ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 305

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
10 ta' Awwissu 2022


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 305/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Awwissu 2022 relatata mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mis-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Paks II (żewġ reatturi VVER-1200), li jinsab fil-kontea ta’ Tolna, l-Ungerija

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 305/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10829 — KKR / HITACHI TRANSPORT SYSTEM) ( 1 )

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 305/03

Il-Kummissjoni Amministrattiva Għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Deċiżjoni Nru H13 tat-30 ta’ Marzu 2022 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali ( 1 )

4

2022/C 305/04

Rata tal-kambju tal-euro — Id-9 ta' Awwissu 2022

8


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 305/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10861 – HG / TEAM.BLUE) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

2022/C 305/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10797 – PCG / PERSTORP) ( 1 )

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 305/07

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

12

2022/C 305/08

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

10.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta' Awwissu 2022

relatata mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mis-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Paks II (żewġ reatturi VVER-1200), li jinsab fil-kontea ta’ Tolna, l-Ungerija

(it-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku)

(2022/C 305/01)

Il-valutazzjoni t’hawn taħt saret skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, mingħajr preġudizzju għal xi valutazzjoni addizzjonali li trid issir skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li jirriżultaw minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja (1).

Fid-9 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Ungerija, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, id-Data Ġenerali relatata mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv (2) li joriġina mis-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari Paks II.

Fit-30 ta’ Marzu, fid-9 ta’ Ġunju u fit-12 ta’ Lulju, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali dwar dan il-pjan, u din ingħatat mir-Rappreżentanza Permanenti tal-Ungerija fis-27 ta’ April, fis-17 ta’ Ġunju u fit-23 ta’ Lulju. Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tal-Gvern Ungeriż taw informazzjoni kumplimentari fil-laqgħa plenarja tal-Grupp ta’ Esperti, li saret fid-9 u fl-10 ta’ Ġunju 2021 (b’vidjokonferenza). Abbażi tad-Data Ġenerali u l-informazzjoni addizzjonali pprovduti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanza mis-sit sal-eqreb Stat Membru, il-Kroazja, hija 75km. Il-fruntiera tas-Serbja, bħala pajjiż ġar, tinsab 66km ’il bogħod.

2.

F’kundizzjonijiet normali ta’ operat, ir-rilaxx ta’ effluwenti radjuattivi gassużi u likwidi aktarx li ma jirriżultawx f’esponiment tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz li jkun sinifikanti mil-lat ta’ saħħa, fir-rigward tal-limiti tad-doża stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom) (3).

3.

L-iskart radjuattiv solidu ta’ livell baxx u intermedju se jintrema fir-Repożitorju Nazzjonali tal-Iskart Radjuattiv taħt l-art f’Bátaapáti. L-elementi tal-fjuwil użat se jinħażnu temporanjament fis-sit (f’faċilità ġdida li trid tinbena u mhix inkluża f’din is-sottomissjoni). Ix-xenarju ta’ referenza ppjanat hu li l-elementi tal-fjuwil sussegwentement se jintremew f’repożitorju ġeoloġiku fond fl-Ungerija. Ir-riproċessar tal-fjuwil użat jaf ikun alternattiva. Jekk il-fjuwil użat jinġarr lejn pajjiż terz għar-riproċessar, dan irid jerġa’ lura l-Ungerija għar-rimi b’applikazzjoni tal-Artikolu 4, il-paragrafu 2, tad-Direttiva dwar l-Iskart Radjuattiv (id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (4)), li skontha, meta l-fjuwil użat jinġarr lejn pajjiż terz għar-riproċessar, l-Istat Membru tal-oriġini jenħtieġ li jibqa’ jkollu r-responsabbiltà aħħarija għar-rimi sikur u responsabbli ta’ dak il-materjal, inkluż ta’ kull skart bħala prodott sekondarju. Jekk il-fjuwil użat jinġarr lejn pajjiż terz għar-rimi, jenħtieġ li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin: (i) il-fjuwil użat irid jitqies bħala “skart radjuattiv” mill-awtorità regolatorja kompetenti Ungeriża, f’konformità mad-definizzjoni pprovduta fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva; (ii) waqt il-ġarr, irid ikun daħal fis-seħħ ftehim bejn il-pajjiż terz tad-destinazzjoni u l-Ungerija dwar l-użu ta’ faċilità tar-rimi fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni; (iii) il-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva jridu jiġu ssodisfati, b’mod partikolari l-kundizzjoni taħt l-ittra c) tiegħu, li skonthom, il-pajjiż terz tad-destinazzjoni jrid ikollu faċilità tar-rimi operattiva. Finalment, jenħtieġ li jiġi enfasizzat li l-iskop tal-ġarr tal-fjuwil użat (sew għar-riproċessar jew għar-rimi) jeħtieġ jiġi stabbilit b’mod ċar u kkomunikat minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti.

4.

Jekk ikun hemm aċċidenti tat-tip u tad-daqsijiet assoċjati ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, kif ikkunsidrati fid-Data Ġenerali, id-dożi li aktarx jiġu riċevuti mill-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz ma jkunux sinifikanti mil-lat ta’ saħħa, fir-rigward tal-livelli ta’ referenza stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (id-Direttiva 2013/59/Euratom).

5.

Id-Data Ġenerali u l-informazzjoni addizzjonali sottomessi pprovdew data dwar l-analiżi tas-sismiċità tar-reġjun madwar is-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari (ikklassifikata fir-reġjuni sismikament semiattivi) u dwar l-attività sismika massima probabbli (l-Anness I tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/635/Euratom). Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet Ungeriżi biex ikomplu jimmonitorjaw mill-qrib l-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku dwar is-sismoloġija tar-reġjun madwar is-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari, biex iwettqu segwitu xieraq għal kull sejba, u biex jinfurmaw lill-Istati Membri ġirien u lill-Kummissjoni.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni jidhrilha li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv fi kwalunkwe forma, li joriġina miż-żewġ reatturi VVER tas-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari Paks II li jinsab fil-Kontea ta’ Tolna, l-Ungerija, kemm waqt l-operat normali kif ukoll fil-każ ta’ aċċidenti tat-tip u tad-daqsijiet assoċjati ta’ rilaxx mhux ippjanat ta’ effluwenti radjuattivi, kif ikkunsidrati fid-Data Ġenerali, mhux bilfors tirriżulta f’kontaminazzjoni radjuattiva li tkun sinifikanti mil-lat ta’ saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (id-Direttiva 2013/59/Euratom).

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Kadri SIMSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali jenħtieġ li jiġu vvalutati b’mod ulterjuri. Indikattivament, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE; għad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll għad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u għad-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.

(2)  Ir-rimi tal-iskart radjuattiv skont it-tifsira tal-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/635/Euratom tal-11 ta’ Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 36).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10829 — KKR / HITACHI TRANSPORT SYSTEM)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 305/02)

Fit 19 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10829. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/4


IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI DEĊIŻJONI NRU H13

tat-30 ta’ Marzu 2022

dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE u għal-Ftehim UE/Żvizzera)

(2022/C 305/03)

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li skontu l-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-fatturi li jeħtieġ jitqiesu għat-tfassil tal-kontijiet relatati mal-kostijiet li għandhom jiġġarrbu mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri skont dan ir-Regolament u biex jiġu adottati l-kontijiet annwali bejn dawk l-istituzzjonijiet, abbażi tar-rapport tal-Bord tal-Verifika msemmi fl-Artikolu 74,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, li skontu l-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiddetermina l-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika, li għandu jipprovdi rapporti u opinjoni motivata għal deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni Amministrattiva skont l-Artikolu 72(g),

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Bord tal-Verifika previst fl-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali huwa marbut mal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali.

2.   Meta jwettaq il-funzjonijiet tiegħu kif stabbilit fl-Artikolu 74(a) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-Bord tal-Verifika għandu jopera skont l-awtorità tal-Kummissjoni Amministrattiva, li minnha għandu jirċievi d-direttivi. Fi ħdan dan il-qafas, il-Bord tal-Verifika għandu jippreżenta programm ta’ xogħol fit-tul lill-Kummissjoni Amministrattiva għall-approvazzjoni.

Artikolu 2

1.   Il-Bord tal-Verifika għandu, bħala prinċipju, jasal għad-deċiżjonijiet tiegħu abbażi tal-evidenza dokumentata. Dan jista’ jitlob mill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe informazzjoni jew jistaqsi l-mistoqsijiet kollha meqjusa meħtieġa għall-investigazzjoni tal-kwistjonijiet ippreżentati biex jeżaminahom. Meta meħtieġ, soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-President tal-Kummissjoni Amministrattiva, il-Bord tal-Verifika jista’ jiddelega membru tas-Segretarjat jew ċerti membri tal-Bord tal-Verifika biex iwettqu, fuq il-post, kull investigazzjoni meħtieġa għat-twettiq ta’ ħidmietu. Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva għandu jinnotifika lir-rappreżentant tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat li qed issir din l-investigazzjoni.

2.   Il-Bord tal-Verifika għandu jiffaċilita l-għeluq finali tal-kontijiet f’każijiet fejn il-ftehim ma jkunx jista’ jintlaħaq fil-perjodu stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2). It-talba motivata għall-opinjoni tal-Bord tal-Verifika dwar tilwima skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandha tiġi riferita lill-Bord tal-Verifika minn waħda mill-partijiet mhux anqas minn 25 jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   Il-Bord tal-Verifika jista’ jwaqqaf Panel ta’ Konċiljazzjoni biex jassisti ħidmietu meta jkun qed jittratta t-talba motivata għall-opinjoni tal-Bord tal-Verifika, ippreżentata minn waħda mill-partijiet, f’konformità mal-punt 2 ta’ dan l-Artikolu.

Id-dettalji tal-kompożizzjoni, it-terminu, il-kompiti, il-metodi ta’ ħidma kif ukoll is-sistema tal-Presidenza tal-Panel ta’ Konċiljazzjoni għandhom ikunu inklużi f’mandat li dwaru tkun ittieħdet deċiżjoni mill-Bord tal-Verifika.

Artikolu 3

1.   Il-Bord tal-Verifika għandu jkun magħmul minn żewġ rappreżentanti minn kull wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea maħtura mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati.

Kull membru tal-Bord tal-Verifika li ma jkunx jista’ jattendi, jista’ jiġi sostitwit minn deputat maħtur għal dan l-għan mill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew is-sostitut tiegħu fuq il-Kummissjoni Amministrattiva għandu jaġixxi f’kapaċità konsultattiva fi ħdan il-Bord tal-Verifika.

3.   Il-Bord tal-Verifika għandu jkun megħjun minn espert indipendenti jew minn tim ta’ esperti b’taħriġ professjonali u b’esperjenza fi kwistjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet tal-Bord tal-Verifika, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompiti tiegħu skont l-Artikoli 64, 65 u 69 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 4

1.   Il-kariga tal-President tal-Bord tal-Verifika għandha tkun f’idejn membru mill-Istat Membru li r-rappreżentant tiegħu fuq il-Kummissjoni Amministrattiva jkollu l-kariga tal-President ta’ dik il-Kummissjoni.

2.   Il-President tal-Bord ta’ Verifika, flimkien mas-Segretarjat, jista’ jieħu l-passi kollha meħtieġa biex isolvi mingħajr dewmien il-problemi kollha li jaqgħu fil-kompetenza tal-Bord tal-Verifika.

