| 
                ISSN 1977-0987  | 
         ||
| 
                Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
            
                C 407  | 
         |
                
             | 
            ||
| 
                Edizzjoni bil-Malti  | 
            
                Informazzjoni u Avviżi  | 
            
                Volum 65  | 
         
| 
                Werrej  | 
            
                Paġna  | 
         |
| 
                
  | 
            
                II Komunikazzjonijiet  | 
            |
| 
                
  | 
            
                KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA  | 
            |
| 
                
  | 
            
                Il-Kummissjoni Ewropea  | 
            |
| 
                2022/C 407/01  | 
            
                Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10347 — SYNTHOS / TRINSEO (SYNTHETIC RUBBER BUSINESS)) ( 1 )  | 
            |
| 
                2022/C 407/02  | 
            
                Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10725 — SK CAPITAL PARTNERS / POLYMER ADDITIVES HOLDINGS) ( 1 )  | 
            |
| 
                2022/C 407/03  | 
            
                Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10902 — FEV CONSULTING / MITSUBISHI CORPORATION / JV) ( 1 )  | 
            
| 
                
  | 
            
                IV Informazzjoni  | 
            |
| 
                
  | 
            
                INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA  | 
            |
| 
                
  | 
            
                Il-Kummissjoni Ewropea  | 
            |
| 
                2022/C 407/04  | 
            ||
| 
                
  | 
            
                INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI  | 
            |
| 
                2022/C 407/05  | 
            
| 
                
  | 
            
                V Avviżi  | 
            |
| 
                
  | 
            
                ATTI OĦRAJN  | 
            |
| 
                
  | 
            
                Il-Kummissjoni Ewropea  | 
            |
| 
                2022/C 407/06  | 
            
| 
                
  | 
            
                | 
         
| 
                
  | 
            
                (1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.  | 
         
| 
                MT  | 
            
                
  | 
         
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
| 
                   24.10.2022  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 407/1  | 
            
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10347 — SYNTHOS / TRINSEO (SYNTHETIC RUBBER BUSINESS))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 407/01)
Fit 21 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
| 
                      —  | 
                  
                      fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,  | 
               
| 
                      —  | 
                  
                      f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10347. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.  | 
               
| 
                   24.10.2022  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 407/2  | 
            
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10725 — SK CAPITAL PARTNERS / POLYMER ADDITIVES HOLDINGS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 407/02)
Fit 15 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
| 
                      —  | 
                  
                      fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,  | 
               
| 
                      —  | 
                  
                      f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10725. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.  | 
               
| 
                   24.10.2022  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 407/3  | 
            
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10902 — FEV CONSULTING / MITSUBISHI CORPORATION / JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 407/03)
Fit 14 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
| 
                      —  | 
                  
                      fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,  | 
               
| 
                      —  | 
                  
                      f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10902. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.  | 
               
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
| 
                   24.10.2022  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 407/4  | 
            
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-21 ta' Ottubru 2022
(2022/C 407/04)
1 euro =
            
