ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 323

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
26 ta' Awwissu 2022


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

 

Il-569 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 18.5.2022–19.5.2022

2022/C 323/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-Involviment tas-Soċjetà Ċivili Organizzata fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza – Kif nistgħu ntejbuh?

1

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

 

Il-569 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 18.5.2022–19.5.2022

2022/C 323/02

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Ir-Regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-servizzi tas-saħħa u s-servizzi soċjali: is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali f’xenarju postpandemiku. Ħsibijiet u proposti dwar l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni biex jiġi emendat il-Pakkett Leġiżlattiv tal-2012 (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

8

2022/C 323/03

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala gwardjani tal-ġid komuni fl-irkupru u r-rikostruzzjoni ta’ wara l-pandemija tas-soċjetajiet u l-ekonomiji tal-UE (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

13

2022/C 323/04

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Nagħmlu l-imballaġġ industrija sikura, affordabbli u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

19


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

 

Il-569 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 18.5.2022–19.5.2022

2022/C 323/05

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Global Gateway (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (JOIN(2021) 30 final)

27

2022/C 323/06

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Politika ta’ kompetizzjoni lesta għal sfidi ġodda(COM(2021) 713 final)

34

2022/C 323/07

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Bini ta’ ekonomija għas-servizz tan-nies: pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali(COM(2021) 778 final)

38

2022/C 323/08

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija tal-UE dwar l-Istandardizzazzjoni — L-istabbiliment ta’ standards globali b’appoġġ għal suq uniku tal-UE reżiljenti, ekoloġiku u diġitali(COM(2022) 31 final) — Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni dwar standards Ewropej u strumenti ta’ standardizzazzjoni Ewropea(COM(2022) 32 final — 2022/0021(COD))

43

2022/C 323/09

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-ġenerazzjoni li jmiss tar-riżorsi proprji tal-baġit tal-UE(COM(2021) 566 final), “Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (COM(2021) 569 final — 2021/0429 (APP)) uProposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(COM(2021) 570 final — 2021/0430 (CNS))

48

2022/C 323/10

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-tmien Rapport dwar il-Koeżjoni: Il-Koeżjoni fl-Ewropa sal-2050(COM(2022) 34 final)

54

2022/C 323/11

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għall-apprendiment tul il-ħajja u għall-impjegabbiltà(COM(2021) 770 final) u Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kontijiet individwali tal-apprendiment(COM(2021) 773 final)

62

2022/C 323/12

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI (COM(2021) 782 final — 2021/0411 (COD)) — Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju awtomatizzat ta’ data għall-kooperazzjoni tal-pulizija (Prüm II), li jemenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI u r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2021) 784 final — 2021/0410 (COD)) — Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jindirizza s-sitwazzjonijiet ta’ strumentalizzazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u tal-ażil (COM(2021) 890 final — 2021/0427 (COD)) — Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (COM(2021) 891 final — 2021/0428 (COD))

69

2022/C 323/13

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntieri, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja(COM(2021) 759 final — 2021/0394 (COD)) u Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE, id-Deċiżjonijiet Qafas tal-Kunsill 2002/465/ĠAI, 2002/584/ĠAI, 2003/577/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI, 2008/947/ĠAI, 2009/829/ĠAI u 2009/948/ĠAI, u d-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja[COM(2021) 760 final — 2021/0395 (COD)]

77

2022/C 323/14

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Ewropa aktar inklużiva u protettiva: l-estensjoni tal-lista ta’ reati fl-UE għad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda(COM (2021) 777 final)

83

2022/C 323/15

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (COM(2022) 18 final — 2022/0009 (COD))

88

2022/C 323/16

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli(COM(2021) 800 final)

95

2022/C 323/17

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/942 (COM(2021) 805 final/2 — 2021/0423 (COD)) — Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu (COM(2021) 804 final — 2021/0424 (COD)) — Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu (COM(2021) 803 final — 2021/0425 (COD))

101

2022/C 323/18

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Qafas il-ġdid tal-UE għall-Mobbiltà Urbana (COM(2021) 811 final)

107

2022/C 323/19

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2021 — Kontribut għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Irkupru tal-Unjoni (skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika)(COM(2021) 950 final)

112

2022/C 323/20

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/25/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ rekwiżiti mtejba tal-istabbiltà u l-allinjament tagħha mar-rekwiżiti tal-istabbiltà definiti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali(COM(2022) 53 final — 2022/0036 (COD))

119

2022/C 323/21

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli(COM(2022) 108 final)

123

2022/C 323/22

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali(COM(2022) 0135 — 2022/0090 (COD))

129

2022/C 323/23

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1628 fir-rigward tal-estensjoni tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati(COM(2022) 113 final — 2022/0080 (COD))

133

2022/C 323/24

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU(COM(2022) 145 final — 2022/0096 (COD)) u Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU(COM(2022) 162 final — 2022/0096 (COD))

134

2022/C 323/25

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi sabiex jittaffew il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġu mitigati l-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżat minn dik l-aggressjoni militari fuq il-katina tal-provvista ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (COM(2022) 179 — 2022/0118 COD)

135


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-569 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 18.5.2022–19.5.2022

26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-Involviment tas-Soċjetà Ċivili Organizzata fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza – Kif nistgħu ntejbuh?”

(2022/C 323/01)

Fis-sessjoni plenarja tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Mejju 2022 (laqgħa tat-18 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta r-Riżoluzzjoni li ġejja b’197 vot favur u 4 astensjonijiet.

1.   Introduzzjoni

1.1.

Fir-Riżoluzzjoni (1) tiegħu ta’ Frar 2021, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ivvaluta l-parteċipazzjoni, permezz ta’ konsultazzjoni, tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll il-kwalità tal-involviment tagħhom. Dawn il-Pjani ġew ippreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni Ewropea (KE) sabiex jibbenefikaw mill-appoġġ tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li hija l-qofol tal-istrument temporanju għall-irkupru “NextGenerationEU” (NGEU). Minkejja l-Artikolu 18(4)(q) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (2), il-konklużjoni ewlenija tal-KESE kienet li l-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata kien fil-biċċa l-kbira insuffiċjenti fil-maġġoranza tal-Istati Membri. Barra minn hekk, deher li l-konsultazzjonijiet, spiss mibdija mill-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ġeneralment jitqiesu bħala sempliċi formalitajiet mingħajr l-ebda kapaċità reali li jinfluwenzaw il-kontenut tal-Pjani. Il-Kumitat ħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-gvernijiet nazzjonali biex jikkoreġu din is-sitwazzjoni fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-aġġustament tal-Pjani. Barra minn hekk, il-KESE jkompli jenfasizza l-importanza li s-soċjetà ċivili organizzata tkun ukoll ippreparata aħjar biex twieġeb għal din il-ħtieġa biex iżżid l-involviment tagħha.

1.2.

Fir-Riżoluzzjoni msemmija hawn fuq u f’diversi Opinjonijiet, il-KESE esprima wkoll li jaqbel mal-objettivi ta’ investiment u l-linji gwida għar-riformi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li għandu jkollhom l-għan li jiksbu bidla fil-mudell ta’ produzzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u diġitalizzata, imwettqa permezz ta’ proċessi ta’ tranżizzjoni ġusta li jiżguraw il-protezzjoni tal-ħaddiema u r-reġjuni kkonċernati, ir-riallokazzjoni tal-ħaddiema u r-riġenerazzjoni u t-tiġdid tan-nisġa produttiva. Fil-fehma tal-Kumitat, l-investimenti u r-riformi stabbiliti fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandhom jippromovu t-titjib tal-produttività tan-negozju u tal-ekonomija fl-Istati Membri, it-tisħiħ tan-nisġa industrijali innovattiva permezz ta’ appoġġ għall-SMEs u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, u t-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, li tista’ tinkiseb ukoll permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

1.3.

Hekk kif l-ekonomija Ewropea kienet qed tirkupra mir-reċessjoni ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri tas-saħħa pubblika meħuda biex tiġi miġġielda, u filwaqt li tfittex li tegħleb id-distorsjonijiet tal-provvista u l-pressjonijiet inflazzjonarji li l-pandemija kienet ipproduċiet fl-ekonomija globali, xokk estern mhux mistenni ħoloq xenarju politiku u ekonomiku ġdid mimli diffikultajiet u riskji: l-invażjoni tal-Ukrajna mill-armata tal-Federazzjoni Russa. Il-KESE kkundanna dan bil-qawwa bħala ksur serju tar-regoli u l-ftehimiet internazzjonali fis-seħħ (3). Dan jhedded is-sigurtà Ewropea u globali, qed jikkawża tbatija enormi tal-bniedem, qerda materjali u ħsara ambjentali, u biddel radikalment il-qafas ekonomiku Ewropew u globali.

1.4.

F’Marzu, l-inflazzjoni sena wara sena fiż-żona tal-Euro laħqet is- 7,5 %, li huwa l-ogħla perċentwali mill-adozzjoni tal-Euro, u l-inflazzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija laħqet l-44,7 %. Barra minn hekk, gwerra fit-tul fl-Ukrajna tista’ twassal għal skarsezzi fil-fjuwils fossili, li għadna niddependu minnhom, u ta’ materja prima u prodotti tal-ikel oħra. Dan kollu jagħmel l-iżvilupp tal-prezzijiet u t-tkabbir imprevedibbli, u jħalli impatt enormi fuq l-ifqar pajjiżi, jiġifieri l-Afrika u l-Lvant Nofsani. L-istaġnar huwa riskju reali għall-ekonomiji tal-Ewropa u reġjuni oħra tad-dinja. L-objettivi tal-miżuri u l-istrumenti tal-Patt Ekoloġiku, li jimmira lejn in-newtralità klimatika għall-Ewropa sal-2050, jistgħu jiġu affettwati wkoll. L-implikazzjonijiet ġeopolitiċi tal-gwerra se jaffettwaw il-katina kollha tal-valur tal-ikel, l-industrija, id-difiża u l-kummerċ fl-Ewropa u globalment, il-politiki korrispondenti tal-UE f’dawn l-oqsma u f’oqsma oħrajn, kif ukoll ir-riflessjoni li għaddejja dwar il-Futur tal-Ewropa u l-livelli ta’ integrazzjoni li rridu niksbu kollettivament bħala nazzjonijiet u ċittadini Ewropej. Għalhekk għandha tiġi kkunsidrata reviżjoni tal-għodod finanzjarji tal-UE fid-dawl ta’ dan ix-xenarju l-ġdid. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni maħluqa mill-gwerra fl-Ukrajna se taffettwa l-implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li se jkollhom jitwettqu b’mod konsistenti mal-objettivi l-ġodda tal-politika ekonomika li se jiġu stabbiliti biex jiġu indirizzati r-riskji u l-isfidi tas-sitwazzjoni l-ġdida. Dawn ix-xenarji li sejrin għall-agħar jimplikaw Ewropa aktar b’saħħitha u aktar magħquda “Tkun xi tkun il-ħtieġa”.

1.5.

Permezz ta’ din ir-Riżoluzzjoni, il-KESE għandu l-għan li jivvaluta jekk l-Istati Membri indirizzawx in-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tal-involviment tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u kif qed tiżviluppa l-parteċipazzjoni tagħhom fl-implimentazzjoni tal-Pjani. Għal dan il-għan, il-Grupp tas-Semestru Ewropew tal-KESE ġabar il-fehmiet tas-soċjetà ċivili organizzata permezz ta’ kwestjonarju mibgħut lill-membri tal-grupp. Il-kwestjonarju jinkludi 21 mistoqsija dwar l-imsieħba soċjali u l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rigward il-kontenut u l-implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u l-impatt tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fuq l-ekonomija u s-soċjetà tal-Istati Membri. B’kollox, 21 Stat Membru (4) rrispondew il-kwestjonarju. Barra minn hekk, din il-konsultazzjoni twettqet ukoll permezz ta’ round tables, organizzati b’mod konġunt mas-soċjetà ċivili organizzata u/jew mal-kunsilli nazzjonali ekonomiċi u soċjali, f’seba’ Stati Membri bejn il-ħarifa tal-2021 u l-aħħar ta’ Marzu 2022.

2.   Metodu

2.1.

Id-data u l-informazzjoni meħtieġa għal dan ir-rapport kienu miġbura bejn Ottubru 2021 u April 2022. B’kollox, waslu 23 kontribut nazzjonali (tweġibiet għall-kwestjonarju u/jew l-organizzazzjoni ta’ round table). Il-konsultazzjonijiet saru abbażi tal-għarfien tal-membri stess u involvew l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. F’xi pajjiżi, kienu involuti l-kunsilli ekonomiċi u soċjali jew korpi ekwivalenti, u f’oħrajn, ġew ikkonsultati wkoll rappreżentanti tal-gvern.

2.2.

Minħabba diversi raġunijiet, mhux il-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza kollha ġew approvati mill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li xi Stati Membri kienu għadhom ma mxewx lil hinn mill-fażi ta’ implimentazzjoni matul il-konsultazzjoni tagħna. Għalhekk, xi Stati Membri setgħu biss iwieġbu parzjalment jew ma jwieġbu xejn għall-kwestjonarju. Sabiex tikkomplementa l-informazzjoni nieqsa, din ir-Riżoluzzjoni tibbaża wkoll fuq sorsi esterni, bħal pubblikazzjonijiet minn gruppi ta’ riflessjoni, studji ta’ riċerka komparattiva u dibattiti nazzjonali. Barra minn hekk, il-kwestjonarju ntbagħat ukoll lil xi ftit organizzazzjonijiet Ewropej tas-soċjetà ċivili, partijiet mill-Grupp ta’ Kuntatt tal-KESE (5) u rappreżentanti oħra tat-tliet Gruppi tal-KESE. L-informazzjoni addizzjonali, immirata lejn it-tfassil ta’ stampa sħiħa tas-sitwazzjoni, hija distinta b’mod ċar f’din ir-Riżoluzzjoni (6)

2.3.

Il-21 mistoqsija li fformaw il-bażi għall-konsultazzjonijiet huma miġbura fl-erba’ taqsimiet li ġejjin:

Taqsima I: X’inhi l-fehma tas-soċjetà ċivili organizzata dwar il-kontenut tal-Pjani, l-objettivi ta’ investiment tagħhom u r-riformi proposti?

Taqsima II: Kif qed javvanzaw l-implimentazzjoni tal-Pjani, l-investimenti tagħhom u r-riformi?

Taqsima III: L-impatt potenzjali tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza fuq l-ekonomija u s-soċjetà tal-Istati Membri.

Taqsima IV: L-involviment tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-Pjan.

3.   Osservazzjonijiet mir-riżultati tal-konsultazzjonijiet

3.1.   Taqsima I: X’inhi l-fehma tas-soċjetà ċivili organizzata dwar il-kontenut tal-Pjani, l-objettivi ta’ investiment tagħhom u r-riformi proposti?

3.1.1.

Fir-rigward tal-inklużjoni ta’ proposti mis-soċjetà ċivili organizzata fil-kontenut tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Kummissjoni Ewropea enfasizzat, fl-analiżi tagħha tal-Pjani, il-proposti speċifiċi mill-partijiet ikkonċernati li huma riflessi b’mod effettiv, pereżempju, fil-Pjani taċ-Ċekja (7), tal-Ġermanja (8), ta’ Ċipru (9), tal-Awstrija (10), tal-Portugall (11), jew tas-Slovakkja (12). Il-Latvja ppubblikat, flimkien mal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħha, is-suġġerimenti mill-imsieħba, u inkludiet xi wħud minnhom fil-Pjan. Il-konsultazzjonijiet li saru fil-kuntest ta’ din ir-Riżoluzzjoni wrew li filwaqt li l-maġġoranza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri jemmnu li l-Pjan ser ikun suċċess u jappoġġja l-objettivi ekoloġiċi, diġitali u soċjali tiegħu, madankollu, spiss issemma li d-dimensjoni soċjali hija relattivament mhux żviluppata. Barra minn hekk, tqajjem tħassib dwar il-kapaċità tal-Istati Membri li jimmaniġġjaw il-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jew li jagħmlu dan f’perjodu ta’ żmien xieraq, li jista’ jfixkel is-suċċess tal-Pjan. Dan huwa partikolarment minnu għall-akbar benefiċjarji tal-fondi. Il-valutazzjoni tal-kapaċità tal-Pjan li jibni reżiljenza ekonomika hija mħallta. B’mod partikolari, il-pajjiżi li jirċievu relattivament ftit finanzjament ma jistennewx li l-Pjan jikkontribwixxi għar-reżiljenza fit-tul tal-ekonomija tagħhom. Finalment, is-soċjetà ċivili organizzata jiddispjaċiha ħafna li l-fehmiet tagħha dwar il-prijoritajiet li għandhom jiġu riflessi fil-Pjan ma ġewx ikkunsidrati biżżejjed fil-verżjoni finali. Is-soċjetà ċivili organizzata rrimarkat ukoll, ripetutament, li ħafna mir-riformi li jinsabu fil-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza kienu diġà previsti fi programmi nazzjonali ta’ riforma preċedenti, indipendentement mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-objettivi ta’ investiment u r-riforma tagħha, li ftit li xejn ħallew lok għas-soċjetà ċivili organizzata biex tinfluwenza l-kontenut tal-Pjan.

3.2.   Taqsima II: Kif qed javvanzaw l-implimentazzjoni tal-Pjani, l-investimenti tagħhom u r-riformi?

3.2.1.

Fil-15 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni nediet it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (13), kif previst fir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Din tagħti ħarsa ġenerali lejn kif l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza miexja ’l quddiem, iżda ma tirriflettix il-punt sa fejn l-Istati Membri qed jidderieġu l-fondi b’mod effettiv biex jiffinanzjaw il-proġetti tagħhom. Għalhekk, xi Stati Membri, bħall-Awstrija, l-Italja, il-Latvja, il-Portugall, is-Slovakkja u Spanja, jiżvelaw fuq is-siti web tagħhom xi informazzjoni dwar kif qed jintefqu l-fondi u kif qed jiġu implimentati l-miżuri.

3.2.2.

Il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati kkonsultati sal-bidu ta’ April 2022 indikaw li kien għadu kmieni wisq biex tingħata ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-implimentazzjoni tal-Pjan u l-involviment tagħhom fih. F’xi Stati Membri, dan huwa parzjalment dovut għal proċess ta’ implimentazzjoni bil-mod jew dewmien fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Pjan. Madankollu, is-soċjetà ċivili organizzata tiddikjara li diġà esprimiet il-fehmiet tagħha dwar l-isfidi (potenzjali) li jistgħu jinqalgħu matul il-fażi ta’ implimentazzjoni. F’dan ir-rigward, waħda mill-ostakli ewlenin li ġiet identifikata hija l-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri, b’mod partikolari fil-livelli reġjonali u lokali (kif enfasizzat ukoll fid-dokument ta’ riflessjoni taċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej ippubblikat f’Marzu 2022 (14)). Dan huwa speċjalment il-każ għall-akbar benefiċjarji tal-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Għal din ir-raġuni, ħafna msieħba soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jinsistu fuq involviment akbar tal-komunitajiet lokali u reġjonali. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati jemmnu li l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata fl-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza fil-livelli reġjonali u lokali mhijiex effettiva. It-tieni ostaklu li jissemma ta’ spiss huwa n-nuqqas ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn il-gvern nazzjonali u l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jista’ jxekkel serjament l-involviment tagħhom fil-fażi ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ.

3.2.3.

Minkejja dawn l-isfidi identifikati, skont analiżi fil-fond tal-EPRS ippubblikata f’Marzu 2022 (15), minn naħa, diversi Stati Membri, pereżempju, il-Belġju, Ċipru, il-Greċja, l-Estonja u l-Finlandja, impenjaw ruħhom b’mod ġenerali biex ikomplu jinvolvu ruħhom mal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili matul il-fażi ta’ implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u min-naħa l-oħra, pajjiżi oħra, bħaċ-Ċekja, Franza, l-Italja u l-Portugall, irreferew għal kumitat/korp speċifiku li se jkun responsabbli, fost affarijiet oħra, għall-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-ksib tal-progress, il-konformità mal-istadji importanti u l-objettivi tal-fergħat differenti, l-attivitajiet ta’ pubbliċità u l-evalwazzjoni tar-rapporti ta’ implimentazzjoni.

3.3.   Taqsima III: L-impatt potenzjali tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza fuq l-ekonomija u s-soċjetà tal-Istati Membri

3.3.1.

Skont studju mwettaq mis-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew (16), il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija mistennija tixpruna l-investimenti pubbliċi, b’enfasi fuq iż-żieda fil-produzzjoni reali, u tippermetti spazju fiskali addizzjonali, li min-naħa tiegħu għandu jippermetti nefqiet nazzjonali diġà ppjanati abbażi tal-prinċipju addizzjonali. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, minn naħa waħda, twassal għal żieda sostanzjali fil-PDG fit-terminu qasir u medju permezz tad-domanda għall-investiment pubbliku u privat, u b’hekk jiżdied l-istokk kapitali li huwa meħtieġ biex jiġġenera, min-naħa l-oħra, PDG ogħla fit-terminu medju u fit-tul permezz ta’ tkabbir fl-impjiegi, produttività u pagi ogħla, u effett pożittiv fuq il-produzzjoni.

3.3.2.

Il-fehmiet tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar l-impatti potenzjali tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza fuq l-ekonomija u s-soċjetà ta’ pajjiżhom huma pjuttost frammentati. Din il-perċezzjoni tvarja b’mod partikolari skont id-daqs tal-ammonti ta’ finanzjament tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza allokati lil kull Stat Membru. Tabilħaqq, fl-Istati Membri li jirċievu ammonti kbar, l-impatt huwa perċepit b’mod aktar pożittiv milli fl-Istati Membri li jirċievu ammonti relattivament żgħar meta mqabbla mad-daqs tal-ekonomija tagħhom. Minkejja dawn id-disparitajiet, is-soċjetà ċivili organizzata ġeneralment tara l-impatt tal-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-investimenti tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza fuq ir-riformi b’mod pożittiv, peress li dawn jipprovdu impetu biex jinkisbu l-objettivi tat-tranżizzjoni doppja.

3.4.   Taqsima IV: L-involviment tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-Pjan

3.4.1.

Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata fil-fażi tal-implimentazzjoni tal-Pjan, fil-ftit Stati Membri fejn fil-fatt bdiet, saret f’forom differenti. L-informazzjoni pprovduta mill-partijiet ikkonċernati identifikat erba’ kategoriji ta’ involviment: (1) statutorju; (2) permezz ta’ gruppi ta’ ħidma speċjali tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza; (3) permezz ta’ laqgħat mal-partijiet ikkonċernati; (4) l-ebda forma speċifika ta’ involviment ippjanata. Meta mqabbel mal-konklużjonijiet li ħarġu fl-2021 dwar in-nuqqas ovvju ta’ involviment tas-soċjetà ċivili organizzata fil-fażi tal-abbozzar tal-Pjan, l-involviment tagħha fil-fażi ta’ implimentazzjoni huwa vvalutat b’mod aktar pożittiv, għalkemm għadu ’l bogħod milli jkun sodisfaċenti fl-Istati Membri kollha. Fil-fatt, ġie indikat li f’xi pajjiżi qed jiġu promossi inizjattivi mfassla speċifikament biex jinvolvu lis-soċjetà ċivili organizzata fl-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Barra minn hekk, fir-rigward tad-differenza potenzjali fl-involviment bejn l-imsieħba soċjali, minn naħa, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, min-naħa l-oħra, jidher, b’mod ġenerali, li fl-Istati Membri jew ma hemm l-ebda involviment ta’ xi waħda mill-partijiet jew inkella hemm l-involviment taż-żewġ partijiet, mingħajr distinzjoni. Madankollu, il-partijiet ikkonċernati fi tlieta (l-Awstrija, il-Greċja u l-Portugall) mill-20 Stat Membru kkonsultati rrapportaw li hemm distinzjoni sinifikanti fl-involviment ta’ dawn il-partijiet. F’dawn il-pajjiżi, l-imsieħba soċjali huma aktar involuti mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

3.4.2.

F’dan ir-rigward, stħarriġ ta’ BusinessEurope (17) li sar fil-bidu tal-2022 wera li l-imsieħba soċjali huma dejjem aktar involuti fil-Pjani ta’ Rkupru, u dan huwa rifless f’rata ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon ta’ 30 % biss fir-rigward tar-rwol tagħhom sa issa fl-implimentazzjoni tal-Pjan, meta mqabbel ma’ 71 % tas-sena li għaddiet fir-rigward tar-rwol tagħhom fit-tfassil tal-Pjan. Barra minn hekk, kif enfasizzat fir-rapport tal-Eurofound (18) ta’ Marzu 2022, wara li jiġu adottati l-Pjani, l-imsieħba soċjali enfasizzaw l-importanza tar-rapporti tal-pajjiżi maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tas-Semestru Ewropew (19), li inkwadraw id-diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti nazzjonali, li jippermettu lill-imsieħba soċjali jiskambjaw ideat u jikkontribwixxu għall-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza bl-użu ta’ linja bażi soda.

4.   Konklużjonijiet

4.1.

B’mod ġenerali, il-kontenut finali tal-Pjani jiġi evalwat b’mod pożittiv. F’xi każijiet, il-kummenti tas-soċjetà ċivili organizzata tqiesu fil-verżjonijiet finalizzati tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. B’mod ġenerali, is-soċjetà ċivili organizzata tappoġġja l-objettivi ekoloġiċi, diġitali u soċjali tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Fir-rigward tal-kontribut għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, ġew espressi fehmiet pożittivi minkejja li l-impatt tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa evalwat bħala wieħed limitat ħlief għal ftit każijiet. Sfortunatament, ta’ spiss ġie espress li d-dimensjoni soċjali tal-Pjan kienet relattivament sottożviluppata minkejja l-importanza ta’ dan għall-aspett tar-reżiljenza. Ġiet espressa l-fehma li t-tranżizzjoni teħtieġ aktar investiment, speċjalment minħabba l-kriżi attwali. Minkejja t-titjib perċepit f’xi Stati Membri, għadu diffiċli li jitwieġeb b’mod konklużiv jekk il-parteċipazzjoni fil-fażi ta’ implimentazzjoni ttejbitx, b’mod partikolari minħabba li l-implimentazzjoni ta’ ħafna Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza ddewmet b’mod sinifikanti f’ħafna Stati Membri. Madankollu, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili enfasizzaw li d-djalogu soċjali istituzzjonali tjieb f’din il-fażi. Fil-fatt, pereżempju fi Spanja, l-imsieħba soċjali jirrikonoxxu li l-qafas tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza kkontribwixxa għal ftehimiet importanti dwar ir-riformi tax-xogħol u tal-pensjonijiet permezz ta’ djalogu soċjali tripartitiku.

4.2.

Minkejja d-dewmien fl-implimentazzjoni ta’ ħafna Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ġew identifikati prattiki tajbin f’xi Stati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Pereżempju, fl-Awstrija, Franza, il-Lussemburgu, Spanja u l-Iżvezja, il-kooperazzjoni mill-qrib u kostruttiva bejn l-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-gvern, imsaħħa bit-trasparenza u d-djalogu kontinwu, hija għodda importanti għall-involviment tagħhom fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Barra minn hekk, fiċ-Ċekja, fl-Estonja, fil-Finlandja, fl-Italja u fi Spanja, sit web tal-kampanja jew portal tal-gvern iddedikati għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ġie implimentat b’informazzjoni trasparenti aċċessibbli għall-pubbliku. Fl-Italja, li hija l-benefiċjarju ewlieni tal-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, f’Novembru 2021 ġiet stabbilita Sħubija ta’ Round Table Permanenti (Tavolo permanente del partenariato) fil-livell tal-gvern, fejn gruppi ta’ ħidma speċifiċi jimmonitorjaw b’mod kritiku d-direzzjoni u l-kwalità tal-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’termini tal-aspettattivi taċ-ċittadini. Dan il-korp huwa ppresedut mill-Prim Ministru Taljan u kkoordinat mill-President tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ekonomija u x-Xogħol (CNEL). Barra minn hekk, ġie ffirmat ftehim strutturat speċifiku mal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Muniċipalitajiet Taljani (ANCI) għall-iżvilupp ta’ djalogu u assistenza strutturata fil-fażijiet ta’ implimentazzjoni fil-livell lokali relatati ma’ kwistjonijiet ta’ tħassib tagħhom. Bl-istess mod, fl-Italja qed jitħeġġeġ l-involviment tal-muniċipalitajiet u atturi lokali oħra fir-rigward tal-kapaċità amministrattiva. Fil-Kroazja, is-soċjetà ċivili organizzata hija involuta fil-gruppi ta’ ħidma li jħejju l-offerti għall-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll fi ftehimiet mal-Ministeru tat-Turiżmu dwar miżuri skont il-Pjan għas-settur tat-turiżmu. Finalment, fil-Portugall, is-soċjetà ċivili organizzata hija involuta fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, b’mod partikolari billi tanalizza r-riżultati tal-Pjan u r-rapporti tal-valutazzjoni tal-impatt. F’dan ir-rigward, inħoloq korp ta’ monitoraġġ – il-Kumitat Nazzjonali ta’ Monitoraġġ (CNA) – li jinkludi, fost l-oħrajn, rappreżentanti tal-imsieħba soċjali, l-universitajiet u s-settur soċjali. Dawn l-iskambji ta’ prattiki tajba huma mħeġġa u jservu ta’ eżempju għall-Istati Membri l-oħra.

4.3.

F’ħafna Stati Membri, hemm sejħiet għal involviment aħjar tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-fażi ta’ implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Is-soċjetà ċivili organizzata tappella għal aktar trasparenza fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Pjani u titlob li l-informazzjoni tkun disponibbli għall-pubbliku u li jkomplu jiġu mħeġġa d-djalogi dwar il-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. Jekk dan ikun nieqes, hemm il-probabbiltà li l-isfidi ewlenin ma jiġux indirizzati b’mod korrett. Finalment, fil-maġġoranza tal-Istati Membri, wieħed għad irid jara jekk il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata hijiex se tittejjeb b’mod sinifikanti matul il-fażijiet ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ tal-Pjani, li bħalissa għadhom mexjin bil-mod wisq jew imdewma.

4.4.

Il-Kumitat jappella lill-gvernijiet nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri fejn l-involviment tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (20) għadu mhux biżżejjed, sabiex jirrimedjaw din is-sitwazzjoni b’urġenza u biex jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Huwa jappella lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew sabiex jinfurzaw il-konformità mar-regoli fis-seħħ.

4.5.

Minkejja dan ta’ hawn fuq, il-KESE jemmen li n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni effettiva u ta’ kwalità tas-soċjetà ċivili organizzata fil-governanza ekonomika tal-UE mhux se jiġi solvut b’mod sodisfaċenti sakemm ma ssirx riforma tas-Semestru Ewropew li tiggarantixxi dan permezz ta’ direttiva jew regolament. Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li parteċipazzjoni xierqa sseħħ meta, fi proċessi ta’ konsultazzjoni formali bbażati fuq regoli legali u proċeduri pubbliċi u trasparenti, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu debitament informati bil-miktub, u jingħataw biżżejjed żmien biex janalizzaw il-proposti tal-gvern u jfasslu l-proposti tagħhom stess, u l-inklużjoni jew iċ-ċaħda ta’ dawn il-proposti tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni li tinsab fil-minuti jew fid-dokumenti pubbliċi.

4.6.

Il-gwerra tal-Ukrajna u r-riskji immedjati tagħha għall-ekonomija Ewropea u globali ma jixħtux dubju fuq l-objettivi tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza iżda, għall-kuntrarju, fil-fehma tal-Kumitat, għandhom iħeġġu lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-gvernijiet nazzjonali biex iħaffu l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Pjani, kif ukoll l-investimenti u r-riformi assoċjati, u biex imexxu ’l quddiem il-Patt Ekoloġiku tal-UE, sabiex isostnu t-tkabbir u jaċċelleraw id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija u l-awtonomija strateġika ekoloġika tal-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin, l-UE trid tagħmel dak kollu meħtieġ biex tgħin lill-gvern u lill-poplu tal-Ukrajna, biex tipprovdi kura adegwata għall-miljuni ta’ nies li ġew imġiegħla jfittxu rifuġju fil-pajjiżi tal-UE, u biex tassisti lill-Istati Membri l-aktar milquta direttament f’diversi setturi tal-ekonomiji tagħhom.

4.7.

Qabel ma faqqgħet il-gwerra, l-ammont totali ta’ fondi nazzjonali u tal-NGEU ma kienx biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u biex titwettaq it-tranżizzjoni tal-enerġija ġusta u inklużiva meħtieġa, b’mod partikolari l-objettiv li l-fjuwils fossili jiġu sostitwiti b’sorsi ta’ produzzjoni tal-enerġija nadifa u rinnovabbli f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC). Barra minn hekk, issa hemm il-ħtieġa ġeopolitika urġenti biex tintemm id-dipendenza enerġetika tal-UE mir-Russja. Din se twassal ukoll għal żieda qawwija fl-investimenti fis-sigurtà u d-difiża, li se tkun ta’ piż kbir fuq il-baġits pubbliċi.

4.8.

Għalhekk, il-KESE jipproponi:

(a)

l-adozzjoni urġenti ta’ Strateġija ġdida tal-UE dwar l-Enerġija li tippromovi konnessjoni effikaċi tan-networks tal-enerġija tagħha, sostituzzjoni rapida tal-fjuwils fossili b’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, effiċjenza għolja tal-enerġija u tnaqqis fid-domanda għall-enerġija;

(b)

il-kunsiderazzjoni tal-possibbiltà li l-investimenti tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza jiġu diretti mill-ġdid lejn investiment akbar fl-enerġija nadifa u rinnovabbli filwaqt li tiġi żgurata l-awtonomija strateġika tal-UE;

(c)

li l-Istati Membri kollha jużaw is-sehem tagħhom tal-fondi tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jiffinanzjaw programmi ġodda f’din id-direzzjoni, bħal programmi għal investimenti fl-enerġija sostenibbli;

(d)

li fuq medda qasira ta’ żmien, l-awtoritajiet Ewropej u l-gvernijiet nazzjonali għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, kemm fil-qasam tal-produzzjoni kif ukoll f’dak tal-konsum, biex jipproteġu l-ekonomiji mill-effetti kaskata tal-gwerra fuq l-ekonomija tal-UE, li qed ixxekkel serjament is-swieq tal-ikel, tal-enerġija u dawk finanzjarji, bil-prezzijiet tal-enerġija dejjem jogħlew u tfixkil fil-katina tal-provvista;

(e)

il-valutazzjoni tal-ħolqien ta’ strument ġdid ta’ investiment finanzjarju u l-appoġġ għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tinsab fil-Komunikazzjoni REpowerEU biex jitħaffef ir-ristrutturar tas-settur tal-enerġija, sabiex tiġi pprovduta awtonomija strateġika tal-UE aktar sigura u sostenibbli. Għal dan il-għan, għandu jintuża l-aktar mudell xieraq li għandu jiġi identifikat, abbażi tal-aħjar prattiki u r-riżultati tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

4.9.

Il-konklużjonijiet tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima tan-NU tal-2022 huma tfakkira serja oħra tal-inadegwatezzi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Il-KESE jappella lill-awtoritajiet Ewropej biex iqisu dan kollu meta jadottaw inizjattivi ta’ politika dwar l-enerġija, l-industrija u l-ekonomija.

4.10.

Il-KESE huwa konxju tad-diffikultajiet enormi involuti, fiċ-ċirkostanzi attwali, biex tiġi implimentata politika ekonomika li fl-istess ħin għandha l-għan li tnaqqas l-inflazzjoni u tiżgura t-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fit-terminu medju u fit-tul. L-awtoritajiet Ewropej, il-gvernijiet nazzjonali u l-BĊE jridu jaġixxu f’koordinazzjoni mill-qrib u jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-irtirar tal-politiki monetarji u fiskali espansjonarji jitwettaq b’tali mod li ma jwassalx għal reċessjoni ġdida. Il-KESE jemmen li r-riforma tar-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir għandha ssir billi jiġu stabbiliti miri realistiċi tad-defiċit u d-dejn, tiġi inkorporata r-regola tad-deheb tal-investiment, u jiġu stabbiliti metodi flessibbli, skont is-sitwazzjoni ta’ kull pajjiż, biex jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis tal-livelli tad-dejn pubbliku.

4.11.

L-isforzi fl-edukazzjoni u fit-tagħlim tul il-ħajja għall-ħaddiema u l-popolazzjoni b’mod ġenerali huma essenzjali biex jiġu żgurati tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali ġusti u inklużivi. Għandha tingħata prijorità lit-taħriġ u lill-gwida vokazzjonali għall-ħaddiema affettwati mill-proċessi ta’ ristrutturar, iżda wkoll lill-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet li jirriżultaw mit-tipi differenti ta’ bidliet teknoloġiċi fl-apparat produttiv. Id-diġitalizzazzjoni teħtieġ attenzjoni speċjali fil-każ ta’ persuni li, minħabba l-età tagħhom jew minħabba ċirkostanzi oħra, ikollhom aktar diffikultajiet biex jaċċessaw is-servizzi diġitizzati. Din il-parti tal-popolazzjoni trid tkun garantita l-aċċess għat-taħriġ u servizzi ta’ appoġġ speċjali biex tgħinhom jaċċessaw it-tipi kollha ta’ benefiċċji u servizzi.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  Riżoluzzjoni tal-KESE dwar L-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza – X’jaħdem u x’ma jaħdimx? (ĠU C 155, 30.4.2021, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(3)  Il-gwerra fl-Ukrajna u l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tagħha (ĠU C 290, 29.7.2022, p. 1).

(4)  NB: Qabel l-1 ta’ April 2022, il-Kummissjoni approvat 23 Pjan (inkluż il-Pjan Żvediż lejn l-aħħar ta’ Marzu 2022 li għad irid jiġi approvat mill-Kunsill). Fil-bidu ta’ April, il-Kummissjoni approvat ukoll il-Pjan Bulgaru li, bl-istess mod, għad irid jiġi approvat mill-Kunsill (jiġifieri 24 Pjan approvati sa issa mill-Kummissjoni u 22 approvati sa issa mill-Kunsill).

(5)  Grupp ta’ Kuntatt mal-organizzazzjonijiet u n-networks Ewropej tas-soċjetà ċivili.

(6)  Ir-rapporti mid-diversi Stati Membri huma analizzati fl-appendiċi għal din ir-riżoluzzjoni. Dan il-materjal kollu huwa disponibbli fis-sit tal-Kumitat.

(7)  SWD(2021) 211 final.

(8)  SWD(2021) 163 final/2.

(9)  SWD(2021) 196 final.

(10)  SWD(2021) 160 final.

(11)  SWD(2021) 146 final.

(12)  SWD(2021) 161 final.

(13)  Tabella ta’ Valutazzjoni għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

(14)  Comparing and assessing recovery and resilience plans (Tqabbil u valutazzjoni tal-Pjani għall-Irkupru u r-Reżiljenza) – It-tieni edizzjoni, Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej (CEPS).

(15)  Recovery and Resilience Plans: stakeholders’ views (Pjani għall-Irkupru u r-Reżiljenza: il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati).

(16)  Recovery and Resilience Dialogue with the European Commission (Djalogu dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza mal-Kummissjoni Ewropea), 7 ta’ Marzu 2022.

(17)  BusinessEurope Reform Barometer 2022 (Il-Barometru tar-Riforma 2022 ta’ BusinessEurope).

(18)  Involvement of social partners in the national recovery and resilience plans (L-involviment tal-imsieħba soċjali fil-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza).

(19)  Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: aspetti soċjali u tal-impjiegi fl-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli 2022.

(20)  U partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, pereżempju l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ kif enfasizza b’mod partikolari l-KESE fl-Opinjoni tiegħu dwar Kif jiġi ggarantit xogħol deċenti għaż-żgħażagħ u tiġi żgurata l-inklużjoni taż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) permezz tal-iżvilupp adatt ta’ Pjani Nazzjonali ta’ Rkupru (ĠU C 152, 6.4.2022, p. 27).


OPINJONIJIET

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-569 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 18.5.2022–19.5.2022

26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/8


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-Regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-servizzi tas-saħħa u s-servizzi soċjali: is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali f’xenarju postpandemiku. Ħsibijiet u proposti dwar l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni biex jiġi emendat il-Pakkett Leġiżlattiv tal-2012”

(Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2022/C 323/02)

Relatur:

Giuseppe GUERINI

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

20.1.2022

Bażi legali

Artikolu 32(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

 

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

5.5.2022

Adottata fil-plenarja

19.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

221/0/5

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jemmen li għadd ta’ servizzi tas-saħħa u soċjali bħall-kura personali (inkluża l-kura fid-dar), l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg ta’ persuni żvantaġġati jew b’diżabilità, is-servizzi tal-indukrar tat-tfal u l-akkomodazzjoni soċjali huma kruċjali biex tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali f’din is-sitwazzjoni ta’ wara l-pandemija, l-emerġenza umanitarja u t-tensjonijiet internazzjonali. Għalhekk, ir-regoli Ewropej dwar l-għajnuna mill-Istat għal servizzi bħal dawn jaqdu rwol ewlieni.

1.2.

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tqis is-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali fl-evalwazzjoni tagħha tar-regolamentazzjoni tas-settur (1) bħala “sottogrupp” b’karatteristiċi awtonomi fil-kuntest usa’ tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.

1.3.

Il-KESE jirrimarka li l-pakkett Almunia (2012) dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-settur tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali ipprovda elementi pożittivi ta’ modernizzazzjoni u semplifikazzjoni meta mqabbel mar-regoli preċedenti tal-2005. Għalhekk, l-approċċ regolatorju ta’ dan il-pakkett għandu jiġi kkonfermat ukoll għall-ġejjieni, b’elementi ta’ aktar modernizzazzjoni, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li temenda r-regoli attwali wara l-evalwazzjoni li għaddejja bħalissa.

1.4.

Il-KESE jinnota li fi ħdan l-Istati Membri individwali, is-servizzi tas-saħħa u, f’miżura kważi totalitarja, is-servizzi tal-assistenza soċjali għandhom dimensjoni reġjonali, provinċjali, muniċipali jew saħansitra intramuniċipali fil-bliet il-kbar. Dan ifisser li l-mobbiltà tal-utenti bejn ir-reġjuni jew il-provinċji f’pajjiż partikolari hija limitata ferm, u b’hekk il-mobbiltà transfruntiera tal-utenti ssir saħansitra aktar diffiċli. In-nuqqas ta’ rilevanza transfruntiera jeskludi l-applikabbiltà tal-Artikolu 107 tat-TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat għas-servizzi soċjali u tas-saħħa.

1.5.

Il-KESE jirrimarka li l-amministrazzjonijiet nazzjonali jsibuha diffiċli biex jiksbu esperjenzi speċifiċi fl-iżvilupp ta’ atti ta’ inkarigu, li huma kundizzjoni neċessarja għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE (2) (Deċiżjoni ta’ eżenzjoni dwar il-kumpens għal servizz pubbliku) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 (3) dwar l-għajnuna de minimis lis-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. Għalhekk, ikun utli ħafna li l-Kummissjoni tistabbilixxi portal li jagħti aċċess għal eżempji ta’ atti leġittimi ta’ inkarigu għad-diversi tipi ta’ servizzi tas-saħħa u soċjali.

1.6.

Il-KESE jħeġġeġ l-iskambju ta’ prattiki tajbin bejn l-Istati Membri bi tradizzjonijiet legali komuni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għas-settur tas-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali, sabiex jitħeġġeġ użu aktar effettiv tad-diskrezzjoni li l-Protokoll Nru 26 tat-TFUE jagħti lill-amministrazzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fil-livell lokali.

1.7.

Il-KESE jinnota li r-regola stabbilita fid-Deċiżjoni 2012/21/UE, fejn il-kumpens għas-servizz pubbliku ma jistax jeċċedi dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż ħlief għal “profitt raġonevoli”, teħtieġ kjarifika ulterjuri: i) dwar kif dan il-profitt raġonevoli għandu jiġi ddeterminat b’rabta mal-kapital użat biex jiġi pprovdut is-servizz, b’kunsiderazzjoni tar-riskju operattiv; ii) dwar kif għandhom jiġu stabbiliti l-ispejjeż fissi u strutturali li huma parti mill-ispejjeż tal-ġestjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali; iii) sa liema punt tista’ tiġi valorizzata d-distintività tas-servizzi u l-mudelli organizzattivi tipiċi tal-entitajiet tal-ekonomija soċjali meta jimmaniġġjaw u jwettqu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.

1.8.

Il-KESE jemmen li s-servizzi soċjali u tas-saħħa għandhom jibbenefikaw minn limitu de minimis fuq tliet snin fiskali li huwa ogħla minn dak ġeneralment garantit għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali skont ir-Regolament (UE) Nru 360/2012 (EUR 500 000), kif muri wkoll mill-konsultazzjoni pubblika mwettqa mill-Kummissjoni. Ir-rwol li jaqdu s-servizzi soċjali u tas-saħħa f’termini ta’ koeżjoni soċjali jiġġustifika limitu massimu ogħla minn dak attwali.

2.   Introduzzjoni u sfond

2.1.

L-għajnuna mill-Istat lill-impriżi li joperaw servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali u, sa fejn huwa aktar rilevanti għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, għall-organizzazzjonijiet attivi fl-aktar qasam ristrett tas-servizzi tas-saħħa u soċjali, kienet irregolata mill-hekk imsejjaħ “pakkett leġiżlattiv Almunia” fl-2012. Dan il-pakkett issostitwixxa u mmodernizza l-qafas legali preċedenti tal-2005 (“il-pakkett Monti-Kroes”).

2.2.

Il-pakkett Almunia fih l-atti li ġejjin:

Ir-Regolament (UE) Nru 360/2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali;

Id-Deċiżjoni 2012/21/UE dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali;

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (4);

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Qafas tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku (2011) (5).

2.3.

Għalhekk, il-qafas regolatorju settorjali ilu fis-seħħ għal kważi 10 snin u, skont l-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni, intuża ħafna mill-Istati Membri sa mid-dħul fis-seħħ tiegħu, minkejja diversi problemi operattivi li jistgħu jiġġustifikaw azzjoni ulterjuri mil-leġiżlatur tal-UE, anke fid-dawl tal-ammont konsiderevoli ta’ żmien li għadda minn meta ġie approvat.

2.4.

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni wiesgħa fost il-partijiet interessati biex tivverifika jekk ir-regoli attwali humiex effettivi u effiċjenti, jipprovdux valur miżjud u humiex adattati għall-iskop tagħhom, b’enfasi partikolari fuq is-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali.

2.5.

Din il-konsultazzjoni saret bejn il-31 ta’ Lulju 2019 u l-14 ta’ Diċembru 2019, permezz ta’ kwestjonarju mfassal mill-Kummissjoni, fejn inkisbu 51 tweġiba minn negozji, organizzazzjonijiet tan-negozju, trade unions, NGOs, individwi u amministrazzjonijiet pubbliċi.

2.6.

B’din l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja, fil-kapaċità tiegħu bħala l-korp rappreżentattiv għall-ekonomija Ewropea u s-soċjetà ċivili, il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal ċerti kwistjonijiet b’rabta mal-applikabbiltà tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għas-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali, fid-dawl tal-possibbiltà ta’ reviżjoni futura tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat f’dawn is-setturi.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

Il-KESE jirrikonoxxi li r-regolamentazzjoni tal-għajnuna mill-Istat fil-qasam tas-servizzi soċjali u tas-saħħa hija attività kumplessa ħafna għal-leġiżlatur tal-UE, minħabba l-ħtieġa li jinstab bilanċ differenti bejn l-appoġġ pubbliku għal attivitajiet li jikkontribwixxu għal objettivi li huma fl-interess ġenerali u li tiġi ssalvagwardjata kompetizzjoni ħielsa u mingħajr xkiel fis-suq intern. Ir-regolamentazzjoni Ewropea tal-għajnuna mill-Istat għandha tippermetti wkoll l-investiment pubbliku meħtieġ għall-iżvilupp ta’ infrastruttura tas-servizzi soċjali u tas-saħħa rilevanti għall-objettivi stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

3.2.

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkunsidra s-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali bħala sottogrupp b’karatteristiċi awtonomi fil-kuntest usa’ tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn is-servizzi u l-objettivi speċifiċi tagħhom. Fid-dokument tagħha dwar l-evalwazzjoni tar-regoli attwalment fis-seħħ, il-Kummissjoni tinnota li mill-perspettiva tal-għajnuna mill-Istat, is-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali jiffurmaw sottogrupp ta’ servizzi ta’ interess (ekonomiku) ġenerali (6).

3.3.

Il-KESE jirrimarka li l-pakkett Almunia (2012) dwar ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-settur tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali ipprovda elementi pożittivi ta’ modernizzazzjoni meta mqabbel mal-qafas preċedenti tal-2005, u naqqas il-piż amministrattiv u regolatorju fuq l-awtoritajiet nazzjonali li beħsiebhom jiffinanzjaw is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. L-approċċ regolatorju ta’ dan il-pakkett għandu għalhekk jiġi kkonfermat ukoll għall-ġejjieni, b’elementi għal aktar modernizzazzjoni u kjarifika ta’ ċerti profili speċifiċi.

3.4.

Il-KESE jemmen li għadd ta’ servizzi tas-saħħa u soċjali bħall-kura personali (inkluża l-kura fid-dar), l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg ta’ persuni żvantaġġati jew b’diżabilità, is-servizzi tal-indukrar tat-tfal u l-akkomodazzjoni soċjali huma ta’ importanza fundamentali biex tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali fis-suq intern, li jikkostitwixxu “valuri komuni” tal-Istati Membri, kif stabbilit fil-Protokoll 26 tat-TFUE. Dawn is-servizzi huma saħansitra aktar strateġiċi u kruċjali fil-perjodu ta’ rkupru li għaddej wara l-pandemija, it-tensjonijiet internazzjonali u l-populiżmu li qed jiżdied fl-Istati Membri.

3.5.

Il-KESE jinnota li s-servizzi soċjali u tas-saħħa huma, f’xi każijiet, ipprovduti fil-livell tal-Istat permezz ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi, li mhumiex koperti mir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Fl-istess ħin, fejn dawn is-servizzi jiġu pprovduti permezz ta’ attivitajiet ekonomiċi, ftit li xejn għandhom rilevanza transfruntiera, jaqdu rwol purament lokali u jikkontribwixxu għall-koeżjoni soċjali fit-territorji nazzjonali.

3.6.

Il-KESE jinnota li s-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali ħafna drabi jkunu ggarantiti permezz ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi, u dan jeskludi l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (Artikolu 107 tat-TFUE). Barra minn hekk, anki meta jitwettqu f’ambjent tas-suq, is-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali għandhom dimensjoni purament lokali mingħajr rilevanza transfruntiera reali min-naħa tad-domanda. Id-dimensjoni lokali hija saħansitra aktar evidenti meta s-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali jkunu ġestiti minn entitajiet tal-ekonomija soċjali bl-involviment tal-komunitajiet lokali fil-perspettiva tal-koeżjoni soċjali u fl-interess pubbliku.

3.7.

Madankollu, il-prattika tal-infurzar tal-Kummissjoni u l-ġurisprudenza Ewropea jqisu li r-rilevanza transfruntiera tas-servizzi tas-saħħa u soċjali fil-prinċipju ma tistax tiġi eskluża, minħabba d-distorsjoni potenzjali tal-investiment transfruntier. Filwaqt li jifhem ir-raġunijiet għal dan l-approċċ biex jiġu protetti bis-sħiħ il-libertajiet tal-moviment previsti fit-Trattati, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi linji gwida adatti dwar ir-rilevanza transfruntiera tas-servizzi soċjali u tas-saħħa. Dawn is-servizzi jeħtieġ li jiġu ttrattati b’mod dedikat u flessibbli fi ħdan id-dibattitu usa’ dwar il-kunċett ta’ rilevanza transfruntiera bħala element kostitwenti tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE.

3.8.

Il-KESE jinnota li anke meta s-servizzi soċjali u tas-saħħa jkollhom dimensjoni transfruntiera, bħal fil-każ tas-37 żona urbana transfruntiera tal-UE koperti mid-Direttiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali (7), dan isir f’termini ta’ prossimità fiżika bejn it-territorji tal-fruntiera u f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà territorjali u, għalhekk, aktar għajnuna mill-Istat ma timminax b’mod sostanzjali l-kompetizzjoni transfruntiera bejn in-negozji.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.

Il-KESE jinnota li, minkejja l-elementi pożittivi ta’ ċarezza u semplifikazzjoni li ġab miegħu l-pakkett Almunia fl-2012, il-kunċetti legali li għandhom jiġu applikati fir-rigward tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jibqgħu oġġettivament kumplessi, anke fid-dawl tal-interrelazzjoni qawwija bejn il-valutazzjonijiet legali u ekonomiċi tipiċi tas-settur tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.

4.2.

Għal din ir-raġuni, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tippubblika gwida operattiva li taġġorna d-dokument Gwida għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-istat, l-akkwisti pubbliċi u s-suq intern għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, u b’mod partikolari għal servizzi soċjali ta’ interess ġenerali (8). li kien utli ħafna għall-operaturi fis-settur f’dawn l-aħħar snin.

4.3.

Il-KESE jħoss li l-awtoritajiet nazzjonali huma inqas familjari mar-regoli speċifiċi dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kemm fir-rigward tal-akkwist pubbliku kif ukoll fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, milli mar-regoli ordinarji korrispondenti dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat. Għalhekk, investiment adegwat, inkluż permezz ta’ fondi Ewropej, fit-taħriġ tal-persunal fl-amministrazzjonijiet pubbliċi jista’ jkun utli biex tiżdied kemm il-kwalità ta’ dawn is-servizzi kif ukoll il-grad ta’ konformità mal-liġi tal-UE.

4.4.

Il-KESE jirrimarka li, mil-lat tekniku u operattiv, l-amministrazzjonijiet nazzjonali jsibuha diffiċli biex jiksbu esperjenzi speċifiċi u ta’ livell għoli fl-iżvilupp ta’ atti ta’ inkarigu, li huma prekundizzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ eżenzjoni 2012/21/UE dwar il-kumpens għal servizz pubbliku u, għalkemm f’termini semplifikati, ir-Regolament (UE) Nru 360/2012 dwar l-għajnuna mill-Istat (l-hekk imsejjaħ “Super de minimis”, li jipprevedi limitu miżjud ta’ EUR 500 000 fuq tliet snin fiskali).

4.5.

Għalhekk, f’dan ir-rigward ikun utli ħafna għall-Kummissjoni li tistabbilixxi portal fejn ikunu aċċessibbli eżempji konkreti ta’ atti ta’ inkarigu relatati mat-tipi differenti ta’ servizzi tas-saħħa u soċjali, li jkunu kkunsidrati leġittimi u żviluppati b’mod adegwat mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni. L-iskambju ta’ prattiki tajbin bejn l-Istati Membri bi tradizzjonijiet legali komuni jista’ jkun utli ħafna wkoll f’dan ir-rigward, u jħeġġeġ użu aktar effettiv tad-diskrezzjoni li l-Protokoll Nru 26 tat-TFUE jagħti lill-amministrazzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fil-livell lokali.

4.6.

Kif diġà ġie osservat, ir-regola stabbilita fid-Deċiżjoni 2012/21/UE tistabbilixxi li l-kumpens dovut lill-operaturi inkarigati mis-servizz pubbliku ma jistax jaqbeż il-kopertura tal-ispejjeż ħlief għal “profitt raġonevoli”. Dan il-kunċett jeħtieġ li jiġi approfondit sabiex dawn it-tliet aspetti differenti jiġu ċċarati aktar: i) sa liema punt għandu jiġi ddeterminat fil-prattika l-profitt raġonevoli fir-rigward tal-kapital użat biex jiġi pprovdut is-servizz fid-dawl tar-riskju operazzjonali; ii) id-definizzjoni kwantitattiva tal-ispejjeż fissi u strutturali li jistgħu jitqiesu fl-ispejjeż tal-ġestjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali; iii) sa liema punt tista’ tiġi valorizzata d-distintività tas-servizzi u l-mudelli organizzattivi tipiċi tal-entitajiet tal-ekonomija soċjali meta jimmaniġġjaw u jwettqu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.

4.7.

Il-KESE jirrimarka li, meta jiġi ddeterminat il-kunċett ta’ “profitt raġonevoli”, għandhom jitqiesu l-karatteristiċi tal-impriża benefiċjarja, speċjalment meta l-impriża benefiċjarja tinvesti mill-ġdid b’mod kostanti l-profitti tagħha fin-negozju tagħha stess u tikkwalifika bħala entità jew impriża tal-ekonomija soċjali.

4.8.

Il-KESE jemmen li s-servizzi soċjali u tas-saħħa għandhom jibbenefikaw minn limitu de minimis fuq tliet snin fiskali li jiżdied u jkun differenti minn dak garantit għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali skont ir-Regolament (UE) Nru 360/2012 (EUR 500 000), kif muri b’mod ċar fil-konsultazzjoni pubblika mwettqa mill-Kummissjoni. Din iż-żieda hija ġġustifikata mir-rwol pubbliku u ta’ interess ġenerali tas-servizzi soċjali u tas-saħħa, u mill-impatt limitat ta’ dawn l-attivitajiet fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Iż-żieda tal-limitu de minimis għas-servizzi soċjali u tas-saħħa tiftaħ aktar spazju għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 360/2012, billi tagħmel l-użu ta’ dak ir-Regolament u l-forom semplifikati tiegħu aktar aċċessibbli.

4.9.

Ir-rwol tas-servizzi soċjali u tas-saħħa f’termini ta’ koeżjoni soċjali jiġġustifika limitu massimu ogħla bil-benefiċċju triplu li: i) jippermetti aktar għajnuna fi ħdan il-qafas semplifikat u aktar mgħaġġel tal-għajnuna de minimis; ii) iqis ir-redditu tal-inflazzjoni fil-livell makroekonomiku, li jissuġġerixxi li huma meħtieġa reviżjonijiet aktar frekwenti tal-limitu fuq tliet snin fiskali iii) jirrikonoxxi r-rwol sussidjarju li għandhom ħafna entitajiet tal-ekonomija soċjali.

4.10.

Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza u r-rwol tal-SMEs u l-kumpaniji privati involuti fil-ġestjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali soċjali u tas-saħħa abbażi ta’ offerti ġestiti mill-awtoritajiet lokali. Anke minħabba f’hekk il-ġbir u ċ-ċirkolazzjoni ta’ data u informazzjoni mill-amministrazzjonijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla tal-fornituri tas-servizzi, il-kumpens mogħti u l-prestazzjoni miksuba jistgħu jipprovdu indikazzjonijiet utli.

4.11.

Fl-aħħar nett, il-KESE jirrimarka li, kif rikonoxxut mill-Kummissjoni fil-pjan ta’ azzjoni tagħha għall-ekonomija soċjali (9), il-qasam tas-servizzi soċjali u tas-saħħa jista’ jiġi appoġġjat ukoll indirettament billi l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali, li huma attivi ħafna f’dawn is-setturi, jingħataw aċċess aħjar għal miżuri ta’ appoġġ għall-aċċess għall-finanzi u l-kreditu, kif ukoll inċentivi speċifiċi għall-impjieg ta’ ħaddiema żvantaġġati jew b’diżabilità skont it-tifsira tar-Regolament Ġenerali dwar l-Eżenzjoni mill-Għajnuna mill-Istat. F’dan ir-rigward, regolamentazzjoni Ewropea ċara u flessibbli li tippermetti akkumulazzjoni raġonevoli u kombinazzjoni ta’ miżuri ta’ inċentivi differenti għall-istess attivitajiet ikunu utli ħafna.

Brussell, id-19 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  ARES-2019-3858696.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal- 25 ta' April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8).

(4)  ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4.

(5)  ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15.

(6)  ARES-2019-3858696.

(7)  Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

(8)  SWD (2013) 53 final/2,

(9)  COM(2021) 778 final.


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/13


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala gwardjani tal-ġid komuni fl-irkupru u r-rikostruzzjoni ta’ wara l-pandemija tas-soċjetajiet u l-ekonomiji tal-UE”

(opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2022/C 323/03)

Relatur:

Ioannis VARDAKASTANIS

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

28.4.2021

Bażi legali

Artikolu 32(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

 

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza

Adottata fis-sezzjoni

3.5.2022

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

189/1/4

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Is-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali jnaqqsu d-distakk bejn dawk li jfasslu l-politika u r-realtajiet ta’ dawk li jirrappreżentaw. L-involviment fi djalogu ma’ dawn il-partijiet ikkonċernati huwa għalhekk mod effettiv għal dawk li jfasslu l-politika biex jifhmu l-ħtiġijiet varji ta’ persuni li jappartjenu għal gruppi soċjali differenti. Barra minn hekk, is-soċjetà ċivili tħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ kulħadd fid-“demokrazija ċivika” biex ikollha impatt fuq kwistjonijiet li jaffettwawhom.

1.2.

Fl-UE naraw lis-soċjetà ċivili u lill-imsieħba soċjali joperaw f’livelli differenti. Xi organizzazzjonijiet joperaw fil-livell tal-UE, oħrajn fil-livell nazzjonali, u xi wħud fil-livell lokali jew reġjonali. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ħidma fil-livelli kollha huwa komplementari. Fir-rigward tal-ħidma ta’ promozzjoni, l-enfasi tal-UE meta mqabbla mal-organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ spiss tiġi ddeterminata minn kif il-kompetenzi tal-politika jinqasmu bejn il-livell tal-UE u dak nazzjonali.

1.3.

Is-soċjetà ċivili li taħdem fil-livell lokali jista’ jkollha rwol ukoll fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-impatt ta’ politiki u inizjattivi ġodda. Madankollu, is-soċjetà ċivili ma għandhiex biss impatt fuq id-deċiżjonijiet tal-politika, teżisti wkoll biex fil-fatt tipprovdi servizzi lin-nies li tirrappreżenta.

1.4.

Matul il-pandemija tal-COVID-19 u l-irkupru bil-mod tal-Ewropa mill-eqqel ta’ din il-kriżi, ir-rwoli tas-soċjetà ċivili u tal-imsieħba soċjali kellhom jadattaw. Fokus saħansitra akbar minn qabel tqiegħed fuq il-forniment ta’ servizzi essenzjali, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u s-salvataġġ tal-ħajjiet, filwaqt li fl-istess ħin ġew indirizzati l-isfidi ffaċċjati mill-organizzazzjonijiet biex ikopru l-finanzjament u jappoġġjaw il-persunal tagħhom stess. Barra minn hekk, bil-pandemija twettqu għadd ta’ inizjattivi ġodda ta’ finanzjament tal-UE, li min-naħa tagħhom kienu jirrikjedu appoġġ qawwi biex jiġi żgurat li l-investiment jilħaq lil dawk l-aktar fil-bżonn.

1.5.

Bħalissa qed naraw lis-soċjetà ċivili Ewropea tagħmel tranżizzjoni mill-kriżi tal-COVID-19 għal kriżi kompletament ġdida. Ħafna atturi tas-soċjetà ċivili issa qed jiffukaw l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw ir-riperkussjonijiet ta’ invażjoni mhux ipprovokata tal-Ukrajna mill-awtoritajiet Russi. Pereżempju, ħafna NGOs qed jużaw it-tagħlimiet dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet li kisbu matul il-pandemija biex jappoġġjaw lir-refuġjati Ukreni, jiġbru fondi ta’ emerġenza u jgħinuhom jaħarbu mill-invażjoni mdemmija ta’ pajjiżhom. Huma qed jiffukaw ukoll l-isforzi tagħhom fuq dawk fil-bqija tal-UE li jinsabu l-aktar f’riskju ta’ faqar, hekk kif il-prezzijiet tal-fjuwil qed jiżdiedu drastikament u l-inflazzjoni qed tikber.

1.6.

L-inklużjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tfassil tal-politika hija inseparabbli mill-valuri tal-UE; l-Artikolu 1 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jgħid li d-deċiżjonijiet għandhom “jittieħdu kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin”. Ma jistax ikun hemm lok għar-repressjoni tad-djalogu soċjali u d-djalogu tas-soċjetà ċivili fl-UE. Ir-rispett għal dawn il-valuri għandu jkun prerekwiżit biex l-Istati Membri jkunu eliġibbli għall-finanzjament tal-UE.

1.7.

L-UE għandu jkollha tolleranza żero fir-rigward ta’ Stati Membri fejn l-ispazju ċiviku qed jiċkien. Sistema li fiha l-vuċi tas-soċjetà ċivili qed tiġi msikkta, b’mod partikolari dawk li għandhom perspettiva kritika ta’ kif qed jopera l-gvern, hija sistema li qed telimina b’mod attiv id-dinamika ta’ dawk li jfasslu l-politika li jaqdu l-interessi taċ-ċittadini tagħhom. Minflok din issir sistema fejn dawk fis-setgħa jaġixxu fl-interess tagħhom biss. Dan l-approċċ huwa theddida għad-demokrazija fl-UE u ma għandu l-ebda post fi ħdan il-valuri tal-Ewropa deskritti fil-Kriterji ta’ Copenhagen (1).

1.8.

L-iżgurar li l-Istati Membri jirrispettaw il-valuri tal-UE ma jfissirx biss li jkunu lesti jaħdmu mas-soċjetà ċivili; dan ifisser ukoll li jiffaċilitaw l-eżistenza tagħhom, anke meta dawn ikunu kritiċi għall-politiki tiegħek jew iħaddnu politiki opposti għal dawk tiegħek. Irid ikun hemm libertà u indipendenza għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kollha fl-UE. L-Istati Membri li jaċċettaw biss djalogu ma’ organizzazzjonijiet magħżulin u li jiffavorixxu l-gvern, bħala parti minn eżerċizzju purament formali, huma ħatja ta’ prattiki mhux demokratiċi daqs gvernijiet li bl-ebda mod ma jinvolvu ruħhom mas-soċjetà ċivili.

1.9.

Dawk li jfasslu l-politika għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni sinifikanti tas-soċjetà ċivili, u mhux biss f’livell superfiċjali. Dan ifisser li din tiġi involuta fil-partijiet kollha tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Dan ifisser li wieħed jismal-fehmiet tas-soċjetà ċivili matul il-proċess tal-ħolqien ta’ leġiżlazzjoni, proġetti jew inizjattivi ġodda, u li din tiġi kkonsultata regolarment hekk kif ikunu qed jitfasslu, u jiġu adottati u mbagħad implimentati. Ħafna drabi s-soċjetà ċivili tintalab tagħti l-opinjoni tagħha meta l-leġiżlazzjoni jew il-proġetti jkunu kważi tlestew. Dan jagħmilha impossibbli għal dawk li jfasslu l-politika li jaċċettaw kwalunkwe proposta u jistabbilixxi preċedent fejn is-soċjetà ċivili tkun sempliċement mistennija tapprova l-proposti mressqin quddiemhom.

1.10.

Dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha għandhom jagħmlu l-proċessi ta’ konsultazzjoni tagħhom faċli biex jinstabu u biex jiġu aċċessati. Il-KESE jilqa’ s-sistema tal-KE għall-konsultazzjoni pubblika fis-sens li tkun miftuħa għall-organizzazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili, kif ukoll għaċ-ċittadini individwali, u l-fatt li l-konsultazzjonijiet kollha jiġu ppubblikati sistematikament fuq l-istess paġna web (2). Min-naħa l-oħra, il-konsultazzjonijiet fil-livell tal-UE jistgħu xi drabi jkunu restrittivi fir-rigward tat-tip ta’ input li jippermettu.

1.11.

Hemm potenzjal għas-soċjetà ċivili li tgħin lil dawk li jfasslu l-politika f’kompiti essenzjali bħall-monitoraġġ. Madankollu, jekk ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ politiki u inizjattivi ġodda jrid jittieħed serjament, allura l-UE, l-awtoritajiet nazzjonali u lokali għandhom jappoġġjaw l-ispejjeż operattivi ta’ dawn l-organizzazzjonijiet. Dan huwa aktar u aktar importanti minħabba l-inċertezzi tal-finanzjament u l-fondi allokati għall-proġetti minħabba l-COVID-19, kif ukoll iż-żidiet fl-ispejjeż operatorji. Sabiex wieħed jirċievi appoġġ tal-aqwa kwalità u l-aktar kostruttiv mis-soċjetà ċivili, huwa essenzjali li l-offerta ta’ finanzjament għall-operat u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ma tiġix iddubitata mill-indipendenza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

1.12.

Hemm għadd ta’ miżuri li l-UE tista’ tieħu biex tħaddan il-kontribut tas-soċjetà ċivili. Tista’ tibda billi tiddefinixxi status parteċipattiv. Tista’ taqbel ukoll fuq linji gwida u standards komuni dwar id-dritt għall-assoċjazzjoni u d-djalogu ċivili li għandhom jiġu implimentati fil-proċessi rilevanti kollha, kif ukoll li tadotta ftehim interistituzzjonali dwar id-djalogu ċivili. Ir-rikonoxximent u l-promozzjoni tar-rwol tal-assoċjazzjonijiet u tal-NGOs fil-qafas tal-Unjoni Ewropea jkunu wkoll ta’ benefiċċju kbir għat-titjib tas-sħubija bejn dawk li jfasslu l-politika u s-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE.

1.13.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom ukoll is-sett ta’ responsabbiltajiet tagħhom stess li għandhom jaqdu f’isem tfassil tajjeb ta’ politika. L-ewwel nett, l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu kontinwament riċettivi għar-realtà tan-nies li jirrappreżentaw, u jiżguraw li l-promozzjoni tagħhom twieġeb għall-ħtiġijiet tagħhom. Huwa partikolarment importanti li jitrawwem l-involviment taż-żgħażagħ fis-soċjetà ċivili u li jiġi żgurat futur għall-moviment. Huwa kruċjali wkoll li s-soċjetà ċivili tkun kostruttiva bil-kontribut tagħha, u ċara bir-rakkomandazzjonijiet tagħha, biex tassisti fit-tfassil ta’ politiki ġodda b’mod li tara l-aħjar għall-kostitwenti tagħha. Il-kontribut ma għandux jagħmel enfasi biss fuq dak li qed isir b’mod ħażin, iżda għandu jissuġġerixxi wkoll b’mod konkret kif jista’ jsir titjib.

2.   Kummenti ġenerali

2.1.

F’dan id-dokument, it-terminu “soċjetà ċivili” jirreferi wkoll għall-imsieħba soċjali, għalkemm irid jiġi nnotat li l-imsieħba soċjali joperaw b’mod uniku u speċifiku fil-protezzjoni tad-drittijiet. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jappoġġaw ukoll l-interessi ta’ gruppi li ma jistgħux jinfluwenzaw il-politika billi jivvutaw, bħat-tfal, il-persuni b’diżabilità mċaħħda mid-dritt tagħhom li jivvutaw, jew il-migranti u r-refuġjati, u jrawmu l-involviment tagħhom fid-demokrazija. Għalhekk, id-djalogu bejn is-soċjetà ċivili u dawk li jfasslu l-politika huwa kruċjali biex wieħed jifhem il-ħtiġijiet tas-soċjetà u biex jiġu fformati reazzjonijiet ta’ politika effettivi.

2.2.

Organizzazzjonijiet indipendenti u infurmati tas-soċjetà ċivili jistgħu joffru kontribut imprezzabbli għat-tfassil tal-politika. Dawn jista’ jkollhom ukoll rwol essenzjali fil-monitoraġġ tal-effettività tal-politiki u l-inizjattivi eżistenti. Madankollu, l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet huwa kritiku.

2.3.

L-ispazju għas-soċjetà ċivili qed jonqos b’mod drastiku f’xi partijiet tal-Unjoni Ewropea (UE), u l-istituzzjonijiet tal-UE jridu jirreaġixxu b’mod qawwi u mingħajr kompromess għal dawn l-iżviluppi inkwetanti. L-inklużjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tfassil tal-politika hija inseparabbli mill-valuri tal-UE; l-Artikolu 1 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jgħid li d-deċiżjonijiet għandhom “jittieħdu kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin”. Ma jista’ jkun hemm l-ebda lok għar-repressjoni.

2.4.

Is-separazzjoni tal-kompetenzi ta’ politika bejn il-livell tal-UE u dak nazzjonali, reġjonali u lokali wasslet għal diversi livelli ta’ rappreżentanza tas-soċjetà ċivili. Hemm organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-UE li speċifikament jittrattaw l-oqsma ta’ politika li fihom l-UE tilleġiżla, u oħrajn li joperaw fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.

2.5.

Tnejn mill-ostakli ewlenin li tiffaċċja s-soċjetà ċivili fil-livelli kollha huma r-reżistenza ta’ dawk li jfasslu l-politika biex jinvolvu ruħhom fi djalogu u n-nuqqas ta’ involviment sinifikanti fl-istadji kollha tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Għandhom jiġu stabbiliti regolamenti legali fil-livell Ewropew u nazzjonali biex dawn it-tipi ta’ attitudnijiet jiġu eliminati.

2.6.

Is-soċjetà ċivili nazzjonali u fil-livell tal-UE għandha rwol kruċjali fl-irkupru wara l-pandemija fl-Ewropa. Wieħed mill-oqsma fejn iż-żewġ livelli qed jikkoordinaw huwa dwar kif l-Istati Membri tal-UE jinvestu flus mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li għandha l-potenzjal li tbiddel sostanzjalment id-dehra tas-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna fis-snin u fid-deċennji li ġejjin. Madankollu, dan il-proċess wera li ħafna Stati Membri ma impenjawx ruħhom biżżejjed għal konsultazzjoni sinifikanti mas-soċjetà ċivili, u għalhekk ħafna organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ġew esklużi jew, fl-aħjar każ, involuti b’mod superfiċjali biss fit-tħejjija tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Dan ġie deskritt f’Riżoluzzjoni tal-KESE fi Frar 2021 (3). Barra minn hekk, rajna din il-konsultazzjoni inadegwata tas-soċjetà ċivili minkejja li l-obbligu li dan isir huwa deskritt fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

3.   Kif l-involviment tas-soċjetà ċivili jista’ jirriżulta fi tfassil ta’ politika aktar intelliġenti

3.1.

Dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha qegħdin hemm biex jaqdu l-interessi taċ-ċittadini, u mhux bil-kontra. Id-demokrazija tista’ tiffunzjona b’mod korrett biss meta dawk li jfasslu u jimplimentaw il-liġijiet ikunu konxji ta’ dak li qed iseħħ fir-realtà u jifhmu x’inhu meħtieġ min-nies li jirrappreżentaw. L-eżistenza tas-soċjetà ċivili u l-inklużjoni attiva tagħha u l-parteċipazzjoni sinifikanti tagħha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha hija essenzjali għal governanza effettiva u intelliġenti.

3.2.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma fdati li jwasslu l-messaġġi tan-nies li jirrappreżentaw, jew bil-promozzjoni tat-tħassib pubbliku, u li jgħadduhom f’messaġġi u rakkomandazzjonijiet ta’ politika ċari u koerenti. Għalhekk, l-involviment fi djalogu mas-soċjetà ċivili huwa mod effettiv għal dawk li jfasslu l-politika biex jifhmu l-ħtiġijiet varji ta’ persuni li jappartjenu għal gruppi soċjali differenti. Dan jgħin biex jiġi mminimizzat ir-riskju li tiġi injorata kwalunkwe kwistjoni li tista’ tinqala’ fl-implimentazzjoni tal-politiki u jista’ jippreżenta informazzjoni intuwittiva u għarfien espert li ma jkunux disponibbli mod ieħor għal dawk li jfasslu l-politika.

3.3.

Filwaqt li dawk li jfasslu l-politika huma riċettivi għal dak li jixtiequ l-votanti, wieħed mir-rwoli kruċjali tas-soċjetà ċivili huwa li tirrappreżenta gruppi li ma għandhomx id-dritt tal-vot. Dan huwa partikolarment minnu għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jipproteġu d-drittijiet tat-tfal, tal-persuni b’diżabilità li huma miċħuda mid-dritt tal-vot tagħhom, tal-persuni taħt kustodja, u tal-immigranti u tar-rifuġjati li mhumiex intitolati li jivvutaw fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom. Is-soċjetà ċivili qiegħda hemm biex tiddefendi l-interessi ta’ tali gruppi li l-ilħna tagħhom ma jistgħux jiġu espressi permezz tal-vot. Hija tħeġġeġ ukoll il-parteċipazzjoni ta’ kulħadd fid-“demokrazija ċivika” biex ikollha impatt fuq kwistjonijiet li jaffettwawhom. Mingħajr l-eżistenza ta’ soċjetà ċivili b’saħħitha, u l-kapaċità tagħha li trawwem l-involviment ta’ persuni minn dawn il-gruppi, ħafna jkunu f’riskju li jiġu injorati aktar minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet.

3.4.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell li jaħdmu fil-livell lokali, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali jew lokali, jista’ jkollhom rwol ukoll fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-impatt ta’ politiki u inizjattivi ġodda. Madankollu, il-monitoraġġ huwa kompitu intensiv li spiss jirrikjedi għarfien tekniku ħafna. Għalhekk huwa essenzjali li l-UE u l-Istati Membri jappoġġjaw l-OSĊ permezz ta’ finanzjament u appoġġ tekniku biex ikunu jistgħu jibnu l-kapaċità. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tibda tiżviluppa strateġija biex timmonitorja l-mod kif qed jintużaw il-fondi tal-UE, kompitu li jidher li jmur lil hinn mill-kapaċità tal-Kummissjoni li timmaniġġjah waħedha. Din l-istrateġija għandha tiddeskrivi b’mod ċar kif il-Kummissjoni qed tippjana li tappoġġja l-imsieħba li jaħdmu magħha fl-attivitajiet ta’ monitoraġġ.

4.   Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE fl-irkupru ta’ wara l-pandemija

4.1.

Is-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE tirreferi għall-atturi li huma favur l-istituzzjonijiet tal-UE u jirrappreżentaw lin-nies li jgħixu fis-27 Stat Membru kollha u ta’ spiss ferm lil hinn. Dawn għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni tal-oqsma ta’ kompetenza tal-UE, u fejn ikun meħtieġ li jidħlu fi djalogu ma’ dawk li jfasslu l-politika fil-livell tal-UE.

4.2.

L-oqsma li ġejjin huma dawk li s-soċjetà ċivili tal-UE ta’ spiss tiffoka fuqhom. Dawn huma oqsma ta’ politika jew fejn l-UE tista’ tipproponi leġiżlazzjoni, jew fejn l-Istati Membri jistgħu jilleġiżlaw fil-livell nazzjonali biss meta ma tmurx kontra l-leġiżlazzjoni tal-UE li diġà teżisti: l-impjiegi u l-affarijiet soċjali; il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; l-agrikoltura; is-sajd; l-ambjent; il-protezzjoni tal-konsumatur; it-trasport; in-networks trans-Ewropej; l-enerġija; il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali; il-migrazzjoni u l-affarijiet interni; is-saħħa pubblika; il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja. Is-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali bħalissa jiffukaw ukoll fuq inizjattivi ta’ politika fil-livell tal-UE, bħall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (5) u l-Patt Ekoloġiku Ewropew (6).

4.3.

Għad hemm bosta ostakli fir-rigward tal-promozzjoni mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE. Kif enfasizzat fir-rapport ta’ informazzjoni tal-KESE SOC/639 (7), għall-kuntrarju ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, l-UE għadha ma ħolqot l-ebda status parteċipattiv għall-assoċjazzjonijiet u għall-NGOs Ewropej. Madankollu, il-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tiggarantixxi d-dritt għal-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ċiviċi fil-livelli kollha, inkluż fil-livell Ewropew (8).

Fil-kuntest tal-irkupru tal-COVID-19, is-soċjetà ċivili tal-UE qed tinfluwenza u timmonitorja kif il-fondi tal-UE qed jintużaw biex in-nies joħorġu minn din il-kriżi.

4.4.

L-użu tal-finanzjament tal-UE, b’mod partikolari fil-forma tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (9) ta’ EUR 723,8 biljun, għandu l-potenzjal li jixpruna l-irkupru soċjali u ekonomiku mill-kriżi tal-COVID-19. Madankollu, fejn jiġu investiti l-flus hija għażla politika. Filwaqt li l-pjani nazzjonali għall-infiq ta’ dawn il-flus jitfasslu mill-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea (KE) għandha r-responsabbiltà li tivvaluta u tapprova dawn il-pjani. Is-soċjetà ċivili tal-UE ġibdet ripetutament l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal proposti inkwetanti ta’ finanzjament fil-pjani nazzjonali. Dawn enfasizzaw l-eżistenza ta’ problemi sistemiċi li ġew żvelati u amplifikati mill-pandemija, bħan-nuqqas ta’ investiment fis-sistemi tas-saħħa pubblika, is-sigurtà soċjali u l-edukazzjoni, filwaqt li insistew fuq il-ħtieġa li tintuża l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex dan jiġi rimedjat.

4.5.

Diversi Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza ġew adattati fuq talba tal-KE, u kien hemm pjani li ġew miċħuda jew li l-approvazzjoni tagħhom ġiet iffriżata (10). Is-soċjetà ċivili kienet strumentali biex tenfasizza dawn l-oqsma ta’ tħassib (11). Il-fondi tal-UE jridu jindirizzaw l-oqsma fejn rajna l-aktar tensjonijiet, l-aktar fatalitajiet u l-aktar ksur inkwetanti tad-drittijiet bażiċi tan-nies matul il-pandemija. Dan se jinkludi l-finanzjament tat-tranżizzjoni lil hinn mill-faċilitajiet tal-kura istituzzjonali, b’mod partikolari għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni akbar fl-età, kif ukoll tħejjija u reżiljenza aħjar tal-provvista tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza sabiex tiġi evitata ripetizzjoni tas-sistema ta’ triage fejn ċerti gruppi ġew irrifjutati mill-isptarijiet.

4.6.

