ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 409

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
25 ta' Ottubru 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 409/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10827 — SCINTIA / BEIERSDORF) ( 1 )

1

2022/C 409/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10847 — NBH / NLMK DANSTEEL) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2022/C 409/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2052, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2042

3

2022/C 409/04

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2052, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2042

5

2022/C 409/05

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2051 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2043 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

7

2022/C 409/06

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2051 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2043 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

8

2022/C 409/07

Avviż għall-attenzjoni tal-individwu soġġett għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2035, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 1352/2014, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2022/2034 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

10

2022/C 409/08

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

12

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 409/09

Rata tal-kambju tal-euro — L-24 ta' Ottubru 2022

13


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 409/10

Pubblikazzjoni ta’ post vakanti għall-Membru tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fil-grad AD14 (Konsulent Prinċipali) — Segretarjat Ġenerali — Ingaġġ ta’ Aġent Temporanju skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra — COM/2022/10418

14

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 409/11

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10928 — ICI / BENVIC) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15

2022/C 409/12

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10910 — Macquarie / Aberdeen / AIP / Certain MásMóvil Assets) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10827 — SCINTIA / BEIERSDORF)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 409/01)

Fit 7 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10827. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10847 — NBH / NLMK DANSTEEL)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 409/02)

Fit 11 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10847. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/3


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2052, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2042

(2022/C 409/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2052 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 (3), kif emendat bir-Regolament (UE) 2022/2042 (4).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għadhom jissodisfaw il-kriterju stabbilit fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2052 (5) , u fir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea, kif emendat bir-Regolament (UE) 2022/2042 (6) u għaldaqstant jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għall-miżuri. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjonijiet ta' dawn il-persuni, entitajiet u korpi jidhru fl-entrata rilevanti f'dawk l-Annessi.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, qabel it-30 ta' Ġunju 2023, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser titqies kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2052.

Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 280 26.10.2010, p. 10.

(2)  ĠU L 275 25.10.2022, p. 74.

(3)  ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.

(4)  ĠU L 275 25.10.2022, p. 48.

(5)  ĠU L 275 25.10.2022, p. 74.

(6)  ĠU L 275 25.10.2022, p. 48.


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/5


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2052, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2042

(2022/C 409/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' proċessar huma d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2052, u r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 (3), kif emendat bir-Regolament (UE) 2022/2042.

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' proċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' proċessar huwa r-RELEX.1 li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta' proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2052, u r-Regolament (UE) Nru 1284/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2022/2042.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji ta' elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2052 u r-Regolament (UE) Nru 1284/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2022/2042.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 280 26.10.2010, p. 10.

(3)  ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/7


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2051 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2043 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

(2022/C 409/05)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2051 (2) u fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/2043 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom ikomplu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2051 u fir-Regolament (UE) 2015/1755, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/2043 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/1755, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuna kkonċernata tista' tibgħat talba lill-Kunsill qabel it-23 ta' Ġunju 2023, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li din il-persuna tiġi inkluża fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni riċevuta ser titqies għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni t(PESK) 2015/1763 kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2051 u l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2015/1755, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/2043 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37.

(2)  ĠU L 275, 25.10.2022, p. 72.

(3)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 1.

(4)  ĠU L 275, 25.10.2022, p. 50.


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/8


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2051 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2043 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

(2022/C 409/06)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2051 (3), u r-Regolament (UE) 2015/1755 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/2043 (5), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu RELEX.1 li wieħed jista' jikkuntattja f'dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2051, u mar-Regolament (UE) 2015/1755, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/2043.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji ta' elenkar kif stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2051, u fir-Regolament (UE) 2015/1755, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/2043.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37.

(3)  ĠU L 275, 25.10.2022, p. 72.

(4)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 1.

(5)  ĠU L 275, 25.10.2022, p. 50.


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/10


Avviż għall-attenzjoni tal-individwu soġġett għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2035, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 1352/2014, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2022/2034 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

(2022/C 409/07)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-individwu li jidher fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2035 (2) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2022/2034 (4) rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen.

Fl-4 ta' Ottubru 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2140 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, żied individwu wieħed mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

L-individwu kkonċernat jista' fi kwalunkwe ħin jippreżenta talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2140 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li tiġi inkluża dik il-persuna fil-lista tan-NU tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Focal Point for De-listing

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room DC2 2034

United Nations

New York, N.Y. 10017

United States of America

Tel.: +1 917 367 9448

Fax: +1 917 367 0460

Indirizz elettroniku: delisting@un.org

Għal aktar informazzjoni, ara: https://www.un.org/securitycouncil/fr/sanctions/2140/materials/procedures-for-delisting.

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-individwu ddeżinjat min-NU għandu jiġi inkluż fil-listi ta' persuni u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/932/PESK kif implementata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2022/2035 u fir-Regolament (UE) Nru 1352/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2034. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista ta' dan l-individwu kkonċernat jinsabu fl-entrata rilevanti tal-Anness għad-Deċiżjoni u fl-Anness I għar-Regolament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwu kkonċernat dwar il-possibbiltà li jippreżenta applikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

L-individwu kkonċernat jista' jippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jkun inkluż fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

DG RELEX 1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-individwu kkonċernat qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147.

(2)  ĠU L 274 I, 24.10.2022, p. 4.

(3)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 60.

(4)  ĠU L 274 I, 24.10.2022, p. 1.


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/12


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

(2022/C 409/08)

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni ta' Alexander (Alexandr) Petrovich KALASHNIKOV (Nru 1), WANG Junzheng (Nru 6), JONG Kyong-thaek (magħruf ukoll bħala CHO'NG Kyo'ng-t'aek) (Nru 9), RI Yong Gil (magħruf ukoll bħala RI Yong Gi, RI Yo'ng-kil, YI Yo'ng-kil) (Nru 10), Abderrahim AL-KANI (magħruf ukoll bħala Abdul-Rahim AL-KANI, Abd-al-Rahim AL-KANI, Abdel Rahim KHALIFA Abdel Rahim AL-SHAQAQI) (Nru 12), Kaniyat Militia (magħrufa wkoll bħala 7th Brigade, Tarhuna 7th Brigade, Tarhuna Brigade) (magħrufa wkoll bħala 9th Brigade, Al-Kani Militia, Al-Kaniyat, Kani Brigade, Kaniat, Kaniyat, Kanyat) (Nru 3), il-Grupp Wagner magħruf ukoll bħala Vagner Group, PMC Wagner, Liga, League, (Nru 5), persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (2) dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati. Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel l-1 ta' Novembru 2022, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu


(1)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.

(2)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/13


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta' Ottubru 2022

(2022/C 409/09)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

0,9851

JPY

Yen Ġappuniż

146,76

DKK

Krona Daniża

7,4385

GBP

Lira Sterlina

0,87070

SEK

Krona Żvediża

11,0795

CHF

Frank Żvizzeru

0,9856

ISK

Krona Iżlandiża

142,50

NOK

Krona Norveġiża

10,3920

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,482

HUF

Forint Ungeriż

411,88

PLN

Zloty Pollakk

4,7908

RON

Leu Rumen

4,9128

TRY

Lira Turka

18,3298

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5631

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3502

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

7,7329

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7343

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4008

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 418,40

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

18,0625

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1544

HRK

Kuna Kroata

7,5337

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 362,63

MYR

Ringgit Malażjan

4,6674

PHP

Peso Filippin

58,021

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,600

BRL

Real Brażiljan

5,1461

MXN

Peso Messikan

19,6514

INR

Rupi Indjan

81,5451


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/14


Pubblikazzjoni ta’ post vakanti għall-Membru tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fil-grad AD14 (Konsulent Prinċipali)

Segretarjat Ġenerali

Ingaġġ ta’ Aġent Temporanju skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra

COM/2022/10418

(2022/C 409/10)

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat avviż ta’ post battal (referenza COM/2022/10418) biex tistabbilixxi lista qasira ta’ kandidati xierqa biex jassumu l-kariga ta’ Konsulent Prinċipali – Membru tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fis-Segretarjat Ġenerali (grad AD 14).

Biex tikkonsulta t-test tal-avviż ta’ post vakanti f’24 lingwa u biex tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok żur din il-paġna web speċifika fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea:

 

https://europa.eu/!nFCdbF


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10928 — ICI / BENVIC)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 409/11)

1.   

Fit-13 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

International Chemical Investors 4 SE (“ICI”, Il-Lussemburgu),

Benvic Group SAS (iktar’ il quddiem “Benvic”, Franza).

ICI takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-intier ta’ Benvic.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

ICI huwa grupp industrijali, li jiffoka fuq negozji kimiċi u farmaċewtiċi ta’ daqs medju u permezz ta’ Vynova Holding S.A. hija attiva fil-produzzjoni ta’ reżini ta’ sospensjoni tal-komoditajiet PVC (“S-PVC”),

BENVIC huwa produttur tal-komposti ta’ PVC.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10928 — ICI / BENVIC

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10910 — Macquarie / Aberdeen / AIP / Certain MásMóvil Assets)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 409/12)

1.   

Fis-17 ta’ Ottubru 2022 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Macquarie Asset Holdings Limited (“Macquarie”, ir-Renju Unit),

Aberdeen Infrastructure (Holdco) IV B.V. u Aberdeen Infrastructure (Holdco) IV-A B.V. (flimkien “Aberdeen”, in-Netherlands),

Arjun Infrastructure Partners Limited (“AIP”, ir-Renju Unit),

Netwerk fibra sad-dar (“FTTH”)(“Certain MásMóvil Assets”, Spanja) attwalment proprjetà ta’ MásMóvil Broadband S.A.U.

Macquarie, Aberdeen u AIP se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett permezz ta’ Uclés Infraco, S.L. (“Uclés Infraco”, Spanja) ta’ Certain MásMóvil Assets.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Macquarie hija fornitur globali ta’ servizzi ta’ investiment, bankarji u finanzjarji attiv f’firxa wiesgħa ta’ negozji, inkluż l-investiment f’firxa wiesgħa ta’ setturi bħar-riżorsi u l-komoditajiet, l-enerġija, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-infrastruttura u l-proprjetà immobbli,

Aberdeen huwa maniġer tal-assi li jġestixxi klassijiet ta’ assi diversifikati jiġifieri ekwitajiet, introjtu fiss, proprjetà, infrastruttura u ekwità privata. Huwa attiv f’firxa wiesgħa ta’ setturi, inklużi t-trasport, l-infrastruttura soċjali, l-iskart u t-trattament tal-ilma u n-networks tal-produzzjoni tal-enerġija nadifa,

L-AIP hija kumpanija indipendenti tal-immaniġġjar tal-assi ddedikata għall-eżekuzzjoni u l-ġestjoni ta’ investimenti fl-infrastruttura tas-suq medju. Permezz tal-kumpaniji tal-portafoll ikkontrollati tagħha, l-AIP hija attiva f’setturi differenti inklużi t-trasport (operatur tal-laneċ u negozju ta’ servizzi tal-awtostradi), l-enerġija rinnovabbli (pjattaformi solari, impjanti tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta u fuq l-art, impjanti tal-bijoenerġija, kumpaniji tal-ilma u ilma mormi), is-setturi regolati (utilità tal-enerġija integrata u distribuzzjoni tal-enerġija) u l-infrastruttura diġitali (fibra).

Certain MásMóvil Assets li tikkonsisti f’netwerk FTTH li se jitħaddem minn Uclés Infraco bl-appoġġ tal-kumpanija oħt tagħha Pentacom Investments (Spanja) Opco, S.L.U. (“Onivia”, Spanja) (it-tnejn li huma kkontrollati b’mod konġunt minn Macquarie, Aberdeen u AIP) biex jipprovdu servizzi ta’ aċċess għall-internet broadband bl-ingrossa lill-Fornituri tas-Servizz tal-Internet biex dawn ikunu jistgħu jipprovdu servizzi tal-internet bl-imnut lill-klijenti finali. Onivia (flimkien ma’ Uclés Infraco), hija operatur tal-infrastruttura newrali attiv fil-forniment ta’ servizzi ta’ aċċess għall-broadband bl-ingrossa fi Spanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10910 — Macquarie / Aberdeen / AIP / Certain MásMóvil Assets

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.