         
| 
                      
  | 
                  
                      Munita  | 
                  
                      Rata tal-kambju  | 
               
| 
                      USD  | 
                  
                      Dollaru Amerikan  | 
                  
                      0,9730  | 
               
| 
                      JPY  | 
                  
                      Yen Ġappuniż  | 
                  
                      147,59  | 
               
| 
                      DKK  | 
                  
                      Krona Daniża  | 
                  
                      7,4382  | 
               
| 
                      GBP  | 
                  
                      Lira Sterlina  | 
                  
                      0,87728  | 
               
| 
                      SEK  | 
                  
                      Krona Żvediża  | 
                  
                      11,0868  | 
               
| 
                      CHF  | 
                  
                      Frank Żvizzeru  | 
                  
                      0,9855  | 
               
| 
                      ISK  | 
                  
                      Krona Iżlandiża  | 
                  
                      141,10  | 
               
| 
                      NOK  | 
                  
                      Krona Norveġiża  | 
                  
                      10,4315  | 
               
| 
                      BGN  | 
                  
                      Lev Bulgaru  | 
                  
                      1,9558  | 
               
| 
                      CZK  | 
                  
                      Krona Ċeka  | 
                  
                      24,511  | 
               
| 
                      HUF  | 
                  
                      Forint Ungeriż  | 
                  
                      412,88  | 
               
| 
                      PLN  | 
                  
                      Zloty Pollakk  | 
                  
                      4,7885  | 
               
| 
                      RON  | 
                  
                      Leu Rumen  | 
                  
                      4,9125  | 
               
| 
                      TRY  | 
                  
                      Lira Turka  | 
                  
                      18,0988  | 
               
| 
                      AUD  | 
                  
                      Dollaru Awstraljan  | 
                  
                      1,5646  | 
               
| 
                      CAD  | 
                  
                      Dollaru Kanadiż  | 
                  
                      1,3465  | 
               
| 
                      HKD  | 
                  
                      Dollaru ta’ Hong Kong  | 
                  
                      7,6376  | 
               
| 
                      NZD  | 
                  
                      Dollaru tan-New Zealand  | 
                  
                      1,7347  | 
               
| 
                      SGD  | 
                  
                      Dollaru tas-Singapor  | 
                  
                      1,3917  | 
               
| 
                      KRW  | 
                  
                      Won tal-Korea t’Isfel  | 
                  
                      1 404,32  | 
               
| 
                      ZAR  | 
                  
                      Rand ta’ l-Afrika t’Isfel  | 
                  
                      18,0021  | 
               
| 
                      CNY  | 
                  
                      Yuan ren-min-bi Ċiniż  | 
                  
                      7,0504  | 
               
| 
                      HRK  | 
                  
                      Kuna Kroata  | 
                  
                      7,5325  | 
               
| 
                      IDR  | 
                  
                      Rupiah Indoneżjan  | 
                  
                      15 199,12  | 
               
| 
                      MYR  | 
                  
                      Ringgit Malażjan  | 
                  
                      4,6101  | 
               
| 
                      PHP  | 
                  
                      Peso Filippin  | 
                  
                      57,287  | 
               
| 
                      RUB  | 
                  
                      Rouble Russu  | 
                  
                      
  | 
               
| 
                      THB  | 
                  
                      Baht Tajlandiż  | 
                  
                      37,349  | 
               
| 
                      BRL  | 
                  
                      Real Brażiljan  | 
                  
                      5,1117  | 
               
| 
                      MXN  | 
                  
                      Peso Messikan  | 
                  
                      19,5521  | 
               
| 
                      INR  | 
                  
                      Rupi Indjan  | 
                  
                      80,7390  | 
               
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
| 
                   24.10.2022  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 407/5  | 
            
Skemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (1)
(2022/C 407/05)
| 
                      Titolu tal-iskema  | 
                  
                      Mezzi ta’ eID skont l-iskema notifikata  | 
                  
                      Stat Membru Notifikatur  | 
                  
                      Livell ta’ assigurazzjoni  | 
                  
                      Awtorità responsabbli għall-iskema  | 
                  
                      Data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      eID Ġermaniża bbażata fuq Kontroll tal-Aċċess Estiż  | 
                  
                      Karta tal-Identità Nazzjonali Permess ta’ Residenza Elettroniku Karta tal-identità elettronika (eID) għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini taż-ŻEE  | 
                  
                      Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 DGI2@bmi.bund.de +49 30 186810  | 
                  
                      26.9.2017 14.12.2020  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      SPID – Sistema Pubblika tal-Identità Diġitali  | 
                  
                      Mezz ta’ eID tal-iSPID mogħti minn: 
 
 
 
 
 
 
 
  | 
                  
                      L-Italja  | 
                  
                      Għoli Sostanzjali Baxx  | 
                  
                     
 eidas-spid@agid.gov.it +39 06 85264 407  | 
                  
                      10.9.2018  | 
               ||||||||||||||||||||
                     
  | 
                  
                      
  | 
                  
                      
  | 
                  
                      
  | 
                  
                      13.9.2019  | 
               |||||||||||||||||||||
| 
                      Sistema Nazzjonali ta’ Identifikazzjoni u Awtentikazzjoni (NIAS)  | 
                  
                      Karta tal-Identità Personali (eOI)  | 
                  
                      Ir-Repubblika tal-Kroazja  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 e-gradjani@uprava.hr  | 
                  
                      7.11.2018  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Skema Estonjana ta’ eID: Karta tal-identità Skema Estonjana ta’ eID: Karta tal-RP Skema Estonjana ta’ eID: Digi-ID Skema Estonjana ta’ eID: Digi-ID residenza elettronika Skema Estonjana ta’ eID: Mobiil-ID Skema Estonjana ta’ eID: karta tal-identità diplomatika  | 
                  
                     
 
 
 
 
 
  | 
                  
                      Ir-Repubblika tal-Estonja  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 eid@politsei.ee +372 612 3000  | 
                  
                      7.11.2018  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Documento Nacional de Identidad electrónico (DNIe)  | 
                  
                      Karta tal-identità Spanjola (DNIe)  | 
                  
                      Ir-Renju ta’ Spanja  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 divisiondedocumentacion@policia.es  | 
                  
                      7.11.2018  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Karta tal-identità nazzjonali tal-Lussemburgu (karta tal-eID)  | 
                  
                      Karta tal-eID tal-Lussemburgu  | 
                  
                      Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 minint@mi.etat.lu secretariat@ctie.etat.lu +352 2478 4600  | 
                  
                      7.11.2018  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Skema Belġjana ta’ eID FAS/eCards  | 
                  
                      eCard ta’ Ċittadinanza Belġjana eCard ta’ Barrani  | 
                  
                      Ir-Renju tal-Belġju  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 eidas@bosa.fgov.be  | 
                  
                      27.12.2018  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Cartão de Cidadão (CC)  | 
                  
                      Karta tal-identità nazzjonali Portugiża (eID card)  | 
                  
                      Ir-Repubblika Portugiża  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 ama@ama.pt +351 217 231 200  | 
                  
                      28.2.2019  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      eID Taljana bbażata fuq il-karta tal-Identità Nazzjonali (CIE)  | 
                  
                      Carta di Identità Elettronica (CIE)  | 
                  
                      L-Italja  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 segreteriaservizidemografici@interno.it +39 06 465 27751  | 
                  
                      13.9.2019  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Skema ta’ identifikazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Ċeka  | 
                  
                      Karta tal-eID Ċeka  | 
                  
                      Ir-Repubblika Ċeka  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 eidas@mvcr.cz  | 
                  
                      13.9.2019  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Qafas Fiduċjarju Olandiż għall-Identifikazzjoni Elettronika (Afprakensossel Elektronische Toegangsdiensten)  | 
                  