Il-fondi tal-UE qegħdin hemm ukoll biex jappoġġjaw l-irkupru ekonomiku u r-ritorn għax-xogħol għal persuni li tilfu l-għajxien tagħhom matul il-pandemija. Huwa stmat li fl-UE biss intilfu 6 miljun impjieg minħabba l-COVID-19 (12). Madankollu, mhux in-nies kollha ġew affettwati bl-istess mod mit-telf tal-impjiegi. L-imsieħba soċjali jaqdu rwol ewlieni fit-tiswir tal-politiki ekonomiċi, tax-xogħol u soċjali li jippromovu swieq tax-xogħol li jiffunzjonaw tajjeb u b’hekk iħarsu lill-ħaddiema, inklużi dawk l-aktar f’riskju ta’ telf ta’ introjtu, kif ukoll min iħaddem. Is-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE ħadmet ukoll biex tiżgura li l-investiment jitwassal għand dawk li ntlaqtu l-aktar. Is-soċjetà ċivili li tirrappreżenta l-interessi tan-nisa, taż-żgħażagħ, tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni minn minoranzi etniċi għandha rwol partikolarment importanti x’taqdi biex tiżgura li l-flus jiġu diretti lejn it-taħriġ mill-ġdid u l-appoġġ ta’ dawn il-gruppi. Din hija xi ħaġa li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kienu qed jagħmlu billi influwenzaw il-prijoritajiet u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-KE dwar l-użu tal-fondi, il-valutazzjoni tal-UE tal-pjani nazzjonali, u l-monitoraġġ tal-mod li bih il-fondi qed jintefqu fl-Istati Membri flimkien mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali u lokali.

4.7.

L-UE qed timpenja ruħha wkoll biex toħloq Unjoni tas-Saħħa li se tgħin biex tkun aktar preparata fid-dawl ta’ kriżijiet futuri tas-saħħa. L-Unjoni tas-Saħħa se tinkludi għadd ta’ bidliet fil-koordinazzjoni tal-UE f’oqsma bħat-twettiq ta’ stħarriġ dwar in-nuqqasijiet tal-mediċina u l-istokkjar minn qabel, l-ittestjar u l-approvazzjoni ta’ mediċini u trattamenti ġodda, u l-kondiviżjoni ta’ apparati li jsalvaw il-ħajja bejn il-fruntieri abbażi tal-ħtieġa. Għal darb’oħra, is-soċjetà ċivili tal-UE trid taqdi r-rwol tagħha li tiżgura li l-pjan il-ġdid jipproteġi aħjar lil dawk il-gruppi li ma kinux moqdija tajjeb mir-rispons tal-UE u tal-Istati Membri għall-pandemija. Dawn l-objettivi ġew deskritti fl-Opinjoni tal-KESE SOC/665 (13). L-għanijiet huma li jiġi żgurat li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tistabbilixxi mudell Ewropew għall-ipprezzar tal-mediċini b’mod ġust, responsabbli u trasparenti. Dan se jinvolvi wkoll sforz biex iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ikollu l-mandat u r-riżorsi biex jindirizza l-inugwaljanzi fis-saħħa u jiżgura li r-reazzjonijiet tas-saħħa tal-UE jkunu mmirati lejn dawk ikklassifikati bħala li huma l-aktar f’riskju, u biex jiġi żgurat li l-kampanji tas-saħħa u l-informazzjoni dwar is-saħħa pubblika mill-UE jsiru ħafna aktar aċċessibbli u jinftiehmu minn kulħadd matul kriżijiet futuri.

4.8.

Il-kriżijiet futuri x’aktarx li se jiġu kkawżati mhux biss minn viruses, iżda wkoll jew saħansitra primarjament minħabba katastrofi naturali kkawżati mit-tibdil fil-klima. L-UE għandha rwol ewlieni x’taqdi biex tgħin lill-Istati Membri jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tas-CO2, kif ukoll biex tħejji għall-problemi dejjem akbar li rajna matul dawn l-aħħar snin bħall-għargħar u n-nirien mhux ikkontrollati u tindirizzahom b’mod konġunt. Għalhekk, l-NGOs ambjentali għandhom rwol x’jaqdu biex jassistu lil dawk li jfasslu l-politika fl-identifikazzjoni tal-oqsma l-aktar fil-bżonn ta’ investiment, u jissuġġerixxu soluzzjonijiet għal ġestjoni aħjar tad-diżastri ambjentali b’mod li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura.

5.   Ir-rwol tas-soċjetà ċivili nazzjonali u lokali fil-bini mill-ġdid b’mod aħjar

5.1.

Fil-kuntest tal-UE, hemm għadd ta’ oqsma ta’ politika fejn ir-responsabbiltà ta’ promozzjoni taqa’ b’mod dirett fuq l-isforz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali u lokali. Bħal fil-każ tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE, dan jinkudi l-modi li bihom il-kompetenzi huma kondiviżi bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha. Fi sħubija mas-soċjetà ċivili tal-UE, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali u lokali jiżguraw li l-oqsma ta’ politika kollha jkunu koperti.

5.2.

L-oqsma li fuqhom tipikament jiffokaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali u lokali huma dawn li ġejjin: is-saħħa pubblika; l-industrija; il-kultura; l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport; il-protezzjoni soċjali, il-protezzjoni ambjentali, is-servizz soċjali, l-appoġġ legali għall-vittmi, il-kenn għall-vittmi tal-vjolenza, eċċ.

5.3.

Ħafna kwistjonijiet li marru għall-agħar bil-COVID-19 waqgħu f’idejn is-soċjetà ċivili nazzjonali, reġjonali u lokali. Kien fil-kuntest nazzjonali li ttieħdu deċiżjonijiet dwar ir-regoli biex jitwaqqaf it-tixrid tal-virus, kif ġiet ipprovduta l-kura tas-saħħa ta’ emerġenza, il-prijoritizzazzjoni tat-tilqim, kif kompliet l-edukazzjoni għall-istudenti ta’ kull età, u kif il-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom kellhom l-introjtu tagħhom protett. L-attivitajiet tagħhom kienu jinkludu wkoll il-ġlieda kontra l-informazzjoni ħażina dwar il-vaċċini, u l-enfasi fuq ir-riskju ta’ diskriminazzjoni u ż-żidiet fil-faqar fost ċerti gruppi ta’ persuni.

5.4.

Is-soċjetà ċivili nazzjonali u lokali forsi għandha l-aktar rwol kruċjali x’taqdi biex tgħin lill-UE tinbena mill-ġdid b’mod aħjar, peress li ssawwar il-politiki nazzjonali u reġjonali u tipprovdi servizzi essenzjali lil komunitajiet oħra fl-oqsma li ġejjin:

L-iżgurar li r-ritorn għall-edukazzjoni b’mod fiżiku wara l-pandemija jkun inklużiv għall-istudenti kollha;

It-tnaqqis tad-distakk diġitali, b’mod partikolari għal gruppi emarġinati;

L-iżgurar li l-politiki jiffaċilitaw l-impjieg ta’ kwalità tajba għal dawk li bħalissa huma l-aktar probabbli li jinqatgħu mis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, in-nisa, il-persuni minn sfondi ta’ immigrazzjoni u l-persuni b’diżabilità;

It-tisħiħ tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali u l-kapaċità tagħhom li jippermettu lin-nies kollha jżommu standard ta’ għajxien dinjituż;

L-iżgurar li l-politiki nazzjonali għall-kura fit-tul u s-servizzi soċjali jiffokaw fuq alternattivi bbażati fil-komunità u l-familja għall-kura istituzzjonali, fejn rajna l-aktar fatalitajiet matul il-pandemija;

L-ispinta għal politiki u investimenti li jiffaċilitaw l-inklużjoni tal-migranti u tar-rifuġjati fis-suq tax-xogħol u fis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali.

Is-soċjetà ċivili hija wkoll kruċjali għat-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u politiċi. B’mod partikolari, l-imsieħba soċjali huma kruċjali għat-tisħiħ tal-adegwatezza tal-introjtu u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti permezz tan-negozjar kollettiv.

5.5.

Il-qafas għas-soċjetà ċivili biex din tinvolvi ruħha formalment fit-tfassil tal-politika jvarja bejn l-Istati Membri. Xi Stati Membri għandhom ekwivalenti nazzjonali tal-KESE, għalkemm is-setgħa mogħtija lilhom tvarja u qed tinbidel b’mod kostanti. L-istruttura tal-KESE, imsejsa fuq membri li jirrappreżentaw tliet gruppi: il-Grupp ta’ Min Iħaddem, il-Grupp tal-Ħaddiema u l-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili, hija waħda li tista’ tiġi replikata b’suċċess fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

F’kollaborazzjoni mal-ħidma li saret mis-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali kienu wkoll strumentali fit-tiswir tal-mod kif tintuża l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-Istati Membri.

5.6.

Fir-rapport ta’ informazzjoni tiegħu SOC/639 (14) u r-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-involviment tas-soċjetà ċivili nazzjonali fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza (15), il-KESE faħħar il-ftehim li ntlaħaq f’Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ir-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (16), li fih l-Artikolu 18 jiddeskrivi l-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jipparteċipaw, permezz ta’ konsultazzjoni, fl-abbozzar u l-implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

5.6.1.

Madankollu, minkejja r-referenza għall-involviment tas-soċjetà ċivili fir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ironikament, is-soċjetà ċivili ma kinitx involuta fid-definizzjoni tal-parti proprja tar-Regolament dwar l-involviment tas-soċjetà ċivili waqt il-proċess. Barra minn hekk, ir-Regolament qatt ma jirreferi b’mod espliċitu għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala benefiċjarji, għall-kuntrarju tal-SMEs pereżempju. Dan ħoloq xi problemi fir-rigward tal-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni. Dan huwa paradossali minħabba li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili se jkunu attur kruċjali matul l-irkupru mill-COVID.

5.6.2.

Barra minn hekk, fil-prattika, minkejja l-gwida mill-KE (17), ir-realtà hija li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali kellhom diffikultà kbira biex jinfluwenzaw l-eżiti tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Wieħed mill-ostakli identifikati għall-involviment kien in-nuqqas ta’ rieda min-naħa ta’ xi gvernijiet nazzjonali li jinkludu lis-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-pjani tagħhom. Ħafna gvernijiet ma involvewx b’mod attiv lis-soċjetà ċivili, u b’hekk l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kellhom jappellaw b’mod miftuħ lill-awtoritajiet nazzjonali biex jippermettulhom ikunu involuti. Anke meta kienu involuti, iż-żmien riżervat għall-konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili kien fil-biċċa l-kbira insuffiċjenti. Dan fixkel id-dibattitu sostantiv u l-konsiderazzjoni tal-kontribut tas-soċjetà ċivili fir-rigward tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Ir-riżultat huwa li, filwaqt li għadd kbir ta’ Stati Membri taw prova ta’ xi forma ta’ konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, ħafna drabi s-soċjetà ċivili nazzjonali ma kinitx verament involuta fit-tfassil tal-pjani li jirriżultaw.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  Kriterji tal-adeżjoni, https://ec.europa.eu/neighbourhood-enlargement/enlargement-policy/glossary/accession-criteria_en

(2)  https://ec.europa.eu/info/consultations_mt

(3)  https://www.eesc.europa.eu/mt/documents/resolution/involvement-organised-civil-society-national-recovery-and-resilience-plans-what-works-and-what-does-not

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(5)  Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, Il-Kummissjoni Ewropea, https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/economy-works-people/jobs-growth-and-investment/european-pillar-social-rights_mt

(6)  Patt Ekoloġiku Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea, https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/european-green-deal_mt

(7)  Il-ħolqien ta’ statut Ewropew għall-assoċjazzjonijiet u l-NGOs li jinkorpora definizzjoni preċiża ta’ NGO jew ta’ assoċjazzjoni Ewropea (Rapport ta’ informazzjoni), Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew, https://www.eesc.europa.eu/en/our-work/opinions-information-reports/information-reports/creation-european-statute-associations-and-ngos-incorporating-precise-definition-ngo-or-european-association-information

(8)  Artikolu 12

(9)  https://ec.europa.eu/info/business-economy-euro/recovery-coronavirus/recovery-and-resilience-facility_mt

(10)  Il-pjan Bulgaru ma ġiex approvat u l-approvazzjoni tal-pjan Ungeriż ġiet iffriżata.

(11)  ĠU C 517, 22.12.2021, p. 1

(12)  “COVID-19 has already wiped out 6 million jobs, EU study finds”, Coronavirus pandemic News, Al Jazeera. (Studju tal-UE sab li l-COVID-19 diġà swiet it-telf ta’ 6 miljun impjieg, Aħbarijiet dwar il-pandemija tal-Coronavirus, Al Jazeera – mhux disponibbli bil-Malti).

(13)  ĠU C 286, 16.7.2021, p. 109

(14)  Il-ħolqien ta’ statut Ewropew għall-assoċjazzjonijiet u l-NGOs li jinkorpora definizzjoni preċiża ta’ NGO jew ta’ assoċjazzjoni Ewropea (Rapport ta’ informazzjoni), Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew, https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/information-reports/creation-european-statute-associations-and-ngos-incorporating-precise-definition-ngo-or-european-association-information

(15)  ĠU C 155, 30.4.2021, p. 1

(16)  ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17

(17)  https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/document_travail_service_part1_v2_en.pdf


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/19


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Nagħmlu l-imballaġġ industrija sikura, affordabbli u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent”

(opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2022/C 323/04)

Relatur:

Matteo Carlo BORSANI

Korelatur:

Dirk JARRÉ

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

21.10.2021

Bażi legali

Artikolu 32(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

 

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

Sezzjoni kompetenti

Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI)

Adottata fis-sezzjoni

11.3.2022

Adottata fil-plenarja

19.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

201/1/5

1.   Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

L-imballaġġ huwa teknoloġija abilitanti essenzjali fil-biċċa l-kbira tal-ktajjen tal-provvista. L-impatt tiegħu jmur ferm lil hinn mill-ekosistema tiegħu stess u għal din ir-raġuni huwa essenzjali għall-ekonomija tal-Ewropa u għas-Suq Uniku tagħha u biex jiġi appoġġjat l-irkupru u jitrawwem tkabbir ekonomiku sostenibbli. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tal-UE u l-gvernijiet nazzjonali, abbażi ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati tal-industrija tal-imballaġġ jieħdu inizjattivi tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti sabiex jippromovu l-proċessi tal-ekonomija ċirkolari, jinkoraġġixxu l-konsum sostenibbli u jimmiraw li tiġi żgurata l-prevenzjoni tal-iskart u li r-riżorsi użati jinżammu fl-ekonomija tal-UE għall-itwal żmien possibbli.

1.2.

Fid-dawl tal-isfidi soċjetali tal-lum, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-industrija u lill-ħaddiema, il-gvernijiet, il-korpi pubbliċi u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi kollha għandhom isibu soluzzjonijiet innovattivi biex iżidu s-sostenibbiltà tal-industrija tal-imballaġġ, meta jitqies li l-imballaġġ ċirkolari għandu rwol ċentrali fil-protezzjoni tal-pjaneta.

1.3.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ bil-qawwa t-tnedija ta’ djalogu soċjali Ewropew bejn il-federazzjonijiet tat-trade unions u l-federazzjonijiet ta’ min iħaddem fis-settur tal-imballaġġ. Djalogu Ewropew bħal dan, artikolat tajjeb mal-livell nazzjonali u dak tal-kumpaniji, jipprovdi lill-Kummissjoni Ewropea bl-appoġġ meħtieġ biex tfassal u timplimenta l-inizjattivi tagħha, u jippermetti lill-imsieħba soċjali jinnegozjaw tranżizzjoni ġusta.

1.4.

Il-KESE jirrakkomanda li jiġi introdott imballaġġ “adattat għall-iskop” bħala miżura ġdida għall-imballaġġ kollu, li jfisser li l-imballaġġ kollu għandu jiġi żviluppat skont il-prinċipji tal-“ekodisinn”: għandu jkun adattat għall-prodott b’minimu ta’ spazju vojt u piż, u b’hekk jipprevjeni l-imballaġġ żejjed u l-imballaġġ insuffiċjenti, u l-iskart u l-ħela mhux meħtieġa assoċjati. Dan jottimizza wkoll l-impronta tal-karbonju tat-trasport ta’ prodotti ppakkjati, u b’hekk jippermetti li jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea.

1.5.

L-ambitu tal-bidla għadu ma laħaqx biżżejjed lill-partijiet ikkonċernati, u għalhekk il-KESE jappella sabiex l-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu responsabbiltà u tmexxija aktar b’saħħithom fil-ġestjoni ta’ dan il-proċess.

Dan jinkludi l-preżentazzjoni tal-partijiet regolatorji neqsin b’mod li jkunu faċli biex jinftiehmu u jiġu implimentati, kif ukoll azzjonijiet ta’ appoġġ fl-ekosistema kollha, b’enfasi partikolari fuq l-entitajiet l-aktar sensittivi, bħall-SMEs u l-individwi privati.

1.6.

Il-KESE jħeġġeġ approċċ olistiku biex jiġu vvalutati r-rwol u l-impatt ġenerali tal-imballaġġ: jekk l-imballaġġ jitqies b’mod iżolat, dan jista’ jinfluwenza b’mod negattiv il-qafas regolatorju u jħeġġeġ lill-kumpaniji jsegwu strateġiji li huma għaljin, ineffiċjenti u fl-aħħar mill-aħħar inqas sostenibbli. L-elementi essenzjali li għandhom jitqiesu huma s-sikurezza u l-protezzjoni tal-prodotti ppakkjati b’referenza partikolari għall-ikel u x-xorb (1), sabiex l-imballaġġ ikun kemm sostenibbli kif ukoll effettiv. F’dan ir-rigward, approċċ orjentat lejn is-sostenibbiltà fid-disinn tal-imballaġġ m’għandux jimmina dawn il-funzjonalitajiet.

1.7.

L-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jippromovu standards minimi biex jappoġġjaw lill-kumpaniji Ewropej tal-imballaġġ ħalli jindirizzaw l-objettivi tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik ġusta, li japplikaw ukoll għall-imballaġġ kollu li jidħol fis-suq intern minn pajjiżi terzi. Il-KESE jappella sabiex dawk li jfasslu l-politika jiżguraw li l-kriterji ta’ sostenibbiltà fil-ftehimiet kummerċjali jiġu nfurzati u li l-importazzjonijiet jinkludu kriterji ta’ verifika rigward il-konvenzjoni tal-ILO dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema, u dan tul il-katina kollha tal-valur tas-settur tal-imballaġġ. Dan ikun jipprevedi kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq.

1.8.

Il-KESE jħeġġeġ li l-Kummissjoni tippromovi kampanji ta’ edukazzjoni, informazzjoni u sensibilizzazzjoni fil-livell tal-UE, biex tippromovi sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ta’ prattiki orjentati lejn is-sostenibbiltà, fil-livelli kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-imballaġġ, u b’hekk torjenta l-imġiba kollettiva jew fil-produzzjoni sostenibbli, għażliet ta’ xiri sostenibbli, jew l-aħjar prattiki fir-rimi u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ.

1.9.

Il-leġiżlazzjoni u l-azzjoni futuri tal-UE m’għandhomx jiffukaw biss fuq l-imballaġġ innifsu, iżda fuq il-katina kollha: il-produzzjoni, il-konsum u t-trattament tal-iskart. Il-KESE jirrakkomanda t-trawwim ta’ investimenti fl-innovazzjoni teknoloġika billi jiġu appoġġjati d-domanda għal u l-provvista ta’ materjali riċiklabbli rinnovabbli u ta’ kwalità għolja.

1.10.

L-imballaġġ għandu jappoġġja ekonomija ċirkolari, b’enfasi fuq l-ekodisinn, it-teknoloġiji eżistenti stabbiliti sew u tar-riċiklaġġ u l-prevenzjoni tad-dispersjoni. Il-KESE jirrakkomanda d-definizzjoni ta’ strateġiji effiċjenti għall-ġestjoni tar-riżorsi adattati għan-natura tar-riżorsi individwali, abbażi ta’ prinċipji komuni għall-ġestjoni tar-riżorsi, il-konservazzjoni u r-restawr.

1.11.

Il-ġbir u r-riċiklaġġ adegwati tal-imballaġġ huma essenzjali biex jitnaqqas kwalunkwe ħela ta’riżorsi. F’dan ir-rigward, il-KESE jirrakkomanda li l-leġiżlazzjoni futura tal-UE dwar l-imballaġġ tippromovi b’mod qawwi l-politika u l-imġiba pubbliċi mmirati lejn it-titjib fis-separazzjoni, fil-ġbir u fir-rimi tal-iskart mill-imballaġġ. Barra minn hekk, dan se jappoġġja t-tilħiq tal-miri tar-riċiklabbiltà tal-UE għall-materjal kollu tal-imballaġġ. Il-KESE jirrakkomanda wkoll l-evalwazzjoni tal-inizjattivi tal-Iskema ta’ Kapparra u Ritorn bħala mod possibbli biex jiżdiedu l-attivitajiet ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ f’xi setturi speċifiċi.

1.12.

Il-KESE jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ kriterji armonizzati għar-regoli dwar ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ u l-iskemi ta’ ġbir li qed jitħaddmu lokalment fl-Istati Membri, inkluż modulazzjoni tat-tariffi tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur u fl-aħħar mill-aħħar għat-tikkettar tal-imballaġġ riċiklabbli. Ir-regoli tal-UE dwar l-imballaġġ u l-prodotti ppakkjati għandhom jitfasslu f’konformità mal-prinċipji tas-Suq Uniku u jappoġġjaw l-implimentazzjoni armonizzata tagħhom fl-UE kollha. Huwa essenzjali li l-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-applikabbiltà u l-infurzar ugwali tar-rekwiżiti regolatorji tas-sostenibbiltà fit-territorju kollu tal-UE, bil-għan li jiġu evitati l-frammentazzjoni u l-ostakli tekniċi interni.

1.13.

Huma meħtieġa miżuri ta’ politika bbażati fuq l-evidenza sabiex jiġi żgurat l-aħjar eżitu ambjentali. F’dan ir-rigward, il-KESE jirrakkomanda li r-reviżjoni li ġejja tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ (2) tippermetti aktar innovazzjoni billi tistabbilixxi miri li huma allinjati mal-ħsieb dwar iċ-ċiklu tal-ħajja, huma appoġġjati minn data u evidenza xjentifika b’saħħithom u jiksbu l-aħjar eżitu ambjentali ġenerali, li jagħti wkoll attenzjoni kif imiss għal kwalunkwe impatt fuq il-prodotti li jinsabu fl-imballaġġ.

1.14.

L-approċċ normattiv li għandhom jieħdu l-istituzzjonijiet nazzjonali u tal-UE f’dan is-settur jeħtieġ li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kollha fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Huwa essenzjali li l-qafas regolatorju fis-seħħ ikun affidabbli u jiżgura ċ-ċertezza legali. Mingħajr dan, l-intrapriżi għandhom it-tendenza li jipposponu l-investimenti jew jistgħu jagħmlu investimenti li ma jkunux allinjati mad-domandi regolatorji. Dan, bla dubju, jwassal biex jhedded l-objettivi ġenerali u jwassal għal ħela ta’ riżorsi u telf ta’ impjiegi fis-settur.

1.15.

Jeħtieġ li jitrawmu r-riċerka u l-innovazzjoni f’teknoloġiji ġodda, kif ukoll it-taħriġ tal-ħaddiema settorjali. Barra minn hekk, l-imsieħba soċjali għandhom jaħdmu flimkien biex jidentifikaw liema ħiliet ġodda huma meħtieġa fl-industrija, u flimkien mal-awtoritajiet pubbliċi jiżviluppaw u jippromovu t-taħriġ tal-impjegati fil-produzzjoni u r-rimi tal-imballaġġ.

1.16.

Il-KESE jirrakkomanda li l-leġiżlazzjoni futura tqis ukoll il-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni għall-avvanz trasformattiv fl-industrija tal-imballaġġ.

1.17.

Minħabba ċ-ċentralizzazzjoni unika tal-imballaġġ f’kull settur tal-ekonomija, il-Kummissjoni Ewropea għandha tistabbilixxi wkoll Forum annwali dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, bejn il-partijiet ikkonċernati u r-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet Ewropej, biex tissorvelja l-implimentazzjoni tad-Direttiva, isir skambju ta’ informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-industrija u biex jiġu identifikati u promossi prattiki tajbin fir-rigward ta’ regolamenti dwar l-imballaġġ sostenibbli.

1.18.

Il-Kummissjoni Ewropea hija mitluba torganizza djalogu mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imressqa f’din l-Opinjoni u sabiex isir skambju dwar il-possibbiltajiet ta’ kooperazzjoni f’miżuri ta’ segwitu xierqa.

2.   Il-kuntest tal-ekosistema tal-imballaġġ u l-qafas regolatorju

2.1.

L-industrija tal-imballaġġ taqdi varjetà wiesgħa ta’ skopijiet fil-ħajja tagħna ta’ kuljum: il-protezzjoni, il-promozzjoni, l-informazzjoni, il-konvenjenza, l-użu, l-immaniġġjar u t-tnaqqis tal-iskart. L-imballaġġ, li huwa infrastruttura soċjetali u kummerċjali ewlenija, ippermetta l-benesseri u l-kummerċ fis-soċjetà u huwa element meħtieġ fl-appoġġ tal-irkupru u fit-trawwim ta’ tkabbir ekonomiku sostenibbli.

2.2.

L-industrija tal-imballaġġ topera f’ekosistema li kulma jmur qed issir dejjem aktar kumplessa, li tikkonsisti f’ħafna atturi, mill-produtturi tal-materja prima użata fl-imballaġġ, għall-bejjiegħa bl-imnut li jbigħu l-prodott ippakkjat, il-ħaddiema settorjali, il-konsumaturi u l-kumpaniji li jimmaniġġjaw l-iskart mill-imballaġġ fi tmiem il-ħajja tiegħu.

2.3.

L-industrija tal-imballaġġ tal-UE hija t-tieni l-akbar fid-dinja u tinkludi produtturi u utenti ta’ prodotti b’imballaġġ tal-ħġieġ, metalli ferrużi u aluminju, plastik, injam u karti u timpjega aktar minn 6,5 miljun persuna fl-Ewropa (3). Is-suq Ewropew tal-imballaġġ tal-konsumatur huwa mistenni jirreġistra rata komposta ta’ tkabbir annwali ta’4 % matul il-perjodu ta’ tbassir 2021-2026. L-innovazzjoni teknoloġika, is-sostenibbiltà u l-ekonomiji attraenti huma fost ir-raġunijiet għat-tkabbir notevoli mistenni fl-imballaġġ tal-konsumatur (4).

2.4.

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (il-Kummissjoni Ewropea, 2019), apparti mill-mira ġenerali tiegħu li jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, jistabbilixxi għanijiet ta’ politika importanti għall-avvanz ulterjuri tat-tranżizzjoni sostenibbli tal-katina tal-valur tal-imballaġġ, li jinkludu:

l-iżgurar li l-imballaġġ kollu fis-suq tal-UE jkun riutilizzabbli jew riċiklabbli b’mod ekonomikament vijabbli sal-2030;

id-definizzjoni ta’ miżuri biex jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ;

il-promozzjoni ta’ suq uniku robust għall-materja prima sekondarja biex jiżdied ir-riċiklaġġ.

2.5.

Dawn l-għanijiet ġenerali ġew spjegati aktar fid-dettall fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari 2.0 (5), li jippjana għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ. Din tal-aħħar, li daħlet fis-seħħ fl-1994, tinsab fil-qalba tal-qafas regolatorju attwali. Bħalissa, il-Kummissjoni qed tirrevedi din id-Direttiva – ara il- konsultazzjoni (6) rispettiva u l- evalwazzjoni tal-impatt (7) korrispondenti – bl-intenzjoni ġenerali li jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ) u li l-flussi lineari ta’ prodotti u materjali (jiġifieri, produzzjoni -> użu -> skart) jiġu sostitwiti bi flussi ċirkolari.

3.   It-trawwim ta’ ekonomija ċirkolari

3.1.

Is-settur tal-imballaġġ huwa kruċjali fit-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija ċirkolari minħabba l-kapaċità tiegħu li jirriċikla l-materjali. Aktar u aktar materjali tal-imballaġġ jew qed jiġu rriċiklati jew huma stess prodotti ta’ materjali riċiklati minn setturi oħra tal-manifattura. Fl-istess ħin, dan għandu l-potenzjal li jagħlaq iċ-ċirku tal-ekonomija ċirkolari billi jevita l-esportazzjoni ta’ materjali ta’ skart dubjużi (8) u ma jippermettix aċċess għas-swieq Ewropej għall-importaturi ta’ imballaġġ li ma jikkonformax mal-aħjar prattiki ambjentali. Il-kwistjoni tal-kompetizzjoni inġusta minn kumpaniji mhux tal-UE għadha ta tħassib kbir, speċjalment għall-SMEs, li jkunu tal-ewwel li jiġu affettwati fis-suq.

3.2.

F’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari 2.0, l-imballaġġ kollu għandu jerġa’ jintuża jew jiġi rriċiklat sal-2030. Għaldaqstant, il-materjali kollha tal-imballaġġ għandhom jitqiesu bħala siewja bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari, b’enfasi fuq l-ekodisinn, it-teknoloġiji eżistenti stabbiliti sew u dawk ġodda tar-riċiklaġġ u t-tisħiħ tal-miżuri biex tiġi miġġielda d-dispersjoni. Popolazzjoni globali li qed tikber, flimkien ma’ żieda fil-konsum per capita, qed tagħmel pressjoni dejjem akbar fuq ir-riżorsi eżistenti.

3.3.

Il-materjal ibbażat fuq il-fibra u materjal naturali ieħor li juża l-imballaġġ jista’ jappoġġja tkabbir li jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Dan isir minn materjali rinnovabbli, filwaqt li jservi għal żmien twil, ikun attraenti, riċiklabbli u bijodegradabbli. Studji reċenti indikaw li l-imballaġġ tal-fibra jista’ jiġi rriċiklat aktar minn 25 darba, u dan juri li huwa komponent essenzjali tal-ekonomija ċirkolari.

3.4.

Bl-istess mod, l-aluminju u l-azzar, bħala materjali permanenti uniċi, jistgħu wkoll jagħtu kontribut deċiżiv fl-appoġġ ta’ ekonomija ċirkolari. Permezz ta’ riċiklaġġ multiplu, il-prodotti u l-imballaġġ magħmula minn materjali permanenti, bħall-metalli u l-ħġieġ, jinżammu fiċ-ċirku materjali u jistgħu jsiru riżorsi għal prodotti u imballaġġ oħrajn.

3.5.

Huma meħtieġa aktar miżuri biex jappoġġjaw l-użu ta’ polimeri b’bażi bijoloġika minħabba l-fatt li l-Istati Membri lesti li jappoġġjaw l-infrastruttura meħtieġa għall-ġbir u l-ikkompostjar tal-imballaġġ kompostabbli huma biss ftit. Fir-rigward tal-plastik, jeħtieġ li jiġu appoġġjati proġetti u investimenti f’teknoloġiji innovattivi emerġenti, bħar-riċiklaġġ tal-plastik mekkaniku jew kimiku, filwaqt li jiġi żgurat li dawn inaqqsu l-impatt ambjentali ġenerali f’perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja.

3.6.

Il-mod kif il-konsumaturi jaraw u jinteraġixxu mal-imballaġġ qed jinbidel ukoll. Skont l-Istudju Ewropew dwar il-Perċezzjonijiet tal-Konsumatur fir-rigward tal-Imballaġġ, imwettaq b’mod indipendenti minn Perspectus Global u kkummissjonat minn Pro Carton fl-2021, kważi żewġ terzi tar-rispondenti sostnew li bidlu l-prodotti li jixtru minħabba tħassib dwar l-imballaġġ, u saħansitra iżjed ikunu lesti li jħallsu aktar għal imballaġġ aktar ekoloġiku. Dawn ix-xejriet jistgħu jissaħħu aktar permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ informazzjoni.

3.7.

Hemm potenzjal sinifikanti li fl-Ewropa jiżdied il-ġbir tal-materjal tal-imballaġġ, is-separazzjoni, u r-riċiklaġġ. Fl-istess ħin, l-imballaġġ sostenibbli jista’ joħloq ukoll ħsara ambjentali sinifikanti, jekk ma jinġabarx, jintrema jew jiġi rriċiklat b’mod korrett. Filwaqt li huwa essenzjali li l-industrija tal-imballaġġ tiġi mbuttata lejn prattiki aktar sostenibbli, l-awtoritajiet pubbliċi, l-entitajiet tal-immaniġġjar tal-iskart, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u l-konsumaturi għandhom ikunu involuti direttament ukoll biex tiżdied l-effiċjenza tal-ġbir, tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ tal-iskart. Dan l-aspett għandu jiġi promoss b’mod qawwi fil-leġiżlazzjoni futura u fil-politiki pubbliċi sabiex jintlaħqu l-miri ta’ riċiklabbiltà tal-UE għall-materjali kollha tal-imballaġġ, anke bil-għan li jgħin fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, u b’hekk jikkontribwixxi għall-aġenda ta’ tranżizzjoni ekoloġika tal-UE.

3.8.

Ħafna mill-aġġustamenti meħtieġa se jkunu jistgħu jsiru permezz tad-diġitalizzazzjoni. It-teknoloġiji diġitali jipprovdu l-possibbiltà għal avvanzi trasformattivi fl-industrija tal-imballaġġ peress li t-traċċabbiltà, il-konvenjenza u l-identifikazzjoni tat-tbagħbis jistgħu jiġu ottimizzati. Dan imur id f’id ma’ titjib fil-prestazzjoni operazzjonali, u b’hekk tiġi pprovduta l-kapaċità li l-klijenti jiġu moqdija aħjar u megħjuna fid-disinn għaċ-ċirkolarità permezz ta’ imballaġġ intelliġenti li fil-qalba tiegħu jkollu s-sostenibbiltà. Barra minn hekk, l-imballaġġ intelliġenti jiffaċilita r-riċiklaġġ billi jippermetti aċċess aktar faċli għall-informazzjoni dwar il-materja prima użata fl-imballaġġ.

4.   Kummenti ġenerali

4.1.

Is-sostenibbiltà għandha tkompli tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-industriji tal-imballaġġ tal-UE. F’konformità mar-rekwiżiti tal-Pjan ta’ Azzjoni Ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari (9), l-industrija tal-imballaġġ għandha tieħu inizjattivi tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti.

4.2.

Il-politiki li jaffettwaw il-qafas leġiżlattiv li fih topera l-industrija tal-imballaġġ, inklużi r-regoli dwar l-iskart mill-imballaġġ, għalhekk għandhom effett kbir fuq l-industriji u l-attivitajiet soċjali kollha li jużaw l-imballaġġ. Pereżempju, fir-rigward tal-imballaġġ tal-ikel, l-imballaġġ jiżgura s-sigurtà u l-protezzjoni tal-prodotti, iżomm l-ikel tajjeb biex jittiekel għal perjodu itwal, jimminimizza l-ħela ta’ ikel, u għandu rwol ewlieni fl-ixprunar u ż-żamma tal-aċċess għal ikel affordabbli għal kulħadd.

4.3.

Fid-dawl tal-isfidi soċjetali tal-lum, il-partijiet ikkonċernati kollha jeħtieġ li jaħdmu flimkien biex isibu soluzzjonijiet innovattivi biex iżidu s-sostenibbiltà tal-industrija tal-imballaġġ, meta jitqies li l-imballaġġ ċirkolari għandu rwol ċentrali fil-protezzjoni tal-pjaneta. L-atturi soċjali kollha għandhom jistabbilixxu djalogu ċar li jirrispetta r-rwoli u l-kompetenzi tagħhom stess fil-kisba tal-miri ta’ hawn fuq.

4.4.

Huwa fundamentali li, internament, is-swieq uniċi tal-UE għandhom jiżguraw l-applikabbiltà u l-infurzar ugwali tar-rekwiżiti regolatorji tas-sostenibbiltà fit-territorju kollu tal-UE, filwaqt li jevitaw il-frammentazzjoni u l-ostakli tekniċi interni. Ir-regoli tal-UE dwar l-imballaġġ u l-prodotti ppakkjati għandhom jitfasslu f’konformità mal-prinċipji tas-Suq Uniku u jappoġġjaw l-implimentazzjoni armonizzata tagħhom fl-UE kollha. Dan jirrikjedi li jiġu minquxa prinċipji ewlenin, miri u definizzjonijiet ċari fil-korp tal-leġiżlazzjoni u l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, u b’hekk, qabel xejn, jiġu evitati miżuri nazzjonali diverġenti. L-implikazzjonijiet tas-Suq Uniku ta’ kwalunkwe miżura nazzjonali ma għandhomx jintroduċu restrizzjonijiet għall-moviment liberu tal-imballaġġ u tal-prodotti ppakkjati, li jkunu sproporzjonati u/jew mhux meħtieġa mil-lat ta’ protezzjoni ambjentali u jistgħu jikkawżaw distorsjonijiet tas-suq inġusti tal-UE.

4.5.

Il-kontribut tal-imballaġġ għas-sostenibbiltà ekonomika, ambjentali u soċjali huwa essenzjali. Ħarsa lejn l-imballaġġ waħdu jista’ jinfluwenza b’mod negattiv ukoll il-qafas regolatorju. Fil-fatt, il-prodotti ġeneralment jirrappreżentaw ħafna aktar riżorsi u għandhom valur inerenti ferm ogħla mill-imballaġġ li jintuża biex jipproteġihom. Għalhekk, it-telf tal-prodott minħabba l-imballaġġ bi prestazzjoni baxxa x’aktarx li jikkawża effetti negattivi ħafna akbar fuq l-ambjent. Pereżempju, fl-Industrija tal-ikel, 30 % (10) tal-ikel kollu prodott fid-dinja jintilef jew jintrema tul il-katina tal-provvista; l-aqwa imballaġġ possibbli jista’ jkun fost is-soluzzjonijiet biex titnaqqas din ir-rata. It-telf u l-ħela ta’ ikel – fil-ktajjen tal-provvista u mill-konsumaturi – jammontaw għal madwar kwart tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-ikel, jiġifieri 6 % tal-emissjonijiet globali totali (11).

4.6.

L-appoġġ għall-industrija Ewropea tal-imballaġġ huwa importanti għal ħafna raġunijiet. Pereżempju, għalkemm teżisti leġiżlazzjoni biex tiżgura li l-materjali tal-imballaġġ jikkonformaw mal-istandards ambjentali, il-produtturi Ewropej tal-imballaġġ jiddeċiedu wkoll fuq bażi volontarja li jsegwu għadd ta’ linji gwida, bħaċ-ċertifikazzjoni FSC għall-imballaġġ tal-karta, tal-kartun jew tal-injam, sabiex inaqqsu l-emmissjonijiet u jippromovu l-aħjar prattiki ambjentali. Il-kompetituri mhux Ewropew, għalkemm huma meħtieġa jikkonformaw mal-legiżlazzjoni Ewropea, jistgħu ma jsegwux dawn il-kodiċijiet volontarji jew l-istandards li jsegwu l-kumpaniji Ewropej.

Is-settur tal-imballaġġ jeħtieġ forza tax-xogħol b’ħiliet għoljin u aktar attraenza għall-ġenerazzjoni aktar żagħżugħa. Is-settur għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb kontinwament il-kundizzjonijiet tax-xogħol, filwaqt li joħloq għażliet ta’ taħriġ u jiffoka fuq il-motivazzjoni ta’ speċjalisti b’ħiliet għoljin u diġitali biex jissieħbu fl-industrija.

4.7.

Għalhekk, it-taħriġ settorjali tal-ħaddiema, kif ukoll aġġornament kostanti tal-proċess ta’ diliġenza dovuta, huma kruċjali għall-industrija tal-imballaġġ u għandhom jiġu promossi.

4.8.

Għalhekk, it-tranżizzjoni doppja li se tinteressa lill-ekonomija tal-UE fis-sena li ġejja se tkun ukoll prijorità ċentrali fis-settur tal-imballaġġ. F’dan ir-rigward, il-mekkaniżmu ta’ “tranżizzjoni ġusta” għandu jitqies fir-ridefinizzjoni l-ġdida tal-qafas regolatorju, biex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1.   L-ottimizzazzjoni tad-disinn tal-imballaġġ tgħin biex jiġi evitat u jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ.

Id-disinn tal-imballaġġ huwa sinifikanti biex tiġi ddefinita l-prestazzjoni ambjentali tiegħu tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott. Imballaġġ imfassal tajjeb, fornut b’sors responsabbli u prodott b’mod effiċjenti li jintuża b’mod adegwat u jiġi rriċiklat b’mod effettiv jipprovdi bosta benefiċċji, billi jnaqqas il-ħsara li ssir lill-prodotti, jestendi l-ħajja utli tagħhom, jiffaċilita l-ħżin, it-trasport u d-distribuzzjoni effiċjenti, jagħti aċċess sikur u konvenjenti għall-prodotti, ikun attraenti u jikkomunika informazzjoni siewja lill-konsumatur. Għalhekk, l-imballaġġ ma jistax jitqies b’mod iżolat mill-prodott tiegħu, minħabba l-fatt li l-materjal, il-format u d-disinn tiegħu huma marbuta b’mod inseparabbli mal-funzjonalitajiet li l-imballaġġ jeħtieġ li jissodisfa għal kull prodott speċifiku. Madankollu, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-funzjonalità tal-imballaġġ hija essenzjali, huwa ċar li l-imballaġġ bi ffrankar tar-riżorsi u sostenibbli għandu jiġi żviluppat skont il-prinċipji tal-ekodisinn. Dan jinkludi:

l-imminimizzar tal-użu tal-materja prima;

il-massimizzazzjoni tal-użu ta’ materjali riċiklabbli u riċiklati (filwaqt li jiġu rispettati r-rekwiżiti legali);

iż-żieda fl-effiċjenza tal-proċessi tal-produzzjoni;

l-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni loġistika;

it-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni dwar il-valur u l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ;

it-titjib tal-ġbir, tat-trattament u tar-riċiklaġġ tal-imballaġġ.

Huwa essenzjali li jitqiesu kemm is-sostenibbiltà kif ukoll il-funzjonalità tal-imballaġġ.

Indipendentement mit-tip ta’ imballaġġ użat, l-imballaġġ eċċessiv għandu dejjem jiġi evitat, speċjalment fil-kummerċ elettroniku u fil-prodotti li jaslu fid-djar, fejn il-proporzjon bejn l-imballaġġ u l-prodotti huwa ta’ 1:1. F’dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni wkoll lir-riċerka u lis-soluzzjonijiet innovattivi li jnaqqsu l-piż ambjentali tal-imballaġġ tal-prodotti mwassla sad-dar.

5.2.   Huma meħtieġa miżuri ta’ politika bbażati fuq l-evidenza sabiex jiġi żgurat l-aħjar eżitu ambjentali.

L-isfidi tat-tibdil fil-klima jipprovdu opportunità għall-Ewropa biex tibni bażi industrijali sostenibbli u orjentata lejn il-futur. Fir-rigward tal-imballaġġ, l-inizjattivi ta’ politika kollha li ġejjin għandhom ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika u fuq fehim sod tal-impatt reali tagħhom fuq l-ambjent. Huwa ta’ għajnuna strateġika li jiġi appoġġjat l-użu tal-metodoloġija tal-Analiżi taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LCA) bħala għodda għar-rieżami tal-impatt ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom.

5.3.   Il-materjali tal-imballaġġ kompletament riċiklabbli u rinnovabbli jrawmu l-iżvilupp ta’ ekonomija ċirkolari.

Il-leġiżlazzjoni u l-azzjoni futuri tal-UE għandhom jappoġġjaw id-domanda għal materjali riċiklabbli, rinnovabbli u ta’ kwalità għolja, li jrawwem aktar investiment fl-innovazzjoni fl-imballaġġ. B’mod aktar speċifiku, il-leġiżlazzjoni u l-azzjoni tal-UE ma għandhomx jiffukaw biss fuq l-imballaġġ innifsu, iżda fuq il-katina kollha tal-produzzjoni: eż. kif il-materjali jiġu akkwistati u pproċessati, ir-riżorsi u l-enerġija meħtieġa fil-proċess tal-produzzjoni, u kemm il-materjal/il-prodott jista’ jiġi rriċiklat faċilment u effettivament jiġi rriċiklat. L-UE għandha żżid ukoll id-disponibbiltà u ttejjeb il-kwalità tal-materjali riċiklati, u tagħmel enfasi fuq il-kapaċità ta’ materjal li jżomm il-proprjetajiet inerenti tiegħu wara r-riċiklaġġ, u l-kapaċità tiegħu li jissostitwixxi materja prima ewlenija f’applikazzjonijiet futuri (12).

5.4.   L-armonizzazzjoni tal-iskemi lokali ta’ ġbir u riċiklaġġ hija kritika biex jintlaħqu l-miri tar-riċiklaġġ tal-imballaġġ.

L-UE għandha għan li żżid ir-rati tar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, iżda biex dan jintlaħaq se jkun jiddependi wkoll minn kif l-awtoritajiet lokali jżidu u jtejbu l-ġbir.

Fir-rigward tar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali, ir-rati jvarjaw ħafna fl-Unjoni Ewropea, u anke f’pajjiżi b’rati ta’ riċiklaġġ simili, ir-regoli u l-metodi ta’ ġbir ivarjaw b’mod sinifikanti. Hemm il-ħtieġa ta’ armonizzazzjoni akbar tar-regoli dwar il-materjali tar-riċiklaġġ u tal-iskemi ta’ ġbir li jintużaw lokalment fl-Istati Membri, kif ukoll il-ħtieġa ta’ kriterji armonizzati għall-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur u fl-aħħar mill-aħħar għat-tikkettar tal-imballaġġ riċiklabbli.

Huwa kruċjali wkoll li jiġu evalwati miri speċifiċi għall-ġbir u r-riċiklaġġ għal xi kategoriji ta’ prodotti bħall-imballaġġ minn servizzi tal-ikel kemm għar-ristoranti kif ukoll għal “takeaways” kummerċjali. Permezz tad-definizzjoni ta’ miri ċari għall-ġbir u r-riċiklaġġ għall-bejjiegħa bl-imnut, l-ospitalità, il-catering, eċċ., kif ukoll għall-muniċipalitajiet, jista’ jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ, u b’hekk tiżdied ir-rata ta’ riċiklaġġ.

5.5.   Sistema ta’ Skemi ta’ Kapparra u Ritorn

Is-Sistema ta’ Skemi ta’ Kapparra u Ritorn tista’ tabilħaqq tinċentiva r-riċiklaġġ u tipprovdi effiċjenzi tal-ġbir għan-negozji li jistgħu jnaqqsu r-rimi fuq skala kbira speċjalment għal xi tipi ta’ konsum, bħal xorb mibjugħ fi fliexken tal-plastik u tal-ħġieġ.

5.6.   It-titjib fil-kwalità tal-ġbir tal-imballaġġ jagħti spinta lis-sostenibbiltà tal-industrija tar-riċiklaġġ

Sabiex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet lokali, huwa essenzjali li jiġu żviluppati linji gwida ċari dwar ir-riċiklaġġ u tixxerred komunikazzjoni mmirata, abbażi ta’ konsultazzjoni mal-industrija tar-riċiklaġġ, dwar kif il-materjali riċiklabbli għandhom jiġu sseparati u ppreżentati b’mod effiċjenti għall-ġbir mill-membri tal-unitajiet domestiċi.

Brussell, id-19 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  F’ċerti industriji, bħall-industrija agroalimentari, l-imballaġġ għandu wkoll rwol importanti fil-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni kroċjata tal-ikel u x-xorb, u b’hekk jiġu evitati r-riskji għas-saħħa assoċjati.

(2)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

(3)  Eurostat.

(4)  linkhttps://www.mordorintelligence.com/industry-reports/europe-consumer-packaging-market.

(5)  https://environment.ec.europa.eu/strategy/circular-economy-action-plan_en

(6)  https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12263-Tnaqqis-fl-iskart-mill-imballagg-riezami-tar-regoli_mt

(7)  https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say_mt

(8)  Pereżempju, ċerti pajjiżi Ewropej jesportaw l-iskart tal-plastik tagħhom barra mill-Ewropa. Dan għandu jiġi evitat permezz ta’ tisħiħ tal-iskema interna tal-UE għar-riċiklaġġ, li tikkonverti dan l-iskart f’materja prima riċiklata prezzjuża (https://www.theguardian.com/environment/2021/jan/12/loophole-will-let-uk-continue-to-ship-plastic-waste-to-poorer-countries).

(9)  https://environment.ec.europa.eu/strategy/circular-economy-action-plan_mt

(10)  Gerber, P.J., Steinfeld, H., Henderson, B., Mottet, A., Opio, C., Dijkman, J., Tempio, G. (2013). Tackling climate change through livestock – A global assessment of emissions and mitigation opportunities. (L-indirizzar tat-tibdil fil-klima permezz tal-bhejjem – Valutazzjoni globali tal-emissjonijiet u tal-opportunitajiet ta’ mitigazzjoni). Ruma: Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) (mhux disponibbli bil-Malti).

(11)  Food waste is responsible for 6 % of global greenhouse gas emissions – Our World in Data Food waste is responsible for 6% of global greenhouse gas emissions – Our World in Data (Il-ħela tal-ikel hija responsabbli għal 6 % tal-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra – Id-Dinja tagħna fid-Data) (mhux disponibbli bil-Malti).

(12)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2021 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari (2020/2077(INI)), (ĠU C 465, 17.11.2021, p. 11) punt 39.


III Atti preparatorji

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-569 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 18.5.2022–19.5.2022

26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/27


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Global Gateway”

(opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(JOIN(2021) 30 final)

(2022/C 323/05)

Relatur:

Dumitru FORNEA

Korelatur:

Violeta JELIĆ

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

9.12.2021

Bażi legali

Artikolu 32(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni

Adottata fis-sezzjoni

12.4.2022

Adottata fil-plenarja

19.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

206/1/3

1.   Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jilqa’ t-tnedija tal-inizjattiva Global Gateway, minħabba li huwa konvint li l-investimenti u l-proġetti ta’ kooperazzjoni tal-atturi tal-UE u dawk mhux statali fl-UE jeħtieġ li jkunu magħrufa u promossi aħjar madwar id-dinja.

1.2.

Il-KESE huwa konxju li hemm bżonn kbir ta’ riżorsi finanzjarji biex tiġi implimentata l-interkonnessjoni tal-infrastruttura globali kritika u, f’dan ir-rigward, jemmen bis-sħiħ li huwa fl-interess tal-UE li tikkoordina l-investiment u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp permezz tal-Global Gateway ma’ programmi simili ta’ pajjiżi li magħhom naqsmu valuri u interessi strateġiċi komuni. Għandhom jinkisbu wkoll sinerġiji mal-Istrateġija tal-UE għall-Kooperazzjoni fir-reġjun Indo-Paċifiku (1).

1.3.

Il-KESE jinnota l-importanza li jiġu kkomunikati s-sejħiet għall-offerti, proċeduri amministrattivi relatati, l-istadju ta’ implimentazzjoni tal-proġetti u r-riżultati tal-azzjoni tal-UE u tal-Istati Membri u, f’dan ir-rigward, sabiex wieħed jifhem aħjar l-objettivi u l-valur miżjud ta’ din l-inizjattiva, huwa importanti li l-Kummissjoni Ewropea tipproponi sett ta’ għodod li jippermettu l-aċċess għal data ewlenija, kif ukoll il-parametrizzazzjoni ta’ indikaturi rilevanti biex jitkejjel il-progress fl-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija.

1.4.

Il-KESE jemmen li l-istituzzjonijiet Ewropej rilevanti, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-pajjiżi msieħba, se jkollhom iwettqu analiżi tal-ħtiġijiet ta’ prijorità għall-investimenti fl-infrastruttura globali, filwaqt li jitqiesu l-interessi strateġiċi u ekonomiċi tal-UE, iżda wkoll billi jiġu kkunsidrati l-impenji soċjali, klimatiċi u ekoloġiċi tal-UE.

1.5.

Il-KESE jemmen li huwa importanti li l-UE tiffoka fuq iż-żamma tal-funzjonament u l-iżvilupp ta’ konnessjonijiet fiżiċi bejn l-Ewropa u nħawi oħra tad-dinja. L-infrastruttura li tipprovdi aċċess għall-ilma, l-ikel u l-enerġija għall-popolazzjoni hija essenzjali, u l-ekosistema kollha li tagħmilha possibbli li tinkiseb is-sigurtà tal-ikel fil-livell globali għandha tingħata prijorità fl-azzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri.

1.6.

Il-KESE jinnota bi tħassib li s-sitwazzjoni drammatika tal-gwerra fl-Ukrajna tirrikjedi li l-istrumenti finanzjarji tal-UE jiġu adattati sabiex ikunu flessibbli u komprensivi biżżejjed biex jintużaw ħafna aktar malajr meta jinqalgħu kriżijiet globali, speċjalment fil-viċinat tal-UE.

1.7.

Il-KESE jħeġġeġ li l-investimenti fil-kurituri prijoritarji għall-infrastruttura tat-trasport, l-enerġija u l-komunikazzjoni elettronika jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet tal-impatt li jevalwaw mhux biss kunsiderazzjonijiet strateġiċi, inklużi tagħlimiet meħuda minn kunflitti armati fl-Ukrajna, Nagorno-Karabakh, is-Sirja, Ossezja, il-Libja, eċċ., iżda wkoll kwistjonijiet oħra relatati mat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-ambjent, id-drittijiet tal-bniedem u r-responsabbiltà soċjali.

1.8.

Il-KESE jirrakkomanda t-titjib tas-sistema ta’ rapportar għall-attivitajiet u l-proġetti implimentati mill-atturi tal-UE statali u mhux statali, billi l-promoturi tal-investiment u tal-proġetti jiġu mħeġġa jirreġistraw b’mod volontarju fil-Global Gateway, li se jkollu jitfassal abbażi tal-aktar soluzzjonijiet teknoloġiċi diġitali reċenti għall-ipproċessar u l-komunikazzjoni tad-data.

1.9.

Fl-Opinjonijiet tiegħu, il-KESE enfasizza l-importanza tas-sħubijiet tranżnazzjonali bejn partijiet ugwali, li jistgħu jillimitaw id-dipendenzi, joħolqu rabtiet u jipprovdu benefiċċji ekonomiċi u soċjali dejjiema għall-komunitajiet lokali fil-pajjiżi msieħba. Dan huwa possibbli biss jekk jintuża l-approċċ minn isfel għal fuq biex jinbnew ktajjen tal-provvista lokali b’saħħithom b’valur miżjud u biex jissaħħu s-swieq domestiċi fil-pajjiżi msieħba billi jinħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja, kif ukoll trasferimenti sostenibbli ta’ għarfien espert.

1.10.

Il-KESE jilqa’ l-għan li jiġi offrut finanzjament ġust b’termini favorevoli sabiex jiġi llimitat ir-riskju ta’ diffikultà minħabba d-dejn. Sabiex jintlaħaq dan l-għan b’mod sostenibbli, għandu jiġi żgurat li ma jinħolqux tipi oħra ta’ dipendenzi.

1.11.

Il-KESE jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-gvernijiet tal-Istati Membri jiżguraw li l-valuri Ewropej jiġu rrispettati u promossi permezz tal-implimentazzjoni ta’ proġetti rreġistrati taħt il-marka Global Gateway. Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, il-valutazzjoni tal-impatt soċjali u ambjentali, u l-konformità mal-proċeduri ta’ trasparenza u ta’ diliġenza dovuta jridu jinstabu fil-kondizzjonalitajiet sine qua non għat-tnedija ta’ kwalunkwe proġett iffinanzjat minn atturi tal-UE statali u mhux statali.

1.12.

Il-KESE jaqbel mal-idea li l-kumpaniji interessati li jinvolvu ruħhom fil-Global Gateway għandu jkollhom kollaborazzjoni effettiva mal-korpi diplomatiċi tal-Istati Membri u tal-UE, aċċess semplifikat għar-riżorsi finanzjarji u informazzjoni rilevanti fil-livell reġjonali, kif ukoll, fejn possibbli, uffiċċji ta’ punt uniku ta’ servizz, biex jiffaċilitaw l-investimenti tas-settur privat tal-UE madwar id-dinja.

1.13.

Il-KESE jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi bord biex jikkoordina l-inizjattiva Global Gateway. Il-ġestjoni professjonali hija meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi kumplessi proposti ta’ din l-istrateġija ta’ investiment; f’dan ir-rigward, sabiex jittejbu l-kwalità u r-rilevanza tad-deċiżjonijiet li se jittieħdu minn dan il-bord, għandhom ikunu involuti membri oħra li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali, speċjalment it-trade unions, kif ukoll rappreżentanti mid-dinja tan-negozju.

1.14.

Il-KESE jinnota l-ħtieġa għal preżentazzjoni aktar ċara tad-diversi strumenti ta’ finanzjament li se jkunu disponibbli għall-benefiċjarji sal-2027. Minħabba l-kumplessità tad-deskrizzjoni tal-fondi li se jkunu taħt il-marka Global Gateway, li tinsab fid-dokument ippubblikat mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, jidher li hija meħtieġa rappreżentazzjoni skematika komprensiva u intelliġenti tagħhom sabiex jinftiehmu minn dawk kollha interessati.

2.   Sfond

2.1.

Fl-2013, waqt żjarat fil-Każakistan u fl-Indoneżja, il-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, Xi Jinping, nieda żewġ inizjattivi għal interkonnessjonijiet transkontinentali tal-infrastruttura tal-art u tal-baħar: il-Medda Ekonomika tar-Rotta tal-Ħarir u r-Rotta tal-Ħarir Marittima tas-Seklu 21. Aktar tard, fl-2014, wara diversi tentattivi biex tinħoloq marka integrata, saret magħrufa bħala l-Inizjattiva “Belt and Road” (2). Kif ġie deskritt inizjalment, din l-Inizjattiva ma kinitx biss kuritur tat-trasport, iżda wkoll qasam fejn ġie promoss l-investiment Ċiniż fl-istati parteċipanti f’din l-inizjattiva.

2.2.

L-ewwel tweġiba għall-inizjattiva Ċiniża ġiet mill-Ġappun, li fl-2015 ippropona s-Sħubija għal Infrastruttura ta’ Kwalità (3), inizjattiva ddedikata għall-benefiċjarji fl-Asja, b’baġit ta’ 5 snin ta’ USD 10 biljun. Fl-2016, is-Sħubija ġiet estiża globalment, u l-baġit allokat żdied għal USD 200 biljun.

2.3.

L-Unjoni Ewropea u l-istati demokratiċi industrijalizzati ewlenin fil-G7 għal seba’ snin raw mingħajr ma setgħu jagħmlu xejn, u mingħajr reazzjoni, it-tisħiħ kontinwu tar-relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi taċ-Ċina madwar id-dinja permezz tal-Inizjattiva “Belt and Road”. Sa meta saret il-laqgħa tal-G7 ta’ Ġunju 2021 f’Cornwall, fir-Renju Unit (4), fejn ġie deċiż li tinħoloq alternattiva globali – l-Inizjattiva “Build Back Better World” – iċ-Ċina kienet diġà investiet aktar minn nofs il-fondi totali tagħha tal-Inizjattiva “Belt and Road” allokati bejn issa u l-2027, jiġifieri USD 1,2-1,3 triljun, kif stmat minn Morgan Stanley Research.

2.4.

Fil-kuntest tas-26 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 26), li saret fi Glasgow f’Novembru 2021, il-Prim Ministru tar-Renju Unit nieda l-Clean Green Initiative (5), li rdoppjat l-investimenti ekoloġiċi tar-Renju Unit iffinanzjati b’għajnuna għal aktar minn GBP 3 biljun fuq medda ta’ ħames snin, kif ukoll ipprovdiet garanziji ġodda biex jappoġġjaw proġetti ta’ infrastruttura nadifa, inklużi GBP 200 miljun għal Faċilità ġdida għall-Innovazzjoni Klimatika. Ir-Renju Unit ħabbar pakkett ta’ garanziji lill-banek multilaterali tal-iżvilupp li huma mistennija jipprovdu spinta kbira lill-investiment fi proġetti relatati mal-klima fl-Indja u madwar l-Afrika. Garanzija ġdida msejħa “Room to Run” għall-Bank Afrikan tal-Iżvilupp (6) hija mistennija li tiftaħ sa GBP 1,45 biljun f’finanzjament ġdid għal proġetti fi ħdan dan il-kontinent, li nofshom se jgħinu lill-pajjiżi jadattaw għall-impatt tat-tibdil fil-klima.

2.5.

Lura fl-UE, fit-12 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill Affarijiet Barranin iddeċieda li jieħu azzjoni wara l-laqgħa tal-G7 u stieden lill-Kummissjoni tħejji Strateġija Globali għall-Konnettività (7), taħt il-bandiera ta’ Tim Ewropa, li tlaqqa’ flimkien l-Istati Membri u l-UE, l-istituzzjonijiet tal-UE, u l-istituzzjonijiet finanzjarji nazzjonali fi sforz konġunt. Din l-istrateġija ġiet ippubblikata fl-1 ta’ Diċembru 2021 bħala l-Global Gateway.

2.6.

Id-dokument tal-Kummissjoni Ewropea jiddikjara li l-Global Gateway tappoġġja l-investiment fl-infrastruttura tal-hardware u s-software li tirrispetta l-prinċipji ewlenin għall-Unjoni Ewropea: valuri demokratiċi u standards għoljin; governanza tajba u trasparenza; sħubijiet ugwali; ekoloġiċi u nodfa; iffukati fuq is-sigurtà; li jikkatalizzaw l-investiment tas-settur privat.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

L-Unjoni Ewropea ħadet id-deċiżjoni li żżid il-viżibbiltà tal-investiment tagħha f’pajjiżi li mhumiex Stati Membri, madwar id-dinja, billi toħloq il-Global Gateway – strateġija ekonomika u ta’ investiment imfassla biex tkun strument diplomatiku u ta’ komunikazzjoni.

3.2.

L-għan ta’ din l-inizjattiva li jiġi offrut finanzjament ġust b’termini favorevoli sabiex jiġi llimitat ir-riskju ta’ diffikultà minħabba d-dejn huwa milqugħ mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-UE. Sabiex jintlaħaq dan l-għan b’mod sostenibbli, għandu jiġi żgurat li ma jinħolqux tipi oħra ta’ dipendenzi.

3.3.

Din mhijiex struttura addizzjonali; la hija amministrattiva u lanqas finanzjarja. Hija MARKA li trid tiġi aċċettata mill-istituzzjonijiet finanzjarji, l-aġenziji tal-iżvilupp u l-kumpaniji privati Ewropej kollha fl-Istati Membri meta joħolqu proġetti ta’ investiment f’pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropea, u jridu jikkonformaw ma’ sistema ta’ rekwiżiti bbażata fuq il-valuri ewlenin tal-UE. Il-kundizzjonijiet għall-użu tal-marka, inklużi każijiet fejn dan huwa pprojbit, jeħtieġ li jiġu elaborati, u l-KESE huwa lest li jikkontribwixxi hawnhekk.

3.4.

Għall-kuntrarju tal-Inizjattiva “Belt and Road” taċ-Ċina, li timplimenta pjan ta’ infrastruttura internazzjonali Ċiniż b’finanzjament prinċipalment nazzjonali, b’impriżi Ċiniżi u fil-qafas ta’ strateġija minn fuq għal isfel, il-Global Gateway hija approċċ minn isfel għal fuq. Konsegwentement, hija tibda mill-ħtiġijiet ġenwini ta’ investiment ta’ pajjiżi msieħba li mhumiex fl-UE li huma lesti jiżviluppaw l-infrastruttura tagħhom filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji ewlenin li fuqhom hija bbażata din l-istrateġija.

3.5.

Jiġu promossi biss proġetti ta’ kwalità, wara valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali, filwaqt li fl-istess ħin jitqies il-livell ta’ kwalità tat-tagħmir matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ dan tal-aħħar. Dan il-kunċett ta’ kwalità jkopri kemm l-aspett materjali ta’ kull proġett (il-komponenti tal-hardware, l-inġinerija, il-proċess tal-kostruzzjoni, ix-xogħol ta’ ħiliet speċjalizzati, eċċ.) kif ukoll l-aspett finanzjarju, permezz ta’ proċeduri ta’ offerti trasparenti u proċess finanzjarju etiku, flimkien mal-garanziji adatti.

3.6.

Il-Global Gateway hija ekwivalenti għall-inizjattiva Build Back Better tal-Istati Uniti (8) u l-inizjattiva Clean and Green tar-Renju Unit. Għad irid jiġi ċċarat jekk dawn iż-żewġ inizjattivi għandhomx jitqiesu li huma f’kompetizzjoni mal-Global Gateway jew komplementari għaliha, jew f’kooperazzjoni maż-żewġ inizjattivi. Mill-perspettiva tas-soċjetà ċivili, huwa pjuttost ċar li għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn il-Global Gateway u kooperazzjoni internazzjonali oħra għal strateġiji ta’ żvilupp li huma bbażati fuq l-istess valuri.

3.7.

Sabiex ikunu eliġibbli, il-proġetti jridu jitfasslu madwar l-idea ta’ “konnettività” aħjar bejn il-pajjiż ikkonċernat u l-UE, fost in-nies ta’ dak il-pajjiż jew bejn il-pajjiż ikkonċernat u l-ġirien tiegħu. Dan huwa tabilħaqq għan li jissodisfa r-rekwiżiti moderni, kif ukoll il-kapaċitajiet tal-Unjoni. Minn naħa waħda, il-kontroll tan-networks u tar-rotot qed isir dejjem aktar importanti mill-kontroll taż-żoni. Min-naħa l-oħra, l-UE nnifisha jista’ jkollha rwol ewlieni fl-iżgurar ta’ sħubija transfruntiera progressiva u ekwa, u fl-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) (9). Dik il-konnettività se tkopri jew hardware biss – toroq, linji ferrovjarji, portijiet, ajruporti, eċċ.; taħlita ta’ hardware u software – networks ta’ komunikazzjoni bil-kejbil; jew prinċipalment software – edukazzjoni, riċerka u żvilupp.

3.8.

Il-kunċett wiesa’ ta’ konnettività jinkludi, pereżempju, it-tipi kollha ta’ investiment fir-riżorsi tal-ilma – bjar ġodda, id-distribuzzjoni tal-ilma, l-irrigazzjoni agrikola u l-ġestjoni tal-ilma mormi. Ir-riżorsi tal-ilma se jkunu kruċjali għal numru dejjem akbar ta’ pajjiżi, kemm minħabba l-effetti tat-tkabbir tal-popolazzjoni kif ukoll il-klima aktar sħuna. L-ilma jgħaqqad lin-nies mhux biss permezz ta’ infrastrutturi tal-ġestjoni tal-ilma, iżda wkoll, u fil-fatt prinċipalment, billi jipprovdi passaġġi fuq l-ilma għan-navigazzjoni marittima u interna.

3.9.

Il-“marka” jew “l-inizjattiva” Global Gateway mhijiex se żżid aktar flus mal-fondi u l-istrutturi ta’ investiment finanzjarju Ewropej eżistenti u diversifikati. Huwa mistenni li l-UE, taħt din il-bandiera, se timmobbilizza investiment fl-iżvilupp tal-infrastruttura ta’ massimu ta’ EUR 300 biljun fil-perjodu 2021-2027.

3.10.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+) (10) se jkun l-għodda finanzjarja prinċipali għall-mobbilizzazzjoni tal-investiment taħt il-Global Gateway, b’massimu ta’ EUR 135 biljun, inkluża inizjattiva ġdida mal-Bank Ewropew tal-Investiment li tista’ ġġib EUR 25 biljun f’investiment addizzjonali, flimkien ma’ għotjiet ta’ massimu ta’ EUR 18-il biljun taħt il-programmi ta’ assistenza esterna tal-UE.

3.11.

Minbarra dawn il-fondi hemm EUR 145 biljun ta’ volumi ta’ investiment ippjanati mill-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ finanzjament għall-iżvilupp Ewropej. Il-garanziji li tipprovdi se jintużaw għal attivitajiet ta’ tneħħija tar-riskji u l-ingranaġġ ta’ investiment privat. Hija se tiġi implimentata permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

3.12.

Fis-sitt Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana (11) fi Brussell fis-17 u t-18 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ħabbret li mill-baġit totali tal-inizjattiva Global Gateway, EUR 150 biljun huma ddedikati għal pakkett ta’ investiment bejn l-Afrika u l-Ewropa (12) li se jappoġġja ambizzjonijiet komuni għall-2030 u l-Aġenda 2063 tal-Unjoni Afrikana (13), bl-objettivi ġenerali tal-bini ta’ ekonomiji aktar inklużivi, diversifikati u reżiljenti.

3.13.

B’żieda ma’ dan is-sett ta’ għodod finanzjarji, l-UE qiegħda teżamina l-possibbiltà li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni (14) biex tikkomplementa l-arranġamenti eżistenti ta’ kreditu għall-esportazzjoni fil-livell tal-Istati Membri. Il-Global Gateway ma tagħti prijorità lill-ebda żona ta’ investiment ġeografiku. Madankollu, l-oqsma prinċipali ta’ interess se jkunu l-viċinat immedjat tal-UE – in-naħa tal-Lvant tagħha, il-pajjiżi tal-Mediterran u tal-Afrika, il-Baħar l-Iswed u l-Asja Ċentrali u r-reġjun Indo-Paċifiku.

3.14.

Proġetti tajbin se jingħataw prijorità qabel il-pożizzjoni ġeografika, anke fir-rigward tal-Mudell ta’ Valutazzjoni tar-Riskju tal-PPP (PFRAM) (15) u l-Valutazzjoni tal-Ġestjoni tal-Investiment Pubbliku (PIMA) (16) abbażi tal-kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE mal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji, u l-evitar tad-duplikazzjoni meta jiġu implimentati d-diversi inizjattivi.

3.15.

Il-Global Gateway hija inizjattiva u prijorità tal-UE, iżda f’ċerti kundizzjonijiet tista’ tikkunsidra sħubija ma’ pajjiżi mhux membri tal-UE bħall-Iżvizzera, ir-Renju Unit u l-Indja.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jaqbel mar-raġunament marbut mad-deċiżjoni tal-Kunsill li jniedi strateġija Ewropea biex iżid il-viżibbiltà ta’ investimenti u miżuri speċifiċi, magħmula u meħuda minn atturi istituzzjonali, Stati Membri u mhux statali tal-UE fil-livell globali.

4.2.

Il-KESE jifhem l-enfasi fuq il-prevenzjoni u l-indirizzar tal-pandemiji fil-kapitoli relatati mas-saħħa u jara r-rilevanza attwali ta’ dawn il-kwistjonijiet. Madankollu, impatt fit-tul irid ikun prijorità, u l-bini ta’ infrastrutturi soċjoekonomiċi reżiljenti u faċilment aċċessibbli huwa aspett ewlieni f’dan il-qasam.

4.3.

Is-sitwazzjoni drammatika tal-gwerra fl-Ukrajna turina li dawn l-istrumenti finanzjarji għandhom jitfasslu b’tali mod li jkunu flessibbli u komprensivi biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jintużaw malajr f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi li jirriżultaw globalment u speċjalment fil-viċinanza tal-Unjoni Ewropea. Il-kriżijiet fil-viċinanza immedjata huma indirizzati bħala kwistjoni ta’ prijorità sabiex tiġi mminimizzata t-theddida għas-sigurtà tal-Istati Membri, u dan jeħtieġ, fost affarijiet oħra, l-allokazzjoni f’waqtha tar-riżorsi finanzjarji għal interventi urġenti biex tiġi rrestawrata l-funzjonalità tal-infrastruttura ta’ interkonnessjoni u tas-servizzi pubbliċi essenzjali għall-popolazzjoni.

4.4.

Il-Kumitat iqis li huwa importanti li l-UE tiffoka fuq iż-żamma tal-funzjonament u l-iżvilupp ta’ konnessjonijiet fiżiċi bejn l-Ewropa u partijiet oħra tad-dinja. L-infrastruttura li tipprovdi aċċess għall-ilma, l-ikel u l-enerġija għall-popolazzjoni hija essenzjali wkoll, u l-ekosistema kollha li tagħmilha possibbli li tinkiseb is-sigurtà tal-ikel fil-livell globali għandha tingħata prijorità fl-azzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri.

4.5.

Il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna qed ikollha impatt ta’ tfixkil kbir fuq il-ktajjen tal-provvista taċ-ċereali u prodotti agrikoli oħra għall-industrija agroalimentari. L-infrastruttura żviluppata permezz tal-investiment tal-Global Gateway għandha tiġi armonizzata wkoll mal-interessi strateġiċi tal-UE f’każ ta’ kunflitti armati jew diżastri naturali oħrajn u, minn din il-perspettiva, l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista ta’ materja prima essenzjali għandu jinkiseb ukoll permezz tat-tfassil intelliġenti tan-networks ta’ distribuzzjoni, iċ-ċentri loġistiċi u l-imħażen.

4.6.

Il-KESE jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex issaħħaħ il-mekkaniżmi u l-istrumenti għal azzjoni konkreta biex l-Unjoni Ewropea tkun fuq quddiem nett fl-iżviluppi soċjoekonomiċi u politiċi globali. F’dan ir-rigward, diversi esperti jargumentaw li hemm bżonn ta’ espansjoni monetarja kkoordinata fuq livell internazzjonali (direttament u indirettament) u l-użu tal-ispazju fiskali miftuħ għat-tnedija ta’ żvilupp ekonomiku globali permezz tal-finanzjament ta’ investimenti fl-infrastruttura pubblika u investimenti produttivi pubbliċi jew privati, u billi jiġu kkontestati d-disparitajiet spazjali u tiġi servuta s-sostenibbiltà soċjoekonomika u ambjentali (17).

4.7.

Ir-rapportar korrett u komplut tal-attivitajiet kollha tal-UE f’diversi pajjiżi madwar id-dinja nstab li huwa sfida reali, sakemm ma jkun hemm l-ebda koordinazzjoni permanenti u mill-qrib bejn l-atturi rilevanti. Fil-kuntest tat-tnedija u l-implimentazzjoni tal-BRI Ċiniża, kien hemm bżonn ta’ komunikazzjoni aħjar dwar il-kontribut tal-UE għall-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ interkonnessjoni globali.

4.8.

Sabiex wieħed jifhem aħjar l-objettivi u l-valur miżjud ta’ din l-inizjattiva, huwa importanti li fil-perjodu li ġej il-Kummissjoni Ewropea tipproponi sett ta’ għodod li jippermettu l-aċċess għal data ewlenija, kif ukoll il-parametrizzazzjoni ta’ indikaturi rilevanti biex jitkejjel il-progress fl-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija.

4.9.

Il-Global Gateway hija inizjattiva li se tippermetti lit-Tim Ewropa jippreżenta lilu nnifsu b’mod aħjar u aktar komprensiv lid-dinja ta’ barra. Bħala mezz biex jiġi kkonsolidat l-investiment Ewropew f’pajjiżi terzi, il-Global Gateway għandha tkun mgħammra b’bażi tad-data li tiżgura aċċess aħjar għall-informazzjoni rilevanti dwar il-proġetti, il-baġits u l-imsieħba kollha involuti. F’dan ir-rigward, l-ewwel pass se jkun it-tfassil u l-manutenzjoni ta’ sit web tal-Global Gateway biex jipprovdi spazju adatt biex jintwerew il-miżuri, ir-riżultati u l-impatt assoċjati.

4.10.

Biex jiġu llimitati d-dipendenzi, jinħolqu r-rabtiet u għalhekk jiġu pprovduti benefiċċji ekonomiċi u soċjali dejjiema għall-komunitajiet lokali fil-pajjiżi msieħba, huwa kruċjali li tinbena sħubija vera bejn partijiet ugwali. Dan ikun possibbli biss jekk l-approċċ minn isfel għal fuq jintuża biex jinbnew ktajjen tal-produzzjoni lokali reżiljenti b’valur miżjud u jissaħħu s-swieq domestiċi fil-pajjiżi msieħba billi jinħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja kif ukoll trasferimenti sostenibbli ta’ għarfien espert. Fil-każ tal-Afrika, it-trawwim tal-istabbiliment taż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Kontinentali Afrikana (AfCFTA) (18) jista’ jkun pass adegwat. Sabiex jiġi żgurat li l-valuri Ewropej jiġu rrispettati, il-valutazzjonijiet tal-impatt soċjali huma fundamentali u jistgħu jinbnew flimkien mal-proċessi eżistenti ta’ diliġenza dovuta.

4.11.

Ir-rwol tas-settur privat fil-kofinanzjament tal-investimenti tal-Global Gateway huwa rikonoxxut mill-istituzzjonijiet Ewropej. Sabiex tissaħħaħ id-determinazzjoni tal-entitajiet privati biex jinvolvu ruħhom aktar u jikkontribwixxu għat-tilħiq tal-objettivi speċifiċi ta’ din l-istrateġija, u biex tingħata spinta lill-interess tagħhom li jagħmlu dan, għandhom jiġu stabbiliti malajr mekkaniżmi li jiffaċilitaw iċ-ċertifikazzjoni u r-rikonoxximent tal-isforzi tal-atturi privati li huma involuti fl-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva tal-UE.

4.12.

Il-kumpaniji interessati li jinvolvu ruħhom fil-Global Gateway jeħtieġu informazzjoni rilevanti fil-livell reġjonali, kollaborazzjoni effettiva mal-korpi diplomatiċi tal-Istati Membri u tal-UE u, fejn possibbli, uffiċċji ta’ punt uniku ta’ servizz, sabiex jiffaċilitaw l-investimenti tas-settur privat tal-UE madwar id-dinja. Barra minn hekk, wara li jgħaddi b’suċċess il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali, kif ukoll il-PFRAM u l-PIMA, u wara li juri valur ekonomiku, soċjali u ekoloġiku pożittiv u sostenibbli għall-UE, u b’mod partikolari għall-pajjiżi msieħba, u fil-kooperazzjoni tiegħu mal-istituzzjonijiet finanzjarji involuti, is-settur privat għandu jkollu aċċess semplifikat għar-riżorsi finanzjarji, bl-aktar kundizzjonijiet favorevoli.

4.13.

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret l-intenzjoni tagħha li tistabbilixxi bord biex jikkoordina l-inizjattiva Global Gateway. Il-KESE jilqa’ din il-proposta, u jemmen bis-sħiħ li l-governanza integrata ta’ din l-istrateġija hija meħtieġa ħafna biex jinkisbu riżultati f’perjodu ta’ żmien relattivament qasir. Sabiex jittejbu l-kwalità u r-rilevanza tad-deċiżjonijiet li se jittieħdu minn dan il-bord, iridu jiġu involuti membri oħra li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali, speċjalment it-trade unions, kif ukoll rappreżentanti mid-dinja tan-negozju.

4.14.

Il-Grupp Konsultattiv tan-Negozju msemmi fil-komunikazzjoni konġunta jista’ jsegwi approċċ limitat wisq billi jħalli barra esperti fl-oqsma tal-prijoritajiet ta’ investiment fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-kura tas-saħħa, il-protezzjoni ambjentali u l-edukazzjoni u t-taħriġ. Sabiex tiġi żgurata kopertura effettiva tas-suġġetti kollha tal-programm tal-Global Gateway dan il-grupp għandu jinkludi esperti minn dawn l-oqsma rilevanti.

Brussell, id-19 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  https://www.eeas.europa.eu/eeas/eu-strategy-cooperation-indo-pacific-0_en

(2)  https://www.ebrd.com/what-we-do/belt-and-road/overview.html

(3)  https://www.mofa.go.jp/files/000117998.pdf

(4)  https://www.g7uk.org/

(5)  https://www.gov.uk/government/news/pm-launches-new-initiative-to-take-green-industrial-revolution-global

(6)  https://www.afdb.org/en/news-and-events/african-development-bank-launches-landmark-us-500-million-credit-insurance-deal-with-african-trade-insurance-agency-and-uk-reinsurers-18600

(7)  https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2021/07/12/a-globally-connected-europe-council-approves-conclusions/

(8)  https://www.whitehouse.gov/build-back-better/

(9)  https://sdgs.un.org/goals

(10)  https://ec.europa.eu/eu-external-investment-plan/about-plan/how-it-works-finance_en

(11)  https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2022/02/18/sixth-european-union-african-union-summit-a-joint-vision-for-2030/

(12)  https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/stronger-europe-world/global-gateway/eu-africa-global-gateway-investment-package_mt

(13)  https://au.int/en/agenda2063

(14)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:52021DC0066

(15)  https://www.imf.org/external/np/fad/publicinvestment/pdf/PFRAM.pdf

(16)  https://www.imf.org/external/np/fad/publicinvestment/pdf/PIMA.pdf

(17)  https://www.longdom.org/open-access/relieving-inflation-or-palliative-selfdestruction-2168-9458-3-133.pdf

(18)  https://au.int/en/cfta


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/34


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Politika ta’ kompetizzjoni lesta għal sfidi ġodda”

(COM(2021) 713 final)

(2022/C 323/06)

Relatur:

Émilie PROUZET

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 20.12.2021

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

5.5.2022

Adottata fil-plenarja

19.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

223/1/6

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-kapaċità tal-politika tal-kompetizzjoni li tadatta għall-kundizzjonijiet ġodda tas-suq, il-prijoritajiet strateġiċi u l-ħtiġijiet tal-konsumatur. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jirrikonoxxi li l-politika tal-kompetizzjoni għenet biex tippreserva u tippromovi l-prosperità ekonomika tal-UE, li hi stess timpenja ruħha profondament fil-konfront tal-prinċipji ta’ ekonomija soċjali tas-suq.

1.2.

Il-KESE jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li testendi l-qafas temporanju tal-għajnuna mill-Istat wara l-pandemija. Madankollu jirrikonoxxi li dawn il-miżuri huma wisq ta’ natura derogatorja biex ikunu jistgħu jiġu estiżi għall-qafas ġenerali u b’hekk isiru permanenti.

1.3.

Fl-2022, anke jekk il-Kummissjoni għal darb’oħra adottat b’mod rapidu l-qafas temporanju marbut mal-kunflitt fl-Ukrajna, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-intrapriżi jkunu tassew kapaċi jibbenefikaw minnu. Il-qafas temporanju għall-kriżijiet għandu jkun jista’ jikkomplementa l-istrumenti relatati mal-għajnuna mill-Istat li diġà għandhom l-Istati Membri kif ukoll l-arranġamenti eżistenti fil-kuntest tal-pjani nazzjonali għar-reżiljenza. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi linji gwida sabiex tiffaċilita appoġġ rapidu mill-gvernijiet tal-Istati Membri għal setturi li huma affettwati serjament minn sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, pereżempju permezz ta’ miżuri ta’ għajnuna nazzjonali bħal assigurazzjoni ta’ kreditu kummerċjali garantit jew strumenti finanzjarji oħra. Il-KESE jenfasizza wkoll il-ħtieġa biex jiġi żgurat li l-aċċess tal-intrapriżi Ewropej għall-miżuri temporanji jistrieħ qabel kollox fuq il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà aċċessibbli u mhux restrittivi għall-aktar intrapriżi milquta.

1.4.

F’kuntest ta’ inċertezza kbira, il-KESE jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ politika tal-kompetizzjoni partikolarment adattata għas-suċċess tat-tranżizzjonijiet tagħna, li jeħtieġu politiki kummerċjali u investimenti ambizzjużi, investimenti pubbliċi u privati straordinarji, innovazzjonijiet u suq uniku effiċjenti. L-UE u l-Istati Membri issa jrid jirnexxilhom joħolqu qafas legali u finanzjarju li jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq għall-atturi, ir-reġjuni u ċ-ċittadini kollha. F’dan ir-rigward, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li tinkiseb ugwaljanza ġenwina fit-trattament bejn l-operaturi Ewropej u fir-rigward tal-operaturi globali. L-integrità tas-suq intern tagħna u n-nuqqas ta’ frammentazzjoni tiegħu huma element ewlieni.

1.5.

Il-KESE huwa tal-fehma li l-liġi tal-kompetizzjoni għandha tibqa’ stabbilita fuq il-bażi ta’ regoli u fatti u li l-indipendenza tal-Kummissjoni għandha tkun garantita. Madankollu, il-linji gwida tal-politika tal-UE maħsuba biex jiżguraw tranżizzjoni ġusta għandhom jiġu riflessi b’mod aktar ċar fir-regoli li jirregolaw il-liġi tal-kompetizzjoni u, b’mod partikolari, fl-applikazzjoni tagħha minn dawk li jiġġestixxu l-każijiet. Il-KESE jappella lill-Kummissjoni biex tagħmel sforz biex tiffaċilita bl-aħjar mod it-tranżizzjoni doppja tal-ekonomija tagħna u l-kompetittività tas-setturi ta’ attività tagħna f’suq dinji instabbli ħafna.

1.6.

F’dan il-kuntest, il-kisba tal-awtonomija strateġika tagħna hija aktar importanti minn qatt qabel. Il-KESE huwa tal-fehma li r-reviżjonijiet li għaddejjin tal-liġi tal-kompetizzjoni għandhom jiġu vvalutati skont il-ħtiġijiet identifikati fil-ħidma mwettqa mill-Kummissjoni dwar l-14-il ekosistema strateġika Ewropea.

1.7.

Il-KESE huwa tal-fehma li huma meħtieġa riformi aktar b’saħħithom biex jiġu integrati aħjar il-kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà, diġitali u ta’ reżiljenza. Kemm il-kunċetti ewlenin tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE (pereżempju suq rilevanti) kif ukoll l-oqfsa speċifiċi (bħad-de minimis jew il-GBER) kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli għandhom jiġu adattati għal-linji gwida ta’ politika tal-UE. Barra minn hekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tattrezza lilha nnifisha bl-istrumenti meħtieġa biex in-nisġa ekonomika Ewropea kollha, b’mod partikolari l-SMEs u s-servizzi, tkun tista’ tiffinanzja din it-tranżizzjoni doppja.

2.   Kummenti ġenerali

2.1.

B’hekk, il-KESE u l-partijiet ikkonċernati kollha jaqblu dwar il-fatt li l-iskemi ta’ deroga fil-qafas ġenerali tal-liġi tal-kompetizzjoni wrew il-valur tagħhom mill-2019 u l-kriżi tal-COVID-19. Huwa xieraq li tiġi enfasizzata wkoll il-ħeffa li d-DĠ COMP seta’ juri fid-deċiżjonijiet tiegħu biex jevita distorsjonijiet fis-suq intern kemm jista’ jkun.

2.2.

Aħna nappoġġjaw ukoll l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea bil-għan li jiġi evitat il-fenomenu tal-cliff edge (l-effett ta’ preċipizju) għall-kumpaniji, b’mod partikolari billi tiġi permessa estensjoni tal-qafas temporanju għall-miżuri ta’ rkupru.

2.3.

Il-KESE jilqa’ l-qafas temporanju l-ġdid adottat mill-Kummissjoni biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ewlenin tal-gwerra fl-Ukrajna kkawżata mill-aggressjoni Russa. Huwa jistaqsi wkoll dwar l-impatt ta’ din il-kriżi l-ġdida kemm fuq ir-reviżjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà kif ukoll fuq il-ħtiġijiet ta’ pjan ta’ rkupru ġdid.

2.4.

Il-KESE jirrikonoxxi wkoll ir-rilevanza tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni peress li tippreżenta l-qafas ġenerali għar-reviżjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni u t-triq ġenerali u strateġika segwita f’dan l-eżerċizzju.

2.5.

Iżda llum, l-Unjoni tiffaċċja l-konsegwenzi tad-dipendenza strateġika tagħha minn pajjiżi mhux membri. Jeħtieġ li nerġgħu nniedu s-suq intern tagħna wara l-kriżi tal-coronavirus u nħallu lill-kumpaniji Ewropej isaħħu r-reżiljenza tagħhom u jwettqu t-tranżizzjoni doppja, issa li qed niffaċċjaw il-konsegwenzi multipli u inċerti tal-gwerra fl-Ukrajna kkawżata mill-aggressjoni Russa.

2.6.

Suq uniku u politika tal-kompetizzjoni li jiffunzjonaw tajjeb jipprovdu aċċess għal suq estiż fejn kulħadd jista’ jikkompeti b’kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. Dawn jistimulaw l-effiċjenza u l-innovazzjoni u jipprovdu ambjent fejn l-intrapriżi ta’ suċċess jkunu jistgħu jikbru u jsiru mexxejja dinjija. Għalhekk, il-KESE jtenni l-importanza tal-integrità tas-suq intern fil-pjan ta’ rkupru tagħna. F’dan is-sens, se nsegwu b’interess l-iskjerament tal-istrument tas-suq uniku għas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

2.7.

Illum, is-sistema ta’ kontroll tal-amalgamazzjonijiet fl-UE xi kultant jidher li jostakola l-ħolqien ta’ intrapriżi Ewropej ta’ livell dinji li huma kapaċi jikkompetu ma’ kumpaniji Amerikani u Ċiniżi, bil-pretest li ma titnaqqasx il-kompetizzjoni fis-suq intern. Il-kundizzjonijiet għall-użu tal-għajnuna pubblika għall-intrapriżi Ewropej huma ħafna aktar stretti minn dawk tal-kompetituri globali tagħna u b’hekk ixekklu politika ġenwina ta’ appoġġ għas-setturi ekonomiċi. Fl-aħħar nett, ir-repressjoni tal-kartelli u l-projbizzjoni tal-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti għadhom jidhru li mhumiex adattati għall-isfidi l-ġodda maħluqa mill-ekonomija diġitali u t-tranżizzjoni ekoloġika.

2.8.

Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed twettaq reviżjoni tal-istrumenti tal-politika tal-kompetizzjoni (il-kontroll tal-amalgamazzjonijiet, il-prattiki antikompetittivi u l-għajnuna mill-istat) biex tiżgura li kollha jibqgħu tajbin għall-iskop u jikkompletaw is-sett ta’ għodod eżistenti tagħha. F’kuntest daqshekk inkwetanti, l-ambizzjonijiet tal-klima u diġitali tagħna għandhom għalhekk minn issa jirċievu appoġġ massimu. Il-KESE jappella lill-Kummissjoni biex tadatta u timmobilizza, aktar minn qatt qabel, l-għodod kollha tal-politika tal-kompetizzjoni bħala appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u biex tattrezza lilha nnifisha bl-istrumenti meħtieġa biex tiffaċċja l-kompetizzjoni barranija f’dan il-kuntest.

3.   Nadattaw ir-regoli u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni biex nilħqu l-ambizzjonijiet tagħna

3.1.

Il-KESE huwa tal-fehma li ma għamilniex biżżejjed fir-reviżjoni tal-qafas kompetittiv biex nintegraw l-linji gwida strateġiċi Ewropej dwar is-sostenibbiltà u d-diġitali. Huwa jargumenta li l-adattament tal-liġi tal-kompetizzjoni tagħna għandu jseħħ kemm fid-definizzjoni stess tal-prinċipji bażiċi kif ukoll fl-evalwazzjoni operattiva tal-effetti restrittivi tal-kompetizzjoni u l-effetti ta’ benefiċċju.

3.2.

L-ewwel, jenħtieġ li nirrevedu l-prinċipji ewlenin. Għalhekk, l-evalwazzjoni tal-legalità jew le ta’ prattika jew ftehim fi ħdan id-dritt tal-kompetizzjoni tiddependi mis-sehem tas-suq tal-operaturi fis-suq inkwistjoni. Dawn il-kunċetti ta’ “sehem tas-suq” u “suq rilevanti” huma essenzjali u l-KESE jappella biex il-partijiet interessati jkunu attenti ħafna fir-reviżjoni attwali tagħhom bil-għan li dawn tal-aħħar jirriflettu r-realtajiet operattivi tas-setturi tagħna ta’ attività.

3.2.1.

Għalhekk, hemm għadd ta’ toroq li jeħtieġ li jiġu esplorati. “Is-sostitwibbiltà tal-prodott/servizz” kif ukoll “l-omoġeneità tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni” huma kunċetti li għandhom jiġu adattati għall-karatteristiċi tas-suq diġitali u l-partijiet ikkonċernati tiegħu. Bl-istess mod, il-karatteristiċi ambjentali ta’ prodott jistgħu jitqiesu fl-evalwazzjoni ta’ din is-“sostitwibbiltà”.

3.3.

It-tieni linja ta’ ħidma tikkonsisti fil-kjarifika u t-tisħiħ tal-ambitu tal-għajnuniet u l-prattiki li huma kompatibbli jew li ma jaffettwawx il-kummerċ, u li għalhekk huma eżenti mil-liġi tal-kompetizzjoni. Ċerti elementi ta’ evalwazzjoni jridu jiġu riveduti sabiex jippermettu lill-akbar ammont ta’ nies jinvestu u jikkoordinaw b’ċertezza legali sħiħa u mingħajr ma jkollhom għalfejn jidħlu fil-proċedura ta’ notifika Ewropea. Għalhekk jidher li r-regola hekk imsejħa de minimis teħtieġ li tiġi riveduta sabiex tindirizza aħjar il-karatteristiċi ta’ kull settur, bħal dawk tat-trasport bl-art jew tal-kummerċ.

3.3.1.

Il-KESE jilqa’ wkoll l-emendi proposti mill-Kummissjoni għar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER), peress li jindirizzaw ħafna mill-ħtiġijiet tal-kumpaniji u, b’mod partikolari, l-SMEs biex jaċċessaw l-appoġġi finanzjarji meħtieġa biex jirnexxu fit-tranżizzjoni sostenibbli.

3.4.

Fl-aħħar nett, f’termini ta’ applikazzjoni u kontroll, id-DĠ COMP u speċjalment dawk li jiġġestixxu l-każijiet għandhom ikunu konxji bis-sħiħ tal-“perkorsi ta’ tranżizzjoni” stabbiliti għall-14-il ekosistema strateġika Ewropea identifikati mill-Kummissjoni Ewropea. Huwa f’dan il-qafas li għandu jiġi determinat jekk prattika jew ftehim jirrestrinġux il-kompetizzjoni b’probabbiltà ta’ effetti negattivi fuq il-prezz, il-produzzjoni, l-innovazzjoni, il-kwalità jew il-varjetà ta’ oġġetti u servizzi fis-suq rilevanti.

3.4.1.

Il-parametri ta’ valutazzjoni li jwasslu għall-benefiċċji tal-eżenzjoni jew għall-ftehimiet ta’ amalgamazzjoni għandhom ukoll jiġu adattati għal dawn l-għanijiet. Dawn il-kundizzjonijiet fil-fatt huma ffukati prinċipalment fuq il-vantaġġ ekonomiku u l-benefiċċju għall-konsumatur f’termini ta’ prezz, minbarra r-riskju li tiġi eliminata l-kompetizzjoni. L-effetti pożittivi tar-restrizzjonijiet għandhom ikunu ffukati b’mod aktar wiesa’ fuq il-kwalità ambjentali tal-prodotti u l-kisbiet fl-effiċjenza klimatika sakemm dawn l-elementi jkunu definiti b’mod uniformi fil-livell Ewropew.

3.4.2.

Il-kunċett ta’ “kwalità” għandu għalhekk jirrifletti l-objettivi tagħna ta’ sostenibbiltà u jiġi definit f’dan ir-rigward fil-livell Ewropew. Il-kunċett ta’ “prodott sostenibbli” għandu wkoll jiġi kkonfigurat fil-livell Ewropew, u b’hekk jikkontribwixxi għat-trattament indaqs tal-operaturi u għat-tmiem tal-greenwashing. F’dan ir-rigward, il-KESE jappoġġja l-ħidma tal-Kummissjoni dwar il-metodoloġiji xjentifiċi komuni u trasparenti biex tiġi definita s-sostenibbiltà tal-prodotti, is-servizzi, il-bini, eċċ.

3.4.3.

Ir-rispons mill-partijiet interessati fir-rigward tal-konsiderazzjoni tal-kriterju tal-“innovazzjoni” jvarja. Skont id-DĠ COMP, l-innovazzjoni hija parametru ewlieni tat-test tas-suq. Skont l-operaturi ekonomiċi, dan il-parametru ftit li xejn jitqies jew fi kwalunkwe każ, huwa l-aktar miċħud. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif il-linji gwida politiċi tal-UE ġew ikkunsidrati fl-aħħar deċiżjonijiet tagħha.

3.4.4.

Fl-aħħar nett, huwa essenzjali li tiġi ffaċilitata u żgurata l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji fuq proġetti ambjentali li, f’ħafna każijiet, jinvolvu l-integrazzjoni tal-katina tal-valur kollha. Il-KESE għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara d-deroga l-ġdida tal-PAK mir-regoli tal-antitrust (Art 210) li tippermetti lill-bdiewa jaqblu mal-imsieħba tagħhom dwar kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà.

3.4.5.

Bl-istess mod, ir-regoli dwar il-ftehimiet kemm vertikali (VBER) kif ukoll orizzontali (HBER) għandhom jiġu adattati biex jaqbdu l-kumplessità tal-ekosistemi li għandhom jinbnew madwar dawn l-objettivi ta’ sostenibbiltà. Il-Kummissjoni għandha tindika, fejn possibbli, liema tip ta’ informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà tista’ tiġi skambjata b’mod sikur bejn il-kompetituri.

4.   Nattrezzaw lilna nfusna bl-istrumenti meħtieġa biex niżguraw it-tranżizzjonijiet u nindirizzaw il-kompetizzjoni barranija

4.1.

Kif diġà sostna l-KESE (1), it-tisħiħ tal-awtonomija strateġika miftuħa jinvolvi, b’mod partikolari, it-tisħiħ tar-reżiljenza tas-suq uniku, l-investiment fil-ħiliet u l-kapaċitajiet teknoloġiċi tal-Unjoni stess u ż-żieda tar-riżorsi allokati għar-riċerka u l-iżvilupp, l-ekoloġizzazzjoni tal-ktajjen tal-produzzjoni u l-provvista, il-garanzija tas-sovranità diġitali, il-ħolqien ta’ ħażniet strateġiċi, il-promozzjoni u l-ġbid tal-investiment u l-produzzjoni sostenibbli fl-Ewropa, billi jittejbu l-kundizzjonijiet li taħthom il-kumpaniji jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom, it-tfitxija ta’ soluzzjonijiet alternattivi u mudelli ta’ ekonomija ċirkolari, il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni industrijali wiesgħa bejn l-Istati Membri, kif ukoll l-għan li jkun hemm tmexxija teknoloġika, kif argumenta l-Kunsill Kompetittività f’Novembru 2020.

4.2.

Il-KESE jistaqsi dwar il-mezzi proposti biex jiġu ffaċilitati l-investimenti meħtieġa għat-tranżizzjoni klimatika u diġitali f’suq reżiljenti u fi żminijiet inċerti bħal dawn. Il-kisba ta’ dawn it-tranżizzjonijiet teħtieġ investiment konsiderevoli, kemm pubbliku kif ukoll privat, minkejja li s-sitwazzjoni ekonomika u politika hija estremament instabbli. Irridu niffaċilitaw l-investimenti ewlenin li qed jiffaċċjaw l-ekosistemi strateġiċi tagħna u b’mod ġenerali s-setturi kollha ta’ attività tagħna, iżda wkoll bil-ħsieb li jinħolqu operaturi kapaċi jiżviluppaw fis-suq dinji.

4.3.

Huwa ċert li diġà ġew definiti pjani fuq skala wiesgħa ta’ investiment f’ċerti setturi, iżda l-KESE hawnhekk qed jistaqsi dwar l-iskjerament ta’ miżuri għas-setturi tas-servizzi u b’mod ġenerali għan-nisġa ekonomika Ewropea tiegħu magħmula l-aktar minn SMEs. Ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat se jkollhom rwol importanti fis-suċċess ta’ dawn it-tranżizzjonijiet.

4.4.

Filfatt, in-negozji jeħtieġu wkoll appoġġ għall-investimenti tagħhom fid-diġitalizzazzjoni u, b’mod partikolari, għall-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni, l-awtomatizzazzjoni, ir-robotika u l-intelliġenza artifiċjali. L-SMEs, b’mod partikolari, jeħtieġu appoġġ biex jiżviluppaw il-preżenza diġitali tagħhom. Eżempju ieħor huwa li l-għajnuna mill-Istat għall-implimentazzjoni tal-broadband se tkun element ewlieni tal-politika ta’ koeżjoni territorjali. Aħna nistiednu lill-Kummissjoni tinkludi aktar emendi għall-GBER biex tappoġġja d-diġitalizzazzjoni tal-faċilitajiet tan-negozju kif ukoll l-operazzjonijiet.

4.5.

Bl-istess mod, il-Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) kif ukoll l-alleanzi industrijali, kemm fil-batteriji, iċ-ċipep jew is-saħħa, għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ ktajjen ta’ valur innovattivi fit-territorju Ewropew. L-ewwel applikazzjonijiet ta’ din l-għodda huma interessanti. Il-KESE ser jagħti attenzjoni għall-ftuħ tal-IPCEIs għall-SMEs kif previst fl-abbozz tal-linji gwida.

4.6.

Huwa essenzjali wkoll li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni ma’ partijiet ikkonċernati minn pajjiżi terzi; il-kontroll tas-sussidji barranin huwa kwistjoni ewlenija f’dan il-qasam.

Kumpaniji mhux Ewropej se jirċievu appoġġ massiv mill-istat. F’dan ir-rigward, il-KESE jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni (2), li tikkonċerna l-finanzjament mill-istat ipprovdut minn sorsi barranin lil intrapriżi li joperaw fis-suq tal-UE, u jistgħu jxekklu l-funzjonament s-suq, tikkostitwixxi strument operattiv utli u adatt. B’hekk, xi aspetti ta’ intervent regolatorju li huma intrinsikament kumplessi u elaborati se jeħtieġu aktar żvilupp.

4.7.

Barra minn hekk, il-KESE jilqa’ l-adozzjoni tal-Att dwar is-Swieq Diġitali bħala mezz biex jiġu żgurati swieq diġitali kontestabbli u ġusti permezz ta’ regolamentazzjoni ex ante. F’dan il-kuntest, governanza Ewropea hija essenzjali biex tiggarantixxi l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament dwar l-Att dwar is-Swieq Diġitali fl-Unjoni Ewropea u l-effettività tiegħu. Barra minn hekk, filwaqt li dan tal-aħħar jirregola l-kwistjonijiet tal-kondiviżjoni tad-data u l-aċċess għad-data għall-gwardjani, il-post tad-data fil-valutazzjoni kompetittiva għad irid jiġi ċċarat.

4.8.

Fl-aħħar nett, fil-qafas tal-alleanzi transnazzjonali u globali tagħha, l-UE jeħtiġilha tkun tista’ tidentifika l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali u tas-saħħa u tas-sigurtà kemm tan-nies kif ukoll tal-ambjent, tul il-ktajjen tal-valur u tal-provvista. Il-KESE jieħu nota tal-inizjattivi mnedija f’dan il-qasam, partikolarment fir-rigward tal-klawżoli mera.

Brussell, id-19 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE: “L-ekosistemi industrijali identifikati kif se jikkontribwixxu għall-awtonomija strateġika tal-UE u għall-benesseri tal-Ewropej?”, adottata fid-19/01/2022 (ĠU C 194, 12.05.2022, p .34).

(2)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (COM(2021) 223 final — 2021/0114(COD)).


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/38


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Bini ta’ ekonomija għas-servizz tan-nies: pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali”

(COM(2021) 778 final)

(2022/C 323/07)

Relatur:

Giuseppe GUERINI

Konsultazzjoni

Kummissjoni, 21.1.2022

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

6.4.2022

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

179/1/4

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jilqa’ bi pjaċir il-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali li inkorpora bosta punti ewlenin li qajjem il-Kumitat matul is-snin, sa mill-bidu bl-Opinjoni tiegħu INT/447 fl-2009 (1). Il-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali jidentifika b’mod ċar li l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jippromovu u jirrikonoxxu l-forom legali differenti li jikkarratterizzaw l-ekosistema tal-ekonomija soċjali, mhux l-inqas minħabba r-rwol partikolari tagħhom li jappoġġjaw l-ekonomija lokali u l-prossimità għat-territorji u l-komunitajiet lokali.

1.2.

Il-gwerra vjolenti tal-aggressjoni kontra l-Ukrajna u l-eżodu sussegwenti tar-refuġjati qed joħorġu fid-dieher ir-rieda kbira għas-solidarjetà tal-popli tal-Ewropa u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-akkoljenza u l-ġestjoni tal-għajnuna umanitarja, u dan jikkonferma r-rwol importanti tal-ekonomija soċjali fl-organizzazzjoni ta’ reazzjonijiet ta’ solidarjetà matul il-kriżijiet umanitarji.

1.3.

L-ekonomija soċjali għadha potenzjal li mhux qed jiġi sfruttat f’ħafna Stati Membri. Din hija r-raġuni għaliex il-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali jeħtieġ li jiġi kkomplementat b’azzjonijiet fuq perjodu medju u twil ta’ żmien, filwaqt li jittieħdu u jiġu kkoordinati l-miżuri meħtieġa u jissaħħaħ il-qafas legali rilevanti u, f’dan ir-rigward, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-proċess li jwassal għal rakkomandazzjoni speċifika mill-Kunsill Ewropew skedata għall-2023.

1.4.

Il-KESE jipproponi li, sabiex il-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali jsir aktar deċiżiv, dan jista’ jissaħħaħ bi proposti mmirati f’erba’ oqsma ta’ interess: i) il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-entitajiet tal-ekonomija soċjali; ii) il-kwistjoni tal-għajnuna mill-Istat; iii) l-investimenti u l-istrumenti finanzjarji; iv) it-tassazzjoni – it-tisħiħ tar-rabta bejn il-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali u l-“Istrateġija Ewropea 2030”, b’referenza partikolari għar-rwol li l-ekonomija soċjali jista’ jkollha fl-appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika, diġitali u dik soċjali.

1.5.

Il-KESE jittama li l-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali jippromovi investiment tar-riżorsi Ewropej maħsuba għall-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza b’mod aktar immirat lejn l-objettivi tal-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-promozzjoni tal-impjieg, b’enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ, il-familji u l-persuni vulnerabbli u żvantaġġati, filwaqt li jirrakkomanda enfasi partikolari fuq it-taħriġ tal-ħiliet diġitali għall-persuni żvantaġġati.

1.6.

Sabiex jiġu promossi prattiki tajba fil-kollaborazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali, il-KESE jirrakkomanda t-tħejjija ta’ strumenti ta’ governanza territorjali kollaborattiva u ta’ amministrazzjoni kondiviża, bħala l-aħjar metodu kif jiġu involuti firxa ta’ partijiet interessati, u b’hekk tissaħħaħ il-kultura tas-sussidjarjetà.

1.7.

Il-KESE japprezza li l-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali jipproponi li jiżdiedu l-isforzi biex l-akkwist u l-konċessjonijiet pubbliċi jiġu orjentati lejn il-ksib ta’ objettivi soċjali u ambjentali, u jirrakkomanda li jissaħħu l-forom ta’ sħubijiet pubbliċi-privati.

1.8.

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni, f’konformità mal-osservazzjonijiet tal-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali rigward it-tassazzjoni, biex tagħti attenzjoni speċifika lit-tassazzjoni tal-entitajiet tal-ekonomija soċjali fi ħdan l-inizjattiva leġiżlattiva Business in Europe: Framework for Income Taxation – BEFIT (In-Negozju fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni fuq l-Introjtu), mistennija fix-xhur li ġejjin.

2.   Kummenti ġenerali u kuntest

2.1.

Il-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali jipproponi perspettiva pluriennali sal-2030 u huwa akkumpanjat minn żewġ dokumenti ta’ ħidma. L-ewwel wieħed jipprovdi gwida ulterjuri għall-Komunikazzjoni “Bini ta’ ekonomija għas-servizz tan-nies: pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali” f’koerenza mal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. It-tieni dokument, “Scenarios towards co-creation of a transition pathway for a more resilient, sustainable and digital Proximity and Social Economy industrial ecosystem” (Xenarji lejn il-kokreazzjoni ta’ perkors ta’ tranżizzjoni lejn ekosistema industrijali ta’ viċinat u ekonomija soċjali aktar reżiljenti, sostenibbli u diġitali), jindirizza, min-naħa l-oħra, l-istrateġija industrijali l-ġdida Ewropea, li fiha l-ekonomija soċjali jista’ jkollha rwol innovattiv lejn tranżizzjoni ġusta u ekwa, f’setturi strateġiċi bħall-ekonomija diġitali u dik ekoloġika.

2.2.

Il-KESE jilqa’ d-deċiżjoni li titkompla tiġi segwita l-konverġenza tal-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali kemm mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali kif ukoll mal-istrateġija industrijali ġdida għall-Ewropea, fejn id-deċiżjoni li tiġi identifikata “ekosistema” speċifika tal-ekonomija soċjali tispikka bħala waħda innovattiva. F’dan ir-rigward, huwa importanti li l-objettivi fuq terminu medju u twil ta’ żmien jiġu speċifikati aħjar lil hinn mill-2023. L-ekonomija soċjali tista’ fil-fatt tkun ta’ għajnuna kbira fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet ewlenin li qed taffaċċja l-Ewropa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, it-tensjoni demografika, l-appoġġ għall-ġenerazzjoni żagħżugħa, il-ġestjoni tal-akkoljenza tar-refuġjati u l-migranti, is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u l-mudell Ewropew tal-benesseri.

2.3.

Il-KESE jqis li jeħtieġ li l-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali jippromovi wkoll miżuri kkoordinati mal-pjan tas-“suq uniku għall-kapital”, kif irrakkomanda fl-Opinjonijiet ECO/533 (2) u INT/965 (3), li jitolbu li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tqis in-natura speċifika li għandu jkollhom l-istrumenti finanzjarji għas-settur tal-ekonomija soċjali.

2.4.

Il-pjan ta’ azzjoni, filwaqt li jżomm lura milli jiddefinixxi legalment il-kunċett ta’ “ekonomija soċjali”, jidentifika l-karatteristiċi distintivi tal-operaturi tagħha: i) is-supremazija tan-nies u l-iskop soċjali fuq il-profitt; ii) l-investiment mill-ġdid tal-profitti kollha jew tal-biċċa l-kbira tagħhom biex jitwettqu attivitajiet fl-interess kollettiv jew għall-benefiċċju tal-membri assoċjati u l-benefiċjarji, f’kuntest ta’ interess ġenerali; iii) il-governanza demokratika u parteċipattiva.

2.5.

Il-KESE jaqbel ma’ dawn il-prinċipji u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu inizjattivi aktar kuraġġużi u kkoordinati biex jistabbilixxu qafas legali komuni u kkoordinat għall-ekonomija soċjali, li jikkonsolida t-tliet prinċipji elenkati hawn fuq, sabiex jintemmu l-ambigwitajiet u l-inċertezzi. Definizzjoni li tidentifika l-metodi organizzattivi u intraprenditorjali differenti li ġew ikkonsolidati tagħmilha possibbli wkoll li jintlaħaq l-għan li l-assoċjazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet mutwi u l-fondazzjonijiet jiġu pprovduti bi statut Ewropew, b’mod partikolari għal dawk li għandhom bżonn joperaw f’perspettiva transfruntiera.

2.6.

Il-KESE japprezza l-fatt li l-Kummissjoni qed tipproponi li tappoġġja lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ miżuri li jgħinu lill-ekonomija soċjali, bil-għan li jiġi appoġġjat mudell ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali aktar sostenibbli, inklużiv u innovattiv. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tipproponi li tintervjeni, direttament jew mal-Istati Membri, fi tliet oqsma prijoritarji: i) il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ġusti għall-ekonomija soċjali; ii) l-għoti ta’ opportunitajiet biex jibdew u jespandu l-attivitajiet tagħhom; iii) l-iżgurar tar-rikonoxximent tal-ekonomija soċjali.

2.7.

Minn din il-perspettiva, il-KESE japprezza li l-pjan ta’ azzjoni jirreferi għall-ħtieġa li tintuża firxa ta’ miżuri ta’ politika, inklużi t-tassazzjoni, ir-regolazzjoni tas-swieq pubbliċi, il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat, ir-regolazzjoni adatta tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-edukazzjoni u r-riċerka. F’dan ir-rigward, jissottolinja l-ħtieġa li jiġu promossi l-kwalità tax-xogħol u t-titjib tal-proċeduri ta’ informazzjoni u l-involviment tal-ħaddiema f’deċiżjonijiet strateġiċi minn entitajiet tal-ekonomija soċjali.

2.8.

Is-setturi li fihom joperaw l-entitajiet tal-ekonomija soċjali jinkludu s-servizzi soċjali u tas-saħħa, il-kura, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kultura u l-protezzjoni ambjentali, u b’mod ġenerali ħafna mis-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali msemmija fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li joħolqu valuri ekonomiċi u impjiegi dejjem aktar importanti.

2.9.

L-entitajiet tal-ekonomija soċjali huma attivi fis-setturi ekonomiċi kollha f’ħafna pajjiżi Ewropej: mill-manifattura industrijali u tal-artiġjanat sal-ekonomija soċjali, mit-turiżmu sostenibbli sal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, mit-trasport sas-servizzi tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni, u jaqdu funzjonijiet deċiżivi għall-innovazzjoni soċjali u t-trasferiment tat-teknoloġija b’mod mifrux fost popli u żoni bi żvantaġġi territorjali. Il-pluralità ta’ forom ġuridiċi u organizzattivi jesiġu li jiġi evitat approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd”, madankollu mingħajr ma tiġi rrinunzjata ċerta forma ta’ koordinazzjoni taħt it-tmexxija tal-Kummissjoni.

2.10.

L-intrapriżi tal-ekonomija soċjali fil-biċċa l-kbira tagħhom għandhom għeruq fil-livell lokali, fejn jikkontribwixxu għall-koeżjoni soċjali, u jagħmlu t-territorji aktar reżiljenti u inklużivi. Din il-propensità għall-prossimità twassal biex l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali jkunu partikolarment effikaċi anke biex jappoġġjaw it-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, billi jagħmlu t-teknoloġiji diġitali aktar aċċessibbli għall-bżonnijiet ta’ kulħadd, inkluż għal dawk l-aktar vulnerabbli u f’riskju ta’ esklużjoni soċjali, b’mod partikolari fil-każ tat-teknoloġiji abilitanti li jiffavorixxu l-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità.

2.11.

Għandha tingħata wkoll attenzjoni partikolari biex iż-żgħażagħ jiġu involuti u jiġi sfruttat il-kontribut tagħhom. Dawn għandhom jiġu appoġġjati minn miżuri ta’ taħriġ immirati biex isaħħu l-ispirtu intraprenditorjali tal-ġenerazzjoni żagħżugħa.

2.12.

Sabiex jiġi implimentat dan il-potenzjal, jeħtieġ li jiżdied l-aċċess għall-kapital ta’ investiment għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali, b’mod speċjali sabiex jiġu żviluppati aħjar l-investimenti fl-infrastruttura soċjali (l-akkomodazzjoni bi prezz raġonevoli, il-kura tas-saħħa u l-għajnuna fit-tul, l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, it-tnaqqis tal-faqar, u t-titjib fl-aċċessibbiltà). Din l-infrastruttura jeħtieġ li tissaħħaħ biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u l-esklużjoni soċjali, li żdiedu fl-Ewropa minħabba l-pandemija.

2.13.

Il-pjan ta’ azzjoni huwa opportunità biex tiġi żviluppata l-ekonomija soċjali, permezz tat-titjib tal-politika industrijali, u biex jiġi rikonoxxut ir-rwol li l-kooperattivi jaqdu b’mod speċjali fis-servizzi u l-industrija Ewropej, fejn joħolqu wkoll raggruppamenti importanti ta’ produzzjoni u kapaċità għolja għall-innovazzjoni.

2.14.

Il-KESE jqis importanti l-impenn tal-Kummissjoni li twettaq studji u riċerka dwar l-ekonomija soċjali, bil-għan li jwasslu għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill Ewropew fl-2023, u bl-istess mod jilqa’ l-fatt li hija prevista evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni fl-2025. Madankollu, biex l-istudji u l-evalwazzjonijiet ikunu effettivi, il-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali għandu jiċċara aħjar l-objettivi mistennija fuq perjodu ta’ żmien medju u twil li jgħinu jispeċifikaw x’impatti soċjali huma mistennija, anke b’rabta mal-istrateġija Ewropea għall-2030.

2.15.

Il-KESE japprezza u jappoġġja l-objettivi tal-Kummissjoni li tippromovi r-relazzjonijiet transfruntiera u l-internazzjonalizzazzjoni tal-ekonomija soċjali billi tappoġġja u tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali fi pjattaformi ta’ sħubija Ewropej, permezz tal-ħolqien ta’ punt uniku ta’ servizz għall-ekonomija soċjali.

2.16.

Fil-qafas tal-inizjattivi biex tiġi promossa l-kultura intraprenditorjali, u b’mod partikolari biex jiżdied l-involviment taż-żgħażagħ fil-ħolqien ta’ intrapriżi ġodda, huwa essenzjali li jittejjeb l-għarfien dwar il-potenzjal tal-ekonomija soċjali fil-kurrikuli tal-iskejjel sekondarji u l-universitajiet. Din hija r-raġuni għaliex aħna nappoġġjaw il-proposta li tinħoloq akkademja ġdida għall-intraprenditorija taż-żgħażagħ, li tkopri l-ekonomija soċjali.

3.   Kummenti speċifiċi

3.1.   Relazzjonijiet bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-entitajiet tal-ekonomija soċjali

3.1.1.

Il-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali, filwaqt li jirrikonoxxi l-potenzjal tal-ekonomija soċjali għall-futur tal-politiki soċjali u industrijali, jafferma l-importanza tal-funzjonijiet ta’ interess ġenerali li għalihom tikkontribwixxi l-ekonomija soċjali, u għalhekk huwa importanti li jiġu definiti objettivi għat-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjoni pubblika, l-entitajiet tal-ekonomija soċjali u l-atturi tad-djalogu soċjali.

3.1.2.

Minn din il-perspettiva, il-KESE jqis li huwa meħtieġ li jsir investiment biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni kondiviża bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-intrapriżi soċjali li, filwaqt li jiġu rrispettati l-kompetenzi u l-awtonomija speċifiċi tagħhom, jaħdmu favur għanijiet ta’ interess komuni. Għalhekk, għandhom jiġu mħeġġa forom ta’ programmazzjoni u ppjanar li jimplimentaw governanza inklużiva li tirrikonoxxi r-rwol tal-entitajiet tal-ekonomija soċjali, b’mod partikolari fis-sistemi territorjali ta’ kooperazzjoni bejn l-ekonomija soċjali u l-gvernijiet lokali. Dawn il-forom innovattivi jridu bilfors jitfasslu b’rispett sħiħ għar-rekwiżiti ta’ trasparenza, trattament ugwali, kosteffettività u ftuħ għal partijiet interessati differenti, b’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà.

3.1.3.

Dawn il-forom ta’ kollaborazzjoni huma partikolarment effettivi fir-rigward tat-twettiq ta’ servizzi ta’ interess ġenerali, peress li jippermettu li l-kompetittività tiġi ġestita b’mod aktar adatt, filwaqt li jiġu żviluppati u sfruttati l-kollaborazzjoni u l-impatti soċjali pożittivi maħluqa skont approċċ li jqis il-beni komuni.

3.1.4.

Il-KESE għalhekk jaqbel mal-intenzjoni tal-Kummissjoni li taħdem favur it-titjib tal-aċċess għas-suq tal-akkwist pubbliku għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali. F’dan ir-rigward, sar ħafna progress bis-saħħa tad-Direttiva (4) dwar l-akkwist pubbliku tal-2014. Madankollu, il-KESE jittama li l-Kummissjoni, meta tirrevedi d-Direttiva dwar l-akkwist – u b’mod partikolari l-Artikolu 77 dwar ir-reġim anqas strett għas-servizzi soċjali – tintroduċi distinzjoni aktar ċara bejn it-tfittxija tal-interess ġenerali u l-ħolqien tas-suq uniku, sabiex tipprovdi bażi ġuridika aħjar għad-definizzjoni ta’ ftehimiet ta’ kollaborazzjoni bejn entitajiet pubbliċi u tal-ekonomija soċjali.

3.2.   Għajnuna mill-Istat

3.2.1.

Huwa magħruf li wħud mis-setturi li fihom joperaw l-entitajiet tal-ekonomija soċjali, b’mod partikolari l-assistenza soċjali, is-saħħa, l-edukazzjoni u l-promozzjoni kulturali, jeħtieġu appoġġ finanzjarju pubbliku adatt, li fi kwalunkwe każ għandu jiġi introdott mingħajr distorsjoni tar-regoli tas-suq, fejn is-servizzi pprovduti minn entitajiet tal-ekonomija soċjali jingħataw ukoll minn intrapriżi kummerċjali.

3.2.2.

Il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat għandu l-għan li jżomm bilanċ bejn l-għajnuniet u l-kompetizzjoni ġusta. Il-pjan ta’ azzjoni juri li l-awtoritajiet pubbliċi u l-benefiċjarji ħafna drabi ma jagħmlux l-aħjar użu mill-possibbiltajiet eżistenti f’termini tal-flessibbiltà tal-għajnuna mill-Istat. Dan ċertament huwa minnu u jindika l-ħtieġa ta’ investimenti mmirati għat-taħriġ speċjalizzat għall-amministrazzjonijiet pubbliċi b’referenza għar-regolamenti Ewropej dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari dawk relatati mas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.

3.2.3.

Madankollu, ir-regoli tal-kompetizzjoni mhux dejjem ikunu adatti biex jindirizzaw kwistjonijiet bħall-ġestjoni tas-servizzi soċjali, speċjalment is-servizzi tas-saħħa u l-assistenza personali, li ma jsegwux l-loġika tas-suq, iżda is-solidarjetà. Fl-Opinjoni TEN/605 (5), il-KESE diġà ssottolinja li “in-nuqqas ta’ ċertezza jew l-ispejjeż sostanzjali involuti fis-sodisfazzjon tar-rekwiżiti joħolqu ostakoli li mingħajr raġuni jipprevjenu lill-awtoritajiet milli jimplimentaw bis-sħiħ il-politika tal-SGEI”. Il-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali jrid ikun opportunità għal djalogu mtejjeb bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u r-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali u l-ekonomija soċjali.

3.2.4.

Ir-regoli tal-UE ddedikati għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jiggarantixxu flessibbiltà tajba fir-rigward tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Madankollu, ħafna awtoritajiet pubbliċi jirrinunzjaw għall-possibbiltà li l-qafas legali dwar l-għajnuna mill-Istat jiġi applikat għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.

3.2.5.

Il-proposta tal-Kummissjoni li tiffaċilita għarfien adatt dwar il-forom ta’ aċċess għall-għajnuna mill-Istat permezz ta’ webinars u workshops iddedikati hija apprezzata, iżda mhijiex biżżejjed. Ikun meħtieġ intervent regolatorju aktar b’saħħtu, inkluż permezz ta’ strumenti ta’ liġi mhux vinkolanti, li jiċċaraw il-kundizzjonijiet tal-aċċess u l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat disponibbli għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali, b’mod partikolari fil-qasam tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, minn naħa waħda, u l-għajnuna għar-reklutaġġ ta’ persuni żvantaġġati skont it-tifsira tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, min-naħa l-oħra.

3.2.6.

Barra minn hekk, is-sussidji mogħtija lill-entitajiet tal-ekonomija soċjali li jikkontribwixxu għall-interess ġenerali għandhom jiġu rikonoxxuti bħala kompatibbli mas-suq intern, u għal din ir-raġuni, ikun utli wkoll li jiġu riveduti l-limiti “de minimis” dwar l-interventi li jappoġġjaw lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali meta jwettqu interventi u servizzi soċjali ta’ interess ġenerali.

3.3.   Investimenti u strumenti finanzjarji

3.3.1.

Skont stimi kkwotati fil-pjan ta’ azzjoni, mill-inqas EUR 2,5 biljun mill-baġit tal-UE ġew mobilizzati matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 biex jappoġġjaw l-ekonomija soċjali permezz ta’ għadd ta’ programmi u fondi Ewropej. Il-KESE jilqa’ bi pjaċir l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli żżid il-livell ta’ appoġġ għall-perjodu 2021-2027 u tnaqqas l-ostakli għall-aċċess għall-fondi Ewropej għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali.

3.3.2.

Huwa għal din ir-raġuni li jidher li huwa importanti l-objettiv biex, diġà fl-2022, jiġu introdotti prodotti finanzjarji ġodda fl-ambitu tal-programm InvestEU, sabiex jiġi mmobilizzat finanzjament privat immirat lejn il-ħtiġijiet tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali.

3.3.3.

Minbarra l-promozzjoni għall-investimenti u l-istrumenti finanzjarji, għal ħafna entitajiet tal-ekonomija soċjali, anke sempliċiment l-aċċess għall-kreditu bankarju għadu diffiċli. Għal din ir-raġuni, il-KESE jqis li huma meħtieġa strumenti ta’ garanzija għall-aċċess għall-kreditu, bħalma diġà ġew ipprovati b’mod wiesa’ għall-SMEs u għandhom jiġu estiżi b’mod sistematiku għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali.

3.3.4.

Il-KESE jipproponi li kull Stat Membru jitħeġġeġ jistabbilixxi, anke bl-appoġġ tal-istrument InvestEU, “fond ta’ garanzija” speċifiku maħsub għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali, skont kriterji speċifiċi ta’ valutazzjoni tal-kreditu, u jintroduċi indikaturi adatti għall-valutazzjoni tal-investimenti fl-ekonomija soċjali, li jgħinu wkoll fil-promozzjoni ta’ strumenti finanzjarji innovattivi.

3.3.5.

Il-KESE jaqbel mal-evalwazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali dwar l-esperjenza tal-akkwiżizzjoni mill-ħaddiema, fejn jiġbed l-attenzjoni għar-rwol li għandhom il-kooperattivi ffurmati minn ħaddiema li jieħdu f’idejhom l-attivitajiet ta’ intrapriżi fi kriżi billi joħolqu kooperattiva. Esperjenzi bħal dawn jirnexxu jekk il-ħaddiema li jingħaqdu f’kooperattivi jkunu jistgħu jserrħu fuq mekkaniżmi ta’ finanzjament iddedikati u fuq il-ħolqien ta’ fondi għall-kapitalizzazzjoni ta’ dawn l-intrapriżi. Iżda, flimkien mal-istrumenti finanzjarji, huwa indispensabbli li l-ħaddiema jiġu appoġġjati b’mod adatt b’attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ bini tal-kapaċitajiet. Il-KESE jħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tkompli taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tidentifika għodod u soluzzjonijiet biex jitneħħew l-ostakli u jitħaffu l-proċeduri legali għat-trasferiment tas-sjieda ta’ kumpanija lill-impjegati wara l-għeluq tagħha, permezz ta’ kooperattivi tal-ħaddiema jew forom oħra ta’ intrapriżi tal-ekonomija soċjali li huma proprjetà tal-ħaddiema.

3.4.   Politika fiskali li tirrikonoxxi l-funzjonijiet ta’ interess ġenerali

3.4.1.

Il-qafas fiskali li fih joperaw l-entitajiet tal-ekonomija soċjali huwa frammentat u, fil-biċċa l-kbira, iddefinit mill-Istati Membri. Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-pjan ta’ azzjoni jirreferi għall-ħtieġa ta’ tassazzjoni speċifika għall-ekonomija soċjali, filwaqt li jinnota li sal-lum, ftit Stati żviluppaw qafas fiskali speċifiku u koerenti għall-intrapriżi soċjali.

3.4.2.

L-armonizzazzjoni koordinata tat-taxxa, fuq il-bażi tal-aħjar prattika fl-Istati Membri hija utli u mixtieqa, b’mod partikolari għal ċerti eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-qligħ imfaddal, tnaqqis fir-rati tal-VAT, tnaqqis jew eżenzjonijiet mill-ispejjeż tal-assigurazzjoni soċjali u tnaqqis tat-taxxa fuq id-donazzjonijet.

3.4.3.

Il-KESE japprezza li l-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali jipproponi l-pubblikazzjoni ta’ linji gwida li jiċċaraw ir-regoli dwar it-trattament tat-taxxa ta’ donazzjonijiet transfruntiera għal inizjattivi ta’ benefiċċju pubbliku, u studju speċifiku dwar id-donazzjonijiet filantropiċi fl-UE; f’dan ir-rigward, il-KESE jemmen li din il-gwida għandha tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar kif jirrikonoxxu meta organizzazzjonijiet residenti ta’ benefiċċju pubbliku jkunu komparabbli ma’ organizzazzjonijiet ibbażati f’pajjiż ieħor tal-UE.

3.4.4.

Fl-aħħar nett, huwa importanti li l-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali jinbidel fi strument strateġiku magħmul minn azzjonijiet konkreti favur l-entitajiet tal-ekonomija soċjali u l-komunitajiet lokali, akkumpanjati minn politiki fiskali li jikkonformaw mal-objettivi soċjali ddikjarati.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  ĠU C 318, 23.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU C 155, 30.4.2021, p. 20.

(3)  ĠU C 194, 12.5.2022, p. 39.

(4)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(5)  ĠU C 345, 13.10.2017, p. 45.


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/43


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija tal-UE dwar l-Istandardizzazzjoni — L-istabbiliment ta’ standards globali b’appoġġ għal suq uniku tal-UE reżiljenti, ekoloġiku u diġitali”

(COM(2022) 31 final)

“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni dwar standards Ewropej u strumenti ta’ standardizzazzjoni Ewropea”

(COM(2022) 32 final — 2022/0021(COD))

(2022/C 323/08)

Relatur:

Sandra PARTHIE

Konsultazzjoni

(a)

Kummissjoni Ewropea, 2.5.2022

(b)

Parlament Ewropew, 14.2.2022

(c)

Kunsill, 17.2.2022

Bażi legali

(a)

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(b)

Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

5.5.2022

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni Plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

186/1/3

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-futur tal-istandardizzazzjoni tal-UE fil-kuntest globali. Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ġustament tirrifletti l-iżvilupp ta’ standards internazzjonali u twieġeb għall-bidliet li seħħew. Fir-rigward tal-proposta fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill (1), il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon reviżjoni tal-governanza. Il-governanza tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jeħtieġ li tqis il-parteċipazzjoni trasparenti, miftuħa, inklużiva u ġusta tal-atturi rilevanti kollha tas-suq, tal-konsumaturi, tal-partijiet interessati soċjali u ambjentali, tat-trade unions, tal-SMEs u tal-kumpaniji l-kbar.

1.2.

Sabiex jiġi żgurat kunsens soċjetali wiesa’, huwa essenzjali li jiġi garantit approċċ inklużiv u bbilanċjat li jippermetti bis-sħiħ lill-partijiet interessati u affettwati kollha jipparteċipaw. Fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tal-politika u tal-istandardizzazzjoni jappoġġjaw lil xulxin billi jsawru l-kondizzjonijiet qafas. Ir-rekwiżit li l-Istrateġija Ewropea dwar l-Istandardizzazzjoni tkun inklużiva huwa uniku fid-dinja u ta’ min jirrinforzah. Fil-livell internazzjonali, in-nuqqas ta’ inklużività bħala pedament tal-istandardizzazzjoni internazzjonali jqajjem tħassib.

1.3.

Il-KESE jara l-periklu li, f’reġjuni oħra fid-dinja, l-istandardizzazzjoni saret għodda ta’ “politika industrijali” jew strument ġeopolitiku. Jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea tkun lesta tadatta l-approċċ tagħha sabiex tiżgura u żżid il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej u l-protezzjoni tal-konsumaturi. Għalhekk, il-KESE jilqa’ t-22 miżura proposti, inklużi l-ħolqien ta’ forum ta’ livell għoli biex jiġu kkoordinati aħjar l-interessi tal-partijiet interessati, il-ħolqien tal-kariga ta’ “uffiċjal ewlieni tal-istandardizzazzjoni”, is-sejħa għal riforma tal-governanza fl-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, l-istabbiliment ta’ prijoritajiet ta’ standardizzazzjoni għat-trasformazzjoni doppja ekoloġika u diġitali, u t-tħaffif tal-proċessi ta’ standardizzazzjoni.

1.4.

Huwa meħtieġ li jitlaqqgħu flimkien l-“approċċ minn isfel għal fuq” ta’ standards immexxija mis-suq u l-“approċċ minn fuq għal isfel” politiku-strateġiku permezz ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-gvernijiet/il-politika, l-industrija u partijiet interessati oħra sabiex jiġu żviluppati strateġiji Ewropej komuni u jiġu appoġġjati l-valuri demokratiċi. Għal dan il-għan, irid jiġi stabbilit skambju kontinwu bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni, u l-partijiet interessati tal-industrija u tas-soċjetà ċivili.

1.5.

Il-KESE jappoġġja wkoll l-appell lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jimmodernizzaw il-governanza tagħhom sabiex jirrappreżentaw bis-sħiħ l-interess pubbliku Ewropew u l-valuri demokratiċi Ewropej, kif ukoll l-interessi tal-SMEs, il-partijiet interessati ambjentali u soċjali, it-trade unions, u s-soċjetà ċivili u l-utenti, u biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-istandards.

1.6.

L-Istrateġija Ewropea dwar l-Istandardizzazzjoni ssemmi diversi inizjattivi edukattivi u ta’ taħriġ immirati lejn riċerkaturi, professjonisti żgħażagħ u prattikanti, li jfittxu li jippromovu l-iżvilupp tal-ħiliet fil-qasam tal-istandardizzazzjoni. Il-KESE jemmen li dawn il-proposti huma ta’ importanza ewlenija, speċjalment għall-SMEs u l-mikrointrapriżi u sabiex jiġi stabbilit qafas għall-investiment fit-talent, u jappoġġja bis-sħiħ l-introduzzjoni wiesgħa u rapida tagħhom. Huwa jissottolinja l-ħtieġa għal aktar finanzjament mill-awtoritajiet Ewropej u nazzjonali għal dawk kollha involuti fl-istandardizzazzjoni, bħat-trade unions, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-kumpaniji, biex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom li jipparteċipaw f’ħidma ta’ standardizzazzjoni.

2.   Kuntest tal-proposti tal-Kummissjoni

2.1.

L-istandards huma fil-qalba tas-suq uniku tal-UE. F’dawn l-aħħar 30 sena, is-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni pprovdiet aktar minn 3 600 standard armonizzat li jippermettu lill-kumpaniji juru konformità mal-liġi tal-UE. L-istandards Ewropej waslu għal benefiċċji kbar, u ħolqu kondizzjonijiet ekwivalenti fis-suq uniku għan-negozji u żiedu l-fiduċja tal-konsumatur. Il-kontenut huwa definit fil-kumitati tekniċi, fejn l-istat għandu dritt jipparteċipa, iżda m’għandux drittijiet ta’ intervent usa’. F’xi Stati Membri tal-UE hemm regolamenti addizzjonali għall-ipproċessar ta’ proġetti ta’ interess pubbliku. Minħabba li l-istandards armonizzati huma parti mil-liġi tal-UE (2), dawn iridu jinkitbu skont il-prinċipji demokratiċi, bl-involviment tal-partijiet interessati kollha (inklużi s-soċjetà ċivili, il-konsumatur, l-interessi soċjali, ambjentali u tat-trade unions u l-SMEs) u bħala tali jiżguraw proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ibbilanċjat fi ħdan l-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni nazzjonali, Ewropej (u internazzjonali)..

2.2.

L-istandardizzazzjoni Ewropea topera f’kuntest globali dejjem aktar kompetittiv. Il-kompetittività u s-sovranità teknoloġika tal-Ewropa u l-kapaċità tagħha li tnaqqas id-dipendenzi kif ukoll il-protezzjoni tal-valuri tal-UE – inklużi l-ambizzjonijiet soċjali u ambjentali tagħna – se jiddependu fuq kemm l-atturi Ewropej jirnexxu fl-istandardizzazzjoni fil-livell internazzjonali. Dan jeħtieġ riżorsi/għarfien espert mill-partijiet interessati Ewropej, li mingħajrhom mhuwiex possibbli li tinżamm it-tmexxija Ewropea fl-istandardizzazzjoni internazzjonali.

2.3.

L-ambizzjonijiet tal-UE lejn ekonomija newtrali għall-klima, reżiljenti u ċirkolari ma jistgħux jitwettqu mingħajr standards Ewropej. Sabiex tibqa’ entità li tistabbilixxi standards globali, l-UE għandu jkollha impronta globali qawwija fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni, u tmexxi l-ħidma f’fora u istituzzjonijiet internazzjonali ewlenin.

2.4.

Fl-Istrateġija dwar l-Istandardizzazzjoni tagħha (3), il-Kummissjoni tiddeskrivi l-approċċ tagħha għall-istandards kemm fis-Suq Uniku kif ukoll globalment. L-Istrateġija hija akkumpanjata minn proposta għal emenda għar-Regolament dwar l-istandardizzazzjoni (4), rapport dwar l-implimentazzjoni tiegħu (5), u l-programm ta’ ħidma annwali tal-Unjoni għall-2022 għall-istandardizzazzjoni Ewropea (6). L-istrateġija għandha l-għan li ssaħħaħ il-kompetittività globali tal-UE biex tippermetti ekonomija reżiljenti, ekoloġika u diġitali, u biex tistabbilixxi valuri demokratiċi fl-applikazzjoni tat-teknoloġija.

2.5.

Fir-rigward ta’ teknoloġiji ġodda u emerġenti, is-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni spiss tonqos milli tagħti riżultati f’waqthom, u b’hekk titlef il-vantaġġ importanti ta’ “min jidħol l-ewwel” permezz tal-istandardizzazzjoni. Din l-Istrateġija tipproponi sett ta’ azzjonijiet biex l-istandards jerġgħu jitqiegħdu fil-qalba ta’ suq uniku tal-UE reżiljenti, ekoloġiku u diġitali, u biex jissaħħaħ ir-rwol globali tas-sistema Ewropea ta’ standardizzazzjoni. Fil-livell tal-UE u dak nazzjonali tal-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tal-politika u tal-istandardizzazzjoni jappoġġjaw lil xulxin billi jsawru dawn il-kondizzjonijiet qafas. Din il-kooperazzjoni rnexxiet u kienet il-bażi għas-suċċess ekonomiku u l-aċċess għas-suq internazzjonali għall-kumpaniji Ewropej.

2.6.

Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll emenda (7) għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 dwar l-istandardizzazzjoni biex tittejjeb il-governanza fis-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni. Filwaqt li s-sistema Ewropea se tibqa’ miftuħa, trasparenti, inklużiva u imparzjali, il-proposta tippreskrivi li t-talbiet ta’ standardizzazzjoni tal-Kummissjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jiġu ttrattati mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni.

2.7.

F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni li tispjega l-programm ta’ ħidma annwali tal-Unjoni Ewropea għall-istandardizzazzjoni Ewropea fl-2022, li jiddeskrivi l-azzjonijiet li l-Kummissjoni se tieħu fl-2022 biex ittejjeb il-ftuħ, it-trasparenza u l-inklużività tas-sistema Ewropea ta’ standardizzazzjoni.

2.8.

Skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tiegħu kull ħames snin. Il-Kummissjoni ppreżentat it-tieni rapport (8), li jkopri prinċipalment l-2016-2020, b’xi fatti u ċifri aġġornati sal-2021. Dan juri li s-sistema Ewropea ta’ standardizzazzjoni tjiebet f’xi aspetti – eż. fir-rigward ta’ għodod ġodda tal-IT – iżda għad hemm lok għal titjib f’oqsma oħra. Dan japplika b’mod partikolari għall-inklużività, ir-rwol tal-korpi nazzjonali ta’ standardizzazzjoni fis-sistema Ewropea ta’ standardizzazzjoni, u ż-żmien ta’ twassil ta’ standards Ewropej armonizzati lill-Kummissjoni.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

Il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-futur tal-istandardizzazzjoni tal-UE fil-kuntest globali. Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ġustament tirrifletti l-iżvilupp ta’ standards internazzjonali u twieġeb għall-bidliet li seħħew. Għandha l-għan li tiżgura vuċi Ewropea b’saħħitha u tiżgura l-interessi Ewropej fil-proċeduri u l-istrutturi li jistabbilixxu l-istandards. Jekk l-Ewropa tuża l-momentum tat-tranżizzjoni doppja kif suppost, tista’ ssir l-entità “li tidħol l-ewwel” fl-oqsma tal-istandardizzazzjoni ekoloġika u diġitali.

3.2.

Fir-rigward tal-proposta fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon reviżjoni tal-governanza. Il-governanza tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jeħtieġ li tqis il-parteċipazzjoni trasparenti, miftuħa, inklużiva u ġusta tal-atturi rilevanti kollha tas-suq Ewropew, tal-konsumaturi, tal-partijiet interessati soċjali u ambjentali, tat-trade unions, tal-SMEs u tal-kumpaniji l-kbar. Għandha tirrifletti l-ambitu leġittimu tal-istandardizzazzjoni, filwaqt li tevita li ddgħajjef proċessi leġiżlattivi demokratikament leġitimizzati u talbiet eċċessivi għall-istandardizzazzjoni.

3.3.

Tradizzjonalment, l-istandards ġew żviluppati mill-industrija. Sabiex jiġi żgurat kunsens soċjetali wiesa’, huwa essenzjali li jiġi garantit approċċ ibbilanċjat li jippermetti bis-sħiħ lill-partijiet interessati u affettwati kollha jipparteċipaw. Fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tal-politika u tal-istandardizzazzjoni jappoġġjaw lil xulxin billi jsawru l-kondizzjonijiet qafas. Ir-rekwiżit li l-Istrateġija Ewropea dwar l-Istandardizzazzjoni tkun inklużiva huwa uniku fid-dinja u ta’ min jirrinforzah. Fil-livell internazzjonali, in-nuqqas ta’ inklużività bħala pedament tal-istandardizzazzjoni internazzjonali jqajjem tħassib.

3.4.

Il-KESE jixtieq jindika l-benefiċċji tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid tal-Kummissjoni Ewropea għall-użu ta’ standards armonizzati biex jiġu konkretizzati r-rekwiżiti regolatorji. Il-KESE jixtieq jenfasizza li l-istandards mhumiex maħsuba biex jittrasferixxu s-setgħa regolatorja lejn is-settur privat. Kunsiderazzjonijiet soċjopolitiċi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-imsieħba soċjali u/jew tar-regolatur m’għandhomx jiġu ttrattati mill-organizzazzjonijiet Ewropej u l-korpi internazzjonali tal-istandardizzazzjoni. Il-KESE jenfasizza li l-istandardizzazzjoni tas-servizzi b’mod partikolari teħtieġ konsiderazzjoni bir-reqqa tal-leġittimizzazzjoni demokratika. Il-kontenut u l-kumplessità tas-servizzi huma estremament varjati, minn servizzi postali għal servizzi intellettwali kumplessi, u standards trasversali ma jistgħux iqisu dan b’mod adegwat.

3.5.

Il-KESE jara l-periklu li, f’reġjuni oħra fid-dinja, l-istandardizzazzjoni saret għodda ta’ “politika industrijali” jew strument ġeopolitiku. Jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea tkun lesta tadatta l-approċċ tagħha sabiex tiżgura u żżid il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej u l-protezzjoni tal-konsumaturi. Għalhekk, il-KESE jilqa’ t-22 miżura proposti, inklużi l-ħolqien ta’ forum ta’ livell għoli biex jiġu kkoordinati aħjar l-interessi tal-partijiet interessati, il-ħolqien tal-kariga ta’ “uffiċjal ewlieni tal-istandardizzazzjoni”, is-sejħa għal riforma tal-governanza fl-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, id-definizzjoni ta’ prijoritajiet ta’ standardizzazzjoni għat-trasformazzjoni doppja ekoloġika u diġitali, u t-tħaffif tal-proċessi ta’ standardizzazzjoni. Is-sistema ta’ standardizzazzjoni Ewropea u internazzjonali għandha tissaħħaħ permezz ta’ dawn il-miżuri.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.

L-istandards joħolqu s-swieq. Il-KESE jemmen li s-Suq Uniku Ewropew u l-għoti ta’ aċċess lil partijiet terzi għal dan is-suq huma wkoll assi strateġiċi. Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-prodotti u s-servizzi madwar id-dinja u f’sistemi ekonomiċi u soċjetali differenti, jeħtieġ li jinżamm il-prinċipju fundamentali ta’ “standard wieħed – test wieħed – aċċettat kullimkien”. Għandu jiġi żgurat li l-proċessi ta’ standardizzazzjoni li huma mmexxija minn interessi ekonomiċi jew minn interessi politiċi ta’ partijiet terzi ma jipprevalux fuq il-leġiżlazzjoni promulgata demokratikament.

4.2.

Il-KESE jemmen li l-istandards internazzjonali, speċjalment meta jiġu trasposti fi standards Ewropej, għandhom iqisu l-valuri soċjali Ewropej billi jiżguraw li s-sistema ta’ standardizzazzjoni internazzjonali tkun verament inklużiva. F’dan il-kuntest, il-KESE jappella għal applikazzjoni aktar robusta tal-ftehimiet ta’ Vjenna (9) u Frankfurt (10) konklużi mill-korpi ta’ standardizzazzjoni, li għandhom l-għan li jevitaw li l-istandards Ewropej jikkompetu jew saħansitra jkunu konfliġġenti ma’ dawk internazzjonali.

4.3.

L-implimentazzjoni tal-impenji eżistenti dwar l-istandardizzazzjoni fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE, u l-kooperazzjoni dwar l-istandardizzazzjoni ma’ msieħba tal-istess fehma f’oqsma strateġiċi u f’organizzazzjonijiet internazzjonali tal-istandardizzazzjoni huma fatturi kruċjali ta’ suċċess. Il-KESE jemmen li d-djalogu mal-Istati Uniti għandu jissaħħaħ permezz tal-kooperazzjoni fi ħdan il-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija, u li s-sħubijiet diġitali mal-Ġappun, Singapore u l-Korea t’Isfel u pajjiżi oħra tal-istess fehma jistgħu jkunu ta’ benefiċċju.

4.4.

Huwa meħtieġ li jitlaqqgħu flimkien l-“approċċ minn isfel għal fuq” ta’ standards immexxija mis-suq u l-“approċċ minn fuq għal isfel” politiku-strateġiku permezz ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-gvernijiet/il-politika, l-industrija u partijiet interessati oħra sabiex jiġu żviluppati strateġiji Ewropej komuni. Għal dan il-għan, għandu jiġi stabbilit skambju kontinwu bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni u l-industrija.

4.5.

Il-KESE jappoġġja wkoll l-appell lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u lill-organizzazzjonijiet membri tagħhom biex jimmodernizzaw il-governanza tagħhom sabiex jirrappreżentaw bis-sħiħ l-interess pubbliku u l-interessi tal-SMEs, il-partijiet interessati ambjentali u soċjali, it-trade unions, u s-soċjetà ċivili u l-utenti, u biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-istandards. Madankollu, għandu jiġi żgurat li dan ir-rieżami ma jipparalizzax ix-xogħol għaddej bħalissa ta’ standardizzazzjoni jew iwassal għal dewmien ta’ prodotti li jitqiegħdu fis-suq. Il-kwistjoni tal-istandards disponibbli bla ħlas għandha tiġi diskussa mal-parteċipanti kollha fis-suq.

4.6.

Il-KESE jixtieq jirrimarka li l-istandards mhux biss jirregolaw l-aspett tekniku ta’ prodott, iżda jista’ jkollhom impatt fuq in-nies. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tispeċifika aħjar kif l-Istati Membri tal-UE għandhom jinżammu responsabbli biex jiżguraw li l-assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni. Il-KESE jappella lill-Kummissjoni Ewropea tipprovdi aktar miżuri ta’ appoġġ finanzjarju biex tgħin lill-SMEs u lill-partijiet interessati tas-soċjetà (bħal organizzazzjonijiet tal-konsumatur) b’inqas riżorsi jipparteċipaw fil-proċessi ta’ standardizzazzjoni sabiex tiġi żgurata rappreżentanza bbilanċjata. Dawn jipprovdu varjetà wiesgħa ta’ għarfien espert u esperjenza indipendenti rilevanti għall-proċessi ta’ standardizzazzjoni. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li, minkejja n-natura volontarja tagħhom, in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-istandards jista’ jkollu effetti negattivi serji, inkluż il-ħolqien ta’ problemi ta’ responsabbiltà u ta’ konformità.

4.7.

Il-KESE jemmen li huwa importanti li l-partijiet interessati kollha, l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u msieħba oħra jaħdmu flimkien biex jindirizzaw minnufih l-urġenzi ta’ standardizzazzjoni li ġew identifikati, bħall-produzzjoni tal-vaċċini u l-mediċini kontra l-COVID-19, ir-riċiklaġġ tal-materja prima kritika, il-katina tal-valur tal-idroġenu nadif, is-siment b’livell baxx ta’ karbonju, iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċipep u l-istandards tad-data. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza taħditiet mal-Istati Membri tal-UE u l-partijiet interessati qabel ma tiddefinixxi l-prijoritajiet ta’ standardizzazzjoni sabiex ma jiġux injorati standards importanti. Dan jiżgura li l-ħidma kontinwa ta’ standardizzazzjoni ma tiġix interrotta minn għanijiet ġodda.

4.8.

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-aċċellerazzjoni tal-proċeduri tal-istabbiliment tal-istandards, u jipproponi li jiġi inkorporat kontroll legali tal-istandards fil-livell ta’ kumitat tekniku u kooperazzjoni mill-qrib mal-konsulenti tal-istandards armonizzati f’dan l-istadju tal-proċess.

4.9.

Il-KESE jwissi li r-rieżami propost tal-istandards eżistenti fid-dawl tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tat-tranżizzjoni doppja ma jridx iwassal għal tfassil mill-ġdid massiv tal-istandards, li jdewwem l-iżvilupp ta’ standards ġodda tant meħtieġa. Rieżami bħal dan se jieħu r-riżorsi, li għandhom jiġu mhux biss mill-industrija kbira, iżda wkoll minn awtoritajiet nazzjonali, istituti ta’ riċerka, u partijiet interessati ambjentali u soċjali, inklużi t-trade unions.

4.10.

F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza l-possibbiltà li jiġu applikati “soluzzjonijiet alternattivi ekwivalenti”. Dan il-kunċett huwa estremament importanti, speċjalment fir-rigward tal-innovazzjoni, u jeħtieġ li jissaħħaħ, jiġi infurzat u kkomunikat aħjar sabiex jiġi evitat it-tfixkil tal-innovazzjoni minħabba pretensjonijiet ta’ responsabbiltà potenzjali. Madankollu, il-KESE jixtieq jenfasizza li dawn is-soluzzjonijiet m’għandhomx jintużaw fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà. “Soluzzjonijiet alternattivi ekwivalenti” għandhom jitqiesu wkoll fl-akkwist pubbliku bħala għodda għall-adozzjoni tal-istandards.

4.11.

Il-KESE jappoġġja l-proposta li jinħoloq forum ta’ livell għoli biex jgħin lill-Kummissjoni tantiċipa l-prijoritajiet ta’ standardizzazzjoni li ġejjin u tinvolvi ruħha mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill biex tiżgura konċertazzjoni politika dwar dawn il-prijoritajiet. Madankollu, huwa kruċjali li tiġi prevista l-parteċipazzjoni tal-industrija u tal-partijiet interessati rilevanti f’dan il-forum ta’ livell għoli, u għall-konsistenza mal-ħidma tal-Forum Industrijali tal-UE u l-Alleanzi Industrijali. Madankollu, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tiċċara r-relazzjoni taċ-Ċentru ta’ Eċċellenza dwar l-Istandards propost mal-fora l-oħra.

4.12.

L-Istrateġija ssemmi diversi inizjattivi edukattivi u ta’ taħriġ immirati lejn riċerkaturi, professjonisti żgħażagħ u prattikanti, li jfittxu li jippromovu l-iżvilupp tal-ħiliet fil-qasam tal-istandardizzazzjoni. Dawn jinkludu “booster tal-istandardizzazzjoni”, “jiem universitarji tal-istandardizzazzjoni”, it-tixrid ta’ materjal rilevanti mill-Akkademja tal-UE, u l-finanzjament ta’ proġetti ta’ standardizzazzjoni barra mill-pajjiż. Il-KESE jemmen li dawn il-proposti huma ta’ importanza ewlenija, speċjalment għall-SMEs u l-mikrointrapriżi u sabiex jiġi stabbilit qafas għall-investiment fit-talent, u jappoġġja bis-sħiħ l-introduzzjoni wiesgħa u rapida tagħhom.

4.13.

B’mod partikolari, il-KESE jħeġġeġ il-kooperazzjoni internazzjonali dwar l-istandards tal-UE bl-użu ta’ programmi u fondi tal-UE (bħall-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI-GE) u Orizzont Ewropa), u jappoġġja l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fl-istandardizzazzjoni internazzjonali barra mill-pajjiż (l-SMEs, is-soċjetà ċivili, l-akkademiċi), eż. fl-Afrika bħala inizjattiva pożittiva biex jiġu kontrobilanċjati l-impenji ta’ reġjuni oħra fil-kontinent Afrikan. It-tisħiħ tal-istandardizzazzjoni għandu jsir element ewlieni tal-Inizjattiva tal-UE, il-Global Gateway.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(2)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018) 764.

(3)  COM(2022) 31.

(4)  COM(2022) 32.

(5)  COM(2022) 30.

(6)  ĠU C 66, 8.2.2022, p. 1.

(7)  COM(2022) 32.

(8)  COM(2022) 30.

(9)  https://isotc.iso.org/livelink/livelink/fetch/2000/2122/3146825/4229629/4230450/4230458/01__Agreement_on_Technical_Cooperation_between_ISO_and_CEN_(Vienna_Agreement).pdf?nodeid = 4230688&vernum=-2

(10)  http://www.iec.ch/about/globalreach/partners/pdf/IEC-CENELEC_Frankfurt_Agreement%7B2016%7D.pdf


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/48


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-ġenerazzjoni li jmiss tar-riżorsi proprji tal-baġit tal-UE”

(COM(2021) 566 final)

“Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027

(COM(2021) 569 final — 2021/0429 (APP)) u

“Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”

(COM(2021) 570 final — 2021/0430 (CNS))

(2022/C 323/09)

Relatur:

Philip VON BROCKDORFF

Korelatur:

Antonio GARCÍA DEL RIEGO

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 1.3.2022

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Adottata fis-sezzjoni

6.5.2022

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

144/2/7

1.   Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jinnota l-kunsens li huwa meħtieġ biex jiżdiedu riżorsi proprji ġodda biex ikopru l-ħlas lura tad-dejn li jirriżulta mis-self taħt l-inizjattiva NextGenerationEU mingħajr ma jiġu pperikolati l-baġits ta’ programmi u strumenti oħra tal-UE, jew mingħajr ma tiżdied sostanzjalment il-kontribuzzjoni tar-riżorsi bbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING). Għalkemm il-proposti tal-Kummissjoni kif stabbiliti fil-Komunikazzjoni jitqiesu bħala meħtieġa, il-KESE jemmen li l-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tfassil tas-sistema l-ġdida jkun ibbażat fuq il-kisba tal-ekwità u l-ġustizzja, l-effiċjenza, it-trasparenza, is-sempliċità u l-istabbiltà, b’enfasi fuq il-kompetittività u tapplika s-solidarjetà fejn meħtieġ. B’mod partikolari, il-KESE jqis li huwa importanti ħafna li jiġu appoġġjati l-unitajiet domestiċi u n-negozji, fejn meħtieġ, u jirrakkomanda bil-qawwa li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt aktar immirati fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż, kif ukoll għal industriji speċifiċi, biex jiġi ddeterminat kwalunkwe effett negattiv fuq l-unitajiet domestiċi u fuq il-kompetittività ġenerali tal-ekonomija tal-UE.

1.2.

Għalkemm ir-riżorsa proprja bbażata fuq is-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) hija għodda essenzjali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li titwettaq mingħajr tfixkil u b’mod kosteffettiv. Barra minn hekk, il-KESE jinnota l-estensjoni tal-ETS għas-settur marittimu, iż-żieda gradwali tal-kwoti tal-avjazzjoni, u l-inklużjoni tat-trasport bit-triq u tal-bini. Il-KESE jemmen li huwa plawżibbli li sehem limitat tad-dħul mill-ETS jista’ jidħol fil-baġit tal-UE. Wara kollox, dan huwa strument klimatiku pan-Ewropew li jikkontribwixxi għall-għanijiet tan-newtralità klimatika u jsaħħaħ is-suq intern. F’dan ir-rigward, għandu jkun hemm biżżejjed dħul biex jiġu appoġġjati s-setturi li huma obbligati jimplimentaw aktar miżuri biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, il-KESE jtenni li l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas irid japplika fil-pajjiżi kollha.

1.3.

Meta jitqies li s-sistema tal-UE ETS u l-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM) huma interkonnessi, il-KESE jemmen li dawn għandhom jiġu kkunsidrati fl-istess spirtu. Għalkemm l-EU ETS tista’ tikkawża rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, is-CBAM jilqa’ għal tali rilokazzjoni billi jiffissa prezz għall-kontenut tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-importazzjonijiet. Madankollu, il-KESE jwissi kontra t-tfassil ta’ sistema ta’ CBAM li tqiegħed il-manifattura Ewropea u negozji oħra fi żvantaġġ kompetittiv.

1.4.

Il-KESE huwa wkoll tal-fehma li għandha tingħata attenzjoni biex jiġu ssalvagwardjati l-kriterji ta’ prevedibbiltà u trasparenza, peress li d-dħul mill-EU ETS u mis-CBAM jista’ jkun volatili.

1.5.

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll it-tielet kategorija ta’ riżorsi proprji, fejn l-Istati Membri jipprovdu kontribuzzjoni nazzjonali għall-baġit tal-UE bbażata fuq is-sehem tal-profitti residwi minn intrapriżi multinazzjonali riallokati lil kull Stat Membru. Il-KESE jqis li din hija bażi adatta għar-riżorsi proprji tal-UE, li tissodisfa l-kriterji ta’ ġustizzja, peress li l-intrapriżi jħallsu sehem tal-profitti residwi kull fejn joperaw u jiġġeneraw il-profitti. Madankollu, il-KESE jemmen li huma meħtieġa kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-sistema tat-taxxa internazzjonali li ma jpoġġux lin-negozji tal-UE fi żvantaġġ kompetittiv. L-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda għandha ssir fl-istess ħin man-nazzjonijiet kummerċjali u kompetituri ewlenin tal-UE. Barra minn hekk, ir-regoli l-ġodda għandhom jiġu applikati f’konformità mad-definizzjonijiet u l-istandards armonizzati. Il-KESE jenfasizza wkoll il-volatilità assoċjata mad-dħul mit-taxxa korporattiva u d-diffikultajiet biex jiġi stmat id-dħul futur minn din ir-riżorsa proprja, u jenfasizza l-fatt li d-dettalji ta’ implimentazzjoni finali tal-ftehim għadhom qed jiġu diskussi. F’dan ir-rigward, il-KESE jemmen li huwa kmieni wisq biex dawn ir-riżorsi l-ġodda jitqiesu bħala riżorsi permanenti tal-UE, l-aktar meta wieħed iqis il-possibbiltà li l-Istati Membri tal-UE jkollhom iħallsu proporzjon tad-dħul mit-taxxa lil ġuriżdizzjonijiet terzi.

1.6.

Il-KESE jwissi li r-riforma tat-taxxa u/jew il-mekkaniżmi ta’ kumpens fil-livell nazzjonali jistgħu jkunu meħtieġa biex jinnewtralizzaw kwalunkwe piż tat-taxxa addizzjonali fuq l-unitajiet domestiċi u n-negozji.

1.7.

Fl-aħħar nett, il-KESE jqis li l-ħtieġa kemm ta’ rieda politika b’saħħitha biex tiġi approfondita l-integrazzjoni tal-UE kif ukoll ta’ pjan direzzjonali ċar tal-futur tal-Ewropa huma meħtieġa għat-tfassil adatt u għall-implimentazzjoni bla xkiel ta’ sistema ġdida ta’ riżorsi proprji. Dan huwa partikolarment importanti fid-dawl tal-gwerra fl-Ukrajna, u għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni tista’ teħtieġ reviżjoni f’xi stadju. Il-KESE jimpenja ruħu li jirrevedi u jimmonitorja kontinwament l-evoluzzjoni inċerta tal-impatti umani u materjali ta’ din l-invażjoni xokkanti, bil-ħsieb li tiġi vvalutata l-aħjar azzjoni fi żmien debitu.

2.   Sfond

2.1.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li tistabbilixxi l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ riżorsi proprji għall-baġit tal-UE billi tippreżenta tliet sorsi ġodda ta’ dħul: l-ewwel, abbażi tad-dħul mis-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) riveduta; it-tieni, abbażi tar-riżorsi ġġenerati mill-Mekkaniżmu propost tal-UE ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM); u t-tielet, abbażi tas-sehem tal-profitti residwi minn intrapriżi multinazzjonali li se jiġu riallokati lill-Istati Membri tal-UE skont il-ftehim preliminari reċenti tal-OECD/G20 dwar l-allokazzjoni mill-ġdid tad-drittijiet ta’ intaxxar (“l-Ewwel Pilastru”), li għad irid jiġi ffinalizzat. Mill-2026 sal-2030, dawn is-sorsi ġodda ta’ dħul huma stmati li jiġġeneraw total sa EUR 17-il biljun fis-sena għall-baġit tal-UE.

2.2.

Ir-riżorsi proprji l-ġodda se jgħinu biex jitħallsu lura l-fondi miġbura mill-UE biex jiġi ffinanzjat il-komponent tal-għotja ta’ NextGenerationEU. B’mod speċifiku, l-ETS il-ġdida hija maħsuba biex tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-Fond Soċjali għall-Klima, kif previst mill-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”. Il-finanzjament tal-Fond Soċjali għall-Klima huwa objettiv importanti tal-proposta. Dan il-Fond jikkontribwixxi għal tranżizzjoni soċjalment ġusta u jappoġġja lill-unitajiet domestiċi, lill-utenti tat-trasport u lill-mikrointrapriżi vulnerabbli biex jiffinanzjaw investimenti fl-effiċjenza enerġetika, f’sistemi ġodda ta’ tisħin u tkessiħ, u f’mobbiltà aktar nadifa, kif ukoll appoġġ temporanju dirett għall-introjtu, fejn meħtieġ.

2.3.

Il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” ta’ Lulju 2021 għandu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra fl-UE b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. L-objettiv hu li tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050. Dan il-pakkett jinkludi reviżjoni tas-sistema tal-EU ETS, li fil-futur tapplika wkoll għas-settur marittimu, tippermetti żieda fl-irkant tal-kwoti tal-avjazzjoni, u tintroduċi sistema ġdida għall-bini u t-trasport bit-triq.

2.4.

L-EU ETS il-ġdida tikkontribwixxi biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għal ekonomija dekarbonizzata, u waħda li hija konxja ta’ dawk li huma l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. Fil-preżent, il-biċċa l-kbira tad-dħul mill-irkant tal-kwoti tal-emissjonijiet jiġi ttrasferit għall-baġits nazzjonali. Bis-sistema l-ġdida proposta, 25 % tad-dħul mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-UE jmur fil-baġit tal-UE, u d-dħul stmat għall-baġit tal-UE jkun ta’ medja ta’ madwar EUR 12,5-il biljun fis-sena fis-snin 2026-2030.

2.5.

Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) immirat lejn it-tnaqqis tar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fl-UE billi jiffissa prezz tal-karbonju fuq l-importazzjonijiet, li jikkorrispondi għal dak li kien jitħallas kieku l-merkanzija ġiet prodotta fl-UE. Dan il-mekkaniżmu se japplika għal għażla mmirata tas-setturi u ġie meqjus mill-Kummissjoni li huwa konsistenti bis-sħiħ mar-regoli tad-WTO. F’konformità mal-proposta, l-introduzzjoni gradwali tas-CBAM se sseħħ fl-istess ħin mat-tneħħija gradwali tal-iskema ta’ riallokazzjoni tal-ETS, li dejjem kienet prevista li tkun temporanja fi kwalunkwe każ. L-oġġetti importati lejn l-UE tħallas imposta li tirrifletti l-“kontenut tal-karbonju” tagħha – jiġifieri l-emissjonijiet tas-CO2 iġġenerati mill-produzzjoni tagħha (il-prezz ġenerali fuq dawn l-emissjonijiet tas-CO2 ikun l-istess bħall-prezz tal-karbonju tal-UE). Min-naħa l-oħra, tnaqqis (li jirrifletti d-differenza bejn il-prezz tal-karbonju mħallas għall-produzzjoni tagħhom fl-Ewropa u l-prezz tal-karbonju fis-suq tad-destinazzjoni) mhux se japplika għal oġġetti esportati lejn pajjiżi oħra. Biex jikkumpensa għal dan, il-Fond għall-Innovazzjoni, bi dħul derivat mill-irkant ta’ 450 miljun kwota tal-ETS mill-2020 sal-2030, se jgħin lill-industrija Ewropea tadatta għall-proċess ta’ dekarbonizzazzjoni. Għall-perjodu 2020-2030, il-Fond jista’ jammonta għal madwar EUR 10 biljun, skont il-prezz tal-karbonju. Il-Fond għall-Innovazzjoni huwa strument ta’ finanzjament ewlieni biex jitwettqu l-impenji tal-UE fl-ekonomija kollha skont il-Ftehim ta’ Pariġi, u biex tiġi appoġġjata l-viżjoni strateġika tal-Kummissjoni Ewropea ta’ Ewropa newtrali għall-klima sal-2050, kif rikonoxxut ukoll fil-Pjan ta’ Investiment għall-Patt Ekoloġiku Ewropew.

2.6.

Il-Kummissjoni qed tipproponi li talloka lill-baġit tal-UE 75 % tad-dħul iġġenerat minn dan is-CBAM, bi dħul stmat għal medja ta’ madwar EUR 1 biljun fis-sena fis-snin 2026-2030.

2.7.

It-tielet sors ta’ dħul propost jiġi ġġenerat mit-tassazzjoni ta’ sehem ta’ “profitti residwi” mill-akbar intrapriżi multinazzjonali tad-dinja, kif miftiehem is-sena l-oħra mill-membri tal-qafas inklużiv tal-OECD/G20 dwar l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti, li d-dettalji tagħhom għad iridu jiġu ffinalizzati. Dan jinvolvi soluzzjoni msejsa fuq żewġ pilastri biex jiġu indirizzati t-trasferimenti tat-taxxa minn pajjiż għal ieħor, biex ir-regoli internazzjonali tat-taxxa jsiru aktar konsistenti, u jiġi żgurat li l-profitti jiġu intaxxati fejn iseħħu l-attività ekonomika u l-ħolqien tal-valur. Il-Kummissjoni tipproponi riżorsa proprja ekwivalenti għal 15 % tas-sehem tal-profitti residwi ta’ kumpaniji fil-kamp ta’ applikazzjoni li jiġu riallokati lill-Istati Membri tal-UE. Madankollu, ir-riallokazzjoni tad-dħul mit-taxxa lil pajjiżi terzi ma titqiesx.

2.8.

Il-pass li jmiss huwa li l-Kummissjoni tabbozza direttiva tal-UE ladarba jiġu ffinalizzati d-dettalji tal-ftehim qafas inklużiv tal-OECD/G20 dwar l-Ewwel Pilastru. Dan il-proċess għandu jikkomplementa d-Direttiva dwar it-Tieni Pilastru, li reċentement il-Kummissjoni adottat proposta separata dwarha (1). Sakemm jiġi ffinalizzat il-ftehim, id-dħul għall-baġit tal-UE huwa stmat li jkun bejn EUR 2,5 u EUR 4 biljun fis-sena.

2.9.

Sabiex jiġu integrati r-riżorsi proprji ġodda proposti fil-baġit tal-UE, l-UE se jkollha bżonn temenda żewġ biċċiet importanti ta’ leġiżlazzjoni. L-ewwel, il-Kummissjoni tipproponi li temenda d-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji biex iżżid it-tliet riżorsi ġodda proposti ma’ dawk eżistenti. It-tieni, il-Kummissjoni tipproponi wkoll emenda speċifika għar-Regolament dwar il-baġit attwali fit-tul tal-UE għall-perjodu 2021-2027, magħruf ukoll bħala r-Regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP). Din il-modifika toffri l-possibbiltà legali li diġà jibda jitħallas lura s-self għal NextGenerationEU matul il-QFP attwali. Fl-istess ħin, tipproponi li jiżdiedu l-limiti massimi rilevanti tal-infiq tal-QFP għas-snin 2025-2027 sabiex l-infiq addizzjonali jiġi allinjat mal-Fond Soċjali għall-Klima.

2.10.

Id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji trid tiġi approvata b’mod unanimu fil-Kunsill, wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew. Id-Deċiżjoni tista’ tidħol fis-seħħ ladarba tiġi approvata mill-pajjiżi kollha tal-UE f’konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom. Ir-Regolament dwar il-QFP jrid jiġi adottat b’mod unanimu mill-Kunsill, wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

M’hemm l-ebda dubju li biex jitħallsu lura l-fondi miġbura mill-UE biex jiġi ffinanzjat il-komponent tal-għotja tan-NextGenerationEU u tal-Fond Soċjali għall-Klima, hemm bżonn ta’ mudell finanzjarju ta’ riżorsi proprji. Madankollu, l-implimentazzjoni ta’ dan il-mudell finanzjarju għadha ta’ sfida. Il-KESE jinnota wkoll li l-proposta tal-Kummissjoni tistabbilixxi sett ta’ regoli li permezz tagħhom jiġu allokati kontribuzzjonijiet nazzjonali addizzjonali mill-Istati Membri għall-baġit tal-UE. F’każ ta’ nuqqas, is-sistema attwali ta’ allokazzjoni bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) tkompli tiġi applikata. Madankollu, il-KESE jinnota li fl-2023 il-Kummissjoni se tipproponi sett ġdid ta’ riżorsi proprji.

3.2.

Fi kwalunkwe każ, il-KESE huwa tal-fehma li l-proposta li qed tiġi kkunsidrata tirrifletti s-sistema attwali ta’ ġbir tad-dħul, u tkompli tiddependi ħafna mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri. Madankollu, il-KESE jirrikonoxxi li l-estensjoni tal-mudell tar-riżorsi proprji tipprovdi l-fondi biex jirreaġixxu b’mod aktar effettiv għall-iskossi ekonomiċi u tappoġġja l-finanzjament ta’ inizjattivi ta’ tkabbir sostenibbli u l-irkupru ekonomiku.

3.3.

Kollox ma’ kollox, il-mudell tar-riżorsi proprji jagħti spinta wkoll lill-kapaċità fiskali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u possibbilment iżid il-konverġenza ekonomika, u jgħin biex jittaffew ix-xokkijiet makroekonomiċi asimmetriċi. L-użu tar-riżorsi proprji jkompli jsaħħaħ l-effettività tal-politika b’finanzjament marbut strettament mal-miri tal-UE, pereżempju b’rabta mat-tibdil fil-klima u s-sostenibbiltà ekonomika. Ir-rabta bejn l-objettivi tal-politika tal-UE u s-sorsi ta’ finanzjament tagħha fl-għażla tal-forom ta’ riżorsi proprji hija kunsiderazzjoni importanti u waħda li l-KESE jappoġġja.

3.4.

Il-KESE jirrikonoxxi li l-identifikazzjoni tar-riżorsi proprji hija kompitu ta’ sfida u li l-għażliet li qed jiġu kkunsidrati jista’ jkollhom l-iżvantaġġi partikolari tagħhom stess (b’mod partikolari f’termini ta’ suffiċjenza, stabbiltà jew effiċjenza). Għalhekk, huwa meħtieġ, kif propost mill-Kummissjoni, li jkun hemm sistema li tgħaqqad flimkien riżorsi proprji differenti sabiex tiġi mminimizzata, pereżempju, il-fluttwazzjoni fl-influss tar-riżorsi proprji. Taħlita ta’ riżorsi proprji tikkontribwixxi wkoll għal piż finanzjarju mqassam b’mod aktar ġust fost l-Istati Membri.

3.5.

Il-KESE huwa wkoll tal-fehma li l-effiċjenza fl-amministrazzjoni tar-riżorsi proprji hija kruċjali. Madankollu, din għandha tkun akkumpanjata minn effiċjenza u effettività min-naħa tan-nefqa fl-istadji kollha. Dan japplika b’mod partikolari għall-infiq fuq il-Fond Soċjali għall-Klima (2), li huwa maħsub biex itaffi l-effetti soċjali negattivi li jirriżultaw minn prezzijiet ogħla tal-karbonju fis-sistemi tat-trasport u tat-tisħin tal-bini. Il-KESE diġà esprima t-tħassib tiegħu dwar din il-konnessjoni, b’mod partikolari dwar il-kostijiet ta’ sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport li tista’ tisboq il-benefiċċji mixtieqa u tista’ twassal għal żidiet qawwija fil-prezzijiet mingħajr kontroll. Il-KESE rrefera wkoll għall-isfida enormi tat-tfassil ta’ mekkaniżmu ta’ kumpens effettiv u ġust f’UE li tinkludi 27 Stat Membru b’kuntesti soċjoekonomiċi u klimatiċi li ħafna drabi jkunu differenti ħafna.

3.6.

Il-KESE jinnota li, kif inhuma l-affarijiet bħalissa, l-Istati Membri użaw id-dħul mill-irkant tal-ETS għall-azzjoni klimatika u biex jagħtu spinta lill-investiment fis-setturi tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, u b’hekk iħaffu t-tnaqqis tal-emissjonijiet. Peress li partijiet mid-dħul tal-ETS qed jintużaw biex jitħallas lura l-komponent tal-għotja tan-NextGenerationEU, il-KESE jwissi kontra restrizzjonijiet finanzjarji possibbli li jillimitaw aktar appoġġ għall-ekonomija u l-popolazzjoni Ewropej matul it-tranżizzjoni lejn in-newtralità karbonika.

3.7.

Il-KESE jilqa’ din l-Fond għall-Innovazzjoni u l-objettiv tiegħu li jgħin lin-negozji jinvestu fl-enerġija nadifa u l-industrija nadifa. Madankollu, il-KESE esprima dubji dwar jekk dan il-fond hux ser iżomm u jsaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija tal-UE.

3.8.

Minkejja li l-KESE jaqbel b’mod ġenerali mat-tliet sorsi ġodda ta’ dħul kif proposti mill-Kummissjoni, il-KESE jwissi dwar l-impatti li d-dħul addizzjonali jista’ jkollu fuq l-unitajiet domestiċi u n-negozji. Għalhekk, jista’ jkun meħtieġ li kwalunkwe piż tat-taxxa addizzjonali jiġi akkoppjat ma’ riforma tat-taxxa jew mekkaniżmi ta’ kumpens fil-livell nazzjonali. Barra minn hekk, il-KESE jwissi dwar l-impatt ta’ prezzijiet ogħla tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi u n-negozji kkawżati mill-gwerra fl-Ukrajna. Dawn l-ispejjeż addizzjonali u l-effetti soċjali u ekonomiċi tagħhom jistgħu jxekklu l-proposta tal-Kummissjoni. Dan huwa partikolarment importanti fid-dawl tal-gwerra fl-Ukrajna, u għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni tista’ teħtieġ reviżjoni f’xi stadju. Għaldaqstant, il-KESE jimpenja ruħu li jirrevedi u jimmonitorja kontinwament l-evoluzzjoni inċerta tal-impatti umani u materjali ta’ din l-invażjoni xokkanti, bil-ħsieb li tiġi vvalutata l-aħjar azzjoni fi żmien debitu.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.

Filwaqt li l-KESE jaqbel li s-sorsi ta’ finanzjament huma meħtieġa biex iħallsu lura b’mod effettiv in-NextGenerationEU, dawk is-sorsi ta’ finanzjament jeħtieġ li jkunu stabbli, soċjalment ġusti u favorevoli għan-negozju. L-istabbiltà hija rekwiżit assolut, bħalma huma s-sempliċità u ċ-ċertezza. B’mod aktar speċifiku, għandu jiġi żgurat li s-sistemi introdotti, b’mod partikolari l-ETS u s-CBAM, ikunu reżiljenti għall-iskossi ekonomiċi. Il-piżijiet addizzjonali fuq l-unitajiet domestiċi u n-negozji jeħtieġ li jiġu evitati wkoll, u l-KESE se jirriżerva l-ġudizzju tiegħu dwar kif is-sorsi ta’ finanzjament jistgħu jaffettwaw kemm lill-unitajiet domestiċi kif ukoll lin-negozji. F’dan il-kuntest, il-KESE jirrakkomanda valutazzjonijiet tal-impatt aktar immirati, fuq livell ta’ pajjiż b’pajjiż, kif ukoll għal industriji speċifiċi, biex jiġi ddeterminat kwalunkwe effett negattiv fuq l-unitajiet domestiċi u fuq il-kompetittività ġenerali tan-negozji tal-UE. Il-valutazzjoni tal-fondi żborżati taħt in-NextGenerationEU tkun rilevanti wkoll.

4.2.

Għalkemm il-KESE jaqbel li, b’segwitu għar-riforma tat-taxxa tal-OECD, l-Istati Membri jirriallokaw proporzjon tad-dħul residwu mit-taxxa dovuta lilhom lill-Kummissjoni bħala riżorsa proprja, tali trasferiment ma għandux iwassal għal piżijiet ġodda għall-unitajiet domestiċi jew għan-negozji. Fejn meħtieġ, il-KESE jirrakkomanda li dan it-trasferiment jiġi akkopjat ma’ riforma tat-taxxi fuq livelli oħra bl-għan li ma tiġi imposta l-ebda tariffa addizzjonali fuq l-unitajiet domestiċi u n-negozji.

4.3.

Il-KESE huwa tal-fehma li l-ftehim minn qabel dwar it-taxxa korporattiva internazzjonali tal-OECD huwa pass importanti fl-isforzi biex jiġi żgurat li l-kumpaniji korporattivi globali jiġu intaxxati fejn titwettaq l-attività ekonomika u l-ħolqien tal-valur. Il-KESE jemmen ukoll li r-regoli l-ġodda jistgħu jġibu stabbiltà u koerenza fis-sistema internazzjonali tat-taxxa. Madankollu, aħna nemmnu li għandhom jinżammu f’kull ħin kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjonifis-sistema fiskali internazzjonali. L-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda għandha ssir fl-istess ħin man-nazzjonijiet kummerċjali u kompetituri ewlenin tal-UE. Barra minn hekk, ir-regoli l-ġodda għandhom jiġu applikati f’konformità mad-definizzjonijiet u l-istandards armonizzati. Il-KESE jenfasizza wkoll il-volatilità assoċjata mad-dħul mit-taxxa korporattiva u d-diffikultajiet biex jiġi stmat id-dħul futur minn din ir-riżorsa proprja, u jenfasizza l-fatt li d-dettalji ta’ implimentazzjoni finali tal-ftehim għadhom qed jiġu diskussi. F’dan ir-rigward, il-KESE jemmen li huwa kmieni wisq biex dawn ir-riżorsi l-ġodda jitqiesu bħala riżorsi permanenti tal-UE, l-aktar meta wieħed iqis il-possibbiltà li l-Istati Membri tal-UE jkollhom iħallsu proporzjon tad-dħul mit-taxxa lil ġuriżdizzjonijiet terzi.

4.4.

Il-KESE jqis li l-proposta li d-dħul mill-ETS jiġi ttrasferit milli jkun essenzjalment riżorsa nazzjonali għal riżorsa proprja hija proposta kuraġġuża. Madankollu, il-KESE jinsab imħasseb li din il-proposta ma tinċentivax tnaqqis drastiku tat-tniġġis billi tiżgura li min iniġġes iħallas. Barra minn hekk, il-KESE huwa tal-fehma li l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas għandu jiġi applikat bl-istess mod fl-Istati Membri kollha. L-isfida hawnhekk tibqa’ dik ta’ kif tali dħul jiġi investit mill-ġdid b’mod li jkun ta’ benefiċċju għall-komunitajiet. Barra minn hekk, l-impatt ta’ din il-proposta fuq setturi bħas-suq tal-proprjetà jeħtieġ li jiġi vvalutat fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż jew ta’ reġjun b’reġjun, peress li r-regoli tal-ippjanar spiss ivarjaw u l-kost tal-effiċjenza enerġetika jista’ jwassal għal prezzijiet ogħla tal-proprjetà. Il-KESE jilqa’ l-mekkaniżmu ta’ aġġustament temporanju għas-solidarjetà, li jgħin biex tiġi żgurata kontribuzzjoni ġusta għar-riżorsi proprji mill-Istati Membri kollha, b’limitu superjuri u inferjuri applikat fir-rigward tal-fattur tal-ING. Dan se jevita milli xi Stati Membri jikkontribwixxu b’mod sproporzjonat għall-baġit tal-UE meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tagħhom, hekk kif l-Istati Membri jimxu lejn ekonomiji aktar sostenibbli. Min-naħa l-oħra, il-KESE jesprimi t-tħassib tiegħu li, f’każ li l-iskema tal-ETS tiġi implimentata parzjalment biss, il-Fond Soċjali għall-Klima jiġi ppreġudikat, u jipprevedi r-riskju li l-Istati Membri jingħataw skuża biex jitfgħu l-ħtija fuq l-Ewropa għal miżuri mhux popolari.

4.5.

Il-KESE huwa wkoll tal-fehma li r-riżorsi proprji l-ġodda proposti jeħtieġ li jappoġġjaw l-għanijiet ta’ politika tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tas-suq uniku, il-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli, filwaqt li jirriżultaw f’titjib fil-benesseri għaċ-ċittadini tal-UE.

4.6.

Kunsiderazzjoni rilevanti oħra hija li l-piż finanzjarju tal-proposti għandu jitqassam b’mod ġust fost l-Istati Membri. Il-KESE jenfasizza d-differenzi strutturali fost l-Istati Membri, u jżid jgħid li kwalunkwe proposta taffettwa lill-Istati Membri b’mod differenti. Il-KESE jilqa’ l-mod kif il-Fond Soċjali għall-Klima se jiġi allokat fuq livell nazzjonali abbażi tal-ġid relattiv fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż u ta’ reġjun b’reġjun. Madankollu, il-ġustizzja fil-mod kif il-proposti jiġu implimentati madwar l-UE hija ħtieġa assoluta. Daqstant ieħor huwa importanti li l-kalkolu, it-trasferiment u l-kontroll tar-riżorsi proprji l-ġodda ma jwasslux għal piż amministrattiv eċċessiv għall-Kummissjoni Ewropea, għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew għall-amministrazzjonijiet nazzjonali.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi multinazzjonali fl-Unjoni (COM (2021) 823 final).

(2)  ĠU C 152, 6.4.2022, p. 158.


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/54


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-tmien Rapport dwar il-Koeżjoni: Il-Koeżjoni fl-Ewropa sal-2050”

(COM(2022) 34 final)

(2022/C 323/10)

Relatur:

Krzysztof BALON

Korelatur:

Gonçalo LOBO XAVIER

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 2.5.2022

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Adottata fis-sezzjoni

6.5.2022

Adottata fil-plenarja

19.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

132/0/1

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jenfasizza li l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali hija objettiv minqux fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u li, fuq perjodu twil, ser ikun kruċjali li jintlaħaq dan l-objettiv biex jinkiseb kontinent newtrali għall-klima sal-2050. Fl-istess ħin, l-aktar sfida serja fuq perjodu qasir u medju, inkluż għall-politika ta’ koeżjoni, hija l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li fil-fatt hija wkoll att ta’ aggressjoni kontra l-Unjoni Ewropea.

1.2.

F’dan il-kuntest, peress li l-Ukrajna applikat għal sħubija fl-UE u li s-soċjetà ċivili tal-Ukrajna tappoġġja bis-sħiħ l-integrazzjoni Ewropea malajr kemm jista’ jkun, il-KESE jitlob li l-Ukrajna taderixxi mal-UE malajr kemm jista’ jkun u li l-politika ta’ koeżjoni u l-istrumenti finanzjarji tagħha jiġu adattati kif imiss fis-snin li ġejjin sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tar-rikostruzzjoni tal-pajjiż wara l-gwerra. Għal dan il-għan, il-Kumitat jipproponi l-istabbiliment rapidu ta’ fond separat tal-Unjoni Ewropea għar-rikostruzzjoni u l-iżvilupp tal-Ukrajna.

1.3.

Fl-istess ħin, il-Kumitat iħeġġeġ lill-Istati Membri, lir-reġjuni tal-UE u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jagħmlu l-aktar użu effettiv u rapidu tal-possibbiltajiet biex jiġu appoġġjati r-refuġjati Ukreni, maħluqa mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar L-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE) propost mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta’ Marzu 2022 (1), flimkien mar-reviżjoni tar-Regolament REACT-EU proposta mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Marzu 2022 (2). Dan l-appoġġ għandu primarjament jitqassam mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-NGOs speċjalizzati.

1.4.

Sfida importanti oħra hija li jingħelbu l-effetti tal-kriżi pandemika attwali. B’mod partikolari, il-politika ta’ koeżjoni trid tqis il-fatt li l-impatt negattiv tal-pandemija ġeneralment kien akbar f’reġjuni inqas żviluppati u fost il-gruppi soċjali żvantaġġati. Din is-sitwazzjoni tiġġustifika “diskriminazzjoni pożittiva” fid-deċiżjonijiet dwar l-investiment u d-distribuzzjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea.

1.5.

Il-KESE jaqbel mal-konklużjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 5 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, speċjalment dwar il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-kuntest tal-politika dwar il-klima, it-tisħiħ tal-investiment fl-edukazzjoni kif ukoll fir-riċerka u fl-innovazzjoni, l-għoti ta’ rispons effettiv għat-tibdil demografiku, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali, inkluż fil-qasam tal-infrastruttura, l-għoti ta’ aċċess universali għas-servizzi ta’ interess ġenerali anke fiż-żoni rurali, l-iżgurar ta’ amministrazzjoni sempliċi u flessibbli tal-fondi, u l-konformità konsistenti mal-prinċipju tas-sħubija, b’mod partikolari fir-relazzjonijiet mas-soċjetà ċivili organizzata.

1.6.

Il-KESE huwa favur li jiġi applikat il-prinċipju tal-addizjonalità b’kawtela u li jiġu implimentati kundizzjonalitajiet ex ante b’mod li ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra r-reġjuni mingħajr sorsi alternattivi ta’ finanzjament; il-konverġenza ekonomika u soċjali għandha tfisser konverġenza mal-aħjar.

1.7.

Il-KESE jqis li huwa meħtieġ approċċ ġdid ta’ politika fiskali, promoss mil-livell Ewropew, li jsaħħaħ l-objettivi stabbiliti ta’ koeżjoni. Biex dan isir, jeħtieġ li tiġi promossa politika fiskali li tqis it-tmiem tal-kompetizzjoni li bħalissa hija stabbilita bejn il-pajjiżi fl-Ewropa. Inkella, id-differenzi eżistenti bejn il-politiki fiskali tal-Istati Membri jistgħu jżidu r-riskju tal-eżistenza ta’ “Ewropa b’żewġ veloċitajiet”. Barra minn hekk, hija meħtieġa riforma profonda tar-regoli fiskali, li tiffoka fuq is-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku tal-pajjiżi, fuq mekkaniżmi ta’ governanza ekonomika Ewropea u fuq ġbir tat-taxxa Ewropew aktar ekwu u progressiv.

1.8.

Il-kriżi pandemika wriet li l-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali għandha tkun akkumpanjata minn koeżjoni politika. F’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, hemm bżonn li jissaħħaħ ir-rwol ta’ koordinazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż f’oqsma fejn it-Trattati ma jipprevedux setgħat għall-UE. Din hija kwistjoni ewlenija kemm għall-funzjonament tas-suq komuni kif ukoll għall-bini mill-ġdid u ż-żieda tar-reżiljenza, kif ukoll għat-trawwim tas-solidarjetà u l-identità Ewropea.

1.9.

Il-politika ta’ koeżjoni għandha titwettaq b’tali mod li tiżgura li l-objettivi tal-UE dwar l-iżvilupp u l-klima jkunu jistgħu jintlaħqu. Madankollu, fl-istess ħin, jenħtieġ li timplimenta l-20 prinċipju kollha tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali b’mod sħiħ u konsistenti. Biex titwettaq il-politika dwar il-klima hemm bżonn mhux biss li l-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jintuża b’mod effettiv, iżda wkoll hemm bżonn ta’ azzjonijiet komplementari fil-livell reġjonali biex jiġu salvagwardjati l-impjiegi u jiġi żgurat li dawn ikunu ta’ kwalità tajba, permezz ta’ mezzi bħad-djalogu soċjali. Jeħtieġ ukoll li s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali jiġu kkonsolidati bħala strumenti biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni, filwaqt li fl-istess ħin itejbu l-koeżjoni soċjali.

1.10.

Is-suċċess tal-politika ta’ koeżjoni jiddependi minn li l-entitajiet tal-ekonomija soċjali jiġu involuti bl-usa’ mod possibbli biex jimplimentawha, b’mod partikolari dawk li jipprovdu servizzi ta’ interess ġenerali, inkluż għal persuni b’diżabilità u gruppi oħra soċjalment żvantaġġati. Jenħtieġ li dawn l-entitajiet jiżguraw, f’kooperazzjoni mal-impjegati u l-voluntiera, livell għoli ta’ parteċipazzjoni soċjali u ġustizzja, u jappoġġjaw it-tranżizzjoni diġitali u l-protezzjoni ambjentali. Dawn l-entitajiet għandhom jingħataw kundizzjonijiet favorevoli biex jiżviluppaw permezz ta’ appoġġ finanzjarju speċifiku mill-fondi Ewropej, trattament favorevoli fir-regoli tal-akkwist pubbliku, kif ukoll semplifikazzjoni tar-regoli, tnaqqis sinifikanti f’attivitajiet ta’ kontroll mhux ġustifikati u t-tneħħija ta’ rekwiżiti burokratiċi fl-Istati Membri individwali.

1.11.

Li jsir progress fid-diġitalizzazzjoni huwa element importanti tal-politika ta’ koeżjoni. It-tranżizzjoni diġitali għandha tikkontribwixxi mhux biss għal produttività ekonomika akbar, iżda wkoll għal kisba edukattiva u parteċipazzjoni soċjali aħjar min-nies kollha li jgħixu fl-UE, inklużi l-gruppi żvantaġġati. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġi żgurat aċċess universali għall-Internet broadband bħala servizz pubbliku mingħajr ħlas.

1.12.

Il-KESE jirrimarka li partijiet oħra tal-infrastruttura huma meħtieġa wkoll biex it-teknoloġiji jintużaw b’mod effettiv fis-soċjetà kollha u mill-intraprendituri kollha. Dan irid jiġi indirizzat mill-Istati Membri meta jieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment.

1.13.

Il-KESE jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni tal-UE jinvolvu lill-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili bl-aktar mod wiesa’ u ġenwin possibbli fit-tfassil tal-politika ta’ koeżjoni u fil-monitoraġġ tal-effetti tagħha. Din l-inklużjoni ser tgħin ukoll biex jitkejjel sa liema punt intlaħqu l-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni, li m’għandhomx ikunu bbażati biss fuq indikaturi kwantitattivi, iżda wkoll fuq indikaturi kwalitattivi (il-kejl tal-iżvilupp, mhux biss tat-tkabbir). Huwa estremament importanti li l-Kummissjoni Ewropea timmonitorja kontinwament l-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija fl-Istati Membri, peress li l-applikazzjoni sħiħa u trasparenti ta’ dan il-prinċipju għandha impatt pożittiv biex jiġi żgurat użu aktar effettiv u effiċjenti tal-baġit tal-UE.

1.14.

Irrispettivament mill-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-KESE stess fil-Forums ta’ Koeżjoni li jsiru regolarment, il-Kumitat jipproponi li jiġi organizzat avveniment annwali dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni mar-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili flimkien mal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

2.   Kummenti ġenerali

2.1.

Il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tmien Rapport dwar il-Koeżjoni: Il-koeżjoni fl-Ewropa sal-2050. Ir-Rapport huwa sors ta’ informazzjoni tant meħtieġ dwar l-isforzi li saru lejn il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u dwar il-problemi assoċjati biex tinkiseb il-koeżjoni. Id-dokument il-ġdid huwa aktar u aktar importanti peress li għaddew aktar minn erba’ snin mir-rapport preċedenti (is-seba’ wieħed) ’l hawn. Meta jitqies iż-żmien meta ġie ppubblikat, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma tqisx l-effetti tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, li hija essenzjalment att ta’ aggressjoni kontra l-Unjoni Ewropea u l-aktar sfida serja għall-politika ta’ koeżjoni fuq perjodu qasir u medju, kemm fil-kuntest tal-kriżi tar-refuġjati kif ukoll tar-rikostruzzjoni wara l-gwerra u l-integrazzjoni Ewropea tal-Ukrajna.

2.2.

Peress li l-Ukrajna ripetutament esprimiet ix-xewqa li tissieħeb mal-Unjoni Ewropea, il-pożizzjoni ferm favur l-Ewropa tas-soċjetà ċivili tal-Ukrajna u l-applikazzjoni formali għas-sħubija fl-UE, il-Kumitat jaqbel bis-sħiħ li l-Ukrajna tissieħeb fl-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien u għalhekk jappella biex il-politika ta’ koeżjoni u l-istrumenti finanzjarji tagħha jiġu adattati kif imiss fis-snin li ġejjin, inkluż l-istabbiliment rapidu ta’ fond separat għar-rikostruzzjoni u l-iżvilupp tal-Ukrajna.

2.3.

Fl-istess ħin, il-Kumitat iħeġġeġ lill-Istati Membri, lir-reġjuni tal-UE u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jagħmlu l-aktar użu effettiv u rapidu tal-possibbiltajiet, maħluqa mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar L-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE) (3) propost mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta’ Marzu 2022, biex jappoġġjaw lir-refuġjati Ukreni. Hija meħtieġa wkoll azzjoni sabiex l-iffrankar iġġenerat fil-perspettiva finanzjarja 2014-2021 u l-istrument REACT EU jkunu jistgħu jerġgħu jiġu orjentati malajr u b’mod flessibbli biex jappoġġjaw direttament lir-refuġjati, b’mod partikolari f’pajjiżi li jmissu mal-Ukrajna, u biex jiġi stabbilit fond separat għal dan il-għan f’każ li l-fondi disponibbli bħalissa ma jkunux biżżejjed. L-istrument CARE għandu jiżgura fondi biex tiżdied il-kapaċità operattiva tal-imsieħba soċjali u ta’ organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili involuti biex jirrappreżentaw lir-refuġjati Ukreni fi triqithom lejn id-dħul fis-suq tax-xogħol.

2.4.

F’dan il-kuntest, il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-Proposta tal-Kummissjoni (4) li temenda r-Regolament REACT-EU sabiex sehem akbar taż-żieda fir-riżorsi ta’ prefinanzjament jiġi allokat lill-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom mal-akbar għadd ta’ wasliet ta’ persuni li qed jaħarbu mill-Ukrajna, jew bħala pajjiżi ta’ tranżitu jew bħala pajjiżi ta’ destinazzjoni finali.

2.5.

Minħabba l-kontribut enormi li sar s’issa mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri tal-UE li jmissu mal-Ukrajna biex jipprovdu appoġġ lir-refuġjati Ukreni, li jmur ferm lil hinn mill-għajnuna pprovduta mill-awtoritajiet pubbliċi, il-KESE jistieden lill-Istati Membri jżidu b’mod sinifikanti l-appoġġ organizzattiv u finanzjarju tagħhom għal dawn l-organizzazzjonijiet, inkluż mill-fondi tal-Unjoni Ewropea.

2.6.

Li tingħeleb il-kriżi pandemika attwali joħloq ukoll sfida serja ħafna. Ir-Rapport jenfasizza li l-pandemija wasslet għall-akbar reċessjoni mill-1945 ’l hawn, b’mod partikolari f’setturi li jiddependu mill-interazzjoni personali (bħat-turiżmu), u bidlet drastikament in-natura tax-xogħol, l-edukazzjoni u l-ħajja soċjali, kif ukoll is-sitwazzjoni fir-reġjuni tal-fruntiera. B’mod ġenerali, il-pandemija kellha impatt negattiv akbar f’reġjuni inqas żviluppati, li naqqas il-pass tal-konverġenza.

2.7.

Il-KESE jqis li l-politika ta’ koeżjoni għandha tkopri l-politiki essenzjali kollha: fost l-oħrajn, il-politiki fiskali. F’dan il-kuntest, il-KESE josserva li d-disparitajiet eżistenti bejn il-politiki fiskali tal-Istati Membri huma fattur li jikkontribwixxi għall-eżistenza taż-żewġ veloċitajiet ta’ żvilupp fl-Ewropa. Politika tat-tassazzjoni ffukata fuq il-koeżjoni trid ittemm il-kompetizzjoni bejn 27 sistema tat-tassazzjoni differenti tal-Istati Membri, li jippermettu lill-kumpaniji multinazzjonali jimmassimizzaw il-profitti, li jikkontribwixxi għal inugwaljanzi kroniċi. Għalhekk, hija meħtieġa riforma profonda tar-regoli fiskali, li tiffoka fuq is-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku tal-pajjiżi, fuq mekkaniżmi ta’ governanza ekonomika Ewropea u fuq ġbir tat-taxxa Ewropew aktar ekwu u progressiv.

2.8.

Barra minn hekk, il-Kumitat jinsab imħasseb li l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ dispożizzjonijiet ewlenin tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, ippjanata għall-2023, ser ikollha impatt negattiv fuq il-koeżjoni.

2.9.

Il-KESE jemmen li d-deskrizzjoni tal-isfidi li qed tiffaċċja l-politika ta’ koeżjoni stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni hija komprensiva u preċiża, u jaqbel mal-konklużjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 5 tagħha. Il-KESE jqis li huwa partikolarment importanti li:

2.9.1.

tiġi indirizzata l-pressjoni fuq id-demokrazija u l-valuri tagħha, billi, fost affarijiet oħra, tiġi żviluppata d-demokrazija parteċipattiva u jiġu involuti b’mod attiv l-atturi lokali, inklużi dawk mis-settur tal-ekonomija soċjali, l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili, fl-ippjanar tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, u li jiġu applikati b’mod konsistenti l-prinċipji tas-sħubija fil-politika ta’ koeżjoni;

2.9.2.

jiġi estiż l-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, b’mod partikolari billi jitqiesu l-ispejjeż soċjali tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, billi, fost affarijiet oħra, jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili;

2.9.3.

ikun hemm aktar investiment fil-ħiliet, jiġu stimolati l-kreattività u l-intraprenditorija tan-nies matul ħajjithom, b’mod partikolari permezz tal-edukazzjoni, it-titjib tal-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja mmirati lejn il-proċessi tat-trasformazzjoni teknoloġika, ekoloġika u diġitali, u li jitjieb b’mod sinifikanti l-livell tal-edukazzjoni formali f’reġjuni fejn għadha mhix sodisfaċenti, inkluż fiż-żoni rurali u fir-reġjuni marġinalizzati. Huwa u jsir dan, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tittejjeb is-sitwazzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja fl-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju u għall-ħaddiema irregolari;

2.9.4.

jiżdied l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, u b’hekk tiġi appoġġjata l-innovazzjoni li tista’ tgħin fl-iżvilupp tar-reġjuni inqas żviluppati, kif ukoll is-sistema ġenerali biex jiġu appoġġjati fil-livell reġjonali, pereżempju fil-kuntest tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (5);

2.9.5.

ikun hemm reazzjoni effettiva għall-bidliet demografiċi, billi, fost affarijiet oħra, jiġi appoġġjat l-impjieg ta’ persuni li jappartjenu għal gruppi b’rati ta’ impjieg aktar baxxi, bħal żgħażagħ mingħajr esperjenza ta’ xogħol suffiċjenti, persuni mdaħħlin fiż-żmien, persuni b’ħiliet professjonali aktar baxxi u migranti minn barra l-UE;

2.9.6.

tissaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera u interreġjonali, b’mod partikolari biex tiġi żviluppata infrastruttura ferrovjarja li ma tagħmilx ħsara lill-klima fiż-żoni tal-fruntiera, u li l-fruntieri bejn l-Istati Membri jinżammu miftuħa b’mod konsistenti, anke fi żminijiet ta’ kriżi;

2.9.7.

jissaħħu r-rabtiet urbani-rurali, inkluż sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-UE jkollhom aċċess għal servizzi ta’ interess ġenerali, li spiss ikunu kkonċentrati madwar żoni urbani;

2.9.8.

jiġi żgurat li l-użu ta’ fondi taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jkun kompatibbli bis-sħiħ mal-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni permezz tal-użu adatt tar-riżorsi, inkluż billi jiġi kkoordinat mill-qrib l-użu ta’ riżorsi minn fondi differenti;

2.9.9.

tiġi ssemplifikata l-politika ta’ koeżjoni għall-benefiċjarji permezz ta’ semplifikazzjoni u flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-fondi li għandhom jintużaw biex jinkisbu l-objettivi tagħha. Huwa meħtieġ ukoll li wieħed jibni fuq l-esperjenza tal-applikazzjoni tas-semplifikazzjonijiet taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u li tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li organizzazzjonijiet żgħar tas-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jakkwistaw, jimplimentaw u jkunu responsabbli għal proġetti ffinanzjati mill-politika ta’ koeżjoni b’mod aktar faċli.

2.10.

It-tkabbir taż-żona Schengen fil-pajjiżi li għadhom ma jagħmlux parti minnha u li qed jirrispettaw ir-rekwiżiti legali kollha se jkollu impatt dirett fuq il-konsolidazzjoni tal-komplementarjetà, il-kompetittività u l-koeżjoni tal-iżvilupp tal-UE, speċjalment fil-Lvant tal-Ewropa.

3.   Kummenti speċifiċi

3.1.   Progress mhux uniformi fil-konverġenza: “Ewropa b’żewġ veloċitajiet”?

3.1.1.

Huwa assolutament essenzjali li l-kriżi pandemika ma twassalx għall-ħolqien ta’ “Ewropa b’żewġ veloċitajiet” fir-rigward tal-konverġenza. Il-prinċipju tal-addizzjonalità għandu għalhekk jiġi applikat b’kawtela. Barra minn hekk, il-kundizzjonalitajiet ex ante matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 li jintroduċu għadd ta’ ċirkostanzi li jridu jeżistu sabiex il-fondi jiġu mobilizzati ma jridux iwasslu għall-esklużjoni ta’ reġjuni li m’għandhomx il-possibbiltà li jiksbu finanzjament alternattiv għat-tkabbir ekonomiku, il-politika dwar il-klima u l-iżvilupp soċjali.

3.1.2.

Għad hemm il-ħtieġa li r-riżorsi jiġu trasferiti minn reġjuni aktar sinjuri għal reġjuni ifqar. Il-proċess ta’ konverġenza ekonomika u soċjali għandu jfisser konverġenza mal-aħjar.

3.2.   Riskji ġodda għall-politiki ta’ koeżjoni

3.2.1.

In-NU wissiet li l-movimenti tar-refuġjati minħabba t-tibdil fil-klima ser isiru aktar frekwenti. Huwa meħtieġ li jkun hemm oqfsa regolatorji ġodda u politiki ġodda li jippermettu l-istabbiliment tagħhom fil-pajjiżi ospitanti, waqt li jkollhom garanzija ta’ impjieg u protezzjoni soċjali. Il-Proposta reċenti għal Regolament dwar il-kriżi u l-force majeure (6) ma tikkontemplax dawn is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi ambjentali li ser iwasslu biex miljuni ta’ persuni jivvjaġġaw lejn l-UE, u anke fi ħdan l-UE.

3.2.2.

Rata għolja ta’ żieda fil-prezzijiet tal-ikel se toħloq riskju supplimentari għar-reġjuni vulnerabbli u l-persuni tal-UE u dan għalhekk huwa ta’ tħassib għall-politika ta’ koeżjoni.

3.3.   Il-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol ta’ koordinazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

3.3.1.

Il-kriżi pandemika wriet li sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali, jeħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol ta’ koordinazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż f’oqsma fejn it-Trattati ma jipprevedux setgħat għall-UE. Dan japplika b’mod partikolari għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea kellha rwol pożittiv ħafna biex tipprovdi lill-Istati Membri bit-tilqim kontra l-COVID-19, kienu l-Istati Membri nfushom, ġeneralment mingħajr konsultazzjonijiet bilaterali jew fil-livell tal-UE, li introduċew restrizzjonijiet fuq il-moviment fiż-żona Schengen u fl-UE. Il-kriterji għal dawn ir-restrizzjonijiet ġew stabbiliti wkoll fil-livell nazzjonali. Il-KESE diġà kkritika prattiki bħal dawn (7), u enfasizza li ż-żamma tal-fruntieri miftuħa fiż-żona Schengen hija kwistjoni ewlenija kemm għall-funzjonament tas-suq komuni kif ukoll għall-bini mill-ġdid u ż-żieda tar-reżiljenza u għat-trawwim tas-solidarjetà u l-identità Ewropej. Il-Kumitat jemmen li l-kriżi pandemika wriet li l-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali għandha tkun akkumpanjata minn koeżjoni politika.

3.4.   L-inklużjoni soċjali bħala prerekwiżit għas-suċċess tal-politika ta’ koeżjoni

3.4.1.

L-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali fl-UE żdied b’ħames miljuni fl-2020 bħala riżultat tal-kriżi pandemika. Dan joħloq theddida serja għall-koeżjoni soċjali u għalhekk ukoll sabiex jinkisbu l-objettivi tal-UE dwar l-iżvilupp u l-klima. Huwa ċar li l-politika ta’ koeżjoni għandha tkompli taqdi dawn l-objettivi u timmira li tappoġġja t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività. Madankollu, fl-istess ħin, jenħtieġ li timplimenta l-20 prinċipju kollha tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali b’mod sħiħ u konsistenti. L-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandha tiġi kkombinata mad-djalogu soċjali u ċivili, kif ukoll mal-involviment soċjali tal-impjegaturi u l-ħaddiema. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-appoġġ għat-tfal u ż-żgħażagħ, inkluż fil-qasam tal-edukazzjoni.

3.4.2.

Il-KESE jenfasizza l-importanza tal-impatt tas-sistemi tas-sigurtà soċjali li, minkejja d-differenzi strutturali fl-Istati Membri, huma fattur essenzjali biex jinkisbu l-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali taċ-ċittadini. Barra minn hekk, it-tisħiħ tas-sigurtà soċjali huwa parti mill-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni u huwa bbażat fuq valuri komuni tal-UE.

3.5.   Ir-rwol tal-ekonomija soċjali, tal-voluntiera u tas-servizzi ta’ interess ġenerali fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni

3.5.1.

Il-Kumitat diġà enfasizza (8) li l-atturi tal-ekonomija soċjali joħolqu u jżommu impjiegi ta’ kwalità għolja, jippromovu opportunitajiet indaqs, inkluż għall-persuni b’diżabilità u gruppi oħra soċjalment żvantaġġati, jiżguraw livell għoli ta’ parteċipazzjoni soċjali u ġustizzja u jappoġġjaw it-trasformazzjoni diġitali u l-protezzjoni ambjentali.

3.5.2.

Il-fatt li l-ekonomija soċjali hija alleat strateġiku fil-proċess tat-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali fl-Ewropa, u b’hekk biex jintlaħqu l-objettivi tal-koeżjoni soċjali, sar partikolarment evidenti matul il-kriżi pandemika. Għalhekk, il-miżuri relatati mal-ekonomija soċjali għandu jkollhom appoġġ speċifiku mill-fondi Ewropej taħt il-politika ta’ koeżjoni.

3.5.3.

Intrapriżi soċjali mingħajr skop ta’ qligħ u organizzazzjonijiet simili mingħajr skop ta’ qligħ għandhom jissaħħu wkoll billi jiġi pprovdut trattament speċjali fir-regoli tal-akkwist pubbliku meta mqabbla ma’ offerenti pubbliċi jew kummerċjali. Dan għandu jkun il-każ għall-akkwist pubbliku ta’ servizzi ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari s-servizzi tas-saħħa, dawk soċjali u tal-edukazzjoni, speċjalment peress li wieħed mill-elementi ewlenin tal-intrapriżi soċjali u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ ħafna drabi huwa l-involviment bla ħlas tal-voluntiera li, f’xi Stati Membri, jammontaw għal aktar minn 2 % tal-PDG.

3.5.4.

Mill-perspettiva tal-koeżjoni soċjali, għandu jiġi enfasizzat ukoll li “l-volontarjat għandu valur għall-individwi, il-komunitajiet, l-ambjent, l-ekonomija u għas-soċjetà inġenerali bħala wieħed mill-aktar espressjonijiet viżibbli ta’ solidarjetà. Jippromovi u jiffaċilita l-inklużjoni soċjali, jibni l-kapital soċjali u għandu effett trasformattiv fuq is-soċjetà” (9).

3.6.   Il-politika ta’ koeżjoni, it-tranżizzjoni klimatika u l-impjieg

3.6.1.

Wara l-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19, l-Unjoni Ewropea, u l-bqija tad-dinja, iridu jiffaċċjaw emerġenza klimatika u ambjentali. Kieku l-kriżi pandemika ma seħħitx, il-ġlieda kontra l-emerġenza ambjentali tkun l-objettiv ewlieni tal-Unjoni Ewropea, fil-qafas tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (10). F’Opinjoni fuq inizjattiva proprja reċenti (11), għalkemm iffokata fuq il-qasam tal-edukazzjoni, il-KESE fakkar lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri li għandhom jorbtu aħjar il-politiki ambjentali mal-politiki tal-impjieg.

3.6.2.

Madankollu, it-tranżizzjoni lejn ekonomija dekarbonizzata tirrikjedi wkoll miżuri li jiffaċilitaw tranżizzjoni ġusta għall-gruppi u ż-żoni ġeografiċi l-aktar vulnerabbli, peress li l-emerġenza klimatika hija fattur ta’ riskju għoli f’termini ta’ koeżjoni, minħabba l-effett inugwali li ser ikollha fuq żoni ġeografiċi Ewropej differenti. It-tranżizzjoni lejn mudell ta’ produzzjoni aktar ekoloġiku li jkun ta’ benefiċċju soċjali ser tinkiseb biss billi jiġu promossi t-tranżizzjoni ekoloġika tal-kumpaniji, il-metodoloġiji tax-xogħol u s-suq tax-xogħol b’mod ġenerali. Dawn l-isforzi ser joħolqu opportunitajiet ta’ impjieg deċenti, iżidu l-effiċjenza tar-riżorsi, u jibnu soċjetajiet sostenibbli fit-tul u b’livell baxx ta’ karbonju.

3.6.3.

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, jeħtieġ li jitqiesu l-politiki, ir-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida li jistgħu jikkontribwixxu biex titjieb il-kapaċità tal-Istati Membri, il-liġijiet tagħhom u l-politiki tagħhom biex jiffaċċjaw l-opportunitajiet u l-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika u d-dekarbonizzazzjoni permezz ta’ Strateġija għal Tranżizzjoni Ġusta, li sservi bħala gwida ta’ azzjoni biex jiġu ottimizzati l-benefiċċji u jiġu minimizzati r-riskji fir-rigward tal-impjieg, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali.

3.6.4.

L-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli, il-kapaċità li tiġi żgurata ħajja deċenti għaż-żgħażagħ u l-familji tagħhom, l-iżgurar ta’ bilanċ etiku bejn ix-xogħol u l-ħajja personali, opportunitajiet ta’ impjieg stabbli, kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati u inklużjoni finanzjarja u diġitali huma importanti għaż-żgħażagħ u l-futur tal-iżvilupp sostenibbli tal-UE.

3.6.5.

Madankollu, għandhom jittieħdu aktar passi biex jiġi kkomplementat il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, b’mod partikolari fil-livell reġjonali, sabiex jiġu protetti u ggarantiti impjiegi ta’ kwalità għolja. Ir-rwol tad-djalogu soċjali u l-involviment sħiħ tal-imsieħba soċjali huwa importanti ħafna f’dan ir-rigward, inkluż permezz tal-iffirmar ta’ ftehimiet kollettivi. Barra minn hekk, il-politika ta’ koeżjoni għandha tindirizza strumenti bħan-negozjar kollettiv għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi u l-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli.

3.7.   It-trasformazzjoni diġitali u l-edukazzjoni

3.7.1.

Il-politika ta’ koeżjoni ser tkun dejjem aktar marbuta mat-trasformazzjoni diġitali. Madankollu, kif enfasizza r-Rapport tal-Kummissjoni, 2/3 biss tar-residenti urbani u 1/6 tar-residenti rurali għandhom aċċess għal konnessjonijiet tal-Internet b’veloċità għolja ħafna. Il-KESE diġà enfasizza (12) li t-trasformazzjoni diġitali m’għandhiex twassal biss għal tkabbir fil-produttività, iżda wkoll għal titjib fl-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-ħajja politika, soċjali u kulturali għall-popolazzjoni kollha tal-UE, inklużi l-persuni mdaħħlin fiż-żmien, il-persuni b’diżabilità, il-persuni f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u gruppi żvantaġġati oħra. Għalhekk, il-KESE għal darb’oħra jappella li l-aċċess għall-Internet broadband b’veloċità għolja għar-residenti kollha tal-UE jiġi pprovdut b’xejn bħala servizz pubbliku. Għandu jiġi nnutat li mod wieħed biex tiġi garantita trasformazzjoni diġitali b’suċċess huwa l-aċċess universali għall-Internet u l-opportunitajiet edukattivi relatati miegħu. L-aċċess b’xejn għall-Internet huwa partikolarment importanti sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-edukazzjoni fiż-żoni rurali, li f’ħafna Stati Membri mhijiex fuq l-istess livell tal-istabbilimenti edukattivi fil-bliet.

3.8.   Il-politika ta’ koeżjoni u l-kwalità tal-governanza u l-istat tad-dritt

3.8.1.

Għal ħafna snin, il-Kumitat osserva li f’ċerti Stati Membri hemm bżonn li tittejjeb il-koordinazzjoni fil-livell reġjonali, jiġifieri governanza reġjonali effettiva li taġixxi bħala pont bejn il-gvern nazzjonali u lokali, li tkun kapaċi tiddelinja strateġiji reġjonali li huma importanti għall-iżvilupp u l-konverġenza reġjonali. Ta’ spiss, il-gvern ċentrali ma jkunx jista’ jinterpreta l-bżonnijiet u l-prijoritajiet tar-reġjuni, iżda f’ċerti każi ma jagħtix is-setgħat meħtieġa lill-awtoritajiet reġjonali, li jaġixxu biss bħala mezz għat-tixrid tal-ideat tal-awtorità politika fil-livell nazzjonali, mingħajr l-ebda valur miżjud għar-reġjun (13). F’dan il-kuntest, il-fondi tal-Unjoni Ewropea għandhom jintużaw aħjar biex tinbena l-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi lokali u reġjonali.

3.8.2.

Barra minn hekk, f’ħafna każijiet, il-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali u ta’ organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili fit-teħid tad-deċiżjonijiet hija marġinali: il-fehmiet tal-entitajiet li l-aħjar li jifhmu s-sitwazzjoni u l-kwistjonijiet fuq il-post ma jitqisux matul il-konsultazzjoni.

3.8.3.

Tħassib ieħor, li tqajjem ukoll mir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, huwa d-deterjorament tal-istat tad-dritt f’xi Stati Membri, li indirettament għandu impatt negattiv fuq il-kwalità u l-effettività tal-miżuri tal-politika ta’ koeżjoni.

3.8.4.

Il-KESE jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni tal-UE jinvolvu lill-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili bl-aktar mod wiesa’ u ġenwin possibbli fit-tfassil tal-politika ta’ koeżjoni u fil-monitoraġġ tal-effetti tagħha. Din l-inklużjoni ser tgħin ukoll biex jitkejjel sa liema punt intlaħqu l-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni, li m’għandhomx ikunu bbażati biss fuq indikaturi kwantitattivi, iżda wkoll fuq indikaturi kwalitattivi li jgħinu jkejlu l-iżvilupp, u mhux biss it-tkabbir.

3.9.   Il-ġestjoni tal-fondi u tal-proġetti tal-politika ta’ koeżjoni

3.9.1.

Il-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq japplikaw ukoll għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ programmi marbuta mal-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u għall-proċess biex jintgħażlu l-proġetti li għandhom jiġu implimentati. F’dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni lill-frammentazzjoni dejjem tikber tal-politiki pubbliċi, li tmur kontra approċċ komprensiv u minn isfel għal fuq biex jissolvew il-problemi permezz ta’ proġetti transindustrijali. Dawk involuti fid-djalogu soċjali u ċivili fil-livell reġjonali u lokali għandu jkollhom rwol importanti fl-ippjanar u l-koordinazzjoni, peress li jafu x’inhuma l-ħtiġijiet reali u kif jistgħu jiġu ssodisfati. Il-proġetti għandhom jiġu ppjanati b’tali mod li tiġi żgurata l-flessibbiltà biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom, u l-persuni li jiġġestixxu dawn il-proġetti għandu jkollhom aċċess għal mezzi effiċjenti ta’ komunikazzjoni mad-detenturi tal-fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-ħolqien ta’ sinerġija ċara bejn il-proġett ikkuntrattat u r-realtajiet ekonomiċi ġodda li jikkonċernaw iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-materja prima għandu jkun preokkupazzjoni biex tinkiseb rata ta’ assorbiment adatta.

3.9.2.

Strumenti bħall-Investimenti Territorjali Integrati għandhom jiġu promossi, iffinanzjati aħjar u estiżi fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027.

3.9.3.

Għandha tittieħed ukoll azzjoni biex tiġi limitata l-burokrazija, b’mod partikolari billi jiġu eżaminati r-riżultati li nkisbu u mhux il-mod kif inkisbu, peress li tali mod jinvolvi proċeduri amministrattivi kumplessi kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-amministrazzjonijiet pubbliċi. F’dan il-kuntest, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li l-valutazzjoni regolari tagħha tal-ispejjeż amministrattivi tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE fi Stati Membri speċifiċi u l-valutazzjonijiet relatati ta’ żidiet mhux ġustifikati tar-rekwiżiti għall-użu tal-fondi (regolamentazzjoni żejda) fil-livell nazzjonali jew reġjonali jwasslu għal konsegwenzi għal dawk l-Istati Membri u r-reġjuni.

3.10.   L-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija

3.10.1.

Huwa estremament importanti li l-Kummissjoni timmonitorja kontinwament l-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija fl-Istati Membri. Il-bażi legali għal dan il-prinċipju hija l-Artikolu 8 tar-Regolament qafas il-ġdid (14) u l-implimentazzjoni tiegħu hija deskritta fil-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar is-Sħubija, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 (15). Hija bbażata fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ programmi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea ma’ firxa wiesgħa ta’ msieħba, b’mod partikolari l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili. L-applikazzjoni sħiħa u trasparenti ta’ dan il-prinċipju għandha effett pożittiv fuq iż-żieda fl-involviment pubbliku u l-involviment tas-soċjetà ċivili, kif ukoll fuq l-ippjanar ta’ azzjonijiet aktar rilevanti u komplementari, u b’hekk jiġi promoss użu aktar effettiv u effiċjenti tal-baġit tal-UE. F’dan il-kuntest, il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea fasslet dokument dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 sabiex tirrevedi l-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar is-Sħubija.

3.11.   Forum dwar il-Koeżjoni

3.11.1.

F’dan il-kuntest, il-Kumitat jilqa’ r-riżultati tat-Tmien Forum dwar il-Koeżjoni, li sar fis-17 u t-18 ta’ Marzu 2022, bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-KESE stess.

3.11.2.

Il-KESE ripetutament ippropona (16) li l-politika ta’ koeżjoni u l-fondi Ewropej li jappoġġjawha għandhom jiġu eżaminati kull sena fil-kuntest ta’ Summit Ewropew apposta. F’dan il-kuntest, il-Kumitat jinsab lest li jorganizza avveniment annwali ddedikat għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni, bil-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili flimkien mal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  COM(2022) 109 final.

(2)  COM(2022) 145 final.

(3)  COM(2022) 109 final.

(4)  COM(2022) 145 final.

(5)  https://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/informat/2014/smart_specialisation_mt.pdf

(6)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jindirizza sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ force majeure fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil (COM(2020) 613 final).

(7)  ĠU C 155, 30.4.2021, p. 45.

(8)  ĠU C 429, 11.12.2020, p. 131.

(9)  Opinjoni tal-KESE dwar Voluntiera – Iċ-ċittadini jibnu l-ġejjieni tal-Ewropa (Opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 152 6.4.2022, p. 19).

(10)  https://www.un.org/sustainabledevelopment/sustainable-development-goals/

(11)  Opinjoni tal-KESE dwar Lejn strateġija tal-UE biex jissaħħu l-ħiliet u l-kompetenzi ekoloġiċi għal kulħadd (Opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 56, 16.2.2021, p. 1).

(12)  ĠU C 155, 30.4.2021, p. 45.

(13)  ĠU C 248, 25.8.2011, p. 68.

(14)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(15)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).

(16)  ĠU C 248, 25.8.2011, p. 68; ĠU C 242, 23.7.2015, p. 43.


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/62


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għall-apprendiment tul il-ħajja u għall-impjegabbiltà”

(COM(2021) 770 final)

u “Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kontijiet individwali tal-apprendiment”

(COM(2021) 773 final)

(2022/C 323/11)

Relatur:

Tatjana BABRAUSKIENĖ

Korelatur:

Mariya MINCHEVA

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 21.1.2022

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza

Adottata fis-sezzjoni

3.5.2022

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

204/2/4

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jistieden għal darb’oħra lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jsaħħu l-politiki dwar l-apprendiment għall-adulti biex jagħmlu tali apprendiment – inklużiv u ta’ kwalità tajba – għall-ħiliet għall-ħajja, dritt għall-adulti kollha u tintlaħaq u tinqabeż il-mira ta’ 60 % tal-parteċipazzjoni fl-apprendiment għall-adulti kull sena. L-implimentazzjoni effettiva tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali titlob ukoll li jiġu indirizzati n-nuqqas ta’ spariġġ fil-ħiliet u t-titjib tal-governanza u l-finanzjament għall-apprendiment għall-adulti, inkluż it-taħriġ tal-impjegati. Huwa importanti wkoll li l-investimenti, ir-riformi meħtieġa u d-djalogu soċjali effettiv immirati lejn it-trawwim tal-iżvilupp tal-ħiliet, f’konformità mal-ewwel prinċipju tal-Pilastru dwar id-dritt għat-taħriġ u għall-apprendiment tul il-ħajja, ikunu parti integrali mill-kuntest tas-Semestru Ewropew.

1.2.

Il-KESE jfakkar fl-importanza tal-Opinjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-apprendiment tul il-ħajja u l-apprendiment għall-adulti b’rabta mal-inizjattivi dwar il-kontijiet individwali tal-apprendiment u l-mikrokredenzjali. B’mod partikolari, jisħaq li “t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid huma tal-akbar importanza għall-appoġġ tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali tal-industriji, u jeħtieġ li dawn jitqiesu bħala responsabbiltà soċjali u ekonomika sabiex jiġi żgurat taħriġ inklużiv għal impjiegi ta’ kwalità tajba, u tranżizzjoni ġusta għal kulħadd. Huma meħtieġa strateġiji industrijali li jħarsu ’l quddiem, inklużi politiki effettivi dwar il-ħiliet, biex jappoġġjaw it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol. Dawn jistgħu jgħinu biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u soċjalment ġusta lejn ekonomija newtrali għall-klima permezz tal-ibbilanċjar tas-suq tax-xogħol li jikkontribwixxi għal diġitalizzazzjoni inklużiva u impjiegi ta’ kwalità għolja. Il-kumpaniji jeħtieġu appoġġ effettiv biex isaħħu u jiffinanzjaw l-istrateġiji tagħhom għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-forzi tax-xogħol tagħhom biex iħeġġu l-innovazzjoni. Fl-istess ħin, l-interess ekonomiku u soċjali ġenerali għandu jiġi rrispettat. Il-ftehimiet kollettivi għandhom jiddeterminaw l-aċċess għal tipi differenti ta’ liv bi ħlas għall-edukazzjoni għall-ħtiġijiet personali u professjonali tal-ħaddiema” (1). Fejn il-liv bi ħlas ma jkunx ġie maqbul bejn l-imsieħba soċjali u jkun fuq inizjattiva tal-gvern, dan għandu jiġi ffinanzjat mir-riżorsi pubbliċi.

1.3.

L-invenzjoni u t-tixrid rapidi ta’ teknoloġiji ġodda jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid effettivi. L-investiment fl-apprendiment għall-adulti u fl-iżvilupp tal-ħiliet jista’ jkollu rwol kruċjali fl-irkupru ekonomiku u fil-bini ta’ Ewropa soċjali. Il-kontijiet tal-apprendiment individwali jistgħu jkunu biss wieħed mill-approċċi u l-għodod finanzjarji kkunsidrati mill-Istati Membri tal-UE u mill-imsieħba soċjali. Il-miżuri proposti ma għandhomx jissostitwixxu: il-forom eżistenti għall-għoti tat-taħriġ implimentati mill-impjegaturi u mis-servizzi tal-impjieg pubbliċi u privati; l-appoġġ pubbliku għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ; jew tipi oħra ta’ appoġġ. B’mod partikolari, il-fondi għat-taħriġ ġestiti mill-imsieħba soċjali huma mod effettiv biex jingħata t-taħriġ b’rispons għall-bżonnijiet identifikati fil-livell nazzjonali u settorjali.

1.4.

Il-provvista ta’ forza tax-xogħol b’ħiliet suffiċjenti u impjegabbiltà mtejba hija kundizzjoni ewlenija biex in-negozji u s-soċjetà jirnexxu u jikbru, biex jimpjegaw lin-nies, u biex jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-politika stabbiliti mill-Unjoni Ewropea. Diġà bħalissa jeżisti nuqqas ta’ spariġġ fil-ħiliet u nuqqas ta’ ħaddiema f’għadd ta’ setturi u reġjuni u dawn ser ikomplu jikbru. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri u l-impjegaturi għandhom rwol importanti fil-finanzjament u l-inċentivar tal-parteċipazzjoni fit-taħriġ. L-iżvilupp tal-ħiliet għandu jirrifletti l-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol jekk l-Ewropa trid issaħħaħ il-kompetittività fit-tul tagħha u l-kapaċità li tixpruna l-innovazzjoni, ħaġa li hija importanti kemm għan-negozji kif ukoll għall-impjegati.

1.5.

Il-ħaddiema jaffaċċjaw bosta ostakli fl-aċċess għat-taħriġ. Jekk l-individwi jingħataw aktar kontroll fuq it-taħriġ tagħhom stess, huwa importanti li jiġi żgurat li jirċievu gwida u appoġġ effettivi biex jagħżlu u jaċċessaw korsijiet ta’ taħriġ li jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet tagħhom. Dan jiżgura wkoll l-aħjar investiment fit-taħriġ peress li t-taħriġ ikun jirrifletti mill-qrib il-ħtiġijiet identifikati ta’ kull individwu. F’każ ta’ taħriġ orjentat lejn l-impjieg, approċċ purament individwalizzat jista’ jdgħajjef ir-rabta bejn il-finanzjament u l-kontenut tal-offerta ta’ taħriġ u b’hekk potenzjalment jissarraf f’taħriġ inqas orjentat lejn l-impjieg u għaldaqstant mhux adattat biżżejjed għall-ħtiġijiet tal-impjegaturi.

1.6.

Il-KESE jaqbel mal-opinjoni tripartitika tal-Kumitat Konsultattiv għat-Taħriġ Vokazzjonali li tgħid li hemm bżonn li l-kundizzjonijiet għall-aċċess u għall-eliġibbiltà għat-taħriġ ikunu mfassla apposta għas-sitwazzjonijiet u r-realtajiet differenti permezz ta’ taħlita adatta ta’ arranġamenti. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-qsim tal-kompetenzi u l-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif ukoll l-ispeċifiċitajiet nazzjonali u l-oqfsa legali ta’ kull Stat Membru. Meta jiġu adottati u implimentati l-proposti għall-kontijiet individwali tal-apprendiment u l-mikrokredenzjali, dawn għandhom ikunu kompatibbli mas-sistemi tas-CVET eżistenti tal-Istati Membri, mar-rwol tan-negozjar kollettiv, mar-regolamentazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u mal-intitolament għall-btajjel għall-impjegati.

1.7.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrispettaw l-istrumenti nazzjonali u settorjali u l-iskemi ta’ finanzjament eżistenti, u jagħmlu distinzjoni bejn “dritt/intitolament”, termini li għadhom mhumiex definiti mil-liġi jew minn ftehimiet kollettivi f’ċerti pajjiżi u setturi, u “kont tat-taħriġ”. Il-KESE jitlob li l-proposti jiżguraw li l-adulti kollha, speċjalment dawk l-iżjed vulnerabbli, ikollhom id-dritt jaċċessaw taħriġ għall-impjegati effettiv, ta’ kwalità tajba u inkużiv, liv edukattiv bi ħlas, kwalifika sħiħa, il-validazzjoni ta’ apprendiment informali u mhux formali, u gwida u għoti ta’ pariri. L-Istati Membri qed jintalbu jtejbu s-sistemi ta’ apprendiment għall-adulti u tas-CVET tagħhom fejn meħtieġ, wara djalogu soċjali effettiv u konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti. Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-kontijiet individwali tal-apprendiment jistgħu jintużaw għal taħriġ, validazzjoni u gwida għall-karriera.

1.8.

Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ standards tal-kwalità fis-suq tat-taħriġ, b’mod partikolari rigward il-mikrokredenzjali, u l-vantaġġi u l-iżvantaġġi possibbli ta’ approċċi differenti għall-finanzjament tal-apprendiment għall-adulti (eż. kontijiet individwali tal-apprendiment), inkluż ir-relazzjoni tal-kostijiet mal-benefiċċji, il-piż u l-kostijiet amministrattivi, il-bidla miksuba fl-istatus (livell ta’ kwalifika formali ogħla), l-assigurazzjoni tal-kwalità, l-eżitu rilevanti għas-suq tax-xogħol, il-valur miżjud għall-iżvilupp tal-karriera u r-rata ta’ parteċipazzjoni tal-grupp fil-mira ewlieni ta’ persuni b’livell baxx ta’ kwalifiki. Il-KESE jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni tal-impatt dwar il-mikrokredenzjali peress li l-proposta jista’ jkollha impatt fuq l-arranġamenti nazzjonali eżistenti, speċjalment fuq il-kwalifiki u l-ftehimiet kollettivi. F’dan ir-rigward, hemm bżonn jiġi żgurat djalogu soċjali effettiv u konsultazzjoni effettiva, inkluż mas-soċjetà ċivili organizzata, dwar jekk u kif l-inizjattivi Ewropej dwar il-kontijiet individwali tal-apprendiment u l-mikrokredenzjali jistgħu jkunu ta’ valur miżjud fit-titjib tas-sistemi ta’ taħriġ nazzjonali u settorjali.

1.9.

Il-KESE jisħaq li l-katalgu tal-mikrokredenzjali tal-fornituri tal-VET għandu jiġi stabbilit bl-involviment tal-imsieħba soċjali u tal-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ abbażi tal-istandards tal-kwalità tal-provvista. Il-katalgu għandu jinkludi l-eżiti tal-apprendiment tal-mikrokredenzjali u r-rikonoxximent tagħhom minn fornituri oħrajn ta’ edukazzjoni u taħriġ u mill-impjegaturi.

1.10.

Il-KESE jfakkar fl-importanza tal-liv edukattiv bi ħlas (2) anke f’konformità mal-ILO 140 (irratifikata fi 11-il Stat Membru (3)), u jinnota li l-proposta dwar il-kontijiet individwali tal-apprendiment għandha tkun kompatibbli mas-sistemi nazzjonali meta titlob lill-Istati Membri jfasslu sistemi b’rabta ma’ tali kontijiet għal skopijiet tas-suq tax-xogħol biss, peress li f’għadd ta’ Stati Membri l-liv edukattiv bi ħlas jista’ jintuża wkoll għal skopijiet ta’ żvilupp personali jew biex jiġi kkompletat programm ta’ studju (eż. grad universitarju).

1.11.

Il-KESE jfakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-involviment effettiv tal-imsieħba soċjali fil-governanza tal-apprendiment għall-adulti, it-taħriġ għall-impjegati u s-sistemi tal-liv edukattiv bi ħlas huwa essenzjali, inkluż il-promozzjoni ta’ azzjonijiet konġunti fost is-sħab soċjali. Jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu kkonsultati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti dwar l-apprendiment għall-adulti.

1.12.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-iskambju ta’ prattiki tajbin u ta’ apprendiment reċiproku bejn l-Istati Membri, bl-involviment tal-imsieħba soċjali. Il-fokus għandu jkun fuq kif l-aħjar jiġi żgurat aċċess effettiv għat-taħriġ u kif jistgħu jittejbu b’mod partikolari s-sistemi ta’ apprendiment għall-adulti u l-istrateġiji għall-ħiliet tal-Istati Membri, kif ukoll il-mekkaniżmi finanzjarji u t-tipi ta’ taħriġ tagħhom, inklużi l-mikrokredenzjali. Il-KESE jitlob ukoll li l-Kumitat Konsultattiv għat-Taħriġ Vokazzjonali tripartitiku jiġi involut fis-segwitu għall-proposti u li jieħu rwol attiv fir-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattivi u fl-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ f’kooperazzjoni mal-Kumitat tal-Impjiegi.

1.13.

Il-KESE jistieden lill-Istati Membri jorbtu l-inizjattivi dwar il-kontijiet individwali tal-apprendiment u l-mikrokredenzjali mal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (4). Dan jiżgura li l-adulti kollha b’livell baxx ta’ ħiliet u kwalifiki jkunu jistgħu jiżviluppaw il-ħiliet bażiċi u l-ħiliet professjonali tagħhom, u li jiġu ggwidati u mmotivati jieħdu sehem f’taħriġ biex itejbu ħajjithom u l-impjegabbiltà tagħhom u biex jiġi żgurat li 80 % tal-adulti jkollhom ħiliet diġitali bażiċi.

1.14.

Il-KESE jfakkar li l-kontijiet individwali tal-apprendiment u sistemi finanzjarji simili jeħtiġilhom li jappoġġjaw l-aċċess għal korsijiet ta’ taħriġ rikonoxxuti u vvalidati u jippermettu lill-ħaddiema jieħdu sehem fi proċessi biex il-ħiliet u l-esperjenza tax-xogħol tagħhom jiġu vvalidati. Il-mikrokredenzjali jeħtiġilhom ikunu rikonoxxuti mill-awtoritajiet rilevanti bl-involviment tal-imsieħba soċjali. Il-KESE jsejjaħ għall-implimentazzjoni effettiva tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (5) u biex jiġi allokat biżżejjed finanzjament pubbliku lis-sistemi ta’ validazzjoni f’kull pajjiż tal-UE. Billi jiżguraw li t-taħriġ jiġi rikonoxxut, l-impjegaturi u l-unions jistgħu jtejbu l-kwalifiki tal-ħaddiema u jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-karriera tagħhom u għal tranżizzjoni ġusta fis-suq tax-xogħol.

1.15.

Il-KESE huwa tal-fehma li huwa importanti li l-inizjattivi jindirizzaw il-ħtiġijiet tat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-adulti u tal-forza tax-xogħol kollha kemm hi (ħaddiema/impjegati/persuni li jaħdmu għal rashom) kif ukoll gruppi fil-mira oħra (eż. il-persuni qiegħda fit-tul, l-individwi inattivi, u speċifikament il-persuni li jirritornaw għax-xogħol wara l-liv tal-ġenituri (6), il-persuni b’diżabilità, il-persuni rtirati, in-nisa, iż-żgħażagħ taħt it-30 sena u n-NEETs) sabiex ikollhom aċċess effettiv għal taħriġ ta’ kwalità tajba u inklużiv. Is-sitwazzjoni speċifika ta’ ħaddiema mhux standard u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom jeħtieġ li tiġi indirizzata b’urġenza u kif imiss, b’rispett lejn ir-rwol ewlieni tal-imsieħba soċjali f’termini tat-taħriġ tal-impjegati. Ir-rwol tal-kumpaniji fl-appoġġ tat-taħriġ tal-ħaddiema tagħhom huwa essenzjali, bħal ma hu dak tal-Istati Membri fil-forniment tar-riżorsi li jiżguraw l-aċċess għall-apprendiment għall-adulti. Peress li 90 % tat-taħriġ relatat mal-impjiegi fl-UE huwa ffinanzjat mill-impjegaturi (7), l-impenn u r-rwol pożittiv tagħhom fl-iżvilupp tal-ħiliet jeħtieġ li jiġi rikonoxxut bis-sħiħ u appoġġjat mill-UE.

1.16.

Il-KESE jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw strumenti possibbli għall-portabbiltà tal-kontijiet individwali tal-apprendiment, pereżempju billi jistabbilixxu ftehimiet bilaterali. Il-KESE jitlob l-inklużjoni ta’ “sistema tal-governanza bl-involviment tal-imsieħba soċjali” fost l-istandards tal-kwalità għall-mikrokredenzjali tal-UE u jitlob li l-mikrokredenzjali jiġu kkunsidrati flimkien mal-kwalifiki sħaħ u t-taħriġ għall-impjegati. Il-KESE jitlob li l-fornituri tat-taħriġ jippubblikaw katalgi tal-mikrokredenzjali li joffru, inklużi l-eżiti tal-apprendiment, u l-politika tagħhom dwar ir-rikonoxximent tal-mikrokredenzjali minn fornituri u kumpaniji oħra. It-titjib tal-aċċess għall-forom kollha ta’ edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità tajba u inklużivi (inklużi l-mikrokredenzjali) għall-istudenti kollha, inklużi gruppi żvantaġġati u vulnerabbli huwa importanti biex jiġi żgurat aċċess ugwali għal programmi ta’ studju u kwalifiki sħaħ. Għandu jingħata appoġġ effiċjenti (finanzjarju u mhux finanzjarju) lil persuni f’forom ta’ xogħol mhux standard, sabiex ikunu jistgħu jaċċessaw korsijiet, inklużi l-mikrokredenzjali, għall-iżvilupp professjonali u l-mobbiltà, u jiġu żgurati l-aċċessibbiltà u l-użu ta’ materjali u għodod ta’ taħriġ, kemm jekk ikunu virtwali kif ukoll jekk le b’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

2.   Kummenti ġenerali

2.1.

Fl-10 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kontijiet individwali tal-apprendiment (9) u l-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għall-apprendiment tul il-ħajja u għall-impjegabbiltà (10). Dawn l-inizjattivi għandhom l-għan li jappoġġjaw il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jiffissa mira ġdida li mill-anqas 60 % tal-adulti għandhom jieħdu sehem f’taħriġ kull sena sal-2030. Dan sabiex jiġi żgurat li kulħadd ikollu “d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklussivi” (prinċipju 1), “[i]rrispettivament mit-tip u d-durata tar-relazzjoni tax-xogħol” (prinċipju 5), inkluż id-dritt li kulħadd “jittrasferixxi l-intitolamenti ta’ taħriġ matul tranżizzjonijiet professjonali” (prinċipju 4). Huwa importanti wkoll li l-investimenti, ir-riformi meħtieġa u d-djalogu soċjali effettiv immirati lejn it-trawwim tal-iżvilupp tal-ħiliet, f’konformità mal-ewwel prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali dwar id-dritt għat-taħriġ u għall-apprendiment tul il-ħajja, ikunu parti integrali mill-kuntest tas-Semestru Ewropew.

2.2.

Bil-għan li jikkontribwixxi għall-proposta dwar kontijiet individwali tal-apprendiment, fis-16 ta’ Awwissu 2021, il-Kumitat Konsultattiv dwar it-Taħriġ Vokazzjonali tripartitiku tal-gvernijiet u tal-imsieħba soċjali adotta opinjoni dwar il-kontijiet individwali tal-apprendiment u t-tisħiħ tal-għoti ta’ taħriġ fl-Ewropa (11). Din l-opinjoni tripartitika ttenni li l-pandemija tal-COVID-19, id-diġitilizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni qed ikollhom impatt enormi fuq l-ekonomija Ewropea, l-industriji u l-forza tax-xogħol Ewropea li qed jaffaċċjaw sfida kbira biex jadattaw għal xogħol li qed jinbidel malajr. Il-pandemija ħaffet il-pass ta’ bidliet strutturali f’ħafna setturi, u żiedet ir-ritmu tat-trasformazzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Dan jingħaqad mal-isfidi kurrenti tal-bidla demografika, il-ħtiġijiet ġodda ta’ taħriġ u n-nuqqas ta’ spariġġ fil-ħiliet. L-opinjoni tripartitika tenfasizza wkoll li meta jiġu kkunsidrati r-realtajiet kollha tas-suq tax-xogħol, jeħtieġ li l-kundizzjonijet għall-aċċess u għall-intitolament għal taħriġ jitfasslu apposta skont sitwazzjonijiet u realtajiet differenti permezz ta’ taħlita adatta ta’ arranġamenti.

2.3.

Il-proġett Ewropew tal-2021 tal-imsieħba soċjali dwar il-ħiliet, l-innovazzjoni u t-taħriġ jidentifika wkoll fost is-sejbiet tiegħu li l-intrapriżi u l-ħaddiema għandhom rwol kruċjali fl-innovazzjoni u fl-iżvilupp ta’ ħiliet u kompetenzi ġodda pprovduti mit-taħriġ tal-impjegati, u li huma kruċjali biex jadattaw għal ambjent li qed jinbidel. Għaldaqstant, l-għoti ta’, u l-aċċess għal, taħriġ tal-impjegati li jwieġeb għall-ħtiġijiet tal-impjegaturi u tal-ħaddiema għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi u mudelli tan-negozju u li jippermetti lill-ħaddiema jsibu u jżommu impjiegi li jikkorrispondu għall-ħiliet, l-aspettattivi u l-kompetenzi tagħhom huwa vitali (12). Għal dan il-għan, sfida ewlenija hija sabiex isiru disponibbli għodod differenti, inklużi vawċers, liv għat-taħriġ edukattiv bi ħlas (bil-liġi jew permezz ta’ ftehimiet kollettivi), kontijiet tat-taħriġ personali jew fondi tat-taħriġ (transindustrijali jew settorjali), interoperabbli u allinjati mal-qafas istituzzjonali speċifiku tal-pajjiż (13).

2.4.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew il-ftehimiet kollettivi jiżguraw id-dritt tal-individwu għal edukazzjoni u taħriġ, inkluż l-apprendiment u t-taħriġ għall-adulti, u liv edukattiv bi ħlas għal taħriġ rilevanti għax-xogħol f’ċerti Stati Membri. Fl-Ewropa, l-imsieħba soċjali, id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv għandhom rwol kruċjali biex jiġi ffaċilitat l-aċċess effettiv tal-impjegati għal taħriġ b’modi differenti f’kull pajjiż. Jistgħu jikkunsidraw l-approċċi eżistenti nazzjonali u/jew settorjali jew approċċi alternattivi oħrajn għal mudell tal-kontijiet individwali tal-apprendiment biex ikunu adattati aħjar għat-trawwim tal-għoti tat-taħriġ fi ħdan il-kuntest nazzjonali. L-involviment effettiv tal-imsieħba soċjali nazzjonali u settorjali f’dan ir-rigward għandu jkun rispettat u żgurat.

2.5.

Oqfsa diversi legali u/jew ta’negozjar kollettiv jirriflettu l-għażla ta’ kull Stat Membru li jadotta u jimplimenta l-politiki ta’ taħriġ tiegħu stess u jkompli jibni fuq mekkaniżmi eżistenti ta’ finanzjament. B’dan il-mod, kont individwali tal-apprendiment jista’ jkun biss wieħed mill-approċċi u l-għodod finanzjarji kkunsidrati mill-Istati Membri tal-UE u mill-imsieħba soċjali. Approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd mhux ser jirnexxi u s-sistemi ta’ taħriġ u l-karatteristiċi settorjali distintivi tal-Istati Membri jridu jiġu rispettati. Id-deċiżjoni dwar jekk jiġix adottat il-kont individwali tal-apprendiment jew le bħala wieħed mill-mekkaniżmi għall-għoti u l-finanzjament tat-taħriġ għandha tibqa’ kompletament fil-kompetenza tal-Istati Membri bl-istess mod li s-suq tat-taħriġ huwa regolat fil-livell nazzjonali. Il-KESE jenfasizza li l-Istati Membri, f’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, ukoll għandhom il-libertà jiddeċiedu li ma jadottawx approċċ ta’ kont individwali tal-apprendiment u jistgħu minflok jadattaw jew ikomplu jiżviluppaw l-approċċi eżistenti tagħhom għall-għoti tat-taħriġ.

2.6.

Il-KESE jfakkar li “Jenħtieġ li l-miżuri deskritti f’din ir-Rakkomandazzjoni ma jissostitwixxux l-għoti ta’ taħriġ mill-impjegaturi, mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, l-appoġġ pubbliku għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ jew tipi oħra ta’ appoġġ” (14). Il-KESE jaqbel li r-Rakkomandazzjoni “jenħtieġ li ma twaqqaf[x] [lill-Istati Membri]milli jżommu jew jistabbilixxu dispożizzjonijiet aktar avvanzati dwar l-apprendiment/it-taħriġ għall-adulti minn dawk rakkomandati” (15) fir-Rakkomandazzjoni u li “jenħtieġ li [din ir-Rakkomandazzjoni] ma tillimitax l-awtonomija tas-sħab soċjali fejn dawn ikunu responsabbli għall-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ skemi ta’ taħriġ” (16).

2.7.

Il-KESE jirreferi għall-Opinjoni reċenti tiegħu (17) li tgħid li “l-invenzjoni (…) u t-tixrid [rapidi] ta’ teknoloġiji ġodda jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid effettivi. Il-KESE jenfasizza li l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq is-soċjetà u l-ekonomija tal-Ewropa kompla jenfasizza l-importanza ta’ politiki effettivi dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ u impjiegi ta’ kwalità għolja fl-appoġġ għal irkupru u reżiljenza soċjali u ekonomiċi ġusti u sostenibbli, li huma kruċjali biex jgħinu lill-Ewropa tegħleb il-konsegwenzi tal-pandemija. L-investiment fit-tagħlim għall-adulti u fl-iżvilupp tal-ħiliet jista’ jkollu rwol kruċjali fl-irkupru ekonomiku u f’Ewropa soċjali”.

2.8.

Il-KESE jfakkar li l-ostakli għall-adulti u għall-ħaddiema biex jaċċessaw it-taħriġ huma ħafna, inklużi n-nuqqas ta’ ħin, finanzjament, motivazzjoni, gwida ta’ kwalità u għoti ta’ pariri mhux suffiċjenti, xi kultant in-nuqqas ta’ taħriġ ta’ kwalità disponibbli, ta’ appoġġ mill-post tax-xogħol (sostituzzjoni) speċjalment fl-SMEs u n-nuqqaas ta’ rispett tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Huwa importanti li l-individwi jingħataw il-kontroll tat-taħriġ tagħhom stess meta jkun hemm garanzija ta’ appoġġ effettiv għalihom biex jaċċessaw u jsegwu taħriġ rilevanti għas-suq tax-xogħol. Dan jinkludi l-appoġġ għall-individwi billi jiġu pprovduti pariri u gwida dwar tipi adatti ta’ taħriġ. Il-ħaddiema jeħtieġu aċċess għal taħriġ fil-kumpanija stess u l-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet jeħtieġu appoġġ immirat speċjalment b’rabta mat-taħriġ online. It-taħriġ online joffri ħafna opportunitajiet biex jitwessa’ l-aċċess għall-apprendiment għall-adulti, iżda l-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet jista’ ma jkollhomx il-ħiliet biex jieħdu vantaġġ minn dan it-tip ta’ taħriġ u jistgħu jkunu jeħtieġu appoġġ addizzjonali (18).

2.9.

Sabiex jiġu indirizzati l-ostakli differenti għall-aċċess għat-taħriġ u tiżdied il-motivazzjoni tal-adulti sabiex jipparteċipaw f’taħriġ, l-ostakli għandhom jiġu kkunsidrati wkoll mill-perspettiva tal-istatus tal-impjieg u tal-edukazzjoni tal-individwu. L-istrument għandu jiġi appoġġjat bl-għoti ta’ gwida u pariri effettivi. L-istrateġija tal-ħidma biex jintlaħqu n-nies jeħtieġ li titjieb. Sabiex jitnaqqas in-nuqqas ta’ spariġġ eżistenti fil-ħiliet, il-ħtiġijiet tat-taħriġ iridu jiġu identifikati bil-quddiem u l-korsijiet tat-taħriġ iridu jkunu immirati kif imiss. Huma meħtieġa wkoll sistemi ta’ appoġġ għall-apprendiment komprensivi biex jiġu żgurati sinerġiji aktar b’saħħithom bejn l-inċentivi finanzjarji, is-servizzi ta’ gwida, u l-aċċess għall-proċeduri ta’ validazzjoni u rikonoxximent (19).

2.10.

Il-KESE huwa mħasseb li approċċ purament individwalizzat jista’ jdgħajjef ir-rabta bejn il-finanzjament u l-kontenut tal-offerta ta’ taħriġ u b’hekk potenzjalment jissarraf f’taħriġ inqas orjentat lejn l-impjieg u għaldaqstant mhux adattat biżżejjed għall-ħtiġijiet tal-impjegaturi. Peress li 90 % tat-taħriġ relatat mal-impjieg fl-UE huwa ffinanzjat mill-impjegaturi (20), l-impenn u r-rwol pożittiv tagħhom għall-iżvilupp tal-ħiliet jeħtieġ li jkun rikonoxxut bis-sħiħ u appoġġjat mill-UE. L-imsieħba soċjali għandhom rwol ewlieni x’jaqdu biex, ilkoll flimkien, irawmu l-għoti tat-taħriġ u l-parteċipazzjoni fih. B’mod partikolari, il-fondi għat-taħriġ ġestiti mill-imsieħba soċjali huma mod effettiv biex jingħata taħriġ b’rispons għall-ħtiġijiet identifikati fil-livell nazzjonali u settorjali. Il-kontributi finanzjarji u mhux finanzjarji tal-individwi għandhom ikunu rikonoxxuti u appoġġjati.

2.11.

Il-KESE jirrikonoxxi r-rwol komplementari li jista’ jkollhom l-mikrokredenzjali biex jestendu l-aċċess għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol li qed jevolvu. Il-KESE jilqa’ wkoll il-fatt li l-Istati Membri huma inkoraġġuti jorbtu l-mikrokredenzjali mal-politiki dwar l-impjieg tagħhom, inklużi politiki attivi dwar is-suq tax-xogħol, bil-għan li jgħinu biex jitnaqqas in-nuqqas ta’ spariġġ fil-ħiliet fis-setturi u r-reġjuni filwaqt li jirrispettaw l-aċċess għal kwalifiki sħaħ. Rigward il-“kumulabbiltà” tal-mikrokredenzjali, il-KESE jensfasizza li dawn ma għandhomx jitqiesu bħala sostitut għal kwalifiki sħaħ. Għalhekk, l-Istat Membri għandhom jiġu inkoraġġuti jinkludu l-mikrokredenzjali fl-oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki. L-imsieħba soċjali għandhom ikunu involuti fit-tfassil ta’ dan fil-livell nazzjonali u fir-riflessjoni dwar kif il-mikrokredenzjali jistgħu jiġu rikonoxxuti u miżjuda mal-kwalifiki parzjali.

2.12.

Il-mikrokredenzjali jistgħu jkunu importanti biex jgħinu lill-adulti jtejbu u jitħarrġu mill-ġdid il-ħiliet tagħhom jew jagħmlu t-tranżizzjoni lejn opportunitajiet ta’ xogħol ġodda meta l-istandards tal-kwalità tal-mikrokredenzjali jkunu definiti sew u spjegati b’mod ċar lill-istudenti. Filwaqt li l-mikrokredenzjali jistgħu jkunu forma ta’ taħriġ li hija aċċessata permezz ta’ kont individwali potenzjali tal-apprendiment, dawn għandhom jiġu meqjusa bħala separati minn kont individwali tal-apprendiment u bħala parti mis-sett ta’ għodod addizzjonali għall-apprendiment kontinwu. Il-KESE jilqa’ wkoll il-fatt li fost il-fornituri tal-mikrokredenzjali, l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni jirrikonoxxi lill-imsieħba soċjali u jistieden lill-Istati Membri biex jippromovu l-iżvilupp ta’ mikrokredenzjali mfassla u approvati mir-rappreżentanti tal-impjegaturi u tal-ħaddiema permezz tad-djalogu soċjali.

3.   Kummenti speċifiċi

3.1.

Il-moviment ħieles tal-ħaddiema jista’ jgħin fl-indirizzar tal-isfidi tan-nuqqas ta’ spariġġ fil-ħiliet u n-nuqqas ta’ ħiliet. Ir-regolamenti dwar ir-rekwiżiti tal-kwalifiki jridu jibqgħu kompetenza nazzjonali bl-involviment tal-imsieħba soċjali, pereżempju, fil-validazzjoni tal-ħiliet, inklużi l-mikrokredenzjali, u filwaqt li jitnaqqas l-għadd ta’ professjonijiet regolati. It-tlaqqigħ aħjar ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi b’ħiliet speċjalizzati ma’ pożizzjonijiet vakanti li jirrikjedu livelli differenti ta’ kwalifiki u snin ta’ esperjenza tax-xogħol jista’ jaqdi rwol ukoll. Il-pakkett li jmiss tal-Kummissjoni dwar il-ħiliet u t-talent (21), inklużi x-xenarji possibbli għal Riżerva ta’ Talent tal-UE jista’ jkollu rwol importanti f’dan ir-rigward.

3.2.

Il-ftehimiet kollettivi huma mezz importanti li permezz tiegħu l-għoti ta’ liv edukattiv bi ħlas jista’ jrawwem l-aċċess tal-ħaddiema għal taħriġ rilevanti għas-suq tax-xogħol. Dawn il-ftehimiet għandhom rwol partikolarment importanti fl-identifikazzjoni ta’ modi kif jiġi aċċessat il-liv edukattiv bi ħlas għall-ħaddiema f’SMEs li tipikament jesperjenzaw telf akbar tal-kapaċità produttiva meta l-ħaddiema jkunu assenti minħabba t-taħriġ. Importanti li wieħed jisħaq li l-inizjattivi leġiżlattivi fil-livell tal-UE jew nazzjonali ma jridux jikkompromettu l-proċess ta’ negozjar kollettiv jew l-awtonomija tal-imsieħba soċjali fis-sejbien ta’ soluzzjonijiet għal kwistjonijiet li huma importanti biex is-swieq tax-xogħol nazzjonali jiffunzjonaw sew, inkluż soluzzjonijiet għall-iżvilupp tal-ħiliet u għat-tranżizzjonijiet, u impjiegi ta’ kwalità għal ħaddiema fil-kuntest tat-tranżizzjoni.

3.3.

Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ standards tal-kwalità fis-suq tat-taħriġ, b’mod partikolari rigward il-mikrokredenzjali u l-vantaġġi u żvantaġġi possibbli ta’ approċċi differenti għall-finanzjament tal-apprendiment għall-adulti, eż. il-kontijiet individwali tal-apprendiment, inklużi l-proporzjon kostijiet-benefiċċji, il-piż u l-kostijiet amministrattivi, il-bidla miksuba fl-istatus (livell ta’ kwalifika formali ogħla), l-assigurazzjoni tal-kwalità, l-eżitu rilevanti għas-suq tax-xogħol, il-valur miżjud għall-iżvilupp tal-karriera u r-rata ta’ parteċipazzjoni tal-grupp fil-mira ewlieni ta’ persuni bi kwalifiki baxxi. Dan huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat djalogu soċjali effettiv u konsultazzjoni effettiva, inkluż mas-soċjetà ċivili organizzata, dwar jekk u kif l-inizjattivi Ewropej dwar il-kontijiet individwali tal-apprendiment u l-mikrokredenzjali jistgħu jkunu ta’ valur miżjud biex jitjiebu s-sistemi ta’ taħriġ nazzjonali u settorjali. Il-KESE jisħaq li l-katalgu tal-mikrokredenzjali tal-fornituri tal-VET għandu jiġi stabbilit bl-involviment tal-imsieħba soċjali u tal-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ abbażi tal-istandards ta’ kwalità tal-forniment. Il-katalgu għandu jinkludi l-eżiti tal-apprendiment tal-mikrokredenzjali u r-rikonoxximent tagħhom minn fornituri oħrajn ta’ edukazzjoni u taħriġ u mill-impjegaturi.

3.4.

Il-KESE jqis li huwa importanti li l-inizjattivi jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid tal-adulti u tal-forza tax-xogħol inġenerali (ħaddiema/impjegati/persuni li jaħdmu għal rashom) kif ukoll ta’ gruppi fil-mira oħrajn (eż. persuni qiegħda fit-tul, individwi inattivi, persuni b’diżabbiltà u NEETs) sabiex huma wkoll ikollhom aċċess għal taħriġ ta’ kwalità tajba, effettiv u inklużiv li jappoġġja l-impjegabbiltà tagħhom. F’dan ir-rigward, huwa essenzjali l-appoġġ tal-Istati Membri fl-iżgurar tar-riżorsi għall-aċċessar tal-apprendiment għall-adulti. B’mod parallel, ir-rwol tal-kumpaniji fl-appoġġ għat-taħriġ rilevanti għax-xogħol tal-ħaddiema tagħhom għadu vitali. Is-sitwazzjoni partikolari ta’ ħaddiema mhux standard u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom, li ma tistax tissolva bil-kontijiet individwali tal-apprendiment u l-mikrokredenzjali biss, jeħtieġ li tiġi indirizzata b’mod urġenti u kif imiss, filwaqt li jiġi rispettat ir-rwol ewlieni tal-imsieħba soċjali f’termini tat-taħriġ tal-impjegati.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  ĠU C 374, 16.9.2021, p. 16.

(2)  ĠU C 374, 16.9.2021, p. 16.

(3)  Data uffiċċjali tal-ILO disponibbli hawn.

(4)  ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.

(5)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(6)  https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2020/658190/IPOL_STU(2020)658190_EN.pdf (mhux disponibbli bil-Malti).

(7)  Adult learning statistical synthesis report, KE, 2020/082020 (mhux disponibbli bil-Malti).

(8)  Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

(9)  COM(2021) 773 final.

(10)  COM(2021) 770 final.

(11)  https://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=es&catID=1223&furtherNews=yes&newsId=10081

(12)  BusinessEurope: “Skills, innovation and the provision of, and access to training” (mhux disponibbli bil-Malti).

(13)  Cedefop's financing adult learning database (mhux disponibbli bil-Malti).

(14)  COM(2021)773 final.

(15)  COM(2021)773 final.

(16)  COM(2021)773 final.

(17)  ĠU C 374, 16.9.2021, p. 16.

(18)  OECD: “Building back better: enhancing equal access to opportunities for all” (mhux disponibbli bil-Malti).

(19)  Cedefop (2020), Empowering people to cope with change (mhux disponibbli bil-Malti).

(20)  Adult learning statistical synthesis report, KE, 2020/082020 (mhux disponibbli bil-Malti).

(21)  Previst għal April 2022.


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/69


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI

(COM(2021) 782 final — 2021/0411 (COD))

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju awtomatizzat ta’ data għall-kooperazzjoni tal-pulizija (“Prüm II”), li jemenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI u r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2021) 784 final — 2021/0410 (COD))

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jindirizza s-sitwazzjonijiet ta’ strumentalizzazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u tal-ażil

(COM(2021) 890 final — 2021/0427 (COD))

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera

(COM(2021) 891 final — 2021/0428 (COD))

(2022/C 323/12)

Relatur:

Krzysztof BALON

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 2.5.2022

Bażi legali

L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza

Adottata fis-sezzjoni

3.5.2022

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

210/3/4

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

L-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna, fil-viċinanza immedjata tal-fruntieri esterni tal-UE, hija sitwazzjoni imprevedibbli li tinfluwenza b’mod profond id-dinja tagħna. Minħabba l-immensità tal-impatti tagħha, li huma komprensivi u li wieħed jippreżumi li se jdumu fit-tul fil-livelli kollha, u li qed jirriżultaw ukoll f’għadd bla preċedent ta’ refuġjati – l-akbar ammont mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn – din tikkostitwixxi, storikament, l-akbar theddida għall-funzjonament taż-żona Schengen u s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.

1.2.

Il-KESE japprezza ħafna l-ewwel attivazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE (1) (“Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja”) fil-kuntest tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (2). Barra minn hekk, il-Kumitat jixtieq jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tikkunsidra li twessa’ l-użu u l-attivazzjoni tad-Direttiva għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’sitwazzjonijiet futuri ta’ kriżi severa u urġenti. L-attivazzjoni attwali tad-Direttiva tajjeb tintuża wkoll għall-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri.

1.3.

F’dan il-kuntest, il-KESE jappoġġja bil-qawwa l-ħtieġa urġenti għal regolamenti Ewropej komuni effettivi, ġenwini, umani – u umanitarji – dwar il-migrazzjoni, l-ażil u l-kooperazzjoni fis-sigurtà f’żona Schengen miftuħa, iżda ugwalment sigura, f’konformità sħiħa mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-Kumitat jinkoraġġixxi bis-sħiħ kundizzjonijiet aħjar għar-refuġjati kollha.

1.4.

Il-konsegwenzi tal-gwerra huma wkoll theddida għall-mudell Ewropew tal-ekonomija soċjali tas-suq kif ukoll għal-libertà u d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u ta’ abitanti oħrajn. Il-KESE jħeġġeġ il-preżervazzjoni u l-apprezzament taż-żona Schengen kif inhi kostitwita bħalissa, biex jiġi garantit mhux biss il-moviment liberu tal-bnedmin, iżda wkoll il-funzjonament tas-Suq Uniku.

1.5.

Waqt il-kriżi tal-COVID-19, bosta Stati Membri introduċew kontrolli fil-fruntieri u restrizzjonijiet oħra kontra l-libertà ta’ moviment mingħajr ebda sforzi biex jiġu koordinati u ġustifikati b’mod xieraq tali restrizzjonijiet fil-livell Ewropew, minkejja li, kif diġà ġie ddikjarat f’Opinjoni preċedenti, iż-żamma tal-fruntieri miftuħa hija kruċjali għall-funzjonament sħiħ tas-Suq Uniku, għall-irkupru u ż-żieda tar-reżiljenza, u għat-trawwim tas-solidarjetà u l-identità Ewropea. Dan juri wkoll ħtieġa għal mekkaniżmu tat-teħid ta’ deċiżjonijiet “f’ħin reali” fil-livell interistituzzjonali f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Fi kwalunkwe każ, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li żżomm il-fruntieri interni miftuħin, anki matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar bejn l-Istati Schengen imposti bħala riżultat ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi jridu jkunu temporanji u m’għandhomx jeċċedu r-restrizzjonijiet possibbli fuq l-ivvjaġġar ġewwa l-Istati Membri.

1.6.

Il-KESE jaqbel bis-sħiħ mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-użu ta’ verifiki u kooperazzjoni mill-pulizija, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni u l-komunikazzjoni, għandu l-potenzjal li jrendi l-istess riżultati tal-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni, u huma inqas intrużivi għall-moviment liberu ta’ persuni, oġġetti, u servizzi. F’dan il-kuntest, il-Kumitat jilqa’ l-istabbilment ta’ grupp informali ta’ esperti kompost minn esperti minn kull Stat Membru li jagħtu konsulenza u appoġġ lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ u l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri; il-KESE jipproponi li jkunu inklużi organizzazzjonijiet rilevanti u rappreżentattivi tas-soċjetà ċivili, kif ukoll il-Kumitat inniffsu, fix-xogħol ta’ dan il-grupp informali ta’ esperti.

1.7.

F’dan il-kuntest ukoll, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa assoluta għaż-żamma tal-indipendenza tal-ġudikatura, b’mod partikolari f’każi ta’ preżenza fiżika tal-korpi ġudizzjarji fuq il-post tal-Punt Uniku ta’ Kuntatt. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (speċjalment l-“għassiesa” jew dawk li jaħdmu fil-qasam tal-protezzjoni ta’ gruppi vulnerabbli, inklużi l-migranti), għandhom igawdu minn protezzjoni speċjali fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni mill-Punti Uniċi ta’ Kuntatt.

1.8.

Il-KESE jirrikonoxxi l-attivitajiet ambizzjużi ta’ ġbir tad-data li se jiġu żviluppati mill-Istati Membri fil-qafas ta’ Prüm II. Prüm II imur pass konsiderevolment oltre minn Prüm I, billi jeżiġi lill-Istati Membri jibnu installazzjonijiet tekniċi għat-tfassil ta’ profil tal-wiċċ. F’dan il-kuntest, il-Kumitat huwa mħasseb dwar il-periklu li jinfluwenza l-iskambju tad-data diġitali, speċjalment, minħabba s-sitwazzjoni reċenti u mhux trasparenti ta’ gwerra fl-Ewropa.

1.9.

Il-KESE jappella għall-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll aktar bir-reqqa u frekwenti biex jiġu żgurati standards etiċi għoljin fil-ġbir u l-ħżin tad-data mill-Europol, b’mod partikolari fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ żmien ċari dwar il-ħżin ta’ din id-data. Il-KESE jirrakkomanda l-monitoraġġ regolari tal-attivitajiet tal-Europol mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u atturi oħrajn rilevanti jew dawk potenzjalment affettwati.

1.10.

Il-KESE jirrikonoxxi bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali tal-persuni li jaslu fil-fruntieri Ewropej u dawk ta’ Schengen, u d-dritt prinċipali tagħhom li jitolbu permess għad-dħul u d-dritt li japplikaw għall-ażil. Għal darb’ oħra jixtieq ifakkar ir-rispett tad-dritt ta’ non-refoulement.

1.11.

Il-KESE jsejjaħ lill-Istati Membri sabiex jieħdu f’idejhom ir-responsabbiltà kondiviża, kif introdotta permezz tal-mekkaniżmu flessibbli ta’ solidarjetà fil-Patt Ġdid dwar il-l-Migrazzjoni u l-Ażil. Għandhom ikunu proattivi biex joffru solidarjetà lil Stati Membri oħra, fuq kollox f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

1.12.

Il-KESE jinnota b’mod partikolari r-rwol pożittiv indispensabbli tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rispettivi li jipprovdu għajnuna umanitarja lill-migranti li jkunu strumentalizzati minn pajjiżi terzi, u, barra minn hekk, jappoġġjaw u jagħtu informazzjoni dwar id-drittijiet tal-migranti u tal-applikanti għall-ażil. L-aċċess tal-organizzazzjonijiet għall-migranti u l-applikanti għall-ażil fiż-żoni tal-fruntiera affettwati għandu dejjem ikun garantit. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jirċievu appoġġ finanzjarju effettiv u ssemplifikat fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-finanzjament Ewropew bħalma hija l-Assistenza ta’ Emerġenza tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF).

1.13.

Il-KESE jipproponi l-installazzjoni ta’ programmi fuq skala kbira ta’ edukazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni biex itejbu l-fehim pubbliku dwar il-migrazzjoni bħala fenomenu ġeneralment pożittiv, ikkoordinati b’mod ċentrali, u implimentati minn kull Stat Membru.

2.   Kummenti ġenerali

2.1.

Din l-Opinjoni qed tiġi abbozzata fiż-żmien tal-ikbar theddida storika għall-funzjonament taż-żona Schengen u s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, ikkawżata mill-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna fil-viċinanza immedjata tal-fruntieri esterni tal-UE. Din is-sitwazzjoni ta’ gwerra, li hija wkoll sors ta’ numru bla preċedent ta’ migranti u refuġjati, l-akbar wieħed mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn, għal darb’oħra tenfasizza l-importanza tremenda tas-sigurtà fil-fruntieri esterni u l-istabbiltà taż-żona Schengen, bħala prekondizzjoni ta’ sigurtà interna, u, fuq kollox, il-ħtieġa ta’ regolamenti komuni Ewropej effettivi, ġenwini, umani – u umanitarji – dwar il-migrazzjoni u l-ażil.

2.2.

Fiż-żona Schengen jgħixu aktar minn 420 miljun persuna f’madwar 26 pajjiż. It-tneħħija tal-kontrolli tal-fruntieri interni bejn l-Istati Membri ta’ Schengen hija parti integrali mill-istil ta’ ħajja Ewropew: kważi 1,7 miljun persuna joqogħdu fi Stat Membru ta’ Schengen wieħed u jaħdmu f’ieħor. In-nies bnew ħajjithom madwar il-libertajiet offruti miż-żona Schengen, bi 3,5 miljun persuna jaqsmu kuljum bejn l-Istati Membri ta’ Schengen.

2.3.

Fl-20 ta’ Ottubru 2021, il-Kumitat adotta l-Opinjoni tiegħu dwar “Strateġija lejn żona Schengen reżiljenti u li tiffunzjona bis-sħiħ” tal-Kummissjoni (3). Il-Kumitat laqa’ b’sodisfazzjon din l-Istrateġija, u jemmen li l-Kummissjoni għandha tieħu pożizzjoni aktar b’saħħitha bħala appoġġ għall-ivvjaġġar mingħajr fruntieri fl-Ewropa. Il-KESE enfasizza li t-tħassib tal-Istati Membri dwar is-sigurtà huwa indirizzat aħjar b’aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi milli bl-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni.

2.4.

Fl-istess waqt, il-Kumitat jixtieq itenni t-tħassib tiegħu dwar l-esklużjoni kontinwa mill-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta’ Schengen tal-Istati Membri tar-Rumanija, il-Bulgarija u l-Kroazja. Flimkien mal-Kummissjoni, huwa jitlob li tittieħed azzjoni rapida u deċiżiva mill-Kunsill f’dan ir-rigward. Barra dan, il-Kumitat jixtieq jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiffinalizza l-valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen ma’ Ċipru wkoll. Il-Kumitat tenna wkoll li fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE għall-ġestjoni tal-fruntieri, l-interoperabbiltà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-ażil kif ukoll il-kooperazzjoni tal-pulizija u l-ġustizzja kriminali, l-UE u l-Istati Membri tagħha kienu f’kull ħin marbuta bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

2.5.

Fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija, f’Diċembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet regoli aġġornati biex issaħħaħ il-governanza fiż-żona Schengen (4). Il-bidliet immirati se jġibu koordinazzjoni akbar tal-UE u se jgħammru aħjar lill-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfidi emerġenti fil-ġestjoni kemm tal-fruntiera esterna kif ukoll tal-fruntieri interni komuni tal-UE fiż-żona Schengen. L-aġġornament għandu l-għan li jiżgura li l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni tibqa’ miżura tal-aħħar istanza. Ir-regoli l-ġodda jintroduċu wkoll għodod komuni għal ġestjoni aktar effiċjenti tal-fruntieri esterni f’każ ta’ kriżi tas-saħħa pubblika, li jibnu fuq it-tagħlimiet miksuba mill-pandemija tal-COVID-19. L-istrumentalizzazzjoni tal-migranti hija indirizzata wkoll fl-aġġornament tar-regoli ta’ Schengen, kif ukoll fi Proposta parallela, li tindirizza l-miżuri li l-Istati Membri jistgħu jieħdu fl-oqsma tal-ażil u r-ritorn f’sitwazzjoni bħal din (5).

2.6.

Ir-regoli aġġornati ġew ippubblikati f’forma ta’ ħames proposti fir-rigward tal-Unjoni tas-Sigurtà u l-ftehim ta’ Schengen. B’kunsiderazzjoni tan-natura mhux leġiżlattiva ta’ waħda mill-proposti, l-Opinjoni preżenti tiffoka fuq erba’ proposti, fosthom direttiva dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri (6), u regolament dwar l-iskambju awtomatizzat ta’ data għall-kooperazzjoni tal-pulizija (7), regolament li jindirizza s-sitwazzjonijiet ta’ strumentalizzazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil (8) u regolament li jemenda l-Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (9).

2.7.

Madankollu, il-KESE jemmen b’mod qawwi li l-miżuri u l-emendi addizzjonali, speċifiċi u temporanji introdotti fil-partijiet kollha tal-pakkett ta’ Schengen u ffukati fuq il-ġestjoni effettiva tal-fruntieri se jirrispettaw id-dritt u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-libertà ta’ moviment u ta’ residenza (Art. 45), kif ukoll id-dritt għall-ażil (Art. 18) u l-prinċipju ta’ non-refoulement (Art. 19), kif enfasizzat b’mod ċar fil-proposti.

2.8.

Kif intqal band’oħra (10), in-narrattiva tal-migrazzjoni u s-sigurtà impliċita fid-dokumenti proposti teħtieġ li tiġi riformulata b’mod prudenti. Il-konfigurazzjoni tal-migrazzjoni bħala theddida, u d-diskors li jippreżenta lill-migranti bħala periklu, jiddiżumanizzaw lill-bnedmin u jiffavorixxu biss lil dawk li jridu jieħdu vantaġġ minnhom għal raġunijiet ġeostrateġiċi jew politiċi nazzjonali. Il-migrazzjoni għandha titqies bħala valur pożittiv. L-immigranti saru indispensabbli u kontributuri kulma jmur meħtieġa għas-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna.

3.   Kummenti speċifiċi rigward il-pakkett tal-Unjoni tas-Sigurtà

3.1.   Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri (COM(2021) 782 final)

3.1.1.

L-objettiv ġenerali ta’ din il-proposta huwa li tilleġiżla dwar aspetti organizzattivi u proċedurali tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-UE bl-għan li tikkontribwixxi għall-iskambju effettiv u effiċjenti ta’ tali informazzjoni, u b’hekk tipproteġi żona Schengen li tiffunzjona bis-sħiħ u reżiljenti.

3.1.2.

Il-KESE jaqbel bis-sħiħ mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-użu ta’ verifiki u kooperazzjoni mill-pulizija, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni u l-komunikazzjoni, għandhom il-potenzjal li jrendu l-istess riżultati tal-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni, u huma inqas intrużivi għall-moviment liberu ta’ persuni, oġġetti u servizzi. Fl-istess waqt il-KESE jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li tali miżuri għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mad-drittijiet fundamentali, inklużi r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data f’konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE. Kif intqal qabel (11), jeħtieġ li jkun hemm bilanċ aħjar bejn id-drittijiet fundamentali tal-individwi minquxa fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-ħtieġa li jiġi żgurat infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, sabiex tiġi żgurata klima ta’ sigurtà u ġustizzja fl-UE. Kwalunkwe żbilanċ jew ksur tad-drittijiet fundamentali għandu jkun monitorjat u rappurtat bir-reqqa mill-aġenziji tal-UE u atturi esterni.

3.1.3.

Konsegwentement, il-Kumitat jilqa’ l-istabbiliment ta’ grupp informali ta’ esperti magħmul minn esperti minn kull Stat Membru biex jagħtu pariri u jappoġġjaw lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ u l-applikazzjoni tad-Direttiva, inkluż fit-tħejjija ta’ dokumenti ta’ gwida tal-Kummissjoni. F’dan il-kuntest il-KESE jipproponi li jiġu inklużi organizzazzjonijet rilevanti u rappreżentattivi tas-soċjetà ċivili kif ukoll il-KESE nniffsu fix-xogħol tal-grupp informali ta’ esperti.

3.1.4.

Il-KESE jixtieq itenni l-kunsiderazzjoni u l-inklużjoni fil-monitoraġġ tal-iskambju tad-data tal-linja bażi tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata: id-definizzjonijiet ta’ reat kriminali (serju) (12) kif ukoll l-iżgurar li n-naħat kollha, dawk li jitolbu kif ukoll dawk li jwieġbu, isegwu dawn l-istess definizzjonijiet u l-istess linji bażi għalih.

3.1.5.

Fil-kuntest tal-kapaċitajiet tal-Punti Uniċi ta’ Kuntatt, inkluż li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti li jagħtu l-awtorizzazzjonijiet ġudizzjarji meħtieġa f’kull ħin, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa u l-obbligu assolut għaż-żamma tal-indipendenza tal-ġudikatura. Fil-prattika, dan jista’ jkun partikolarment importanti f’każij tal-preżenza fiżika tal-korpi ġudizzjarji jew tar-rappreżentanti tagħhom fuq il-post tal-Punt Uniku ta’ Kuntatt.

3.1.6.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, speċjalment “l-għassiesa” (watch dogs) jew dawk li jaħdmu fil-qasam tal-protezzjoni tal-gruppi vulnerabbli, inlużi l-migranti, għandhom igawdu minn protezzjoni speċjali fir-rigward tal-provvista ta’ informazzjoni mill-Punti Uniċi ta’ Kuntatt, minħabba probabbiltà għolja ta’ ħsara żejda għall-interessi vitali ta’ tali persuni ġuridiċi.

3.2.   Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju awtomatizzat ta’ data għall-kooperazzjoni tal-pulizija (“Prüm II”) (COM(2021) 784 final)

3.2.1.

Filwaqt li tibni fuq il-qafas tal-Prüm eżistenti (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (13) u 2008/616/ĠAI (14), inkluża l-Konvenzjoni Prüm), il-proposta għall-Prüm II timmira biex “issaħħaħ u timmodernizza l-qafas u tippermetti l-interoperabbiltà ma’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE”. Eventwalment, l-inizjattiva għandha toħloq arkitettura ġdida “li tippermetti skambju aktar faċli u aktar rapidu ta’ data bejn l-Istati Membri u li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali”.

3.2.2.

Il-KESE jirrikonoxxi l-attivitajiet ambizzjużi ta’ ġbir ta’ data li se jiġu żviluppati mill-Istati Membri. Filwaqt li tibni fuq l-esperjenzi bl-implimentazzjoni ta’ Prüm I, turi l-intensità taż-żmien għall-Istati Membri biex jistabbilixxu l-għodod għall-ġbir tad-data meħtieġa. Prüm II imur konsiderevolment oltre billi jeżiġi lill-Istati Membri jibnu installazzjonijiet tekniċi għat-tfassil ta’ profil tal-wiċċ, li sa issa huwa biss preżenti parzjalment fl-Istati Membri. Li jintlaħaq livell kumparabbli ta’ ġbir tad-data fl-Istati Membri kollha jista’ jieħu ħafna żmien, u joħloq diffikultajiet fl-iżgurar tal-interoperabbiltà, tħassib li kien diġà ssemma (15). Il-Kumitat, barra minn hekk, huwa partikolarment imħasseb dwar il-periklu li jinfluwenza l-iskambju tad-data diġitali minħabba s-sitwazzjoni urġenti, kaotika u mhux trasparenti ta’ gwerra reċentement fl-Ewropa.

3.2.3.

Kif intqal qabel (16), il-protezzjoni tad-data personali, fl-ambitu tal-oqfsa legali adatti, jeħtieġ li tiġi rrispettata f’kull ħin, speċjalment f’każ ta’ data personali sensittiva ħafna, bħal fl-ambitu tad-Deċiżjonijiet ta’ Prüm. L-UE u l-KESE ikkummentaw dwar programm qafas ġenerali għat-trattament sensittiv biżżejjed tad-data fi ħdan l-UE (17).

3.2.4.

Il-KESE jissottolinja li b’mod partikolari l-ħolqien mandatorju madwar l-UE tat-tfassil ta’ profil tal-wiċċ u l-iskambju ta’ tali data, anke jekk ikun f’forma ta’ numri tar-rekords u formati kriptati, jeħtieġ li jiġi ttrattat b’delikatezza tremenda. Il-Parlament Ewropew, permezz tal-2020/2016(INI) (18), irrakkomanda li jittieħed pass lura u jkun hemm kawtela fl-għodod tat-tfassil ta’ profil tal-wiċċ, mhux l-inqas għax ir-reġistrazzjoni u l-iskambju ta’ immaġni tal-wiċċ tal-individwi jqiegħed lil dawk f’periklu li jintgħarfu. Għalhekk, il-KESE jqis b’ansjetà kbira l-proposta għall-istabbilment evidenti ta’ banek nazzjonali tad-data għall-immaġnijiet tal-wiċċ kif ukoll l-iskambju tagħhom madwar l-UE bejn l-Istati Membri parteċipanti. Isejjaħ għal skrutinju ta’ livell għoli tal-proporzjonalità u l-kunfidenzjalità f’termini ta’ protezzjoni tad-data personali. Għalkemm il-KESE jirrikonoxxi bis-sħiħ l-objettiv ġenerali ta’ din il-proposta li jirriżulta mill-għan ibbażat fuq it-Trattat li jsir kontribut għas-sigurtà interna fl-UE, l-applikazzjoni tat-tfassil ta’ profili tal-wiċċ tista’ titqies bħala mhux obbligatorja.

3.2.5.

Barra minn hekk, il-KESE jinsab imħasseb dwar il-proposta għall-iskambju tar-rekords tal-pulizija bejn l-Istati Membri kollha, anki jekk ikunu parzjalment anonimizzati f’termini ta’ numri ta’ rekords u kriptati fit-trasferiment tagħhom. L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri differenti jidhru li għandhom standards differenti biex jiddefinixxu u jirreġistraw persuni suspettati u kriminali. L-iskambju fuq talba għat-tqabbil tad-data għalhekk jista’ jiddependi mill-valutazzjoni ta’ uffiċjali individwali tal-pulizija. Dan jista’ jwassal għal sitwazzjonijiet fejn persuni suspettati fi Stat Membru partikolari, eż. b’rabta ma’ attivitajiet favur id-drittijiet tar-refuġjati, jiddaħħlu fir-rekords kriminali ta’ Stat Membru ieħor. Hawnhekk, id-drittijiet għall-aċċess u l-ħżin jeħtieġ li jkunu kunfidenzjali u ristretti b’mod ċar sabiex ma jipperikolawx id-drittijiet fundamentali b’mod sproporzjonat. Barra minn hekk, għandu jkun hemm kriterji solidi u skambjati stabbiliti għad-definizzjoni ta’ reati (serji) u persuni suspettati kriminali. Ir-regoli diġà stabbiliti għandhom ikunu rispettati u infurzati f’dan ir-rigward (19).

3.2.6.

Il-KESE jitlob l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll aktar bir-reqqa u frekwenti sabiex ikun żgurat il-ġbir etiku, fuq kollox b’rabta mal-pajjiżi terzi, u l-ħżin tad-data tal-Europol, kif ukoll l-istabbiliment ta’ limiti taż-żmien ċari dwar dan il-ħżin ta’ data. Kif issemma qabel, ir-rwol ċentrali tal-Europol fl-arkitettura Ewropea, fuq kollox fil-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera u l-ġlieda kontra l-kriminalità, inkluż f’termini ta’ skambju tad-data, huwa milqugħ; madankollu, dan ir-rwol jeħtieġ ikun rivedut indipendentement u vvalutat, anke mis-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati rilevanti, speċjalment dawk il-gruppi u individwi li ħajjithom tista’ tintlaqat ħażin jew bla ġustifikazzjoni mill-attivitajiet tal-infurzar tal-liġi (20). Il-Europol ġiet akkużata ripetutament li tgħaqqad flimkien data ta’ persuni suspettati u kriminali flimkien ma’ dik ta’ persuni privati oħrajn (21). B’mod partikolari, jeħtieġ li jkun żgurat li ma jkunx hemm trikkib mhux adegwat ma’ kwistjonijiet ta’ migrazzjoni u ażil. Il-KESE jirrakkomanda l-monitoraġġ regolari tal-attivitajiet tal-Europol mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u atturi oħrajn rilevanti u potenzjalment affettwati, u barra minn hekk, jipproponi li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ trasparenza.

4.   Kummenti speċifiċi rigward il-pakkett ta’ Schengen

4.1.   Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (COM(2021) 891 final)

4.1.1.

Iż-żona Schengen tinkludi żona li fiha ċittadini tal-UE u ċittadini mhux tal-UE li huma residenti legalment fit-territorju, kif ukoll oġġetti u servizzi, jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ma jkunu soġġetti għal kontrolli fil-fruntieri interni. Schengen huwa element essenzjali fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja u element ewlieni għall-funzjonament tas-Suq Uniku. Il-ħolqien tagħha ġab miegħu benefiċċji soċjali u ekonomiċi sinifikanti għas-soċjetà Ewropea.

4.1.2.

Filwaqt li emerġenzi tas-saħħa pubblika fuq skala kbira, bħal pandemiji, jistgħu jitqiesu bħala theddida serja għall-politika pubblika, m’għandhomx jitqiesu bħala raġuni għall-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fil-fruntieri fiż-żona Schengen. Tali azzjoni ma tidhirx li hi miżura kostruttiva. L-istess għandu japplika għall-eżerċizzju tal-pulizija jew setgħat pubbliċi oħra fiż-żoni tal-fruntieri interni, li huma ekwivalenti de facto għal dawk il-kontrolli fil-fruntieri. Kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar bejn l-Istati Schengen abbażi ta’ emerġenzi tas-saħħa pubblika fuq skala kbira m’għandhomx jeċċedu r-restrizzjonijiet possibbli tal-ivvjaġġar fl-Istati Membri. Inkella l-kunċett kollu ta’ żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni: “parti mid-DNA tal-Ewropa” (22) se jiġi mminat. Barra dan, tali regolamenti jistgħu jdgħajfu l-isforzi favur politika tas-saħħa komuni Ewropea, speċjalment fil-qasam tal-kontroll epidemiku.

4.1.3.

Il-KESE jilqa’ t-tentattiv tal-Kummissjoni li tintroduċi salvagwardji proċedurali ġodda f’każ ta’ introduzzjonijiet mill-ġdid unilaterali ta’ kontrolli fil-fruntieri interni. Il-proposta tixtieq tikkjarifika u tespandi l-lista ta’ elementi li għandhom jiġu vvalutati mill-Istat Membru meta jieħu deċiżjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja jew l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri. Il-Kummissjoni se tkun meħtieġa toħroġ opinjoni dwar il-proporzjonalità u n-neċessità ta’ dawn id-deċiżjonijiet u tniedi proċess ta’ konsultazzjoni mal-Istati Membri. Il-KESE jħeġġeġ il-kjarifika ulterjuri tas-salvagwardji proċedurali introdotti, fuq kollox bid-definizzjoni ta’ limitu taż-żmien ċar għall-estensjonijiet potenzjali.

4.1.4.

F’dan il-kuntest il-KESE jqis li d-distinzjoni bejn vjaġġar “essenzjali” u “mhux essenzjali” fiż-żona Schengen ukoll tippreżenta theddida serja għall-pedamenti ta’ Schengen.

4.1.5.

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ, u barra minn hekk jitlob il-pożizzjoni tal-Kummissjoni, li l-limitazzjoni tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera jew il-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom għandhom jikkunsidraw bis-sħiħ id-drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed ifittxu protezzjoni internazzjonali. L-aċċess effettiv għall-punti ta’ qsim tal-fruntiera għandu jkun żgurat, kif ukoll il-protezzjoni effettiva tad-dritt għall-ażil.

4.1.6.

Dan jorbot mat-tħassib tal-KESE li persuni maqbuda fil-fruntieri interni għandhom jiġu ttrattati b’dinjità u infurmati dwar id-drittijiet tagħhom minflok ma jiġu legalizzati forom ta’ pushbacks interni. Tali approċċ iwassal għal riskju kbir li jiftaħ il-bibien beraħ għat-tfassil ta’ profili razzjali bla kontroll. Għandha tkun prijorità assoluta li l-moviment liberu tal-persuni fiż-żona Schengen ikun żgurat. Il-kontrolli għandhom jitwettqu biss minn persunal imħarreġ b’mod adegwat u awtorizzat. L-azzjonijiet tagħhom għandhom ikunu monitorjati indipendentement b’mod każwali.

4.1.7.

Il-KESE jenfasizza li l-verifiki mwettqa fi ħdan żoni fil-fruntiera interna kif ukoll esterna bl-użu ta’ teknoloġiji ta’ monitoraġġ u sorveljanza għandhom jiġu riveduti fir-rigward tal-proporzjonalità tagħhom. L-organizzazzjonijiet tad-drittijiet ċivili jistgħu jagħtu appoġġ fl-attivitajiet ta’ reviżjoni u monitoraġġ.

4.1.8.

Il-Kumitat jifhem l-għan tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 13 li tistabbilixxi proċedura komuni għall-Istati Membri biex jikkontrollaw u jissorveljaw il-fruntieri esterni tagħhom tal-UE u Schengen. Madankollu, ma jissemma xejn dwar l-aċċess għal proċedura leġittima għat-tiftix tal-ażil jew forom alternattivi ta’ aċċess għall-migranti, u lanqas dwar kwalunkwe parir legali relatat. Il-KESE jħeġġeġ sabiex id-drittijiet fundamentali tal-persuni li jaslu fil-fruntieri Ewropej u dawk ta’ Schengen u d-dritt prinċipali tagħhom li jitolbu permess għad-dħul u d-dritt li japplikaw għall-ażil dejjem jiġu rispettati. B’mod partikolari, persuni vulnerabbli, każi mediċi u minorenni għandhom jintlaqgħu u jiġu potenzjalment trasferiti b’kawtela. Kif intqal qabel, il-KESE huwa mħasseb ħafna dwar il-ksur irrapportat fil-fruntieri esterni (23); fl-istess waqt, jirrikonoxxi l-attivitajiet msaħħa ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni (24).

4.1.9.

Il-KESE jħeġġeġ b’mod ripetut lill-Kummissjoni tagħmel użu attiv mis-setgħat ta’ infurzar tagħha skont it-Trattati f’sitwazzjonijiet fejn ikun hemm nuqqas ta’ segwitu tan-nuqqasijiet misjuba matul l-Evalwazzjonijiet ta’ Schengen (25). Għandha tingħata prijorità lill-prattiki sistemiċi li jiksru n-normi tad-drittijiet fundamentali. Dan huwa ta’ importanza partikolari fil-każ ta’ migranti vulnerabbli. B’mod partikolari, il-Kummissjoni m’għandhiex tiddependi biss mis-sejbiet tal-Mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni ta’ Schengen, iżda hi stess għandha timmonitorja wkoll b’mod attiv is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali b’referenza għal-liġi internazzjonali u bl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet ċivili. Barra minn hekk, persunal dedikat tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA), kif ukoll l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għandhom ikunu attivi fil-fruntieri esterni biex jissorveljaw l-osservanza tad-drittijiet fundamentali.

4.2.   Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jindirizza s-sitwazzjonijiet ta’ strumentalizzazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u tal-ażil (COM(2021) 890 final) (26)

4.2.1.

Minħabba l-kriżi f’ċerti partijiet tal-fruntiera esterna tal-UE fl-2021 u qabel, din il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi “proċedura speċifika għall-ġestjoni ta’ emerġenza tal-migrazzjoni u tal-ażil, li tipprevedi miżuri ta’ appoġġ u ta’ solidarjetà għall-ġestjoni b’mod ordnat, uman u dinjituż tal-wasla ta’ persuni li jkunu ġew strumentalizzati minn pajjiż terz, b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali.” Il-KESE jirrikonoxxi ċ-ċirkostanzi speċifiċi li wasslu lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu azzjoni effettiva, iżda jtenni t-tħassib tiegħu dwar l-introduzzjoni u n-normalizzazzjoni ta’ miżuri rapidi fit-trattament ta’ persuni migranti vulnerabbli mingħajr ma jingħata ħin u spazju biżżejjed biex jiġu żgurati d-drittijiet tagħhom (27).

4.2.2.

Barra dan, ir-regoli riveduti ta’ Schengen jirrikonoxxu r-rwol importanti li għandhom l-Istati Membri fil-fruntieri esterni f’isem l-Istati Membri kollha u l-Unjoni Ewropea fl-intier tagħha f’sitwazzjonijet fejn il-migranti jiġu strumentalizzati għall-fini politiċi. Il-KESE jirrikonoxxi dan ir-rwol, iżda jenfasizza li l-protezzjoni tal-fruntieri tal-UE jew Schengen ma tistax tintlaħaq mill-Istati Membri fil-fruntieri esterni biss. Isejjaħ lill-Istati Membri biex jappoġġjaw b’mod proattiv il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà propost hawnhekk, iżda fuq kollox biex jieħdu f’idejhom ir-responsabbiltà kondiviża, kif ġiet introdotta permezz tal-mekkaniżmu flessibbli ta’ solidarjetà fil-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil.

4.2.3.

Filwaqt li l-Kumitat jirrikonoxxi l-ħtieġa li tingħata gwida speċifika għal sitwazzjonijiet ta’ natura partikolari, jeħtieġ ikun enfasizzat li d-definizzjoni proposta għal “strumentalizzazzjoni” għadha pjuttost vaga. Il-Kumitat iħeġġeġ biex dan l-approċċ jiġi skrutinizzat biex jiġi evitat l-abbuż potenzjali tal-kunċett f’termini tal-applikazzjoni wisq estensiva tiegħu. Barra dan, ifakkar li t-trattati mogħtija għall-ażil u sitwazzjonijiet ta’ kriżi tassew jipprevedu linji gwida u miżuri fundamentali. Il-KESE jenfasizza b’mod urġenti li d-drittijiet fundamentali tal-persuni u fuq kollox il-prinċipju ta’ non-refoulement jeħtieġ li jiġu rispettati fiċ-ċirkostanzi kollha.

4.2.4.

Il-KESE jenfasizza li l-kważi esternalizzazzjoni tal-proċedura għall-ażil għall-fruntiera ta’ barra tal-UE b’manjiera ad hoc tista’ tkun diffiċli biex tiġi monitorjata u implimentata b’biżżejjed skrutinju u approċċ fundamentalment orjentat lejn id-drittijiet, partikolarment fir-rigward tal-kapaċitajiet tal-iskrinjar qabel id-dħul tal-Istati Membri, li diġà ġew ikkritikati band’ oħra (28). Jeħtieġ ikun żgurat li l-Istat Membru affettwat ikollu l-kapaċità u l-installazzjonijiet meħtieġa għall-ġestjoni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza b’mod adegwat. Appoġġ minn Stati Membri oħrajn permezz tal-mekkaniżmu ta’ solidarjetà, minn Aġenziji ċentrali tal-UE, fuq kollox l-EUAA, kif ukoll l-NGOs u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-UNHCR, għandu għaldaqstant jiġi offrut u aċċettat b’mod proattiv u mhux fuq talba tal-Istat Membru affettwat biss.

4.2.5.

Il-KESE jinnota b’mod partikolari r-rwol pożittiv u indispensabbli tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jipprovdu għajnuna umanitarja lill-migranti li jkunu strumentalizzati minn pajjiżi terzi, fosthom ikel, ilma, ilbies, kura tas-saħħa adegwata u kenn temporanju, u barra minn hekk jappoġġjaw u jagħtu informazzjoni dwar id-drittijiet tal-migranti u tal-applikanti għall-ażil. L-aċċess tal-organizzazzjonijiet għall-migranti u l-applikanti għall-ażil fiż-żoni tal-fruntiera affettwati għandu dejjem ikun garantit. Tali organizzazzjonijiet għandhom ikunu intitolati biex jirċievu appoġġ finanzjarju effettiv u semplifikat fl-ambitu tal-finanzjament Ewropew bħall-Assistenza ta’ Emerġenza tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF).

4.2.6.

F’dan il-kuntest, huwa ta’ importanza kbira li ma jittaffiex il-prinċipju ta’ non-refoulement, iżda li jkun żgurat l-aċċess tan-nies għad-drittijiet u l-aċċess għal appoġġ legali u proċedura bbażata fuq id-drittijiet implimentata minn persunal ta’ għarfien u kapaċi taħt is-superviżjoni tal-UNHCR u l-EUAA. Kif intqal band’ oħra, il-Kumitat jinsab imħasseb ħafna dwar l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-migrazzjoni irregolari u l-hekk imsejjaħ ritorn volontarju jew furzat (29).

4.2.7.

Barra dan, għandu jkun żgurat li jiġu kkunsidrati raġunijiet alternattivi għad-dħul, bħar-riunifikazzjoni tal-familji.

4.2.8.

Il-KESE juri tħassib dwar l-aspett ta’ akkomodazzjoni tal-migranti u l-applikanti għall-ażil matul il-proċess ta’ reġistrazzjoni tagħhom b’mod partikolari. Jeħtieġ ikun żgurat li l-Istati Membri jkunu kapaċi jakkomodaw lill-persuni bl-iktar mod xieraq u dinjituż mingħajr id-detenzjoni tagħhom b’mod awtomatiku. Għandha tiġi evitata restrizzjoni enormi tal-libertà ta’ moviment tal-persuni kkonċernati. Is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet umanitarji għandhom jingħataw aċċess għall-monitoraġġ.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12)

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta' influss bil-massa ta' persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja (ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1).

(3)  COM(2021) 277 final.

(4)  COM(2021) 891 final .

(5)  COM(2021) 890 final.

(6)  COM(2021) 782 final.

(7)  COM(2021) 784 final.

(8)  COM(2021) 890 final.

(9)  COM(2021) 891 final.

(10)  Opinjoni tal-KESE SOC/707 (ĠU C 290, 29.7.2022, p. 90).

(11)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 84.

(12)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 84, par. 4.3.

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).

(15)  ĠU C 105, 4.3.2022, p. 108.

(16)  ĠU C 105, 4.3.2022, p. 108.

(17)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.Strateġija Ewropea għad-data (COM(2020) 66 final), adottata fit-18 ta’ Settembru, 2020; u l-Opinjoni tal-KESE (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 290).

(18)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Ottubru 2021 dwar l-intelliġenza artifiċjali fil-liġi kriminali u l-użu tagħha mill-pulizija u mill-awtoritajiet ġudizzjarji f’materji kriminali, (2020/2016(INI)), (ĠU C 132, 24.3.2022, p. 17).

(19)  Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89) (“id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-liġi”) u d-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1) (“id-Direttiva NSI”).

(20)  ĠU C 341, 24.8.2021, p. 66.

(21)  A data “black hole”: Europol ordered to delete vast store of personal data, Fotiadis, Apostolis et al., The Guardian 10 ta’ Jannar 2022, https://www.theguardian.com/world/2022/jan/10/a-data-black-hole-europol-ordered-to-delete-vast-store-of-personal-data

(22)  Komunikazzjoni dwar “Strateġija lejn żona Schengen reżiljenti u li tiffunzjona bis-sħiħ” (COM(2021) 277 final).

(23)  ĠU C 105, 4.3.2022, p. 108.

(24)  ĠU C 105, 4.3.2022, p. 108.

(25)  ĠU C 105, 4.3.2022, p. 108.

(26)  Għal differenzjazzjoni ulterjuri ara l-Opinjoni tal-KESE REX/554 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(27)  ĠU C 123, 9.4.2021, p. 15.

(28)  ĠU C 123, 9.4.2021, p. 15.

(29)  ĠU C 517, 22.12.2021, p. 86.


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/77


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntieri, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja”

(COM(2021) 759 final — 2021/0394 (COD))

u “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE, id-Deċiżjonijiet Qafas tal-Kunsill 2002/465/ĠAI, 2002/584/ĠAI, 2003/577/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI, 2008/947/ĠAI, 2009/829/ĠAI u 2009/948/ĠAI, u d-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja”

[COM(2021) 760 final — 2021/0395 (COD)]

(2022/C 323/13)

Relatur:

Maurizio MENSI

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 2.5.2022

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza

Adottata fis-sezzjoni

3.5.2022

Adottata fil-plenarja

19.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

198/0/1

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni u l-objettivi mfittxija bil-Proposta għal Regolament. Iqis madankollu li huwa neċessarju li jkunu pprovduti garanziji adegwati rigward l-aspetti li ġejjin: a) is-sikurezza u l-kunfidenzjalita, minħabba n-natura sensittiva tal-kwistjonijiet koperti mid-diversi seduti; b) il-ġustizzja miftuħa, jiġifieri l-bżonn li s-sistema prevista tiżgura r-rispett tal-prinċipju tal-ġustizzja miftuħa, mill-perspettiva tal-parteċipazzjoni, l-osservazzjoni u l-aċċessibbiltà; c) id-distakk diġitali, sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għal kulħadd f’termini ta’ teknoloġiji u miżuri ta’ appoġġ, biex jiġi evitat li livell baxx ta’ ħiliet diġitali, aċċess limitat għat-teknoloġija kif ukoll livelli baxxi ta’ litteriżmu u għarfien legali jżidu l-ostakli għall-aċċess u jfixklu l-objettivi segwiti.

1.2.

Is-sikurezza tas-sistemi teknoloġiċi użati u l-kunfidenzjalità tad-data – b’mod partikolari dik personali – involuta huma essenzjali, minħabba n-natura sensittiva ta’ wħud mit-tipi ta’ seduti fil-qorti. Bl-istess mod, huwa essenzjali li titwettaq valutazzjoni preċiża tal-pjattaforma online li għandha tintuża.

1.3.

Hemm bżonn li jiġi ggarantit, minn naħa waħda, li ma jkun hemm l-ebda pproċessar tad-data mil-lat tal-parti responsabbli għall-ġestjoni operattiva tal-komponenti tas-sistema u, min-naħa l-oħra, li tkun disponibbli wisa’ tal-banda adegwata, minħabba li l-iċken interruzzjoni jew inkonsistenza tista’ xxekkel il-kapaċità tas-sistema li tipprovdi servizz adegwat.

1.4.

Għalhekk, huwa essenzjali li jiġu protetti b’mod adegwat is-sistemi, in-networks u d-data minn kwalunkwe attakk ċibernetiku, u tiġi ggarantita l-integrità tad-data li qed iġorru u jaħżnu, abbażi tar-regolamenti eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data personali u ċ-ċibersigurtà. Is-sistemi tal-IT u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni diġitali kkonċernati jridu jkunu aċċessibbli wkoll skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva Ewropea dwar l-Aċċessibbiltà (1) u d-Direttiva dwar is-siti web tal-amministrazzjonijiet pubbliċi (2) u f’konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tat-13 ta’ Diċembru 2006.

1.5.

Is-sistema prevista għandha tiżgura li jiġi rispettat il-prinċipju tal-ġustizzja miftuħa (mill-perspettiva tal-parteċipazzjoni, l-osservazzjoni u l-aċċessibbiltà), u dan kemm fir-rigward tal-aċċess għas-sistema ġudizzjarja b’mod ġenerali kif ukoll fir-rigward speċifiku tas-seduti pubbliċi. Għalhekk jeħtieġ li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għal kulħadd, f’termini ta’ teknoloġiji u ta’ miżuri ta’ appoġġ.

1.6.

Huwa essenzjali li tinżamm il-possibbiltà li jintuża mezz ta’ komunikazzjoni fuq karta għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi u li l-informazzjoni tiġi pprovduta f’format aċċessibbli, u b’hekk jiġi ggarantit l-aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd, inklużi l-persuni vulnerabbli, il-minuri u l-persuni li jeħtieġu għajnuna teknika, li jgħixu f’żoni remoti jew li fi kwalunkwe każ ma għandhomx aċċess għall-mezzi diġitali jew għall-kompetenzi meħtieġa.

1.7.

It-taħriġ tal-operaturi tal-ġustizzja fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni huwa għodda essenzjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u effettiva tar-regolament. Għal dan il-għan, għandhom jiġu organizzati mill-aktar fis possibbli attivitajiet ta’ taħriġ, immirati lejn l-operaturi tal-ġustizzja kollha li huma involuti fl-attivitajiet previsti mill-Proposta għal Regolament. B’mod partikolari, jidher li huwa meħtieġ taħriġ speċifiku ffukat fuq il-ħtiġijiet tas-suspettati, l-akkużati, ix-xhieda jew il-vittmi vulnerabbli, biex jiġi żgurat l-aċċess effettiv tagħhom għall-ġustizzja permezz tal-mezzi diġitali.

1.8.

Essenzjalment, il-miżuri proposti jidhru maħsubin biex itejjbu l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja f’termini tat-tnaqqis u s-semplifikazzjoni tal-piżijiet amministrattivi, it-tnaqqis taż-żmien u tal-kostijiet għat-trattament tal-kawżi, u dan għandu jirriżulta f’aċċess aħjar u aktar ugwali għall-ġustizzja. F’dan is-sens, il-KESE jemmen li, mingħajr preġudizzju għall-kummenti msemmija hawn fuq, il-miżuri proposti huma ta’ benefiċċju għall-kummerċ transfruntier u l-kompetittività tas-sistema ekonomika u soċjali Ewropea.

2.   Kummenti ġenerali

2.1.   Il-kontenut tar-Regolament

2.1.1.

Il-Proposta għal Regolament tistabbilixxi l-qafas legali għall-komunikazzjoni elettronika fil-kuntest tal-proċeduri ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali, u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili u kummerċjali b’implikazzjonijiet transfruntiera, skont kif inhu previst mil-liġi eżistenti.

2.1.2.

Din tipprovdi wkoll regoli dwar l-użu u r-rikonoxximent tas-servizzi fiduċjarji elettroniċi, dwar l-effetti legali tad-dokumenti elettroniċi, dwar l-użu tal-vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija oħra aċċessibbli ta’ komunikazzjoni mill-bogħod għas-smigħ tal-persuni f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali. Madankollu, ir-Regolament ma jittrattax il-modalitajiet marbuta mal-użu tal-provi fil-materja ċivili u kummerċjali u ma jintroduċix proċeduri ġodda.

2.1.3.

Għal finijiet ta’ sikurezza u affidabbiltà, huwa bbażat fuq sistema deċentralizzata tal-IT li jikkonsisti f’sistemi tal-informatika u punti ta’ aċċess interoperabbli li joperaw taħt ir-responsabbiltà u l-ġestjoni ta’ kull Stat Membru, ta’ aġenziji u ta’ korpi tal-UE, li permezz tagħhom isir l-iskambju transfruntier bejn l-awtoritajiet rispettivi tal-Istati Membri.

2.1.4.

Huwa previst punt ta’ aċċess elettroniku Ewropew fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, li jagħmel parti minn din is-sistema tal-informatika deċentralizzata u li jista’ jintuża f’kundizzjonijiet ugwali, minn kull persuna fiżika u ġuridika, għall-komunikazzjoni elettronika mal-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet kompetenti fi’materji ċivili u kummerċjali b’implikazzjonijiet transfruntiera.

2.1.5.

Għalhekk, l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma mitluba jaċċettaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-proċeduri legali, li jitqiesu ekwivalenti għal dawk fuq karta. Madankollu, jibqa’ fid-diskrezzjoni tal-persuni fiżiċi li jagħżlu tali mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika jew li jużaw komunikazzjonijiet fuq karta, li ma jistgħu jiġu rrifjutati fl-ebda ċirkostanza mill-awtoritajiet kompetenti.

2.1.6.

Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet għall-użu tal-vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod fil-proċeduri ċivili u kummerċjali transfruntiera. Huma stabbiliti wkoll regoli dwar is-smigħ tas-suspettat, tal-akkużat jew tal-ħati, kif ukoll dawk tal-minuri permezz ta’ vidjokonferenza jew permezz ta’ teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod.

2.2.   Sfond

2.2.1.

L-inizjattiva leġiżlattiva hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li l-persuni fiżiċi u legali għandhom ikunu kapaċi jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jissodisfaw l-obbligi li għandhom b’mod rapidu, effiċjenti u trasparenti, mingħajr l-ebda tip ta’ diskriminazzjoni. Il-kisba ta’ aċċess effettiv għall-ġustizzja fi żmien raġonevoli huwa wkoll aspett kruċjali tad-dritt għal proċess imparzjali skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (3).

2.2.2.

Fil-livell tal-UE diġà jeżistu għadd ta’ għodod maħsuba biex isaħħu l-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja fil-kwistjonijiet ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera. Dawn jinkludu strumenti li għandhom x’jaqsmu mal-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet, inkluż f’ċerti każijiet, dawk mal-aġenziji u l-korpi tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI) tal-UE. Madankollu, il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-istrumenti ma jipprevedux l-użu tal-komunikazzjonijiet diġitali u, anke fejn din il-possibbiltà tkun prevista, hemm nuqqas ta’ kanali sikuri u affidabbli jew mhuwiex previst ir-rikonoxximent ta’ dokumenti, firem u siġilli elettroniċi.

2.2.3.

L-emerġenza tas-saħħa wriet ukoll li avvenimenti ta’ force majeure jaffettwaw u għaldaqstant jikkondizzjonaw il-funzjonament regolari tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri minħabba s-sitwazzjoni ta’ lockdown totali li tinsab fiha l-popolazzjoni f’tali każijiet. Il-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja fit-tilwim transfruntier tal-UE ġew affettwati wkoll mill-emerġenza tas-saħħa, li enfasizzat il-ħtieġa li jiġu żgurati mezzi ta’ komunikazzjoni sikuri, kontinwi u reżiljenti, anke sabiex jiġi evitat li tkun kompromessa t-tmexxija bla xkiel tal-attivitajiet ekonomiċi.

2.2.4.

Fir-rigward tar-regoli li jinsabu fil-proposta, dawn huma mmirati biex itejbu l-aċċess għall-ġustizzja f’kundizzjonijiet ta’ ugwaljanza, kif ukoll l-effiċjenza u r-reżiljenza tal-flussi ta’ komunikazzjoni inerenti fil-kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE. L-użu tat-teknoloġiji diġitali jnaqqas il-piżijiet amministrattivi tas-sistemi ġudizzjarji, u jqassar iż-żmien tas-smigħ tal-kawżi, u b’hekk dan jagħmel il-komunikazzjoni aktar sikura u affidabbli u jwassal għall-awtomatizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kważi.

2.2.5.

L-inizjattiva tal-Kummissjoni tinbet mill-ħtieġa li jiġi evitat li l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet informatiċi fil-livell nazzjonali jwassal għal soluzzjonijiet frammentati u mhux kompatibbli mal-ħtieġa li jiġu ggarantiti miżuri uniformi fil-livell tal-UE.

2.2.6.

Il-Proposta għal Regolament kienet ippreċeduta mill-Komunikazzjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-UE ta’ Diċembru 2020, li timmodernizza l-qafas regolatorju dwar il-proċeduri transfruntiera tal-UE fil-qasam tad-dritt ċivili, kummerċjali u kriminali, f’konformità mal-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku”, filwaqt li tirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi evitata kwalunkwe forma ta’ esklużjoni soċjali. Din il-proposta hija wkoll żieda mal-proposta għal regolament dwar sistema ta’ komunikazzjoni kompjuterizzata għal proċeduri ċivili u kriminali transfruntiera (l-hekk imsejħa sistema e-CODEX) (4) u hija konformi mar-Regolament eIDAS (5) minħabba li tintroduċi dispożizzjonijiet dwar l-użu tas-servizzi fiduċjarji. F’Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat ukoll il-proposta li temenda r-Regolament eIDAS biex tistabbilixxi qafas għal identità diġitali Ewropea (6).

2.3.   Kummenti speċifiċi

2.3.1.

Il-KESE jappoġġja l-approċċ u l-objettivi tal-Kummissjoni. Iqis ukoll li huwa essenzjali li jiġu ssalvagwardjati u ggarantiti l-profili enfasizzati hawn taħt.

2.4.   L-ipproċessar tad-data u ċ-ċibersigurtà

2.4.1.

L-implimentazzjoni tar-Regolament tinkludi l-istabbiliment u l-manutenzjoni ta’ sistema tal-informatika deċentralizzata, magħmula minn network ta’ sistemi tal-informatika nazzjonali u punti ta’ aċċess interoperabbli li joperaw taħt ir-responsabbiltà u l-ġestjoni ta’ kull Stat Membru, istituzzjoni jew aġenzija tal-UE, għal skambju ta’ informazzjoni sikur u affidabbli fil-livell transfruntier. Huwa importanti li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda ħżin jew ipproċessar ta’ data mill-entità fdata bil-ġestjoni operazzjonali tal-komponenti tas-sistema u li l-hardware użat ikun adegwat biex tiġi appoġġjata s-sistema tal-IT. Il-KESE jilqa’ li l-proposta tipprevedi li fejn l-Istati Membri għadhom ma żviluppawx sistemi tal-informatika nazzjonali adegwati, il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw.

2.4.2.

Id-disponibbiltà ta’ wisa’ tal-banda adegwata hija importanti (komponent għali tas-servizzi tal-kollegament bil-vidjo). Il-wisa’ tal-banda rakkomandata hija ta’ mill-inqas 1,5-2 megabits kull sekonda għan-networks tal-IP (jew mill-inqas 384 kilobit kull sekonda għan-networks tal-ISDN). Is-sistemi tal-kollegament bil-vidjo għandhom ikunu mfassla b’kapaċità massima possibbli ta’ wisa’ tal-banda u anke għal sistemi bil-kapaċità massima għandhom jiġu kkunsidrati l-affidabbiltà u l-prestazzjoni tal-konnessjoni tan-network, minħabba li l-iċken interruzzjoni jew inkonsistenza tista’ xxekkel il-kapaċità tas-sistema li tipprovdi servizz tajjeb.

2.4.3.

Għalhekk, il-KESE jiġbed l-attenzjoni minn naħa dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata l-adegwatezza teknika għall-komunikazzjoni diġitali użata, u min-naħa l-oħra li s-sistemi, in-networks u d-data jiġu protetti minn attakki ċibernetiċi, filwaqt li titqies li l-vulnerabbiltà taż-żewġ sistemi previsti, fuq karta (fi preżenza) u permezz tad-data (b’mod diġitali), hija kompletament differenti u għandhom jiġu protetti s-sistemi u n-networks filwaqt li tiġi ggarantita l-integrità tad-data li dawn iġorru u jaħżnu, abbażi tar-regolamenti eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data personali. Is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni diġitali msemmija għandhom ikunu wkoll aċċessibbli b’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva Ewropea dwar l-Aċċessibbiltà u ta’ dik fuq is-siti web tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tal-impriżi ta’ interess pubbliku.

2.4.4.

Kif diġà enfasizza l-KESE fl-Opinjoni SOC/573 tiegħu, Pakkett dwar l-interoperabbiltà, tat-23 ta’ Mejju 2018 (7), minħabba n-natura sensittiva tal-informazzjoni skambjata, huwa essenzjali li jiġu ggarantiti minn naħa l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, u min-naħa l-oħra s-sikurezza tad-data u tas-sistemi kollha involuti.

2.4.5.

It-trażmissjonijiet tal-vidjo għandhom, mhux biss fil-proċeduri kriminali iżda anke f’materji ċivili u kummerċjali, ikunu sikuri minn interruzzjonijiet illegali min-naħa ta’ partijiet terzi, bl-użu ta’ mezzi tekniċi proporzjonati għall-kawża. F’dan ir-rigward, għandha tiġi ggarantita l-konformità mar-regolamenti eżistenti dwar iċ-ċibersigurtà u l-kontenut tal-Proposta għal Direttiva NIS 2 (8).

2.5.   Taħriġ

2.5.1.

Il-KESE jissottolinja li t-taħriġ tal-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni huwa għodda essenzjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u effettiva tar-regolament. Sabiex tħejji lill-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja għall-isfidi futuri, il-Kummissjoni adottat ukoll strateġija Ewropea għat-taħriġ ġudizzjarju għall-2021-2024 (9) biex tipprovdi taħriġ fl-użu tal-għodod diġitali fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum. Għal dan il-għan huwa essenzjali li jiġu organizzati mill-aktar fis possibbli attivitajiet ta’ taħriġ immirati lejn l-operaturi tal-ġustizzja kollha li huma involuti fl-attivitajiet previsti mill-Proposta għal Regolament.

2.5.2.

B’mod partikolari, jirriżulta li huwa meħtieġ taħriġ speċifiku ffukat fuq il-ħtiġijiet tas-suspettati, l-akkużati, ix-xhieda jew il-vittmi vulnerabbli, biex jiġi żgurat l-aċċess effettiv tagħhom għall-ġustizzja permezz tal-mezzi diġitali.

2.6.   Għodod diġitali jew fuq karta

2.6.1.

L-għan tal-Proposta għal Regolament huwa li tippermetti lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi jikkomunikaw b’mod diġitali mingħajr ebda tip ta’ diskriminazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet kompetenti u li jipparteċipaw fis-seduti bil-vidjokonferenza jew permezz ta’ teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod mingħajr kostijiet speċifiċi addizzjonali minbarra dawk relatati mal-użu ta’ kompjuter u mal-aċċess għall-Internet.

2.6.2.

Il-KESE jqis li huwa essenzjali li tinżamm il-possibbiltà li jintuża mezz ta’ komunikazzjoni fuq karta għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi u li l-informazzjoni tiġi pprovduta xorta waħda f’formati aċċessibbli, u b’hekk jiġi ggarantit l-aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd, inklużi l-persuni vulnerabbli, il-minuri u l-persuni li jeħtieġu għajnuna teknika, li jgħixu f’żoni remoti jew li fi kwalunkwe każ ma għandhomx aċċess għall-mezzi diġitali jew għall-kompetenzi meħtieġa.

2.6.3.

B’referenza speċifika għall-vidjokonferenza, introdotta b’mod sistematiku f’diversi pajjiżi, anke għall-finijiet tal-kooperazzjoni ġudizzjarja, ta’ min jinnota li skont il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, għalkemm il-parteċipazzjoni tal-konvenut fil-proċedura permezz ta’ vidjokonferenza ma tmurx kontra l-Konvenzjoni, huwa essenzjali li r-rikors għaliha jkollu skop leġittimu (10). Għalhekk, il-qrati li jużaw il-vidjokonferenza għandhom ikomplu jtejbu l-kwalità tal-vidjokonferenza u jużaw il-kriptografija tas-sinjali tal-vidjo biex jevitaw li jkun hemm interċettazzjoni. Fl-opinjoni tiegħu Nru (2011) 14 dwar “Il-ġustizzja u t-teknoloġija tal-informatikaazzjoni (IT)”, il-Kunsill Konsultattiv ta’ Mħallfin Ewropej jissottolinja li l-introduzzjoni tal-IT fil-qrati fl-Ewropa ma għandhiex tikkompromettil-valuri tal-bniedem u dawk simboliċi tal-ġustizzja. Jekk il-ġustizzja tiġi pperċepita mill-utenti bħala xi ħaġa purament teknika, mingħajr il-funzjoni reali u fundamentali tagħha, hemm riskju li din titlef in-natura umanizzata tagħha.

2.6.4.

Fl-Istati Uniti, il-kollegamenti bil-vidjo jintużaw l-aktar għas-seduti dwar il-garanziji, sabiex jitnaqqsu l-kostijiet u r-riskji tat-trasport tal-imputati mill-ħabs għall-qorti. Ir-riċerkaturi tal-Università Northwestern studjaw l-ammont ta’ flus tal-garanziji stabbiliti qabel u wara l-użu tal-vidjo, u waslu għall-konklużjoni li permezz tal-vidjokonferenzi, l-ammonti ta’ garanziji żdiedu b’medja ta’ 51 % (11). Fil-fatt, it-trażmissjoni permezz tal-vidjo għandha effett diżuman u tpoġġi lill-imputati f’pożizzjoni ta’ żvantaġġ viżwali u tas-smigħ. Fis-seduti dwar l-immigrazzjoni, jekk il-persuni jidhru f’vidjo għandhom probabbiltà akbar li jiġu deportati milli meta jidhru personalment, u l-istess jiġri għal dawk li jitolbu l-ażil. Huwa importanti wkoll dak li l-persuni fil-qorti jistgħu jaraw u jisimgħu. Il-funzjoni tal-awdjo ta’ xi teknoloġiji tal-vidjokonferenza tuża filtru tal-wisa’ tal-banda medja li jnaqqas il-frekwenzi vokali għoljin u baxxi, li huma tipikament użati biex iwasslu l-emozzjonijiet, kif jidher mir-rapport dwar is-seduti bil-vidjo ffinanzjat mid-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti tal-2015.

2.6.5.

F’dak li jirrigwarda s-software użat, wieħed jinnota li d-disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet ta’ software b’sors miftuħ komparabbli fir-rigward tal-affidabbiltà u l-akkuratezza mal-aqwa prodotti industrijali joffri l-vantaġġ li jippermetti “kisbiet” direttament permezz ta’ ċentri tad-data u networks jew fi kwalunkwe każ permezz ta’ infrastrutturi mmexxija b’mod kollettiv mill-amministrazzjoni pubblika jew magħha. Soluzzjoni bħal din tevita r-riskju ta’ flussi transfruntiera interni jew esterni għall-UE marbuta ma’ soluzzjonijiet Cloud ta’ kumpaniji li mhumiex Ewropej (u b’hekk tiġi evitata l-applikazzjoni tal-Cloud Act tal-Istati Uniti).

2.7.   Titjib tal-effiċjenza u tal-kompetittività

2.7.1.

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni rigward il-fatt li l-użu tal-għodda ta’ komunikazzjoni diġitali bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jista’ bla dubju jikkontribwixxi għal effiċjenza aħjar fis-sistema ġudizzjarja, minħabba li huwa maħsub li jnaqqas id-dewmien u l-piżijiet amministrattivi, iżid is-semplifikazzjoni u jħaffef l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet, b’hekk jitnaqqsu ż-żminijiet li fihom jiġu ttrattati l-kawżi kif ukoll l-ispejjeż relatati. Għandu jitqies li l-komunikazzjoni mill-bogħod matul l-emerġenza ppermettiet li jkompli jiġi żgurat l-aċċess għall-ġustizzja, billi kienet ta’ għajnuna biex tiggarantixxi l-kwalità, l-effiċjenza u l-indipendenza, li huma elementi essenzjali fil-każ tal-istat tad-dritt u tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea.

2.7.2.

Il-KESE jemmen ukoll li huwa essenzjali li jkun hemm sistemi ġudizzjarji effiċjenti għall-implimentazzjoni tad-dritt Ewropew, kif muri fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-“Tabella ta’ valutazzjoni tal-ġustizzja tal-UE tal-2019” tas-26 ta’ April 2019, li tagħti ħarsa ġenerali annwali tal-indikaturi rilevanti għall-indipendenza, il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji, abbażi tad-data tal-Kummissjoni għall-Effikaċja tal-Ġustizzja (CEPEJ) tal-Kunsill tal-Ewropa.

2.7.3.

F’dan is-sens, huwa maħsub li l-possibbiltà għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi involuti f’ħidmiet transfruntiera li jibbenefikaw minn aċċess imtejjeb u aktar ugwali għall-ġustizzja, minn kostijiet imnaqqsa u minn proċeduri aktar mgħaġġla sabiex jiġu infurzati d-drittijiet tagħhom se ġġib magħha vantaġġi transfruntiera għall-kummerċ u titjib tal-kompetittività tas-sistema ekonomiku b’mod aktar ġenerali.

2.8.

Bħala konklużjoni, il-KESE jinnota li l-proposta tipprevedi li jingħataw garanziji adegwati fir-rigward tal-aspetti li ġejjin:

(a)

Is-sikurezza tat-teknoloġija użata. Is-sikurezza u l-kunfidenzjalità huma essenzjali, minħabba n-natura sensittiva ta’ xi seduti tal-qorti, kif ukoll valutazzjoni preċiża mill-esperti tal-informatika dwar il-pjattaforma online li għandha tintuża;

(b)

Ġustizzja Miftuħa. Is-sistema prevista għandha tiżgura l-konformità mal-prinċipju tal-ġustizzja miftuħa (fir-rigward tal-parteċipazzjoni, l-osservazzjoni u l-aċċessibbiltà);

(c)

Distakk Diġitali. Il-livell baxx ta’ ħiliet diġitali u l-aċċess limitat għat-teknoloġija u livelli baxxi ta’ litteriżmu u ta’ għarfien legali jistgħu jżidu l-ostakli għall-aċċess għas-servizzi diġitali u jfixklu l-objettivi segwiti. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għal kulħadd, f’termini ta’ teknoloġiji u ta’ miżuri ta’ appoġġ.

Brussel, id-19 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

(3)  Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391).

(4)  COM(2020) 712 final.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(6)  COM(2021) 281 final.

(7)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, SOC/573, dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (fruntieri u viża) u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, ir-Regolament (UE) 2016/399 u r-Regolament (UE) 2017/2226” [COM(2017) 793 final – 2017/0351 (COD)] – “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (kooperazzjoni bejn il-pulizija u ġudizzjarja, asil u migrazzjoni)” (COM(2017) 794 final – 2017/0352 (COD)) (ĠU C 283, 10.8.2018, p. 48).

(8)  COM(2020) 823 final.

(9)  COM(2020) 713 final.

(10)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Marcello Viola v. l-Italja, 5 ta’ Ottubru 2006. Dritt għal proċess ġust – L-importanza tal-preżenza tal-imputat fil-proċedura.

(11)  Kirchner, L., How fair is Zoom-Justice, f’The Markup, 9 ta’ Ġunju 2020.


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/83


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Ewropa aktar inklużiva u protettiva: l-estensjoni tal-lista ta’ reati fl-UE għad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda”

(COM (2021) 777 final)

(2022/C 323/14)

Relatur: Cristian PÎRVULESCU

Korelatur: Milena ANGELOVA

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 1.3.2022

Bażi legali

L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza

Adottata fis-sezzjoni

3.5.2022

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni Plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

211/1/5

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jinsab imħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni ta’ diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda fl-Ewropa matul dawn l-aħħar għaxar snin. Bosta studji u konsultazzjonijiet jindikaw żieda inkwetanti fl-inċidenti, u għadd dejjem jikber ta’ individwi u gruppi esposti għal attakki bbażati fuq il-mibegħda. Il-ħidma tas-soċjetà ċivili organizzata fl-Ewropa tixhed ukoll dawn it-tendenzi ta’ żieda – l-organizzazzjonijiet stess huma fil-mira tal-attakki, u qed jiffaċċjaw ħtieġa dejjem tikber li jassistu u jipproteġu lill-individwi u ‘l-komunitajiet mhedda.

1.2.

Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni u jħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Parlament jikkooperaw bis-sħiħ fid-difiża tal-valuri ewlenin tal-UE. Il-KESE jqis li d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda jikkostitwixxu oqsma ta’ reat li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE. Deċiżjoni mill-Kunsill li tiddefinixxihom bħala tali ser tippermetti l-istabbiliment sussegwenti ta’ regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati u pieni kriminali f’dan il-qasam ta’ kriminalità.

1.3.

B’mod aktar speċifiku, abbażi tal-evidenza disponibbli, il-KESE jqis li hemm żvilupp sinifikanti u inkwetanti ta’ reati bbażati fuq il-mibegħda, li hemm dimensjoni transfruntiera ċara fil-livell tal-ixprunaturi, il-faċilitaturi u l-impatt, u li dawn it-tipi ta’ reati ma jistgħux jiġu evitati u miġġielda b’mod effiċjenti fin-nuqqas ta’ azzjoni leġiżlattiva u istituzzjonali fil-livell tal-UE.

1.4.

Flimkien mal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-KESE jqis li meta atti li jikkostitwixxu reati serji jkunu diretti kontra l-integrità fiżika jew mentali ta’ persuna, huma biss il-mekkaniżmi tal-liġi kriminali effiċjenti li jistgħu jiżguraw protezzjoni adatta u jservu bħala fattur ta’ deterrent.

1.5.

Id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda jridu jiġu miġġielda irrispettivament minn fejn isseħħ l-espressjoni jew l-azzjoni, jiġifieri kemm jekk tkun fil-kuntest ta’ xogħol, kif ukoll fil-kuntest ta’ manifestazzjonijiet pubbliċi, passatempi, servizzi privati jew pubbliċi eċċ. Jistgħu jiġu kkunsidrati azzjonijiet aktar immirati fejn l-inċidenti bbażati fuq il-mibegħda huma aktar probabbli. Objettiv aktar ġenerali, segwit permezz ta’ diversi mezzi u strumenti, tkun l-azzjoni biex l-ispazji pubbliċi fl-Ewropa jsiru ħielsa mid-diskors ta’ mibegħda u mir-reati ta’ mibegħda.

1.6.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni u tesplora wkoll l-impatti diretti u indiretti tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda fuq il-kundizzjonijiet għall-intraprenditorija u l-impjieg, u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali.

1.7.

Għandha tingħata wkoll attenzjoni speċifika għas-sensibilizzazzjoni u l-ħiliet ta’ persuni fi professjonijiet bi rwol essenzjali fil-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda, pereżempju l-għalliema, il-ġurnalisti u l-persunal tal-infurzar tal-liġi. Għall-persunal tal-infurzar tal-liġi, skont l-aħjar prattiki mill-Istati Membri tal-UE, l-informazzjoni u t-taħriġ għandhom ikunu obbligatorji u parti minn strateġija ġenerali biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet involuti.

1.8.

Għandu jkun garantit sew l-aċċess tal-vittmi għall-informazzjoni u għall-miżuri speċjali ta’ protezzjoni mogħtija lill-vittmi l-aktar vulnerabbli tal-kriminalità skont id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi.