3.   Bħala regola, il-President tal-Bord tal-Verifika għandu jippresiedi l-laqgħat tal-partijiet ta’ ħidma stabbiliti biex jeżaminaw problemi li huma fil-kompetenza tal-Bord tal-Verifika; madankollu, jekk ma jkunx/tkunx f’qagħda li jagħmel/tagħmel dan jew jekk qed jiġu eżaminati ċerti problemi speċifiċi, il-President jista’ jkun irrappreżentat minn persuna oħra maħtura minnu/minnha.

Artikolu 5

1.   Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi, kull Stat Membru b’vot wieħed biss.

Id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet dwar tilwima skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Bord tal-Verifika jridu jindikaw jekk intlaħqux b’mod unanimu jew b’maġġoranza. Fejn xieraq, iridu jippreżentaw il-konklużjonijiet jew ir-riżervi tal-minoranza.

Ir-rappreżentanti tal-pajjiżi involuti fit-tilwima ma għandhomx jieħdu sehem fl-approvazzjoni tal-opinjoni tal-Bord tal-Verifika dwar tilwima skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009. Kull darba li opinjoni dwar tilwima skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 ma tintlaħaqx b’mod unanimu, il-Bord tal-Verifika għandu jippreżentaha lill-Kummissjoni Amministrattiva flimkien ma’ rapport li b’mod partikolari jkun fih dikjarazzjoni tal-fehmiet opposti u r-raġunijiet għalihom. Għandu wkoll jaħtar relatur responsabbli li jipprovdi lill-Kummissjoni Amministrattiva bl-informazzjoni kollha li din tal-aħħar tqis xierqa sabiex tkun tista’ ssib soluzzjoni għat-tilwima inkwistjoni. Ir-relatur ma għandux jintgħażel mir-rappreżentanti tal-pajjiżi involuti fit-tilwima.

2.   Il-Bord tal-Verifika jista’ jiddeċiedi li jadotta deċiżjonijiet u opinjonijiet dwar tilwima skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 bl-użu ta’ proċedura bil-miktub jekk it-tali proċedura tkun ġiet miftiehma f’laqgħa preċedenti tal-Bord tal-Verifika.

Għal dan l-għan il-President għandu jikkomunika t-test li għandu jiġi adottat lill-membri tal-Bord tal-Verifika. Il-Membri għandhom jingħataw limitu ta’ żmien stabbilit ta’ mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol li fihom il-Membri għandu jkollhom il-possibbiltà jiddikjaraw li jirrifjutaw it-test propost jew li jastjenu mill-votazzjoni. Jekk ma tingħata l-ebda tweġiba fil-limitu ta’ żmien stabbilit, din għandha titqies bħala vot fl-affermattiv.

Il-President jista’ wkoll jiddeċiedi li jniedi proċedura bil-miktub f’każ li ma jkun intlaħaq ebda ftehim minn qabel f’laqgħa tal-Bord tal-Verifika. F’każ bħal dan, ftehimiet bil-miktub biss dwar it-test propost għandhom jgħoddu bħala voti fl-affermattiv u għandu jingħata l-limitu ta’ żmien stabbilit ta’ mill-inqas 15-il jum tax-xogħol.

Meta jiskadi l-limitu ta’ żmien stabbilit, il-President għandu jinforma lill-membri bir-riżultat tal-votazzjoni. Deċiżjoni li tkun irċeviet l-għadd meħtieġ ta’ voti fl-affermattiv, għandha titqies li tkun ġiet adottata fl-aħħar jum stabbilit tal-perjodu li matulu l-membri jkunu ntalbu jwieġbu.

3.   Jekk matul il-proċedura bil-miktub, membru tal-Bord tal-Verifika jipproponi li t-test għandu jiġi emendat, il-President għandu jagħżel li jew:

(a)

jerġa’ jibda mill-ġdid il-proċedura bil-miktub billi jikkomunika l-emenda proposta lill-membri f’konformità mal-proċedura fil-paragrafu 2; jew

(b)

iħassar il-proċedura bil-miktub sabiex il-kwistjoni terġa’ tiġi diskussa fil-laqgħa li jmiss,

skont liema proċedura l-President iqis xierqa għall-kwistjoni kkonċernata.

4.   Jekk qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien stabbilit għat-tweġibiet, membru tal-Bord tal-Verifika jitlob li t-test propost għandu jiġi eżaminat f’laqgħa tal-Bord tal-Verifika, il-proċedura bil-miktub għandha titħassar.

Il-kwistjoni mbagħad għandha tiġi eżaminata fil-laqgħa tal-Bord tal-Verifika li jkun imiss.

Artikolu 6

Il-Bord tal-Verifika jista’ jwaqqaf gruppi ad-hoc komposti minn għadd limitat ta’ persuni biex iħejju u jressqu proposti fuq kwistjonijiet speċifiċi għall-adozzjoni tal-Bord tal-Verifika.

Għal kull grupp ad-hoc, il-Bord tal-Verifika għandu jiddeċiedi min għandu jkun ir-relatur, il-kompiti li għandhom jitwettqu, u l-limitu ta’ żmien li fih il-grupp ikun irid iressaq ir-riżultati ta’ ħidmietu lill-Bord tal-Verifika. Dawn għandhom ikunu stabbiliti fil-mandat bil-miktub kif deċiż mill-Bord tal-Verifika.

Artikolu 7

1.   Is-Segretarjat tal-Kummissjoni Amministrattiva għandu jħejji u jorganizza l-laqgħat tal-Bord tal-Verifika u jniżżel il-minuti tagħhom. Għandu jwettaq ix-xogħol meħtieġ għall-funzjonament tal-Bord tal-Verifika. L-aġenda, id-data u t-tul tal-laqgħat tal-Bord tal-Verifika għandhom jiġu miftiehma mal-President.

2.   L-aġenda għandha tintbagħat mis-Segretarjat tal-Kummissjoni Amministrattiva lill-membri tal-Bord tal-Verifika u lill-membri tal-Kummissjoni Amministrattiva mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu ta’ kull laqgħa. Id-dokumenti relatati mal-punti fuq l-aġenda jenħtieġ li jkunu disponibbli mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa. Dan ma japplikax għal dokumenti li jipprovdu informazzjoni ġenerali li ma hemmx bżonn li tiġi approvata.

3.   Noti dwar il-laqgħa li jkun imiss tal-Bord tal-Verifika jenħtieġ li jintbagħtu lis-Segretarjat tal-Kummissjoni Amministrattiva mill-inqas 20 jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa. Dan ma japplikax għal dokumenti li jipprovdu informazzjoni ġenerali li ma hemmx bżonn li tiġi approvata.

Noti li jkun fihom l-input għad-Dikjarazzjoni tal-kontijiet annwali stipulata fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom isegwu l-format u jkunu jinkludu d-dettalji speċifikati mill-espert indipendenti jew mit-tim ta’ esperti msemmija fl-Artikolu 3(3) ta’ din id-Deċiżjoni. Kull delegazzjoni għandha tibgħat din in-nota lis-Segretarjat sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara dik is-sena kkonċernata.

Artikolu 8

Sakemm meħtieġ, ir-regoli tal-Kummissjoni Amministrattiva għandhom japplikaw għall-Bord tal-Verifika.

Artikolu 9

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mid-data tal-pubblikazzjoni.

2.   Din id-Deċiżjoni tissostitwixxi d-Deċiżjoni Nru H4 tat-22 ta’ Diċembru 2009 (3).

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Claire JEAN


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni Nru H4 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord ta’ Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (ĠU C 107, 27.4.2010, p. 3).


10.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/8


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta' Awwissu 2022

(2022/C 305/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0234

JPY

Yen Ġappuniż

138,26

DKK

Krona Daniża

7,4407

GBP

Lira Sterlina

0,84520

SEK

Krona Żvediża

10,3875

CHF

Frank Żvizzeru

0,9763

ISK

Krona Iżlandiża

140,10

NOK

Krona Norveġiża

9,9365

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,532

HUF

Forint Ungeriż

397,35

PLN

Zloty Pollakk

4,7085

RON

Leu Rumen

4,9038

TRY

Lira Turka

18,3342

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4687

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3163

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,0334

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6304

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4110

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 336,74

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,0500

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9106

HRK

Kuna Kroata

7,5140

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 197,09

MYR

Ringgit Malażjan

4,5592

PHP

Peso Filippin

56,939

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,264

BRL

Real Brażiljan

5,2478

MXN

Peso Messikan

20,7145

INR

Rupi Indjan

81,4060


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10861 – HG / TEAM.BLUE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 305/05)

1.   

Fit-3 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

HGCapital LLP (“Hg”, ir-Renju Unit), permezz tas-sussidjarja tagħha, Hg Pooled Management Limited (ir-Renju Unit),

team.blue Topco SARL (“team.blue”, il-Lussemburgu), bħalissa kkontrollata bi sħab minn Hg u investitur privat, Jonas Dhaenens.

Hg se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ team.blue kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Hg hija investitur ta’ software u servizzi li tiġġestixxi fondi ta’ investiment prinċipalment fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq;

team.blue toffri varjetà ta’ għodod ta’ preżenza diġitali u ta’ faċilitazzjoni, bħall-infrastruttura tas-siti web u s-servizzi ta’ hosting tal-web, prinċipalment fl-Ewropa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10861 – HG / TEAM.BLUE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


10.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10797 – PCG / PERSTORP)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 305/06)

1.   

Fit-3 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

PETRONAS Chemicals Group Berhad (“PCG”, il-Malażja);

PERSTORP HOLDING AB (publ.) (“Perstorp” jew “il-Kumpanija fil-Mira”, l-Iżvezja).

PCG se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Perstorp.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

PCG hija kumpanija kkwotata fil-borża debitament inkorporata u eżistenti skont il-liġijiet tal-Malażja. PCG hija attiva primarjament fil-manifattura u l-bejgħ ta’ firxa diversifikata ta’ prodotti petrokimiċi bħal olefini, polimeri, fertilizzanti, metanol, u sustanzi kimiċi bażiċi u prodotti derivattivi oħra. PCG hija kkontrollata biss minn Petroliam Nasional Berhad (“Petronas”), li hija l-azzjonist ewlieni ta’ PCG.

Perstorp hija kumpanija li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Malmö (l-Iżvezja), li sservi bħala l-kumpanija azzjonarja ewlenija għall-grupp ta’ kumpaniji Perstorp. Perstorp hija fornitur ta’ sustanzi kimiċi, b’enfasi fuq il-provvista ta’ soluzzjonijiet sostenibbli għall-klijenti fir-reżini u l-kisi, il-fluwidi maħdumin u l-industriji tan-nutrizzjoni tal-annimali. Perstorp hija preżenti globalment b’seba’ impjanti ta’ produzzjoni fl-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq u l-Asja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10797 – PCG / PERSTORP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

10.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/12


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

(2022/C 305/07)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Vin Santo del Chianti Classico

PDO-IT-A1514-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 27.5.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Taħlita varjetali - lista ta’ varjetajiet

Deskrizzjoni: Huma elenkati varjetajiet ta’ Malvasia (Malvasia Bianca Lunga, Malvasia Bianca di Candia). Apparti t-Trebbiano Toscano, dawn jirrappreżentaw minimu ta’ 60 % tat-taħlita varjetali.

Raġunijiet: Din l-emenda saret sabiex jiġu speċifikati l-varjetajiet ta’ għeneb ta’ Malvasia li huma permessi fit-taħlita tal-varjetajiet użati biex isir il-prodott, f’konformità mal-lista ta’ varjetajiet ta’ għeneb meqjusa li huma adattati għall-kultivazzjoni fir-Reġjun tat-Toskana.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 7 [Varjetajiet prinċipali tal-għeneb tal-inbid] tad-Dokument Uniku.

2.   Regoli għall-vitikultura - pożizzjoni tal-vinji

Deskrizzjoni: Id-deskrizzjoni tal-vinji fuq l-għoljiet tneħħiet mit-taqsima li tiddeskrivi l-pożizzjoni tal-vinji u l-kelma “aspett” ġiet sostitwita bil-kelma “skopertura”.

Raġunijiet: L-altitudni fiż-żona kollha tal-Chianti hija mill-inqas 150/200 m, u għalhekk hija adattata b’mod naturali għall-produzzjoni ta’ għeneb maħsub għat-tqaddid. Dan huwa l-każ wkoll għall-vinji li jinsabu fil-partijiet inqas elevati tat-territorju, peress li l-altitudni tagħhom għadha kompatibbli mat-tip ta’ produzzjoni inkwistjoni. Raġuni oħra għal din l-emenda hija biex ma jsirux valutazzjonijiet suġġettivi dwar territorju kollu kemm hu bl-għoljiet, u għalhekk li huwa adattat għall-produzzjoni ta’ nbejjed li għalihom huma meħtieġa proċessi ta’ tqaddid.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

3.   Prattiki ta’ kultivazzjoni — tisqija ta’ emerġenza

Deskrizzjoni: Sar provvediment għall-possibbiltà ta’ tisqija ta’ emerġenza.

Raġunijiet: L-istaġun tat-tkabbir tad-dwieli ġie affettwat mill-impatt tat-tibdil fil-klima fit-territorju kollu għal aktar minn 10 snin, b’temperaturi li dejjem jogħlew u ftit xita. Din il-prattika ta’ kultivazzjoni tiggarantixxi li l-vinji jistgħu jgħixu u tippreserva l-kwalità tal-għeneb. Fil-fatt, il-parametri tal-kwalità jkunu mnaqqsa b’mod sinifikanti f’għeneb li jinħasad minn vinji affettwati minn stress idriku.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4.5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

4.   Prattiki ta’ kultivazzjoni - referenza għas-selezzjoni bir-reqqa tal-għeneb

Deskrizzjoni: Fil-kuntest tal-limitu tar-rendiment massimu tal-għeneb għal kull ettaru, ir-referenza għal selezzjoni bir-reqqa tal-għeneb tħassret.

Raġunijiet: Ir-referenza għal din l-operazzjoni tħassret peress li l-parametri tar-rendiment diġà huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4.6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

5.   Prattiki ta’ kultivazzjoni - referenza għas-selezzjoni minn qabel tal-għeneb

Deskrizzjoni: Fir-rigward tal-kisba tal-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum, ir-referenza għall-operazzjoni ta’ selezzjoni minn qabel tal-għeneb tħassret.

Raġunijiet: Ir-referenza għal din l-operazzjoni tħassret peress li l-produzzjoni teknika u l-karatteristiċi tal-kwalità li għandhom jiġu ssodisfati mill-vinji diġà huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4.8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

6.   Referenza għall-ibbottiljar fi ħdan iż-żona ġeografika demarkata - aġġustament għall-forma tal-kundizzjoni eżistenti

Deskrizzjoni: Ir-referenza għall-ibbottiljar jew l-imballaġġ fi ħdan iż-żona ġeografika demarkata ġiet inkluża fid-Dokument Uniku, peress li diġà kienet permessa billi d-deżinjazzjoni ġiet rikonoxxuta u għalhekk diġà ġiet inkluża fl-Artikolu 5(1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Raġunijiet: Dan huwa aġġustament għall-forma, minħabba li din il-kundizzjoni ma kinitx ġiet inkluża fid-Dokument Uniku minħabba ommissjoni meta tfassal.

Dan l-aġġornament ma jinvalidax ir-rabta msemmija fl-Artikolu 93(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u jikkonċerna t-Taqsima 9 [Kundizzjonijiet essenzjali ulterjuri] tad-Dokument Uniku.

7.   Projbizzjoni fuq il-prattika ta’ arrikkiment tal-inbid

Deskrizzjoni: Il-projbizzjoni fuq l-arrikkiment tal-inbid ġiet inkluża.

Raġunijiet: Din il-prattika ma tintużax mill-produtturi tal-Vin Santo del Chianti Classico; il-kontenut minimu ta’ zokkor irid jinkiseb permess ta’ tqaddid naturali. Id-deċiżjoni/għażla li tiġi pprojbita l-prattika tal-arrikkiment tal-inbid għalhekk għandha l-għan li tiżgura titjib kontinwu tal-kwalità tal-prodott, li għandha tinkiseb b’immaniġġjar bir-reqqa tal-vinji u bir-rispett tal-proċess naturali tal-vinifikazzjoni.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5.4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5.1 [Prattiki enoloġiċi speċifiċi] tad-Dokument Uniku.

8.   Karatteristiċi organolettiċi

Deskrizzjoni: Għat-tip Vin Santo del Chianti Classico, żdiedu kliem biex jiddeskrivu l-kulur kannella tal-inbid għall-parametru tal-kulur ambra skur; Għat-tip Occhio di Pernice, il-kuluri minn roża skur għal roża ċar ġew emendati bid-deskrizzjoni li ġejja: “minn roża f’lewn id-deheb għal ambra għal kannella”;

Raġunijiet: Il-ħsieb wara dawn l-emendi huwa li d-deskrizzjoni tirrifletti kuluri iktar skuri, minħabba li fiż-żona tal-Chianti, fejn il-vinji tas-Sangiovese u dawk tal-għeneb aħmar għandhom importanza partikolari, il-vitikulturi qed jiffukaw dejjem aktar fuq dan it-tip ta’ għeneb, li qed ikollu impatt fuq il-kulur tal-inbid tal-Vin Santo.

Deskrizzjoni: Għaż-żewġ tipi, f’termini ta’ togħma, ġew indikati l-parametri minn mhux ħelu għal ħelu.

Raġunijiet: L-għan ta’ din l-emenda huwa li l-varjetà fit-togħmiet titwessa’ f’konformità mad-data analitika fuq il-prodotti. L-inbid Vin Santo qed jiġi identifikat dejjem aktar bħala nbid għal mal-ħelu, u għalhekk, hemm preferenza biex ikun ħelu fit-togħma. Fir-rigward tat-tip Occhio di Pernice, dan huwa prodott tipiku Toskan li jintuża b’mod partikolari fit-tħejjija ta’ riċetti bil-laħam u bl-annimali kkaċċjati, li għalihom huwa meħtieġ prodott b’kontenut baxx fiz-zokkor (jiġifieri xott).

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 tad-Dokument Uniku.

9.   Karatteristiċi kimikofiżiċi

Deskrizzjoni: Għaż-żewġ tipi, il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum, għall-valur tal-qawwa alkoħolika proprja, tnaqqset minn 12,00 % vol. għal 10,50 %.

Raġunijiet: Din l-emenda hija f’konformità mad-deċiżjoni li l-prodott isir aktar ħelu, b’hekk jiżdied il-livell ta’ zokkor residwu.

Deskrizzjoni: Għall-Vin Santo del Chianti Classico, l-aċidità totali minima żdiedet minn 4,0 g/l għal 4,5 g/l.

Raġunijiet: Il-varjetajiet tal-għeneb aħmar jintużaw fit-taħlita varjetali, b’mod partikolari is-Sangiovese, li għandha tendenza partikolari biex iżżid l-aċidità tal-inbejjed li għalihom tintuża. Dawn l-emendi huma wkoll f’konformità max-xejriet tas-suq.

Dawn l-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 tad-Dokument Uniku.

10.   Aġġustamenti għall-forma

Deskrizzjoni: Il-varjetajiet tal-għeneb li huma rappreżentattivi tat-territorju huma indikati: Trebbiano Toscano, Malvasia Bianca Lunga, Malvasia Bianca di Candia, Sangiovese u Canaiolo (abjad u iswed), u saru xi referenzi għall-inbejjed.

Raġunijiet: It-test ġie adattat fid-dawl tal-emendi li jikkonċernaw il-varjetajiet tal-għeneb li diġà huma elenkati fit-taħlita varjetali, u l-karatteristiċi kimikofiżiċi u organolettiċi tal-prodotti.

Din l-emenda għall-forma tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

11.   Firxa ta’ temperaturi - bidla fl-aġġettiv

Deskrizzjoni: Fir-rigward tal-post fejn jitqadded l-għeneb, ġie meqjus bħala suffiċjenti li tiġi indikata l-ħtieġa għal firxa tajba ta’ temperaturi (pjuttost minn waħda sinifikanti) u li l-post ikollu ventilazzjoni tajba.

Raġunijiet: Din id-definizzjoni ġiet meqjusa li hija aktar preċiża u rilevanti fil-proċess tat-tqaddid.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Vin Santo del Chianti Classico

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Vin Santo del Chianti Classico

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: minn isfar lewn it-tiben għal isfar lewn id-deheb, għal ambra skur għal kannella;

Riħa: li tfakkar f’eteri, b’saħħitha, distintiva;

Togħma: armonjuża, bellusija, strutturata sew, minn mhux ħelwa għal ħelwa

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16,00 %, b’qawwa alkoħolika proprja ta’ mill-inqas 10,5 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 23,0 g/l.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

30

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Vin Santo del Chianti Classico Occhio di Pernice

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: minn roża f’lewn id-deheb għal ambra għal kannella;

Riħa: riħa li tfakkar f’eteri, intensa;

Togħma: ratba, bellusija u bbilanċjata, minn mhux ħelwa għal ħelwa;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16,00 %, b’qawwa alkoħolika proprja ta’ mill-inqas 10,5 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 26,0 g/l.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

30

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

1.   Vin Santo del Chianti Classico DOP, inkluż bl-indikazzjoni tal-Occhio di Pernice

Prattika enoloġika speċifika

Il-metodu tradizzjonali ta’ vinifikazzjoni huwa kif ġej:

wara selezzjoni bir-reqqa, l-għeneb irid jgħaddi minn proċess ta’ tqaddid naturali; l-għeneb irid jitqadded f’post adattat; deidratazzjoni parzjali b’ventilazzjoni tal-arja hija permessa u l-għeneb irid jikseb kontenut suffiċjenti taz-zokkor qabel ma jiġi mitħun; ma hija permessa l-ebda prattika ta’ arrikkiment tal-għeneb. Il-vinifikazzjoni, l-ippreservar u t-tqaddim tal-Vin Santo del Chianti Classico jridu jseħħu f’kontenituri tal-injam (magħrufa bħala “caratelli”).

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Vin Santo del Chianti Classico DOP, inkluż bl-indikazzjoni tal-Occhio di Pernice

 

8 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.

Vin Santo del Chianti Classico DOP, inkluż bl-indikazzjoni tal-Occhio di Pernice

 

28 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona li fiha jiġi prodott id-DOP Vin Santo del Chianti Classico tinkludi 71 800 ettaru fiċ-ċentru tar-Reġjun tat-Toskana, inkluż parti mit-territorju tal-provinċji ta’ Firenze (30 400 ettaru) u Siena (41 400 ettaru). B’mod partikolari, il-muniċipalitajiet kollha ta’ Greve in Chianti, Castellina in Chianti, Radda in Chianti u Gaiole in Chianti kollha huma inklużi f’din iż-żona. Il-muniċipalitajiet ta’ San Casciano in Val di Pesa, Barberino Tavarnelle, Castelnuovo Berardenga u Poggibonsi huma parzjalment inklużi.

7.   Varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid

Malvasia Bianca Lunga B. - Malvasia

Malvasia Bianca di Candia B. - Malvasia

Sangiovese N. - Sangioveto

Trebbiano Toscano B. - Trebbiano

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Chianti Classico DOP inkluż bl-indikazzjoni tal-Occhio di Pernice

L-inbid Vin Santo ilu karatteristika importanti fiż-żona tal-Chianti Classico sa mill-Medju Evu. L-oriġini tiegħu jmorru lura għall-1400. Il-produzzjoni tal-Vin Santo hija proprja arti li teħtieġ l-esperjenza. L-ewwel stadju fil-proċess huwa l-ħsad tal-aktar għeneb adattat, bħat-Trebbiano Toscano, Malvasia Bianca Lunga, Malvasia Bianca di Candia, Sangiovese u Canaiolo (iswed u abjad), li jitħarreġ bl-użu ta’ tekniki li huma tradizzjonali f’din iż-żona (“l-arkata Toskana”). Il-metodu ta’ tqaddid huwa naturali minħabba l-firxa tat-temperatura fiż-żona. Il-ħinijiet tal-fermentazzjoni, it-trasferimenti u l-metodi ta’ tqaddim huma marbuta mal-esperjenza tal-vitikulturi lokali. Matul il-vinifikazzjoni, jintuża l-metodu “madre” [omm] tipiku lokali. Dan jinvolvi ż-żrigħ bil-ħmejjer magħżula matul iż-żmien minn azjendi individwali.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Vin Santo del Chianti Classico - l-ibbottiljar

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-operazzjonijiet tal-vinifikazzjoni, l-ippreservar, it-tqaddim u l-ibbottiljar iridu jitwettqu fi ħdan iż-żona tal-Vin Santo del Chianti Classico msemmija fl-Artikolu 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

F’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali nazzjonali u tal-UE, l-ibbottiljar jew l-imballaġġ iridu jsiru fi ħdan iż-żona ġeografika demarkata sabiex jiġu ssalvagwardjati l-kwalità u r-reputazzjoni tal-inbid Vin Santo del Chianti Classico, u tiġi garantita l-effettività tal-kontrolli rilevanti.

Vin Santo del Chianti Classico - vinifikazzjoni

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga fuq il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Ministeru tal-Agrikoltura, tal-Ikel u tal-Politika dwar il-Forestrija, u b’segwitu għal valutazzjoni mir-Reġjun tat-Toskana, l-operazzjonijiet tal-vinifikazzjoni, l-ippreservar, it-tqaddim u l-ibbottiljar huma permessi ġewwa fabbriki tal-inbid li jinsabu barra miż-żona ġeografika demarkata, iżda mhux aktar bogħod minn 10 km mill-konfini tagħha. Il-kundizzjonijiet huma li dawn il-fabbriki tal-inbid iridu jkunu diġà jeżistu fil-ħin tad-dħul fis-seħħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u li jridu jappartjenu għal azjendi li jipproduċu, individwalment jew kollettivament, għeneb adattat għall-produzzjoni tal-Vin Santo del Chianti Classico, maħsud minn vinji li jkunu jew proprjetà ta’ tali azjendi, jew immaniġġjati minnhom.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/18197


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


10.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/18


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(2022/C 305/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

Rosalia

PDO-AT-02594

Data tal-applikazzjoni: 21.2.2020

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Rosalia

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

L-inbejjed ħomor taż-żona huma prodotti mill-varjetajiet Zweigelt u Blaufränkisch. Il-kulur tal-inbejjed ħomor jista’ jiġi deskritt bħala aħmar skur u ta’ intensità qawwija. L-aroma tal-inbejjed ħomor tfakkrek fiċ-ċirasa qarsa u fl-għanbaqar. Bażikament it-togħma fiha togħma ta’ frott u hija kkaratterizzata minn tannini moderati. Il-kontenut taz-zokkor mhux iffermentat ma jistax jaqbeż l-4,0 g/l. L-inbejjed jistgħu jiġu mmaturati f’tankijiet tal-azzar jew btieti tal-injam. L-inbid aħmar jista’ jiġi prodott ukoll fil-forma ta’ inbid ta’ “riżerva”. F’dan il-każ, it-togħma hija kkaratterizzata minn qawwa alkoħolika superjuri (mill-inqas 13 % vol.) u tannini aktar maturi.

L-inbejjed rożè taż-żona huma prodotti wkoll mill-varjetajiet Zweigelt u Blaufränkisch. Il-kulur tal-inbejjed rożè jista’ jiġi deskritt bħala lewn is-salamun sa aħmar taċ-ċirasa ċara. L-aroma u t-togħma tal-inbejjed rożè huma kkaratterizzati minn frott artab aħmar (ribes aħmar, lampun); ma hemm l-ebda tannini preżenti. Il-kontenut ta’ zokkor residwu għandu jkun konformi mar-rekwiżiti għad-denominazzjoni “xott”. L-aċidità vivaċi hija parti essenzjali mill-profil tat-togħma tal-inbejjed rożè tad-DOP Rosalia. L-inbejjed jiġu mmaturati prinċipalment f’tankijiet tal-azzar, u f’inqas każi fi btieti tal-injam.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

15

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

-

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

10 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Ir-reġjun tal-vitikultura Rosalia hu magħmul mid-distrett politiku ta’ Mattersburg.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Blaufränkisch – Frankovka

Zweigelt – Blauer Zweigelt

Zweigelt – Rotburger

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Iż-żona tad-DOP Rosalia jinsab fuq l-għoljiet tal-Lvant tal-Muntanji Rosalia, li jestendu tul il-fruntiera bejn il-provinċji tal-Awstrija t’Isfel u Burgenland fil-Lvant tal-Awstrija.

