|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 410/08 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10906 — INFRAVIA / LIBERTY GLOBAL / TELEFÓNICA / OPAL) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2022/C 410/09 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10800 - AHLSELL / SANISTAL) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 410/10 |
||
|
2022/C 410/11 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-25 ta' Ottubru 2022
(2022/C 410/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
0,9861 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
146,84 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4387 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87143 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,9728 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9888 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
142,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,3910 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,472 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
413,70 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,7770 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9036 |
|
TRY |
Lira Turka |
18,3508 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5599 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3537 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
7,7407 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7321 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4050 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 417,50 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
18,2211 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,2072 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5315 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 407,12 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6697 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,988 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,758 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,2254 |
|
MXN |
Peso Messikan |
19,6353 |
|
INR |
Rupi Indjan |
81,6530 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
26.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/2 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 410/02)
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||
|
Ir-rotta kkonċernata |
Minn Alghero għal Roma Fiumicino u viċiversa |
|||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mis-17 ta’ Frar 2023 sas-26 ta’ Ottubru 2024 |
|||||||
|
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
27 ta’ Diċembru 2022 |
|||||||
|
Indirizz imnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Għal iktar informazzjoni:
Tel. +39 0706067331 Faks +39 0706067309 Internet: http://www.regione.sardegna.it Email: trasporti@pec.regione.sardegna.it, trasp.osp@regione.sardegna.it. |
|
26.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/3 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 410/03)
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||
|
Ir-rotta kkonċernata |
Minn Alghero għal Milano Linate u viċiversa |
|||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mis-17 ta’ Frar 2023 sas-26 ta’ Ottubru 2024 |
|||||||
|
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
27 ta’ Diċembru 2022 |
|||||||
|
Indirizz imnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Għal iktar informazzjoni:
Tel. +39 0706067331 Faks +39 0706067309 Internet: http://www.regione.sardegna.it Email: trasporti@pec.regione.sardegna.it, trasp.osp@regione.sardegna.it. |
|
26.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/4 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 410/04)
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||
|
Ir-rotta kkonċernata |
Minn Cagliari għal Roma Fiumicino u viċiversa |
|||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mis-17 ta’ Frar 2023 sas-26 ta’ Ottubru 2024 |
|||||||
|
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
27 ta’ Diċembru 2022 |
|||||||
|
Indirizz imnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Għal iktar informazzjoni:
Tel. +39 0706067331 Faks +390706067309 Internet: http://www.regione.sardegna.it Email: trasporti@pec.regione.sardegna.it, trasp.osp@regione.sardegna.it. |
|
26.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/5 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 410/05)
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||
|
Ir-rotta kkonċernata |
Minn Cagliari għal Milano Linate u viċiversa |
|||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mis-17 ta’ Frar 2023 sas-26 ta’ Ottubru 2024 |
|||||||
|
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
27 ta’ Diċembru 2022 |
|||||||
|
Indirizz imnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Għal iktar informazzjoni:
Tel. +39 0706067331 Faks +39 0706067309 Internet: http://www.regione.sardegna.it Email: trasporti@pec.regione.sardegna.it, trasp.osp@regione.sardegna.it. |
|
26.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/6 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 410/06)
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||
|
Ir-rotta kkonċernata |
Minn Olbia għal Roma Fiumicino u viċiversa |
|||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mis-17 ta’ Frar 2023 sas-26 ta’ Ottubru 2024 |
|||||||
|
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
27 ta’ Diċembru 2022 |
|||||||
|
Indirizz imnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Għal iktar informazzjoni:
Tel. +39 0706067331 Faks +39 0706067309 Internet: http://www.regione.sardegna.it Email: trasporti@pec.regione.sardegna.it, trasp.osp@regione.sardegna.it. |
|
26.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/7 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 410/07)
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||
|
Ir-rotta kkonċernata |
Minn Olbia għal Milano Linate u viċiversa |
|||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mis-17 ta’ Frar 2023 sas-26 ta’ Ottubru 2024 |
|||||||
|
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
27 ta’ Diċembru 2022 |
|||||||
|
Indirizz imnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Għal iktar informazzjoni:
Tel. +39 0706067331 Faks +39 0706067309 Internet: http://www.regione.sardegna.it Email: trasporti@pec.regione.sardegna.it, trasp.osp@regione.sardegna.it. |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.10906 — INFRAVIA / LIBERTY GLOBAL / TELEFÓNICA / OPAL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 410/08)
1.
Fit-18 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
InfraVia Capital Partners S.A.S. (“InfraVia”, Franza), |
|
— |
Liberty Global plc (“Liberty Global”, Ir-Renju Unit), |
|
— |
Telefónica, S.A. (“Telefonica”, Spanja), |
|
— |
Liberty Global Investment JVco Limited (“Opal”, Ir-Renju Unit). |
InfraVia, Liberty Global u Telefónica se jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Opal.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
għal InfraVia, kumpanija ta’ investiment indipendenti, li taġixxi bħala kumpanija maniġerjali ta’ fondi ta’ investiment speċjalizzata fis-setturi tal-infrastruttura u tat-teknoloġija, |
|
— |
għal Liberty Global, it-tħaddim ta’ netwerks bil-kejbil li joffru televiżjoni, internet broadband, telefonija bil-vuċi b’linja fissa u servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli f’diversi pajjiżi fl-Ewropa, inkluż permezz ta’ VMED O2 UK Limited (“Virgin Media O2”) fir-Renju Unit, li hija kkontrollata b’mod konġunt ma’ Telefónica, |
|
— |
għal Telefónica, kumpanija globali tat-telekomunikazzjoni li topera netwerks ta’ komunikazzjoni fissi u mobbli, li toffri servizzi tal-mowbajl, tal-linji fissi, tal-internet u tat-televiżjoni taħt għadd ta’ marki, inkluż permezz ta’ Virgin Media O2 fir-Renju Unit, li hija kkontrollata b’mod konġunt ma’ Liberty Global. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Opal se jkunu li tibni u topera netwerk bl-ingrossa tan-netwerk tal-fibra għad-djar bil-ħsieb li n-network jinbiegħ bl-ingrossa lil Virgin Media O2, lil fornituri terzi tas-servizz tal-internet u lil klijenti kummerċjali fir-Renju Unit.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10906 – INFRAVIA / LIBERTY GLOBAL / TELEFÓNICA / OPAL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
26.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.10800 - AHLSELL / SANISTAL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 410/09)
1.
Fil-17 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ahlsell Danmark ApS (id-Danimarka, iktar’ il quddiem “Ahlsell”), ikkontrollata minn CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (il-Lussemburgu, iktar ’il quddiem “CVC”) |
|
— |
Sanistål A/S (id-Danimarka, iktar ’il quddiem “Sanistal”) |
Ahlsell se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħedha ta’ Sanistal.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma kif ukoll permezz ta’ offerta pubblika kontabbli fl-24 ta’ Mejju 2022.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
CVC huwa maniġer tal-investiment globali kbir iffukat fuq l-ekwità privata, is-sekondar u l-kreditu. |
|
— |
Ahlsell hija kumpanija tal-portafoll ta’ fond CVC u bejjiegħ bl-imnut u distributur ta’ prodotti u għodod tal-installazzjoni prinċipalment lil klijenti professjonali fir-reġjun Nordiku. |
|
— |
Sanistal tipprovdi taħlita wiesgħa ta’ prodotti b’enfasi primarja fuq il-plumbing, it-tisħin, il-ventilazzjoni, l-arja kundizzjonata u l-provvisti ta’ għodod, inkluż tagħmir protettiv personali, għall-industrija u l-kostruzzjoni fid-Danimarka u fil-Baltiċi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10800 – AHLSELL / SANISTAL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/12 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, fi Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2022/C 410/10)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI/ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana”
Nru tal-UE: PDO-IT-0009-AM01 – 6.7.2021
DOP (X) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
L-Assoċjazzjoni tal-Produtturi għall-Protezzjoni u l-Promozzjoni tal-“Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana” [Consorzio dei Produttori per la Tutela e Valorizzazione del Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana] bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Kamra tal-Kummerċ ta’ Bergamo, Largo Belotti 16 – 24121 Bergamo. Tel. +39 354524880. Faks +39 354524881. Posta elettronika: formaidemutavbdop@gmail.com. Posta elettronika ċertifikata: formaidemut@pec.it.
L-Assoċjazzjoni tal-Produtturi ta’ “Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana” hija intitolata li tissottometti applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali tal-14 ta’ Ottubru 2013.
2. Stat membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
☐ |
Isem il-prodott |
|
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
☐ |
Żona ġeografika |
|
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
☒ |
Rabta |
|
☒ |
Tikkettar |
|
☒ |
Oħrajn: emenda fil-formola tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott sabiex tiġi organizzata f’artikoli f’konformità mar-Regolament; iż-żieda ta’ informazzjoni dwar il-korp ta’ spezzjoni; l-ippakkjar. |
4. Tip ta’ emenda/i
|
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
Introduzzjoni
Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana” ġiet irreġistrata permezz tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 (DOP) skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.
Id-dokumenti ppubblikati fil-KE fir-reġistru tal-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej jikkonsistu f’fajl wieħed li fih rapport storiku, deskrizzjoni tal-ambjent ġeografiku u deskrizzjoni fil-qosor tal-proċess ta’ trasformazzjoni, akkumpanjati minn mapep u ssupplimentati mill-fajl tekniku Nru 0039 345 81377 tat-22 ta’ Frar 1995, li fih il-paragrafi (mhux innumerati) li ġejjin:
|
— |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
Żona ġeografika |
|
— |
Storja |
|
— |
Metodu ta’ pproċessar |
|
— |
Rabta mal-ambjent ġeografiku |
|
— |
Korp ta’ spezzjoni. |
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata (denominazione di origine controllata – DOC) ġiet approvata permezz tad-Digriet Presidenzjali tal-10 ta’ Settembru 1985 u ppubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana (GURI) Nru 112 tas-16 ta’ Mejju 1986, u fiha erba’ artikoli li jiffurmaw il-bażi għall-pjan ta’ spezzjoni attwali.
Id-dokumenti elenkati hawn fuq jiffurmaw il-bażi għat-talba għal emenda.
B’din it-talba għal emenda, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott il-ġdida nkitbet mill-ġdid f’konformità mal-istruttura stabbilita mill-Ministeru għall-Politika Agrikola. Speċifikament:
|
— |
Jinżammu l-Artikolu 1 “Isem” u l-Artikolu 3 “Żona ta’ produzzjoni”. |
|
— |
L-Artikolu 2 tad-Digriet Presidenzjali tal-10 ta’ Settembru 1985 inqasam u nħolqu l-Artikolu 2 il-ġdid “Deskrizzjoni tal-prodott” u l-Artikolu 5 il-ġdid “Metodu ta’ produzzjoni”. |
|
— |
Ġie miżjud l-Artikolu 4 il-ġdid “Prova tal-oriġini”. |
|
— |
Ġie miżjud l-Artikolu 6 il-ġdid “Rabta mal-ambjent ġeografiku”. |
|
— |
Ġew miżjudin l-Artikolu 7 il-ġdid “Spezzjonijiet” u l-Artikolu 8 “Tikkettar”. |
Deskrizzjoni tal-prodott
|
— |
Din l-emenda hija purament klerikali u tikkonċerna l-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali (id-Digriet Presidenzjali tal-10 ta’ Settembru 1985). |
Il-formulazzjoni attwali:
“Id-denominazzjoni ta’ oriġini tal-ġobon ‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’ hija b’dan rikonoxxuta u l-użu tagħha huwa riżervat għall-prodott li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan id-digriet fir-rigward tal-metodi tal-ipproċessar u l-karatteristiċi organolettiċi u tal-prodott li jirriżultaw miż-żona ta’ produzzjoni ddefinita fl-Artikolu 3 hawn taħt.”
Din għandha tiġi sostitwita bi:
“ Artikolu 1 – Isem
Id-denominazzjoni ta’ oriġini tal-ġobon ‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’ hija b’dan rikonoxxuta u l-użu tagħha huwa riżervat għall-prodott li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fir-rigward tal-metodi tal-ipproċessar u l-karatteristiċi organolettiċi u tal-prodott li jirriżultaw miż-żona ta’ produzzjoni ddefinita fl-Artikolu 3 hawn taħt.”
