ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 384

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
5 ta' Ottubru 2022

Werrej

Paġna

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 384/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10696 — ARAMCO OVERSEAS COMPANY / BP EUROPA / LOTOS-AIR BP POLSKA) ( 1 )

1

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 384/02

Rata tal-kambju tal-euro — L-4 ta' Ottubru 2022

2

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 384/03

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran, il-Federazzjoni Russa u l-Ukrajna

3

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 384/04

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

14

2022/C 384/05

25

2022/C 384/06

37

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/1

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10696 — ARAMCO OVERSEAS COMPANY / BP EUROPA / LOTOS-AIR BP POLSKA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 384/01)

Fit 29 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10696. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/2

Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta' Ottubru 2022

(2022/C 384/02)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

0,9891

JPY

Yen Ġappuniż

143,30

DKK

Krona Daniża

7,4374

GBP

Lira Sterlina

0,87273

SEK

Krona Żvediża

10,8166

CHF

Frank Żvizzeru

0,9767

ISK

Krona Iżlandiża

141,90

NOK

Krona Norveġiża

10,4915

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,544

HUF

Forint Ungeriż

417,68

PLN

Zloty Pollakk

4,8193

RON

Leu Rumen

4,9418

TRY

Lira Turka

18,3374

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5318

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3503

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

7,7644

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7368

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4148

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 412,20

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,5437

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0384

HRK

Kuna Kroata

7,5230

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 080,18

MYR

Ringgit Malażjan

4,5939

PHP

Peso Filippin

58,104

RUB

Rouble Russu

THB

Baht Tajlandiż

37,160

BRL

Real Brażiljan

5,0589

MXN

Peso Messikan

19,7770

INR

Rupi Indjan

80,6995

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/3

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran, il-Federazzjoni Russa u l-Ukrajna

(2022/C 384/03)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir- ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil (Brażil), ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran (“l-Iran”), il-Federazzjoni Russa (“Ir-Russja”) u l-Ukrajna (“il-pajjiżi kkonċernati”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba ġiet ippreżentata fil-4 ta’ Lulju 2022 mill-EUROFER, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar, (‘l-applikant’) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ xi prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

Verżjoni pubblika tat-talba u l-analiżi tal-grad ta’ sostenn għat-talba mill-produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl mill-partijiet interessati.

2.   Prodott taħt rieżami

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huma xi prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f'koljaturi jew le (inklużi prodotti “cut-to-length” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b'laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin (“HRF’ jew ‘il-prodott li qed jiġi rieżaminat’).

Il-prodotti li ġejjin mhumiex koperti minn dan ir-rieżami:

(i)

prodotti tal-azzar inossidabbli u azzar elettriku tas-siliċju bil-granijiet orjentati,

(ii)

prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar li jintuża f’veloċità għolja,

(iii)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, u

(iv)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar.

Il-prodott li qed jiġi rieżaminat attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (il-kodiċijiet TARIC 7226191091, 7226191095), 7226 91 91 u 7226 91 99. Dawn il-kodiċi NM u TARIC huma mogħtija għall-informazzjoni biss mingħajr preġudizzju għal bidla sussegwenti fil-klassifikazzjoni tat-tariffi.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri li hemm fis-seħħ bħalissa huma d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1795 (3).

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija bbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għal rikorrenza u l-kontinwazzjoni ta' dumping u għal rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping mir-Russa, l-Ukrajna u r-rikorrenza ta’ dumping mill-Iran u l-Brażil

L-allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping għar-Russja u l-Ukrajna hija bbażata fuq paragun tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi rieżaminat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fid-dawl tan-nuqqas attwali ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjoni mill-Iran u l-Brażil lejn l-Unjoni, l-allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping għall-Iran u l-Brażil hija bbażata fuq tqabbil tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami meta jinbiegħ għall-esportazzjoni b’mod ġenerali u lil tliet swieq ewlenin tal-esportazzjoni, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Iraq, u l-Afganistan għall-Iran, u t-Turkija, iċ-Ċilì u l-Portugall għall-Brażil.

Abbażi tal-paraguni ta’ hawn fuq, li juru l-preżenza ta’ dumping, l-applikant jallega li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping mir-Russja u l-Ukrajna u l-possibbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping għall-Iran u l-Brażil.

4.2.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu

L-applikant jallega li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu. F’dan ir-rigward l-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li turi li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied għal livelli tal-prezzijiet dannużi. Dan huwa minħabba l-eżistenza ta’ kapaċitajiet sostanzjali mhux użati fil-pajjiżi kkonċernati. Dan huwa wkoll minħabba l-attraenza tas-suq tal-Unjoni Ewropea f’termini ta’ daqs u f’termini ta’ prezzijiet peress li l-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni (fil-każ tar-Russja u l-Ukrajna) u lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħra waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-effetti tal-irkupru ta’ wara l-COVID, li kkawża żbilanċ globali bejn il-provvista u d-domanda għall-prodott ikkonċernat, kif ukoll l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, irriżultaw fi prezzijiet u profitti ogħla mis-soltu, iżda dawn l-effetti huma mistennija li jonqsu.

L-applikant jallega li t-tneħħija tal-ħsara seħħet l-aktar minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li żieda fl-importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati aktarx twassal għal rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Proċedura

Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, ġie determinat li teżisti biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ dumping u dannu biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami ta’ skadenza jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping tal-prodott soġġett għal rieżami li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet għan-Notifika ppubblikata (4), dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u kontra s-sussidji li jistgħu jkunu applikabbli għal dan il-proċediment.

5.1.    Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022 (‘il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-analiżi tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (‘il-perjodu kkunsidrat’).

5.2.    Kummenti dwar it-talba u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar it-talba (inklużi l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mar-rikorrenza tad-dannu u tal-kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għat-talba) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5).

Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping

F’rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u li jbigħu l-prodott soġġett għal rieżami fil-pajjiżi kkonċernati hijiex tali li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet li huma oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni x’aktarx li jkomplu jew jirrikorru jekk il-miżuri jiskadu.

Għalhekk, il-produtturi kollha (6) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi fil-pajjiżi kkonċernati li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għar-rieżami preżenti, huma b’dan mitluba li jersqu ’l quddiem u jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R780_SAMPLING_FORM_FOR_EXPORTING_PRODUCER. L-informazzjoni dwar l-aċċess għal TRON tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.9 ta’ hawn taħt.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fil-pajjiżi kkonċernati.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa fil-pajjiżi kkonċernati, l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji li jintgħażlu għall-kampjun.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk dawn humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni żżid nota fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2629.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw.

5.3.2.   L-importaturi mhux relatati suġġetti għall-investigazzjoni (7) (8)

Importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkoperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet jeħtiġilhom jagħmlu dan fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija(i) tagħhom, kif mitlub fl-Anness ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ importaturi kollha dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Sabiex tikseb informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati hija disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2629.

5.4.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà li jissokta jew jerġa’ jseħħ id-dannu u għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjun isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati.

Il-partijiet interessati huma b’dan mistednin jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma jkunux ikkooperaw fl-investigazzjoni li tkun wasslet għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għaliex jenħtieġ li jkunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tinnotifika lill-produtturi u/jew lill-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufin kollha bil-kumpaniji li finalment ikunu ntgħażlu biex ikunu parti mill-kampjun.

Il-produtturi tal-Unjoni li jkunu parti mill-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2629.

5.5.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.

Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew f’format ħieles jew inkella billi jiġi komplut il-kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni.

Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott taħt rieżami, hija disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2629. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali li tissostanzja l-validità tagħha.

5.6.    Partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott soġġett għal rieżami.

Il-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li rendew disponibbli informazzjoni f’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3.1, 5.3.2 u 5.4.1 jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Partijiet oħra jkunu jistgħu jipparteċipaw biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna sabiex ikollok aċċess (9).

5.7.    Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tali informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.8.    Possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.

5.9.    Struzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u / jew data li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-finijiet ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, fosthom l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (10). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Sensitive” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi talbiet biex jiġu rreġistrati bħala partijiet interessati, dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: https://circabc.europa.eu/ui/group/2e3865ad-3886-4131-92bb-a71754fffec6/library/c8672a13-8b83-4129-b94c-bfd1bf27eaac/details. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi vverifikat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni oħra dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bi TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate G

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

TRON. tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi

Email:

Ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil

:

TRADE-R780-HRF-DUMPING-Brazil@ec.europa.eu

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

:

TRADE-R780-HRF-DUMPING-Iran@ec.europa.eu

Il-Federazzjoni Russa

:

TRADE-R780-HRF-DUMPING-Russia@ec.europa.eu

L-Ukrajna

:

TRADE-R780-HRF-DUMPING-Ukraine@ec.europa.eu

Id-dannu u l-interess tal-Unjoni

:

TRADE-R780-HRF-INJURY@ec.europa.eu

6.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.

7.   Preżentazzjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsima 5 ta’ din in-Notifika.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.

8.   Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm divulgazzjoni finali addizzjonali, il-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal din id-divulgazzjoni ulterjuri jenħtieġ li jsiru fi żmien ġurnata mill-iskadenza għall-kummenti dwar din id-divulgazzjoni ulterjuri, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-qafas ta’ żmien deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni tal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

L-estensjonijiet tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jistgħu jingħataw fuq talba min-naħa tal-partijiet interessati li jkollhom raġuni valida.

Jenħtieġ li kull estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jiġu rikjesti f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni u jingħataw biss jekk ikunu debitament ġustifikati. Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tat-tweġiba għall-kwestjonarji se tkun limitata għal tlett ijiem, u bħala regola ma taqbiżx is-sebat ijiem. Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.