1.9.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali, għandhom ukoll rwol essenzjali fil-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda: minn naħa waħda bħala gwardjani tas-soċjetà, u min-naħa l-oħra bħala promoturi tal-mod kif jaġixxu, abbażi tal-valuri, fl-attivitajiet tagħhom stess. Jeħtieġ li dawn jiġu protetti u appoġġjati fir-rwol tagħhom li jagħmlu l-postijiet, il-komunitajiet, il-gruppi, l-organizzazzjonijiet u l-midja sikuri mill-mibegħda u mid-diskriminazzjoni, inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ kodiċijiet ta’ kondotta volontarji u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba. Hemm bżonn ta’ aktar finanzjament biex jiġu mobilizzati l-kapaċitajiet u l-għarfien espert tagħhom f’dan ir-rigward.

1.10.

Għandha ssir enfasi fuq l-importanza ta’ interazzjonijiet sikuri online. L-iżvilupp ta’ pjattaformi tal-midja soċjali u forums online ħoloq spazju li fih xi wħud jemmnu li jistgħu jaġixxu b’impunità. Hemm ħtieġa urġenti li ssir ħidma mar-regolaturi nazzjonali u mal-pjattaformi tal-midja soċjali biex jiġi żgurat li l-mibegħda online tiġi identifikata, eliminata u investigata malajr.

2.   Kummenti ġenerali

2.1.

Il-KESE jirrikonoxxi l-parti integrali tal-protezzjoni tad-dinjità, id-drittijiet fundamentali u l-ugwaljanza fit-tfassil tal-UE u r-reġimi demokratiċi tal-Istati Membri. Id-demokrazija, u l-UE fiha nnifisha, mhumiex possibbli jekk in-nies ikunu qed jgħixu fil-biża’ u l-mistħija, jekk jiġu ffastidjati jew attakkati waqt li jkunu qed jgħixu, jaħdmu, jistudjaw jew jipparteċipaw fis-soċjetà u fil-politika. Bit-tixrid fil-midja soċjali, il-mibegħda u l-istigmatizzazzjoni qed isiru aktar faċli u aktar rapidi, u r-riskju għat-tfal u ż-żgħażagħ qed jikber b’mod kostanti. Ma hemm l-ebda għażla ħlief li jiġi evitat u miġġieled b’mod qawwi u attiv it-tixrid tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda.

2.2.

Fil-kuntest tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, aġir li l-KESE jikkundanna bis-sħiħ, hemm żieda fid-diżinformazzjoni u t-tixrid tad-diskors ta’ mibegħda fl-Ewropa. Dan mhuwiex ġdid u l-membri tal-UE saru aktar konxji u reżiljenti fil-konfront tiegħu. Il-Federazzjoni Russa tagħmel sforzi biex toħloq konfużjoni, ixxerred il-propaganda u tiddeleġittimizza l-appoġġ għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda huma għalhekk responsabbiltà eżistenzjali għall-UE u l-Istati Membri.

2.3.

Bażi komuni hija indispensabbli biex jiġu miġġielda b’mod effiċjenti d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda. Is-soċjetajiet Ewropej huma interkonnessi, u l-libertà tal-moviment toħloq sfera soċjali u pubblika dejjem aktar integrata. L-Istati Membri għandhom l-għodod ewlenin biex jiġġieldu d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda, iżda aktarx li ma jirnexxux mingħajr l-impenn ċar, il-kooperazzjoni u s-sinerġija, permezz ta’ strumenti leġiżlattivi tal-UE adatti fis-seħħ u b’definizzjonijiet, approċċi u opportunitajiet koordinati għat-tagħlim dwar il-politiki u t-trasferiment tagħhom. L-isforzi kollha għal dan il-għan għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta tal-UE.

2.4.

Il-KESE stqarr, f’ħafna okkażjonijiet, li l-UE u l-Istati Membri għandhom jaġixxu b’mod aktar deċiżiv biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali u jiġġieldu kontra l-firxa sħiħa ta’ mġiba diskriminatorja u bbażata fuq il-mibegħda. F’dan ir-rigward, jirrakkomanda li l-Kummissjoni tallinja l-proposta ma’ dokumenti ta’ politika ewlenin oħra bħall-Istrateġija Ġdida għall-Implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; l-Unjoni ta’ ugwaljanza – pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025; l-Istrateġiji dwar l-Ugwaljanza tal-Ġeneri u tal-LGBTIQ; il-Qafas Strateġiku għar-Rom; l-Istrateġija tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u t-trawwim tal-ħajja Lhudija; l-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità; u l-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Vittmi.

2.5.

Il-proposta tal-Kummissjoni tidentifika b’mod komprensiv il-karatteristiċi li individwi u gruppi esposti għal diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda jistgħu jikkondividu: razza, etniċità, lingwa, reliġjon, nazzjonalità, età, sess, orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru, espressjoni tal-ġeneru, karatteristiċi tas-sess jew kwalunkwe karatteristika fundamentali oħra, jew taħlita ta’ tali karatteristiċi. Ma’ dawn għandna nżidu wkoll kwalunkwe raġuni ideoloġika u politika, kif ukoll twemmin u valuri oħra relatati mal-kuxjenza. Il-KESE jqis li r-riskji u t-theddid għandhom jiġu identifikati u indirizzati wkoll b’rabta mal-kuntest soċjali u kulturali tagħhom. Riċerka eżistenti u ġdida tista’ tindika x’inhuma l-aktar sitwazzjonijiet komuni li fihom iseħħu d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda.

2.6.

Id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda jistgħu jkunu mmirati lejn l-intraprendituri jew il-persunal ta’ intrapriża, pereżempju dawk li jservu lill-klijenti. Dan għandu impatt dannuż kemm fuq l-individwi kif ukoll fuq l-intrapriża inkwistjoni. Id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda jista’ jkollhom ukoll impatt negattiv indirett fuq l-ambjent kummerċjali u ekonomiku ġenerali billi jżidu l-inċertezza, l-instabbiltà u l-kunflitti.

2.7.

Il-KESE jqis li hemm ħtieġa kbira għal sensibilizzazzjoni u edukazzjoni dwar il-fehim tal-impatti u l-gravità tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda u dwar l-identifikazzjoni u l-ġlieda kontrihom fil-ħajja ta’ kuljum. Dan japplika għal persuni ta’ kull età: it-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti bl-istess mod. Is-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni kollha (materjal ta’ informazzjoni, taħriġ, prodotti) jenħtieġ jiġu pprovduti f’formati aċċessibbli.

2.8.

Għandha tingħata wkoll attenzjoni speċifika għas-sensibilizzazzjoni u l-ħiliet ta’ persuni fi professjonijiet bi rwol essenzjali fil-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda. Pereżempju, l-għalliema għandhom rwol importanti x’jaqdu fl-edukazzjoni lit-tfal tal-iskola rigward l-imġiba. Il-ġurnalisti għandhom rwol uniku mill-perspettiva tal-libertà tal-espressjoni. Il-persunal tal-infurzar tal-liġi, il-pulizija, il-prosekuturi, l-imħallfin u l-impjegati taċ-ċivil jaqdu rwol ċentrali fit-trattament tal-każijiet u fl-iżvilupp ta’ qafas legali preventiv u miżuri oħra.

2.9.

Il-politiċi għandhom ir-responsabbiltà ewlenija tas-sistema ġenerali tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali. Ir-responsabbiltà tagħhom tibda mill-mument li jitolbu l-appoġġ taċ-ċittadini, u sfortunatament ċerti politiċi u partiti jagħmlu dan billi jxerrdu l-biża’ u jimmiraw lejn il-minoranzi u l-gruppi soċjali. Din it-tip ta’ mobilizzazzjoni elettorali hija perikoluża u għandha titrażżan. B’effetti saħansitra aktar serji, meta jkunu qed jokkupaw kariga pubblika, ċerti politiċi jistgħu jkollhom it-tentazzjoni li jinqdew bi strumenti istituzzjonali u legali biex jippromovu d-diskriminazzjoni jew jevitaw li jikkumbattuha. Il-KESE jħeġġeġ lill-mexxejja politiċi u lill-partiti kollha biex jaġixxu b’mod responsabbli, fil-qafas u fl-ispirtu ta’ demokrazija inklużiva.

2.10.

B’rabta ma’ dan, il-mexxejja tal-partiti politiċi jew saħansitra l-kapijiet ta’ gvern, li suppost jiggarantixxu ċiviltà fl-ispazju pubbliku, daħlu wkoll f’insulti u attakki verbali kontra ġurnalisti, u ħadu r-riskju li jipprovokaw vjolenza kontrihom. Il-KESE jħeġġeġ lill-mexxejja politiċi u lill-partiti biex jirrispettaw il-ġurnalisti u l-organizzazzjonijiet tal-midja, u jirreferi għar-rikonoxximent solenni tal-gravità ta’ dik il-kwistjoni li sar mill-erba’ Relaturi Speċjali internazzjonali dwar il-libertà tal-espressjoni.

2.11.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali, għandhom ukoll rwol essenzjali fil-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda: minn naħa waħda bħala gwardjani tas-soċjetà, u min-naħa l-oħra bħala promoturi tal-mod kif jaġixxu, abbażi tal-valuri, fl-attivitajiet tagħhom stess. Il-kodiċijiet ta’ kondotta volontarji u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba għandhom jiġu mħeġġa u promossi.

2.12.

Il-KESE jenfasizza r-rwol importanti li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati ta’ mibegħda. Huma jinsabu l-eqreb tal-komunitajiet u jistgħu jimmonitorjaw jekk tali riskji u inċidenti jistgħux isiru realtà. Jistgħu wkoll jisfruttaw il-qawwa tas-solidarjetà u l-empatija, permezz ta’ programmi komunitarji u edukattivi, bl-appoġġ tal-gvernijiet ċentrali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali.

2.13.

Hija r-responsabbiltà tal-pajjiżi biex joħolqu ambjent abilitanti għad-drittijiet tal-libertà tal-espressjoni, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni. L-Istati jistgħu jieħdu miżuri ta’ politika pożittivi biex jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni, u biex jindirizzaw il-kawżi ewlenin li jixprunaw il-mibegħda.

3.   Kummenti speċifiċi

3.1.

Il-fatti u l-argumenti stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni jidhru li huma validi fil-valutazzjoni li d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda jissodisfaw il-kriterji stabbiliti għar-reati li jsiru fl-UE, inklużi l-gravità, l-iskala u l-iżvilupp tagħhom, kif ukoll id-dimensjoni transfruntiera tagħhom.

3.2.

Il-Komunikazzjoni ġustament tiddeskrivi n-natura serja tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda, abbażi tal-fatt li jmorru kontra l-valuri komuni u d-drittijiet fundamentali tal-UE, u minħabba l-impatti dannużi tagħhom fuq l-individwi, il-komunitajiet u s-soċjetà inġenerali. Il-valuri tal-UE jaħdmu favur soċjetà miftuħa, li hija importanti għall-persuni, in-negozji u l-organizzazzjonijiet. L-ugwaljanza għandha għeruq fondi fil-valuri tal-UE, u l-ugwaljanza tal-opportunitajiet twitti t-triq għall-progress soċjali. Id-diversità u l-pluraliżmu huma parti integrali minnha. L-ugwaljanza taġixxi bħala sors ta’ innovazzjoni u tiġġenera valur miżjud ekonomiku.

3.3.

Meta wieħed iqis l-isforzi dejjem akbar mill-Istati Membri biex jindirizzaw id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda fil-liġi kriminali tagħhom, u l-ħtieġa li tiġi evitata l-frammentazzjoni bejn l-Istati Membri u li jittejbu l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni madwar l-UE, jidher li qafas kriminali komuni tal-UE huwa fattur raġonevoli biex jiġu indirizzati d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda, filwaqt li jiġu rispettati s-sistemi ġuridiċi nazzjonali u l-Artikolu 2 tat-Trattat.

3.4.

Fl-istess ħin, il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tal-liġi kriminali jeħtieġ li jiġu rispettati, u b’hekk jippermettu l-istabbiliment ta’ regoli minimi permezz ta’ direttivi li għandhom jiġu implimentati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

3.5.

Il-KESE jqis li huwa rilevanti li d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda jitqiesu bħala qasam ta’ reat li għandu “sustanza” komuni bbażata fuq motivazzjoni preġudikata għall-mibegħda mmirata lejn persuni jew gruppi. Dan iwassal għar-rekwiżit li permezz tiegħu id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda jitqiesu b’mod olistiku, u jiġi evitat approċċ kompartimentalizzat għal forom jew miri differenti ta’ mibegħda, speċjalment fir-rigward tad-differenzi bejn l-Istati Membri. Huwa jappella wkoll biex id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda jitqiesu b’rabta mal-valuri u d-drittijiet fundamentali tal-UE b’mod ġenerali. Barra minn hekk, jitloib li jiġu identifikati l-konnessjonijiet li d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda għandhom mar-reati eżistenti fl-UE. F’dan il-kuntest, għandha tissaħħaħ il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-gvernijiet.

3.6.

Il-KESE jistenna bil-ħerqa li tinħoloq definizzjoni ta’ diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda bħala l-pass li jmiss, u jinsab lest jikkontribwixxi għall-konsultazzjoni interistituzzjonali. Din id-definizzjoni hija kruċjali għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, iżda wkoll għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u biex tiġi żgurata komunikazzjoni ġenerali soda. Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali tipprovdi punt ta’ tluq rilevanti biex tiġi żviluppata definizzjoni li tista’ tiġi applikata f’dan il-kuntest usa’, filwaqt li jsir użu mid-definizzjonijiet użati mill-Kunsill tal-Ewropa.

3.7.

Id-definizzjonijiet ta’ diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda għandhom ikopru l-karatteristiċi protetti rilevanti kollha bbażati fuq id-drittijiet fundamentali tal-UE, inklużi s-sess/il-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali, iżda anke twemmin ideoloġiku u relatat mal-kuxjenza. Filwaqt li l-karatteristiċi protetti huma differenti minn xulxin, id-definizzjoni għandha tindirizza d-diversi karatteristiċi skont l-istess prinċipji. Wieħed għandu jevita wkoll approċċ frammentat għal diversi minoranzi u gruppi, u minflok juża espressjonijiet ġenerali applikabbli għall-ispettru sħiħ tal-karatteristika protetta inkwistjoni. Barra minn hekk, id-definizzjoni għandha tkun inklużiva biżżejjed biex tindirizza forom ġodda ta’ fenomeni tas-soċjetà li jitfaċċaw maż-żmien.

3.8.

Id-definizzjonijiet għandhom ikopru kwalunkwe forma ta’ espressjoni u azzjoni, kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub, irrispettivament minn fejn isseħħ l-espressjoni jew l-azzjoni, jiġifieri jekk tkunx fil-kuntest ta’ xogħol, manifestazzjonijiet pubbliċi, jew aċċess għal servizzi privati jew pubbliċi eċċ. Għandhom ikopru wkoll espressjonijiet online kif ukoll offline.

3.9.

Filwaqt li d-definizzjonijiet għandhom ikunu komprensivi, ma jistgħux ikunu perfetti mingħajr ambigwità, u meta jiġu implimentati għandhom dejjem jirrikjedu ġudizzju, abbażi ta’ evidenza li titqies fil-kuntest rilevanti. Gwida komuni dwar il-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati f’dawn iċ-ċirkostanzi tkun mezz wieħed biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni uniformi tad-definizzjonijiet u r-regoli.

3.10.

Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li d-definizzjonijiet u r-regoli ma jaħdmux kontra l-iskop tagħhom. Pereżempju, wieħed m’għandux jistigmatizza kliem li tradizzjonalment intuża b’mod newtrali. Dan huwa relatat ukoll mal-objettiv li jiġu żviluppati regoli komuni għall-protezzjoni ta’ kwalunkwe grupp pjuttost milli jiġu suspettati ċerti gruppi.

3.11.

Fid-definizzjoni tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda, u s-sanzjonijiet rispettivi, huwa importanti li tiġi ċċarata r-relazzjoni tagħhom mad-drittijiet fundamentali b’mod ġenerali. Dan huwa partikolarment rilevanti fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw il-limitazzjoni tal-libertà tal-espressjoni tal-individwi u tal-midja. B’mod korrispondenti, jista’ jkun hemm bżonn ta’ kjarifika fir-rigward ta’ drittijiet fundamentali oħra wkoll.

3.12.

Filwaqt li d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda jistgħu jitqiesu bħala qasam ta’ reat fih innifsu, dawn jinvolvu wkoll xi trikkib ma’ reati eżistenti fl-UE. Madankollu, ir-reati eżistenti fl-UE ma jkoprux id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda kollha, minħabba d-diversi forom u l-kontenut varjat ta’ dan il-qasam ta’ kriminalità. Dan huwa muri tajjeb ukoll mill-“piramida ta’ mibegħda” li tibda minn diskors immotivat mill-preġudizzju u li mbagħad tgħaddi għad-diskriminazzjoni, għall-vjolenza fiżika u saħansitra għat-terroriżmu.

3.13.

Kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni, il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda mhijiex biss kwistjoni ta’ sustanza iżda wkoll ta’ proċedura. Għalhekk għandha tingħata l-attenzjoni mistħoqqa lill-kwistjonijiet relatati mal-aċċess għall-informazzjoni, il-ġustizzja u r-rimedji. Għalkemm ir-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda huma rikonoxxuti u rregolati fil-livell nazzjonali, hemm ħafna lakuni fl-implimentazzjoni/fir-rapportar/fl-investigazzjoni. Jekk ma tiġix irrapportata u investigata kif dovut bħala reati ta’ preġudizzju, id-data dwar il-prevalenza ta’ dawk ir-reati fil-livell tal-Istati Membri fil-livell tal-UE ma tkunx affidabbli.

3.14.

F’termini tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi, huwa essenzjali li r-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda jkunu elenkati bħala lista ta’ reati fl-UE. Jekk ir-raġunijiet tal-inċidenti ta’ mibegħda ma jiġux rikonoxxuti, pereżempju d-diżabilità, allura r-regola tad-Direttiva tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (li tkopri l-vittmi tal-kriminalità) mhux bilfors tkun tapplika. Fid-dawl ta’ għadd dejjem jikber ta’ inċidenti, għandha tingħata aktar attenzjoni lill-protezzjoni tal-vittmi. Għalhekk għandu jkun garantit sew l-aċċess tal-vittmi għall-informazzjoni u għall-miżuri speċjali ta’ protezzjoni li jingħataw lill-vittmi l-aktar vulnerabbli tal-kriminalità skont id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi.

3.15.

Bħal fil-każ tad-Deċiżjoni Qafas, trasposta fil-liġi nazzjonali mill-Istati Membri kollha sabiex jiġi kriminalizzat id-diskors ta’ mibegħda, jidher li mhux il-pajjiżi kollha qed javvanzaw bl-istess pass. It-traspożizzjoni u l-infurzar mhux dejjem kienu korretti jew kompleti, u ġiegħlu lill-Kummissjoni tniedi azzjonijiet ta’ ksur kontra ċerti Stati Membri. Dan huwa xenarju li jista’ jirrepeti ruħu. Hija meħtieġa aktar ħidma mal-gvernijiet, il-parlamenti u l-atturi tas-soċjetà ċivili tal-Istati Membri biex jiġu żgurati l-kooperazzjoni u l-impenn.

3.16.

Għandha ssir enfasi fuq l-importanza ta’ interazzjonijiet sikuri online. L-iżvilupp ta’ pjattaformi tal-midja soċjali u forums online ħoloq spazju li fih xi wħud jemmnu li jistgħu jaġixxu b’impunità. Kif jidher f’diversi rapporti ta’ riċerka, hemm konnessjoni diretta bejn id-diskors ta’ mibegħda online u l-proliferazzjoni offline ta’ mġiba bbażata fuq il-mibegħda. Hemm ħtieġa urġenti li ssir ħidma mar-regolaturi nazzjonali u mal-pjattaformi tal-midja soċjali biex jiġi żgurat li l-mibegħda online tiġi identifikata, eliminata u investigata malajr.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/88


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi

(COM(2022) 18 final — 2022/0009 (COD))

(2022/C 323/15)

Relatur:

Milena ANGELOVA

Korelatur:

Małgorzata BOGUSZ

Konsultazzjoni

Kunsill, 11.3.2022

Parlament Ewropew, 7.3.2022

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza

Adottata fis-sezzjoni

3.5.2022

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni Plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

202/1/5

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jilqa’ l-proposta għall-ħolqien ta’ Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (EUDA), kif integrata fil-qafas strateġiku, previst mill-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025 (1) u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025 (2). Il-Kumitat jappoġġja l-mandat imsaħħaħ tagħha, bil-għan li tipprovdi tweġiba rapida, koordinata u effiċjenti għall-isfidi dejjem jikbru relatati mat-tixrid tad-drogi u s-sustanzi illeċiti – li s-suq tagħhom huwa ferm reżiljenti. Jappella sabiex jittieħdu azzjonijiet deċiżivi, mhux biss biex jinqered il-kummerċ ta’ sustanzi bħal dawn, iżda wkoll biex isir kull sforz biex jiġi evitat l-użu tagħhom, u daqstant importanti – biex dawk li huma affettwati jew dipendenti jiġu megħjuna jieħdu l-kura u jiġu integrati mill-ġdid fis-soċjetà, sabiex ħadd ma jitħalla jibqa’ lura.

1.2.

Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ aċċess ugwali u inklużjoni attiva għal kulħadd fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi ta’ kwalità, u jirrikonoxxi li n-NEETs, il-persuni qiegħda u dawk emarġinati huma l-aktar miri faċli għat-traffikanti tad-droga. Jenfasizza r-rwol importanti tal-azzjonijiet konġunti tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f’dan il-proċess – mhux biss fil-livell nazzjonali, iżda wkoll fil-livell reġjonali u lokali, u jappella sabiex tali azzjonijiet jiġu promossi, appoġġjati u ffinanzjati.

1.3.

Il-KESE jenfasizza r-rwol tal-imsieħba soċjali u tas-soċjetà ċivili organizzata f’kull stadju tal-ġlieda kontra t-tixrid u l-użu tad-drogi u s-sustanzi illeċiti, u speċjalment fil-kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni li jgħinu lin-nies ikunu infurmati tajjeb dwar l-effetti ta’ ħsara tal-użu tad-drogi, ir-riskji marbuta ma’ tali sustanzi, u fejn u kif jistgħu jiksbu l-għajnuna u l-appoġġ jekk jiġu affettwati jew ibatu minn vizzju.

1.4.

Il-KESE jilqa’ l-impenn tal-EUDA futura li tassumi rwol akbar ta’ koordinazzjoni u prevenzjoni, u jinnota li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandhom rwol indispensabbli x’jaqdu f’dan l-isforz. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jagħmlu kull sforz biex jgħammru lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali b’biżżejjed riżorsi organizzattivi, tekniċi u finanzjarji biex iwettqu l-kompiti estiżi tagħhom b’mod effettiv. Sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ tinġabar data fil-ħin u affidabbli, il-KESE jissuġġerixxi li jiġu stabbiliti u adottati metodoloġija u approċċ komuni.

1.5.

Il-KESE jenfasizza l-importanza li jitwaqqaf network ta’ laboratorji forensiċi u tossikoloġiċi, li jqarreb aktar il-laboratorji nazzjonali lejn xulxin. In-network għandu jrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni dwar żviluppi u xejriet ġodda u l-kondiviżjoni tad-data, u għandu jappoġġja t-taħriġ ta’ esperti forensiċi dwar id-drogi. Sabiex jinkisbu ekonomiji ta’ skala, il-KESE jilqa’ l-idea ta’ network ta’ laboratorji virtwali, li jistgħu jinħolqu wkoll minn raggruppamenti ta’ Stati Membri, abbażi tal-prossimità ġeografika tagħhom, jew abbażi ta’ profili ta’ riskju simili rigward l-importazzjoni u t-tixrid tad-drogi.

2.   Kuntest (3)

2.1.

Is-suq tad-drogi, bi stima ta’ valur minimu tal-bejgħ bl-imnut ta’ EUR 30 biljun fis-sena, huwa sors ewlieni ta’ dħul għall-gruppi tal-kriminalità organizzata fl-UE. Minbarra l-impatt ekonomiku, l-imwiet relatati mad-droga u ħsara oħra lis-saħħa pubblika, hemm konsegwenzi usa’ tas-suq tad-drogi, bħal rabtiet mal-attivitajiet kriminali usa’ u mat-terroriżmu, l-impatt negattiv fuq l-ekonomija legali, il-vjolenza fil-komunitajiet, il-ħsara lill-ambjent u l-kwistjoni dejjem aktar importanti ta’ kif is-suq tad-drogi jista’ jżid il-korruzzjoni u jimmina l-governanza.

2.2.

L-użu tad-drogi fl-Ewropa jinkludi firxa wiesgħa ta’ sustanzi, bħal:

il-kannabis – l-użu jibqa’ stabbli f’livelli għoljin;

il-kokaina – hemm sinjali ta’ tħassib ta’ żieda fil-potenzjal li ssir ħsara lis-saħħa;

l-amfetamina – id-domanda tibqa’ stabbli;

il-metamfetamina – il-produzzjoni u t-traffikar jixħtu dawl fuq il-potenzjal ta’ użu akbar fl-Ewropa;

prodotti MDMA – prodotti b’saħħithom ħafna b’mod partikolari joħolqu riskji serji għas-saħħa;

sustanzi psikoattivi ġodda – fi tmiem l-2020, l-EMCDDA kien qed jimmonitorja madwar 830 sustanza psikoattiva ġdida;

LSD, DMT, mushrooms, il-ketamina u GHB – jintużaw b’mod inqas komuni, iżda joħolqu wkoll sfidi dejjem akbar għas-saħħa pubblika;

eroina u opjojdi oħra – qed jiġi osservat potenzjal ta’ żieda fl-użu.

2.3.

Huwa stmat li aktar minn 83 miljun adult fl-UE ppruvaw drogi illeċiti matul ħajjithom. Fl-2019, mietu mill-inqas 5 150 b’doża eċċessiva fl-UE, b’żieda kostanti kull sena mill-2012, inkluż fost adolexxenti li għandhom bejn il-15 u d-19-il sena. Il-firxa tal-użu ta’ stimulanti u t-tipi li huma l-aktar komuni jvarjaw bejn il-pajjiżi – u f’xi Stati Membri xi sustanzi “ħfief” jistgħu jinxtraw mingħajr restrizzjonijiet. L-evidenza qed tikber ta’ żieda potenzjali fl-għadd ta’ persuni li jinjettaw stimulanti. L-użu tad-drogi kollha huwa ġeneralment ogħla fost l-irġiel, u din id-differenza spiss tiġi aċċentwata fil-każi ta’ xejriet ta’ użu aktar intensivi jew regolari.

2.4.

Ir-rapporti jindikaw li l-kultivazzjoni tal-kannabis u l-produzzjoni ta’ drogi sintetiċi fl-Unjoni Ewropea komplew fil-livelli ta’ qabel il-pandemija matul l-2020. Is-suq tad-drogi fl-UE huwa xprunat minn gruppi tal-kriminalità organizzata, huwa wkoll interkonness globalment, u huwa xprunat b’mod sinifikanti mill-produzzjoni tad-drogi fl-Amerika t’Isfel, fl-Afrika, fl-Afganistan, fiċ-Ċina, fil-Marokk, fit-Turkija, u fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent. L-Afrika hija importanti, minħabba r-rwol dejjem jikber tagħha bħala żona ta’ traffikar u ta’ tranżitu, bil-potenzjal li din issir influwenza destabbilizzanti u toħloq impatt negattiv fuq is-sigurtà u l-governanza u problemi akbar ta’ drogi fir-reġjun. Għalhekk, il-KESE jenfasizza l-importanza li jissaħħaħ l-isforz ta’ koordinazzjoni internazzjonali biex jiġu identifikati sustanzi illeċiti ġodda u jiġi evitat li dawn jiġu ttraffikati u mxerrda.

2.5.

Id-data turi b’mod ċar kemm inbidlet is-sitwazzjoni tad-droga matul dawn l-aħħar 25 sena. L-avvenimenti ta’ dawn l-aħħar snin jenfasizzaw ukoll ħtieġa dejjem akbar għal rispons rapidu, u dan jitlob li l-UE tingħata kapaċità akbar biex tiżgura l-identifikazzjoni bikrija ta’ theddid li jirriżulta minn suq tad-droga dejjem aktar dinamiku u adattabbli.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

Fuq l-istess linja ta’ pożizzjonijiet li ħa fil-passat dwar dan is-suġġett (4), il-KESE jilqa’ u jappella għall-implimentazzjoni rapida tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025, li għandha l-għan li tipproteġi u ttejjeb il-benesseri tas-soċjetà u tal-individwi u s-saħħa pubblika, li toffri livell għoli ta’ sigurtà għall-pubbliku ġenerali u li żżid l-għarfien dwar is-saħħa. Il-KESE jfaħħar l-approċċ li ssegwi l-Istrateġija ibbażat fuq l-evidenza, integrat, ibbilanċjat u multidixxiplinari fid-dawl tal-fenomenu tad-drogi fil-livelli nazzjonali, tal-UE u internazzjonali. Il-KESE japprezza li din tinkorpora wkoll perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ekwità fis-saħħa, li hija importanti meta tiġi stabbilita triq ġdida għall-ġlieda kontra d-dipendenza mid-droga u l-problemi assoċjati.

3.2.

Sal-2025, il-prijoritajiet u l-azzjonijiet fil-qasam tad-drogi illeċiti, ikkoordinati permezz ta’ din l-Istrateġija (5), għandhom iħallu impatt globali fuq ċerti aspetti kruċjali tas-sitwazzjoni tad-drogi fl-UE. L-implimentazzjoni koerenti, effettiva u effiċjenti tal-miżuri għandha tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, ta’ stabbiltà soċjali u ta’ sigurtà, u tikkontribwixxi għas-sensibilizzazzjoni. Kwalunkwe konsegwenza negattiva potenzjali mhux intenzjonata assoċjata mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għandha titnaqqas, u d-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli għandhom jiġu promossi u rispettati. Abbażi ta’ dawn il-prinċipji, il-KESE jappoġġja l-approċċ li jiġi stabbilit mandat separat għall-ġlieda kontra t-tixrid u l-prevenzjoni tal-użu volontarju ta’ drogi illeċiti u kwalunkwe tip ta’ dipendenza minnhom.

3.3.

Il-fenomenu tad-drogi huwa element integrali tal-isfidi tas-saħħa u s-sigurtà li l-Ewropa qed tiffaċċja llum. Bil-qasam tad-drogi li qed jiżviluppa b’mod kostanti u b’sustanzi ġodda mhux klassifikati li qed jidħlu fis-suq b’mod regolari, il-fenomenu tad-drogi qed isir dejjem aktar kumpless u mifrux. Id-dħul iġġenerat huwa wkoll stimulant kbir għall-korruzzjoni, il-vjolenza u l-attivitajiet illegali. Din is-sitwazzjoni titlob sforzi akbar fil-livell tal-UE.

3.4.

Il-KESE jikkondividi l-konklużjoni (6) li s-suq tad-drogi kien ferm reżiljenti għat-tfixkil ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. It-traffikanti tad-drogi adattaw b’mod attiv għar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-għeluq tal-fruntieri. Fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa, dan jidher mill-bidliet fir-rotot u l-metodi, b’aktar dipendenza mill-kuntrabandu permezz ta’ kontejners intermodali u ktajjen ta’ provvista kummerċjali u inqas dipendenza mill-użu ta’ kurrieri umani.

3.5.

Għalkemm is-swieq bl-imnut tad-drogi bbażati fit-triq ġew imfixkla matul il-lockdowns inizjali, u ġew esperjenzati xi nuqqasijiet lokalizzati, il-bejjiegħa u x-xerrejja tad-drogi jidhru li adattaw ruħhom billi żiedu l-użu tagħhom ta’ servizzi ta’ messaġġi kriptati, applikazzjonijiet tal-midja soċjali, sorsi online u servizzi ta’ posta u konsenja fid-dar (7). Dan iqajjem it-tħassib li impatt partikolari tal-pandemija fit-tul jista’ jkun li l-mezzi diġitali jservu bħala fattur abilitanti għas-swieq tad-drogi.

3.6.

Ġie osservat li s-swieq tad-drogi rkupraw malajr fil-bidu tal-pandemija, u xi dinamiċi tat-traffikar ġew aċċelerati matul il-COVID-19, bħal: daqsijiet akbar ta’ kunsinni, użu aktar frekwenti ta’ inġenji tal-ajru privati, użu akbar ta’ rotot permezz tal-passaġġi fuq l-ilma, u metodi ta’ pagament mingħajr kuntatt biex jitwasslu d-drogi lill-konsumaturi aħħarin. Dawn l-iżviluppi joħolqu aktar sfidi għall-korpi tal-infurzar u jirrikjedu miżuri preventivi aktar koordinati. Azzjonijiet possibbli ta’ rispons jistgħu jitfasslu madwar (8) it-trawwim ta’ kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi, l-iskambju u t-trasferiment ta’ intelligence dwar l-infurzar tal-liġi u approċċi effettivi ta’ projbizzjoni u l-aħjar prattiki; l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi internazzjonali ta’ responsabbiltà u ta’ tbaħħir, u l-implimentazzjoni ta’ data f’ħin reali u sistemi ta’ monitoraġġ biex jiġu identifikati u indirizzati minnufih il-bidliet fis-suq tad-drogi. Il-KESE jinsab sodisfatt li dawn l-elementi kollha huma inkorporati fil-proposta għall-estensjoni tal-mandat rivedut tal-EUDA futura.

3.7.

Il-KESE jqis li l-mandat tal-EUDA futura għandu jkun ifformulat b’mod aktar espliċitu biex:

jinkludi obbligi ġenerali dwar prekursuri tad-droga kkontrollati (9). Din hija opportunità biex tabilħaqq jiġi difiż l-interess pubbliku u tiġi żgurata l-ekwità fil-ġlieda kontra d-drogi fil-livelli nazzjonali, tal-UE u internazzjonali;

jagħti l-istess attenzjoni mhux biss għall-qerda tal-provvista tad-drogi, iżda wkoll għall-prevenzjoni tal-aċċess għad-drogi, għall-assistenza biex tingħeleb id-dipendenza u għar-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid fis-soċjetà ta’ dawk affettwati.

4.   Użu ta’ drogi u sustanzi illegali

4.1.

Il-KESE jenfasizza l-fatt li hemm ipoteżijiet differenti dwar l-użu ta’ drogi u sustanzi illeċiti li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem – speċjalment meta jittieħdu mingħajr raġuni medika, mingħajr superviżjoni medika u ripetutament fuq perjodu twil ta’ żmien. Peress li tali mġiba tista’ twassal għal dipendenza, isir diffiċli ħafna għall-individwi kkonċernati biex joħorġu mis-sitwazzjoni waħedhom, u għalhekk l-appoġġ minn korpi speċjalizzati u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huwa indispensabbli.

4.2.

Xi mediċini, preskritti mit-tobba biex jitrattaw ċerti kundizzjonijiet tas-saħħa u mard, bħall-benżodiażepini jew l-opjati/mediċini narkotiċi, jistgħu jwasslu għal dipendenza, jekk ma jittiħdux skont ir-riċetta. Dan jista’ jwassal għal frodi, bħal kummerċ illegali ta’ riċetti tal-mediċina jew mediċini, u huwa kopert ukoll mill-mandat tal-EUDA l-ġdid. Matul dawn l-aħħar ftit snin, kien hemm żieda fl-għadd u d-disponibbiltà ta’ benżodiażepini ġodda fis-suq tad-drogi fl-Ewropa u, dejjem aktar, fil-Kanada u fl-Istati Uniti wkoll. Mit-28 ta’ Frar 2021, iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) kien qed jimmonitorja 30 benżodiażepina ġdida permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-UE. Minn dawn, aktar minn 80 % ġew identifikati għall-ewwel darba bejn l-2014 u l-2020 (10). Grupp ieħor ta’ mediċini, preskritti mit-tobba bħall-mediċini kontra l-uġigħ, huma l-opjati li għandhom it-tendenza li jitħalltu ma’ drogi illeċiti mill-utenti, u li mhux biss jistgħu jwasslu għal dipendenza, iżda jistgħu wkoll joħolqu periklu kbir għas-saħħa u saħansitra jikkawżaw kumplikazzjonijiet li jipperikolaw il-ħajja. Dan jista’ wkoll iwassal għal frodi, bħan-negozjar (kemm legali kif ukoll illegali) fir-riċetti tal-mediċina jew fil-mediċini.

4.3.

Meta jitqies li l-provi kliniċi attwali fl-Istati Uniti tal-Amerika fir-rigward ta’ sustanzi li bħalissa huma kklassifikati bħala drogi skont il-liġi tal-UE (eż. MDMA, psiloċibina, LSD), l-EUDA għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-kooperazzjoni mal-EMA fir-rigward tal-emerġenza fi żmien sentejn-tliet snin ta’ suq tal-UE għal drogi (mediċini per se, mhux id-derivattivi tagħhom) reġistrati bħala prodotti mediċinali. Dan jista’ jwassal għal duwalità fejn grupp partikolari ta’ pazjenti jużaw mediċina legalment disponibbli reġistrata bħala mediċina, u grupp ieħor iwettaq reat kriminali billi jużaha illegalment. Dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni fejn persuni b’saħħithom li jixtiequ jiksbu mediċina minn sors legali prodotta skont ir-regolamenti tal-prassi tajba ta’ manifattura (PTM) jissimulaw mard psikjatriku li għalih il-prodott mediċinali (droga) huwa reġistrat uffiċjalment.

4.4.

L-UE bħalissa qed tiffaċċja sfidi kbar, li jirriżultaw mill-fatt li huwa relattivament faċli biex jiġu ddisinjati u jitqiegħdu fis-suq sustanzi mhux klassifikati li jistgħu jikkawżaw dipendenza u jagħmlu ħsara lis-saħħa tan-nies, minbarra l-firxa sħiħa ta’ sustanzi li huma illegali biex jintużaw u jinbiegħu, pereżempju: il-marijuana, l-eroina, il-kokaina u l-amfetamini.

4.5.

It-traffikanti tad-drogi huma estremament innovattivi, u b’hekk jibqgħu jivvintaw sustanzi ġodda. L-identifikazzjoni, id-detezzjoni, id-deskrizzjoni u l-prevenzjoni tat-tfiġġija, it-tixrid u l-użu ta’ dawn is-sustanzi huwa element ieħor tal-mandat tal-EUDA. L-użu ta’ sustanzi differenti issa huwa mifrux ukoll fl-UE u qed ikollu impatt detrimentali fuq is-saħħa pubblika. L-EUDA l-ġdida għandha tindirizza d-dipendenzi l-oħra kollha bbażati fuq sustanza fil-każi meta dawn is-sustanzi jittieħdu flimkien ma’ drogi illeċiti.

4.6.

L-użu ta’ drogi u sustanzi illegali jaffettwa lin-nies kollha, minħabba li jġib miegħu r-riskju ta’ dipendenza, li mhux biss tista’ tirrovina s-saħħa ta’ persuna, iżda tista’ wkoll teqred ħajjet il-persuna kollha, għax tinqabad f’ċiklu vizzjuż u ċċentrat fuq id-drogi, li ma jħalli l-ebda spazju għall-ħajja soċjali, il-familja, l-edukazzjoni, ix-xogħol jew xi ħaġa oħra. Ir-riskju ta’ dipendenza huwa ogħla meta persuna tkun żagħżugħa u inqas esperjenzata u edukata, kif ukoll fil-każ ta’ persuni li huma inattivi u qiegħda.

4.7.

Sabiex jiġi evitat li l-persuni dipendenti jitgħallmu s-sintomi ta’ mard mentali, li l-okkorrenza tagħhom se tkun indikazzjoni għat-terapija bil-mediċini (drogi), għandu jiġi introdott monitoraġġ aktar mill-qrib tal-Internet. Bħalissa, permezz tal-użu tal-informazzjoni disponibbli fuq l-Internet, huwa possibbli li jinkisbu preskrizzjonijiet għal mediċini użati għat-trattament ta’ xi mard, bħall-ADHD u d-dipressjoni. Il-possibbiltà li jinkisbu b’mod leġittimu hija bbażata biss fuq l-intervista mal-pazjent u t-testijiet psikoloġiċi, li għalihom kulħadd jista’ faċilment jipprepara bl-użu ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament.

4.8.

Għalhekk, minħabba l-għadd dejjem akbar ta’ persuni li jużaw prodotti mediċinali b’sustanzi ta’ dipendenza, jidher ġustifikat li l-kompetenzi tal-EUDA jiddaħħlu fl-ambitu ta’ attivitajiet usa’ relatati mal-finanzjament pubbliku ta’ dan it-tip ta’ prodott mediku. Il-finanzjament pubbliku ta’ prodotti mediċinali narkotiċi, fi żmien meta kulħadd jista’ jikseb informazzjoni fuq il-midja soċjali dwar kif wieħed jirrispondi għat-testijiet psikoloġiċi biex ikun jista’ jikseb dan it-tip ta’ mediċini, mingħajr miżuri ta’ sorveljanza addizzjonali, se jwassal għall-abbuż ta’ prodotti mediċinali rimborżati (drogi), peress li dan ikun aktar affordabbli milli jinxtraw mingħand traffikant tad-droga.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1.

Il-KESE jaqbel mas-sejba (11), ikkonfermata minn kuntatti regolari mal-EMCDDA u l-partijiet interessati tiegħu, li hemm distakk dejjem akbar bejn il-kumplessità tal-fenomenu tad-droga u d-dispożizzjonijiet tal-mandat attwali tal-EMCDDA. Ir-Regolament fundatur ma jirriflettix ir-realtà attwali tal-fenomenu tad-drogi u mhuwiex allinjat mal-kompiti meħtieġa mill-EUDA biex tindirizza l-isfidi tal-fenomenu tad-droga u t-talbiet mill-partijiet ikkonċernati ewlenin tagħha.

5.2.   Reviżjoni tal-mandat tal-EUDA

5.2.1.

B’konformità mal-Opinjoni preċedenti tiegħu, il-KESE jappoġġja l-isforz fil-ġlieda kontra t-tixrid u l-użu illegali ta’ drogi illeċiti u jinsab lest li jappoġġja kwalunkwe kampanja u azzjoni preventiva għal dak il-għan. Jinnota b’dispjaċir li r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu biex l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili interessati jiġu involuti mill-qrib fil-ħidma tal-EUDA mhumiex riflessi fil-proposta.

5.2.2.

Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li l-mandat tal-EUDA jiġi estiż, billi tingħata approċċi u għodod aktar kontemporanji u li jħarsu ’l quddiem, u japprova s-seba’ oqsma ġodda kollha ta’ kompetenzi addizzjonali. Jinnota b’dispjaċir li l-għoti ta’ informazzjoni, il-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, l-azzjonijiet li jgħinu biex jeliminaw id-dipendenza u l-miżuri preventivi ma ġewx artikolati b’mod aktar ċar, u li l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bil-valur miżjud tagħhom u s-sinerġiji li joħolqu, mhumiex inklużi fil-proposta.

5.2.3.

Il-kompetenzi tal-EUDA kondiviżi mal-EMA dwar il-preskrizzjoni medika għandhom jiġu estiżi wkoll fir-rigward tat-tfassil tat-taħriġ għat-tobba li jippreskrivu xi kategorija ta’ prodotti mediċinali li huma kklassifikati bħala drogi illeċiti skont il-liġi tal-UE.

5.2.4.

Il-KESE jipproponi li jiżdiedu xi elementi għal kull wieħed mis-seba’ objettivi speċifiċi, kif ġej:

sabiex tindirizza aħjar u tiffoka fuq il-monitoraġġ tal-użu ta’ diversi drogi, jiġifieri l-vizzju tal-użu ta’ sustanzi oħra b’rabta mal-użu tad-drogi, l-EUDA għandha tikkunsidra li l-użu ta’ diversi sustanzi huwa mifrux fost dawk li jużaw id-droga u li dan għandu impatt detrimentali fuq is-saħħa pubblika. Biex dan il-fenomenu jiġi indirizzat b’mod effettiv jinħtieġu kooperazzjoni mill-qrib fil-livell reġjonali u lokali u involviment dirett tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

il-punti ta’ kuntatt nazzjonali jeħtieġu aktar appoġġ biex jiżviluppaw valutazzjonijiet tat-theddid u għodod biex jinfurmaw lill-ħaddiema f’kuntatt ma’ persuni li jużaw drogi dwar żviluppi ġodda li jikkonċernaw drogi illeċiti li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq is-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà pubblika, peress li huma jinsabu fl-ewwel linja biex jgħinu biex tingħata spinta lill-istat ta’ tħejjija tal-UE biex tirreaġixxi għal theddid ġdid;

jinħoloq network ta’ laboratorji forensiċi u tossikoloġiċi, li jlaqqgħu flimkien laboratorji nazzjonali. In-network se jrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni dwar żviluppi u xejriet ġodda u jappoġġja t-taħriġ ta’ esperti forensiċi dwar id-drogi. Sabiex jinkisbu ekonomiji ta’ skala, il-KESE jilqa’ l-idea ta’ network ta’ laboratorji virtwali, li jistgħu jinbnew ukoll minn raggruppamenti ta’ Stati Membri, abbażi tal-prossimità ġeografika tagħhom, jew abbażi ta’ profili simili ta’ riskju ta’ importazzjoni u tixrid;

Ir-rwol tan-network REITOX għandu jissaħħaħ biex jipprovdi bażi ta’ data solida għat-tfassil ta’ strateġiji effettivi ta’ informazzjoni u prevenzjoni, u għandu jkun jista’ joħroġ twissijiet fil-każi meta sustanzi partikolarment perikolużi jsiru disponibbli fis-suq. Il-KESE jara opportunità biex il-proċess tal-ġbir tad-data mill-Istati Membri jiġi ottimizzat, billi tiġi introdotta metodoloġija xjentifika unifikata, inkluż proċess awtomatizzat tal-forniment tad-data mill-Istati Membri, kif ukoll billi jiġu konnessi r-reġistri u l-bażijiet tad-data rilevanti;

L-iżvilupp ta’ kampanji ta’ prevenzjoni u sensibilizzazzjoni fil-livell tal-UE dwar id-drogi illeċiti, filwaqt li l-EUDA tkun tista’ taġixxi abbażi tal-analiżi li tipproduċi. L-EUDA għandha tkun tista’ wkoll tappoġġja lill-Istati Membri fit-tħejjija ta’ kampanji nazzjonali u tista’, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, tfassal indikazzjonijiet viżwali standard, li għandhom ikunu obbligatorji fuq l-imballaġġ tal-mediċini li fihom sustanzi mediċinali;

issir riċerka u jingħata appoġġ, mhux biss dwar kwistjonijiet relatati mas-saħħa, iżda wkoll dwar is-swieq tad-drogi u l-provvista tad-drogi, u b’hekk il-kwistjoni tad-drogi tiġi indirizzata b’mod aktar komprensiv;

rwol internazzjonali aktar b’saħħtu ta’ tmexxija tal-UE dwar il-politika dwar id-drogi fil-livell multilaterali, u appoġġ għal dan ir-rwol.

5.3.   Perkorsi biex jiġi żgurat l-operat bla xkiel tal-EUDA

5.3.1.

L-EUDA l-ġdida jeħtieġ tirrevedi l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji tal-Istati Membri, u dawn għandhom jiġu vvalutati abbażi tad-disponibbiltà u l-kapaċità tas-servizzi rikonoxxuti u rakkomandati fil-qasam tad-drogi. Sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-mandat estiż, il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandu jkollhom iċ-ċertezza li se jirċievu biżżejjed riżorsi finanzjarji, b’mod prevedibbli u stabbli, minflok ma jkollhom jikkompetu għall-għotjiet.

5.3.2.

L-informazzjoni u l-prevenzjoni kif enfasizzat fl-Artikolu 168(1), it-tielet subparagrafu, tat-TFUE, għandhom jiġu estiżi għal attivitajiet speċifiċi minn komunitajiet lokali u għandhom jippromovu l-ħolqien ta’ ambjent ta’ appoġġ għal persuni li jużaw id-drogi, sabiex ikunu jistgħu jirċievu għajnuna lokalment biex jegħlbu d-dipendenza tagħhom. Huwa importanti li l-komunitajiet lokali jirċievu pjani ta’ ħidma u appoġġ sostanzjali mill-awtoritajiet u l-EUDA.

5.3.3.

Il-KESE jenfasizza l-fatt li d-dipendenza mid-droga hija relatata b’mod qawwi ma’ problemi ta’ saħħa mentali, u ma’ trawma fil-passat; għalhekk, fil-ġlieda kontra dawn id-dipendenzi, il-kawżi ewlenin għandhom jiġu indirizzati u l-pjan ta’ azzjoni tal-EUDA għandu jinbena fuq il-bażi ta’ ħidma psikoloġika mal-gruppi f’riskju ta’ dipendenza.

5.3.4.

Id-data turi li, minbarra l-popolazzjoni li teħtieġ appoġġ psikoloġiku minħabba esperjenzi trawmatiċi preċedenti, hemm ukoll grupp ta’ persuni li, kieku ma kinux infettati bil-COVID-19, probabbilment ma kinux isiru dipendenti. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li l-kompetenzi tal-EUDA jiġu estiżi biex ikopru din iż-żieda sinifikanti fis-suxxettibbiltà tan-nies għad-dipendenza minħabba l-effetti severi fit-tul tal-COVID-19.

5.3.5.

Fl-istess ħin, l-infurzar effettiv tal-projbizzjoni ta’ drogi illeċiti jeħtieġ ħidma effiċjenti fil-pedamenti tas-soċjetà, sabiex il-persuni b’vizzji ma jitħallewx waħedhom, iżda jiġu appoġġjati fl-għażla tagħhom li ma jerġgħux jirrikorru għad-drogi. Minkejja ż-żieda fil-fondi pubbliċi li qed jintefqu fuq il-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi, għadha problema kbira biex in-nies jingħataw għajnuna biex jegħlbu d-dipendenza. Għalhekk, l-EUDA, b’kont meħud tal-aħjar esperjenzi tal-Istati Membri tal-UE, tista’ tidderieġi mill-ġdid parti aktar sinifikanti tal-ħidma tagħha lejn il-kawżi psikoloġiċi tal-abbuż tad-droga.

5.3.6.

Biex jiġi segwit approċċ globali u reġjonali għas-suq tad-drogi fl-UE hemm bżonn traċċar u monitoraġġ mill-qrib tal-iżviluppi fil-produzzjoni tad-drogi u s-sustanzi illeċiti f’reġjuni li tradizzjonalment joħolqu riskji, bħall-Amerika t’Isfel, l-Afganistan, l-Afrika, iċ-Ċina, it-Turkija u l-Balkani tal-Punent. Ir-rwol attiv u dejjem jinbidel tal-organizzazzjonijiet kriminali fit-tibdil tad-dinamika tal-provvista tad-drogi u fit-traffikar jitlob sforzi kostanti u kkoordinati mill-korpi rilevanti kollha, u speċjalment minn dawk involuti fl-infurzar u l-kontroll tal-fruntieri, fil-livell internazzjonali. Hija biss kooperazzjoni intensa li tista’ tgħin biex jiġu mmappjati l-kurituri tad-drogi sabiex dawn jiġu eliminati b’mod effettiv.

5.4.   Punti ta’ kuntatt nazzjonali

5.4.1.

Ir-rwol u l-funzjonijiet tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandhom jiġu estiżi. Il-ħidma tagħhom fil-pajjiżi differenti tal-UE tvarja b’mod konsiderevoli. Ċerti punti ta’ kuntatt nazzjonali jwettqu attivitajiet informattivi, analitiċi, ta’ riċerka xjentifika, ta’ konsulenza esperta u ta’ pubblikazzjoni. L-objettivi ewlenin tal-attivitajiet tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandhom jinkludu aktar monitoraġġ metodoloġiku, ġbir tad-data standardizzat, evalwazzjoni u klassifikazzjoni, u l-ipproċessar, il-ħżin, l-analiżi u t-tixrid ta’ informazzjoni fil-qasam tad-domanda u l-provvista tad-drogi fl-UE. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandhom jiżviluppaw politika dwar id-drogi u reazzjonijiet attivi għas-sitwazzjoni f’dak il-qasam. Huma għandhom jaħdmu dwar l-għoti ta’ informazzjoni, u jappoġġjaw l-attività tal-gvernijiet nazzjonali u l-formulazzjoni ta’ politika nazzjonali dwar id-drogi u d-dipendenza fuq id-droga.

5.4.2.

Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali huma essenzjali biex l-implimentazzjoni tal-mandat il-ġdid tal-EUDA tkun effettiva u f’waqtha. Huwa biss network ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali aktar b’saħħtu u kkoordinat tajjeb li jista’ jipprovdi data rilevanti – mhux biss b’mod retrospettiv, iżda l-aktar importanti – dwar it-tfiġġija ta’ sustanzi perikolużi ġodda, id-detezzjoni u l-identifikazzjoni tagħhom, kanali possibbli ta’ distribuzzjoni, eċċ. Peress li dan jirrikjedi l-bini ta’ kapaċità adatta ta’ laboratorji, għandhom jiġu promossi unjonijiet u raggruppamenti reġjonali – miġbura f’żoni ta’ riskju għoli, eż. fil-fruntieri esterni tal-UE, qrib rotot tipiċi ta’ importazzjoni tad-drogi, eċċ.

5.4.3.

Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandhom jiġu appoġġjati u mgħammra bl-aktar mod effettiv possibbli b’linji gwida u metodoloġiji komuni biex ikunu jistgħu jiġbru data u indikaturi komparabbli, li jistgħu jservu bħala bażi għat-tranżizzjoni lejn kwistjonijiet ta’ sikurezza u sigurtà aktar milli sempliċement il-ġlieda kontra t-tixrid tad-drogi u s-sustanzi illeċiti.

5.4.4.

L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jipprovdu aktar riżorsi lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali – inkluż informazzjoni, teknoloġija, finanzjament, eċċ. Għandu jsir kull sforz biex jiġu megħjuna jsaħħu l-kapaċità tagħhom biex iwettqu l-mandat il-ġdid u biex jaqdu rwol akbar.

5.4.5.

Għandu jitfakkar li, minbarra l-ħolqien ta’ mekkaniżmi komunitarji għall-ġlieda kontra d-dipendenza, l-EUDA għandha, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tibni sistemi nazzjonali ta’ kooperazzjoni biex toħloq u tappoġġja programmi ta’ appoġġ konġunti għal gruppi potenzjalment f’riskju ta’ dipendenza mid-droga. Hija biss rabta b’saħħitha żviluppata fi ħdan il-komunitajiet lokali li tista’ tgħin biex jitnaqqas l-użu tad-drogi. Bħala eżempju ta’ soluzzjonijiet bħal dawn li diġà wasslu għal soluzzjonijiet pożittivi, l-EUDA tista’ tuża s-soluzzjonijiet diġà implimentati mill-Gvern Portugiż.

5.4.6.

Il-KESE jara opportunità biex tittejjeb is-sistema ta’ rappurtar tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali, biex jiġi evitat l-investiment ta’ ħin u riżorsi addizzjonali f’rappurtar doppju – peress li bħalissa huma meħtieġa jirrapportaw kemm lill-EUDA futura kif ukoll lin-NU.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  ĠU C 102 I, 24.3.2021, p. 1

(2)  ĠU C 272, 8.7.2021, p. 2

(3)  Ibbażat fuq data miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), European Drug Report 2021 (Rapport Ewropew dwar id-Drogi 2021 – mhux disponibbli bil-Malti), www.emcdda.europa.eu

(4)  ĠU C 56, 16.2.2021, p. 47, ĠU C 34, 2.2.2017, p. 182, ĠU C 177, 11.6.2014, p. 52, ĠU C 229, 31.7.2012, p. 85, ĠU C 69, 21.3.2006, p. 22

(5)  L-Istrateġija hi bbażata l-ewwel u qabel kollox fuq il-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-UE u, f’kull rigward, tirrispetta l-valuri fundaturi tal-UE: ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. L-Istrateġija hija bbażata wkoll fuq id-dritt internazzjonali, il-konvenzjonijiet rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) li jipprovdu l-qafas legali internazzjonali biex jiġi indirizzat il-fenomenu ta’ drogi illeċiti u d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem. L-Istrateġija tqis l-iżviluppi ta’ politika fil-livell multilaterali, u tikkontribwixxi għall-aċċelerazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom.

(6)  Waħda mill-konklużjonijiet ewlenin tar-Rapport Ewropew dwar id-Drogi 2021. https://www.emcdda.europa.eu/edr2021_en

(7)  European Drug Report 2021 (Rapport Ewropew dwar id-Drogi 2021 – mhux disponibbli bil-Malti).

(8)  European Drug Report 2021 (Rapport Ewropew dwar id-Drogi 2021 – mhux disponibbli bil-Malti).

(9)  Mill-1988, il-prekursuri tad-droga kkontrollati ġew inklużi fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi. In-NU introduċiet dispożizzjonijiet u rekwiżiti dettaljati relatati mal-kontroll tal-prekursuri li jintużaw għall-produzzjoni ta’ drogi ta’ abbuż. Fil-11 ta’ Frar 2004, il-PE u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 dwar il-prekursuri tad-droga (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1).

(10)  New benzodiazepines in Europe – a review (Benżodiażepini ġodda fl-Ewropa – ħarsa ġenerali), Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, 2021 (mhux disponibbli bil-Malti). ISBN 978-92-9497-641-3.

(11)  Evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2018/2019 skont id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-KE dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt.


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/95


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli”

(COM(2021) 800 final)

(2022/C 323/16)

Relatur: Arnold PUECH D’ALISSAC

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 21.1.2022

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent

Adottata fis-sezzjoni

4.5.2022

Adottata fil-plenarja

19.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

221/0/4

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jqis li sabiex tissolva l-kwistjoni tan-newtralità karbonika Ewropea, jeħtieġ li nnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, inżidu l-bjar tal-karbonju, kif ukoll insibu sostituti għall-karbonju fossili fl-ekonomija tagħna. Għaldaqstant, il-KESE jaqbel mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-mezzi u s-soluzzjonijiet kollha għandhom jingħaqdu flimkien biex jintlaħaq dan l-objettiv.

1.2.

Il-KESE jappoġġja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi żewġ soluzzjonijiet għall-assorbiment u s-sekwestru tal-karbonju: is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (magħrufa bħala “sekwestru tal-karbonju”) u s-soluzzjonijiet teknoloġiċi industrijali.

1.3.

Il-KESE jqis li s-settur tal-art (l-agrikoltura, il-forestrija, iż-żoni bit-torbiera, eċċ.) jista’ jaqdi rwol attiv fil-ġlieda kontra t-tisħin globali, filwaqt li jikkontribwixxi għal dieti bilanċjati sew, billi jipprovdi ikel ta’ kwalità u fi kwantità suffiċjenti u bi prezzijiet affordabbli għal kulħadd u li jrendi qligħ għall-produtturi.

1.4.

Il-KESE jinsisti li s-suġġett taċ-ċikli tal-karbonju sostenibbli għandu jitqies b’mod olistiku. Fil-fatt, iż-żieda tal-bjar tal-karbonju u l-akbar sostituzzjoni kemm jista’ jkun possibbli tal-karbonju fossili bilfors se jeħtieġu żieda fil-bijomassa prodotta, b’impatt fuq is-settur tal-art.

1.5.

Peress li s-settur agrikolu naturalment jarmi l-emissjonijiet, il-KESE jqis li jekk jiġu adottati prattiki li jarmu anqas emissjonijiet, dan ikollu rabta diretta mas-suċċess tal-iżvilupp ta’ ċiklu tal-karbonju sostenibbli. Finalment, sabiex tinstab risposta għad-domanda dejjem akbar għall-ikel, kif ukoll għall-adozzjoni taċ-ċiklu tal-karbonju sostenibbli tal-futur, is-settur agrikolu bilfors se jkollu jadatta ruħu għat-tibdil fil-klima.

1.6.

Għalhekk, il-KESE jqis li s-sekwestru tal-karbonju ma għandux jitqies biss bħala opportunità kummerċjali, iżda bħala element fundamentali tal-futur tal-agrikoltura u tal-forestrija Ewropej u bħala għodda għal azzjoni klimatiks, u b’hekk jikkontribwixxi għal żoni rurali aktar reżiljenti, f’konformità mal-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE (1).

1.7.

Il-KESE huwa tal-fehma li l-politika agrikola komuni (PAK) weħidha mhijiex kapaċi tiżgura li jintlaħqu l-objettivi tan-newtralità karbonika: il-PAK għandha tipprovdi l-qafas politiku li jwitti t-triq għat-tranżizzjoni agrikola lejn livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (jiġifieri settur agrikolu li jarmi anqas u li jissekwestra aktar emissjonijiet); l-appoġġ għall-investiment fil-PAK jista’ u għandu jippremja l-ħżin tal-karbonju finanzjarjament bħala ekoservizz u appoġġ għad-dħul għall-bdiewa, iżda l-ħżin tal-karbonju ma għandux ikun kundizzjonalità ġenerali tal-PAK; aktar importanti minn hekk, il-KESE huwa tal-fehma li l-iżvilupp tas-suq tal-karbonju għandu jiġi promoss aktar.

1.8.

Il-krediti tal-karbonju għandhom jagħtu remunerazzjoni għal servizz, jiġifieri s-sekwestru tal-karbonju atmosferiku, iżda għandhom ukoll jappoġġjaw it-tranżizzjoni tas-settur agrikolu lejn livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Għaldaqstant, jeħtieġ li jsir investiment fil-krediti tal-karbonju permezz ta’ sistema trasparenti u affidabbli li biha jistgħu jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ sekwestru iżda wkoll il-ħtiġijiet tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-settur. L-affidabbiltà se tkun ibbażata fuq ċertifikazzjoni li tqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali u li tiġi adattata skont l-approċċ territorjali ta’ kull pajjiż.

1.9.

Se jkun meħtieġ qafas ġuridiku ċar u kondiviż fost l-Istati Membri għall-iżvilupp tas-sekwestru tal-karbonju, li jqis l-isfidi għal proġetti ċċertifikati ta’ sekwestru tal-karbonju identifikati fil-Komunikazzjoni tal-KE.

1.10.

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Istati Membri ma għandhomx kapaċitajiet ta’ investiment u ta’ appoġġ indaqs fir-rigward tas-sekwestru tal-karbonju, u li għandhom kapaċitajiet finanzjarji u ta’ ġestjoni differenti minn xulxin.

1.11.

Peress li l-miżuri ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri mhumiex qed jipproteġu b’mod adegwat is-settur agrikolu, il-KESE jirrakkomanda li jitqiesu wkoll il-prodotti importati u li jiġi żgurat li l-ftehimiet kummerċjali, kemm ġodda kif ukoll eżistenti, iġiegħlu lill-pajjiżi esportaturi jinvolvu ruħhom f’ċikli tal-karbonju sostenibbli.

1.12.

Fir-rigward tas-soluzzjonijiet industrijali, bħall-ħżin permanenti tas-CO2 fil-formazzjonijiet ġeoloġiċi jew il-mineralizzazzjoni tal-karbonju fl-aggregati innovattivi, il-KESE jqis li dawn is-soluzzjonijiet għandhom ikunu sostenibbli u jevitaw effetti negattivi fuq il-bijodiversità, l-ekosistemi u l-komunitajiet.

1.13.

Il-proposta rigward is-sekwestru tal-karbonju għandha tagħmel parti minn tranżizzjoni akbar lejn sistema tal-ikel sostenibbli.

1.14.

Il-benesseri tal-ħaddiema, il-prevedibbiltà tal-karrieri u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur agrikolu, kif ukoll il-ħtieġa għal remunerazzjoni ġusta, jenħtieġ li jitqiesu sabiex il-bdiewa u l-ħaddiema jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u jirnexxu fiha.

2.   Kummenti ġenerali

In-newtralità karbonika fl-2050: is-soluzzjoni sabiex jiġi rispettat il-Ftehim ta’ Pariġi

2.1.

Iż-żieda esponenzjali fl-ammont ta’ gassijiet serra fl-atmosfera mir-Rivoluzzjoni Industrijali ’l hawn wasslet f’żieda fit-temperatura madwar id-dinja kollha. Ix-xjentisti jaqblu fuq l-urġenza li tintlaħaq in-newtralità klimatika globalment sal-2050 u li l-emissjonijiet globali jridu jilħqu l-quċċata tagħhom sal-2025 sabiex it-tisħin ikun jista’ jiġi llimitat għal 1,5 o(2).

2.2.

L-IPCC iqis li b’żieda ta’ 2 oC, ir-riskji għall-provvista tal-ikel jistgħu jsiru sinifikanti ħafna f’ċerti reġjuni tad-dinja. Barra minn hekk, skont l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), huwa mistenni li l-ħtiġijiet tal-ikel jiżdiedu b’70 % bejn l-2009 u l-2050, jiġifieri 9 biljun persuna li se jkollhom bżonn l-ikel.

2.3.

Peress li l-produzzjoni tal-ikel tagħna minnha nnifisha tiddependi mill-klima, aħna se jkollna nadattaw għal din l-emerġenza kemm tal-klima kif ukoll tal-ikel.

2.4.

L-għan tal-Ftehim ta’ Pariġi huwa li jillimita t-tisħin globali bejn 1,5 oC u massimu ta’ 2 oC. Għaldaqstant, l-Unjoni Ewropea adottat il-Patt Ekoloġiku u inkludiet l-objettiv tan-newtralità karbonika sal-2050 fil-Liġi dwar il-Klima. Għal dan il-għan, hija implimentat żewġ inizjattivi ewlenin:

it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-anqas 55 % sal-2030 permezz tal-proposta tal-pakkett leġiżlattiv “lesti għall-mira ta’ 55 %”;

ir-riċiklaġġ tal-karbonju minn flussi tal-iskart, sorsi tal-bijomassa sostenibbli jew mill-atmosfera [ekonomija ċirkolari, bijoeknomija sostenibbli, teknoloġiji meħtieġa għall-qbid u l-użu tal-karbonju (CCU)].

Il-ħtieġa li jiżdiedu l-assorbimenti tal-karbonju

2.5.

Fid-dawl ta’ dawn ir-realtajiet, il-KESE jaqbel mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi żewġ soluzzjonijiet għall-assorbiment u s-sekwestru tal-karbonju: is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (is-sekwestru tal-karbonju) u s-soluzzjonijiet teknoloġiċi industrijali bbażati fuq il-qbid u l-ħżin tal-karbonju fl-atmosfera permezz ta’ teknoloġiji bħad-DACCS (Il-Qbid u l-Ħżin tal-Karbonju Direttament mill-Arja) jew il-BECCS (Bijoenerġija bil-Qbid u l-Ħżin tal-Karbonju).

2.6.

Peress li l-agrikoltura naturalment tikkostitwixxi 11 % tal-emissjonijiet Ewropej mormija, hija tikkontribwixxi għall-emissjonijiet, iżda wkoll għat-tnaqqis fil-gassijiet serra għaliex isservi ta’ bir tal-karbonju u tikkontribwixxi għall-bijoekonomija billi tforni karbonju mhux fossili.

2.7.

Għaldaqstant, jidher biċ-ċar li l-objettivi tas-settur tal-art huma li jipparteċipa fil-ġlieda kontra t-tisħin globali u li jgħin biex id-dieti jkunu bbilanċjati sew billi jipprovdi ikel ta’ kwalità u fi kwantità suffiċjenti bi prezzijiet affordabbli għal kulħadd, li joħloq impjiegi stabbli u ta’ kwalità tajba filwaqt li jrendi qligħ għall-produtturi (b’mod partikolari, ara l-Opinjonijiet dwar Is-sigurtà alimentari u sistemi tal-ikel sostenibbli (3) u dwar Lejn katina tal-provvista tal-ikel ġusta (4)).

2.8.

Għaldaqstant, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima teħtieġ għodod tranżizzjonali ġusti u aċċessibbli għall-Istati Membri u għall-bdiewa kollha.

3.   Kummenti speċifiċi

L-objettivi tas-settur tal-art: il-mitigazzjoni, is-sekwestru u l-ikel

3.1.

Sabiex tissolva l-kwistjoni tan-newtralità karbonika Ewropea, jeħtieġ li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, jiżdiedu l-bjar tal-karbonju, kif ukoll jinstabu sostituti għall-karbonju fossili fl-ekonomija tagħna. Għaldaqstant, il-KESE jaqbel mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-mezzi u s-soluzzjonijiet kollha għandhom jingħaqdu flimkien biex jintlaħaq dan l-objettiv.

3.2.

Bħalma ġie ppreżentat fil-proposta għal emenda tar-Regolament LULUCF (5) fi ħdan il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, is-sekwestru tal-karbonju għandu jgħin biex jintlaħaq l-objettiv ta’ assorbiment nett propost għall-2030 ta’ 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-settur tal-art. Il-KESE jirrimarka li hemm diversi modi kif jista’ jiżdied is-sekwestru tal-karbonju, b’mod partikolari permezz tal-ġestjoni tal-art, ir-riġenerazzjoni tal-foresti u r-restawr tal-ekosistemi naturali (f’dan ir-rigward, ara l-Opinjoni dwar dan is-suġġett (6)).

Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura

3.3.

Hemm aktar karbonju maħżun fil-ħamrija milli hemm karbonju maħżun fil-pjanti jew fl-atmosfera. Madankollu, l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili, mill-proċessi industrijali u minn tibdil fl-użu tal-art qed jakkumulaw fl-oċeani u qed iżidu b’mod drammatiku l-konċentrazzjoni ta’ CO2 fl-atmosfera, li hija problema prinċipali.

3.4.

Bl-iffissar tal-karbonju fl-arja f’materja veġetali, il-bijoakkumulazzjoni ta’ materja organika fil-ħamrija, il-bijomaterjali u l-użu tal-enerġija mill-bijomassa mkabbra lokalment, l-attivitajiet agrikoli jirriċiklaw porzjon tal-karbonju mormi.

3.5.

Is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jiffoka fuq it-tnaqqis tas-CO2 fl-atmosfera, iżda jeżistu emissjonijiet oħra tal-gassijiet serra fis-settur agrikolu li għandhom jiġu indirizzati (pereżempju, l-emissjonijiet tal-metan u tal-N2O, gassijiet li jsaħħnu aktar relattivament (għal kull kg) mis-CO2). It-trobbija tal-bhejjem tippermetti li prodotti veġetali jingħataw fertilizzanti organiċi, u s’issa l-baqar qed jitgħalfu b’ħaxix imkabbar lokalment, u dan jikkontribwixxi, kif spjegat fl-Opinjoni dwar Il-benefiċċji tat-trobbija estensiva tal-bhejjem u tal-fertilizzanti organiċi fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (7).

3.6.

Fid-dawl ta’ dawn l-isfidi u s-soluzzjonijiet differenti pprovduti mis-settur tal-art, jidher li s-suġġett ta’ ċikli tal-karbonju sostenibbli jrid jitqies b’mod olistiku, fid-dawl tad-diversità tas-servizzi tal-ekosistema pprovduti mill-ħamrija agrikola, flimkien mas-sekwestru tal-karbonju, u l-kapaċitajiet ta’ sekwestru tal-karbonju li jvarjaw skont il-parametri pedoklimatiċi u bijoloġiċi. Fil-fatt, iż-żieda tal-bjar tal-karbonju u s-sostituzzjoni kemm jista’ jkun possibbli tal-karbonju fossili jitolbu żieda fil-bijomassa prodotta.

3.7.

Peress li s-settur agrikolu min-natura tiegħu huwa sors tal-emissjonijiet, l-adozzjoni ta’ prattiki li jipproduċu anqas emissjonijiet se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni u għal ċiklu tal-karbonju sostenibbli. Barra minn hekk, it-tnaqqis tal-emissjonijiet, it-tisħiħ tas-sekwestru tal-karbonju, u r-rispons għad-domanda dejjem akbar għall-ikel filwaqt li nadattaw għat-tibdil fil-klima (eż. l-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima fuq il-ħsad) joħolqu diversi sfidi li jeħtieġu l-innovazzjoni u l-appoġġ għas-settur.

3.8.

Għaldaqstant, il-KESE jqis li proposta għal tibdil fir-Regolament LULUCF tkun kruċjali għall-bilanċ klimatiku fit-tul, u li r-rwol tas-sekwestru tal-karbonju ma għandux jitqies biss bħala opportunità kummerċjali, iżda bħala element fundamentali tal-futur tas-settur agrikolu Ewropew.

3.9.

Filwaqt li jiżgura li tinżamm is-sigurtà tal-ikel, l-irkupru tal-karbonju għandu tliet sfidi differenti:

is-sekwestru tal-karbonju atmosferiku fil-ħamrija;

it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

l-adattament tas-settur agrikolu għat-tibdil fil-klima.

3.10.

Diversi prattiki tal-ġestjoni tal-art jippermettu titjib fis-sekwestru tal-karbonju, u fost dawn insibu:

l-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni;

l-agroforestrija u forom oħra ta’ biedja mħallta li jikkombinaw il-veġetazzjoni tal-injam u/jew sistemi tal-produzzjoni tal-pjanti u tal-bhejjem;

l-użu tal-għelejjel tat-titwiq, tal-għelejjel ta’ kopertura, u tal-konservazzjoni;

il-konverżjoni tar-raba’ f’raba’ mistrieħ jew f’mergħat permanenti;

ir-restawr tat-torbiera u tal-artijiet mistagħdra.

3.11.

Il-potenzjal huwa kbir, pereżempju, skont l-inizjattiva 4/1000 tal-Istitut Nazzjonali Franċiż għar-Riċerka dwar l-Agrikoltura, l-Ikel u l-Ambjent (INRAE), il-potenzjal massimu tal-ħżin agrikolu addizzjonali fi Franza huwa ta’ 8,43 miljun tunnellata ta’ karbonju kull sena għall-ewwel 30 ċentimetru ta’ ħamrija.

3.12.

B’rabta mal-objettiv ta’ “teħid nett żero ta’ art” sal-2050 stabbilit fl-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija (8), u sabiex tiġi żgurata din il-funzjoni mil-lat ta’ bjar tal-karbonju u ta’ produzzjoni tal-bijomassa, il-KESE jirrakkomanda ġestjoni u protezzjoni adegwati tar-raba’ li jinħadem, u jinnota b’sodisfazzjon li xi Stati Membri qed jaħdmu fuq din (eż. fl-Estonja qed tiġi abbozzata leġiżlazzjoni dwar l-art).

3.13.

Il-Komunikazzjoni tidentifika xi sfidi għal proġetti ċċertifikati ta’ sekwestru tal-karbonju, iżda ma tipprovdix tweġiba dwar kif:

għandha tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ temporanjetà: il-karbonju sekwestrat u maħżun fil-ħamrija u l-bijomassa jista’ jiġi rrilaxxat fl-atmosfera, u b’hekk jelimina l-vantaġġi tat-tnaqqis fit-tibdil fil-klima;

għandu jkun hemm kwantifikazzjoni preċiża tal-ispejjeż reali addizzjonali billi l-monitoraġġ, ir-rappurtar dwar il-karbonju maqbud u l-verifika tiegħu għadhom sfida;

għandhom jiġu kkunsidrati l-ispejjeż tal-prattiki tas-sekwestru tal-karbonju u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-agrikoltura.

3.14.

Fl-aħħar nett, it-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-settur agrikolu permezz ta’ prattiki adattati jew teknoloġiji ġodda m’għandux jintesa, u livelli moderati ta’ użu ta’ enerġija u tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra huma prijorità.

Soluzzjonijiet ibbażati fuq il-qbid, l-użu u l-ħżin industrijali tal-karbonju

3.15.

Il-Komunikazzjoni tipproponi bħala objettivi li minn issa sal-2028, kull tunnellata ta’ CO2 li tinqabad tiġi trasportata, użata u maħżuna mill-industriji trid tiġi ddikjarata u tingħadd skont l-oriġini fossili, bijoġenika jew atmosferika tagħha; li mill-inqas 20 % tal-karbonju użat fi prodotti kimiċi jew tal-plastik iridu jiġu minn sorsi mhux fossili sostenibbli minn issa sal-2030, u li 5 miljun tunnellata ta’ CO2 iridu jinqabdu kull sena mill-atmosfera u jinħażnu b’mod permanenti fil-qafas ta’ proġetti pilota minn issa sal-2030.

3.16.

Il-karbonju fossili għandu jiġi ssostitwit minn flussi aktar sostenibbli ta’ karbonju riċiklat mill-iskart, minn bijomassa sostenibbli jew direttament mill-atmosfera.

3.17.

Fil-fatt, is-sitt rapport tal-IPCC (9) jispjega li għandhom jitneħħew bejn 100 sa 1 000 gigatunnellata ta’ CO2 sa tmiem is-seklu 21. Il-biċċa l-kbira tal-miżuri tal-assorbiment tal-karbonju attwali u potenzjali jista’ jkollhom impatti sinifikanti fuq l-art, l-enerġija, l-ilma jew in-nutrijenti jekk jintużaw fuq skala kbira. Il-KESE huwa tal-fehma li jeħtieġ governanza effettiva sabiex tiġi evitata kompetizzjoni fost mezzi differenti tal-użu tal-art li jista’ jkollhom impatti sinifikanti fuq is-sistemi agrikoli u tal-ikel, il-bijodiversità u funzjonijiet u servizzi ekosistemiċi oħrajn.

3.18.

Jeżistu teknoloġiji differenti għall-qbid, l-użu u l-ħżin industrijali tal-karbonju (l-użu tal-bijomassa fil-bini, il-BECCS, id-DACCS, il-qbid u l-użu tal-karbonju (CCU), eċċ.), iżda kull waħda minn dawn it-teknoloġiji tinvolvi vantaġġi u żvantaġġi. Barra minn hekk, il-KESE jinnota li ma tispikka l-ebda soluzzjoni unika (10).

3.19.

Pereżempju, it-teknoloġija tal-BECCS tippermetti li jitneħħa l-karbonju mill-atmosfera filwaqt li jiġu prodotti s-sħana u l-enerġija. Madankollu, jeħtieġ li nqisu l-limitazzjonijiet tas-sostenibbiltà tal-bijomassa użata. Il-proġetti għall-qbid dirett tal-arja fl-Iżlanda u fl-Iskozja jiswew ħafna u għadhom jikkonsmaw wisq enerġija.

3.20.

L-agrikoltura u l-forestrija huma l-protagonisti ewlenin tal-bijoekonomija. Din l-“ekonomija tal-fotosinteżi” tirrifletti direttament il-kapaċità unika tal-pjanti li jipproduċu karbonju mhux fossili mid-diossidu atmosferiku.

3.21.

Dawn it-teknoloġiji tal-assorbiment tal-karbonju għandhom jonqsu fil-prezz u jiżguraw li l-karbonju jista’ jinħażen u jitneħħa b’mod permanenti. It-teknoloġiji tal-qbid tal-karbonju jistgħu jkunu proċessi intensivi ħafna fl-enerġija. Ser ikollhom bżonn jużaw l-enerġija rinnovabbli, ikunu sostenibbli u jipprevjenu impatti negattivi fuq il-bijodiversità, l-ekosistemi u d-disponibbiltà tal-art.

4.   Għodod għall-iżvilupp tas-sekwestru tal-karbonju fl-Ewropa

L-Unjoni Ewropea: niddefinixxu linja bażi għal agrikoltura b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

4.1.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tafferma li l-użu tal-istrumenti nazzjonali tal-PAK (il-pjani strateġiċi nazzjonali) kif ukoll it-tilħiq tal-objettivi stabbiliti fir-Regolament LULUCF jistgħu jkunu biss ta’ benefiċċju. Fid-dawl tal-isfida u l-objettivi tar-Regolament LULUCF, għandhom jintuzaw is-soluzzjonijiet kollha.

4.2.

F’dan ir-rigward, il-PAK tagħmilha possibbli li, fil-livell territorjali adatt, tingħata definizzjoni tal-linja bażi għall-mitigazzjoni tal-emissjonijiet, is-sekwestru tal-karbonju u l-adattament tas-settur, pereżempju permezz tal-protezzjoni tal-mergħat permanenti jew tal-infrastrutturi agroekoloġiċi. Barra minn hekk, bir-riforma tal-PAK fl-2023 se jkunu jistgħu jissaħħu l-azzjonijiet klimatiċi permezz ta’ skemi ekoloġiċi, bl-istess mod kif żgurat il-kundizzjonalità soċjali.

4.3.

Madankollu, fid-dawl ta’ dawn id-diversi objettivi, il-KESE jqis li l-PAK weħidha ma tistax tiżgura li jintlaħqu l-objettivi rigward in-newtralità karbonika. Il-PAK trid tipprovdi l-qafas politiku li jwitti t-triq għat-tranżizzjoni agrikola lejn livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju: agrikoltura li tarmi anqas u li tissekwestra aktar emissjonijiet. Il-KESE jqis li l-appoġġ għall-investiment fil-PAK jista’ u għandu jippremja l-ħżin tal-karbonju finanzjarjament bħala ekoservizz u appoġġ għad-dħul għall-bdiewa, iżda l-ħżin tal-karbonju ma għandux ikun kundizzjonalità ġenerali tal-PAK; iktar importanti minn hekk, il-KESE huwa tal-fehma li l-iżvilupp tas-suq tal-karbonju għandu jiġi promoss aktar.

Il-krediti tal-karbonju: investiment meħtieġ għall-isfruttament tal-potenzjal tal-ħamrija agrikola

4.4.

Jeżistu soluzzjonijiet fir-rigward tal-adattament tas-settur agrikolu u t-tnaqqis fl-emissjonijiet, iżda dawn jiswew ħafna, huma riskjużi u kultant ikollhom impatt fuq il-profittabbiltà fit-tul.

4.5.

Il-KESE jqis li remunerazzjoni ġusta għall-bdiewa u l-ħaddiema fis-settur agrikolu, kif ukoll l-aċċess fit-tul għas-sjieda jew il-kirjiet tal-art jew tal-bjar, huma meħtieġa biex jimpenjaw ruħhom għal din it-tranżizzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u jirnexxu fiha.

4.6.

Il-KESE jqis li l-kwantifikazzjoni tal-esternalitajiet pożittivi li jġibu magħhom il-prattiki agrikoli favur il-klima tista’ tagħmel possibbli li jiġi attribwit valur permezz tal-kuntratti privati fil-qafas ta’ suq volontarju, kif ukoll bil-ħruġ ta’ krediti tal-karbonju li jistgħu jintużaw fis-suq.

4.7.

Il-ħruġ tal-krediti tal-karbonju jeħtieġ kollaborazzjoni akbar mal-bdiewa u għandu jqis il-kuntest internazzjonali. Fil-fatt, pajjiżi oħra diġà ħolqu s-sistemi tagħhom tal-krediti tal-karbonju: il-prezz tal-kwoti tal-karbonju Ċiniżi li għadhom kif ħarġu kien ta’ 5,20 EUR/tunnelleta fl-2021 u jista’ jilħaq l-20,5 EUR/tunnellata fl-2030 (meta mqabbel mal-medja ta’ 30 jew saħansitra 40 EUR/tunnellata għas-sekwestru tal-karbonju fl-Ewropa) (11).

4.8.

Għaldaqstant jeħtieġ li dawn il-krediti tal-karbonju Ewropej isiru aktar attraenti f’suq kompetittiv, filwaqt li tiġi żgurata l-integrità ambjentali. Mingħajr għodda ekonomika u politika, se jkun diffiċli għall-UE biex tiffinanzja u tbigħ karbonju sekwestrat u emissjonijiet tal-karbonju li ma ntremiex, li jkun lokali u għal prezz ogħla. Jeħtieġ li jiġi rikonoxxut il-valur tal-esternalitajiet pożittivi, pereżempju dawk marbutin mat-tikketta Franċiża bas-carbone (12).

4.9.

It-tikketta Franċiża bas-carbone tagħti remunerazzjoni kemm għall-karbonju sekwestrat kif ukoll għall-emissjonijiet tal-karbonju li ma ntremiex (emissjonijiet agrikoli ta’ CO2, CH4 u N2O espressi fl-ekwivalenti ta’ karbonju). Permezz tagħha, il-bdiewa kollha jistgħu jkunu inklużi f’dinamika ta’ tranżizzjoni agroekoloġika lejn livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Fi Franza, permezz tat-tikketta bas-carbone, l-adozzjoni ta’ prattiki li jnaqqsu b’mod kunsiderevoli l-użu ta’ fertilizzanti minerali bin-nitroġenu hija ppremjata bi kreditu tal-karbonju ċertifikat. Dan huwa riżultat effettiv għaliex b’dan il-kreditu tista’ tingħata remunerazzjoni wkoll għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-N2O.

4.10.

Il-KESE jqis li l-krediti tal-karbonju jridu jħallsu għal servizz ipprovdut, jiġifieri s-sekwestru tal-karbonju atmosferiku, iżda jridu jappoġġjaw ukoll it-tranżizzjoni lejn livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju tas-settur agrikolu u jiżguraw il-benesseri tal-ħaddiema, il-prevedibbiltà tal-karrieri u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur agrikolu.

4.11.

Għaldaqstant, il-KESE jirrakkomanda li jsir investiment fil-krediti tal-karbonju permezz ta’ sistema trasparenti u affidabbli li biha jistgħu jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ sekwestru iżda wkoll il-ħtiġijiet tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-settur. Għandu jitqies it-tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali, b’mod partikolari fil-valutazzjoni tal-impatt soċjali tal-krediti tal-karbonju.

4.12.

Peress li l-miżuri ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri mhumiex qed jipproteġu b’mod adegwat is-settur agrikolu, il-KESE jirrakkomanda li jitqiesu wkoll il-prodotti importati u li jiġi żgurat li l-ftehimiet kummerċjali, kemm ġodda kif ukoll eżistenti, iġiegħlu lill-pajjiżi esportaturi jinvolvu ruħhom f’ċikli tal-karbonju sostenibbli.

Tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

4.13.

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Istati Membri u l-bdiewa ma għandhomx kapaċitajiet ta’ investiment u ta’ appoġġ indaqs fir-rigward tas-sekwestru tal-karbonju. Barra minn hekk, xi Stati Membri huma milquta serjament mill-gwerra fl-Ukrajna, li se taffettwa l-kapaċità tagħhom li jappoġġjaw investimenti futuri fis-sekwestru tal-karbonju.

4.14.

Il-KESE jħeġġeġ l-appoġġ għall-impriżi fit-taħriġ tal-impjegati tagħhom, b’hekk ikunu jistgħu jwettqu t-tranżizzjoni tagħhom lejn il-mudelli ġodda futuri b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Għalhekk, ikun importanti li jiġu inklużi l-kundizzjonijiet soċjali fl-għajnuna mill-Istat għal investimenti fil-karbonju sabiex jiġu evitati kundizzjonijiet tax-xogħol mhux imħallsa tajjeb, mhux protetti u prekarji, f’konformità mal-konvenzjonijiet tal-ILO. Għandu jitqies l-aċċess għall-innovazzjoni u t-trasferiment tal-aħjar prattiki.

4.15.

Il-KESE jenfasizza l-importanza tat-taħriġ u l-appoġġ għall-bdiewa u l-ħaddiema fis-settur agrikolu.

Brussell, id-19 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  Ara b’mod partikolari l-azzjoni “Azzjoni klimatika fit-torbiera permezz tas-sekwestru tal-karbonju” taħt l-inizjattiva ewlenija “Żoni rurali reżiljenti” (https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/new-push-european-democracy/long-term-vision-rural-areas_en).

(2)  It-tieni parti tas-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), ippubblikata fit-28 ta’ Frar 2022: https://www.ipcc.ch/report/sixth-assessment-report-cycle/

(3)  ĠU C 194, 12.5.2022, p. 72.

(4)  ĠU C 517, 22.12.2021, p. 38.

(5)  COM(2021) 554 final.

(6)  Opinjoni tal-KESE dwar L-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) (ĠU C 152, 6.4.2022, p. 192).

(7)  Rapport ta’ informazzjoni tal-KESE dwar Il-benefiċċji tat-trobbija estensiva tal-bhejjem u l-fertilizzanti organiċi fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew

(8)  Opinjoni tal-KESE dwar Strateġija ġdida tal-UE dwar il-Ħamrija, (ĠU C 290, 29.7.2022, p. 131).

(9)  https://www.ipcc.ch/report/sixth-assessment-report-working-group-ii/

(10)  Għal aktar informazzjoni, ara l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja CCMI/190 dwar Ir-rwol tat-teknoloġiji tal-assorbiment tad-diossidu tal-karbonju fid-dekarbonizzazzjoni tal-industrija Ewropea (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(11)  https://www.citepa.org/fr/2021_07_b05/

(12)  https://www.ecologie.gouv.fr/label-bas-carbone


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/101


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/942

(COM(2021) 805 final/2 — 2021/0423 (COD))

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu

(COM(2021) 804 final — 2021/0424 (COD))

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu

(COM(2021) 803 final — 2021/0425 (COD))

(2022/C 323/17)

Relatur:

Udo HEMMERLING

Konsultazzjoni

Parlament Ewropew, 17.2.2022 u 7.3.2022

Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 23.2.2022 u 3.3.2022

Bażi legali

Artikoli 114(4), 194(4) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni

Adottata fis-sezzjoni

2.5.2022

Adottata fil-plenarja

19.5.2022

Sessjoni Plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

184/2/2

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna u s-sanzjonijiet sussegwenti kontra r-Russja u l-Belarussja, l-UE qed tadatta b’mod rapidu l-politika tagħha dwar l-enerġija, speċjalment fir-rigward tal-gass naturali. Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-Komunikazzjoni “REPowerEU” dwar l-indipendenza mill-fjuwils fossili Russi sal-2030, bl-ewwel passi kbar diġà ppjanati għall-2022. B’mod ġenerali, il-KESE jappoġġja dan l-approċċ diffiċli u jirrakkomanda li l-Kummissjoni tfassal proposta aġġornata għal dan il-pakkett dwar is-suq tal-gass sabiex tirrifletti s-sitwazzjoni l-ġdida.

1.2.

Il-KESE jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li taċċellera t-tranżizzjoni lejn gassijiet rinnovabbli, li hija meħtieġa b’mod urġenti minħabba t-tibdil kontinwu fil-klima. L-użu tagħhom għandu jkun iffukat fuq setturi li huma diffiċli biex jiġu dekarbonizzati jew meta l-ebda soluzzjoni teknoloġika alternattiva ma tkun diġà disponibbli, bħall-elettrifikazzjoni diretta tas-setturi tal-użi finali.

1.3.

Il-proposta tiddefinixxi s-sistema tal-gass u tal-idroġenu bħala żewġ sistemi separati. Ir-regoli stabbiliti fil-pakkett dwar il-gass ifissru li r-rekwiżiti huma differenti ħafna. Il-KESE jemmen li rekwiżiti differenti u restrittivi imposti fuq iż-żewġ sistemi huma sproporzjonati. Regolamentazzjoni komuni għandha tippermetti li jiġu realizzati s-sinerġiji potenzjali fl-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni konġunti taż-żewġ sistemi.

1.4.

Il-KESE jemmen li l-gassijiet rinnovabbli għandhom ikunu kompletament kummerċjabbli fis-suq komuni. Għalhekk, għandha tiġi introdotta mill-bidu nett sistema uniformi madwar l-UE kollha għall-kwalità tal-gass u l-istandards ta’ sostenibbiltà.

1.5.

Il-KESE jenfasizza r-rwol speċjali tal-bijometan fl-iżvilupp ta’ provvista akbar ta’ gass rinnovabbli, għall-ekonomija ċirkolari u għall-valur miżjud reġjonali. Dan ikun ta’ benefiċċju wkoll għall-agrikoltura sostenibbli, billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

1.6.

L-emissjonijiet tal-metan fossili huma aktar minn dawk rapportati. Il-KESE huwa konxju sew li l-parti l-kbira tat-tnixxija tal-metan isseħħ barra mill-UE u, għal din ir-raġuni, fir-regolament għandha tiddaħħal l-implimentazzjoni ta’ standard għar-rendiment tal-emissjonijiet tal-metan b’rabta mal-gass importat fl-UE.

2.   Ħarsa ġenerali lejn il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea

2.1.

It-tliet proposti tal-Kummissjoni Ewropea ppreżentati f’Diċembru 2021 huma parti mill-approċċ “Lesti għall-mira ta’ 55 %” biex jitħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 u jsir progress lejn in-newtralità klimatika sal-2050. L-għan huwa li r-regoli tas-suq tal-gass tal-UE jiġu adattati għat-tranżizzjoni lejn gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u li dawn ir-regoli jiġu estiżi biex ikopru suq tal-idroġenu tal-UE.

2.2.

L-aħħar darba li l-qafas regolatorju għal suq komuni tal-gass ġie adattat b’mod sostanzjali kien fl-2009. S’issa, l-enfasi ewlenija kienet fuq kwistjonijiet regolatorji relatati mal-effiċjenza, il-kummerċ, in-networks, il-kompetizzjoni u l-informazzjoni għall-konsumatur. Dan issa qed jiġi estiż b’mod radikali biex jinkludi regoli li jirregolaw it-tranżizzjoni lejn enerġiji rinnovabbli.

2.3.

Tingħata preferenza lil gassijiet rinnovabbli, b’emissjonijiet negattivi, żero u/jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-suq.

2.4.

Se jiġu stabbiliti suq intern u network għall-idroġenu żviluppati f’konformità mar-regoli għas-suq tal-gass tal-UE. Madankollu, il-Kummissjoni tipproponi li n-network tal-gass eżistenti u n-network futur tal-idroġenu ma jistgħux jitmexxew minn operatur wieħed. Din il-proposta se tapplika anke jekk operatur eżistenti tan-network tal-gass jiżviluppa wkoll network tal-idroġenu (l-hekk imsejħa separazzjoni orizzontali).

2.5.

Barra minn hekk, għall-ewwel darba qed jiġi ppreżentat regolament dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-gass. Dan se jbiddel l-għan tal-istrateġija tal-UE dwar il-metan li timmonitorja u tnaqqas l-emissjonijiet tal-metan tas-settur tal-enerġija f’regoli speċifiċi.

3.   Ħtieġa għal aġġornament wara l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

3.1.

L-invażjoni Russa tal-Ukrajna qed tikkawża sogħba kbira lill-poplu tal-Ukrajna. Ir-reżistenza ċivili u militari tagħhom trid tiġi appoġġjata. B’konsegwenza tas-sanzjonijiet kontra l-Federazzjoni Russa u l-Belarussja, il-politika tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi riveduta, speċjalment fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-gass naturali mir-Russja.

3.2.

F’Marzu 2022, il-Kummissjoni Ewropea ddeskriviet pjan ġdid biex l-UE ssir indipendenti mill-fjuwils fossili Russi sal-2030, imsejjaħ “REPowerEU”. Se jkun ta’ sfida kbira għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropea li d-domanda għall-gass Russu titnaqqas b’żewġ terzi sal-aħħar ta’ din is-sena. Il-Komunikazzjoni tindirizza ħafna prijoritajiet ġodda dwar is-sigurtà tal-enerġija, il-ħżin tal-gass, il-prezzijiet tal-enerġija u l-bijometan li huma relatati mal-pakkett tas-suq tal-gass ta’ Diċembru 2021. Għandu jiġi diskuss strument obbligatorju biex jiżdied l-użu tal-gass rinnovabbli inkluż il-bijometan.

3.3.

Għal politika koerenti dwar is-suq tal-gass, il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tfassal proposta aġġornata għal dan il-pakkett dwar is-suq tal-gass. Din għandha tinkludi proposta biex jitħaffu l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għall-infrastruttura tal-gass u tal-idroġenu.

4.   Kummenti ġenerali

4.1.

Il-KESE jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li taċċellera t-tranżizzjoni lejn gassijiet rinnovabbli, li hija meħtieġa b’mod urġenti minħabba t-tibdil kontinwu fil-klima. Is-settur tal-gass irid jagħti kontribut kbir għad-dekarbonizzazzjoni u l-akkoppjament tas-setturi skont il-Patt Ekoloġiku. Il-gassijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju huma meħtieġa wkoll għal din it-tranżizzjoni, b’rekwiżiti għoljin ta’ sostenibbiltà li jeħtieġ li jiġu ssodisfati. L-użu tagħhom għandu jkun iffukat fuq setturi li huma diffiċli biex jiġu dekarbonizzati jew meta l-ebda soluzzjoni teknoloġika alternattiva ma tkun diġà disponibbli, bħall-elettrifikazzjoni diretta tas-setturi tal-użi finali.

4.2.

Il-KESE huwa konxju tal-impenn tan-newtralità klimatika li l-UE stabbilixxiet fil-Liġi dwar il-Klima. Abbażi ta’ dan l-impenn, il-politiki tal-UE għandhom iqisu l-vantaġġi speċjali tas-sistemi tal-elettriku u tas-sistemi tal-gass. Il-grilji tal-elettriku jistgħu jittrasportaw enerġija solari u eolika rinnovabbli b’telf baxx mit-trasformazzjoni. Il-grilji tal-gass jistgħu jużaw faċilitajiet kbar ta’ ħżin u jipprovdu trasport fuq distanzi twal. Fir-rigward tal-akkwist tal-gass, għandha tingħata preferenza lil gassijiet rinnovabbli u, sa ċertu punt, gassijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-suq. B’mod partikolari, l-idroġenu għandu jkun il-fokus f’setturi li huma diffiċli biex jiġu dekarbonizzati, bħall-azzar, is-siment, iċ-ċeramika jew it-trasport fuq distanzi twal.

4.3.

Minħabba li s-CO2 jibqa’ fl-atmosfera għal żmien twil, trid tiġi żgurata l-mira vinkolanti għan-newtralità klimatika sal-2050 minquxa fil-Liġi tal-UE dwar il-Klima. Ser ikollhom jittieħdu miżuri addizzjonali jekk din il-mira ma tintlaħaqx fis-snin li ġejjin, speċjalment jekk jirriżulta li l-emissjonijiet tal-metan mis-settur tal-enerġija għandhom impatt ogħla fuq il-klima milli stmat bħalissa.

4.4.

Networks tal-gass u tal-ħżin effiċjenti – u, fil-futur, networks u ħżin tal-idroġenu – huma meħtieġa, peress li huma element importanti ta’ provvista tal-enerġija sikura u affordabbli. Dawn għandhom jiġu żviluppati b’mod li jikkomplementaw is-sistema tal-elettriku. B’dan il-mod is-settur tal-gass u tal-idroġenu jista’ jgħin biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili Russi.

4.5.

L-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni lejn gassijiet rinnovabbli tista’ tgħin biex tiddiversifika l-provvista tal-gass fl-Unjoni Ewropea. Il-prezzijiet tal-karbonju għall-fjuwils fossili se jinfurzaw il-bidla għall-gassijiet rinnovabbli.

4.6.

Il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea huma mfassla biex jiffaċilitaw u jespandu l-aċċess għas-suq għal gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, inkluż l-idroġenu, fis-suq komuni. Il-KESE huwa tal-fehma li dan l-approċċ huwa utli, iżda għandu dubju dwar kemm dan huwa biżżejjed biex jgħin lill-gassijiet rinnovabbli jikkonsolidaw fis-suq. Għalhekk, il-KESE jipproponi wkoll li tiġi kkunsidrata l-prijorità legali espliċita għall-injezzjoni ta’ gassijiet rinnovabbli fil-grilji. Regoli simili dwar prijorità ta’ injezzjoni (feed-in) jeżistu f’xi Stati Membri għas-settur tal-elettriku u jistgħu jservu bħala mudell għat-tranżizzjoni.

4.7.

Il-KESE jemmen li l-infrastruttura tal-gass eżistenti trid tintuża u tiġi żviluppata aktar kif meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika. Il-Kumitat jappoġġja l-enfasi speċjali fuq l-istabbiliment ta’ suq u network tal-idroġenu. F’dan ir-rigward, il-KESE jqajjem dubju dwar il-ħtieġa ta’ separazzjoni stretta tan-networks tal-gass naturali u tal-idroġenu f’konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni.

4.8.

Il-proposta tiddefinixxi żewġ sistemi separati: sistema tal-gass, li għandha taqleb mill-gass fossili għall-gass rinnovabbli, u sistema tal-idroġenu. Ir-regoli stabbiliti fil-pakkett dwar il-gass ifissru li r-rekwiżiti applikabbli għaż-żewġ sistemi huma differenti ħafna. Dan jista’ jimblokka sinerġiji tekniċi u ekonomiċi bejn iż-żewġ sistemi. Il-KESE jqajjem dubju dwar jekk ir-rekwiżiti differenti u restrittivi imposti fuq iż-żewġ sistemi humiex meħtieġa u proporzjonati. Regolamentazzjoni komuni għandha tippermetti li jiġu realizzati s-sinerġiji potenzjali fl-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni konġunti taż-żewġ sistemi. L-opportunitajiet biex jiġu konnessi sezzjonijiet separati tal-grilja lokali għandhom ikunu possibbli u eżegwibbli.

4.9.

Il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għandhom l-għan li jippermettu żvilupp rapidu tas-suq għall-hekk imsejjaħ idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, kif ukoll għal idroġenu rinnovabbli ġenwin. Dan l-approċċ wiesa’ huwa maħsub biex tinkiseb espansjoni rapida u kompetittiva tal-idroġenu fis-suq. Fil-fehma tal-KESE, għandu jiġi żgurat li l-idroġenu rinnovabbli ġenwin jibqa’ jingħata prijorità fuq l-idroġenu prodott bl-użu tal-fjuwils fossili.

4.10.

L-elettroliżi u r-riformar bl-istim huma l-aktar proċessi kimiċi magħrufa u stabbiliti għall-produzzjoni tal-idroġenu. Il-piroliżi u l-proċessi bijoloġiċi (fermentazzjoni) – kif ukoll CO2 bijoġeniku mill-ipproċessar tal-bijogass jistgħu jintużaw ukoll. Skont il-proċess, sorsi tal-enerġija jew materja prima differenti jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli, bħall-elettriku rinnovabbli, il-gass rinnovabbli jew saħansitra l-bijomassa sostenibbli. Il-ħolqien ta’ ekonomija tal-idroġenu huwa għalhekk mistenni li jirriżulta f’taħlita ta’ teknoloġiji u daqsijiet ta’ installazzjoni. L-estrazzjoni tal-idroġenu mill-ispazju hija għażla oħra li għandha tiġi rikonoxxuta.

4.11.

Fil-prinċipju, il-KESE jirrakkomanda disinn ta’ suq miftuħ għall-iżvilupp ta’ ekonomija tal-idroġenu, b’kunsiderazzjoni speċifika għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Dan se jfisser li l-gass rinnovabbli jew l-idroġenu jistgħu jiġu prodotti lokalment minn elettriku rinnovabbli mhux kollegat mal-grilja, residwi bijoġeniċi u skart jew materjali riċiklati. Dan jeħtieġ aċċess ugwali għan-networks u s-swieq. Barra minn hekk, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil operaturi iżgħar u parteċipanti ġodda fis-suq (inklużi l-komunitajiet tal-enerġija) li jipproduċu gassijiet rinnovabbli, pereżempju, il-bijometan. Parteċipanti żgħar u ġodda fis-suq tal-gass jeħtieġu appoġġ speċjali minħabba li jridu jagħmlu investimenti għoljin bi profittabbiltà relattivament baxxa. Tal-inqas dawn l-operaturi għandu jkollhom aċċess garantit għan-networks ta’ distribuzzjoni.

4.12.

Il-KESE jenfasizza r-rwol speċjali tal-bijometan fl-iżvilupp ta’ provvista akbar ta’ gass rinnovabbli. F’Marzu 2022, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet mira ġdida ta’ 35 biljun metru kubu ta’ bijometan sal-2030. Għad hemm ħafna sorsi mhux użati ta’ bijomassa li mhumiex f’kompetizzjoni mal-produzzjoni sostenibbli tal-ikel u mal-għanijiet tal-protezzjoni tan-natura. L-użu ta’ prodotti sekondarji u residwi mill-agrikoltura għall-bijometan se jappoġġja lis-settur fit-tnaqqis tal-emissjonijiet klimatiċi. Dan se jipprovdi wkoll fertilizzanti addizzjonali għall-bdiewa bħala pass ulterjuri lejn l-ekonomija ċirkolari u l-valur miżjud reġjonali.

4.13.

Diġà ġew stabbiliti standards għoljin ta’ sikurezza għall-gass u l-idroġenu biex jiġu protetti l-impjegati u l-ambjent. B’użu akbar tal-idroġenu fil-futur, ir-rwol tal-miżuri preventivi se jsir saħansitra aktar importanti.

5.   Kummenti speċifiċi

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu

5.1.

L-Artikolu 2 tad-Direttiva jipprovdi definizzjoni ġdida għal “idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju”. Id-definizzjonijiet għal “gass b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju” u “fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju” huma bbażati fuq dawk tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Irid jintlaħaq limitu ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ 70 %. Id-definizzjoni ta’ “idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju” għandha tiġi eżaminata mill-ġdid biex jiġi verifikat jekk din hux qed timblokka l-bidla għall-gassijiet rinnovabbli. Minn naħa, l-hekk imsejjaħ idroġenu blu (jiġifieri idroġenu prodott mill-gass naturali bil-qbid tal-karbonju) jidher li huwa meħtieġ sabiex tinkiseb malajr produzzjoni sinifikanti tal-idroġenu. Min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li tiġi żviluppata produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli “ġenwin” m’għandhiex tiġi mfixkla jew imdewma billi jiġi ffavorit l-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. It-tnejn għandhom jiġu żgurati fid-Direttiva. Konsegwentement, għandha tingħata prijorità lill-gassijiet rinnovabbli.

5.2.

L-Artikolu 8 tad-Direttiva jipprevedi ċ-ċertifikazzjoni ta’ gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. F’konformità mad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, dan se jsir bl-użu tas-sistema ta’ bilanċ tal-massa diġà stabbilita għall-fjuwils rinnovabbli fis-settur tat-trasport. L-industrija tal-gass hija tal-fehma li sistemi differenti ta’ verifika nazzjonali se joħolqu ostakli għall-kummerċ transfruntier tal-gassijiet rinnovabbli. Il-KESE jemmen li ċ-ċertifikazzjoni minn tarf sa tarf (end-to-end certification) tal-gassijiet rinnovabbli hija meħtieġa, u għalhekk jissuġġerixxi li mill-bidu nett tiġi introdotta sistema uniformi fl-UE kollha għall-kwalità tal-gass u l-istandards tas-sostenibbiltà. Din għandha tinkludi l-Garanziji tal-Oriġini aġġornati li jinkludu wkoll informazzjoni dwar il-gassijiet serra u kriterji ta’ sostenibbiltà. Dan se jtejjeb il-likwidità tas-suq tal-gass waqt il-fażi tad-dekarbonizzazzjoni.

5.3.

L-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva għall-ewwel darba jistabbilixxu regoli għal “klijenti attivi” (prosumaturi) u komunitajiet tal-enerġija. Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-pożizzjoni tiegħu ġiet adottata mill-Kummissjoni (1). Din tipprovdi lill-klijenti b’portafoll diversifikat tal-provvista tal-gass u b’aktar kompetizzjoni fis-suq tal-gass. Barra minn hekk, il-prosumaturi u l-komunitajiet tal-enerġija jistimulaw l-iżvilupp reġjonali jew rurali u jixprunaw id-diġitalizzazzjoni tas-settur tal-enerġija.

5.4.

L-Artikolu 27 tad-Direttiva jistabbilixxi li l-kuntratti għall-provvista tal-gass fossili jridu jintemmu sal-2049 jew ma għandhomx jibqgħu għaddejjin wara dik is-sena. Il-KESE jiddubita jekk l-iffissar ta’ data ta’ tmiem fil-liġi huwiex idea tajba għal ċerti kuntratti ta’ provvista tas-settur privat peress li dan jista’ jmur kontra l-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq tal-provvista u d-domanda. Min-naħa l-oħra, biex tkun koerenti mal-mira vinkolanti tan-newtralità klimatika stabbilita fil-Liġi tal-UE dwar il-Klima u minħabba l-persistenza twila ta’ gassijiet serra fl-atmosfera, l-2049 tkun tard wisq. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tbiddilx id-data tat-tmiem tal-kuntratti, id-data tat-tmiem għandha tkun madwar għaxar snin qabel sabiex inkunu nistgħu nilħqu l-impenji ambjentali tagħna u speċjalment fid-dawl tal-inizjattiva REPowerEU, filwaqt li tingħata prijorità lit-tranżizzjoni meħtieġa lejn l-enerġija rinnovabbli.

5.5.

Id-Direttiva (l-Artikolu 62 et seq.) tipprevedi wkoll is-separazzjoni tal-produtturi, il-kummerċjanti, l-operaturi tan-networks u l-operaturi tal-ħżin tan-networks tal-idroġenu, f’konformità mar-regolamenti dwar in-networks tal-gass. Il-KESE jappoġġja dan l-approċċ kompetittiv iżda jirrimarka li dan jista’ jxekkel inizjattivi urġenti biex jinbnew networks tal-idroġenu. Id-Direttiva tipprevedi regoli eċċezzjonali li għandhom japplikaw sa tmiem l-2030; għalhekk għandha tiġi vvalutata estensjoni ulterjuri. Ir-rekwiżit ta’ separazzjoni legali bejn l-operaturi tan-networks tal-gass u l-operaturi tan-networks tal-idroġenu jagħmilha aktar diffiċli biex tiġi kkonvertita u tinbena l-infrastruttura meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi. Mod kif is-settur tal-gass jiġi dekarbonizzat huwa li l-infrastruttura tal-gass eżistenti tiġi adattata u kkonvertita għat-trasportazzjoni tal-idroġenu pur. Għalhekk, il-KESE huwa tal-fehma li jkun tajjeb li jiġu diskussi l-eċċezzjonijiet għar-regoli dwar is-separazzjoni tan-network tal-idroġenu. Bħal fil-każ tar-regolamenti dwar in-networks tal-gass, ir-regolamenti dwar in-networks tal-idroġenu għandhom jagħmlu wkoll distinzjoni bejn il-livelli tan-networks tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni u għandhom jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi ta’ separazzjoni.

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu (riformulazzjoni)

5.6.

L-Artikolu 4 tar-Regolament rivedut dwar il-Gass fih regola li tistabbilixxi li Stat Membru jista’ jippermetti trasferimenti finanzjarji bejn servizzi regolati għall-gass u l-idroġenu. Il-KESE jappoġġja dan l-approċċ.

5.7.

Ir-Regolament (l-Artikolu 6 et seq.) jipprevedi aċċess mhux diskriminatorju għas-suq għan-networks tal-idroġenu u għall-faċilitajiet tal-ħżin f’konformità mar-regolamenti dwar in-networks tal-gass. Il-KESE jappoġġja dan l-approċċ.

5.8.

L-Artikolu 16 tar-Regolament jipprevedi skontijiet tariffarji tan-network għall-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Il-KESE jappoġġja dan.

5.9.

L-Artikolu 20 tar-Regolament jistabbilixxi li kontenut ta’ idroġenu sa 5 % irid jiġi aċċettat fit-trażmissjoni tal-gass bejn l-Istati Membri. Il-KESE jemmen li għandu jiġi eżaminat mill-ġdid jekk huwiex possibbli li l-kontenut imħallat jaqbeż il-5 %, filwaqt li jiġi żgurat li n-network jaħdem mingħajr xkiel mil-lat tekniku. Dan jiffaċilita t-tkabbir tas-suq tal-gassijiet rinnovabbli permezz tat-taħlit.

5.10.

Ir-Regolament (l-Artikolu 39 et seq.) jipprevedi l-istabbiliment gradwali ta’ Network Ewropew tal-Operaturi tan-Network għall-Idroġenu (ENNOH). Minħabba sinerġiji potenzjali bejn il-gass u l-idroġenu, dan għandu jiġi organizzat f’kollaborazzjoni mill-qrib man-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass (ENTSOG) eżistenti. Il-KESE jenfasizza r-rwol importanti ta’ dan in-network biex jinħoloq suq intern tal-UE għall-idroġenu. F’dan ir-rigward, għandu jiġi żgurat li n-network ikun miftuħ għal atturi ġodda. L-interessi kompetittivi speċjali tal-SMEs għandhom jiġu rispettati.

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija

5.11.

Fuq livell globali, l-UE hija responsabbli għal 5 % tal-emissjonijiet tal-metan biss (2). Il-biċċa l-kbira tal-emissjonijiet tal-metan mill-importazzjonijiet tal-gass naturali joriġinaw barra mill-UE. Approċċ internazzjonali li jinkludi l-importazzjonijiet tal-enerġija jibqa’ essenzjali biex jiġu miġġielda l-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija.

5.12.

Il-KESE jemmen li qafas tal-UE biex jiġu limitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija huwa idea tajba. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ għas-settur tal-gass ikunu fattibbli, pereżempju meta titkejjel, tiġi rrappurtata u vverifikata d-data dwar l-emissjonijiet. Dan għandu jinkludi l-istabbiliment ta’ skadenzi adatti għall-ispezzjonijiet għall-faċilitajiet billi ssir distinzjoni bejn il-kundizzjoni teknika u l-età tagħhom. Għandhom jitqiesu l-inizjattivi eżistenti tal-industrija biex jitnaqqsu l-emissjonijiet (Sħubija dwar il-Metan taż-Żejt u mill-Gass (OGMP)), kif ukoll il-ħtieġa li tingħata spinta lill-kooperazzjoni internazzjonali taħt inizjattivi bħall-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan u l-Koalizzjoni għall-Klima u għall-Arja Nadifa.

5.13.

Parti kbira tad-data dwar l-emissjonijiet tal-metan fossili bħalissa mhijiex rapportata kollha. Il-KESE jilqa’ l-proposti dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika, b’mod partikolari meta jiġu applikati għall-prevenzjoni ta’ tnixxijiet tul il-pipelines tal-gass. Inizjattivi bħall-Osservatorju Internazzjonali tal-Emissjonijiet tal-Metan (IMEO), kif ukoll l-użu ta’ teknoloġiji satellitari biex jiġu identifikati tali tnixxijiet, għandhom jiġu ssemplifikati u prijoritizzati. Il-prattiki ta’ ivventjar u ivvampjar mhux ġustifikati għandhom jiġu pprojbiti fl-UE. L-eżenzjonijiet għal din ir-regola għandhom ikunu limitati għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u relatati mas-sikurezza. Fir-rigward tal-bijometan, diversi Stati Membri tal-UE diġà implimentaw miżuri tekniċi u regolatorji ta’ monitoraġġ u evitar. Dan jista’ jgħin fil-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan matul l-isfruttament fossili.

5.14.

Il-KESE huwa konxju sew li l-biċċa l-kbira tar-rilokazzjoni tal-metan isseħħ barra mill-UE u għal din ir-raġuni, l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ standard għar-rendiment tal-emissjonijiet tal-metan b’rabta mal-gass importat fl-UE, huma meħtieġa. Tali standard ta’ importazzjoni għandu jistabbilixxi punt ta’ riferiment għal emissjonijiet upstream aċċettabbli. Dan l-istandard għandu diġà jiġi żviluppat fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, għandha tiġi kkunsidrata l-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-metan upstream fis-sistema tal-ipprezzar tas-CO2.

5.15.

Il-proposta dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan tiffoka fuq is-settur tal-enerġija. Il-KESE jtenni r-rilevanza tal-emissjonijiet tal-metan mill-agrikoltura. Kif imsemmi fl-istrateġija tal-Kummissjoni dwar il-metan, il-bdiewa għandhom jiġu appoġġjati fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan. Dan jista’ jikkonsisti fl-inklużjoni ta’ mandat fil-Politika Agrikola Komuni biex jiġu offruti miżuri li jippremjaw it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan mill-bdiewa.

Brussell, id-19 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  Opinjoni TEN/761 – Prezzijiet tal-enerġija (ĠU C 275, 18.7.2022, p. 80).

(2)  Ara l-Opinjoni TEN/725 – Strateġija dwar il-Metan (ĠU C 220, 9.6.2021, p. 47).


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/107


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Qafas il-ġdid tal-UE għall-Mobbiltà Urbana

(COM(2021) 811 final)

(2022/C 323/18)

Relatur: Mateusz SZYMAŃSKI

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 21.1.2022

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni

Adottata fis-sezzjoni

7.4.2022

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

203/1/8

1.   Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar qafas tal-UE għall-mobbiltà urbana. Id-dokument ġie ppubblikat fi żmien opportun, minħabba l-isfidi relatati mal-ħtieġa għall-kura ambjentali u dawk li ħarġu matul il-pandemija tal-COVID-19, li qed tbiddel il-mod kif naħsbu dwar il-mobbiltà u, b’mod aktar ġenerali, dwar il-ħajja urbana u x-xogħol. Jeħtieġ li jinstab il-bilanċ adatt bejn il-protezzjoni ambjentali u l-inklużività tal-mobbiltà urbana. Il-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ma għandhiex twassal għal mobbiltà mnaqqsa u għall-esklużjoni tat-trasport.

1.2.

Il-Kumitat jirrimarka li d-dritt għall-mobbiltà għandu jiġi rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-bniedem li huwa inkluż ukoll fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Għalhekk, huwa jitlob azzjoni ambizzjuża tal-UE biex it-trasport urban isir aktar inklużiv. Il-mobbiltà għandha titqies bħala fattur li jista’ jippromovi l-ugwaljanza, speċjalment l-opportunitajiet indaqs.

1.3.

Il-KESE jistieden lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi f’livelli differenti, bl-involviment tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u taċ-ċittadini, biex jaħdmu flimkien biex itejbu l-mobbiltà, mhux biss fil-bliet, iżda wkoll fiż-żoni funzjonali urbani b’mod usa’ (inklużi ż-żoni periurbani u rurali). Fuq kollox, huwa jitlob il-ħolqien ta’ Pjani ta’ Mobbiltà Urbana Sostenibbli (SUMPs) u Pjani ta’ Loġistika Urbana Sostenibbli (SULPs) kif ukoll ġestjoni tat-territorju li tmur lil hinn mill-fruntieri urbani. Dan għandu jiġi rifless fil-ħidma dwar ir-reviżjoni tat-TEN-T b’rabta man-nodi urbani. Fil-fehma tal-KESE, dawn iċ-ċentri għandhom ikunu punti uniċi ta’ servizz.

1.4.

Barra minn hekk, il-KESE jitlob approċċ parteċipattiv għall-proċess ta’ ppjanar. Fil-fehma tal-Kumitat, jista’ jkun hemm bidla lejn id-direzzjoni mixtieqa biss jekk ikun hemm l-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha tat-trasport fiż-żoni urbani. Għalhekk, huwa jilqa’ l-proposta li tinbidel il-kompożizzjoni tal-Grupp ta’ Esperti dwar il-Mobbiltà Urbana u li dan jinfetaħ għal persuni barra mill-amministrazzjoni pubblika. Il-KESE jipproponi li s-sħubija tiegħu titwessa’ biex tinkludi rappreżentanti ta’ gruppi soċjali u sfondi differenti, speċjalment iż-żgħażagħ. Huwa jesprimi wkoll ix-xewqa tiegħu li jipparteċipa fil-ħidma ta’ dan il-korp. Fl-istess ħin, huwa jemmen li approċċ bħal dan jista’ jiffavorixxi l-promozzjoni tas-SUMPs u tas-SULPs. Il-KESE jixtieq jenfasizza wkoll l-importanza li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-passiġġieri u tan-negozji dwar l-għażliet ta’ mobbiltà urbana u ta’ loġistika b’mod partikolari l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-karozzi. Ir-rwol tal-edukazzjoni u l-kooperazzjoni wiesgħa bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet differenti huma estremament importanti.

1.5.

Huwa ta’ importanza kbira li jiġi żgurat finanzjament adegwat fit-tul għall-attivitajiet ta’ mobbiltà. L-Istati Membri tal-UE u l-awtoritajiet lokali huma mħeġġa jimpenjaw ir-riżorsi tagħhom, li, flimkien mal-ħolqien tas-SUMPs u s-SULPs, jistgħu juru r-rieda politika li jagħmlu bidla f’dan il-qasam. Għandha tiġi kkunsidrata l-allokazzjoni ta’ riżorsi speċifiċi għall-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trasport fil-qafas tal-fondi tal-UE.

1.6.

Il-KESE jenfasizza li għandhom jittieħdu passi biex l-impjiegi fil-qasam tal-mobbiltà urbana jsiru aktar attraenti, speċjalment fir-rigward tat-trasport pubbliku, fejn hemm nuqqas ta’ persunal u forza tax-xogħol li qed tixjieħ. Jeħtieġ li jiġu żviluppati soluzzjonijiet biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-impjiegi permezz tad-djalogu soċjali. Dan japplika wkoll għal persuni li jaħdmu permezz ta’ pjattaformi diġitali li joffru servizzi relatati mal-mobbiltà. Il-KESE jindika l-proposta tal-Kummissjoni biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol imwettaq permezz ta’ pjattaformi online. Għandha tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tad-direttiva.

1.7.

Il-KESE jirrikonoxxi r-rwol partikolari tat-trasport pubbliku fit-titjib tal-mobbiltà urbana u periurbana. Dan il-mezz ta’ trasport għandu jipprovdi servizzi ta’ kwalità għolja u jkun aċċessibbli. Is-sikurezza hija importanti fis-sitwazzjoni tas-saħħa attwali. Din hija r-raġuni għaliex il-KESE qed jitlob azzjoni ambizzjuża biex tingħata spinta lit-trasport pubbliku, speċjalment peress li dan għandu impatt partikolari fuq it-titjib tal-opportunitajiet indaqs.

1.8.

L-iżvilupp tad-diġitalizzazzjoni joħloq opportunitajiet u riskji ġodda. Il-KESE jirrikonoxxi l-potenzjal ta’ soluzzjonijiet diġitali u jappoġġja l-iżvilupp tagħhom. Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-ħolqien ta’ għodod ġodda tal-mobbiltà ma jillimitax l-aċċess għall-mobbiltà għal dawk li, għal diversi raġunijiet, ma jistgħux jew mhumiex kapaċi jużawhom. It-titjib tal-ħiliet u s-sigurtà diġitali fl-ambjent diġitali huwa għalhekk ta’ importanza partikolari. Barra minn hekk, aħna nitolbu li l-prinċipji tat-trasparenza u tal-governanza demokratika jiġu rrispettati fir-rigward tad-data miksuba permezz ta’ applikazzjonijiet diġitali.

1.9.

Il-KESE jappoġġja l-isforzi biex jiġu żviluppati indikaturi tal-mobbiltà affidabbli u komparabbli. Huwa rrakkomandat li jintużaw l-ewwel u qabel kollox l-indikaturi taħt SDG 11 tan-NU. Huwa importanti li wieħed ikun konxju li l-ġbir u l-kompilazzjoni tad-data jinvolvu sforz sinifikanti min-naħa tal-amministrazzjonijiet. Għalhekk, il-Kumitat iħeġġeġ biex isir sforz biex jiġu appoġġjati l-amministrazzjonijiet f’livelli differenti f’dan il-proċess.

2.   Sfond

2.1.

L-istatistika dwar il-mobbiltà urbana turi l-iskala tal-isfida tat-tibdil fl-imġiba u fl-għażliet tal-mobbiltà (1). Ir-residenti tal-bliet huma marbuta mal-karozzi tagħhom. Dan iġib miegħu konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali. L-iskala tal-isfida tat-tranżizzjoni lejn il-mobbiltà sostenibbli ġiet enfasizzata wkoll mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li, fir-rapport tagħha indikat li “ma hemm l-ebda indikazzjoni ċara li l-ibliet tal-UE qed jibdlu fundamentalment l-approċċi tagħhom għall-ivvjaġġar tan-nies madwar l-ibliet u għall-bidla tat-traffiku urban favur modi tat-trasport li huma aktar sostenibbli” (2).

2.2.

Fil-Komunikazzjoni, il-KE tressaq proposti għal azzjonijiet aktar deċiżivi biex jinbidel l-approċċ għall-organizzazzjoni tal-mobbiltà urbana. Kif tindika l-Kummissjoni, l-għan huwa dak ta’ tranżizzjoni minn approċċ ibbażat fuq l-iżgurar ta’ fluss bla xkiel tat-traffiku lejn ċaqliq tan-nies u tal-oġġetti b’mod aktar sostenibbli.

2.3.

Skont il-Kummissjoni, dan ikun ifisser it-tisħiħ tal-istruttura tat-trasport kollettiv, inkluż it-trasport pubbliku, opportunitajiet aħjar għal mobbiltà attiva u loġistika urbana effiċjenti u mingħajr emissjonijiet, u l-konsenja tal-aħħar mil. Il-multimodalità implimentata permezz ta’ soluzzjonijiet diġitali għandha tkun fattur ewlieni. Din għandha tippermetti konnessjoni aħjar taż-żoni urbani u dawk periurbani u ttejjeb l-effiċjenza.

2.4.

Il-Komunikazzjoni għandha titqies fl-isfond tat-tranżizzjonijiet doppji tal-enerġija u diġitali. Fil-kuntest tat-trasport, approċċ imsaħħaħ għan-nodi urbani TEN-T, inkluża l-promozzjoni tal-multimodalità kemm fit-trasport tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija, għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħhom. Dan ifisser ukoll li jsir użu sħiħ mill-opportunitajiet offruti mid-diġitalizzazzjoni.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

Il-KESE jikkondividi l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni. Il-bliet u l-mobbiltà urbana jeħtieġ li jevolvu u jadattaw għal realtajiet ġodda. Il-mobbiltà urbana hija meqjusa b’mod ġust bħala kunċett wiesa’ li jinkludi l-ħajja f’belt b’mod ġenerali, li għandu jippermetti li jintlaħqu l-objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali. Dan huwa importanti minħabba d-diffikultajiet li qed jiffaċċja s-settur tat-trasport minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Fl-istess ħin, il-KESE jqis it-trasport pubbliku bħala parti mill-politiki biex titnaqqas l-inugwaljanza, speċjalment l-inugwaljanza tal-opportunità.

3.2.

Il-KESE jirrikonoxxi l-mobbiltà bħala dritt fundamentali. Dan jirriżulta mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li tiddikjara li kulħadd għandu d-dritt għal-libertà tal-moviment. Huwa importanti wkoll li wieħed jiftakar fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jiddikjara li “kulħadd għandu d-dritt li jkollu aċċess għal servizzi essenzjali ta’ kwalità tajba, inkluż […] it-trasport […].” Madankollu, il-KESE jinnota li l-infrastruttura attwali tal-mobbiltà urbana mhijiex aċċessibbli b’mod ugwali għal kulħadd. It-trasport għandu jkun kemm jista’ jkun inklużiv.

3.3.

Il-KESE japprezza r-rwol tal-KE fit-titjib tal-mobbiltà urbana. Madankollu, huwa konxju li l-piż ewlieni tat-teħid tad-deċiżjonijiet jaqa’ fuq l-awtoritajiet lokali u fuq l-Istati Membri. Għalhekk huwa jappella għal passi attivi biex tiġi żviluppata l-mobbiltà, inkluż ħidma biex jiġu żviluppati Pjani ta’ Mobilità Urbana Sostenibbli (SUMPs) u Pjani għal-Loġistika Urbana Sostenibbli (SULPs). In-nuqqas ta’ rieda politika huwa wieħed mill-affarijiet li jżommhom milli jiġu stabbiliti. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li l-amministrazzjonijiet f’livelli differenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet jaħdmu flimkien, anke billi jinvolvu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini. Fl-istess ħin, l-Istati Membri huma mitluba jassenjaw ir-riżorsi proprji tagħhom għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-mobbiltà urbana. Għandha tiġi kkunsidrata l-allokazzjoni ta’ riżorsi speċifiċi għall-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trasport fil-qafas tal-fondi tal-UE.

3.4.

Il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni dwar is-SUMPs u s-SULPs. Sfortunatament, ħafna bliet fl-UE għad ma għandhomx pjani bħal dawn, li jista’ jindika li l-proċess biex jiġu stabbiliti jinvolvi riżorsi finanzjarji u organizzattivi sinifikanti. Il-proposti tal-Kummissjoni huma pass fid-direzzjoni t-tajba. Il-KESE se jieħu wkoll miżuri biex jippromovi dawn l-istrumenti. Barra minn hekk, il-KESE jħeġġeġ il-promozzjoni ta’ dawn il-pjani fir-rigward tan-negozji. Huwa importanti li dawn il-pjani jirrispondu għax-xejriet attwali. Jekk ma jkun hemm l-ebda titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni fit-tul, għandha tingħata kunsiderazzjoni li l-ħolqien tas-SUMPs u tas-SULPs isir obbligatorju, filwaqt li jitqies il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

3.5.

Il-Komunikazzjoni tagħti attenzjoni kbira lill-problema tal-ħarsien ambjentali fl-iżvilupp tat-trasport urban. Jeħtieġ li jinstab il-bilanċ it-tajjeb f’dan ir-rigward. Il-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ma għandhiex twassal għal mobbiltà mnaqqsa u għall-esklużjoni tat-trasport. Il-KESE jipproponi li tingħata prijorità lil soluzzjonijiet li jħeġġu l-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi u l-appoġġ għan-negozji, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-konsumaturi fix-xiri ta’ tali vetturi. Fl-istess ħin, għandha tiġi ppreżentata l-firxa sħiħa tal-possibbiltajiet għat-trasport li jnaqqsu kompletament jew parzjalment il-ħtieġa għal karozzi privati.

3.6.

Il-ġestjoni adatta tat-territorju hija importanti ħafna. Ix-xejriet tal-mobbiltà għandhom jiġu mmonitorjati u għandhom jinħolqu riżervi adegwati ta’ spazju għall-għanijiet relatati mal-iżvilupp ta’ għamliet ġodda ta’ mobbiltà kif ukoll mal-iżvilupp ta’ networks tat-trasport pubbliku. Sabiex tiġi żgurata kwalità tajba tal-ħajja f’żoni ’il bogħod miċ-ċentri tal-bliet, jeħtieġ li jkun hemm infrastruttura adegwata għan-nies li jgħixu f’dawn iż-żoni. Huwa importanti li l-mudelli tan-negozju għal tipi ġodda ta’ mobbiltà jiġu adattati għall-infrastruttura urbana. Jekk ma jkunx hemm potenzjal suffiċjenti fil-bliet, għandhom jiġu appoġġjati s-sħubijiet biex jimmonitorjaw ix-xejriet tal-mobbiltà urbana u l-implimentazzjoni tagħhom fl-UE u fil-livell globali. Il-KESE se jappoġġja tali attivitajiet.

3.7.

Huwa rrakkomandat li l-bliet u ż-żoni periurbani u rurali jaħdmu flimkien biex joħolqu SUMPs u SULPs għal żoni funzjonali mifruxin. L-għan għandu jkun li jitrażżnu s-suburbanizzazzjoni u l-kaos fil-ġestjoni tat-territorju.

3.8.

Il-KESE jaqbel mal-importanza li l-Komunikazzjoni tqiegħed fuq it-tisħiħ tan-nodi urbani TEN-T għall-passiġġieri u l-merkanzija, u jaqbel mal-fehma li dawn l-aspetti għandhom jiffurmaw parti mir-reviżjoni tar-Regolament dwar it-TEN-T (3). F’dan il-kuntest, il-KESE jixtieq jenfasizza li l-bliet ma jistgħux jiżviluppaw f’iżolament miż-żoni tal-madwar tagħhom. Għalhekk, huwa ta’ importanza kbira li jkun hemm konnessjonijiet tat-trasport bejn iż-żoni urbani u dawk periurbani, inklużi dawk f’żoni rurali, li jippermettu mobbiltà konvenjenti u l-użu tal-potenzjal sħiħ ta’ żoni differenti u l-abitanti tagħhom. Fil-fehma tal-KESE, dawn iċ-ċentri għandhom ikunu punti uniċi ta’ servizz. Huma għandhom iservu mhux biss biex ibiddlu l-mod kif in-nies jivvjaġġaw fis-sens strett tat-terminu, iżda biex jipprovdu servizz komprensiv tat-trasport, b’informazzjoni għall-passiġġieri u servizzi u prodotti relatati mat-trasport, inkluż it-trasport tal-merkanzija. Fil-fehma tal-KESE, il-waqfiet ferrovjarji jista’ jkollhom rwol speċjali f’dan ir-rigward.

3.9.

Il-KESE jaqbel mal-ħtieġa li tiġi dekarbonizzata l-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, pereżempju permezz tal-iżvilupp tas-SULPs, b’enfasi fuq l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet sostenibbli u t-titjib tal-multimodalità, b’attenzjoni għal soluzzjonijiet, teknoloġiji u vetturi mingħajr emissjonijiet. Il-KESE jenfasizza l-importanza li f’dan il-proċess jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati, u li l-problemi tranżizzjonali jiġu indirizzati b’mod adegwat.

3.10.

L-isfida għas-settur se tkun li jattira l-persunal. Waħda mill-problemi identifikati hija l-età avvanzata tal-ħaddiema. Fl-istess ħin, ftit hemm interess għal impjieg fit-trasport pubbliku urban. Fir-rigward ta’ dan, nistgħu nosservaw nuqqas ta’ persunal li għandu impatt fuq il-kwalità tas-servizzi pprovduti. Min-naħa l-oħra, il-pandemija tal-COVID-19 uriet b’mod ċar li l-ħaddiema f’dan is-settur għandhom rwol importanti, u jiżguraw li komunitajiet sħaħ ikunu jistgħu jkomplu jiffunzjonaw. Għalhekk, l-impjieg f’dan is-settur għandu jsir aktar attraenti billi jiġu garantiti kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u ġusti. Barra minn hekk, huwa importanti ħafna li l-edukazzjoni dwar il-mobbiltà sostenibbli tiġi inkluża fil-kurrikuli tal-iskejjel u fil-ħidma fost iż-żgħażagħ u li l-programmi edukattivi jsiru aktar attraenti u interattivi għaż-żgħażagħ, inkluż permezz tal-programm Erasmus+. Għandhom jiġu żviluppati soluzzjonijiet permezz ta’ mekkaniżmi ta’ djalogu soċjali.

3.11.

Skont is-sistema ta’ kuntratti pubbliċi tat-trasport urban, għandhom jitqiesu għadd ta’ kriterji soċjali u ambjentali meta tintgħażel l-aħjar offerta, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

3.12.

It-trasport pubbliku huwa kruċjali għall-iżvilupp tal-mobbiltà. Għalhekk, l-iżvilupp tiegħu għandu jiġi appoġġjat b’metodi bħall-istabbiliment ta’ miri għat-trasport pubbliku għas-snin li ġejjin. M’għandniex ninsew ukoll elementi bħall-aċċessibbiltà, l-affordabbiltà, is-sikurezza, l-affidabbiltà u l-puntwalità. Fl-istess ħin, il-fiduċja fit-trasport urban, bħala xi ħaġa li hija sikura f’termini ta’ saħħa, jeħtieġ li tissaħħaħ, speċjalment matul kriżijiet tas-saħħa bħall-pandemija tal-COVID-19. Huwa importanti wkoll li l-użu ta’ dan il-mezz ta’ trasport ma jkunx assoċjat mal-faqar. Ir-rwol tat-trasport pubbliku għal opportunitajiet indaqs, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, ukoll m’għandux jiġi injorat. Il-KESE jitlob qafas ta’ appoġġ finanzjarju fit-tul għall-finanzjament tal-infrastruttura tat-trasport pubbliku.

3.13.

Il-Komunikazzjoni tenfasizza kwistjonijiet relatati mal-użu tal-mobbiltà bħala servizz (MaaS). Dan huwa qasam mixtieq għall-iżvilupp peress li joffri potenzjal enormi biex jiġi prodott ammont kbir ta’ data. Madankollu, hemm tħassib dwar jekk id-data pproċessata mill-applikazzjonijiet hijiex se tintuża b’mod mhux awtorizzat. Għandu jiġi stabbilit qafas regolatorju xieraq biex jiġi żgurat li l-prinċipji demokratiċi tat-trasparenza jiġu rrispettati fil-ġestjoni tat-trasport urban. L-iskrutinju pubbliku huwa meħtieġ f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġu appoġġ għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ intelliġenza artifiċjali. Il-KESE jenfasizza li l-iżvilupp ta’ għodod moderni għall-mobbiltà diġitali m’għandhomx iwasslu għall-esklużjoni ta’ dawk li ma jistgħux jew mhumiex kapaċi jużaw tali soluzzjonijiet. Hemm bżonn li jiġu żviluppati l-ħiliet diġitali tas-soċjetà.

3.14.

Il-KESE jenfasizza l-importanza tas-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni dwar il-mobbiltà moderna. Ir-residenti għandhom jintwerew il-benefiċċji li jirriżultaw jekk iħallu warajhom il-vetturi privati u minflok jużaw metodi oħra ta’ vjaġġar. L-ottimizzazzjoni f’termini ta’ użu tal-karozzi hija partikolarment importanti. Minbarra l-korpi u l-inizjattivi tal-UE, l-organizzazzjonijiet u n-networks tas-soċjetà ċivili (5) għandhom rwol importanti f’dan ir-rigward. Eżempju ta’ suċċess huwa CIVITAS. Il-KESE jipproponi wkoll il-promozzjoni tat-turiżmu urban li jqis l-użu ta’ mezzi sostenibbli ta’ mobbiltà.

3.15.

Il-KESE jixtieq jesprimi l-interess tiegħu li jipparteċipa fil-ħidma tal-Grupp ta’ Esperti dwar il-Mobbiltà Urbana. Aħna naqblu li l-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma ta’ dan il-grupp jeħtieġ li jiġu riveduti. Il-ftuħ tiegħu għal oqsma lil hinn mill-amministrazzjoni jkun pass fid-direzzjoni t-tajba. Il-Kumitat iħeġġeġ id-diversifikazzjoni tal-kompożizzjoni ta’ dan il-grupp biex jiġu rrappreżentati gruppi soċjali differenti u sfondi differenti. Il-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq jistgħu jiġu applikati wkoll għal korpi oħra ta’ mobbiltà f’livelli differenti.

3.16.

Barra minn hekk, il-KESE jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni biex jittejbu l-indikaturi armonizzati tal-mobbiltà urbana. Ta’ min jinnota hawnhekk li l-Komunikazzjoni tirreferi għall-SDG 11, li għandu l-mira li sal-2030 il-bliet u l-insedjamenti umani jsiru inklużivi, sikuri, reżiljenti u sostenibbli. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li objettivi speċifiċi jistgħu jipprovdu linji gwida għall-politika tal-UE f’dan il-qasam u għat-tfassil ta’ indikaturi, li għandhom ikunu garantiti li jkunu komparabbli u aġġornati. Għalhekk, il-KESE jitlob appoġġ għas-servizzi responsabbli għall-ġbir tad-data u għall-produzzjoni tal-istatistika f’diversi livelli. Il-Kumitat iħeġġeġ l-użu tas-SUMI (6) bħala bażi għal ħidma ulterjuri, u jitlob li titqies l-esperjenza li takkumpanja l-ħidma fuq din l-għodda.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.

Il-KESE jinnota wkoll li l-informazzjoni dwar il-passiġġieri li hija aċċessibbli għall-passiġġieri kollha għandha tkun parti integrali mis-servizz tat-trasport pubbliku. L-għadd ta’ nollijiet, żoni u l-varjetà ta’ biljetti assenjati lilhom jagħmluha diffiċli li wieħed jivvjaġġa mingħajr xkiel. Dan huwa partikolarment minnu għal dawk li jiġu fil-bliet għal soġġorni qosra. Il-KESE jħeġġeġ il-ħolqien ta’ sistemi ta’ nollijiet sempliċi u ċari.

4.2.

Għal ħafna żgħażagħ, bidla komprensiva fil-perspettiva li tiffoka fuq mobbiltà f’saħħitha, li ma tagħmilx ħsara lill-klima u sostenibbli hija prijorità (7). Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ l-isforzi biex jiġi żviluppat involviment taż-żgħażagħ aktar strutturat dwar il-klima u s-sostenibbiltà fil-proċessi tat-tfassil tal-politika u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE (8), u biex jitkomplew inizjattivi bħal DiscoverEU.

4.3.

Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tirreferi b’mod ġustifikat għall-ħidma permezz ta’ pjattaformi diġitali, inkluż fil-qasam tal-mobbiltà. F’dawn l-aħħar snin, ġew identifikati għadd ta’ problemi u sfidi fir-rigward ta’ dan, inklużi l-kundizzjonijiet tal-impjieg. Il-KESE jindika l-proposta tal-Kummissjoni biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol imwettaq permezz ta’ pjattaformi online. Għandha tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tad-direttiva.

4.4.

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għas-settur tal-kummerċ bl-imnut, li jista’ jagħti kontribut sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-mobbiltà urbana, dment li jitqiesu s-suppożizzjonijiet tal-mudell ta’ prossimità fil-kummerċ bl-imnut, speċjalment għall-prodotti essenzjali. Il-kummerċ lokali għandu jippromovi użu akbar ta’ soluzzjonijiet sostenibbli. Għandhom jiġu segwiti wkoll xejriet ġodda, bħall-mobbiltà bl-ajru, li tista’ tirrappreżenta kwalità ġdida tas-servizzi tal-mobbiltà.

4.5.

Il-Komunikazzjoni ssemmi r-rwol tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni bħala xi ħaġa li jista’ jkollha wkoll rwol fl-ekoloġizzazzjoni kemm tat-trasport urban kif ukoll tat-trasport tal-merkanzija tal-aħħar mil. F’dan ir-rigward, il-KESE jixtieq jirreferi għall-Opinjoni tiegħu dwar NAIADES III (9), li ppreżentat rakkomandazzjonijiet għal soluzzjonijiet f’dan il-qasam. Issemmi, fost affarijiet oħra, li għandhom jiġu stabbiliti ċerti kundizzjonijiet għall-iżvilupp tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni fil-bliet. Dawn jinkludu l-ħolqien ta’ infrastruttura xierqa u l-forniment tal-istess trattament preferenzjali għat-trasport pubbliku bl-ilma bħat-trasport pubbliku fuq l-art.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  https://www.eiturbanmobility.eu/

https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Passenger_mobility_statistics#Distance_covered

(2)  Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapport Speċjali Nru 6/2020 “Mobbiltà Urbana Sostenibbli fl-UE: Mhuwiex possibbli li jsir titjib sostanzjali mingħajr l-impenn tal-Istati Membri”.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(5)  Pereżempju, EIT Urban Mobility jew l-assoċjazzjonijiet tal-bliet.

(6)  https://civitas.eu/tool-inventory/sumi-sustainable-urban-mobility-indicators

(7)  Dokument dwar il-Pożizzjoni taż-Żgħażagħ, Vjenna 2021 https://www.klimaaktiv.at/service/publikationen/mobilitaet/the-pep.html

(8)  ĠU C 429, 11.12.2020, p. 44.

(9)  ĠU C 194, 12.5.2022, p. 102.


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/112


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2021 — Kontribut għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Irkupru tal-Unjoni (skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika)”

(COM(2021) 950 final)

(2022/C 323/19)

Relatur:

Alena MASTANTUONO

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 20.12.2021

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni

Adottata fil-plenarja

19.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

184/4/2

1.   Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Is-sitwazzjoni serja li qed tiżviluppa bħalissa bħala riżultat tal-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna turi biċ-ċar li r-riskji għas-sigurtà u s-sikurezza tal-enerġija tal-UE u l-kwistjonijiet marbuta magħha kienu ferm sottovalutati mhux biss fit-test tas-6 rapport annwali dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija, iżda speċjalment fir-realtà. L-istampa traġika attwali turi li l-istrateġija ta’ kooperazzjoni ekonomika intensiva tal-UE mar-Russja fil-qasam tal-enerġija kienet żball fatali li kien appoġġjat bil-qawwa minn ħafna politiċi preċedenti ta’ livell għoli minn xi Stati Membri tal-UE.

1.2.

Il-firxa tar-riskji potenzjali marbuta mad-dipendenza tas-sistema tal-enerġija tal-UE mill-importazzjonijiet mir-Russja tal-materja prima meħtieġa għas-settur tal-enerġija, li aċċellerat saħansitra wara l-annessjoni tal-Krimea, issa ħarġet fil-beraħ, u tirrikjedi li l-UE taġixxi b’urġenza.

1.3.

Il-KESE jimpenja ruħu fit-tilħiq tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u jirrakkomanda li jiżdiedu l-isforzi biex jintlaħqu l-miri stabbiliti u titnaqqas id-dipendenza tal-UE mill-fjuwils fossili malajr kemm jista’ jkun. Madankollu, ix-xenarju ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku jeħtieġ li jiġi adattat biex jiġi żgurat li jkun fattibbli u realistiku fiċ-ċirkostanzi attwali.

1.4.

Fir-rigward tal-Unjoni tal-Enerġija, il-KESE jemmen bis-sħiħ li l-enfasi issa trid tkun li tingħata attenzjoni partikolari lill-ewwel pilastru tagħha dwar is-sigurtà, is-solidarjetà u l-fiduċja. Fl-istess ħin, is-sinerġiji bejn il-pilastri tagħha jridu jissaħħu aktar, flimkien mal-istrumenti rilevanti kollha ta’ appoġġ (il-finanzjament, it-tassazzjoni, it-tassonomija, il-kwoti tal-emissjonijiet u r-regoli regolatorji).

1.5.

Il-KESE jisħaq li s-6 rapport annwali dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija mhuwiex ibbilanċjat b’mod perfett. Dan ir-rapport, li huwa influwenzat mill-effett tax-xokkijiet fil-provvista fis-suq tal-enerġija, jiffoka ħafna fuq il-prezzijiet tal-enerġija u l-istrumenti għall-eliminazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, iżda jkopri biss b’mod superfiċjali kwistjonijiet bħas-sigurtà tal-provvisti u l-innovazzjoni u r-riċerka. Il-KESE jixtieq jara perspettiva usa’ u strutturata tajjeb tas-sorsi finanzjarji biex tissaħħaħ l-Unjoni tal-Enerġija, kif ukoll titjib fil-modi kif il-progress tal-Unjoni tal-Enerġija jikkontribwixxi għal azzjonijiet innovattivi u għall-kompetittività.

1.6.

B’mod partikolari, il-KESE jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li, bħal f’rapporti preċedenti, l-objettivi ewlenin tal-Unjoni tal-Enerġija Ewropea għal darb’oħra mhumiex indirizzati jew ġew indirizzati biss marġinalment f’dan ir-rapport. Għandu jiġi mfakkar li, fost affarijiet oħra, ix-xewqa tagħna kienet it-tnaqqis tad-dipendenza mill-importazzjoni, il-fatt li ċ-ċittadini jitqiegħdu fil-qalba tal-Unjoni tal-Enerġija, u t-trasformazzjoni tal-UE bħala mexxejja dinjija fl-enerġija rinnovabbli. Wieħed jistenna li r-rapporti annwali dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija janalizzaw ukoll b’mod approfondit dawn il-kwistjonijiet ewlenin u jidentifikaw b’mod ċar in-nuqqasijiet possibbli sabiex jiġu żviluppati inizjattivi ġodda jekk ikun meħtieġ. Dan ir-rapport għadu ’l bogħod minn dan. Pereżempju, il-kwistjoni tal-iżvilupp tal-enerġija tal-komunità taċ-ċittadini, li hija importanti għall-KESE, hija traskurata għal kollox. Il-KESE jistenna li l-Kummissjoni tagħmel dikjarazzjonijiet ċari hawnhekk fil-kapitoli separati fir-rapport tal-2022.

1.7.

Il-KESE japprezza ħafna l-fatt li s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli saru s-sors ewlieni tal-enerġija tal-UE; dan huwa ta’ importanza kruċjali biex jgħin fit-tnaqqis tad-dipendenza kbira mill-importazzjonijiet tal-enerġija tal-UE u fl-appoġġ għas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni. Madankollu, il-Kumitat huwa tal-fehma li huma meħtieġa azzjonijiet aktar tanġibbli biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq u jibbenefikaw minn strutturi ta’ provvista aktar deċentralizzati u sostenibbli.

1.8.

Il-KESE jaqbel mad-dikjarazzjoni tar-rapport dwar il-potenzjal tal-iżvilupp tas-suq intern tal-enerġija, li għadu mhux ikkompletat f’termini ta’ ambjent tas-suq, istituzzjonijiet, regoli regolatorji u konnettività bejn l-Istati Membri. It-tranżizzjoni se tkun test għall-infrastruttura tal-enerġija u l-mezzi kollha jridu jiġu mobilizzati sabiex l-infrastruttura tkun lesta għall-bidla u ssir reżiljenti għal xokkijiet futuri.

1.9.

L-esperjenza taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija fil-ħarifa tal-2021 flimkien mas-sitwazzjoni attwali tenfasizza l-ħtieġa li jiġi mmonitorjat mill-qrib l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-enerġija, u li jiġi żviluppat approċċ aktar integrat dwar kif għandu jiġi indirizzat b’mod razzjonali l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija fuq il-faqar.

1.10.

L-iżvilupp tal-Unjoni tal-Enerġija tal-UE daħal f’perjodu li fih jeħtieġ li jsiru sforzi viżibbli fir-rigward tat-titjib tas-sigurtà. Jeħtieġ ukoll li jkun hemm enfasi aktar b’saħħitha fuq is-solidarjetà u l-fiduċja. Huwa probabbli ħafna li x-xitwa li ġejja se tkun test inevitabbli tal-ġestjoni tal-kriżijiet, li tirrikjedi tħejjija biex jiġu minimizzati l-impatti negattivi fuq id-distribuzzjoni tal-enerġija u konsegwentement fuq il-prestazzjoni ekonomika u l-istandards tal-għajxien.

1.11.

L-UE għandha tkun konxja wkoll li s-sistema attwali tal-kunsinni tal-enerġija mir-Russja lejn l-UE żżomm il-flussi finanzjarji f’idejn ir-reġim statali Russu u li dawn ir-riżorsi finanzjarji jintużaw biex jiffinanzjaw l-isforzi militari tagħha. Iridu jinstabu mill-aktar fis possibbli modi alternattivi biex jiġu żgurati l-provvisti tal-enerġija permezz tad-diversifikazzjoni tal-fornituri minn pajjiżi differenti u l-użu ta’ sorsi differenti tal-enerġija filwaqt li tissaħħaħ is-solidarjetà fl-UE. Dan japplika wkoll għall-materja prima importata fl-UE.

1.12.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon kbir pożizzjoni ta’ politika aktar b’saħħitha u valutazzjoni tal-impatt tar-relazzjoni bejn l-enerġija u s-settur diġitali, u bejn l-Unjoni tal-Enerġija u l-istrateġija industrijali l-ġdida għall-Ewropa, kif ukoll xi previżjonijiet dwar l-impatt tas-sitwazzjoni riskjuża attwali li qed jiffaċċja s-settur tal-enerġija, in-negozju u s-soċjetà tal-UE.

1.13.

Ir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija jistħoqqlu wkoll taqsima speċifika dwar l-isforzi biex tinkiseb tranżizzjoni ġusta, fosthom l-aħjar eżempji implimentati fl-Istati Membri u fil-livell Ewropew, kif jintuża l-finanzjament tal-UE sabiex tingħata spinta finanzjarja lit-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika. Il-KESE jenfasizza li t-tranżizzjoni ġusta mhijiex biss kwistjoni ta’ finanzjament għat-tranżizzjoni. Tinkludi wkoll l-għan ta’ ħidma mal-imsieħba soċjali biex jinħolqu impjiegi deċenti u ta’ kwalità tajba, kif ukoll li tingħata promozzjoni lis-sigurtà soċjali, u tirrikjedi azzjonijiet speċifiċi fil-livell reġjonali.

1.14.

L-UE għandha nuqqas ta’ investiment pubbliku fir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa u għalhekk għadha lura meta mqabbla mal-imsieħba globali tagħha, u b’hekk tirriskja li tibqa’ lura fir-rigward ta’ teknoloġiji u swieq ewlenin futuri. Il-KESE jħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni Ewropea tħejji pjan strateġiku għas-setturi tal-enerġija nadifa sabiex tingħata spinta lill-iżvilupp ta’ industriji tal-enerġija nadifa fl-UE.

2.   Sfond

2.1.

Is-6 rapport annwali tal-Kummissjoni Ewropea jagħti rendikont tal-progress fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea dwar l-enerġija u l-klima, inkluża l-Unjoni tal-Enerġija fil-ħames pilastri tagħha. Dan jenfasizza wkoll kif il-miri klimatiċi l-ġodda tal-UE, stabbiliti mil-Liġi Ewropea dwar il-Klima, issarrfu fi proposti leġiżlattivi sinifikattivi permezz tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”. It-tranżizzjoni ekoloġika hija meqjusa bħala parti mis-soluzzjoni fit-triq lejn in-newtralità klimatika u rispons għall-impatti tal-kriżi tal-COVID-19.

2.2.

Ir-rapport jikkonferma tendenza pożittiva fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-UE. Fl-2020, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tnaqqsu b’31 % meta mqabbla mal-1990 minħabba l-impatt tal-pandemija fuq il-konsum tal-enerġija iżda wkoll minħabba tendenzi kontinwi ta’ dekarbonizzazzjoni. Il-projezzjonijiet sottomessi mill-Istati Membri fl-2021 jindikaw tnaqqis ta’ 34 % fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra sal-2030 bil-miżuri eżistenti u tnaqqis ta’ 41 % bil-miżuri addizzjonali għall-UE, meta mqabbla mat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ mill-inqas 55 % stabbiliti fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima.

2.3.

Fl-2020, għall-ewwel darba, is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli qabżu l-fjuwils fossili bħala s-sors ewlieni tal-enerġija tal-UE (38 % tal-elettriku, il-fjuwils fossili 37 % u l-enerġija nukleari 25 % tal-UE). Is-sehem tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika ġenerali tal-UE huwa mistenni li jkun laħaq mill-inqas 22 % għalkemm xi Stati Membri jinsabu f’riskju li jonqsu milli jilħqu l-mira vinkolanti nazzjonali tagħhom. L-użu tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli kien appoġġjat mill-investiment ta’ EUR 48,8 biljun fl-2020 meta mqabbel ma’ EUR 32,9 biljun fl-2019. Madankollu, l-istampa tvarja skont it-teknoloġiji differenti.

2.4.

Dan ir-rapport huwa ppubblikat fl-isfond ta’ żieda qawwija fil-prezzijiet tal-gass u tal-elettriku. Il-prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa żdiedu b’230 % fuq bażi annwali b’impatt aktar moderat fuq il-prezzijiet bl-imnut sa Settembru 2021 (+ 11 % bħala medja tal-UE). Ix-xokk fil-prezzijiet inħass l-aktar minħabba l-prezzijiet negattivi tal-elettriku esperjenzati fl-2020, li naqsu minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

2.5.

Dan kien xprunat l-aktar miż-żieda fil-prezzijiet tal-gass li kellu effett fuq il-prezz tal-elettriku disa’ darbiet akbar mill-effett taż-żieda osservata fil-prezz tal-karbonju matul l-istess perjodu. Il-livelli tal-ħżin tal-gass huma baxxi u l-UE qed tesperjenza l-ogħla livell ta’ dipendenza netta mill-importazzjoni tal-enerġija f’dawn l-aħħar 30 sena (60,6 % fl-2019 meta mqabbla ma’ 58,2 % fl-2018 u 56 % fis-sena 2000). Dan minkejja l-fatt li l-objettiv espliċitu tal-Unjoni tal-Enerġija kien u għadu li titnaqqas din id-dipendenza. Rapport dwar “L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija” m’għandux ikun limitat biss għal tali ċifri negattivi, iżda għandu jispjega wkoll għaliex l-objettiv tat-tnaqqis tad-dipendenza mill-importazzjoni lanqas biss intlaħaq.

2.6.

Iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija wasslet lill-Kummissjoni Ewropea biex toħroġ is-sett ta’ għodod għall-azzjoni u l-appoġġ sabiex tgħin malajr lill-gruppi vulnerabbli. Fl-2019, il-faqar enerġetiku affettwa sa 31 miljun persuna fl-UE. Dan jissottolinja l-importanza li l-gruppi vulnerabbli jiġu protetti minn żieda qawwija fil-prezzijiet u li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika.

2.7.

Fir-rapport, il-Kummissjoni inkarigat lill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) biex tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-istruttura attwali tas-suq tal-elettriku bl-ingrossa, inkluża l-kapaċità tagħha li tindirizza sitwazzjonijiet ta’ volatilità estrema tal-prezzijiet fis-swieq tal-gass.

2.8.

Is-sussidji għall-enerġija rinnovabbli laħqu l-EUR 78 biljun. Għall-kuntrarju, is-sussidji għall-fjuwils fossili naqsu bi ftit fl-2020, għal EUR 52 biljun. Madankollu, dawn jistgħu jiżdiedu bit-tkabbir ekonomiku attwali. Skont is-6 rapport, 9 Stati Membri eliminaw gradwalment il-faħam, 13-il Stat Membru ħadu impenji nazzjonali biex jagħmlu dan sa data partikolari, 4 Stati Membri qed jikkunsidraw dati possibbli, u Stat Membru wieħed biss għadu ma bediex diskussjonijiet nazzjonali dwar eliminazzjoni gradwali.

2.9.

Il-pass tat-tnaqqis fl-2019 lejn il-miri tal-2030 kien sodisfaċenti għall-konsum tal-enerġija primarja biss. Il-konsum tal-enerġija primarja tal-UE naqas b’1,9 % u l-konsum finali tal-enerġija naqas b’0,6 % fl-2019 meta mqabbel mal-2018. Huma meħtieġa sforzi ferm akbar biex titnaqqas il-mira finali eżistenti tal-konsum tal-enerġija u tinkiseb l-ambizzjoni akbar stabbilita fir-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija.

2.10.

Ir-rapport jgħin biex jiġu identifikati oqsma futuri fejn hemm bżonn azzjoni u sforzi akbar. Minbarra l-ħtieġa ta’ investiment, ir-rapport jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa ta’ tneħħija tal-ostakli amministrattivi għall-varar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-aċċellerazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi.

2.11.

L-UE qed tanalizza kif tista’ żżid is-sikurezza u s-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija kif ukoll tiżgura interkonnettività aħjar madwar l-UE. Il-kriżi xeħtet dawl fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista u li jiġi evitat li l-provvisti jiġu minn sorsi mhux siguri.

2.12.

L-infiq pubbliku tal-UE fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-enerġija nadifa fl-Istati Membri għadu aktar baxx milli fl-2010, iżda l-finanzjament nazzjonali u tal-UE għall-irkupru mmirat lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-enerġija nadifa jista’ jikkumpensa parzjalment għal dan. Il-baġit tal-UE għall-2021-2027 se jipprovdi appoġġ sinifikanti għall-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u t-tranżizzjoni tal-enerġija madwar l-Unjoni. B’mod partikolari, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni se jallokaw mill-inqas 30 % u 37 % rispettivament tal-finanzjament disponibbli għal dan l-objettiv. Minbarra dan, it-tranżizzjoni ekoloġika se tiġi ffinanzjata mill-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jew mill-InvestEU.

2.13.

Sal-5 ta’ Ottubru 2021, l-investiment ikkombinat ippjanat relatat mal-klima fi 22 pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza kien ta’ madwar EUR 177 biljun, li jirrappreżenta 40 % minn total ta’ EUR 445 biljun ta’ fondi għall-irkupru u r-reżiljenza allokati lil dawn l-Istati Membri.

2.14.

Il-Komunikazzjoni hija akkumpanjata mill-ħames rapporti li ġejjin dwar:

Sussidji tal-enerġija fl-UE

Rapport ta’ Progress tal-UE dwar l-Azzjoni Klimatika 2021

Progress dwar il-kompetittività tat-teknoloġiji tal-enerġija nadifa

Ir-rapport dwar il-kwalità tal-fjuwil, u

Ir-rapport dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju (sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet).

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

Il-KESE jqis l-invażjoni militari Russa fl-Ukrajna bħala xokk enormi għas-sigurtà, il-funzjonament u l-prestazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija, minbarra li hija sitwazzjoni orribbli għall-Ukrajna u għall-poplu tagħha. Din hija l-akbar theddida għas-sigurtà fl-istorja tal-integrazzjoni Ewropea. Din tirrikjedi definizzjoni mill-ġdid u aġġustament tal-prijoritajiet strateġiċi u ta’ sigurtà tal-UE u t-tħejjija ta’ strumenti adegwati għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-prijoritajiet mill-aktar fis possibbli.

3.2.

Il-KESE jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex ikunu aktar konxji dwar it-theddid futur għas-sigurtà u jagħtu aktar attenzjoni lis-sigurtà u d-diversifikazzjoni tal-provvisti kif ukoll jiżguraw solidarjetà aħjar fost l-Istati Membri tal-UE. It-theddida għas-sigurtà żvelat ukoll il-ħtieġa li jitħaffef il-pass tal-introduzzjoni tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sabiex titnaqqas id-dipendenza tal-UE mill-fjuwils fossili u biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku.

3.3.

Il-KESE jieħu nota tar-rapport dettaljat tal-Kummissjoni Ewropea li jistabbilixxi t-tibdil u l-progress fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea dwar l-enerġija u l-klima. Huwa jivvaluta b’mod pożittiv il-progress kbir tal-UE fl-ilħuq tal-miri klimatiċi tagħha, u jilqa’ l-identifikazzjoni ta’ oqsma fejn jeħtieġ li jsir aktar progress. Fl-2020, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt pjuttost pożittiv fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 peress li naqqset il-konsum tal-enerġija, u b’hekk il-produzzjoni. Madankollu, it-tkabbir ekonomiku fl-2021 żied id-domanda li influwenzat, flimkien ma’ elementi oħra, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija. Il-KESE, jilqa’ l-fatt li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prezzijiet tal-enerġija (1) ppermettiet li l-persuni vulnerabbli jiġu megħjuna u appoġġjati malajr biex jindirizzaw l-effetti negattivi tax-xokk fil-prezzijiet, u jiġbed l-attenzjoni għall-Opinjoni tiegħu TEN/761 (2).

3.4.

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea ssegwi mill-qrib l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-enerġija u jissuġġerixxi l-inklużjoni tal-istatistika dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-enerġija fir-rapport li jmiss dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija. F’dan ir-rigward, jindika l-ħtieġa ta’ data aktar konsistenti li tista’ tipprovdi stampa preċiża tas-suq.

3.5.

Bħal fir-rapporti preċedenti tiegħu, il-KESE jenfasizza li t-tranżizzjoni ekoloġika trid isseħħ b’mod ġust, u ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura. It-tranżizzjoni mhijiex biss teknika iżda ekonomika u soċjali wkoll. Djalogu regolari maċ-ċittadini u mas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali, speċjalment fir-reġjuni li għaddejjin minn trasformazzjoni, se jiżgura li l-objettivi tal-politika dwar il-klima u l-enerġija jitqiesu bħala attraenti mil-lat soċjali u jintlaħqu bi spejjeż soċjoekonomiċi minimi. Li titwettaq il-wegħda li ċ-ċittadini jiġu integrati b’mod attiv fis-suq, u li dawn isiru prosumaturi u jiġu assoċjati ma’ opportunitajiet ġodda ta’ ħolqien ta’ valur huma lkoll tal-inqas importanti daqskemm hu d-djalogu approfondit. Il-kwalità tal-operazzjonalizzazzjoni u l-finanzjament ta’ strumenti individwali u l-implimentazzjoni speċifika tagħhom fil-livell nazzjonali se jkunu kruċjali f’dan ir-rigward. Għalhekk, l-inklużjoni tal-fehmiet tal-imsieħba soċjali trid tkun objettiv ewlieni ta’ djalogi futuri u hija prerekwiżit ċentrali għall-kisba ta’ tranżizzjoni ta’ suċċess u ġusta.

3.6.

Ir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija għandu jinkludi wkoll taqsima dwar l-isforzi biex tinkiseb tranżizzjoni ġusta, li tinkorpora eżempji ta’ miżuri implimentati b’suċċess fl-Istati Membri u fil-livell Ewropew. Il-KESE jenfasizza li t-tranżizzjoni ġusta ma tirrigwardax biss il-finanzjament għat-tranżizzjoni. Tinkludi wkoll l-għan li jinħolqu xogħol deċenti u impjiegi ta’ kwalità tajba, kif ukoll is-sigurtà soċjali, u teħtieġ azzjonijiet speċifiċi fil-livell reġjonali.

