|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 367/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10850 — ASMENT DE TEMARA / VEOM / JV) ( 1 ) |
|
|
2022/C 367/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10871 — E.ON / FSI / WESTENERGIE BREITBAND) ( 1 ) |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW |
|
|
2022/C 367/03 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 367/04 |
||
|
2022/C 367/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 367/06 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10935 – DNB / DANSKE BANK / SB1 / EIKA / BALDER / VIPPS / MOBILEPAY) ( 1 ) |
|
|
2022/C 367/07 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10840 – INFINIGATE / NUVIAS) ( 1 ) |
|
|
2022/C 367/08 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10863 – HANWHA Q CELLS / ENERCITY / LYNQTECH) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2022/C 367/09 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10909 – KFW / NEDERLANDSE GASUNIE / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 367/10 |
||
|
2022/C 367/11 |
||
|
2022/C 367/12 |
||
|
2022/C 367/13 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10850 — ASMENT DE TEMARA / VEOM / JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 367/01)
Fit 7 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10850. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
26.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10871 — E.ON / FSI / WESTENERGIE BREITBAND)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 367/02)
Fit 7 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10871. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
III Atti preparatorji
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
|
26.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/3 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-28 ta' Lulju 2022
dwar proposta għal regolament li jemenda ir-Regolament dwar id-Depożitorji Ċentrali tat-Titoli
(CON/2022/25)
(2022/C 367/03)
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-13 ta’ April 2022, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill għal opinjoni dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“regolament propost”).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni dwar ir-regolament propost hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), peress li r-regolament propost jittratta (1) il-kompitu bażiku tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) li tippromwovi l-operat bla xkiel tas-sistemi ta’ ħlas skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) TFUE, u l-Artikolu 3.1 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u (2) il-kontribut tas-SEBĊ għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja skont l-Artikolu 127(5) TFUE u l-Artikolu 3.3 tal-Istatut tas-SEBĊ. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet Ġenerali
Il-BĊE jilqa’ r-regolament propost, li jappoġġa kemm il-prijoritajiet tal-Unjoni fl-oqsma tas-swieq kapitali u ta’ wara n-negozjar, kif ukoll waħda mill-azzjonijiet ewlenin fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni tal-2020 dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) biex jiġu żviluppati servizzi ta’ saldu transfruntier. Huwa jagħmel dan, inter alia, billi jissimplifika l-proċess tal-passaportar skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament dwar id-Depożitorji Ċentrali tat-Titoli”, jew is-“CSDR”) u jtejjeb il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u rilevanti. Il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ l-għan ġenerali li tiġi ffaċilitata aktar l-integrazzjoni tas-swieq kapitali billi jitnaqqsu l-ostakli għall-forniment transfruntier tas-servizzi tas-saldu. Ir-regolament propost huwa wkoll allinjat b’mod wiesa’ mal-politiki segwiti internazzjonalment wara l-kriżi finanzjarja globali li feġġet fl-2008-2009, immirati lejn it-tisħiħ tar-reżiljenza u l-effettività ta’ infrastrutturi ewlenin u sistemikament importanti tas-swieq finanzjarji – inklużi sistemi ta’ saldu tat-titoli – bħala prekundizzjoni għal swieq kapitali sodi u robusti, u l-promozzjoni tal-istabbiltà finanzjarja (3).
Osservazzjonijiet speċifiċi
1. Reġim tad-dixxiplina tas-saldu
|
1.1 |
Il-BĊE jilqa’ l-objettiv tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jistabbilixxi kamp ta’ applikazzjoni aktar immirat għar-reġim tad-dixxiplina tas-saldu tas-CSDR billi jindirizza l-imġiba tas-suq li twassal għal ineffiċjenzi tas-saldu, iżda mingħajr ma jippenalizza awtomatikament kull nuqqas ta’saldu individwali irrispettivament mill-kuntest u l-partijiet involuti. Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-funzjonament tar-reġim tad-dixxiplina tas-saldu għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Dan jeħtieġ, inter alia, li ssir distinzjoni bejn, minn naħa, il-nuqqasijiet ta’ saldu li jipproduċu effetti finanzjarji negattivi għall-parti li ma tkunx qed tonqos fi tranżazzjoni finanzjarja, u, min-naħa l-oħra, dawk li jew ma jipproduċu l-ebda effett finanzjarju negattiv jew jaffettwaw biss l-interessi finanzjarji tal-parti li qed tonqos. L-inklużjoni ta’ dawn l-aħħar nuqqasijiet ta’ saldu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġim tad-dixxiplina tas-saldu tkun inkonsistenti mal-għan tar-reġim. Għalhekk, ir-rieżami tar-reġim tad-dixxiplina tas-saldu għandu jieħu bħala l-punt tat-tluq tiegħu l-għan li jiġu sanzjonati biss dawk il-nuqqasijiet ta’ saldu li jirriżultaw f’effetti finanzjarji negattivi għall-kontroparti tal-parti li qed tonqos. |
|
1.2 |
Bl-istess mod, il-BĊE jilqa’ l-esklużjonijiet proposti mir-reġim tad-dixxiplina tas-saldu kemm tan-nuqqas ta’ saldu kkawżat minn fatturi mhux attribwibbli lill-parteċipanti fit-tranżazzjoni, kif ukoll in-nuqqasijiet tas-saldu li jseħħu fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet li ma jinvolvux “żewġ partijiet tan-negozjar”. Madankollu, il-BĊE jistieden lil-leġiżlatur tal-Unjoni biex jikkunsidra li jiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tat-tieni minn dawn iż-żewġ esklużjonijiet proposti, li jista’ jwassal għal interpretazzjonijiet differenti. Il-BĊE jifhem din l-esklużjoni proposta bħala li tinkludi trasferimenti ta’ titoli mingħajr ħlas (FOP) għal kontijiet ta’ titoli f’depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) fil-kuntest tal(d)-(de)mobilizzazzjoni tal-kollateral, kemm jekk dawk it-trasferimenti jkunu bejn partijiet privati kif ukoll jekk bejn membri tas-SEBĊ u l-kontropartijiet tagħhom. Il-BĊE jilqa’ kjarifika espliċita għal dan il-għan fir-regolament propost. F’dan ir-rigward, għandhom jiġu pprovduti aktar kjarifiki dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tat-tieni esklużjoni proposta fl-atti delegati tal-Kummissjoni, biex jiġu speċifikati t-tranżazzjonijiet li ma jitqisux li jinvolvu żewġ partijiet tan-negozjar. Fil-preżent, is-CSDs jistgħu ma jkunux mgħammra biex jidentifikaw struzzjonijiet ta’ saldu li għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġim tad-dixxiplina tas-saldu skont ir-regolament propost. Sabiex tiġi ffaċilitata tali identifikazzjoni, l-atti delegati tal-Kummissjoni jistgħu jinkludu b’mod utli definizzjonijiet li jippermettu li l-esklużjonijiet previsti jiġu identifikati b’mod konkret, u b’hekk jgħinu lis-CSDs sabiex jintlaħaq proċess awtomatizzat. Il-BĊE jinsab lest li jappoġġa lil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-elaborazzjoni ta’ dawn il-kjarifiki, u jinnota li l-abbozzi ta’ atti delegati tal-Kummissjoni jikkwalifikaw bħala “atti proposti tal-Unjoni” għall-finijiet tal-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat, li jipprevedu li l-BĊE għandu jiġi kkonsultat dwar kwalunkwe abbozz ta’ att tal-Unjoni li jaqa’ taħt l-oqsma ta’ kompetenza tiegħu (4). |
|
1.3 |
Barra minn hekk, tali atti delegati tal-Kummissjoni li jispeċifikaw it-tranżazzjonijiet li ma għandhomx jitqiesu li jinvolvu żewġ partijiet tan-negozjar għandhom jikkontemplaw żmien suffiċjenti biex is-CSDs u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jaġġustaw is-sistemi tagħhom. Pereżempju, fir-rigward tat-TARGET2-Securities (T2S), jekk ċerti tranżazzjonijiet għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġim tad-dixxiplina tas-saldu fil-livell tas-CSD, ikun rakkomandabbli djalogu mas-suq biex jgħin fl-identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet potenzjali ta’ implimentazzjoni u soluzzjonijiet possibbli. Fejn l-atti delegati rilevanti tal-Kummissjoni jinvolvu bidliet materjali fit-tfassil tat-T2S, l-implimentazzjoni ta’ tali bidliet tkun teħtieġ żmien sinifikanti. Għalhekk, il-BĊE jirrakkomanda li l-perijodu ta’ 24-il xahar li r-regolament propost jikkontempla bejn l-adozzjoni tas-CSDR rivedut u d-dħul fis-seħħ tal-kamp ta’ applikazzjoni emendat tar-reġim tad-dixxiplina tas-saldu (5) għandu jibda biss mill-adozzjoni tal-atti delegati rilevanti tal-Kummissjoni. |
|
1.4 |
L-eżistenza ta’ xiri sfurzat obbligatorju mmexxi mir-regolament huwa indħil sinifikanti fl-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli u l-funzjonament tas-swieq tat-titoli. Minħabba l-implikazzjonijiet li l-iskjerament mill-Kummissjoni Ewropea ta’ xiri sfurzat obbligatorju jista’ jkollu (inkluż fir-rigward tan-nuqqas ta’ disponibbiltà potenzjali ta’ aġent tax-xiri sfurzat), ikun preferibbli li tiġi skartata għalkollox il-possibbiltà ta’ xiri sfurzat obbligatorju. Kwalunkwe bidla sussegwenti f’dan ir-rigward għandha titħalla għall-kunsiderazzjoni sussegwenti tal-leġislatur tal-Unjoni. |
|
1.5 |
Jekk, madankollu, il-leġiżlatur tal-Unjoni jiddeċiedi li jżomm id-dispożizzjonijiet proposti rigward l-att ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea għall-iskjerament tal-mekkaniżmu obbligatorju ta’ xiri sfurzat, il-BĊE jixtieq jinnota l-punti li ġejjin. L-ewwel nett, il-BĊE jilqa’ r-reviżjonijiet tar-regolament propost għall-mekkaniżmu obbligatorju ta’ xiri sfurzat. L-applikazzjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, ta’ kundizzjonijiet għall-attivazzjoni ta’ mekkaniżmu obbligatorju ta’ xiri sfurzat fir-rigward ta’ ċerti strumenti finanzjarji jew kategoriji ta’ tranżazzjonijiet għandha tintiżen kontra l-impatt ta’ xiri sfurzat obbligatorju fuq il-funzjonament tas-swieq tat-titoli. Barra minn hekk, tali att ta’ implimentazzjoni għandu jqis l-effetti potenzjali tal-mekkaniżmu ta’ xiri sfurzat obbligatorju fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u fuq l-effiċjenza tas-saldu fl-Unjoni (6) – li t-tnejn huma kwistjonijiet li għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt l-oqsma ta’ kompetenza konsultattiva tal-BĊE – u tali att ta’ implimentazzjoni għandu għalhekk jiġi ppreżentat għall-konsultazzjoni tal-BĊE qabel l-adozzjoni tiegħu. Għandu jagħti wkoll lill-parteċipanti fis-suq biżżejjed żmien għall-implimentazzjoni sabiex ikunu jistgħu jiksbu livell ta’ tħejjija operattiva. Rigward ir-rekwiżiti relatati mal-modalitajiet applikabbli għall-eżekuzzjoni tax-xiri sfurzat, huwa importanti li l-ispejjeż tal-eżekuzzjoni ma jkunux sproporzjonati għall-valur skambjat fit-tranżazzjoni sottostanti. Barra minn hekk, f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, jenħtieġ li tingħata xi miżura ta’ flessibbiltà lill-parteċipanti fis-suq li għalihom ikun japplika x-xiri sfurzat f’każ partikolari. Għandu jiġi kkunsidrat approċċ li bih, minflok leġiżlazzjoni li tippreskrivi l-metodu eżatt ta’ twettiq tax-xiri sfurzat, il-parteċipanti fis-suq ikunu meħtieġa jaqblu kuntrattwalment dwar tali dettalji bejniethom. Barra minn hekk, tista’ tingħata għażla lill-parti li ma tkunx qed tonqos biex tiddeċiedi jekk il-proċess ta’ xiri sfurzat għandux jiġi attivat jew le. Din il-flessibbiltà tippermetti lil parti li ma tkunx qed tonqos biex tevita l-piż sproporzjonat tal-implimentazzjoni ta’ bidliet kumplessi operattivi, tekniċi u legali meħtieġa għall-użu tax-xiri sfurzat. |
|
1.6 |
Fl-aħħar nett, il-BĊE jistieden lil-leġiżlatur tal-Unjoni biex jikkunsidra li jeskludi tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe xiri sfurzat obbligatorju. Tranżazzjoni ta’ finanzjament tat-titoli ma toħloqx pożizzjoni miftuħa għalkollox bejn il-partijiet tan-negozjar b’tali mod li tiġġustifika xiri sfurzat kontra l-parti li qed tonqos. Għaldaqstant, l-applikazzjoni ta’ xiri sfurzat obbligatorju fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli ma tkunx proporzjonata mal-intenzjoni tal-leġiżlatur li jnaqqas, permezz ta’ xiri sfurzat obbligatorju, l-għadd ta’ nuqqas ta’ saldu. |
2. Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet rilevanti: rieżami u evalwazzjoni
|
2.1 |
Il-BĊE jilqa’ t-titjib skont ir-regolament propost tar-rwol tal-awtoritajiet rilevanti fl-awtorizzazzjoni tas-CSDs biex jipprovdu servizzi ewlenin u servizzi anċillari tat-tip bankarju, kif ukoll fit-twettiq tar-rieżami u l-evalwazzjoni regolari tas-CSDs, li jirrikonoxxi kif xieraq l-interess leġittimu li tali awtoritajiet għandhom fil-funzjonament bla xkiel tal-infrastrutturi rilevanti. Bl-istess mod, il-BĊE jilqa’ l-approċċ ibbilanċjat tar-regolament propost fir-rigward tal-frekwenza tat-twettiq tar-rieżami u l-evalwazzjoni tas-servizzi ewlenin tas-CSD, kif ukoll il-perijodu itwal ta’ żmien li fih l-awtoritajiet rilevanti jistgħu jipprovdu opinjoni motivata dwar l-awtorizzazzjoni tas-CSDs biex jipprovdu servizzi anċillari tat-tip bankarju. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, ikun hemm mertu fl-allinjament tal-frekwenza minima proposta li biha l-awtoritajiet kompetenti jirrieżaminaw u jevalwaw il-konformità mas-CSDR tas-servizzi anċillari tat-tip bankarju mal-frekwenza tar-rieżami u l-evalwazzjoni tas-servizzi ewlenin tas-CSD. |
|
2.2 |
Fir-rigward tar-rieżami u l-evalwazzjoni tas-servizzi ewlenin tas-CSD, ir-regolament propost jipprevedi li awtorità kompetenti tikkonsulta lill-awtoritajiet rilevanti. Madankollu, l-ebda proċedura korrispondenti mhi kkontemplata fir-rigward tar-rieżami u l-evalwazzjoni ta’ servizzi anċillari tat-tip bankarju. Biex tiġi indirizzata din l-inkonsistenza, il-BĊE jirrakkomanda l-introduzzjoni fir-regolament propost ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni korrispondenti għar-rieżami u l-evalwazzjoni ta’ servizzi anċillari tat-tip bankarju. |
|
2.3 |
Għal dawk il-membri tas-SEBĊ li jaġixxu bħala awtorità rilevanti, tali proċedura ta’ konsultazzjoni tiffaċilita t-twettiq tal-kompitu tas-SEBĊ li tiżgura sistemi tal-ikklerjar effiċjenti u sodi fl-Unjoni. Barra minn hekk, fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ kuljum tagħhom, is-CSDs awtorizzati bħala fornituri ta’ servizzi anċillari tat-tip bankarju jiddependu ħafna fuq is-servizzi tal-bank ċentrali (7), u dan ikompli jiġġustifika l-involviment tal-banek ċentrali. Is-sikurezza u l-effiċjenza tas-saldu tal-flus kontanti fi flus tal-banek kummerċjali huma partikolarment rilevanti għall-banek ċentrali tal-ħruġ, peress li l-ġestjoni inadegwata tar-riskji tal-kreditu u tal-likwidità mis-CSDs li jipprovdu servizzi anċillari tat-tip bankarju tista’ taffettwa l-funzjonament bla xkiel tas-swieq tal-flus. |
|
2.4 |
Fir-rwol tagħhom bħala sorveljanti tas-sistemi tal-ikklerjar u tal-ħlasijiet, il-banek ċentrali għandhom għarfien espert estensiv fil-qasam tas-saldu tal-flus fil-bank ċentrali u l-flus tal-banek kummerċjali (inklużi servizzi anċillari tat-tip bankarju assoċjat), b’mod partikolari mill-perspettiva tal-ġestjoni tar-riskji finanzjarji. Fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ superviżjoni tagħhom, il-banek ċentrali japplikaw qafas li – f’konformità mal-istandards globali – jirrifletti perspettiva sistemika. Għalhekk, l-involviment tagħhom bħala awtoritajiet rilevanti taħt is-CSDR fir-rieżami u l-evalwazzjoni regolari ta’ servizzi anċillari tat-tip bankarju huwa rakkomandabbli. |
3. Kooperazzjoni fost awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet rilevanti: twaqqif ta’ kulleġġi
|
3.1 |
Il-BĊE jilqa’ l-introduzzjoni ta’ kulleġġi ta’ superviżuri sabiex tissaħħaħ il-konverġenza superviżorja u jiġu ffaċilitati l-iskambji ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet involuti (8). Madankollu, l-istruttura tal-kulleġġi tal-passaportar tista’ tibbenefika minn aġġustamenti ulterjuri biex jiġi żgurat, minn naħa, li diversi tipi ta’ attività transfruntiera jkunu koperti u, min-naħa l-oħra, li l-kooperazzjoni fi ħdan il-kulleġġ tkun effiċjenti u ma toħloqx piż fejn tkun meħtieġa l-parteċipazzjoni f’diversi kulleġġi. L-attività tal-passaportar ma tinkludix is-servizzi kollha tas-CSD b’dimensjoni transfruntiera. Għalhekk, il-BĊE jipproponi li jitwessa’ l-ambitu tal-mandat tal-kulleġġi tal-passaportar biex ikopri tipi oħra ta’ attivitajiet transkonfinali, inkluż is-saldu f’muniti barranin rilevanti u t-tħaddim ta’ konnessjonijiet interoperabbli, ħlief għall-konnessjonijiet interoperabbli tas-CSDs li jesternalizzaw xi wħud mis-servizzi tagħhom (relatati ma’ dawk il-konnessjonijiet interoperabbli) lil entità pubblika kif imsemmi fl-Artikolu 19(5) tas-CSDR (9). Il-BĊE jipproponi wkoll li l-kulleġġi tal-passaportar jingħataw isem ġdid bħala kulleġġi ta’ attività transfruntiera. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni fil-kulleġġi hija kruċjali għall-awtoritajiet tal-Istati Membri fejn l-attivitajiet ta’ CSD huma importanti għas-swieq tagħhom. Madankollu, jista’ jkun inqas rilevanti għall-awtoritajiet tal-Istati Membri fejn l-attività ta’ CSD hija limitata, u jenħtieġ li ma tkunx obbligatorja. |
|
3.2 |
Fir-rigward tal-kulleġġi tal-gruppi, il-BĊE jappoġġa l-istabbiliment tagħhom u, b’mod partikolari, l-opzjonalità introdotta fir-regolament propost biex il-kulleġġi jingħaqdu f’kulleġġ wieħed. Barra minn hekk, tista’ tiġi introdotta aktar flessibbiltà billi l-awtorità kompetenti ta’ domiċilju titħalla tistieden lill-awtoritajiet kompetenti u rilevanti minn pajjiżi li mhumiex Stati Membri bħala osservaturi kemm għall-passaportar kif ukoll/jew għall-kulleġġi tal-grupp. |
4. Servizzi anċillari tat-tip bankarju
|
4.1 |
