ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 368

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
26 ta' Settembru 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 368/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 368/02

Kawża C-508/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tas-26 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – RM vs Landespolizeidirektion Steiermark (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Artikolu 56 TFUE – Logħob tal-azzard – Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ lotteriji pprojbiti – Sanzjonijiet – Proporzjonalità – Multi ta’ ammont minimu – Kumulu – Assenza ta’ limitu massimu – Piena ta’ priġunerija alternattiva – Kontribuzzjoni proporzjonali għall-ispejjeż tal-proċedura – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 49(3))

2

2022/C 368/03

Kawża C-654/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Apelativen sad – Sofia – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra VD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport – Direttiva 2006/126/KE – Liċenzja tas-sewqan – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 49 – Il-prinċipji ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege u ta’ proporzjonalità ta’ delitti u ta’ pieni – Sewqan ta’ vettura matul il-perijodu ta’ sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan – Sanzjonijiet – Kuntest fattwali tal-kawża prinċipali – Raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

3

2022/C 368/04

Kawża C-710/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Bratislava I – is-Slovakkja) – Proċeduri kriminali kontra AM (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 51 – Proċedura leġiżlattiva għall-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni dwar ir-revoka ta’ amnestija – Proċedura ġudizzjarja ta’ stħarriġ tal-konformità ta’ din ir-riżoluzzjoni mal-Kostituzzjoni nazzjonali – Nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifest tal-Qorti tal-Ġustizzja)

3

2022/C 368/05

Kawża C-188/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Megatherm-Csillaghegy Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Dritt għal tnaqqis tal-VAT – Modalitajiet ta’ eżerċizzju – Tħassir u stabbiliment mill-ġdid tan-numru ta’ identifikazzjoni fiskali ta’ persuna taxxabbli – Revoka tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT marbuta mat-tranżazzjonijiet imwettqa matul il-perijodu li ppreċeda dan it-tħassir – Prinċipju ta’ proporzjonalità)

4

2022/C 368/06

Kawżi magħquda C-221/21 u C-222/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Mejju 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-Obvodní soud pro Prahu 1) – ir-Repubblika Ċeka – Správa železnic, státní organizace vs České dráhy a.s., PKP Cargo International a.s., PDV Railway a.s., KŽC Doprava, s.r.o. (C-221/21), u České dráhy a.s. vs Univerzita Pardubice et (C-222/21) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport ferrovjarju – Direttiva 2012/34/UE – Deċiżjonijiet tal-korp regolatorju – Artikolu 56(10) – Stħarriġ ġudizzjarju – Dritt nazzjonali li jipprevedi l-ġurisdizzjoni tal-qrati ċivili – Modalitajiet tal-azzjoni legali – Kompatibbiltà mad-Direttiva 2012/34 – Inammissibbiltà manifesta tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

5

2022/C 368/07

Kawża C-233/21 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ghaxar Awla) tal-20 ta’ Mejju 2022 – Germann Avocats LLC vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti – Deċiżjoni li offerta tiġi miċħuda u li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor – Kriterji ta’ għoti – Kontroll tal-kwalità – Żnaturament ta’ fatti u ta’ provi – Użu ħażin ta’ poter – Obbligu ta’ motivazzjoni – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

5

2022/C 368/08

Kawża C-346/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto) – il-Portugall – ING Luxembourg SA vs VX (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali – Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji – Regolament (KE) Nru 139/2007 – Artikolu 8 – Informazzjoni lid-destinatarju, permezz ta’ formola standard li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-regolament, tad-dritt tiegħu li jirrifjuta li jirċievi att ġġudizzjarju li ma jkunx redatt, jew li akkumpanjat minn traduzzjoni, f’lingwa li tinftiehem mid-destinatarju jew fil-lingwa jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru mitlub – Assenza ta’ użu tal-formola standard – Konsegwenzi)

6

2022/C 368/09

Kawża C-450/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Vercelli) – l-Italja – UC vs Ministero dell'Istruzione (Talba għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Il-punt 1 tal-klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Kunċett ta’ kundizzjonijiet tal-impjieg – Allowance mogħtija għas-sostenn tat-taħriġ kontinwu tal-għalliema u għat-titjib tal-kompetenzi professjonali tagħhom)

7

2022/C 368/10

Kawża C-480/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Eżekuzzjoni tal-mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra W O, J L (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 1(3) – Proċedura ta’ konsenja bejn l-Istati Membri – Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 – Dritt fundamentali għal smigħ xieraq quddiem qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel mil-liġi – Nuqqasijiet sistemiċi jew ġeneralizzati – Eżami f’żewġ stadji – Kriterji ta’ applikazzjoni – Obbligu tal-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tivverifika b’mod konkret u preċiż jekk jeżistux raġunijiet serji u pprovati sabiex wieħed jemmen li l-persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew taffaċċjax, fil-każ ta’ konsenja, riskju reali ta’ ksur tad-dritt fundamentali tagħha għal smigħ xieraq quddiem qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel mil-liġi)

8

2022/C 368/11

Kawża C-541/21 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 – Joëlle Mélin vs Il-Parlament Ewropew (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Dritt istituzzjonali – Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew – Artikolu 33(1) u (2) – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Evalwazzjoni tal-provi – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

9

2022/C 368/12

Kawża C-573/21 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 – Marie-Christine Arnautu vs Il-Parlament Ewropew (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Dritt istituzzjonali – Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew – Artikolu 33(1) u (2) – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Evalwazzjoni tal-provi – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

9

2022/C 368/13

Kawża C-603/21 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2022 – Unie van Professionele Transporteurs en Logistieke Ondernemers (UPTR) vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport – Regolament (UE) 2020/1055 – Aċċess għas-suq tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq – Kabotaġġ – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kundizzjoni li r-rikorrent għandu jkun ikkonċernat individwalment – Assoċjazzjoni professjonali – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

10

2022/C 368/14

Kawża C-627/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – S.H. vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Sibiu, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa relatata mal-akkwist, il-kostruzzjoni u t-trasformazzjoni ta’ proprjetajiet immobbli – Annullament ex officio tar-reġistrazzjoni għall-VAT ta’ persuna taxxabbli – Aġġustament tat-tnaqqis inizjali – Risposta għad-domanda preliminari li tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza)

10

2022/C 368/15

Kawża C-230/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Lehliu-Gară (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Marzu 2022 – proċeduri kriminali kontra KN, LY, OC, DW

11

2022/C 368/16

Kawża C-305/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Mejju 2022 – Proċeduri kriminali kontra C.J.

11

2022/C 368/17

Kawża C-345/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Pontevedra (Spanja) fil-25 ta’ Mejju 2022 – Maersk A/S vs Allianz Seguros y Reaseguros SA

12

2022/C 368/18

Kawża C-346/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Pontevedra (Spanja) fil-25 ta’ Mejju 2022 – Mapfre España Compañía de Seguros y Reaseguros SA vs MACS Maritime Carrier Shipping GmbH & Co.

13

2022/C 368/19

Kawża C-347/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Pontevedra (Spanja) fil-25 ta’ Mejju 2022 – Maersk A/S vs Allianz Seguros y Reaseguros SA

13

2022/C 368/20

Kawża C-351/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fil-31 ta’ Mejju 2022 – Neves 77 Solutions SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală Antifraudă Fiscală

14

2022/C 368/21

Kawża C-361/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-3 ta’ Ġunju 2022 – Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) vs Buongiorno Myalert SA

14

2022/C 368/22

Kawża C-362/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Ġunju 2022 – VS, TU, RW vs Ryanair DAC

15

2022/C 368/23

Kawża C-387/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Satu Mare (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Ġunju 2022 – Nord Vest Pro Sani Pro SRL vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Satu Mare, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca

15

2022/C 368/24

Kawża C-402/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Ġunju 2022 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid; Parti oħra: M.A.

16

2022/C 368/25

Kawża C-453/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Münster (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Lulju 2022 – Michael Schütte vs Finanzamt Brilon

17

2022/C 368/26

Kawża C-480/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-18 ta’ Lulju 2022 – EVN Business Service GmbH, Elektra EOOD, Penon EOOD

17

2022/C 368/27

Kawża C-492/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra CJ; parti oħra: Openbaar Ministerie

18

2022/C 368/28

Kawża C-163/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – l-Awstrija) – AZ vs Finanzamt Österreich, li kienet Finanzamt Hollabrunn Korneuburg Tulln

19

2022/C 368/29

Kawża C-579/20: Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem – il-Pajjiżi l-Baxxi) – F, A, G, H, I vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

19

2022/C 368/30

Kawża C-657/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 1 de Cazalla de la Sierra – Spanja) – Caixabank SA vs ZN, SD, AH

19

2022/C 368/31

Kawża C-701/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Avis Autovermietung Gesellschaft mbH vs Verein für Konsumenteninformation

19

2022/C 368/32

Kawża C-637/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K.R., il-parti l-oħra fil-kawża li hija: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

20

2022/C 368/33

Kawża C-657/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Ġunju 2022 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2022/C 368/34

Kawża C-809/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Nokia Solutions and Networks Oy vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Eindhoven

20

2022/C 368/35

Kawża C-2/22: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Erfurt – il-Ġermanja) – HK vs Allianz Lebensversicherungs AG

20

2022/C 368/36

Kawża C-12/22: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Prešov – is-Slovakkja) – UR vs 365.bank a.s.

21

2022/C 368/37

Kawża C-13/22: Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Piteşti – ir-Rumanija) – EF, GH, IJ vs KL

21

2022/C 368/38

Kawża C-62/22: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – IA vs DER Touristik Deutschland GmbH

21

2022/C 368/39

Kawża C-131/22: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Swiss International Air Lines AG

21

2022/C 368/40

Kawża C-208/22: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats 's-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – F vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

22

2022/C 368/41

Kawża C-228/22: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Eurowings GmbH

22

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 368/42

Kawża T-395/22: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2022 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

23

2022/C 368/43

Kawża T-406/22: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2022 – Volkskreditbank vs SRB

25

2022/C 368/44

Kawża T-460/22: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2022 – QP vs Il-Kummissjoni

25

2022/C 368/45

Kawża T-461/22: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2022 – QQ vs Il-Kummissjoni

26

2022/C 368/46

Kawża T-464/22: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2022 – QN vs Il-Kummissjoni

27

2022/C 368/47

Kawża T-481/22: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2022 – Group of processors and producers of sheepmilk and goatmilk vs EUIPO – Kolios (HALLOUMAKI)

27

2022/C 368/48

Kawża T-487/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2022 – Multiópticas vs EUIPO – Nike Innovate (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ forom ġeometriċi suwed)

28

2022/C 368/49

Kawża T-490/22: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2022 – Dr. Rudolf Liebe Nachfolger vs EUIPO – Bit Beauty (ayuna LESS IS BEAUTY)

29

2022/C 368/50

Kawża T-492/22: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2022 – Cyprian Iwuć vs EUIPO – Hangzhou XiangHui (Kaxex għall-ippakkjar, kalzetti (sett))

30

2022/C 368/51

Kawża T-494/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2022 – NSD vs Il-Kunsill

30

2022/C 368/52

Kawża T-497/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2022 – Mordashova vs Il-Kunsill

31

2022/C 368/53

Kawża T-498/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2022 – Melnichenko vs Il-Kunsill

32

2022/C 368/54

Kawża T-499/22: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2022 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

33


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 368/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 359, 19.9.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 340, 5.9.2022

ĠU C 326, 29.8.2022

ĠU C 318, 22.8.2022

ĠU C 311, 16.8.2022

ĠU C 303, 8.8.2022

ĠU C 294, 1.8.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tas-26 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – RM vs Landespolizeidirektion Steiermark

(Kawża C-508/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 56 TFUE - Logħob tal-azzard - Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ lotteriji pprojbiti - Sanzjonijiet - Proporzjonalità - Multi ta’ ammont minimu - Kumulu - Assenza ta’ limitu massimu - Piena ta’ priġunerija alternattiva - Kontribuzzjoni proporzjonali għall-ispejjeż tal-proċedura - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 49(3))

(2022/C 368/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RM

Konvenut: Landespolizeidirektion Steiermark

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura dwar l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur ta’ monopolju fil-qasam tal-logħob tal-azzard, il-qorti nazzjonali, adita bl-evalwazzjoni tal-legalità ta’ sanzjoni imposta għal tali ksur, għandha speċifikament tevalwa l-kompatibbiltà mal-Artikolu 56 TFUE tas-sanzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni applikabbli, fid-dawl tal-metodi konkreti ta’ determinazzjoni tagħhom.

2)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi b’mod imperattiv, f’każ ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti:

l-impożizzjoni ta’ multa minima għal kull magna tal-logħob mhux awtorizzata, mingħajr limitu massimu tal-ammont totali tal-multi imposti, sakemm l-ammont totali tal-multi imposti ma jkunx sproporzjonat meta mqabbel mal-vantaġġ ekonomiku li jista’ jinkiseb mir-reat issanzjonat;

l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija alternattiva għal kull magna tal-logħob mhux awtorizzata mingħajr limitu massimu tat-tul totali tal-pieni ta’ priġunerija alternattiva imposti, sakemm it-tul tal-piena ta’ priġunerija alternattiva effettivament imposta ma jkunx eċċessiv fid-dawl tal-gravità tar-reati kkonstatati, u

kontribuzzjoni għall-ispejjeż proċedurali li tammonta għal 10 % tal-multi imposti, sakemm din il-kontribuzzjoni ma tkunx eċċessiva fid-dawl tan-nefqa reali ta’ tali proċedura u lanqas ma tikser id-dritt ta’ aċċess għall-qrati stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 433, 14.12.2020.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Apelativen sad – Sofia – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra VD

(Kawża C-654/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport - Direttiva 2006/126/KE - Liċenzja tas-sewqan - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 49 - Il-prinċipji ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege u ta’ proporzjonalità ta’ delitti u ta’ pieni - Sewqan ta’ vettura matul il-perijodu ta’ sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan - Sanzjonijiet - Kuntest fattwali tal-kawża prinċipali - Raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta)

(2022/C 368/03)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Apelativen sad – Sofia

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

VD

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad Sofia (il-Qorti tal-Appell ta’ Sofija, il-Bulgarija), permezz tad-deċiżjoni tad-9 ta’ Novembru 2020, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 79, 8.3.2021.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Bratislava I – is-Slovakkja) – Proċeduri kriminali kontra AM

(Kawża C-710/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 51 - Proċedura leġiżlattiva għall-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni dwar ir-revoka ta’ amnestija - Proċedura ġudizzjarja ta’ stħarriġ tal-konformità ta’ din ir-riżoluzzjoni mal-Kostituzzjoni nazzjonali - Nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifest tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2022/C 368/04)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Bratislava I

Partijiet fil-kawża prinċipali

AM,

fil-preżenza ta’: Krajská prokuratúra v Bratislave

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi d-domandi magħmula mill-Okresný súd Bratislava I (il-Qorti tad-Distrett ta’ Bratislava I, is-Slovakkja), permezz ta’ deċiżjoni tat-12 ta’ Diċembru 2018.


(1)  ĠU C 88, 15.03.2021.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Megatherm-Csillaghegy Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-188/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - Modalitajiet ta’ eżerċizzju - Tħassir u stabbiliment mill-ġdid tan-numru ta’ identifikazzjoni fiskali ta’ persuna taxxabbli - Revoka tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT marbuta mat-tranżazzjonijiet imwettqa matul il-perijodu li ppreċeda dan it-tħassir - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

(2022/C 368/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Megatherm-Csillaghegy Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

L-Artikoli 63, 167 u 168, 178 sa 180, 182 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu miżura nazzjonali li permezz tagħha l-persuna taxxabbli suġġetta għall-VAT li n-numru ta’ identifikazzjoni fiskali tagħha jkun tħassar minħabba li hija kienet naqset milli tippreżenta u tippubblika l-kontijiet annwali tagħha, imbagħad sussegwentement jiġi stabbilit mill-ġdid, wara r-regolarizzazzjoni ta’ din l-ommissjoni, hija mċaħħda mid-dritt tagħha li tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa, matul il-perijodu li jippreċedi tali tħassir, minkejja li r-rekwiżiti sostantivi li jagħtu lok għal tali tnaqqis ikunu ssodisfatti u li l-imsemmija persuna taxxabbli ma tkunx aġixxiet b’mod frawdolenti jew abbużiv sabiex tibbenefika minn dan id-dritt


(1)  ĠU C 228, 14.06.2021.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Mejju 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-Obvodní soud pro Prahu 1) – ir-Repubblika Ċeka – Správa železnic, státní organizace vs České dráhy a.s., PKP Cargo International a.s., PDV Railway a.s., KŽC Doprava, s.r.o. (C-221/21), u České dráhy a.s. vs Univerzita Pardubice et (C-222/21)

(Kawżi magħquda C-221/21 u C-222/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport ferrovjarju - Direttiva 2012/34/UE - Deċiżjonijiet tal-korp regolatorju - Artikolu 56(10) - Stħarriġ ġudizzjarju - Dritt nazzjonali li jipprevedi l-ġurisdizzjoni tal-qrati ċivili - Modalitajiet tal-azzjoni legali - Kompatibbiltà mad-Direttiva 2012/34 - Inammissibbiltà manifesta tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

(2022/C 368/06)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Obvodní soud pro Prahu 1

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Správa železnic, státní organizasse (C-221/21), České dráhy a.s. (C-222/21)

Konvenuti: České dráhy a.s., PKP Cargo International a.s., PDV Railway a.s., KŽC Doprava s.r.o. (C-221/21), Univerzita Pardubice et (C-222/21)

Dispożittiv

It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 1 (il-Qorti tad-Distrett Amministrattiv ta’ Praga 1, ir-Repubblika Ċeka), bid-deċiżjonijiet tat-22 ta’ Settembru 2020 u tal-1 ta’ Ottubru 2020, huma manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 242, 21.6.2021.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ghaxar Awla) tal-20 ta’ Mejju 2022 – Germann Avocats LLC vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-233/21 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Għoti ta’ kuntratti - Deċiżjoni li offerta tiġi miċħuda u li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor - Kriterji ta’ għoti - Kontroll tal-kwalità - Żnaturament ta’ fatti u ta’ provi - Użu ħażin ta’ poter - Obbligu ta’ motivazzjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2022/C 368/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Germann Avocats LLC (rappreżentant: N. Scandamis, dikigoros)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Araujo Arce u J. Estrada de Solà, aġenti)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2.

