ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2022/C 307/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10649 — PKN ORLEN / NORMBENZ / SELECTED HUNGARIAN AND SLOVAK ASSETS OF MOL) ( 1 ) |
|
2022/C 307/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10804 — KKR / CONTOURGLOBAL) ( 1 ) |
|
III Atti preparatorji |
|
|
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW |
|
2022/C 307/03 |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2022/C 307/04 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2022/C 307/05 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar- Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati ( 1 ) |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2022/C 307/06 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10781 – KB AG / KB SFN / KBJ) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2022/C 307/07 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10839 - APOLLO CAPITAL MANAGEMENT / SCHUR FLEXIBLES GROUP) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2022/C 307/08 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10849 – HUK / BRI / LNN / PITSTOP) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2022/C 307/09 |
Avviż ta’ informazzjoni – Konsultazzjoni pubblika — Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Georgia |
|
2022/C 307/10 |
|
Rettifika |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
12.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10649 — PKN ORLEN / NORMBENZ / SELECTED HUNGARIAN AND SLOVAK ASSETS OF MOL)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 307/01)
Fit 15 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10649. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
12.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10804 — KKR / CONTOURGLOBAL)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 307/02)
Fit 8 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10804. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
III Atti preparatorji
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
12.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307/3 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta' Ġunju 2022
dwar it-twaqqif u l-funzjonament ta’ Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)
(CON/2022/20)
(2022/C 307/03)
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-25 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat pakkett leġiżlattiv (1) (minn hawn ’il quddiem il- “proposta”), li jipproponi l-istabbiliment ta’ Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni pubblikament disponibbli ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà, kif previst fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) adottat mill-Kummissjoni f’Settembru 2020. Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jikkunsidra li l-proposta taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, u ddeċieda li jeżerċita d-dritt tiegħu, kif stabbilit fit-tieni sentenza tal-Artikolu 127(4) u fl-Artikolu 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex jissottometti l-opinjoni tiegħu.
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127 (4) u 282 (5) tat-Trattat peress li l-proposta fiha dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kompiti tal-BĊE relatati mal-ġbir ta’ statistika skont l-Artikolu 5 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) u l-kontribut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja skont l-Artikolu 127(5) tat-Trattat u l-Artikolu 3.3 tal-Istatut tas-SEBĊ.
Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet Ġenerali
1.1. |
Il-BĊE jqis l-istabbiliment tal-ESAP bħala pass importanti fit-tlestija tas-CMU u jilqa’ l-objettiv tal-proposta li tipprovdi aċċess ċentralizzat fl-Unjoni kollha għal informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja pubblika dwar entitajiet u titoli tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tas-sostenibbiltà, b’mod mhux diskriminatorju u effiċjenti. L-informazzjoni aċċessibbli permezz tal-ESAP se tagħmilha aktar faċli għall-investituri biex jidentifikaw ditti u proġetti xierqa fuq bażi transfruntiera u għandha l-potenzjal li tagħti viżibbiltà akbar lill-entitajiet li qed ifittxu finanzjament, inklużi intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u kumpaniji li huma parti minn swieq kapitali nazzjonali iżgħar. L-ESAP, jekk ikun imfassal u implimentat tajjeb, b’hekk jippermetti allokazzjoni aktar effiċjenti tal-kapital madwar l-Unjoni, li jikkontribwixxi għal aktar żvilupp u integrazzjoni tas-swieq kapitali. Integrazzjoni aktar profonda tas-swieq kapitali hija meħtieġa għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, huma jimmobilizzaw ir-riżorsi meħtieġa biex jiffaċilitaw l-aċċess tal-parteċipanti fis-suq għall-finanzjament ekoloġiku u għall-finanzjament għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali. It-tieni, l-integrazzjoni tas-swieq kapitali Ewropej tista’ tkun mistennija li ttejjeb it-trażmissjoni tal-politika monetarja unika lill-partijiet kollha taż-żona tal-euro. It-tielet, swieq kapitali aktar profondi u integrati sew se jagħmlu s-sistema finanzjarja aktar reżiljenti. Il-finanzjament u l-investimenti transfruntiera jtejbu l-kondiviżjoni tar-riskju madwar l-Unjoni u b’hekk jagħmlu l-ekonomiji tal-Istati Membri aktar reżiljenti għax-xokkijiet. Għalhekk, il-BĊE jtenni (2) l-importanza tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni fil-pront tal-inizjattivi taħt il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar is-CMU tal-2020. |
1.2. |
L-ESAP huwa wkoll ta’ rilevanza għall-BĊE peress li l-istabbiliment tiegħu mhux biss itejjeb l-aċċess tas-SEBĊ għal informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja pubblika, informazzjoni permezz ta’ aċċess mingħajr spejjeż, immedjat u dirett għal dik l-informazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, iżda jgħin ukoll biex jingħelbu wħud mill-ostakli ewlenin li jirriżultaw mill-ħtieġa għal analiżi statistika u ekonomika aktar profonda ta’ informazzjoni u settijiet ta’ data li jirriżultaw minn direttivi u regolamenti differenti tal-Unjoni. Dawn jinkludu: (i) informazzjoni rari tiġi ddivulgata ċentralment u lanqas ikkumplimentata b’meta data adegwata; (ii) nuqqas ta’ standards komuni, formati interoperabbli u funzjonijiet tekniċi biex tiġi divulgata u titniżżel l-informazzjoni f’format strutturat li jinqara mill-magni; (iii) l-użu ta’ identifikaturi differenti għall-istess entità f’direttivi u regolamenti differenti tal-Unjoni; u (iv) nuqqas ta’ jew limitazzjonijiet fl-interfaċċja tal-utent biex jippermettu t-tiftix rapidu u l-ipproċessar tad-data. L-indirizzar ta’ dawn il-kwistjonijiet, permezz tal-istabbiliment tal-ESAP kif ukoll permezz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, se jiffaċilita l-ġbir tad-data u l-aċċessibbiltà tagħha għal finijiet statistiċi, u fl-aħħar mill-aħħar l-użu u l-kondiviżjoni tagħha (speċjalment ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni) f’konformità mal-qafas legali applikabbli. Se jtejjeb ukoll il-ħidma operattiva u analitika tal-BĊE u b’hekk jappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu. |
1.3. |
Il-BĊE jilqa’ wkoll l-integrazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mad-data finanzjarja u mhux finanzjarja (3). Din l-integrazzjoni u l-istabbiliment ta’ tali “punt uniku ta’ servizz” li jkun fih l-informazzjoni ewlenija kollha dwar entità, inkluż il-profil tas-sostenibbiltà tagħha, ikunu ta’ benefiċċju mhux biss għall-investituri – u b’hekk jippromwovu t-tkabbir tas-swieq kapitali ekoloġiċi u joħolqu CMU ekoloġika – iżda għall-partijiet ikkonċernati privati u pubbliċi kollha interessati fir-rapportar finanzjarju u dwar is-sostenibbiltà. Mill-perspettiva tal-BĊE, id-disponibbiltà mtejba ta’ informazzjoni komparabbli relatata mas-sostenibbiltà, li tirriżulta b’mod partikolari mid-direttiva proposta dwar ir-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (4), tappoġġa u tiffaċilita deċiżjonijiet infurmati u l-implimentazzjoni tagħhom fir-rigward tal-qafas tal-politika monetarja, is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-kontribut għat-twettiq bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. B’mod partikolari, il-konċentrazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fi ħdan l-ESAP tappoġġa l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-BĊE biex jinkorpora kunsiderazzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima fil-qafas tal-politika monetarja tiegħu (5). |
2. Osservazzjonijiet speċifiċi
2.1. Identifikatur tal-entità legali
2.1.1. |
Il-BĊE jilqa’ l-fatt li, biex jiġi żgurat li l-informazzjoni pprovduta lill-ESAP tkun ħielsa minn kwalunkwe tibdil mhux dovut, il-proposta tipprevedi li l-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat li jista’, jekk ikun disponibbli, jinkludi l-identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI) bħala attribut obbligatorju taċ-ċertifikat imsemmi li għandu jkun disponibbli għall-utenti (6). |