                      Mezzi maħruġa taħt eHerkenning (għan-negozji)  | 
                  
                      Ir-Renju tan-Netherlands  | 
                  
                      Għoli Sostanzjali  | 
                  
                     
 info@eherkenning.nl  | 
                  
                      13.9.2019  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Skema Slovakka tal-eID  | 
                  
                      Karta tal-eID Slovakka  | 
                  
                      Ir-Repubblika Slovakka  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 eidas@vicepremier.gov.sk +421 2 2092 8177  | 
                  
                      18.12.2019  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Skema Estonjana tal-eID  | 
                  
                      eID karte eParaksts karte eParaksts karte+ eParaksts  | 
                  
                      Il-Latvja  | 
                  
                      Għoli Sostanzjali  | 
                  
                     
 rigas.1.nodala@pmlp.gov.lv 
 eparaksts@eparaksts.lv  | 
                  
                      18.12.2019  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Skema Belġjana ta’ eID FAS/itsme  | 
                  
                      applikazzjoni għall-apparati mobbli itsme®  | 
                  
                      Ir-Renju tal-Belġju  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 eidas@bosa.fgov.be  | 
                  
                      18.12.2019  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Skema Daniża ta’ eID (NemID)  | 
                  
                      Key card NemID Applikazzjoni tal-mowbajl NemID Token NemID NemID fuq il-hardware NemID bl-IVR Magna card (key card) NemID  | 
                  
                      Ir-Renju tad-Danimarka  | 
                  
                      Sostanzjali  | 
                  
                     
 digst@digst.dk +45 3392 5200  | 
                  
                      8.4.2020  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Chave Móvel Digital (CMD)  | 
                  
                      Ċavetta Mobbli Diġitali (eID mobbli)  | 
                  
                      Ir-Repubblika Portugiża  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 ama@ama.pt +351 217 231 200  | 
                  
                      8.4.2020  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Skema Litwana tal-eID (ATK - Asmens tapatybės kortelė)  | 
                  
                      Karta tal-Identità Nazzjonali Litwana  | 
                  
                      Ir-Repubblika tal-Litwanja  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 bendrasisd@vrm.lt +37052717130  | 
                  
                      21.8.2020  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Skema Olandiża tal-eID (DigiD)  | 
                  
                      DigiD  | 
                  
                      Ir-Renju tan-Netherlands  | 
                  
                      Sostanzjali Għoli  | 
                  
                     
 logiussecretariaatproductiehuis@logius.nl  | 
                  
                      21.8.2020  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Skema Maltija ta’ eID (Identity Malta)  | 
                  
                      Karta tal-Identità Elettronika (Karta tal-eID) Dokument ta’ residenza (Karta tal-e-RP)  | 
                  
                      Ir-Repubblika ta’ Malta  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 enquiries@identitymalta.com +35625904900  | 
                  
                      10.12.2021  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Skema Franċiża ta’ eID (FranceConnect+ /The Digital Identity La Poste)  | 
                  
                      L’Identité numérique La Poste (Applikazzjoni għall-apparati mobbli La Poste)  | 
                  
                      Ir-Repubblika Franċiża  | 
                  
                      Sostanzjali  | 
                  
                     
 eidas@franceconnect.gouv.fr  | 
                  
                      10.12.2021  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      eID Żvediża (Svensk e-legitimation)  | 
                  
                      Freja eID Plus  | 
                  
                      Ir-Renju tal-Iżvezja  | 
                  
                      Sostanzjali  | 
                  
                     
 e-legitimation@digg.se +46 77 111 44 00  | 
                  
                      18.2.2022  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Skema Daniża ta’ eID MitID  | 
                  
                      Applikazzjoni tal-mowbajl MitID, Sigurtà msaħħa tal-Applikazzjoni MitID, Ċipp MitID wiri tal-kodiċi MitID, qarrej awdjo tal-kodiċi MitID Password MitID  | 
                  
                      Ir-Renju tad-Danimarka  | 
                  
                      Sostanzjali Għoli  | 
                  
                     
 digst@digst.dk/ eIDAS@digst.dk + 45 33925200  | 
                  
                      24.10.2022  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Skema Norveġiża ta’ eID Bank ID  | 
                  
                      Bank ID  | 
                  
                      Ir-Renju tan-Norveġja  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 Post@Digdir.no + 47 22 45 10 00  | 
                  
                      24.10.2022  | 
               ||||||||||||||||||||
| 
                      Skema Norveġiża ta’ eID Buypass ID  | 
                  
                      Buypass ID  | 
                  
                      Ir-Renju tan-Norveġja  | 
                  
                      Għoli  | 
                  
                     
 Post@Digdir.no + 47 22 45 10 00  | 
                  
                      24.10.2022  | 
               
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
| 
                   24.10.2022  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 407/11  | 
            
Pubblikazzjoni ta’ emenda standard approvata għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fis-settur tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 6b(2) u (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014
(2022/C 407/06)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 6b(5) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).
Komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta li toriġina fi Stat Membru
(ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012)
“Χαλλούμι / Halloumi / Hellim”
Nru tal-UE: PDO-CY-01243-AM01 – 1.8.2022
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem tal-prodott
“Χαλλούμι / Halloumi / Hellim”
2. Stat membru li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Ċipru
3. Awtorità tal-istat membru li tikkomunika l-emenda standard
Dipartiment tal-Agrikoltura – Ministeru tal-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent
4. Deskrizzjoni tal-emenda/i approvata/i
F’konformità mad-Dokument Uniku u mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u mad-data xjentifika li tappoġġahom, l-emendi approvati la jaffettwaw il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u/jew organolettiċi tal-prodott u lanqas ir-rabta tiegħu maż-żona ġeografika. Dan jintwera wkoll mill-fatt li l-karatteristiċi tal-prodott, li huma deskritti fid-Dokument Uniku u fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u li essenzjalment huma attribwibbli għall-karatteristiċi tal-ħalib tal-mogħoż u tan-nagħaġ, huma assoċjati mat-tip ta’ ħalib u huma marbuta miegħu, jiġifieri l-ħalib tal-mogħoż u tan-nagħaġ, mhux mal-ħalib ta’ razez speċifiċi. Barra minn hekk, xi wħud mill-karatteristiċi tal-ħalib tal-mogħoż u tan-nagħaġ, li kif deskritt fid-Dokument Uniku u fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, jaffettwaw il-karatteristiċi tal-Χαλλούμι (Halloumi) / Hellim, jirriżultaw mill-konsum tal-flora lokali, kemm jekk friska kif ukoll jekk imnixxfa. Madankollu, ma hemm l-ebda indikazzjoni fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jew fid-Dokument Uniku, jew xi data xjentifika, li torbot il-karatteristiċi tal-Χαλλούμι (Halloumi) / Hellim ma’ tip partikolari ta’ għalf u/jew ma’ perċentwal ta’ għalf mogħti u/jew ma’ kombinazzjoni ta’ razza speċifika (nagħaġ u mogħoż) ma’ tip speċifiku u perċentwal ta’ għalf. Għalhekk, kwalunkwe esklużjoni ta’ razez u limiti perċentwali fuq l-għalf għajr dawk previsti fil-leġiżlazzjoni (ir-Regolament (UE) Nru 664/2014) tikkomplika l-applikazzjoni tad-DOP Χαλλούμι (Halloumi) / Hellim fil-prattika u ma għandha l-ebda impatt pożittiv bi kwalunkwe mod fuq il-kwalità tal-prodott u/jew fuq it-tisħiħ tar-rabta maż-żona ddefinita.
Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi nnutat li l-emendi approvati jissimplifikaw ukoll il-proċedura għall-verifika tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-DOP Χαλλούμι (Halloumi) / Hellim, peress li jippermettu traċċar aħjar.
Fid-Dokument Uniku, fit-Taqsima 3.3 “Għalf u materja prima”, it-tieni paragrafu taħt l-intestatura “Materja prima”, li jirreferi għal razez ta’ annimali produttivi li l-ħalib tagħhom jintuża għall-produzzjoni tal-Χαλλούμι (Halloumi) / Hellim, huwa emendat kif ġej:
“Il-ħalib tan-nagħaġ u tal-mogħoż jiġi minn razez lokali u razez oħrajn, inklużi l-inkroċji ta’ bejniethom, li jitrabbew fiż-żona ġeografika ddefinita.”
Barra minn hekk, fit-Taqsima 3.3 “Għalf u materja prima” tad-Dokument Uniku, it-tieni paragrafu taħt l-intestatura “Għalf” huwa emendat kif ġej:
“Il-ħalib tan-nagħaġ u tal-mogħoż jiġi minn razez lokali u razez oħrajn, inklużi l-inkroċji ta’ bejniethom, li jirgħu matul is-sena kollha, sakemm il-kundizzjonijiet tat-temp ikunu jippermettu. Il-foraġġ oħxon kollu li huwa parti mid-dieta tan-nagħaġ u tal-mogħoż jiġi prodott lokalment (foraġġ aħdar, ħuxlief, silaġġ, tiben/qasab u ragħa fuq pjanti selvaġġi). Fir-rigward tas-supplimenti tal-għalf jistgħu jintużaw ċereali, inkluż xgħir u qamħirrum, għalf tal-proteini bħal grixa tal-fażola tas-sojja dekortikata, bil-qoxra parzjalment imneħħija, prodotti u prodotti sekondarji ta’ materja prima diversa bħan-nuħħala tal-qamħ, u sustanzi inorganiċi, vitamini u mikronutrijenti.”
Iż-żieda fid-domanda għall-ħalib wasslet biex il-bdiewa jfittxu razez ġodda u aktar produttivi bi kwalità tal-ħalib aħjar. Dan, fil-fatt, jikkomplika l-proċedura għall-ispezzjoni u għat-traċċar tal-ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-Χαλλούμι (Halloumi) / Hellim. Barra minn hekk, fir-rigward tas-supplimenti tal-għalf, minħabba t-tendenza li jiġu inklużi ċereali oħrajn u għalf tal-proteini, l-istabbiliment ta’ perċentwal speċifiku għax-xgħir u għan-nuħħala huwa fattur li jxekkel il-proċedura ta’ spezzjoni b’mod konsiderevoli.
Għalhekk, sabiex jiġu ssimplifikati u ffaċilitati l-ispezzjonijiet u tiġi żgurata konformità sħiħa mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, se jiġu applikati l-emendi approvati.
Deskrizzjoni tal-prodott
Fit-test kollu, se jintuża l-isem “Halloumi”, li jirrappreżenta l-ismijiet indikati hawn fuq, jiġifieri:
| 
                      
  | 
                  
                      “Χαλλούμι” (Halloumi) / “Hellim”  | 
               
Hemm żewġ tipi ta’ Halloumi – frisk u matur.
Il-Halloumi frisk huwa magħmul minn baqta prodotta minn ħalib imbaqqat bil-kimożina. Jissajjar u jingħata l-forma karatteristika tiegħu. Huwa ftit iebes u elastiku, mitwi (f’forma rettangolari jew nofs ċirku), ta’ kulur abjar għal safrani ċar, għandu konsistenza magħquda u jinqata’ faċilment, b’togħma u riħa karatteristiċi. Għandu riħa qawwija ta’ ħalib/xorrox u għandu aroma u togħma ta’ nagħniegħ, riħa tal-kampanja u togħma mielħa qawwija. Il-kontenut massimu ta’ ndewwa huwa 46 %, il-kontenut minimu tax-xaħam huwa 43 % (f’piż niexef) u l-kontenut massimu tal-melħ huwa 3 %.
Il-Halloumi matur huwa magħmul minn baqta prodotta minn ħalib imbaqqat bil-kimożina. Jissajjar u jingħata l-forma karatteristika tiegħu u jitħalla jimmatura fix-xorrox immellaħ għal mill-inqas 40 jum. Huwa bejn ftit iebes sa iebes, inqas elastiku, mitwi (f’forma rettangolari jew nofs ċirku), ta’ kulur abjad għal safrani, għandu konsistenza magħquda u jinqata’ faċilment, b’togħma u riħa karatteristiċi. Għandu riħa qawwija ta’ ħalib/xorrox u aroma u togħma ta’ nagħniegħ, riħa tal-kampanja u togħma mielħa qawwija; huwa ħarira morr u mielaħ ħafna. Il-kontenut massimu ta’ ndewwa huwa 37 %, il-kontenut minimu tax-xaħam huwa 40 % (f’piż niexef), il-kontenut massimu tal-melħ huwa 6 % u l-aċidità hija 1,2 % (espressa bħala aċidu lattiku f’piż niexef).
Il-ġobon Halloumi jiżen bejn 150 sa 350 gramma.
DOKUMENT UNIKU
“Χαλλούμι / Halloumi / Hellim”
Nru tal-UE: PDO-CY-01243-AM01 – 1.8.2022
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem/ismijiet [tad-DOP jew tal-IĠP]
“Χαλλούμι / Halloumi / Hellim”
2. Stat membru jew pajjiż terz
Ċipru
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3. Ġobon
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Fit-test kollu, se jintuża l-isem “Halloumi”, li jirrappreżenta l-ismijiet indikati hawn fuq, jiġifieri:
| 
                      
  | 
                  
                      “Χαλλούμι” (Halloumi) / “Hellim”  | 
               
Hemm żewġ tipi ta’ Halloumi – frisk u matur.
Il-Halloumi frisk huwa magħmul minn baqta prodotta minn ħalib imbaqqat bil-kimożina. Jissajjar u jingħata l-forma karatteristika tiegħu. Huwa ftit iebes u elastiku, mitwi (f’forma rettangolari jew nofs ċirku), ta’ kulur abjar għal safrani ċar, għandu konsistenza magħquda u jinqata’ faċilment, b’togħma u riħa karatteristiċi. Għandu riħa qawwija ta’ ħalib/xorrox u għandu aroma u togħma ta’ nagħniegħ, riħa tal-kampanja u togħma mielħa qawwija. Il-kontenut massimu ta’ ndewwa huwa 46 %, il-kontenut minimu tax-xaħam huwa 43 % (f’piż niexef) u l-kontenut massimu tal-melħ huwa 3 %.
Il-Halloumi matur huwa magħmul minn baqta prodotta minn ħalib imbaqqat bil-kimożina. Jissajjar u jingħata l-forma karatteristika tiegħu u jitħalla jimmatura fix-xorrox immellaħ għal mill-inqas 40 jum. Huwa bejn ftit iebes sa iebes, inqas elastiku, mitwi (f’forma rettangolari jew nofs ċirku), ta’ kulur abjad għal safrani, għandu konsistenza magħquda u jinqata’ faċilment, b’togħma u riħa karatteristiċi. Għandu riħa qawwija ta’ ħalib/xorrox u aroma u togħma ta’ nagħniegħ, riħa tal-kampanja u togħma mielħa qawwija; huwa ħarira morr u mielaħ ħafna. Il-kontenut massimu ta’ ndewwa huwa 37 %, il-kontenut minimu tax-xaħam huwa 40 % (f’piż niexef), il-kontenut massimu tal-melħ huwa 6 % u l-aċidità hija 1,2 % (espressa bħala aċidu lattiku f’piż niexef).
Il-ġobon Halloumi jiżen bejn 150 sa 350 gramma.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Fir-rigward tal-ħalib użat biex isir il-Halloumi, japplika dan li ġej, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 664/2014:
Il-ħalib tan-nagħaġ u tal-mogħoż jiġi minn razez lokali u razez oħrajn, inklużi l-inkroċji ta’ bejniethom, li jirgħu matul is-sena kollha, sakemm il-kundizzjonijiet tat-temp ikunu jippermettu. Il-foraġġ oħxon kollu li huwa parti mid-dieta tan-nagħaġ u tal-mogħoż jiġi prodott lokalment (foraġġ aħdar, ħuxlief, silaġġ, tiben/qasab u ragħa fuq pjanti selvaġġi). Fir-rigward tas-supplimenti tal-għalf jistgħu jintużaw ċereali, inkluż xgħir u qamħirrum, għalf tal-proteini bħal grixa tal-fażola tas-sojja dekortikata, bil-qoxra parzjalment imneħħija, prodotti u prodotti sekondarji ta’ materja prima diversa bħan-nuħħala tal-qamħ, u sustanzi inorganiċi, vitamini u mikronutrijenti.
Il-ħalib tal-baqar jiġi minn baqar bojod u suwed li jinżammu ġewwa u jiġu mitmugħa foraġġ, ħuxlief, silaġġ u tiben li huma prodotti f’Ċipru, primarjament minn pjanti tal-foraġġ indiġeni, u supplimenti tal-għalf. B’mod speċifiku, id-dieta tal-baqar tikkonsisti f’foraġġ prodott lokalment (35-40 %) (pjanti tal-foraġġ aħdar, ħuxlief, silaġġ u tiben/qasab). 60-65 % li jifdal tad-dieta tagħhom jikkonsisti f’supplimenti tal-għalf li fihom primarjament xgħir, qamħirrum, sojja u nuħħala. Fir-rigward tas-supplimenti tal-għalf, 20 % tax-xgħir u n-nuħħala jiġu prodotti lokalment, filwaqt li s-sojja u l-qamħirrum jiġu importati.
Ħalib (ħalib frisk tan-nagħaġ jew tal-mogħoż jew taħlita tagħhom, bil-ħalib tal-baqra jew mingħajr), kimożina (iżda mhux kimożina tal-ħnieżer), weraq friski jew nixfin tan-nagħniegħ Ċiprijott (Mentha viridis) u melħ. Il-proporzjon ta’ ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż jew taħlita tagħhom irid ikun dejjem iżjed mill-proporzjon ta’ ħalib tal-baqar. Fi kliem ieħor, meta jintuża l-ħalib tal-baqar flimkien mal-ħalib tan-nagħaġ u tal-mogħoż, il-proporzjon tal-ħalib tal-baqar fil-Halloumi ma jridx ikun iktar mill-proporzjon tal-ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż jew it-taħlita tagħhom. Il-ħalib li jintuża biex isir il-Halloumi huwa ħalib Ċiprijott mhux skremat. Il-ħalib irid ikun pastorizzat jew ikun issaħħan għal temperatura ogħla minn 65 °C. Ma jridx ikun ħalib ikkondensat jew li fih kwalunkwe wieħed mill-prodotti li ġejjin: ħalib tat-trab, ħalib ikkondensat, kaseinat tal-potassju, koloranti, preservattivi jew addittivi oħrajn. Ma jridx ikun fih antibijotiċi, pestiċidi jew sustanzi oħrajn li jagħmlu l-ħsara.
Il-ħalib tan-nagħaġ u tal-mogħoż jiġi minn razez lokali u razez oħrajn, inklużi l-inkroċji ta’ bejniethom, li jitrabbew fiż-żona ġeografika ddefinita.
Il-ħalib tal-baqar jiġi minn baqar suwed u bojod li ġew introdotti bil-mod f’Ċipru, sa mill-bidu tas-seklu 20, u li issa adattaw tajjeb ħafna għall-kundizzjonijiet lokali.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-ħalib tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-baqar li huwa l-materja prima għall-produzzjoni tal-ġobon “Halloumi” jiġi prodott fiż-żona ġeografika ddefinita. Il-Halloumi nnifsu wkoll jiġi prodott fiż-żona ġeografika ddefinita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-ġobon “Halloumi” jrid jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita għar-raġunijiet li ġejjin: (a) il-Halloumi jrid jiġi ppakkjat immedjatament wara li jiġi prodott, ħalli ma jkomplix isir, (b) ma jistax ikun hemm interruzzjoni (produzzjoni kontinwa) fil-proċess tal-produzzjoni tal-Halloumi (produzzjoni-ippakkjar), (c) biex tkun żgurata t-traċċabilità l-pakkett irid jiġi ppakkjat mill-produttur u ttikkettat minnu wkoll, (d) sabiex jiġi evitat li kwalunkwe ġobon prodott barra t-territorju ta’ Ċipru jiġi kkummerċjalizzat bħala Halloumi DOP, biex ikunu ggarantiti l-kwalità u l-oriġini tal-prodott u jiġi żgurat li jistgħu jitwettqu l-kontrolli meħtieġa.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ħalib użat fil-produzzjoni tal-“Halloumi”, f’każijiet fejn tintuża taħlita ta’ ħalib, it-tipi differenti ta’ ħalib iridu jissemmew fuq it-tikketta, f’ordni dekrexxenti ta’ perċentwali.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-konfini amministrattivi tad-distretti ta’ Nicosia, Limassol, Larnaca, Famagusta, Paphos u Kyrenia.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Fatturi naturali: Ċipru għandu klima Mediterranja karatterizzata minn sjuf sħan u xotti u xtiewi ħfief u bix-xita. It-terren tal-gżira għandu rwol importanti ħafna wkoll: il-muntanji jinżel ammont ta’ xita relattivament għoli u dan jaffettwa l-idroloġija u l-ambjent taż-żoni li qegħdin iktar fil-baxx, għaliex l-għadd kbir ta’ xmajriet jieħdu l-ilma min-nixxigħat għal diversi xhur wara li x-xita tkun waqfet. Meta jitqies id-daqs tiegħu, Ċipru għandu fost l-aktar flora rikka fil-Mediterran, minħabba l-istruttura ġeoloġika, il-klima, il-pożizzjoni ġeografika, il-baħar tal-madwar u l-konfigurazzjoni tal-art tiegħu (Tsintidis et al., 2002). Hemm 1 908 speċijiet differenti ta’ pjanti, li 140 minnhom huma endemiċi, jiġifieri jinsabu biss f’Ċipru (id-Dipartiment tal-Foresti, 2004). Finalment, ir-razez lokali tal-annimali tal-ħalib f’Ċipru jinkludu n-nagħġa lokali ta’ denbha oħxon, li hija adattata sew għall-klima niexfa u għat-temperaturi għoljin taż-żona, u l-mogħoż lokali Machaira u Pissouri. In-nagħaġ ta' Chios u l-mogħoż ta’ Damasku (introdotti fis-snin ħamsin u s-snin tletin rispettivament) huma wkoll tipi ta’ razez lokali, għaliex il-karatteristiċi morfoloġiċi u tal-produzzjoni tagħhom nqatgħu minn dawk tal-popolazzjonijiet ta’ oriġini wara programm nazzjonali ta’ tnissil li ilu għal żmien twil.
Fatturi umani: ir-referenzi storiċi juru li l-produzzjoni tal-Halloumi f’Ċipru ilha magħrufa minn żmien il-qedem. Il-Halloumi jissemma bħala “calumi” f’kodiċi li fih ħames manuskritti dwar l-istorja ta’ Ċipru li jinżamm fil-librerija tal-Mużew Correr f’Venezja. Dan imur lura għall-1554 u b’hekk jikkostitwixxi l-eqdem referenza bil-miktub għall-Halloumi li nstabet sa issa. Aktar tard hemm ukoll referenzi għall-Halloumi, fost l-oħrajn minn Archimandrite Kyprianos fl-1788.
L-importanza tal-Halloumi fil-ħajja tan-nies lokali tidher ċara fl-arti (il-poeżija, il-letteratura) u fil-pożizzjoni li okkupa fil-wirjiet agrikoli (Lyssi, 1939). Il-lista ta’ klassijiet u premji monetarji u l-kundizzjonijiet tad-dħul għall-Wirja Agrikola ta’ Lyssi, li ġiet ippubblikata kemm bil-Grieg kif ukoll bit-Tork, tinkludi l-prodotti li jistgħu jipparteċipaw fil-kompetizzjoni. L-isem Tork għal “Halloumi” huwa “Hellim”. Il-produtturi Ċiprijotti Torok tal-Halloumi jużaw iż-żewġ ismijiet għall-prodott tradizzjonali tagħna jew sempliċiment l-isem “Hellim”. Hemm ħafna evidenza li ż-żewġ ismijiet “Halloumi” u “Hellim” jirreferu għall-istess prodott tradizzjonali Ċiprijot, li għalih jintużaw iż-żewġ ismijiet (il-gazzetta Halkin Sesi, 1959 u 1962 u l-imballaġġ tal-prodott għall-esportazzjoni li juri ż-żewġ ismijiet).
Ir-rabta mill-qrib bejn il-prodott u n-nies tal-gżira hija evidenti wkoll mill-fatt li l-lum il-ġurnata “Halloumas”, “Hallouma”, “Halloumakis” u “Halloumis” huma kunjomijiet Ċiprijotti komuni.
Sa minn żmien il-qedem, il-Halloumi kien element importanti fid-dieta Ċiprijotta (Bevan, 1919; Pitcairn, 1934; Zigouris, 1952) u ssodisfa l-ħtiġijiet tal-familji Ċiprijotti matul is-sena kollha. Il-Halloumi kien “il-ġobon famuż Ċiprijott prodott b’mod speċjali”, wieħed mill-iktar oġġetti tal-ikel komuni u tajbin mal-ħobż, f’kull dar Ċiprijotta, essenzjali għal kull familja tal-kampanja (Xioutas, 2001). Minbarra li jittiekel lokalment, sa minn żmien il-qedem il-Halloumi ġie esportat lejn diversi pajjiżi (Archimandrite Kyprianos, 1788), inkluż l-Eġittu, is-Sirja, il-Greċja, it-Turkija, il-Palestina, Franza, is-Sudan, ir-Renju Unit, l-Amerka, l-Awstralja u ċ-Ċina (Dawe, 1928).
Il-proċess tal-produzzjoni huwa uniku, b’mod partikolari l-istadji tat-tisjir tal-prodott f’temperatura għolja għal tul ta’ ħin speċifiku, it-tiwi u ż-żieda tan-nagħniegħ Ċiprijott. It-tisjir tal-baqta huwa importanti ħafna għaliex, skont studju rilevanti, ittejjeb il-kwalitajiet organolettiċi tal-prodott. B’mod speċifiku, it-tisjir tal-baqta f’temperatura għolja jipproduċi livelli għoljin ta’ ċerti komposti ta’ sustanzi kimiċi bażiċi li jgħinu biex jiddeterminaw it-togħma partikolari tal-Halloumi. Uħud minn dawn il-komposti huma lattoni, bħal delta-dodekalatton (ikkaratterizzat minn togħma ta’ frott) u delta-dekalatton (ikkaratterizzat minn togħma kremuża), filwaqt li oħrajn huma ketoni tal-metil, li huma kkaratterizzati minn togħma simili għall-ħalib (P. Papademas, 2000).
It-tiwja tipika tal-baqta, bħala parti mill-ipproċessar tradizzjonali, tqiegħed lill-Halloumi fuq livell differenti mill-ġobniet l-oħrajn kollha. Il-prattika tat-tiwi bdiet tintuża għaliex, tradizzjonalment, hekk kien iżjed faċli biex wieħed ipoġġi l-ġobniet fil-kontenituri fejn kienu jinżammu fix-xorrox. Barra minn hekk, il-weraq tan-nagħniegħ jitpoġġa bejn is-saffi tal-baqta (matul il-proċess tat-tiwi) sabiex ma jiċċaqlaqx, u b’hekk in-nagħniegħ ikun jista’ jirrilaxxa l-aroma karatteristika tiegħu fil-prodott finali. L-użu tan-nagħniegħ (Mentha viridis) fl-istadju tat-tiwi jagħti l-aroma karatteristika tiegħu lill-prodott finali minħabba l-preżenza tat-terpenes pulegone (“terpene tan-nagħniegħ”) u l-karvone (Papademas u Robinson, 1998). Huma l-produtturi lokali li għandhom l-għarfien ta’ dan il-proċess tal-produzzjoni.
Speċifiċità tal-prodott
Il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott jinkludu:
| 
                      (a)  | 
                  