Raġuni:
Għal aktar ċarezza, il-frażi eżistenti “dan id-Digriet”, li tirreferi għad-Digriet tal-10 ta’ Settembru 1985 ippubblikat fil-GURI Nru 112 tas-16 ta’ Mejju 1986, għandha tiġi sostitwita bil-frażi “din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott”.
|
— |
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali (id-Digriet Presidenzjali tal-10 ta’ Settembru 1985) u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku. |
Il-formulazzjoni attwali:
“Id-denominazzjoni ta’ oriġini ‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’ hija riżervata għall-ġobon bil-karatteristiċi li ġejjin: Ġobon xaħmi nofsu msajjar li jsir esklużivament minn ħalib sħiħ tal-baqar minn taħliba waħda jew tnejn kuljum b’aċidità naturali baxxa. Il-perjodu minimu ta’ sajran huwa ta’ 45 jum. Meta jsir għal mill-inqas 6 xhur, jintuża bħala ġobon għal fuq il-mejda tal-ikel. Għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
|
Forma: ċilindru dritt jew ftit konvess bi ġnub ċatti jew nofshom ċatti; |
|
|
Dimensjonijiet: dijametru tal-ġnub bejn 30 cm u 40 cm, għoli tal-ġenb bejn 8 cm u 10 cm, b’varjazzjonijiet fil-valuri minimi u massimi skont il-kundizzjonijiet tekniċi waqt il-produzzjoni; |
|
|
Piż tar-rota: bejn 8 kg u 12-il kg skont il-kundizzjonijiet tekniċi waqt l-ipproċessar, b’varjazzjonijiet sa 10 % fil-valuri minimi u massimi; |
|
|
Saff ta’ barra: qoxra rqiqa, iebsa, naturali, isfar lewn it-tiben, li xxaqleb lejn il-griż hekk kif isir; |
|
|
Kulur tal-pejst: lewn l-avorju, kemxejn lewn it-tiben; |
|
|
Sawra tal-pejst: kumpatt, elastiku, b’toqob mifruxin minn dijametru ta’ 1 mm sa daqs magħruf bħala ‘occhio di pernice’ [‘għajn ta’ ħaġla’]; |
|
|
Togħma: delikata, tfuħ, mhux mielħa wisq, ħafifa, b’aroma karatteristika; |
|
|
Xaħam fil-materja niexfa: minimu ta’ 45 %. |
Il-karatteristiċi tal-ġobon ivarjaw skont il-perjodu ta’ sajran, li jista’ jestendi għal aktar minn sena.”
Din għandha tiġi sostitwita bi:
“ Artikolu 2 – Deskrizzjoni tal-prodott
Id-denominazzjoni ta’ oriġini ‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’ hija riżervata għall-ġobon li għandu l-karatteristiċi li ġejjin ladarba jkun għadda l-perjodu minimu ta’ sajran:
|
|
Il-ġobon xaħmi nofsu msajjar isir esklużivament minn ħalib tal-baqar mhux ipproċessat u sħiħ b’aċidità naturali baxxa; |
|
|
Forma: ċilindru dritt jew ftit konvess bi ġnub ċatti jew nofshom ċatti; |
|
|
Dimensjonijiet: dijametru tal-ġnub bejn 30 cm u 40 cm, għoli tal-ġenb bejn 8 cm u 10 cm, b’varjazzjonijiet fil-valuri minimi u massimi skont il-kundizzjonijiet tekniċi waqt il-produzzjoni; |
|
|
Piż tar-rota: bejn 8 kg u 12-il kg skont il-kundizzjonijiet tekniċi waqt l-ipproċessar, b’varjazzjonijiet sa 10 % fil-valuri minimi u massimi; |
|
|
Dehra esterna: qoxra rqiqa, iebsa, naturali, safra lewn it-tiben, li ssir ta’ kulur aktar qawwi hekk kif is-sajran jipprogressa; |
|
|
Kulur tal-pejst: lewn l-avorju, kemxejn lewn it-tiben; |
|
|
Sawra tal-pejst: kumpatt, elastiku, b’toqob mifruxin minn dijametru ta’ 1 mm sa daqs magħruf bħala ‘occhio di pernice’ [‘għajn ta’ ħaġla’]; il-preżenza ta’ xquq żgħar fil-pejst hija permessa; |
|
|
Togħma: delikata, tfuħ, mhux mielħa wisq, ħafifa, b’aroma karatteristika; |
|
|
Xaħam fil-materja niexfa: minimu ta’ 42 %. |
Il-perjodu minimu ta’ sajran huwa ta’ 45 jum. Il-ġobon ‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’ jista’ jkollu l-indikazzjoni addizzjonali ‘Riserva’ jekk il-perjodu ta’ sajran ikun itwal minn 6 xhur.”
Raġuni:
|
— |
Ir-rekwiżi li jintuża ħalib minn taħliba waħda jew tnejn kuljum tneħħa. Bl-irziezet li qed jonqsu, l-imħaleb mhux dejjem ikunu jistgħu jsostnu l-ġbir ta’ kuljum tal-ħalib. Din hija produzzjoni fil-muntanji fuq skala żgħira, u matul is-snin, l-imħaleb kellhom jorganizzaw irwieħhom sabiex inaqqsu l-kostijiet tal-ġbir, jottimizzaw ir-rotot u jibdlu l-ħin tal-ġbir, li jista’ ma jibqax ta’ kuljum. Naturalment, l-irziezet għandhom it-tagħmir meħtieġ biex jaħżnu l-ħalib minn aktar minn taħliba waħda fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli. L-Assoċjazzjoni tal-Produtturi wriet li, permezz tal-użu ta’ mħaleb pilota, il-ġbir f’jiem alternati ma jibdilx il-karatteristiċi tal-ġobon. |
|
— |
Issa huwa speċifikat li l-karatteristiċi tal-ġobon jirreferu għal tmiem il-perjodu minimu ta’ sajran ta’ 45 jum. |
|
— |
It-terminu “saff ta’ barra” issa ġie sostitwit b’ “dehra esterna”, li huwa aktar ċar. Il-frażi “li xxaqleb lejn il-griż hekk kif isir” ġiet sostitwita minn “li ssir ta’ kulur aktar qawwi hekk kif is-sajran jipprogressa”, peress li din hija aktar xierqa. |
|
— |
Żidna wkoll li l-preżenza ta’ xquq żgħar fil-pejst hija permessa. Ix-xquq (jew qsim) minħabba l-użu ta’ ħalib b’aċidità naturali baxxa, li jsostni l-mikroflora nattiva preżenti fl-ambjent (il-mergħa, l-azjendi tal-frat, il-maħleb tal-ġobon), bil-bijodiversità notevoli tagħhom. Dawn jikkawżaw fermentazzjoni karatteristika li, mhux talli ma ttellifx il-karatteristiċi u l-kwalità tal-ġobon, iżda fil-fatt issaħħaħhom. |
|
— |
Il-valur għall-kontenut minimu ta’ xaħam fil-materja niexfa tnaqqas minn 45 % għal 42 %. Il-baqar jiġu mitmugħa b’mod tradizzjonali, li jfisser li l-ikel tagħhom mhux dejjem ikun kostanti matul is-sena. Ċerti drabi, speċjalment waqt it-tranżizzjoni minn foraġġ niexef għal dak aħdar jew viċi versa, jew fil-każ ta’ xejriet tat-temp anormali li jnaqqsu l-karatteristiċi nutrittivi tal-foraġġ, jew meta l-annimali nfushom jiġu soġġetti għal varjazzjonijiet f’daqqa fit-temperatura, dan jista’ jkollu impatt fuq il-fermentazzjoni tan-nutrijenti kontra d-degradazzjoni fil-kirxa, li għalhekk jista’ jwassal għal tnaqqis sinifikanti fil-kontenut ta’ xaħam tal-ħalib, u għalhekk, tal-ġobon. Madankollu, il-ġobon iżomm il-klassifikazzjoni ta’ “ġobon xaħmi”. |
|
— |
Is-sentenza “Meta jsir għal mill-inqas 6 xhur, jintuża bħala ġobon għal fuq il-mejda tal-ikel” tħassret, peress li ma tirriflettix id-drawwiet attwali tal-konsumatur. Barra minn hekk, it-terminu “ġobon għal fuq il-mejda tal-ikel” huwa ġeneriku u mhux biżżejjed biex jiddeskrivi l-karatteristiċi tal-prodott. Minflok, sabiex nipprovdu aktar ċarezza lill-konsumaturi, nixtiequ nintroduċu dispożizzjoni dwar il-proċess ta’ sajran, li bis-saħħa tiegħu jiġi identifikat ġobon misjur għal aktar minn 6 xhur bl-użu tat-terminu “Riserva”. Dan huwa aktar xieraq biex jiġu distinti żewġ klassijiet ta’ sajran: bejn 45 jum u 6 xhur, u mhux aktar minn 6 xhur. Tabilħaqq, minħabba l-proċess ta’ produzzjoni partikolari tiegħu, il-“Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana” huwa xieraq sew għal proċess ta’ sajran twil, li jagħti lill-ġobon togħma sensorjali aktar qawwija u karatteristiċi tal-aroma meta mqabbel ma’ proċessi ta’ sajran iqsar. Din id-distinzjoni ġiet introdotta biex tkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi, li konsegwentement jinsabu f’pożizzjoni aħjar biex jagħżlu prodott li huwa l-aktar xieraq għall-gosti personali tagħhom. |
Prova tal-oriġini
|
— |
Ġie introdott Artikolu 4 ġdid, li jikkonċerna l-prova tal-oriġini tal-ġobon “Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana”. |
L-Artikolu l-ġdid jgħid dan li ġej:
“ Artikolu 4 – Prova tal-oriġini
Il-produtturi jiddaħħlu f’listi speċjali ġestiti mill-korp ta’ spezzjoni u huma responsabbli biex jiżguraw, permezz tar-rekords li jżommu, li jistgħu jiġu vverifikati mill-korp ta’ spezzjoni, prova tal-oriġini fir-rigward tal-istadji tal-produzzjoni tal-‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’ msemmi fl-Artikoli 3 u 5. It-traċċabbiltà tal-prodott tiġi żgurata billi l-parteċipanti kollha fil-katina tal-prodott jiddaħħlu f’listi speċjali miżmuma mill-korp ta’ kontroll u bid-dikjarazzjoni tal-kwantitajiet prodotti.
Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha mdaħħla fil-listi rilevanti għandhom jiġu soġġetti għal spezzjoni mill-korp ta’ spezzjoni f’konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-pjan ta’ spezzjoni assoċjat.
Il-ġobon prodott jiġi identifikat meta l-baqta tkun qed tifforma fil-moffa. Meta l-ġobon jiddawwar, id-data tal-produzzjoni u l-istampa tal-KE tal-maħleb jiġu stampati fuq il-ġenb.”
Metodu ta’ produzzjoni
|
— |
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali (id-Digriet Presidenzjali tal-10 ta’ Settembru 1985) u l-punt 3.3. tad-Dokument Uniku dwar l-għalf tal-frat. |
Il-formulazzjoni attwali:
“L-għalf tal-frat irid jikkonsisti minn foraġġ aħdar jew tat-tiben minn imraġ, mergħat, mergħat tar-ragħa jew mergħat imħallta fiż-żona ta’ produzzjoni. Jista’ jiġi ssupplimentat b’taħlita ta’ ċereali u, matul ix-xitwa, b’qamħirrum jew silaġġ.”
Din għandha tiġi sostitwita bi:
“ Artikolu 5 – Metodu ta’ produzzjoni
L-għalf tal-frat irid jikkonsisti minn foraġġ aħdar u/jew tat-tiben minn imraġ, mergħat jew mergħat tar-ragħa; il-maġġoranza tal-foraġġ (tal-inqas 50 %) trid tiġi miż-żona ġeografika ddefinita. Jista’ jiġi ssupplimentat b’ċereali, konċentrati u/jew proteini magħġuna għall-baqar. L-użu ta’ supplimenti minerali u tal-vitamini huwa awtorizzat.”