2.1.2. |
Il-BĊE jilqa’ l-impożizzjoni tal-LEI bħala attribut obbligatorju madwar l-Unjoni, li jikklassifika fuq kwalunkwe identifikatur ġeneriku ieħor għall-entitajiet ikkonċernati minn diversi direttivi u regolamenti tal-Unjoni, peress li dan jiffaċilita mhux biss l-identifikazzjoni ta’ dawn l-entitajiet iżda wkoll il-preċiżjoni, it-tiftix, l-irkupru, l-użu u l-interoperabbiltà tal-informazzjoni pprovduta lill-ESAP. |
2.1.3. |
Fin-nuqqas ta’ LEI, il-BĊE jirrakkomanda lill-korpi tal-ġbir indirizzati fid-direttivi u r-regolamenti sottostanti (7) jiġu enfasizzati mezzi alternattivi biex tiġi żgurata b’mod effiċjenti identifikazzjoni unika tal-entitajiet ikkonċernati. B’mod partikolari, dan jista’ jinkludi referenza għal sett ta’ identifikaturi nazzjonali u industrijali użati b’mod komuni, u għalhekk disponibbli b’mod wiesa’ fl-Istati Membri, li jiġi ppubblikat u miżmum mill-BĊE (8). B’mod parallel, tali referenza tista’ tinkoraġġixxi wkoll lill-korpi ta’ ġbir biex jinkorporaw identifikaturi disponibbli permezz ta’ inizjattivi oħra tal-Unjoni dwar ir-reġistri kummerċjali (9). |
2.1.4. |
Barra minn hekk, ir-rekwiżiti għal LEI validu huma definiti mill-istandard 17442 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) dwar l-LEI (10). Bis-saħħa ta’dawn l-istandards, LEI validu huwa magħmul minn 20 karattru li jirreġistraw sett ta’ attributi definiti, li l-aħħar tnejn minnhom jikkonsistu f’ċifri ta’ kontroll, ikkalkulati fuq il-bażi ta’ skema speċifika. Għalhekk, ma hemm l-ebda armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-LEI li tiżgura mezz uniformi ta’ identifikazzjoni tal-informazzjoni kollha li tista’ tiġi żvelata jew irrapportata minn entità partikolari. |
2.1.5. |
Il-proposta ma tindirizzax il-problemi li jirriżultaw min-nuqqas ta’ LEI bħala attribut obbligatorju għall-entitajiet madwar l-Unjoni, u tiddelega s-setgħa li jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-LEI tal-entitajiet li ssottomettew l-informazzjoni lill-korp tal-ġbir xieraq. Il-BĊE jirrikonoxxi l-flessibbiltà li tali delega tista’ toffri. Madankollu, il-BĊE jqis li, sakemm l-LEI jiġi definit aktar, l-użu tal-ESAP se jkun limitat u jara mertu fil-proposta li jiċċara li l-entitajiet li jipprovdu l-informazzjoni għandhom jużaw l-LEI speċifikat (11) jew, fin-nuqqas ta’ LEI, mezzi oħra biex jiżguraw identifikazzjoni unika. |
2.2. Kwalità tad-data
2.2.1. |
Il-qafas tal-kwalità tad-data previst fil-proposta (12) huwa limitat għal validazzjonijiet awtomatizzati mwettqa mill-korpi tal-ġbir u mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) dwar l-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet għall-finijiet ta’ verifika (i) tal-konformità mal-format meħtieġ; (ii) id-disponibbiltà u l-kompletezza tal-metadata meħtieġa; (iii) is-sottomissjoni ta’ siġill elettroniku kwalifikat; u (iv) jekk l-informazzjoni hijiex manifestament mhux xierqa, abbużiva, jew b’mod ċar barra mill-kamp ta’ applikazzjoni rilevanti. Minbarra dawn il-validazzjonijiet awtomatizzati, il-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta fl-ESAP mhijiex soġġetta għal kontrolli tal-kwalità mill-korpi tal-ġbir jew mill-ESMA, li potenzjalment jippermettu li data ta’ informazzjoni mhux preċiża u mhux affidabbli tiġi inkluża fl-ESAP. |
2.2.2. |
Barra minn hekk, mhuwiex ċar mill-proposta jekk l-oqfsa tal-kwalità tad-data li jistgħu japplikaw għad-divulgazzjonijiet differenti skont l-atti legali msemmija fil-proposta jkunux applikabbli b’estensjoni għas-sottomissjoni tad-data divulgata msemmija lill-korpi tal-ġbir għall-aċċessibbiltà permezz tal-ESAP. |
2.2.3. |
In-nuqqas ta’ kwalunkwe sistema li timminimizza r-riskju ta’ ineżattezzi jista’ jdgħajjef l-affidabbiltà tal-informazzjoni aċċessibbli permezz tal-ESAP, jipperikola l-fiduċja tal-pubbliku fil-pjattaforma u b’hekk ifixkel l-objettiv tal-ESAP li jrawwem aktar integrazzjoni tas-servizzi finanzjarji u s-swieq kapitali tal-Unjoni billi joffri aċċess għall-Unjoni kollha għal informazzjoni komparabbli u affidabbli. |
2.2.4. |
Il-BĊE jirrikonoxxi l-karattru dinamiku tal-proposta u l-fatt li huwa previst li tiġi żviluppata aktar maż-żmien, filwaqt li jinstab bilanċ bejn il-fattibbiltà u l-użu. L-inklużjoni tal-possibbiltà għall-iżvilupp futur ta’ qafas tal-kwalità tad-data tipprovdi lill-ESAP b’livell ta’ affidabbiltà suffiċjenti biex jintlaħaq l-għan li jikkostitwixxi sors ta’ informazzjoni komparabbli u preċiża fl-Unjoni kollha. Għalhekk, simili għall-istrateġija segwita għall-introduzzjoni gradwali tal-funzjonalitajiet tal-ESAP, l-iżvilupp ta’ qafas tal-kwalità tad-data u governanza ċara tad-data, li jirreferu wkoll għall-puntwalità, il-protezzjoni tad-data u l-kunsiderazzjonijiet tal-integrità, jistgħu jiġu previsti fil-proposta b’dewmien fid-dħul fis-seħħ. Dan l-approċċ jippermetti wkoll l-akkumulazzjoni ta’ informazzjoni u esperjenza suffiċjenti fl-ESAP għal kontrolli tal-kwalità bbażati fuq ir-regoli li għandhom jitfasslu u jiġu implimentati matul iż-żmien. Dan l-aspett diġà jista’ jiġi kkunsidrat meta jiġi żviluppat l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni. |
2.3. Qafas ta’ konformità
2.3.1. |
Il-BĊE jilqa’ l-fatt li l-entitajiet iridu jiżguraw il-preċiżjoni tal-informazzjoni li jippreżentaw lill-korpi tal-ġbir (13). Madankollu, il-proposta ma tistabbilixxi l-ebda tip ta’ konsegwenza legali fil-każ li l-entitajiet jonqsu milli jittrażmettu informazzjoni preċiża. Għalhekk, filwaqt li d-dispożizzjoni tindika b’mod xieraq li la l-korpi ta’ ġbir u lanqas l-ESMA, bħala l-korp li jopera l-ESAP, ma jassumu xi responsabbiltà għall-preċiżjoni tal-informazzjoni integrata fl-ESAP, ma hija pprovduta l-ebda protezzjoni espliċita għall-utenti tal-ESAP kontra kwalunkwe telf jew dannu potenzjali li jista’ jirriżulta mill-użu tagħhom ta’ informazzjoni skorretta jew mhux kompluta mill-ESAP. |
2.3.2. |
Barra minn hekk, il-proposta ma tiċċarax jekk l-oqfsa ta’ konformità li jistgħu japplikaw għad-divulgazzjonijiet differenti skont l-atti legali msemmija fil-proposta (14) jestendux għas-sottomissjoni tad-data żvelata lill-korpi tal-ġbir għall-aċċessibbiltà ta’ tali informazzjoni dwar l-ESAP. |
2.3.3. |
Qafas ċar u espliċitu li jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet li għalihom ikunu soġġetti l-entitajiet li jissottomettu informazzjoni lill-korpi tal-ġbir jiżgura l-konformità mal-obbligu tagħhom li jissottomettu informazzjoni preċiża. Dan itejjeb il-kwalità tad-data disponibbli dwar l-ESAP, u jikkontribwixxi għall-użu u l-affidabbiltà tiegħu. B’riżultat ta’ dan, l-ESAP jibni l-fiduċja tal-utenti fl-informazzjoni tiegħu, u jilħaq b’mod effettiv l-objettiv tiegħu li jikkostitwixxi sors uniku fl-Unjoni kollha ta’ informazzjoni komparabbli u preċiża. |
2.4. Kamp ta’ applikazzjoni tad-data
2.4.1. |
Il-BĊE jilqa’ l-fatt li l-ESAP jiffoka fuq informazzjoni li l-entitajiet diġà huma meħtieġa jiddivulgaw u li ma jintroduċix rekwiżiti addizzjonali ta’ divulgazzjoni jew rapportar. Barra minn hekk, billi jtejjeb l-aċċess għall-informazzjoni eżistenti, l-ESAP se jiffaċilita użu akbar tad-data u jimmassimizza l-benefiċċji tal-isforzi ta’ rappurtar tal-kumpaniji. Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni aktar limitat tad-data aċċessibbli permezz tal-ESAP vis-à-vis ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni sħiħa skont l-atti legali msemmija fil-proposta (15), il-BĊE jirrakkomanda li tiġi applikata sistema awtomatizzata li xxerred id-data meħtieġa skont l-ESAP. Mill-perspettiva tar-rappurtar, dan jista’ jsir abbażi ta’ regoli ta’ mmappjar definiti minn qabel, simili għall-proposta tal-Kummissjoni għal mezzi ta’ divulgazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi (16) iżda applikati għall-entitajiet kollha. |
2.4.2. |
Filwaqt li l-ESAP jibda jiġbor l-informazzjoni maż-żmien wara l-istabbiliment tiegħu, il-proposta ma tipprevedix il-ġbir ta’ data storika maħruġa qabel l-istabbiliment tiegħu. Ikun possibbli li tinħoloq serje ta’ żmien mill-bidu tal-ESAP għal settijiet ta’ data dwar data finanzjarja u relatata mas-sostenibbiltà li tkun diġà nġabret u ġiet ippubblikata għal diversi snin qabel l-istabbiliment tal-ESAP. Il-BĊE jinkoraġġixxi l-inklużjoni ta’ tali data storika għal settijiet ta’ data li huma disponibbli u li għalihom dan huwa fattibbli, peress li din tkun informazzjoni utli għall-investituri u l-awtoritajiet li huma interessati fl-analiżi tax-xejriet u l-iżviluppi fid-data finanzjarja u relatata mas-sostenibbiltà. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Ġunju 2022.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lli jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà, COM(2021)723 final (minn hawn ’il quddiem ir-“regolament propost dwar l-ESAP”); proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt uniku ta’ aċċess Ewropew, COM (2021) 725 final; u u proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt uniku ta’ aċċess Ewropew, COM(2021) 724 final.
(2) Ara l-paragrafu 1.4 tal-Opinjoni CON/2021/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-7 ta’ Settembru 2021 dwar proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva 2013/34/UE, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU C 446, 3.11.2021, p. 2). L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma disponibbli fuq EUR-Lex. Ara l-blog post ta’ Luis de Guindos, Viċi President tal-BĊE, u Fabio Panetta u Isabel Schnabel, Membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, “Europe needs a fully-fledged capital markets union – now more than ever [L-Ewropa teħtieġ unjoni sħiħa tas-swieq kapitali — issa aktar minn qatt qabel]”, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu. Ara d-diskors ta’ Christine Lagarde, “Towards a green capital markets union for Europe”, [Lejn unjoni ekoloġika tas-swieq tal-kapital għall-Ewropa] disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(3) Ara l-paragrafu 1.4 tal-Opinjoni CON/2021/27.
(4) Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE, u r-Regolament (UE) Nru 537/2014, fir-rigward tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà korporattiva, COM (2021) 189 final.
(5) Ara l-istqarrija għall-istampa “ECB presents action plan to include climate change considerations in its monetary policy strategy” [Il-BĊE jippreżenta pjan ta' azzjoni biex jinkludi kunsiderazzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima fl-istrateġija tal-politika monetarja tiegħu], tat-8 ta’ Lulju 2021, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(6) Ara l-proposta 15 tar-regolament propost.
(7) Ara l-Anness għar-Regolament propost dwar l-ESAP.
(8) Ara l-materjal ta' sfond ippubblikat mill-BĊE fil-kuntest tas-sistema ta' ġbir ta' data AnaCredit dwar is-self bankarju: disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(9) Ara s-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS) ibbażata fuq id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1042 tal-18 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2244 (ĠU L 225, 25.6.2021, p. 7), jew il-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju bbażat fuq ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li jħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197 tal-30 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet u arranġamenti tekniċi skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju li jħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 271, 18.8.2020, p. 1).
(10) Ara r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1); l-Artikolu 11(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/394 tal-11 ta’ Novembru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-formoli u l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, ir-rieżami u l-evalwazzjoni tad-depożitorji ċentrali tat-titoli, għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti, għall-konsultazzjoni tal-awtoritajiet involuti fl-awtorizzazzjoni biex jiġu pprovduti servizzi anċillari ta' tip bankarju, għal aċċess li jinvolvu depożitorji ċentrali tat-titoli, u fir-rigward tal-format tar-rekords li għandhom jinżammu mid-depożitarji tat-titoli ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 65, 10.3.2017, p. 145); u l-punt 1.10 tal-Anness tar-regolament ESAP propost. Ara wkoll ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8); l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/708 tas-17 ta' April 2018 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-mudell li għandu jintuża mill-maniġers tal-fondi tas-suq monetarju meta jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 119, 15.5.2018, p. 5); u, punt 1.16 tal-Anness tar-regolament ESAP propost.
(11) Ara s-sitt subparagrafu tal-paragrafu 2.4 tal-Opinjoni CON/2014/49 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (ĠU C 336, 26.9.2014, p. 5); il-paragrafu 2.2 tal-Opinjoni CON/2016/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Marzu 2016 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ (ĠU C 195, 2.6.2016, p. 1); il-paragrafu 2.1 tal-Opinjoni CON/2016/44 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2016 dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi Ewropej għall-intraprenditorija soċjali (ĠU C 394, 26.10.2016, p. 2); u l-paragrafu 2.5.3 tal-Opinjoni CON/2021/27.
(12) Ara l-punt (b) tal-Artikolu 5(1) u l-Artikoli 5(2) u 10(1) tar-regolament propost dwar l-ESAP.
(13) Ara l-Artikolu 5(4) tar-regolament ESAP propost.
(14) Ara l-Anness mar-Regolament propost dwar l-ESAP.
(15) Ara l-Anness mar-Regolament propost dwar l-ESAP.
(16) Il-punt propost (182) tal-Artikolu 1 ta’ proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, għar-riskju ta’ aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operattiv, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output, COM (2021) 664 final.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
12.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307/8 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-11 ta' Awwissu 2022
(2022/C 307/04)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0338 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
136,57 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4395 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,84575 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,3600 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9712 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
139,70 |
NOK |
Krona Norveġiża |
9,8040 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,346 |
HUF |
Forint Ungeriż |
394,18 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6828 |
RON |
Leu Rumen |
4,9055 |
TRY |
Lira Turka |
18,5674 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4532 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3202 |
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,1118 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6045 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4151 |
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 344,62 |
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
16,7083 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,9668 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5150 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 215,93 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5952 |
PHP |
Peso Filippin |
57,225 |
RUB |
Rouble Russu |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,343 |
BRL |
Real Brażiljan |
5,2447 |
MXN |
Peso Messikan |
20,6398 |
INR |
Rupi Indjan |
82,2845 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
12.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307/9 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar- Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 307/05)
Stat Membru |
Franza |
|||||
Rotta kkonċernata |
Castres – Pariġi (Orly) |
|||||
Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku |
is-6 ta’ Mejju 2002 |
|||||
Data tad-dħul fis-seħħ tal-modifiki |
l-1 ta’ Ġunju 2023 |
|||||
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Digriet tat-13 ta’ Lulju 2022 li jemenda l-obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi tal-ajru skedati bejn Castres u Pariġi (Orly) NOR: TREA2216641A http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do Għal iktar informazzjoni kkuntattja lil:
Tel. +33 158094321 |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
12.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10781 – KB AG / KB SFN / KBJ)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 307/06)
1.
Fl-4 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Knorr-Bremse AG (“KB AG”, il-Ġermanja), |
— |
Knorr-Bremse Systeme für Nutzfahrzeuge GmbH (“KB SfN”, il-Ġermanja), li bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn KB AG u Robert Bosch GmbH (“Bosch”, il-Ġermanja), |
— |
Knorr-Bremse Commercial Vehicle Systems Japan Ltd (“KBJ”, il-Ġappun), li bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn KB AG u Bosch. |
KB AG se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll eklużiv ta’ KB SfN u KBJ.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
KB AG hija fornitur globali ta’ sistemi tal-ibbrejkjar u sistemi oħra għall-vetturi ferrovjarji u kummerċjali, |
— |
KB SfN tipprovdi soluzzjonijiet ta’ bbrejkjar pnewmatiċi għal vetturi kummerċjali medji u tqal, kif ukoll prodotti oħra inklużi soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tat-trażmissjoni (unitajiet ta’ attwazzjoni tal-klaċċ u unitajiet ta’ kontroll tal-gerijiet), dampers, u sistemi tal-istering, |
— |
KBJ tinkludi l-akbar parti tan-negozju tas-Sistemi Kummerċjali tal-Vetturi ta’ KB AG fil-Ġappun u tforni firxa ta’ prodotti u sistemi għat-trakkijiet, il-karozzi tal-linja, it-trailers u l-makkinarju agrikolu, b’mod partikolari s-sistemi tal-ibbrejkjar pnewmatiċi u s-sistemi tal-istering, is-sistemi ta’ assistenza għas-sewwieqa, is-sewqan awtomatizzat u l-kontroll elettroniku tal-invellar. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10781 – KB AG / KB SFN / KBJ
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
12.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10839 - APOLLO CAPITAL MANAGEMENT / SCHUR FLEXIBLES GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 307/07)
1.
Fit-2 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Apollo Capital Management, L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
Schur Flexibles GmbH, (“Schur Flexibles”, l-Awstrija). |
Apollo se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Schur Flexibles.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Apollo: l-investiment f’diversi negozji madwar id-dinja inklużi, fost l-oħrajn, kumpaniji fin-negozji tal-produzzjoni tal-kimika, tal-proprjetà immobbli, tal-assikurazzjoni, tal-karta u tat-televiżjoni, |
— |
Schur Flexibles: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti flessibbli tal-imballaġġ u l-kummerċ tal-materja prima għall-manifattura tagħha fil-livell globali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10839 - APOLLO CAPITAL MANAGEMENT / SCHUR FLEXIBLES GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
12.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307/13 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10849 – HUK / BRI / LNN / PITSTOP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 307/08)
1.
Fl-4 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
HUK-Coburg Haftpflicht-Unterstützungs-Kasse kraftfahrender Beamter Deutschlands a.G. (“HUK”, il-Ġermanja), |
— |
LNN Flug GmbH (“LNN”, il-Ġermanja), proprjetà esklużiva ta’ Stefan Kulas, |
— |
Bridgestone Europe NV/AS (“BRI”, il-Belġju), is-sussidjarja Ewropea ta’ Bridgestone Corporation (“Bridgestone”, il-Ġappun), |
— |
pitstop.de GmbH (“pitstop”, il-Ġermanja). |
HUK, BRI u LNN se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ pitstop kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
HUK hija kumpanija tal-assikurazzjoni b’enfasi fuq l-assikurazzjoni tal-vetturi bil-mutur, |
— |
LNN hija attiva fil-kiri tal-ajruplani, |
— |
BRI prinċipalment tforni tajers ġodda lill-manifatturi tal-karozzi u lill-bejjiegħa bl-imnut tat-tajers. Barra minn hekk, is-sussidjarji tal-BRI huma attivi fil-qasam tat-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi awtomobilistiċi fl-Ewropa, |
— |
pitstop toffri servizzi tipiċi ta’ ħanut tax-xogħol fil-qasam tas-servizzi tal-vetturi bil-mutur bħal spezzjonijiet, manutenzjoni u tiswijiet ta’ kull tip. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10849 – HUK / BRI / LNN / PITSTOP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
12.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307/15 |
AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA
Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Georgia
(2022/C 307/09)
Fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, u l-Georgia (1), qed tiġi kkunsidrata l-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea, bħala indikazzjoni ġeografika, tal-ismijiet Georgjani stabbiliti hawn taħt.
Il-Kummissjoni tistieden lil kull Stat Membru jew pajjiż terz, jew kull persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, biex tressaq oppożizzjoni għal tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif dovut.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jenħtieġ li jintbagħtu f’dan l-indirizz elettroniku:
AGRI-G4-GI@ec.europa.eu
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni se jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk dawn juru li:
(a) |
il-protezzjoni tal-isem propost toħloq kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza tal-bhejjem u b’hekk x’aktarx tiżvija lil-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott; |
(b) |
l-isem propost ikun kompletament jew parzjalment omonimu mal-isem ta’ prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (2), jew mal-isem ta’ nbid diġà protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (3), jew ma’ waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi minn pajjiżi mhux tal-UE protetti fl-UE skont ftehimiet bilaterali/multilaterali disponibbli pubblikament fl-indirizz li ġej:
|
(c) |
fid-dawl tar-reputazzjoni u tal-fama tat-trademark u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, il-protezzjoni tal-isem propost x’aktarx li tiżvija lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott; |
(d) |
il-protezzjoni tal-isem tipperikola l-eżistenza ta’ isem kompletament jew parzjalment identiku, l-eżistenza ta’ trademark jew l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż; |
(e) |
jew jekk l-opponenti jistgħu jagħtu dettalji li minnhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa ġeneriku. |
Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea hija soġġetta għall-konklużjoni b’suċċess ta’ din il-proċedura, kif ukoll għall-att legali li jsegwi u li jżid dawn l-ismijiet mal-Ftehim imsemmi hawn fuq.
Lista ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Georgia li jridu jiġu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea għall-prodotti agrikoli, l-oġġetti tal-ikel u inbejjed (4)
L-isem tal-prodott li qed jiġi protett f’ittri Georgjani |
Traskrizzjoni fil-karattri Latini |
Tip ta’ prodott |
სალხინოს ოჯალეში |
Salkhino Ojaleshi |
Inbid |
წარაფი |
Tsarapi |
Inbid |
ახმეტა / ახმეტის მწვანე |
Akhmeta / Akhmetis Mtsvane |
Inbid |
ახოები |
Akhoebi |
Inbid |
ბოლნისი |
Bolnisi |
Inbid |
ნინოწმინდის თაფლი |
Ninotsminda Taphli |
Għasel |
(2) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(4) Lista pprovduta mill-awtoritajiet tal-Georgia.
12.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307/17 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, fi Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2022/C 307/10)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI LI MA HIJIEX MINURI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“Pa de Pagès Català”
Nru tal-UE: PGI-ES-0880-AM01 - 17.6.2021
DOP ( ) IĠP (X)
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Consejo Regulador de la Indicación Geográfica Protegida Pa de Pagès Català |
[Il-Bord Regolatorju tal-IĠP “Pa de Pagès Català”] |
C/ Pau Claris, 134, 4o |
08009 Barcelona |
ESPAÑA |
Email: secretaria@padepagescatala.org
Internet: padepagescatala.org
Il-Bord Regolatorju tal-IĠP “Pa de Pagès Català” huwa magħmul mill-produtturi kollha tal-IĠP “Pa de Pagès Català” u għandu interess leġittimu fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal emenda.
2. Stat membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
☐ |
Isem il-prodott |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
☐ |
Żona ġeografika |
☐ |
Prova tal-oriġini |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
☐ |
Rabta |
☒ |
Tikkettar |
☒ |
Oħrajn: Korp ta’ spezzjoni u rekwiżiti leġiżlattivi |
4. Tip ta’ emenda/i
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkunx ġie ppubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti) li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
L-IĠP “Pa de Pagès Català” iddaħħlet fir-reġistru tal-Komunità għad-DOP u għall-IĠP fl-2013 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 140/2013 (ĠU L 47 tal-20 ta’ Marzu 2013). Billi ilhom stabbiliti għal xi snin, ċerti aspetti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jeħtieġu jiġu emendati biex jitqiesu l-aġġornamenti għall-kunċetti u t-titjib għas-sistemi użati biex isir il-prodott. Il-bidliet proposti huma kif ġej:
Deskrizzjoni tal-prodott (it-Taqsima B tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott)
a) Dehra
L-emenda tikkonsisti mill-bidla tal-kulur tal-qalba sabiex ikun kemxejn aktar skur, jiġifieri kulur il-krema, kif ukoll abjad. B’mod speċifiku, fit-Taqsima b.2) (Karatteristiċi tal-ħobż) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kliem:
“Il-qalba jkollha alveoli kbar u irregolari. Tkun tal-istess lewn abjad bħad-dqiq użat (...).”
ġie sostitwit kif ġej:
“Il-qalba jkollha alveoli kbar u irregolari. Il-kulur tagħha jvarja minn abjad għal kulur il-krema, skont ir-rata tal-estrazzjoni tad-dqiq użat (...).”
Raġunijiet għal din l-emenda: Din l-emenda li twessa’ l-firxa tal-kulur sabiex il-qalba ma hemmx għalfejn tkun esklussivament ta’ kulur abjad hija minħabba l-bidla fid-dqiq permess fil-produzzjoni tal-ħobż IĠP, li hija spjegata u ġġustifikata hawn taħt (l-emenda (c)). Il-kliem oriġinali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwalment fis-seħħ jirreferi għall-qalba li tkun l-istess kulur tal-abjad tad-dqiq użat, iżda issa huwa komuni li jintuża dqiq b’rati ogħla ta’ estrazzjoni li jirriżulta fi dqiq aktar skur għall-produzzjoni tal-ħobż. Il-possibbiltà li jiżdied perċentwal żgħir ta’ dqiq tas-segala jfisser ukoll li qed jintuża dqiq aktar skur, li jirriżulta biex il-qalba ma tkunx daqshekk bajda daqs qabel.
b) Preżentazzjoni
Fit-Taqsima b.3) (Preżentazzjoni), il-firxa ta’ qisien tal-ħobża koperta mill-IĠP “Pa de Pagès Català” ġiet estiża, billi ż-żewġ formati stabbiliti ta’ 0,5 kg u 1 kg ġew sostitwiti b’firxa ta’ piżijiet li jvarjaw bejn 200 g u 3 kg. Ir-referenza għall-qies tal-ħobża f’ċentimetri tħassret ukoll.
Raġunijiet għal din l-emenda: Il-verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tinkludi biss l-aktar qisien komuni tal-ħobża, jiġifieri 400-500 g u 800-1 000 g wara l-ħami, mingħajr ma jitqies li l-furnara tradizzjonalment dejjem għamlu ħobż ta’ qisien differenti. L-għan huwa li issa l-firxa tal-piżijiet tal-ħobża protetta mill-IĠP tiġi estiża biex tinkludi ħobż iżgħar li issa huwa mfittex mill-konsumaturi u ħobż akbar li dejjem kien isir, minkejja li huwa inqas prevalenti f’ambjenti urbani (li hija r-raġuni għalfejn ma kinux inklużi fl-ewwel verżjoni).
Għal raġunijiet prattiċi, ġie deċiż li ma jiġi inkluż l-ebda varjabbli ieħor għajr il-piż meta jiġi ddefinit il-qies tal-ħobża. Il-ħobż huwa tond u ffurmat bl-idejn pjuttost milli bl-użu ta’ forom. Huwa diffiċli - kif ukoll mhux meħtieġ - li jiġu speċifikati l-qisien eżatti għal prodott li jsir bl-idejn, partikolarment meta jitqies li l-firxa tal-piż hija daqshekk wiesgħa. Dawn il-varjabbli jiddependu wkoll minn fatturi oħrajn bħall-fermentazzjoni sussegwenti. Dawn l-emendi għad-deskrizzjoni tal-preżentazzjoni ma jaffetwawx il-kwalità tal-prodott kopert mill-IĠP.
L-emendi (a) u (b) jaffettwaw ukoll it-Taqsima 3.2 (Deskrizzjoni tal-prodott) tad-Dokument Uniku.
Metodu ta’ produzzjoni: ingredjenti (it-Taqsima E.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott)
Id-deskrizzjoni ta’ xi wħud mill-ingredjenti deskritti fit-Taqsima E.1 inbidlet.
c) Dqiq
It-tipi ta’ dqiq użati u l-parametri tal-kwalità tagħhom għandhom jiġu estiżi. Il-kliem attwali (“Dqiq tal-qamħ: W ta’ bejn 150 u 240, u P/L ta’ bejn 0,4 u 0,6.”)
ġie sostitwit kif ġej:
“Id-dqiq jew it-taħlitiet ta’ dqiq użati jistgħu jikkonsistu minn kwalunkwe varjetà tal-familja ta’ qamħ ikklassifikata bħala medja, b’saħħitha jew b’saħħitha ħafna, b’rati ta’ estrazzjoni u metodi ta’ tħin differenti.
Jekk tintuża taħlita ta’ dqiq, hija t-taħlita finali li trid tissodisfa l-karatteristiċi u l-parametri reoloġiċi għal dqiq medju, b’saħħtu u b’saħħtu ħafna.
Sa 10 % (tad-dqiq totali użat fl-għaġina) jista’ jkun dqiq tas-segala.”
Raġunijiet għal din l-emenda: Il-leġiżlazzjoni Spanjola attwalment fis-seħħ (id-Digriet Reġju Nru 677/2016 tal-1 ta’ Diċembru 2016 li japprova l-istandard ta’ kwalità għal dqiq, grix u prodotti oħra taċ-ċereali mitħunin) tikklassifika t-tipi differenti ta’ dqiq skont l-idoneità tagħhom għall-produzzjoni tal-ħobż u tistabbilixxi l-karatteristiċi tekniċi tagħhom (il-kontenut ta’ proteini, il-qawwa (W) u l-indiċi tal-inżul). It-tliet kategoriji pprovduti (medju, b’saħħtu u b’saħħtu ħafna) huma t-tipi ideali għall-produzzjoni tal-ħobż protetti mill-IĠP. Aħna, għalhekk, nemmnu li l-istabbiliment tal-kategoriji tad-dqiq huwa biżżejjed u ma hemmx bżonn li jiġu inklużi parametri speċifikati fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Għall-istess raġunijiet, aħna nixtiequ nintroduċu wkoll il-possibbiltà li jiġi inkluż massimu ta’ 10 % dqiq tas-segala, minħabba li dan id-dqiq itejjeb it-togħma u l-kulur tal-ħobża. Wara li kien intesa’ għal xi snin, riċentement, id-dqiq tas-segala rnexxielu jagħmel ritorn.
d) |
Id-deskrizzjoni u t-tipi ta’ tinsila permessi ġew emendati. Il-verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiddikjara li t-“tinsila” tintuża bħala “għaġina tal-bidu attiva”, li minnha jintuża perċentwal speċifiku (“bejn 15 % u 20 % tal-kwantità tad-dqiq magħġun”). Aħna nipproponu li l-kliem tal-intestatura tal-paragrafu jiġi emendat (“tinsila” tiġi sostitwita b’“għaġina tal-bidu jew fermentattiva”) u li jiġi spjegat li l-“għaġina tal-bidu attiva” hija l-metodu li jintuża l-aktar għall-produzzjoni tal-ħobż kopert mill-IĠP “Pa de Pagès Català”, fost għaġejjen tal-bidu oħrajn. Il-kliem propost huwa kif ġej: “Għaġina tal-bidu jew fermentattiva: Għaġina tal-bidu jew fermentattiva hija miżjuda mal-għaġina sabiex il-ħobża tkun tista’ togħla. L-aktar għaġina fermentattiva użata tikkonsisti minn ‘għaġina tal-bidu attiva’ mil-lejl ta’ qabel, li magħha jiżdiedu d-dqiq u l-ilma, u xi kultant, il-melħ, f’temperatura ftit kiesħa apposta biex il-proċess tal-fermentazzjoni jiddewwem. Dan l-istadju jitwettaq tal-inqas darba u jista’ jiġi ripetut bosta drabi. Il-proċess jista’ jiġi awtomatizzat u l-għaġina tal-bidu tista’ tiġi riprodotta fuq bażi kontinwa. Tipi oħra ta’ għaġina bi kwalitajiet fermentattivi li magħha tiżdied doża ta’ ħmira, huma aċċettati wkoll.” Raġunijiet għal din l-emenda: L-ewwel nett, l-intestatura tal-paragrafu nbidlet, u “tinsila” ġiet sostitwita b’“għaġina tal-bidu jew fermentattiva”. Dan huwa dovut għall-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ġiet emendata. Id-Digriet Reġju Nru 308/2019 tas-26 ta’ April 2019 li japprova l-istandard ta’ kwalità għall-ħobż fi Spanja speċifika aktar id-definizzjoni ta’ “tinsila” biex tiġi tfisser tip wieħed ta’ għaġina fermentattiva li tkun għaddiet minn fermentazzjoni spontanja u li magħha ma tkunx ġiet miżjuda l-ħmira. It-tieni, ġie deċiż li jsir possibbli li jintużaw tipi differenti ta’’ għaġina fermentattiva (li tista’ tinkludi ż-żieda ta’ ħmira u/jew melħ), li jħalli din il-prattika f’idejn il-furnara individwali. |
e) |
Aħna nipproponu li l-valur massimu ta’ melħ (stabbilit għal 1,8 % tal-ammont ta’ dqiq fil-verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni) jitħassar. Raġunijiet għal din l-emenda: Il-kontenut massimu ta’ melħ qed jitneħħa minħabba li dan il-valur kien stabbilit abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ meta l-IĠP ġiet approvata, li minn dak iż-żmien, tħassret bid-Digriet Reġju 308/2019 tas-26 ta’ April 2019, li japprova l-istandard ta’ kwalità għall-ħobż. L-Artikolu 11(2) tal-istandard attwali ta’ kwalità jistabbilixxi l-kontenut massimu ta’ melħ fil-prodott finali. Dan jispeċifika l-valuri ta’ 1,31 g għal kull 100 g ta’ ħobż jew 1,66 grammi ta’ melħ għal kull 100 g ta’ ħobż skont il-metodu ta’ ttestjar li jintuża. Peress li r-regolamenti nazzjonali tekniċi u tas-saħħa nbidlu, u sabiex ikun hemm adattament aktar faċli għall-emendi għar-regoli obbligatorji, iddeċidejna li din it-taqsima ma hijiex meħtieġa u għandha titneħħa. |
f) |
Fir-rigward tal-ħmira, aħna nipproponu li l-firxa tal-formati tal-ħmira tal-furnara titkabbar. Il-kliem attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiddikjara li trid tkun f’għamla ppressata jew fi trab. Aħna nipproponu li jiġi sostitwit kif ġej: “Ħmira: Tista’ tiżdied il-ħmira (Saccharomyces cerevisae L.) fid-diversi formati tagħha sa massimu ta’ 2 %. Din il-kwantità tista’ titnaqqas bl-użu ta’ għaġejjen fermentattivi u ħinijiet itwal ta' fermentazzjoni mill-ħinijiet minimi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.” Raġunijiet għal din l-emenda: Il-kliem attwali jirreferi għall-ħmira kummerċjali f’għamla ppressata jew fi trab, iżda hemm formati oħra ta’ preżentazzjoni, bħall-ħmira likwida. L-għan huwa li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi adattata għar-realtajiet tas-suq mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità tal-prodott protett mill-IĠP. Mill-emendi li saru għat-taqsima dwar l-“ingredjenti” fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-emendi (c), (d) u (e) jaffettwaw ukoll it-Taqsima 3.3 (Materja prima) tad-Dokument Uniku. |
Metodu tal-produzzjoni (it-Taqsima E.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott)
L-emendi proposti fir-rigward tal-proċess tal-produzzjoni għall-ħobż kopert mill-IĠP jeħtieġu bidliet għat-Taqsima E.2 (Metodu tal-produzzjoni) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
g) |
Fir-rigward tal-għaġna, il-kliem attwali huwa kif ġej: “Għaġna: L-għaġna tista’ ssir bl-idejn jew b’mezzi mekkaniċi. Il-ħin tal-għaġna jvarja bejn 20 u 30 minuta skont x’apparat jintuża għall-għaġna. L-ingredjenti l-ewwel jitħalltu bil-mod għal ftit minuti, imbagħad aktar malajr sakemm ikun meħtieġ mingħajr ma jkun hemm impatt detrimentali fuq l-għaġina. It-temperatura tal-għaġina wara l-għaġna trid tkun bejn 22 oC u 28 oC biex jiġi żgurat li l-fermentazzjoni sussegwenti tirnexxi.” Aħna nipproponu li jiġi sostitwit kif ġej: “L-għaġna jew il-ħadma hija l-proċess li bih l-ingredjenti tal-ħobż jitħalltu, jew bl-idejn jew b’mezzi mekkaniċi. It-temperatura tal-għaġina wara l-għaġna trid tkun bejn 22 oC u 28 oC biex jiġi żgurat li l-fermentazzjoni sussegwenti tirnexxi.” Raġunijiet għal din l-emenda: Għalkemm il-kliem attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiddikjara li l-ħin tal-għaġna jvarja bejn 20 u 30 minuta skont x’apparat jintuża għall-għaġna, l-intervall tal-ħin aċċettat fil-verità ma kienx stabbilit b’mod korrett fl-ispeċifikazzjoni inizjali, peress li tqies biss tip wieħed ta’ apparat għall-għaġna (it-tip bix-xafra). Tipi oħra, bħal apparati spirali għall-għaġna, jeħtieġu ħinijiet tal-għaġna iqsar minħabba li jistgħu jiksbu għadd ferm ogħla ta’ rotazzjonijiet kull minuta mill-apparat tat-tip bix-xafra. Għalhekk, ma huwiex ideali li jiġi speċifikat il-ħin tal-għaġna peress li dan jiddependi fuq it-tip ta’ apparat għall-għaġna li jintuża. Il-fatturi importanti fid-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet ideali għall-għaġna, irrispettivament mit-tip ta’ apparat għall-għaġna li jintuża, huma t-temperatura tal-għaġina u l-għarfien espert tal-furnar, peress li dawn huma l-fatturi li jiżguraw li l-fermentazzjoni sussegwenti tirnexxi. |
h) |
Fir-rigward tal-istadju meta l-għaġina titħalla toqgħod, issa huwa speċifikat b’mod ċar li dan l-istadju jista’ jitwettaq f’kompartimenti ta’ fermentazzjoni kkontrollata. Dan ma jissemmiex fil-verżjoni inizjali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Tqies bħala xieraq li jiġi ċċarat, li bħalma jiġri fl-istadju tal-fermentazzjoni finali, dan l-istadju jista’ jsir jew f’kundizzjonijiet tal-ambjent fil-forn (il-bini fejn jinħadem il-ħobż) jew f’kompartiment ta’ fermentazzjoni kkontrollata li jippermetti aktar kontroll fuq il-kundizzjonijiet tat-temperatura u l-umdità li fihom isir ix-xogħol. Pjuttost milli emenda, din hija kjarifika minħabba li din il-possibbiltà ġiet indikata għal stadji oħra fil-proċess, iżda mhux għal dan il-punt partikolari. |
i) |
Fir-rigward tal-fermentazzjoni finali, il-kliem tal-ispeċifikazzjoni inizjali jiddikjara li “Ladarba l-ħobża tkun iffurmat, trid titħalla tiffermenta fuq bażi kontinwa għal mill-inqas 3 sigħat.” Aħna nipproponu li jiġi sostitwit kif ġej: “Ladarba l-ħobża tkun iffurmat, trid titħalla tiffermenta fuq bażi kontinwa għal mill-inqas 3 sigħat. Jekk l-għaġina jew il-boċoc tal-għaġina jitħallew joqogħdu għal aktar mill-minimu ta’ 15-il minuta stipulat għal kull wieħed minn dawn l-istadji, huwa possibbli li d-durata tal-istadju tal-fermentazzjoni finali titnaqqas abbażi tal-ħin żejjed li jintuża biex l-għaġina u/jew il-boċoċ tal-għaġina jitħallew joqogħdu. Matul is-sajf, meta jitħalla f'temperatura tal-ambjent għand il-furnara, il-ħin tal-fermentazzjoni finali jista’ jitnaqqas b’massimu ta’ 30 minuta biex jiġi evitat li l-ħobż jiffermenta żżejjed.” Raġunijiet għal din l-emenda: Hija prattika komuni li l-furnara jħallu l-għaġina jew il-boċoċ tal-għaġina joqogħdu għal perjodi itwal. Dan l-għan huwa biex jittejbu t-togħma u r-riħa tal-ħobż. L-estensjoni ta’ dawn il-perjodi fejn l-għaġina titħalla toqgħod spiss tippermetti lill-furnara biex inaqqsu l-ħin tal-fermentazzjoni finali. Aħna għalhekk inħallu f’idejn il-furnara biex jiddeċiedu kif jaqsmu l-ħinijiet tal-fermentazzjoni matul il-proċess, dment li l-fermentazzjoni totali tammonta għal mill-inqas 3 sigħat u 30 minuta. Il-klima tipika f’pajjiżna tfisser ukoll li t-temperaturi jkunu għoljin ħafna fis-sajf. Fi fran li ma jkunux mgħammra b’arja kundizzjonata, it-temperatura tista’ taqbeż l-40 oC meta jkunu qed jintużaw il-fran u makkinarju ieħor. Dan jaffettwa t-temperatura tal-għaġina, li t-temperatura ottimali għaliha hija ta’ massimu ta’ 28 oC. Għalhekk aħna ssuġġerejna li l-ħin totali tal-fermentazzjoni fi proċessi diretti jitnaqqas bi 30 minuta, sabiex tiġi evitata fermentazzjoni żejda tal-ħobż. |
j) |
It-temperatura minima tal-ħami tnaqqset għal 160 oC (attwalment hija 180 oC). Dan it-tnaqqis huwa meħtieġ sabiex il-kundizzjonijiet tal-ħami jiġu adattati għal formati ġodda u iżgħar. Kif huwa spjegat fl-emenda (b), ġie introdott ħobż iżgħar. Ħobż iżgħar jista’ jeħtieġ temperaturi iktar baxxi tal-ħami. |
k) |
Din it-taqsima tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar “Preżentazzjoni għall-bejgħ u ppakkjar” tinkludi l-possibbiltà li ħobż akbar jinbiegħ skont il-piż. Skont l-Ispeċifikazzjoni inizjali tal-Prodott, il-ħobż jista’ jinbiegħ biss sħiħ, jew maqtugħ fuq talba tal-klijent. Raġunijiet għal din l-emenda: Issa li ġie inkluż ħobż ta’ aktar minn 1 kg, kif mitlub u spjegat preċedentement fl-emenda (b), għandhom jitqiesu l-partikolaritajiet li dan jinvolvi fil-ħin tal-bejgħ. Il-klijenti, tradizzjonalment, kienu jixtru l-ħobż skont il-piż meta ma kinux iridu ħobża sħiħa. Għalhekk, jagħmel sens li dan il-ħobż ikun jista’ jinbiegħ skont il-piż (f’biċċa waħda) u mhux biss sħiħ jew imqatta’, kif kien il-każ sa issa. Mill-emendi li saru għall-paragrafu tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar il-“metodu tal-produzzjoni”, l-emenda (j) dwar it-temperatura tal-ħami u l-emenda (k) dwar il-bejgħ skont il-piż jaffettwaw ukoll id-Dokument Uniku (it-Taqsimiet 3.4 u 3.5 rispettivament). |
Regoli dwar it-tikkettar
l) |
Fir-rigward tat-tikkettar, saru emendi formali biex jiġi żgurat li l-informazzjoni kollha dwar ir-rekwiżiti tat-tikkettar tiġi inkluża fl-istess taqsima. Speċifikament, il-fatt li l-ħobż li huwa kopert mill-IĠP huwa kkummerċjalizzat f’pakketti nnumerati, ġie inkluż fit-Taqsima H (Tikkettar) tal-Ispeċifikazzjoni. Raġunijiet għal din l-emenda: Il-fatt li l-ħobż li huwa kopert mill-IĠP jitqiegħed fuq is-suq b’tikketti nnumerati diġà kien iddikjarat fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ taħt l-intestatura “Preżentazzjoni għall-bejgħ, ippakkjar u tikkettar”, iżda din l-informazzjoni ma kinitx inkluża fit-Taqsima H dwar it-tikkettar. Tqies li huwa xieraq li l-informazzjoni kollha dwar it-tikkettar tiġi inkluża fl-istess taqsima tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u l-kliem tat-Taqsima H, għalhekk ġie emendat skont dan. Id-Dokument Uniku ma speċifikax li l-pakketti li fihom jinbiegħ il-ħobż jeħtieġ li jkunu nnumerati. Peress li din il-prattika hija importanti biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott tal-IĠP, din ġiet inkorporata fit-Taqsima 3.6 tad-Dokument Uniku. |
Oħrajn
m) |
Korp ta’ spezzjoni u ċertifikazzjoni (it-Taqsima G): Id-dettalji ta’ kuntatt tal-korp taċ-ċertifikazzjoni ġew aġġornati. B’mod aktar speċifiku, l-isem tal-korp taċ-ċertifikazzjoni ġie aġġornat minħabba li, għalkemm huwa l-istess entità, biddel ismu. L-indirizz postali u l-indirizz tal-posta elettronika rispettivi ġew aġġornati wkoll. Anki rr-referenza għall-istandard tal-ISO 45011 ġiet sostitwita minn referenza għall-istandard ISO/IEC 17065:2012. |
n) |
Rekwiżiti leġiżlattivi nazzjonali (it-Taqsima I): Din it-taqsima tħassret għaliex ma hijiex rekwiżit tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
DOKUMENT UNIKU
“Pa de Pagès Català”
Nru tal-UE: PGI-ES-0880-AM01-17.6.2021
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem
“Pa de Pagès Català”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara.
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Pa de Pagès Català” hija ħobża tradizzjonali, tonda, b’qoxra tqarmeċ, bil-qalba ratba u b’alveoli kbar, u li dejjem trid tissawwar bl-idejn. Il-produzzjoni ta’ dan il-ħobż issegwi metodi tradizzjonali, b’fermentazzjoni bil-mod, u jinħema dejjem fi fran b’qiegħ refrattorju.
Il-ħobż kopert minn din l-IĠP għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
Dehra:
Il-ħobża tkun tonda, b’bixra rustika.
Il-qalba jkollha alveoli kbar u irregolari. Il-kulur tagħha jvarja minn abjad għal kulur il-krema, skont ir-rata tal-estrazzjoni tad-dqiq użat u tibqa’ ratba għal żmien twil. Il-qalba qisha sponża hija karatteristika ewlenija tal-prodott, u hija r-riżultat tal-għarfien espert u l-esperjenza twila tal-furnara.
Il-qoxra hija ħoxna u tqarmeċ, ta’ lewn kannella mixwi, u bi xquq li jkunu nfetħu waqt il-ħami.
Karatteristiċi organolettiċi:
Huwa ħobż b’aroma u togħma qawwijin, b’ċerta aċidità li żżomm is-sensazzjoni ta’ freskezza u konsistenza pjaċevoli għal 8-9 sigħat wara l-ħami.
Preżentazzjoni:
L-IĠP “Pa de Pagès Català” jiġi ppreżentat fil-forma ta’ ħobżiet tondi b’piż ta’ madwar 200 g u 3 000 g, b’qasma naturali fuq nett.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Id-dqiq jew it-taħlitiet ta’ dqiq użati jistgħu jikkonsistu minn kwalunkwe varjetà tal-familja ta’ qamħ ikklassifikata bħala medja, b’saħħitha jew b’saħħitha ħafna, b’rati ta’ estrazzjoni u metodi ta’ tħin differenti. Barra minn hekk, sa 10 % (tad-dqiq totali użat fl-għaġina) jista’ jkun dqiq tas-segala.
Ilma: inkorporat mal-għaġina b’rata ta’ 60-70 % (litri ta’ ilma/kg ta’ dqiq).
Għaġina tal-bidu jew fermentattiva: tiżdied għaġina kkultivata tal-bidu jew fermentattiva. Ħafna drabi din tinkiseb minn fermentazzjoni preċedenti.
Ħmira (Saccharomyces cerevisiae L.): mhux aktar minn 2 %.
Melħ tat-tisjir
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-proċess kollu tal-produzzjoni għandu jsir fiż-żona ġeografika ddefinita:
a) |
L-għaġna |
b) |
L-għaġina titħalla toqgħod F’dan l-istadju, l-għarfien espert tal-furnar huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-aroma tal-ħobż. Barra minn hekk, il-perjodu li fih l-għaġina titħalla toqgħod isaħħaħ in-network ta’ proteini li jkun sar waqt l-għaġna, u jagħmel l-għaġina aktar elastika. |
c) |
L-għaġina titqatta’ f’biċċiet |
d) |
L-għaġina titkebbeb f’boċoċ |
e) |
Il-boċoċ jitħallew joqogħdu |
f) |
Il-ħobż jingħata l-forma tiegħu Il-forom permessi għandhom isiru bl-idejn; u qatt b’mod mekkaniku. |
g) |
Fermentazzjoni |
h) |
Il-wiċċ tal-ħobż jinqata’ |
i) |
Il-ħobż jinħema L-IĠP “Pa de Pagès Català” jrid jinħema biss fi fran li jkollhom qiegħ ta’ materjal refrattorju li jifrex is-sħana, f’temperatura ta’ bejn 160 °C u 230 °C. Kull furnar juża l-għarfien espert tiegħu meta jżid il-fwar, li jiddetermina l-apparenza finali tal-qoxra tal-ħobż. |
j) |
Tberrid |
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
L-IĠP “Pa de Pagès Català” jinbiegħ lill-pubbliku bħala ħobż sħiħ mhux imqatta’. Il-ħobż jinbiegħ ippakkjat. Għandu jintuża tgeżwir individwali għal kull ħobża, u l-boroż għandhom ikunu tal-karta jew ta’ xi materjal ieħor sostenibbli u bijodegradabbli li jirrispetta l-ambjent.
Il-prodott għandu jiġi ppakkjat fl-istabbiliment fejn jinbiegħ, eżatt qabel il-bejgħ lill-konsumatur aħħari, peress li l-ippakkjar jista’ jaċċelera t-tixrid tal-umdità mill-qalba għal ġol-qoxra, u b’hekk il-qoxra ssir ratba u tiġġebbed, filwaqt li l-ħobża ssir tqarmeċ inqas minn barra u inqas ratba minn ġewwa.
Jekk il-klijent jitlob li l-ħobż jitqatta’ f’fetet, dan jista’ jsir biss fil-ħin tal-bejgħ. Il-ħobż li jiżen aktar minn 1 000 g jista’ jinbiegħ skont il-piż u l-biċċiet li jirriżultaw jistgħu jitqattgħu jew jitħallew sħaħ.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
L-IĠP “Pa de Pagès Català” għandu l-logo tiegħu stess biex jakkumpanja l-prodott finali ppakkjat. Kull operatur li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-IĠP ikollu d-dritt li juża l-logo tal-IĠP “Pa de Pagès Català”.
L-ippakkjar li jintuża għall-ħobż li huwa kopert mill-IPĠ irid ikollu n-numru tas-serje tiegħu u jrid ikollu l-isem tal-IĠP “Pa de Pagès Català”, il-logo tiegħu u s-simbolu tal-IPĠ tal-UE.
Riproduzzjoni tal-logo tal-IĠP bl-iswed u l-abjad:
Kuluri Pantone tal-logo tal-IĠP: Baker’s peel 457, shadow 265, crust 124
4. DEFINIZZJONI FIL-QOSOR TAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA
Iż-żona ġeografika tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Pa de Pagès Català” tkopri l-Komunità Awtonoma tal-Katalonja kollha kemm hi.
5. RABTA MAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-“Pa de Pagès Català”, magħruf b’mod aktar komuni fil-Komunità Awtonoma tal-Katalonja kollha bħala l-pa de pagès, huwa l-iktar ħobż b’reputazzjoni storika f’dan ir-reġjun. L-etimoloġija tal-isem pa de pagès diġà tagħti idea ċara tal-oriġini rurali tal-prodott. Bil-Katalan, pagès tfisser “bidwi” jew “kontadin”. Il-pa de pagès kien il-prodott li kien isir fiż-żoni rurali tal-Katalonja għall-konsum lokali. Għaldaqstant, dan kien ħobż artiġġjanali, billi kien isir fil-masías (l-irziezet) u fl-irħula. Il-furnara fiż-żoni rurali wkoll kienu jipproduċu l-pa de pagès għaliex kien iżomm perfettament għal diversi jiem, u dan kien ideali għan-nies tal-kampanja. Il-pa de pagès huwa tond u dejjem jissawwar bl-idejn; l-għaġina tiġi ffermentata bil-mod u tinħema f’forn b’qiegħ refrattorju, tradizzjoni li nżammet għal aktar minn sitt mitt sena.
It-tradizzjoni tal-pa de pagès intirtet minn ġenerazzjoni għall-oħra għal sekli sħaħ, fid-djar tan-nies u fil-fran professjonali. Kienu preċiżament dawn il-furnara rurali li, f’mewġa wara oħra ta’ migrazzjoni miż-żoni rurali għal dawk urbani li seħħu mis-seklu 16 sas-seklu 18, gradwalment introduċew il-pa de pagès lill-konsumaturi tal-bliet il-kbar u tal-madwar.
Lejn tmiem is-seklu 19, seħħu xi ġrajjiet storiċi li wasslu biex il-“Pa de Pagès Català” isir aktar magħruf bħala prodott tal-fran l-aktar tipiku Katalan. Il-Wirjiet Dinjin li ttellgħu f’Barċellona fl-1888 u fl-1929, li ħabtu ma’ żmien l-industrijalizzazzjoni tal-Katalonja, wasslu għal eżodu kbir ta’ nies minn żoni rurali lejn il-belt kapitali tal-Katalonja. Eluf ta’ nies telqu mill-irħula tagħhom fl-entroterra u fin-Nofsinhar tar-reġjun biex jaqalgħu għajxien aħjar fil-fabbriki ta’ Barċellona u f’ċentri industrijali oħrajn bħal Manresa, Reus, eċċ. Fosthom kien hemm nies li kienu furnara fl-irħula tal-oriġini tagħhom, jew kienu responsabbli għall-produzzjoni tal-pa de pagès fid-djar tagħhom. Uħud minn dawn il-persuni ma sabux xogħol fil-fabbriki, iżda fil-fran tal-bliet, li kellhom jipproduċu l-ħobż għal popolazzjoni li kienet qed tikber dejjem aktar.
Fl-istess waqt hekk kif dawn in-nies saru ħaddiema tal-fabbriki, is-settur tal-furnara nnifsu kien qed jinbidel, bl-introduzzjoni ta’ makkinarju u dqiq li kienu aktar raffinati minn dawk li kienu jintużaw qabel. Dan kien iż-żmien meta beda jidher ħobż tat-tip baguette, li kienu eħfef biex isir mill-pa de pagès tradizzjonali. Madankollu, il-popolazzjonijiet urbani l-ġodda xorta baqgħu leali lejn il-ħobż tradizzjonali tagħhom u staqsew lill-furnara għall-pa de pagès, u b’hekk il-furnara bdew jagħmlu l-pa de pagès kif ukoll ħobż modern tat-tip baguette.
F’dak iż-żmien, il-pa de pagès kien magħruf fil-Katalonja kollha bħala ħobż tradizzjonali u artiġġjanali, il-ħobż tajjeb u antik, li kien pjuttost differenti mit-tipi ġodda ta’ ħobż. Għandu eżatt l-istess reputazzjoni llum, sal-punt li wieħed ma jistax jimmaġina l-pa amb tamàquet (ħobż bit-tadam), li huwa waħda mill-aktar speċjalitajiet Katalani famużi, isir b’xi tip ta’ ħobż ieħor.
Fis-sekli 19 u 20, il-metodu użat għall-produzzjoni tal-pa de pagès f’Barċellona u fi bliet industrijali oħrajn gradwalment ġie adottat fil-Katalonja kollha. Dan il-metodu ma nbidilx u baqa’ essenzjalment l-istess tul l-aħħar 100 sena, skont id-dixxendenti ta’ familji bi tradizzjoni ta’ furnara minn madwar ir-reġjun. Il-ħobż isir bl-użu ta’ metodi li jieħdu ż-żmien u tingħata attenzjoni speċjali lill-mod kif jinħema, speċjalment meta jiżdied il-fwar - hawnhekk kull furnar japplika l-għarfien espert tiegħu, li jiddetermina d-dehra aħħarija tal-qoxra.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Il-“Pa de Pagès Català” hija l-iktar speċjalità rappreżentattiva tal-furnara Katalani. Huwa ħobż li jiffermenta bil-mod, li jissawwar esklussivament bl-idejn u jinħema bil-mod fi fran b’qiegħ refrattorju. Għandu qoxra tqarmeċ, ta’ lewn kannella mixwi, b’qalba ratba u b’alveoli kbar, li jżomm id-dehra friska tiegħu u konsistenza pjaċevoli għal 8-9 sigħat wara li jkun inħema. Dawn il-karatteristiċi jirriżultaw mill-għarfien espert u l-esperjenza twila tal-furnara Katalani, jagħtu lill-ħobż il-karattru speċjali tiegħu, li dejjem kien l-istess u li żamm ir-reputazzjoni tiegħu tul iż-żmien.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott
Il-karatteristiċi li jorbtu l-prodott maż-żona ġeografika huma prinċipalment ir-reputazzjoni storika tiegħu u l-fatt li l-għarfien tal-metodu tal-produzzjoni għadda bħal bidla minn ġenerazzjoni għall-oħra ta’ furnara Katalani. Tant hi kbira r-reputazzjoni tal-“Pa de Pagès Català” li huwa element essenzjali tal-gastronomija Katalana.
Fil-Katalonja, il-“Pa de Pagès Català” ilu rikonoxxut bħala ħobż artiġġjanali u ta’ kwalità għolja għal sekli, u l-kwalità għolja tiegħu ta’ sikwit kienet il-kaġun ta’ xi tilwim. Għaldaqstant, il-Professur tal-Università ta’ Barċellona Antoni Riera, fi studju li jittratta dwar il-produzzjoni, il-bejgħ u l-konsum tal-ħobż fil-bliet moderni tal-Katalonja tul is-sekli 14 sa 18, jikteb li fil-Barċellona tas-seklu 18, il-ħobż li kien jasal sal-belt miż-żoni rurali kien jikkawża tensjoni: b’mod speċifiku, jgħid Riera, “il-pan de pagès li kien jasal mill-irħula tal-madwar”. Faċli li wieħed jifhem ir-raġuni għat-tensjoni bejn il-furnara tal-belt u dawk li kienu jaslu minn barra l-kapital tal-Katalunja: il-pa de pagès kien ħobż ta’ kwalità aħjar mill-ħobż li kienu jipproduċu l-furnara ta’ Barċellona, u għalhekk in-nies kienu jippreferuh. Dan jikkonfermah ukoll l-istorjografu Jesús Ávila, b’rabta mal-ħobż li kien jasal Barċellona minn bliet u rħula oħrajn: “In-nies kienu jippreferu l-ħobż li kienu jagħmlu l-patrijiet ta’ Sant Jeroni fil-Vall d’Hebron. Minbarra l-pa de pagès, il-ħobż mid-distretti lokali, kif ukoll dak ta’ Valls u ta’ Reus, u baguettes twal stil Franċiż ukoll saru popolari, kif saru l-llonguets [bezzun Katalan tipiku]”. Dan juri li l-istorjografi qiesu l-“Pa de Pagès Català” bħala prodott ta’ kwalità speċifiku tal-Katalonja sa mis-seklu 18 ’l hawn.
Speċjalisti oħra fil-produzzjoni tal-ħobż, gastronomi jew storjografi (F. Tejero, X. Barriga, J. C. Capel, E. Rosset, P. Roca) jirreferu kemm-il darba fil-pubblikazzjonijiet tagħhom għall-“Pa de Pagès Català” bħala prodott proprju tal-Katalonja.
Interessanti wkoll li wieħed jara f’liema stadju bikri dan il-ħobż sar karatteristika distinta fil-pittura Spanjola. Waħda mill-eqdem tpinġijiet tal-“Pa de Pagès Català” hija l-murali ta’ Pia Almoina de Lleida (sekli 14-15), li juru ħobżiet kbar u tondi fuq l-imwejjed tal-foqra, li kienu differenti mit-tipi ta’ ħobż li kienu jieklu l-klassijiet iktar għonja ta’ dak iż-żmien. Eżempji oħrajn li ma jistgħux ma jissemmewx huma xogħlijiet speċifiċi li juru l-forom tal-ħobż tradizzjonali Katalan, bħal ta’ Picasso u Dalí (fil-bidu u f’nofs is-seklu 20), jew pitturi still life ta’ artisti inqas magħrufin fix-xena internazzjonali, tat-tieni nofs tas-seklu 20.
Ta’ min wieħed jiġbed l-attenzjoni fuq kif ir-reputazzjoni tal-“Pa de Pagès Català” wasslet biex tipi ta’ ħobż simili ħadu wkoll l-isem pa de pagès, kif ġara fil-Gżejjer Baleariċi, jew fi provinċji ġirien tal-Katalonja, bħal Huesca u Castellón. Dan il-fatt jisħaq fuqu José Carlos Capel (El pan. Elaboración, formas, mitos, ritos y gastronomía, Barċellona, Montserrat Mateu, 1991), studjuż u kittieb dwar id-drawwiet alimentari tal-Ispanjoli u kritiku tal-gastronomija, meta jafferma li “l-isem pa de pagès jintuża biex jirreferi għal dawk il-ħobżiet li, fid-dehra u fit-togħma, jippruvaw jimitaw dan il-ħobż eċċellenti tal-Katalonja, għalkemm normalment mingħajr suċċess”.
Il-listi uffiċjali tal-prezzijiet tal-ħobż li kienu jippubblikaw il-provinċji differenti ta’ Spanja, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet statali, juru kemm il-pa de pagès għandu għeruq sodi fil-Katalonja. Sal-liberalizzazzjoni tal-prezzijiet tal-ħobż fl-1986, il-pa de pagès kien jidher fil-listi tal-erba’ provinċji tal-Katalonja, filwaqt li fil-Gżejjer Baleariċi kien hemm biss il-pan de flama (it-tip ta’ ħobż komuni tat-tip baguette) u l-ħobż magħruf lokalment bħala payès ma kienx fuq il-lista.
F’dan l-aħħar snin, ħafna artikli fil-gazzetti ġibdu l-attenzjoni lejn l-eċċellenza tal-furnara mifruxin mal-Katalonja kollha li, fi fran tradizzjonali tal-familja li wirtu tul is-sekli, żammew il-“Pa de Pagès Català” fost l-ispeċjalitajiet tagħhom.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
Filwaqt li l-emenda qed tiġi pproċessata, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott aġġornata tista’ tiġi kkonsultata permezz tal-link li ġej: http://agricultura.gencat.cat/web/.content/al_alimentacio/al02_qualitat_alimentaria/normativa-dop-igp/plecs-tramit/pliego-condiciones-igp-pa-pages-catala-modificacion.pdf u, ladarba tiġi approvata, se tkun disponibbli fuq: http://agricultura.gencat.cat/ca/ambits/alimentacio/segells-qualitat-diferenciada/distintius-origen/dop-igp/normativa-dop-igp/plecs-condicions/en-vigor/
Rettifika
12.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307/26 |
Rettifika tal-Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10803 — ELKEM / HYDRO ENERGI INVEST / ALTOR FUND MANAGER / VIANODE) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
( Il-Ġurnal Uffiċjail tal-Unjoni Ewropea C 302 tat-8 ta’ Awwissu 2022 )
(2022/C 307/11)
F’paġna 2, il-punt 1, l-ewwel linja,
minflok:
“Fid-29 ta’ Lulju 2022, …”,
aqra:
“Fl-1 ta’ Awwissu 2022, …”.