|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il–Kunsill |
|
|
2022/C 386/01 |
||
|
2022/C 386/02 |
||
|
2022/C 386/03 |
||
|
2022/C 386/04 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 386/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 386/06 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10646 – Microsoft / Activision Blizzard) ( 1 ) |
|
|
2022/C 386/07 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10914 - GENSTAR CAPITAL / GTCR / JSSI) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 386/08 |
||
|
2022/C 386/09 |
||
|
2022/C 386/10 |
||
|
2022/C 386/11 |
||
|
2022/C 386/12 |
||
|
2022/C 386/13 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il–Kunsill
|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/1 |
Avviż għall-attenzjoni tal-individwi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1902, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 1352/2014, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2022/1901 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
(2022/C 386/01)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-individwi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1902 (2) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2022/1901 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen.
Fis-26 ta' Settembru 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2140 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, żied żewġ individwi mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.
L-individwi kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2140 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jiġu inklużi dawk il-persuni fil-lista tan-NU tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
Focal Point for De-listing |
|
Security Council Subsidiary Organs Branch |
|
Room DC2 2034 |
|
United Nations |
|
New York, N.Y. 10017 |
|
United States of America |
Tel.: +1 917 367 9448
Fax: +1 917 367 0460
Indirizz elettroniku: delisting@un.org
Għal aktar informazzjoni, ara: https://www.un.org/securitycouncil/fr/sanctions/2140/materials/procedures-for-delisting
B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-individwi ddeżinjati min-NU għandhom jiġu inklużi fil-listi ta' persuni u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/932/PESK kif implementata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2022/1902 u fir-Regolament (UE) Nru 1352/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1901. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista ta' dawn l-individwi kkonċernati jinsabu fl-entrati korrispondenti tal-Anness għad-Deċiżjoni u fl-Anness I għar-Regolament.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi kkonċernati dwar il-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
L-individwi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jkunu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
DG RELEX 1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
L-attenzjoni tal-individwi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147.
(2) ĠU L 260, 6.10.2022, p. 6.
|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/3 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previst fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid- Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1907, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1906 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(2022/C 386/02)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas- 17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1907 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas- 17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1906 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (4).
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Ir-raġunijiet li ddeterminaw id-deżinjazzjoni tal-persuni, entitajiet u korpi kkonċernati huma speċifikati fl-entrati korrispondenti fl-Annessi inkwistjoni.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel it-2 ta' Novembru 2022:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati dwar il-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2), u l-Artikolu 263(4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU LI 259, 6.10.2022, p. 98).
|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/4 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previst fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1907, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1906 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(2022/C 386/03)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew l-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, issovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1907 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, issovranità u l-indipendenza tal-Ukrainak (3) if implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1906 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jeħtieġ li dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi jridu jirrapportaw, qabel l-1 ta' Settembru 2022 jew fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, skont liema tkun l-aktar reċenti, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni tal-UE li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali biex tali informazzjoni tiġi vverifikata b'kull mod. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.
L-informazzjoni li trid tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 (5).
L-obbligu ta' rappurtar skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 ma japplikax qabel l-1 ta' Jannar 2023 fir-rigward ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi li jinsabu fi Stat Membru li kien stabbilixxa obbligu ta' rappurtar simili skont id-dritt nazzjonali qabel il-21 ta' Lulju 2022.
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU LI 259, 6.10.2022, p. 98).
(4) ĠU LI 259, 6.10.2022, p. 79.
(5) L-aħħar verżjoni kkonsolidata disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02014R0269-20220916&qid=1664886241141
|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/5 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(2022/C 386/04)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 (1).
Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1907 (3), u r-Regolament (UE) Nru 269/2014 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1906 (5).
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1 fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz elettroniku:
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2022/1907, u mar-Regolament (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1906.
Is-soġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stipulati fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u r-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.
Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295 , 21.11.2018, p. 39.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas- 17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78 , 17.3.2014, p. 16).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU LI 259, 6.10.2022, p. 98).
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas- 17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78 , 17.3.2014, p. 6).
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/7 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-6 ta' Ottubru 2022
(2022/C 386/05)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
0,9860 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
142,68 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4390 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87583 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,8728 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9709 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
139,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,4278 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,479 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
422,59 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,8505 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9364 |
|
TRY |
Lira Turka |
18,3191 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5263 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3475 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
7,7400 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7280 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4057 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 388,39 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,5769 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,0164 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5288 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 021,24 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5726 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,949 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,827 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,1185 |
|
MXN |
Peso Messikan |
19,8170 |
|
INR |
Rupi Indjan |
81,0615 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10646 – Microsoft / Activision Blizzard)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 386/06)
1.
Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Microsoft Corporation (“Microsoft”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Activision Blizzard, Inc. (“Activision Blizzard”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Microsoft takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Activision Blizzard kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Microsoft: kumpanija globali tat-teknoloġija li toffri firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi lill-klijenti permezz tas-segmenti operattivi li ġejjin: Il-Produttività u l-Proċessi tan-Negozju; Cloud Intelliġenti; u Computing Aktar Personali. Permezz tal-Gaming Business tagħha, Microsoft hija attiva bħala żviluppatur u pubblikatur ta’ logħob għal kompjuters personali (personal computers, “PCs”), consoles tal-logħob u apparat mobbli u hija attiva bħala distributur ta’ logħob għal kompjuters personali u consoles. Barra minn hekk, Microsoft toffri l-Xbox gaming console u servizzi relatati; |
|
— |
Activision Blizzard: żviluppatur u pubblikatur tal-logħob għall-PCs, consoles tal-logħob u apparat mobbli u distributur tal-logħob għall-PCs. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10646 – Microsoft / Activision Blizzard
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10914 - GENSTAR CAPITAL / GTCR / JSSI)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 386/07)
1.
Fid-29 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Genstar Capital Partners, LLC (“Genstar Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
GTCR LLC, (“GTCR”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
JSS Holdco LLC (“JSSI”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Genstar Capital se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab indirett ta’ JSSI, li bħalissa hija fil-kontroll uniku tal-GTCR.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Genstar Capital: tinvesti f’kumpaniji tas-suq medju fis-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija industrijali u l-industriji tas-software globalment, |
|
— |
GTCR: tinvesti f’kumpaniji li qed jikbru fis-setturi tat-teknoloġija tas-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija, il-midja u t-telekomunikazzjonijiet u l-industriji tas-servizzi tan-negozju globalment, |
|
— |
JSSI: forniment ta’ programmi ta’ manutenzjoni għal magni tal-inġenji tal-ajru, oqfsa tal-ajru u unitajiet ta’ potenza awżiljarja globalment. Barra minn hekk, JSSI toffri lill-inġenji tal-ajru partijiet għall-bejgħ jew għall-kiri u ċerti soluzzjonijiet tas-software u tipprovdi servizzi ta’ konsulenza. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10914 - GENSTAR CAPITAL / GTCR / JSSI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/11 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 386/08)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
Romagna
PDO-IT-A0507-AM06
Data tal-komunikazzjoni: 5.7.2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Tipi ġodda ta’ nbid
Ġew miżjuda t-tipi ġodda li ġejjin:
Romagna Bianco, inkluż Frizzante; Romagna Rosato, inkluż Frizzante; Romagna Rosso; Romagna Bianco bis-subżoni Brisighella, Castrocaro, Longiano, Modigliana, Oriolo; Romagna Centesimino, bis-subżona Oriolo, inklużi Riserva, Passito u Spumante Rosé; Romagna Famoso bis-subżona Mercato Saraceno, inkluż Spumante; Romagna Sangiovese bis-subżoni Imola, Coriano, San Clemente u Verucchio, inkluż Riserva.
Raġunijiet:
Dawn it-tipi ġew miżjuda sabiex jissaħħaħ il-valur tal-varjetajiet ewlenin tad-dwieli mkabbra b’mod mifrux fir-Romagna, li joffru potenzjal eċċellenti f’termini ta’ kwalità u diversità, peress li ġew stabbiliti bħala tradizzjonali fiż-żona matul is-snin mill-vitikulturi u l-fabbriki kooperattivi tal-inbid. Il-lista sħiħa ta’ varjetajiet ntgħażlet biex tinkludi dwieli li jitkabbru b’mod komuni fiż-żona u oħrajn li minkejja li ma humiex daqshekk mifruxa, qegħdin jespandu għax l-esperjenza wriet li huma tajbin ħafna għall-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed.
Il-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOP Romagna hija għalhekk arrikkita biż-żieda ta’ tipi ġodda fil-kategoriji ta’ nbid li diġà jinsabu fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dan se jagħmilha possibbli wkoll li tiġi offruta firxa usa’ ta’ prodotti li tissodisfa aħjar it-talbiet tas-suq.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikoli 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8 u 9 u l-Annessi 2, 3, 5, 7, 9, 11, 13, 14, 15 u 16 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 “Deskrizzjoni tal-Inbid/inbejjed” tad-Dokument Uniku.
2. Lista ta’ varjetajiet għat-tipi l-ġodda
Deskrizzjoni:
Il-varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jitħalltu biex jiġu prodotti t-tipi l-ġodda: - Bianco, Bianco Frizzante, Rosato u Rosato Frizzante ġew iddefiniti kif ġej:
mill-inqas 70 % tal-għeneb irid ikun tal-varjetajiet Trebbiano (għall-Bianco u l-Bianco Frizzante) jew Sangiovese (għar-Rosato u r-Rosato Frizzante), imħallta ma’ varjetajiet oħra (30 %) li jikbru sew fir-reġjun tal-Emilia-Romagna. Hemm limitazzjonijiet fuq l-ammont massimu li jista’ jintuża ta’ ċerti varjetajiet: 10 % Manzoni Bianco u 5 % Famoso.
|
— |
Inbejjed ħomor, kif ġej:
|
|
— |
Inbejjed bojod bis-subżoni li ġejjin:
|
|
— |
Centesimino Oriolo, Centesimino Oriolo Riserva, Centesimino Oriolo Passito, Centesimino Oriolo Spumante Rosé, kif ġej:
|
|
— |
Famoso Mercato Saraceno u Famoso Mercato Saraceno Spumante, kif ġej:
|
|
— |
Sangiovese u Sangiovese Riserva bis-subżoni Imola, Coriano, San Clemente u Verucchio, kif ġej:
|
Raġunijiet:
L-esperimenti mwettqa mill-assoċjazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni wrew li l-lista ta’ varjetajiet tirriżulta fi prodotti ta’ kwalità tajba filwaqt li tippreserva l-karatteristiċi li huma tipiċi taż-żona.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 u l-Annessi 2, 3, 5, 7, 9, 11, 13, 14, 15 u 16 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
3. Żona ta’ produzzjoni tal-għeneb għat-tipi l-ġodda
Deskrizzjoni:
Iż-żona ta’ produzzjoni għat-tipi l-ġodda Bianco, Bianco Frizzante, Rosato, Rosato Frizzante u Rosso tikkoinċidi maż-żona ta’ produzzjoni attwali għat-tipi Romagna Trebbiano, Romagna Bianco Spumante u Romagna Rosato Spumante, biż-żidiet u l-emendi deskritti kif xieraq fl-Artikolu 3(5) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Iż-żoni ta’ produzzjoni għat-tipi Sangiovese u Sangiovese Riserva biż-subżoni Imola, Coriano, San Clemente u Verucchio huma deskritti fid-dettall fl-Artikolu 3 u l-Annessi 13, 14, 15 u 16 għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott rispettivament.
Raġunijiet:
Iż-żona tal-kultivazzjoni tal-għeneb għall-produzzjoni tat-tipi Bianco, Bianco Frizzante, Rosato, Rosato Frizzante u Rosso ġiet emendata biex tkopri l-istess żona bħar-Romagna Trebbiano, Romagna Bianco Spumante u Romagna Rosato Spumante, biż-żieda ta’ xi muniċipalitajiet. Minħabba t-tibdil fil-klima li qiegħed jiġi esperjenzat, issa huwa possibbli li titpoġġa enfasi fuq vinji b’densità tat-taħwil aktar baxxa f’żoni f’altitudni ogħla, fejn qabel kien diffiċli biex ċerti varjetajiet isiru. Dan ifisser li huwa possibbli li jiġi prodott għeneb ta’ kwalità anki f’muniċipalitajiet f’altitudni partikolari, bħal dawk li ġew miżjuda maż-żona ta’ produzzjoni għat-tipi l-ġodda.
Fid-dawl tal-interess tal-azjendi żgħar u ta’ daqs medju fil-produzzjoni tal-inbid iffukata aktar fuq il-kwalità li hija marbuta aktar mill-qrib, fejn possibbli, mal-karatteristiċi speċifiċi taż-żona ta’ produzzjoni, ġew introdotti erba’ subżoni ġodda: Imola, Coriano, San Clemente u Verucchio.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 3 u l-Annessi 13, 14, 15 u 16 għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
4. Densità tad-dwieli għal kull ettaru
Deskrizzjoni:
L-għadd ta’ dwieli għal kull ettaru tħassar mit-tipi kollha tad-DOP Romagna, ħlief għal dawk li għandhom indikazzjoni ta’ subżona.
Id-densità tad-dwieli għal kull ettaru għat-tipi Bianco u Famoso hija indikata bħala minimu ta’ 1 500 dielja għal kull ettaru.
Għat-tip Sangiovese (inkluż Riserva), id-densità tad-dwieli għal kull ettaru ġiet indikata bħala mill-inqas 3 300 għas-subżoni ta’ Bertinoro, Castrocaro, Oriolo, Coriano, San Clemente u Verucchio, mill-inqas 3 000 għal Mercato Saraceno u mill-inqas 4 000 għal Imola.
Għat-tip Centesimino bis-subżona Oriolo, inklużi Riserva, Passito u Spumante Rosé, id-densità tad-dwieli għal kull ettaru speċifikata hija mill-inqas 2 700.
Raġunijiet:
Il-prattika li ilha stabbilita li tiġi analizzata r-roqgħa art u jintgħażlu varjetajiet ta’ għeneb adattati għaż-żona, flimkien mal-kost għoli tat-tħawwil, tfisser li kull azjenda tirranġa jew tirristruttura ż-żona fejn huma mħawla d-dwieli sabiex tikseb ir-rendiment tal-aħjar kwalità, bil-ħsieb li jinkiseb proporzjon ta’ kwalità/kwantità sostenibbli. It-tħawwil ġdid għalhekk dejjem se jiġi rranġat bl-applikazzjoni tad-densitajiet meqjusa l-aktar xierqa, abbażi tal-esperjenza u l-għarfien xjentifiku u teknoloġiku, skont kif tevolvi l-klima. L-eċċezzjoni hija l-inbid b’indikazzjoni ta’ subżona, f’liema każ japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 u l-Annessi 2, 3, 5, 7, 9, 11, 13, 14, 15 u 16 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
5. Rendiment ta’ għeneb għal kull ettaru u qawwa alkoħolika naturali minima
Deskrizzjoni:
Għat-tipi ġodda Bianco, Bianco Frizzante, Rosato u Rosato Frizzante, ir-rendiment massimu ġie stabbilit għal 18-il tunnellata għal kull ettaru. Il-qawwa alkoħolika naturali minima tal-għeneb hija stabbilita għal 11 % vol. (għall-Bianco u r-Rosato) u għal 10 % (għall-Bianco Frizzante u r-Rosato Frizzante).
Għar-Rosso, ir-rendiment massimu huwa stabbilit għal 14-il tunnellata għal kull ettaru u l-qawwa alkoħolika naturali minima tal-għeneb hija ta’ 11 % vol.
Għall-Bianco u l-Famoso biż-subżoni, ir-rendiment massimu ġie stabbilit għal 12-il tunnellata għal kull ettaru u l-qawwa alkoħolika naturali minima tal-għeneb hija ta’ 11,5 % vol. (għall-Bianco Castrocaro u l-Bianco Oriolo), 11 % vol. (għall-Bianco Brisighella, il-Bianco Longiano, il-Bianco Modigliana u l-Famoso Mercato Saraceno) u 10,5 % vol. (għall-Famoso Mercato Saraceno Spumante).
Għaċ-Centesimino bis-subżona Oriolo (inklużi Riserva u Passito), ġew stabbiliti rendiment massimu ta’ 11-il tunnellata għal kull ettaru u qawwa alkoħolika naturali minima tal-għeneb ta’ 11 % vol. Għall-Ispumante Rosé, ir-rendiment massimu huwa stabbilit għal 14-il tunnellata għal kull ettaru u l-qawwa alkoħolika naturali minima tal-għeneb hija ta’ 10,5 % vol.
Ir-rendiment massimu għas-Sangiovese bis-subżoni ta’ Imola, Coriano, San Clemente u Verucchio huwa stabbilit għal 9 tunnellati għal kull ettaru, b’qawwa alkoħolika naturali minima tal-għeneb ta’ 12,5 % vol. (13 % vol. għall-verżjoni Riserva).
Għas-Sangiovese Riserva b’subżoni, ir-rendiment massimu żdied għal 9 tunnellati għal kull ettaru.
Raġunijiet:
Ir-rendiment u l-qawwa alkoħolika naturali indikati hawn fuq huma ideali għall-objettiv enoloġiku inkwistjoni, kif muri mill-analiżijiet kimiċi, fiżiċi u organolettiċi mwettqa mill-fabbriki tal-inbid fit-territorju.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 u l-Annessi 2, 3, 5, 7, 9, 11, 13, 14, 15 u 16 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5.2 “Rendimenti massimi” tad-Dokument Uniku.
6. Rendiment tal-għeneb fl-inbid
Deskrizzjoni:
Għat-tipi l-ġodda ta’ nbejjed Bianco, Bianco Frizzante, Rosato u Rosato Frizzante, ir-rendiment massimu tal-għeneb fl-inbid huwa stabbilit għal 70 %, li huwa ekwivalenti għal 12 600 litru għal kull ettaru.
