ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 335

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
2 ta' Settembru 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 335/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10839 — APOLLO CAPITAL MANAGEMENT / SCHUR FLEXIBLES GROUP) ( 1 )

1

2022/C 335/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10756 — ACC / EVONIK / JV) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2022/C 335/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1447, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1446 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

3

2022/C 335/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1447, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1446 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

5

2022/C 335/05

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

6

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 335/06

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: — 0,50 % fl-1 ta' Settembru 2022 — Rata tal-kambju tal-euro

7

2022/C 335/07

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 )  ( 1 )

8

2022/C 335/08

L-Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar akkordji ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2022 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.40511 - Insurance Ireland: Il-bażi tad-data ta’ talbiet għall-assikurazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-aċċess — Relatur: Il-Latvja ( 1 )

9

2022/C 335/09

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-Każ AT.40511, Insurance Ireland: Talbiet għall-assikurazzjoni bażi ta’ data u kundizzjonijiet ta’ aċċess ( 1 )

10

2022/C 335/10

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2022 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Il-Każ AT. 40511 — Insurance Ireland: Bażi tad-data tat-Talbiet Għall-assikurazzjoni u l-Kundizzjonijiet tal-Aċċess) (notifikat bid-dokument C(2022) 4448 final)  ( 1 )

12

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 335/11

Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

15


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10839 — APOLLO CAPITAL MANAGEMENT / SCHUR FLEXIBLES GROUP)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 335/01)

Fit 25 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10839. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


2.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10756 — ACC / EVONIK / JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 335/02)

Fit 28 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10756. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

2.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/3


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1447, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1446 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2022/C 335/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1447 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1446 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel it-2 ta' Novembru 2022:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà li d-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 227 I, 1.9.2022, p. 4.

(3)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(4)  ĠU L 227 I, 1.9.2022, p. 1.


2.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/5


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1447, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1446 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2022/C 335/04)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1447 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1446 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jeħtieġ li dawk il-persuni jridu jirrapportaw, qabel it-13 ta' Ottubru 2022 fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni tal-UE li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' tali informazzjoni. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

L-informazzjoni li trid tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 (5).

L-obbligu ta' rappurtar skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 ma japplikax qabel l-1 ta' Jannar 2023 fir-rigward ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi li jinsabu fi Stat Membru li kien stabbilixxa obbligu ta' rappurtar simili skont id-dritt nazzjonali qabel il-21 ta' Lulju 2022.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 227 I, 1.9.2022, p. 4.

(3)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(4)  ĠU L 227 I, 1.9.2022, p. 1.

(5)  L-aħħar verżjoni konsolidata disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02014R0269-20220804&qid=1661411747325


2.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/6


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2022/C 335/05)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-operazzjoni ta' proċessar huma d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/1447 (3), u r-Regolament (UE) Nru 269/2014 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/1446 (5).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' proċessar huwa d-dipartiment RELEX.1 fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz elettroniku:

 

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

 

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/1447, u mar-Regolament (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni(UE) 2022/1446.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stipulati fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm idumu l-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(3)  ĠU L 227 I, 1.9.2022, p. 4.

(4)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(5)  ĠU L 227 I, 1.9.2022, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

2.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/7


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,50 % fl-1 ta' Settembru 2022

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta' Settembru 2022

(2022/C 335/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0004

JPY

Yen Ġappuniż

139,34

DKK

Krona Daniża

7,4372

GBP

Lira Sterlina

0,86473

SEK

Krona Żvediża

10,7415

CHF

Frank Żvizzeru

0,9802

ISK

Krona Iżlandiża

141,70

NOK

Krona Norveġiża

10,0130

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,488

HUF

Forint Ungeriż

399,58

PLN

Zloty Pollakk

4,7128

RON

Leu Rumen

4,8447

TRY

Lira Turka

18,2149

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4651

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3169

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

7,8511

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6389

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4002

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 353,69

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,1524

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9017

HRK

Kuna Kroata

7,5210

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 878,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,4828

PHP

Peso Filippin

56,609

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,710

BRL

Real Brażiljan

5,2239

MXN

Peso Messikan

20,1954

INR

Rupi Indjan

79,6195


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


2.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/8


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 335/07)