3.7.

Il-KESE jixtieq jara approċċ aktar ibbilanċjat tas-6 rapport annwali għall-oqsma partikolari tal-Unjoni tal-Enerġija. Dan jiffoka b’mod komprensiv fuq l-oqsma tal-effiċjenza enerġetika u d-dekarbonizzazzjoni, li bħalissa jirrappreżentaw il-prijoritajiet politiċi ewlenin. Madankollu, l-attenzjoni mogħtija lis-suġġetti tas-sigurtà, is-solidarjetà u l-fiduċja, jew ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività, u l-isfidi u l-kisbiet marbuta ma’ dawn l-oqsma jidhru li mhumiex biżżejjed.

3.8.

B’mod partikolari, il-KESE jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li, bħal f’rapporti preċedenti, l-objettivi ewlenin tal-Unjoni tal-Enerġija Ewropea għal darb’oħra mhumiex indirizzati jew ġew indirizzati biss marġinalment f’dan ir-rapport. Wieħed għandu jiftakar li, fost affarijiet oħra, ix-xewqa tagħna kienet it-tnaqqis tad-dipendenza mill-importazzjoni, il-fatt li ċ-ċittadini jitqiegħdu fil-qalba tal-Unjoni tal-Enerġija, u t-trasformazzjoni tal-UE bħala mexxejja dinjija fl-enerġija rinnovabbli. Wieħed jistenna li r-rapporti annwali tas-sitwazzjoni janalizzaw ukoll b’mod approfondit dawn il-kwistjonijiet ewlenin u jidentifikaw b’mod ċar in-nuqqasijiet possibbli sabiex jiġu żviluppati inizjattivi ġodda jekk ikun meħtieġ. Dan ir-rapport għadu ’l bogħod minn dan. Pereżempju, il-kwistjoni tal-iżvilupp tal-enerġija tal-komunità taċ-ċittadini, li hija importanti għall-KESE, hija traskurata għal kollox. Il-KESE jistenna li l-Kummissjoni tagħmel dikjarazzjonijiet ċari hawnhekk fil-kapitoli separati fir-rapport tal-2022.

3.9.

Huwa kuntent li l-Istati Membri żiedu l-ambizzjoni tagħhom li jilħqu l-miri eżistenti tal-2020 għall-enerġija rinnovabbli, minn issa ’l quddiem is-sors ewlieni tal-enerġija għall-elettriku. Dan jinkoraġġixxi lil dawk l-Istati Membri li qed jonqsu milli jilħqu din il-mira biex jiffokaw fuq użu aħjar tal-appoġġ għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u/jew jidħlu fi ftehimiet għat-trasferimenti tal-istatistika. B’dan il-mod, il-KESE jixtieq jirrimarka, kif muri minn studju mill-Kummissjoni (3), li t-tneħħija gradwali tal-enerġija fossili hija akkumpanjata minn tnaqqis sostanzjali tal-kostijiet esterni (bħall-kostijiet għas-saħħa u l-ambjent), li jridu jitħallsu mis-soċjetà. Bħala eżempju: għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, it-teknoloġiji tal-fjuwils fossili għandhom l-ogħla kostijiet esterni ta’ EUR 68–EUR 177/MWh għall-medja tal-EU-27. It-teknoloġiji tal-enerġija nukleari u rinnovabbli għandhom kostijiet esterni, ta’ EUR 3–EUR 17/MWh, filwaqt li l-enerġija mir-riħ u l-enerġija idroelettrika jilħqu livelli ta’ inqas minn EUR 5/MWh.

3.10.

Meta mqabbel mar-rapporti preċedenti, il-Kumitat jilqa’ l-enfasi fuq ir-rwol tal-prosumaturi. Infakkru fit-talba tagħna li l-aktar objettiv importanti huwa li ċ-ċittadini għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-Unjoni tal-Enerġija (4). Il-konsumaturi għandu jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu u jkunu involuti b’mod attiv fis-suq. Madankollu, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri konkreti fil-leġiżlazzjoni tal-UE sabiex dan il-kunċett jiġi applikat malajr fil-prattika.

3.11.

Is-suq intern tal-enerġija għadu mhuwiex komplut. Dan ma joffrix biżżejjed benefiċċji lill-produtturi żgħar tal-enerġija rinnovabbli. Barra minn hekk, iż-żieda fil-prezz tal-enerġija wriet id-dgħufijiet tas-suq tal-enerġija. Dan żvela li xi fornituri tal-enerġija la huma kompetenti biex jeżerċitaw din l-attività, u lanqas ma għandhom bażi kapitali suffiċjenti. It-tkabbir tas-suq, ir-regolamentazzjoni rilevanti tiegħu, il-ħolqien tar-rekwiżiti meħtieġa għall-atturi individwali u l-protezzjoni raġonevoli tal-konsumatur għandhom jissaħħu.

3.12.

Il-Kumitat jesprimi dispjaċir għall-fatt li mhux biss ma ngħatax widen għas-sejħa tiegħu għal tnaqqis fid-dipendenza strateġika minn partijiet terzi iżda din id-dipendenza fil-fatt żdiedet. Fl-2021, l-UE laħqet l-akbar dipendenza tagħha mill-importazzjonijiet tal-enerġija f’dawn l-aħħar tliet deċennji. Dan in-nuqqas kellu rwol fiż-żieda fil-prezz tal-enerġija. F’dan ir-rigward, aħna nfakkru fl-istqarrija tagħna li l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jevitaw kwalunkwe żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet u jieħdu dan is-suġġett bis-serjetà meta jindikaw l-idroġenu jew sorsi oħra tal-enerġija bħala xprun għad-dekarbonizzazzjoni, peress li dan jista’ jżid aktar l-importazzjonijiet. Minħabba s-sitwazzjoni attwali, mhuwiex biss importanti li tiġi implimentata strateġija biex titnaqqas id-dipendenza dejjem akbar tal-UE mill-enerġija, iżda wkoll li jkun hemm diversifikazzjoni territorjali fattibbli tal-kunsinni u d-distribuzzjonijiet tal-enerġija mingħajr riskji ġeopolitiċi.

3.13.

L-Istati Membri wrew li huma lesti jappoġġjaw it-tranżizzjoni ekoloġika, u s-sehem tal-infiq fuq l-investiment relatat mal-klima minn 22 pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza ugwali għal 40 % tal-baġits totali jikkonferma kemm it-tranżizzjoni ekoloġika hija u se tkun għalja. Madankollu, ir-rata ta’ investiment pubbliku tal-UE fit-teknoloġiji tal-enerġija nadifa meħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni hija l-aktar waħda baxxa mill-ekonomiji ewlenin u xxekkel il-vantaġġ kompetittiv tagħna fuq l-imsieħba globali. Jeħtieġ ukoll li npoġġu liċ-ċittadini fiċ-ċentru tal-politika dwar l-enerġija. Jekk iċ-ċittadini jingħataw il-possibbiltà li jinvestu u jibbenefikaw mill-investimenti tagħhom, ammont konsiderevoli ta’ flus privati jista’ jiġi attirat lejn dan is-settur.

3.14.

L-approvazzjoni rapida tal-att delegat tar-regoli li jiddefinixxu l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli tidher li hija sinjal kruċjali għall-ftuħ tal-infiq pubbliku għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-enerġija nadifa fl-Istati Membri. Il-KESE jistenna li dan jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tal-investiment fil-kapaċità tal-fjuwils fossili u s-sussidji assoċjati.

3.15.

Ir-Rapport dwar is-Suq tal-Karbonju tal-2021 joffri prova ta’ kontribut sinifikanti tal-EU ETS għad-dekarbonizzazzjoni. Fil-perjodu 2013-2020 s-sistema ġġenerat dħul mill-irkant li jaqbeż EUR 68 biljun. Il-KESE jinnota li 75 % tad-dħul tal-EU ETS intuża għall-azzjoni klimatika u għal skopijiet relatati mal-enerġija, li huwa ferm aktar mil-limitu ta’ 50 % għall-Istati Membri. F’dan ir-rigward, il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jżidu dan is-sehem sabiex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.

3.16.

L-Unjoni Ewropea mhijiex gżira, il-kooperazzjoni tagħha fix-xena internazzjonali hija ta’ importanza kbira u l-istess jgħodd għall-koordinazzjoni mal-imsieħba globali fir-rigward tal-politika dwar it-tibdil fil-klima. L-UE għandha taħdem lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika, filwaqt li tiżgura l-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija bi prezzijiet affordabbli għan-negozji u għaċ-ċittadini.

3.17.

Huwa japprezza li r-rapport jinkludi d-data għall-impjiegi fis-settur tal-enerġija nadifa, li kiber bi 2 % fis-sena. L-UE tiffaċċja l-problema ta’ impjiegi ekoloġiċi vakanti li se ssir aktar evidenti bi tranżizzjoni ekoloġika aċċellerata mmexxija minn investimenti fir-rinnovazzjonijiet. Jeħtieġ li niżguraw li n-nies bil-ħiliet it-tajba jkunu jistgħu jidħlu malajr fis-suq tax-xogħol u li l-impjiegi l-ġodda maħluqa mit-tranżizzjoni ekoloġika jkunu impjiegi b’kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin u pagi deċenti. Huwa importanti li jsir kemm jista’ jkun sforz fl-iżvilupp tat-taħriġ u l-kwalifiki fil-qasam tar-rinnovazzjoni tal-enerġija.

3.18.

Is-sitwazzjoni attwali fis-suq tal-enerġija tirrifletti xi sottovalutazzjoni ta’ diversi aspetti tas-sigurtà tal-enerġija, speċjalment f’termini ta’ kunsinni ta’ gass lill-UE, jew ta’ sforzi insuffiċjenti biex tiġi eliminata d-dipendenza kbira, u saħansitra l-approfondiment tad-dipendenza tal-UE mill-importazzjonijiet tal-enerġija. Din tirrifletti wkoll solidarjetà limitata fost l-Istati Membri tal-UE biex il-problema tissolva b’mod effiċjenti, inkluż nuqqas potenzjali ta’ fiduċja biex jintlaħaq kunsens.

3.19.

Il-KESE japprezza ħafna volum kbir ta’ sorsi finanzjarji li ġejjin mill-QFP tal-UE għall-perjodu 2021-2027 u min-NextGenerationEU għall-Irkupru li huma mmirati speċifikament biex jindirizzaw l-isfidi marbuta mal-miri tal-Unjoni tal-Enerġija.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.

Minkejja l-impenji tal-UE biex telimina gradwalment is-sussidji għall-fjuwils fossili, dawn mhumiex qed jonqsu biżżejjed. L-anness tar-rapport juri t-tnaqqis żgħir fis-sussidji għall-fjuwils fossili iżda bit-tkabbir ekonomiku nistgħu nistennew li dawn jiżdiedu. Bejn l-2015 u l-2019, is-sussidji għall-fjuwils fossili żdiedu b’4 % fl-UE u naqsu b’mod sinifikanti fl-2020. Is-sussidji naqsu b’10 % fis-settur tal-enerġija u b’4 % fl-industrija, filwaqt li fit-trasport żdiedu b’25 % u bi 13 % għall-unitajiet domestiċi li jibbenefikaw minn sussidji fuq il-konsum taż-żejt għat-tisħin u tal-gass naturali. Is-sussidji għandhom rwol importanti fil-qasam soċjali, peress li jiżguraw li t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima sseħħ b’mod ġust.

4.2.

Il-KESE jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-rapport ma janalizzax ir-relazzjoni bejn it-tranżizzjoni tal-enerġija u dik diġitali. Id-diġitalizzazzjoni tiftaħ opportunitajiet għall-iffrankar fl-enerġija, it-tnaqqis fl-intensità tal-enerġija kif ukoll għal ġestjoni aħjar tal-infrastruttura tal-enerġija. Ir-rapport jista’ jiżviluppa fil-fond is-soluzzjonijiet għaż-żieda fid-domanda fl-elettrifikazzjoni u l-ħtieġa ta’ soluzzjonijiet tal-enerġija stabbli u sostenibbli. It-tranżizzjoni se tkun test għall-infrastruttura tal-enerġija u l-mezzi kollha jridu jiġu mobilizzati sabiex l-infrastruttura tkun lesta għall-bidla u ssir reżiljenti għal xokkijiet futuri.

4.3.

It-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet se jkollhom rwol importanti fit-trasformazzjoni ekoloġika. Sabiex jiġu żviluppati strateġiji konkreti għall-monitoraġġ u l-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet għat-taħriġ u t-titjib fil-ħiliet u għat-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur tal-elettriku, il-KESE jindika l-eżiti tal-proġett tal-imsieħba soċjali “The Skills2Power”. Ir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija jista’ jistabbilixxi wkoll kif jintuża l-finanzjament tal-UE bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, Erasmus+ jew il-fondi ta’ koeżjoni sabiex tingħata spinta finanzjarja lit-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika.

4.4.

Il-KESE jirrakkomanda monitoraġġ mill-qrib ħafna tal-konġestjonijiet potenzjali fil-ktajjen tal-provvista tal-materja prima għat-teknoloġiji tal-enerġija li huma essenzjali għas-sigurtà tal-enerġija u għat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa. Huwa jissuġġerixxi d-diversifikazzjoni kemm jista’ jkun tal-provvista ta’ materja prima kritika billi jsiru taħditiet internazzjonali mal-imsieħba globali u jitħejja xenarju għal soluzzjonijiet alternattivi.

4.5.

L-UE teħtieġ aktar investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-enerġija nadifa. Ir-rata ta’ investiment pubbliku tal-UE fit-teknoloġiji tal-enerġija nadifa kienet ta’ 0,027 % tal-PDG fl-2019. Kif nistgħu nitkellmu bis-serjetà dwar it-tnedija tal-enerġija nadifa meta għandna l-aktar rata baxxa fost l-ekonomiji ewlenin? Għalkemm l-UE żżomm pożizzjoni b’saħħitha fl-industrija tal-enerġija mir-riħ, din għadha lura meta mqabbla mal-imsieħba globali f’diversi industriji oħra fosthom il-pannelli solari, l-idroġenu rinnovabbli, il-pompi tas-sħana jew il-fjuwils rinnovabbli (5). Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tħejji pjan strateġiku għal kull wieħed mis-setturi sabiex tagħti spinta lill-iżvilupp ta’ industriji tal-enerġija nadifa fl-UE.

4.6.

Sabiex jiġi mmonitorjat liema Stati Membri huma l-aktar flessibbli fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, il-KESE jissuġġerixxi l-pubblikazzjoni ta’ tabella ta’ valutazzjoni ta’ indikaturi fuq bażi regolari. Dan jista’ jikkonċerna l-programmi ġestiti mill-UE, iżda wkoll il-politika ta’ koeżjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza peress li diġà għandna tabella ta’ valutazzjoni ta’ indikaturi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u t-tabella ta’ valutazzjoni ta’ indikaturi tal-politika ta’ koeżjoni li ilha għaddejja (6).

4.7.

Il-KESE jirrakkomanda bis-sħiħ li s-sistema tal-EU ETS issir aktar trasparenti u li tiġi applikata sistema ta’ interventi raġonevoli li tagħmilha possibbli li l-prezz tal-kwoti jiġi aġġustat għall-mira mixtieqa u li tiġi eliminata l-volatilità f’daqqa tal-prezzijiet osservati matul l-aħħar sena (l-ewwel żieda enormi għal aktar minn EUR 100 u issa tnaqqis kbir għal madwar EUR 55 fi żmien ftit jiem).

4.8.

Il-KESE jirrakkomanda li l-governanza u l-ġestjoni tal-Unjoni tal-Enerġija jirriflettu b’mod aktar intensiv fuq is-sinerġiji mal-istrateġija industrijali l-ġdida tal-UE (kif definit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Marzu 2020).

4.9.

Fir-rigward tal-miri marbuta mad-dekarbonizzazzjoni, il-KESE jisħaq li t-tipi kollha ta’ strumenti, jiġifieri r-regoli regolatorji, is-sistema tal-EU ETS, it-taxxi ambjentali, u t-tassonomija, iridu jiġu kkoordinati u armonizzati f’sistema adatta u li tiffunzjona tajjeb.

Brussell, id-19 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  COM(2021) 660 final.

(2)  ĠU C 275, 18.7.2022, p. 80.

(3)  Studju f’isem il-Kummissjoni Ewropea: Energy costs, taxes and the impact of government interventions on investments, EnergyVille.

(4)  ĠU C 220, 9.6.2021, p. 38.

(5)  COM(2021) 952 final.

(6)  https://cohesiondata.ec.europa.eu/; https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html#


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/119


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/25/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ rekwiżiti mtejba tal-istabbiltà u l-allinjament tagħha mar-rekwiżiti tal-istabbiltà definiti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali”

(COM(2022) 53 final — 2022/0036 (COD))

(2022/C 323/20)

Relatur:

Mateusz SZYMAŃSKI

Konsultazzjoni

Parlament Ewropew, 7.3.2022

Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 1.3.2022

Bażi legali

Artikoli 100(2) u 304 tat-TFUE

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni

Adottata fis-sezzjoni

2.5.2022

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

182/1/1

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jilqa’ l-proposta li jiġu emendati r-regoli attwali dwar is-sikurezza tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri f’kundizzjoni ta’ ħsara. Huwa jirrakkomanda bil-qawwa li jinżammu l-ogħla standards ta’ sikurezza possibbli fit-trasport marittimu. Dan huwa partikolarment importanti għat-tip ta’ inġenji inkwistjoni, li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, huma aktar vulnerabbli minn tipi oħra ta’ bastimenti.

1.2.

Barra minn hekk, il-KESE jilqa’ l-isforzi li saru biex jiġu armonizzati r-regoli internazzjonali, f’dan il-każ biex jiġu allinjati mar-regoli internazzjonali stabbiliti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). Japprezza wkoll l-isforzi li saru biex tiġi ssemplifikata l-leġiżlazzjoni li tiffaċilita l-użu u l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli. Jilqa’ l-metodu ta’ ħidma fuq il-proġett, b’mod partikolari l-konsultazzjoni fil-fond mal-esperti fil-qasam.

1.3.

Madankollu, il-KESE jixtieq jenfasizza li l-eżami ta’ din il-proposta huwa estremament diffiċli minħabba l-abbozzar ikkumplikat u mhux ċar tat-test. Id-dispożizzjonijiet u l-kjarifiki mfassla b’dan il-mod fil-fatt imorru kontra l-objettiv tal-proposta, li huwa li jiġu ffaċilitati l-użu u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali msemmija hawn fuq. Huwa rrakkomandat li tiżdied it-trasparenza tiegħu, inkluż permezz ta’ preżentazzjoni grafika tas-soluzzjonijiet immirati bi spjegazzjonijiet meħtieġa.

1.4.

Il-KESE huwa mħasseb dwar is-soluzzjonijiet alternattivi temporanji adottati fil-proposta għal vapuri mibnija ġodda ċċertifikati biex iġorru 1 350 persuna jew inqas, u dwar is-suġġeriment li dawn iż-żewġ għażliet jiġu evalwati għaxar snin wara l-implimentazzjoni tal-emenda, kif ukoll dwar ir-reviżjoni mħabbra tad-Direttiva wara l-evalwazzjoni.

1.5.

Il-KESE jinnota li l-introduzzjoni ta’ żewġ alternattivi għal vapuri mibnija ġodda tkun tfisser li l-objettiv tal-proposta li jitnaqqsu il-kumplessità u l-piżijiet tekniċi u amministrattivi li jirriżultaw primarjament mill-eżistenza ta’ żewġ reġimi differenti għall-valutazzjoni tas-sopravivenza tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri f’kundizzjoni ta’ ħsara ma jintlaħaqx kompletament. Qed jiġu proposti żewġ skemi alternattivi għal perjodu temporanju ta’ 10 snin.

1.6.

Fil-fehma tal-KESE, l-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet temporanji bħal dawn se toħloq sitwazzjoni ta’ inċertezza u problemi ulterjuri fil-futur. Għandu jiġi enfasizzat li l-investimenti tal-flotta f’dan is-settur tat-trasport huma ta’ natura fit-tul. Il-prospettiva stabbilita fil-proposta għandha għalhekk tqis ir-realtajiet tas-settur.

1.7.

Il-KESE jemmen li d-dispożizzjoni li tindika l-applikazzjoni temporanja ta’ rekwiżiti alternattivi ta’ stabbiltà għandha tiġi sostitwita b’soluzzjoni waħda għar-rekwiżiti ta’ stabbiltà b’rabta ma’ vapuri mibnija ġodda li jġorru mhux aktar minn 1 350 persuna, sabiex ma jinħolqux aktar problemi bil-konsistenza u ċ-ċarezza tar-regoli u biex tiġi evitata n-natura temporanja tal-applikazzjoni tagħhom.

1.8.

Il-KESE jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta’ evalwazzjoni perjodika f’intervalli stabbiliti, eż. kull 10 snin. Madankollu, l-azzjoni leġiżlattiva m’għandhiex tiġi ppreġudikata abbażi tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni. Huwa suġġerit li l-korpi li jirregolaw dawn il-kwistjonijiet jiġu kkonsultati kontinwament bil-għan li tittejjeb is-sikurezza.

1.9.

Barra minn hekk, sabiex il-proposta tkun tista’ tinqara aħjar u biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda, qed jiġi propost li l-kontenut tal-proposta jiġi emendat b’tali mod li l-vapuri mibnija qabel mhux iċċertifikati jkunu jistgħu jikkonformaw mal-istandards eżistenti applikabbli għal vapuri mibnija qabel (jew ġodda) ċċertifikati. Vapuri oħra għandhom ikunu soġġetti għas-soluzzjonijiet il-ġodda.

2.   Sommarju tal-proposta tal-Kummissjoni u l-isfond għall-Opinjoni

2.1.

Din il-proposta tikkonċerna modifika tad-Direttiva Nru 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar il-ħtiġiet ta’ stabbilta’ speċifiċi għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri.

Dan huwa marbut mat-tnedija ta’ rieżami legali fl-2017 fl-ambitu tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT). F’dak iż-żmien, id-Direttivi (UE) 2017/2108, (UE) 2017/2109 u (UE) 2017/2110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ġew emendati.

2.2.

Il-kontroll tal-idoneità kopra wkoll id-Direttiva 2003/25/KE dwar il-ħtiġiet ta’ stabbiltà speċifiċi għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri. Fid-dawl tad-diskussjonijiet paralleli fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar l-istandards ta’ stabbiltà għal vapuri f’kundizzjoni ta’ ħsara, ġie deċiż li tiġi posposta l-modifika għad-Direttiva. L-IMO adottat dispożizzjonijiet speċifiċi riveduti dwar l-istandards ta’ stabbiltà għall-vapuri tal-passiġġieri f’kundizzjoni ta’ ħsara permezz tar-Riżoluzzjoni MSC.421(98), li japplikaw ukoll għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri. Huwa meħtieġ li dawk l-iżviluppi jitqiesu f’livell internazzjonali u li jiġu allinjati r-regoli u r-rekwiżiti tal-Unjoni ma’ dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (“il-Konvenzjoni SOLAS”) għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri involuti fi vjaġġi internazzjonali.

2.3.

Skont il-Kummissjoni, l-objettiv kumplessiv tar-reviżjoni huwa li jiġi pprovdut qafas ġuridiku ċar, sempliċi u aġġornat li jkun aktar faċli sabiex jiġi implimentat, immonitorjat u infurzat, u b’hekk jiżdied il-livell ġenerali ta’ sikurezza.

2.4.

Barra minn hekk, ir-reviżjoni tar-regoli tal-UE dwar is-sikurezza tal-vapuri tal-passiġġieri għandha l-għan li tissemplifika u tintegra l-qafas regolatorju eżistenti. L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li jinżammu r-regoli tal-UE sa fejn ikun meħtieġ u proporzjonat. Il-Kummissjoni tfittex ukoll li tiżgura l-implimentazzjoni korretta tagħhom u li telimina t-trikkib u l-inkonsistenzi potenzjali bejn partijiet mil-leġiżlazzjoni relatati. Għandu jitqies ukoll li r-reviżjoni għandha l-għan li tnaqqas il-kumplessità u l-piżijiet tekniċi u amministrattivi li jirriżultaw primarjament mill-eżistenza ta’ żewġ reġimi differenti għall-valutazzjoni tas-sopravivenza tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri fir-rigward tar-rekwiżiti għall-istabbiltà f’kundizzjoni ta’ ħsara, u li tirrazzjonalizza l-piż fuq l-intrapriżi u l-operaturi tat-tarzni involuti f’tali kalkoli.

2.5.

Fir-rigward ta’ vapuri involuti fi vjaġġi internazzjonali, li jinkludu rotot bejn żewġ Stati Membri, japplikaw il-konvenzjonijiet internazzjonali (taħt il-kompetenza tal-IMO, b’mod partikolari l-Konvenzjoni SOLAS) u ċerti regoli tal-UE. Minbarra r-rekwiżiti internazzjonali, il-vapuri tal-passiġġieri, il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri u l-inġenji ta’ veloċità għolja huma soġġetti għal regoli speċifiċi tal-UE.

2.6.

Id-Direttiva 2003/25/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-istabbiltà għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri f’kundizzjoni ta’ ħsara għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri kollha li joperaw lejn jew minn port ta’ Stat Membru fuq servizz regolari, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, meta jkunu involuti fi vjaġġi internazzjonali. Hija għandha l-għan li tiżgura l-istabbiltà tagħhom wara ħsara, u ttejjeb is-sopravivenza ta’ dan it-tip ta’ bastimenti f’każ ta’ ħsara minn kolliżjoni. Id-Direttiva hija r-riżultat tal-Ftehim ta’ Stokkolma tal-1996. Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà tal-UE jikkomplementaw ir-rekwiżiti SOLAS dwar l-istabbiltà f’kundizzjoni ta’ ħsara.

2.7.

Ir-reviżjoni proposta hija r-riżultat ta’ valutazzjoni tal-possibbiltà li l-approċċ regolatorju tal-UE dwar ir-rekwiżiti speċifiċi tal-istabbiltà għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri jiġi allinjat mal-leġiżlazzjoni internazzjonali, dment li mill-inqas jinżamm il-livell ta’ sikurezza attwali stabbilit mid-Direttiva 2003/25/KE.

2.8.

Il-ħidma fuq il-proposta ħadet il-forma ta’ konsultazzjoni mmirata. L-esperti nazzjonali ġew ikkonsultati fil-qafas tal-Grupp ta’ Esperti dwar is-Sikurezza tal-Vapuri tal-Passiġġieri. Il-konsultazzjoni rriżultat fit-tfassil ta’ struttura għar-rekwiżiti dwar l-istabbiltà f’każ ta’ ħsara, li ġew definiti b’kont meħud tal-kapaċità tal-bastimenti.

2.9.

Fil-proposta ġew introdotti soluzzjonijiet alternattivi temporanji għal vapuri li għadhom kif inbnew iċċertifikati biex iġorru 1 350 persuna jew inqas. Dawn is-soluzzjonijiet huma bbażati fuq il-kriterji li ġejjin: id-data meta jitqiegħed il-prim jew meta l-vapur kien fi stadju ekwivalenti ta’ kostruzzjoni, u l-kapaċità tal-vapur li jġorr il-passiġġieri abbord.

2.10.

Il-proposta tipprevedi l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar. Id-data ewlenija dwar vapuri mibnija ġodda u l-kalkoli tal-istabbiltà f’każ ta’ ħsara se jinġabru u se jiġu evalwati bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA). Wara għaxar snin mill-implimentazzjoni tar-rekwiżiti riveduti, se titwettaq evalwazzjoni u d-Direttiva tiġi riveduta.

2.11.

Il-proposta tistabbilixxi wkoll regoli għaċ-ċertifikazzjoni ta’ vapuri ro-ro fir-rigward tar-rekwiżiti emendati.

3.   Kummenti

3.1.

Is-sikurezza tat-trasport hija waħda mill-isfidi ewlenin tal-lum, u l-aspettattivi tas-sikurezza qed jiżdiedu. L-eżistenza ta’ regolamenti differenti tagħmilha diffiċli ħafna biex jiġu implimentati u infurzati r-regoli miftiehma.

3.2.

Il-vapuri ro-ro huma meqjusa aktar vulnerabbli minn bastimenti oħra. Dan huwa marbut man-natura speċifika tal-kostruzzjoni tagħhom, li hija adattata għat-trasport ta’ vetturi u passiġġieri. Pixkiet relattivament żgħar u ċentru għoli ta’ gravità jistgħu jikkawżaw problemi ta’ stabbiltà. Riskji oħra jinkludu bord għoli, l-użu ta’ bibien li minnhom titgħabba l-merkanzija bħala rampi, nuqqas ta’ paratiji, punti ta’ lokalizzazzjoni għolja tad-dgħajjes tas-salvataġġ u taċ-ċattri tas-salvataġġ, żbalji possibbli fl-istivar u tagħbija irregolari.

3.3.

Il-KESE jilqa’ l-isforzi li saru biex jiġu armonizzati r-regoli internazzjonali, f’dan il-każ biex jiġu allinjati mar-regoli internazzjonali stabbiliti mill-IMO. Japprezza wkoll l-isforzi li saru biex tiġi ssemplifikata l-leġiżlazzjoni li tiffaċilita l-użu u l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli.

3.4.

Madankollu, il-Kumitat iqis b’mod negattiv il-leġibbiltà u t-trasparenza tad-dokument. L-eżami tal-proposta huwa diffiċli ħafna anke għall-esperti, minħabba l-istruttura tat-test u l-mod li bih ġew preżentati s-soluzzjonijiet magħżula. Id-dispożizzjonijiet u l-kjarifiki mfassla b’dan il-mod fil-fatt imorru kontra l-objettiv tal-proposta, li huwa li jiġu ffaċilitati l-użu u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali msemmija hawn fuq. Huwa rrakkomandat li tiġi mehmuża preżentazzjoni grafika mal-proposta ppreżentata, eż. fil-forma ta’ tabella fl-appendiċi, u li jitfasslu linji gwida u spjegazzjonijiet meħtieġa.

3.5.

Il-KESE jixtieq jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar il-metodu ta’ ħidma fuq il-proposta. Il-kunsiderazzjoni tal-vuċi tal-esperti tal-industrija u tal-partijiet ikkonċernati fit-tfassil tal-abbozz ta’ leġiżlazzjoni hija l-prattika korretta u tiffaċilita l-kisba tal-objettivi ta’ kwalunkwe inizjattiva leġiżlattiva. Fl-istess ħin, wieħed jista’ jistenna li l-armonizzazzjoni prevista tad-definizzjonijiet tekniċi u l-introduzzjoni tal-kliem legali se jiġu effettwati u implimentati kif suppost.

3.6.

Il-KESE huwa mħasseb dwar is-soluzzjonijiet alternattivi temporanji adottati fil-proposta għal vapuri mibnija ġodda ċċertifikati biex iġorru 1 350 persuna jew inqas, u dwar is-suġġeriment li dawn iż-żewġ għażliet jiġu evalwati għaxar snin wara l-implimentazzjoni tal-emenda, kif ukoll dwar ir-reviżjoni mħabbra tad-Direttiva wara l-evalwazzjoni.

3.7.

Il-KESE jinnota li l-introduzzjoni ta’ żewġ alternattivi għal vapuri mibnija ġodda tfisser li l-objettiv tal-proposta mhux ser jintlaħaq, jiġifieri t-tnaqqis tal-kumplessità u l-piż tekniku u amministrattiv. Il-proposta, kif tindika l-Kummissjoni, twieġeb għas-soluzzjonijiet il-ġodda introdotti fil-Konvenzjoni SOLAS u tfittex li tallinja żewġ settijiet paralleli ta’ regoli. Minkejja dawn l-objettivi, qed tiġi proposta soluzzjoni temporanja, b’żewġ sistemi alternattivi għal perjodu ta’ 10 snin, li għandhom jiġu riveduti wara dak il-perjodu.

3.8.

Fil-fehma tal-KESE, l-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet temporanji bħal dawn se toħloq sitwazzjoni ta’ inċertezza u problemi ulterjuri fil-futur. Għandu jiġi enfasizzat li l-investimenti tal-flotta f’dan is-settur tat-trasport huma ta’ natura fit-tul. Il-Kumitat jirrimarka li l-età medja tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri hija ta’ 26 sena, filwaqt li l-età medja tal-vapuri ro-ro tal-merkanzija hija ta’ aktar minn 15-il sena (3). Il-prospettiva stabbilita fil-proposta għandha għalhekk tqis ir-realtajiet tas-settur.

3.9.

Il-KESE jemmen li d-dispożizzjoni li tindika l-applikazzjoni temporanja ta’ rekwiżiti alternattivi ta’ stabbiltà għandha tiġi sostitwita b’soluzzjoni waħda għar-rekwiżiti ta’ stabbiltà għal vapuri mibnija ġodda li jġorru mhux aktar minn 1 350 persuna, sabiex ma jinħolqux aktar problemi bil-konsistenza u ċ-ċarezza tar-regoli u biex tiġi evitata n-natura temporanja tal-applikazzjoni tagħhom.

3.10.

Il-KESE jappoġġja mekkaniżmi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni perjodika, iżda fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jirrakkomanda li jinbidlu l-kliem u l-loġika ta’ tali soluzzjoni. L-introduzzjoni ta’ evalwazzjoni perjodika f’intervalli stabbiliti, eż. kull 10 snin, hija suġġerita. Madankollu, l-azzjoni leġiżlattiva m’għandhiex tiġi ppreġudikata abbażi tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni. Huwa importanti li l-evalwazzjoni ssir bl-involviment ta’ dawk li huma l-aktar involuti fl-applikazzjoni tar-regoli fil-prattika. Għalhekk huwa suġġerit ukoll li l-korpi li jirregolaw dawn il-kwistjonijiet jiġu kkonsultati kontinwament bil-għan li tittejjeb is-sikurezza. Dan huwa importanti fid-dawl tat-tibdil fil-klima, li jiġġenera varjazzjonijiet tat-temp aktar b’saħħithom u, b’riżultat ta’ dan, esponiment frekwenti tat-trasport bil-baħar għal kundizzjonijiet estremi.

3.11.

Barra minn hekk, biex tittejjeb il-leġġibbiltà tal-proposta u biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda, huwa suġġerit li l-kontenut tal-proposta jiġi emendat sabiex il-vapuri li nbnew qabel ikunu jistgħu jissodisfaw l-istandards eżistenti, irrispettivament miċ-ċertifikazzjoni. Vapuri oħra għandhom ikunu soġġetti għas-soluzzjonijiet il-ġodda. Madankollu, wara l-perjodu tranżitorju, ir-regoli għandhom jiġu armonizzati bis-sħiħ.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar il-ħtiġiet ta’ stabbilta' speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro (ĠU L 123, 17.5.2003, p. 22).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2017/2108 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 40); id-Direttiva (UE) 2017/2109 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u d-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 52); id-Direttiva (UE) 2017/2110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 dwar sistema ta’ spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri f’servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 61).

(3)  EMSA, Rapport Ambjentali dwar it-Trasport Marittimu Ewropew 2021, Lussemburgu, 2021.


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/123


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli”

(COM(2022) 108 final)

(2022/C 323/21)

Relaturi:

Thomas KATTNIG

Alena MASTANTUONO

Simo TIAINEN

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 2.5.2022

Bażi legali

L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni

Adottata fis-sezzjoni

2.5.2022

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

159/3/4

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Is-sitwazzjoni ġeopolitika attwali kkawżata mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna tenfasizza l-importanza tas-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija u tappella għal żieda fl-indipendenza u l-awtonomija tal-enerġija tal-UE. Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-objettiv ta’ tbegħid mill-enerġija Russa, li għandu jiġi implimentat malajr kemm jista’ jkun.

1.2.

L-UE ffaċċjat ukoll żieda bla preċedent fil-prezzijiet tal-enerġija f’din l-aħħar sena. Dan il-fenomenu kompla jaggrava minħabba l-konsegwenzi tal-aggressjoni Russa fl-Ukrajna u kien ta’ piż insapportabbli fuq il-familji u n-negozji Ewropej.

1.3.

Għalhekk huma meħtieġa azzjonijiet immedjati biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija u biex jittaffa l-impatt tal-prezzijiet għoljin fuq l-unitajiet domestiċi, il-bdiewa, in-negozji u l-industrija. Il-Komunikazzjoni dwar REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli tistabbilixxi azzjonijiet ġodda biex tiżdied il-produzzjoni tal-enerġija ekoloġika, jiġu diversifikati l-provvisti u titnaqqas id-domanda għall-gass Russu li wasslet għal żidiet sinifikanti fil-prezzijiet tas-suq tal-elettriku minħabba manipulazzjoni tas-suq.

1.4.

Il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni dwar REPowerEU, peress li tippreżenta soluzzjonijiet f’konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u tal-Unjoni Ewropea tal-Enerġija. Il-KESE jwissi li l-Ewropa għandha tkun partikolarment kawta f’każ ta’ riżorsi li jissostitwixxu l-gass Russu f’termini tal-impatt tagħhom fuq l-ambjent kif ukoll f’termini ta’ dipendenza ġdida minn pajjiżi terzi li ma jikkondividux il-valuri Ewropej.

1.5.

Il-KESE jinnota b’dispjaċir li din it-talba tiegħu (1) biex titnaqqas id-dipendenza strateġika minn partijiet terzi mhux affidabbli ma ġietx tradotta f’azzjoni mill-mexxejja politiċi, iżda għall-kuntrarju din id-dipendenza żdiedet. Il-kriżi attwali tal-prezzijiet tal-enerġija ma kinitx tolqot b’mod daqshekk qawwi liċ-ċittadini u lill-kumpaniji Ewropej kieku l-Ewropa ma kinitx daqshekk dipendenti mill-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili.

1.6.

Jeħtieġ li l-UE taderixxi b’mod konsistenti mal-objettivi bażiċi tal-politika tal-enerġija tagħha: is-sigurtà tal-provvista, spejjeż u prezzijiet raġonevoli, u n-newtralità tal-karbonju. Għalhekk huwa vitali li tiffoka fuq miżuri li jagħtu l-akbar benefiċċji f’termini tal-objettivi kollha kemm fis-sitwazzjoni akuta attwali kif ukoll fit-tul.

1.7.

Filwaqt li l-KESE jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-objettiv li tinkiseb indipendenza mill-gass Russu, huwa jindika li se jkun estremament diffiċli għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropea li titnaqqas id-domanda għall-gass Russu b’żewġ terzi sat-tmiem ta’ din is-sena. Dan ifisser diversifikazzjoni, minn naħa waħda u primarjament għal żmien qasir permezz tal-LNG u l-bijometan, u min-naħa l-oħra, permezz tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-espansjoni tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Il-bdil tad-dipendenza fuq fornitur wieħed u fuq sors ta’ enerġija li għandu sehem kbir fit-taħlita tal-enerġija tal-UE huwa kwistjoni kumplessa u ma jistax jitwettaq mil-lum għal għada. Fuq perjodu qasir dan ifisser li s-sorsi kollha tal-enerġija disponibbli għandhom jintużaw mingħajr preġudizzju, u tingħata preferenza lis-sorsi rinnovabbli disponibbli, sabiex jiġi evitat qtugħ ta’ dawl u taqlib soċjali.

1.8.

Sabiex jiġu żgurati prezzijiet tal-enerġija soċjalment aċċettabbli filwaqt li l-UE tinżamm fit-triq it-tajba biex tibqa’ fuq quddiem nett fl-użu tal-enerġija rinnovabbli, il-KESE jappella għal:

Is-semplifikazzjoni u l-aċċellerazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi għal sorsi rinnovabbli, peress li dawn il-proċeduri huma meqjusa bħala l-ostaklu ewlieni li jipprevjeni l-użu aktar rapidu tal-enerġija rinnovabbli.

L-għoti ta’ inċentivi lill-Istati Membri biex jiddefinixxu oqsma adatti (go-to areas) biex iżidu l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Il-valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet burokratiċi eżistenti għall-installazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni/l-użu awtonomu tas-sorsi rinnovabbli u t-tneħħija tal-ostakli kollha mhux meħtieġa sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-enerġija taċ-ċittadin u tal-komunità, b’enfasi fuq installazzjonijiet iżgħar u alternattivi ta’ flessibbiltà.

L-esplorazzjoni ta’ metodi biex jitħeġġeġ l-iskjerament aktar mgħaġġel tal-pompi tas-sħana. Filwaqt li tintlaqa’ l-aċċelerazzjoni tal-mira ta’ installazzjoni għall-pompi tat-tisħin kif issuġġerit fir-REPowerEU, jeħtieġ li jiġu evitati l-problemi ta’ ġestjoni tal-karga massima tal-elettriku fl-Ewropa kollha. Il-pompi tas-sħana ibridi għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

L-esplorazzjoni u l-għoti ta’ inċentivi għall-miżuri konkreti biex tiżdied il-produzzjoni tal-bijometan, kif issuġġerit mir-REPowerEU.

Iż-żieda tal-investiment fl-enerġija ġeotermali u t-tisħin distrettwali.

1.9.

Il-KESE jirrikonoxxi li l-interventi tal-Istati Membri, kemm fiskali kif ukoll regolatorji, se jkunu meħtieġa sabiex jiġu żgurati prezzijiet affordabbli għall-konsumaturi aħħarin u biex jiġi evitat il-faqar enerġetiku. Barra minn hekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu azzjoni ulterjuri sabiex jistabbilizzaw il-prezzijiet fis-sistema tal-enerġija tal-UE b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu evitati żidiet f’daqqa mhux mistennija fil-prezzijiet. Madankollu, dawk li jfasslu l-politika jridu jiżguraw li dawn tal-aħħar ma jfixklux il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija, ma jipperikolawx l-isforzi tad-dekarbonizzazzjoni u tal-effiċjenza enerġetika u ma jikkawżawx inċertezzi ta’ investiment fl-industrija tal-enerġija. Kwalunkwe miżura, kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll fil-livell Ewropew, għandha ssir b’konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti, pereżempju l-imsieħba soċjali.

1.10.

Is-suq intern tal-enerġija mhuwiex komplut u fi żmien ta’ kriżi, l-aspett tas-solidarjetà huwa importanti ħafna. Jeħtieġ li tissaħħaħ l-infrastruttura sabiex tiġi akkomodata l-bidla għat-tranżizzjoni ekoloġika kif ukoll għal sorsi ta’ gass diversifikati, filwaqt li fl-istess ħin niżguraw il-fluss tal-enerġija fost l-Istati Membri permezz ta’ interkonnessjonijiet ta’ trażmissjoni.

1.11.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon it-tħabbiriet tal-Kummissjoni dwar il-ħinijiet tal-ipproċessar għall-fajls fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat (sas-sajf).

1.12.

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-ħżin tal-gass u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet biex:

jissupplimentawha bi strument ta’ investiment fuq terminu qasir biex jappoġġja l-iżvilupp ta’ infrastruttura lesta għall-idroġenu bħal interkonnetturi u faċilitajiet ta’ ħżin;

jikkunsidraw l-użu ta’ faċilitajiet tal-ħżin tal-gass li jmissu ma’ pajjiżi terzi, inkluż fl-Ukrajna;

joħolqu pjani għal Stati Membri individwali biex jiġi evitat qsim żbilanċjat tal-piż fuq dimensjoni reġjonali.

1.13.

Taħlita versatili ta’ produzzjoni tal-enerġija hija parti mis-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Minbarra l-enerġija mir-riħ u mix-xemx, huwa għalhekk importanti li jsir użu mill-varjetà wiesgħa ta’ sorsi tal-enerġija b’livell baxx ta’ karbonju, li huma kompatibbli ekonomikament u ekoloġikament f’sistema tal-enerġija. Sakemm id-diversifikazzjoni tal-enerġija tal-UE tkun kompluta, il-KESE jilqa’ l-użu prattiku ta’ sorsi tal-enerġija stabbli u affordabbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti għal-livell baxx ta’ karbonju.

1.14.

Il-KESE jinnota b’dispjaċir li l-Komunikazzjoni ma ssemmix ir-rwol ta’ sorsi stabbli b’livell baxx ta’ karbonju fl-istabbiltà tal-provvista tal-enerġija.

2.   Kuntest

2.1.

Bħala konsegwenza diretta tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna u r-reazzjoni għaliha, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret u pproponiet, f’Marzu 2022, deskrizzjoni fil-qosor tal-Pjan bil-għan li l-UE ssir indipendenti mill-fjuwils fossili Russi ferm qabel l-2030, u tibda minnufih bil-gass.

2.2.

L-enfasi tista’ tiġi estiża għat-tneħħija gradwali tad-dipendenza miż-żejt u l-faħam Russu, peress li l-UE għandha firxa aktar wiesgħa u diversa ta’ fornituri alternattivi potenzjali. L-UE timporta 90 % tal-gass li tikkonsma, u r-Russja tipprovdi aktar minn 40 % tal-konsum totali tal-gass tal-UE. 27 % tal-importazzjonijiet taż-żejt u 46 % tal-importazzjonijiet tal-faħam joriġinaw mir-Russja.

2.3.

Il-pjan jiddeskrivi wkoll sett ta’ miżuri bil-għan li jirreaġixxu għaż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u għar-riforniment tal-istokkijiet tal-gass għax-xitwa li jmiss. Flimkien mas-Sett ta’ Għodod għall-Prezzijiet tal-Enerġija, il-Pjan jipprovdi lill-Istati Membri bi gwida addizzjonali, jikkonferma l-possibbiltà ta’ regolazzjoni tal-prezzijiet f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni, u jistabbilixxi kif l-Istati Membri jistgħu jqassmu lura lill-konsumaturi d-dħul mill-profitti għoljin tas-settur tal-enerġija u mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet. Ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat joffru wkoll alternattivi lill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ fuq perjodu qasir lill-kumpaniji affettwati mill-prezzijiet tal-enerġija għoljin, u jgħinu biex jitnaqqas l-esponiment tagħhom għall-volatilità tal-prezzijiet tal-enerġija fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se teżamina l-alternattivi kollha possibbli għal miżuri ta’ emerġenza biex tillimita l-effett ta’ kontaġju tal-prezzijiet tal-gass fuq il-prezzijiet tal-elettriku.

2.4.

Il-pjan – REPowerEU – għandu l-ambizzjoni li jiddiversifika l-konsenji u l-provvista tal-gass, jaċċellera l-ġenerazzjoni tal-gass minn sorsi rinnovabbli, u jipprovdi wkoll għas-sostituzzjoni tal-gass għall-fini tat-tisħin u l-produzzjoni tal-elettriku. Dawn il-miżuri flimkien huma maħsuba biex sa tmiem l-2022 inaqqsu d-domanda tal-UE għall-gass Russu b’żewġ terzi.

2.5.

Id-diversifikazzjoni tal-provvista ġenerali tal-enerġija tal-UE għandha ssir permezz ta’:

(a)

diversifikazzjoni tal-konsenji tal-gass permezz ta’ importazzjonijiet akbar ta’ LNG u gass li jgħaddi vija l-pipelines ta’ fornituri mhux Russi;

(b)

volumi ogħla ta’ produzzjoni u importazzjonijiet ta’ bijometan u idroġenu minn sorsi rinnovabbli; tnaqqis aktar mgħaġġel fl-użu tal-fjuwils fossili fid-djar, fil-bini, fl-industrija u fis-sistema tal-enerġija; effiċjenza enerġetika ogħla; żieda fl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; elettrifikazzjoni; u t-tneħħija tal-ostakli fl-infrastruttura.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

Il-KESE jifhem li r-REPowerEU huwa pass straordinarju u urġenti kkawżat mill-eskalazzjoni tal-aggressjoni Russa u l-impatt tagħha fuq il-funzjonament tas-suq tal-enerġija tal-UE u s-sigurtà tiegħu fil-futur. Huwa jaqbel ukoll li pass bħal dan għandu jkun robust u implimentat fil-prattika mill-aktar fis possibbli. Is-sitwazzjoni attwali mhijiex biss kwistjoni tal-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ komoditajiet strateġiċi, iżda tikkonċerna wkoll provvista suffiċjenti għall-funzjonament tal-ekonomija u s-soċjetà tal-UE.

3.2.

Il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni dwar REPowerEU, peress li tippreżenta soluzzjonijiet f’konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u tal-Unjoni Ewropea tal-Enerġija. Madankollu, il-Kumitat iwissi li l-Ewropa għandha tkun partikolarment kawta f’każ ta’ riżorsi li jissostitwixxu l-gass Russu f’termini tal-impatt tagħhom fuq l-ambjent kif ukoll f’termini ta’ dipendenza ġdida minn pajjiżi terzi li ma jikkondividux il-valuri Ewropej.

3.3.

Ir-realtà l-ġdida tirrikjedi aċċellerazzjoni drastika tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ż-żieda tal-indipendenza u l-awtonomija tal-enerġija tal-UE. Jeħtieġ li tissaħħaħ l-infrastruttura sabiex tiġi akkomodata l-bidla għat-tranżizzjoni ekoloġika bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku, kif ukoll għal sorsi ta’ gass diversifikati, filwaqt li fl-istess ħin niżguraw il-fluss tal-enerġija fost l-Istati Membri permezz ta’ interkonnessjonijiet ta’ trażmissjoni. Fid-dokument tagħha, il-Kummissjoni titlob kompatibbiltà mal-idroġenu, u l-KESE jappoġġja din it-talba.

3.4.

Ir-REPowerEU huwa marbut ukoll mal-miżuri ta’ sanzjonijiet komprensivi adottati mill-UE u partijiet oħra tad-dinja tal-Punent fir-rigward tar-Russja, u jista’ jiġi kkoordinat u aġġustat kif meħtieġ, peress li jista’ jkun mistenni li l-firxa u l-intensità tas-sanzjonijiet jistgħu jinbidlu maż-żmien. Madankollu, is-sens finali tar-REPowerEU – l-indipendenza mir-Russja f’termini ta’ konsenji tal-komoditajiet strateġiċi u l-interferenza tagħha fis-suq tal-enerġija Ewropew – għandu jibqa’ sod u ma jinbidilx.

3.5.

Fl-istess ħin, il-KESE jinnota b’dispjaċir li t-talbiet numerużi tiegħu għal tnaqqis tad-dipendenza strateġika minn partijiet terzi ma ġewx tradotti f’azzjoni mill-mexxejja politiċi u, għall-kuntrarju, din id-dipendenza żdiedet. Li kieku l-Ewropa ma kinitx daqshekk dipendenti mill-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili mir-Russja, il-kriżi attwali tal-prezzijiet tal-enerġija kienet tolqot liċ-ċittadini u lill-kumpaniji Ewropej b’mod li lanqas jersaq lejn il-qawwa li biha ntlaqtu, li huwa riżultat ta’ deċiżjonijiet mingħajr perspettiva fit-tul dwar l-enerġija minn għadd ta’ Stati Membri f’dawn l-aħħar għaxar snin.

3.6.

Fi żminijiet ta’ kriżi, huwa meħtieġ li wieħed iżomm f’moħħu l-objettivi ġenerali minflok ma jipprova biss isolvi l-aktar problemi urġenti. Għalhekk, il-KESE huwa sodisfatt li l-Kummissjoni qed tagħmel dan fil-Komunikazzjoni tagħha. Għalhekk jeħtieġ li l-UE taderixxi b’mod konsistenti mal-objettivi bażiċi tal-politika tal-enerġija u tas-sistemi tal-enerġija tagħha: is-sigurtà tal-provvista, spejjeż u prezzijiet raġonevoli, u n-newtralità tal-karbonju. Meta jitqies li dawn l-objettivi bażiċi kollha huma attwalment fil-periklu, l-UE għandha tiffoka fuq miżuri li jġibu l-akbar benefiċċju b’rabta mal-objettivi kollha u jikkontribwixxu bl-aktar mod effiċjenti għall-isfidi akuti attwali u l-għanijiet aktar fit-tul.

3.7.

Taħlita versatili ta’ produzzjoni tal-enerġija hija parti mis-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Minbarra l-enerġija mir-riħ u mix-xemx, huwa għalhekk importanti li jsir użu mill-varjetà wiesgħa ta’ sorsi tal-enerġija b’livell baxx ta’ karbonju, li huma kompatibbli ekonomikament u ekoloġikament f’sistema tal-enerġija. Huwa meħtieġ ukoll użu parallel tat-tisħin distrettwali u l-pompi tat-tisħin.

3.8.

Il-KESE jinnota b’dispjaċir li l-Komunikazzjoni ma ssemmix ir-rwol ta’ sorsi stabbli b’livell baxx ta’ karbonju fl-istabbiltà tal-provvista tal-enerġija.

3.9.

Filwaqt li l-KESE jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-objettiv li tinkiseb indipendenza mill-gass Russu, huwa jindika li se jkun estremament diffiċli għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropea li titnaqqas id-domanda għall-gass Russu b’żewġ terzi sat-tmiem ta’ din is-sena. Dan ifisser diversifikazzjoni, minn naħa waħda u primarjament għal żmien qasir permezz tal-LNG u l-bijometan, u min-naħa l-oħra, permezz tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-espansjoni tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Il-bdil tad-dipendenza fuq fornitur wieħed u fuq sors ta’ enerġija li għandu sehem kbir fit-taħlita tal-enerġija tal-UE huwa kwistjoni kumplessa u ma jistax jitwettaq mil-lum għal għada. Jeħtieġ li s-sorsi ta’ enerġija kollha jiġu attivati sabiex jiġi evitat qtugħ ta’ dawl u inkwiet soċjali.

3.10.

Il-KESE jirrikonoxxi li l-interventi tal-Istati Membri, kemm fiskali kif ukoll regolatorji, se jkunu meħtieġa sabiex jiġu żgurati prezzijiet affordabbli għall-konsumaturi aħħarin u biex jiġi evitat il-faqar enerġetiku. Barra minn hekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu azzjoni ulterjuri sabiex jistabbilizzaw il-prezzijiet fis-sistema tal-enerġija tal-UE b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu evitati żidiet f’daqqa mhux mistennija fil-prezzijiet. Madankollu, dawk li jfasslu l-politika jridu jiżguraw li dawn tal-aħħar ma jfixklux il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija, ma jipperikolawx l-isforzi tad-dekarbonizzazzjoni u tal-effiċjenza enerġetika u ma jikkawżawx inċertezzi ta’ investiment fl-industrija tal-enerġija. Kwalunkwe miżura, kemm fil-livell ta’ Stat Membru kif ukoll f’dak Ewropew, għandha tittieħed f’konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti, pereżempju l-imsieħba soċjali.

3.11.

Prezzijiet tal-enerġija għoljin iwasslu għal profitti għoljin għal ħafna kumpaniji taż-żejt, kif ukoll għal ċerti fornituri u negozjanti tal-enerġija. Skont stima tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, dawn l-hekk imsejħa “profitti mhux mistennija” fl-UE huma ta’ madwar EUR 200 biljun fl-2022 u tipproponi li dawn il-profitti jitnaqqsu bl-għajnuna ta’ taxxi u jiġu distribwiti bħala kumpens finanzjarju lill-konsumaturi tal-enerġija, bħal familji vulnerabbli, kumpaniji intensivi fl-enerġija, l-agrikoltura u l-forestrija, u jintużaw għall-espansjoni tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura tal-grilja meħtieġa. Il-KESE jenfasizza li bi kwalunkwe “taxxa fuq il-profitti mhux mistennija”, irid jiġi żgurat li ma jiġux skoraġġuti l-investimenti mill-kumpaniji tal-enerġija f’soluzzjonijiet b’livell baxx ta’ karbonju, speċifikament fi żmien fejn l-Ewropa qed tintalab tħaffifhom sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku.

3.12.

Kwalunkwe miżura ta’ appoġġ immirata biex timmitiga l-kriżi għandha tkun temporanja u mmirata tajjeb lejn dawk li jsofru l-aktar, irrispettivament jekk humiex ċittadini, SMEs jew industriji intensivi fl-enerġija. Minflok strumenti ġodda tal-UE, għandu jsir użu minn fondi eżistenti bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u ż-żieda fid-dħul mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

3.13.

Fl-eventwalità ta’ interruzzjoni totali tal-provvisti Russi, l-Ewropa ma tkunx tista’ tkopri d-domanda tagħha għall-gass matul ix-xitwa fit-tieni nofs tas-sena. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu kkunsidrati metodi kif tiġi organizzata d-domanda u tiżdied il-provvista. L-ewwel nett, jeħtieġ li tiġi organizzata d-domanda, u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija għamlet proposti f’dan ir-rigward li jnaqqsu d-dipendenza tal-UE mill-gass Russu (moderazzjoni fl-użu tal-enerġija, pjan ta’ tnaqqis tat-tagħbija b’mod organizzat, eċċ.). It-tieni, jeħtieġ li jiġu attivati l-alternattivi kollha għad-diversifikazzjoni tal-provvista tal-gass billi jiġi importat l-LNG (jimtlew kemm jista’ jkun il-faċilitajiet tal-ħżin billi jiġi importat l-LNG filwaqt li jiżdiedu wkoll il-kapaċitajiet għall-importazzjoni tal-LNG).

3.14.

Mhux l-Istati Membri kollha għandhom aċċess għat-terminali tal-LNG, u s-sitwazzjoni titlob sforz straordinarju ta’ solidarjetà fost l-Istati Membri u l-aċċelerazzjoni tal-interkonnessjonijiet tat-trażmissjoni. Dawn il-bidliet kollha se jfissru spejjeż addizzjonali enormi minħabba l-investimenti meħtieġa. Għandha titfassal skeda ta’ żmien rigward il-fattibbiltà prattika ta’ tali miżuri u investimenti. Dan bilfors se jieħu ċertu żmien, probabbilment xi ftit snin, biex jitlestew l-investimenti fl-infrastruttura meħtieġa.

3.15.

Se jkun meħtieġ ukoll it-titjib tal-infrastruttura minħabba ż-żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli, u l-investimenti f’dan il-qasam għandhom jiġu inċentivati aktar milli mfixkla. Il-grilji tad-distribuzzjoni huma kruċjali għall-integrazzjoni ta’ ammonti kbar ta’ elettriku ekoloġiku u jeħtieġ li jiġu estiżi u diġitizzati kif meħtieġ. Sabiex jiġu evitati spejjeż mhux rekuperabbli, jeħtieġ li dawn id-deċiżjonijiet dwar l-investiment jiġu meqjusin u ppjanati sew b’mod li jibqgħu validi fil-futur.

3.16.

Il-kundizzjonijiet attwali tas-suq ma jipprovdu l-ebda inċentiv għall-ħżin tal-gass fis-sajf. Il-KESE huwa sodisfatt li l-Kummissjoni tiddeskrivi l-ħżin tal-gass bħala “infrastruttura kritika”. Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-ħżin tal-gass. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Istituzzjonijiet biex:

jissupplimentawha bi strument ta’ investiment fuq terminu qasir biex jappoġġja l-investiment f’infrastruttura lesta għall-idroġenu bħal interkonnetturi u faċilitajiet ta’ ħżin;

jikkunsidraw l-użu ta’ faċilitajiet tal-ħżin tal-gass f’ pajjiżi terzi fuq il-fruntiera, inkluż fl-Ukrajna;

joħolqu pjani għal Stati Membri individwali, filwaqt li jqisu d-daqs tal-ħżin, il-konsum tal-pajjiż, u l-kapaċitajiet tal-ħżin biex jaqdi pajjiżi oħra fir-reġjun, biex jiġi evitat qsim żbilanċjat tal-piż fuq dimensjoni reġjonali;

jintroduċu mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni bikrija, li se jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jibdew il-ħidma preparatorja fuq il-proċess ta’ ċertifikazzjoni obbligatorja mill-aktar fis possibbli.

Minħabba sistemi differenti f’diversi Stati Membri, għandu jkun possibbli wkoll li jiġu ssodisfati l-obbligi tal-ħżin tal-gass bi fjuwils alternattivi.

3.17.

Il-KESE jilqa’ l-aċċelerazzjoni mħabbra għall-idroġenu u l-objettivi l-ġodda (+ 15-il miljun tunnellata sal-2030), iżda jinħtieġ approċċ realistiku. Tinħtieġ flessibbiltà fl-implimentazzjoni (eż. addizzjonalità), pragmatiżmu fl-appoġġ (u deċiżjonijiet dwar l-IPCEI/l-għajnuna mill-Istat malajr kemm jista’ jkun), u t-tneħħija ta’ restrizzjonijiet mhux meħtieġa li jistgħu jfixklu l-investiment. F’dan ir-rigward, il-KESE jilqa’ t-tħabbiriet tal-Kummissjoni dwar il-ħinijiet tal-ipproċessar tal-fajls fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat (sas-sajf).

3.18.

Il-KESE jfakkar fit-talba tiegħu li l-aktar objettiv importanti huwa li ċ-ċittadini għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-Unjoni tal-Enerġija (2). Madankollu, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri konkreti fil-leġiżlazzjoni tal-UE sabiex dan il-kunċett jiġi applikat malajr fil-prattika u l-UE ma tibqax tiddependi mir-Russja. L-aċċess ikkumplikat tal-konsumaturi għall-produzzjoni tagħhom stess u l-kondiviżjoni tal-enerġija rinnovabbli jxekklu l-protezzjoni ta’ dawn il-klijenti miż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija. Il-KESE jitlob valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet burokratiċi eżistenti għall-installazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni/l-użu awtonomu tas-sorsi rinnovabbli u t-tneħħija tal-ostakli kollha mhux meħtieġa sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-enerġija taċ-ċittadin u tal-komunità, b’enfasi fuq installazzjonijiet iżgħar u alternattivi ta’ flessibbiltà.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea toħloq taskforce responsabbli għas-sorveljanza permanenti tal-implimentazzjoni tal-pjan fil-prattika, l-evalwazzjoni tal-fattibbiltà tiegħu u r-riskji potenzjali. Iċ-ċirkostanzi jistgħu jinbidlu b’mod drammatiku, u l-għanijiet ta’ REPowerEU jridu jintlaħqu u jiġu implimentati b’suċċess għal raġunijiet strateġiċi importanti.

4.2.

Minkejja l-ħtieġa għal azzjoni urġenti, huwa wkoll essenzjali li jissokta l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, bl-attenzjoni dovuta għall-ħtieġa akbar li jinstabu soluzzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskji u l-isfidi ġeoekonomiċi, soċjetali u ambjentali fil-qasam tal-enerġija.

4.3.

Ir-REPowerEU jissuġġerixxi li l-produzzjoni tal-bijometan tiżdied għal 35 bcm sal-2030. Għalkemm jintlaqa’ dan l-għan, huwa wieħed ambizzjuż ħafna, u l-KESE jitlob miżuri u inċentivi konkreti biex jinkiseb dan l-għan.

4.4.

Il-mira għall-installazzjoni tal-pompi tas-sħana għandha tiġi rduppjata għal żewġ miljun pompa tas-sħana installati kull sena. Dan jista’ jwassal għal tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-gass għat-tisħin b’madwar 35 bcm sal-2030. Jeħtieġ li jiġu eżaminati modi biex jitħeġġeġ skjerament aktar rapidu tal-pompi tas-sħana. Madankollu, għandu jiġi żgurat li ma jinħolqux problemi ta’ ġestjoni tal-karga massima tal-elettriku fl-Ewropa kollha, u għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-pompi tat-tisħin ibridi. Se jkun meħtieġ li l-infrastruttura attwali tiġi aġġornata bi grilji intelliġenti sabiex twieġeb għal domanda ogħla għall-elettrifikazzjoni.

4.5.

L-aċċelerazzjoni tal-investimenti tirrikjedi ambjent ta’ investiment favorevoli u sigur. Il-proposta biex jitħaffu l-proċeduri tal-għoti tal-permessi hija milqugħa, filwaqt li huwa importanti li ma tiġix kompromessa l-konsultazzjoni adatta mal-partijiet interessati. Fl-istess ħin, żieda rapida fl-investiment iġġib magħha ħafna sfidi li jeħtieġ li jiġu ġestiti wkoll, inkluż id-disponibbiltà ta’ ħaddiema tas-sengħa u l-materjali u t-tagħmir meħtieġa.

4.6.

Jeħtieġ li l-Istati Membri jiġu inċentivati jiddefinixxu oqsma adatti (go-to areas) biex iżidu l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Hemm potenzjal ta’ sinerġija mhux sfruttat f’termini tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli flimkien mal-kisba ta’ attivitajiet oħra ta’ benefiċċju soċjali u ekonomiku, bħat-tranżizzjonijiet f’siti abbandunati jew l-isfruttar sħiħ tal-potenzjal tal-użu ta’ sorsi rinnovabbli fis-setturi residenzjali u kummerċjali.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  Opinjoni tal-KESE dwar il-prezzijiet tal-enerġija (ĠU C 275, 18.7.2022, p. 80).

(2)  ĠU C 220, 9.6.2021, p. 38.


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/129


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali”

(COM(2022) 0135 — 2022/0090 (COD))

(2022/C 323/22)

Relatur ġenerali:

Marcin NOWACKI

Konsultazzjoni

Parlament Ewropew 4.4.2022

Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 4.4.2022

Bażi legali

Artikoli 194(2) u 304 tat-TFUE

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

160/1/3

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jikkundanna l-invażjoni mhux ġustifikata u mhux provokata tal-Ukrajna mill-Gvern Russu, u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tal-Ukrajna, filwaqt li jappella għal azzjonijiet b’saħħithom kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali, fi spirtu ta’ unità f’dan iż-żmien drammatiku. L-aggressjoni Russa qanqlet kriżi ġeopolitika globali, li qed ikollha impatt li qed jikber b’mod esponenzjali fuq l-UE. Id-dipendenza mill-enerġija primarja mingħand pajjiżi terzi saret theddida diretta għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-UE.

1.2.

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-proposta għal Regolament, jilqa’ d-deċiżjoni li tiġi applikata proċedura rapida, u jfaħħar ir-reazzjoni rapida tal-istituzzjonijiet Ewropej (1) (2). Il-fatt li jkun hemm faċilitajiet tal-ħżin tal-gass mimlija sew għandu rwol ewlieni biex jiżgura xitwa sikura (2022/2023), fil-protezzjoni kontra xokkijiet fil-prezzijiet, fil-protezzjoni tal-Ewropej mill-faqar enerġetiku, u fl-iżgurar tal-kompetittività tan-negozji Ewropej. Il-Kumitat jinnota li l-ispiża tan-nuqqas ta’ azzjoni fiċ-ċirkostanzi attwali hija b’mod sinifikanti akbar mill-ispiża tal-miżuri għal żmien qasir previsti mill-Kummissjoni.

1.3.

Il-Kumitat iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet jintroduċu strument ta’ investiment fuq perjodu qasir, li jtejjeb l-indipendenza enerġetika tal-UE, u jenfasizza li l-aċċellerazzjoni tal-pjani eżistenti mhijiex biżżejjed biex tiggarantixxi s-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa.

1.4.

Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi hija miżura komplementari għall-investimenti f’infrastruttura ġdida, li se żżid is-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Parlament biex jikkunsidraw l-użu ta’ faċilitajiet ta’ ħżin tal-gass f’pajjiżi terzi fuq il-fruntiera tal-UE, li se jġib valur miżjud biex tiġi pprovduta s-sigurtà tal-provvista, speċjalment fl-Ukrajna.

1.5.

Il-Kumitat jappoġġja l-pjan li jimtlew il-ħażniet tal-gass fid-dawl tad-daqs tal-ħżin, il-konsum tal-pajjiż, u l-kapaċitajiet tal-faċilitajiet tal-ħżin biex jaqdu pajjiżi oħra fir-reġjun, bil-għan li tiġi evitata l-kondiviżjoni żbilanċjata tal-piżijiet fuq skala reġjonali.

1.6.

Il-Kumitat jinnota li deċiżjoni finali dwar iċ-ċertifikazzjoni obbligatorja tal-operaturi tal-ħżin tal-gass ser tieħu diversi snin minħabba l-possibbiltà ta’ appell quddiem il-qrati nazzjonali. Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda li jiġi introdott mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni bikri, li jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jibdew il-ħidma preparatorja qabel ma r-Regolament isir kompletament effettiv.

2.   Kummenti ġenerali

2.1.

F’dawn l-aħħar xhur, “is-suq tal-gass żbilanċjat wassal għal żieda qawwija fil-prezzijiet tal-gass.” (3). Matul l-istaġun tat-tisħin li bħalissa qed jintemm, il-livell ta’ mili tal-ħżin tal-UE kien fil-biċċa l-kbira taħt il-livell tas-snin preċedenti, b’aktar minn 20 punti perċentwali differenza meta mqabbel mal-2020, u kważi 30 punti perċentwali meta mqabbel mal-2019.

Tabella

Tqabbil tal-livelli ta’ mili fl-Ewropa

 

2019

2020

2021

Frar

51,98  %

71,19  %

50,85  %

Lulju

73,31  %

80,71  %

47,84  %

Ottubru

96,92  %

94,62  %

74,93  %

Diċembru

94,23  %

87,68  %

67,21  %

Sors: Reuters (4)

2.2.

Il-kapaċità totali ta’ ħżin taħt l-art tal-UE hija ta’ 101,1bcm, imqassma f’madwar 160 faċilità fi 18-il Stat Membru (5). Gazprom għandha madwar 10 % tal-kapaċità Ewropea totali tal-ħżin tal-gass taħt l-art (6), u għandha influwenza fuq kważi terz tal-ħżin tal-gass kollu fil-Ġermanja, l-Awstrija u n-Netherlands (7).

2.3.

Il-Kummissjoni nnotat li r-rata ta’ mili tal-ħażniet li huma proprjetà ta’ Gazprom kienet ferm aktar baxxa mill-medja (8). F’Ottubru 2021, f’pajjiżi fejn Gazprom ma għandhiex faċilitajiet ta’ ħżin, bħal Franza u l-Italja, il-livell ta’ gass maħżun laħaq livelli qrib in-normal għal dak iż-żmien tas-sena. Madankollu, il-faċilità tal-ħżin tal-gass naturali ta’ Rehden li Gazprom għandha fil-Ġermanja, li tirrappreżenta kważi 20 % tal-kapaċità ta’ ħżin tal-pajjiż, kienet mimlija inqas minn 10 %, wara li kienet mimlija l-aħħar f’Ottubru 2019, skont id-data ta’ Gas Infrastructure Europe. Il-Faċilità Haidach fl-Awstrija, operata wkoll minn Gazprom u waħda mill-akbar faċilitajiet ta’ ħżin taħt l-art fl-Ewropa ċentrali, kienet mimlija 20 % biss (9).

2.4.

Fid-dawl tal-imġiba ta’ Gazprom, sar evidenti li s-suq Ewropew tal-enerġija jista’ jkun taħt l-influwenza irregolari ta’ pajjiżi terzi, u li huwa meħtieġ li jittieħdu passi deċiżivi kontra dan. Għalhekk, il-Kumitat jappoġġja l-pjan biex il-ħażna tal-gass timtela mingħajr gass Russu.

2.5.

Minkejja l-miżuri proposti fir-Regolament, is-sigurtà tal-enerġija tal-UE tista’ tittejjeb billi jitneħħew ir-restrizzjonijiet fit-trażmissjoni tal-gass u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, kif ukoll billi tissokta għal perjodu temporanju l-estrazzjoni ta’ riżorsi mhux sfruttati (imtaffija) fl-UE. Is-sigurtà tal-enerġija u l-istabbiltà tal-prezzijiet tal-enerġija tal-UE jistgħu jittejbu aktar permezz ta’ xiri konġunt tal-gass.

3.   Kummenti speċifiċi

3.1.   Miri obbligatorji għall-mili u trajettorja

3.1.1.

Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-miri obbligatorji għall-mili. Il-miri stabbiliti mir-Regolament ma jistgħux jitqiesu bħala eċċessivi. Madankollu, sabiex jiġu evitati aktar żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija, il-Kumitat jirrakkomanda bil-qawwa li l-miri preskritti ma jiżdidux aktar.

3.1.2.

Mingħajr preġudizzju għall-kwalità tar-Regolament, politika komuni u effettiva dwar il-ħżin tal-gass ma tistax isseħħ fil-prattika mingħajr sistemi robusti ta’ trażmissjoni tal-gass. Biex tiżdied ir-reżiljenza tal-Ewropa fit-tul, huwa kruċjali li jsir investiment fl-infrastruttura, inkluża infrastruttura lesta għall-idroġenu, speċjalment interkonnetturi u faċilitajiet ta’ ħżin. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet jintroduċu strument ta’ investiment fuq perjodu qasir, li jtejjeb l-indipendenza enerġetika tal-UE, u jenfasizza li l-aċċellerazzjoni tal-pjani eżistenti mhijiex biżżejjed biex tiggarantixxi s-sigurtà tal-Ewropa.

3.1.3.

Meta Stat Membru ma jkunx jista’ jilħaq il-mira tal-mili minħabba karatteristiċi tekniċi speċifiċi, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Novembru, u jagħti r-raġunijiet għad-dewmien. Fil-fehma tal-KESE, l-iskadenza ta’ Novembru għan-notifika tad-dewmien hija tard wisq. Novembru huwa diġà viċin il-qalba tal-istaġun tat-tisħin, u d-dewmien fi kwalunkwe Stat Membru jista’ jipperikola l-isforz Ewropew u jikkawża xokkijiet fil-prezzijiet. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li l-iskadenza għan-notifika tad-dewmien titressaq sa mhux aktar tard minn Ottubru. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jikkonformaw mal-miri obbligatorji malajr kemm jista’ jkun teknikament possibbli, minflok sa Diċembru.

3.1.4.

Fl-istess ħin, il-KESE jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni mal-Komunità tal-Enerġija u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament biex jikkunsidraw l-użu tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass f’pajjiżi terzi mal-fruntiera tal-UE, li se jġib valur miżjud biex tiġi pprovduta s-sigurtà tal-provvista, speċjalment fl-Ukrajna.

3.1.5.

Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi hija miżura komplementari għall-investimenti f’infrastruttura ġdida biex jiġu żgurati livelli adegwati ta’ ħżin tal-gass malajr, u għalhekk għandha tingħata prijorità għolja.

3.2.   Implimentazzjoni, monitoraġġ u infurzar

3.2.1.

Il-KESE jfaħħar il-fatt li l-introduzzjoni ta’ miri obbligatorji hija akkumpanjata mill-introduzzjoni ta’ miżuri effettivi ta’ implimentazzjoni, monitoraġġ u infurzar min-naħa tal-Istati Membri kif ukoll tal-Kummissjoni Ewropea.

3.2.2.

Fl-istess ħin, il-KESE jinnota li m’hemm l-ebda ċarezza dwar ir-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi preskritti. Peress li l-operaturi tal-ħżin tal-gass mhumiex ħielsa mill-influwenza ta’ pajjiżi terzi, il-Kumitat jemmen li l-piż legali għandu jaqa’ fuq l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-KESE jitlob li r-Regolament jiġi kkomplementat b’sett ta’ sanzjonijiet effettivi li jistgħu jiġu imposti mill-Kummissjoni fuq l-Istati Membri, li ma jikkonformawx mal-obbligi.

3.2.3.

L-Artikolu 6a(8) għandu jiġi emendat billi jinżied it-test mmarkat: “F’każ ta’ devjazzjoni sostanzjali u sostnuta mit-trajettorji għall-mili jew mill-mira għall-mili, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:” L-għan tal-mili għandu jiġi kkunsidrat mill-ġdid fil-proċess tal-mili ta’ faċilità tal-ħżin minħabba ċirkostanzi oġġettivi. L-Artikolu 6c dwar il-kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet għandu jiġi emendat skont dan ta’ hawn fuq.

3.2.4.

Il-KESE jinnota li hemm estensjoni sinifikanti tal-kompetenzi tal-Kummissjoni u jivvaluta b’mod pożittiv il-fatt li din hija limitata fiż-żmien.

3.3.   Inċentivi finanzjarji għall-parteċipanti fis-suq

Il-KESE jappoġġja l-eżenzjonijiet mit-tariffi ta’ trażmissjoni fil-punti ta’ dħul jew ħruġ tal-ħżin. Min-naħa l-oħra, il-Kumitat jenfasizza ż-żieda fl-inflazzjoni u l-effetti potenzjali tal-għoti ta’ inċentivi finanzjarji addizzjonali u għajnuna mill-Istat għall-parteċipanti tas-suq. Il-KESE jirrakkomanda li jiġi vvalutat mill-ġdid l-użu tal-fondi eżistenti tal-UE, speċjalment il-Pjani Nazzjonali għar-Rikostruzzjoni u r-Reżiljenza, biex dawn jiġu aġġustati għas-sitwazzjoni attwali, sabiex parti mill-fondi jkunu jistgħu jiġu allokati għal dawn l-għanijiet.

3.4.   Mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet

3.4.1.

Il-KESE jinnota li diviżjoni żbilanċjata tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-mili għall-ħżin hija problematika ħafna. Il-Kumitat jappella lill-Kummissjoni biex tissupplimenta r-Regolament bi pjani għall-Istati Membri individwali, b’mod li jqisu d-daqs tal-ħżin, il-konsum tal-pajjiż, u l-kapaċitajiet tal-faċilità tal-ħżin biex taqdi pajjiżi oħra fir-reġjun, bil-għan li jiġu evitati l-kondiviżjoni tal-piżijiet, ir-riskji u l-ispejjeż żbilanċjati. Il-KESE huwa mħasseb li n-nuqqas ta’ koordinazzjoni tajba jista’ jwassal għal impatt enormi fuq is-suq reġjonali tal-gass.

3.4.2.

Pereżempju, jista’ jiġi segwit approċċ reġjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolament. Pereżempju, il-faċilità Inčukalns tista’ titqies bħala faċilità għall-ħżin tal-gass naturali fir-reġjun Baltiku u fil-Finlandja, filwaqt li tinsab fil-Latvja.

3.5.   Ċertifikazzjoni obbligatorja tal-operaturi tas-sistema tal-ħżin

3.5.1.

Il-KESE jappoġġja ċ-ċertifikazzjoni obbligatorja tal-operaturi tas-sistemi tal-ħżin. Madankollu, il-KESE jinnota li minħabba l-possibbiltà ta’ appell għal deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni negattiva, id-deċiżjoni finali li ċċaħħad lill-operaturi tal-faċilitajiet ta’ ħżin mil-liċenzji tagħhom tieħu diversi snin, u tiddependi mill-espedjenza tal-proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali. Għalhekk, iċ-ċertifikazzjoni obbligatorja tal-operaturi tas-sistemi tal-ħżin hija strument, li se jtejjeb is-sigurtà tal-enerġija tal-UE fuq perjodu twil ta’ żmien, aktar milli fuq perjodu qasir.

3.5.2.

Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda li jiġi introdott mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni bikri, li jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jibdew il-ħidma preparatorja qabel ma r-Regolament isir kompletament effettiv.

3.5.3.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta linji gwida għall-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni malajr kemm jista’ jkun, sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni f’waqtha mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Fl-istess ħin, il-KESE jenfasizza l-importanza tal-linji gwida tal-Kummissjoni għall-applikazzjoni konsistenti tar-Regolament fl-Istati Membri kollha, u, fl-aħħar mill-aħħar, għas-suċċess tal-politika dwar il-ħżin tal-gass.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  https://www.europarl.europa.eu/news/en/press-room/20220405IPR26703/meps-back-urgency-procedure-to-refill-gas-reserves-before-next-winter

(2)  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_22_1937

(3)  Memorandum ta’ spjegazzjoni għall-proposta għar-Regolament.

(4)  https://www.reuters.com/business/energy/europe-would-struggle-refill-gas-storage-without-russian-supplies-2022-03-30/

(5)  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_22_1937

(6)  https://www.martenscentre.eu/blog/how-gazprom-manipulated-the-eu-gas-market/

(7)  https://www.ft.com/content/576a96f7-e41d-4068-a61b-f74f2b2d3b81

(8)  https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/E-9-2021-004781-ASW_EN.html#ref1

(9)  https://www.ft.com/content/576a96f7-e41d-4068-a61b-f74f2b2d3b81


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/133


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1628 fir-rigward tal-estensjoni tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati”

(COM(2022) 113 final — 2022/0080 (COD))

(2022/C 323/23)

Konsultazzjoni

Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 24.3.2022

Parlament Ewropew, 23.3.2022

Bażi legali

L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

199/2/1

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li barra minn hekk diġà ta fehmtu fl-Opinjoni tiegħu INT/763 (1), adottata fit-18 ta’ Frar 2015, iddeċieda, matul il-569 sessjoni plenarja tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Mejju 2022 (seduta tat-18 ta’ Mejju 2022), b’199 vot favur, 2 voti kontra u astensjoni waħda (1), li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti msemmija.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  ĠU C 251, 31.7.2015, p. 31.


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/134


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU”

(COM(2022) 145 final — 2022/0096 (COD))

u “Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU”

(COM(2022) 162 final — 2022/0096 (COD))

(2022/C 323/24)

Konsultazzjoni

Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 25.3.2022 u 4.4.2022

Parlament Ewropew, 4.4.2022

Bażi legali

Artikoli 175(3), 177 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

179/0/4

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut taż-żewġ proposti għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi REACT-EU huwa sodisfaċenti u jħoss li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-569 sessjoni plenarja tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Mejju 2022 (seduta tat-18 ta’ Mejju), b’179 vot favur u 4 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


26.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/135


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi sabiex jittaffew il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġu mitigati l-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżat minn dik l-aggressjoni militari fuq il-katina tal-provvista ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

(COM(2022) 179 — 2022/0118 COD)

(2022/C 323/25)

Konsultazzjoni

Kunsill, 25.4.2022

Parlament Ewropew, 2.5.2022

Bażi legali

Artikoli 43(2), 175 u Artikolu 304 tat-TFUE

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent

Adottata fil-plenarja

18.5.2022

Sessjoni plenarja Nru

569

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

188/2/2

Fid-dawl tal-iskadenzi qosra u n-natura meħtieġa tal-inizjattiva tal-KE, il-Kumitat iddeċieda, matul il-569 sessjoni plenarja tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Mejju 2022 (seduta tat-18 ta’ Mejju), b’188 vot favur, 2 voti kontra u 2 astensjonijiet li ma jfassalx Opinjoni sostanzjali iżda li japprova formalment il-proposta.

Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew