ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 311

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
16 ta' Awwissu 2022

Werrej

Paġna

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 311/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

V   Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 311/02

Kawża C-14/22 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2022 minn QC mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-11 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-77/21, QC vs Il-Kummissjoni

2

2022/C 311/03

Kawża C-150/22 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2022 minn HG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-693/16 P RENV-RX, HG vs Il-Kummissjoni

2

2022/C 311/04

Kawża C-253/22 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2022 minn Calrose Rice mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fil-11 ta’ Frar 2022 fil-Kawża T-459/21, Calrose Rice vs EUIPO – Ricegrowers (Sunwhite)

2

2022/C 311/05

Kawża C-299/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fl-4 ta’ Mejju 2022 – M. D. vs UAB Tez Tour

3

2022/C 311/06

Kawża C-303/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Brně (ir-Repubblika Ċeka) fid-9 ta’ Mejju 2022 – CROSS Zlín a.s. vs Úřad pro ochranu hospodářské soutěže

4

2022/C 311/07

Kawża C-307/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Mejju 2022 – FT vs DW

4

2022/C 311/08

Kawża C-313/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Elegktiko Synedrio (il-Greċja) fil-11 ta’ Mejju 2022 – ACHILLEION Anonymi Xenodocheiaki Etaireia vs Elliniko Dimosio

5

2022/C 311/09

Kawża C-354/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Ġunju 2022 – Weingut A vs Land Rheinland-Pfalz

6

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 311/10

Kawża T-501/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2022 – Corneli vs BĊE (Aċċess għal dokumenti – Deċiżjoni 2004/258/KE – Deċiżjoni tal-BĊE li tqiegħed lil Banca Carige taħt amministrazzjoni temporanja – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni protetta bħala tali bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni – Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità – Kunċett ta’ informazzjoni kunfidenzjali – Obbligu ta’ motivazzjoni)

8

2022/C 311/11

Kawża T-797/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2022 – Anglo Austrian AAB u Belegging-Maatschappij Far-East vs BĊE (Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Kompiti speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lill-BĊE – Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu – Ksur serju tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE – Proporzjonalità – Ksur tal-leġiżlazzjoni dwar il-governanza tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Drittijiet tad-difiża – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

8

2022/C 311/12

Kawża T-337/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2022 – Hochmann Marketing vs EUIPO (bittorrent) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li tikkonferma r-revoka ta’ deċiżjoni preċedenti – Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Talba għal konverżjoni f'applikazzjoni għal trade mark nazzjonali – Raġuni ta’ esklużjoni tal-konverżjoni – Nuqqas ta’ użu tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 139(2)(a) tar-Regolament 2017/1001 – Dritt għal smigħ – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)

9

2022/C 311/13

Kawża T-502/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2022 – Munich vs EUIPO – Tone Watch (MUNICH10A.T.M.) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MUNICH10A.T.M. – Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali figurattivi preċedenti MUNICH – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfuzjoni – Assenza ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Assenza ta’ komplementarjetà estetika – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001) – Assenza ta’ preġudizzju għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) – Drittijiet tad-difiża)

10

2022/C 311/14

Kawża T-641/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2022 – Leonine Distribution vs Il-Kummissjoni (Kultura – Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) – Subprogramm Media – Sejħa għal proposti EACEA/05/2018 – Deċiżjoni tal-EACEA li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrenti minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-appell amministrattiv relatat mad-deċiżjoni tal-EACEA – Kunċett ta’ impriża Ewropea – Sussidju miftuħ biss għall-kandidati miżmuma, direttament jew b’parteċipazzjoni maġġoritarja, minn ċittadini ta’ Stati Membri tal-Unjoni jew minn ċittadini ta’ pajjiżi Ewropej oħra li jipparteċipaw fis-subprogramm – Żbalji ta’ evalwazzjoni – Nuqqas li jiġu eżaminati d-dokumenti annessi mal-proposta – Proporzjonalità)

10

2022/C 311/15

Kawża T-357/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2022 – Jose A. Alfonso Arpon vs EUIPO – Puma (PLUMAflex by Roal) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PLUMAflex by Roal – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti PUMA – Raġuni relattiva għal rifjut – Dannu għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

11

2022/C 311/16

Kawża T-331/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2022 – NLVOW vs Il-Kummissjoni

12

2022/C 311/17

Kawża T-344/22: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2022 – Stichting Nationaal Kritisch Platform Windenergie vs Il-Kummissjoni

13

2022/C 311/18

Kawża T-346/22: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2022 – Föreningen Svenskt Landskapsskydd vs Il-Kummissjoni

15

2022/C 311/19

Kawża T-366/22: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2022 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

16

2022/C 311/20

Kawża T-378/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – Diesel v EUIPO – Lidl Stiftung (Joggjeans)

17

2022/C 311/21

Kawża T-379/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – Diesel vs EUIPO – Lidl Stiftung (Joggjeans)

18

2022/C 311/22

Kawża T-390/22: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2022 – Mndoiants vs Il-Kunsill

18

2022/C 311/23

Kawża T-391/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2022 – Société générale et vs SRB

19

2022/C 311/24

Kawża T-392/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2022 – Confédération nationale du Crédit mutuel et vs SRB

21

2022/C 311/25

Kawża T-393/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2022 – BPCE et vs SRB

22

2022/C 311/26

Kawża T-394/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2022 – Banque postale vs SRB

22

2022/C 311/27

Kawża T-410/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2022 – Crédit agricole et vs SRB

23

2022/C 311/28

Kawża T-411/22: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2022 – Dexia Crédit Local vs SRB

24

2022/C 311/29

Kawża T-420/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2022 – BNP Paribas vs SRB

25

MT

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/1

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 311/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 303, 8.8.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 294, 1.8.2022

ĠU C 284, 25.7.2022

ĠU C 276, 18.7.2022

ĠU C 266, 11.7.2022

ĠU C 257, 4.7.2022

ĠU C 244, 27.6.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu

V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/2

Appell ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2022 minn QC mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-11 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-77/21, QC vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-14/22 P)

(2022/C 311/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: QC (rappreżentant: F. Moyse, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tat-30 ta’ Ġunju 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament infondat u kkundannat lill-appellant ibati l-ispejjeż tiegħu stess.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/2

Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2022 minn HG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-693/16 P RENV-RX, HG vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-150/22 P)

(2022/C 311/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: HG (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ Ġunju 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell għal nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u kkundannat lill-appellant ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/2

Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2022 minn Calrose Rice mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fil-11 ta’ Frar 2022 fil-Kawża T-459/21, Calrose Rice vs EUIPO – Ricegrowers (Sunwhite)

(Kawża C-253/22 P)

(2022/C 311/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Calrose Rice (rappreżentant: H. Raychev, адвокат)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Ricegrowerd Ltd

B’digriet tas-6 ta’ Lulju 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma jiġix ammess u li Calrose Rice għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/3

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fl-4 ta’ Mejju 2022 – M. D. vs UAB “Tez Tour”

(Kawża C-299/22)

(2022/C 311/05)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M. D.