Germann Avocats LLC hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 320, 9.8.2021.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto) – il-Portugall – ING Luxembourg SA vs VX

(Kawża C-346/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji - Regolament (KE) Nru 139/2007 - Artikolu 8 - Informazzjoni lid-destinatarju, permezz ta’ formola standard li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-regolament, tad-dritt tiegħu li jirrifjuta li jirċievi att ġġudizzjarju li ma jkunx redatt, jew li akkumpanjat minn traduzzjoni, f’lingwa li tinftiehem mid-destinatarju jew fil-lingwa jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru mitlub - Assenza ta’ użu tal-formola standard - Konsegwenzi)

(2022/C 368/08)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ING Luxembourg SA

Konvenut: VX

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrikjedi li d-destinatarju ta’ att ġudizzjarju li għandu jiġi nnotifikat jew li għandu jirċievi komunikazzjoni fi Stat Membru ieħor jiġi informat, fiċ-ċirkustanzi kollha, permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-regolament, dwar id-dritt tiegħu li jirrifjuta li jirċievi dan l-att, inkluż meta dan ikun redatt, jew akkumpanjat minn traduzzjoni, f’lingwa li tinftiehem minn dan id-destinatarju jew f’lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn għandha ssir in-notifika jew il-komunikazzjoni.

2)

Ir-Regolament Nru 1393/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-nullità tan-notifika ta’ att ġudizzjarju fi Stat Membru ieħor fil-każ fejn din issir mingħajr ma d-destinatarju ta’ dan l-att ikun ġie informat, permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-regolament, dwar id-dritt tiegħu li jirrifjuta li jirċievi l-imsemmi att meta dan ma jkunx redatt, jew akkumpanjat minn traduzzjoni, f’waħda mil-lingwi indikati fl-Artikolu 8(1) tal-imsemmi regolament, u dan indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tistabbilixxix jew le terminu speċifiku sabiex dan id-destinatarju jkun jista’ jinvoka din in-nullità.


(1)  ĠU C 382, 20.9.2021


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Vercelli) – l-Italja – UC vs Ministero dell'Istruzione

(Kawża C-450/21) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Il-punt 1 tal-klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Kunċett ta’ “kundizzjonijiet tal-impjieg” - Allowance mogħtija għas-sostenn tat-taħriġ kontinwu tal-għalliema u għat-titjib tal-kompetenzi professjonali tagħhom)

(2022/C 368/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Vercelli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UC

Konvenut: Ministero dell'Istruzione

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva esklużivament għall-persunal li jgħallem permanenti tal-Ministeru tal-edukazzjoni, u mhux għall-persunal li jgħallem, impjegat għal żmien determinat, ta’ dan il-ministeru, il-benefiċċju ta’ vantaġġ finanzjarju ta’ ammont ta’ EUR 500 fis-sena, mogħti għas-sostenn tat-taħriġ kontinwu tal-għalliema u għat-titjib tal-kompetenzi professjonali tagħhom, permezz ta’ karta elettronika li tista’ tintuża għax-xiri ta’ kotba u ta’ manwali, inkluż f’format diġitali, ta’ pubblikazzjonijiet, ta’ rivisti utli għall-aġġornament professjonali, ta’ hardware u ta’ software, għall-iskrizzjoni għal korsijiet ta’ aġġornament u ta’ kwalifikazzjoni tal-kompetenzi professjonali, għall-korsijiet għal ksib ta’ lawrea, ta’ masters degree, speċjalizzat jew b’ċiklu uniku, marbutin mal-profil professjonali, jew ma korsijiet tat-tielet ċiklu jew mal-masters universitarji marbutin mal-profil professjonali, għall-attendenza għal rappreżentazzjonijiet teatrali jew ċinematografiċi, għall-aċċess għal mużewijiet, għal espożizzjonijiet, għal manifestazzjonijiet kulturali u għal spettakoli live, għal attivitajiet oħra ta’ taħriġ kif ukoll għax-xiri ta’ servizzi ta’ konnettività sabiex jiġi eżegwiti l-obbligi ta’ twettiq ta’ attivitajiet professjonali online.


(1)  ĠU C 422, 18.10.2021


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Eżekuzzjoni tal-mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra W O, J L

(Kawża C-480/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(3) - Proċedura ta’ konsenja bejn l-Istati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 - Dritt fundamentali għal smigħ xieraq quddiem qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel mil-liġi - Nuqqasijiet sistemiċi jew ġeneralizzati - Eżami f’żewġ stadji - Kriterji ta’ applikazzjoni - Obbligu tal-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tivverifika b’mod konkret u preċiż jekk jeżistux raġunijiet serji u pprovati sabiex wieħed jemmen li l-persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew taffaċċjax, fil-każ ta’ konsenja, riskju reali ta’ ksur tad-dritt fundamentali tagħha għal smigħ xieraq quddiem qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel mil-liġi)

(2022/C 368/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: W O, J L

fil-preżenza ta’: Minister for Justice and Equality

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2) u (3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni mitluba tiddeċiedi dwar il-konsenja ta’ persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ikollha għad-dispożizzjoni tagħha provi intiżi li juru l-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistemiċi jew ġeneralizzati f’dak li jikkonċerna l-indipendenza tal-ġudikatura tal-Istat Membru emittenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċedura ta’ ħatra tal-membri ta’ din il-ġudikatura, din l-awtorità tista’ tirrifjuta l-konsenja ta’ din il-persuna:

fil-kuntest ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena jew ta’ miżura li ċċaħħad il-libertà, biss jekk l-imsemmija awtorità tikkonstata li jeżistu, fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, raġunijiet serji u pprovati sabiex wieħed jemmen li, fid-dawl b’mod partikolari tal-elementi pprovduti mill-imsemmija persuna u relatati mal-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti li tkun semgħet il-kawża kriminali tagħha jew ma’ kull fatt ieħor rilevanti għall-evalwazzjoni tal-indipendenza u tal-imparzjalità ta’ dan il-kulleġġ, id-dritt fundamentali tal-istess persuna għal smigħ xieraq quddiem qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel mil-liġi, stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ma jkunx ġie rrispettat, u

fil-kuntest ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ proċeduri kriminali, biss jekk l-istess awtorità tikkonstata li jeżistu, fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, raġunijiet serji u pprovati sabiex wieħed jemmen li, fid-dawl b’mod partikolari tal-elementi pprovduti mill-persuna kkonċernata u relatati mas-sitwazzjoni personali tagħha, man-natura tar-reat li għalih din hija akkużata, mal-kuntest fattwali li fih dan il-mandat ta’ arrest Ewropew jaqa’ jew ma’ kull fatt ieħor rilevanti għall-evalwazzjoni tal-indipendenza u tal-imparzjalità tal-kulleġġ ġudikanti probabbilment imsejjaħ sabiex jieħu konjizzjoni tal-proċedura relatata ma’ din il-persuna, din tal-aħħar taffaċċja, fil-każ ta’ konsenja, riskju reali ta’ ksur ta’ dan id-dritt fundamentali.


(1)  ĠU C 391, 27.9.2021.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 – Joëlle Mélin vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-541/21 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Dritt istituzzjonali - Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew - Artikolu 33(1) u (2) - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Evalwazzjoni tal-provi - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2022/C 368/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Joëlle Mélin (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u T. Lazian, aġenti)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2.

Joëlle Mélin hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 17.1.2022.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 – Marie-Christine Arnautu vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-573/21 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Dritt istituzzjonali - Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew - Artikolu 33(1) u (2) - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Evalwazzjoni tal-provi - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2022/C 368/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Marie-Christine Arnautu (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u T. Lazian, aġenti)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2.

Marie-Christine Arnautu hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 17.1.2022.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2022 – Unie van Professionele Transporteurs en Logistieke Ondernemers (UPTR) vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-603/21 P) (1)

(“Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport - Regolament (UE) 2020/1055 - Aċċess għas-suq tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq - Kabotaġġ - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Kundizzjoni li r-rikorrent għandu jkun ikkonċernat individwalment - Assoċjazzjoni professjonali - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

(2022/C 368/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Unie van Professionele Transporteurs en Logistieke Ondernemers (UPTR) (rappreżentant: F. Vanden Bogaerde, advocaat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Anagnostopoulou u R. van de Westelaken, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Emmerechts, A. Norberg u L. Vétillard, aġenti)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat.