Ir-Regolament propost jinkludi emendi għas-CSDR li jippermettu s-saldu tal-ħlasijiet fi flus kontanti f’sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma minn CSD permezz ta’ CSD ieħor li huwa awtorizzat li jipprovdi servizzi anċillari tat-tip bankarju. Flimkien maż-żieda proposta tal-livell limitu għas-saldu permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula, dawn l-emendi jiffaċilitaw is-saldu f’muniti barranin, u jippromwovu s-saldu transfruntier fl-Unjoni. Fl-istess ħin, ir-rikors potenzjali għal saldu FOP fejn it-trasferimenti ta’ flus u titoli mhumiex kundizzjonali fuq xulxin - u għalhekk iżidu r-riskju tas-saldu - ikun limitat. |
|
4.2 |
Madankollu, il-provvista ta’ servizzi anċillari tat-tip bankarju minn CSDs awtorizzati li jipprovduhom (minn hawn ’il quddiem is-’CSDs bankarji’) lil CSDs oħra (minn hawn ’il quddiem is-’CSDs tal-utenti’) ikollha implikazzjonijiet għall-profil tar-riskju finanzjarju tas-CSDs bankarji u kundizzjonijiet ekwi għas-CSDs u għall-parteċipanti fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli li joperaw is-CSDs, kif ukoll fir-rigward ta’ kunflitti ta’ interess; dawn l-implikazzjonijiet kollha jkunu jeħtieġu li jiġu indirizzati aktar mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Għalhekk, ir-regolament propost jista’ jiġi emendat biex jinkludi l-possibbiltà li jiġu żviluppati standards tekniċi regolatorji biex jiġu indirizzati l-implikazzjonijiet deskritti fil-paragrafi 4.3 sa 4.8 hawn taħt tal-forniment ta’ servizzi anċillari tat-tip bankarju mis-CSDs bankarji lis-CSDs tal-utent. |
|
4.3 |
L-Artikolu 40 tas-CSDR jirrikjedi li s-CSDs jissaldaw il-parti ta’ flus tat-tranżazzjonijiet tat-titoli pproċessati fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli tagħhom permezz ta’ kontijiet miżmuma ma’ bank ċentrali speċifikament għal tranżazzjonijiet denominati fil-munita tal-pajjiż fejn iseħħ is-saldu, fejn dan ikun prattiku u disponibbli. L-emendi previsti mir-regolament propost la għandhom iwasslu għal bidla mhux intenzjonata mis-saldu fi flus tal-bank ċentrali għas-saldu fi flus tal-banek kummerċjali, u lanqas ma għandhom jiddiżinċentivaw l-isforzi tas-CSDs biex jiksbu saldu fi flus tal-bank ċentrali. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li bħalissa, bla ħsara għal eċċezzjoni waħda, il-banek ċentrali nazzjonali kollha tal-Istati Membri jippermettu aċċess għas-saldu tal-flus tal-bank ċentrali għal CSDs mhux domestiċi tal-Unjoni u l-parteċipanti tagħhom. Madankollu, is-saldu fi flus tal-bank ċentrali għal muniti mhux tal-Unjoni jista’ jkun diffiċli biex jinkiseb. |
|
4.4 |
Filwaqt li l-għan tal-emendi previsti mir-regolament propost huwa li jiġi ffaċilitat is-saldu f’muniti barranin (10), dawn jiftħu wkoll il-possibbiltà għas-CSDs bankarji li joffru, mingħajr restrizzjoni, kwalunkwe servizz anċillari ta’ tip bankarju lis-CSDs tal-utent. L-ambitu tas-servizzi li għandhom jiġu offruti mis-CSDs bankarji lis-CSDs tal-utent għandu jkun limitat għal servizzi li huma pprovduti għall-finijiet tas-saldu f’muniti barranin. Limitazzjoni bħal din tipprevjeni lis-CSDs bankarji milli jinvolvu ruħhom f’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet u milli jieħdu riskji eċċessivi. Barra minn hekk, limitazzjoni bħal din tiskoraġġixxi wkoll lis-CSDs tal-utent milli jfittxu s-servizzi ta’ CSDs bankarji fejn, għall-muniti tal-UE, ikun disponibbli wkoll saldu fi flus kontanti fi flus tal-bank ċentrali. |
|
4.5 |
Il-forniment mis-CSDs ta’ servizzi anċillari ta’ tip bankarju lis-CSDs tal-utent ikun jinvolvi skoperturi addizzjonali. B’mod partikolari, is-servizzi li CSD bankarju jista’ jipprovdi lis-CSDs tal-utent jiġġeneraw riskji finanzjarji għas-CSDs (eż. riskji ta’ investiment, ta’ kreditu u/jew ta’ likwidità) (11). Id-daqs ta’ dawn ir-riskji jiddependi fuq l-ambitu tas-servizzi użati mis-CSDs tal-utent u l-valur tal-attività ta’ tali CSDs fuq il-kontijiet mas-CSDs bankarji. Barra minn hekk, jekk is-saldu f’muniti barranin ikun ikkonċentrat f’CSD bankarju wieħed jew tnejn fl-Unjoni, dan jista’ jwassal għal riskju ta’ kontaġju. Ir-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fis-CSDR jistabbilixxu qafas prudenzjali sod u jindirizzaw ir-riskji fir-rigward ta’ servizzi anċillari tat-tip bankarju. Madankollu, l-istabbiliment ta’ miżuri għall-kontroll tar-riskji meta CSD bankarju jipprovdi servizzi lil CSDs tal-utent jista’ jkun kumpless f’kuntest fejn il-parteċipanti tas-CSD tal-utent, kif ukoll l-attività li tiġġenera dawn ir-riskji u l-evoluzzjoni ta’ dawk ir-riskji, ma jkunux taħt il-kontroll dirett ta’ dak is-CSD bankarju. Għalhekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jkollu bżonn jikkontempla l-introduzzjoni ta’ rekwiżit għas-CSDs bankarji biex jiżviluppaw qafas li jelabora dwar kif jistgħu jiġu kkontrollati r-riskji li jirriżultaw mill-attività tas-CSDs tal-utent. B’mod ġenerali, il-BĊE jiffavorixxi approċċ ibbilanċjat immirat biex jiżgura li l-espansjoni potenzjali ta’ din l-attività mis-CSDs bankarji (u, għalhekk, anki ż-żieda fl-iskoperturi għar-riskju, kif ukoll il-konċentrazzjoni u r-riskju potenzjali ta’ kontaġju li jirriżulta minn din l-espansjoni) tkun proporzjonata mal-għan maħsub li jiġi ffaċilitat is-saldu f’muniti barranin mis-CSDs tal-utent, u ma jpoġġix f’riskju s-solidità finanzjarja tas-CSDs bankarji. |
|
4.6 |
Skont ir-regolament propost, is-CSDs bankarji jistgħu jipprovdu servizzi ta’ kklerjar u saldu tal-flus mhux biss lill-parteċipanti tagħhom iżda wkoll lill-parteċipanti tas-CSDs tal-utent. Dan jista’ jwassal għal kunflitti ta’ interess potenzjali fejn CSD bankarju jieħu deċiżjonijiet jew jistabbilixxi politiki li jiffavorixxu l-parteċipanti tiegħu stess jew CSDs fi ħdan l-istess grupp. Dan jista’ jkun partikolarment rilevanti f’sitwazzjoni ta’ kriżi, pereżempju meta jitfaċċaw nuqqasijiet ta’ likwidità mhux previsti jew telf ta’ kreditu skopert. Għalhekk, il-qafas regolatorju għandu jinkludi rekwiżit biex is-CSDs ikollhom fis-seħħ regoli u proċeduri ċari li jindirizzaw kunflitti ta’ interess potenzjali u jimmitigaw ir-riskju ta’ trattament diskriminatorju lejn kwalunkwe CSD tal-utenti u l-parteċipanti tagħhom. |
|
4.7 |
Il-forniment minn CSDs bankarji ta’ servizzi anċillari ta’ tip bankarju lis-CSDs tal-utent jkollu impatt fuq il-profil tar-riskju ta’ dawk is-CSDs bankarji u jista’ jinvolvi wkoll kostijiet addizzjonali u kumplessità operattiva. Mhux is-CSDs bankarji kollha jistgħu jkunu lesti jew kapaċi jżidu l-iskoperturi tagħhom għar-riskji tal-kreditu u tal-likwidità u jallokaw riżorsi sabiex jippermettu l-espansjoni tal-attività tas-saldu f’muniti barranin tas-CSDs tal-utent. Il-BĊE jifhem li l-forniment ta’ servizzi anċillari ta’ tip bankarju lis-CSDs tal-utent tibqa’ deċiżjoni kummerċjali ta’ kull CSD bankarju (b’distinzjoni mill-istabbiliment ta’ konnessjonijiet u aċċess miftuħ għal CSDs oħra, li għandhom jiġu żgurati b’mod sistematiku (12)). |
|
4.8 |
Barra minn hekk, sabiex titrawwem it-trasparenza fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet għall-forniment ta’ servizzi anċillari ta’ tip bankarju, kwalunkwe standard tekniku regolatorju futur għandu jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni li s-CSDs bankarji għandhom jaderixxu magħhom fir-rigward tal-firxa minima ta’ servizzi offruti, kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ tali servizzi u l-kostijiet u r-riskji assoċjati magħhom. Dan jevita l-possibbiltà li CSDs fi ħdan l-istess grupp bħal CSD bankarju jibbenefikaw minn trattament preferenzjali u, għalhekk, jiksbu vantaġġ kompetittiv fuq CSDs tal-utent oħra fir-rigward ta’ servizzi ta’ saldu f’muniti barranin. |
5. Netting
|
5.1 |
Il-BĊE jilqa’ l-introduzzjoni mir-regolament propost ta’ rekwiżit għas-CSDs bankarji biex jimmonitorjaw u jimmaniġġjaw b’mod adegwat kwalunkwe riskju li jirriżulta minn arranġamenti ta’ netting fir-rigward tal-parti ta’ flus tal-mudell ta’ saldu applikat tagħhom (13). Il-BĊE jifhem li hemm CSDs stabbiliti fl-Unjoni li joperaw sistemi ta’ saldu tat-titoli li fihom flus u/jew titoli fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli jiġu saldati fuq bażi netta. Tali CSDs bħalissa mhumiex soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi li jindirizzaw ir-riskji li jirriżultaw mill-arranġamenti ta’ netting tagħhom. |
|
5.2 |
Ir-riskji assoċjati mal-arranġamenti ta’ netting u r-rekwiżiti li huma maħsuba biex jindirizzaw dawk ir-riskji huma riflessi f’diversi prinċipji tal-Prinċipji għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju (PFMIs) maħruġa mill-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu (CPSS) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) (14). Huwa nnotat li r-rekwiżit previst mir-regolament propost kif imsemmi fil-paragrafu 5.1 japplika biss għas-CSDs bankarji. Madankollu, għandu japplika għas-CSDs kollha li jħaddmu sistemi ta’ saldu tat-titoli li jużaw arranġamenti ta’ netting, irrispettivament minn jekk dawk is-CSDs jipprovdux servizzi anċillari ta’ tip bankarju jew le. Minħabba n-natura teknika tar-rekwiżit addizzjonali applikabbli għal tali sistemi skont ir-regolament propost, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi spjegat aktar fl-istandards tekniċi regolatorji, li għalihom il-BĊE jinsab lest li jikkontribwixxi. |
6. Inadempjenza
|
6.1 |
Huwa ta’ benefiċċju li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ inadempjenza fis-CSDR (15), li bħalissa hija limitata għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza kontra parteċipant f’sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma minn CSD (minn hawn ’il quddiem “il-parteċipant tas-CSD”). Għal dak il-għan, id-definizzjoni tista’ tiġi allinjata mad-definizzjoni stabbilita fil-PFMIs (16) (17), li tirreferi għal avvenimenti speċifikati fir-regoli interni tas-CSD bħala li jikkostitwixxu inadempjenza, inklużi avvenimenti relatati ma’ nuqqas li jiġi kkompletat trasferiment ta’ assi skont it-termini u r-regoli tas-sistema kkonċernata. |
|
6.2 |
Huwa ta’ importanza kruċjali li meta parteċipant ta’ CSD ma jkunx jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu meta dawn isiru dovuti, għal kwalunkwe raġuni, is-CSD rilevanti jkun jista’ jieħu azzjoni minnufih biex irażżan it-telf u jillimita l-pressjonijiet tal-likwidità. Għalhekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jkun jixtieq jirrifletti fuq kjarifika li tgħid li CSD għandu l-possibbiltà li jiddetermina avvenimenti addizzjonali li jikkostitwixxu inadempjenza minn parteċipant ta’ CSD, fejn ir-regoli u l-proċeduri ta’ ġestjoni tal-inadempjenza msemmija fis-CSDR ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw avvenimenti materjali li jistgħu jseħħu f’sistema.
Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, il-proposti ta’ abbozzar speċifiċi huma stabbiliti f'dokument ta' ħidma tekniku separat flimkien ma’ test ta' spjegazzjoni f'dan is-sens. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fuq EUR-Lex. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Lulju 2022.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) COM(2022) 120 final.
(2) Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014. p. 1).
(3) Ir-referenza hija għax-xogħol seminali tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja bit-titolu “Reducing the moral hazard posed by systemically important financial institutions - FSB Recommendations and Time Lines” (Tnaqqis tal-perikolu morali kkawżat minn istituzzjonijiet finanzjarji sistemikament importanti - Rakkomandazzjonijiet tal-FSB u Skedi ta’ Żmien”, 20 ta’ Ottubru 2010, disponibbli fuq is-sit web tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja fuq www.fsb.org
(4) Ara l-paragrafu 4.1 tal-Opinjoni CON/2017/39. L-Opinjonijiet kollha tal-BĊE huma ppubblikati fuq EUR-Lex.
(5) Ara l-Artikolu 2 tar-regolament propost.
(6) Ara l-Artikolu 1(2)(b) tar-regolament propost.
(7) Pereżempju, is-CSDs jiddepożitaw il-bilanċi twal tal-flus tagħhom f’kontijiet ma’ banek ċentrali, jorganizzaw il-finanzjament u d-definanzjament tal-attività ta’ saldu tagħhom permezz ta’ trasferimenti permezz ta’ kontijiet b’sistemi ta’ ħlas operati minn banek ċentrali, u jirrikorru għal faċilitajiet ta’ kreditu tal-bank ċentrali bħala sors ewlieni ta’ riżorsi likwidi kwalifikanti.
(8) Ara l-Artikolu 1(9) tar-regolament propost.
(9) L-Artikolu 19(5) tas-CSDR jipprevedi trattament speċjali ta’ tali konnessjonijiet interoperabbli.
(10) Ara l-premessa 25 tar-regolament propost.
(11) Pereżempju, depożiti fl-istess jum/mil-lum għall-għada tal-parteċipanti tas-CSDs tal-utent f’kontijiet ma’ CSD bankarju jeħtieġ li jiġu investiti mill-ġdid, li jwassal għal skoperturi għar-riskju. L-estensjoni tal-kreditu fl-istess jum tista’ tirriżulta f’riskju ta’ kreditu u likwidità f’każ li parteċipant wieħed jew aktar ta’ CSDs mhux bankarji ma jirrimborżawx l-ammonti meta jkunu dovuti. Il-linji ta’ kreditu pprovduti f’diversi muniti mis-CSD bankarju jirrappreżentaw ukoll sors ta’ riskji tas-suq, tal-kreditu u tal-likwidità. Il-ħlasijiet ta’ kupuni jew tifdijiet ta’ titoli maħruġa permezz ta’/miżmuma permezz tas-CSD tal-utent jiġġeneraw ukoll skoperturi tar-riskju fl-istess jum jew mil-lum għall-għada għas-CSD bankarju.
(12) Ara l-Kapitolu III, it-Taqsima 2 tas-CSDR dwar l-aċċess bejn is-CSDs.
(13) Ara l-Artikolu 1(19)(a)(iii) tar-regolament propost.
(14) Ara l-Prinċipji CPSS-IOSCO għall-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji disponibbli fuq is-sit web tal-BIS fuq www.bis.org.
(15) Ara l-Artikolu 2(26) tas-CSDR.
(16) Skont l-Anness H tal-PFMIs: “inadempjenza – Avveniment stipulat fi ftehim li jikkostitwixxi inadempjenza. Ġeneralment, tali avvenimenti huma relatati ma’ nuqqas li jiġi kkompletat trasferiment ta’ fondi jew titoli skont it-termini u r-regoli tas-sistema inkwistjoni.”
(17) F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li l-premessa 6 tas-CSDR tissottolinja l-importanza li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-leġiżlazzjoni relatata mas-CSDR u l-istandards internazzjonali.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/10 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-23 ta' Settembru 2022
(2022/C 367/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
0,9754 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
139,43 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4365 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88201 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,9328 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9565 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
139,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,2335 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,658 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
406,30 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,7543 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9433 |
|
TRY |
Lira Turka |
17,9515 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4828 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3177 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
7,6567 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6846 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,3897 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 381,97 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,3853 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,9442 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5228 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 697,30 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4659 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,217 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,636 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,0456 |
|
MXN |
Peso Messikan |
19,5708 |
|
INR |
Rupi Indjan |
79,0705 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
26.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/11 |
Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2022
(Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE ) Nru 794 /2004 (1) )
(2022/C 367/05)
Ir-rati ta’ bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad iridu jkunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ skont dan ifisser li kellu jiġi miżjud marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tal-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru tiġi kkalkulata wkoll biż-żieda ta’ 100 punti bażi għar-rata bażi.
Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.
It-tabella preċedenti kienet ippubblikata fil-ĠU C 306, 11.8.2022, p. 20.
|
Minn |
Sa |
AT |
BE |
BG |
CY |
CZ |
DE |
DK |
EE |
EL |
ES |
FI |
FR |
HR |
HU |
IE |
IT |
LT |
LU |
LV |
MT |
NL |
PL |
PT |
RO |
SE |
SI |
SK |
UK |
|
1.10.2022 |
… |
1,03 |
1,03 |
0,00 |
1,03 |
6,95 |
1,03 |
1,45 |
1,03 |
1,03 |
1,03 |
1,03 |
1,03 |
0,26 |
11,15 |
1,03 |
1,03 |
1,03 |
1,03 |
1,03 |
1,03 |
1,03 |
7,17 |
1,03 |
6,58 |
1,55 |
1,03 |
1,03 |
1,76 |
|
1.9.2022 |
30.9.2022 |
0,71 |
0,71 |
0,00 |
0,71 |
6,95 |
0,71 |
1,12 |
0,71 |
0,71 |
0,71 |
0,71 |
0,71 |
0,26 |
9,23 |
0,71 |
0,71 |
0,71 |
0,71 |
0,71 |
0,71 |
0,71 |
7,17 |
0,71 |
6,58 |
1,22 |
0,71 |
0,71 |
1,52 |
|
1.8.2022 |
31.8.2022 |
0,38 |
0,38 |
0,00 |
0,38 |
5,73 |
0,38 |
0,81 |
0,38 |
0,38 |
0,38 |
0,38 |
0,38 |
0,26 |
7,67 |
0,38 |
0,38 |
0,38 |
0,38 |
0,38 |
0,38 |
0,38 |
5,81 |
0,38 |
5,10 |
0,82 |
0,38 |
0,38 |
1,19 |
|
1.7.2022 |
31.7.2022 |
0,02 |
0,02 |
0,00 |
0,02 |
5,73 |
0,02 |
0,44 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
0,26 |
6,24 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
5,81 |
0,02 |
5,10 |
0,50 |
0,02 |
0,02 |
1,19 |
|
1.6.2022 |
30.6.2022 |
-0,19 |
-0,19 |
0,00 |
-0,19 |
4,85 |
-0,19 |
0,24 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
0,26 |
6,24 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
4,88 |
-0,19 |
4,40 |
0,22 |
-0,19 |
-0,19 |
1,02 |
|
1.5.2022 |
31.5.2022 |
-0,35 |
-0,35 |
0,00 |
-0,35 |
4,85 |
-0,35 |
0,08 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
0,26 |
5,40 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
4,06 |
-0,35 |
3,38 |
0,08 |