Raġuni:
L-oriġini tal-għalf, li l-maġġoranza tiegħu (tal-inqas 50 %) trid tiġi miż-żona ġeografika ddefinita, ġiet stabbilita b’mod aktar preċiż. Id-depopolazzjoni tal-muntanji wasslet għal żieda progressiva fil-boskijiet għad-detriment tal-mergħat u l-mergħat tar-ragħa. Il-ftit żoni tal-pjanura f’qiegħ il-wied ġew ukoll soġġetti għal urbanizzazzjoni kbira, li ħalliet biss iż-żoni l-iktar inaċċessibbli, li diffiċli jiġu kkultivati u ħafna drabi lanqas jistgħu jintużaw għar-ragħa tal-frat. Dan naqqas ir-riżorsi lokali ta’ foraġġ, u wassal biex xi rziezet jixtru l-foraġġ minn barra ż-żona. Sfortunatament, il-wasla riċenti ta’ speċijiet selvaġġi mhux nattivi, bħaċ-ċingjal, hija ta’ detriment ukoll għall-mergħat li fadal li dejjem jiċkienu, peress li l-ħsara li jikkawżaw lill-ħaxix tkompli tnaqqas il-produzzjoni ta’ foraġġ lokali disponibbli. Barra minn hekk, kif huwa magħruf sew, il-boskijiet qed javvanzaw b’mod kostanti, minħabba li bin-nuqqas ta’ ħaddiema, l-isforzi tal-bdiewa għall-ġestjoni tal-art ma humiex biżżejjed biex iżommu l-imraġ f’kundizzjoni tajba. Tqies ukoll meħtieġ li titneħħa l-għażla li l-baqar jiġu mitmugħa l-foraġġ, peress li l-użu tiegħu huwa kwistjoni kritika fil-proċess tal-produzzjoni u s-sajran tal-ġobon minħabba li huwa mezz potenzjali għall-ispori tal-Clostridium. It-tneħħija ta’ din l-għażla tista’ teħtieġ li jinġiebu konċentrati minn barra ż-żona ta’ oriġini biex jissostitwixxu l-assorbiment nutrittiv ipprovdut mis-silaġġ.
Hija wkoll proposta l-għażla li l-baqar jiġu mitmugħa s-supplimenti. Dieta bbilanċjata għal baqar ġenetikament b’saħħithom, kif ukoll l-issodisfar tal-ħtiġijiet nutrittivi tagħhom, tgħin biex iżżomm il-benessri u l-kundizzjonijiet tas-saħħa tagħhom, li għandu impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-ħalib. Dieta bbilanċjata tirriżulta f’ħalib b’kontenut tajjeb ta’ xaħam u ta’ proteini u għadd taċ-ċelloli somatiċi baxx, u b’hekk tittejjeb il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ġobon u jkun jista' jinkiseb ġobon ta’ kwalità għolja.
|
— |
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali (id-Digriet Presidenzjali tal-10 ta’ Settembru 1985) dwar il-metodu ta’ produzzjoni. |
Il-formulazzjoni attwali:
“Jiġi prodott matul is-sena.
Il-ħalib irid jiġi kkoagulat f’temperatura ta’ bejn 35 °C u 37 °C u jrid jiżdied it-tames sabiex il-baqta tiġi prodotta fi żmien 30 minuta. Il-ġobon irid isir permezz ta’ metodi tradizzjonali; matul l-ipproċessar, tinqata’ l-baqta għall-ewwel darba, imbagħad it-taħlita tissajjar sa nofsha sa temperatura ta’ 45-47 °C, u wara titneħħa mis-sħana u tiġi mħawda. Trid ukoll tiġi ppressata kif xieraq permezz ta’ preses adattati ħalli x-xorrox ikun jista’ joqtor. Imbagħad jintużaw forom adattati, magħrufa bħala ‘fassere’.
It-tmelliħ jista’ jinvolvi tmelliħ niexef jew tmelliħ fis-salmura, u l-operazzjoni tiġi ripetuta kull jumejn għal bejn 8 sa 12-il jum.”
Din għandha tiġi sostitwita bi:
“Il-‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’ jiġi prodott matul is-sena kollha.
Il-ħalib irid jiġi kkoagulat f’temperatura ta’ bejn 35 °C u 37 °C u jrid jiżied it-tames tal-bovini sabiex il-baqta tiġi prodotta f’madwar 30 minuta. Jista’ jiżdied l-istarter tax-xorrox naturali jew ħmira magħżula.
Il-ġobon irid isir permezz ta’ metodi tradizzjonali; matul l-ipproċessar, tinqata’ l-baqta għall-ewwel darba, imbagħad it-taħlita tissajjar sa nofsha sa temperatura ta’ 43-50 °C, u wara titneħħa mis-sħana u tiġi mħawda. Imbagħad jintużaw forom adattati, magħrufa bħala ‘fassere’.
Trid tiġi wkoll ippressata kif xieraq sabiex ix-xorrox ikun jista’ joqtor.
It-tmelliħ jista’ jinvolvi tmelliħ niexef jew tmelliħ fis-salmura.”
Raġuni:
Ġie speċifikat li t-tip ta’ xorrox li jintuża jrid ikun tal-bovini, kif normalment ikun il-każ, sabiex jiġi evitat l-użu ta’ tipi oħrajn ta’ xorrox disponibbli fis-suq. Fir-rigward tat-tul ta’ żmien li jittieħed biex jiffurmaw il-baqtiet, ġie miżjud l-avverbju “madwar”, peress li d-durata tal-azzjoni enzimatika tax-xorrox tista’ tiġi influwenzata faċilment mill-karatteristiċi naturali tal-materja prima u l-kundizzjonijiet tal-ambjent li sseħħ fihom.
Ġiet introdotta l-possibbiltà li jintuża l-istarter tax-xorrox naturali jew ħmira magħżula. Din ma kinitx inkluża fil-verżjoni preċedenti. Din iż-żieda hija minħabba l-fatt li l-għadd batterjali tal-ħalib li jasal fl-imħaleb naqas b’mod konsiderevoli matul is-snin b’riżultat ta’ titjib fil-kundizzjonijiet tas-saħħa u tal-iġjene fl-irziezet, fil-kundizzjonijiet tat-taħlib u fil-kundizzjonijiet tal-ħażna tal-ħalib. Għadd tal-batterji aktar baxx ifisser li l-ħalib fil-kaldarun tal-ġobon ikun inqas reattiv fir-rigward tal-ħtieġa ta’ aċidifikazzjoni rapida, li hija meħtieġa biex il-baqta tiġi deidrata kif suppost u biex jiġi mfixkel l-iżvilupp ta’ mikroorganiżmi li huma detrimentali għall-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon. Madankollu, il-mikroflora naturali preżenti fl-ambjent fl-azjendi tal-baqar u fl-imħaleb tinżamm u tissaħħaħ fl-istadji ta’ pproċessar sussegwenti, li jagħti lill-ġobon “Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana” l-karatteristiċi tipiċi tiegħu, jiġifieri ġobon nofsu msajjar magħmul minn ħalib mhux ipproċessat.
Fir-rigward taż-żieda fil-medda tat-tempertura għat-tisjir tal-baqta għal bejn 43 °C u 50 °C, ġie nnutat li xi drabi jkun jeħtieġ li titnaqqas jew tiżdied it-temperatura sabiex jittejjeb il-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon, biex il-baqta tista’ toqtor kif suppost u biex tinkiseb il-fermentazzjoni sussegwenti tal-ġobon. Il-ħtieġa li jsir dan hija marbuta mal-kompożizzjoni varjata tal-flora preżenti fil-foraġġ jew is-sajran tal-pjanti li huwa magħmul minnhom, kif ukoll il-kapaċità ta’ iżolament varjata tal-ambjent u l-kaldaruni li jsir il-ġobon fihom. Il-produtturi tal-ġobon jużaw l-esperjenza u l-ħiliet tagħhom biex jiddeċiedu dwar l-aħjar parametri waqt li jibqgħu f’medda li hija aċċettabbli u definita mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iżda li hija inqas restrittiva fid-dawl tal-kundizzjonijiet fiżiċi tal-ħalib u l-kundizzjonijiet estremi tal-ambjent.
L-obbligu li jintużaw “pressi xierqa” tneħħa sabiex il-produtturi artiġjanali tal-ġobon, speċjalment dawk f’artijiet tal-mergħat tal-muntanji, ikunu jistgħu jużaw għodda manwali oħra li tista’ twettaq l-istess funzjoni bħall-pressi. Għal darba oħra, il-proċess tradizzjonali ma huwiex affettwat mill-metodu użat biex joqtor ix-xorrox, għalkemm dan irid isir kif suppost biex jippermetti li l-ġobon iżomm il-karatteristiċi stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Ir-referenza għad-durata tal-perjodu tat-tmelliħ tneħħiet minħabba li r-referenza preċedenti kienet ġenerika u kienet tirreferi biss għal tmelliħ niexef, li potenzjalment tiskatta nuqqas ta’ ftehim fir-rigward tal-proċedura ta’ tmelliħ fis-salmura, li teknikament ma tistax issir kull jumejn għal bejn 8 sa 12-il jum. Barra minn hekk, minħabba d-differenza bejn iż-żewġ tekniki ta’ tmelliħ f’termini ta’ metodi ta’ tidwir u assorbiment tal-melħ, huwa impossibbli li tingħata indikazzjoni speċifika lill-produtturi dwar il-metodu li għandu jintuża. Huwa fl-interess ta’ kull produttur li jmellaħ il-prodott kif suppost, billi jadotta l-aħjar metodu u ħin possibbli għat-tmelliħ tal-prodott, abbażi tal-esperjenza tiegħu u l-karatteristiċi tal-bini tal-produzzjoni tiegħu, li għandhom impatt fuq l-assorbiment tal-melħ, sabiex jinkisbu riżultat ideali. Għalhekk hija r-responsabbiltà ta’ kull produttur li jagħżel it-tip u d-durata tal-proċess ta’ tmelliħ biex jinkiseb l-aħjar prodott possibbli.
Rabta
|
— |
Fid-dawl tal-ħtieġa tal-istrutturar mill-ġdid tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott sabiex tinġieb f’konformità mal-istruttura l-ġdida approvata mill-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali, ġie introdott Artikolu 6 il-ġdid tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott – il-punt 5 tad-Dokument Uniku. Dan l-Artikolu huwa bbażat fuq sommarju tal-informazzjoni fil-fajl li jappoġġa r-reġistrazzjoni u fil-fajl supplimentari Nru 0039 34581377 tal-4 ta’ Frar 1995, pp. 3 u 4, ippubblikat fil-KE u fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali, kif ukoll fil-pubblikazzjonijiet storiċi, tekniċi u xjentifiċi dwar il-Wied ta’ Brembana. |
It-test dwar ir-rabta huwa stabbilit hawn taħt:
“ Artikolu 6 – Rabta mal-ambjent ġeografiku
Mil-lat storiku, il-Wied ta’ Fuq ta’ Brembana [L’Alta Valle Brembana] ilu entità amministrattiva mill-1364, bis-sistemi statutorji tiegħu, li ġew imsaħħa u aġġornati matul il-perjodu tar-renju Venezjan. B’mod speċifiku, l-ambjent ġeografiku li joriġina u jiġi prodott fih il-‘Formai de Mut’ huwa l-Wied ta’ Fuq ta’ Brembana f’Bergamo. Dan huwa żona ġeografika definita sew, imdawra b’sensiela ta’ quċċati tal-muntanji minn Monte Ortighera u Monte Menna sa Pizzo dei Tre Signori u Monte Venturosa, u bil-widien ta’ Serina u Seriana fuq in-naħa tal-Lvant, bil-wied ta’ Valtellina fin-naħa tat-Tramuntana u l-widien ta’ Taleggio u Valsassina fin-naħa tal-Punent. L-altitudni tvarja minn 440 m ’il fuq mil-livell tal-baħar fil-muniċipalità ta’ Lenna sa 2 916-il m ’il fuq mil-livell tal-baħar f’Pizzo del Diavolo di Tenda fil-muniċipalità ta’ Carona.
Għal sekli sħaħ, ir-riżorsi ewlenin u l-attivitajiet relatati kienu marbuta mal-boskijiet, il-mergħat u l-minjieri. Ix-xifer tal-Alpi Orobiċi li jikkostitwixxu l-Wied ta’ Fuq tal-Brembana jikkonsisti minn quċċati u mogħdijiet li ma humiex aċċessibbli faċilment u sistema kumplessa ta’ widien u inklinazzjonijiet bi profili ta’ altitudni u espożizzjonijiet li jvarjaw, li kellhom influwenza kbira fuq kif ġew stabbiliti s-sistemi ta’ popolazzjoni u produzzjoni u li ġew stabbilizzati maż-żmien.