2.

Unie van Professionele Transporteurs en Logistieke Ondernemers (UPTR) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 513, 20.12.2021.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – S.H. vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Sibiu, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov

(Kawża C-627/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa relatata mal-akkwist, il-kostruzzjoni u t-trasformazzjoni ta’ proprjetajiet immobbli - Annullament ex officio tar-reġistrazzjoni għall-VAT ta’ persuna taxxabbli - Aġġustament tat-tnaqqis inizjali - Risposta għad-domanda preliminari li tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza)

(2022/C 368/14)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: S.H.

Konvenuti: Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Sibiu, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov

Dispożittiv

L-Artikoli 16, 184, 186 sa 188 u 192 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni u prattiki nazzjonali li jeħtieġu li persuna taxxabbli, li r-reġistrazzjoni tagħha għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tkun ġiet annullata għal perijodu ddeterminat minħabba l-assenza ta’ indikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT tagħha ppreżentati għal sitt xhur konsekuttivi, tipproċedi b’aġġustament tal-VAT tal-input mnaqqsa fir-rigward tal-akkwist ta’ investimenti mingħajr ma l-imsemmija persuna taxxabbli tkun awtorizzata tipproduċi l-prova li l-kundizzjonijiet sostantivi sabiex tkun tista’ tibbenefika mid-dritt ta’ tnaqqis huma ssodisfatti għar-raġuni li teżisti preżunzjoni inkonfutabbli li l-persuna taxxabbli tkun użat dawn l-investimenti għal skopijiet oħra għajr attivitajiet ekonomiċi.


(1)  ĠU C 191, 10.05.2022.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Lehliu-Gară (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Marzu 2022 – proċeduri kriminali kontra KN, LY, OC, DW

(Kawża C-230/22)

(2022/C 368/15)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Lehliu-Gară.

Partijiet fil-kawża prinċipali

KN, LY, OC, DW

Domanda preliminari

L-Artikolu 2 tat-Trattat UE (dwar l-osservanza tal-prinċipji ta’ Stat tad-dritt u dwar ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem), ikkunsidrat fid-dawl tal-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dwar id-drittijiet tad-difiża, u mal-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, dwar il-prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tikklassifika bħala reat kriminali aġir li jikkonsisti fit-twettiq ta’ att bi ksur ta’ kwalunkwe liġi, mingħajr ma tindika espressament il-liġijiet jew id-dispożizzjonijiet legali li l-ksur tagħhom jinvolvi r-responsabbiltà kriminali?


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Mejju 2022 – Proċeduri kriminali kontra C.J.

(Kawża C-305/22)

(2022/C 368/16)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Persuna suġġetta għall-mandat ta’ arrest Ewropew

C.J.

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fis-sitwazzjoni fejn il-qorti ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ [arrest] Ewropew għandha l-intenzjoni li tapplika l-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2), għar-rikonoxximent tas-sentenza ta’ kundanna, hija għandha l-obbligu li titlob is-sentenza u ċ-ċertifikat maħruġ bis-saħħa tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, kif ukoll li tikseb il-kunsens tal-Istat ta’ kundanna bis-saħħa tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 25 u mal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rifjut ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà u għar-rikonoxximent tas-sentenza ta’ kundanna, mingħajr l-eżekuzzjoni effettiva tal-piena ta’ priġunerija tal-persuna kkundannata minħabba l-maħfra u s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-piena bis-saħħa tad-dritt tal-Istat ta’ eżekuzzjoni u mingħajr ma jkun inkiseb il-kunsens tal-Istat ta’ kundanna fil-kuntest tal-proċedura ta’ rikonoxximent iwassal għat-telf tad-dritt tal-Istat ta’ kundanna li jipproċedi bl-eżekuzzjoni tal-piena, konformement mal-Artikolu 22(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909?

3)

L-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandu jiġi interpretat fis-sens li sentenza ta’ kundanna għal piena li ċċaħħad il-libertà li fuq il-bażi tagħha nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew irrifjutat bis-saħħa tal-punt 6 tal-Artikolu 4 [ta’ din id-deċiżjoni qafas], sentenza li ġiet irrikonoxxuta iżda mingħajr l-eżekuzzjoni effettiva tal-piena ta’ priġunerija tal-persuna kkundannata minħabba l-maħfra u s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-piena bis-saħħa tad-dritt tal-Istat ta’ eżekuzzjoni u mingħajr ma jkun inkiseb il-kunsens tal-Istat ta’ kundanna fil-kuntest tal-proċedura ta’ rikonoxximent iwassal għat-telf tas-saħħa eżekuttiva tagħha?

4)

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandhom jiġu interpretati fis-sens li deċiżjoni li tiġi rrifjutata l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà u għar-rikonoxximent tas-sentenza ta’ kundanna bis-saħħa tal-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, iżda mingħajr l-eżekuzzjoni effettiva tal-piena ta’ priġunerija tal-persuna kkundannata minħabba l-maħfra u s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-piena bis-saħħa tad-dritt tal-Istat ta’ eżekuzzjoni (Stat Membru tal-Unjoni) u mingħajr ma jkun inkiseb il-kunsens tal-Istat ta’ kundanna fil-kuntest tal-proċedura ta’ rikonoxximent, tikkostitwixxi sentenza ta’ “kundanna għall-istess fatti minn pajjiż terz”?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda,

5)

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandhom jiġu interpretati fis-sens li deċiżjoni li tiġi rrifjutata l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà u għar-rikonoxximent tas-sentenza ta’ kundanna bis-saħħa tal-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, bis-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-piena bis-saħħa tad-dritt tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, hija “sentenza li qiegħda tiġi implimentata” fil-każ li s-superviżjoni tal-persuna kkundannata għadha ma bdietx?


(1)  ĠU 2008, L 327, p. 27.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Pontevedra (Spanja) fil-25 ta’ Mejju 2022 – Maersk A/S vs Allianz Seguros y Reaseguros SA

(Kawża C-345/22)

(2022/C 368/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Pontevedra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maersk A/S

Konvenut: Allianz Seguros y Reaseguros SA

Domandi preliminari

1)

Ir-regola tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), meta tistabbilixxi li n-nullità ipso jure tal-ftehim ta’ ġurisdizzjoni għandha tiġi analizzata konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li l-partijiet iddifferew il-ġurisdizzjoni lilu, tinkludi wkoll, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-kwistjoni tal-validità tal-estensjoni tal-klawżola lil terz mhux parti fil-kuntratt li fih hija inkluża l-klawżola?

2)

Fil-każ ta’ trasferiment tal-polza ta’ kargu lil terz, destinatarju tal-merkanzija, li ma rriżultax mill-kuntratt bejn il-konsenjatur u t-trasportatur tal-baħar, regola bħal dik inkluża fl-Artikolu 251 tal-Ley de Navegación Marítima (il-Liġi dwar in-Navigazzjoni Marittima), li teżiġi li, għall-infurzabbiltà tal-klawżola fil-konfront ta’ dan it-terz, il-klawżola ta’ ġurisdizzjoni għandha tkun ġiet innegozjata miegħu “individwalment u separatament”, tirriżulta kompatibbli mal-Artikolu 25 tar-Regolament 1215/2012 u mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpretaha?

3)

Jirriżulta possibbli, konformement mad-dritt tal-Unjoni, li l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali ta’ validità għall-effikaċja fil-konfront ta’ terzi tal-klawżoli ta’ ġurisdizzjoni inklużi f’poloz ta’ kargu?

4)

Regola bħal dik inkluża fl-Artikolu 251 tal-Liġi dwar in-Navigazzjoni Marittima Spanjola, li tistabbilixxi li s-surroga tat-terz detentur isseħħ f’forma parzjali biss, bl-esklużjoni tal-klawżoli ta’ proroga ta’ ġurisdizzjoni, tippreżupponi l-introduzzjoni ta’ rekwiżit addizzjonali ta’ validità ta’ dawn il-klawżoli, kuntrarja għall-Artikolu 25 tar-Regolament 1215/2012?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Pontevedra (Spanja) fil-25 ta’ Mejju 2022 – Mapfre España Compañía de Seguros y Reaseguros SA vs MACS Maritime Carrier Shipping GmbH & Co.

(Kawża C-346/22)

(2022/C 368/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Pontevedra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mapfre España Compañía de Seguros y Reaseguros SA

Konvenut: MACS Maritime Carrier Shipping GmbH & Co.

Domandi preliminari

Il-fatti u l-motivi huma essenzjalment analogi u d-domandi preliminari identiċi għal dawk tal-Kawża C-345/22.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Pontevedra (Spanja) fil-25 ta’ Mejju 2022 – Maersk A/S vs Allianz Seguros y Reaseguros SA

(Kawża C-347/22)

(2022/C 368/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Pontevedra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maersk A/S

Konvenut: Allianz Seguros y Reaseguros SA

Domandi preliminari

Il-fatti u l-motivi huma essenzjalment analogi u d-domandi preliminari identiċi għal dawk tal-Kawża C-345/22.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fil-31 ta’ Mejju 2022 – Neves 77 Solutions SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală Antifraudă Fiscală

(Kawża C-351/22)

(2022/C 368/20)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Neves 77 Solutions SRL

Konvenut: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală Antifraudă Fiscală.

Domandi preliminari

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (1), b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 7 tagħha, tista’ tiġi interpretata, fid-dawl tal-prinċipji taċ-ċertezza legali u nulla poena sine lege, fis-sens li tawtorizza miżura nazzjonali li tippermetti l-konfiska sħiħa tas-somom (bħala piena ċivili) li jirriżultaw minn tranżazzjoni bħal dik imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Deċiżjoni 2014/512, fil-każ li jinstab li twettaq att ikkwalifikat mid-dritt nazzjonali bħala reat amministrattiv?

2)

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/512 għandu jiġi interpretat bħala li jawtorizza lill-Istati Membri jadottaw miżuri nazzjonali li jipprevedu l-konfiska awtomatika ta’ kwalunkwe somma li tirriżulta mill-ksur tal-obbligu ta’ notifika ta’ tranżazzjoni li taqa’ taħt l-Artikolu 2(2)(a) tad-Deċiżjoni 2014/512?

3)

Il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Deċiżjoni 2014/512 hija applikabbli fil-każ li l-oġġetti li jirrappreżentaw tagħmir militari li kienu suġġetti għal tranżazzjonijiet ta’ senserija qatt ma ġew fiżikament importati fit-territorju tal-Istat Membru?


(1)  ĠU 2014, L 229, p. 13 ĠU, rettifika fil-ĠU 2014, L 263, p. 35.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-3 ta’ Ġunju 2022 – Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) vs Buongiorno Myalert SA

(Kawża C-361/22)

(2022/C 368/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Industria de Diseño Textil, SA (Inditex)

Konvenut: Buongiorno Myalert SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1)(ċ) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aġir iktar ġenerali li għalih attwalment jagħmel riferiment l-Artikolu 14(1)(c) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (2), jiġifieri l-użu “[tat]-trade mark bil-għan li tidentifika jew tagħmel referenza għal oġġetti jew servizzi bħala l-oġġetti jew is-servizzi tal-proprjetarju ta’ dik it-trade mark” għandu jitqies li huwa impliċitament inkluż fil-limitazzjoni tad-dritt ta’ trade mark?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92.

(2)  ĠU 2015, L 336, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 110, p. 5.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Ġunju 2022 – VS, TU, RW vs Ryanair DAC

(Kawża C-362/22)

(2022/C 368/22)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VS, TU, RW

Konvenut: Ryanair DAC

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jibbenefikaw mill-kumpens previst fl-Artikolu 7, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 4(3), anki l-persuni li jivvjaġġaw mal-persuna li ma tħallietx titla’ u li, għalkemm tħallew jitilgħu, ma għadhomx jixtiequ jew ma għadhomx interessati li jagħmlu l-vjaġġ mingħajr il-persuna li ma tħallietx titla’?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Satu Mare (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Ġunju 2022 – Nord Vest Pro Sani Pro SRL vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Satu Mare, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca

(Kawża C-387/22)

(2022/C 368/23)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Satu Mare

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nord Vest Pro Sani Pro SRL

Konvenuti: Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Satu Mare, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet [tad-dritt tal-Unjoni] msemmija iktar ’il fuq jistgħu jiġu interpretati [fis-sens] li jipprekludu/ma jipprekludux sitwazzjoni legali bħal dik f’dan il-każ, fejn il-leġiżlatur Rumen jista’ jittratta b’mod differenti, mil-lat fiskali, kumpanniji kummerċjali Rumeni li jwettqu attivitajiet bi skop ta’ lukru fit-territorju tal-Istat Rumen minn dawk [li jwettqu attivitajiet bi skop ta’ lukru] fit-territorju ta’ Stati oħra [Membri tal-Unjoni], b’tali mod li il-kumpannija rikorrenti li pprovdiet servizzi b’mod predominanti fit-territorju tal-Awstrija u tal-Ġermanja ma tibbenefikax mill-eżenzjonijiet mit-taxxa li jibbenefikaw minnhom kumpanniji oħra fis-settur tal-kostruzzjoni li joperaw fit-territorju tal-Istat Rumen?


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Ġunju 2022 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid; Parti oħra: M.A.

(Kawża C-402/22)

(2022/C 368/24)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Parti oħra fil-proċedura: M.A.

Domandi preliminari

Domanda 1a

Meta huwa delitt tant “partikolarment serju”, fis-sens tal-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1), li Stat Membru jista’ jiċħad l-istatus ta’ refuġjat lil persuna li teħtieġ protezzjoni internazzjonali?

Domanda 1b

Il-kriterji li huma applikabbli għal “delitt serju” previst fl-Artikolu 17(1)(b) tad-Direttiva 2011/95, kif imsemmija fil-punt 56 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Settembru 2018, Ahmed (C-369/17, EU:C:2018:713), huma rilevanti meta jiġi eżaminat jekk jeżistix “delitt partikolarment serju”? Jekk dan huwa l-każ, jeżistu kriterji oħra li jirrendu delitt “partikolarment” serju?

Domanda 2

L-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 2011/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li persuna li ngħatat l-istatus ta’ refuġjat ġiet ikkundannata permezz ta’ sentenza li saret finali għal delitt partikolarment serju diġà juri li din il-persuna tirrappreżenta theddida għas-soċjetà, jew għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundanna finali għal ksur partikolarment serju minnha nfisha ma hijiex suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li teżisti theddida għas-soċjetà?

Domanda 3

Fil-każ li l-kundanna finali għal ksur partikolarment serju, inkwantu tali, ma hijiex suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li teżisti theddida għas-soċjetà, l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 2011/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Membru għandu juri li, sa mill-kundanna tiegħu, ir-rikorrent jikkostitwixxi theddida għas-soċjetà? L-Istat Membru għandu jistabbilixxi li din it-theddida hija reali u attwali jew huwa suffiċjenti li tkun theddida potenzjali? L-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 2011/95, moqri individwalment jew flimkien mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istatus ta’ refuġjat jista’ jitneħħa biss fil-każ li din it-tneħħija tkun proporzjonata u fil-każ li t-theddida li l-benefiċjarju ta’ dan l-istatus jirrappreżenta tkun suffiċjentement serja sabiex tiġġustifika t-tneħħija?

Domanda 4

Fil-każ li l-Istat Membru ma huwiex meħtieġ jistabbilixxi li, sa mill-kundanna finali tiegħu, ir-rikorrent għadu jirrappreżenta theddida għas-soċjetà u li din it-theddida hija reali, attwali u suffiċjentement serja sabiex tiġġustifika t-tneħħija tal-istatus ta’ refuġjat, l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 2011/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-theddida għas-soċjetà hija stabbilita, bħala prinċipju, permezz tal-fatt li l-benefiċjarju tal-istatus ta’ refuġjat ġie kkundannat b’mod finali għal ksur partikolarment serju, iżda li l-persuna kkonċernata tista’ turi li hija ma tirrappreżentax, jew ma għadhiex tirrappreżenta, theddida?


(1)  ĠU 2011, L 337, p. 9.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Münster (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Lulju 2022 – Michael Schütte vs Finanzamt Brilon

(Kawża C-453/22)

(2022/C 368/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Münster

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michael Schütte

Konvenut: Finanzamt Brilon

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), b’mod partikolari l-prinċipju ta’ newtralità fiskali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività, jeżiġu, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, li r-rikorrent ikollu direttament kontra l-amministrazzjoni fiskali dritt għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud, inklużi l-interessi relatati, li jkun ħallas żejjed lill-fornituri tiegħu f’ras il-għajn, minkejja li jkun possibbli li, sussegwentement, il-fornituri f’ras il-għajn jippreżentaw ilment quddiem l-amministrazzjoni fiskali minħabba rettifika tal-fatturi u b’hekk din – eventwalment – ma tkunx għadha tista’ ddur kontra r-rikorrent, b’tali mod li jkun hemm ir-riskju li l-amministrazzjoni fiskali jkollha tirrimborsa l-istess taxxa fuq il-valur miżjud darbtejn?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-18 ta’ Lulju 2022 – EVN Business Service GmbH, Elektra EOOD, Penon EOOD

(Kawża C-480/22)

(2022/C 368/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EVN Business Service GmbH, Elektra EOOD, Penon EOOD

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm attività ċentralizzata ta’ xiri permezz ta’ korp ċentrali ta’ xiri bis-sede “fi Stat Membru ieħor”, meta l-awtorità kontraenti – indipendentement mill-kwistjoni ta’ min jeżerċita l-kontroll fuq din l-awtorità kontraenti – għandha s-sede tagħha fi Stat Membru differenti minn dak tal-korp ċentrali ta’ xiri?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Ir-regola tal-kunflitt tal-liġijiet prevista fl-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/25, skont liema l-“attività ċentralizzata ta’ xiri” hija pprovduta permezz ta’ korp ċentrali ta’ xiri bis-sede fi Stat Membru ieħor konformement mad-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru li fih għandu s-sede tiegħu l-korp ċentrali ta’ xiri, tkopri wkoll il-leġiżlazzjoni dwar il-proċeduri ta’ reviżjoni u l-kompetenza ta’ korp ta’ reviżjoni fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (2)?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda:

Id-Direttiva 92/13, u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kompetenza ta’ korp ta’ reviżjoni nazzjonali għar-reviżjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ awtoritajiet kontraenti għandha tinkludi l-awtoritajiet kontraenti kollha li għandhom is-sede tagħhom fl-Istat Membru tal-korp ta’ reviżjoni, jew il-kompetenza għandha tkun ibbażata fuq jekk l-influwenza dominanti fuq l-awtorità kontraenti (fis-sens tal-Artikolu 3(4)(c) jew tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/25) hijiex eżerċitata minn kollettività territorjali jew minn organu rregolat mid-dritt pubbliku, li huwa attribwibbli lill-Istat Membru tal-korp ta’ reviżjoni?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 243.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra CJ; parti oħra: Openbaar Ministerie

(Kawża C-492/22)

(2022/C 368/27)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra: CJ

Parti oħra fil-proċedura: Openbaar Ministerie

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 12 u 24(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1), moqrija flimkien mal-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludu li persuna rikjesta, li l-konsenja tagħha għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ priġunerija ġiet awtorizzata b’mod definittiv iżda ġiet posposta “sabiex tkun tista’ tinbeda proċedura kontra l-persuna kkonċernata fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni […] għal fatt ieħor differenti minn dak imsemmi fil-mandat ta’ arrest Ewropew”, tinżamm taħt detenzjoni b’eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew matul din il-proċedura kriminali?

2)

a.

Id-deċiżjoni li tiġi eżerċitata s-setgħa li tiġi posposta l-konsenja prevista fl-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 hija deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew li, taħt l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, moqri flimkien mal-premessa 8 ta’ din id-deċiżjoni qafas, għandha tittieħed mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni?

b.

Jekk dan huwa l-każ, il-fatt li d-deċiżjoni tkun ittieħdet mingħajr l-intervent tal-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 ifisser li l-persuna rikjesta ma tistax tibqa’ tinżamm taħt detenzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontriha?

3)

a.

L-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, moqri flimkien mal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jipprekludi li l-konsenja ta’ persuna rikjesta tiġi posposta għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għas-sempliċi raġuni li l-persuna rikjesta ma tixtieqx, meta ssirilha t-talba, tirrinunzja għad-dritt tagħha li tkun preżenti matul din il-proċedura kriminali?

b.

Jekk dan huwa l-każ, liema fatturi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni meta tiddeċiedi jekk tipposponix il-konsenja effettiva?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – l-Awstrija) – AZ vs Finanzamt Österreich, li kienet Finanzamt Hollabrunn Korneuburg Tulln

(Kawża C-163/20) (1)

(2022/C 368/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/19


Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem – il-Pajjiżi l-Baxxi) – F, A, G, H, I vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-579/20) (1)

(2022/C 368/29)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 128, 12.4.2021


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 1 de Cazalla de la Sierra – Spanja) – Caixabank SA vs ZN, SD, AH

(Kawża C-657/20) (1)

(2022/C 368/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 88, 15.3.2021.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Avis Autovermietung Gesellschaft mbH vs Verein für Konsumenteninformation

(Kawża C-701/20) (1)

(2022/C 368/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 98, 22.3.2021.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K.R., il-parti l-oħra fil-kawża li hija: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-637/21) (1)

(2022/C 368/32)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 24, 17.01.2022.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Ġunju 2022 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-657/21) (1)

(2022/C 368/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 11, 10.1.2022.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Nokia Solutions and Networks Oy vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Eindhoven

(Kawża C-809/21) (1)

(2022/C 368/34)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 138, 28.3.2022.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Erfurt – il-Ġermanja) – HK vs Allianz Lebensversicherungs AG

(Kawża C-2/22) (1)

(2022/C 368/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 148, 4.4.2022


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Prešov – is-Slovakkja) – UR vs 365.bank a.s.

(Kawża C-12/22) (1)

(2022/C 368/36)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 148, 4.4.2022.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/21


Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Piteşti – ir-Rumanija) – EF, GH, IJ vs KL

(Kawża C-13/22) (1)

(2022/C 368/37)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 191, 10.5.2022.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – IA vs DER Touristik Deutschland GmbH

(Kawża C-62/22) (1)

(2022/C 368/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 165, 19.04.2022.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Swiss International Air Lines AG

(Kawża C-131/22) (1)

(2022/C 368/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 191, 10.5.2022.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats 's-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – F vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-208/22) (1)

(2022/C 368/40)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 257, 04.07.2022.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Eurowings GmbH

(Kawża C-228/22) (1)

(2022/C 368/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 237, 20.6.2022.


Il-Qorti Ġenerali

26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/23


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2022 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

(Kawża T-395/22)

(2022/C 368/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hypo Vorarlberg Bank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger u A. Brenneis, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni ex ante tal-2022 (SRB/ES/2022/18), inklużi l-annessi tagħha, f’kull każ sa fejn ir-rikorrenti hija kkonċernata, u

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba n-notifika inkompleta tad-deċiżjoni kkontestata

Id-deċiżjoni kkontestata ma ġietx innotifikata kollha lir-rikorrenti bi ksur tal-Artikolu 1(2) TUE, tal-Artikoli 15, 296 u 298 TFUE u tal-Artikoli 42 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”). L-għarfien tal-informazzjoni li ma ġietx ikkomunikata huwa neċessarju bħala element ċentrali tad-deċiżjoni, sabiex wieħed ikun jista’ jifhem il-kalkoli tal-kontribuzzjonijiet u sabiex jiġi vverifikat kif is-sitwazzjoni individwali tar-rikorrenti ttieħdet inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet, fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-istituzzjonijiet l-oħra kollha kkonċernati.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 102 tad-Direttiva 2014/59/UE (1), tal-Artikolu 69(1) u (2) u tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (2), tal-Artikolu 3 u 4(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (3) kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li l-konvenut stabbilixxa b’mod żbaljat il-livell li għandu jintlaħaq, sa fejn stabbilixxa livell eċċessiv li jmur kontra l-qafas ġuridiku tal-Unjoni.

3.

It-tielet motiv: ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni

Id-deċiżjoni kkontestata tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296(2) TFUE u fl-Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta, peress li huma biss xi riżultati parzjali li ġew ikkomunikati. Ir-rekwiżiti stipulati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-584/20 P (4) dwar il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni ma ġewx osservati. Il-konvenut ma użax il-possibbiltà li jikkomunika data li għandha per se titqies kunfidenzjali skont l-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 f’forma mqassra ġew ġenerali.

4.

Ir-raba’ motiv: ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tal-użu eżawrjenti tas-setgħat diskrezzjonali essenzjali

Id-deċiżjoni kkontestata tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296(2) TFUE u fl-Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta peress li, fir-rigward tas-setgħat diskrezzjonali tal-konvenut, ma ngħatat ebda spjegazzjoni dwar l-evalwazzjonijiet li saru u għal liema raġunijiet dawn saru. Eżerċizzju arbitrarju tas-setgħat diskrezzjonali tal-konvenut ma jistax għalhekk jiġi eskluż.

5.

Il-ħames motiv: ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba l-assenza ta’ seduta u n-nuqqas ta’ rispett tad-dritt għal smigħ

Bi ksur tal-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta, ir-rikorrenti ma bbenefikatx mid-dritt għal smigħ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u lanqas qabel l-avviż ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet ibbażat fuq din id-deċiżjoni. Lanqas il-konsultazzjoni li saret mill-konvenut ma ppermettiet lir-rikorrenti tieħu pożizzjoni b’mod effettiv u komplet dwar il-kalkolu konkret tal-kontribuzzjonijiet.

6.

Is-sitt motiv: illegalità tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 sa fejn dan jikkostitwixxi l-bażi ta’ abilitazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u kif ukoll illegalità tal-metodoloġija ta’ aġġustament tar-riskji ddefinita fir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 u s-setgħat diskrezzjonali mogħtija lis-SRB

L-Artikoli 4 sa 7 u 9, u kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63, li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, joħolqu sistema mhux trasparenti ta’ ffissar ta’ kontribuzzjonijiet li tmur kontra l-Artikoli 16, 17, 41 u 47 tal-Karta u li ma tiżgurax l-osservanza tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta u l-osservanza tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali. Il-konvenut għandu diversi setgħat diskrezzjonali li l-użu eżawrjenti tagħhom ma jistax jiġi ġġustifikat b’mod komprensibbli u verifikabbli.

7.

Is-seba’ motiv: illegalità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/81 (5) bħala bażi tad-deċiżjoni kkontestata

Id-deċiżjoni kkontestata tikser it-Trattati peress li l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/81 jeċċedi l-limiti stabbiliti mill-Artikolu 70(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 moqri flimkien mal-Artikolu 291 TFUE, u peress li la r-Regolament ta’ Implimentazzjoni u lanqas il-bażi ta’ abilitazzjoni ma huma motivati skont l-Artikolu 296(2) TFUE. Din l-illegalità hija riflessa fid-deċiżjoni kkontestata.

8.

It-tmien motiv: illegalità tad-Direttiva 2014/59/UE u tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 bħala bażi ta’ abilitazzjoni tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/81 u għalhekk tad-deċiżjoni kkontestata

Sussidjarjament, ir-rikorrenti tissottometti li dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/59/UE u tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 li jipprevedu s-sistema ta’ kontribuzzjoni implimentata mir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 b’mod vinkolanti u li jagħtu lill-konvenut setgħat diskrezzjonali eċċessivament wiesa’ huma illegali. Sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet ma humiex miftuħa għal interpretazzjoni konformi mad-dritt primarju, dawn imorru kontra l-prinċipju li l-atti legali għandhom ikunu motivati, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u t-Trattati (b’mod partikolari l-Artikolu 1(2) TUE, l-Artikoli 15, 296 u 298 TFUE) u l-Karta (b’mod partikolari l-Artikoli 16, 17, 41, 42 u 47 tal-Karta).


(1)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).

(2)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

(4)  Sentenza tal-15 ta’ Lulju 2021, Il-Kummissjoni vs Landesbank Baden-Württemberg u SRB, C-584/20 P u C-621/20 P, EU:C:2021:601.

(5)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 15, p. 1).


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/25


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2022 – Volkskreditbank vs SRB

(Kawża T-406/22)

(2022/C 368/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Volkskreditbank AG (Linz, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger u A. Brenneis, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni ex ante tal-2022 (SRB/ES/2022/18), inklużi l-annessi tagħha, f’kull każ sa fejn ir-rikorrenti hija kkonċernata, u

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq tmien motivi identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-395/22, Hypo Vorarlberg Bank vs SRB.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/25


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2022 – QP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-460/22)

(2022/C 368/44)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: QP (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni C (2020) 8550 final tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) eżegwita mill-Portugall favur iż-Żona Ħielsa ta’ Madeira (ŻĦM) – Skema III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-issodisfar tar-rekwiżiti għall-kompatibbiltà tal-iSkema III taż-Żona Ħielsa ta Madeira (iktar ’il quddiem iż-“ŻĦM”), fuq kollox fir-rigward tal-oriġini tad-dħul u tal-ħolqien u ż-żamma ta’ postijiet tax-xogħol fir-reġjun.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq id-dewmien inġustifikat tal-Kummissjoni meta ġiet biex temenda l-verżjonijiet suċċessivi tal-iskema taż-ŻĦM sa fejn din tirreferi għall-kriterju ta’ kalkolu tan-numru ta’ postijiet tax-xogħol maħluqa/miżmuma.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn id-deċiżjoni adottata ma hijiex motivata biżżejjed dwar x’għandu jinftiehem b’postijiet tax-xogħol taż-ŻĦM u dwar l-attività effettiva u materjalment imwettqa f’Madeira.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, fid-dawl tad-dewmien tal-Kummissjoni fil-korrezzjoni tal-elementi tal-istruttura legali taż-ŻĦM u tat-terminu qasir għall-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża mir-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi, minħabba dewmien negliġenti fl-aġir tal-Kummissjoni u minħabba l-għoti tad-deċiżjoni kkontestata.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, minħabba dewmien fl-aġir tal-Kummissjoni u minħabba bidla fis-sistema ta’ għajnuna mill-Istat fis-seħħ għal perijodu regolatorju speċifiku.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/26


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2022 – QQ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-461/22)

(2022/C 368/45)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: QQ (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni C (2020) 8550 final tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) eżegwita mill-Portugall favur iż-Żona Ħielsa ta’ Madeira (ŻĦM) – Skema III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-issodisfar tar-rekwiżiti għall-kompatibbiltà tal-iSkema III taż-Żona Ħielsa ta Madeira (iktar ’il quddiem iż-“ŻĦM”), fuq kollox fir-rigward tal-oriġini tad-dħul u tal-ħolqien u ż-żamma ta’ postijiet tax-xogħol fir-reġjun.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq id-dewmien inġustifikat tal-Kummissjoni meta ġiet biex temenda l-verżjonijiet suċċessivi tal-iskema taż-ŻĦM sa fejn din tirreferi għall-kriterju ta’ kalkolu tan-numru ta’ postijiet tax-xogħol maħluqa/miżmuma.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn id-deċiżjoni adottata ma hijiex motivata biżżejjed dwar x’għandu jinftiehem b’postijiet tax-xogħol taż-ŻĦM u dwar l-attività effettiva u materjalment imwettqa f’Madeira.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, fid-dawl tad-dewmien tal-Kummissjoni fil-korrezzjoni tal-elementi tal-istruttura legali taż-ŻĦM u tat-terminu qasir għall-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża mir-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi, minħabba dewmien fl-aġir tal-Kummissjoni u minħabba l-għoti tad-deċiżjoni kkontestata.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, minħabba dewmien fl-aġir tal-Kummissjoni u minħabba bidla fis-sistema ta’ għajnuna mill-Istat fis-seħħ għal perijodu regolatorju speċifiku.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/27


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2022 – QN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-464/22)

(2022/C 368/46)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: QN (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni C (2020) 8550 final tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) eżegwita mill-Portugall favur iż-Żona Ħielsa ta’ Madeira (ŻĦM) – Skema III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-issodisfar tar-rekwiżiti għall-kompatibbiltà tal-iSkema III taż-Żona Ħielsa ta Madeira (iktar ’il quddiem iż-“ŻĦM”), fuq kollox fir-rigward tal-oriġini tad-dħul u tal-ħolqien u ż-żamma ta’ postijiet tax-xogħol fir-reġjun.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq id-dewmien inġustifikat tal-Kummissjoni meta ġiet biex temenda l-verżjonijiet suċċessivi tal-iskema taż-ŻĦM sa fejn din tirreferi għat-tip ta’ relazzjoni ta’ impjieg, għall-kriterju ta’ kalkolu tan-numru ta’ postijiet tax-xogħol maħluqa/miżmuma u għall-pożizzjoni ġeografika tal-postijiet tax-xogħol.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn id-deċiżjoni adottata ma hijiex motivata biżżejjed dwar x’għandu jinftiehem b’postijiet tax-xogħol taż-ŻĦM u dwar l-attività effettiva u materjalment imwettqa f’Madeira.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, fid-dawl tad-dewmien tal-Kummissjoni fil-korrezzjoni tal-elementi tal-istruttura legali taż-ŻĦM u tat-terminu qasir għall-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża mir-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi, minħabba dewmien fl-aġir tal-Kummissjoni u minħabba l-għoti tad-deċiżjoni kkontestata.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, minħabba dewmien fl-aġir tal-Kummissjoni u minħabba bidla fis-sistema ta’ għajnuna mill-Istat fis-seħħ għal perijodu regolatorju speċifiku.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/27


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2022 – Group of processors and producers of sheepmilk and goatmilk vs EUIPO – Kolios (HALLOUMAKI)

(Kawża T-481/22)

(2022/C 368/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Group of processors and producers of sheepmilk and goatmilk (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister-at-Law u C. Milbradt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kolios AE Elliniki Viomichania Galaktos (Kilkis, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea HALLOUMAKI – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 126 405

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 1941/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO (u lill-intervenjenti, fil-każ li tingħaqad fil-proċedimenti) għall-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (UE) 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/28


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2022 – Multiópticas vs EUIPO – Nike Innovate (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ forom ġeometriċi suwed)

(Kawża T-487/22)

(2022/C 368/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Multiópticas, S. Coop. (Colmenar Viejo, Spanja) (rappreżentanti: M. López Camba u A. Lyubomirova Geleva, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nike Innovate CV (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ forom ġeometriċi suwed) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 154 653

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 1762/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti;

tikkundanna lil Nike Innovate CV għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/29


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2022 – Dr. Rudolf Liebe Nachfolger vs EUIPO – Bit Beauty (ayuna LESS IS BEAUTY)

(Kawża T-490/22)

(2022/C 368/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dr. Rudolf Liebe Nachfolger GmbH & Co. KG (Leinfelden-Echterdingen, il-Germanja) (rappreżentanti: E. Stolz, U. Stelzenmüller, H. Meyerfeldt u J. Weiser, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bit Beauty, SL (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea ayuna LESS IS BEAUTY – Reġistrazzjoni Internazzjonali li tindika l-Unjoni Nru 11 369 553

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 982/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonferma l-oppożizzjoni B 003088668 kollha kemm hi u tiċħad ir-Reġistrazzjoni Internazzjoni Nru 11 369 553 li tindika l-Unjoni;

tikkundanna lill-konvenut, u, skont il-każ, lid-detentur tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali/intervenjent eventwali għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti u għal dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/30


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2022 – Cyprian Iwuć vs EUIPO – Hangzhou XiangHui (Kaxex għall-ippakkjar, kalzetti (sett))

(Kawża T-492/22)

(2022/C 368/50)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Cyprian Iwuć (Sliema, Malta) (rappreżentant: T. Kos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hangzhou XiangHui International Trading Co., Ltd. (Hangzhou, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni “Kaxex għall-ippakkjar, kalzetti (sett)” – Disinn Komunitarju Nru 8 043 228-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 1672/2021-3

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u għaldaqstant tinvalida d-dritt għad-disinn ikkontestat; sussidjarjament, fil-każ li ma jiġix irrikonoxxut in-nuqqas ta’ novità tad-disinn ikkontestat fl-intier tiegħu, abbażi tal-Artikolu 25(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tillimita r-reġistrazzjoni tad-disinn ikkontestat għal kaxxa tal-kartun;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, u tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kollha ta’ din il-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 5(1)(b) u tal-Artikolu 7(1) moqri flimkien mal-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji flimkien mal-Artikolu 28(1)(b) u (v) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/30


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2022 – NSD vs Il-Kunsill

(Kawża T-494/22)

(2022/C 368/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: NKO AO National Settlement Depository (NSD) (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: N. Tuominen, M. Krestiyanova, J.-P. Fierens, C. Vangoidsenhoven u C. Gieskes, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/878 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/883 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2), fl-intier tagħhom sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-atti kkontestati jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li r-raġunament tal-Kunsill huwa vvizzjat minn żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li l-fatti invokati mill-Kunsill huma bla bażi, fattwalment żbaljati, u infondati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-effetti li jirriżultaw mill-atti kkontestati jikkostitwixxu restrizzjoni sproporzjonata tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti protetti, b’mod partikolari, mill-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li peress li l-Kunsill naqas milli jissodisfa l-istandard ta’ prova meħtieġ, sanzjonijiet individwali kontra r-rikorrenti huma illegali.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/878 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 153, p. 15).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/883 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 153, p. 92).


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/31


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2022 – Mordashova vs Il-Kunsill

(Kawża T-497/22)

(2022/C 368/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marina Alexandrova Mordashova (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: T. Bontinck, D. Bogaert, A. Guillerme u L. Burguin, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2022/883/PESK tat-3 ta’ Ġunju 2022 sa fejn tinkludi lir-rikorrenti fin-Nru 1156 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/878 tat-3 ta’ Ġunju 2022 sa fejn jinkludi lir-rikorrenti fin-Nru 1156 tal-Anness I ta’ dan ir-regolament;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, intiż kontra d-Deċiżjoni 2022/883/PESK (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/878 (2), sa fejn jikkonċernawha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-amministrazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta' evalwazzjoni fir-rigward tar-raġunijiet tal-Kunsill.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ drittijiet fundamentali, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra r-rikorrenti u l-indħil inġustifikat fid-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/883 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 153, p. 92).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/878 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 153, p. 15).


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/32


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2022 – Melnichenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-498/22)

(2022/C 368/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Aleksandra Melnichenko (St. Moritz, l-Isvizzera) (rappreżentanti: G. Lansky, P. Goeth u A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/883 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/878 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-inklużjoni tar-rikorrenti tikser illegalment id-drittijiet tar-rikorrenti protetti mill-Artikoli 7, 17 u 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ tar-rikorrenti.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/883 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 153, p. 92).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/878 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 153, p. 15).


26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/33


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2022 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-499/22)

(2022/C 368/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér u G. Koós, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/908 tat-8 ta’ Ġunju 2022 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn din teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni, minħabba l-konstatazzjoni ta’ dgħufijiet, spejjeż fil-qafas tal-għajnuna finanzjarja mogħtija lill-Ungerija bħala għajnuniet diretti diżakkoppjati u appoġġ akkoppjat volontarju għas-snin finanzjarji 2017-2019, u bħala miżuri suġġetti għas-SIAK u ġestjoni tar-riskju (FAEŻR – Żvilupp Rurali) għas-snin finanzjarji 2017-2018, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-esklużjoni hija bbażata fuq erba’ motivi, li tlieta minnhom huma indikati fir-rikors għal annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata tal-Gvern Ungeriż.

F’dak li jirrigwarda l-ewwel bażi legali għal esklużjoni, il-Gvern Ungeriż jibbaża l-argument tiegħu fuq il-fatt li la interpretazzjoni testwali u lanqas interpretazzjoni teleoloġika tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (1) ma jiġġustifikaw l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni li l-kunċett ta’ bidwi attiv għandu jinkludi l-impriżi relatati.

Il-kunċett ta’ grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi ma jistax jiġi assimilat ma’ dak ta’ impriżi relatati, u l-ewwel wieħed ma jinkludix lit-tieni. Din l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni hija, barra minn hekk, miċħuda minn diversi Stati Membri, u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-kontenut tal-laqgħat ta’ konċiljazzjoni bilaterali mal-Istati Membri permezz tas-sistema CircaBC ma jistax jitqies li huwa ta’ natura li joħloq iċ-ċertezza legali fir-rigward ta’ kwistjoni daqshekk kruċjali.

It-tieni motiv għal esklużjoni jirrigwarda l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 809/2014 (2), sa fejn jipprevedi żieda fil-perċentwali ta’ verifiki fuq il-post, ma jagħmilx distinzjoni fosthom abbażi tas-sors tal-livell ta’ żball (għażla bbażata fuq ir-riskju/aleatorja). L-approċċ adottat mill-awtoritajiet Ungeriżi, li jikkonsisti fit-teħid inkunsiderazzjoni biss ta’ ċerti riżultati, rilevanti għall-kalkolu taż-żieda possibbilment neċessarja tal-perċentwali ta’ verifiki, li jinħolqu mill-verifiki fuq il-post magħżula b’mod aleatorju, ma huwiex konformi mar-rekwiżiti regolamentari.

Issa d-dispożizzjonijiet regolamentari rilevanti ma jipprevedux b’mod espliċitu li, sabiex tiġi ddeterminata ż-żieda fir-rata, għandhom jitqiesu wkoll l-iżbalji kkonstatati fl-elementi tal-kampjun li ġew identifikati fil-kuntest ta’ analiżi tar-riskji. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni applikabbli ma jispeċifikawx il-mod kif għandu jkun iddefinit il-kampjun ta’ benefiċjarji li għandhom ikunu suġġetti għal verifika. Fil-fatt, xejn ma jippermetti li jiġi konkluż li l-uniku mod sabiex tinkiseb “żieda korrispondenti” huwa, minflok l-użu ta’ kampjun aleatorju li jirrappreżenta aħjar il-popolazzjoni ta’ verifika, l-għażla ta’ “tqassim proporzjonali” tiegħu għal kampjun magħżul abbażi ta’ analiżi tar-riskji. L-inklużjoni fir-rati globali ta’ żbalji previsti tar-riżultati tal-kampjun magħżul fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji twassal għal riżultat ippreġudikat.

Fl-aħħar nett, it-tielet motiv għal esklużjoni huwa bbażat fuq il-fatt li l-komunikazzjonijiet ta’ avvenimenti relatati mal-annimali ddaħħlu fid-database ta’ reġistrazzjoni tal-annimali mingħajr ebda indikazzjoni dwar it-tardività tal-komunikazzjonijiet. Il-fatt li l-kontroverifiki amministrattivi ma ppermettewx li jiġu identifikati l-komunikazzjonijiet tardivi (lil hinn mit-termini massimi previsti mil-leġiżlazzjoni settorjali, li huwa obbligatorju għall-appoġġ akkoppjat volontarju) jipprekludi t-tnaqqis tal-ħlasijiet tal-appoġġ akkoppjat volontarju u l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi.

Issa dan ma jfissirx li l-awtoritajiet Ungeriżi ma jissanzjonawx il-komunikazzjonijiet tardivi, peress li dawn huma, fil-fatt, issanzjonati fil-kuntest tal-kontrolli tal-kundizzjonalità. Dan ifisser li aġir ta’ dan it-tip ma jitħalliex mingħajr kastig, iżda l-istess aġir ma jiġix issanzjonat darbtejn.


(1)  Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU 2013, L 347, p. 608, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 7).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU 2014, L 227, p. 69).