Il-klima: iż-żona tad-DOP Rosalia jifforma parti mill-Pjanura Pannonjana (pjanura estensiva baxxa fin-nofsinhar tal-Ewropa Ċentrali tal-Lvant, li jinqasam mill-perkors tan-nofs tax-Xmara Danubju u n-naħa t’isfel tax-Xmara Tisza). Il-Pjanura Pannonjana hija kkaratterizzata minn sjuf xotti u sħan, u xtiewi kesħin u xotti.

Il-ħamrija: il-parti tal-Lbiċ taż-żona tad-DOP Rosalia hija magħmula minn blat kristallin li jingħaqad mal-Grigal minn sedimenti dejjem aktar żgħar Neoġeni fil-Baċin ta’ Vjenna. Dawn is-sedimenti huma depożiti mill-baħar preċedenti li kienu jinġarru mal-qiegħ tal-Muntanji Rosalia 12–16-il miljun sena ilu. Lejn it-Tramuntana u l-Grigal, dawn is-sedimenti huma magħqudin bi strixxa ta’ depożiti ta’ ramel.

Ir-rabta: għall-kuntrarju tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija, li għandhom relattivament ftit influwenza fuq it-togħma u l-karattru tal-inbejjed, il-klima hija fattur importanti ħafna fit-tipiċità tal-inbejjed tad-DOP Rosalia. Is-sħana tal-ġurnata tippermetti li l-għeneb isir sew u b’hekk tiżviluppa t-togħma taċ-ċirasa qarsa u tal-għanbaqar tipiċi tal-varjetajiet tad-dwieli. Min-naħa l-oħra, l-iljieli friski jwasslu l-aktar għall-formazzjoni tal-aromi primarji (u mhux taz-zokkor), li jagħtu lill-inbejjed it-togħma ta’ frott tipika u t-tannini moderati tagħhom.

Il-metodu abitwali tal-kultivazzjoni tal-vinji fl-Awstrija, bl-użu ta’ sistema ta’ kultivazzjoni Awstrijaka Lenz-Moser li fiha jieħdu ħsieb id-dwieli prinċipalment bl-idejn (żbir, ġestjoni taż-żarġun u l-faxxina, irmondar tal-għenieqed, eċċ.), jintuża wkoll fiż-żona tad-DOP Rosalia. Il-mod li bih jiġu prodotti u mmaturati l-inbejjed jikkorrispondi wkoll għall-miżuri applikati fil-maġġoranza l-kbira tal-azjendi Awstrijaċi. B’riżultat ta’ dan, il-metodi ta’ kultivazzjoni u t-teknoloġija tal-kantina għandhom influwenza ħafna iżgħar fuq il-karattru u t-togħma tal-inbejjed mill-fatturi ġeografiċi u, fuq kollox, klimatiċi.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Id-dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Id-denominazzjoni ta’ oriġini Rosalia għandha tintuża flimkien mad-denominazzjoni tradizzjonali “DAC” jew “Districtus Austriae Controllatus”.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Id-deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Għall-inbejjed kollha tad-DOP, l-Att Awstrijak dwar l-Inbid jipprevedi li l-produzzjoni ta’ inbid b’DOP trid issir fir-reġjun tal-vitikultura (reġjun ta’ oriġini IĠP) li fih tinsab fiż-żona tad-DOP jew biswit reġjun tal-vitikultura. Għalhekk, l-Awstrija tagħmel użu ġenerali mid-deroga prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/33.

Għall-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOP Rosalia, ġew stabbiliti kundizzjonijiet addizzjonali: il-produzzjoni ma għandhiex issir barra miż-żona tal-oriġini mingħajr l-approvazzjoni tal-Kumitat Reġjonali tal-Inbid ta’ Burgenland. Tali approvazzjoni tista’ tingħata, b’mod partikolari, jekk il-vinji tal-produttur ikunu jinsabu fiż-żona Rosalia u l-inbid jiġi prodott fil-bini tal-produttur barra minn dik iż-żona jew jekk ikun hemm kuntratti ta’ rqajja’ art bejn produttur ma’ bini barra ż-żona Rosalia u sidien ta’ vinji f’dik iż-żona.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-att Awstrijak dwar l-Inbid ma jistabbilixxix regoli ġenerali dwar l-ibbottiljar tal-inbejjed tad-DOP.

Sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-karatteristiċi tipiċi tal-inbejjed tad-DOP Rosalia, il-kundizzjonijiet li ġejjin huma stabbiliti fl-ibbottiljar tal-inbejjed tad-DOP Rosalia: L-ibbottiljar ma jistax isir barra miż-żona mingħajr l-approvazzjoni tal-Kumitat Reġjonali tal-Inbid ta’ Burgenland. Din l-approvazzjoni tista’ tingħata, b’mod partikolari, jekk il-bottiljatur ikollu bini kemm ġewwa kif ukoll barra d-DOP Rosalia.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.bmlrt.gv.at/themen/landwirtschaft/landwirtschaft-in-oesterreich/pflanzliche-produktion/wein/Weinherkunft.html


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.