11.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti/-jiet interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kwalunkwe talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-oqfsa ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

12.   Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jinbeda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawk il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li jkun ġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

13.   Proċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/

(1)  ĠU C 277, 12.7.2021, p. 3.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta’ Ottubru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja (ĠU L 258, 6.10.2017, p. 24).

(4)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A52020XC0316%2802%29

(5)  Ir-referenzi kollha għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika se jkunu referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

(6)  Produttur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiżi kkonċernati li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.

(7)  Huma biss l-importaturi li mhumiex relatati ma’ produtturi fil-pajjiż(i) kkonċernat(i) li jistgħu jiddaħħlu fil-kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(8)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, għajr biex jiġi stabbilit id-dumping.

(9)  F’każ ta’ problemi tekniċi kkuntattja lit-Trade Service Desk permezz ta’ email lil trade-service-desk@ec.europa.eu jew ċempel +32 22979797.

(10)  Dokument “Sensitive” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

ANNESS

Verżjoni “Sensittiva”

Verżjoni “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

RIEŻAMI TA’ SKADENZA TAL-MIŻURI ANTI-DUMPING APPLIKABBLI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĊERTI PRODOTTI ĊATTI B’LAMINAZZJONI TERMALI TAL-ĦADID, AZZAR MHUX ILLIGAT JEW LIGA OĦRA TAL-AZZAR LI JORIĠINAW MIR-REPUBBLIKA FEDERATTIVA TAL-BRAŻIL, IR-REPUBBLIKA IŻLAMIKA TAL-IRAN, IL-FEDERAZZJONI RUSSA U L-UKRAJNA

INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni rigward il-kampjunar li saret fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ bidu.

Jenħtieġ li kemm il-verżjoni “Sensittiva” u kemm il-verżjoni “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati” intbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-notifika ta’ bidu.

1.   DETTALJI TA’ KUNTATT U IDENTITÀ

Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

Isem il-kumpanija

Indirizz

Persuna ta’ kuntatt

Indirizz tal-Email:

Numru tat-telefown

2.   FATTURAT U VOLUM TAL-BEJGĦ

Indika l-fatturat totali f’euro (EUR) tal-kumpanija, il-valur f’euro (EUR) u l-volum f’tunnellati tal-importazzjonijiet u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Iran, l-Ukrajna, ir-Russja u l-Brażil, matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami tal-prodott taħt rieżami kif definit fin-Notifika ta’ bidu.

Volum f’tunnellati

Valur f’euro (EUR)

Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR)

L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-Iran

L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-Ukrajna

L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Russja

L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-Brażil

Importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami (minn kullimkien)

Il-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Iran tal-prodott li qed jiġi rieżaminat

Il-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Ukrajna tal-prodott li qed jiġi rieżaminat

Il-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Brażil tal-prodott soġġett għal rieżami

3.   ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)

Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott li qed jiġi rieżaminat. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott taħt rieżami, il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

Isem u lokalità tal-kumpanija

Attivitajiet

Relazzjoni

4.   INFORMAZZJONI OĦRA

Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis li tkun utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

5.   ĊERTIFIKAZZJONI

Meta tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fil-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:

(1)  F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/14

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 384/04)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Alsace grand cru Furstentum”

PDO-FR-A0378-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 20.7.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Referenza addizzjonali

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima II, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġew miżjuda l-ismijiet użati li ġejjin: “Sylvaner” u “Pinot noir”, kif ukoll il-varjetajiet tad-dwieli korrispondenti, rispettivament: “sylvaner B” u “pinot noir N”.

L-isem użat “Sylvaner” ġie miżjud biex jiġi kkoreġut nuqqas fl-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-ewwel verżjoni tispeċifika, fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 1(b), li l-varjetajiet tad-dwieli awtorizzati “jistgħu jiġu vinifikati u kkummerċjalizzati bl-isem rispettiv tagħhom”, iżda l-isem korrispondenti użat ma kienx ġie inkluż fil-lista ta’ ismijiet użati possibbli. Deċiżjoni nazzjonali, li ttieħdet qabel l-approvazzjoni tal-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kienet żiedet il-varjetà tad-dwieli sylvaner B ma’ dawk awtorizzati għall-produzzjoni ta’ nbejjed bid-denominazzjoni tal-oriġini “Alsace grand cru Zotzenberg”, b’kunsiderazzjoni tad-drawwiet lokali u r-reputazzjoni ta’ dawn l-inbejjed.

L-isem użat “Pinot noir” ġie miżjud fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”. Din l-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta’ nbid aħmar hija bbażata fuq l-anterjorità, il-fama u l-karatteristiċi tal-inbejjed magħmulin bl-għeneb tal-varjetà pinot noir N prodotti fl-irqajja’ tal-art demarkati għal dawn id-denominazzjonijiet “Alsace grand cru”. Il-varjetà pinot noir N hija l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għal dawn l-inbejjed ħomor.

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima II, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-varjetajiet ta’ għeneb muscat à petits grains li jikkorrispondu għall-isem użat “Muscat”, ġew miżjuda l-kelmiet “blancs” u “roses” mal-isem ta’ dawn il-varjetajiet tad-dwieli sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Dawn l-emendi ma jinvolvu l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

2.   Tipi ta’ prodotti

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test ġie emendat biex jiġi indikat li d-denominazzjonijiet ta’ oriġini koperti minn din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma għadhomx esklużivament denominazzjonijiet riżervati għall-inbejjed bojod bla gass.

Id-denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru” riżervati għall-inbejjed bojod u ħomor bla gass jissemmew b’isimhom (“Alsace grand cru Hengst”, “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”).

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

3.   Żona ġeografika

Ġie miżjud paragrafu fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex issir referenza għad-dati li fihom iż-żona ġeografika ġiet ivvalidata mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-INAO u biex jiġi indikat ir-repożitorju tad-definizzjoni tal-perimetru taż-żona, il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021, kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-indikazzjoni tagħmilha possibbli li d-demarkazzjoni taż-żona tiġi żgurata legalment.

L-introduzzjoni tar-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021 tinvolvi l-aġġornament tal-lista tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet. Għalhekk, il-muniċipalitajiet ta’ Kientzheim u Sigolsheim tneħħew, u t-territorju tagħhom issa huwa anness mal-muniċipalità ta’ Kaysersberg Vignoble.

Dawn l-emendi editorjali ma jibdlux il-perimetru taż-żona ġeografika.

Fil-punt 1 ġew miżjuda wkoll is-sentenzi li ġejjin:

“Il-mapep taż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO.

Il-kunsill lokali tal-muniċipalità li tinsab parzjalment fit-territorju għandu mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika.”

Dawn l-emendi jinvolvu emenda għall-punt 6 tad-Dokument Uniku.

4.   Żona tal-irqajja’ tal-art demarkata

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

fl-ewwel paragrafu, ġiet miżjuda l-informazzjoni “6 u 7 ta’ Settembru 2006”, li tikkorrispondi għad-data ta’ approvazzjoni taż-żona tal-irqajja’ tal-art mill-kumitat nazzjonali kompetenti, sabiex jiġi kkoreġut nuqqas.

fit-tieni paragrafu, il-kitba ġiet emendata biex tirrifletti l-bidliet fl-ismijiet tal-muniċipalitajiet li saru fit-Taqsima IV, il-punt 1.

il-kolonna “Muniċipalitajiet” tat-tabella ġiet aġġornata biex tikkorrispondi mal-ismijiet tal-muniċipalitajiet elenkati fit-Taqsima IV, il-punt 1.

Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

5.   Żona fil-viċinanza immedjata

Ġie emendat paragrafu fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex jiġi indikat ir-repożitorju tad-definizzjoni tal-perimetru taż-żona, il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021, kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-indikazzjoni tagħmilha possibbli li d-demarkazzjoni taż-żona tiġi żgurata legalment.

L-introduzzjoni tar-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021 tinvolvi l-aġġornament tal-lista tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet. Għalhekk tħassar l-isem tal-muniċipalità ta’ Kaysersberg u ġie miżjud dak tal-muniċipalità ta’ Kaysersberg Vignoble, flimkien mal-informazzjoni li din il-muniċipalità hija inkluża biss għall-parti tat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg.

Dawn l-emendi editorjali ma jemendawx il-perimetru taż-żona fil-viċinanza immedjata.

Dawn l-emendi jinvolvu emenda għall-punt 9 tad-Dokument Uniku.

6.   Varjetajiet tal-għeneb

Fl-Kapitolu I, it-Taqsima V, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie miżjud il-kliem “– għall-inbejjed bojod: ” u “– għall-inbejjed ħomor: il-varjetà tad-dwieli pinot noir N”, minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”. Il-varjetà pinot noir N hija l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għal dawn l-inbejjed ħomor. Hija wkoll l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għall-produzzjoni ta’ nbid aħmar fid-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace”.

Fit-Taqsima V, il-punt 1(a), (b) u (e), u l-punt 2(b), il-kelmiet “blancs” u “roses” ġew miżjuda mal-isem tal-varjetajiet ta’ muscats à petits grains sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn l-emendi.

7.   Densità tat-tħawwil

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie miżjud il-kliem: “Għall-produzzjoni ta’ nbid abjad” u “Għall-produzzjoni ta’ nbid aħmar” biex issir distinzjoni bejn id-densitajiet minimi tat-tħawwil skont il-kulur tal-inbejjed. Dawn id-densitajiet huma indikati għad-denominazzjonijiet li jistgħu jipproduċu nbejjed ħomor.

Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn iż-żidiet.

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet speċifikata d-data effettiva tal-applikazzjoni tar-regola dwar il-possibbiltà li d-densità tiġi adattata permezz tal-qlugħ tas-siġar: “il-25 ta’ Ottubru 2011”, li tissostitwixxi l-formulazzjoni “fid-data tal-approvazzjoni ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott”.

Din l-emenda tinvolvi emenda għall-punt 5 tad-Dokument Uniku.

8.   Regola taż-żbir

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-inbejjed bojod, ir-regola dwar in-numru ta’ għejun għal kull metru kwadru tal-erja tal-art, li kienet tvarja skont il-varjetà tad-dwieli, tneħħiet u minflokha ddaħħlet regola waħda ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.

Dan l-iżvilupp jippermetti l-armonizzazzjoni tal-kitba bejn l-Ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini ta’ Alsace, u li jiġu ssimplifikati l-metodi ta’ kontroll.

Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

Fil-bidu tas-sentenza ġie miżjud il-kliem “Għall-inbejjed bojod,” minħabba l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass li saret fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.

Ġiet miżjuda r-regola dwar iż-żbir għall-inbejjed ħomor, bin-numru massimu ta’ għejun għal kull pjanta stabbilit għal 14. Dan huwa aktar baxx min-numru awtorizzat għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod. Din ir-regola tippermetti l-konsistenza mar-rendiment u l-produzzjoni ta’ għeneb ta’ kwalità.

Dawn l-aħħar emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

9.   Regoli dwar il-kannizzar u l-għoli tal-faxxina

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tneħħa l-għoli massimu tal-wajer ta’ appoġġ tal-arkata u nbidel il-metodu tal-kejl tal-għoli tal-faxxina fuq il-kannizzati.

Dawn il-bidliet jagħmluha possibbli li l-għoli tal-faxxina jiġi osservat waqt it-tkabbir, li qabel kien isir biss b’obbligu tal-mezzi.

10.   Tagħbija massima medja fuq ir-roqgħa tal-art

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(d) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-valur tat-tagħbija massima medja fuq ir-roqgħa tal-art tnaqqas minn 10 000 għal 8 500 kilogramma għal kull ettaru, għall-inbejjed bojod, f’konformità mat-tnaqqis fir-rendiment għal dawn l-inbejjed.

Ġie stabbilit valur għall-inbejjed ħomor, li huwa inqas minn dak stabbilit għall-inbejjed bojod, f’konformità mar-rendiment ta’ dawn l-inbejjed.

11.   Maturazzjoni tal-għeneb u qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VII, il-punt 2(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-tabella ġiet emendata biex titqies l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass li saret fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.

Għal dawn id-denominazzjonijiet tal-inbejjed ħomor “Alsace grand cru”, ġew stabbiliti l-kontenut minimu ta’ zokkor tal-għeneb fil-mument tal-ħsad u l-qawwa alkoħolika naturali minima tiegħu skont il-volum.

Dawn l-indikazzjonijiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.

Għall-inbejjed bojod, il-valuri minimi tal-kontenut taz-zokkor tal-għeneb żdiedu b’2 jew 3 grammi għal kull litru ta’ most sabiex tiġi rrispettata l-istess differenza ta’ 1 % vol. bil-valuri għal kull qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum, bħal fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-korp ta’ protezzjoni u ġestjoni għażel li għall-kalkolu tat-trasformazzjoni tal-grammi taz-zokkor fl-alkoħol, juża l-valur ta’ 17-il gramma zokkor għal kull 1 % vol. għall-inbejjed bojod, filwaqt li fil-verżjoni inizjali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kien uża l-valur ta’ 16,83. Dan il-valur ta’ 17 kien irrakkomandat mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-INAO meta ġiet stabbilita l-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

12.   Rendimenti

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VIII, il-punti 1 u 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tnaqqsu kemm ir-rendimenti kif ukoll ir-rendimenti ta’ limitu, u b’hekk sar possibbli kontroll tal-kwalità aħjar għall-inbejjed bojod u għall-inbejjed bojod bl-indikazzjoni “Vendanges tardives”, f’konformità mal-istruttura ġerarkika tad-denominazzjonijiet tar-reġjun ta’ Alsace.

Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat fir-rigward tar-rendimenti massimi (ir-rendimenti ta’ limitu).

Ġie miżjud il-kliem “Inbejjed bojod” għall-inbejjed mingħajr indikazzjoni, minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.

Ir-rendiment u r-rendiment ta’ limitu għall-inbejjed ħomor ġew stabbiliti skont l-istruttura ġerarkika tad-denominazzjonijiet fir-reġjun ta’ Alsace, u għalhekk f’valuri aktar baxxi għal dawn id-denominazzjonijiet tal-grand cru.

Dawn l-emendi tal-aħħar ma jemendawx id-Dokument Uniku.

13.   Fermentazzjoni malolattika, kontenut ta’ zokkor fermentabbli għall-inbejjed ħomor

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie speċifikat li l-fermentazzjoni malolattika titlesta għall-inbejjed ħomor.

Sabiex tiġi kkontrollata din ir-regola, ġie stabbilit kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru jew inqas fl-istadju tal-imballaġġ.

Fit-Taqsima IX, il-punt 1(d), għall-inbejjed ħomor, ġie stabbilit kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ żewġ grammi jew inqas għal kull litru wara l-fermentazzjoni.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

14.   Projbizzjoni taż-żieda tal-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum għall-inbejjed ħomor

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(e) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie speċifikat li l-inbejjed ħomor ma jiġux imsaħħa. Din ir-restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed hija konsistenti mad-demarkazzjoni tal-irqajja’ tal-art għall-produzzjoni tal-għeneb, id-densità minima tat-tħawwil, ir-regoli dwar iż-żbir u l-valuri baxxi tar-rendiment.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

15.   Kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni għall-vinifikazzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(g) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-koeffiċjent għall-kalkolu tal-kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni għall-vinifikazzjoni tnaqqas.

Il-proporzjon bejn il-volum tal-ħsad preċedenti u l-kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni ma għandux għalfejn ikun għoli daqshekk.

16.   Data tat-tqaddim u tat-tqegħid fis-suq għall-konsumatur għall-inbejjed ħomor

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie stabbilit perjodu minimu ta’ tqaddim għall-inbejjed ħomor sal-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad. L-inbejjed prodotti bl-għeneb tal-varjetà pinot noir N minn dawn it-terroirs jeħtieġu perjodu ta’ żmien minimu biex jesprimu tajjeb il-karatteristiċi tagħhom.

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 5(a), ġie indikat li wara li jintemm il-perjodu ta’ tqaddim, l-inbejjed ħomor jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur biss mill-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

17.   Spezzjoni tal-lottijiet imballati

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 3(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tneħħiet ir-regola dwar iż-żamma ta’ fliexken kampjuni biex jintwerew fi spezzjoni tal-lottijiet imballati.

Din ir-regola hija miżura ta’ kontroll li hija rreġistrata fil-pjan ta’ kontroll.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

18.   Ħażna tal-inbejjed imballati

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġew speċifikati l-karatteristiċi tal-post tal-ħażna tal-inbejjed imballati.

Dan jagħmilha aktar faċli għall-operaturi biex jifhmu din ir-regola, u jiffaċilita l-ispezzjoni.

19.   Fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta maż-żona ġeografika

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 1(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test ġie emendat biex jitqies ir-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst” u “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”:

ġiet miżjuda l-informazzjoni li ġejja għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Hengst”: rikonoxximent fl-2022 għall-inbejjed ħomor, hija awtorizzata biss il-varjetà tad-dwieli pinot noir N, id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 5 500 pjanta għal kull ettaru għall-produzzjoni tal-inbid aħmar, dawn l-inbejjed ma jiġux imsaħħa, u jridu josservaw perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 10 xhur.

ġiet miżjuda l-informazzjoni li ġejja għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”: rikonoxximent fl-2022 għall-inbejjed ħomor, hija awtorizzata biss il-varjetà tad-dwieli pinot noir N, id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 5 000 pjanta għal kull ettaru għall-produzzjoni tal-inbid aħmar, dawn l-inbejjed ma jiġux imsaħħa, u jridu josservaw perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 10 xhur.

Fit-Taqsima X, il-punt 1(b), tneħħiet l-informazzjoni li r-rikonoxximent ta’ dawn iż-żewġ denominazzjonijiet ta’ oriġini kien ibbażat fuq varjetajiet ta’ għeneb abjad, u l-kliem “għall-inbejjed bojod” ġie miżjud fejn meħtieġ biex it-test jinftiehem aħjar.

Il-kelmiet “blancs” u “roses” ġew miżjuda mal-ismijiet tal-varjetajiet ta’ muscats à petits grains sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dawn iż-żidiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.

20.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet miżjuda deskrizzjoni tal-aspett viżiv tal-inbejjed bojod sabiex jiġu karatterizzati aħjar.

Rigward l-ewwel żewġ tipi ta’ nbejjed deskritti: “Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.”

Rigward l-aħħar żewġ tipi ta’ nbejjed deskritti: “Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.”

Il-punt 4 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

Id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi prinċipali tal-inbejjed ħomor ġiet miżjuda għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst” u “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”.

Dawn id-deskrizzjonijiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.

21.   Rabta maż-żona ġeografika

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għad-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst”, l-informazzjoni dwar ir-rabta bejn l-oriġini ġeografika u l-karatteristiċi tal-inbejjed, li tista’ tapplika wkoll għall-inbejjed ħomor ta’ din id-denominazzjoni, hija ssupplimentata b’informazzjoni speċifika għall-inbejjed ħomor.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

22.   Miżuri tranżizzjonali

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XI, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-konformità mal-emendi tal-Kapitolu I, it-Taqsima VI, l-għoli massimu tal-wajer ta’ appoġġ tal-arkata tħassar u n-numru massimu ta’ għejun għal kull pjanta tnaqqas.

23.   Indikazzjoni obbligatorja tal-kontenut taz-zokkor fuq it-tikkettar u mezzi oħra ta’ informazzjoni għall-inbejjed bojod

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XII, il-punt 2(d) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iddaħħal test ġdid, bħala sostituzzjoni, sabiex l-indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor kif definit fir-Regolament (UE) 2019/33, li attwalment hija fakultattiva, issir obbligatorja.

Din l-indikazzjoni tgħin lill-konsumatur jifhem aħjar it-tip ta’ nbid.

Din ir-regola l-ġdida ma tapplikax għall-inbejjed bl-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”.

Il-punt 9 tad-Dokument Uniku ġie ssupplimentat.

Fit-Taqsima XII, l-ittra d tal-punt 2 saret l-ittra e.

24.   Dikjarazzjoni minn qabel tal-użu tal-irqajja’ tal-art

Fil-Kapitolu II, it-Taqsima I, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet miżjuda kjarifika mar-regoli relatati mad-dikjarazzjoni minn qabel tal-użu tal-irqajja’ tal-art ippreżentata mill-operatur lill-korp ta’ protezzjoni u ġestjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace grand cru”, f’każ li jieqaf jipproduċi din id-denominazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Alsace grand cru Furstentum

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.

DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR

L-inbejjed huma nbejjed bojod bla gass.

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 12,5 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 11 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra. Wara t-tisħiħ, l-inbejjed ma jkollhomx qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 15 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G u 14 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.

Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

L-inbejjed bojod għat-tqaddim per eċċellenza huma kkaratterizzati minn freskezza evidenti bbażata fuq aċidità tartarika dominanti relatata mal-maturità tajba tal-għeneb. L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat b’ismijiet użati, sakemm l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat. Għandhom palat sħiħ, huma kumplessi u għandhom riħa qawwija ħafna b’varjetà ta’ sfumaturi aromatiċi. B’togħma li ddum tintiegħem, isiru aktar kumplessi biż-żmien.

It-tipi differenti huma: – l-inbejjed xotti, minerali; – l-inbejjed aromatiċi, tal-frott, magħquda, rikki. Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

2.   Denominazzjoni ssupplimentata b’“Vendanges Tardives”

DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 16 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 14,5 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.

L-inbejjed bl-indikazzjoni “vendanges tardives” (ħsad tardiv) spiss ikollhom aromi eżotiċi ħafna ta’ frott ippreżervat u b’finitura friska. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.

3.   Denominazzjoni ssupplimentata b’“Sélection de grains nobles”

DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 18,2 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 16,4 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.

L-inbejjed bl-indikazzjoni “sélection de grains nobles” (għażla ta’ żrieragħ nobbli) huma nbejjed aktar ikkonċentrati, qawwija, li spiss ikollhom aromi ta’ pejst tal-frott. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Metodi tat-tkabbir: densità tat-tħawwil

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru.

Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn il-flanni ta’ aktar minn żewġ metri.

Id-dwieli għandhom distanza bejn il-flanni ta’ mill-inqas 0,75 metri u mhux aktar minn 1,50 metru.

Mill-25 ta’ Ottubru 2011, il-qlugħ tas-siġar tal-flanni f’roqgħa tal-art ma jistax jirriżulta f’distanza ta’ aktar minn tliet metri bejn il-flanni l-aktar wisgħin.

2.   Metodi tat-tkabbir: regola taż-żbir

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-dwieli jinżabru qosra bil-metodu Guyot sempliċi jew doppju b’massimu ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.

3.   Ħsad

Prattika tal-kultivazzjoni

L-inbejjed huma magħmula minn għeneb maħsud bl-idejn.

4.   Żieda tal-qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum

Prattika enoloġika speċifika

Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum medja ma tistax taqbeż:

0,5 % vol. għall-inbejjed mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G,

1,5 % vol. għall-inbejjed minn varjetajiet tad-dwieli oħrajn.

L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” ma jiġux imsaħħa.

5.   Produzzjoni

Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed

L-użu taċ-ċana huwa pprojbit.

6.   Tqaddim tal-inbejjed

Prattika enoloġika speċifika

L-inbejjed jitħallew jiqdiemu mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” jiġu mqaddma mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tat-tieni sena ta’ wara dik tal-ħsad.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Denominazzjoni ssupplimentata b’“vendanges tardives” jew le

60 ettolitru għal kull ettaru

2.

Denominazzjoni ssupplimentata b’“sélection de grains nobles”

48 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:

Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Ammerschwihr, Beblenheim, Bennwihr, Bergheim, Bergholtz, Eguisheim, Gueberschwihr, Guebwiller, Hattstatt, Hunawihr, Ingersheim, Katzenthal, Mittelwihr, Niedermorschwihr, Orschwihr, Pfaffenheim, Ribeauvillé, Riquewihr, Rodern, Rouffach, Saint-Hippolyte, Soultzmatt, Thann, Turckheim, Vieux-Thann, Voegtlinshoffen, Westhalten, Wettolsheim, Wintzenheim, Wuenheim, Zellenberg.

Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Kientzheim u ta’ Sigolsheim biss.

Id-département ta’ Bas-Rhin: Andlau, Barr, Bergbieten, Blienschwiller, Dahlenheim, Dambach-la-Ville, Eichhoffen, Kintzheim, Marlenheim, Mittelbergheim, Molsheim, Nothalten, Scharrachbergheim-Irmstett, Wolxheim.

Il-kunsill lokali tal-muniċipalitajiet li jinsabu parzjalment fit-territorju għandhom mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika.

Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Gewurztraminer Rs

Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato

Muscat à petits grains blancs B – Muscat, Moscato

Muscat à petits grains roses Rs – Muscat, Moscato

Pinot gris G

Riesling B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Furstentum” hija bbażata fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli li jikkaratterizzaw il-vinji ta’ Alsace, u tisfrutta wieħed mill-aqwa postijiet tar-reġjun. Mistura fil-qalba tal-pajsaġġ pittoresk tal-Alsace, il-vinja tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’espressjoni kbira, b’karattru evidenti u personalità unika.

Il-pożizzjoni mkennija u t-tip ta’ ħamrija fil-vinji tal-grand cru jagħtu lill-inbejjed diversità aromatika kbira b’noti mħawra u tal-fjuri li jittraspiraw sfumaturi iktar minerali. L-aċidità tal-frott taċ-ċitru hija akkumpanjata minn struttura tannika li twassal biex l-inbejjed ikollhom potenzjal kbir ta’ tqaddim.

Il-kundizzjonijiet tat-temp eċċellenti fl-aħħar tal-istaġun favorevoli għall-konċentrazzjoni tal-għeneb fuq id-dielja u l-iżvilupp tal-moffa nobbli jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed.

It-tqaddim previst fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jgħin biex l-inbejjed jitjiebu.

Bl-adozzjoni ta’ regoli ta’ produzzjoni stretti, bħaż-żamma ta’ erja kbira tal-weraq u l-ħsad bl-idejn, il-produtturi tal-inbid ta’ Alsace jippreservaw il-karattru distintiv tal-inbejjed, li huma magħrufa għall-kumplessità tagħhom u għall-kapaċità ta’ konservazzjoni fit-tul tagħhom.

Dawn l-inbejjed huma l-aqwa fost dawk prodotti f’dan ir-reġjun. Huma nbejjed apprezzati aktar mill-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace”.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:

Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Bergholtz-Zell, Berrwiller, Buhl, Cernay, Colmar, Gundolsheim, Hartmanswiller, Herrlisheim, Houssen, Husseren-les-Châteaux, Jungholtz, Leimbach, Obermorschwihr, Osenbach, Ostheim, Rorschwihr, Soultz, Steinbach, Uffholtz, Walbach, Wattwiller, Wihr-au-Val, Zimmerbach.

Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble, għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg biss.

Id-département ta’ Bas-Rhin: Albé, Avolsheim, Balbronn, Bernardswiller, Bernardvillé, Bischoffsheim, Boersch, Bourgheim, Châtenois, Cleebourg, Dachstein, Dangolsheim, Dieffenthal, Dorlisheim, Epfig, Ergersheim, Ernolsheim- Bruche, Fessenheim-le-Bas, Flexbourg, Furdenheim, Gertwiller, Gimbrett-Berstett, Goxwiller, Heiligenstein, Itterswiller, Kienheim, Kirchheim, Kuttolsheim, Mittelhausen, Mutzig, Nordheim, Oberhoffen-les-Wissenbourg, Obernai, Odratzheim, Orschwiller, Osthoffen, Ottrott, Petersbach, Reichsfeld, Riedseltz, Rosenwiller, Rosheim, Rott, Saint-Nabor, Saint-Pierre, Scherwiller, Seebach, Soultz-les-Bains, Steinseltz, Stotzheim, Strasburgu, Traenheim, Villé, Wangen, Westhoffen, Wissembourg, Zellwiller.

Imballaġġ fiż-żona

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed jiġu bbottiljati fi fliexken tat-tip “Vin du Rhin”, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 55-673 tal-20 ta’ Mejju 1955, mal-Ordni tat-13 ta’ Mejju 1959 u mad-Digriet tad-19 ta’ Marzu 1963, u l-ebda tip ta’ flixkun ieħor mhu permess.

Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-5 ta’ Lulju 1972, l-inbejjed bilfors iridu jiġu bbottiljati fid-départements ta’ Bas-Rhin u Haut-Rhin fil-fliexken tat-tip “Vin du Rhin”, deskritti fid-Digriet tal-1955.

Indikazzjoni tal-annata

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-indikazzjoni tal-annata trid tidher flimkien mal-isem tad-denominazzjoni, fid-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u tal-ħażniet, fuq id-dokumenti ta’ akkumpanjament, fir-reklami, fuq il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u kwalunkwe kontenitur ieħor.

Isem użat

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat b’wieħed mill-ismijiet użati, dment li l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat.

Huwa pprojbit li jintuża aktar minn isem użat wieħed fuq l-istess tikketta.

Dawn l-ismijiet użati huma dawn li ġejjin:

Gewurztraminer,

Muscat,

Muscat Ottonel,

Pinot gris,

Riesling.

L-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”

L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” bilfors irid ikollhom:

l-indikazzjoni tal-annata,

u wieħed mill-ismijiet użati.

Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor

L-inbejjed bojod li għalihom, skont it-termini ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tintalab waħda mill-51 Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Alsace Grand Cru – post imsemmi”, bl-eċċezzjoni tal-indikazzjonijiet “Vendanges Tardives” u “Sélection de Grains nobles”, li huma ppreżentati taħt l-imsemmija denominazzjoni, ma jistgħux jiġu offruti lill-pubbliku, ikkunsinnati, imqiegħda għall-bejgħ jew jinbiegħu, sakemm il-kontenut taz-zokkor kif definit mir-regolamenti Ewropej ma jkunx indikat b’mod ċar ħafna fir-reklami, il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u l-kontenituri kollha.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-4cec3ff9-abd4-4253-a1db-245ddd809faa

(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.

5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/25

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 384/05)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Alsace grand cru Kaefferkopf”

PDO-FR-A0914-AM02

25.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed; L-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles” u l-isem użat

Fil-punti 4.2 u 4.3 “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed” tad-Dokument Uniku: ġie kkoreġut żball tipografiku billi tħassret il-varjetà pinot gris G mid-deskrizzjoni qasira bil-miktub tal-inbejjed għall-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”. L-ebda verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-denominazzjoni “Alsace grand cru Kaefferkopf” qatt ma awtorizzat l-użu ta’ din il-varjetà għall-produzzjoni tal-inbid b’wieħed jew ieħor minn dawn l-indikazzjonijiet tradizzjonali.

Fil-punt 9 “Rekwiżiti supplimentari” tad-Dokument Uniku:

l-intestatura “Indikazzjonijiet tradizzjonali” ġiet ikkoreġuta biex jiġu speċifikati l-unika żewġ forom komuni tal-ismijiet tal-varjetajiet tad-dwieli awtorizzati għall-indikazzjonijiet “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”, peress li l-varjetà tad-dwieli pinot gris G mhijiex awtorizzata għall-produzzjoni ta’ nbid b’dawn l-indikazzjonijiet tradizzjonali.

Dan it-tħassir jikkoreġi żball tipografiku fil-verżjoni preċedenti tad-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Alsace grand cru Kaefferkopf

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.

DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR

L-inbejjed huma nbejjed bojod bla gass.

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 12,5 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G, 12 % għall-inbejjed prodotti minn taħlita ta’ varjetajiet tad-dwieli u ta’ 11 % għar-riesling. Wara t-tisħiħ, l-inbejjed ma jkollhomx qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 14 % għall-inbejjed prodotti mill-varjetajiet tad-dwieli riesling u ta’ 15 % għall-inbejjed prodotti minn diversi varjetajiet u għall-inbejjed prodotti mid-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G.

Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

L-inbejjed bojod għat-tqaddim per eċċellenza huma kkaratterizzati minn freskezza evidenti bbażata fuq aċidità tartarika dominanti relatata mal-maturità tajba tal-għeneb. L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat b’ismijiet użati, sakemm l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat. Għandhom palat sħiħ, huma kumplessi u għandhom riħa qawwija ħafna b’varjetà ta’ sfumaturi aromatiċi. B’togħma li ddum tintiegħem, isiru aktar kumplessi biż-żmien.

It-tipi differenti huma: – l-inbejjed xotti, minerali; – l-inbejjed aromatiċi, tal-frott, magħquda, rikki. Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

2.   Denominazzjoni ssupplimentata b’“Vendanges Tardives”

DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 16 % għall-gewurztraminer Rs u ta’ 14,5 % għar-riesling.

Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

L-inbejjed bl-indikazzjoni “vendanges tardives” (ħsad tardiv) spiss ikollhom aromi eżotiċi ħafna ta’ frott ippreżervat u b’finitura friska. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

3.   Denominazzjoni ssupplimentata b’“Sélection de grains nobles”

DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 18.2 % għall-gewurztraminer Rs u ta’ 16,4 % għar-riesling.

Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

L-inbejjed bl-indikazzjoni “sélection de grains nobles” (għażla ta’ żrieragħ nobbli) huma nbejjed aktar ikkonċentrati, qawwija, li spiss ikollhom aromi ta’ pejst tal-frott. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Metodi tat-tkabbir: densità tat-tħawwil

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru.

Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn il-flanni ta’ aktar minn żewġ metri.

Id-dwieli għandhom distanza bejn il-flanni ta’ mill-inqas 0,75 metri u mhux aktar minn 1,50 metru.

Mill-25 ta’ Ottubru 2011, il-qlugħ tas-siġar tal-flanni f’roqgħa tal-art ma jistax jirriżulta f’distanza ta’ aktar minn tliet metri bejn il-flanni l-aktar wisgħin.

2.   Metodi tat-tkabbir: regola taż-żbir

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-dwieli jinżabru qosra bil-metodu Guyot sempliċi jew doppju b’massimu ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.

3.   Ħsad

Prattika tal-kultivazzjoni

L-inbejjed huma magħmula minn għeneb maħsud bl-idejn.

4.   Żieda tal-qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum

Prattika enoloġika speċifika

Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum medja ma tistax taqbeż:

0,5 % vol. għall-inbejjed mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G,

1,5 % għall-inbejjed mill-varjetajiet tad-dwieli oħrajn u għall-inbejjed minn varjetajiet tad-dwieli oħrajn.

L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” ma jiġux imsaħħa.

5.   Produzzjoni

Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed

L-użu taċ-ċana huwa pprojbit.

6.   Tqaddim tal-inbejjed

Prattika enoloġika speċifika

L-inbejjed jitħallew jiqdiemu mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” jiġu mqaddma mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tat-tieni sena ta’ wara dik tal-ħsad.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.   Denominazzjoni ssupplimentata b’“vendanges tardives” jew le

60 ettolitru għal kull ettaru

2.   Denominazzjoni ssupplimentata b’“sélection de grains nobles”

48 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:

Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Ammerschwihr, Beblenheim, Bennwihr, Bergheim, Bergholtz, Eguisheim, Gueberschwihr, Guebwiller, Hattstatt, Hunawihr, Ingersheim, Katzenthal, Mittelwihr, Niedermorschwihr, Orschwihr, Pfaffenheim, Ribeauvillé, Riquewihr, Rodern, Rouffach, Saint-Hippolyte, Soultzmatt, Thann, Turckheim, Vieux-Thann, Voegtlinshoffen, Westhalten, Wettolsheim, Wintzenheim, Wuenheim, Zellenberg.

Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Kientzheim u ta’ Sigolsheim biss.

Id-département ta’ Bas-Rhin: Andlau, Barr, Bergbieten, Blienschwiller, Dahlenheim, Dambach-la-Ville, Eichhoffen, Kintzheim, Marlenheim, Mittelbergheim, Molsheim, Nothalten, Scharrachbergheim-Irmstett, Wolxheim.

Il-kunsill lokali tal-muniċipalitajiet li jinsabu parzjalment fit-territorju għandhom mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika.

Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Gewurztraminer Rs

Pinot gris G

Riesling B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Kaefferkopf” hija bbażata fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli li jikkaratterizzaw il-vinji ta’ Alsace, u tisfrutta wieħed mill-aqwa postijiet tar-reġjun. Mistura fil-qalba tal-pajsaġġ pittoresk tal-Alsace, il-vinja tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’espressjoni kbira, b’karattru evidenti u personalità unika.

Il-protezzjoni mir-riħ kiesaħ u mill-esponiment żejjed għax-xemx offruta mill-pożizzjoni unika u s-saturazzjoni tal-ħamrija bil-kalċju u l-manjeżju jipproduċu nbejjed qawwijin, robusti, kumplessi u magħquda b’togħma friska pjaċevoli fuq il-palat. Dawn il-karatteristiċi, li jiġu nnutati b’mod partikolari fl-inbejjed imħalltin, jiġu espressi sew partikolarment wara diversi snin ta’ tqaddim. Imbagħad l-inbejjed jiżvelaw personalità qawwija sottolinjata permezz ta’ lonġevità aromatika u mmellħa fina fuq il-palat.

Il-kundizzjonijiet tat-temp eċċellenti fl-aħħar tal-istaġun favorevoli għall-konċentrazzjoni tal-għeneb fuq id-dielja u l-iżvilupp tal-moffa nobbli jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed.

It-tqaddim jippermetti lill-inbejjed jitjiebu.

Bl-adozzjoni ta’ regoli ta’ produzzjoni stretti, bħaż-żamma ta’ erja kbira tal-weraq u l-ħsad bl-idejn, il-produtturi tal-inbid ta’ Alsace jippreservaw il-karattru distintiv tal-inbejjed, li huma magħrufa għall-kumplessità tagħhom u għall-kapaċità ta’ konservazzjoni fit-tul tagħhom.

Dawn l-inbejjed huma l-aqwa fost dawk prodotti f’dan ir-reġjun. Huma nbejjed apprezzati aktar mill-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace”.

Ix-xogħol ta’ Médard Barth “Der Rebbau des Elsass und die Absatzgebieten seiner Weine”, li nkiteb fl-1958, kien diġà faħħar lil dan il-post li llum huwa magħruf.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:

Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Bergholtz-Zell, Berrwiller, Buhl, Cernay, Colmar, Gundolsheim, Hartmanswiller, Herrlisheim, Houssen, Husseren-les-Châteaux, Jungholtz, Leimbach, Obermorschwihr, Osenbach, Ostheim, Rorschwihr, Soultz, Steinbach, Uffholtz, Walbach, Wattwiller, Wihr-au-Val, Zimmerbach.

Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble, għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg biss.

Id-département ta’ Bas-Rhin: Albé, Avolsheim, Balbronn, Bernardswiller, Bernardvillé, Bischoffsheim, Boersch, Bourgheim, Châtenois, Cleebourg, Dachstein, Dangolsheim, Dieffenthal, Dorlisheim, Epfig, Ergersheim, Ernolsheim- Bruche, Fessenheim-le-Bas, Flexbourg, Furdenheim, Gertwiller, Gimbrett-Berstett, Goxwiller, Heiligenstein, Itterswiller, Kienheim, Kirchheim, Kuttolsheim, Mittelhausen, Mutzig, Nordheim, Oberhoffen-les-Wissenbourg, Obernai, Odratzheim, Orschwiller, Osthoffen, Ottrott, Petersbach, Reichsfeld, Riedseltz, Rosenwiller, Rosheim, Rott, Saint-Nabor, Saint-Pierre, Scherwiller, Seebach, Soultz-les-Bains, Steinseltz, Stotzheim, Strasburgu, Traenheim, Villé, Wangen, Westhoffen, Wissembourg, Zellwiller.

Imballaġġ fiż-żona

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed jiġu bbottiljati fi fliexken tat-tip “Vin du Rhin”, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 55-673 tal-20 ta’ Mejju 1955, mal-Ordni tat-13 ta’ Mejju 1959 u mad-Digriet tad-19 ta’ Marzu 1963, u l-ebda tip ta’ flixkun ieħor mhu permess.

Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-5 ta’ Lulju 1972, l-inbejjed bilfors iridu jiġu bbottiljati fid-départements ta’ Bas-Rhin u Haut-Rhin fil-fliexken tat-tip “Vin du Rhin”, deskritti fid-Digriet tal-1955.

Indikazzjoni tal-annata

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-indikazzjoni tal-annata trid tidher flimkien mal-isem tad-denominazzjoni, fid-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u tal-ħażniet, fuq id-dokumenti ta’ akkumpanjament, fir-reklami, fuq il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u kwalunkwe kontenitur ieħor.

Isem użat

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat b’wieħed mill-ismijiet użati, dment li l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat.

Huwa pprojbit li jintuża aktar minn isem użat wieħed fuq l-istess tikketta.

Dawn l-ismijiet użati huma dawn li ġejjin:

Gewurztraminer,

Pinot gris,

Riesling.

L-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” bilfors irid ikollhom:

l-indikazzjoni tal-annata,

u wieħed mill-ismijiet użati li ġejjin: Gewurztraminer, Riesling.

Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed bojod li għalihom, skont it-termini ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tintalab waħda mill-51 Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Alsace Grand Cru – post imsemmi”, bl-eċċezzjoni tal-indikazzjonijiet “Vendanges Tardives” u “Sélection de Grains nobles”, li huma ppreżentati taħt l-imsemmija denominazzjoni, ma jistgħux jiġu offruti lill-pubbliku, ikkunsinnati, imqiegħda għall-bejgħ jew jinbiegħu, sakemm il-kontenut taz-zokkor kif definit mir-regolamenti Ewropej ma jkunx indikat b’mod ċar ħafna fir-reklami, il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u l-kontenituri kollha.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-4cec3ff9-abd4-4253-a1db-245ddd809faa

(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.

5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/37

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 384/06)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Alsace grand cru Kastelberg”

PDO-FR-A0419-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 20.7.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Referenza addizzjonali

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima II, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġew miżjuda l-ismijiet użati li ġejjin: “Sylvaner” u “Pinot noir”, kif ukoll il-varjetajiet tad-dwieli korrispondenti, rispettivament: “sylvaner B” u “pinot noir N”.

L-isem użat “Sylvaner” ġie miżjud biex jiġi kkoreġut nuqqas fl-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-ewwel verżjoni tispeċifika, fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 1(b), li l-varjetajiet tad-dwieli awtorizzati “jistgħu jiġu vinifikati u kkummerċjalizzati bl-isem rispettiv tagħhom”, iżda l-isem korrispondenti użat ma kienx ġie inkluż fil-lista ta’ ismijiet użati possibbli. Deċiżjoni nazzjonali, li ttieħdet qabel l-approvazzjoni tal-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kienet żiedet il-varjetà tad-dwieli sylvaner B ma’ dawk awtorizzati għall-produzzjoni ta’ nbejjed bid-denominazzjoni tal-oriġini “Alsace grand cru Zotzenberg”, b’kunsiderazzjoni tad-drawwiet lokali u r-reputazzjoni ta’ dawn l-inbejjed.

L-isem użat “Pinot noir” ġie miżjud fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”. Din l-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta’ nbid aħmar hija bbażata fuq l-anterjorità, il-fama u l-karatteristiċi tal-inbejjed magħmulin bl-għeneb tal-varjetà pinot noir N prodotti fl-irqajja’ tal-art demarkati għal dawn id-denominazzjonijiet “Alsace grand cru”. Il-varjetà pinot noir N hija l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għal dawn l-inbejjed ħomor.

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima II, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-varjetajiet ta’ għeneb muscat à petits grains li jikkorrispondu għall-isem użat “Muscat”, ġew miżjuda l-kelmiet “blancs” u “roses” mal-isem ta’ dawn il-varjetajiet tad-dwieli sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Dawn l-emendi ma jinvolvu l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

2.   Tipi ta’ prodotti

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test ġie emendat biex jiġi indikat li d-denominazzjonijiet ta’ oriġini koperti minn din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma għadhomx esklużivament denominazzjonijiet riżervati għall-inbejjed bojod bla gass.

Id-denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru” riżervati għall-inbejjed bojod u ħomor bla gass jissemmew b’isimhom (“Alsace grand cru Hengst”, “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”).

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

3.   Żona ġeografika

Ġie miżjud paragrafu fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex issir referenza għad-dati li fihom iż-żona ġeografika ġiet ivvalidata mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-INAO u biex jiġi indikat ir-repożitorju tad-definizzjoni tal-perimetru taż-żona, il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021, kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-indikazzjoni tagħmilha possibbli li d-demarkazzjoni taż-żona tiġi żgurata legalment.

L-introduzzjoni tar-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021 tinvolvi l-aġġornament tal-lista tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet. Għalhekk, il-muniċipalitajiet ta’ Kientzheim u Sigolsheim tneħħew, u t-territorju tagħhom issa huwa anness mal-muniċipalità ta’ Kaysersberg Vignoble.

Dawn l-emendi editorjali ma jibdlux il-perimetru taż-żona ġeografika.

Fil-punt 1 ġew miżjuda wkoll is-sentenzi li ġejjin:

“Il-mapep taż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO.

Il-kunsill lokali tal-muniċipalità li tinsab parzjalment fit-territorju għandu mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika.”

Dawn l-emendi jinvolvu emenda għall-punt 6 tad-Dokument Uniku.

4.   Żona tal-irqajja’ tal-art demarkata

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

fl-ewwel paragrafu, ġiet miżjuda l-informazzjoni “6 u 7 ta’ Settembru 2006”, li tikkorrispondi għad-data ta’ approvazzjoni taż-żona tal-irqajja’ tal-art mill-kumitat nazzjonali kompetenti, sabiex jiġi kkoreġut nuqqas.

fit-tieni paragrafu, il-kitba ġiet emendata biex tirrifletti l-bidliet fl-ismijiet tal-muniċipalitajiet li saru fit-Taqsima IV, il-punt 1.

il-kolonna “Muniċipalitajiet” tat-tabella ġiet aġġornata biex tikkorrispondi mal-ismijiet tal-muniċipalitajiet elenkati fit-Taqsima IV, il-punt 1.

Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

5.   Żona fil-viċinanza immedjata

Ġie emendat paragrafu fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex jiġi indikat ir-repożitorju tad-definizzjoni tal-perimetru taż-żona, il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021, kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-indikazzjoni tagħmilha possibbli li d-demarkazzjoni taż-żona tiġi żgurata legalment.

L-introduzzjoni tar-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021 tinvolvi l-aġġornament tal-lista tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet. Għalhekk tħassar l-isem tal-muniċipalità ta’ Kaysersberg u ġie miżjud dak tal-muniċipalità ta’ Kaysersberg Vignoble, flimkien mal-informazzjoni li din il-muniċipalità hija inkluża biss għall-parti tat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg.

Dawn l-emendi editorjali ma jemendawx il-perimetru taż-żona fil-viċinanza immedjata.

Dawn l-emendi jinvolvu emenda għall-punt 9 tad-Dokument Uniku.

6.   Varjetajiet tal-għeneb

Fl-Kapitolu I, it-Taqsima V, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie miżjud il-kliem “– għall-inbejjed bojod: ” u “– għall-inbejjed ħomor: il-varjetà tad-dwieli pinot noir N”, minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”. Il-varjetà pinot noir N hija l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għal dawn l-inbejjed ħomor. Hija wkoll l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għall-produzzjoni ta’ nbid aħmar fid-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace”.

Fit-Taqsima V, il-punt 1(a), (b) u (e), u l-punt 2(b), il-kelmiet “blancs” u “roses” ġew miżjuda mal-isem tal-varjetajiet ta’ muscats à petits grains sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn l-emendi.

7.   Densità tat-tħawwil

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie miżjud il-kliem: “Għall-produzzjoni ta’ nbid abjad” u “Għall-produzzjoni ta’ nbid aħmar” biex issir distinzjoni bejn id-densitajiet minimi tat-tħawwil skont il-kulur tal-inbejjed. Dawn id-densitajiet huma indikati għad-denominazzjonijiet li jistgħu jipproduċu nbejjed ħomor.

Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn iż-żidiet.

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet speċifikata d-data effettiva tal-applikazzjoni tar-regola dwar il-possibbiltà li d-densità tiġi adattata permezz tal-qlugħ tas-siġar: “il-25 ta’ Ottubru 2011”, li tissostitwixxi l-formulazzjoni “fid-data tal-approvazzjoni ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott”.

Din l-emenda tinvolvi emenda għall-punt 5 tad-Dokument Uniku.

8.   Regola taż-żbir

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-inbejjed bojod, ir-regola dwar in-numru ta’ għejun għal kull metru kwadru tal-erja tal-art, li kienet tvarja skont il-varjetà tad-dwieli, tneħħiet u minflokha ddaħħlet regola waħda ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.

Dan l-iżvilupp jippermetti l-armonizzazzjoni tal-kitba bejn l-Ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini ta’ Alsace, u li jiġu ssimplifikati l-metodi ta’ kontroll.

Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

Fil-bidu tas-sentenza ġie miżjud il-kliem “Għall-inbejjed bojod,” minħabba l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass li saret fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.

Ġiet miżjuda r-regola dwar iż-żbir għall-inbejjed ħomor, bin-numru massimu ta’ għejun għal kull pjanta stabbilit għal 14. Dan huwa aktar baxx min-numru awtorizzat għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod. Din ir-regola tippermetti l-konsistenza mar-rendiment u l-produzzjoni ta’ għeneb ta’ kwalità.

Dawn l-aħħar emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

9.   Regoli dwar il-kannizzar u l-għoli tal-faxxina

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tneħħa l-għoli massimu tal-wajer ta’ appoġġ tal-arkata u nbidel il-metodu tal-kejl tal-għoli tal-faxxina fuq il-kannizzati.

Dawn il-bidliet jagħmluha possibbli li l-għoli tal-faxxina jiġi osservat waqt it-tkabbir, li qabel kien isir biss b’obbligu tal-mezzi.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

10.   Tagħbija massima medja fuq ir-roqgħa tal-art

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(d) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-valur tat-tagħbija massima medja fuq ir-roqgħa tal-art tnaqqas minn 10 000 għal 8 500 kilogramma għal kull ettaru, għall-inbejjed bojod, f’konformità mat-tnaqqis fir-rendiment għal dawn l-inbejjed.

Ġie stabbilit valur għall-inbejjed ħomor, li huwa inqas minn dak stabbilit għall-inbejjed bojod, f’konformità mar-rendiment ta’ dawn l-inbejjed.

Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

11.   Maturazzjoni tal-għeneb u qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VII, il-punt 2(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-tabella ġiet emendata biex titqies l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass li saret fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.

Għal dawn id-denominazzjonijiet tal-inbejjed ħomor “Alsace grand cru”, ġew stabbiliti l-kontenut minimu ta’ zokkor tal-għeneb fil-mument tal-ħsad u l-qawwa alkoħolika naturali minima tiegħu skont il-volum.

Dawn l-indikazzjonijiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.

Għall-inbejjed bojod, il-valuri minimi tal-kontenut taz-zokkor tal-għeneb żdiedu b’2 jew 3 grammi għal kull litru ta’ most sabiex tiġi rrispettata l-istess differenza ta’ 1 % vol. bil-valuri għal kull qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum, bħal fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-korp ta’ protezzjoni u ġestjoni għażel li għall-kalkolu tat-trasformazzjoni tal-grammi taz-zokkor fl-alkoħol, juża l-valur ta’ 17-il gramma zokkor għal kull 1 % vol. għall-inbejjed bojod, filwaqt li fil-verżjoni inizjali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kien uża l-valur ta’ 16,83. Dan il-valur ta’ 17 kien irrakkomandat mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-INAO meta ġiet stabbilita l-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

12.   Rendimenti

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VIII, il-punti 1 u 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tnaqqsu kemm ir-rendimenti kif ukoll ir-rendimenti ta’ limitu, u b’hekk sar possibbli kontroll tal-kwalità aħjar għall-inbejjed bojod u għall-inbejjed bojod bl-indikazzjoni “Vendanges tardives”, f’konformità mal-istruttura ġerarkika tad-denominazzjonijiet tar-reġjun ta’ Alsace.

Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat fir-rigward tar-rendimenti massimi (ir-rendimenti ta’ limitu).

Ġie miżjud il-kliem “Inbejjed bojod” għall-inbejjed mingħajr indikazzjoni, minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.

Ir-rendiment u r-rendiment ta’ limitu għall-inbejjed ħomor ġew stabbiliti skont l-istruttura ġerarkika tad-denominazzjonijiet fir-reġjun ta’ Alsace, u għalhekk f’valuri aktar baxxi għal dawn id-denominazzjonijiet tal-grand cru.

Dawn l-emendi tal-aħħar ma jemendawx id-Dokument Uniku.

13.   Fermentazzjoni malolattika, kontenut ta’ zokkor fermentabbli għall-inbejjed ħomor

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie speċifikat li l-fermentazzjoni malolattika titlesta għall-inbejjed ħomor.

Sabiex tiġi kkontrollata din ir-regola, ġie stabbilit kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru jew inqas fl-istadju tal-imballaġġ.

Fit-Taqsima IX, il-punt 1(d), għall-inbejjed ħomor, ġie stabbilit kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ żewġ grammi jew inqas għal kull litru wara l-fermentazzjoni.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

14.   Projbizzjoni taż-żieda tal-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum għall-inbejjed ħomor

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(e) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie speċifikat li l-inbejjed ħomor ma jiġux imsaħħa. Din ir-restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed hija konsistenti mad-demarkazzjoni tal-irqajja’ tal-art għall-produzzjoni tal-għeneb, id-densità minima tat-tħawwil, ir-regoli dwar iż-żbir u l-valuri baxxi tar-rendiment.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

15.   Kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni għall-vinifikazzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(g) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-koeffiċjent għall-kalkolu tal-kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni għall-vinifikazzjoni tnaqqas.

Il-proporzjon bejn il-volum tal-ħsad preċedenti u l-kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni ma għandux għalfejn ikun għoli daqshekk.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

16.   Data tat-tqaddim u tat-tqegħid fis-suq għall-konsumatur għall-inbejjed ħomor

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie stabbilit perjodu minimu ta’ tqaddim għall-inbejjed ħomor sal-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad. L-inbejjed prodotti bl-għeneb tal-varjetà pinot noir N minn dawn it-terroirs jeħtieġu perjodu ta’ żmien minimu biex jesprimu tajjeb il-karatteristiċi tagħhom.

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 5(a), ġie indikat li wara li jintemm il-perjodu ta’ tqaddim, l-inbejjed ħomor jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur biss mill-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

Dawn l-emendi ma jinvolvu l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

17.   Spezzjoni tal-lottijiet imballati

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 3(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tneħħiet ir-regola dwar iż-żamma ta’ fliexken kampjuni biex jintwerew fi spezzjoni tal-lottijiet imballati.

Din ir-regola hija miżura ta’ kontroll li hija rreġistrata fil-pjan ta’ kontroll.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

18.   Ħażna tal-inbejjed imballati

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġew speċifikati l-karatteristiċi tal-post tal-ħażna tal-inbejjed imballati.

Dan jagħmilha aktar faċli għall-operaturi biex jifhmu din ir-regola, u jiffaċilita l-ispezzjoni.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

19.   Fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta maż-żona ġeografika

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 1(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test ġie emendat biex jitqies ir-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst” u “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”:

ġiet miżjuda l-informazzjoni li ġejja għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Hengst”: rikonoxximent fl-2022 għall-inbejjed ħomor, hija awtorizzata biss il-varjetà tad-dwieli pinot noir N, id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 5 500 pjanta għal kull ettaru għall-produzzjoni tal-inbid aħmar, dawn l-inbejjed ma jiġux imsaħħa, u jridu josservaw perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 10 xhur.

ġiet miżjuda l-informazzjoni li ġejja għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”: rikonoxximent fl-2022 għall-inbejjed ħomor, hija awtorizzata biss il-varjetà tad-dwieli pinot noir N, id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 5 000 pjanta għal kull ettaru għall-produzzjoni tal-inbid aħmar, dawn l-inbejjed ma jiġux imsaħħa, u jridu josservaw perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 10 xhur.

Fit-Taqsima X, il-punt 1(b), tneħħiet l-informazzjoni li r-rikonoxximent ta’ dawn iż-żewġ denominazzjonijiet ta’ oriġini kien ibbażat fuq varjetajiet ta’ għeneb abjad, u l-kliem “għall-inbejjed bojod” ġie miżjud fejn meħtieġ biex it-test jinftiehem aħjar.

Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn l-emendi.

Il-kelmiet “blancs” u “roses” ġew miżjuda mal-ismijiet tal-varjetajiet ta’ muscats à petits grains sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dawn iż-żidiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.

20.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet miżjuda deskrizzjoni tal-aspett viżiv tal-inbejjed bojod sabiex jiġu karatterizzati aħjar.

Rigward l-ewwel żewġ tipi ta’ nbejjed deskritti: “Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.”

Rigward l-aħħar żewġ tipi ta’ nbejjed deskritti: “Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.”

Il-punt 4 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

Id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi prinċipali tal-inbejjed ħomor ġiet miżjuda għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst” u “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”.

Dawn id-deskrizzjonijiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.

21.   Rabta maż-żona ġeografika

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għad-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst”, l-informazzjoni dwar ir-rabta bejn l-oriġini ġeografika u l-karatteristiċi tal-inbejjed, li tista’ tapplika wkoll għall-inbejjed ħomor ta’ din id-denominazzjoni, hija ssupplimentata b’informazzjoni speċifika għall-inbejjed ħomor.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

22.   Miżuri tranżizzjonali

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XI, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-konformità mal-emendi tal-Kapitolu I, it-Taqsima VI, l-għoli massimu tal-wajer ta’ appoġġ tal-arkata tħassar u n-numru massimu ta’ għejun għal kull pjanta tnaqqas.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

23.   Indikazzjoni obbligatorja tal-kontenut taz-zokkor fuq it-tikkettar u mezzi oħra ta’ informazzjoni għall-inbejjed bojod

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XII, il-punt 2(d) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iddaħħal test ġdid, bħala sostituzzjoni, sabiex l-indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor kif definit fir-Regolament (UE) 2019/33, li attwalment hija fakultattiva, issir obbligatorja.

Din l-indikazzjoni tgħin lill-konsumatur jifhem aħjar it-tip ta’ nbid.

Din ir-regola l-ġdida ma tapplikax għall-inbejjed bl-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”.

Il-punt 9 tad-Dokument Uniku ġie ssupplimentat.

Fit-Taqsima XII, l-ittra d tal-punt 2 saret l-ittra e.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

24.   Dikjarazzjoni minn qabel tal-użu tal-irqajja’ tal-art

Fil-Kapitolu II, it-Taqsima I, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet miżjuda kjarifika mar-regoli relatati mad-dikjarazzjoni minn qabel tal-użu tal-irqajja’ tal-art ippreżentata mill-operatur lill-korp ta’ protezzjoni u ġestjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace grand cru”, f’każ li jieqaf jipproduċi din id-denominazzjoni.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Alsace grand cru Kastelberg

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.

DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR

L-inbejjed huma nbejjed bojod bla gass.

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 12,5 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 11 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra. Wara t-tisħiħ, l-inbejjed ma jkollhomx qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 15 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G u 14 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.

Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

L-inbejjed bojod għat-tqaddim per eċċellenza huma kkaratterizzati minn freskezza evidenti bbażata fuq aċidità tartarika dominanti relatata mal-maturità tajba tal-għeneb. L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat b’ismijiet użati, sakemm l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat. Għandhom palat sħiħ, huma kumplessi u għandhom riħa qawwija ħafna b’varjetà ta’ sfumaturi aromatiċi. B’togħma li ddum tintiegħem, isiru aktar kumplessi biż-żmien.

It-tipi differenti huma: – l-inbejjed xotti, minerali; – l-inbejjed aromatiċi, tal-frott, magħquda, rikki. Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

2.   Denominazzjoni ssupplimentata b’“Vendanges Tardives”

DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 16 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 14,5 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.

Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

L-inbejjed bl-indikazzjoni “vendanges tardives” (ħsad tardiv) spiss ikollhom aromi eżotiċi ħafna ta’ frott ippreżervat u b’finitura friska. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

3.   Denominazzjoni ssupplimentata b’“Sélection de grains nobles”

DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 18,2 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 16,4 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.

Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

L-inbejjed bl-indikazzjoni “sélection de grains nobles” (għażla ta’ żrieragħ nobbli) huma nbejjed aktar ikkonċentrati, qawwija, li spiss ikollhom aromi ta’ pejst tal-frott. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Metodi tat-tkabbir: densità tat-tħawwil

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru.

Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn il-flanni ta’ aktar minn żewġ metri.

Id-dwieli għandhom distanza bejn il-flanni ta’ mill-inqas 0,75 metri u mhux aktar minn 1,50 metru.

Mill-25 ta’ Ottubru 2011, il-qlugħ tas-siġar tal-flanni f’roqgħa tal-art ma jistax jirriżulta f’distanza ta’ aktar minn tliet metri bejn il-flanni l-aktar wisgħin.

2.   Metodi tat-tkabbir: regola taż-żbir

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-dwieli jinżabru qosra bil-metodu Guyot sempliċi jew doppju b’massimu ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.

3.   Ħsad

Prattika tal-kultivazzjoni

L-inbejjed huma magħmula minn għeneb maħsud bl-idejn.

4.   Żieda tal-qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum

Prattika enoloġika speċifika

Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum medja ma tistax taqbeż:

0,5 % vol. għall-inbejjed mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G,

1,5 % vol. għall-inbejjed minn varjetajiet tad-dwieli oħrajn.

L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” ma jiġux imsaħħa.

5.   Produzzjoni

Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed

L-użu taċ-ċana huwa pprojbit.

6.   Tqaddim tal-inbejjed

Prattika enoloġika speċifika

L-inbejjed jitħallew jiqdiemu mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” jiġu mqaddma mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tat-tieni sena ta’ wara dik tal-ħsad.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.   Denominazzjoni ssupplimentata b’“vendanges tardives” jew le

60 ettolitru għal kull ettaru

2.   Denominazzjoni ssupplimentata b’“sélection de grains nobles”

48 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:

Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Ammerschwihr, Beblenheim, Bennwihr, Bergheim, Bergholtz, Eguisheim, Gueberschwihr, Guebwiller, Hattstatt, Hunawihr, Ingersheim, Katzenthal, Mittelwihr, Niedermorschwihr, Orschwihr, Pfaffenheim, Ribeauvillé, Riquewihr, Rodern, Rouffach, Saint-Hippolyte, Soultzmatt, Thann, Turckheim, Vieux-Thann, Voegtlinshoffen, Westhalten, Wettolsheim, Wintzenheim, Wuenheim, Zellenberg.

Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Kientzheim u ta’ Sigolsheim biss.

Id-département ta’ Bas-Rhin: Andlau, Barr, Bergbieten, Blienschwiller, Dahlenheim, Dambach-la-Ville, Eichhoffen, Kintzheim, Marlenheim, Mittelbergheim, Molsheim, Nothalten, Scharrachbergheim-Irmstett, Wolxheim.

Il-kunsill lokali tal-muniċipalitajiet li jinsabu parzjalment fit-territorju għandhom mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika.

Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Gewurztraminer Rs

Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato

Muscat à petits grains blancs B – Muscat, Moscato

Muscat à petits grains roses Rs – Muscat, Moscato

Pinot gris G

Riesling B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Kastelberg” hija bbażata fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli li jikkaratterizzaw il-vinji ta’ Alsace, u tisfrutta wieħed mill-aqwa postijiet tar-reġjun. Mistura fil-pajsaġġ pittoresk ta’ Alsace, il-vinja tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’espressjoni kbira, b’karattru evidenti u personalità unika.

Il-ħamrija tax-shale toħroġ il-potenzjal ta’ dan il-grand cru li għandu mineralità pjaċevoli u li jirriżulta f’inbejjed robusti, distinti u franki.

Il-kundizzjonijiet tat-temp eċċellenti fl-aħħar tal-istaġun favorevoli għall-konċentrazzjoni tal-għeneb fuq id-dielja u l-iżvilupp tal-moffa nobbli jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed.

It-tqaddim previst fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jgħin biex l-inbejjed jitjiebu.

Bl-adozzjoni ta’ regoli ta’ produzzjoni stretti, bħaż-żamma ta’ erja kbira tal-weraq u l-ħsad bl-idejn, il-produtturi tal-inbid ta’ Alsace jippreservaw il-karattru distintiv tal-inbejjed, li huma magħrufa għall-kumplessità tagħhom u għall-kapaċità ta’ konservazzjoni fit-tul tagħhom.

Dawn l-inbejjed huma l-aqwa fost dawk prodotti f’dan ir-reġjun. Huma nbejjed apprezzati aktar mill-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace”.

Fix-xogħol tiegħu “Premières notions de viticulture et d’œnologie”, ippubblikat fl-1847, Jean Louis Stoltz kiteb li l-Kastelberg huwa vin de garde (inbid adattat għat-tqaddim) grandjuż. Il-Kastelberg ġie kklassifikat ukoll bħala wieħed mill-ikbar terroirs fil-klassifikazzjoni uffiċjali tal-1852 fix-xogħol imsejjaħ “Ampélographie rhénane”.

Ix-xogħol ta’ Médard Barth “Der Rebbau des Elsass und die Absatzgebieten seiner Weine”, li nkiteb fl-1958, kien diġà faħħar lil dan il-post li llum huwa magħruf.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:

Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Bergholtz-Zell, Berrwiller, Buhl, Cernay, Colmar, Gundolsheim, Hartmanswiller, Herrlisheim, Houssen, Husseren-les-Châteaux, Jungholtz, Leimbach, Obermorschwihr, Osenbach, Ostheim, Rorschwihr, Soultz, Steinbach, Uffholtz, Walbach, Wattwiller, Wihr-au-Val, Zimmerbach.

Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble, għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg biss.

Id-département ta’ Bas-Rhin: Albé, Avolsheim, Balbronn, Bernardswiller, Bernardvillé, Bischoffsheim, Boersch, Bourgheim, Châtenois, Cleebourg, Dachstein, Dangolsheim, Dieffenthal, Dorlisheim, Epfig, Ergersheim, Ernolsheim- Bruche, Fessenheim-le-Bas, Flexbourg, Furdenheim, Gertwiller, Gimbrett-Berstett, Goxwiller, Heiligenstein, Itterswiller, Kienheim, Kirchheim, Kuttolsheim, Mittelhausen, Mutzig, Nordheim, Oberhoffen-les-Wissenbourg, Obernai, Odratzheim, Orschwiller, Osthoffen, Ottrott, Petersbach, Reichsfeld, Riedseltz, Rosenwiller, Rosheim, Rott, Saint-Nabor, Saint-Pierre, Scherwiller, Seebach, Soultz-les-Bains, Steinseltz, Stotzheim, Strasburgu, Traenheim, Villé, Wangen, Westhoffen, Wissembourg, Zellwiller.

Imballaġġ fiż-żona

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed jiġu imballati fi fliexken tat-tip “Vin du Rhin” skont id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 55-673 tal-20 ta’ Mejju 1955, tal-Ordni tat-13 ta’ Mejju 1959 u tad-Digriet tad-19 ta’ Marzu 1963, u kull tip ta’ flixkun ieħor huwa eskluż.