-0,35 |
-0,35 |
0,86 |
|
1.4.2022 |
30.4.2022 |
-0,49 |
-0,49 |
0,00 |
-0,49 |
4,00 |
-0,49 |
0,00 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
0,26 |
4,66 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
3,42 |
-0,49 |
3,38 |
-0,01 |
-0,49 |
-0,49 |
0,66 |
|
1.3.2022 |
31.3.2022 |
-0,49 |
-0,49 |
0,00 |
-0,49 |
4,00 |
-0,49 |
-0,03 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
0,26 |
4,02 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
2,85 |
-0,49 |
2,74 |
-0,04 |
-0,49 |
-0,49 |
0,66 |
|
1.2.2022 |
28.2.2022 |
-0,49 |
-0,49 |
0,00 |
-0,49 |
3,29 |
-0,49 |
-0,03 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
0,26 |
3,17 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
2,04 |
-0,49 |
2,74 |
-0,05 |
-0,49 |
-0,49 |
0,66 |
|
1.1.2022 |
31.1.2022 |
-0,49 |
-0,49 |
0,00 |
-0,49 |
2,49 |
-0,49 |
-0,01 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
0,26 |
2,38 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
1,21 |
-0,49 |
2,27 |
-0,03 |
-0,49 |
-0,49 |
0,51 |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10935 – DNB / DANSKE BANK / SB1 / EIKA / BALDER / VIPPS / MOBILEPAY)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 367/06)
1.
Fis-16 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Vipps AS (“Vipps”, in-Norveġja), |
|
— |
DNB Bank ASA (“DNB”, in-Norveġja), |
|
— |
Sparebank 1 Betaling AS (“SB1”, in-Norveġja), |
|
— |
Eika VBB AS (“Eika”, in-Norveġja), |
|
— |
Balder Betaling AS (“Balder”, in-Norveġja), u |
|
— |
MobilePay A/S (“MobilePay”, id-Danimarka), proprjetà u kkontrollata kollha kemm hi minn Danske Bank A/S (“Danske Bank”, id-Danimarka). |
Vipps u MobilePay se jiġu kkombinati taħt entità ġdida, u DNB, SB1, Eika, Balder, u Danske Bank se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-entità li għadha kif inħolqot.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Vipps hija fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas mobbli fin-Norveġja. Vipps toffri servizzi ta’ pagament adattati għal varjetà ta’ sitwazzjonijiet ta’ pagament differenti, inklużi pagamenti minn persuna għal oħra (person-to-person, “P2P”), pagament fuq il-post (payment on site, “POS”), fattura u pagamenti online (Kummerċ elettroniku), |
|
— |
MobilePay tipprovdi servizzi ta’ pagament fid-Danimarka li joffru servizzi ta’ pagament mobbli adattati għal varjetà ta’ sitwazzjonijiet ta’ pagament differenti, inklużi POS, P2P, fattura u kummerċ elettroniku, |
|
— |
DNB huwa bank ta’ servizz sħiħ u l-kumpanija prinċipali ta’ DNB Group u huwa kkwotat fil-Borża ta’ Oslo. DNB Group jipprovdi servizzi bankarji, ta’ investiment, ta’ assikurazzjoni, ta’ ġestjoni tal-assi u ta’ proprjetà immobbli lil klijenti mhux professjonali, klijenti korporattivi u s-settur pubbliku, |
|
— |
SB1 hija kumpanija azzjonista li bħalissa hija proprjetà ta’ 14-il bank Norveġiż indipendenti bl-isem ta’ “Sparebank 1” li jikkooperaw fuq pjattaforma komuni u b’marka komuni, |
|
— |
Eika hija kumpanija azzjonista li hija parti mill-Eika Alliance, alleanza li bħalissa tikkonsisti minn 63 bank Norveġiż indipendenti, |
|
— |
Balder hija kumpanija azzjonista li bħalissa hija proprjetà ta’ 13-il bank Norveġiż indipendenti, |
|
— |
Danske Bank hija kumpanija tas-servizzi finanzjarji bbażata fin-Nordiċi inkorporata fid-Danimarka. Danske Bank huwa bank b’servizz sħiħ li jipprovdi servizzi bankarji lill-konsumaturi u bl-ingrossa, skema tal-pensjonijiet, assikurazzjoni tal-ħajja, finanzjament ipotekarju, ġestjoni tal-assi, senserija, proprjetà immobbli u servizzi ta’ lokazzjoni lil konsumaturi, klijenti korporattivi, u s-settur pubbliku. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10935 - DNB / DANSKE BANK / SB1 / EIKA / BALDER / VIPPS / MOBILEPAY
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
26.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/14 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10840 – INFINIGATE / NUVIAS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 367/07)
1.
Fis-16 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Infinigate Holding AG (“Infinigate”, l-Iżvizzera), li finalment hija kkontrollata minn Bridgepoint Group plc (ir-Renju Unit), |
|
— |
RPE Investments Limited (“RPE”, ir-Renju Unit), finalment ikkontrollata minn Rigby Group (RG) plc (UK). |
Infinigat se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ RPE kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Infinigate hija distributur bl-ingrossa ta’ prodotti tal-IT b’enfasi fuq prodotti taċ-ċibersigurtà (inklużi firewalls, gateways VPN, sistemi ta’ detezzjoni u prevenzjoni ta’ intrużjoni, kriptaġġ, protezzjoni kontra l-virus, soluzzjonijiet ta’ sigurtà tal-posta elettronika u tal-kontenut, u soluzzjonijiet ta’ sigurtà bbażati fuq il-cloud) fl-Ewropa tal-Punent, |
|
— |
RPE hija l-kumpanija azzjonista ta’ Nuvias Group (“Nuvias”), li jikkonsisti minn Nuvias Group Ltd (ir-Renju Unit) u Nuvias UC Overseas Limited (ir-Renju Unit). Nuvias huwa distributur bl-ingrossa ta’ prodotti tal-IT, b’enfasi fuq prodotti taċ-ċibersigurtà u soluzzjonijiet ta’ networking fl-Ewropa tal-Punent. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10840 – INFINIGATE / NUVIAS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
26.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/15 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10863 – HANWHA Q CELLS / ENERCITY / LYNQTECH)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 367/08)
1.
Fid-19 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Hanwha Q CELLS GmbH (“Hanwha Q CELLS”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Hanwha Corporation (ir-Repubblika tal-Korea), |
|
— |
Enercity digital GmbH (“enercity”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Versorgungs- und Verkehrsgesellschaft Hannover mbH (“VVG”, il-Ġermanja), |
|
— |
LynqTech GmbH (“LynqTech”, il-Ġermanja), bħalissa kkontrollata minn enercity. |
Hanwha Q CELLS u enercity jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ LynqTech kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Hanwha Q CELLS: fornitur ta’ soluzzjoni tal-enerġija b’kamp ta’ applikazzjoni kummerċjali li jvarja mill-midstream ta’ ċelloli u moduli għal soluzzjonijiet solari downstream għal bini residenzjali, kummerċjali u industrijali, kif ukoll għal impjanti tal-enerġija solari kbar, |
|
— |
enercity: fornitur ta’ servizzi ta’ utilità li tqassam l-elettriċità, il-gass naturali, it-tisħin distrettwali, l-enerġija mill-injam u l-ilma tax-xorb. Barra minn hekk, toffri servizzi relatati mal-enerġija u tħaddem impjanti tal-enerġija u impjanti tal-enerġija għas-sħana għat-tisħin distrettwali, kif ukoll impjanti tal-bijogass. Enercity hija finalment ikkontrollata minn VVG, kumpanija azzjonista li hija proprjetà tal-Belt ta’ Hanover u tar-Reġjun ta’ Hanover. VVG hija attiva fit-trasport pubbliku, fl-infrastruttura (ferrovija ħafifa) u fis-servizzi ta’ utilità, |
|
— |
LynqTech: l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, it-tħaddim, il-kummerċjalizzazzjoni u l-liċenzjar ta’ soluzzjonijiet ta’ bejgħ ibbażati fuq l-IT għall-kumpaniji (bidu ta’ kuntratt għall-kontabbiltà), b’mod partikolari fis-settur tal-enerġija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10863 – HANWHA Q CELLS / ENERCITY / LYNQTECH
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
26.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/17 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10909 – KFW / NEDERLANDSE GASUNIE / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 367/09)
1.
Fis-16 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Kreditanstalt für Wiederaufbau (“KfW”, il-Ġermanja), proprjetà tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Istati Federali tal-Ġermanja, |
|
— |
N.V. Nederlandse Gasunie (“Nederlandse Gasunie”, in-Netherlands) li hija finalment il-kumpanija prinċipali tal-grupp ta’ kumpaniji Gasunie (“Gasunie Group”, in-Netherlands). |
|
— |
German LNG Terminal GmbH (“GLNG”, il-Ġermanja), proprjetà kollha kemm hi ta’ Nederlandse Gasunie. |
KfW u Nederlandse Gasunie se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ GLNG.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
KfW huwa bank promozzjonali nazzjonali li għandu l-għan li jappoġġa t-titjib sostenibbli tal-kundizzjonijiet tal-għajxien ekonomiċi, soċjali u ekoloġiċi madwar id-dinja f’isem ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Istati Federali, |
|
— |
Nederlandse Gasunie tiżviluppa, timmaniġġa u żżomm l-infrastruttura tal-enerġija, jiġifieri networks tat-trasport tal-gass, pipelines ta’ tranżitu internazzjonali, faċilitajiet tal-ħżin tal-gass, installazzjonijiet tal-konverżjoni tal-gass u infrastruttura tal-LNG, kif ukoll pjattaformi virtwali għan-negozjar tal-gass. |
3.
GLNG għandha l-għan li tibni, tippossjedi, u tħaddem faċilità tal-gassifikazzjoni mill-ġdid tal-Gass Naturali Likwifikat (Liquefied Natural Gas, “LNG”) (it-“Terminal”) fi Brunsbüttel, fit-Tramuntana tal-Ġermanja. Il-kamp ta’ applikazzjoni previst tat-Terminal huwa t-tħaddim ta’ terminal tal-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-LNG.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10909 – KFW / NEDERLANDSE GASUNIE / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/19 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 367/10)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Alsace grand cru Schoenenbourg”
PDO-FR-A0418-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 20.7.2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Referenza addizzjonali
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima II, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġew miżjuda l-ismijiet użati li ġejjin: “Sylvaner” u “Pinot noir”, kif ukoll il-varjetajiet tad-dwieli korrispondenti, rispettivament: “sylvaner B” u “pinot noir N”.
L-isem użat “Sylvaner” ġie miżjud biex jiġi kkoreġut nuqqas fl-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-ewwel verżjoni tispeċifika, fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 1(b), li l-varjetajiet tad-dwieli awtorizzati “jistgħu jiġu vinifikati u kkummerċjalizzati bl-isem rispettiv tagħhom”, iżda l-isem korrispondenti użat ma kienx ġie inkluż fil-lista ta’ ismijiet użati possibbli. Deċiżjoni nazzjonali, li ttieħdet qabel l-approvazzjoni tal-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kienet żiedet il-varjetà tad-dwieli sylvaner B ma’ dawk awtorizzati għall-produzzjoni ta’ nbejjed bid-denominazzjoni tal-oriġini “Alsace grand cru Zotzenberg”, b’kunsiderazzjoni tad-drawwiet lokali u r-reputazzjoni ta’ dawn l-inbejjed.
L-isem użat “Pinot noir” ġie miżjud fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”. Din l-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta’ nbid aħmar hija bbażata fuq l-anterjorità, il-fama u l-karatteristiċi tal-inbejjed magħmulin bl-għeneb tal-varjetà pinot noir N prodotti fl-irqajja’ tal-art demarkati għal dawn id-denominazzjonijiet “Alsace grand cru”. Il-varjetà pinot noir N hija l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għal dawn l-inbejjed ħomor.
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima II, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-varjetajiet ta’ għeneb muscat à petits grains li jikkorrispondu għall-isem użat “Muscat”, ġew miżjuda l-kelmiet “blancs” u “roses” mal-isem ta’ dawn il-varjetajiet tad-dwieli sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Dawn l-emendi ma jinvolvu l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
2. Tipi ta’ prodotti
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test ġie emendat biex jiġi indikat li d-denominazzjonijiet ta’ oriġini koperti minn din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma għadhomx esklużivament denominazzjonijiet riżervati għall-inbejjed bojod bla gass.
Id-denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru” riżervati għall-inbejjed bojod u ħomor bla gass jissemmew b’isimhom (“Alsace grand cru Hengst”, “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”).
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
3. Żona ġeografika
Ġie miżjud paragrafu fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex issir referenza għad-dati li fihom iż-żona ġeografika ġiet ivvalidata mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-INAO u biex jiġi indikat ir-repożitorju tad-definizzjoni tal-perimetru taż-żona, il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021, kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-indikazzjoni tagħmilha possibbli li d-demarkazzjoni taż-żona tiġi żgurata legalment.
L-introduzzjoni tar-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021 tinvolvi l-aġġornament tal-lista tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet. Għalhekk, il-muniċipalitajiet ta’ Kientzheim u Sigolsheim tneħħew, u t-territorju tagħhom issa huwa anness mal-muniċipalità ta’ Kaysersberg Vignoble.
Dawn l-emendi editorjali ma jibdlux il-perimetru taż-żona ġeografika.
Fil-punt 1 ġew miżjuda wkoll is-sentenzi li ġejjin:
“Il-mapep taż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO.
Il-kunsill lokali tal-muniċipalità li tinsab parzjalment fit-territorju għandu mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika.”
Dawn l-emendi jinvolvu emenda għall-punt 6 tad-Dokument Uniku.
4. Żona tal-irqajja’ tal-art demarkata
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
|
— |
fl-ewwel paragrafu, ġiet miżjuda l-informazzjoni “6 u 7 ta’ Settembru 2006”, li tikkorrispondi għad-data ta’ approvazzjoni taż-żona tal-irqajja’ tal-art mill-kumitat nazzjonali kompetenti, sabiex jiġi kkoreġut nuqqas. |
|
— |
fit-tieni paragrafu, il-kitba ġiet emendata biex tirrifletti l-bidliet fl-ismijiet tal-muniċipalitajiet li saru fit-Taqsima IV, il-punt 1. |
|
— |
il-kolonna “Muniċipalitajiet” tat-tabella ġiet aġġornata biex tikkorrispondi mal-ismijiet tal-muniċipalitajiet elenkati fit-Taqsima IV, il-punt 1. |
Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
5. Żona fil-viċinanza immedjata
Ġie emendat paragrafu fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex jiġi indikat ir-repożitorju tad-definizzjoni tal-perimetru taż-żona, il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021, kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-indikazzjoni tagħmilha possibbli li d-demarkazzjoni taż-żona tiġi żgurata legalment.
L-introduzzjoni tar-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021 tinvolvi l-aġġornament tal-lista tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet. Għalhekk tħassar l-isem tal-muniċipalità ta’ Kaysersberg u ġie miżjud dak tal-muniċipalità ta’ Kaysersberg Vignoble, flimkien mal-informazzjoni li din il-muniċipalità hija inkluża biss għall-parti tat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg.
Dawn l-emendi editorjali ma jemendawx il-perimetru taż-żona fil-viċinanza immedjata.
Dawn l-emendi jinvolvu emenda għall-punt 9 tad-Dokument Uniku.
6. Varjetajiet tal-għeneb
Fl-Kapitolu I, it-Taqsima V, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie miżjud il-kliem “– għall-inbejjed bojod: ” u “– għall-inbejjed ħomor: il-varjetà tad-dwieli pinot noir N”, minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”. Il-varjetà pinot noir N hija l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għal dawn l-inbejjed ħomor. Hija wkoll l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għall-produzzjoni ta’ nbid aħmar fid-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace”.
Fit-Taqsima V, il-punt 1(a), (b) u (e), u l-punt 2(b), il-kelmiet “blancs” u “roses” ġew miżjuda mal-isem tal-varjetajiet ta’ muscats à petits grains sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn l-emendi.
7. Densità tat-tħawwil
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie miżjud il-kliem: “Għall-produzzjoni ta’ nbid abjad” u “Għall-produzzjoni ta’ nbid aħmar” biex issir distinzjoni bejn id-densitajiet minimi tat-tħawwil skont il-kulur tal-inbejjed. Dawn id-densitajiet huma indikati għad-denominazzjonijiet li jistgħu jipproduċu nbejjed ħomor.
Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn iż-żidiet.
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet speċifikata d-data effettiva tal-applikazzjoni tar-regola dwar il-possibbiltà li d-densità tiġi adattata permezz tal-qlugħ tas-siġar: “il-25 ta’ Ottubru 2011”, li tissostitwixxi l-formulazzjoni “fid-data tal-approvazzjoni ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott”.
Din l-emenda tinvolvi emenda għall-punt 5 tad-Dokument Uniku.
8. Regola taż-żbir
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-inbejjed bojod, ir-regola dwar in-numru ta’ għejun għal kull metru kwadru tal-erja tal-art, li kienet tvarja skont il-varjetà tad-dwieli, tneħħiet u minflokha ddaħħlet regola waħda ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.
Dan l-iżvilupp jippermetti l-armonizzazzjoni tal-kitba bejn l-Ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini ta’ Alsace, u li jiġu ssimplifikati l-metodi ta’ kontroll.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
Fil-bidu tas-sentenza ġie miżjud il-kliem “Għall-inbejjed bojod,” minħabba l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass li saret fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.
Ġiet miżjuda r-regola dwar iż-żbir għall-inbejjed ħomor, bin-numru massimu ta’ għejun għal kull pjanta stabbilit għal 14. Dan huwa aktar baxx min-numru awtorizzat għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod. Din ir-regola tippermetti l-konsistenza mar-rendiment u l-produzzjoni ta’ għeneb ta’ kwalità.
Dawn l-aħħar emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
9. Regoli dwar il-kannizzar u l-għoli tal-faxxina
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tneħħa l-għoli massimu tal-wajer ta’ appoġġ tal-arkata u nbidel il-metodu tal-kejl tal-għoli tal-faxxina fuq il-kannizzati.
Dawn il-bidliet jagħmluha possibbli li l-għoli tal-faxxina jiġi osservat waqt it-tkabbir, li qabel kien isir biss b’obbligu tal-mezzi.