Il-Wied ta’ Brembana kien prinċipalment wied ta’ rgħajja, u l-produzzjoni tal-ġobon, li kienet l-għan ewlieni għat-trobbija tal-frat fiż-żona, tintwera f’għadd ta’ dokumenti storiċi. Din it-tradizzjoni għadha riflessa llum fil-produzzjoni tal-ġobon lokali karatteristiku ‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’.
Waħda mill-aktar karatteristiċi importanti tal-klima Orobika hija l-esponiment għall-flussi tal-arja umdużi mill-Mediterran, li jiġu mfixkla mill-medda tal-Alpini. Din il-karatteristika tirriżulta f’livelli ta’ xita u borra li jiżdiedu gradwalment minn qiegħ il-wied san-naħa ta’ fuq tiegħu u fuq l-għoljiet. Dawn il-kundizzjonijiet jiffavorixxu t-tkabbir ta’ veġetazzjoni fil-mergħat u għalhekk it-trobbija tal-baqar tal-ħalib. Madankollu, il-kundizzjonijiet jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli minn sena għal oħra, kif inhu tipiku għar-reġjuni b’kundizzjonijiet moderati.
Minħabba l-karatteristiċi ambjentali u klimatiċi deskritti hawn fuq, iż-żona muntanjuża tal-Wied ta’ Fuq ta’ Brembana hija kkaratterizzata minn widien, għoljiet u mergħat tal-muntanji li joffru diversità ġeoloġika u tal-pjanti straordinarja. Tul is-sekli, dawn ġew sfruttati mill-bniedem permezz ta’ ragħa staġunali fil-muntanji, bi transumanza vertikali li tinvolvi ragħa fuq il-mergħat matul ix-xhur sajfin u ritorn għall-wied għall-bqija tas-sena meta jasal it-temp aktar aħrax. Din it-tradizzjoni hija partikolarment evidenti fil-kulurizzazzjoni distintiva u tipika tal-pejst tal-‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’, li jibdel il-kulur minn wieħed lewn l-avorju, meta l-frat jiġu mitmugħa t-tiben matul l-istaġun tax-xitwa, għal lewn it-tiben meta l-frat jiġu mitmugħa l-ħaxix aħdar matul is-sajf.
L-imraġ tal-Wied ta’ Brembana fihom bosta speċijiet ta’ pjanti, li l-kompożizzjoni tagħhom tvarja skont il-lokalità, il-kundizzjonijiet ambjentali, l-altitudni u r-riżorsi tal-ilma.
Il-flora tal-Alpini ta’ Bergamo hija fost l-aktar waħda rikka u interessanti fl-Alpi; hija magħmula minn grupp sinifikanti ta’ speċijiet kemm fir-rigward ta’ kwantità kif ukoll ta’ kwalità, b’bosta speċijiet endemiċi li jispikkaw f’termini ta’ importanza u reputazzjoni. Ir-raġuni għan-natura imprezzabbli tal-flora ta’ Bergamo tista’ tinstab fl-avvenimenti storiċi u ġeoloġiċi li seħħew fiż-żona. L-avvanz u l-irtirar tal-glaċieri kellhom influwenza profonda fuq il-kompożizzjoni tal-flora fiż-żona. L-Alpi Orobiċi, b’mod partikolari l-Prealpi ta’ Bergamo, servew bħala refuġju għal bosta speċijiet tal-Alpi, li ppreservaw l-ispeċijiet antiki (paleoendemiti) filwaqt li ħeġġew il-formazzjoni ta’ speċijiet ġodda (neoendemiti) minħabba l-iżolament ġeografiku.
Il-kundizzjonijiet ambjentali taw u għadhom jagħtu lill-frat kapaċità speċjalizzata għall-produzzjoni tal-ħalib.
Kull mergħa tal-muntanji, li tfisser żona għar-ragħa ’l fuq mit-tarf superjuri tal-foresta, ħafna drabi tkun maqsuma f’diversi ‘stazzjonijiet’, żoni tal-mergħa bil-faċilitajiet meħtieġa biex ikunu ta’ sostenn għall-frat u l-bnedmin. F’kull stazzjon, l-annimali jitmexxew b’mod espert tul il-mergħat skont id-disponibbiltà u l-kwalità tal-foraġġ u r-riżorsi tal-ilma meħtieġa biex jiġu misqija l-annimali. Hija preċiżament l-esperjenza tar-rgħajja tal-Alpi, li tinkiseb u tingħadda minn ġenerazzjoni għal oħra, li tiddetermina l-moviment tal-merħla u l-metodu ta’ ragħa (li jvarja skont il-kundizzjonijiet ta’ kuljum tat-temp u l-kwalità, il-grad ta’ sajran u l-attraenza tad-diversi żoni ta’ ragħa) sabiex isir l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi tal-foraġġ disponibbli u b’hekk jinkiseb l-aqwa ġobon.
Ir-rgħajja jinsabu f’binjiet imsejħa ‘baite’, fejn jiġi pproċessat ukoll il-ħalib. Il-produtturi tal-ġobon jużaw l-esperjenza u l-ħiliet tagħhom meta jagħżlu l-aħjar parametri tal-ħin u tat-temperatura li għandhom jintużaw waqt il-produzzjoni tal-ġobon, filwaqt li jżommu mal-meded tradizzjonali. Il-valuri xierqa jqisu l-iżolament tal-bini tal-produzzjoni, iż-żona fejn ikunu qed jirgħu l-baqar u xi drabi l-karatteristiċi kimiċi u fiżiċi partikolari tal-ħalib ukoll, li huma ddeterminati minn kundizzjonijiet estremi tal-ambjent (tnaqqis f’daqqa fit-temperatura, maltempati bis-silġ u/jew borra).
Ladarba jkun ittiekel il-ħaxix kollu fi stazzjon, l-annimali jimxu għal dak li jmiss biex ifittxu mergħa ġdida, xi drabi jilħqu altitudnijiet ta’ aktar minn 2 000 metru.
Il-ġobon prodott jitħalla jsir fil-maħżen tal-ġobon, jew ‘casera’. Ħafna drabi jkun hemm biss casera waħda għall-mergħat Alpini kollha, li tkun tinsab fl-aktar lokalità favorevoli, f’termini ta’ loġistika. Kull casera tinbena u hija ġestita sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ideali tat-temperatura u tal-umdità ħalli jinkiseb prodott tajjeb. Skont ir-relazzjoni bejn it-temperatura u l-umdità, kull produttur tal-ġobon jistabbilixxi l-ħin u l-metodi ta’ tidwir u tfarfir sabiex il-ġobon isir kif suppost u sabiex jinkisbu l-karatteristiċi tipiċi tal-‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’. Fl-aħħar tal-perjodu ta’ ragħa fil-muntanji, il-ġobon prodott fil-mergħat tal-muntanji jitniżżel fil-wied sabiex jitlesta s-sajran tiegħu, li jista’ jieħu diversi snin. Il-merħla terġa’ tirritorna għall-post tat-tluq, fejn issib it-tkabbir mill-ġdid finali tal-mergħat tar-ragħa, kif ukoll tiben ipprovdut fl-azjendi matul il-perjodu tax-xitwa.
Illum il-ġurnata, ir-ragħa fil-muntanji u l-produzzjoni li tirriżulta fil-mergħat tal-muntanji jsiru fid-djar tal-kampanjoli fil-muntanji indikati fil-Pjan Reġjonali għall-Mergħat tal-Muntanji bejn Mejju u Ottubru, skont il-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi. Il-bqija tal-produzzjoni, li tista’ ssir mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, issir f’qiegħ il-wied, iżda dejjem fiż-żona muntanjuża.
Oriġinarjament, il-prattika tat-transumanza kienet mifruxa, fejn xi rgħajja kienu jmexxu l-annimali tagħhom għall-pjanuri Milaniżi matul ix-xitwa, u jirritornaw għall-mergħat tal-muntanji fis-sajf. Ir-rgħajja f’din iż-żona kienu magħrufa bħala ‘bergamì’, filwaqt li l-merħla kienet magħrufa bħala ‘bergamina’. Dawn it-termini għadhom jintużaw illum bħala parti mill-vokabularju lokali. Il-ħsad tal-ħuxlief kien attività sekondarja li kienet meħtieġa biex jitrabbew l-annimali. L-imraġ, li kienu fertilizzati bid-demel, kienu jinħartu darbtejn matul l-istaġun tas-sajf.
Il-‘bergamini’ tal-imgħoddi ġew sostitwiti bir-rgħajja tal-wied, li kienu jikru l-mergħat fiż-żona tagħhom u jimlewhom bil-frat tagħhom stess jew dawk li kienu jikru. Dan ta bidu għal transumanza fil-biċċa l-kbira tagħha ‘lokali’, ikkaratterizzata mill-moviment tal-merħliet minn qiegħ il-wied għall-mergħat tal-muntanji. B’riżultat ta’ dan, il-mergħat tar-ragħa f’qiegħ il-wied, filwaqt li ma kienx hemm frat fihom, jipprovdu l-ħażniet ta’ tiben għall-istaġun tax-xitwa.
Il-kombinazzjoni tal-fatturi marbuta mal-bijodiversità speċifika taż-żona ġeografika restritta u t-tekniki tradizzjonali tat-trobbija jiddeterminaw in-natura speċifika tal-ħalib, li hija msaħħa mill-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat biex isir il-ġobon. Dan ifisser li l-proprjetajiet nutrittivi, sensorjali u mikrobijoloġiċi kollha taż-żona ta’ oriġini jibqgħu intatti fil-‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’. B’mod partikolari, waqt l-istadju tas-sajran tal-ġobon, il-mikroflora nattiva fil-ħalib mhux ipproċessat tintuża biex isir il-ġobon u fl-ambjent tal-produzzjoni tinfluwenza s-sajran tal-ġobon u tistabbilixxi t-togħma distintiva tiegħu.
Barra minn hekk, il-‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’ jsir bl-użu ta’ ħalib sħiħ. Kważi l-kontenut tax-xaħam kollu oriġinali tal-ħalib, u miegħu, il-molekuli aromatiċi liposolubbli speċifiċi għal bosta essenzi lokali, huma kkonċentrati fil-ġobon. Dan jirriżulta fi trasferiment konsiderevoli ta’ aromi u rwejjaħ mill-ambjent tal-produzzjoni għall-prodott, li jkomplu jikkaratterizzawh.”
Tikkettar
|
— |
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali (id-Digriet Presidenzjali tal-10 ta’ Settembru 1985) u l-punt 3.6 tad-Dokument Uniku. |
Il-formulazzjoni attwali:
“Il-ġobon ‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’ jrid ikollu l-marki rilevanti, jew marki speċifiċi oħrajn li juru d-denominazzjoni ta’ oriġini tal-ġobon u d-dettalji tad-digriet li ġej.”
Din għandha tiġi sostitwita bi:
“ Artikolu 8 – Tikkettar
Il-marka tal-konformità tikkostitwixxi f’tikketta tal-karta li titwaħħal ma’ waħda milll-ġenbejn ċatti tal-ġobon ladarba jkun sar għal mill-inqas 45 jum, u jkollu marka ħamra (CMYK: C = 0, M = 95, Y = 85, K = 0 – immaġni 1) għall-prodotti li jsiru f’qiegħ il-wied mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru u marka blu (CMYK: C = 98, M = 72, Y = 12, K = 0 – immaġni 2) għall-prodotti li jsiru fil-mergħat tal-muntanji bejn l-20 ta’ Mejju u l-20 ta’ Ottubru. F’termini ta’ disinn, fiċ-ċentru jkun hemm tpinġija stilizzata ta’ qanpiena, li fiċ-ċentru tagħha jkollha rota ta’ ġobon b’porzjon maqtugħ. Madwar it-tarf tal-qanpiena hemm parti miktuba bl-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini, ‘Formai de Mut D.O.P.’, filwaqt li tul it-tarf ta’ ġewwa taċ-ċirku li fih id-disinn tal-qanpiena, jista’ jinstab il-bqija tal-isem, ‘dell’Alta Valle Brembana’, flimkien mar-referenza legali għar-reġistrazzjoni, ‘Reg. C.E. 1107/96’. Madwar iċ-ċirkonferenza sħiħa ta’ barra jkun hemm 22 qanpiena stilizzati mdawra b’ċirku ieħor. Għall-marka blu, iċ-ċirku fit-22 qanpiena huwa sostitwit bil-kliem ripetut ‘d’alpeggio’ [mill-mergħat tal-muntanji] (l-immaġni 2).
Għall-‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’ li jkun issajjar għal aktar minn 6 xhur, il-marka għandha l-istess karatteristiċi kif deskritt hawn fuq, iżda bil-kelma ‘Riserva’ ripetuta ġewwa ċ-ċirku fit-22 qanpiena (l-immaġnijiet 3 u 4).
Immaġni 1
Immaġni 2
Immaġni 3
Immaġni 4
Tista’ tintuża kolla tal-ikel biex titwaħħal il-marka.
Meta jitqiegħed fis-suq għall-konsum, kull tgeżwira u/jew biċċa ta’ ppakkjar tad-DOP ‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’ jrid ikollha d-denominazzjoni tad-DOP ‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’ u l-marki deskritti hawn fuq bl-informazzjoni meħtieġa bil-liġi. F’każ ta’ ħtiġijiet tal-istampar speċifiċi, il-marki jistgħu wkoll jintwerew bl-iswed u l-abjad jew kuntrast.”
Raġuni:
Il-metodi ta’ tikkettar huma deskritti f’aktar dettall.
Oħrajn
Spezzjonijiet
|
— |
Fid-dawl tal-ħtieġa tar-ristrutturar tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex tinġieb f’konformità mad-dispożizzjonijiet il-ġodda approvati mill-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali, ġie miżjud artikolu dwar l-ispezzjonijiet, li fih l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ kontroll. |
Ġie miżjud it-test li ġej:
“ Artikolu 7 – Spezzjonijiet
L-ispezzjonijiet dwar jekk il-prodott jikkonformax mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott isiru f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 mill-korp ta’ spezzjoni Certiprodop S.r.l. – uffiċċju reġistrat: Via del Macello 26, Crema; uffiċċji amministrattivi: Via del Commercio 29 – 26013 Crema (Cremona); telefown u Faks +39 373229628; Email: info@certiprodop.it.”
Ippakkjar
|
— |
Fid-dawl tal-ħtieġa tar-ristrutturar tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex tinġieb f’konformità mad-dispożizzjonijiet il-ġodda approvati mill-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali, saret żieda mal-punt 3.5 tad-Dokument Uniku u l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li tikkonċerna l-mezzi ta’ rilaxx għall-konsum. |
It-test miżjud ġdid jaqra kif ġej:
“Il-ġobon tad-DOP ‘Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana’ jista’ jitqiegħed għall-konsum bħala ġobon sħiħ jew f’porzjonijiet. It-tqassim f’porzjonijiet u l-ippakkjar jista’ jsir barra miż-żona ta’ oriġini.”
DOKUMENT UNIKU
“Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana”
Nru tal-UE: PDO-IT-0009-AM01 – 6.7.2021
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem/Ismijiet
“Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3 – Ġobon
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Id-denominazzjoni ta’ oriġini “Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana” hija riżervata għall-ġobon li għandu l-karatteristiċi li ġejjin ladarba jkun għadda l-perjodu minimu ta’ sajran:
|
|
Ġobin xaħmi nofsu misjur li jsir esklużivament minn ħalib tal-baqar sħiħ u mhux ipproċessat b’aċidità naturali baxxa. |
|
|
Forma: ċilindru dritt jew ftit konvess bi ġnub ċatti jew nofshom ċatti; |
|
|
Dimensjonijiet: dijametru tal-ġnub bejn 30 cm u 40 cm, għoli tal-ġenb bejn 8 cm u 10 cm, b’varjazzjonijiet fil-valuri minimi u massimi skont il-kundizzjonijiet tekniċi waqt il-produzzjoni; |
|
|
Piż tar-rota: bejn 8 kg u 12-il kg skont il-kundizzjonijiet tekniċi waqt l-ipproċessar, b’varjazzjonijiet sa 10 % fil-valuri minimi u massimi; |
|
|
Dehra esterna: qoxra rqiqa, iebsa, naturali, safra lewn it-tiben, li ssir ta’ kulur aktar qawwi hekk kif is-sajran jipprogressa; |
|
|
Kulur tal-pejst: lewn l-avorju, kemxejn lewn it-tiben; |
|
|
Sawra tal-pejst: kumpatt, elastiku, b’toqob mifruxin minn dijametru ta’ 1 mm sa daqs magħruf bħala “occhio di pernice” [“għajn ta’ ħaġla”]; il-preżenza ta’ xquq żgħar fil-pejst hija permessa; |
|
|
Togħma: delikata, tfuħ, mhux mielħa wisq, ħafifa, b’aroma karatteristika; |
|
|
Xaħam fil-materja niexfa: minimu ta’ 42 %. |
Il-perjodu minimu ta’ sajran huwa ta’ 45 jum. Il-ġobon “Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana” jista’ jkollu l-indikazzjoni addizzjonali “Riserva” jekk il-perjodu ta’ sajran ikun itwal minn 6 xhur.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
L-għalf tal-frat irid jikkonsisti minn foraġġ aħdar u/jew tat-tiben minn imraġ, mergħat jew mergħat tar-ragħa; il-maġġoranza tal-foraġġ (tal-inqas 50 %) trid tiġi miż-żona ġeografika ddefinita. Jista’ jiġi ssupplimentat b’ċereali, konċentrati u/jew proteini magħġuna għall-baqar. L-użu ta’ supplimenti minerali u tal-vitamini huwa awtorizzat.
Il-kwota ta’ 50 % hija ġġustifikata kif ġej. Id-depopolazzjoni tal-muntanji wasslet għal żieda progressiva fil-boskijiet għad-detriment tal-mergħat u l-mergħat tar-ragħa. Il-ftit żoni tal-pjanura f’qiegħ il-wied ġew ukoll soġġetti għal urbanizzazzjoni kbira, li ħalliet biss iż-żoni l-iktar inaċċessibbli, li diffiċli jiġu kkultivati u ħafna drabi lanqas jistgħu jintużaw għar-ragħa tal-frat. Dan naqqas ir-riżorsi lokali ta’ foraġġ, u wassal biex xi rziezet jixtru l-foraġġ minn barra ż-żona. Sfortunatament, il-wasla riċenti ta’ speċijiet selvaġġi mhux nattivi, bħaċ-ċingjal, hija ta’ detriment ukoll għall-mergħat li fadal li dejjem jiċkienu, peress li l-ħsara li jikkawżaw lill-ħaxix tkompli tnaqqas il-produzzjoni ta’ foraġġ lokali disponibbli. Barra minn hekk, kif huwa magħruf sew, il-boskijiet qed javvanzaw b’mod kostanti, minħabba li bin-nuqqas ta’ ħaddiema, l-isforzi tal-bdiewa għall-ġestjoni tal-art ma humiex biżżejjed biex iżommu l-imraġ f’kundizzjoni tajba. Tqies ukoll meħtieġ li titneħħa l-għażla li l-baqar jiġu mitmugħa l-foraġġ, peress li l-użu tiegħu huwa kwistjoni kritika fil-proċess tal-produzzjoni u s-sajran tal-ġobon minħabba li huwa mezz potenzjali għall-ispori tal-Clostridium. It-tneħħija ta’ din l-għażla tista’ teħtieġ li jinġiebu konċentrati minn barra ż-żona ta’ oriġini biex jissostitwixxu l-assorbiment nutrittiv ipprovdut mis-silaġġ.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-azjendi li jrabbu l-frat li l-ħalib tagħhom jintuża għall-produzzjoni tal-“Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana” jridu jkunu jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita.
Il-produzzjoni tal-ħalib u l-ipproċessar u s-sajran tal-ġobon iridu jsiru fiż-żona ġeografika definita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-ġobon tad-DOP “Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana” jista’ jitqiegħed għall-konsum bħala ġobon sħiħ jew f’porzjonijiet. It-tqassim f’porzjonijiet u l-ippakkjar jistgħu jsiru barra miż-żona ta’ oriġini.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-marka tal-konformità tikkostitwixxi f’tikketta tal-karta li titwaħħal ma’ waħda milll-ġenbejn ċatti tal-ġobon ladarba jkun sar għal mill-inqas 45 jum, u jkollu marka ħamra (CMYK: C = 0, M = 95, Y = 85, K = 0 – immaġni 1) għall-prodotti li jsiru f’qiegħ il-wied mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru u marka blu (CMYK: C = 98, M = 72, Y = 12, K = 0 – immaġni 2) għall-prodotti li jsiru fil-mergħat tal-muntanji bejn l-20 ta’ Mejju u l-20 ta’ Ottubru. F’termini ta’ disinn, fiċ-ċentru jkun hemm tpinġija stilizzata ta’ qanpiena, li fiċ-ċentru tagħha jkollha rota ta’ ġobon b’porzjon maqtugħ. Madwar it-tarf tal-qanpiena hemm parti miktuba bl-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini, “Formai de Mut D.O.P.”, filwaqt li tul it-tarf ta’ ġewwa taċ-ċirku li fih id-disinn tal-qanpiena, jista’ jinstab il-bqija tal-isem, “dell’Alta Valle Brembana”, flimkien mar-referenza legali għar-reġistrazzjoni, “Reg. C.E. 1107/96”. Madwar iċ-ċirkonferenza sħiħa ta’ barra jkun hemm 22 qanpiena stilizzati mdawra b’ċirku ieħor. Għall-marka blu, iċ-ċirku fit-22 qanpiena huwa sostitwit bil-kliem ripetut “d’alpeggio” [mill-mergħat tal-muntanji] (l-immaġni 2).
Għall-“Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana” li jkun issajjar għal aktar minn 6 xhur, il-marka għandha l-istess karatteristiċi kif deskritt hawn fuq, iżda bil-kelma “Riserva” ripetuta ġewwa ċ-ċirku fit-22 qanpiena (l-immaġnijiet 3 u 4).
Immaġni 1
Immaġni 2
Immaġni 3
Immaġni 4
Tista’ tintuża kolla tal-ikel biex titwaħħal il-marka.
Meta jitqiegħed fis-suq għall-konsum, kull tgeżwira u/jew biċċa ta’ ppakkjar tad-DOP “Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana” jrid ikollha d-denominazzjoni tad-DOP “Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana” u l-marki deskritti hawn fuq bl-informazzjoni meħtieġa bil-liġi. Fil-każ ta’ ħtiġijiet speċifiċi ta’ stampar, il-marki jistgħu jintwerew ukoll bl-iswed u l-abjad jew f’kuntrast.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona li fiha jiġi prodott u msajjar il-ġobon imsemmi hawn fuq tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet elenkati hawn taħt, li kollha jappartjenu għall-provinċja ta’ Bergamo: Averara, Branzi, Camerata Cornello, Carona, Cassiglio, Cusio, Foppolo, Isola di Fondra, Lenna, Mezzoldo, Moio de’ Calvi, Olmo al Brembo, Ornica, Piazza Brembana, Piazzatorre, Piazzolo, Roncobello, Santa Brigida, Valleve, Valnegra u Valtorta.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Mil-lat storiku, il-Wied ta’ Fuq ta’ Brembana [L’Alta Valle Brembana] ilu entità amministrattiva mill-1364, bis-sistemi statutorji tiegħu, li ġew imsaħħa u aġġornati matul il-perjodu tar-renju Venezjan. B’mod speċifiku, l-ambjent ġeografiku li joriġina u jiġi prodott fih il-“Formai de Mut” huwa l-Wied ta’ Fuq ta’ Brembana f’Bergamo. Dan huwa żona ġeografika definita sew, imdawra b’sensiela ta’ quċċati tal-muntanji minn Monte Ortighera u Monte Menna sa Pizzo dei Tre Signori u Monte Venturosa, u bil-widien ta’ Serina u Seriana fuq in-naħa tal-Lvant, bil-wied ta’ Valtellina fin-naħa tat-Tramuntana u l-widien ta’ Taleggio u Valsassina fin-naħa tal-Punent. L-altitudni tvarja minn 440 m ’il fuq mil-livell tal-baħar fil-muniċipalità ta’ Lenna sa 2 916-il m ’il fuq mil-livell tal-baħar f’Pizzo del Diavolo di Tenda fil-muniċipalità ta’ Carona.