Għar-Rosso, ir-rendiment massimu tal-għeneb fl-inbid huwa stabbilit għal 65 %, li huwa ekwivalenti għal 9 100 litru għal kull ettaru.
Għall-Bianco u l-Famoso b’subżoni, ir-rendiment massimu tal-għeneb fl-inbid huwa stabbilit għal 70 %, li huwa ekwivalenti għal 8 400 litru għal kull ettaru.
Għaċ-Centesimino bis-subżona Oriolo, ir-rendiment massimu tal-għeneb fl-inbid huwa stabbilit għal 70 % (għaċ-Centesimino Oriolo u ċ-Centesimino Oriolo Riserva), 65 % (għaċ-Centesimino Oriolo Spumante Rosé) u 50 % (għaċ-Centesimino Oriolo Passito), li huwa ekwivalenti għal 7 700 litru għal kull ettaru għaċ-Centesimino Oriolo u ċ-Centesimino Oriolo Riserva, 5 500 għaċ-Centesimino Oriolo Passito u 9 100 għaċ-Centesimino Oriolo Spumante Rosé.
Għas-Sangiovese bis-subżoni Imola, Coriano, San Clemente u Verruchio (inkluż Riserva), ir-rendiment massimu tal-għeneb fl-inbid huwa stabbilit għal 65 %, li huwa ekwivalenti għal 5 850 litru għal kull ettaru.
Għas-Sangiovese Riserva b’subżoni, ir-rendiment massimu tal-għeneb fl-inbid żdied għal 5 850 litru għal kull ettaru.
Raġuni: Dan huwa r-rendiment li jirriżulta mill-ipproċessar tal-għeneb fi nbid, espress bħala litri, ibbażat fuq it-tunnellati ta’ għeneb prodotti għal kull ettaru permessi mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 u l-Annessi 2, 3, 5, 7, 9, 11, 13, 14, 15 u 16 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
7. Aġġustamenti formali għar-regoli dwar il-produzzjoni tal-inbid għat-tipi Bianco Frizzante u Rosato Frizzante
Deskrizzjoni:
Għat-tipi l-ġodda wkoll, l-operazzjonijiet tal-ipproċessar u tal-ibbottiljar jistgħu jitwettqu fir-reġjun tal-Emilia-Romagna, fir-reġjun tal-Marche, fir-reġjun tal-Lombardia, fir-reġjun tal-Piemonte u fir-reġjun tal-Veneto.
Raġunijiet:
Dan huwa aġġustament għall-forma tad-dispożizzjonijiet li diġà huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9.2 “Kundizzjonijiet oħra” tad-Dokument Uniku.
8. Karatteristiċi dwar il-konsum tat-tipi l-ġodda
Deskrizzjoni:
Iddaħħlu l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi li ġejjin għat-tipi l-ġodda.
Romagna Bianco, Romagna Bianco Frizzante, Romagna Rosato, Romagna Rosato Frizzante, Romagna Rosso;
Romagna Bianco Brisighella, Romagna Bianco Castrocaro, Romagna Bianco Longiano, Romagna Bianco Modigliana, Romagna Bianco Oriolo, Romagna Centesimino Oriolo, Romagna Centesimino Oriolo Riserva, Romagna Centesimino Oriolo Passito, Romagna Centesimino Oriolo Spumante Rosé, Romagna Famoso Mercato Saraceno, Romagna Famoso Mercato Saraceno Spumante, Romagna Sangiovese Imola, Romagna Sangiovese Imola Riserva, Romagna Sangiovese Coriano, Romagna Sangiovese Coriano Riserva, Romagna Sangiovese San Clemente, Romagna Sangiovese San Clemente Riserva, Romagna Sangiovese Verucchio, Romagna Sangiovese Verucchio Riserva.
Raġunijiet:
Il-karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u organolettiċi indikati huma r-riżultat ta’ diversi testijiet u jaqgħu fil-parametri tal-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 u l-Annessi 2, 3, 5, 7, 9, 11, 13, 14, 15 u 16 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 “Deskrizzjoni tal-Inbid/inbejjed” tad-Dokument Uniku.
9. Indikazzjoni tas-sena inizjali
Deskrizzjoni:
Il-possibbiltà li titħalla barra s-sena inizjali tal-produzzjoni tal-għeneb ġiet estiża wkoll għat-tipi l-ġodda Romagna Bianco Frizzante u Romagna Rosato Frizzante.
Raġunijiet:
Sabiex it-tipi l-ġodda (Bianco Frizzante u Rosato Frizzante) jiġu allinjati mat-tipi l-oħrajn diġà eżistenti (Trebbiano Spumante) (Trebbiano Frizzante) (Bianco Spumante) (Rosato Spumante), ġie speċifikat li s-sena inizjali tal-produzzjoni tal-għeneb tista’ titħalla barra minn fuq it-tikketta, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u dik tal-UE li tippermetti din il-possibbiltà għall-inbejjed frizzanti (spumante) li ma humiex ittikkettati bħala Millesimato (vendemmja) u għall-inbejjed semifrizzanti (frizzante).
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
10. Tikkettar
Deskrizzjoni:
Għat-tip Romagna Bianco Frizzante ġiet prevista l-possibbiltà li fuq it-tikketta jiġi speċifikat il-kulur Bianco (abjad).
Raġunijiet: Il-produttur għandu l-għażla li jindika l-kulur li jirreferi għall-inbid inkwistjoni.
Deskrizzjoni:
Għat-tip Romagna Rosato Frizzante ġie previst l-obbligu li fuq it-tikketta jiġi speċifikat il-kulur Rosato, Rosé jew Rosa.
Raġunijiet: Tqies xieraq li jiġi indikat il-kulur, sabiex tkun identifikata l-ispeċifiċità tal-prodott.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
11. Rekwiżiti speċifiċi dwar l-imballaġġ
Deskrizzjoni:
L-użu ta’ kontenituri li jesgħu bejn 2 u 6 litri magħmulin minn alternattivi għall-ħġieġ li jistgħu jintużaw mal-ikel huwa permess biss għat-tipi ta’ nbid Romagna Bianco, Romagna Rosato, Romagna Rosso, Romagna Trebbiano, Romagna Pagadebit u Romagna Sangiovese li ma humiex ikkwalifikati bl-indikazzjoni vigna.
Minbarra għat-tipi msemmija hawn fuq bl-indikazzjoni vigna, dan l-arranġament tal-ibbottiljar huwa pprojbit ukoll għat-tipi frizzanti u semifrizzanti, għal tipi ta’ nbid bit-termini tradizzjonali Riserva, Superiore jew Passito, jew għal kwalunkwe tip ta’ nbid bl-isem ta’ subżona.
L-użu ta’ kontenituri magħmula mill-azzar inossidabbli u materjali oħra xierqa li jesgħu bejn 6 u 60 litru huwa permess ukoll biss għall-inbejjed tad-DOP Romagna tat-tipi Bianco (inkluż Frizzante), Rosato (inkluż Frizzante), Rosso, Trebbiano (inkluż Frizzante) u Sangiovese.
Raġunijiet:
Din hija bidla fil-formulazzjoni biex tiġi indikata l-kapaċità li jesgħu l-kontenituri.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
12. Id-DOP Romagna - subżoni emendati
Deskrizzjoni:
“Castrocaro u Terra del Sole” ġiet emendata għal “Castrocaro”
“San Vicinio” ġiet emendata għal “Mercato Saraceno”
Żdiedu dawn li ġejjin: Imola, Coriano, San Clemente u Verucchio.
Is-subżoni Brisighella, Castrocaro, Longiano u Modigliana jistgħu jintużaw ukoll għat-tip Bianco.
Is-subżona Oriolo tista’ tintuża wkoll għat-tipi Bianco u Centesimino (inklużi r-Riserva, il-Passito u l-iSpumante Rosé).
Is-subżona Mercato Saraceno tista’ tintuża wkoll għat-tip Famoso (inkluż l-iSpumante).
Is-subżoni Imola, Coriano, San Clemente u Verucchio jistgħu jintużaw għat-tipi Sangiovese u Sangiovese Riserva.
Raġunijiet:
L-iskoperta ta’ evidenza antika mis-snin 1 500 sa 1 900 A.D. tikkonferma l-preżenza ta’ varjetajiet ta’ għeneb abjad prestiġjużi fiż-żoni ta’ Modigliana, Castrocaro, Longiano, Brisighella u Oriolo.
Famoso, varjetà li ilha titkabbar fiż-żona tar-Romagna minn żmien il-qedem, hija mifruxa f’Mercato Saraceno.
Il-moviment biex Centesimino tiġi stabbilita bħala varjetà ta’ valur f’Oriolo li minnha jista’ jsir l-inbid li jesprimi t-terroir partikolari taż-żona huwa effettiv ħafna. Dan huwa evidenti fil-ħeffa li biha l-varjetà tal-għeneb u l-inbid li jirriżulta minnha qed jiksbu fama. Din il-varjetà tad-dwieli ilha titkabbar f’din iż-żona mill-inqas mill-perjodu ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija.
Is-Sangiovese diġà kienet karatteristika tal-art madwar Imola lejn l-aħħar tas-seklu 18.
Is-Sangiovese kienet titkabbar b’mod intensiv fiż-żona ta’ madwar Rimini sal-1860, imbagħad ġiet abbandunata minħabba l-kontenut baxx ta’ alkoħol tagħha. Il-kultivazzjoni ta’ din il-varjetà issa reġgħet bdiet.
Għalhekk, tqies opportun li dawn it-tipi ta’ nbid bis-subżona jiġu promossi.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikoli 2, 3, 5, 7, 9, 11, 13, 14, 15 u 16 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 “Deskrizzjoni tal-Inbid/inbejjed” tad-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Romagna
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
4. |
Inbid frizzanti |
|
8. |
Inbid semifrizzanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Romagna Albana Spumante
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Romagna Albana Spumante jinkiseb minn most tal-għeneb parzjalment imqadded bl-użu tal-metodu fil-flixkun jew fl-awtoklavi f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE. Huwa nbid ta’ lewn isfar dehbi, b’ragħwa fina u bi bżieżaq persistenti, b’riħa karatteristika, b’togħma delizzjuża ta’ frott, tipika tal-varjetà tal-għeneb, bi struttura tajba u freskezza pjaċevoli, b’togħma pjaċevoli, bellusija, ħelwa iżda mhux esaġerata.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16,0 % vol.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 21,0 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
6 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Romagna Cagnina
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Romagna Cagnina, miksub mill-għeneb Terrano, li jinħasad ġeneralment lejn l-aħħar ta’ Settembru, huwa nbid li jkun lest biex jinħareġ għall-konsum diġà wara l-ewwel 10 ijiem ta’ Ottubru. Dan għandu lewn aħmar fil-vjola, b’riħa qawwija karatteristika bi ħjiel ta’ ċirasa maraskina u lampun, u b’togħma ħelwa, xi ftit tannika u pjaċevolment qarsa.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,5 % vol.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
8,5. |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Romagna Pagadebit (inklużi Amabile u Frizzante)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Romagna Pagadebit, miksub mill-għeneb Bombino Bianco, għandu lewn isfar kulur it-tiben li jvarja fl-intensità skont l-età u l-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, riħa friska u tfuħ bi ħjiel ta’ żagħrun li hija tipika tal-varjetà tal-għeneb, u togħma pjaċevoli u delikata, li tvarja minn xotta għal ħelwa mezzana, inkluż fil-varjetà semifrizzanti.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,5 % vol.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
4. Romagna Pagadebit Bertinoro
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Romagna Pagadebit Bertinoro, miksub mill-għeneb Bombino Bianco fiż-żona ta’ Bertinoro, għandu lewn isfar kulur it-tiben li jvarja fl-intensità skont l-età u l-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, riħa friska u tfuħ bi ħjiel ta’ żagħrun li hija tipika tal-varjetà tal-għeneb, u togħma pjaċevoli u delikata, li tvarja minn xotta għal ħelwa mezzana, inkluż fil-varjetà semifrizzanti.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12 % vol.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Romagna Sangiovese
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Romagna Sangiovese, miksub mill-varjetà tal-għeneb li ġġib l-istess isem, huwa nbid aħmar lewn ir-rubin b’riflessi vjola, b’riħa miftuħa u ta’ nbid, li tkun kemxejn ta’ ħaxix meta jkun għadu żgħir, b’riħa delikata ħafifa li xi drabi tixbah lill-vjoletta, u b’togħma eleganti, mimlija, pjaċevolment tannika fiż-żgħożija u li jħalli togħma xi ftit morra iżda pjaċevoli fil-ħalq.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,0 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10,0 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 20,0 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
6. Romagna Sangiovese Novello
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Romagna Sangiovese Novello, miksub mill-għeneb tal-varjetà li ġġib l-istess isem, vinifikat bit-teknika tal-maċerazzjoni karbonika, huwa nbid aħmar lewn ir-rubin, b’riħa ta’ nbid qawwija tipika tal-prodotti vinifikati b’din it-teknika, u b’togħma xotta jew kemxejn ħelwa minħabba l-preżenza ta’ kontenut żgħir ta’ zokkor residwu, kif permess mir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni tiegħu.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,5 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
7. Romagna Sangiovese Superiore
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Romagna Sangiovese Superiore, miksub mill-għeneb tal-varjetà li ġġib l-istess isem, huwa nbid aħmar lewn ir-rubin li jagħti fil-granata, xi drabi b’riflessi vjola, b’riħa ta’ nbid arrikkita b’riħa delikata ħafifa li tixbah lill-vjoletta u togħma qawwija, iżda delikata u eleganti, xi ftit tannika fiż-żgħożija tiegħu, u jħalli togħma morra iżda pjaċevoli fil-ħalq.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,5 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10,0 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 24,0 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
8. Romagna Sangiovese Riserva, inkluża l-varjetà Superiore Riserva
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Romagna Sangiovese Riserva, miksub mill-għeneb tal-varjetà li ġġib l-istess isem, huwa nbid aħmar lewn ir-rubin li jagħti fil-granata, li jaqleb fi sfumaturi vjola u oranġjo, bi fwieħa fina ta’ vanilla li tfakkar fl-eteri u tipika tat-tqaddim u togħma sħiħa, xotta, armonjuża ta’ karattru konsiderevoli, ħafna drabi b’riħa ħafifa tal-injam tal-btieti użati għat-tqaddim.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,0 % skont il-volum
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10,0 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 26,0 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
9. Romagna Sangiovese Passito
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Romagna Sangiovese Passito, miksub mill-għeneb tal-varjetà li ġġib l-istess isem, huwa nbid aħmar lewn ir-rubin, xi drabi b’riflessi fil-vjola, b’riħa ħafifa li tixbah lill-vjoletta u b’togħma armonjuża, b’tanniċità pjaċevoli akkumpanjata minn togħma morra karatteristika iżda pjaċevoli li tibqa’ fil-ħalq; xi drabi tinxtamm riħa tal-injam tal-btieti li jintużaw għat-tqaddim.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: minn 6,0 sa 20,0 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 26 g/l
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
10. Romagna Sangiovese bis-subżoni
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Romagna Sangiovese segwita minn subżona, miksub mill-għeneb tal-varjetà li ġġib l-istess isem f’żoni demarkati b’mod ċar, huwa nbid aħmar lewn ir-rubin b’riflessi vjola, b’riħa miftuħa u ta’ nbid, li tkun kemxejn ta’ ħaxix meta jkun għadu żgħir, b’riħa ħafifa delikata li tixbah lill-vjoletta, u togħma tipika taż-żona ta’ produzzjoni, pjaċevolment tannika fiż-żgħożija u li jħalli togħma xi ftit morra iżda pjaċevoli fil-ħalq.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,5 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 4,0 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 24,0 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
11. Romagna Sangiovese Riserva bis-subżoni
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Romagna Sangiovese Riserva segwita minn subżona, miksub mill-għeneb tal-varjetà li ġġib l-istess isem f’żoni demarkati b’mod ċar, huwa nbid aħmar lewn ir-rubin li jxaqleb lejn il-granata, li jaqleb fi sfumaturi vjola u oranġjo bit-tqaddim, u togħma xotta, sħiħa, armonjuża u robusta tipika taż-żona ta’ produzzjoni, ħafna drabi b’riħa ħafifa tal-injam li tittieħed mill-btieti użati għat-tqaddim.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,0 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 4,0 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 26,0 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
12. Romagna Trebbiano
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Romagna Trebbiano, miksub mill-għeneb tal-varjetà li ġġib l-istess isem, huwa nbid isfar lewn it-tiben xi ftit jew wisq jgħajjat, b’riħa ta’ nbid ħafifa u delikata u togħma sottili, qawwija u armonjuża.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,5 %
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l.
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
13. Romagna Trebbiano Spumante
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Romagna Trebbiano Spumante, miksub mill-għeneb tal-varjetà li ġġib l-istess isem, permezz tal-prattika ta’ rifermentazzjoni naturali fil-flixkun jew fl-awtoklavi f’konformità mar-regoli tal-UE, huwa nbid isfar lewn it-tiben xi ftit jew wisq jgħajjat, b’ragħwa persistenti u bżieżaq fini, b’riħa delikata, friska u pjaċevoli, u togħma xotta jew ħelwa skont it-tip speċifiku.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,5 % vol.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
14. Romagna Trebbiano Frizzante
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Romagna Trebbiano Frizzante, miksub mill-għeneb tal-varjetà li ġġib l-istess isem, permezz tal-prattika ta’ fermentazzjoni sekondarja naturali f’konformità mar-regoli tal-UE, għandu kulur isfar lewn it-tiben xi ftit jew wisq jgħajjat, b’ragħwa fina u persistenti, b’riħa pjaċevoli u delikata, u togħma armonjuża u friska.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,5 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
15. Romagna Bianco Spumante
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid Romagna Bianco Spumante għandu ragħwa fina u persistenti u kulur isfar lewn it-tiben xi ftit jew wisq jgħajjat. Jiddistingwi ruħu mir-riħa fina u delikata tiegħu u t-togħma tvarja skont il-kontenut ta’ zokkor minn brut nature sa xotta, qawwija u armonjuża.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,5 % vol.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
16. Romagna Rosato Spumante
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid Romagna Rosato Spumante għandu ragħwa fina u persistenti. Għandu kulur roża xi ftit jew wisq jgħajjat b’riħa fina u delikata. It-togħma tvarja skont il-kontenut ta’ zokkor minn brut nature sa xotta u hija qawwija u armonjuża.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,5 % vol.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 15 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
17. Romagna Bianco
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed Romagna Bianco huma sofor ċari sa sofor lewn it-tiben xi ftit jew wisq jgħajjat u għandhom riħa pjaċevoli, fina u delikata. It-togħma hija qawwija u armonjuża.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,5 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
18. Romagna Bianco Frizzante
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid Romagna Rosato Frizzante għandu ragħwa fina u persistenti. Il-kulur ivarja minn isfar ċar għal isfar lewn it-tiben xi ftit jew wisq jgħajjat u r-riħa tiegħu hija pjaċevoli u distintiva. It-togħma tiegħu hija armonjuża u friska.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,5 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
19. Romagna Rosato
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed Romagna Rosato huma roża xi ftit jew wisq jgħajjat u għandhom riħa pjaċevoli, fina u delikata. It-togħma hija armonjuża u friska.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,5 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
20. Romagna Rosato Frizzante
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid Romagna Rosato Frizzante għandu ragħwa fina u persistenti. Kulur roża xi ftit jew wisq jgħajjat, b’riħa pjaċevoli u distintiva. It-togħma hija armonjuża u friska.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,5 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
21. Romagna Rosso
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed Romagna Rosso huma ħomor lewn ir-rubin, kultant bi sfumaturi vjola, riħa ta’ nbid u fwieħa franka. It-togħma hija armonjuża, ftit tannika, b’togħma qarsa b’mod pjaċevoli li ddum fil-ħalq.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 19 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
22. Romagna Bianco Brisighella
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed Romagna Bianco Brisighella huma sofor ċari sa sofor lewn it-tiben xi ftit jew wisq jgħajjat u għandhom riħa distintiva, fina u varjata. It-togħma hija qawwija, friska u armonjuża.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 4,0 g/l;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 19 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
23. Romagna Bianco Castrocaro
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed Romagna Bianco Castrocaro huma sofor ċari sa sofor lewn it-tiben xi ftit jew wisq jgħajjat u għandhom riħa pjaċevoli, qawwija u ta’ nbid. It-togħma hija qawwija u armonjuża.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,5 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 4 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 17 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
24. Romagna Bianco Longiano
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed Romagna Bianco Longiano huma sofor ċari sa sofor lewn it-tiben xi ftit jew wisq jgħajjat u għandhom riħa pjaċevoli, qawwija u ta’ nbid. It-togħma hija qawwija u armonjuża.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 19 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
25. Romagna Bianco Modigliana
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed Romagna Bianco Modigliana huma sofor ċari sa sofor lewn it-tiben xi ftit jew wisq jgħajjat u għandhom riħa pjaċevoli, qawwija u ta’ nbid. It-togħma hija qawwija u armonjuża.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 19 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5. |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
26. Romagna Bianco Oriolo
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed Romagna Bianco Oriolo huma sofor ċari sa sofor lewn it-tiben xi ftit jew wisq jgħajjat u għandhom riħa pjaċevoli, qawwija u ta’ nbid. It-togħma hija qawwija u armonjuża.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,5 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 4 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 17 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
27. Romagna Centesimino Oriolo
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid Romagna Centesimino Oriolo huwa aħmar lewn il-granata u għandu riħa karatteristika b’noti ta’ ward u frott tal-foresta. It-togħma hija bellusija u mimlija.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 4 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 23 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
28. Romagna Centesimino Oriolo Riserva
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid Romagna Centesimino Oriolo Riserva huwa aħmar qawwi lewn il-granata b’riħa dominanti ta’ noti ta’ ward, frott misjur u noti pikkanti. It-togħma hija mimlija, armonjuża, bellusija u kemxejn tannika.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 4 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 26 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
29. Romagna Centesimino Oriolo Passito
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid Romagna Centesimino Oriolo Passito huwa aħmar solidu lewn il-granata b’riħa qawwija u distintiva ta’ noti ta’ ward, ġamm, għeneb imqadded u noti pikkanti. It-togħma hija armonjuża, dominanti u għandha struttura tajba.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,5 % vol.
Residwi ta’ zokkor riduċenti: mhux inqas minn 50 g/l
Estratt minimu mingħajr zokkor: 26 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
30. Romagna Centesimino Oriolo Spumante Rosé
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid Romagna Centesimino Oriolo Spumante Rosé għandu ragħwa fina u persistenti. Huwa roża xi ftit jew wisq jgħajjat u għandu riħa karatteristika ta’ noti pronunzjati ta’ fjuri. It-togħma tvarja skont il-kontenut ta’ zokkor minn brut sa xotta mezzana, friska u bi struttura tajba.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 % vol.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
31. Romagna Famoso Mercato Saraceno
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed Romagna Famoso Mercato Saraceno huma sofor lewn it-tiben xi ftit jew wisq jgħajjat u għandhom riħa distintiva, qawwija u ta’ nbid. It-togħma hija xotta, qawwija u armonjuża.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,5 % vol.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 17 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
32. Romagna Famoso Mercato Saraceno Spumante
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbid Romagna Famoso Mercato Saraceno Spumante għandu ragħwa fina u persistenti. Għandu kulur isfar lewn it-tiben xi ftit jew wisq jgħajjat b’riħa fina u delikata. It-togħma tiegħu tvarja skont il-kontenut ta’ zokkor minn brut nature sa xotta, f’konformità mal-liġi tal-UE.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 % vol.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 16 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
—
5.2. Rendimenti massimi
1.
45 ettolitru għal kull ettaru
2.
84,5 ettolitru għal kull ettaru
3.
98 ettolitru għal kull ettaru
4.
78 ettolitru għal kull ettaru
5.
68,25 ettolitru għal kull ettaru
6.
58,5 ettolitru għal kull ettaru
7.
52 ettolitru għal kull ettaru
8.
60 ettolitru għal kull ettaru
9.
126 ettolitru għal kull ettaru
10.
126 ettolitru għal kull ettaru
11.
91 ettolitru għal kull ettaru
12.
84 ettolitru għal kull ettaru
13.
77 ettolitru għal kull ettaru
14.
55 ettolitru għal kull ettaru
15.
91 ettolitru għal kull ettaru
16. Romagna Famoso, inkluż Spumante bis-subżona Mercato Saraceno
84 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona ta’ produzzjoni tal-għeneb li minnu jsiru l-inbejjed adattati biex jiġu indikati bid-denominazzjoni Romagna tinkludi diversi muniċipalitajiet sħaħ, jew partijiet minnhom, fil-provinċji ta’ Bologna, Rimini, Forlì-Cesena u Ravenna fir-reġjun tal-Emilia-Romagna.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
|
|
Albana B. |
|
|
Bombino Bianco B. |
|
|
Sangiovese N. |
|
|
Terrano N. |
|
|
Trebbiano Romagnolo B. - Trebbiano |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Romagna
Romagna Albana Spumante:
Il-familja Baldi minn Faenza ilha s-sid ta’ art fil-vinja fiż-żoni l-aktar għammiela tar-Romagna mis-seklu 14. Kienet fost l-ewwel li għollew il-livell tal-kwalità tal-produzzjoni tal-inbid, tant li familji nobbli oħrajn, mhux biss minn Faenza, u minkejja li kienu produtturi huma stess, kienu jservu l-inbejjed Baldi fl-okkażjonijiet speċjali.
Fil-bidu tas-seklu 20 Francesco Baldi kien l-ewwel produttur ta’ nbid frizzanti fir-Romagna, aktarx Albana, imħallat ma’ nbejjed oħrajn. Dan kien prodott fi kwantitajiet kbar fil-Villa “Le Fontane” f’Sarna di Faenza, u minħabba l-kwalità għolja tiegħu, kien jinbiegħ fir-Romagna u f’Bologna, u kien jiġi esportat lejn Franza u r-Russja, fejn ingħata premjijiet u rikonoxximenti rinnomati.
Romagna Cagnina:
Il-ħakma Biżantina setgħet kienet iż-żmien li fih it-Terrano d’Istria, il-varjetà prinċipali tal-għeneb tal-Cagnina, inxterdet fir-Romagna, meta kienu jiġu importati kwantitajiet kbar ta’ ġebel tal-franka minn Istria u mid-Dalmazja, biex jinbnew l-aktar monumenti importanti ta’ Ravenna. Sa mis-seklu 13 l-inbid diġà kien qed jiġi prodott fi wħud mill-pjanuri ta’ Cesena, Forlì u Ravenna. Jeżistu diversi kitbiet u kompożizzjonijiet poetiċi mis-sekli 19u 20 li jikkonfermaw il-bejgħ u l-apprezzament tal-Cagnina fir-Romagna.
Romagna Pagadebit, inklużi l-varjetajiet Bertinoro, Amabile u Frizzante:
Il-varjetà tal-għeneb Bombino Bianco lokalment tissejjaħ Pagadebit, isem li ngħata lill-inbid ukoll. Skont Hohnerlein-Buchinger, it-terminu ġej minn “produce tanto da pagare i debiti” (“jipproduċi tant li jħallas id-dejn”) peress li anki f’kundizzjonijiet ħżiena tat-temp din il-varjetà tad-dwieli tiggarantixxi produzzjoni tajba. B’mod partikolari fil-Provinċja ta’ Forlì, il-Pagadebit kienet titħawwel flimkien mal-Albana biex tpatti għall-produzzjoni aktar baxxa ta’ dik il-varjetà. L-ewwel kitba li ssemmi l-Pagadebit fir-Romagna tmur lura għall-1825, u hija ta’ Acerbi, li jelenka l-varjetà fost id-dwieli ta’ madwar Rimini. Fil-wirja ampelografika ta’ Forlì tal-1876 ġew imqabbla d-dwieli tal-Pagadebit li kienu ġejjin minn żoni differenti; maż-żminijiet, ġiet rikonoxxuta t-tradizzjoni partikolari u prestiġġjuża tal-Pagadebit fiż-żona ta’ Bertinoro.
Romagna Sangiovese inklużi l-varjetajiet Superiore, Riserva, Novello u Passito:
Fl-Arkivji tal-Istat ta’ Faenza hemm miżmum att notarili tal-1672 li jsemmi tliet ringieli ta’ vinji ta’ Sangiovese fir-razzett ta’ Fontanella di Pagnano fil-muniċipalità ta’ Casola Valsenio. Skont ċerti lingwisti l-varjetà ngħatat l-isem ta’ “Sangue dei gioghi” (demm tal-muntanji) fl-Appennini tat-Toscana u tar-Romagna, fid-djalett lokali mqassar għal “sanzves”.
Skont Beppe Sangiorgi, l-ewwel referenzi għas-Sangiovese fir-Romagna jirrigwardaw iż-żona ta’ Faenza u Imola. Fl-1839 Gallesio ddeskriva l-vinji li kien ra waqt vjaġġ bejn Firenza u Forlì hekk: id-dwieli huma kollha varjetajiet baxxi u huma l-aktar tat-tip Sangiovese di Romagna.
Dokumenti antiki dwar il-produzzjoni tal-inbid jidentifikaw id-dielja tas-Sangiovese fir-Romagna b’karatteristiċi proprji, u li kienet vinifikat fi nbid magħmul minn varjetà waħda, għall-kuntrarju ta’ dak li kien isir bnadi oħra.
Romagna Trebbiano (anki semifrizzanti u frizzanti):
il-varjetà Trebbiano x’aktarx li ġiet introdotta fi żmien l-Etruski u r-Rumani, li kienu jiżirgħu d-dwieli wara li kienu jieħdu u jaqsmu l-art: għalhekk kien l-inbid tal-leġjunarji. Fl-1305 Pier de Crescenzi kiteb dwar għeneb abjad imsejjaħ “tribiana”. Fl-istess seklu jissemma “turbien” f’Imola, u “trebulanum” f’Bologna. Fi żmien mhux speċifikat hemm aċċenn għal “tarbian” fir-Romagna. Molon (1906) kiteb li kien imkabbar l-aktar b’mod partikolari f’Forlì u Ravenna, u Pasqualini u Pasqui kkummentaw dwar ir-ringieli ta’ dwieli mkabbra fuq il-pjanura minkejja l-umdità għolja. Il-fatt li huwa tant mifrux fir-Romagna huwa dovut għall-kapaċità tiegħu li jadatta għal tipi varji ta’ ħamrija u klima.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Id-DOP Romagna - Żona ta’ produzzjoni tal-inbid
Qafas ġuridiku:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-operazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-inbid jistgħu jsiru fit-territorju kollu tal-provinċji ta’ Forlì-Cesena, Ravenna, Bologna u Rimini.
Id-DOP Romagna - żona ta’ produzzjoni għat-tipi semifrizzanti u frizzanti
Qafas ġuridiku:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-operazzjonijiet ta’ produzzjoni tat-tipi Romagna Trebbiano Frizzante, Romagna Trebbiano Spumante, Romagna Pagadebit Frizzante, Romagna Albana Spumante, Romagna Bianco Frizzante, Romagna Rosato Frizzante, Romagna Rosato Frizzante u Romagna Rosato Spumante, kif ukoll il-prattiki enoloġiċi għall-produzzjoni tar-ragħwa, għall-istabbilizzazzjoni u t-taħlil, fejn permessi, jistgħu jsiru fit-territorju kollu tar-reġjun tal-Emilia-Romagna, tar-reġjun tal-Marche, tar-reġjun tal-Lombardia, tar-reġjun tal-Piemonte u tar-reġjun tal-Veneto.
Id-DOP Romagna - żona ta’ bbottiljar tat-tipi semifrizzanti u frizzanti
Qafas ġuridiku:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-operazzjonijiet ta’ bbottiljar tat-tipi Romagna Trebbiano Frizzante, Romagna Trebbiano Spumante, Romagna Pagadebit Frizzante, Romagna Albana Spumante, Romagna Bianco Frizzante, Romagna Bianco Spumante, Romagna Rosato Frizzante u Romagna Rosato Spumante jridu jsiru fit-territorju tar-reġjun tal-Emilia-Romagna, tar-reġjun tal-Marche, tar-reġjun tal-Lombardia, tar-reġjun tal-Piemonte u tar-reġjun tal-Veneto. F’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-UE u dik nazzjonali, l-ibbottiljar jew l-imballaġġ irid isir fiż-żona ġeografika demarkata msemmija biex tiġi salvagwardjata l-kwalità u r-reputazzjoni, tiġi garantita l-oriġini u tiġi żgurata l-effettività tal-kontrolli.
Użu ta’ referenzi għal subżoni
Qafas ġuridiku:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
It-tikketti u l-imballaġġ tal-inbejjed koperti mid-DOP Romagna jistgħu jinkludu referenzi għas-subżoni deskritti fl-annessi rispettivi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Is-subżoni li jistgħu jidhru fuq it-tikketta huma dawn li ġejjin: “Bertinoro”, “Brisighella”, “Castrocaro”, “Cesena”, “Longiano”, “Meldola”, “Modigliana”, “Marzeno”, “Oriolo”, “Predappio”, “Mercato Saraceno”, “Serra”, “Imola”, “Coriano”, “San Clemente”, “Verucchio”.
Id-DOP Romagna segwita mis-subżona
Qafas ġuridiku:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-operazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-inbid jistgħu jsiru fit-territorju kollu tal-provinċji ta’ Bologna, Ravenna, Forlì-Cesena u Rimini.
Id-DOP Romagna segwita mis-subżona
Qafas ġuridiku:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-ibbottiljar tal-inbid kopert mid-DOP Romagna segwit minn subżoni jrid isir fiż-żona ta’ produzzjoni ta’ kull subżona, inkluż fiż-żoni fejn hija awtorizzata l-vinifikazzjoni b’deroga. F’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-UE u dik nazzjonali, l-ibbottiljar jew l-imballaġġ irid isir fiż-żona ġeografika demarkata msemmija biex tiġi salvagwardjata l-kwalità u r-reputazzjoni, tiġi garantita l-oriġini u tiġi żgurata l-effettività tal-kontrolli.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/18282
|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/37 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 386/09)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Alsace grand cru Geisberg”
PDO-FR-A0379-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 20.7.2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Referenza addizzjonali
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima II, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġew miżjuda l-ismijiet użati li ġejjin: “Sylvaner” u “Pinot noir”, kif ukoll il-varjetajiet tad-dwieli korrispondenti, rispettivament: “sylvaner B” u “pinot noir N”.
L-isem użat “Sylvaner” ġie miżjud biex jiġi kkoreġut nuqqas fl-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-ewwel verżjoni tispeċifika, fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 1(b), li l-varjetajiet tad-dwieli awtorizzati “jistgħu jiġu vinifikati u kkummerċjalizzati bl-isem rispettiv tagħhom”, iżda l-isem korrispondenti użat ma kienx ġie inkluż fil-lista ta’ ismijiet użati possibbli. Deċiżjoni nazzjonali, li ttieħdet qabel l-approvazzjoni tal-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kienet żiedet il-varjetà tad-dwieli sylvaner B ma’ dawk awtorizzati għall-produzzjoni ta’ nbejjed bid-denominazzjoni tal-oriġini “Alsace grand cru Zotzenberg”, b’kunsiderazzjoni tad-drawwiet lokali u r-reputazzjoni ta’ dawn l-inbejjed.
L-isem użat “Pinot noir” ġie miżjud fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”. Din l-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta’ nbid aħmar hija bbażata fuq l-anterjorità, il-fama u l-karatteristiċi tal-inbejjed magħmulin bl-għeneb tal-varjetà pinot noir N prodotti fl-irqajja’ tal-art demarkati għal dawn id-denominazzjonijiet “Alsace grand cru”. Il-varjetà pinot noir N hija l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għal dawn l-inbejjed ħomor.
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima II, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-varjetajiet ta’ għeneb muscat à petits grains li jikkorrispondu għall-isem użat “Muscat”, ġew miżjuda l-kelmiet “blancs” u “roses” mal-isem ta’ dawn il-varjetajiet tad-dwieli sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Dawn l-emendi ma jinvolvu l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
2. Tipi ta’ prodotti
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test ġie emendat biex jiġi indikat li d-denominazzjonijiet ta’ oriġini koperti minn din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma għadhomx esklużivament denominazzjonijiet riżervati għall-inbejjed bojod bla gass.
Id-denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru” riżervati għall-inbejjed bojod u ħomor bla gass jissemmew b’isimhom (“Alsace grand cru Hengst”, “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”).
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
3. Żona ġeografika
Ġie miżjud paragrafu fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex issir referenza għad-dati li fihom iż-żona ġeografika ġiet ivvalidata mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-INAO u biex jiġi indikat ir-repożitorju tad-definizzjoni tal-perimetru taż-żona, il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021, kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-indikazzjoni tagħmilha possibbli li d-demarkazzjoni taż-żona tiġi żgurata legalment.
L-introduzzjoni tar-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021 tinvolvi l-aġġornament tal-lista tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet. Għalhekk, il-muniċipalitajiet ta’ Kientzheim u Sigolsheim tneħħew, u t-territorju tagħhom issa huwa anness mal-muniċipalità ta’ Kaysersberg Vignoble.
Dawn l-emendi editorjali ma jibdlux il-perimetru taż-żona ġeografika.
Fil-punt 1 ġew miżjuda wkoll is-sentenzi li ġejjin:
“Il-mapep taż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO.
Il-kunsill lokali tal-muniċipalità li tinsab parzjalment fit-territorju għandu mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika.”
Dawn l-emendi jinvolvu emenda għall-punt 6 tad-Dokument Uniku.
4. Żona tal-irqajja’ tal-art demarkata
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
|
— |
fl-ewwel paragrafu, ġiet miżjuda l-informazzjoni “6 u 7 ta’ Settembru 2006”, li tikkorrispondi għad-data ta’ approvazzjoni taż-żona tal-irqajja’ tal-art mill-kumitat nazzjonali kompetenti, sabiex jiġi kkoreġut nuqqas. |
|
— |
fit-tieni paragrafu, il-kitba ġiet emendata biex tirrifletti l-bidliet fl-ismijiet tal-muniċipalitajiet li saru fit-Taqsima IV, il-punt 1. |
|
— |
il-kolonna “Muniċipalitajiet” tat-tabella ġiet aġġornata biex tikkorrispondi mal-ismijiet tal-muniċipalitajiet elenkati fit-Taqsima IV, il-punt 1. |
Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
5. Żona fil-viċinanza immedjata
Ġie emendat paragrafu fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex jiġi indikat ir-repożitorju tad-definizzjoni tal-perimetru taż-żona, il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021, kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-indikazzjoni tagħmilha possibbli li d-demarkazzjoni taż-żona tiġi żgurata legalment.
L-introduzzjoni tar-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021 tinvolvi l-aġġornament tal-lista tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet. Għalhekk tħassar l-isem tal-muniċipalità ta’ Kaysersberg u ġie miżjud dak tal-muniċipalità ta’ Kaysersberg Vignoble, flimkien mal-informazzjoni li din il-muniċipalità hija inkluża biss għall-parti tat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg.
Dawn l-emendi editorjali ma jemendawx il-perimetru taż-żona fil-viċinanza immedjata.
Dawn l-emendi jinvolvu emenda għall-punt 9 tad-Dokument Uniku.
6. Varjetajiet tal-għeneb
Fl-Kapitolu I, it-Taqsima V, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie miżjud il-kliem “– għall-inbejjed bojod: ” u “– għall-inbejjed ħomor: il-varjetà tad-dwieli pinot noir N”, minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”. Il-varjetà pinot noir N hija l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għal dawn l-inbejjed ħomor. Hija wkoll l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għall-produzzjoni ta’ nbid aħmar fid-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace”.
Fit-Taqsima V, il-punt 1(a), (b) u (e), u l-punt 2(b), il-kelmiet “blancs” u “roses” ġew miżjuda mal-isem tal-varjetajiet ta’ muscats à petits grains sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn l-emendi.
7. Densità tat-tħawwil
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie miżjud il-kliem: “Għall-produzzjoni ta’ nbid abjad” u “Għall-produzzjoni ta’ nbid aħmar” biex issir distinzjoni bejn id-densitajiet minimi tat-tħawwil skont il-kulur tal-inbejjed. Dawn id-densitajiet huma indikati għad-denominazzjonijiet li jistgħu jipproduċu nbejjed ħomor.
Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn iż-żidiet.
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet speċifikata d-data effettiva tal-applikazzjoni tar-regola dwar il-possibbiltà li d-densità tiġi adattata permezz tal-qlugħ tas-siġar: “il-25 ta’ Ottubru 2011”, li tissostitwixxi l-formulazzjoni “fid-data tal-approvazzjoni ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott”.
Din l-emenda tinvolvi emenda għall-punt 5 tad-Dokument Uniku.
8. Regola taż-żbir
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-inbejjed bojod, ir-regola dwar in-numru ta’ għejun għal kull metru kwadru tal-erja tal-art, li kienet tvarja skont il-varjetà tad-dwieli, tneħħiet u minflokha ddaħħlet regola waħda ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.
Dan l-iżvilupp jippermetti l-armonizzazzjoni tal-kitba bejn l-Ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini ta’ Alsace, u li jiġu ssimplifikati l-metodi ta’ kontroll.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
Fil-bidu tas-sentenza ġie miżjud il-kliem “Għall-inbejjed bojod,” minħabba l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass li saret fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.
Ġiet miżjuda r-regola dwar iż-żbir għall-inbejjed ħomor, bin-numru massimu ta’ għejun għal kull pjanta stabbilit għal 14. Dan huwa aktar baxx min-numru awtorizzat għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod. Din ir-regola tippermetti l-konsistenza mar-rendiment u l-produzzjoni ta’ għeneb ta’ kwalità.
Dawn l-aħħar emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
9. Regoli dwar il-kannizzar u l-għoli tal-faxxina
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tneħħa l-għoli massimu tal-wajer ta’ appoġġ tal-arkata u nbidel il-metodu tal-kejl tal-għoli tal-faxxina fuq il-kannizzati.
Dawn il-bidliet jagħmluha possibbli li l-għoli tal-faxxina jiġi osservat waqt it-tkabbir, li qabel kien isir biss b’obbligu tal-mezzi.

10. Tagħbija massima medja fuq ir-roqgħa tal-art
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(d) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-valur tat-tagħbija massima medja fuq ir-roqgħa tal-art tnaqqas minn 10 000 għal 8 500 kilogramma għal kull ettaru, għall-inbejjed bojod, f’konformità mat-tnaqqis fir-rendiment għal dawn l-inbejjed.
Ġie stabbilit valur għall-inbejjed ħomor, li huwa inqas minn dak stabbilit għall-inbejjed bojod, f’konformità mar-rendiment ta’ dawn l-inbejjed.

11. Maturazzjoni tal-għeneb u qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VII, il-punt 2(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-tabella ġiet emendata biex titqies l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass li saret fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.
Għal dawn id-denominazzjonijiet tal-inbejjed ħomor “Alsace grand cru”, ġew stabbiliti l-kontenut minimu ta’ zokkor tal-għeneb fil-mument tal-ħsad u l-qawwa alkoħolika naturali minima tiegħu skont il-volum.
Dawn l-indikazzjonijiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.
Għall-inbejjed bojod, il-valuri minimi tal-kontenut taz-zokkor tal-għeneb żdiedu b’2 jew 3 grammi għal kull litru ta’ most sabiex tiġi rrispettata l-istess differenza ta’ 1 % vol. bil-valuri għal kull qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum, bħal fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-korp ta’ protezzjoni u ġestjoni għażel li għall-kalkolu tat-trasformazzjoni tal-grammi taz-zokkor fl-alkoħol, juża l-valur ta’ 17-il gramma zokkor għal kull 1 % vol. għall-inbejjed bojod, filwaqt li fil-verżjoni inizjali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kien uża l-valur ta’ 16,83. Dan il-valur ta’ 17 kien irrakkomandat mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-INAO meta ġiet stabbilita l-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

12. Rendimenti
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VIII, il-punti 1 u 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tnaqqsu kemm ir-rendimenti kif ukoll ir-rendimenti ta’ limitu, u b’hekk sar possibbli kontroll tal-kwalità aħjar għall-inbejjed bojod u għall-inbejjed bojod bl-indikazzjoni “Vendanges tardives”, f’konformità mal-istruttura ġerarkika tad-denominazzjonijiet tar-reġjun ta’ Alsace.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat fir-rigward tar-rendimenti massimi (ir-rendimenti ta’ limitu).
Ġie miżjud il-kliem “Inbejjed bojod” għall-inbejjed mingħajr indikazzjoni, minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.
Ir-rendiment u r-rendiment ta’ limitu għall-inbejjed ħomor ġew stabbiliti skont l-istruttura ġerarkika tad-denominazzjonijiet fir-reġjun ta’ Alsace, u għalhekk f’valuri aktar baxxi għal dawn id-denominazzjonijiet tal-grand cru.
Dawn l-emendi tal-aħħar ma jemendawx id-Dokument Uniku.
13. Fermentazzjoni malolattika, kontenut ta’ zokkor fermentabbli għall-inbejjed ħomor
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie speċifikat li l-fermentazzjoni malolattika titlesta għall-inbejjed ħomor.
Sabiex tiġi kkontrollata din ir-regola, ġie stabbilit kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru jew inqas fl-istadju tal-imballaġġ.
Fit-Taqsima IX, il-punt 1(d), għall-inbejjed ħomor, ġie stabbilit kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ żewġ grammi jew inqas għal kull litru wara l-fermentazzjoni.
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.
14. Projbizzjoni taż-żieda tal-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum għall-inbejjed ħomor
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(e) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie speċifikat li l-inbejjed ħomor ma jiġux imsaħħa. Din ir-restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed hija konsistenti mad-demarkazzjoni tal-irqajja’ tal-art għall-produzzjoni tal-għeneb, id-densità minima tat-tħawwil, ir-regoli dwar iż-żbir u l-valuri baxxi tar-rendiment.
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.
15. Kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni għall-vinifikazzjoni
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(g) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-koeffiċjent għall-kalkolu tal-kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni għall-vinifikazzjoni tnaqqas.
Il-proporzjon bejn il-volum tal-ħsad preċedenti u l-kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni ma għandux għalfejn ikun għoli daqshekk.

16. Data tat-tqaddim u tat-tqegħid fis-suq għall-konsumatur għall-inbejjed ħomor
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie stabbilit perjodu minimu ta’ tqaddim għall-inbejjed ħomor sal-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad. L-inbejjed prodotti bl-għeneb tal-varjetà pinot noir N minn dawn it-terroirs jeħtieġu perjodu ta’ żmien minimu biex jesprimu tajjeb il-karatteristiċi tagħhom.
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 5(a), ġie indikat li wara li jintemm il-perjodu ta’ tqaddim, l-inbejjed ħomor jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur biss mill-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

17. Spezzjoni tal-lottijiet imballati
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 3(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tneħħiet ir-regola dwar iż-żamma ta’ fliexken kampjuni biex jintwerew fi spezzjoni tal-lottijiet imballati.
Din ir-regola hija miżura ta’ kontroll li hija rreġistrata fil-pjan ta’ kontroll.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
18. Ħażna tal-inbejjed imballati
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġew speċifikati l-karatteristiċi tal-post tal-ħażna tal-inbejjed imballati.
Dan jagħmilha aktar faċli għall-operaturi biex jifhmu din ir-regola, u jiffaċilita l-ispezzjoni.

19. Fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta maż-żona ġeografika
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 1(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test ġie emendat biex jitqies ir-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst” u “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”:
|
— |
ġiet miżjuda l-informazzjoni li ġejja għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Hengst”: rikonoxximent fl-2022 għall-inbejjed ħomor, hija awtorizzata biss il-varjetà tad-dwieli pinot noir N, id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 5 500 pjanta għal kull ettaru għall-produzzjoni tal-inbid aħmar, dawn l-inbejjed ma jiġux imsaħħa, u jridu josservaw perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 10 xhur. |
|
— |
ġiet miżjuda l-informazzjoni li ġejja għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”: rikonoxximent fl-2022 għall-inbejjed ħomor, hija awtorizzata biss il-varjetà tad-dwieli pinot noir N, id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 5 000 pjanta għal kull ettaru għall-produzzjoni tal-inbid aħmar, dawn l-inbejjed ma jiġux imsaħħa, u jridu josservaw perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 10 xhur. |
Fit-Taqsima X, il-punt 1(b), tneħħiet l-informazzjoni li r-rikonoxximent ta’ dawn iż-żewġ denominazzjonijiet ta’ oriġini kien ibbażat fuq varjetajiet ta’ għeneb abjad, u l-kliem “għall-inbejjed bojod” ġie miżjud fejn meħtieġ biex it-test jinftiehem aħjar.

Il-kelmiet “blancs” u “roses” ġew miżjuda mal-ismijiet tal-varjetajiet ta’ muscats à petits grains sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dawn iż-żidiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.
20. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet miżjuda deskrizzjoni tal-aspett viżiv tal-inbejjed bojod sabiex jiġu karatterizzati aħjar.
Rigward l-ewwel żewġ tipi ta’ nbejjed deskritti: “Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.”
Rigward l-aħħar żewġ tipi ta’ nbejjed deskritti: “Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.”
Il-punt 4 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
Id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi prinċipali tal-inbejjed ħomor ġiet miżjuda għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst” u “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”.
Dawn id-deskrizzjonijiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.
21. Rabta maż-żona ġeografika
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għad-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst”, l-informazzjoni dwar ir-rabta bejn l-oriġini ġeografika u l-karatteristiċi tal-inbejjed, li tista’ tapplika wkoll għall-inbejjed ħomor ta’ din id-denominazzjoni, hija ssupplimentata b’informazzjoni speċifika għall-inbejjed ħomor.
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.
22. Miżuri tranżizzjonali
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XI, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-konformità mal-emendi tal-Kapitolu I, it-Taqsima VI, l-għoli massimu tal-wajer ta’ appoġġ tal-arkata tħassar u n-numru massimu ta’ għejun għal kull pjanta tnaqqas.

23. Indikazzjoni obbligatorja tal-kontenut taz-zokkor fuq it-tikkettar u mezzi oħra ta’ informazzjoni għall-inbejjed bojod
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XII, il-punt 2(d) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iddaħħal test ġdid, bħala sostituzzjoni, sabiex l-indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor kif definit fir-Regolament (UE) 2019/33, li attwalment hija fakultattiva, issir obbligatorja.
Din l-indikazzjoni tgħin lill-konsumatur jifhem aħjar it-tip ta’ nbid.
Din ir-regola l-ġdida ma tapplikax għall-inbejjed bl-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”.
Il-punt 9 tad-Dokument Uniku ġie ssupplimentat.
Fit-Taqsima XII, l-ittra d tal-punt 2 saret l-ittra e.

24. Dikjarazzjoni minn qabel tal-użu tal-irqajja’ tal-art
Fil-Kapitolu II, it-Taqsima I, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet miżjuda kjarifika mar-regoli relatati mad-dikjarazzjoni minn qabel tal-użu tal-irqajja’ tal-art ippreżentata mill-operatur lill-korp ta’ protezzjoni u ġestjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace grand cru”, f’każ li jieqaf jipproduċi din id-denominazzjoni.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet
Alsace grand cru Geisberg
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1.
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
L-inbejjed huma nbejjed bojod bla gass.
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 12,5 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 11 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra. Wara t-tisħiħ, l-inbejjed ma jkollhomx qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 15 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G u 14 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bojod għat-tqaddim per eċċellenza huma kkaratterizzati minn freskezza evidenti bbażata fuq aċidità tartarika dominanti relatata mal-maturità tajba tal-għeneb. L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat b’ismijiet użati, sakemm l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat. Għandhom palat sħiħ, huma kumplessi u għandhom riħa qawwija ħafna b’varjetà ta’ sfumaturi aromatiċi. B’togħma li ddum tintiegħem, isiru aktar kumplessi biż-żmien.
It-tipi differenti huma:
|
— |
l-inbejjed xotti, minerali; |
|
— |
l-inbejjed aromatiċi, tal-frott, magħquda, rikki. |
Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Denominazzjoni ssupplimentata b’“Vendanges Tardives”
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 16 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 14,5 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bl-indikazzjoni “vendanges tardives” (ħsad tardiv) spiss ikollhom aromi eżotiċi ħafna ta’ frott ippreżervat u b’finitura friska. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.

3. Denominazzjoni ssupplimentata b’“Sélection de grains nobles”
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 18,2 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 16,4 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.

L-inbejjed bl-indikazzjoni “sélection de grains nobles” (għażla ta’ żrieragħ nobbli) huma nbejjed aktar ikkonċentrati, qawwija, li spiss ikollhom aromi ta’ pejst tal-frott. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1.
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru.
Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn il-flanni ta’ aktar minn żewġ metri.
Id-dwieli għandhom distanza bejn il-flanni ta’ mill-inqas 0,75 metri u mhux aktar minn 1,50 metru.
Mill-25 ta’ Ottubru 2011, il-qlugħ tas-siġar tal-flanni f’roqgħa tal-art ma jistax jirriżulta f’distanza ta’ aktar minn tliet metri bejn il-flanni l-aktar wisgħin.
2.
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru qosra bil-metodu Guyot sempliċi jew doppju b’massimu ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.
3.
Prattika tal-kultivazzjoni
L-inbejjed huma magħmula minn għeneb maħsud bl-idejn.
4.
Prattika enoloġika speċifika
Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum medja ma tistax taqbeż:
0,5 % vol. għall-inbejjed mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G,
1,5 % vol. għall-inbejjed minn varjetajiet tad-dwieli oħrajn.
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” ma jiġux imsaħħa.
5.
Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed
L-użu taċ-ċana huwa pprojbit.
6.
Prattika enoloġika speċifika
L-inbejjed jitħallew jiqdiemu mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” jiġu mqaddma mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tat-tieni sena ta’ wara dik tal-ħsad.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Denominazzjoni ssupplimentata b’“vendanges tardives” jew le 60 ettolitru għal kull ettaru |
|
2. |
Denominazzjoni ssupplimentata b’“sélection de grains nobles” 48 ettolitru għal kull ettaru |
6. Żona ġeografika demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:
|
— |
Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Ammerschwihr, Beblenheim, Bennwihr, Bergheim, Bergholtz, Eguisheim, Gueberschwihr, Guebwiller, Hattstatt, Hunawihr, Ingersheim, Katzenthal, Mittelwihr, Niedermorschwihr, Orschwihr, Pfaffenheim, Ribeauvillé, Riquewihr, Rodern, Rouffach, Saint-Hippolyte, Soultzmatt, Thann, Turckheim, Vieux-Thann, Voegtlinshoffen, Westhalten, Wettolsheim, Wintzenheim, Wuenheim, Zellenberg. Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Kientzheim u ta’ Sigolsheim biss. |
|
— |
Id-département ta’ Bas-Rhin: Andlau, Barr, Bergbieten, Blienschwiller, Dahlenheim, Dambach-la-Ville, Eichhoffen, Kintzheim, Marlenheim, Mittelbergheim, Molsheim, Nothalten, Scharrachbergheim-Irmstett, Wolxheim. Il-kunsill lokali tal-muniċipalitajiet li jinsabu parzjalment fit-territorju għandhom mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika. Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO. |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Gewurztraminer Rs
Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato
Muscat à petits grains blancs B – Muscat, Moscato
Muscat à petits grains roses Rs – Muscat, Moscato
Pinot gris G
Riesling B
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Geisberg” hija bbażata fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli li jikkaratterizzaw il-vinji ta’ Alsace, u tisfrutta wieħed mill-aqwa postijiet tar-reġjun. Mistura fil-pajsaġġ pittoresk ta’ Alsace, il-vinja tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’espressjoni kbira, b’karattru evidenti u personalità unika.
Il-karatteristiċi pedoloġiċi marbuta mal-pożizzjoni fl-aħħar tal-wied jagħtu lill-inbejjed is-salinità, l-aċidità u l-finezza tagħhom u jipproduċu nbejjed ibbilanċjati, distinti u li jħallu togħma ta’ finezza fit-tul fuq il-palat. Iktar ma jitqaddmu iktar ikollhom mineralità u kumplessità.
Il-kundizzjonijiet tat-temp eċċellenti fl-aħħar tal-istaġun favorevoli għall-konċentrazzjoni tal-għeneb fuq id-dielja u l-iżvilupp tal-moffa nobbli jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed.
It-tqaddim previst fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jgħin biex l-inbejjed jitjiebu.
Bl-adozzjoni ta’ regoli ta’ produzzjoni stretti, bħaż-żamma ta’ erja kbira tal-weraq u l-ħsad bl-idejn, il-produtturi tal-inbid ta’ Alsace jippreservaw il-karattru distintiv tal-inbejjed, li huma magħrufa għall-kumplessità tagħhom u għall-kapaċità ta’ konservazzjoni fit-tul tagħhom.
Dawn l-inbejjed huma l-aqwa fost dawk prodotti f’dan ir-reġjun. Huma nbejjed apprezzati aktar mill-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace”.
Ix-xogħol ta’ Médard Barth “Der Rebbau des Elsass und die Absatzgebieten seiner Weine”, li nkiteb fl-1958, kien diġà faħħar lil dan il-post li llum huwa magħruf.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:
|
— |
Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Bergholtz-Zell, Berrwiller, Buhl, Cernay, Colmar, Gundolsheim, Hartmanswiller, Herrlisheim, Houssen, Husseren-les-Châteaux, Jungholtz, Leimbach, Obermorschwihr, Osenbach, Ostheim, Rorschwihr, Soultz, Steinbach, Uffholtz, Walbach, Wattwiller, Wihr-au-Val, Zimmerbach. Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble, għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg biss. |
|
— |
Id-département ta’ Bas-Rhin: Albé, Avolsheim, Balbronn, Bernardswiller, Bernardvillé, Bischoffsheim, Boersch, Bourgheim, Châtenois, Cleebourg, Dachstein, Dangolsheim, Dieffenthal, Dorlisheim, Epfig, Ergersheim, Ernolsheim- Bruche, Fessenheim-le-Bas, Flexbourg, Furdenheim, Gertwiller, Gimbrett-Berstett, Goxwiller, Heiligenstein, Itterswiller, Kienheim, Kirchheim, Kuttolsheim, Mittelhausen, Mutzig, Nordheim, Oberhoffen-les-Wissenbourg, Obernai, Odratzheim, Orschwiller, Osthoffen, Ottrott, Petersbach, Reichsfeld, Riedseltz, Rosenwiller, Rosheim, Rott, Saint-Nabor, Saint-Pierre, Scherwiller, Seebach, Soultz-les-Bains, Steinseltz, Stotzheim, Strasburgu, Traenheim, Villé, Wangen, Westhoffen, Wissembourg, Zellwiller. |
Imballaġġ fiż-żona
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed jiġu imballati fi fliexken tat-tip “Vin du Rhin” skont id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 55-673 tal-20 ta’ Mejju 1955, tal-Ordni tat-13 ta’ Mejju 1959 u tad-Digriet tad-19 ta’ Marzu 1963, u kull tip ta’ flixkun ieħor huwa eskluż.
Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-5 ta’ Lulju 1972, l-inbejjed bilfors iridu jiġu bbottiljati fid-départements ta’ Bas-Rhin u Haut-Rhin fil-fliexken tat-tip “Vin du Rhin”, deskritti fid-Digriet tal-1955.
Indikazzjoni tal-annata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-indikazzjoni tal-annata trid tidher flimkien mal-isem tad-denominazzjoni, fid-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u tal-ħażniet, fuq id-dokumenti ta’ akkumpanjament, fir-reklami, fuq il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u kwalunkwe kontenitur ieħor.
Isem użat

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat b’wieħed mill-ismijiet użati, dment li l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat.
Huwa pprojbit li jintuża aktar minn isem użat wieħed fuq l-istess tikketta.
Dawn l-ismijiet użati huma dawn li ġejjin:
Gewurztraminer,
Muscat,
Muscat Ottonel,
Pinot gris,
Riesling.
L-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”

L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” bilfors irid ikollhom:
|
— |
l-indikazzjoni tal-annata, |
|
— |
u wieħed mill-ismijiet użati. |
Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor

L-inbejjed bojod li għalihom, skont it-termini ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tintalab waħda mill-51 Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Alsace Grand Cru – post imsemmi”, bl-eċċezzjoni tal-indikazzjonijiet “Vendanges Tardives” u “Sélection de Grains nobles”, li huma ppreżentati taħt l-imsemmija denominazzjoni, ma jistgħux jiġu offruti lill-pubbliku, ikkunsinnati, imqiegħda għall-bejgħ jew jinbiegħu, sakemm il-kontenut taz-zokkor kif definit mir-regolamenti Ewropej ma jkunx indikat b’mod ċar ħafna fir-reklami, il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u l-kontenituri kollha.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-4cec3ff9-abd4-4253-a1db-245ddd809faa
|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/49 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 386/10)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Alsace grand cru Moenchberg”
PDO-FR-A0383-AM02

Alsace grand cru Moenchberg
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1.
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
L-inbejjed huma nbejjed bojod bla gass.
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 12,5 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 11 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra. Wara t-tisħiħ, l-inbejjed ma jkollhomx qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 15 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G u 14 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bojod għat-tqaddim per eċċellenza huma kkaratterizzati minn freskezza evidenti bbażata fuq aċidità tartarika dominanti relatata mal-maturità tajba tal-għeneb. L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat b’ismijiet użati, sakemm l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat. Għandhom palat sħiħ, huma kumplessi u għandhom riħa qawwija ħafna b’varjetà ta’ sfumaturi aromatiċi. B’togħma li ddum tintiegħem, isiru aktar kumplessi biż-żmien.
It-tipi differenti huma: – l-inbejjed xotti, minerali; – l-inbejjed aromatiċi, tal-frott, magħquda, rikki. Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Denominazzjoni ssupplimentata b’“Vendanges Tardives”
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 16 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 14,5 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bl-indikazzjoni “vendanges tardives” (ħsad tardiv) spiss ikollhom aromi eżotiċi ħafna ta’ frott ippreżervat u b’finitura friska. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Denominazzjoni ssupplimentata b’“Sélection de grains nobles”
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 18,2 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 16,4 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bl-indikazzjoni “sélection de grains nobles” (għażla ta’ żrieragħ nobbli) huma nbejjed aktar ikkonċentrati, qawwija, li spiss ikollhom aromi ta’ pejst tal-frott. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1.
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru.
Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn il-flanni ta’ aktar minn żewġ metri.
Id-dwieli għandhom distanza bejn il-flanni ta’ mill-inqas 0,75 metri u mhux aktar minn 1,50 metru.
Mill-25 ta’ Ottubru 2011, il-qlugħ tas-siġar tal-flanni f’roqgħa tal-art ma jistax jirriżulta f’distanza ta’ aktar minn tliet metri bejn il-flanni l-aktar wisgħin.
2.
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru qosra bil-metodu Guyot sempliċi jew doppju b’massimu ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.
3.
Prattika tal-kultivazzjoni
L-inbejjed huma magħmula minn għeneb maħsud bl-idejn.
4.
Prattika enoloġika speċifika
Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum medja ma tistax taqbeż:
0,5 % vol. għall-inbejjed mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G,
1,5 % vol. għall-inbejjed minn varjetajiet tad-dwieli oħrajn.
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” ma jiġux imsaħħa.
5.
Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed
L-użu taċ-ċana huwa pprojbit.
6.
Prattika enoloġika speċifika
L-inbejjed jitħallew jiqdiemu mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” jiġu mqaddma mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tat-tieni sena ta’ wara dik tal-ħsad.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Denominazzjoni ssupplimentata b’“vendanges tardives” jew le 60 ettolitru għal kull ettaru |
|
2. |
Denominazzjoni ssupplimentata b’“sélection de grains nobles” 48 ettolitru għal kull ettaru |
6. Żona ġeografika demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:
|
— |
Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Ammerschwihr, Beblenheim, Bennwihr, Bergheim, Bergholtz, Eguisheim, Gueberschwihr, Guebwiller, Hattstatt, Hunawihr, Ingersheim, Katzenthal, Mittelwihr, Niedermorschwihr, Orschwihr, Pfaffenheim, Ribeauvillé, Riquewihr, Rodern, Rouffach, Saint-Hippolyte, Soultzmatt, Thann, Turckheim, Vieux-Thann, Voegtlinshoffen, Westhalten, Wettolsheim, Wintzenheim, Wuenheim, Zellenberg. Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Kientzheim u ta’ Sigolsheim biss. |
|
— |
Id-département ta’ Bas-Rhin: Andlau, Barr, Bergbieten, Blienschwiller, Dahlenheim, Dambach-la-Ville, Eichhoffen, Kintzheim, Marlenheim, Mittelbergheim, Molsheim, Nothalten, Scharrachbergheim-Irmstett, Wolxheim. Il-kunsill lokali tal-muniċipalitajiet li jinsabu parzjalment fit-territorju għandhom mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika. Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO. |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Gewurztraminer Rs
Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato
Muscat à petits grains blancs B – Muscat, Moscato
Muscat à petits grains roses Rs – Muscat, Moscato
Pinot gris G
Riesling B
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Moenchberg” hija bbażata fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli li jikkaratterizzaw il-vinji ta’ Alsace, u tisfrutta wieħed mill-aqwa postijiet tar-reġjun. Mistura fil-qalba tal-pajsaġġ pittoresk tal-Alsace, il-vinja tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’espressjoni kbira, b’karattru evidenti u personalità unika.
Il-karatteristika tal-ġebel tal-ħamrija tagħti lill-inbejjed aċidità konsistenti, sostanzjali u li timla l-palat, u żżid il-lonġevità fil-palat u l-qawwa.
Il-kundizzjonijiet tat-temp eċċellenti fl-aħħar tal-istaġun favorevoli għall-konċentrazzjoni tal-għeneb fuq id-dielja u l-iżvilupp tal-moffa nobbli jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed.
It-tqaddim previst fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jgħin biex l-inbejjed jitjiebu.
Bl-adozzjoni ta’ regoli ta’ produzzjoni stretti, bħaż-żamma ta’ erja kbira tal-weraq u l-ħsad bl-idejn, il-produtturi tal-inbid ta’ Alsace jippreservaw il-karattru distintiv tal-inbejjed, li huma magħrufa għall-kumplessità tagħhom u għall-kapaċità ta’ konservazzjoni fit-tul tagħhom.
Dawn l-inbejjed huma l-aqwa fost dawk prodotti f’dan ir-reġjun. Huma nbejjed apprezzati aktar mill-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace”.
Hemm referenza fil-klassifikazzjoni tat-terroirs tal-grands crus ta’ Alsace magħmula mill-ampelografu Stolz, li ġiet ippubblikata fl-1852.
Ix-xogħol ta’ Médard Barth “Der Rebbau des Elsass und die Absatzgebieten seiner Weine”, li nkiteb fl-1958, kien diġà faħħar lil dan il-post li llum huwa magħruf.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:
|
— |
Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Bergholtz-Zell, Berrwiller, Buhl, Cernay, Colmar, Gundolsheim, Hartmanswiller, Herrlisheim, Houssen, Husseren-les-Châteaux, Jungholtz, Leimbach, Obermorschwihr, Osenbach, Ostheim, Rorschwihr, Soultz, Steinbach, Uffholtz, Walbach, Wattwiller, Wihr-au-Val, Zimmerbach. Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble, għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg biss. |
|
— |
Id-département ta’ Bas-Rhin: Albé, Avolsheim, Balbronn, Bernardswiller, Bernardvillé, Bischoffsheim, Boersch, Bourgheim, Châtenois, Cleebourg, Dachstein, Dangolsheim, Dieffenthal, Dorlisheim, Epfig, Ergersheim, Ernolsheim- Bruche, Fessenheim-le-Bas, Flexbourg, Furdenheim, Gertwiller, Gimbrett-Berstett, Goxwiller, Heiligenstein, Itterswiller, Kienheim, Kirchheim, Kuttolsheim, Mittelhausen, Mutzig, Nordheim, Oberhoffen-les-Wissenbourg, Obernai, Odratzheim, Orschwiller, Osthoffen, Ottrott, Petersbach, Reichsfeld, Riedseltz, Rosenwiller, Rosheim, Rott, Saint-Nabor, Saint-Pierre, Scherwiller, Seebach, Soultz-les-Bains, Steinseltz, Stotzheim, Strasburgu, Traenheim, Villé, Wangen, Westhoffen, Wissembourg, Zellwiller. |
Imballaġġ fiż-żona
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed jiġu bbottiljati fi fliexken tat-tip “Vin du Rhin”, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 55-673 tal-20 ta’ Mejju 1955, mal-Ordni tat-13 ta’ Mejju 1959 u mad-Digriet tad-19 ta’ Marzu 1963, u l-ebda tip ta’ flixkun ieħor mhu permess.
Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-5 ta’ Lulju 1972, l-inbejjed bilfors iridu jiġu bbottiljati fid-départements ta’ Bas-Rhin u Haut-Rhin fil-fliexken tat-tip “Vin du Rhin”, deskritti fid-Digriet tal-1955.
Indikazzjoni tal-annata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-indikazzjoni tal-annata trid tidher flimkien mal-isem tad-denominazzjoni, fid-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u tal-ħażniet, fuq id-dokumenti ta’ akkumpanjament, fir-reklami, fuq il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u kwalunkwe kontenitur ieħor.
Isem użat
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat b’wieħed mill-ismijiet użati, dment li l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat.
Huwa pprojbit li jintuża aktar minn isem użat wieħed fuq l-istess tikketta.
Dawn l-ismijiet użati huma dawn li ġejjin:
Gewurztraminer,
Muscat,
Muscat Ottonel,
Pinot gris,
Riesling.
L-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” bilfors irid ikollhom:
|
— |
l-indikazzjoni tal-annata, |
|
— |
u wieħed mill-ismijiet użati. |
Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed bojod li għalihom, skont it-termini ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tintalab waħda mill-51 Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Alsace Grand Cru – post imsemmi”, bl-eċċezzjoni tal-indikazzjonijiet “Vendanges Tardives” u “Sélection de Grains nobles”, li huma ppreżentati taħt l-imsemmija denominazzjoni, ma jistgħux jiġu offruti lill-pubbliku, ikkunsinnati, imqiegħda għall-bejgħ jew jinbiegħu, sakemm il-kontenut taz-zokkor kif definit mir-regolamenti Ewropej ma jkunx indikat b’mod ċar ħafna fir-reklami, il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u l-kontenituri kollha.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-4cec3ff9-abd4-4253-a1db-245ddd809faa
|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/61 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 386/11)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Alsace grand cru Hatschbourg”
PDO-FR-A0372-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 20.7.2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Referenza addizzjonali
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima II, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġew miżjuda l-ismijiet użati li ġejjin: “Sylvaner” u “Pinot noir”, kif ukoll il-varjetajiet tad-dwieli korrispondenti, rispettivament: “sylvaner B” u “pinot noir N”.
L-isem użat “Sylvaner” ġie miżjud biex jiġi kkoreġut nuqqas fl-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-ewwel verżjoni tispeċifika, fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 1(b), li l-varjetajiet tad-dwieli awtorizzati “jistgħu jiġu vinifikati u kkummerċjalizzati bl-isem rispettiv tagħhom”, iżda l-isem korrispondenti użat ma kienx ġie inkluż fil-lista ta’ ismijiet użati possibbli. Deċiżjoni nazzjonali, li ttieħdet qabel l-approvazzjoni tal-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kienet żiedet il-varjetà tad-dwieli sylvaner B ma’ dawk awtorizzati għall-produzzjoni ta’ nbejjed bid-denominazzjoni tal-oriġini “Alsace grand cru Zotzenberg”, b’kunsiderazzjoni tad-drawwiet lokali u r-reputazzjoni ta’ dawn l-inbejjed.
L-isem użat “Pinot noir” ġie miżjud fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”. Din l-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta’ nbid aħmar hija bbażata fuq l-anterjorità, il-fama u l-karatteristiċi tal-inbejjed magħmulin bl-għeneb tal-varjetà pinot noir N prodotti fl-irqajja’ tal-art demarkati għal dawn id-denominazzjonijiet “Alsace grand cru”. Il-varjetà pinot noir N hija l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għal dawn l-inbejjed ħomor.
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima II, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-varjetajiet ta’ għeneb muscat à petits grains li jikkorrispondu għall-isem użat “Muscat”, ġew miżjuda l-kelmiet “blancs” u “roses” mal-isem ta’ dawn il-varjetajiet tad-dwieli sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Dawn l-emendi ma jinvolvu l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
2. Tipi ta’ prodotti
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test ġie emendat biex jiġi indikat li d-denominazzjonijiet ta’ oriġini koperti minn din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma għadhomx esklużivament denominazzjonijiet riżervati għall-inbejjed bojod bla gass.
Id-denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru” riżervati għall-inbejjed bojod u ħomor bla gass jissemmew b’isimhom (“Alsace grand cru Hengst”, “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”).
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
3. Żona ġeografika
Ġie miżjud paragrafu fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex issir referenza għad-dati li fihom iż-żona ġeografika ġiet ivvalidata mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-INAO u biex jiġi indikat ir-repożitorju tad-definizzjoni tal-perimetru taż-żona, il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021, kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-indikazzjoni tagħmilha possibbli li d-demarkazzjoni taż-żona tiġi żgurata legalment.
L-introduzzjoni tar-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021 tinvolvi l-aġġornament tal-lista tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet. Għalhekk, il-muniċipalitajiet ta’ Kientzheim u Sigolsheim tneħħew, u t-territorju tagħhom issa huwa anness mal-muniċipalità ta’ Kaysersberg Vignoble.
Dawn l-emendi editorjali ma jibdlux il-perimetru taż-żona ġeografika.
Fil-punt 1 ġew miżjuda wkoll is-sentenzi li ġejjin:
“Il-mapep taż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO.
Il-kunsill lokali tal-muniċipalità li tinsab parzjalment fit-territorju għandu mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika.”
Dawn l-emendi jinvolvu emenda għall-punt 6 tad-Dokument Uniku.
4. Żona tal-irqajja’ tal-art demarkata
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
|
— |
fl-ewwel paragrafu, ġiet miżjuda l-informazzjoni “6 u 7 ta’ Settembru 2006”, li tikkorrispondi għad-data ta’ approvazzjoni taż-żona tal-irqajja’ tal-art mill-kumitat nazzjonali kompetenti, sabiex jiġi kkoreġut nuqqas. |
|
— |
fit-tieni paragrafu, il-kitba ġiet emendata biex tirrifletti l-bidliet fl-ismijiet tal-muniċipalitajiet li saru fit-Taqsima IV, il-punt 1. |
|
— |
il-kolonna “Muniċipalitajiet” tat-tabella ġiet aġġornata biex tikkorrispondi mal-ismijiet tal-muniċipalitajiet elenkati fit-Taqsima IV, il-punt 1. |
Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
5. Żona fil-viċinanza immedjata
Ġie emendat paragrafu fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex jiġi indikat ir-repożitorju tad-definizzjoni tal-perimetru taż-żona, il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021, kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-indikazzjoni tagħmilha possibbli li d-demarkazzjoni taż-żona tiġi żgurata legalment.
L-introduzzjoni tar-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021 tinvolvi l-aġġornament tal-lista tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet. Għalhekk tħassar l-isem tal-muniċipalità ta’ Kaysersberg u ġie miżjud dak tal-muniċipalità ta’ Kaysersberg Vignoble, flimkien mal-informazzjoni li din il-muniċipalità hija inkluża biss għall-parti tat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg.
Dawn l-emendi editorjali ma jemendawx il-perimetru taż-żona fil-viċinanza immedjata.
Dawn l-emendi jinvolvu emenda għall-punt 9 tad-Dokument Uniku.
6. Varjetajiet tal-għeneb
Fl-Kapitolu I, it-Taqsima V, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie miżjud il-kliem “– għall-inbejjed bojod: ” u “– għall-inbejjed ħomor: il-varjetà tad-dwieli pinot noir N”, minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”. Il-varjetà pinot noir N hija l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għal dawn l-inbejjed ħomor. Hija wkoll l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għall-produzzjoni ta’ nbid aħmar fid-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace”.
Fit-Taqsima V, il-punt 1(a), (b) u (e), u l-punt 2(b), il-kelmiet “blancs” u “roses” ġew miżjuda mal-isem tal-varjetajiet ta’ muscats à petits grains sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn l-emendi.
7. Densità tat-tħawwil
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie miżjud il-kliem: “Għall-produzzjoni ta’ nbid abjad” u “Għall-produzzjoni ta’ nbid aħmar” biex issir distinzjoni bejn id-densitajiet minimi tat-tħawwil skont il-kulur tal-inbejjed. Dawn id-densitajiet huma indikati għad-denominazzjonijiet li jistgħu jipproduċu nbejjed ħomor.
Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn iż-żidiet.
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet speċifikata d-data effettiva tal-applikazzjoni tar-regola dwar il-possibbiltà li d-densità tiġi adattata permezz tal-qlugħ tas-siġar: “il-25 ta’ Ottubru 2011”, li tissostitwixxi l-formulazzjoni “fid-data tal-approvazzjoni ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott”.
Din l-emenda tinvolvi emenda għall-punt 5 tad-Dokument Uniku.
8. Regola taż-żbir
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-inbejjed bojod, ir-regola dwar in-numru ta’ għejun għal kull metru kwadru tal-erja tal-art, li kienet tvarja skont il-varjetà tad-dwieli, tneħħiet u minflokha ddaħħlet regola waħda ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.
Dan l-iżvilupp jippermetti l-armonizzazzjoni tal-kitba bejn l-Ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini ta’ Alsace, u li jiġu ssimplifikati l-metodi ta’ kontroll.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
Fil-bidu tas-sentenza ġie miżjud il-kliem “Għall-inbejjed bojod,” minħabba l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass li saret fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.
Ġiet miżjuda r-regola dwar iż-żbir għall-inbejjed ħomor, bin-numru massimu ta’ għejun għal kull pjanta stabbilit għal 14. Dan huwa aktar baxx min-numru awtorizzat għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod. Din ir-regola tippermetti l-konsistenza mar-rendiment u l-produzzjoni ta’ għeneb ta’ kwalità.
Dawn l-aħħar emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
9. Regoli dwar il-kannizzar u l-għoli tal-faxxina
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tneħħa l-għoli massimu tal-wajer ta’ appoġġ tal-arkata u nbidel il-metodu tal-kejl tal-għoli tal-faxxina fuq il-kannizzati.
Dawn il-bidliet jagħmluha possibbli li l-għoli tal-faxxina jiġi osservat waqt it-tkabbir, li qabel kien isir biss b’obbligu tal-mezzi.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
10. Tagħbija massima medja fuq ir-roqgħa tal-art
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(d) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-valur tat-tagħbija massima medja fuq ir-roqgħa tal-art tnaqqas minn 10 000 għal 8 500 kilogramma għal kull ettaru, għall-inbejjed bojod, f’konformità mat-tnaqqis fir-rendiment għal dawn l-inbejjed.
Ġie stabbilit valur għall-inbejjed ħomor, li huwa inqas minn dak stabbilit għall-inbejjed bojod, f’konformità mar-rendiment ta’ dawn l-inbejjed.
Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
11. Maturazzjoni tal-għeneb u qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VII, il-punt 2(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-tabella ġiet emendata biex titqies l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass li saret fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.
Għal dawn id-denominazzjonijiet tal-inbejjed ħomor “Alsace grand cru”, ġew stabbiliti l-kontenut minimu ta’ zokkor tal-għeneb fil-mument tal-ħsad u l-qawwa alkoħolika naturali minima tiegħu skont il-volum.
Dawn l-indikazzjonijiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.
Għall-inbejjed bojod, il-valuri minimi tal-kontenut taz-zokkor tal-għeneb żdiedu b’2 jew 3 grammi għal kull litru ta’ most sabiex tiġi rrispettata l-istess differenza ta’ 1 % vol. bil-valuri għal kull qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum, bħal fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-korp ta’ protezzjoni u ġestjoni għażel li għall-kalkolu tat-trasformazzjoni tal-grammi taz-zokkor fl-alkoħol, juża l-valur ta’ 17-il gramma zokkor għal kull 1 % vol. għall-inbejjed bojod, filwaqt li fil-verżjoni inizjali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kien uża l-valur ta’ 16,83. Dan il-valur ta’ 17 kien irrakkomandat mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-INAO meta ġiet stabbilita l-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
12. Rendimenti
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VIII, il-punti 1 u 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tnaqqsu kemm ir-rendimenti kif ukoll ir-rendimenti ta’ limitu, u b’hekk sar possibbli kontroll tal-kwalità aħjar għall-inbejjed bojod u għall-inbejjed bojod bl-indikazzjoni “Vendanges tardives”, f’konformità mal-istruttura ġerarkika tad-denominazzjonijiet tar-reġjun ta’ Alsace.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat fir-rigward tar-rendimenti massimi (ir-rendimenti ta’ limitu).
Ġie miżjud il-kliem “Inbejjed bojod” għall-inbejjed mingħajr indikazzjoni, minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.
Ir-rendiment u r-rendiment ta’ limitu għall-inbejjed ħomor ġew stabbiliti skont l-istruttura ġerarkika tad-denominazzjonijiet fir-reġjun ta’ Alsace, u għalhekk f’valuri aktar baxxi għal dawn id-denominazzjonijiet tal-grand cru.
Dawn l-emendi tal-aħħar ma jemendawx id-Dokument Uniku.
13. Fermentazzjoni malolattika, kontenut ta’ zokkor fermentabbli għall-inbejjed ħomor
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie speċifikat li l-fermentazzjoni malolattika titlesta għall-inbejjed ħomor.
Sabiex tiġi kkontrollata din ir-regola, ġie stabbilit kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru jew inqas fl-istadju tal-imballaġġ.
Fit-Taqsima IX, il-punt 1(d), għall-inbejjed ħomor, ġie stabbilit kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ żewġ grammi jew inqas għal kull litru wara l-fermentazzjoni.
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.
14. Projbizzjoni taż-żieda tal-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum għall-inbejjed ħomor
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(e) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie speċifikat li l-inbejjed ħomor ma jiġux imsaħħa. Din ir-restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed hija konsistenti mad-demarkazzjoni tal-irqajja’ tal-art għall-produzzjoni tal-għeneb, id-densità minima tat-tħawwil, ir-regoli dwar iż-żbir u l-valuri baxxi tar-rendiment.
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.
15. Kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni għall-vinifikazzjoni
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(g) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-koeffiċjent għall-kalkolu tal-kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni għall-vinifikazzjoni tnaqqas.
Il-proporzjon bejn il-volum tal-ħsad preċedenti u l-kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni ma għandux għalfejn ikun għoli daqshekk.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
16. Data tat-tqaddim u tat-tqegħid fis-suq għall-konsumatur għall-inbejjed ħomor
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie stabbilit perjodu minimu ta’ tqaddim għall-inbejjed ħomor sal-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad. L-inbejjed prodotti bl-għeneb tal-varjetà pinot noir N minn dawn it-terroirs jeħtieġu perjodu ta’ żmien minimu biex jesprimu tajjeb il-karatteristiċi tagħhom.
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 5(a), ġie indikat li wara li jintemm il-perjodu ta’ tqaddim, l-inbejjed ħomor jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur biss mill-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
Dawn l-emendi ma jinvolvu l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
17. Spezzjoni tal-lottijiet imballati
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 3(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tneħħiet ir-regola dwar iż-żamma ta’ fliexken kampjuni biex jintwerew fi spezzjoni tal-lottijiet imballati.
Din ir-regola hija miżura ta’ kontroll li hija rreġistrata fil-pjan ta’ kontroll.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
18. Ħażna tal-inbejjed imballati
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġew speċifikati l-karatteristiċi tal-post tal-ħażna tal-inbejjed imballati.
Dan jagħmilha aktar faċli għall-operaturi biex jifhmu din ir-regola, u jiffaċilita l-ispezzjoni.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
19. Fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta maż-żona ġeografika
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 1(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test ġie emendat biex jitqies ir-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst” u “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”:
|
— |
ġiet miżjuda l-informazzjoni li ġejja għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Hengst”: rikonoxximent fl-2022 għall-inbejjed ħomor, hija awtorizzata biss il-varjetà tad-dwieli pinot noir N, id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 5 500 pjanta għal kull ettaru għall-produzzjoni tal-inbid aħmar, dawn l-inbejjed ma jiġux imsaħħa, u jridu josservaw perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 10 xhur. |
|
— |
ġiet miżjuda l-informazzjoni li ġejja għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”: rikonoxximent fl-2022 għall-inbejjed ħomor, hija awtorizzata biss il-varjetà tad-dwieli pinot noir N, id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 5 000 pjanta għal kull ettaru għall-produzzjoni tal-inbid aħmar, dawn l-inbejjed ma jiġux imsaħħa, u jridu josservaw perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 10 xhur. |
Fit-Taqsima X, il-punt 1(b), tneħħiet l-informazzjoni li r-rikonoxximent ta’ dawn iż-żewġ denominazzjonijiet ta’ oriġini kien ibbażat fuq varjetajiet ta’ għeneb abjad, u l-kliem “għall-inbejjed bojod” ġie miżjud fejn meħtieġ biex it-test jinftiehem aħjar.
Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn l-emendi.
Il-kelmiet “blancs” u “roses” ġew miżjuda mal-ismijiet tal-varjetajiet ta’ muscats à petits grains sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dawn iż-żidiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.
20. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet miżjuda deskrizzjoni tal-aspett viżiv tal-inbejjed bojod sabiex jiġu karatterizzati aħjar.
Rigward l-ewwel żewġ tipi ta’ nbejjed deskritti: “Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.”
Rigward l-aħħar żewġ tipi ta’ nbejjed deskritti: “Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.”
Il-punt 4 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
Id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi prinċipali tal-inbejjed ħomor ġiet miżjuda għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst” u “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”.
Dawn id-deskrizzjonijiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.
21. Rabta maż-żona ġeografika
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għad-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst”, l-informazzjoni dwar ir-rabta bejn l-oriġini ġeografika u l-karatteristiċi tal-inbejjed, li tista’ tapplika wkoll għall-inbejjed ħomor ta’ din id-denominazzjoni, hija ssupplimentata b’informazzjoni speċifika għall-inbejjed ħomor.
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.
22. Miżuri tranżizzjonali
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XI, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-konformità mal-emendi tal-Kapitolu I, it-Taqsima VI, l-għoli massimu tal-wajer ta’ appoġġ tal-arkata tħassar u n-numru massimu ta’ għejun għal kull pjanta tnaqqas.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
23. Indikazzjoni obbligatorja tal-kontenut taz-zokkor fuq it-tikkettar u mezzi oħra ta’ informazzjoni għall-inbejjed bojod
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XII, il-punt 2(d) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iddaħħal test ġdid, bħala sostituzzjoni, sabiex l-indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor kif definit fir-Regolament (UE) 2019/33, li attwalment hija fakultattiva, issir obbligatorja.
Din l-indikazzjoni tgħin lill-konsumatur jifhem aħjar it-tip ta’ nbid.
Din ir-regola l-ġdida ma tapplikax għall-inbejjed bl-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”.
Il-punt 9 tad-Dokument Uniku ġie ssupplimentat.
Fit-Taqsima XII, l-ittra d tal-punt 2 saret l-ittra e.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
24. Dikjarazzjoni minn qabel tal-użu tal-irqajja’ tal-art
Fil-Kapitolu II, it-Taqsima I, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet miżjuda kjarifika mar-regoli relatati mad-dikjarazzjoni minn qabel tal-użu tal-irqajja’ tal-art ippreżentata mill-operatur lill-korp ta’ protezzjoni u ġestjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace grand cru”, f’każ li jieqaf jipproduċi din id-denominazzjoni.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet
Alsace grand cru Hatschbourg
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1.
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
L-inbejjed huma nbejjed bojod bla gass.
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 12,5 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 11 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra. Wara t-tisħiħ, l-inbejjed ma jkollhomx qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 15 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G u 14 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bojod għat-tqaddim per eċċellenza huma kkaratterizzati minn freskezza evidenti bbażata fuq aċidità tartarika dominanti relatata mal-maturità tajba tal-għeneb. L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat b’ismijiet użati, sakemm l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat. Għandhom palat sħiħ, huma kumplessi u għandhom riħa qawwija ħafna b’varjetà ta’ sfumaturi aromatiċi. B’togħma li ddum tintiegħem, isiru aktar kumplessi biż-żmien.
It-tipi differenti huma: – l-inbejjed xotti, minerali; – l-inbejjed aromatiċi, tal-frott, magħquda, rikki. Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Denominazzjoni ssupplimentata b’“Vendanges Tardives”
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 16 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 14,5 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bl-indikazzjoni “vendanges tardives” (ħsad tardiv) spiss ikollhom aromi eżotiċi ħafna ta’ frott ippreżervat u b’finitura friska. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Denominazzjoni ssupplimentata b’“Sélection de grains nobles”
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 18,2 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 16,4 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bl-indikazzjoni “sélection de grains nobles” (għażla ta’ żrieragħ nobbli) huma nbejjed aktar ikkonċentrati, qawwija, li spiss ikollhom aromi ta’ pejst tal-frott. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1.
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru.
Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn il-flanni ta’ aktar minn żewġ metri.
Id-dwieli għandhom distanza bejn il-flanni ta’ mill-inqas 0,75 metri u mhux aktar minn 1,50 metru.
Mill-25 ta’ Ottubru 2011, il-qlugħ tas-siġar tal-flanni f’roqgħa tal-art ma jistax jirriżulta f’distanza ta’ aktar minn tliet metri bejn il-flanni l-aktar wisgħin.
2.
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru qosra bil-metodu Guyot sempliċi jew doppju b’massimu ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.
3.
Prattika tal-kultivazzjoni
L-inbejjed huma magħmula minn għeneb maħsud bl-idejn.
4.
Prattika enoloġika speċifika
Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum medja ma tistax taqbeż:
|
|
0,5 % vol. għall-inbejjed mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G, |
|
|
1,5 % vol. għall-inbejjed minn varjetajiet tad-dwieli oħrajn. |
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” ma jiġux imsaħħa.
5.
Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed
L-użu taċ-ċana huwa pprojbit.
6.
Prattika enoloġika speċifika
L-inbejjed jitħallew jiqdiemu mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” jiġu mqaddma mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tat-tieni sena ta’ wara dik tal-ħsad.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
1.
60 ettolitru għal kull ettaru
2.
48 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:
|
— |
Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Ammerschwihr, Beblenheim, Bennwihr, Bergheim, Bergholtz, Eguisheim, Gueberschwihr, Guebwiller, Hattstatt, Hunawihr, Ingersheim, Katzenthal, Mittelwihr, Niedermorschwihr, Orschwihr, Pfaffenheim, Ribeauvillé, Riquewihr, Rodern, Rouffach, Saint-Hippolyte, Soultzmatt, Thann, Turckheim, Vieux-Thann, Voegtlinshoffen, Westhalten, Wettolsheim, Wintzenheim, Wuenheim, Zellenberg. |
Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Kientzheim u ta’ Sigolsheim biss.
|
— |
Id-département ta’ Bas-Rhin: Andlau, Barr, Bergbieten, Blienschwiller, Dahlenheim, Dambach-la-Ville, Eichhoffen, Kintzheim, Marlenheim, Mittelbergheim, Molsheim, Nothalten, Scharrachbergheim-Irmstett, Wolxheim. |
Il-kunsill lokali tal-muniċipalitajiet li jinsabu parzjalment fit-territorju għandhom mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika.
Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
|
Gewurztraminer Rs |
|
|
Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato |
|
|
Muscat à petits grains blancs B – Muscat, Moscato |
|
|
Muscat à petits grains roses Rs – Muscat, Moscato |
|
|
Pinot gris G |
|
|
Riesling B |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Hatschbourg” hija bbażata fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli li jikkaratterizzaw il-vinji ta’ Alsace, u tisfrutta wieħed mill-aqwa postijiet tar-reġjun. Mistura fil-pajsaġġ pittoresk ta’ Alsace, il-vinja tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’espressjoni kbira, b’karattru evidenti u personalità unika.
Il-ħamrija rikka bi drenaġġ tajjeb tagħti lill-inbejjed karattru aromatiku u b’togħma ta’ frott. L-inbejjed huma magħquda, rikki, kumplessi u opulenti, b’potenzjal tajjeb għat-tqaddim.
Il-kundizzjonijiet tat-temp eċċellenti fl-aħħar tal-istaġun favorevoli għall-konċentrazzjoni tal-għeneb fuq id-dielja u l-iżvilupp tal-moffa nobbli jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed.
It-tqaddim previst fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jgħin biex l-inbejjed jitjiebu.
Bl-adozzjoni ta’ regoli ta’ produzzjoni stretti, bħaż-żamma ta’ erja kbira tal-weraq u l-ħsad bl-idejn, il-produtturi tal-inbid ta’ Alsace jippreservaw il-karattru distintiv tal-inbejjed, li huma magħrufa għall-kumplessità tagħhom u għall-kapaċità ta’ konservazzjoni fit-tul tagħhom.
Dawn l-inbejjed huma l-aqwa fost dawk prodotti f’dan ir-reġjun. Huma nbejjed apprezzati aktar mill-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace”.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:
|
— |
Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Bergholtz-Zell, Berrwiller, Buhl, Cernay, Colmar, Gundolsheim, Hartmanswiller, Herrlisheim, Houssen, Husseren-les-Châteaux, Jungholtz, Leimbach, Obermorschwihr, Osenbach, Ostheim, Rorschwihr, Soultz, Steinbach, Uffholtz, Walbach, Wattwiller, Wihr-au-Val, Zimmerbach. |
Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble, għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg biss.
|
— |
Id-département ta’ Bas-Rhin: Albé, Avolsheim, Balbronn, Bernardswiller, Bernardvillé, Bischoffsheim, Boersch, Bourgheim, Châtenois, Cleebourg, Dachstein, Dangolsheim, Dieffenthal, Dorlisheim, Epfig, Ergersheim, Ernolsheim- Bruche, Fessenheim-le-Bas, Flexbourg, Furdenheim, Gertwiller, Gimbrett-Berstett, Goxwiller, Heiligenstein, Itterswiller, Kienheim, Kirchheim, Kuttolsheim, Mittelhausen, Mutzig, Nordheim, Oberhoffen-les-Wissenbourg, Obernai, Odratzheim, Orschwiller, Osthoffen, Ottrott, Petersbach, Reichsfeld, Riedseltz, Rosenwiller, Rosheim, Rott, Saint-Nabor, Saint-Pierre, Scherwiller, Seebach, Soultz-les-Bains, Steinseltz, Stotzheim, Strasburgu, Traenheim, Villé, Wangen, Westhoffen, Wissembourg, Zellwiller. |
Imballaġġ fiż-żona
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed jiġu imballati fi fliexken tat-tip “Vin du Rhin” skont id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 55-673 tal-20 ta’ Mejju 1955, tal-Ordni tat-13 ta’ Mejju 1959 u tad-Digriet tad-19 ta’ Marzu 1963, u kull tip ta’ flixkun ieħor huwa eskluż.
Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-5 ta’ Lulju 1972, l-inbejjed bilfors iridu jiġu bbottiljati fid-départements ta’ Bas-Rhin u Haut-Rhin fil-fliexken tat-tip “Vin du Rhin”, deskritti fid-Digriet tal-1955.
Indikazzjoni tal-annata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-indikazzjoni tal-annata trid tidher flimkien mal-isem tad-denominazzjoni, fid-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u tal-ħażniet, fuq id-dokumenti ta’ akkumpanjament, fir-reklami, fuq il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u kwalunkwe kontenitur ieħor.
Isem użat
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat b’wieħed mill-ismijiet użati, dment li l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat.
Huwa pprojbit li jintuża aktar minn isem użat wieħed fuq l-istess tikketta.
Dawn l-ismijiet użati huma dawn li ġejjin:
|
|
Gewurztraminer, |
|
|
Muscat, |
|
|
Muscat Ottonel, |
|
|
Pinot gris, |
|
|
Riesling. |
L-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” bilfors irid ikollhom:
|
— |
l-indikazzjoni tal-annata, |
|
— |
u wieħed mill-ismijiet użati. |
Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed bojod li għalihom, skont it-termini ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tintalab waħda mill-51 Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Alsace Grand Cru – post imsemmi”, bl-eċċezzjoni tal-indikazzjonijiet “Vendanges Tardives” u “Sélection de Grains nobles”, li huma ppreżentati taħt l-imsemmija denominazzjoni, ma jistgħux jiġu offruti lill-pubbliku, ikkunsinnati, imqiegħda għall-bejgħ jew jinbiegħu, sakemm il-kontenut taz-zokkor kif definit mir-regolamenti Ewropej ma jkunx indikat b’mod ċar ħafna fir-reklami, il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u l-kontenituri kollha.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-4cec3ff9-abd4-4253-a1db-245ddd809faa
|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/73 |
Pubblikazzjoni ta’ emenda standard approvata għall- Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta' Indikazzjoni Ġeografika protetta tas-settur tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti tal-ikel, kif imsemmija fl-Artikolu 6b(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014
(2022/C 386/12)
Din in-notifika hija ppubblikata skont l-Artikolu 6(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).
Komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta' Indikazzjoni Ġeografika Protetta li toriġina fi Stat Membru (Regolament (UE) Nru 1151/2012)
“Arroz de Valencia / Arròs de València”
Nru tal-UE: PDO-ES-0151-AM01 — 21.7.2022
IĠP( ) DOP(X)
1. Isem il-prodott
“Arroz de Valencia / Arròs de València”
2. Stat membru li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Spanja
3. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Id-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp Rurali, il-Ministeru Reġjonali għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali, l-Emerġenza Klimatika u t-Tranżizzjoni Ekoloġika
4. Deskrizzjoni tal-emenda/i approvata/i
L-emenda tikkonsisti fl-inklużjoni ta’ varjetajiet ġodda (Bombón, Copsemar 7 u Argila), relatati direttament mal-varjetajiet diġà inklużi fl-Ispeċifikazzjoni u li għandhom karatteristiċi simili għal dawk diġà inklużi, iżda b’vantaġġi agronomiċi bħal reżistenza akbar għas-salinità, tnaqqis fl-użu tal-pestiċidi u n-nutrijenti jew rekwiżiti aktar baxxi tal-ilma. L-emenda hija meqjusa “standard” kif stabbilit fl-Artikolu 53(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1151/2012, peress li:
|
1. |
L-inklużjoni ta’ dawn il-varjetajiet ġodda ma taffettwax il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott, kif iddikjarat fir-rapporti ta’ min irabbi mehmuża. |
|
2. |
Ir-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku ma tinbidilx. |
|
3. |
Ma tinkludix bidla fl-isem tal-prodott, jew f’xi parti tal-isem tal-prodott. |
|
4. |
Ma tintalab l-ebda bidla li taffettwa ż-żona ġeografika ddefinita. |
|
5. |
Ma tirrappreżentax żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott jew il-materja prima tiegħu. |
Id-Dokument Uniku jiġi mmodifikat minn din l-emenda.
DOKUMENT UNIKU
“Arroz de Valencia / Arròs de València”
Numru tal-UE: PDO-ES-0151-AM01 — 21.7.2022
IĠP( ) DOP(X)
1. Isem
“Arroz de Valencia / Arròs de València”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ Prodott
Klassi 1.6. Frott u ħxejjex (friski jew ipproċessati)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem indikat fil-punt (1)
Ross (Oryza sativa) tal-varjetajiet Senia, Bahía, Bomba, J. Sendra, Montsianell, Gleva, Sarçet u Albufera, Bombón, Argila, Copsemar 7. Għandu jinbiegħ bħala ross abjad jew ismar, bil-parametri li ġejjin (valuri medji):
|
Medju |
4 % |
|
Ħbub sofor u lewn ir-ram |
0,20 % |
|
Ħbub ħomor u ħbub b’vini ħomor |
0,50 % |
|
Ħbub ġibsin u immaturi |
2 % |
|
Ħbub imtebbgħin jew imħassrin mill-insetti |
0,50 % |
|
Materjal barrani |
0,10 % |
|
Kwantità minima mingħajr difetti |
92,70 % |
Karatteristiċi tal-ħbub nejjin prodotti (valuri medji):
|
Varjetà |
Tul (mm) |
Tul/wisa’ |
Perlat (%) |
|
Bahía |
5,6 |
1,8 |
99 |
|
Senia |
5,6 |
1,8 |
99 |
|
Pompa |
5,2 |
1,8 |
99 |
|
J. Sendra |
5,7 |
1,8 |
99 |
|
Montsianell |
5,7 |
1,8 |
99 |
|
Gleva |
5,7 |
1,8 |
99 |
|
Sarçet |
6 |
1,8 |
99 |
|
Albufera |
5,2 |
1,7 |
99 |
|
Bombon |
5,3 |
1,8 |
99 |
|
Argila |
5,8 |
1,7 |
99 |
|
Copsemar 7 |
5,5 |
1,7 |
99 |
Il-kompożizzjoni tar-ross Valencia DOP hija kif ġej (valuri medji):
|
VARJETÀ |
AMILOSA (%) |
|
Bahía |
19,1 % |
|
Senia |
16,3 % |
|
Pompa |
24,9 % |
|
J. Sendra |
17,5 % |
|
Montsianell |
18,1 % |
|
Gleva |
17,7 % |
|
Sarçet |
16,3 % |
|
Albufera |
25,6 % |
|
Bombón |
24 % |
|
Argila |
20,9 % |
|
Copsemar 7 |
24,4 % |
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss) u għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata
L-istadji kollha, miż-żrigħ sal-ħsad, it-tnixxif u l-preparazzjoni għall-ippakkjar.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
L-ippakkjar irid isir fiż-żona tal-produzzjoni sabiex jiġu ggarantiti l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott u tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott f’sistema unika ta’ kontroll.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Ir-ross DPO għandu jinbiegħ biss f’imballaġġ li jkollu tikketta sekondarja nnumerata. Kemm it-tikketta kif ukoll it-tikketta sekondarja għandu jkollhom il-kliem “Denominación de Origen 'Arroz de Valencia'”, flimkien, fejn xieraq, mal-ekwivalenti Valenzjan “Denominació d’Orige 'Arròs de València'”.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Ir-ross jitkabbar f’artijiet mistagħdra naturali fil-provinċji ta’ Alicante, Castellón u Valencia, fil-Komunità ta’ Valencia. Prinċipalment, muniċipalitajiet li jinsabu fiż-żona tal-ġbir tal-Park Naturali ta’ Albufera ta’ Valenzja u l-Park Naturali Marjal ta' Pego-Oliva u l-Marjal ta' Almenara. Dawn huma kollha żoni ta’ valur ekoloġiku eċċezzjonali, fejn ir-ross huwa estremament importanti għas-sostenibbiltà tal-ekosistema.
Iż-żona hija magħmula mill-muniċipalitajiet li ġejjin:
Żona fl-isfera ta’ influwenza tal-Park Naturali ta' Albufera (provinċja ta’ Valenzja): Albal, Albalat de la Ribera, Alfafar, Algemesí, Beniparrell, Catarroja, Cullera, Massanassa, Sedaví, Silla, Sollana, Sueca u Valencia.
Muniċipalitajiet oħra fil-provinċja ta’ Valenzja: Alginet, Almacera, Almusafes, Alquería de la Condesa, La Alcudia, Alcira, Benifayó, Corbera, Favareta, Fortaleny, Llaurí, Masamagrell, Oliva, La Pobla de Farnals, Polinya del Xuquer, Puzol, Rafelbuñol, Riola, Sagunto u Tavernes de Valldigna.
Il-muniċipalità fil-provinċja ta’ Alicante: Pego.
Muniċipalitajiet fil-provinċja ta’ Castellón: Almenara, Castellón, Chilches u La Llosa.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Id-DOP “Arroz de Valencia” titkabbar f’żoni mistagħdra, b’kundizzjonijiet partikolari li jippermettu l-għargħar. Il-ħamrija hija ġebla tal-ġir (30-50 % karbonati), taflija, orkestrali fqira u reazzjoni alkalina (pH 8-8,3). L-art hija iebsa u mhux permeabbli ħafna.
Fir-rigward tal-klima, peress li ż-żona tinsab fuq ix-xtut tal-baħar Mediterran, it-temperaturi huma moderati matul is-sena u ma tagħmilx wisq xita ħlief fir-rebbiegħa u fil-ħarifa.
Din il-prossimità għall-baħar tfisser li jkun hemm żiffiet li jżommu ’il bogħod l-irjieħ kesħin ta’ matul il-jum. . Fis-sajf, riħ xott u sħun ħafna mill-Punent jonfoħ mill-Meseta.
Parti sostanzjali miż-żona ddefinita tinsab fil-Park Naturali ta' Albufera ta' Valencia, żona ta’ sbuħija naturali eċċezzjonali. Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta’ din iż-żona, l-unika għalla possibbli hija dik tar-ross, u dan huwa essenzjali biex jiġi ppreservat il-bilanċ ekoloġiku tal-park naturali.
Il-Park Naturali ta’ Albufera ta’ Valencia, b’erja ta’ 21 120 ettaru, għandu għelieqi tar-ross fuq 65 % tas-superfiċje tiegħu.
Ir-ross ilu jitkabbar fiż-żona ġeografika ddefinita għal sekli sħaħ. Jeżistu dokumenti li juru li r-ross kien jitkabbar fir-Renju l-antik ta’ Valenzja qabel ma ntrebaħ minn James I ta’ Aragon fl-1238. Il-Llibre dels repartiments, li qassam l-art tar-Renju li ntrebaħ reċentement, diġà jiddeskrivi l-għelieqi tar-ross.
Ir-Regolament tar-Re Ferdinand VI tal-1753 iddefinixxa ż-żoni fejn ir-ross għandu jitħawwel.
Dokumenti oħra li juru l-istorja tal-kultivazzjoni tar-ross fil-Komunità Awtonoma ta’ Valencia huma El arroz (1939) ta’ Rafael Font de Mora u Llorens u Compendio arrocero (1952) ta’ José María Carrasco García.
Matul is-sekli żviluppaw prattiki speċifiċi fiż-żona, bħal pereżempju 'l hekk imsejħa “eixugons” (enjuagados), li jinvolvu li l-għalla titħalla mingħajr ilma għal diversi jiem biex jiġi ostakolat it-tkabbir tal-alka. L-“eixugons” iseħħu lejn l-aħħar ta’ Ġunju, ladarba n-nebbieta tar-ross ikunu ġġerminaw.
Prattika oħra speċifika għaż-żona hija l-għargħar meta r-raba’ tkun mistrieħa fix-xitwa. Dan iwaqqaf iċ-ċikli bijoloġiċi ta’ ċerti organiżmi tal-ħamrija u jservi biex jiddiżinfetta l-art. Fl-istess ħin, iservi biex ikattar il-bijodiversità akkwatika (fungi, algi, artropodi żgħar) li tħaffef id-dekompożizzjoni tal-għelejjel, tirriġeneraw il-ħamrija bit-traċċi tagħhom stess u l-kontribut ta’ makronutrijenti u mikronutrijenti.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Id-DOP “Arroz de Valencia” għandha assorbiment għoli tat-togħma minħabba l-perċentwal ta’ amilożju tal-varjetajiet imkabbra fiż-żona. Minbarra l-perċentwal għoli ta’ ħbub perlati, l-uniformità tad-daqs tal-ħbub hija fattur importanti ħafna, peress li dan jiżgura li r-ross jissajjar b’mod uniformi u konsistenti ħafna.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità , ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)
Iż-żona ġeografika ddefinita tinsab bejn il-kosta u l-muntanji kostali. Din iż-żona unika twassal biex matul l-iljieli l-għelieqi jkollhom iż-żiffa tal-baħar li jiżgura maturazzjoni bil-mod u gradwali tar-ross, filwaqt li tevita xquq u timminimizza l-ħbub miksura kemm matul it-tħin kif ukoll waqt it-tisjir.
Iż-żona ġeografika ddefinita, li tikkonsisti fil-biċċa l-kbira mill-Park Naturali ta' Albufera, hija magħmula minn artijiet mistagħdra naturali antiki. Hawnhekk, il-ħamrija fiha l-ġir, hija taflija, fqira fil-materja organika u alkalina. Dan ifisser li l-art tqila, iiebsa u impermeabbli, u għalhekk l-għalla tista’ tkun mgħarrqa bl-ilma bi kwantità minima ta’ ilma u tista’ tagħmel użu eċċellenti min-nutrijenti tal-ħamrija, li jippromwovi l-mili tal-ħbub fil-bażi ta’ kull panicula, u b’hekk jitnaqqas kemm jista’ jkun l-għadd ta’ ħbub deformati jew mingħajr sura.
Fiż-żona ġeografika ddefinita, ma hemmx irjieħ kesħin matul il-jum u l-ilma huwa sħun, u dan jiffavorixxi l-formazzjoni ta’ ħbub perlati u jippermetti li l-varjetajiet tar-ross b’ċiklu twil jinżergħu mingħajr ir-riskju ta’ falliment, u b’hekk ikun possibbli li jitkabbru l-varjetajiet koperti mid-DOP, li jiksbu l-karatteristika distintiva tagħhom, jiġifieri l-kontenut ta’ amilożju tagħhom, miż-żona ġeografika. Dan jagħti lir-ross il-kwalitajiet ta’ tisjir stmati ħafna, minħabba li huwa l-kontenut ta’ amilożju li jiddetermina jekk ikunx hemm bilanċ tajjeb bejn l-assorbiment tat-togħma u l-ebusija.
It-tradizzjoni tat-tkabbir tar-ross ta’ Valencia hija marbuta mill-qrib mal-gastronomija tradizzjonali tagħha. Valencia għandha gastronomija vasta bir-ross, ibbażata fuq il-paella, is-sopop tar-ross u d-dixxijiet tar-ross fil-forn. Għalhekk ġiet stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett mal-varjetajiet tipiċi taż-żona, peress li għandhom kapaċità għolja ta’ assorbiment u għalhekk jistgħu jiġmaw togħma qawwija mill-brodu. Dan wassal għall-iżvilupp ta’ gastronomija li hija speċifika ħafna meta mqabbla ma’ gastronomija bbażata fuq ir-ross minn bnadi oħra tad-dinja.
Ir-riħ tal-Punent jaħdem kontra l-ispori tal-faqqiegħ bħall-Pyricularia u l-Hemiltosporium, u b’hekk jinkoraġġixxi n-nuqqas ta’ rossiet difettużi.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://www.agricultura.gva.es/pc_arrozdevalencia
|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/78 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 386/13)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
Yecla
PDO-ES-A0606-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 12.7.2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Allinjament tat-terminoloġija użata għall-parametri analitiċi taz-zokkrijiet totali mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ
DESKRIZZJONI:
Il-parametru analitiku “zokkrijiet totali” beda jissejjaħ “zokkrijiet totali espressi f’termini ta’ fruttożju u ta’ glukożju” f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018 (2), li jipprevedi d-determinazzjoni taz-zokkrijiet totali espressi f’termini ta’ fruttożju u glukożju.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2(a) (Karatteristiċi analitiċi) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard peress li tadatta t-terminoloġija użata għall-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi, iżda ma tinvolvi l-ebda bidla fil-prodott finali. Il-prodott iżomm il-karatteristiċi u l-profil deskritti fir-rabta, li jirriżultaw mill-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Kien meħtieġ li l-mod li bih jiġi espress il-kontenut taz-zokkor totali tal-inbejjed isir aktar speċifiku.
2. Żieda fil-limiti tal-aċidità volatili
DESKRIZZJONI:
Il-limitu tal-aċidità volatili żdied għal 0,8 g ta’ aċidu tartariku f’kull litru għall-inbejjed bojod u rożè. Għall-inbejjed ħomor u l-inbejjed likuri, l-aċidità volatili ma tistax taqbeż il-1,2 g ta’ aċidu tartariku f’kull litru. Fl-inbejjed spumanti, żdiedet għal 1 g ta’ aċidu tartariku f’kull litru.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2(a) (Karattertistiċi analitiċi) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.
Dawn il-bidliet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandhom jiġu kklassifikati bħala emenda standard skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali tistabbilixxi limiti restrittivi żżejjed għall-aċidità volatili, u b’hekk teskludi prodotti li għandhom karatteristiċi organolettiċi xierqa u li jikkorrispondu għan-natura tipika tal-inbejjed Yecla. Minħabba l-metodu tat-tħejjija u t-tqaddim tal-inbejjed, l-inbejjed issa qed iqattgħu l-ħin f’kontenituri tal-injam li jesgħu aktar minn 330 litru. Meta jkunu jesgħu aktar minn dan il-limitu, ma jistgħux jintużaw it-termini Crianza u Reserva. L-inbejjed li jqattgħu l-ħin f’dawn il-kontenituri normalment ikollhom aċidità volatili simili għall-valur li kien ikollhom kieku nżammu f’bettija ta’ 330 litru, iżda dan ma jaffettwax b’mod negattiv it-togħma u għalhekk l-għan huwa li dan il-parametru jiġi allinjat max-xejriet attwali tat-tqaddim u tal-produzzjoni tal-inbid. Dan kollu se jiffavorixxi proċessi tal-produzzjoni anqas intervenzjonisti u fermentazzjoni bi ħmira li toriġina mill-post, u b’hekk jipproduċi nbejjed aktar distintivi.
Dan il-parametru analitiku għalhekk għandu jiġi rivedut għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq sabiex parti mill-produzzjoni tal-kantini tal-inbid li attwalment ma jistgħux jużaw id-DOP tkun tista’ tiġi kkummerċjalizzata taħtha.
3. Tnaqqis tal-qawwa alkoħolika proprja minima u l-qawwa alkoħolika totali minima fl-inbejjed ħomor
DESKRIZZJONI:
Il-limiti minimi għall-qawwa alkoħolika proprja u l-qawwa alkoħolika totali fl-inbejjed ħomor tnaqqsu b’0,5 % vol.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2(a) (Karatteristiċi analitiċi tal-prodott) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 (Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed) tad-Dokument Uniku.
Dawn il-bidliet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandhom jiġu kklassifikati bħala emenda standard skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Fiż-żona tal-produzzjoni tad-DOP Yecla, varjetajiet tad-dwieli b’karatteristiċi differenti ħafna jitkabbru flimkien. Il-varjetà ewlenija hija Monastrell, li titkabbar flimkien mal-varjetajiet awtorizzati l-oħra, jiġifieri Tempranillo, Syrah, Merlot, Cabernet Sauvignon, Garnacha Tinta, Garnacha Tintorera u Petit Verdot.
Ġeneralment, matul dawn l-aħħar għaxar snin, is-swieq kienu qed jitolbu nbejjed monovarjetali inqas morri u b’aktar togħma ta’ frott, li jattiraw ġenerazzjonijiet ġodda ta’ konsumaturi deħlin fil-kultura tal-inbid. L-enoloġisti f’kull kantina tal-inbid irid ikollhom l-għodda meħtieġa biex jipproduċu nbejjed li jattiraw swieq nazzjonali u internazzjonali filwaqt li jżommu l-karatteristiċi offruti miż-żona tal-produzzjoni u l-varjetajiet tagħna.
It-tnaqqis tal-limiti minimi għall-qawwa alkoħolika proprja u l-qawwa alkoħolika totali fl-inbejjed ħomor b’0,5 % vol. ma jwassalx għal tnaqqis fil-kwalità; għall-kuntrarju, iwessa’ l-firxa ta’ għażliet ipprovduti mill-varjetajiet differenti tad-dwieli taż-żona, u b’hekk jippermetti li jiġu prodotti nbejjed aktar sottili, kumplessi u attraenti.
4. Żieda fil-limiti tal-aċidità totali
DESKRIZZJONI:
Il-limitu għall-aċidità totali fl-inbejjed bojod, rożè u ħomor żdied għal 7,5 g ta’ aċidu tartariku f’kull litru.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2(a) (Karatteristiċi analitiċi tal-prodott) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 (Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed) tad-Dokument Uniku.
Dawn il-bidliet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandhom jiġu kklassifikati bħala emenda standard skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Fiż-żona tal-produzzjoni tad-DOP Yecla, varjetajiet tad-dwieli b’karatteristiċi differenti ħafna jitkabbru flimkien. Il-varjetà ewlenija hija Monastrell, filwaqt li l-varjetajiet ħomor l-oħra huma Tempranillo, Syrah, Merlot, Cabernet Sauvignon Garnacha Tinta, Garnacha Tintorera u Petit Verdot u l-varjetajiet bojod huma Macabeo, Airen, Merseguera, Malvasía, Chardonnay, Moscatel de Grano Menudo, Sauvignon Blanc u Verdejo.
Ġeneralment, matul dawn l-aħħar għaxar snin, is-swieq kienu qed jitolbu nbejjed monovarjetali inqas morri u b’aktar togħma ta’ frott, li jattiraw ġenerazzjonijiet ġodda ta’ konsumaturi deħlin fil-kultura tal-inbid. Dan wassal għal ħsad aktar bikri b’qawwa alkoħolika aktar baxxa, li jista’ jirriżulta f’żieda żgħira fl-aċidità totali.
5. Bidliet fid-deskrizzjonijiet organolettiċi
DESKRIZZJONI:
Din l-emenda tadatta l-karatteristiċi organolettiċi sabiex ikunu jistgħu jiġu vverifikati aħjar permezz ta’ analiżi sensorjali.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2(b) (Karatteristiċi organolettiċi) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 (Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed) tad-Dokument Uniku.
Dawn il-bidliet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandhom jiġu kklassifikati bħala emenda standard skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33, peress li ma jirrappreżentawx bidla għall-prodott, li jżomm il-karatteristiċi u l-profil deskritti fir-rabta bħala li jirriżultaw mill-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Din l-emenda ma tirriżultax fi tnaqqis fir-rekwiżiti tal-kwalità tal-inbejjed prodotti, li huma ddefiniti b’mod ċar. Kulma tagħmel huwa li tikklassifikahom b’mod aktar ċar u loġiku, u tgħin lill-kantini tal-inbid u liċ-ċertifikaturi jwettqu valutazzjoni organolettika tal-inbejjed.
Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-istandard UNE-EN-ISO 17065 fil-verifika tal-ispeċifikazzjoni toħloq il-ħtieġa li tiġi emendata d-deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed koperti sabiex il-karatteristiċi tagħhom ikunu jistgħu jintrabtu mad-deskritturi li jistgħu jiġu vvalutati minn bord tad-dewqan li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-istandard UNE-EN-ISO 17025.
6. Bidliet għal prattiki enoloġiċi speċifiċi
DESKRIZZJONI:
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum hija espressa fi gradi Baumé (°Bé) minflok % vol. Barra minn hekk tnaqqset għal 11 °Bé fl-għeneb aħmar maħsub għall-inbejjed ħomor u żdiedet għal 13 °Bé fl-għeneb aħmar maħsub għall-inbejjed likuri.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 3(a) (Prattiki enoloġiċi speċifiċi) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.1 (Prattiki enoloġiċi speċifiċi) tad-Dokument Uniku.
Dawn il-bidliet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandhom jiġu kklassifikati bħala emenda standard skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Il-bidla għall-°Bé hija dovuta għall-fatt li hija l-aktar mod komuni kif jitkejjel il-kontenut taz-zokkor fil-most fuq il-bażi tad-densità tiegħu, u tevita l-użu kostanti ta’ tabelli tal-konverżjoni.
Għalhekk, din il-bidla tissimplifika l-proċedura għall-kejl tal-għeneb meta jasal fil-kantini tal-inbid. Minbarra dan, tallinja l-qawwa tal-inbejjed mas-sitwazzjoni attwali tal-uċuħ tar-raba’ u max-xejriet tas-suq billi tnaqqas jew iżżid bi ftit il-valuri, peress li fiż-żona tal-produzzjoni tad-DOP Yecla, varjetajiet tad-dwieli b’karatteristiċi differenti ħafna jitkabbru flimkien. Il-varjetà ewlenija hija Monastrell, li titkabbar flimkien mal-varjetajiet awtorizzati l-oħra, jiġifieri Tempranillo, Syrah, Merlot, Cabernet Sauvignon, Garnacha Tinta, Garnacha Tintorera u Petit Verdot.
Ġeneralment, matul dawn l-aħħar għaxar snin, is-swieq kienu qed jitolbu nbejjed monovarjetali inqas morri u b’aktar togħma ta’ frott, li jattiraw ġenerazzjonijiet ġodda ta’ konsumaturi deħlin fil-kultura tal-inbid. L-enoloġisti f’kull kantina tal-inbid irid ikollhom l-għodda meħtieġa biex jipproduċu nbejjed li jattiraw swieq nazzjonali u internazzjonali filwaqt li jżommu l-karatteristiċi offruti miż-żona tal-produzzjoni u l-varjetajiet tagħna.
7. Bidla għar-rendiment tal-estrazzjoni
DESKRIZZJONI:
Ir-rata tal-konverżjoni tal-għeneb fi nbid, b’referenza għall-pressjoni xierqa biex jiġi estratt il-most, żdiedet, biex b’hekk ir-rendiment massimu żdied minn 70 għal 74 litru ta’ nbid għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 3(b) (Restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni tal-inbejjed) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.1 (Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed) tad-Dokument Uniku.
Dawn il-bidliet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandhom jiġu kklassifikati bħala emenda standard skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Bħal kwalunkwe industrija agroalimentari, is-settur tal-inbid għadda minn revoluzzjoni teknoloġika f’dawn l-aħħar snin. Dan l-iżvilupp mhux talli mhux qed joqrob it-tmiem, iżda għadu joffri għodod ġodda għall-enoloġisti biex jagħmlu nbejjed aktar attraenti, sostenibbli u ekoloġiċi.
Prattiki bħal-limitazzjoni tal-estrazzjoni għal 70 % tal-most mhux biss ma jagħmlu xejn biex itejbu l-kwalità tal-inbid, iżda wkoll jillimitaw lill-ispeċjalisti f’ħafna modi fir-rigward tal-estrazzjoni tal-aqwa mill-għeneb f’kull ċiklu ta’ produzzjoni.
Il-prattiki enoloġiċi għandhom jiffokaw fuq il-produzzjoni ta’ nbid ta’ kwalità, billi jagħmlu użu mill-għarfien, l-esperjenza u l-ħila ta’ kull tim ta’ speċjalisti biex japplikaw l-aħjar tekniki eżistenti jew futuri li jikkonformaw mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-produzzjoni ta’ nbejjed koperti mid-DOP Yecla.
Iż-żieda fir-rendiment minn 70 litru għal 74 litru għal kull 100 kilogramma aħmar hija bbażata fuq il-fatt li, meta jkunu soġġetti għal pressjoni kemxejn aktar għolja fil-preses, xi wħud mill-varjetajiet f’din iż-żona tal-produzzjoni, bħall-Monastrell, il-Cabernet, il-Garnacha Tintorera u l-Merlot, jipproduċu most b’konċentrazzjoni ta’ polifenoli ta’ kwalità għolja ħafna, li skont ir-regoli eżistenti jridu jitneħħew sabiex ma jinqabiżx il-limitu attwali.
Il-kwalità tal-inbejjed prodotti minn xi varjetajiet taħt id-DOP Yecla li huma inqas rikki fl-antoċjanini u fil-polifenoli tittejjeb biż-żieda ta’ dawn l-4 % tant siewja ta’ nbid b’konċentrazzjoni ogħla ta’ dawn il-komponenti.
8. Bidliet fil-prattika ta’ kultivazzjoni
DESKRIZZJONI:
Ċerti prattiki ta’ kultivazzjoni – ir-regolazzjoni tal-irrigazzjoni mill-korp maniġerjali tal-Bord Regolatorju u d-densitajiet minimi tat-tħawwil – tneħħew. Il-kliem tat-test ġie rivedut ukoll biex jiġi indikat li kemm it-tħarriġ tat-tip gobelet kif ukoll it-tħarriġ fuq il-kannizzati huma permessi, bil-ħsieb li jinkisbu prodotti tal-ogħla kwalità.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 3(c) (Prattika ta’ kultivazzjoni) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.1 tad-Dokument Uniku.
Dawn il-bidliet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma jirriżultaw fl-ebda bidla fil-karatteristiċi tal-prodott finali, u għandhom jiġu kklassifikati bħala emenda standard skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott qatt ma ġiet aġġornata mill-ħolqien tagħha ’l hawn, u aħna għandna l-għan li nallinjawha mal-prattiki li huma meħtieġa fir-realtà fiż-żona tagħna.
Il-prattiki ta’ kultivazzjoni li attwalment jidhru fir-regoli tal-produzzjoni tagħna, bħar-regolazzjoni tal-irrigazzjoni mill-korp maniġerjali tal-Bord Regolatorju u d-densitajiet minimi tat-tħawwil, mhux biss ma jagħmlu xejn biex itejbu l-kwalità tal-inbid, iżda jillimitaw ukoll lill-bdiewa f’ħafna modi fir-rigward tal-kisba tal-aqwa għeneb għal kull ċiklu tal-produzzjoni.
Barra minn hekk, diġà huwa kkunsidrat li hemm kontrolli suffiċjenti fis-seħħ fil-forma tar-rendimenti tal-produzzjoni (kg/ha) stabbiliti u rregolati mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Ir-regolamentazzjoni tal-irrigazzjoni u d-densitajiet minimi tat-tħawwil għalhekk tneħħew u l-kliem tad-deskrizzjoni tal-prattiki ta’ kultivazzjoni ġie aġġornat sabiex isir aktar funzjonali u aġġornat u sabiex jiġi adattat għall-ħtiġijiet tal-vitikulturi.
9. Emenda tar-rendiment massimu għal kull ettaru f’hl/ha
DESKRIZZJONI:
Peress li qed jiġi emendat ir-rendiment tal-estrazzjoni għall-most jew l-inbid, ir-rendiment massimu għal kull ettaru qiegħed jiġi emendat ukoll.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 5 (Rendiment massimu) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.2 tad-Dokument Uniku.
Dawn il-bidliet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandhom jiġu kklassifikati bħala emenda standard skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Aġġustament tar-rendiment massimu minħabba l-emenda tar-rendiment tal-estrazzjoni għall-most jew l-inbid għal kull 100 kilogramma għeneb maħsud.
10. Bidla fl-isem ta’ varjetà
DESKRIZZJONI:
L-isem Malvasia nbidel għal Malvasia Aromatica jew Malvasia de Sitges.
L-emenda tikkonċerna l-punt 6 (Varjetajiet tad-dwieli) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku peress li hija meqjusa bħala varjetà sekondarja.
Dawn il-bidliet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandhom jiġu kklassifikati bħala emenda standard skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Sabiex tintuża n-nomenklatura t-tajba għal din il-varjetà.
11. Bidliet fil-kliem tal-fatturi naturali tar-rabta
DESKRIZZJONI:
It-test dwar l-abbundanza tal-ħadid u l-altitudni taż-żona tħassar u l-altitudni massima li fiha jinsabu l-vinji attwalment ġiet aġġornata.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 7(a) (Dettalji taż-żona ġeografika, Fatturi naturali) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 8 tad-Dokument Uniku.
Dawn il-bidliet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandhom jiġu kklassifikati bħala emenda standard skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33 peress li r-rabta, minkejja l-bidliet fil-kliem f’ċerti biċċiet, ma nbidlitx.
RAĠUNIJIET:
L-għoti tal-altitudni medja tal-wiċċ tar-raba’ u l-altitudni minima u massima taż-żona twassal għal konfużjoni. Għażilna li nħallu biss l-altitudni minima u massima (din tal-aħħar żdiedet) tal-kultivazzjoni tad-dwieli. Il-pjantaġġuni tal-vinji riċenti fit-Tramuntana żiedu l-altitudni massima tal-kultivazzjoni tad-dwieli taħt id-denominazzjoni tagħna. Ir-referenza għall-abbundanza tal-ħadid tħassret, peress li t-tekniki moderni tal-produzzjoni tal-inbid eliminaw il-problema tal-casse tal-ħadid.
12. Bidla fid-dikjarazzjonijiet obbligatorji
DESKRIZZJONI:
Id-data sa meta l-vitikulturi jridu jiddikjaraw il-ħsad tagħhom u sa meta l-kantini tal-inbid iridu jissottomettu d-dikjarazzjoni tat-tikketti taċ-ċertifikazzjoni mhux użati fil-kantina tal-inbid ġiet emendata.
Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Dawn il-bidliet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandhom jiġu kklassifikati bħala emenda standard skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Minħabba l-karatteristiċi tal-varjetà ewlenija tagħna Monastrell, f’xi snin il-ħsad idum aktar, potenzjalment sa Novembru. F’każ ta’ ħsad bħal dan, il-fermentazzjoni tispiċċa fil-bidu ta’ Diċembru. Anke meta r-rekwiżiti kollha għall-għażla minn qabel tat-tankijiet tal-produzzjoni tal-inbid għall-protezzjoni tad-DOP jiġu ssodisfati, il-kantini tal-inbid fil-proċess tal-produzzjoni ma jiħdux deċiżjoni dwar l-użu maħsub tal-produzzjoni tagħhom qabel tmiem il-fermentazzjoni. F’dawn il-każijiet, il-vitikulturi jiskopru d-destinazzjoni finali tal-produzzjoni tagħhom wara t-30 ta’ Novembru, u għalhekk tagħmel sens li tiġi estiża din l-iskadenza.
Minħabba n-natura tal-operazzjonijiet fil-kantini tal-inbid, l-iskadenza ta’ 10 ijiem biss biex tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni tat-tikketti taċ-ċertifikazzjoni hija stretta ħafna, u għalhekk għandha tiġi estiża għax-xahar ta’ wara.
13. Rekwiżiti oħra emendati
DESKRIZZJONI:
It-test “Il-limitu ta' litri ta’ most jew inbid għal kull 100 kilogramma għeneb maħsud jista’ b’mod eċċezzjonali jiġi mmodifikat għal massimu ta’ 74 litru f’ċerti snin tal-kummerċjalizzazzjoni mill-korp maniġerjali, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba tal-produtturi kkonċernati, qabel il-ħsad u soġġett għall-konsultazzjoni u l-kontrolli meħtieġa” tħassar.
Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Dawn il-bidliet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandhom jiġu kklassifikati bħala emenda standard skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Peress li dan ir-rendiment żdied b’mod permanenti (ara l-emenda li tikkonċerna r-rendiment tal-estrazzjoni), ma huwiex meħtieġ li tiżdied fuq bażi ad hoc.
14. Aġġornament tal-informazzjoni dwar il-kontroll
DESKRIZZJONI:
Id-dettalji tal-awtorità kompetenti u tal-korp ta’ kontroll delegat ġew aġġornati.
Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Dawn il-bidliet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandhom jiġu kklassifikati bħala emenda standard skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Qiegħda tittieħed l-opportunità biex tiġi aġġornata din l-informazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Yecla
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
3. |
Inbid likur |
|
4. |
Inbid spumanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. INBID – Inbejjed Bojod
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Dehra: nadifa u brillanti, sfumaturi minn sofor ċari għal sofor lewn id-deheb, jista’ jkollhom kulur ħadrani mad-dawra. |
|
— |
Aroma: nadifa u aromi tal-frott u/jew tal-fjuri. Jekk l-inbid ġie mqaddem fl-injam, dawn ikunu bbilanċjati mal-aromi tipiċi li tagħti l-bettija. |
|
— |
Togħma: aċidità friska, tal-frott. Jekk l-inbid ġie mqaddem fl-injam, in-noti klassiċi li jagħti dan il-fatt lill-inbid kollu kemm hu jkunu jistgħu jiġu pperċepiti. L-inbejjed ħelwin mezzani u ħelwin huma bbilanċjati fejn jidħlu l-qawwa alkoħolika, l-aċidità u l-kontenut ta’ zokkor residwu.
|
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
2. INBID – Inbejjed Rożè
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Dehra: nadifa u brillanti, tvarja minn lewn is-salamun ċar għal roża. |
|
— |
Aroma: aromi tal-frott u/jew tal-fjuri. |
|
— |
Togħma: aċidità tajba, ibbilanċjata, tal-frott. L-inbejjed ħelwin mezzani u ħelwin huma bbilanċjati fejn jidħlu l-qawwa alkoħolika, l-aċidità u l-kontenut ta’ zokkor residwu.
|
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
3. INBID – Inbejjed Ħomor
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Dehra: kulur ta’ intensità medja għal skur ħafna. Lewn iċ-ċirasa bi sfumaturi vjola, vjola, tal-granata, jista’ jkollu sfumaturi vjola jew sfumaturi ħomor lewn iċ-ċirasa, lewn ir-rubini jew lewn il-briks. |
|
— |
Aroma: ta’ frott frisk u/jew misjur, ta’ intensità tajba. Meta jkun iffermentat jew imqaddem fl-injam, ikun hemm bilanċ bejn il-frott u l-injam. Kemxejn misjur iżżejjed, b’noti ta’ ħwawar u balsamiċi, traċċi ta’ ballut. |
|
— |
Togħma: b’bosta saffi u b’persistenza, korpożità, sħana u maturità tajbin u tannini rotob, ibbilanċjata ħafna. L-inbejjed ħelwin mezzani u ħelwin huma bbilanċjati fejn jidħlu l-qawwa alkoħolika, l-aċidità u l-kontenut ta’ zokkor residwu.
|
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
4. INBID LIKUR
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Dehra: skont it-tip ta’ nbid: abjad, rożè jew aħmar. |
|
— |
Aroma: b’intensità tajba assoċjata mat-tqaddim, qawwija ħafna u karatteristika meta jkun magħmul mill-għeneb tal-varjetà Monastrell. |
|
— |
Togħma: b’bilanċ tajjeb bejn il-ħlewwa u l-imrar, robusta, żejtnija b’finitura twila.
|
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
15 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
5. INBID SPUMANTI
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Dehra: meta l-inbid bażi jkun abjad, jiddominaw sfumaturi sofor ċari għal sofor lewn id-deheb. Meta l-inbid bażi jkun rożè, l-inbejjed ikunu jkanġu fir-roża, u jista’ jkollhom sfumaturi ta’ lampun, frawli, ribes aħmar jew salamun. Meta l-inbid bażi jkun aħmar, l-inbejjed ikunu jkanġu fl-aħmar bi sfumaturi vjola, tal-granata, taċ-ċirasa jew tar-rubini. |
|
— |
Aroma: b’aromi tal-fjuri jew tal-frott speċifiċi għall-varjetà. |
|
— |
Togħma: b’bilanċ bejn iz-zokkor u l-aċidità. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11,5 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
16,7 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
235 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1.
L-għeneb irid ikollu qawwa minima ta’ 11 °Bé għall-għeneb aħmar u ta’ 10 °Bé għall-għeneb abjad; għall-inbejjed likuri, il-qawwa minima trid tkun 13 °Bé.
2.
|
— |
Għall-estrazzjoni tal-most mill-għeneb frisk fil-produzzjoni tal-inbid li tinvolvi l-fermentazzjoni mingħajr il-qxur, jew tal-inbid mir-residwu tal-għasra ffermentat fil-produzzjoni tal-inbid aħmar, l-uniċi sistemi mekkanizzati permessi huma dawk li ma jagħmlux ħsara u li ma jqattgħux il-partijiet solidi tal-għenieqed. L-użu ta’ magni tattgħaffiġ ċentrifugi b’veloċità għolja huwa pprojbit. |
|
— |
L-użu ta’ preses kontinwi huwa pprojbit. |
|
— |
Fl-estrazzjoni tal-most jew tal-inbid u s-separazzjoni tiegħu mir-residwu tal-għasra, ir-rendiment ma jridx jaqbeż l-74 litru ta’ nbid lest għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb maħsud. Il-lottijiet ta’ most jew inbid miksuba bl-applikazzjoni ta’ pressjoni mhux xierqa ma jistgħu jintużaw fl-ebda każ biex isiru nbejjed protetti. |
Is-sistemi tat-tħarriġ u taż-żbir użati fil-vinji huma s-sistema tradizzjonali tal-gobelet u l-varjanti tagħha, u t-tħarriġ fuq il-kannizzati u l-varjanti tiegħu.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
1. PJANTAĠĠUNI MINGĦAJR IRRIGAZZJONI TA’ VARJETAJIET BOJOD
4 500 kilogramma għeneb għal kull ettaru
2.
33,3 ettolitru għal kull ettaru
3. PJANTAĠĠUNI MINGĦAJR IRRIGAZZJONI TA’ VARJETAJIET ĦOMOR
4 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru
4.
29,6 ettolitru għal kull ettaru
5. PJANTAĠĠUNI B’IRRIGAZZJONI TA’ VARJETAJIET BOJOD
9 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru
6.
66,6 ettolitru għal kull ettaru
7. PJANTAĠĠUNI B’IRRIGAZZJONI TA’ VARJETAJIET ĦOMOR
7 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru
8.
51,8 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbejjed koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini tikkonsisti miż-żoni ta’ art inklużi fir-reġistru tad-dwieli, li lkoll jinsabu fil-muniċipalità ta’ Yecla fir-reġjun ta’ Murcia.
Iż-żona tal-produzzjoni tal-inbid taqbel maż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli u tat-tqaddim.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
MONASTRELL
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Yecla għandha klima kontinentali xotta bi sjuf sħan u xtiewi kesħin ħafna. L-ammont medju ta’ xita annwali huwa 300 millimetru. L-ammont ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx annwali jaqbeż it-3 000 siegħa.
L-aktar karatteristika importanti f’termini tar-riżalt ta’ din iż-żona hija l-altitudni konsiderevoli tal-plateau għoli.
In-natura endorrejka tal-baċiri idrografiċi fiż-żona hija karatteristika notevoli tas-sistema tal-ilma. Il-ħamrija, inter alia, fiha l-ġir u hija fonda, b’permeabbiltà tajba, u hija partikolarment nieqsa mill-materja organika. Hemm evidenza arkeoloġika tat-tkabbir tad-dwieli li tmur lura għall-ewwel seklu Q.K.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Qafas ġuridiku:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Rekwiżiti addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Dan li ġej għandu jidher fuq it-tikketti tal-inbejjed ippakkjati: “Denominación de Origen Yecla” jew “Denominación de Origen Protegida Yecla”. It-tikketti jiġu eżaminati mill-korp tal-ispezzjoni li jivverifika l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
L-imballaġġ li fih jiġu kkunsinnati l-inbejjed irid ikollu siġilli ta’ garanzija jew tikketti ta’ ċertifikazzjoni, fiż-żewġ każijiet numerati, li jinħarġu mill-korp ta’ kontroll jew jużaw in-numerazzjoni pprovduta minnu u li jitwaħħlu fil-kantina tal-inbid stess (użu ta’ darba biss).
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.carm.es/web/integra.servlets.Blob?ARCHIVO=Pliego_Condiciones_DOP_Yecla__definitivo[1].pdf&TABLA=ARCHIVOS&CAMPOCLAVE=IDARCHIVO&CAMPOIMAGEN=ARCHIVO&IDTIPO=60&VALORCLAVE=77958