Konvenut: UAB “Tez Tour”

Intervenjent: UAB “Fridmis”

Domandi preliminari

1)

Biex ikun jista’ jitqies li seħħew ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1) fil-post tad-destinazzjoni jew fil-viċinanzi immedjati tiegħu, huwa neċessarju li l-awtoritajiet tal-Istat tat-tluq jew tal-Istat tal-wasla jkunu ħarġu twissija uffiċjali biex ma jsirx ivvjaġġar mhux neċessarju u (jew) li l-pajjiż ta’ destinazzjoni tal-vjaġġ (jista’ jkun ukoll il-pajjiż ta’ tluq) ikun ġie kklassifikat bħala żona ta’ riskju?

2)

Biex jiġi ddeterminat jekk, fid-data tax-xoljiment tal-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar, kinux jeżistu ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji fil-post tad-destinazzjoni jew fil-viċinanzi immedjati tiegħu, u jekk dawn iċ-ċirkustanzi għandhomx konsegwenzi importanti fuq l-eżekuzzjoni tal-pakkett, i) għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss ċirkustanzi oġġettivi, jiġifieri l-konsegwenzi importanti fuq l-eżekuzzjoni tal-pakkett li huma stess ikunu marbuta biss ma’ impossibbiltà oġġettiva u għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkopru biss il-każijiet li fihom l-eżekuzzjoni tal-kuntratt issir fiżikament u legalment impossibbli, jew għandhom jinkludu wkoll il-każijiet fejn l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ma tkunx impossibbli, iżda (f’dan il-każ, minħabba t-tħassib leġittimu ta’ infezzjoni mill-virus tal-COVID-19) issir diffiċli u (jew) mhux ta’ profitt (f’termini ta’ sigurtà tal-vjaġġaturi, ta’ riskju għall ħajja u/jew għas-saħħa tagħhom, ta’ possibbiltà li jintlaħaq l-għan ta’ tgawdija tal-vjaġġ), ii) fatturi suġġettivi, bħall-fatt li l-vjaġġ iseħħ flimkien ma’ tfal ta’ età żgħira jew li persuna tkun tappartjeni għal grupp b’riskju ogħli, minħabba l-età jew l-istat ta’ saħħa tal-vjaġġatur, eċċ., huma rilevanti? Il-vjaġġatur għandu dritt li jxolji l-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar fil-każ fejn, minħabba pandemija u ċirkustanzi relatati magħha, vjaġġatur medju jqis li l-wasla fil-post ta’ destinazzjoni u r-ritorn minn dan il-post ma jkunux iktar siguri, li l-vjaġġatur ser ibati inkonvenjenzi jew ikun jista’ leġittimament jibża’ minn perikolu għas-saħħa jew riskju ta’ infezzjoni minn virus perikoluż?

3)

Il-fatt li ċ-ċirkustanzi msemmija mill-vjaġġatur kienu diġà seħħew jew għall-inqas diġà prevedibbli/probabbli fil-mument meta rriżerva l-vjaġġ, għandu xi impatt fuq id-dritt għax-xoljiment tal-kuntratt mingħajr spejjeż (pereżempju, dan il-fatt iċaħħad lill-vjaġġatur minn dan id-dritt, jagħmel applikabbli kriterji ta’ evalwazzjoni iktar stretti f’dak li jirrigwarda l-konsegwenzi negattivi fuq l-eżekuzzjoni tal-pakkett)? Fl-applikazzjoni (f’kuntest ta’ pandemija) tal-kriterju ta’ dak li kien raġonevolment prevedibbli, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, anki jekk, fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar, il-WHO kienet diġà ppubblikat informazzjoni dwar it-tixrid tal-virus, l-evoluzzjoni u l-konsegwenzi tal-pandemija kienu diffiċilment prevedibbli, ma kienx hemm miżuri ċari biex tinżamm kontenuta u kkontrollata l-infezzjoni, lanqas kien hemm biżżejjed informazzjoni dwar l-infezzjoni stess, u l-aċċellerazzjoni tad-dinamika tal-infezzjonijiet bejn ir-riżervazzjoni tal-vjaġġ u x-xoljiment tal-kuntratt kienet manifesta?

4)

Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-punti jekk, fid-data tax-xoljiment tal-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar, kinux jeżistu ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji fil-post tad-destinazzjoni jew fil-viċinanzi immedjati tiegħu, u jekk dawn iċ-ċirkustanzi għandhomx konsegwenzi serji fuq l-eżekuzzjoni tal-pakkett, l-espressjoni “fil-post tad-destinazzjoni jew fil-viċinanzi immedjati tiegħu” tkopri biss lill-Istat tal-wasla jew, fid-dawl tan-natura taċ-ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji – infezzjoni virali kontaġġjuża –, tinkludi fiha wkoll lill-Istat tat-tluq, kif ukoll il-punti differenti marbuta mal-bidu u mar-ritorn tal-vjaġġ (postijiet ta’ korrispondenza, ċerti mezzi ta’ trasport, eċċ)?

(1)  ĠU 2015, L 326, p. 1.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/4

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Brně (ir-Repubblika Ċeka) fid-9 ta’ Mejju 2022 – CROSS Zlín a.s. vs Úřad pro ochranu hospodářské soutěže

(Kawża C-303/22)

(2022/C 311/06)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Brně

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CROSS Zlín a.s.

Konvenut: Úřad pro ochranu hospodářské soutěže

Domanda preliminari

Huwa kompatibbli mal-Artikolu 2(3) u mal-Artikolu 2a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (1), interpretati fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jekk il-leġiżlazzjoni Ċeka tippermetti lill-awtorità kontraenti tikkonkludi kuntratt fil-forma ta’ kuntratt pubbliku qabel ma jkun ġie ppreżentat rikors quddiem qorti li hija kompetenti sabiex tistħarreġ il-legalità tad-deċiżjoni meħuda fit-tieni istanza mill-Úřad pro ochranu hospodářské soutěže (l-Awtorità Ċeka għall-Kompetizzjoni) dwar l-esklużjoni ta’ offerent?

(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246, rettifika fil-ĠU 2016, L 63, p. 44.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/4

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Mejju 2022 – FT vs DW

(Kawża C-307/22)

(2022/C 311/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FT

Konvenut: DW

Domandi preliminari

1.

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3), moqrija flimkien mal-Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1) (iktar ’il quddiem ir-“RĠPD”) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kontrollur (f’dan il-każ: it-tabib li qiegħed jipprovdi t-trattament) ma huwiex marbut jipprovdi mingħajr ħlas lis-suġġett tad-data (f’dan il-każ: il-pazjent) l-ewwel kopja tad-data personali tiegħu pproċessata mill-imsemmi kontrollur meta s-suġġett tad-data ma jitlobx il-kopja għall-finijiet iċċitati fl-ewwel sentenza tal-premessa 63 tar-RĠPD, jiġifieri li jkollu għarfien tal-ipproċessar tad-data personali tiegħu u l-possibbiltà li jivverifika l-legalità ta’ dan l-ipproċessar, iżda għal fini differenti, li ma hijiex relatata mal-protezzjoni tad-data iżda hija leġittima (f’dan il-każ: il-verifika tal-eżistenza tad-drittijiet fil-qasam tar-responsabbiltà medika)?

2.

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

a)

Skont l-Artikolu 23(1)(i) tar-RĠPD, dispożizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li tkun ġiet adottata qabel id-dħul fis-seħħ tar-RĠPD tikkostitwixxi wkoll restrizzjoni tad-dritt li tiġi pprovduta mingħajr ħlas kopja tad-data personali pproċessata mill-kontrollur, kif previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3), moqrija flimkien mal-Artikolu 12(5) tar-RĠPD?

b)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 2a: l-Artikolu 23(1)(i) tar-RĠPD għandu jiġi interpretat fis-sens li d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn li hemm riferiment għalihom hemmhekk jinkludu wkoll l-interess tagħhom li jiġu lliberati mill-ispejjeż marbuta mal-provvista ta’ kopja tad-data skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3) tar-RĠPD u minn spejjeż oħra sostnuti minħabba t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-kopja?

c)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 2b: leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kuntest tar-relazzjoni bejn it-tabib u l-pazjent, tipprovdi li t-tabib dejjem għandu dritt għar-rimbors tal-ispejjeż fil-konfront tal-pazjent fil-każ ta’ provvista ta’ kopja tad-data personali tal-pazjent mill-fajl mediku tiegħu, u dan indipendentement miċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ individwali, tikkostitwixxi restrizzjoni tad-drittijiet u tal-obbligi skont l-Artikolu 23(1)(i) tar-RĠPD, li jirriżultaw mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3) tar-RĠPD, moqrija flimkien mal-Artikolu 12(5) tar-RĠPD?

3.

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda u għad-domandi 2a, 2b jew 2c: fil-kuntest tar-relazzjoni bejn it-tabib u l-pazjent, id-dritt skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3) tar-RĠPD ikopri d-dritt għall-provvista ta’ kopji tal-partijiet kollha tal-fajl mediku tal-pazjent li jinkludu d-data personali tal-pazjent jew ikopri biss il-provvista ta’ kopja tad-data personali tal-pazjent bħala tali, fejn it-tabib kontrollur jibqa’ liberu li jiddeċiedi l-modalità ta’ kumpilazzjoni tad-data għall-pazjent ikkonċernat?

(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/5

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Elegktiko Synedrio (il-Greċja) fil-11 ta’ Mejju 2022 – ACHILLEION Anonymi Xenodocheiaki Etaireia vs Elliniko Dimosio

(Kawża C-313/22)

(2022/C 311/08)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Elegktiko Synedrio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ACHILLEION Anonymi Xenodocheiaki Etaireia

Konvenut: Elliniko Dimosio

Domandi preliminari

1)

Fis-sens tad-dispożizzjonijiet: (i) tal-Artikolu 30(1), (3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (1), kif ukoll tal-punt 1.9 tar-Regola Nru 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1685/2000 tat-28 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-eliġibbilità ta’ l-infiq ta’ operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali (2), (ii) tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna ta’ l-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (3) u (iii) tal-Artikolu 38 u tal-Artikolu 39(1) tar-Regolament 1260/1999, tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 438/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għal għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali (4), tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 448/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 dwar il-proċedura sabiex isiru korrezzjonijiet finanzjarji għal għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali (5), tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (6), kif ukoll tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (7), il-bejgħ tal-impriża ssussidjata, flimkien mal-assi fissi tagħha, jikkostitwixxi neċessarjament modifika daqstant sostanzjali tal-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-investiment ikkofinanzjat f’din l-impriża li jiġġustifika, waħdu, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 18(5) tad-Deċiżjoni Ministerjali Konġunta 192249/EYS 4057/19.8.2002 (9216/EYS 916/12.2 – 18.2.2004) li timponi projbizzjoni assoluta u ta’ żmien twil ta’ trasferiment tal-assi fissi tal-impriża ssussidjata, taħt piena ta’ revoka totali jew parzjali tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tal-impriża fl-iskema ta’ għajnuna, u taħt piena ta’ ħlas lura totali jew parzjali tal-għajnuna pubblika mħallsa?

2)

Id-dispożizzjonijiet (i) tal-Artikolu 30(4) tar-Regolament Nru 1260/99, (ii) tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 70/2001 u tal-punt 4.12 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat, relatati mal-prinċipju ta’ durabbiltà tal-impriżi żgħar u medji benefiċjarji tal-għajnuna, (iii) tal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament Nru 1260/1999, tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 448/2001, tal-Artikolu 1(2) u tal-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Nru 2988/1995, kif ukoll tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-bejgħ tal-assi fissi kif ukoll tal-impriża ssussidjata nnifisha, imwettaq fil-kuntest ta’ ftehim intern għall-kumpannija u konkluż mill-azzjonisti tagħha sabiex tiġi ggarantita l-vijabbiltà tagħha, ma jinvolvix modifika sostanzjali tal-operazzjoni ta’ kofinanzjament u lanqas vantaġġ indebitu lil xi kontroparti irrispettivament minn min tkun u, għaldaqstant, ma jikkostitwixxix illegalità u lanqas raġuni għall-irkupru tal-għajnuna, sakemm il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-investiment ma jkunux immodifikati u t-trasferiment ikun suġġett għal sistema legali li fil-kuntest tagħha ċ-ċedent u l-akkwirent ikunu responsabbli in solidum għad-dejn u għall-obbligi eżistenti fil-mument tat-trasferiment?

3)

L-Artikoli 17, 52 u 53 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretati flimkien mal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, jimponu bilanċ ġust bejn il-miżuri tal-korrezzjoni finanzjarja u tal-irkupru tal-għajnuna – fis-sens tal-Artikolu 38(h) u tal-Artikolu 39(1) tar-Regolament Nru 1260/1999, tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 448/2001, tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2988/1995, kif ukoll tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999 – u d-dritt għall-protezzjoni tal-“proprjetà” tal-benefiċjarju tal-għajnuna, fejn dan il-bilanċ ġust iwassal għal eżenzjoni parzjali jew totali tal-benefiċjarju u dan, anki jekk kellu jiġi kkonstatat li kien hemm modifika sostanzjali tal-operazzjoni ssussidjata jew vantaġġ indebitu waqt it-trasferiment tal-impriża?

(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14 Vol. 1, p. 122.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 141.

(4)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 132.

(5)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 155.

(6)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340.

(7)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/6

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Ġunju 2022 – Weingut A vs Land Rheinland-Pfalz

(Kawża C-354/22)

(2022/C 311/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Weingut A

Konvenut: Land Rheinland-Pfalz

Domandi preliminari

1)

Il-produzzjoni tal-inbid tista’ ssir kollha kemm hija fl-azjenda li f’isimha qed issir il-produzzjoni tal-inbid fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (1), jekk it-tagħsir isir f’faċilità għat-tagħsir mikrija għal 24 siegħa minn azjenda oħra għall-produzzjoni tal-inbid li, matul dan iż-żmien, tkun esklużivament disponibbli għall-azjenda li f’isimha qed issir il-produzzjoni tal-inbid?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, huwa meħtieġ li t-tagħsir isir minn impjegati tal-azjenda li f’isimha qed issir il-produzzjoni tal-inbid jew tal-inqas li dan ikun issorveljat fuq il-post, jew it-tagħsir jista’ jsir ukoll minn impjegati tal-azjenda l-oħra għall-produzzjoni tal-inbid li qiegħda tagħti b’kiri s-sistema tat-tagħsir tagħha taħt l-istruzzjonijiet tal-azjenda li f’isimha qed issir il-produzzjoni tal-inbid?

3)

Fil-każ li t-tagħsir jista’ jsir ukoll minn impjegati tal-azjenda l-oħra għall-produzzjoni tal-inbid li qiegħda tagħti b’kiri s-sistema tat-tagħsir tagħha, dawk l-impjegati huma awtorizzati jintervjenu fit-tagħsir fuq il-bażi ta’ deċiżjoni awtonoma fil-każ ta’ problemi mhux mistennija?

4)

L-attribuzzjoni tal-produzzjoni tal-inbid lill-azjenda li f’isimha qed issir il-produzzjoni tal-inbid hija eskluża fil-każ li l-azjenda l-oħra għall-produzzjoni tal-inbid li qiegħda tagħti b’kiri s-sistema tat-tagħsir tagħha u li twettaq it-tagħsir ikollha interess proprju fil-mod kif isir it-tagħsir għaliex fil-kuntratt konkluż għall-kultivazzjoni tad-dwieli, li ġie wkoll konkluż ma’ dik l-azjenda, minbarra l-miżata relatata maż-żona ta’ kultivazzjoni ġiet miftiehma miżata addizzjonali li tiddependi fuq ir-rendiment u l-kwalità għal kull ettolitru tal-inbid Kabinett, Spätlese u Auslese?

(1)  ĠU 2019, L 9, p. 2, rettifika fil-ĠU 2019, L 269, p. 13, fil-verżjoni attwali tiegħu li tirriżulta mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1375 tal-11 ta’ Ġunju 2021 (ĠU 2021, L 297, p. 16).

Il-Qorti Ġenerali

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/8

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2022 – Corneli vs BĊE

(Kawża T-501/19) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Deċiżjoni 2004/258/KE - Deċiżjoni tal-BĊE li tqiegħed lil Banca Carige taħt amministrazzjoni temporanja - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni protetta bħala tali bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni - Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità - Kunċett ta’ informazzjoni kunfidenzjali - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2022/C 311/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Francesca Corneli (Velletri, l-Italja) (rappreżentant: F. Ferraro, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner, A. Riso u M. Van Hoecke, aġenti, assistiti minn D. Sarmiento Ramírez-Escudero, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) LS/LDG/19/182 tad-29 ta’ Mejju 2019 li tirrifjuta l-aċċess għad-deċiżjoni tagħha tal-1 ta’ Jannar 2019 li qiegħdet lil Banca Carige SpA taħt amministrazzjoni temporanja.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tad-29 ta’ Mejju 2019 li tirrifjuta l-aċċess għad-deċiżjoni tagħha tal-1 ta’ Jannar 2019 li qiegħdet lil Banca Carige SpA taħt amministrazzjoni temporanja, hija annullata.

2)

Il-BĊE hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 312, 16.9.2019.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/8

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2022 – Anglo Austrian AAB u Belegging-Maatschappij “Far-East” vs BĊE

(Kawża T-797/19) (1)

(“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Kompiti speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lill-BĊE - Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu - Ksur serju tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE - Proporzjonalità - Ksur tal-leġiżlazzjoni dwar il-governanza tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

(2022/C 311/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Anglo Austrian AAB AG, li kienet Anglo Austrian AAB Bank AG (Vjenna l-Awstrija), Belegging-Maatschappij “Far-East” BV (Velp, il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentanti: M. Ketzer u O. Behrends, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, E. Yoo u V. Hümpfner, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni ECB-SSM-2019-AT 8 WHD-2019 0009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tal-14 ta’ Novembru 2019, li permezz tagħha dan tal-aħħar irtira l-awtorizzazzjoni ta’ AAB Bank għall-aċċess għall-attivitajiet ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Anglo Austrian AAB AG u Belegging-Maatschappij “Far-East” BV għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

(1)  ĠU C 10, 13.1.2020.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/9

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2022 – Hochmann Marketing vs EUIPO (bittorrent)

(Kawża T-337/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li tikkonferma r-revoka ta’ deċiżjoni preċedenti - Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Talba għal konverżjoni f'applikazzjoni għal trade mark nazzjonali - Raġuni ta’ esklużjoni tal-konverżjoni - Nuqqas ta’ użu tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 139(2)(a) tar-Regolament 2017/1001 - Dritt għal smigħ - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”)

(2022/C 311/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hochmann Marketing GmgH (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Jennings, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u E. Markakis, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Marzu 2020 (Każ R 187/2020-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hochmann Marketing GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/10

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2022 – Munich vs EUIPO – Tone Watch (MUNICH10A.T.M.)

(Kawża T-502/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MUNICH10A.T.M. - Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali figurattivi preċedenti MUNICH - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfuzjoni - Assenza ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Assenza ta’ komplementarjetà estetika - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001) - Assenza ta’ preġudizzju għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) - Drittijiet tad-difiża”)

(2022/C 311/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Munich, SL (La Torre de Claramunt, Spanja) (rappreżentant: M. del Mar Guix Vilanova, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tone Watch, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. López Martínez, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Marzu 2020 (Każ R 2472/2018-4), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn ir-rikorrenti u l-intervenjenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Munich, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 329, 5.10.2020.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/10

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2022 – Leonine Distribution vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-641/20) (1)

(“Kultura - Programm ‘Ewropa Kreattiva’ (2014 sa 2020) - Subprogramm ‘Media’ - Sejħa għal proposti EACEA/05/2018 - Deċiżjoni tal-EACEA li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrenti minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-appell amministrattiv relatat mad-deċiżjoni tal-EACEA - Kunċett ta’ ‘impriża Ewropea’ - Sussidju miftuħ biss għall-kandidati miżmuma, direttament jew b’parteċipazzjoni maġġoritarja, minn ċittadini ta’ Stati Membri tal-Unjoni jew minn ċittadini ta’ pajjiżi Ewropej oħra li jipparteċipaw fis-subprogramm - Żbalji ta’ evalwazzjoni - Nuqqas li jiġu eżaminati d-dokumenti annessi mal-proposta - Proporzjonalità”)

(2022/C 311/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Leonine Distribution GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Kreile, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Farrell u A. Katsimerou, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (rappreżentanti: H. Monet, N. Sbrilli u V. Kasparian, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5515 final tal-10 ta’ Awwissu 2020 li tiċħad l-appell amministrattiv ippreżentat, skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU 2003, L 11, p. 1), kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA) tat-12 ta’ Mejju 2020 li tiċħad it-talba ta’ sussidju tagħha mressqa fil-kuntest tas-sejħa għal proposti “Appoġġ għad-distribuzzjoni ta’ films mhux nazzjonali – Sistema ta’ għajnuna awtomatika għad-distribuzzjoni” (EACEA/05/2018).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Leonine Distribution GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

(1)  ĠU C 19, 18.1.2021.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/11

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2022 – Jose A. Alfonso Arpon vs EUIPO – Puma (PLUMAflex by Roal)

(Kawża T-357/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PLUMAflex by Roal - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti PUMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Dannu għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 311/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jose A. Alfonso Arpon SL (Arnedo, Spanja) (rappreżentant: C. Hernández Hernández, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ April 2021 (Każ R 2991/2019-1)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jose A. Alfonso Arpon SL hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 329, 16.8.2021.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/12

Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2022 – NLVOW vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-331/22)

(2022/C 311/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nederlandse Vereniging Omwonenden Windturbines (NLVOW) (Annerveenschekanaal, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. Byrne, Barrister-at-law)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata lir-rikorrenti b’ittra tal-1 ta’ April 2022 li tqis bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrenti għal reviżjoni interna tal-10 ta’ Diċembru 2021;

tiddikjara, barra minn hekk jew sussidjarjament, li l-Kummissjoni naqset illegalment milli tieħu azzjoni meta ġiet mitluba tagħmel dan skont il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 265 TFUE permezz tal-ittra tar-rikorrenti datata l-10 ta’ Diċembru 2021 u/jew naqset milli tiddefinixxi l-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-ilment tar-rikorrenti fl-imsemmija ittra;

tiddikjara li, f’ċirkustanzi fejn il-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima (iktar ’il quddiem il-“PNEK”) Olandiż ma huwiex konformi mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, dan ġie evalwat u/jew adottat u/jew ippubblikat b’mod illegali mill-Kummissjoni, u jikser għalhekk id-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali u/jew huwa illegali;

tiddikjara li l-Kummissjoni naqset milli tosserva l-obbligi pożittivi tagħha taħt id-dritt tal-Unjoni u taħt id-dritt internazzjonali li tieħu dawk il-miżuri neċessarji u xierqa sabiex tindirizza u/jew tirrimedja n-nuqqas ta’ konformità tal-PNEK Olandiż mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus;

tiddikjara li r-“Regolament ta’ Governanza” (Regolament (EU) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika), (1) ma jagħtix effett lid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, inkluż l-Artikolu 7 tiegħu, u bħal tali ma huwiex konformi mad-dritt ambjentali tal-Unjoni u ma’ dak internazzjonali, u huwa għalhekk illegali;

filwaqt li tqis in-nuqqas ta’ konformità tal-PENK u, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ konformità tal-PNEK Olandiż mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, tiddikjara li n-nuqqas tal-Kummissjoni milli twettaq l-obbligi tagħha skont ir-Regolament ta’ Governanza jikkostitwixxi ksur ta’ dan ir-regolament, ksur tal-Konvenzjoni u, barra minn hekk, jikkostitwixxi ksur tat-Trattati;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kkomunikata lir-rikorrenti b’ittra datata l-1 ta’ April 2022 għandha tiġi annullata.

Ir-rikorrenti ressqet talba lill-Kummissjoni b’ittra datata l-10 ta’ Diċembru 2021. Bi tweġiba għal din it-talba tar-rikorrenti, il-Kummissjoni qieset li t-talba tar-rikorrenti kienet inammissibbli. Ir-rikorrenti tissottometti li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikkostitwixxi att amministrattiva kif iddefinit fir-Regolament ta’ Aarhus (kif emendat). (2) Ir-rikorrenti targumenta li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija f’dan ir-rigward fundamentalment ivvizzjata, tammonta għal ksur tad-dritt ambjentali tal-Unjoni u tad-dritt ambjentali internazzjonali, u tikkostitwixxi ksur tat-Trattati. Ir-rikorrenti targumenta li l-Kummissjoni qiegħda tikser l-obbligi pożittivi tagħha taħt it-Trattati u d-dritt internazzjonali, inklużi l-Artikoli 3, 6 u 7 tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku, fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus).

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontesata tal-Kummissjoni kisret leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni inklużi l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament ta’ Aarhus (kif emendat). Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikser id-dritt tagħha ta’ aċċess għal rimedju legali fi kwistjonijiet ambjentali taħt il-Konvenzjoni ta’ Aahrus u r-Regolament ta’ Aarhus (kif emendat). Barra minn hekk, ir-rikorrenti targumenta li l-att amministrattiv tal-Kummissjoni kif iddefinit fir-Regolament ta’ Aarhus kif emendat jikkostitwixxi ksur tat-Trattati.

2.

It-tieni motiv ibbażat, b’mod ulterjuri, jew sussidjarjament għall-ewwel motiv, fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE fir-rigward tal-PNEK evalwati, adottati u ppubblikati mill-Kummissjoni inkluż, b’mod partikolari, il-PNEK Svediż ikkontestat.

Billi naqset milli taġixxi fuq it-talba tar-rikorrenti għal reviżjoni interna mressqa skont l-Artikolu 265 TFUE, il-Kummissjoni kisret l-obbligi tagħha taħt it-Trattati, inklużi l-Artikoli 3 TUE u l-Artikolu 191 TFUE. Dan il-ksur jirrifletti wkoll ksur flagranti tad-dritt tal-konswetudni u tat-trattati internazzjonali u Ewropew, inklużi l-Artikoli 3, 6 u 7 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament ta’ Aarhus (kif emendat), u d-Deċiżjoni VII8f (kif emendata), adottata fil-21 ta’ Ottubru 2021.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq oġġezzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE fir-rigward tal-evalwazzjoni u/jew l-adozzjoni u/jew il-pubblikazzjoni tal-PNEK Olandiż, u n-nuqqas tal-Kummissjoni li tiżgura il-konformità tiegħu mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat oġġezzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE fir-rigward tar-Regolament ta’ Governanza. (3)

(1)  Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2018 L 328, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264 p. 13).

(3)  Għar-referenza, ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 1.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/13

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2022 – Stichting Nationaal Kritisch Platform Windenergie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/22)

(2022/C 311/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stichting Nationaal Kritisch Platform Windenergie (Schettens, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. Byrne, Barrister-at-Law)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrenti sabiex issir reviżjoni interna, innotifikata lir-rikorrenti b’ittra tal-1 ta’ April 2022, sa fejn din tikser it-Trattati;

tiddikjara, barra minn hekk jew sussidjarjament, li l-Kummissjoni naqset illegalment milli tieħu azzjoni skont l-Artikolu 265 TFUE;

tiddikjara li, f’ċirkustanzi fejn il-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima (iktar ’il quddiem il-“PNEK”) Olandiż ma huwiex konformi mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, dan ġie evalwat u/jew adottat u/jew ippubblikat b’mod illegali mill-Kummissjoni, u jikser għalhekk id-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali u/jew huwa illegali;

tiddikjara li l-Kummissjoni naqset milli tosserva l-obbligi pożittivi tagħha taħt id-dritt tal-Unjoni u taħt id-dritt internazzjonali li tieħu dawk il-miżuri neċessarji u xierqa sabiex tindirizza u/jew tirrimedja n-nuqqas ta’ konformità tal-PNEK Olandiż mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus;

tiddikjara li r-Regolament (EU) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ma jagħtix effett lid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, inkluż l-Artikolu 7 tiegħu, u bħal tali ma huwiex konformi mad-dritt ambjentali tal-Unjoni u mad-dritt ambjentali internazzjonali, u huwa għalhekk illegali;

filwaqt li tqis in-nuqqas ta’ konformità tal-PENK u, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ konformità tal-PNEK Olandiż mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, tiddikjara li n-nuqqas tal-Kummissjoni milli twettaq l-obbligi tagħha skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 jikkostitwixxi ksur ta’ dan ir-regolament, ksur tal-Konvenzjoni u, barra minn hekk, jikkostitwixxi ksur tat-Trattati;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kkomunikata lir-rikorrenti b’ittra datata l-1 ta’ April 2022 għandha tiġi annullata sa fejn din tikkostitwixxi ksur tat-Trattati u tad-dritt ambjentali. F’Diċembru 2021, ir-rikorrenti ressqet talba lill-Kummissjoni fejn talbitha twettaq reviżjoni interna fir-rigward ta’ kwistjonijiet inklużi fiha li jikkonċernaw id-dritt ambjentali. Bi tweġiba għat-talba tar-rikorrenti għal reviżjoni interna, il-Kummissjoni qieset li t-talba tar-rikorrenti kienet inammissibbli. Ir-rikorrenti targumenta li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward hija fundamentalment ivvizzjata, tammonta għal ksur tad-dritt ambjentali tal-Unjoni u tad-dritt ambjentali internazzjonali, u tikkostitwixxi ksur tat-Trattati. Ir-rikorrenti targumenta li l-Kummissjoni qiegħda tikser l-obbligi pożittivi tagħha taħt it-Trattati u d-dritt internazzjonali, inklużi l-Artikoli 3, 6 u 7 tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku, fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus). Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontesata tal-Kummissjoni kisret leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni inklużi l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u/jew l-obbligi tagħha taħt ir-Regolament (UE) 2018/1999. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikser id-dritt tagħha ta’ aċċess għal rimedju legali taħt il-Konvenzjoni ta’ Aahrus u r-Regolament ta’ Aarhus (kif emendat).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE fir-rigward tal-PNEK evalwati, adottati u ppubblikati mill-Kummissjoni inkluż, b’mod partikolari, il-PNEK Olandiż ikkontestat. Billi naqset milli taġixxi, il-Kummissjoni qiegħda tikser l-obbligi tagħha taħt it-Trattati u d-dritt internazzjonali, inklużi l-Artikoli 3, 6 u 7 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-ommissjoni tal-Kummissjoni kisret il-leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni inklużi, inter alia, l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (kif emendat).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li n-nuqqas tal-Kummissjoni milli tiżgura l-konformità sħiħa tal-PNEK Olandiż mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ifisser li l-imsemmi PNEK huwa, u ġie f’kull ħin materjali, evalwat, adottat u ppubblikat bi ksur manifest tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt internazzjonali u huwa għalhekk illegali. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti targumenta wkoll li n-nuqqas tal-Kummissjoni li tadotta u/jew tieħu miżuri xierqa sabiex tindirizza u tirrimedja din is-sitwazzjoni jikkostitwixxi ommissjoni min-naħa tal-Kummissjoni bi ksur tal-Artikolu 265 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-Regolament (UE) 2018/1999 ma jagħtix effett lid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, inkluż l-Artikolu 7 tiegħu, u bħala tali ma huwiex konformi mad-dritt ambjentali tal-Unjoni u mad-dritt ambjentali internazzjonali. Barra minn hekk, jew sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li r-Regolament (UE) 2018/1999 jikser it-Trattati. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ssostni li r-Regolament (UE) 2018/1999 għandu jiġi ddikjarat illegali.

(1)  Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2018 L 328, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264 p. 13).

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/15

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2022 – Föreningen Svenskt Landskapsskydd vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-346/22)

(2022/C 311/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Föreningen Svenskt Landskapsskydd (Höganäs, l-Isvezja) (rappreżentant: G. Byrne, Barrister-at-Law)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrenti sabiex issir reviżjoni interna, innotifikata lir-rikorrenti b’ittra tal-1 ta’ April 2022, sa fejn din tikser it-Trattati;

tiddikjara, barra minn hekk jew sussidjarjament, li l-Kummissjoni naqset illegalment milli tieħu azzjoni skont l-Artikolu 265 TFUE;

tiddikjara li, f’ċirkustanzi fejn il-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima (iktar ’il quddiem il-“PNEK”) Svediż ma huwiex konformi mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, dan ġie evalwat u/jew adottat u/jew ippubblikat b’mod illegali mill-Kummissjoni, u jikser għalhekk id-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali u/jew huwa illegali;

tiddikjara li l-Kummissjoni naqset milli tosserva l-obbligi pożittivi tagħha taħt id-dritt tal-Unjoni u taħt id-dritt internazzjonali li tieħu dawk il-miżuri neċessarji u xierqa sabiex tindirizza u/jew tirrimedja n-nuqqas ta’ konformità tal-PNEK Svediż mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus;

tiddikjara li r-Regolament (EU) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ma jagħtix effett lid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, inkluż l-Artikolu 7 tiegħu, u bħal tali ma huwiex konformi mad-dritt ambjentali tal-Unjoni u mad-dritt ambjentali internazzjonali, u huwa għalhekk illegali;

filwaqt li tqis in-nuqqas ta’ konformità tal-PENK u, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ konformità tal-PNEK Svediż mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, tiddikjara li n-nuqqas tal-Kummissjoni milli twettaq l-obbligi tagħha skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 jikkostitwixxi ksur ta’ dan ir-regolament, ksur tal-Konvenzjoni u, barra minn hekk, jikkostitwixxi ksur tat-Trattati;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kkomunikata lir-rikorrenti b’ittra datata l-1 ta’ April 2022 għandha tiġi annullata. Ir-rikorrenti ressqet talba lill-Kummissjoni b’ittra datata l-15 ta’ Diċembru 2021. Bi tweġiba għat-talba tar-rikorrenti, bl-ittra tagħha hawn fuq imsemmija, il-Kummissjoni qieset li t-talba tar-rikorrenti kienet inammissibbli. Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward hija fundamentalment ivvizzjata, tammonta għal ksur tad-dritt ambjentali tal-Unjoni u tad-dritt ambjentali internazzjonali, u tikkostitwixxi ksur tat-Trattati. Ir-rikorrenti targumenta li l-Kummissjoni qiegħda tikser l-obbligi pożittivi tagħha taħt it-Trattati u d-dritt internazzjonali, inklużi l-Artikoli 3, 6 u 7 tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku, fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus). Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontesata tal-Kummissjoni kisret leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni inklużi l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikser id-dritt tagħha ta’ aċċess għal rimedju legali taħt il-Konvenzjoni ta’ Aahrus u r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (kif emendat).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE fir-rigward tal-PNEK evalwati, adottati u ppubblikati mill-Kummissjoni inkluż, b’mod partikolari, il-PNEK Svediż ikkontestat. Billi naqset milli taġixxi, il-Kummissjoni qiegħda tikser l-obbligi tagħha taħt it-Trattati u d-dritt internazzjonali, inklużi l-Artikoli 3, 6 u 7 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-ommissjoni tal-Kummissjoni kisret il-leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni inklużi, inter alia, l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (kif emendat).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li n-nuqqas tal-Kummissjoni milli tiżgura l-konformità sħiħa tal-PNEK Svediż mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ifisser li l-imsemmi PNEK huwa, u ġie f’kull ħin materjali, evalwat, adottat u ppubblikat bi ksur manifest tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt internazzjonali u huwa għalhekk illegali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-Regolament (UE) 2018/1999 ma jagħtix effett lid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, inkluż l-Artikolu 7 tiegħu, u bħala tali ma huwiex konformi mad-dritt ambjentali tal-Unjoni u mad-dritt ambjentali internazzjonali. Barra minn hekk, jew sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li r-Regolament (UE) 2018/1999 jikser it-Trattati. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ssostni li r-Regolament (UE) 2018/1999 għandu jiġi ddikjarat illegali.

(1)  Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2018 L 328, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264 p. 13).

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/16

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2022 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-366/22)

(2022/C 311/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) tas-26 ta’ Lulju 2021 dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 56867 (2020/N, ex 2020/PN – Il-Ġermanja – Kumpens għad-danni kkawżati mill-pandemija tal-Covid-19 lil Condor Flugdienst GmbH (1); u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(2)(b) TFUE u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-eżami mill-ġdid tagħha tal-proporzjonalità għall-għajnuna għad-dannu kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tikser dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li kienu fil-bażi tal-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni sa mill-aħħar tas-snin tmenin, jiġifieri, nondiskriminazzjoni, il-provvista libera ta’ servizzi u l-istabbiliment liberu, u r-Regolament 1008/2008 (2).

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tniehdi proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni.

(1)  ĠU 2022, C 177, p. 1

(2)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU 2008, L 293, p. 3).

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/17

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – Diesel v EUIPO – Lidl Stiftung (Joggjeans)

(Kawża T-378/22)

(2022/C 311/20)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Diesel SpA (Breganza, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica, F. Fischetti u F. De Bono, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni tat-trade mark verbali “Joggjeans” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Nru 1 180 919

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2022 fil-Każ R 1073/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ fl-intier tagħha r-rikors ippreżentat minn Diesel SpA u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż kollha tal-istadji preċedenti ta’ dawn il-proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(c) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/18

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – Diesel vs EUIPO – Lidl Stiftung (Joggjeans)

(Kawża T-379/22)

(2022/C 311/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Diesel SpA (Breganze, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica, F. Fischetti u F. De Bono, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Joggjeans” –Trade mark tal-Unjoni Nru 18 187 200

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2022 fil-Każ R 1074/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors fl-intier tiegħu ppreżentat minn Diesel SpA u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-parti intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż relatati mal-istadji preċedenti tal-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 8(4) ta’ dan ir-regolament.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/18

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2022 – Mndoiants vs Il-Kunsill

(Kawża T-390/22)

(2022/C 311/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Sergueï Mndoiants (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: F. Bélot u P. Tkhor, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 tat-8 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), sa fejn tinkludi l-isem tar-rikorrent fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 tat-8 ta’ April 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2), sa fejn jinkludi l-isem tar-rikorrent fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2014/269 tas-17 ta’ Marzu 2014;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Ir-rikorrent jsostni li l-informazzjoni pprovduta mill-Kunsill ma tippermettix li jiddefendi ruħu għar-raġuni li, minn naħa, l-informazzjoni pprovduta mill-Kunsill ma tistax tikkostitwixxi ġustifikazzjoni għall-miżuri restrittivi inkwistjoni minħabba n-natura mhux iddettaljata tagħha u, min-naħa l-oħra, il-Kunsill ma jifformulax motivi individwali, speċifiċi u konkreti ta’ natura li jagħtu lir-rikorrent indikazzjoni suffiċjenti tal-merti tal-att.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, għar-raġuni, minn naħa, li l-elementi invokati mill-Kunsill sabiex tinkludi lir-rikorrent fil-lista huma, fl-intier tagħhom, materjalment żbaljati u, min-naħa l-oħra, li l-Kunsill ma jistabbilixxi la li r-rikorrent huwa negozjant prominenti, u lanqas li huwa influwenti, u lanqas li huwa attiv f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-gvern tal-Federazzjoni Russa.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament. Ir-rikorrent iqis li s-sanzjonijiet imposti fuqu huma diskriminatorji kontrih u sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija minn dawn il-miżuri.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur ta’ drittijiet individwali fundamentali, inkluż id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, tad-dar u tal-komunikazzjonijiet. Billi inkluda lir-rikorrent fil-lista, il-Kunsill b’hekk aġixxa bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(1)  ĠU 2022, L 110, p. 55, rettifika fil-ĠU 2022, L 141, p. 131.

(2)  ĠU 2022, L 110, p. 3, rettifika fil-ĠU 2022, L 141, p. 130.

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/19

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2022 – Société générale et vs SRB

(Kawża T-391/22)

(2022/C 311/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société générale (Pariġi, Franza), Crédit du Nord (Lille, Franza), SG Option Europe (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni Nru SRB/ES/2022/18 tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 lill-SRF sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

bis-saħħa tal-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara inapplikabbli d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM (1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (2) u tar-Regolament ta’ Delega (3):

l-Artikoli 69(1), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament SRM;

l-Artikoli 4(2), 5, 6, 7 u 20 kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega;

l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ugwaljanza fit-trattament sa fejn il-metodi ta’ kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) previsti mir-Regolament SRM u mir-Regolament ta’ Delega la jirriflettu d-daqs reali, u lanqas ir-riskju reali tal-istituzzjonijiet.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li l-mekkaniżmu ta’ kontribuzzjonijiet ex ante lis-SRF, previst mir-Regolament SRM u mir-Regolament ta’ Delega, huwa bbażat fuq evalwazzjoni li taggrava b’mod artifiċjali l-profil tar-riskju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ daqs kbir Franċiż u għalhekk jirriżulta f’ammont ta’ kontribuzzjoni li huwa għoli b’mod sproporzjonat.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, peress li l-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet ex ante iffissat mir-Regolament SRM, mir-Regolament ta’ Delega u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, minn naħa, ma setax jiġi antiċipat biżżejjed kmieni bi preċiżjoni u, min-naħa l-oħra, ma jiddependix tant fuq is-sitwazzjoni u l-profil tar-riskju speċifiku għall-istituzzjoni kif ukoll fuq is-sitwazzjoni relattiva tagħha fir-rigward tal-istituzzjonijiet kontribwenti l-oħra. Fl-aħħar, ir-rikorrenti jqisu li, skont l-Artikolu 290 TFUE, il-Kummissjoni ma kellhiex tkun responsabbli sabiex tiddetermina l-indikaturi tar-riskju fil-kuntest tar-Regolament ta’ Delegat, sa fejn dawn il-kriterji għandhom funzjoni eminentement strutturanti u deċiżiva fl-iffissar tal-ammonti tal-kontribuzzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba sa fejn l-indikaturi kollha tar-riskju ma ġewx debitament ikkunsidrati mid-deċiżjoni kkontestata.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-iffissar tal-koeffiċjent ta’ aġġustament. Ir-rikorrenti jsostnu żball ta’ liġi peress li s-SRB, li bbaża ruħu fuq interpretazzjoni żbaljata ta’ diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament SRM, stabbilixxa koeffiċjent ta’ aġġustament li kien manifestament għoli wisq.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tar-restrizzjoni għall-użu ta’ impenji ta’ ħlas irrevokabbli, għar-raġuni li d-deċiżjoni kkontestata ma tindikax b’mod preċiż u fid-dettall kif ikun meħtieġ, minn naħa, li jiġi stabbilit il-limitu għall-użu ta’ impenji ta’ ħlas irrevokabbli għal 15 % u, min-naħa l-oħra, li jiġu aċċettati biss flus kontanti bħala garanzija.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti jsostnu f’dan ir-rigward li r-riskji ta’ proċikliċità u ta’ likwidità invokati mis-SRB sabiex jillimitaw l-użu ta’ impenji ta’ ħlas irrevokabbli huma infondati, meta wieħed iqis b’mod partikolari l-karatteristiċi speċifiċi ta’ impenji ta’ ħlas irrevokabbli u l-kuntest tal-użu tagħhom.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi. Ir-rikorrenti jsostnu li s-SRB, minn naħa, tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet li jippermettu l-użu ta’ impenji ta’ ħlas irrevokabbli billi timponi miżura identika għall-istabbilimenti kollha fuq il-bażi ta’ analiżi astratta u, min-naħa l-oħra, iċaħħad dawn id-dispożizzjonijiet mill-effett utli tagħhom safejn il-proporzjon ta’ impenji ta’ ħlas irrevokabbli huwa limitat b’mod sistematiku u mingħajr ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-minimu legali.

(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta’ Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 15, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/21

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2022 – Confédération nationale du Crédit mutuel et vs SRB

(Kawża T-392/22)

(2022/C 311/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Conféderation nationale du Crédit Mutuel (Pariġi, Franza) u l-25 rikorrent ieħor (rappreżentanti: A. Gosset Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni Nru SRB/ES/2022/18 tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 lill-SRF sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

bis-saħħa tal-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara inapplikabbli d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM (1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (2) u tar-Regolament ta’ Delega (3):

l-Artikoli 69(1), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament SRM;

l-Artikoli 4(2), 5, 6, 7 u 20 kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega;

l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-391/22, Société Générale et vs SRB.

(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta’ Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 15, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/22

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2022 – BPCE et vs SRB

(Kawża T-393/22)

(2022/C 311/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BPCE (Pariġi, Franza) u l-45 rikorrent ieħor (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni Nru SRB/ES/2022/18 tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 lill-SRF sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

bis-saħħa tal-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara inapplikabbli d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM (1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (2) u tar-Regolament ta’ Delega (3):

l-Artikoli 69(1), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament SRM;

l-Artikoli 4(2), 5, 6, 7 u 20 kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega;

l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-391/22, Société Générale et vs SRB.

(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta’ Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 15, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/22

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2022 – Banque postale vs SRB

(Kawża T-394/22)

(2022/C 311/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: La Banque postale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni Nru SRB/ES/2022/18 tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 lill-SRF sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

bis-saħħa tal-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara inapplikabbli d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM (1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (2) u tar-Regolament ta’ Delega (3):

l-Artikoli 69(1), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament SRM;

l-Artikoli 4(2), 5, 6, 7 u 20 kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega;

l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-391/22, Société Générale et vs SRB.

(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta’ Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 15, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/23

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2022 – Crédit agricole et vs SRB

(Kawża T-410/22)

(2022/C 311/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Crédit agricole SA (Montrouge, Franza) u t-48 rikorrent ieħor (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni Nru SRB/ES/2022/18 tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 lill-SRF sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

bis-saħħa tal-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara inapplikabbli d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM (1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (2) u tar-Regolament ta’ Delega (3):

l-Artikoli 69(1), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament SRM;

l-Artikoli 4(2), 5, 6, 7 u 20 kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega;

l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-391/22, Société Générale et vs SRB.

(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta’ Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 15, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/24

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2022 – Dexia Crédit Local vs SRB

(Kawża T-411/22)

(2022/C 311/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Dexia Crédit Local (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: H. Gilliams u J.-M. Gollier, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, bir-referenza SRB/ES/2022/18;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 69(2) tar-Regolament Nru 806/2014 (1) mid-deċiżjoni meħuda peress li tistabbilixxi l-livell mira għall-2022 għal wieħed minn tmienja ta’ 1,6 % tad-depożiti koperti fl-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SRF.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-illegalità tar-Regolament ta’ Delega Nru 2015/63 (2):

għall-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante lis-SRF, l-ewwel, ma huwiex konformi mal-għanijiet tar-Regolament Nru 806/2014, it-tieni, ma jieħux inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti hija istituzzjoni ta’ kreditu fil-ġestjoni f’likwidazzjoni li tibbenefika minn garanzija pubblika u li għaliha, bħala prinċipju, is-SRF qatt ma huwa ser isir użu minnu u, it-tielet, jagħmel ir-riżoluzzjoni ordnata tagħha iktar oneruża;

għall-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn jittratta istituzzjonijiet f’likwidazzjoni taħt garanzija pubblika bl-istess mod bħal istituzzjonijiet li huma attivi.

3.

It-tielet motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq il-ksur min-naħa tas-SRB tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament għall-istess raġunijiet bħal dawk esposti fit-tieni motiv, peress li s-SRB naqset milli tosserva dawn il-prinċipji billi applikat lir-rikorrenti, mingħajr adattament, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Delega Nru 2015/63.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali għall-Artikoli 5, 69 u 70 tar-Regolament Nru 806/2014 peress li dawn ġew adottati abbażi tal-Artikolu 114 TFUE meta din ma hijiex approssimazzjoni tal-liġijiet.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali għall-Artikoli 5, 69 u 70 tar-Regolament Nru 806/2014 peress li dawn ġew adottati abbażi tal-Artikolu 114 TFUE meta dawn huma dispożizzjonijiet fiskali.

(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/25

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2022 – BNP Paribas vs SRB

(Kawża T-420/22)

(2022/C 311/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BNP Paribas (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)