Għal sekli sħaħ, ir-riżorsi ewlenin u l-attivitajiet relatati kienu marbuta mal-boskijiet, il-mergħat u l-minjieri. Ix-xifer tal-Alpi Orobiċi li jikkostitwixxu l-Wied ta’ Fuq tal-Brembana jikkonsisti minn quċċati u mogħdijiet li ma humiex aċċessibbli faċilment u sistema kumplessa ta’ widien u inklinazzjonijiet bi profili ta’ altitudni u espożizzjonijiet li jvarjaw, li kellhom influwenza kbira fuq kif ġew stabbiliti s-sistemi ta’ popolazzjoni u produzzjoni u li ġew stabbilizzati maż-żmien.
Il-Wied ta’ Brembana kien prinċipalment wied ta’ rgħajja, u l-produzzjoni tal-ġobon, li kienet l-għan ewlieni għat-trobbija tal-frat fiż-żona, tintwera f’għadd ta’ dokumenti storiċi. Din it-tradizzjoni għadha riflessa llum fil-produzzjoni tal-ġobon lokali karatteristiku “Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana”.
Waħda mill-aktar karatteristiċi importanti tal-klima Orobika hija l-esponiment għall-flussi tal-arja umdużi mill-Mediterran, li jiġu mfixkla mill-medda tal-Alpini. Din il-karatteristika tirriżulta f’livelli ta’ xita u borra li jiżdiedu gradwalment minn qiegħ il-wied san-naħa ta’ fuq tiegħu u fuq l-għoljiet. Dawn il-kundizzjonijiet jiffavorixxu t-tkabbir ta’ veġetazzjoni fil-mergħat u għalhekk it-trobbija tal-baqar tal-ħalib. Madankollu, il-kundizzjonijiet jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli minn sena għal oħra, kif inhu tipiku għar-reġjuni b’kundizzjonijiet moderati.
Minħabba l-karatteristiċi ambjentali u klimatiċi deskritti hawn fuq, iż-żona muntanjuża tal-Wied ta’ Fuq ta’ Brembana hija kkaratterizzata minn widien, għoljiet u mergħat tal-muntanji li joffru diversità ġeoloġika u tal-pjanti straordinarja. Tul is-sekli, dawn ġew sfruttati mill-bniedem permezz ta’ ragħa staġunali fil-muntanji, bi transumanza vertikali li tinvolvi ragħa fuq il-mergħat matul ix-xhur sajfin u ritorn għall-wied għall-bqija tas-sena meta jasal it-temp aktar aħrax. Din it-tradizzjoni hija partikolarment evidenti fil-kulurizzazzjoni distintiva u tipika tal-pejst tal-“Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana”, li jibdel il-kulur minn wieħed lewn l-avorju, meta l-frat jiġu mitmugħa t-tiben matul l-istaġun tax-xitwa, għal lewn it-tiben meta l-frat jiġu mitmugħa l-ħaxix aħdar matul is-sajf.
L-imraġ tal-Wied ta’ Brembana fihom bosta speċijiet ta’ pjanti, li l-kompożizzjoni tagħhom tvarja skont il-lokalità, il-kundizzjonijiet ambjentali, l-altitudni u r-riżorsi tal-ilma.
Il-flora tal-Alpini ta’ Bergamo hija fost l-aktar waħda rikka u interessanti fl-Alpi; hija magħmula minn grupp sinifikanti ta’ speċijiet kemm fir-rigward ta’ kwantità kif ukoll ta’ kwalità, b’bosta speċijiet endemiċi li jispikkaw f’termini ta’ importanza u reputazzjoni. Ir-raġuni għan-natura imprezzabbli tal-flora ta’ Bergamo tista’ tinstab fl-avvenimenti storiċi u ġeoloġiċi li seħħew fiż-żona. L-avvanz u l-irtirar tal-glaċieri kellhom influwenza profonda fuq il-kompożizzjoni tal-flora fiż-żona. L-Alpi Orobiċi, b’mod partikolari l-Prealpi ta’ Bergamo, servew bħala refuġju għal bosta speċijiet tal-Alpi, li ppreservaw l-ispeċijiet antiki (paleoendemiti) filwaqt li ħeġġew il-formazzjoni ta’ speċijiet ġodda (neoendemiti) minħabba l-iżolament ġeografiku.
Il-kundizzjonijiet ambjentali taw u għadhom jagħtu lill-frat kapaċità speċjalizzata għall-produzzjoni tal-ħalib.
Kull mergħa tal-muntanji, li tfisser żona għar-ragħa ’l fuq mit-tarf superjuri tal-foresta, ħafna drabi tkun maqsuma f’diversi “stazzjonijiet”, żoni tal-mergħa bil-faċilitajiet meħtieġa biex ikunu ta’ sostenn għall-frat u l-bnedmin. F’kull stazzjon, l-annimali jitmexxew b’mod espert tul il-mergħat skont id-disponibbiltà u l-kwalità tal-foraġġ u r-riżorsi tal-ilma meħtieġa biex jiġu misqija l-annimali. Hija preċiżament l-esperjenza tar-rgħajja tal-Alpi, li tinkiseb u tingħadda minn ġenerazzjoni għal oħra, li tiddetermina l-moviment tal-merħla u l-metodu ta’ ragħa (li jvarja skont il-kundizzjonijiet ta’ kuljum tat-temp u l-kwalità, il-grad ta’ sajran u l-attraenza tad-diversi żoni ta’ ragħa) sabiex isir l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi tal-foraġġ disponibbli u b’hekk jinkiseb l-aqwa ġobon.
Ir-rgħajja jinsabu f’binjiet imsejħa “baite”, fejn jiġi pproċessat ukoll il-ħalib. Il-produtturi tal-ġobon jużaw l-esperjenza u l-ħiliet tagħhom meta jagħżlu l-aħjar parametri tal-ħin u tat-temperatura li għandhom jintużaw waqt il-produzzjoni tal-ġobon, filwaqt li jżommu mal-meded tradizzjonali. Il-valuri xierqa jqisu l-iżolament tal-bini tal-produzzjoni, iż-żona fejn ikunu qed jirgħu l-baqar u xi drabi l-karatteristiċi kimiċi u fiżiċi partikolari tal-ħalib ukoll, li huma ddeterminati minn kundizzjonijiet estremi tal-ambjent (tnaqqis f’daqqa fit-temperatura, maltempati bis-silġ u/jew borra).
Ladarba jkun ittiekel il-ħaxix kollu fi stazzjon, l-annimali jimxu għal dak li jmiss biex ifittxu mergħa ġdida, xi drabi jilħqu altitudnijiet ta’ aktar minn 2 000 metru.
Il-ġobon prodott jitħalla jsir fil-maħżen tal-ġobon, jew “casera”. Ħafna drabi jkun hemm biss casera waħda għall-mergħat Alpini kollha, li tkun tinsab fl-aktar lokalità favorevoli, f’termini ta’ loġistika. Kull casera tinbena u hija ġestita sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ideali tat-temperatura u tal-umdità ħalli jinkiseb prodott tajjeb. Skont ir-relazzjoni bejn it-temperatura u l-umdità, kull produttur tal-ġobon jistabbilixxi l-ħin u l-metodi ta’ tidwir u tfarfir sabiex il-ġobon isir kif suppost u sabiex jinkisbu l-karatteristiċi tipiċi tal-“Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana”. Fl-aħħar tal-perjodu ta’ ragħa fil-muntanji, il-ġobon prodott fil-mergħat tal-muntanji jitniżżel fil-wied sabiex jitlesta s-sajran tiegħu, li jista’ jieħu diversi snin. Il-merħla terġa’ tirritorna għall-post tat-tluq, fejn issib it-tkabbir mill-ġdid finali tal-mergħat tar-ragħa, kif ukoll tiben ipprovdut fl-azjendi matul il-perjodu tax-xitwa.
Illum il-ġurnata, ir-ragħa fil-muntanji u l-produzzjoni li tirriżulta fil-mergħat tal-muntanji jsiru fid-djar tal-kampanjoli fil-muntanji indikati fil-Pjan Reġjonali għall-Mergħat tal-Muntanji bejn Mejju u Ottubru, skont il-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi. Il-bqija tal-produzzjoni, li tista’ ssir mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, issir f’qiegħ il-wied, iżda dejjem fiż-żona muntanjuża.
Oriġinarjament, il-prattika tat-transumanza kienet mifruxa, fejn xi rgħajja kienu jmexxu l-annimali tagħhom għall-pjanuri Milaniżi matul ix-xitwa, u jirritornaw għall-mergħat tal-muntanji fis-sajf. Ir-rgħajja f’din iż-żona kienu magħrufa bħala “bergamì”, filwaqt li l-merħla kienet magħrufa bħala “bergamina”. Dawn it-termini għadhom jintużaw illum bħala parti mill-vokabularju lokali. Il-ħsad tal-ħuxlief kien attività sekondarja li kienet meħtieġa biex jitrabbew l-annimali. L-imraġ, li kienu fertilizzati bid-demel, kienu jinħartu darbtejn matul l-istaġun tas-sajf.
Il-“bergamini” tal-imgħoddi ġew sostitwiti bir-rgħajja tal-wied, li kienu jikru l-mergħat fiż-żona tagħhom u jimlewhom bil-frat tagħhom stess jew dawk li kienu jikru. Dan ta bidu għal transumanza fil-biċċa l-kbira tagħha “lokali”, ikkaratterizzata mill-moviment tal-merħliet minn qiegħ il-wied għall-mergħat tal-muntanji. B’riżultat ta’ dan, il-mergħat tar-ragħa f’qiegħ il-wied, filwaqt li ma kienx hemm frat fihom, jipprovdu l-ħażniet ta’ tiben għall-istaġun tax-xitwa.
Il-kombinazzjoni tal-fatturi marbuta mal-bijodiversità speċifika taż-żona ġeografika restritta u t-tekniki tradizzjonali tat-trobbija jiddeterminaw in-natura speċifika tal-ħalib, li hija msaħħa mill-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat biex isir il-ġobon. Dan ifisser li l-proprjetajiet nutrittivi, sensorjali u mikrobijoloġiċi kollha taż-żona ta’ oriġini jibqgħu intatti fil-“Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana”. B’mod partikolari, waqt l-istadju tas-sajran tal-ġobon, il-mikroflora nattiva fil-ħalib mhux ipproċessat tintuża biex isir il-ġobon u fl-ambjent tal-produzzjoni tinfluwenza s-sajran tal-ġobon u tistabbilixxi t-togħma distintiva tiegħu.
Barra minn hekk, il-“Formai de Mut dell’Alta Valle Brembana” jsir bl-użu ta’ ħalib sħiħ. Kważi l-kontenut tax-xaħam kollu oriġinali tal-ħalib, u miegħu, il-molekuli aromatiċi liposolubbli speċifiċi għal bosta essenzi lokali, huma kkonċentrati fil-ġobon. Dan jirriżulta fi trasferiment konsiderevoli ta’ aromi u rwejjaħ mill-ambjent tal-produzzjoni għall-prodott, li jkomplu jikkaratterizzawh.”
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa disponibbli fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
jew inkella:
billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.
|
26.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/27 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33
(2022/C 410/11)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Segarcea”
PDO-RO-A1214-AM01
Data tal-komunikazzjoni: l-1 ta’ Awwissu 2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. L-introduzzjoni ta’ varjetajiet ġodda ta’ għeneb, bħala l-varjetajiet prinċipali tal-produzzjoni
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata biex tinkludi l-varjetajiet tad-dwieli Fetească regală u Touriga nacional għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod u tal-inbejjed ħomor rispettivament.
L-introduzzjoni tal-varjetà Fetească regală, varjetà antika Rumena li hija kkultivata ħafna fir-Rumanija, żiedet il-potenzjal għall-isfruttament tal-karatteristiċi speċifiċi taż-żona tad-DOP tas-Segarcea fil-forma ta’ nbejjed ta’ kwalità, biex b’hekk issaħħaħ ir-reputazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini permezz tad-diversifikazzjoni tal-firxa tal-varjetajiet u tal-espressjoni tal-kumplessità aromatika tal-varjetajiet nazzjonali apprezzati.
Fiż-żona ta’ Segarcea, il-varjetà toffri adattabilità tajba u l-potenzjal għall-kisba tal-kwalità, peress li l-għeneb jakkumula aromi u zokkor. Din il-varjetà għandha l-potenzjal li tipproduċi nbejjed fini jgħajtu, ċari, u ta’ kulur isfar lewn it-tiben aċċentwat li jkollu sfumaturi ħadranin, b’riħa ta’ nwar tad-dwieli u aċidità tajba li tirriżulta mill-wied li fih titkabbar il-varjetà.
Il-varjetà Touriga nacional għandha adattabilità tajba fid-DOP tas-Segarcea, u tippreserva l-karatteristiċi speċifiċi tal-varjetà, li huma influwenzati wkoll mill-istruttura tal-ħamrija, il-kundizzjonijiet idroloġiċi u l-klima lokali. Din il-varjetà hija kkaratterizzata minn noti ta’ frott, kulur aħmar jgħajjat, kontenut għoli ta’ alkoħol u ammont kbir ta’ estratt, b’akkumulazzjoni bbilanċjata ta’ zokkrijiet, minħabba l-ħamrija tal-vitikultura b’kontenut għoli ta’ karbonat tal-kalċju u ammont kbir ta’ ossidi tal-ħadid u l-post tal-vinji fuq inklinazzjonijiet ġentili li huma relattivament esposti lejn in-Nofsinhar, li jiffavorixxi l-akkumulazzjoni ta’ zokkrijiet u antoċjanini, u kontenut għoli ta’ minerali.
Id-diversifikazzjoni tal-firxa ta’ varjetajiet bl-introduzzjoni tal-varjetajiet ta’ hawn fuq se tgħin tespandi l-portafoll tal-inbejjed, billi jinkisbu nbejjed minn varjetajiet b’reputazzjoni nazzjonali/internazzjonali bl-isfruttament tal-kumplessità aromatika tagħhom.
Il-Kapitoli IV u XI tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 7 tad-Dokument Uniku huma emendati.
2. Emenda tar-rendiment tad-dwieli (żieda)
Ġew emendati r-rendimenti tal-għeneb u tal-inbid miksuba biex żdiedu.
Il-bidla fil-produttività tal-inbid hija meħtieġa għaż-żona tad-DOP tas-Segaracea minħabba l-progress fil-produzzjoni miksub tul dawn l-aħħar snin, żieda fil-produzzjoni għal għeneb b’maturità sħiħa fi żmien il-ħsad u ħsad aktar tard minħabba bidliet fl-istrutturi ġodda tal-vinja, dovuti għall-fattur bijotiku (struttura klonali, slavaġ) u l-fattur enoloġiku (l-użu ta’ teknoloġiji ġodda tal-produzzjoni tal-inbid).
Sa mill-2004, anke qabel il-programmi ta’ konverżjoni/ristrutturar tal-vinji, il-vinji li kienu jipprovdu ċertu livell ta’ ħsad sostnut minn densità ta’ pjanti relattivament baxxa ġew issostitwiti. Billi, qabel, il-vinji mħaffrin bit-tneħħija ta’ għeruq u zkuk ta’ dwieli antiki kellhom densità ta’ bejn 2 800 u 3 200 dielja għal kull ettaru, il-pjantaġġuni li għadhom kif ġew stabbiliti għandhom densità ta’ aktar minn 4 545 dielja għal kull ettaru, b’żidiet sinifikanti fid-densità ta’ vinji żgħar meta mqabbla mad-densità ta’ pjantaġġuni preċedenti, u dan wassal ukoll għal żidiet sinifikanti fil-produzzjoni tal-għeneb.
Il-varjetajiet il-ġodda introdotti jisfruttaw il-potenzjal taż-żona, u l-kloni l-ġodda tal-varjetajiet qodma għandhom kapaċità akbar li jieħdu vantaġġ mill-kumpless ta’ minerali u nutrijenti tal-ħamrija, kif ukoll mill-kundizzjonijiet enoklimatiċi taż-żona.
Il-bidliet minħabba fatturi enoloġiċi huma r-riżultat ta’ tagħmir ġdid għall-produzzjoni tal-inbid u l-użu ta’ soluzzjonijiet tekniċi ġodda fil-qasam tal-materjali tal-produzzjoni tal-inbid. Mit-tagħmir il-ġdid li ta kontribut sinifikanti għaż-żieda fir-rendimenti tal-inbid, mingħajr ma tnaqqset il-kwalità, aħna nenfasizzaw il-preses pnewmatiċi, li għamluha possibbli li r-rendiment tal-inbid jiżdied b’aktar minn 15 % (għall-most li joħroġ waħdu). Il-btieti u t-tankijiet tal-fermentazzjoni awtomatizzati f’temperaturi kkontrollati għamluha wkoll possibbli li jiżdied ir-rendiment tal-inbid b’mod sinifikanti filwaqt li tiżdied il-kwalità tal-inbejjed, b’mod partikolari billi jinżamm u, f’xi każijiet, jiżdied il-profil aromatiku tal-inbejjed.
Il-Kapitoli V u VII tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 7 tad-Dokument Uniku huma emendati.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Segarcea
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbejjed bojod
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed huma enerġetiċi, b’kulur isfar lewn it-tiben bi ħjiel ħadrani, b’aromi qawwija ta’ fjuri tal-akaċja li jkunu għadhom kif ħarġu l-fjuri. Il-maturazzjoni f’tankijiet fuq in-naqal flimkien ma’ fermentazzjoni twila jirriżultaw f’noti ta’ ħaxix u sebuqa, frott eżotiku, ħawħ (kemm fil-fwieħa kif ukoll fil-palat).
It-togħma hija ddominata minn freskezza, xuttaġni, aċidità taċ-ċitru, noti tal-fjuri, frott, aċidità taċ-ċitru ogħla mill-medja u li ddum tintiegħem, struttura solida ta’ frott, butir, brioche sħuna, ċitru u ġellewż li jkun għadu kif ġie nkaljat.
L-inbejjed aromatiċi tipiċi (xotti/nofshom misjurin) għandhom fwieħa ta’ ward, polpa tal-frott ħelu, fjuri bojod, aromi tipiċi tal-Muscat, togħma friska, u aċidità, u huma vivaċi u robusti.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
15,00 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11,00 |
|
Aċidità totali minima |
4,0 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
2. Inbejjed ħomor
DESKRIZZJONI QASIRA
Il-kulur tagħhom huwa aħmar jagħti fil-vjola, aħmar skur lewn ir-rubini, aħmar lewn ir-rubini bi sfumaturi vjola: aħmar lewn il-granata qawwi u ċar jew aħmar lewn il-briks anke meta jiġu mmaturati għal perjodu qasir ta’ żmien. Il-proċessi tal-produzzjoni tal-inbid jippermettu estrazzjoni akbar tal-kulur u t-tannini, u jrendu riħa fina u togħma ta’ njam, vanilla, bi fwieħa ddominata mill-frott (ċirasa, lampun u frawli) u l-ħwawar. Fil-palat, għandu bilanċ bejn noti ta’ frott u likurizja, xi ftit traċċi ta’ njam mixwi, tannini bbilanċjati integrati sew, huwa robust, b’aroma dominanti ta’ frott artab, ġamm, ħxejjex aromatiċi, aromi ta’ njam u vanilla (inbid imqaddem fil-btieti).
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
15,00 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11,00 |
|
Aċidità totali minima |
4,0 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
3. Inbejjed rożè
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed immaturati fuq in-naqal bil-bâtonnage għandhom karattru frisk, ta’ frott (ribes aħmar, ċirasa qarsa u ċirasa bajda) u biered. L-aromi huma qawwija, ta’ frott artab aħmar, ġamm u lampun, u l-inbejjed għandhom palat ibbilanċjat, u huma bbilanċjati b’aċidità friska.
Il-kulur huwa roża qawwi lewn is-salamun, b’aromi ta’ ċirasa bajda, petali tal-ward, bżar aħdar, għasel, u frawli selvaġġ, b’togħma ta’ frott friska u qawwija, aċidità li tintiegħem malajr u togħma qawwija li ddum fil-ħalq.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
15,00 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11,00 |
|
Aċidità totali minima |
4,0 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
|
1. |
Prattiki enoloġiċi Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed L-arrikkiment huwa pprojbit fil-produzzjoni ta’ nbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata tas-Segarcea. Iż-żieda tal-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum tal-most tal-għeneb, tal-most tal-għeneb parzjalment iffermentat jew tal-inbid fil-fermentazzjoni huwa pprojbit. |
|
2. |
Prattika ta’ kultivazzjoni Prattika ta’ kultivazzjoni
|
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Fetească alba, Fetească regală, Riesling Italian, Riesling de Rhin, Sauvignon, Viognier, Pinot gris, Chardonnay 14 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
2. |
Tămâioasă românească, Tămâioasă roză 14 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
3. |
Pinot noir, Merlot, Syrah, Fetească neagră, Marcelan, Negru de Drăgășani, Touriga nacional, Cabernet Franc, Cabernet Sauvignon 12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
4. |
Fetească alba, Fetească regală, Riesling Italian, Riesling de Rhin, Sauvignon, Viognier, Pinot gris, Chardonnay 112-il ettolitru għal kull ettaru |
|
5. |
Tămâioasă românească, Tămâioasă roză 112-il ettolitru għal kull ettaru |
|
6. |
Pinot noir, Merlot, Syrah, Fetească neagră, Marcelan, Negru de Drăgășani, Touriga nacional, Cabernet Franc, Cabernet Sauvignon 96 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Il-Kontea ta’ Dolj:
|
— |
ir-raħal ta’ Segarcea |
|
— |
Il-Muniċipalità ta’ Lipovu - l-irħula ta’ Lipovu u Lipovu de Sus; |
|
— |
Il-Muniċipalità ta’ Cerat - l-irħula ta’ Cerat u Malaica |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Cabernet Franc N
Cabernet Sauvignon N - Petit Vidure, Bourdeos tinto
Chardonnay B - Gentil blanc, Pinot blanc Chardonnay
Fetească albă B - Păsărească albă, Poama fetei, Mädchentraube, Leanyka, Leanka
Fetească neagră N - Schwarze Mädchentraube, Poama fetei neagră, Păsărească neagră, Coada rândunicii
Fetească regală B - Königliche Mädchentraube, Königsast, Kiralyleanka, Dănășană, Galbenă de Ardeal
Marcelan N
Merlot N - Bigney rouge
Negru de Drăgăşani N
Pinot Gris G - Affumé, Grau Burgunder, Grauburgunder, Grauer Mönch, Pinot cendré, Pinot Grigio, Ruländer
Pinot noir N - Blauer Spätburgunder, Burgund mic, Burgunder roter, Klăvner Morillon Noir
Riesling de Rhin B - Weisser Riesling, White Riesling
Riesling italian B - Olasz Riesling, Olaszriesling, Welschriesling
Sauvignon B - Sauvignon verde
Syrah N - Shiraz, Petit Syrah
Touriga Nacional R
Tămâioasă românească B - Rumanische Weihrauchtraube, Tamianka
Tămâioasă roză Rs - Muscat rouge de Frontignan
Viognier B - Petit Vionnier, Viogne, Galopine, Vugava bijela
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Rabta maż-żona demarkata
Iċ-ċentru tal-vitikultura ta’ Segarcea huwa parti mir-reġjun tal-vitikultura Dealurile Munteniei și Olteniei (l-Għoljiet ta’ Oltenia u Muntenia). Jinsab fil-Pjanura tar-Rumanija, 29 km fin-Nofsinhar tal-belt ta’ Craiova, f’altitudni predominanti ta’ 145 m. Segarcea tinsab fuq il-parallel 44°10' lejn it-Tramuntana u fuq il-meridjan 23°72' lejn il-Lvant.
Segarcea tinsab fil-parti ċentrali tal-Pjanura ta’ Oltenia fil-medda ta’ art bejn ix-xmajjar Jiu (fil-Lvant) u Desnăţui (fil-Punent), u hija parti mill-Câmpia Desnăţuiului (il-Pjanura ta’ Desnăţui). Din il-medda ta’ art bejn ix-xmajjar tissejjaħ Câmpia Segarcei (il-Pjanura ta’ Segarcea). Flimkien mal-Câmpia Băileştiului (il-Pjanura ta’ Băileşti), tifforma parti mill-Pjanura ta’ Desnăţui.
Il-Pjanura ta’ Segarcea ma fihiex terren eoliku (iffurmat bir-riħ) u tinkludi l-pjanura tal-għoljiet baxxi ta’ Sălcuţa u t-terrazzi tax-Xmara Danubju li ħamsa minnhom (minn total ta’ tmienja) ikomplu lejn il-Lvant tax-Xmara Desnăţui.
Iż-żoni miksija bil-vinji li jappartjenu għaċ-ċentru tal-vitikultura ta’ Segarcea jinsabu fit-tarf tan-Nofsinhar tal-pjanura tal-għoljiet baxxi ta’ Sălcuţa u fuq l-inklinazzjoni b’esponiment l-aktar lejn in-Nofsinhar li tgħaqqad it-tielet terrazza tad-Danubju u l-pjanura fl-għoli ta’ Sălcuţa. Din iż-żona tinsab bejn il-kurvi ipsometriċi ta’ 100 m u 150 m. Fil-fatt, l-ogħla punti ta’ din iż-żona jinsabu hawn: Dealul Viilor, f’għoli ta’ 151,7 m, u Dealul Robului, f’għoli ta’ 150,3 m. It-tipi ta’ ħamrija li ġejjin jinsabu fit-territorju taċ-ċentru tal-vitikultura ta’ Segarcea: ħamrija chernozem kambika tipika, ħamrija chernozem kambika li sofriet erożjoni u ħamrija li sofriet erożjoni (fuq l-inklinazzjonijiet).
Mil-lat tal-ġeoloġija tad-depożiti tal-wiċċ u tal-litoloġija, il-Pjanura ta’ Oltenia tmur lura għall-aħħar tal-era Plijoċenika, jekk titqies il-formazzjoni tal-ewwel art niexfa, iżda tmur lura għall-Kwaternarju jekk naħsbu dwar l-azzjoni tal-iffurmar li kienet suġġetta għalih wara dan.
F’dak li jirrigwarda l-materjal litoloġiku, il-biċċa l-kbira tiegħu hija ffurmata minn sediment tal-loess, sedimenti ta’ trab ġulġlieni u taflin tal-Plejstoċenu u trab ġulġlieni ramli b’kontenut għoli ta’ karbonat. Dan il-materjal ta’ oriġini alluvjali u dulluvjali ġie ddepożitat fl-era tal-Kwaternarju, fil-perjodu bejn l-eri tas-silġ. Dawn id-depożiti jiffurmaw saff ta’ ftit ċentimetri f’fond ta’ bejn 8 m u 15-il m, li jgħatti depożiti eqdem ramlin u ta’ trab ġulġlieni, ramlin jew ramlin u tal-lom mill-aħħar tal-era Plijoċenika.
F’din iż-żona, dawn huma żoni bi proċessi dulluvjali mmarkati. Id-depożiti dulluvjali huma relatati mal-moviment ta’ ċerti depożiti tal-Plejstoċenu diġà eżistenti, minħabba l-azzjoni tal-ilma bi fluss diffuż fil-forma ta’ folja tal-ilma kkawżata mix-xita u t-tidwib tal-borra u minħabba l-gravità (art li taqa’, valangi). Fuq ċerti wċuħ, hemm sedimenti dulluvjali li jkopru għalkollox il-widien mingħajr skular lonġitudinali lineari, b’inklinazzjonijiet li huma faċli biex jiġu stabbilizzati u użati għall-agrikoltura.
Il-klima hija kontinentali moderata, b’influwenzi Mediterranji dgħajfa kkawżati mill-frekwenza tal-mases tal-arja mill-Punent u l-Lbiċ, biex ma nsemmux il-mases tal-arja tropikali min-Nofsinhar u dawk mil-Lvant tal-Ewropa.
It-temperatura medja pluriennali hija 11,6-il °C. It-temperatura medja tal-aktar xahar sħun hija 24,1 °C, li tvarja bejn 22,7 °C u 26,8 °C.
It-total tal-preċipitazzjoni annwali huwa 565 mm (il-medja għal 5 snin), li minnhom 281 mm ikunu matul il-perjodu tat-tkabbir.
Hemm provi bil-miktub tal-kultivazzjoni tad-dwieli u l-produzzjoni tal-inbid li jmorru lura għall-1557, f’dokument li fih Pătraşcu cel Bun (Pătraşcu t-Twajjeb), missier Mihai Viteazul (Mihai l-Qalbieni) ta “l-artijiet ta’ Segarcea lil bintu Maria” bħala dota. Dak iż-żmien, id-dwieli u l-inbejjed ta’ Segarcea kienu magħrufin. Iċ-ċentru tal-vitikultura ta’ Segarcea ġie rrikonoxxut għall-ewwel darba flimkien ma’ 27 ċentru tal-vitikultura oħra fir-Rumanija bħala awtorizzat li jipproduċi nbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata permezz tad-Digriet tal-Kunsill tal-Ministri tal-25 ta’ Mejju 1929.
8.2. Interazzjoni kawżali
Il-varjetajiet il-ġodda u t-teknoloġiji l-ġodda tal-kultivazzjoni u tal-produzzjoni tal-inbid ifissru li d-DOP tas-Segarcea bħalissa tgawdi reputazzjoni eċċellenti.
It-tul tas-sigħat ta’ xemx, it-temperatura ambjentali u l-preċipitazzjoni atmosferika huma karatteristiċi klimatiċi essenzjali għal reġjun tal-vitikultura, b’impatt deċiżiv fuq il-proċessi bijoloġiċi, fiżjoloġiċi u bijokimiċi tad-dielja, li jinfluwenzaw il-kwalità u l-karattru tipiku tal-inbejjed miksuba f’Segarcea.
Il-maġġoranza tal-ħamrija li tintuża għall-vitikultura għandha kontenut għoli ta’ karbonat tal-kalċju u ammont kbir ta’ ossidi tal-ħadid, li jagħti lill-inbejjed ħomor miksuba hawnhekk kulur aħmar jgħajjat u jagħmilhom rotob ħafna, b’personalità pronunzjata. L-inbejjed prodotti hawnhekk huma tajbin biex jitqaddmu.
Il-pjantaġġuni tad-dwieli ġeneralment ikunu esposti lejn in-Nofsinhar, il-Lbiċ jew ix-Xlokk, peress li ħafna minnhom jinsabu fuq inklinazzjonijiet relattivament lixxi u fuq qraten. L-ammont kbir ta’ dawl tax-xemx, ir-riżorsi eljotermali għonja u l-preċipitazzjoni aktar baxxa huma fattur importanti għall-kwalità tal-inbejjed (aromi qawwija ta’ frott aħmar, robustezza u freskezza).
It-taħlita tal-ħamrija u tal-kundizzjonijiet klimatiċi tiffavorixxi l-produzzjoni ta’ nbejjed bil-karatteristiċi tipiċi taż-żona, b’noti qawwija ta’ frott u kapaċità għolja ta’ tqaddim. Il-produzzjoni tal-għeneb mill-vitis vinifera mlaqqma fl-għeruq selvaġġi, ippożizzjonata bir-reqqa skont il-“potenzjal” tal-art, tista’ trendi nbejjed ta’ kwalità.
L-għeneb għall-inbejjed bojod jinħasad b’mod mekkanizzat, jinżamm f’maċerazzjoni pellikulari f’temperaturi ta’ bejn 8 °C u 10 °C, b’fermentazzjoni bil-mod, f’tankijiet tal-azzar li ma jissaddadx b’temperatura kkontrollata ta’ bejn 15-il °C u 18-il °C, u maturazzjoni fuq in-naqal ġeneralment għal perjodi ta’ bejn 3 u 5 xhur u għal xi nbejjed għal bejn 21 u 30 jum.
Jiżviluppa dehra safra lewn it-tiben bi ħjiel ħadrani, b’aromi qawwija ta’ fjuri bojod tal-akaċja li jkunu għadhom kemm ħarġu l-fjuri. Il-maturazzjoni f’tankijiet fuq in-naqal flimkien ma’ fermentazzjoni twila jirriżultaw f’noti ta’ ħaxix u sebuqa, frott eżotiku, ħawħ (kemm fil-fwieħa kif ukoll fil-palat).
It-togħma hija ddominata minn freskezza, xuttaġni, b’aċidità taċ-ċitru, b’bilanċ bejn noti ta’ fjuri jew frott, aċidità taċ-ċitru ogħla mill-medja u li ddum tintiegħem, struttura solida ta’ frott u butir, brioche sħuna, frott abjad, ċitru u ġellewż li jkun għadu kif ġie nkaljat.
L-inbejjed aromatiċi tipiċi (għeneb maħsud bl-idejn) jinkisbu l-aktar f’varjanti xotti u nofshom misjurin, u l-fwieħa kumplessa tvarja minn tal-ward għal polpa tal-frott ħelu, minn fjuri bojod għall-aromi klassiċi tal-Muscat. Huma vivaċi u robusti minħabba l-aċidità speċifika tagħhom.
Għall-kisba ta’ nbejjed ħomor/rożè, l-għeneb jinħasad b’mod mekkanizzat. Jintużaw proċessi tradizzjonali tal-produzzjoni tal-inbid sabiex jiġu estratti aktar kulur u tannini; l-inbejjed jiġu mmaturati għal medja ta’ 6-8 xhur fi btieti tal-ballut sabiex jiġu integrati l-aromi li jirriżultaw mill-kuntatt mal-injam. Tiżviluppa fwieħa ddominata mill-frott (ċirasa, lampun u frawli) u l-ħwawar, kemm f’termini ta’ riħa kif ukoll ta’ togħma. Fuq il-palat, l-inbejjed għandhom bilanċ bejn noti ta’ frott u likurizja, b’xi ftit traċċi ta’ njam mixwi u tannini bbilanċjati integrati sew; l-inbejjed huma robusti, b’noti ta’ frott artab, ħwawar aromatiċi, flimkien ma’ njam u vanilla fl-inbid imqaddem fil-btieti.
Il-ħsad mekkanizzat tal-għeneb, bil-maċerazzjoni u l-fermentazzjoni f’tankijiet b’rimontaġġ, li jimmaniġġjaw it-temperaturi tal-fermentazzjoni u n-numru ta’ rimontaġġi, għandu l-għan li jipproduċi nbejjed b’togħma tal-frott b’inqas tannini. Il-maturazzjoni ssir prinċipalment f’tankijiet tal-azzar li ma jissaddadx u parzjalment fi btieti tal-ballut għal perjodu medju ta’ bejn 6 u 8 xhur. L-ispettru wiesa’ ta’ aromi li jirriżulta minn maċerazzjoni twila ta’ madwar tmien ġimgħat u 8 xhur sa 18-il xahar ta’ maturazzjoni fi btieti tal-ballut ivarja minn ġammijiet għal frott artab frisk u vanilla.
8.3. Dettalji tal-prodotti
L-inbejjed bojod huma ta’ kulur isfar lewn it-tiben (ħadrani), b’aromi qawwija ta’ fjuri tal-akaċja, u noti ta’ ħaxix u sebuqa minn fermentazzjoni twila, u ta’ frott eżotiku u ħawħ. It-togħma hija friska, b’aċidità taċ-ċitru, fjuri (akaċja), għasel, frott misjur, aċidità taċ-ċitru ogħla mill-medja u li ddum tintiegħem, struttura solida ta’ frott u butir, brioche sħuna, ċitru u ġellewż li jkun għadu kif ġie nkaljat.
L-inbejjed aromatiċi tipiċi għandhom fwieħa kumplessa (ward, polpa tal-frott ħelu), u l-aromi klassiċi tal-Muscat, b’vivaċità u robustezza minħabba l-aċidità speċifika tagħhom.
L-inbejjed ħomor għandhom fwieħa ddominata mill-frott aħmar (ċirasa, lampun u frawli), ħwawar, b’bilanċ bejn noti ta’ frott u likurizja, tannini bbilanċjati integrati u moderati, huma robusti, b’noti ta’ frott artab, ħxejjex aromatiċi, injam u vanilla fl-inbid imqaddem fil-btieti.
L-ispettru wiesa’ ta’ aromi li jirriżulta minn maċerazzjoni twila ta’ madwar tmien ġimgħat u 8 xhur sa 18-il xahar ta’ maturazzjoni fi btieti tal-ballut ivarja minn ġammijiet għal frott artab frisk u vanilla.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Rekwiżiti addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit
Fuq it-tikkettar tal-inbejjed, id-denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Segarcea tista’ tiġi supplimentata, skont l-interessi tal-produtturi, b’wieħed mill-ismijiet ta’ vinji uniċi li ġejjin: DEALU ROBULUI, PIETRICEAUA, GRĂDINA POPEŞTI, DEALU VIILOR, MALAICA, PLAIU VIILOR, LA CARIERĂ, LA TUFAN jew DEALU LIPOVULUI.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.onvpv.ro/sites/default/files/caiet_sarcini_doc_segarcea_modif_standard_cf_cerere_2020_no_track_changes_final.pdf