10. Tagħbija massima medja fuq ir-roqgħa tal-art
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(d) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-valur tat-tagħbija massima medja fuq ir-roqgħa tal-art tnaqqas minn 10 000 għal 8 500 kilogramma għal kull ettaru, għall-inbejjed bojod, f’konformità mat-tnaqqis fir-rendiment għal dawn l-inbejjed.
Ġie stabbilit valur għall-inbejjed ħomor, li huwa inqas minn dak stabbilit għall-inbejjed bojod, f’konformità mar-rendiment ta’ dawn l-inbejjed.

11. Maturazzjoni tal-għeneb u qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VII, il-punt 2(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-tabella ġiet emendata biex titqies l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass li saret fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.
Għal dawn id-denominazzjonijiet tal-inbejjed ħomor “Alsace grand cru”, ġew stabbiliti l-kontenut minimu ta’ zokkor tal-għeneb fil-mument tal-ħsad u l-qawwa alkoħolika naturali minima tiegħu skont il-volum.
Dawn l-indikazzjonijiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.
Għall-inbejjed bojod, il-valuri minimi tal-kontenut taz-zokkor tal-għeneb żdiedu b’2 jew 3 grammi għal kull litru ta’ most sabiex tiġi rrispettata l-istess differenza ta’ 1 % vol. bil-valuri għal kull qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum, bħal fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-korp ta’ protezzjoni u ġestjoni għażel li għall-kalkolu tat-trasformazzjoni tal-grammi taz-zokkor fl-alkoħol, juża l-valur ta’ 17-il gramma zokkor għal kull 1 % vol. għall-inbejjed bojod, filwaqt li fil-verżjoni inizjali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kien uża l-valur ta’ 16,83. Dan il-valur ta’ 17 kien irrakkomandat mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-INAO meta ġiet stabbilita l-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

12. Rendimenti
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VIII, il-punti 1 u 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tnaqqsu kemm ir-rendimenti kif ukoll ir-rendimenti ta’ limitu, u b’hekk sar possibbli kontroll tal-kwalità aħjar għall-inbejjed bojod u għall-inbejjed bojod bl-indikazzjoni “Vendanges tardives”, f’konformità mal-istruttura ġerarkika tad-denominazzjonijiet tar-reġjun ta’ Alsace.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat fir-rigward tar-rendimenti massimi (ir-rendimenti ta’ limitu).
Ġie miżjud il-kliem “Inbejjed bojod” għall-inbejjed mingħajr indikazzjoni, minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.
Ir-rendiment u r-rendiment ta’ limitu għall-inbejjed ħomor ġew stabbiliti skont l-istruttura ġerarkika tad-denominazzjonijiet fir-reġjun ta’ Alsace, u għalhekk f’valuri aktar baxxi għal dawn id-denominazzjonijiet tal-grand cru.
Dawn l-emendi tal-aħħar ma jemendawx id-Dokument Uniku.
13. Fermentazzjoni malolattika, kontenut ta’ zokkor fermentabbli għall-inbejjed ħomor
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie speċifikat li l-fermentazzjoni malolattika titlesta għall-inbejjed ħomor.
Sabiex tiġi kkontrollata din ir-regola, ġie stabbilit kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru jew inqas fl-istadju tal-imballaġġ.
Fit-Taqsima IX, il-punt 1(d), għall-inbejjed ħomor, ġie stabbilit kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ żewġ grammi jew inqas għal kull litru wara l-fermentazzjoni.
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.
14. Projbizzjoni taż-żieda tal-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum għall-inbejjed ħomor
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(e) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie speċifikat li l-inbejjed ħomor ma jiġux imsaħħa. Din ir-restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed hija konsistenti mad-demarkazzjoni tal-irqajja’ tal-art għall-produzzjoni tal-għeneb, id-densità minima tat-tħawwil, ir-regoli dwar iż-żbir u l-valuri baxxi tar-rendiment.
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.
15. Kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni għall-vinifikazzjoni
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(g) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-koeffiċjent għall-kalkolu tal-kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni għall-vinifikazzjoni tnaqqas.
Il-proporzjon bejn il-volum tal-ħsad preċedenti u l-kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni ma għandux għalfejn ikun għoli daqshekk.

16. Data tat-tqaddim u tat-tqegħid fis-suq għall-konsumatur għall-inbejjed ħomor
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie stabbilit perjodu minimu ta’ tqaddim għall-inbejjed ħomor sal-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad. L-inbejjed prodotti bl-għeneb tal-varjetà pinot noir N minn dawn it-terroirs jeħtieġu perjodu ta’ żmien minimu biex jesprimu tajjeb il-karatteristiċi tagħhom.
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 5(a), ġie indikat li wara li jintemm il-perjodu ta’ tqaddim, l-inbejjed ħomor jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur biss mill-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

17. Spezzjoni tal-lottijiet imballati
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 3(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tneħħiet ir-regola dwar iż-żamma ta’ fliexken kampjuni biex jintwerew fi spezzjoni tal-lottijiet imballati.
Din ir-regola hija miżura ta’ kontroll li hija rreġistrata fil-pjan ta’ kontroll.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
18. Ħażna tal-inbejjed imballati
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġew speċifikati l-karatteristiċi tal-post tal-ħażna tal-inbejjed imballati.
Dan jagħmilha aktar faċli għall-operaturi biex jifhmu din ir-regola, u jiffaċilita l-ispezzjoni.

19. Fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta maż-żona ġeografika
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 1(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test ġie emendat biex jitqies ir-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst” u “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”:
|
— |
ġiet miżjuda l-informazzjoni li ġejja għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Hengst”: rikonoxximent fl-2022 għall-inbejjed ħomor, hija awtorizzata biss il-varjetà tad-dwieli pinot noir N, id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 5 500 pjanta għal kull ettaru għall-produzzjoni tal-inbid aħmar, dawn l-inbejjed ma jiġux imsaħħa, u jridu josservaw perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 10 xhur. |
|
— |
ġiet miżjuda l-informazzjoni li ġejja għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”: rikonoxximent fl-2022 għall-inbejjed ħomor, hija awtorizzata biss il-varjetà tad-dwieli pinot noir N, id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 5 000 pjanta għal kull ettaru għall-produzzjoni tal-inbid aħmar, dawn l-inbejjed ma jiġux imsaħħa, u jridu josservaw perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 10 xhur. |
Fit-Taqsima X, il-punt 1(b), tneħħiet l-informazzjoni li r-rikonoxximent ta’ dawn iż-żewġ denominazzjonijiet ta’ oriġini kien ibbażat fuq varjetajiet ta’ għeneb abjad, u l-kliem “għall-inbejjed bojod” ġie miżjud fejn meħtieġ biex it-test jinftiehem aħjar.

Il-kelmiet “blancs” u “roses” ġew miżjuda mal-ismijiet tal-varjetajiet ta’ muscats à petits grains sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dawn iż-żidiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.
20. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet miżjuda deskrizzjoni tal-aspett viżiv tal-inbejjed bojod sabiex jiġu karatterizzati aħjar.
Rigward l-ewwel żewġ tipi ta’ nbejjed deskritti: “Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.”
Rigward l-aħħar żewġ tipi ta’ nbejjed deskritti: “Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.”
Il-punt 4 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
Id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi prinċipali tal-inbejjed ħomor ġiet miżjuda għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst” u “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”.
Dawn id-deskrizzjonijiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.
21. Rabta maż-żona ġeografika
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għad-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst”, l-informazzjoni dwar ir-rabta bejn l-oriġini ġeografika u l-karatteristiċi tal-inbejjed, li tista’ tapplika wkoll għall-inbejjed ħomor ta’ din id-denominazzjoni, hija ssupplimentata b’informazzjoni speċifika għall-inbejjed ħomor.
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.
22. Miżuri tranżizzjonali
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XI, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-konformità mal-emendi tal-Kapitolu I, it-Taqsima VI, l-għoli massimu tal-wajer ta’ appoġġ tal-arkata tħassar u n-numru massimu ta’ għejun għal kull pjanta tnaqqas.

23. Indikazzjoni obbligatorja tal-kontenut taz-zokkor fuq it-tikkettar u mezzi oħra ta’ informazzjoni għall-inbejjed bojod
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XII, il-punt 2(d) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iddaħħal test ġdid, bħala sostituzzjoni, sabiex l-indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor kif definit fir-Regolament (UE) 2019/33, li attwalment hija fakultattiva, issir obbligatorja.
Din l-indikazzjoni tgħin lill-konsumatur jifhem aħjar it-tip ta’ nbid.
Din ir-regola l-ġdida ma tapplikax għall-inbejjed bl-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”.
Il-punt 9 tad-Dokument Uniku ġie ssupplimentat.
Fit-Taqsima XII, l-ittra d tal-punt 2 saret l-ittra e.

24. Dikjarazzjoni minn qabel tal-użu tal-irqajja’ tal-art
Fil-Kapitolu II, it-Taqsima I, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet miżjuda kjarifika mar-regoli relatati mad-dikjarazzjoni minn qabel tal-użu tal-irqajja’ tal-art ippreżentata mill-operatur lill-korp ta’ protezzjoni u ġestjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace grand cru”, f’każ li jieqaf jipproduċi din id-denominazzjoni.

DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet
Alsace grand cru Schoenenbourg
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1.
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
L-inbejjed huma nbejjed bojod bla gass.
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 12,5 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 11 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra. Wara t-tisħiħ, l-inbejjed ma jkollhomx qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 15 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G u 14 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bojod għat-tqaddim per eċċellenza huma kkaratterizzati minn freskezza evidenti bbażata fuq aċidità tartarika dominanti relatata mal-maturità tajba tal-għeneb. L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat b’ismijiet użati, sakemm l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat. Għandhom palat sħiħ, huma kumplessi u għandhom riħa qawwija ħafna b’varjetà ta’ sfumaturi aromatiċi. B’togħma li ddum tintiegħem, isiru aktar kumplessi biż-żmien.
It-tipi differenti huma: – l-inbejjed xotti, minerali; – l-inbejjed aromatiċi, tal-frott, magħquda, rikki. Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Denominazzjoni ssupplimentata b’“Vendanges Tardives”
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 16 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 14,5 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.

L-inbejjed bl-indikazzjoni “vendanges tardives” (ħsad tardiv) spiss ikollhom aromi eżotiċi ħafna ta’ frott ippreżervat u b’finitura friska. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.

3. Denominazzjoni ssupplimentata b’“Sélection de grains nobles”
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 18,2 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 16,4 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.

L-inbejjed bl-indikazzjoni “sélection de grains nobles” (għażla ta’ żrieragħ nobbli) huma nbejjed aktar ikkonċentrati, qawwija, li spiss ikollhom aromi ta’ pejst tal-frott. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.

5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1.
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru.
Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn il-flanni ta’ aktar minn żewġ metri.
Id-dwieli għandhom distanza bejn il-flanni ta’ mill-inqas 0,75 metri u mhux aktar minn 1,50 metru.
Mill-25 ta’ Ottubru 2011, il-qlugħ tas-siġar tal-flanni f’roqgħa tal-art ma jistax jirriżulta f’distanza ta’ aktar minn tliet metri bejn il-flanni l-aktar wisgħin.
2.
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru qosra bil-metodu Guyot sempliċi jew doppju b’massimu ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.
3.
Prattika tal-kultivazzjoni
L-inbejjed huma magħmula minn għeneb maħsud bl-idejn.
4.
Prattika enoloġika speċifika
Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum medja ma tistax taqbeż:
0,5 % vol. għall-inbejjed mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G,
1,5 % vol. għall-inbejjed minn varjetajiet tad-dwieli oħrajn.
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” ma jiġux imsaħħa.
5.
Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed
L-użu taċ-ċana huwa pprojbit.
6.
Prattika enoloġika speċifika
Prattika enoloġika speċifika
L-inbejjed jitħallew jiqdiemu mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” jiġu mqaddma mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tat-tieni sena ta’ wara dik tal-ħsad.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Rendiment-Denominazzjoni ssupplimentata b’“vendanges tardives” jew le 60 ettolitru għal kull ettaru |
|
2. |
Rendiment-Denominazzjoni ssupplimentata b’“sélection de grains nobles” 48 ettolitru għal kull ettaru |
6. Żona ġeografika demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:
|
— |
Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Ammerschwihr, Beblenheim, Bennwihr, Bergheim, Bergholtz, Eguisheim, Gueberschwihr, Guebwiller, Hattstatt, Hunawihr, Ingersheim, Katzenthal, Mittelwihr, Niedermorschwihr, Orschwihr, Pfaffenheim, Ribeauvillé, Riquewihr, Rodern, Rouffach, Saint-Hippolyte, Soultzmatt, Thann, Turckheim, Vieux-Thann, Voegtlinshoffen, Westhalten, Wettolsheim, Wintzenheim, Wuenheim, Zellenberg. Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Kientzheim u ta’ Sigolsheim biss. |
|
— |
Id-département ta’ Bas-Rhin: Andlau, Barr, Bergbieten, Blienschwiller, Dahlenheim, Dambach-la-Ville, Eichhoffen, Kintzheim, Marlenheim, Mittelbergheim, Molsheim, Nothalten, Scharrachbergheim-Irmstett, Wolxheim. |
Il-kunsill lokali tal-muniċipalitajiet li jinsabu parzjalment fit-territorju għandhom mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika.
Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Gewurztraminer Rs
Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato
Muscat à petits grains blancs B – Muscat, Moscato
Muscat à petits grains roses Rs – Muscat, Moscato
Pinot gris G
Riesling B
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Schoenenbourg” hija bbażata fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli li jikkaratterizzaw il-vinji ta’ Alsace, u tisfrutta wieħed mill-aqwa postijiet tar-reġjun. Mistura fil-pajsaġġ pittoresk ta’ Alsace, il-vinja tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’espressjoni kbira, b’karattru evidenti u personalità unika.
Il-ħamrija fonda u bil-lom tipproduċi nbejjed opulenti, robusti, profondi u kumplessi, li jkunu mrażżna ħafna meta ma jkunux għadhom tqaddmu. Għandhom struttura aċiduża oriġinali ħafna u partikolarment notevoli, ikkaratterizzata mill-ġipsum u minn togħma morra ħafna.
Il-kundizzjonijiet tat-temp eċċellenti fl-aħħar tal-istaġun favorevoli għall-konċentrazzjoni tal-għeneb fuq id-dielja u l-iżvilupp tal-moffa nobbli jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed.
It-tqaddim previst fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jgħin biex l-inbejjed jitjiebu.
Bl-adozzjoni ta’ regoli ta’ produzzjoni stretti, bħaż-żamma ta’ erja kbira tal-weraq u l-ħsad bl-idejn, il-produtturi tal-inbid ta’ Alsace jippreservaw il-karattru distintiv tal-inbejjed, li huma magħrufa għall-kumplessità tagħhom u għall-kapaċità ta’ konservazzjoni fit-tul tagħhom.
Dawn l-inbejjed huma l-aqwa fost dawk prodotti f’dan ir-reġjun. Huma nbejjed apprezzati aktar mill-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace”.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:
|
— |
Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Bergholtz-Zell, Berrwiller, Buhl, Cernay, Colmar, Gundolsheim, Hartmanswiller, Herrlisheim, Houssen, Husseren-les-Châteaux, Jungholtz, Leimbach, Obermorschwihr, Osenbach, Ostheim, Rorschwihr, Soultz, Steinbach, Uffholtz, Walbach, Wattwiller, Wihr-au-Val, Zimmerbach. Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble, għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg biss. |
|
— |
Id-département ta’ Bas-Rhin: Albé, Avolsheim, Balbronn, Bernardswiller, Bernardvillé, Bischoffsheim, Boersch, Bourgheim, Châtenois, Cleebourg, Dachstein, Dangolsheim, Dieffenthal, Dorlisheim, Epfig, Ergersheim, Ernolsheim- Bruche, Fessenheim-le-Bas, Flexbourg, Furdenheim, Gertwiller, Gimbrett-Berstett, Goxwiller, Heiligenstein, Itterswiller, Kienheim, Kirchheim, Kuttolsheim, Mittelhausen, Mutzig, Nordheim, Oberhoffen-les-Wissenbourg, Obernai, Odratzheim, Orschwiller, Osthoffen, Ottrott, Petersbach, Reichsfeld, Riedseltz, Rosenwiller, Rosheim, Rott, Saint-Nabor, Saint-Pierre, Scherwiller, Seebach, Soultz-les-Bains, Steinseltz, Stotzheim, Strasburgu, Traenheim, Villé, Wangen, Westhoffen, Wissembourg, Zellwiller. |
Imballaġġ fiż-żona
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed jiġu imballati fi fliexken tat-tip “Vin du Rhin” skont id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 55-673 tal-20 ta’ Mejju 1955, tal-Ordni tat-13 ta’ Mejju 1959 u tad-Digriet tad-19 ta’ Marzu 1963, u kull tip ta’ flixkun ieħor huwa eskluż.
Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-5 ta’ Lulju 1972, l-inbejjed bilfors iridu jiġu bbottiljati fid-départements ta’ Bas-Rhin u Haut-Rhin fil-fliexken tat-tip “Vin du Rhin”, deskritti fid-Digriet tal-1955.
Indikazzjoni tal-annata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-indikazzjoni tal-annata trid tidher flimkien mal-isem tad-denominazzjoni, fid-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u tal-ħażniet, fuq id-dokumenti ta’ akkumpanjament, fir-reklami, fuq il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u kwalunkwe kontenitur ieħor.
Isem użat

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat b’wieħed mill-ismijiet użati, dment li l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat.
Huwa pprojbit li jintuża aktar minn isem użat wieħed fuq l-istess tikketta.
Dawn l-ismijiet użati huma dawn li ġejjin:
Gewurztraminer,
Muscat,
Muscat Ottonel,
Pinot gris,
Riesling.
L-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”

L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” bilfors irid ikollhom:
|
— |
l-indikazzjoni tal-annata, |
|
— |
u wieħed mill-ismijiet użati. |
Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor

L-inbejjed bojod li għalihom, skont it-termini ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tintalab waħda mill-51 Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Alsace Grand Cru – post imsemmi”, bl-eċċezzjoni tal-indikazzjonijiet “Vendanges Tardives” u “Sélection de Grains nobles”, li huma ppreżentati taħt l-imsemmija denominazzjoni, ma jistgħux jiġu offruti lill-pubbliku, ikkunsinnati, imqiegħda għall-bejgħ jew jinbiegħu, sakemm il-kontenut taz-zokkor kif definit mir-regolamenti Ewropej ma jkunx indikat b’mod ċar ħafna fir-reklami, il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u l-kontenituri kollha.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-4cec3ff9-abd4-4253-a1db-245ddd809faa
|
26.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/31 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 367/11)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Alsace grand cru Saering”
PDO-FR-A0375-AM02

Alsace grand cru Saering
2. Tip ta’ indikazzjoni Ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1.
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
L-inbejjed huma nbejjed bojod bla gass.
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 12,5 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 11 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra. Wara t-tisħiħ, l-inbejjed ma jkollhomx qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 15 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G u 14 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bojod għat-tqaddim per eċċellenza huma kkaratterizzati minn freskezza evidenti bbażata fuq aċidità tartarika dominanti relatata mal-maturità tajba tal-għeneb. L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat b’ismijiet użati, sakemm l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat. Għandhom palat sħiħ, huma kumplessi u għandhom riħa qawwija ħafna b’varjetà ta’ sfumaturi aromatiċi. B’togħma li ddum tintiegħem, isiru aktar kumplessi biż-żmien.
It-tipi differenti huma: – l-inbejjed xotti, minerali; – l-inbejjed aromatiċi, tal-frott, magħquda, rikki. Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Denominazzjoni ssupplimentata b’“Vendanges Tardives”
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 16 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 14,5 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bl-indikazzjoni “vendanges tardives” (ħsad tardiv) spiss ikollhom aromi eżotiċi ħafna ta’ frott ippreżervat u b’finitura friska. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Denominazzjoni ssupplimentata b’“Sélection de grains nobles”
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 18,2 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 16,4 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bl-indikazzjoni “sélection de grains nobles” (għażla ta’ żrieragħ nobbli) huma nbejjed aktar ikkonċentrati, qawwija, li spiss ikollhom aromi ta’ pejst tal-frott. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1.
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru.
Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn il-flanni ta’ aktar minn żewġ metri.
Id-dwieli għandhom distanza bejn il-flanni ta’ mill-inqas 0,75 metri u mhux aktar minn 1,50 metru
Mill-25 ta’ Ottubru 2011, il-qlugħ tas-siġar tal-flanni f’roqgħa tal-art ma jistax jirriżulta f’distanza ta’ aktar minn tliet metri bejn il-flanni l-aktar wisgħin.
2.
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru qosra bil-metodu Guyot sempliċi jew doppju b’massimu ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.
3.
Prattika tal-kultivazzjoni
L-inbejjed huma magħmula minn għeneb maħsud bl-idejn.
4.
Prattika enoloġika speċifika
Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum medja ma tistax taqbeż:
0,5 % vol. għall-inbejjed mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G,
1,5 % vol. għall-inbejjed minn varjetajiet tad-dwieli oħrajn.
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” ma jiġux imsaħħa.
5.
Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed
L-użu taċ-ċana huwa pprojbit.
6.
Prattika enoloġika speċifika
L-inbejjed jitħallew jiqdiemu mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” jiġu mqaddma mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tat-tieni sena ta’ wara dik tal-ħsad.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Rendiment-Denominazzjoni ssupplimentata b’“vendanges tardives” jew le 60 ettolitru għal kull ettaru |
|
2. |
Rendiment-Denominazzjoni ssupplimentata b’“sélection de grains nobles” 48 ettolitru għal kull ettaru |
6. Żona ġeografika demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:
|
— |
Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Ammerschwihr, Beblenheim, Bennwihr, Bergheim, Bergholtz, Eguisheim, Gueberschwihr, Guebwiller, Hattstatt, Hunawihr, Ingersheim, Katzenthal, Mittelwihr, Niedermorschwihr, Orschwihr, Pfaffenheim, Ribeauvillé, Riquewihr, Rodern, Rouffach, Saint-Hippolyte, Soultzmatt, Thann, Turckheim, Vieux-Thann, Voegtlinshoffen, Westhalten, Wettolsheim, Wintzenheim, Wuenheim, Zellenberg. Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Kientzheim u ta’ Sigolsheim biss. |
|
— |
Id-département ta’ Bas-Rhin: Andlau, Barr, Bergbieten, Blienschwiller, Dahlenheim, Dambach-la-Ville, Eichhoffen, Kintzheim, Marlenheim, Mittelbergheim, Molsheim, Nothalten, Scharrachbergheim-Irmstett, Wolxheim. Il-kunsill lokali tal-muniċipalitajiet li jinsabu parzjalment fit-territorju għandhom mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika. Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO. |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Gewurztraminer Rs
Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato
Muscat à petits grains blancs B – Muscat, Moscato
Muscat à petits grains roses Rs – Muscat, Moscato
Pinot gris G
Riesling B
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Saering” hija bbażata fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli li jikkaratterizzaw il-vinji ta’ Alsace, u tisfrutta wieħed mill-aqwa postijiet tar-reġjun. Mistura fil-pajsaġġ pittoresk ta’ Alsace, il-vinja tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’espressjoni kbira, b’karattru evidenti u personalità unika.
Is-sawra tal-ġebel u tal-ġebla tar-ramel tispjega s-salinità li tispikka f’dan l-inbejjed. Il-preżenza tal-ġebla tal-ġir tipprovdi iktar elementi ta’ aċidità, u b’hekk tiggarantixxi l-lonġevità tal-inbejjed.
Il-kundizzjonijiet tat-temp eċċellenti fl-aħħar tal-istaġun favorevoli għall-konċentrazzjoni tal-għeneb fuq id-dielja u l-iżvilupp tal-moffa nobbli jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed.
It-tqaddim previst fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jgħin biex l-inbejjed jitjiebu.
Bl-adozzjoni ta’ regoli ta’ produzzjoni stretti, bħaż-żamma ta’ erja kbira tal-weraq u l-ħsad bl-idejn, il-produtturi tal-inbid ta’ Alsace jippreservaw il-karattru distintiv tal-inbejjed, li huma magħrufa għall-kumplessità tagħhom u għall-kapaċità ta’ konservazzjoni fit-tul tagħhom.
Dawn l-inbejjed huma l-aqwa fost dawk prodotti f’dan ir-reġjun. Huma nbejjed apprezzati aktar mill-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace”.
Ix-xogħol ta’ Médard Barth “Der Rebbau des Elsass und die Absatzgebieten seiner Weine”, li nkiteb fl-1958, kien diġà faħħar lil dan il-post li llum huwa magħruf.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:
|
— |
Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Bergholtz-Zell, Berrwiller, Buhl, Cernay, Colmar, Gundolsheim, Hartmanswiller, Herrlisheim, Houssen, Husseren-les-Châteaux, Jungholtz, Leimbach, Obermorschwihr, Osenbach, Ostheim, Rorschwihr, Soultz, Steinbach, Uffholtz, Walbach, Wattwiller, Wihr-au-Val, Zimmerbach. Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble, għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg biss. |
|
— |
Id-département ta’ Bas-Rhin: Albé, Avolsheim, Balbronn, Bernardswiller, Bernardvillé, Bischoffsheim, Boersch, Bourgheim, Châtenois, Cleebourg, Dachstein, Dangolsheim, Dieffenthal, Dorlisheim, Epfig, Ergersheim, Ernolsheim- Bruche, Fessenheim-le-Bas, Flexbourg, Furdenheim, Gertwiller, Gimbrett-Berstett, Goxwiller, Heiligenstein, Itterswiller, Kienheim, Kirchheim, Kuttolsheim, Mittelhausen, Mutzig, Nordheim, Oberhoffen-les-Wissenbourg, Obernai, Odratzheim, Orschwiller, Osthoffen, Ottrott, Petersbach, Reichsfeld, Riedseltz, Rosenwiller, Rosheim, Rott, Saint-Nabor, Saint-Pierre, Scherwiller, Seebach, Soultz-les-Bains, Steinseltz, Stotzheim, Strasburgu, Traenheim, Villé, Wangen, Westhoffen, Wissembourg, Zellwiller. |
Imballaġġ fiż-żona
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed jiġu bbottiljati fi fliexken tat-tip “Vin du Rhin”, f’konformità mad-Digriet Nru 55-673 tal-20 ta’ Mejju 1955, mal-Ordni tat-13 ta’ Mejju 1959 u mad-Digriet tad-19 ta’ Marzu 1963, u l-ebda tip ta’ flixkun ieħor mhu permess.
Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-5 ta’ Lulju 1972, l-inbejjed bilfors iridu jiġu bbottiljati fid-départements ta’ Bas-Rhin u Haut-Rhin fil-fliexken tat-tip “Vin du Rhin”, deskritti fid-Digriet tal-1955.
Indikazzjoni tal-annata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-indikazzjoni tal-annata trid tidher flimkien mal-isem tad-denominazzjoni, fid-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u tal-ħażniet, fuq id-dokumenti ta’ akkumpanjament, fir-reklami, fuq il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u kwalunkwe kontenitur ieħor.
Isem użat
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat b’wieħed mill-ismijiet użati, dment li l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat.
Huwa pprojbit li jintuża aktar minn isem użat wieħed fuq l-istess tikketta.
Dawn l-ismijiet użati huma dawn li ġejjin:
Gewurztraminer,
Muscat,
Muscat Ottonel,
Pinot gris,
Riesling.
L-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” bilfors irid ikollhom:
|
— |
l-indikazzjoni tal-annata, |
|
— |
u wieħed mill-ismijiet użati. |
Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed bojod li għalihom, skont it-termini ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tintalab waħda mill-51 Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Alsace Grand Cru – post imsemmi”, bl-eċċezzjoni tal-indikazzjonijiet “Vendanges Tardives” u “Sélection de Grains nobles”, li huma ppreżentati taħt l-imsemmija denominazzjoni, ma jistgħux jiġu offruti lill-pubbliku, ikkunsinnati, imqiegħda għall-bejgħ jew jinbiegħu, sakemm il-kontenut taz-zokkor kif definit mir-regolamenti Ewropej ma jkunx indikat b’mod ċar ħafna fir-reklami, il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u l-kontenituri kollha.
Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-4cec3ff9-abd4-4253-a1db-245ddd809faa
|
26.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/42 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 367/12)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Alsace grand cru Winzenberg”
PDO-FR-A0641-AM02

Alsace grand cru Winzenberg
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1.
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
L-inbejjed huma nbejjed bojod bla gass.
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 12,5 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 11 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra. Wara t-tisħiħ, l-inbejjed ma jkollhomx qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 15 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G u 14 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bojod għat-tqaddim per eċċellenza huma kkaratterizzati minn freskezza evidenti bbażata fuq aċidità tartarika dominanti relatata mal-maturità tajba tal-għeneb. L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat b’ismijiet użati, sakemm l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat. Għandhom palat sħiħ, huma kumplessi u għandhom riħa qawwija ħafna b’varjetà ta’ sfumaturi aromatiċi. B’togħma li ddum tintiegħem, isiru aktar kumplessi biż-żmien.
It-tipi differenti huma: – l-inbejjed xotti, minerali; – l-inbejjed aromatiċi, tal-frott, magħquda, rikki. Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Denominazzjoni ssupplimentata b’“Vendanges Tardives”
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 16 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 14,5 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bl-indikazzjoni “vendanges tardives” (ħsad tardiv) spiss ikollhom aromi eżotiċi ħafna ta’ frott ippreżervat u b’finitura friska. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Denominazzjoni ssupplimentata b’“Sélection de grains nobles”
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 18,2 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 16,4 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bl-indikazzjoni “sélection de grains nobles” (għażla ta’ żrieragħ nobbli) huma nbejjed aktar ikkonċentrati, qawwija, li spiss ikollhom aromi ta’ pejst tal-frott. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1.
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru.
Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn il-flanni ta’ aktar minn żewġ metri.
Id-dwieli għandhom distanza bejn il-flanni ta’ mill-inqas 0,75 metri u mhux aktar minn 1,50 metru.
Mill-25 ta’ Ottubru 2011, il-qlugħ tas-siġar tal-flanni f’roqgħa tal-art ma jistax jirriżulta f’distanza ta’ aktar minn tliet metri bejn il-flanni l-aktar wisgħin.
2.
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru qosra bil-metodu Guyot sempliċi jew doppju b’massimu ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.
3.
Prattika tal-kultivazzjoni
L-inbejjed huma magħmula minn għeneb maħsud bl-idejn.
4.
Prattika enoloġika speċifika
Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum medja ma tistax taqbeż:
0,5 % vol. għall-inbejjed mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G,
1,5 % vol. għall-inbejjed minn varjetajiet tad-dwieli oħrajn.
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” ma jiġux imsaħħa.
5.
Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed
L-użu taċ-ċana huwa pprojbit.
6.
Prattika enoloġika speċifika
L-inbejjed jitħallew jiqdiemu mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” jiġu mqaddma mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tat-tieni sena ta’ wara dik tal-ħsad.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Denominazzjoni ssupplimentata b’“vendanges tardives” jew le 60 ettolitru għal kull ettaru |
|
2. |
Denominazzjoni ssupplimentata b’“sélection de grains nobles” 48 ettolitru għal kull ettaru |
6. Żona ġeografika demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:
|
— |
Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Ammerschwihr, Beblenheim, Bennwihr, Bergheim, Bergholtz, Eguisheim, Gueberschwihr, Guebwiller, Hattstatt, Hunawihr, Ingersheim, Katzenthal, Mittelwihr, Niedermorschwihr, Orschwihr, Pfaffenheim, Ribeauvillé, Riquewihr, Rodern, Rouffach, Saint-Hippolyte, Soultzmatt, Thann, Turckheim, Vieux-Thann, Voegtlinshoffen, Westhalten, Wettolsheim, Wintzenheim, Wuenheim, Zellenberg. Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Kientzheim u ta’ Sigolsheim biss. |
|
— |
Id-département ta’ Bas-Rhin: Andlau, Barr, Bergbieten, Blienschwiller, Dahlenheim, Dambach-la-Ville, Eichhoffen, Kintzheim, Marlenheim, Mittelbergheim, Molsheim, Nothalten, Scharrachbergheim-Irmstett, Wolxheim. Il-kunsill lokali tal-muniċipalitajiet li jinsabu parzjalment fit-territorju għandhom mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika. Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO. |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Gewurztraminer Rs
Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato
Muscat à petits grains blancs B – Muscat, Moscato
Muscat à petits grains roses Rs – Muscat, Moscato
Pinot gris G
Riesling B
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Winzenberg” hija bbażata fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli li jikkaratterizzaw il-vinji ta’ Alsace, u tisfrutta wieħed mill-aqwa postijiet tar-reġjun. Mistura fil-pajsaġġ pittoresk ta’ Alsace, il-vinja tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’espressjoni kbira, b’karattru evidenti u personalità unika.
Il-mesoklima hija favorevoli għall-produzzjoni ta’ nbejjed li jipprivileġġaw l-eleganza u l-finezza. Din l-ispeċifiċità ġeoloġika twassal biex l-inbejjed ikunu vivaċi b’purezza kristallina li tista’ tintiehem f’kull livell.
Il-kundizzjonijiet tat-temp eċċellenti fl-aħħar tal-istaġun favorevoli għall-konċentrazzjoni tal-għeneb fuq id-dielja u l-iżvilupp tal-moffa nobbli jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed.
It-tqaddim previst fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jgħin biex l-inbejjed jitjiebu.
Bl-adozzjoni ta’ regoli ta’ produzzjoni stretti, bħaż-żamma ta’ erja kbira tal-weraq u l-ħsad bl-idejn, il-produtturi tal-inbid ta’ Alsace jippreservaw il-karattru distintiv tal-inbejjed, li huma magħrufa għall-kumplessità tagħhom u għall-kapaċità ta’ konservazzjoni fit-tul tagħhom.
Dawn l-inbejjed huma l-aqwa fost dawk prodotti f’dan ir-reġjun. Huma nbejjed apprezzati aktar mill-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace”.
Ix-xogħol ta’ Médard Barth “Der Rebbau des Elsass und die Absatzgebieten seiner Weine”, li nkiteb fl-1958, kien diġà faħħar lil dan il-post li llum huwa magħruf. Teżisti parċmina tal-1477 fejn il-Winzenberg diġà ssemma f’att.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:
|
— |
Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Bergholtz-Zell, Berrwiller, Buhl, Cernay, Colmar, Gundolsheim, Hartmanswiller, Herrlisheim, Houssen, Husseren-les-Châteaux, Jungholtz, Leimbach, Obermorschwihr, Osenbach, Ostheim, Rorschwihr, Soultz, Steinbach, Uffholtz, Walbach, Wattwiller, Wihr-au-Val, Zimmerbach. Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble, għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg biss. |
|
— |
Id-département ta’ Bas-Rhin: Albé, Avolsheim, Balbronn, Bernardswiller, Bernardvillé, Bischoffsheim, Boersch, Bourgheim, Châtenois, Cleebourg, Dachstein, Dangolsheim, Dieffenthal, Dorlisheim, Epfig, Ergersheim, Ernolsheim- Bruche, Fessenheim-le-Bas, Flexbourg, Furdenheim, Gertwiller, Gimbrett-Berstett, Goxwiller, Heiligenstein, Itterswiller, Kienheim, Kirchheim, Kuttolsheim, Mittelhausen, Mutzig, Nordheim, Oberhoffen-les-Wissenbourg, Obernai, Odratzheim, Orschwiller, Osthoffen, Ottrott, Petersbach, Reichsfeld, Riedseltz, Rosenwiller, Rosheim, Rott, Saint-Nabor, Saint-Pierre, Scherwiller, Seebach, Soultz-les-Bains, Steinseltz, Stotzheim, Strasburgu, Traenheim, Villé, Wangen, Westhoffen, Wissembourg, Zellwiller. |
Imballaġġ fiż-żona
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed jiġu imballati fi fliexken tat-tip “Vin du Rhin” skont id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 55-673 tal-20 ta’ Mejju 1955, tal-Ordni tat-13 ta’ Mejju 1959 u tad-Digriet tad-19 ta’ Marzu 1963, u kull tip ta’ flixkun ieħor huwa eskluż.
Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-5 ta’ Lulju 1972, l-inbejjed bilfors iridu jiġu bbottiljati fid-départements ta’ Bas-Rhin u Haut-Rhin fil-fliexken tat-tip “Vin du Rhin”, deskritti fid-Digriet tal-1955.
Indikazzjoni tal-annata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-indikazzjoni tal-annata trid tidher flimkien mal-isem tad-denominazzjoni, fid-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u tal-ħażniet, fuq id-dokumenti ta’ akkumpanjament, fir-reklami, fuq il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u kwalunkwe kontenitur ieħor.
Isem użat
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat b’wieħed mill-ismijiet użati, dment li l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat.
Huwa pprojbit li jintuża aktar minn isem użat wieħed fuq l-istess tikketta.
Dawn l-ismijiet użati huma dawn li ġejjin:
Gewurztraminer,
Muscat,
Muscat Ottonel,
Pinot gris,
Riesling.
L-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” bilfors irid ikollhom:
|
— |
l-indikazzjoni tal-annata, |
|
— |
u wieħed mill-ismijiet użati. |
Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed bojod li għalihom, skont it-termini ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tintalab waħda mill-51 Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Alsace Grand Cru – post imsemmi”, bl-eċċezzjoni tal-indikazzjonijiet “Vendanges Tardives” u “Sélection de Grains nobles”, li huma ppreżentati taħt l-imsemmija denominazzjoni, ma jistgħux jiġu offruti lill-pubbliku, ikkunsinnati, imqiegħda għall-bejgħ jew jinbiegħu, sakemm il-kontenut taz-zokkor kif definit mir-regolamenti Ewropej ma jkunx indikat b’mod ċar ħafna fir-reklami, il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u l-kontenituri kollha.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-4cec3ff9-abd4-4253-a1db-245ddd809faa
|
26.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/53 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 367/13)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Alsace grand cru Rosacker”
PDO-FR-A0341-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 20.7.2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Referenza addizzjonali
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima II, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġew miżjuda l-ismijiet użati li ġejjin: “Sylvaner” u “Pinot noir”, kif ukoll il-varjetajiet tad-dwieli korrispondenti, rispettivament: “sylvaner B” u “pinot noir N”.
L-isem użat “Sylvaner” ġie miżjud biex jiġi kkoreġut nuqqas fl-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-ewwel verżjoni tispeċifika, fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 1(b), li l-varjetajiet tad-dwieli awtorizzati “jistgħu jiġu vinifikati u kkummerċjalizzati bl-isem rispettiv tagħhom”, iżda l-isem korrispondenti użat ma kienx ġie inkluż fil-lista ta’ ismijiet użati possibbli. Deċiżjoni nazzjonali, li ttieħdet qabel l-approvazzjoni tal-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kienet żiedet il-varjetà tad-dwieli sylvaner B ma’ dawk awtorizzati għall-produzzjoni ta’ nbejjed bid-denominazzjoni tal-oriġini “Alsace grand cru Zotzenberg”, b’kunsiderazzjoni tad-drawwiet lokali u r-reputazzjoni ta’ dawn l-inbejjed.
L-isem użat “Pinot noir” ġie miżjud fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”. Din l-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta’ nbid aħmar hija bbażata fuq l-anterjorità, il-fama u l-karatteristiċi tal-inbejjed magħmulin bl-għeneb tal-varjetà pinot noir N prodotti fl-irqajja’ tal-art demarkati għal dawn id-denominazzjonijiet “Alsace grand cru”. Il-varjetà pinot noir N hija l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għal dawn l-inbejjed ħomor.
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima II, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-varjetajiet ta’ għeneb muscat à petits grains li jikkorrispondu għall-isem użat “Muscat”, ġew miżjuda l-kelmiet “blancs” u “roses” mal-isem ta’ dawn il-varjetajiet tad-dwieli sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Dawn l-emendi ma jinvolvu l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
2. Tipi ta’ prodotti
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test ġie emendat biex jiġi indikat li d-denominazzjonijiet ta’ oriġini koperti minn din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma għadhomx esklużivament denominazzjonijiet riżervati għall-inbejjed bojod bla gass.
Id-denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru” riżervati għall-inbejjed bojod u ħomor bla gass jissemmew b’isimhom (“Alsace grand cru Hengst”, “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”).
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
3. Żona ġeografika
Ġie miżjud paragrafu fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex issir referenza għad-dati li fihom iż-żona ġeografika ġiet ivvalidata mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-INAO u biex jiġi indikat ir-repożitorju tad-definizzjoni tal-perimetru taż-żona, il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021, kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-indikazzjoni tagħmilha possibbli li d-demarkazzjoni taż-żona tiġi żgurata legalment.
L-introduzzjoni tar-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021 tinvolvi l-aġġornament tal-lista tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet. Għalhekk, il-muniċipalitajiet ta’ Kientzheim u Sigolsheim tneħħew, u t-territorju tagħhom issa huwa anness mal-muniċipalità ta’ Kaysersberg Vignoble.
Dawn l-emendi editorjali ma jibdlux il-perimetru taż-żona ġeografika.
Fil-punt 1 ġew miżjuda wkoll is-sentenzi li ġejjin:
“Il-mapep taż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO.
Il-kunsill lokali tal-muniċipalità li tinsab parzjalment fit-territorju għandu mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika.”
Dawn l-emendi jinvolvu emenda għall-punt 6 tad-Dokument Uniku.
4. Żona tal-irqajja’ tal-art demarkata
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
|
— |
fl-ewwel paragrafu, ġiet miżjuda l-informazzjoni “6 u 7 ta’ Settembru 2006”, li tikkorrispondi għad-data ta’ approvazzjoni taż-żona tal-irqajja’ tal-art mill-kumitat nazzjonali kompetenti, sabiex jiġi kkoreġut nuqqas. |
|
— |
fit-tieni paragrafu, il-kitba ġiet emendata biex tirrifletti l-bidliet fl-ismijiet tal-muniċipalitajiet li saru fit-Taqsima IV, il-punt 1. |
|
— |
il-kolonna “Muniċipalitajiet” tat-tabella ġiet aġġornata biex tikkorrispondi mal-ismijiet tal-muniċipalitajiet elenkati fit-Taqsima IV, il-punt 1. |
Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
5. Żona fil-viċinanza immedjata
Ġie emendat paragrafu fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex jiġi indikat ir-repożitorju tad-definizzjoni tal-perimetru taż-żona, il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021, kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-indikazzjoni tagħmilha possibbli li d-demarkazzjoni taż-żona tiġi żgurata legalment.
L-introduzzjoni tar-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021 tinvolvi l-aġġornament tal-lista tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet. Għalhekk tħassar l-isem tal-muniċipalità ta’ Kaysersberg u ġie miżjud dak tal-muniċipalità ta’ Kaysersberg Vignoble, flimkien mal-informazzjoni li din il-muniċipalità hija inkluża biss għall-parti tat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg.
Dawn l-emendi editorjali ma jemendawx il-perimetru taż-żona fil-viċinanza immedjata.
Dawn l-emendi jinvolvu emenda għall-punt 9 tad-Dokument Uniku.
6. Varjetajiet tal-għeneb
Fl-Kapitolu I, it-Taqsima V, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie miżjud il-kliem “– għall-inbejjed bojod: ” u “– għall-inbejjed ħomor: il-varjetà tad-dwieli pinot noir N”, minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”. Il-varjetà pinot noir N hija l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għal dawn l-inbejjed ħomor. Hija wkoll l-unika varjetà tad-dwieli awtorizzata għall-produzzjoni ta’ nbid aħmar fid-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace”.
Fit-Taqsima V, il-punt 1(a), (b) u (e), u l-punt 2(b), il-kelmiet “blancs” u “roses” ġew miżjuda mal-isem tal-varjetajiet ta’ muscats à petits grains sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn l-emendi.
7. Densità tat-tħawwil
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie miżjud il-kliem: “Għall-produzzjoni ta’ nbid abjad” u “Għall-produzzjoni ta’ nbid aħmar” biex issir distinzjoni bejn id-densitajiet minimi tat-tħawwil skont il-kulur tal-inbejjed. Dawn id-densitajiet huma indikati għad-denominazzjonijiet li jistgħu jipproduċu nbejjed ħomor.
Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn iż-żidiet.
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet speċifikata d-data effettiva tal-applikazzjoni tar-regola dwar il-possibbiltà li d-densità tiġi adattata permezz tal-qlugħ tas-siġar: “il-25 ta’ Ottubru 2011”, li tissostitwixxi l-formulazzjoni “fid-data tal-approvazzjoni ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott”.
Din l-emenda tinvolvi emenda għall-punt 5 tad-Dokument Uniku.
8. Regola taż-żbir
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-inbejjed bojod, ir-regola dwar in-numru ta’ għejun għal kull metru kwadru tal-erja tal-art, li kienet tvarja skont il-varjetà tad-dwieli, tneħħiet u minflokha ddaħħlet regola waħda ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.
Dan l-iżvilupp jippermetti l-armonizzazzjoni tal-kitba bejn l-Ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini ta’ Alsace, u li jiġu ssimplifikati l-metodi ta’ kontroll.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
Fil-bidu tas-sentenza ġie miżjud il-kliem “Għall-inbejjed bojod,” minħabba l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass li saret fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.
Ġiet miżjuda r-regola dwar iż-żbir għall-inbejjed ħomor, bin-numru massimu ta’ għejun għal kull pjanta stabbilit għal 14. Dan huwa aktar baxx min-numru awtorizzat għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod. Din ir-regola tippermetti l-konsistenza mar-rendiment u l-produzzjoni ta’ għeneb ta’ kwalità.
Dawn l-aħħar emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
9. Regoli dwar il-kannizzar u l-għoli tal-faxxina
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tneħħa l-għoli massimu tal-wajer ta’ appoġġ tal-arkata u nbidel il-metodu tal-kejl tal-għoli tal-faxxina fuq il-kannizzati.
Dawn il-bidliet jagħmluha possibbli li l-għoli tal-faxxina jiġi osservat waqt it-tkabbir, li qabel kien isir biss b’obbligu tal-mezzi.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
10. Tagħbija massima medja fuq ir-roqgħa tal-art
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(d) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-valur tat-tagħbija massima medja fuq ir-roqgħa tal-art tnaqqas minn 10 000 għal 8 500 kilogramma għal kull ettaru, għall-inbejjed bojod, f’konformità mat-tnaqqis fir-rendiment għal dawn l-inbejjed.
Ġie stabbilit valur għall-inbejjed ħomor, li huwa inqas minn dak stabbilit għall-inbejjed bojod, f’konformità mar-rendiment ta’ dawn l-inbejjed.
Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
11. Maturazzjoni tal-għeneb u qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VII, il-punt 2(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-tabella ġiet emendata biex titqies l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass li saret fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.
Għal dawn id-denominazzjonijiet tal-inbejjed ħomor “Alsace grand cru”, ġew stabbiliti l-kontenut minimu ta’ zokkor tal-għeneb fil-mument tal-ħsad u l-qawwa alkoħolika naturali minima tiegħu skont il-volum.
Dawn l-indikazzjonijiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.
Għall-inbejjed bojod, il-valuri minimi tal-kontenut taz-zokkor tal-għeneb żdiedu b’2 jew 3 grammi għal kull litru ta’ most sabiex tiġi rrispettata l-istess differenza ta’ 1 % vol. bil-valuri għal kull qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum, bħal fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-korp ta’ protezzjoni u ġestjoni għażel li għall-kalkolu tat-trasformazzjoni tal-grammi taz-zokkor fl-alkoħol, juża l-valur ta’ 17-il gramma zokkor għal kull 1 % vol. għall-inbejjed bojod, filwaqt li fil-verżjoni inizjali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kien uża l-valur ta’ 16,83. Dan il-valur ta’ 17 kien irrakkomandat mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-INAO meta ġiet stabbilita l-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
12. Rendimenti
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VIII, il-punti 1 u 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tnaqqsu kemm ir-rendimenti kif ukoll ir-rendimenti ta’ limitu, u b’hekk sar possibbli kontroll tal-kwalità aħjar għall-inbejjed bojod u għall-inbejjed bojod bl-indikazzjoni “Vendanges tardives”, f’konformità mal-istruttura ġerarkika tad-denominazzjonijiet tar-reġjun ta’ Alsace.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat fir-rigward tar-rendimenti massimi (ir-rendimenti ta’ limitu).
Ġie miżjud il-kliem “Inbejjed bojod” għall-inbejjed mingħajr indikazzjoni, minħabba li saret applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass fil-livell nazzjonali għal ċerti denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru”.
Ir-rendiment u r-rendiment ta’ limitu għall-inbejjed ħomor ġew stabbiliti skont l-istruttura ġerarkika tad-denominazzjonijiet fir-reġjun ta’ Alsace, u għalhekk f’valuri aktar baxxi għal dawn id-denominazzjonijiet tal-grand cru.
Dawn l-emendi tal-aħħar ma jemendawx id-Dokument Uniku.
13. Fermentazzjoni malolattika, kontenut ta’ zokkor fermentabbli għall-inbejjed ħomor
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie speċifikat li l-fermentazzjoni malolattika titlesta għall-inbejjed ħomor.
Sabiex tiġi kkontrollata din ir-regola, ġie stabbilit kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru jew inqas fl-istadju tal-imballaġġ.
Fit-Taqsima IX, il-punt 1(d), għall-inbejjed ħomor, ġie stabbilit kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ żewġ grammi jew inqas għal kull litru wara l-fermentazzjoni.
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.
14. Projbizzjoni taż-żieda tal-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum għall-inbejjed ħomor
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(e) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie speċifikat li l-inbejjed ħomor ma jiġux imsaħħa. Din ir-restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed hija konsistenti mad-demarkazzjoni tal-irqajja’ tal-art għall-produzzjoni tal-għeneb, id-densità minima tat-tħawwil, ir-regoli dwar iż-żbir u l-valuri baxxi tar-rendiment.
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.
15. Kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni għall-vinifikazzjoni
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 1(g) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-koeffiċjent għall-kalkolu tal-kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni għall-vinifikazzjoni tnaqqas.
Il-proporzjon bejn il-volum tal-ħsad preċedenti u l-kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni ma għandux għalfejn ikun għoli daqshekk.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
16. Data tat-tqaddim u tat-tqegħid fis-suq għall-konsumatur għall-inbejjed ħomor
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie stabbilit perjodu minimu ta’ tqaddim għall-inbejjed ħomor sal-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad. L-inbejjed prodotti bl-għeneb tal-varjetà pinot noir N minn dawn it-terroirs jeħtieġu perjodu ta’ żmien minimu biex jesprimu tajjeb il-karatteristiċi tagħhom.
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 5(a), ġie indikat li wara li jintemm il-perjodu ta’ tqaddim, l-inbejjed ħomor jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur biss mill-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
Dawn l-emendi ma jinvolvu l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
17. Spezzjoni tal-lottijiet imballati
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 3(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tneħħiet ir-regola dwar iż-żamma ta’ fliexken kampjuni biex jintwerew fi spezzjoni tal-lottijiet imballati.
Din ir-regola hija miżura ta’ kontroll li hija rreġistrata fil-pjan ta’ kontroll.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
18. Ħażna tal-inbejjed imballati
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġew speċifikati l-karatteristiċi tal-post tal-ħażna tal-inbejjed imballati.
Dan jagħmilha aktar faċli għall-operaturi biex jifhmu din ir-regola, u jiffaċilita l-ispezzjoni.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
19. Fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta maż-żona ġeografika
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 1(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test ġie emendat biex jitqies ir-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor bla gass għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst” u “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”:
|
— |
ġiet miżjuda l-informazzjoni li ġejja għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Hengst”: rikonoxximent fl-2022 għall-inbejjed ħomor, hija awtorizzata biss il-varjetà tad-dwieli pinot noir N, id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 5 500 pjanta għal kull ettaru għall-produzzjoni tal-inbid aħmar, dawn l-inbejjed ma jiġux imsaħħa, u jridu josservaw perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 10 xhur. |
|
— |
ġiet miżjuda l-informazzjoni li ġejja għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”: rikonoxximent fl-2022 għall-inbejjed ħomor, hija awtorizzata biss il-varjetà tad-dwieli pinot noir N, id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 5 000 pjanta għal kull ettaru għall-produzzjoni tal-inbid aħmar, dawn l-inbejjed ma jiġux imsaħħa, u jridu josservaw perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 10 xhur. |
Fit-Taqsima X, il-punt 1(b), tneħħiet l-informazzjoni li r-rikonoxximent ta’ dawn iż-żewġ denominazzjonijiet ta’ oriġini kien ibbażat fuq varjetajiet ta’ għeneb abjad, u l-kliem “għall-inbejjed bojod” ġie miżjud fejn meħtieġ biex it-test jinftiehem aħjar.
Id-Dokument Uniku mhuwiex emendat b’dawn l-emendi.
Il-kelmiet “blancs” u “roses” ġew miżjuda mal-ismijiet tal-varjetajiet ta’ muscats à petits grains sabiex jiġi kkoreġut nuqqas fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dawn iż-żidiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.
20. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet miżjuda deskrizzjoni tal-aspett viżiv tal-inbejjed bojod sabiex jiġu karatterizzati aħjar.
Rigward l-ewwel żewġ tipi ta’ nbejjed deskritti: “Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.”
Rigward l-aħħar żewġ tipi ta’ nbejjed deskritti: “Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.”
Il-punt 4 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
Id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi prinċipali tal-inbejjed ħomor ġiet miżjuda għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst” u “Alsace grand cru Kirchberg de Barr”.
Dawn id-deskrizzjonijiet ma jemendawx id-Dokument Uniku.
21. Rabta maż-żona ġeografika
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X, il-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għad-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace grand cru Hengst”, l-informazzjoni dwar ir-rabta bejn l-oriġini ġeografika u l-karatteristiċi tal-inbejjed, li tista’ tapplika wkoll għall-inbejjed ħomor ta’ din id-denominazzjoni, hija ssupplimentata b’informazzjoni speċifika għall-inbejjed ħomor.
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.
22. Miżuri tranżizzjonali
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XI, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-konformità mal-emendi tal-Kapitolu I, it-Taqsima VI, l-għoli massimu tal-wajer ta’ appoġġ tal-arkata tħassar u n-numru massimu ta’ għejun għal kull pjanta tnaqqas.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
23. Indikazzjoni obbligatorja tal-kontenut taz-zokkor fuq it-tikkettar u mezzi oħra ta’ informazzjoni għall-inbejjed bojod
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XII, il-punt 2(d) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iddaħħal test ġdid, bħala sostituzzjoni, sabiex l-indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor kif definit fir-Regolament (UE) 2019/33, li attwalment hija fakultattiva, issir obbligatorja.
Din l-indikazzjoni tgħin lill-konsumatur jifhem aħjar it-tip ta’ nbid.
Din ir-regola l-ġdida ma tapplikax għall-inbejjed bl-indikazzjonijiet tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”.
Il-punt 9 tad-Dokument Uniku ġie ssupplimentat.
Fit-Taqsima XII, l-ittra d tal-punt 2 saret l-ittra e.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
24. Dikjarazzjoni minn qabel tal-użu tal-irqajja’ tal-art
Fil-Kapitolu II, it-Taqsima I, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet miżjuda kjarifika mar-regoli relatati mad-dikjarazzjoni minn qabel tal-użu tal-irqajja’ tal-art ippreżentata mill-operatur lill-korp ta’ protezzjoni u ġestjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Alsace grand cru”, f’każ li jieqaf jipproduċi din id-denominazzjoni.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet
Alsace grand cru Rosacker
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1.
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
L-inbejjed huma nbejjed bojod bla gass.
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 12,5 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 11 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra. Wara t-tisħiħ, l-inbejjed ma jkollhomx qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 15 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G u 14 % għall-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bojod għat-tqaddim per eċċellenza huma kkaratterizzati minn freskezza evidenti bbażata fuq aċidità tartarika dominanti relatata mal-maturità tajba tal-għeneb. L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat b’ismijiet użati, sakemm l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat. Għandhom palat sħiħ, huma kumplessi u għandhom riħa qawwija ħafna b’varjetà ta’ sfumaturi aromatiċi. B’togħma li ddum tintiegħem, isiru aktar kumplessi biż-żmien.
It-tipi differenti huma: – l-inbejjed xotti, minerali; – l-inbejjed aromatiċi, tal-frott, magħquda, rikki. Dawn iż-żewġ tipi ta’ nbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar dehbi.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Denominazzjoni ssupplimentata b’“Vendanges Tardives”
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 16 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 14,5 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bl-indikazzjoni “vendanges tardives” (ħsad tardiv) spiss ikollhom aromi eżotiċi ħafna ta’ frott ippreżervat u b’finitura friska. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Denominazzjoni ssupplimentata b’“Sélection de grains nobles”
DESKRIZZJONI TAT-TEST FIL-QOSOR
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 18,2 % għall-gewurztraminer Rs u għall-pinot gris G u ta’ 16,4 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bl-indikazzjoni “sélection de grains nobles” (għażla ta’ żrieragħ nobbli) huma nbejjed aktar ikkonċentrati, qawwija, li spiss ikollhom aromi ta’ pejst tal-frott. Għandhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira. Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi sa isfar ambra.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1.
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru.
Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn il-flanni ta’ aktar minn żewġ metri.
Id-dwieli għandhom distanza bejn il-flanni ta’ mill-inqas 0,75 metri u mhux aktar minn 1,50 metru.
Mill-25 ta’ Ottubru 2011, il-qlugħ tas-siġar tal-flanni f’roqgħa tal-art ma jistax jirriżulta f’distanza ta’ aktar minn tliet metri bejn il-flanni l-aktar wisgħin.
2.
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru qosra bil-metodu Guyot sempliċi jew doppju b’massimu ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.
3.
Prattika tal-kultivazzjoni
L-inbejjed huma magħmula minn għeneb maħsud bl-idejn.
4.
Prattika enoloġika speċifika
Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum medja ma tistax taqbeż:
|
|
0,5 % vol. għall-inbejjed mill-varjetajiet tad-dwieli gewurztraminer B u pinot gris G, |
|
|
1,5 % vol. għall-inbejjed minn varjetajiet tad-dwieli oħrajn. |
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” ma jiġux imsaħħa.
5.
Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed
L-użu taċ-ċana huwa pprojbit.
6.
Prattika enoloġika speċifika
L-inbejjed jitħallew jiqdiemu mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-indikazzjonijiet “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” jiġu mqaddma mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tat-tieni sena ta’ wara dik tal-ħsad.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
1.
60 ettolitru għal kull ettaru
2.
48 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:
|
— |
Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Ammerschwihr, Beblenheim, Bennwihr, Bergheim, Bergholtz, Eguisheim, Gueberschwihr, Guebwiller, Hattstatt, Hunawihr, Ingersheim, Katzenthal, Mittelwihr, Niedermorschwihr, Orschwihr, Pfaffenheim, Ribeauvillé, Riquewihr, Rodern, Rouffach, Saint-Hippolyte, Soultzmatt, Thann, Turckheim, Vieux-Thann, Voegtlinshoffen, Westhalten, Wettolsheim, Wintzenheim, Wuenheim, Zellenberg. |
Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Kientzheim u ta’ Sigolsheim biss.
|
— |
Id-département ta’ Bas-Rhin: Andlau, Barr, Bergbieten, Blienschwiller, Dahlenheim, Dambach-la-Ville, Eichhoffen, Kintzheim, Marlenheim, Mittelbergheim, Molsheim, Nothalten, Scharrachbergheim-Irmstett, Wolxheim. |
Il-kunsill lokali tal-muniċipalitajiet li jinsabu parzjalment fit-territorju għandhom mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika.
Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Gewurztraminer Rs
Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato
Muscat à petits grains blancs B – Muscat, Moscato
Muscat à petits grains roses Rs – Muscat, Moscato
Pinot gris G
Riesling B
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace grand cru Rosacker” hija bbażata fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli li jikkaratterizzaw il-vinji ta’ Alsace, u tisfrutta wieħed mill-aqwa postijiet tar-reġjun. Mistura fil-pajsaġġ pittoresk ta’ Alsace, il-vinja tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’espressjoni kbira, b’karattru evidenti u personalità unika.
Il-profondità tal-ħamrija flimkien mal-klima tar-Rosacker, fejn l-għeneb idumu iktar biex isiru, twassal għal inbejjed bi struttura aċiduża qawwija u misjura (aċidu tartariku), b’togħma ta’ freskezza li ddum fuq il-palat. Il-maturazzjoni twila, regolari u sħiħa tal-għeneb tiżgura l-finezza u l-kumplessità aromatika.
Il-kundizzjonijiet tat-temp eċċellenti fl-aħħar tal-istaġun favorevoli għall-konċentrazzjoni tal-għeneb fuq id-dielja u l-iżvilupp tal-moffa nobbli jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed.
It-tqaddim previst fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jgħin biex l-inbejjed jitjiebu.
Bl-adozzjoni ta’ regoli ta’ produzzjoni stretti, bħaż-żamma ta’ erja kbira tal-weraq u l-ħsad bl-idejn, il-produtturi tal-inbid ta’ Alsace jippreservaw il-karattru distintiv tal-inbejjed, li huma magħrufa għall-kumplessità tagħhom u għall-kapaċità ta’ konservazzjoni fit-tul tagħhom.
Dawn l-inbejjed huma l-aqwa fost dawk prodotti f’dan ir-reġjun. Huma nbejjed apprezzati aktar mill-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Alsace”.
Ix-xogħol ta’ Médard Barth “Der Rebbau des Elsass und die Absatzgebieten seiner Weine”, li nkiteb fl-1958, kien diġà faħħar lil dan il-post li llum huwa magħruf.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021:
|
— |
Id-département ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Bergholtz-Zell, Berrwiller, Buhl, Cernay, Colmar, Gundolsheim, Hartmanswiller, Herrlisheim, Houssen, Husseren-les-Châteaux, Jungholtz, Leimbach, Obermorschwihr, Osenbach, Ostheim, Rorschwihr, Soultz, Steinbach, Uffholtz, Walbach, Wattwiller, Wihr-au-Val, Zimmerbach. |
Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble, għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kaysersberg biss.
|
— |
Id-département ta’ Bas-Rhin: Albé, Avolsheim, Balbronn, Bernardswiller, Bernardvillé, Bischoffsheim, Boersch, Bourgheim, Châtenois, Cleebourg, Dachstein, Dangolsheim, Dieffenthal, Dorlisheim, Epfig, Ergersheim, Ernolsheim- Bruche, Fessenheim-le-Bas, Flexbourg, Furdenheim, Gertwiller, Gimbrett-Berstett, Goxwiller, Heiligenstein, Itterswiller, Kienheim, Kirchheim, Kuttolsheim, Mittelhausen, Mutzig, Nordheim, Oberhoffen-les-Wissenbourg, Obernai, Odratzheim, Orschwiller, Osthoffen, Ottrott, Petersbach, Reichsfeld, Riedseltz, Rosenwiller, Rosheim, Rott, Saint-Nabor, Saint-Pierre, Scherwiller, Seebach, Soultz-les-Bains, Steinseltz, Stotzheim, Strasburgu, Traenheim, Villé, Wangen, Westhoffen, Wissembourg, Zellwiller. |
Imballaġġ fiż-żona
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed jiġu imballati fi fliexken tat-tip “Vin du Rhin” skont id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 55-673 tal-20 ta’ Mejju 1955, tal-Ordni tat-13 ta’ Mejju 1959 u tad-Digriet tad-19 ta’ Marzu 1963, u kull tip ta’ flixkun ieħor huwa eskluż.
Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-5 ta’ Lulju 1972, l-inbejjed bilfors iridu jiġu bbottiljati fid-départements ta’ Bas-Rhin u Haut-Rhin fil-fliexken tat-tip “Vin du Rhin”, deskritti fid-Digriet tal-1955.
Indikazzjoni tal-annata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-indikazzjoni tal-annata trid tidher flimkien mal-isem tad-denominazzjoni, fid-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u tal-ħażniet, fuq id-dokumenti ta’ akkumpanjament, fir-reklami, fuq il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u kwalunkwe kontenitur ieħor.
Isem użat
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat b’wieħed mill-ismijiet użati, dment li l-inbejjed ikunu magħmulin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat.
Huwa pprojbit li jintuża aktar minn isem użat wieħed fuq l-istess tikketta.
Dawn l-ismijiet użati huma dawn li ġejjin:
|
|
Gewurztraminer, |
|
|
Muscat, |
|
|
Muscat Ottonel, |
|
|
Pinot gris, |
|
|
Riesling. |