Deċiżjoni li parzjalment tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2022) 6036

26 ta’ Awwissu 2022

Kromat tas-Sodju

Nru KE 231-889-5, Nru CAS 7775-11-3

Ariston Thermo SpA., Viale Aristide Merloni 45, 60044 Fabriano, l-Italja

REACH/22/26/0

Bħala aġent kontra l-korrużjoni tal-azzar għall-karbonju f’ċirkwit issiġillat tal-pompi tas-sħana li jaħdmu bl-assorbiment tal-gass sa 0.70 % skont il-piż (bħala Cr(VI)) fis-soluzzjoni refriġeranti

26 ta’ Awwissu 2034

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jisbqu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li joriġina mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu)


2.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/9


L-Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar akkordji ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2022 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.40511 - Insurance Ireland: Il-bażi tad-data ta’ talbiet għall-assikurazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-aċċess

Relatur: Il-Latvja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 335/08)

(1)   

Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jikkondividi t-tħassib tal-Kummissjoni espress fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)   

Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċedimenti jistgħu jiġu konklużi permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, kif deskritt fl-abbozz ta’ Deċiżjoni.

(3)   

Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li r-rabtiet finali offruti huma xierqa, neċessarji u proporzjonati u jenħtieġ li jsiru legalment vinkolanti, kif stabbilit fl-abbozz ta’ Deċiżjoni.

(4)   

Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-impenji offruti, ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(5)   

Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


2.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/10


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Il-Każ AT.40511, Insurance Ireland: Talbiet għall-assikurazzjoni bażi ta’ data u kundizzjonijiet ta’ aċċess

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 335/09)

Dan ir-rapport jirrigwarda abbozz ta’ deċiżjoni dwar l-impenji skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (2) (l-“Abbozz ta’ Deċiżjoni”) indirizzat lil Insurance Ireland (Member Association) Company Limited by Guarantee (“Insurance Ireland”).

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjonijiet ex officio u wettqet spezzjonijiet fil-bini ta’ Insurance Ireland f’Dublin, l-Irlanda, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament 1/2003 bejn l-4 ta’ Lulju 2017 u s-7 ta’ Lulju 2017.

Fl-14 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (3) bil-ħsieb li tadotta deċiżjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament 1/2003.

Fit-18 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (“DO”) indirizzata lil Insurance Ireland li ġiet innotifikata lil Insurance Ireland fil-21 ta’ Ġunju 2021. Id-DO qieset b’mod preliminari li Insurance Ireland dewmet b’mod arbitrarju jew de facto ċaħdet l-aċċess għas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni “Insurance Link” tagħha.

Fit-28 ta’ Ġunju 2021, Insurance Ireland irċeviet aċċess għall-fajl permezz ta’ DVD. Ma indirizzatx lili kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl.

Fit-5 ta’ Ottubru 2021, Insurance Ireland ipprovdiet il-kummenti tagħha bil-miktub dwar id-DO sal-iskadenza stabbilita (4) u talbet seduta ta’ smigħ orali skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament. 773/2004 Wara din it-talba, stabbilejt data għal seduta orali li aktar tard ġiet posposta u finalment ikkanċellata, billi Insurance Ireland kienet daħlet f’diskussjonijiet mal-Kummissjoni dwar impenji possibbli skont l-Artikolu 9 tar-Regolament 1/2003.

Fis-16 ta’ Frar 2022, Insurance Ireland offriet impenji (l-“Impenji Inizjali”), biex tissodisfa t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni kif stabbilit fid-DO, li tikkostitwixxi l-valutazzjoni preliminari fis-sens tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament 1/2003 fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

Fl-4 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni ppubblikat avviż f’konformità mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003, fejn talbet għal kummenti minn terzi persuni interessati dwar l-Impenji Inizjali.

Fit-13 ta’ April 2022, il-Kummissjoni infurmat lil Insurance Ireland bil-kummenti li rċeviet dwar l-Impenji Inizjali f’laqgħa dwar is-Sitwazzjoni Attwali.

Fis-17 ta’ Mejju 2022, Insurance Ireland aġġustat l-Impenji Inizjali bi tweġiba għall-kummenti u ppreżentat offerta ta’ impenji finali (l-“Impenji Finali”).

Bl-Abbozz tad-Deċiżjoni, l-Impenji Finali jsiru vinkolanti fuq Insurance Ireland għal 10 snin u tikkonkludi li ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni f’dan il-każ fir-rigward tat-tħassib kif espress fil-valutazzjoni preliminari.

Jien ma rċevejt ebda talba jew ilment fir-rigward tal-proċedura dwar l-impenji.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-parti fil-proċedimenti f’dan il-każ ġie rrispettat.

Brussell, 21 ta’ Ġunju 2022.

Dorothe DALHEIMER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1) (“ir-Regolament 1/2003”).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18), emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea (UE) Nru 2015/1348 tat-3 ta' Awwissu 2015 (ĠU L 208, 5.8.2015, p. 3) (ir-“Regolament 773/2004”).

(4)  L-iskadenza oriġinali kienet il-21 ta’ Settembru 2021. B’talba ta’ Insurance Ireland, id-DĠ Kompetizzjoni estenda l-iskadenza sal-5 ta’ Ottubru 2021.


2.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/12


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta' Ġunju 2022

dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

(Il-Każ AT. 40511 — Insurance Ireland: Bażi tad-data tat-Talbiet Għall-assikurazzjoni u l-Kundizzjonijiet tal-Aċċess)

(notifikat bid-dokument C(2022) 4448 final)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 335/10)

Fit-30 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-Deċiżjoni, inkluża kull penali imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni tagħmel vinkolanti l-impenji offruti minn Insurance Ireland (Member Association) Company Limited by Guarantee (“Insurance Ireland”) biex tittratta t-tħassib tal-Kummissjoni kif espress fil-valutazzjoni preliminari tagħha, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (“ir-Regolament (KE) Nru 1/2003”).

2.   PROĊEDURA

(2)

Bejn l-4 u s-7 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fil-bini ta’ Insurance Ireland f’Dublin, l-Irlanda.

(3)

Fl-14 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni fetħet proċedimenti bil-għan li tieħu deċiżjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill 1/2003. Fit-18 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet li tistabbilixxi t-tħassib preliminari tagħha dwar il-kompetizzjoni (id-“DO”).

(4)

Fis-16 ta’ Frar 2022, Insurance Ireland ippreżentat impenji inizjali skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, biex tittratta dan it-tħassib (l-“Impenji Inizjali”). Fl-4 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (“it-Test tas-Suq”), li jagħti sommarju tal-każ u tal-Impenji Inizjali u li jistieden lil terżi persuni interessati biex jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar l-Impenji Inizjali.

(5)

Fit-13 ta’ April 2022, il-Kummissjoni infurmat lil Insurance Ireland dwar il-kummenti li waslu minn terzi persuni interessati wara l-pubblikazzjoni tat-Test tas-Suq. Fis-17 ta’ Mejju 2022, Insurance Ireland ippreżentat lill-Kummissjoni proposta emendata għall-impenji (l-“Impenji Finali”).

(6)

Fl-20 ta’ Ġunju 2022, il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti ġie kkonsultat u ħareġ b’opinjoni favorevoli. Fil-21 ta’ Ġunju 2022, inħareġ ir-rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta.

3.   L-EVALWAZZJONI PRELIMINARI

(7)

Fid-DO, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li Insurance Ireland kisret l-Artikolu 101(1) TFUE u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, billi ddewmet arbitrarjament u/jew de facto ċaħdet l-aċċess ta’ dawk li mhumiex membri għas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni tagħha, u b’hekk irrestrinġiet il-kompetizzjoni fis-suq Irlandiż tal-assikurazzjoni tal-vetturi bil-mutur. Is-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni ta’ Insurance Ireland (imsejħa “Insurance Link”) tinkludi pool ta’ data ta’ talbiet għall-assikurazzjoni mhux tal-ħajja u faċilità li titlob aktar informazzjoni dwar talbiet tal-passat. Insurance Link fiha informazzjoni importanti għall-identifikazzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi fis-suq Irlandiż tal-assikurazzjoni tal-vetturi bil-mutur.

(8)

Skont il-valutazzjoni preliminari, l-aċċess għal Insurance Link kien imfixkel permezz ta’ għadd ta’ deċiżjonijiet interkonnessi ta’ Insurance Ireland. Mill-inqas sa mill-2009 ’l hawn, l-aċċess għal din is-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni ġie marbut ma’ u/jew sar dipendenti fuq is-sħubija f’Insurance Ireland. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li t-tfassil u l-applikazzjoni tal-kriterji għas-sħubija f’Insurance Ireland ma kinux ċari, trasparenti, oġġettivi, faċilment disponibbli u kienu diskriminatorji, minħabba li Insurance Ireland ittrattat il-proċess ta’ applikazzjoni għas-sħubija b’mod arbitrarju u diskriminatorju u dewmet il-proċess ta’ applikazzjoni għas-sħubija għal għadd ta’ applikanti matul perjodi estiżi.

(9)

Il-Kummissjoni qieset li n-nuqqas ta’ u/jew dewmien fl-aċċess għal Insurance Link kellu l-effett li jpoġġi lill-impriżi affettwati fi żvantaġġ kompetittiv fis-suq tal-assikurazzjoni tal-vetturi bil-mutur Irlandiż meta mqabbel mal-membri ta’ Insurance Ireland li kellhom aċċess għas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni. Dan kellu impatt negattiv fuq l-ispejjeż, il-kwalità tas-servizz u l-ipprezzar tal-kompetituri, għad-detriment aħħari tal-konsumaturi. Hija aġixxiet ukoll bħala ostaklu għad-dħul u b’hekk naqqset il-possibbiltà ta’ prezzijiet u għażla aktar kompetittivi tal-fornituri. In-nuqqas ta’ aċċess għad-data rilevanti li tinsab f’Insurance Link kellu wkoll effett fuq il-kummerċ transfruntier bejn l-Istati Membri, li potenzjalment irriżulta fit-tqassim tas-suq intern.

4.   L-IMPENJI

4.1.   Impenji inizjali

(10)

Filwaqt li Insurance Ireland ma taqbilx mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, xorta waħda offriet l-Impenji Inizjali li ġejjin skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 biex tittratta t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni:

(i)

Li tagħmel l-aċċess għas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni ta’ Insurance Link indipendenti minn kwull sħubija f’Insurance Ireland.

(ii)

Li tibdel il-kriterji ta’ aċċess għal Insurance Link u tagħmilhom ġusti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji u tapplikahom b’mod uniformi għall-applikanti kollha, mill-Irlanda u Stati Membri oħra.

(iii)

Li tistabbilixxi proċedura ġdida ta’ applikazzjoni ta’ Insurance Link bi skeda ta’ żmien definita li tiġi ttrattata minn Uffiċjal tal-Applikazzjoni operazzjonalment indipendenti. Li l-applikanti li jkunu ġew irrifjutati l-aċċess se jkunu jistgħu jappellaw quddiem il-Kumitat ta’ Sorveljanza, korp ta’ appell indipendenti.

(iv)

Li jiġi stabbilit mudell ta’ tariffa bbażata fuq l-ispiża u l-użu u jiġi żgurat li l-utenti ta’ Insurance Ireland jiġu ċċarġjati tariffa ġusta, trasparenti u mhux diskriminatorja.

(v)

Li tiżgura li l-kriterji biex wieħed isir membru tal-assoċjazzjoni Insurance Ireland ikunu ġusti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.

(11)

Li l-Impenji Inizjali jibqgħu fis-seħħ għal 10 snin u jiġu mmonitorjati minn Fiduċjarju tal-Monitoraġġ li jirrapporta regolarment lill-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, li Insurance Ireland ma tistax tevita jew tipprova tevita l-Impenji Inizjali la b’azzjoni u lanqas b’ommissjoni.

4.2.   Impenji riveduti fid-dawl tat-Test tas-Suq

(12)

Bi tweġiba għall-kummenti li waslu minn terzi persuni interessati matul it-Test tas-Suq, Insurance Ireland immodifikat l-Impenji Inizjali u ppreżentat l-Impenji Finali fis-17 ta’ Mejju 2022. Meta mqabbla mal-Impenji Inizjali, l-Impenji Finali għandhom dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar ir-rwol, ir-responsabbiltajiet u l-kompetenzi ewlenin tal-Uffiċjal tal-Applikazzjoni ta’ Insurance Link u l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, kif ukoll kjarifiki ulterjuri dwar il-perjodu għall-implimentazzjoni tal-impenji.

5.   KONKLUŻJONI

(13)

L-Impenji Finali jirrispondu b’mod adegwat għat-tħassib espress fil-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni u għat-tħassib imsemmi minn dawk li wieġbu għat-Test tas-Suq.

(14)

L-impenn li l-aċċess għal Insurance Link jiġi diżakkoppjat mis-sħubija f’Insurance Ireland se jittratta t-tħassib preliminari tal-Kummissjoni li l-aċċess għal Insurance Link huwa marbut ma’ u/jew dipendenti fuq is-sħubija ta’ Insurance Ireland u riżervat għall-membri ta’ Insurance Ireland biss.

(15)

Barra minn hekk, il-kriterji l-ġodda għall-aċċess għal Insurance Link, minn naħa waħda, se jiggarantixxu proċess trasparenti ta’ applikazzjoni ta’ Insurance Link, u, min-naħa l-oħra, se jissalvagwardjaw it-trattament mhux ndiskriminatorju tal-assikuraturi minn Stati Membri oħra u l-aġenti tagħhom. Barra minn hekk, l-impenji li jikkonċernaw il-proċess ta’ applikazzjoni ta’ Insurance Link, b’mod partikolari l-funzjoni l-ġdida tal-Uffiċjal tal-Applikazzjoni, is-Sottokumitat tal-Bord ta’ Insurance Ireland li jirrevedi biss ir-rifjuti ta’ aċċess u l-Kumitat ta’ Sorveljanza, korp indipendenti li jirrieżamina, bħala l-aħħar istanza, ir-rifjuti ta’ aċċess għal Insurance Link, se jittrattaw b’mod adegwat it-tħassib identifikat fil-valutazzjoni preliminari tiegħu li Insurance Ireland ittrattat il-proċess ta’ applikazzjoni b’mod arbitrarju u diskriminatorju għal ċerti applikanti.

(16)

L-impenn dwar l-istruttura tat-tariffi u s-sħubija f’Insurance Ireland se jkompli jissalvagwardja l-aċċess effettiv għal Insurance Link. It-tariffi imposti għall-użu ta’ Insurance Link se jiġu applikati fuq bażi ġusta, oġġettiva, trasparenti u mhux diskriminatorja għall-utenti kollha ta’ Insurance Link. B’dan il-mod, ma jkunux projbittivi għall-utenti attwali jew prospettivi ta’ Insurance Link u ma jintużawx bħala mezz biex direttament jew indirettament ifixklu l-aċċess.

(17)

Fl-aħħar nett, Insurance Ireland impenjat ruħha li tintroduċi kriterji ġusti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji għas-sħubija fl-assoċjazzjoni u li tistabbilixxi proċess ta’ applikazzjoni għal sħubija ssimplifikata u rapida. Dawn l-impenji se jiżguraw li t-tħassib dwar il-kompetizzjoni jiġi ttrattat b’mod effettiv. Proċess trasparenti u simplifikat biex issir membru ta’ Insurance Ireland huwa meħtieġ biex jiġi eliminat fit-tul kull inċentiv biex jiġi ostakolat l-aċċess għal Insurance Link.

(18)

Insurance Ireland ma offrietx impenji anqas onerużi li jittrattaw ukoll it-tħassib tal-Kummissjoni b’mod adegwat. Għalhekk, l-Impenji Finali jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1)


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/15


Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2022/C 335/11)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (KE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

L-IŻVIZZERA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 81, 10.3.2021, p. 27.

Fruntieri ta’ l-Ajruи

(1)

Basel-Mulhouse

(2)

Berne-Belp

(3)

Buochs*

(4)

Dübendorf*

(5)

Emmen*

(6)

Geneva-Cointrin

(7)

Grenchen

(8)

La-Chaux-de-Fond-Les Eplatures

(9)

Lausanne-La Blécherette

(10)

Locarno-Magadino

(11)

Lugano-Agno

(12)

Mollis*

(13)

Payerne

(14)

Saanen*

(15)

Samedan

(16)

Sion

(17)

St Gallen - Altenrhein SG

(18)

St. Stephan*

(19)

Zurich

*

Jistgħu jintużaw biss b’mod eċċezzjonali bħala punt ta’ qsim tal-fruntiera, soġġett għall-approvazzjoni minn qabel ta’ awtorizzazzjoni individwali mill-awtorità superviżorja preżenti fuq il-post.

Spjegazzjoni:

Il-punti tal-qsim tal-fruntiera mmarkati b’asterisk (*) mhumiex okkupati b’mod permanenti mill-persunal tal-awtoritajiet ta’ kontroll fil-fruntiera. Dawn jistgħu jintużaw biss f’każijiet eċċezzjonali għad-dħul u l-ħruġ miż-żona Schengen, dment li tkun inħarġet awtorizzazzjoni individwali preliminari mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kontroll, f’konformità mal-Artikolu 29(3) tal-Ordinanza tal-15 ta’ Awwissu 2018 dwar id-dħul u l-għoti ta’ viżi (OEV , RS 142.204).

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 25.

ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11.

ĠU C 153, 6.7.2007, p.22.

ĠU C 164, 18.7.2008, p. 45.

ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1.

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16.

ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9.

ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10.

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10.

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10.

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20.

ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7.

ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28.

ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22.

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17

ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13.

ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17

ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34.

ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22.

ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12.

ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8.

ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17.

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14.

ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30.

ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18.

ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12.

ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3.

ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7.

ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11.

ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22.

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9.

ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9.

ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2.

ĠU C 275, 24.9.2013, p. 7.

ĠU C 314, 29.10.2013, p. 5.

ĠU C 324, 9.11.2013, p. 6.

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 4.

ĠU C 167, 4.6.2014, p. 9.

ĠU C 244, 26.7.2014, p. 22.

ĠU C 332, 24.9.2014, p. 12.

ĠU C 420, 22.11.2014, p. 9.

ĠU C 72, 28.2.2015, p. 17.

ĠU C 126, 18.4.2015, p. 10.

ĠU C 229, 14.7.2015, p. 5.

ĠU C 341, 16.10.2015, p. 19.

ĠU C 84, 4.3.2016, p. 2.

ĠU C 236, 30.6.2016, p. 6.

ĠU C 278, 30.7.2016, p. 47.

ĠU C 331, 9.9.2016, p. 2.

ĠU C 401, 29.10.2016, p. 4.

ĠU C 484, 24.12.2016, p.30.

ĠU C 32, 1.2.2017, p. 4.

ĠU C 74, 10.3.2017, p. 9.

ĠU C 120, 13.4.2017, p. 17.

ĠU C 152, 16.5.2017, p. 5.

ĠU C 411, 2.12.2017, p. 10.

ĠU C 31, 27.1.2018, p. 12.

ĠU C 261, 25.7.2018, p. 6.

ĠU C 264, 26.7.2018, p. 8.

ĠU C 368, 11.10.2018, p. 4.

ĠU C 459, 20.12.2018, p. 40.

ĠU C 43, 4.2.2019, p. 2.

ĠU C 64, 27.2.2020, p. 17.

ĠU C 231, 14.7.2020, p. 2.

ĠU C 58, 18.2.2021, p. 35.

ĠU C 81, 10.3.2021, p. 27.

ĠU C 184, 12.5.2021, p. 8.

ĠU C 219, 9.6.2021, p. 9.

ĠU C 279, 13.7.2021, p. 4.

ĠU C 290, 20.7.2021, p. 10.

ĠU C 380, 20.9.2021, p. 3.

ĠU C 483, 1.12.2021, p. 19.

ĠU C 201, 18.5.2022, p. 82.

ĠU C 229, 14.6.2022, p. 8.

ĠU C 241, 24.6.2022, p. 6.

ĠU C 286, 27.7.2022, p. 33.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.