ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2022/C 380/01 |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2022/C 380/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fis-7 ta’ Ġunju 2022 – IT vs État belge
(Kawża C-365/22)
(2022/C 380/02)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: IT
Konvenut: État belge
Domanda preliminari
Il-punt 1 tal-Artikolu 311(1), tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li vetturi li ma għandhomx jintużaw, akkwistati minn impriża ta’ bejgħ ta’ vetturi użati u relitti, minn persuni msemmija fl-Artikolu 314 tad-direttiva, intiżi biex jinbiegħu “għall-partijiet li jinqalgħu” mingħajr ma l-partijiet jkunu nqalgħu minnhom, jikkostitwixxu oġġetti użati fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?
(1) ĠU L 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 347, p. 60.
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-22 ta’ Ġunju 2022 – Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Toruniu vs TE
(Kawża C-422/22)
(2022/C 380/03)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Toruniu
Konvenut: TE
Domandi preliminari
1) |
L-istituzzjoni ta’ Stat li tkun ħarġet il-formularju A1 u li ex officio – mingħajr talba mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat – ikollha l-intenzjoni li tannulla, tirrevoka jew tinvalida l-formularju maħruġ, hija obbligata twettaq proċedura ta’ konċiljazzjoni mal-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor abbażi tar-regoli analogi għal dawk li japplikaw skont l-Artikoli 6 u 16 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 987/2009 tas-16 ta’ Ġunju 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (1)? |
2) |
Il-proċedura ta’ konċiljazzjoni għandha titwettaq qabel l-annullament, ir-revoka jew l-invalidar tal-formularju maħruġ, jew inkella dan l-annullament, revoka jew invalidar huwa ta’ natura preliminari u provviżorja (Artikolu 16(2)), li jsir finali fil-każ fejn l-istituzzjoni kkonċernata tal-Istat Membru ma tesprimix oġġezzjoni jew l-opinjoni differenti tagħha dwar din il-kwistjoni? |
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-30 ta’ Ġunju 2022 – Autoridade Tributária e Aduaneira vs HPA – Construções SA
(Kawża C-433/22)
(2022/C 380/04)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Autoridade Tributária e Aduaneira
Konvenut: HPA – Construções SA
Domanda preliminari
Il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li r-rata mnaqqsa tal-VAT tista’ tiġi applikata biss għal kuntratti ta’ xogħlijiet ta’ tiswija u rinnovazzjoni ta’ proprjetà immobbli f’residenzi privati li fihom ikunu qed jgħixu n-nies fil-mument meta dawn ix-xogħlijiet ikunu qed iseħħu?
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-5 ta’ Lulju 2022 – P sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Lublinie
(Kawża C-442/22)
(2022/C 380/05)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: P sp. z o.o.
Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Lublinie
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li f’sitwazzjoni fejn impjegat ta’ persuna suġġetta għall-VAT ikun ħareġ fattura falza bil-VAT imniżżla fiha, li fiha wera l-informazzjoni tal-persuna li timpjegah bħala persuna taxxabbli, mingħajr l-għarfien u l-kunsens ta’ din tal-aħħar, il-persuna li tniżżel il-VAT fuq il-fattura li obbligata tħallas il-VAT għandha titqies li hija:
|
2) |
Sabiex tingħata risposta dwar min għandu jitqies, skont it-tifsira tal-Artikolu 203 tal-imsemmija Direttiva tal-Kunsill 2006/112, bħala l-persuna li tniżżel il-VAT fuq il-fattura li hija obbligata tħallas il-VAT fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-ewwel domanda, huwa neċessarju li jiġi kkonstatat jekk il-persuna suġġetta għall-VAT, li timpjega persuna li tkun niżżlet illegalment fuq il-fattura tal-VAT l-informazzjoni ta’ din il-persuna taxxabbli, tistax titqies li ma werietx id-diliġenza dovuta fis-superviżjoni tal-impjegat? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Lulju 2022 – RTL Nederland BV u RTL Nieuws BV; parti oħra: Minister van Infrastructuur en Waterstaat
(Kawża C-451/22)
(2022/C 380/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: RTL Nederland BV, RTL Nieuws BV
Parti oħra fil-proċedura: Minister van Infrastructuur en Waterstaat
Domandi preliminari
1) |
X’tifsira għandha tingħata lil “dettalji tal-okkorrenzi” u “kunfidenzjalità” fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (1) u fid-dawl tad-dritt għal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni stipulat fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem? |
2) |
Fid-dawl tad-dritt għal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni stipulat fl-Artikolu 11 tal-Karta u fl-Artikolu 10 tal-KEDB, l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 376/2014 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa kompatibbli ma’ regola nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha ebda informazzjoni rċevuta wara okkorrenzi nnotifikati ma tista’ tiġi ppubblikata? |
3) |
Jekk għat-tieni domanda tingħata risposta fin-negattiv, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tapplika sistema ġenerali nazzjonali ta’ żvelar li abbażi tagħha l-informazzjoni ma tiġix żvelata sakemm l-iżvelar tagħha ma jkunx jipprevali fuq l-interessi involuti minħabba, pereżempju, ir-relazzjonijiet ma’ Stati oħra u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, l-ispezzjoni, il-kontroll u s-sorveljanza minn awtoritajiet amministrattivi, ir-rispett tal-ħajja privata u l-fatt li għandu jiġi evitat li persuni fiżiċi jew ġuridiċi jiġu vantaġġati jew żvantaġġati b’mod sproporzjonat? |
4) |
Jagħmel differenza, fl-applikazzjoni tas-sistema ġenerali nazzjonali ta’ żvelar, il-fatt li l-informazzjoni tkun inkluża fid-database nazzjonali jew meħuda minn rapporti, jew tkun dwar dawn ir-rapporti, u tkun tinsab f’dokumenti oħra, bħal pereżempju dokumenti ta’ gwida? |
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Lulju 2022 – DP vs BMW Bank GmbH
(Kawża C-463/22)
(2022/C 380/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: DP
Konvenut: BMW Bank GmbH
Domandi preliminari
1) |
Kuntratt mill-bogħod fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (1) u tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeżisti wkoll fejn l-uniku kuntatt personali waqt negozjati kuntrattwali kien ma’ intermedjarju tal-kreditu li jagħti bidu għal tranżazzjonijiet konklużi mal-konsumaturi f’isem u għan-nom tal-kummerċjant, iżda huwa stess ma għandu l-ebda setgħa ta’ rappreżentanza sabiex jikkonkludi l-kuntratti inkwistjoni? |
2) |
Ikun hemm kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju fis-sens tal-punti 8 u 9 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE meta n-negozjati kuntrattwali jkunu seħħew fil-post tan-negozju ta’ intermedjarju tal-kreditu li jagħti bidu għal tranżazzjonijiet konklużi mal-konsumaturi f’isem u għan-nom tal-kummerċjant, iżda huwa stess ma għandu l-ebda setgħa ta’ rappreżentanza sabiex jikkonkludi l-kuntratti inkwistjoni? |
3) |
Il-kuntratti ta’ leasing ta’ vetturi bil-mutur abbażi ta’ kontabbilizzazzjoni ta’ kilometri konklużi ma’ konsumatur jikkostitwixxu kuntratti ta’ servizzi finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2002/65/KE, inkorporat fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 321, rettifika fil-ĠU 2013, L 228, p. 14.
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Lulju 2022 – Bundesrepublik Deutschland vs GS, irrappreżentat mill-ġenituri
(Kawża C-484/22)
(2022/C 380/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Bundesrepublik Deutschland
Konvenut: GS, irrappreżentat mill-ġenituri
Parti oħra fil-proċedura: ir-rappreżentant tal-interess federali fil-Bundesverwaltungsgericht
Domanda preliminari
Il-punti (a) u (b) tal-ewwel parti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn iċaħħdu assolutament minn kull legalità deċiżjoni ta’ ritorn kontra ċittadin minuri ta’ Stat terz adottata flimkien maċ-ċaħda tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali u li tistabbilixxi terminu għat-tluq volontarju ta’ tletin jum minn meta d-deċiżjoni ssir finali, meta minħabba raġunijiet legali u għal żmien indeterminat, l-ebda wieħed mill-ġenituri ma jista’ jiġi rritornat lejn il-pajjiż partikolari msemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2008/115, u li konsegwentement wieħed ma jistax jeżiġi mill-minorenni li jitlaq mill-Istat Membru minħabba r-rabtiet tiegħu tal-familja li huma denji ta’ protezzjoni (Artikolu 7 u Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2), Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem), jew huwa suffiċjenti li l-aħjar interessi tal-minuri u r-rabtiet tal-familja, fis-sens tal-punti (a) u (b) tal-ewwel parti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115 ikollhom jittieħdu inkunsiderazzjoni abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn permezz ta’ sospensjoni tat-tneħħija?
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/6 |
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2022 minn Aeris Invest Sàrl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fl-1 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-628/17, Aeris Invest vs Il-Kummissjoni u SRB
(Kawża C-535/22 P)
(2022/C 380/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Aeris Invest Sàrl (rappreżentanti: R. Vallina Hoset, E. Galán Burgos u M. Varela Suárez, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), ir-Renju ta’ Spanja, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Banco Santander, SA
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
(i) |
prinċipalment, tannulla s-sentenza tat-Tielet Awla Estiża tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022, Aeris Invest vs Il-Kummissjoni u SRB, T-628/17, EU:T:2022:315, u, konsegwentement:
|
(ii) |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż fiż-żewġ istanzi. |
(iii) |
li, sussidjarjament, il-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, filwaqt li, f’dan il-każ, tirriżerva d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka tmien aggravji insostenn tal-appell tagħha.
Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata tikser l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u l-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem it-“TFUE”), peress li s-sentenza appellata ssostni li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni hija suffiċjenti u ma hijiex kontradittorja.
Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata tikser l-Artikolu 47 tal-Karta, peress li ssostni: (i) li l-appellanti hija terz, (ii) li l-kunfidenzjalità tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni, valorizzazzjoni 1 u valorizzazzjoni 2 hija ġġustifikata, (iii) li l-motivazzjoni tista’ tiġi żvelata ladarba jiġi ppreżentat appell, u (iv) li t-test sħiħ tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni ma huwiex rilevanti sabiex tiġi deċiża l-kawża.
Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata tikser l-Artikolu 18 tar-Regolament 806/2014 (iktar ’il quddiem ir-“RMUR”), id-dmir ta’ diliġenza u l-Artikolu 296 TFUE peress li ma ttieħdux inkunsiderazzjoni elementi rilevanti u kienu jeżistu soluzzjonijiet alternattivi.
Permezz tar-raba’ aggravju, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata twettaq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikoli 14 u 20 RMUR, tad-dmir ta’ diliġenza u tal-Artikolu 296 TFUE peress li (i) iż-żieda għall-massimu tal-prezz ta’ bejgħ hija marbuta mal-prinċipji ta’ kompetenza u ta’ trasparenza, (ii) il-proċedura ma osservatx ir-rekwiżiti stabbiliti, u (iii) fi kwalunkwe każ, l-interess pubbliku ma jiġġustifikax il-ksur tal-Artikolu 14 RMUR.
Permezz tal-ħames aggravju, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata tikser id-dmir ta’ diliġenza, l-Artikolu 17 tal-Karta, l-Artikolu 14 RMUR u d-drittijiet tad-difiża, peress li: (i) iżżomm lill-appellanti responsabbli talli ma spjegatx kif kienu ser jintlaħqu l-oġġettivi tar-riżoluzzjoni meta dawn l-oġġettivi kienu kunfidenzjali, (ii) il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni ma kienx ippreparat b’mod adegwat, u (iii) ir-riżoluzzjoni kienet sproporzjonata, peress li l-entità kienet solventi.
Pemezz tas-sitt aggravju, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata tikser l-Artikolu 47 tal-Karta, l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni u l-prinċipju ta’ kontradittorju, peress li: (i) id-dokumenti mitluba mill-Qorti Ġenerali fid-digriet tat-12 ta’ Mejju 2021 ma ngħatawx lill-appellanti, (ii) ma tħallietx teżamina provi neċessarji għad-drittijiet tad-difiża, u (iii) l-appellanti ma tħallietx taċċedi u tiddiskuti d-dokumenti li fuqhom huma bbażati l-argumenti tal-appellata.
Permezz tas-seba’ aggravju, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata tikser id-dritt għal proprjetà meta tiċħad l-eċċezzjoni ta’ illegalità tagħha, peress li (i) jeżisti indħil fuq id-dritt għal proprjetà; (ii) li jiġi amortizzat il-kapital ta’ bank solventi huwa kuntrarju għar-rekwiżit ta’ neċessità u l-projbizzjoni ta’ arbitrarjetà, (iii) li jiġi amortizzat id-dejn u l-kapital ta’ bank solventi huwa sproporzjonat, u (iv) ma jeżistix kumpens adegwat.
Permezz tat-tmien aggravju, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata tikser l-Artikoli 17 u 52 tal-Karta u l-Artikolu 5(4) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, peress li (i) fil-kunċett ta’ indħil fid-dritt għal proprjetà ma jiġix analizzat liema kienet il-proċedura u jekk il-miżura kinitx arbitrarja, u (ii) ma kienx jeżisti kumpens adegwat.
(1) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 – ĠU 2014, L 225, p. 1.
Il-Qorti Ġenerali
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/8 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2022 – Landesbank Baden-Württemberg vs SRB
(Kawża T-396/22)
(2022/C 380/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Landesbank Baden-Württemberg (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2022/18), inklużi l-annessi tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inklużi l-Anness I, l-Anness II u l-Anness III tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti minħabba li l-konvenut uża l-lingwa uffiċjali żbaljata u, għalhekk, ir-rikors għal annullament huwa inammissibbli minħabba nuqqas ta’ suġġett, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha,
— |
tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv: id-deċiżjoni tikser l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (1) moqri flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 (2), peress li ma hijiex redatta bil-lingwa Ġermaniża magħżula għar-rikorrenti. |
2. |
It-tieni motiv: id-deċiżjoni tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u fl-Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u d-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont l-Artikolu 47(1) tal-Karta, sa fejn il-motivazzjoni tagħha għandha lakuni partikolarment fir-rigward tal-applikazzjoni mill-konvenut tad-diversi setgħat diskrezzjonali legali u d-data tal-istituzzjonijiet l-oħra ma ġietx ikkomunikata b’tali mod li stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni huwa prattikament impossibbli. |
3. |
It-tielet motiv: id-deċiżjoni tikser l-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 kif ukoll l-Artikoli 16, 17, 41 u 53 tal-Karta, sa fejn il-konvenut stabbilixxa b’mod żbaljat il-baġit annwali fil-mira; sussidjarjament, l-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jiksru dritt ta’ livell ogħla. |
4. |
Ir-raba’ motiv: it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (3) tikser dritt ta’ livell ogħla sa fejn tippermetti differenzjazzjoni oġġettivament mhux xierqa u sproporzjonata bejn il-membri ta’ sistema ta’ protezzjoni istituzzjonali (IPS) kif ukoll relattivizzazzjoni tal-indikatur IPS. |
5. |
Il-ħames motiv: id-deċiżjoni tikser inter alia l-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (4) u r-rekwiżit ta’ evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet skont ir-riskji, sa fejn tapplika għar-rikorrenti koeffiċjent multiplikatur relattiv għall-indikatur IPS. Differenzjazzjoni bejn l-istituzzjonijiet fil-livell tal-indikatur IPS tmur kontra s-sistema u hija arbitrarja minħabba l-effett protettiv globali ta’ IPS. |
6. |
Is-sitt motiv: l-Artikoli 6, 7 u 9 u kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 jiksru dritt ta’ livell ogħla partikolarment minħabba li jmorru kontra r-rekwiżit li l-kontribuzzjonijiet jiġu kkalkolati skont ir-riskji, kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità u kontra r-rekwiżit li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti kollha. |
7. |
Is-seba’ motiv: id-deċiżjoni tikser il-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti prevista fl-Artikolu 16 tal-Karta u l-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn il-multiplikaturi ta’ aġġustament tar-riskju użati ma humiex konformi mal-profil tar-riskju tar-rikorrenti, li huwa ogħla mill-medja. |
8. |
It-tmien motiv: id-deċiżjoni tikser l-Artikoli 16 u 20 tal-Karta kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità u d-dritt għal amministrazzjoni tajba minħabba żbalji manifesti fl-eżerċizzju ta’ diversi setgħat diskrezzjonali mill-konvenut. |
9. |
Id-disa’ motiv: l-ewwel u t-tieni sentenza tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament ta’ Delega jiksru l-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE (5) kif ukoll ir-rekwiżit li l-kontribuzzjonijiet jiġu kkalkolati skont ir-riskji. |
(1) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1)
(2) Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3).
(3) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).
(4) Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 68 u fil-ĠU 2013, L 321, p. 6).
(5) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/9 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2022 – Bayerische Landesbank vs SRB
(Kawża T-397/22)
(2022/C 380/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Bayerische Landesbank (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2022/18), inklużi l-annessi tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inklużi l-Anness I, l-Anness II u l-Anness III tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti minħabba li l-konvenut uża l-lingwa uffiċjali żbaljata u, għalhekk, ir-rikors għal annullament huwa inammissibbli minħabba nuqqas ta’ suġġett, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha,
— |
tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa sostnut b’disa’ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-396/22, Landesbank Baden-Württemberg vs SRB.
