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,535

HUF

Forint Ungeriż

408,09

PLN

Zloty Pollakk

4,7548

RON

Leu Rumen

4,8806

TRY

Lira Turka

18,6461

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5466

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3568

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

7,8678

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7249

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4104

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 422,11

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

18,0212

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1948

HRK

Kuna Kroata

7,5320

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 589,27

MYR

Ringgit Malażjan

4,7262

PHP

Peso Filippin

58,493

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,862

BRL

Real Brażiljan

5,2944

MXN

Peso Messikan

19,8501

INR

Rupi Indjan

82,2060


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/3


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-17 ta’ Novembru 2021 dwar abbozz ta’ Deċiżjoni

fil-Każ AT.40127 - Ħxejjex fil-laned

Relatur: L-Irlanda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 412/03)

1.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqblu mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ Deċiżjoni tikkostitwixxi fi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn l-impriżi fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

2.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqblu mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehim u/jew tal-prattika miftiehma kien li jirrestrinġi l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

3.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqblu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kemm idum il-ksur.

4.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqblu mal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji.

5.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqblu mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-Deċiżjoni għall-ksur li kienu involuti fih.

6.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa, fuq il-bażi tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 u l-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.

7.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membru) jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/4


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

AT.40127 – Ħxejjex fil-laned

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 412/04)

Introduzzjoni

1.

L-abbozz ta’ deċiżjoni, indirizzat lil Conserve Italia Soc. coop. agricola u Conserve France SA (flimkien, “Conserve Italia”), jikkonċerna każ ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE relatat mal-provvista ta’ ċerti tipi ta’ ħxejjex fil-laned lill-bejjiegħa bl-imnut u/jew lill-klijenti tal-industrija tas-servizzi tal-ikel fiż-ŻEE.

2.

F’dan il-każ, b’żieda mal-proċedura tas-saldu (2), fis-27 ta’ Settembru 2019 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 7(1) u 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (3) fir-rigward ta’ […] (4), […] (5) and […] (6) (kollettivament, il-“partijiet fir-riżolviment”) (7).

3.

Conserve Italia, wara l-parteċipazzjoni tal-bidu fil-proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim, infurmat lill-Kummissjoni li ma kinitx se tintroduċi sottomissjoni ta’ riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004. Il-Kummissjoni għalhekk kompliet l-investigazzjoni dwar l-imġiba ta’ Conserve Italia skont il-proċedura standard.

Proċedura bil-miktub

4.

L-investigazzjoni bdiet bħala riżultat ta’ applikazzjoni għall-immunità mill-multi ppreżentata minn [...] fil-11 ta’ Ġunju 2013, skont il-punti 14 u 15 tal-Avviż ta’ Klemenza (8).

5.

Mill-1 sal-4 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 fil-bini tal-partijiet għar-riżolviment u ta’ Conserve Italia.

6.

Fis-17 ta’ Ottubru 2013, Conserve Italia talbet l-immunità mill-multi skont il-punt 14 tal-Avviż ta’ Klemenza, jew alternittivament għal tnaqqis tal-multi skont il-punt 27 tal-Avviż ta’ Klemenza.

7.

Fis-17 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 kontra l-partijiet kollha.

8.

Fit-22 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni informat lil Conserve Italia bl-intenzjoni preliminari tagħha li tapplika tnaqqis ta’ multa f’faxxa speċifika, kif previst fil-punt 26 tal-Avviż ta’ Klemenza.

9.

Bejn Marzu 2017 u Ġunju 2019, il-Kummissjoni wettqet diskussjonijiet dwar ir-riżolviment mal-partijiet skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn 14 sa 19 tan-Notifika ta’ Riżolviment (9).

10.

Fis-7 ta’ Mejju 2019, Conserve Italia infurmat lill-Kummissjoni li ma kinitx se tintroduċi sottomissjoni ta’ riżolviment. Il-Kummissjoni għalhekk kompliet l-investigazzjoni dwar l-imġiba ta’ Conserve Italia skont il-proċedura standard.

11.

Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) skont il-proċedura standard ġiet adottata fil-5 ta’ Ottubru 2020 u nnotifikata lil Conserve Italia fis-6 ta’ Ottubru 2020.

12.

Conserve Italia ngħatat aċċess għall-fajl fil-bini tal-Kummissjoni mis-7 sal-11 ta’ Diċembru 2020, kif ukoll permezz ta’ appoġġ elettroniku fis-7 ta’ Diċembru 2020. L-uffiċjal tas-seduta ma rċieva l-ebda talba rigward l-aċċess għall-fajl.

13.

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (“DĠ Kompetizzjoni”) fil-bidu tat skadenza ta’ sitt ġimgħat biex ikun hemm tweġiba għad-DO. Conserve Italia talbet estenzjoni tal-limitu taż-żmien u d-DĊ Kompetizzjoni estenda l-iskadenza sal-1 ta’ Marzu 2021.

14.

Conserve Italia ppreżentat it-tweġiba tagħha għad-DO fl-1 ta’ Marzu 2021. Fir-risposta tagħha, Conserve Italia talbet ukoll li tiżviluppa l-argumenti tagħha f’seduta orali.

Proċedura orali

15.

Is-seduta ta’ smigħ saret fl-4 ta’Mejju 2021 (10). L-ewwel seduta ta’ smigħ orali mxiet bla xkiel u ma kien hemm l-ebda lment proċedurali.

L-abbozz ta' deċiżjoni

16.

L-abbozz ta’ deċiżjoni jsib li Conserve Italia kisret l-Artikolu 101(1) TFUE u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE billi pparteċipat, mill-15 ta’ Marzu 2000 sal-1 ta’ Ottubru 2013, f’każ ta’ ksur uniku u kontinwu li jkopri ż-ŻEE kollha u li jikkonsisti fil-koordinazzjoni tal-prezzijiet, il-kondiviżjoni tas-suq u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva fir-rigward tal-bejgħ ta’ ċerti tipi ta’ ħxejjex fil-laned lill-bejjiegħa bl-imnut u/jew lill-industrija tas-servizzi tal-ikel fiż-ŻEE.

17.

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li l-partijiet ingħataw l-opportunità juru l-fehmiet tagħhom dwarhom. Ikkonkludejt li dan seħħ.

18.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, nikkonsidra li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet fil-proċedimenti f’dan il-każ ġie rrispettat.

Brussell, it-8 ta’ Novembru 2021.

Dorothe DALHEIMER


(1)  Skont l-Artikolu 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Skont l-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18), kif emendat (ir-“Regolament Nru 773/2004”)

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (“ir-Regolament Nru 1/2003”).

(4)  L-entitajiet ġuridiċi soġġetti għall-proċedimenti kienu [...].

(5)  L-entitajiet ġuridiċi soġġetti għall-proċedimenti kienu [...].

(6)  L-entitajiet ġuridiċi soġġetti għall-proċedimenti kienu [...].

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2019, Sommarju ppubblikat fil-ĠU C 434,/8 tat-15 ta’ Diċembru 2020. L-uffiċjal tas-seduta diġà ppreżenta rapport finali skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE fl-okkażjoni tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2019, ippubblikata fil-ĠU C 434,/7 tal-15 ta’ Diċembru 2020.

(8)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis ta' multi f'każijiet ta' kartell (ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17).

(9)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 f’każijiet ta’ kartelli (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1).

(10)  Minħabba l-pandemija tal-coronavirus li għaddejja, it-tieni seduta orali saret mill-bogħod permezz ta’ vidjokonferenza kriptata sikura kif ukoll permezz ta’ kamra tas-smigħ virtwali protetta (b’xandira fuq l-internet) għal persuni li ma kellhomx għalfejn jitkellmu fit-tieni seduta orali.


27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/6


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Novembru 2021

li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

(Il-Każ AT.40127 – Canned vegetables)

(notifikat bid-dokument Nru C(2021)8259 final)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 412/05)

Fid-19 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposti, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni tirrigwarda każ ta’ ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-entitajiet legali li ġejjin (imsejħa kollettivament bħala “destinatarji”): Conserve Italia Soc. coop. agricola (“Conserve Italia SCA”) u Conserves France S.A. (“Conserves France”) (flimkien, “Conserve Italia”). L-indirizzi jiffurmaw parti mill-grupp Conserve Italia.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(3)

Wara applikazzjoni għall-immunità f’Ġunju 2013 minn produttur tal-ħxejjex fil-laned mhux indirizzat mid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għall-għarrieda mill-1 ta’ Ottubru sal-4 ta’ Ottubru 2013 fil-bini ta’ Conserve Italia u produtturi oħra tal-ħxejjex fil-laned. Fis-17 ta’ Ottubru 2013, Conserve Italia talbet l-immunità mill-multi skont il-punt (14) tal-Avviż ta’ Klemenza jew, bħala alternattiva, tnaqqis tal-multa skont il-punt (27) tal-Avviż ta’ Klemenza (2).

(4)

Fis-17 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni bdiet proċeduri skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (3) kontra Conserve Italia u produtturi oħra tal-ħaxix fil-laned (“il-partijiet”) bil-għan li jinbdew diskussjonijiet ta’ riżolviment magħhom skont l-Avviz ta’ Riżolviment (4). Id-diskussjonijiet ta’ riżolviment mal-partijiet saru bejn Marzu 2017 u Ġunju 2019. Sussegwentement, il-partijiet minbarra Conserve Italia, ippreżentaw kull waħda minnhom, talba formali għal riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) No773/2004.

(5)

Fid-dawl li Conserve Italia għażlet li ma tippreżentax talba formali għal riżolviment, il-Kummissjoni kompliet l-investigazzjoni dwar l-imġiba ta’ Conserve Italia skont il-proċedura standard.

(6)

Il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam tal-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fis-17 ta’ Novembru 2021 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni kontra Conserve Italia fid-19 ta’ Novembru 2021.

2.2.   Sommarju tal-każ ta’ ksur

(7)

Id-Deċiżjoni tikkonċerna każ ta’ ksur relatat mal-bejgħ ta’ ċerti tipi ta’ ħxejjex fil-laned lill-bejjiegħa bl-imnut u/jew lill-industrija tas-servizzi tal-ikel.

(8)

Il-każ ta’ ksur uniku u kontinwu kien jikkonċerna tliet ftehimiet orizzontali relatati mill-qrib li permezz tagħhom Conserve Italia u l-produtturi l-oħra tal-ħaxix fil-laned involvew koordinazzjoni tal-imġiba kummerċjali tagħhom fis-suq: (i) ftehim li jkopri bejgħ b’tikketta privata (li jinbiegħ bil-marki tad-ditta tal-bejjiegħa bl-imnut) ta’ ħxejjex fil-laned bħal fażola ħadra, piżelli, taħlita ta’ piżelli u karrotti, u taħlita ta’ ħaxix (5) lil bejjiegħa bl-imnut fiż-ŻEE, b’mod partikolari fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Franza u fin-Netherlands; (ii) ftehim li jkopri l-bejgħ b’tikketta privata (mibjugħ bil-marki tad-ditta tal-bejjiegħa bl-imnut, bħal hawn fuq) ta’ qamħirrum fil-laned lil bejjiegħa bl-imnut fiż-ŻEE, b’mod partikolari fil-Belġju, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, in-Norveġja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit; u (iii) ftehim li jkopri kemm il-marki proprji tad-ditta kif ukoll il-bejgħ b’tikketta privata tat-tipi kollha ta’ ħxejjex fil-laned (6), inklużi taħlitiet ta’ ħxejjex u preparazzjonijiet u platti veġetali fil-laned (iżda esklużi taħlitiet, insalati u preparazzjonijiet li ma għandhomx ħxejjex bħala l-ingredjent ewlieni tagħhom) lill-bejjiegħa bl-imnut (7) u lill-industrija tas-servizzi tal-ikel fi Franza. Conserve Italia pparteċipat biss fl-ewwel żewġ ftehimiet.

(9)

Il-każ ta’ ksur kien jikkonsisti fl-iffissar tal-prezzijiet tal-bejgħ (żidiet fil-prezzijiet, prezzijiet minimi, prezzijiet immirati) u l-koordinazzjoni tal-politika tal-ipprezzar u l-istruttura tal-prezzijiet; l-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ volum u ishma tas-suq; l-allokazzjoni ta’ klijenti u swieq; il-koordinazzjoni tal-offerti tal-prezzijiet u l-offerti tal-prezzijiet li għandhom jiġu ppreżentati lill-bejjiegħa bl-imnut u/jew lill-industrija tas-servizzi tal-ikel; il-koordinazzjoni ta’ kundizzjonijiet oħra ta’ bejgħ u ribassi, inklużi l-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-politika promozzjonali; u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

(10)

Il-każ ta’ ksur kopra ż-ŻEE kollha kemm hi, u dam għaddej mid-19 ta’ Jannar 2000 sal-1 ta’ Ottubru 2013.

2.3.   Id-destinatarji u għal kemm żmien

(11)

Id-destinatarji tad-Deċiżjoni huma Conserve Italia Soc. coop. agricola u Conserves France S.A. Huma kienu responsabbli għall-każ ta’ ksur għat-tul ta’ żmien kif ġej: mill-15 ta’ Marzu 2000 (u mill-20 ta’ Ottubru 2000 kienu relatati biss mal-ftehim dwar il-qamħirrum fil-laned) sal-1 ta’ Ottubru 2013.

2.4.   Rimedji

(12)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 (8) u timponi multi fuq l-indirizzi.

2.4.1.   Ammont bażiku tal-multa

(13)

Fid-determinazzjoni tal-multi, il-Kummissjoni qieset il-medja tal-bejgħ ta’ Conserve Italia tal-ħxejjex fil-laned kopert mill-kartell fiż-ŻEE għall-perjodu 2000-2013, il-fatt li l-koordinazzjoni tal-prezzijiet u l-kondiviżjoni tas-suq huma fost l-aktar restrizzjonijiet ta’ kompetizzjoni dannużi, kemm dam għaddej il-każ ta’ ksur, il-fatt li l-każ ta’ ksur kopra ż-ŻEE kollha kemm hi u li ġie implimentat bis-sħiħ, u ammont addizzjonali biex l-impriżi ma jitħallewx jidħlu f’tali prattiki.

2.4.2.   Aġġustamenti tal-ammont bażiku

(14)

Il-Kummissjoni applikat ċirkustanzi attenwanti għal Conserve Italia, billi hija kellha rwol iktar limitat fil-każ ta’ ksur u ma pparteċipatx fil-każ ta’ ksur bl-istess mod bħall-partijiet l-oħra.

2.4.3.   Applikazzjoni tal-limitu ta’ 10 % tal-fatturat

(15)

L-ammont bażiku tal-multa (qabel l-applikazzjoni tat-tnaqqis ta’ klemenza u ta’ saldu) qabeż l-10 % tal-fatturat totali tal-grupp Conserve Italia madwar id-dinja kollha fis-sena ta’ negozju li tippreċedi d-data tad-Deċiżjoni. Għaldaqstant, l-ammonti bażiċi tal-multa kien limitat għal dan il-limitu.

2.4.4.   Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006

(16)

Il-Kummissjoni tat lil Conserve Italia tnaqqis ta’ 50 % tal-multa tagħha.

2.4.5.   Inabbiltà li jsir il-pagament

(17)

Conserve Italia ppreżentat talba għal tnaqqis tal-multa tagħha fuq il-bażi tal-inkapaċità tagħha li tħallas. Il-Kummissjoni vvalutat din l-applikazzjoni u kkonkludiet li għandha tiġi aċċettata.

3.   KONKLUŻJONI

(18)

Skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-multa li ġejja ġiet imposta fuq Conserve Italia Soc. coop. agricola u Conserves France S.A., responsabbli in solidum: EUR 20 000 000.

(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3) u bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1348 (ĠU L 208, 5.8.2015, p. 3).

(4)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli, ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1.

(5)  Conserve Italia pproduċiet biss fażola ħadra fil-laned, piżelli, u taħlita ta’ piżelli u karrotti.

(6)  Ħlief tadam fil-laned, faqqiegħ, kondimenti jew żebbuġ, u prodotti fil-laned li jkollhom dawn bħala ingredjenti ewlenin.

(7)  Il-bejgħ ta’ prodotti b’tikketta privata lil bejjiegħa bl-imnut ikkonċernaw biss il-prodotti mhux koperti miż-żewġ ftehimiet l-oħra.

(8)  Linji gwida dwar il-metodu ta' kif jiġu stabbiliti multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2).


27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/9


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 412/06)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur(i) tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2022) 7381

L-20 ta’ Ottubru 2022

4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat

(4-tert-OPnEO)

Numru tal-KE: -, Nru tal-CAS:-

Merck KGaA, Frankfurter Strasse, 64293 Darmstadt, il-Ġermanja

REACH/22/34/0

Bħala materja prima għall-manifattura ta’ GMP Triton® X-100 Emprove® Expert f’konformità mal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Eċċipjenti Farmaċewtiċi Internazzjonali

l-4 ta’ Jannar 2033

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adatta.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1

(2)  Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu)


27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/10


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 412/07)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur(i) tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2022) 7405

l-20 ta’ Ottubru 2022

4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat

(4-tert-OPnEO)

Numru tal-KE: -, Nru tal-CAS:-

Wallac Oy, Mustionkatu 6, 20750 Turku, il-Finlandja

REACH/22/39/0

Formulazzjoni tal-4-tert-OPnEO f’soluzzjonijiet ta’ amplifikazzjoni u soluzzjonijiet standard u ta’ manutenzjoni DELFIA użati f’assaġġi Dijanjostiċi In Vitro u fi prodotti għall-użu esklussiv tar-riċerka (RUO), kif ukoll għall-manutenzjoni ta’ strumenti bħala ingredjent kritiku għall-proċess ta’ detezzjoni waqt il-kejl tal-kontenut tal-ewropju (jew ta’ lantanidi oħrajn) tas-soluzzjoni tal-assaġġ

l-4 ta’ Jannar 2033

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adatta.

REACH/22/39/1

F’soluzzjonijiet ta’ amplifikazzjoni u f’soluzzjonijiet standard u ta’ manutenzjoni DELFIA bħala ingredjent kritiku għall-proċess ta’ detezzjoni waqt il-kejl tal-kontenut tal-ewropju (jew ta’ lantanidi oħrajn) f’assaġġi Dijanjostiċi In Vitro u fi prodotti RUO jew matul il-manutenzjoni tal-istrumenti


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).


27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/11


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 412/08)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur(i) tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2022) 7411

l-20 ta’ Ottubru 2022

4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat

(4-tert-OPnEO)

Numru tal-KE: -, Nru tal-CAS:-

Lonza Biologics Porriño SL, La Relba s/n, 36400 Porriño (Pontevedra), Spanja

REACH/22/35/0

Inattivazzjoni tal-virus permezz ta’ trattament b’solvent/deterġent fil-manifattura ta’ ingredjenti farmaċewtiċi attivi (APIs) mediċinali rikombinanti minn kulturi ta’ ċelloli mammiferi

l-4 ta’ Jannar 2033

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adatta.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).


Il-Qorti tal-Awdituri

27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/12


Rapport annwali dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021

(2022/C 412/09)

Fis-27 ta’ Ottubru 2022, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri se tippubblika r-rapport annwali tagħha dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tagħhom.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat direttament jew imniżżel, mill-17:00 fis-27 ta’ Ottubru 2022, mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri:

 

https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=62271


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/13


Avviż tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 412/10)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Castres – Pariġi (Orly)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Ġunju 2023 sal-31 ta’ Mejju 2027

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

Is-6 ta’ Jannar 2023, fil-17:00 ħin ta’ Pariġi

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Syndicat Mixte de l’aéroport régional de Castres-Mazamet

CCI Tarn

40 allée Alphonse Juin

81 100 Castres

FRANCE

Tel. +33 563514614

Email: f.chambert@tarn.cci.fr

Jew fuq il-pjattaforma tal-profil tax-xerrej:

http://marches-publics.maires81.asso.fr/


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10953 – ADD / TOTALENERGIES / TOTAL EGYPT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 412/11)

1.   

Fid-19 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Abu Dhabi National Oil Company for Distribution PJSC (“ADD”, l-Emirati Għarab Magħquda), proprjetà ta’ Abu Dhabi National Oil Company PJSC (“ADNOC”),

TotalEnergies Marketing Afrique SAS (“TotalEnergies”, Franza), sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta’ TotalEnergies S.E.,

TotalEnergies Marketing Egypt LLC (“Total Egypt”, l-Eġittu), sussidjarja ta’ TotalEnergies.

ADD u TotalEnergies jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Total Egypt.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ kwoti (2).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

ADD tikkummerċjalizza u tiddistribwixxi l-prodotti petroliferi f’firxa varjata ta’ setturi tan-negozju,

TotalEnergies hija attiva fir-riċerka, l-industrija u l-kummerċ tal-idrokarburi u d-derivattivi tagħhom fil-forom kollha tagħhom u, b’mod aktar ġenerali, f’attivitajiet simili fil-qasam tal-enerġija madwar id-dinja u b’mod partikolari fil-kontinent Afrikan.

3.   

Total Egypt hija attiva fil-bejgħ bl-imnut tal-fjuwil, bejgħ ta’ prodotti li mhux fjuwil (bejgħ bl-imnut tal-ikel u servizzi tal-ħasil tal-karozzi), lubrikanti, fjuwil tal-avjazzjoni, u distribuzzjoni tal-fjuwil bl-ingrossa fl-Eġittu.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (3) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10953 – ADD / TOTALENERGIES / TOTAL EGYPT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  TotalEnergies hija proprjetà permezz ta’ kwoti, għall-kuntrarju ta’ ishma u, b’riżultat ta’ dan, l-akkwiżizzjoni proposta tinvolvi l-akkwist ta’ kwoti, pjuttost milli ishma.

(3)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/16


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10892 – APOLLO / HINES / VI-BA / AEDES)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 412/12)

1.   

Fit-18 ta’ Ottubru 2022 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Apollo Global Real Estate Management, L.P. (“Apollo”, l-Istati Unit tal-Amerka),

Hines International Real Estate Holdings L.P. (“Hines”, l-Istati Unit tal-Amerka),

VI-BA S.r.l. (“VI-BA”, l-Italja),

Aedes SIIQ S.p.A. (“Aedes”, l-Italja)

Apollo, Hines u VI-BA (“l-Akwirenti”) se jakkwistaw, skont it-tifsira tal- Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Aedes.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Apollo huwa maniġer tal-assi alternattivi globali,

Hines hija ditta globali ta’ investiment, żvilupp u ġestjoni tal-proprjetà immobbli,

VI-BA hija attiva fl-investiment, il-kostruzzjoni, l-iżvilupp, il-lokazzjoni u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli.

3.   

Aedes hija kumpanija ta’ investiment immobiljari, li tippossjedi portafoll ta’ 65 proprjetajiet immobbli li prinċipalment jinsabu fit-Tramuntana tal-Italja użati l-aktar għall-ispazju tal-bejgħ bl-imnut u għall-uffiċċji.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10892 – APOLLO / HINES / VI-BA / AEDES

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/18


Rettifika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1493/93 dwar kunsinni ta’ sustanzi radjuattivi bejn l-Istati Membri

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 288 tad-29 ta’ Lulju 2022 )

(2022/C 412/13)

F’paġna 1, “Il-Belġju”,

minflok:

“Rue Ravensteinstraat 36”,

aqra:

“Rue du Marquis/Markiesstraat 1

Boîte/bus 6 A

1000 Bruxelles/Brussel”;

F’paġna 2, “Il-Finlandja”,

minflok:

“P.O. Box 14

FI-00881 Helsinki”,

aqra:

“Jokiniemenkuja 1

FI-01370 Vantaa”;

F’paġna 3, “Il-Polonja”,

minflok:

“Indirizz elettroniku: secretariat.dor@paa.gov.pl”,

aqra:

“Indirizz elettroniku: sekretariat.dor@paa.gov.pl”.