                      il-fatt li ma jiddellikx jew idub f’temperaturi għoljin (jista’ jittiekel mhux biss kif inhu iżda wkoll moqli, mixwi, eċċ.);  | 
               
| 
                      (b)  | 
                  
                      it-trattament tal-baqta bis-sħana fix-xorrox f’temperatura ta’ iktar minn 90 °C għal mill-inqas 30 minuta, li hija karatteristika unika tal-proċess tal-produzzjoni u tikkontribwixxi għall-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tal-prodott;  | 
               
| 
                      (c)  | 
                  
                      it-tiwi li jagħtih il-forma karatteristika tiegħu;  | 
               
| 
                      (d)  | 
                  
                      il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu (b’riħa u togħma karatteristiċi – għandu riħa qawwija ta’ ħalib/xorrox u għandu aroma u togħma ta’ nagħniegħ, riħa tal-kampanja u togħma mielħa qawwija) dovuti l-aktar għall-ħalib tan-nagħaġ u tal-mogħoż, li jiġu affettwati mid-dieta tal-annimali, in-nagħniegħ li jiġi miżjud matul il-proċess tal-produzzjoni u l-komposti volatili li jiffurmaw matul it-trattament bis-sħana tal-baqta fix-xorrox; u  | 
               
| 
                      (e)  | 
                  
                      il-karattru tradizzjonali tiegħu, li jirriżulta mill-fatt li ilu jsir f’Ċipru minn żmien il-qedem skont il-metodu tradizzjonali li għadda minn ġenerazzjoni għall-oħra, u li llum il-ġurnata huma l-produtturi lokali li għandhom l-għarfien ta’ dan il-proċess.  | 
               
Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)
Ir-rabta bejn il-Halloumi u l-ambjent ġeografiku tinsab fl-ispeċifiċità tal-klima tal-gżira Mediterranja. Il-veġetazzjoni lokali li jieklu l-annimali tal-ħalib tgħaddi mill-istadju ta’ bur aħdar għal foraġġ nofsu niexef u finalment niexef skont il-fażijiet karatteristiċi tal-mikroklima lokali. Uħud minn dawn il-pjanti huma endemiċi. Din il-veġetazzjoni Ċiprijotta lokali, mittiekla mill-annimali friska jew imnixxfa, għandha effett kruċjali fuq il-kwalità tal-ħalib u konsegwentament il-karatteristiċi speċifiċi tal-ġobon (Papademas, 2000). Il-preżenza tal-baċillus Lactobacillus cypricasei (laktobaċillus minn ġobon Ċiprijott), li ġie iżolat mill-Halloumi Ċiprijott biss, hija prova tar-rabta bejn il-mikroflora tal-gżira u l-prodott (Lawson et al., 2001). Barra minn hekk, iż-żieda tan-nagħniegħ Ċiprijott tkompli tikkontribwixxi għat-togħma karatteristika tal-prodott. Fatturi oħrajn li jaffettwaw il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott, speċjalment it-togħma u r-riħa tiegħu, huma t-tip ta’ ħalib użat, għaliex il-ħalib tan-nagħaġ u tal-mogħoż fih aċidi xaħmin ta’ piż molekulari baxx, u l-komposti volatili ffurmati matul il-proċess tal-produzzjoni.
Fir-rigward tar-rabta bejn il-fatturi umani u l-prodott, il-Halloumi huwa kkunsidrat bħala tradizzjonali għal Ċipru, għaliex, kif deskritt fil-punt 5.1, kellu rwol importanti ħafna fil-ħajja u fid-dieta tan-nies tal-gżira, kemm Ċiprijotti Griegi kif ukoll Ċiprijotti Torok, minn żmien il-qedem u l-għarfien tal-proċess tal-produzzjoni ngħadda minn ġenerazzjoni għal oħra. Kemm il-forma mitwija karatteristika tiegħu kif ukoll il-fatt speċifiku li ma jdubx f’temperaturi għoljin ġejjin minn dan il-proċess ta' produzzjoni tradizzjonali li għadda minn ġenerazzjoni għal oħra.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
http://www.moa.gov.cy/moa/da/da.nsf/All/82B33F7D83ABF5A8C225879C00346BA5?OpenDocument