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/10 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2022 – Deutsche Bank vs SRB
(Kawża T-398/22)
(2022/C 380/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Deutsche Bank AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2022/18), inklużi l-annessi tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inklużi l-Anness I, l-Anness II u l-Anness III tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv: id-deċiżjoni tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u fl-Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u d-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont l-Artikolu 47(1) tal-Karta, sa fejn il-motivazzjoni tagħha għandha lakuni partikolarment fir-rigward tal-applikazzjoni mill-konvenut tad-diversi setgħat diskrezzjonali legali u d-data tal-istituzzjonijiet l-oħra ma ġietx ikkomunikata b’tali mod li stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni huwa prattikament impossibbli. |
2. |
It-tieni motiv: id-deċiżjoni tikser l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/81 (1), moqri flimkien mal-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (2), kif ukoll l-Artikoli 16, 17, 41 u 52 tal-Karta sa fejn il-konvenut stabbilixxa l-baġit annwali fil-mira għall-2022 fl-ammont ta’ EUR 14 253 573 821,46; sussidjarjament l-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jiksru dritt ta’ livell ogħla. |
3. |
It-tielet motiv: l-Artikoli 6, 7 u 9 u kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (3) jiksru dritt ta’ livell ogħla partikolarment minħabba li jmorru kontra r-rekwiżit li l-kontribuzzjonijiet jiġu kkalkolati skont ir-riskji, kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità u kontra r-rekwiżit li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti kollha. |
4. |
Ir-raba’ motiv: id-deċiżjoni tikser il-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti prevista fl-Artikolu 16 tal-Karta u l-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn il-multiplikaturi ta’ aġġustament tar-riskju użati ma humiex konformi mal-kapaċità għolja tar-rikorrenti li tassorbi t-telf u mar-riskju, għalhekk, manifestament iktar baxx tal-użu tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni fil-każ ta’ likwidazzjoni tar-rikorrenti. |
5. |
Il-ħames motiv: id-deċiżjoni tikser l-Artikoli 16 u 20 tal-Karta kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità u d-dritt għal amministrazzjoni tajba minħabba żbalji manifesti fl-eżerċizzju ta’ diversi setgħat diskrezzjonali mill-konvenut. |
6. |
Is-sitt motiv: l-ewwel u t-tieni sentenza tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament ta’ Delega jiksru l-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE (4) kif ukoll ir-rekwiżit li l-kontribuzzjonijiet jiġu kkalkolati skont ir-riskji. |
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta’ Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 15, p. 1).
(2) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).
(3) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).
(4) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/11 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2022 – Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale vs SRB
(Kawża T-399/22)
(2022/C 380/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2022/18), inklużi l-annessi tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inklużi l-Anness I, l-Anness II u l-Anness III tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti minħabba li l-konvenut uża l-lingwa uffiċjali żbaljata u, għalhekk, ir-rikors għal annullament huwa inammissibbli minħabba nuqqas ta’ suġġett, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha,
— |
tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv: id-deċiżjoni tikser l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (1) moqri flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 (2), peress li ma hijiex redatta bil-Lingwa Ġermaniża magħżula għar-rikorrenti. |
2. |
It-tieni motiv: id-deċiżjoni tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u fl-Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u d-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont l-Artikolu 47(1) tal-Karta, sa fejn il-motivazzjoni tagħha għandha lakuni partikolarment fir-rigward tal-applikazzjoni mill-konvenut tad-diversi setgħat diskrezzjonali legali u d-data tal-istituzzjonijiet l-oħra ma ġietx ikkomunikata b’tali mod li stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni huwa prattikament impossibbli. |
3. |
It-tielet motiv: id-deċiżjoni tikser l-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 kif ukoll l-Artikoli 16, 17, 41 u 53 tal-Karta, sa fejn il-konvenut stabbilixxa b’mod żbaljat il-baġit annwali fil-mira; sussidjarjament, l-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jiksru dritt ta’ livell ogħla. |
4. |
Ir-raba’ motiv: it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (3) tikser dritt ta’ livell ogħla sa fejn tippermetti differenzjazzjoni oġġettivament mhux xierqa u sproporzjonata bejn il-membri ta’ sistema ta’ protezzjoni istituzzjonali (IPS) kif ukoll relattivizzazzjoni tal-indikatur IPS. |
5. |
Il-ħames motiv: id-deċiżjoni tikser inter alia l-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (4) u r-rekwiżit ta’ evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet skont ir-riskji, sa fejn tapplika għar-rikorrenti koeffiċjent multiplikatur relattiv għall-indikatur IPS. Differenzjazzjoni bejn l-istituzzjonijiet fil-livell tal-indikatur IPS tmur kontra s-sistema u hija arbitrarja minħabba l-effett protettiv globali ta’ IPS. |
6. |
Is-sitt motiv: l-Artikoli 6, 7 u 9 u kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 jiksru dritt ta’ livell ogħla partikolarment minħabba li jmorru kontra r-rekwiżit li l-kontribuzzjonijiet jiġu kkalkolati skont ir-riskji, kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità u kontra r-rekwiżit li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti kollha. |
7. |
Is-seba’ motiv: id-deċiżjoni tikser il-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti prevista fl-Artikolu 16 tal-Karta u l-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn il-multiplikaturi ta’ aġġustament tar-riskju użati ma humiex konformi mal-profil tar-riskju tar-rikorrenti, li huwa ogħla mill-medja. |
8. |
It-tmien motiv: id-deċiżjoni tikser l-Artikoli 16 u 20 tal-Karta kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità u d-dritt għal amministrazzjoni tajba minħabba żbalji manifesti fl-eżerċizzju ta’ diversi setgħat diskrezzjonali mill-konvenut. |
9. |
Id-disa’ motiv: l-ewwel u t-tieni sentenza tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament ta’ Delega jiksru l-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE (5) kif ukoll ir-rekwiżit li l-kontribuzzjonijiet jiġu kkalkolati skont ir-riskji. |
(1) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1)
(2) Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3).
(3) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).
(4) Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 68 u fil-ĠU 2013, L 321, p. 6).
(5) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/13 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2022 – Berlin Hyp vs SRB
(Kawża T-400/22)
(2022/C 380/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Berlin Hyp AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 tar-rikorrenti għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2022/18), inklużi l-annessi tagħha; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti minħabba li l-konvenut uża l-lingwa uffiċjali żbaljata u, għalhekk, ir-rikors għal annullament huwa inammissibbli minħabba nuqqas ta’ suġġett, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha,
— |
tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-396/22, Landesbank Baden-Württemberg vs SRB.
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/13 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – DVB Bank vs SRB
(Kawża T-401/22)
(2022/C 380/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: DVB Bank SE (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2022/18), inklużi l-annessi tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inklużi l-Anness I, l-Anness II u l-Anness III tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti minħabba li l-konvenut uża l-lingwa uffiċjali żbaljata u, għalhekk, ir-rikors għal annullament huwa inammissibbli minħabba nuqqas ta’ suġġett, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha,
— |
tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-396/22, Landesbank Baden-Württemberg vs SRB.
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/14 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – DZ Hyp vs SRB
(Kawża T-402/22)
(2022/C 380/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: DZ Hyp AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2022/18), inklużi l-annessi tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inklużi l-Anness I, l-Anness II u l-Anness III tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti minħabba li l-konvenut uża l-lingwa uffiċjali żbaljata u, għalhekk, ir-rikors għal annullament huwa inammissibbli minħabba nuqqas ta’ suġġett, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha,
— |
tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-396/22, Landesbank Baden-Württemberg vs SRB.
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/14 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – DZ Bank vs SRB
(Kawża T-403/22)
(2022/C 380/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: DZ Bank AG Deutsche Zentral-Genossenschaftsbank, Frankfurt am Main (Frankfurt am Main, il-Germanja) (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2022/18), inklużi l-annessi tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inklużi l-Anness I, l-Anness II u l-Anness III tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti minħabba li l-konvenut uża l-lingwa uffiċjali żbaljata u, għalhekk, ir-rikors għal annullament huwa inammissibbli minħabba nuqqas ta’ suġġett, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha,
— |
tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-396/22, Landesbank Baden-Württemberg vs SRB.
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/15 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – Deutsche Kreditbank vs SRB
(Kawża T-404/22)
(2022/C 380/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Partijiet
Rikorrent: Deutsche Kreditbank AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2022/18), inklużi l-annessi tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inklużi l-Anness I, l-Anness II u l-Anness III tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti minħabba li l-konvenut uża l-lingwa uffiċjali żbaljata u, għalhekk, ir-rikors għal annullament huwa inammissibbli minħabba nuqqas ta’ suġġett, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha,
— |
tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv: id-deċiżjoni tikser l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (1) moqri flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 (2), peress li ma hijiex redatta bil-lingwa Ġermaniża magħżula għar-rikorrenti. |
2. |
It-tieni motiv: id-deċiżjoni tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u fl-Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u d-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont l-Artikolu 47(1) tal-Karta, sa fejn il-motivazzjoni tagħha għandha lakuni partikolarment fir-rigward tal-applikazzjoni mill-konvenut tad-diversi setgħat diskrezzjonali legali u d-data tal-istituzzjonijiet l-oħra ma ġietx ikkomunikata filwaqt li stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni huwa prattikament impossibbli. |
3. |
It-tielet motiv: id-deċiżjoni tikser l-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 kif ukoll l-Artikoli 16, 17, 41 u 53 tal-Karta, sa fejn il-konvenut stabbilixxa b’mod żbaljat il-baġit annwali fil-mira; sussidjarjament, l-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jiksru dritt ta’ livell ogħla. |
4. |
Ir-raba’ motiv: l-Artikoli 6, 7 u 9 u kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 jiksru dritt ta’ livell ogħla partikolarment minħabba li jmorru kontra r-rekwiżit li l-kontribuzzjonijiet jiġu kkalkolati skont ir-riskji, kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità u kontra r-rekwiżit li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti kollha. |
5. |
Il-ħames motiv: id-deċiżjoni tikser il-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti prevista fl-Artikolu 16 tal-Karta u l-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn il-multiplikaturi ta’ aġġustament tar-riskju użati ma humiex konformi mal-profil tar-riskju tar-rikorrenti, li huwa ogħla mill-medja. |
6. |
Is-sitt motiv: id-deċiżjoni tikser l-Artikoli 16 u 20 tal-Karta kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità u d-dritt għal amministrazzjoni tajba minħabba żbalji manifesti fl-eżerċizzju ta’ diversi setgħat diskrezzjonali mill-konvenut. |
7. |
Is-seba’ motiv: l-ewwel u t-tieni sentenza tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament ta’ Delega jiksru l-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE (3) kif ukoll ir-rekwiżit li l-kontribuzzjonijiet jiġu kkalkolati skont ir-riskji. |
(1) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1)
(2) Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3).
(3) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/16 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2022 – PU vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
(Kawża T-442/22)
(2022/C 380/19)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: PU (rappreżentant: P. Yatagantzidis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati, jiġifieri: (a) id-deċiżjoni li l-kulleġġ tal-konvenut adotta fit-23 ta’ Marzu 2022, Nru 015/2022 li tiċħad l-ilment imressaq fit-3 ta’ Diċembru 2021 kontra d-deċiżjoni tal-kulleġġ tal-konvenut adottata fit-8 ta’ Settembru 2021, Nru 090/2021, (b) id-deċiżjoni li l-kulleġġ tal-konvenut adotta fit-8 ta’ Settembru 2021, Nru 090/2021, (c) id-deċiżjoni li l-kulleġġ tal-konvenut adotta fit-30 ta’ Mejju 2022, Nru 021/2022 u (d) kull att ieħor relatat jew omissjoni tal-korpi tal-konvenut; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għas-somma globali ta’ EUR 100 000 bħala kumpens għad-danni morali sostnuti; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka s-segwenti motivi:
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta’ proċedura:
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u ta’ qbiż tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter. |
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/17 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2022 – PV vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
(Kawża T-443/22)
(2022/C 380/20)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: PV (rappreżentant: P. Yatagantzidis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati, jiġifieri: (a) id-deċiżjoni li l-kulleġġ tal-konvenut adotta fit-23 ta’ Marzu 2022, Nru 015/2022 li tiċħad l-ilment imressaq fit-3 ta’ Diċembru 2021 kontra d-deċiżjoni tal-kulleġġ tal-konvenut adottata fit-8 ta’ Settembru 2021, Nru 090/2021, (b) id-deċiżjoni li l-kulleġġ tal-konvenut adotta fit-8 ta’ Settembru 2021, Nru 090/2021, (c) id-deċiżjoni li l-kulleġġ tal-konvenut adotta fit-30 ta’ Mejju 2022, Nru 021/2022 u (d) kull att ieħor relatat jew omissjoni tal-korpi tal-konvenut; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għas-somma globali ta’ EUR 100 000 bħala kumpens għad-danni morali sostnuti; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-istess motivi invokati fil-Kawża T-442/22, PU vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/18 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2022 – PW vs SEAE
(Kawża T-448/22)
(2022/C 380/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: PW (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, lawyers)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-konvenut tat-30 ta’ Lulju 2021 li tiċħad il-kalkolu korrett tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tiegħu għas-sena 2020 f’dak li jirrigwarda lil uliedu u, sa fejn neċessarju, l-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut tal-14 ta’ April 2022, li tiċħad l-ilment tiegħu ppreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2021, skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea; u, |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrent fir-rigward ta’ dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikoli 7(1) u 8(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tad-dmir ta’ diliġenza. |
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/18 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2022 – Evonik Operations vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-449/22)
(2022/C 380/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Evonik Operations GmbH (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-P. Montfort u T. Delille, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/692 tas-16 ta’ Frar 2022 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet u li jikkoreġi dan ir-regolament sa fejn huwa jintroduċi l-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar armonizzati għas-sustanza silanammina, 1,1,1-trimetil-N-(trimetilsilil)-, prodotti tal-idroliżi bis-siliċe; diossidu tas-siliċju piroġeniku, amorfu sintetiku, nano, bis-superfiċe ttrattata (iktar ’il quddiem is-“Sustanza”, jew is-“SAS-HMDS”) (CAS Nru 68909-20-6) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament ikkontestat”) (1); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż; u |
— |
tordna kwalunkwe miżura oħra addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-Regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur ta’ diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament CLP (2), inklużi l-Artikoli 36 u 37 u t-Taqsima 3.9 tal-Anness I tiegħu. B’mod partikolari, ir-RAC naqas milli juri li l-kriterji għall-klassifikazzjoni tas-Sustanza bħala STOT RE 2 kienu ġew issodisfatti, u għalhekk l-opinjoni tiegħu ma setgħetx issostni b’mod validu l-klassifikazzjoni kkontestata. Il-Kummissjoni għalhekk ma setgħetx tikkonstata b’mod validu abbażi tal-Opinjoni tar-RAC li l-klassifikazzjoni kkontestata kienet xierqa. Billi adottat ir-Regolament ikkontestat, il-Kummissjoni għalhekk kisret l-Artikolu 37(5) tar-Regolament CLP. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li r-RAC ma segwiex il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(4) tar-Regolament CLP, u b’hekk kiser dawn id-dispożizzjonijiet f’diversi aspetti. L-ewwel, ir-RAC naqas milli jadotta l-Opinjoni tar-RAC fit-terminu ta’ 18-il xahar previst bil-liġi. It-tieni, ir-RAC ma tax opportunità formali lill-partijiet ikkonċernati sabiex jikkummentaw dwar l-opinjoni tiegħu għalkemm dan huwa speċifikament meħtieġ mir-Regolament CLP. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset mid-dmirijiet tagħha taħt l-Artikolu 37(5), peress li hija ma vverifikatx b’mod adegwat li l-proċedura CLH kienet twettqet kif xieraq skont ir-Regolament CLP. Bħala riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonstata b’mod validu li l-klassifikazzjoni kkontestata kienet xierqa u adottat ir-Regolament ikkontestat bi ksur tal-Artikolu 37(5) tar-Regolament CLP. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-impenji tagħha taħt il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba billi adottat ir-Regolament ikkontestat mingħajr it-twettiq u d-dokumentazzjoni preċedenti ta’ evalwazzjoni tal-impatt. |
(1) ĠU 2022, L 129, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 146, p. 150.
(2) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU 2008, L 353, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2011, L 16, p. 1, fil-ĠU 2016, L 349, p. 1, u fil-ĠU 2019, L 117, p. 8).
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/19 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2022 – QN vs eu-LISA
(Kawża T-484/22)
(2022/C 380/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: QN (rappreżentant: H. Tagaras, avukat)
Konvenut: l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tilqa’ r-rikors; |
— |
tannulla l-atti kkontestati; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ danni ta’ EUR 3 000; |
— |
tiċċarġja l-ispejjeż esklużivament lill-konvenuta. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) tat-22 ta’ Diċembru 2021 li ma tinkludix l-isem tar-rikorrent fil-lista ta’ membri tal-persunal ikklassifikati mill-ġdid fil-grad AD 10 fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2021, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-istrument tal-konvenuta li tirregola l-klassifikazzjonijiet mill-ġdid, jiġifieri d-deċiżjoni 2016-016 tal-Management Board, sa fejn, skont il-konvenuta, din il-klassifikazzjoni mill-ġdid iġġiegħel li l-klassifikazzjonijiet mill-ġdid għal kull grad jiddependu fuq kundizzjoni ta’ anzjanità medju minimu fil-grad li l-aġenti li ser jiġu kklassifikati mill-ġdid għandhom jissodisfaw u li, fil-każ tar-rikorrent, fil-grad AD 9, huwa ta’ erba’ snin. Ir-rikorrent jinvoka l-fatt li kiseb numru għoli ħafna ta’ punti ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid u li l-grad tiegħu, kif ukoll il-grad AD 10, kienu l-uniċi gradi AD li għalihom il-kundizzjoni msemmija hawn fuq ta’ anzjanità ġiet applikata. |
2. |
It-tieni motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità kontra d-deċiżjoni msemmija hawn fuq, għal inkompatibbiltà tagħha ma’ numerużi prinċipji u regoli tad-dritt tas-servizz pubbliku, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni mill-ġdid abbażi tal-mertu. |
3. |
It-tielet motiv, invokat b’mod iktar sussidjarju, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament, tal-prinċipju ta’ vokazzjoni għall-karriera u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn, għal gradi kollha AD minbarra dak tar-rikorrent u l-grad AD 10, il-klassifikazzjonijiet mill-ġdid seħħew minkejja l-fatt li l-kundizzjoni tal-anzjanità medja minima ma kinitx sodisfatta. |
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/20 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2022 – L-Isvezja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-485/22)
(2022/C 380/24)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: H. Shev och F.-L. Göransson, aġenti)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2022/908 tat-8 ta’ Ġunju 2022 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (1) sa fejn id-deċiżjoni tinvolvi għall-Isvezja korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 %, ekwivalenti għas-somma ta’ EUR 13 856 996,64 fir-rigward ta’ għajnuna mħallsa lill-Isvezja għas-snin ta’ talba 2017, 2018 u 2019, u, |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni, skont ir-rikorrent, ma osservatx id-dmir ta’ motivazzjoni tagħha peress li r-raġunament tal-Kummissjoni fil-mument tad-deċiżjoni jew in-nuqqasijiet allegati fil-konfront tal-Isvezja ma humiex ċari. Għalhekk, ma hemmx informazzjoni suffiċjenti sabiex jiġi ddeterminat jekk id-deċiżjoni kkontestata hijiex fondata. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013 (2) u l-Artikoli 28 sa 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (3) peress li l-Kummissjoni żbaljat fl-evalwazzjoni tagħha meta sabet li kien hemm nuqqasijiet sistematiċi fl-implimentazzjoni ta’ kontroverifiki, li jaffettwaw il-kwalità tal-aġġornamenti tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art (LPIS), li hija kkunsidrata bħala dgħufija tal-kontrolli ewlenin. Dan huwa l-każ għaliex, (1), il-kwalità tal-aġġornament tal-LPIS tista’ tiġi evalwata biss fir-rigward tad-database tal-irqajja’ kollha kemm hi, (2), l-għażla tal-Kummissjoni ta’ irqajja tal-art għal investigazzjoni kienet limitata wisq sabiex jintwera nuqqas sistematiku, u (3), is-sejba tal-Kummissjoni dwar in-numru ta’ irqajja tal-art b’nuqqasjiet u r-rata ta’ żbalji – li kienu milli jidher il-bażi tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li hemm nuqqas sistematiku fl-aġġornament tal-LPIS – hija żbaljata. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 1306/2013 u l-Linji Gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Kalkolu tal-Korrezzjonijiet Finanzjarji fil-Kuntest tal-Proċeduri ta’ Approvazzjoni tal-Konformità u tal-Clearance tal-Kontijiet (C (2015) 3675 tat-8 ta’ Ġunju 2015). Minn dawn il-Linji Gwida u mill-prinċipju ta’ proporzjonalità, li huwa indikat ukoll fl-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 1306/2013, jirriżulta b’mod ċar li l-korrezzjoni b’rata fissa imposta ma hijiex iġġustifiikata jew proporzjonata. La l-estent tal-allegat ksur, fir-rigward tan-natura u tal-portata tiegħu, u lanqas id-dannu finanzjarju li l-ksur seta’ kkawża lill-Unjoni Ewropea ma jistgħu jiġġustifikaw korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 % ikkalkolata fuq il-bażi tal-mergħat kollha li kienu suġġetti għal aġġornament tal-immaġni matul il-perijodu bejn l-2016 u l-2018, ekwivalenti għas-somma ta’ EUR 13 856 996,64. Il-korrezzjoni b’rata fissa inkwistjoni fid-deċiżjoni kkontestata hija għalhekk inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet indikati iktar ’il fuq u mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
(2) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83).
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/21 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2022 – Zitro International vs EUIPO – e-gaming (Smiley liebes top hat)
(Kawża T-491/22)
(2022/C 380/25)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Zitro International Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: e-gaming s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ smiley liebes top hat) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 884 680
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 2005/2021-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO kif ukoll lil kull persuna li topponi dan ir-rikors għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/22 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2022 – Cecoforma u Sopexa vs REA
(Kawża T-493/22)
(2022/C 380/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Conception, études et coopération de formation (Cecoforma) (Liège, il-Belġju), Société pour l’expansion des ventes des produits agricoles et alimentaires (Sopexa) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Schutyser u R. Meylemans, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (REA)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, mingħajr data, iżda kkomunikata lil Cecoforma fl-20 ta’ Lulju 2022, li l-lott 1 tal-kuntratt pubbliku (REA/2021/OP/0002) dwar l-Organizzazzjoni ta’ Avvenimenti u Kampanji ta’ Promozzjoni u Intelliġenza tas-Suq f’Pajjiżi Terzi għas-Settur Agroalimentari jingħata lil One (Gopa Com, Edelman Public Relations Worldwide SA, Opera Business Dreams SL) u mhux lil Cecoforma u Sopexa; |
— |
tikkundanna lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 170(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), tal-punti 23 u 31 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju, tal-prinċipji ġenerali ta’ trasparenza, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti jsostnu f’dan ir-rigward li jew l-Aġenzija ma eżaminatx in-natura, prima facie, anormalment baxxa tal-offerta tal-offerent li ngħata l-kuntratt, jew li qieset li l-offerta ppreżentata minn dan tal-aħħar ma kinitx anormalment baxxa, jew inkella li aċċettat il-ġustifikazzjonijiet ta’ dan tal-aħħar u qieset li l-offerta tiegħu ma kinitx baxxa b’mod anormali. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 167(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju, tal-Artikolu 168(6) tar-Regolament Finanzjarju, tal-punt 30.2(c) tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju u tal-prinċipji ġenerali ta’ trasparenza, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament. Ir-rikorrenti jqisu li jew l-Aġenzija ma wettqitx verifika tar-regolarità tal-offerti, jew li hija żbaljatament qieset li l-offerta tal-offerent magħżul kienet regolari. |
(1) ĠU 2018, L 193, p. 1 bir-rettifika fil-ĠU 2019 L 60, p. 36, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”.
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/22 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2022 – UGA Nutraceuticals vs EUIPO – BASF (OMEGOR)
(Kawża T-495/22)
(2022/C 380/27)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: UGA Nutraceuticals Srl (Gubbio, l-Italja) (rappreżentanti: M. Riva, J. Graffer u A. Ottolini, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BASF AS (Oslo, in-Norveġja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea OMEGOR – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 409 659 li tindika l-Unjoni
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 1168/2021-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-partijiet avversarji għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/23 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2022 – UGA Nutraceuticals vs EUIPO – BASF (OMEGOR VITALITY)
(Kawża T-496/22)
(2022/C 380/28)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: UGA Nutraceuticals Srl (Gubbio, l-Italja) (rappreżentanti: M. Riva, J. Graffer u A. Ottolini, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BASF AS (Oslo, in-Norveġja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea OMEGOR VITALITY – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 082 021
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 1200/2021-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-partijiet avversarji għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/24 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2022 – Levantur vs EUIPO – Fantasia Hotels & Resorts (Fantasia BAHIA PRINCIPE HOTELS & RESORTS)
(Kawża T-504/22)
(2022/C 380/29)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Levantur, SA (Murcia, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, E. Armero Lavie u C. Caballero Pastor, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fantasia Hotels & Resorts, SL (Zaragoza, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva Fantasia BAHIA PRINCIPE HOTELS & RESORTS – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 365 016
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 1000/2021-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti (FANTASÍA HOTELS & RESORTS, SL), għall-ispejjeż relatati mar-rikors preżenti quddiem il-Qorti Ġenerali. |
— |
tikkundanna lill-parti li talbet il-kanċellazzjoni, FANTASÍA HOTELS & RESORTS, SL, għall-ispejjeż relatati mal-proċedimenti ta’ appell R 1000/2021-1 u ta’ kanċellazzjoni Nru 36483 C |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 16(1)(b), tal-Artikolu 7(2)(d), tal-Artikolu 8(5), u tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625, kif ukoll tal-prinċipji ta’ motivazzjoni, ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba; |
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(c), tal-Artikolu 8(4), tal-Artikolu 95(1), u tal-Artikolu 97(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-Artikolu 7(2)(d), u tal-Artikolu 10(3) u (4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625, kif ukoll tal-ġurisprudenza stabbilita; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1), tal-Artikolu 60(1)(c) u tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/25 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2022 – Levantur vs EUIPO – Fantasia Hotels & Resorts (LUXURY BAHIA PRINCIPE FANTASIA Don Pablo Collection)
(Kawża T-505/22)
(2022/C 380/30)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Levantur, SA (Murcia, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, E. Armero Lavie u C. Caballero Pastor, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fantasia Hotels & Resorts, SL (Zaragoza, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva LUXURY BAHIA PRINCIPE FANTASIA Don Pablo Collection – Trade mark tal-Unjoni Nru 16 020 547
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 1973/2020-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti (FANTASÍA HOTELS & RESORTS, SL), għall-ispejjeż relatati mar-rikors preżenti quddiem il-Qorti Ġenerali. |
— |
tikkundanna lill-parti li talbet il-kanċellazzjoni, FANTASÍA HOTELS & RESORTS, SL, għall-ispejjeż relatati mal-proċedimenti ta’ appell R 1973/2020-1 u ta’ kanċellazzjoni Nru 36444 C. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 16(1)(b), tal-Artikolu 7(2)(d), tal-Artikolu 8(5), u tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625, kif ukoll tal-prinċipji ta’ motivazzjoni, ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba; |
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(c), tal-Artikolu 8(4), tal-Artikolu 95(1), u tal-Artikolu 97(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-Artikolu 7(2)(d), u tal-Artikolu 10(3) u (4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625, kif ukoll tal-ġurisprudenza stabbilita; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1), tal-Artikolu 60(1)(c) u tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/25 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2022 – Sastela vs EUIPO – Zenergo (Tante Mitzi Caffè CAFFÈ – STRUDEL – BARETTO)
(Kawża T-510/22)
(2022/C 380/31)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sastela, proizvodnja peciva in tort, d.o.o. (Ljutomer, is-Slovenja) (rappreżentant: U. Pogačnik, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zenergo d.o.o. (Zgornja Polskava, is-Slovenja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Tante Mitzi Caffè CAFFÈ – STRUDEL – BARETTO” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 425 394
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 1413/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tilqa’ r-rikors f’dan il-każ, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sabiex tilqa’ l-appell tagħha quddiem il-Bord tal-Appell u tirriforma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex tiġi annullata r-revoka tat-trade mark ikkontestata; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-kawża lura lill-EUIPO għal iktar deliberazzjoni; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/26 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2022 – Vitromed vs EUIPO – Vitromed Healthcare (VITROMED Germany)
(Kawża T-514/22)
(2022/C 380/32)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Vitromed GmbH (Jena, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Linß, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vitromed Healthcare (Jaipur, l-Indja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “VITROMED Germany” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 209 244
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 1670/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha; |
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |