ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 304

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
9 ta' Awwissu 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 304/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10757 — MUTARES / CIMOS) ( 1 )

1

2022/C 304/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10747 — BHC / DUSSUR / BAKER PETROLITE SAUDI COMPANY JV) ( 1 )

2

2022/C 304/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10828 — CVC / NORDIC CAPITAL / CARY GROUP) ( 1 )

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 304/04

Rata tal-kambju tal-euro — It-8 ta' Awwissu 2022

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 304/05

Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 304/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10681 – RTL Deutschland/Seven.One Entertainment Group/Addressable TV Technology JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 304/07

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

11

2022/C 304/08

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

15


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10757 — MUTARES / CIMOS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 304/01)

Fit 28 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10757. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


9.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10747 — BHC / DUSSUR / BAKER PETROLITE SAUDI COMPANY JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 304/02)

Fit 3 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10747. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


9.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10828 — CVC / NORDIC CAPITAL / CARY GROUP)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 304/03)

Fit 5 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10828. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta' Awwissu 2022

(2022/C 304/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0199

JPY

Yen Ġappuniż

137,62

DKK

Krona Daniża

7,4405

GBP

Lira Sterlina

0,84165

SEK

Krona Żvediża

10,3650

CHF

Frank Żvizzeru

0,9763

ISK

Krona Iżlandiża

140,10

NOK

Krona Norveġiża

9,9405

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,515

HUF

Forint Ungeriż

394,27

PLN

Zloty Pollakk

4,7043

RON

Leu Rumen

4,9163

TRY

Lira Turka

18,3175

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4607

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3134

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,0061

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6202

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4058

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 329,93

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,9694

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,8931

HRK

Kuna Kroata

7,5123

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 147,65

MYR

Ringgit Malażjan

4,5477

PHP

Peso Filippin

56,554

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,380

BRL

Real Brażiljan

5,2380

MXN

Peso Messikan

20,6810

INR

Rupi Indjan

81,1660


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

9.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/5


Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2022/C 304/05)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠA MILL-ISTATI MEMBRI

IL-POLONJA

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil-ĠU C 126, 12.4.2021, p. 1.

I.

Lista ta’ dokumenti koperti mill-Artikolu 2(16)(a) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen).

1.

Dokumenti ta’ residenza maħruġa f’konformità mal-format uniformi stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz.

Karta pobytu (Karta ta’ residenza)

Il-karti tar-residenza jinħarġu lil barranin li jkunu kisbu:

zezwolenie na pobyt czasowy (POBYT CZASOWY) - permess ta’ residenza temporanju;

zezwolenie na pobyt stały (POBYT STAŁY) - permess ta’ residenza permanenti;

zezwolenie na osiedlenie się (OSIEDLENIE SIĘ) – permess ta’ residenza għat-tul maħruġ qabel l-1 ta’ Mejju 2014;

zezwolenie na pobyt rezydenta długoterminowego WE/UE (POBYT REZYDENTA DŁUGOTERMINOWEGO WE/UE) - permess ta’ residenza ta’ resident għal żmien twil tal-KE (maħruġ wara l-1 ta’ Ottubru 2005). B’effett mit-12 ta’ Ġunju 2012, it-terminu “KE” inbidel bit-terminu “UE”;

zgoda na pobyt ze względów humanitarnych (POBYT ZE WZGLĘDÓW HUMANITARNYCH) - kunsens għal soġġorn għal raġunijiet umanitarji;

status uchodźcy (STATUS UCHODŹCY) - status ta’ refuġjat;

ochrona uzupełniająca (OCHRONA UZUPEŁNIAJĄCA) – protezzjoni sussidjarja;

Dokumenti maħruġa liċ-ċittadini tar-Renju Unit u lill-membri tal-familja tagħhom - il-benefiċjarji tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fil-Polonja, wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni:

Zaświadczenie o zararejestrowaniu pobytu (Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ soġġorn – għal ċittadini tar-Renju Unit li għandhom id-dritt ta’ residenza),

Dokument potwierdzający prawo stałego pobytu (Dokument li jiċċertifika r-residenza permanenti – għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li għandhom id-dritt ta’ residenza permanenti),

Karta pobytowa (Karta ta’ residenza - għal membru tal-familja mhux mir-Renju Unit li għandu d-dritt ta’ residenza),

Karta stałego pobytu (Karta ta’ residenza permanenti - għal membru tal-familja mhux mir-Renju Unit li għandu d-dritt ta’ residenza permanenti).

Id-dokumenti kollha msemmija hawn fuq ikollhom: “L-Artikolu 50 TUE” fil-kamp: “tip ta’ permess” u “Artikolu 18 ust. 4 Umowy Wystąpienia” fil-kamp: “kummenti”.

2.

Karti ta’ residenza maħruġa f’knformità mad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE.

Karta pobytu członka rodziny obywatela Unii Europejskiej (Karta ta’ residenza għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE);

Karta stałego pobytu członka rodziny obywatela Unii Europejskiej (Karta ta’ residenza permanenti għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE).

II.

Lista ta’ dokumenti koperti mill-Artikolu 2(16)(b) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

1.

Karta tal-identità maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin:

legitymacja dyplomatyczna (Karta tal-Identità Diplomatika);

legitymacja służbowa (Karta tal-Identità Uffiċjali);

legitymacja konsularna (Karta tal-Identità Konsulari);

legitymacja konsularna konsula honorowego (Karta tal-Identità Konsulari għall-Konslu Onorarju);

legitymacja specjalna (Karta tal-Identità Speċjali).

2.

Lista podróżujących dla wycieczek w Unii Europejskiej (decyzja Rady 94/795/WSiSW z dnia 30 listopada 1994 r. w sprawie wspólnych działań przyjętych przez Radę na podstawie art. K.3 ust. 2 lit. b Traktatu o Unii Europejskiej w sprawie ułatwień podróży dla uczniów pochodzących z państw trzecich przebywających w Państwach Członkowskich) (Lista ta’ vjaġġaturi għal vjaġġi fl-Unjoni Ewropea (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/795/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3.2.b tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea dwar faċilitajiet tal-ivvjaġġar għal tfal tal-iskola minn pajjiżi terzi residenti fi Stat Membru)).

3.

Dokumenti maħruġa liċ-ċittadini tar-Renju Unit u lill-membri tal-familja tagħhom qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-Ftehim dwar il-Ħruġ skont id-Direttiva 2004/38/KE li jistgħu jintużaw minnhom wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni (id-dokumenti se jibqgħu validi mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021):

Dokument potwierdzający prawo stałego pobytu (Dokument li jiċċertifika d-dritt ta’ residenza permanenti),

Karta pobytu członka rodziny obywatela UE (Karta ta’ residenza għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE),

Karta stałego pobytu członka rodziny obywatela UE (Karta ta’ residenza permanenti għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE).

4.

Dokumenti proviżorji maħruġa liċ-ċittadini tar-Renju Unit u lill-membri tal-familja tagħhom wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-Ftehim dwar il-Ħruġ:

Zaświadczenie (ċertifikat) b’validità ta’ sena li jikkonferma l-preżentata ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ dokument ta’ soġġorn u/jew ta’ residenza għall-benefiċjarju tal-Ftehim dwar il-Ħruġ – f’każ ta’ applikazzjoni ppreżentata sal-31 ta’ Diċembru 2021 (iċ-ċertifikat flimkien ma’ dokument tal-ivvjaġġar validu se jagħti d-dritt għal qsim ripetut tal-fruntieri mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb viża).

5.

Diia.pl (jew servizz Diia.pl) - dokument tal-identità diġitali maħruġ lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni temporanja skont l-Att tal-12 ta’ Marzu 2022 dwar l-assistenza liċ-ċittadini tal-Ukrajna b’rabta mal-kunflitt armat fit-territorju tal-Ukrajna (Il-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2022, il-punt 583) b’rabta mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati mill-Ukraina fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandu l-effett li jintroduċi protezzjoni temporanja (ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1).

Diia.pl huwa servizz ipprovdut mill-Ministru, responsabbli għall-kompjuterizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 19e.2 (2) tal-Att dwar il-Kompjuterizzazzjoni b’rabta mal-Artikolu 10.1 tal-Att dwar l-assistenza liċ-ċittadini tal-Ukrajna, disponibbli fl-Applikazzjoni fuq l-apparat mobbli tal-Utent, li jippermetti li data personali ta’ Utent li huwa ċittadin tal-Ukrajna jew konjuġi ta’ ċittadin Ukren li ma jkollux ċittadinanza Ukrena dment li ma jkunx ċittadin tal-Polonja jew ta’ Stat Membru ieħor tal-UE u li jasal fir-Repubblika tal-Polonja mill-Ukrajna fil-perjodu li jibda fl-24 ta’ Frar 2022 titniżżel mir-Reġistru, kif ukoll li tinħażen f’forma kriptata fuq l-apparat mobbli tal-Utent, biex tiġi ppreżentata lil persuni oħrajn bħala konferma tal-identità tal-Utent.

Diia.pl jista’ jintuża minn benefiċjarji ta’ protezzjoni temporanja Ukreni li jibqgħu legalment fit-territorju tal-Polonja fuq il-bażi tal-Artikolu 2.1 tal-Att dwar l-assistenza liċ-ċittadini tal-Ukrajna u li rċevew Numru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali (PESEL).

Fuq il-bażi tal-Artikolu 2.1 tal-Att dwar l-assistenza liċ-ċittadini tal-Ukrajna “Jekk ċittadin Ukren fis-sens tal-Artikolu 1.1, jasal legalment fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja fil-perjodu wara l-24 ta’ Frar 2022 sal-jum indikat fid-dispożizzjonijiet adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 2.4 (id-data għadha ma ġietx determinata) u jiddikjara l-intenzjoni li jissoġġorna fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja, is-soġġorn tiegħu/tagħha jitqies legali fil-perjodu ta’ 18-il xahar mill-24 ta’ Frar 2022 (...) Soġġorn ta’ wild imwieled fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja minn omm li hija persuna msemmija fl-ewwel sentenza jitqies legali wkoll fl-istess perjodu tas-soġġorn tal-omm”.

Diia.pl jinħareġ fuq il-bażi ta’

l-Artikolu 10 tal-Att dwar l-assistenza liċ-ċittadini tal-Ukrajna.

Diia.pl iservi bħala konferma tal-identità tal-Utent u huwa evidenza ekwivalenti għal dokument konformi

l-Artikolu 8.1 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi biex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn

u jenħtieġ li jitqies bħala permess ta’ residenza fis-sens

tal-Artikolu 2(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE.

Id-dokument Diia.pl jista’ jintuża minn kwalunkwe persuna li tkun ta’ età legali.

6.

Zaświadczenie o korzystaniu z ochrony czasowej (Il-Benefiċċju ta’ Ċertifikat ta’ Protezzjoni Temporanja) jinħareġ lil barrani li jgawdi minn protezzjoni temporanja skont l-Artikolu 106 tal-Att tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar l-għoti ta’ protezzjoni lil barranin fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja (Il-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2021, il-punt 1108, kif emendat) b’rabta mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta' influss bil-massa ta' persuni spostati mill-Ukrajna fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja (ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1). Meta l-perjodu ta’ protezzjoni temporanja jiġi estiż mid-dritt tal-Unjoni Ewropea, il-validità taċ-ċertifikat għandha tiġi estiża skont dan.

B’konformità mal-Artikolu 8.1 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi biex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn, iċ-Ċertifikat jenħtieġ li jitques bħala permess ta’ residenza fis-sens tal-Artikolu 2(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1.

ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11.

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 1.

ĠU C 164, 18.7.2007, p. 45.

ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11.

ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14.

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31.

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14.

ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12.

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5.

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15.

ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9.

ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2.

ĠU C 298, 8.12.2009, p.15.

ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20.

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5.

ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26.

ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8.

ĠU C 108, 7.4.2011, p. 7.

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5.

ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1.

ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26.

ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7.

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5.

ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7.

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4.

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6.

ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8,

ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4.

ĠU C 118, 17.4.2014, p. 9.

ĠU C 200, 28.6.2014, p. 59.

ĠU C 304, 9.9.2014, p. 3.

ĠU C 390, 5.11.2014, p. 12.

ĠU C 210, 26.6.2015, p. 5.

ĠU C 286, 29.8.2015, p. 3.

ĠU C 151, 28.4.2016, p. 4.

ĠU C 16, 18.1.2017, p. 5.

ĠU C 69, 4.3.2017, p. 6.

ĠU C 94, 25.3.2017, p. 3.

ĠU C 297, 8.9.2017, p. 3.

ĠU C 343, 13.10.2017, p. 12.

ĠU C 100, 16.3.2018, p. 25.

ĠU C 144, 25.4.2018, p. 8.

ĠU C 173, 22.5.2018, p. 6.

ĠU C 222, 26.6.2018, p. 12.

ĠU C 248, 16.7.2018, p. 4.

ĠU C 269, 31.7.2018, p. 27.

ĠU C 345, 27.9.2018. p. 5.

ĠU C 27, 22.01.2019. p. 8.

ĠU C 31, 25.1. 2019, p 5.

ĠU C 34, 28.1.2019, p. 4.

ĠU C 46, 5.2.2019. p. 5.

ĠU C 330, 6.10.2020. p. 5.

ĠU C 126, 12.4.2021, p. 1.

ĠU C 140, 21.4.2021, p. 2.

ĠU C 150, 28.4.2021. p. 5.

ĠU C 365, 10.9.2021, p. 3.

ĠU C 491, 7.12.2021. p. 5.

ĠU C 509, 17.12.2021, p. 10.

ĠU C 63, 7.2. 2022, p. 6.

ĠU C 272, 15.7. 2022, p 4.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU C 77, 23.3.2016, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10681 – RTL Deutschland/Seven.One Entertainment Group/Addressable TV Technology JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 304/06)

1.   

Fl-1 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

RTL Deutschland GmbH (“RTL Deutschland”, il-ĠERMANJA),

Seven.One Entertainment Group GmbH (“Seven.One Entertainment Group”, il-ĠERMANJA),

The Addressable TV GmbH (“Addressable TV Technology JV”, il-ĠERMANJA),

RTL u Seven.One Entertainment Group jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Addressable TV Technology JV.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

RTL Deutschland hija attiva fid-divertiment televiżiv u dak online kif ukoll fis-servizzi tal-produzzjoni u tax-xandir,

Seven.One Entertainment Group huwa attiv fid-divertiment televiżiv u dak online kif ukoll fis-servizzi tal-produzzjoni u tax-xandir.

3.   

Addressable TV Technology JV se tiżviluppa servizzi mmirati biex isaħħu l-aċċessibbiltà ottimizzata u l-implimentazzjoni ta’ standards tekniċi pre-eżistenti u non-proprjetarju fuq it-teknoloġija ta’ Addressable TV (“ATV”). B’mod partikolari, huwa se jiddefinixxi l-funzjonalitajiet tat-teknoloġija tal-ATV u jipprovdi lix-xandara u lill-manifatturi ta’ elettroniċi tal-konsumaturi b’għodda bbażati fuq app li jgħinuhom jittestjaw u jiċċertifikaw li t-teknoloġiji rispettivi tal-ATV ikunu jaqblu mar-rekwiżiti ta’ implimentazzjoni teknika raffinata definita mill-Addressable TV Technology JV.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10681 – RTL Deutschland/Seven.One Entertainment Group/Addressable TV Technology JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

9.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/11


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

(2022/C 304/07)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

“Verdicchio di Matelica”

PDO-IT-A0481-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 27.5.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Imballaġġ — kontenituri u kapaċità

Deskrizzjoni: għall-inbid Verdicchio di Matelica mingħajr ebda speċifikazzjoni addizzjonali, jistgħu jintużaw ukoll kontenituri alternattivi għall-ħġieġ, li jikkonsistu f’borża magħmula minn materjal tal-plastik tal-polietilen u tal-poliester b’diversi saffi magħluqa f’kaxxa tal-kartun jew ta’ materjal riġidu ieħor li ma għandux ikun inqas mill-kapaċità minima stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE. Barra minn hekk, l-inbid tat-tip “Passito” għandu jiġi kkummerċjalizzat biss fi fliexken tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1,50 litru.

Raġunijiet: din hija l-opportunità ulterjuri biex jiġi ppakkjat l-inbid Verdicchio di Matelica f’kontenituri alternattivi għall-ħġieġ mixtieq mill-produtturi wara valutazzjonijiet tekniċi u kummerċjali bir-reqqa, kif ukoll indikazzjoni tal-kapaċità minima tal-fliexken għall-inbejjed tat-tip “passiti”.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 9 tad-Dokument Uniku.

2.   Sena tal-produzzjoni tal-għeneb

Deskrizzjoni: għall-inbejjed Verdicchio di Matelica, bl-eċċezzjoni tal-inbejjed frizzanti mhux ittikkettati bħala millesimati, jeżisti l-obbligu li s-sena tal-produzzjoni tal-għeneb tiġi indikata.

Raġunijiet: din hija indikazzjoni aħjar tat-tikkettar tal-prodotti koperti mid-denominazzjoni.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 9 tad-Dokument Uniku.

3.   Referenzi għall-korp ta’ spezzjoni - bidla fl-indirizz

Deskrizzjoni: L-indirizz ta’ Valoritalia, kumpanija għaċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità u l-produzzjoni tal-inbejjed ġie emendat minn Via Piave n. 24, għal Via Venti Settembre n. 98/G – 00187 Roma..

Raġunijiet: dan jikkonċerna t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tal-korp ta’ kontroll għad-denominazzjoni Verdicchio di Matelica.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 10 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

“Verdicchio di Matelica”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   “Verdicchio di Matelica”

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed tad-DOP Verdicchio di Matelica għandhom kulur isfar lewn it-tiben ċar, aroma distintiva u delikata u togħma xotta armonjuża b’togħma morra.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Verdicchio di Matelica passito

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed tad-DOP Verdicchio di Matelica passito huma kkaratterizzati minn kulur isfar għal ambra, b’togħma distintiva etereali, intensa, li tvarja minn morra għal ħelwa, bellusija b’togħma morra karatteristika.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,00 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Verdicchio di Matelica spumante

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed tad-DOP Verdicchio di Matelica spumante għandhom kulur isfar lewn it-tiben bi ħjiel aħdar, aroma karatteristika delikata, fina u komposta, ragħwa fina u li ddum fit-tul, togħma extrabrut għal xotta, u togħma friska fina u armonjuża.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.   Verdicchio di Matelica

13 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

2.   Verdicchio di Matelica passito

13 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

3.   Verdicchio di Matelica spumante

13 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb adattat għall-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOP Verdicchio di Matelica tinkludi parti mit-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Matelica, Esanatoglia, Gagliole, Castelraimondo, Camerino u Pioraco fil-provinċja ta’ Macerata u parti mit-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Cerreto D’Esi u Fabriano fil-provinċja ta’ Ancona.

7.   Varjetà ta’ għeneb tal-inbid

Verdicchio Bianco B. - Trebbiano di Soave B.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Verdicchio di Matelica

Il-fatturi umani fil-produzzjoni tal-inbejjed DOP Verdichio di Matelica kellhom rwol ewlieni fl-iżvilupp tat-tekniki tal-kultivazzjoni u tal-produzzjoni tal-inbid tal-Verdicchio. Il-produzzjoni u l-konsum tal-inbejjed frizzanti u “passiti” tul is-sekli huma ddokumentati u miżmuma bi tradizzjoni fiż-żona. L-interazzjoni tal-fatturi umani mal-fatturi naturali uniċi taż-żona tal-produzzjoni, bħall-klima u n-natura tal-ħamrija, tagħti lill-inbejjed DOP Verdicchio di Matelica karatteristiċi analitiċi, aromatiċi u organolettiċi, li huma uniċi u mingħajr paragun, u li huma attribwibbli speċifikament għall-varjetà nattiva użata bħala l-kombinazzjoni predominanti tal-varjetajiet tal-għeneb.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Indikazzjoni tas-sena tal-produzzjoni tal-għeneb

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Fit-tikkettar tal-inbejjed DOP Verdicchio di Matelica, bl-eċċezzjoni tal-inbejjed frizzanti mhux ittikkettati bħala millesimati, jeżisti l-obbligu li s-sena tal-qtugħ tal-għeneb tiġi indikata.

Imballaġġ u kontenituri

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Għall-inbejjed Verdicchio di Matelica mingħajr ebda speċifikazzjoni addizzjonali, jistgħu jintużaw ukoll kontenituri alternattivi għall-ħġieġ, li jikkonsistu f’borża magħmula minn materjal tal-plastik tal-polietilen u tal-poliester b’diversi saffi magħluqa f’kaxxa tal-kartun jew ta’ materjal riġidu ieħor li ma għandux ikun inqas mill-kapaċità minima stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

L-inbid Verdicchio di Matelica “passito” għandu jinħareġ għall-konsum biss fi fliexken tal-ħġieġ li jesgħu mhux aktar minn 1,50 litru.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/18198


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


9.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/15


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 304/08)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Pla de Bages

PDO-ES-A1557-AM06

Data tal-komunikazzjoni: 21.6.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Tnaqqis tal-qawwa alkoħolika għal ċerti nbejjed rożè

Deskrizzjoni:

Il-qawwa alkoħolika minima meħtieġa għall-inbejjed rożè magħmula mill-għeneb tal-varjetajiet Mandó u Picapoll Negro qed titnaqqas minn 12,5 % vol. għal 11,5 % vol.

Ġie miżjud li meta jitħalltu varjetajiet għal rożè, il-qawwa alkoħolika applikabbli għandha tiddependi fuq il-proporzjon ta’ kull wieħed.

Din l-emenda taffettwa l-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma tissodisfa l-ebda wieħed mill-kriterji stipulati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

Raġunijiet:

Picapoll Negra u Mandó huma varjetajiet li ngħataw ħajja ġdida fiż-żona fejn issir id-DOP Pla de Bages u huma inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Il-karatteristiċi ta’ dan l-għeneb, bħalma huwa l-każ għal xi varjetajiet oħra ta’ Vitis vinifera, huma tali li huwa diffiċli li tinkiseb qawwa alkoħolika għolja. Ġie meqjus xieraq li titnaqqas il-qawwa alkoħolika minima tal-inbejjed rożè magħmulin mill-għeneb Mandó u Picapoll Negro minn 12,5o għal 11,5o alkoħol.

2.   Emenda għad-deskrizzjoni organolettika

Deskrizzjoni:

Parti mit-test li tiddeskrivi l-inbejjed ġiet imċaqalqa u sostitwita b’tabella li tistabbilixxi l-karatteristiċi organolettiċi.

Din l-emenda taffettwa l-punt 2.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma tissodisfa l-ebda wieħed mill-kriterji stipulati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

Raġunijiet:

Ir-raġuni għal din l-emenda hija li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott qed issir aktar teknika u huwa importanti li jiġi żgurat li tkun ċara u oġġettiva kemm jista’ jkun biex tgħin fil-qari u l-interpretazzjoni.

3.   Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-varjetajiet

Deskrizzjoni:

Bidla fid-distribuzzjoni tal-varjetajiet awtorizzati u rakkomandati. Il-varjetajiet jibqgħu l-istess, bid-differenza li Chardonnay, Merlot u Cabernet Sauvignon inbidlu minn “rakkomandati” għal “awtorizzati”. Madankollu, il-varjetà Mandó/Garró nbidlet minn “awtorizzata” għal “rakkomandata”.

Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma tissodisfa l-ebda wieħed mill-kriterji stipulati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

Raġunijiet:

Il-ħsieb wara dawn il-bidliet proposti hija li l-lista ta’ varjetajiet tiġi organizzata biex turi dawk li huma kkunsidrati lokali u adattati aħjar għaż-żona bħala varjetajiet “rakkomandati” skont l-approċċ strateġiku adottat mid-DOP.

4.   Titjib fil-formulazzjoni tar-rabta

Deskrizzjoni:

Il-formulazzjoni tal-kategorija “inbid” ittejbet.

Din l-emenda taffettwa l-punt 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 8.1 tad-Dokument Uniku.

Minħabba li tinvolvi biss titjib u mhux bidla fil-formulazzjoni tar-rabta, din hija emenda standard peress li ma tissodisfa l-ebda wieħed mill-kriterji stipulati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

Raġunijiet:

Ir-raġuni għal din l-emenda hija li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott qed issir aktar teknika u huwa importanti li jiġi żgurat li tkun ċara u oġġettiva kemm jista’ jkun biex tgħin fil-qari u l-interpretazzjoni.

Fid-dawl ta’mdan ta’ hawn fuq, il-karatteristiċi distintivi tal-prodott ġew ifformulati mill-ġdid fit-taqsima dwar ir-Rabta.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Pla de Bages

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

8.

Inbid semispumanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbejjed bojod u rożè

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

BOJOD: Lewn isfar ċar sa skur (dehbi). Dehra ċara mingħajr turbidità. Preżenza ta’ aromi ta’ frott. F’xi każijiet jista’ jkun hemm aromi tal-injam mit-tqaddim. Normalment ikunu ħfief.

ROŻÈ: Kulur aħmar li jvarja minn roża ċar u/jew lewn il-qoxra tal-basal għal aħmar lewn iċ-ċirasa. Preżenza ta’ aromi ta’ frott. F’xi każijiet jista’ jkun hemm aromi tal-injam mit-tqaddim. Normalment ikunu ħfief.

*

Il-qawwa alkoħolika minima miksuba għal inbejjed rożè magħmula biss minn Sumoll, Ull de Llebre, Garró/Mandó u Picapoll Negro hija ta’ 11,5 % vol., u 12,5o vol. għall-oħrajn. Fil-każ ta’ nbejjed li fihom taħlitiet magħmulin minn varjetajiet b’valuri ta’ qawwa alkoħolika minima differenti, il-valur minimu tat-taħlita għandu jkun proporzjonat direttament mal-qawwa alkoħolika minima ta’ kull waħda mill-varjetajiet u mal-perċentwali ta’ kull waħda fit-taħlita.

*

L-inbejjed imqaddmin għal aktar minn sena u l-inbejjed prodotti fi btieti tal-injam fl-istess sena, kemm jekk bil-fermentazzjoni u/jew bit-tqaddim, għandu jkollhom aċidità volatili massima ta’ 0,9 g/l.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

11,67

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

180

2.   Inbid aħmar

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Ta’ lewn aħmar bi sfumaturi varjabbli li jvarjaw minn vjola għal okra skont il-proċessi ta’ produzzjoni u ta’ tqaddim. Dehra ċara mingħajr turbidità. Preżenza ta’ aromi ta’ frott. F’ċerti każijiet, jista’ jkun hemm aromi tal-injam mit-tqaddim. Varjabbli skont il-proċessi ta’ produzzjoni u ta’ tqaddim. Minn ħfief u friski għal aktar strutturati u kkonċentrati.

*

Il-qawwa alkoħolika reali minima għall-inbejjed magħmula biss minn għeneb Sumoll, Ull de Llebre, Picapoll Negro u Garró/Mandó hija ta’ 11,5 % vol.

*

L-inbejjed imqaddmin għal aktar minn sena u l-inbejjed prodotti fi btieti tal-injam fl-istess sena, kemm jekk bil-fermentazzjoni u/jew bit-tqaddim, għandu jkollhom aċidità volatili massima ta’ 1,1 g/l.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

3.   Inbid semispumanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kif deskritt hawn fuq, f’konformità mal-kulur rilevanti. Preżenza ta’ bżieżaq. Preżenza ta’ aromi ta’ frott. F’xi każijiet jista’ jkun hemm aromi mit-tqaddim. Inbejjed friski minħabba l-preżenza tad-diossidu tal-karbonju, li jżid ukoll is-sensazzjoni ta’ struttura u togħma mimlija fil-ħalq.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

4.   Inbid spumanti ta’ kwalità

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kif deskritt hawn fuq, f’konformità mal-kulur rilevanti. Preżenza ta’ bżieżaq. Preżenza ta’ aromi ta’ frott. F’xi każijiet jista’ jkun hemm aromi mit-tqaddim. Inbejjed friski minħabba l-preżenza tad-diossidu tal-karbonju, li jżid ukoll is-sensazzjoni ta’ struttura u togħma mimlija fil-ħalq.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

185

5.   Inbejjed likur

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Isfar, ambra, kulur id-deheb, aħmar, kulur inkaljat. Preżenza ta’ aromi ta’ frott frisk jew frott misjur skont il-proċessi ta’ produzzjoni/tqaddim. Żejtnin u persistenti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

180

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattika ta’ kultivazzjoni

Iridu jintużaw prattiki ta’ kultivazzjoni tradizzjonali sabiex jinkisbu l-aqwa kwalitajiet. Il-prattiki kollha tal-vitikultura jridu jirrispettaw l-ambjent u l-bilanċ fiżjoloġiku tad-dwieli. Irid jiġi applikat għarfien espert agronomiku sabiex jinkiseb għeneb f’kundizzjoni ottimali għall-produzzjoni tal-inbid.

Id-dielja trid titħarreġ f’konformità mal-prattiki u l-metodi tal-vitikultura ġeneralment aċċettati.

L-għeneb maħsud għandu jiġi ttrasportat kemm jista’ jkun malajr u bl-użu ta’ metodi li jiżguraw li l-kwalità tal-għeneb tiġi ppreżervata.

2.   Restrizzjoni dwar il-produzzjoni tal-inbid

L-għeneb irid jinħasad b’attenzjoni kbira. L-inbejjed koperti mid-DOP jistgħu jiġu prodotti biss minn għeneb b’saħħtu li jkun misjur biżżejjed biex jipproduċi nbejjed b’qawwa alkoħolika naturali ta’ mill-inqas 9,5 % vol. għall-inbejjed bojod u 11 % vol. għall-inbejjed ħomor. L-inbejjed semispumanti jew spumanti ta’ kwalità magħmulin mill-għeneb irid ikollhom qawwa alkoħolika naturali minima ta’ 9,5 % vol.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Varjetajiet bojod

10 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.

Varjetajiet bojod

70 ettolitru għal kull ettaru

3.

Varjetajiet ħomor

9 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

4.

Varjetajiet ħomor

63 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-inbejjed bid-DOP Pla de Bages huma prodotti fil-muniċipalitajiet li ġejjin:

 

Aguilar de Segarra

 

Artés

 

Avinyó

 

Balsareny

 

Calders

 

Callús

 

Cardona

 

Castellbell i el Vilar

 

Castellfollit del Boix

 

Castellgalí

 

Castellnou de Bages

 

El Pont de Vilomara i Rocafort

 

L’Estany

 

Fonollosa

 

Gaià

 

Manresa

 

Marganell

 

Moià

 

Monistrol de Calders

 

Monistrol de Monserrat

 

Mura

 

Navarcles

 

Navàs

 

Rajadell

 

Sallent

 

Sant Feliu Sasserra

 

Sant Fruitós de Bages

 

Sant Joan de Vilatorrada

 

Sant Mateu de Bages

 

Sant Salvador de Guardiola

 

Sant Vicenç de Castellet

 

Santpedor

 

Santa Maria d’Oló

 

Suria

 

Talamanca

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

PICAPOLL BLANCO

 

SUMOLL TINTO

 

TEMPRANILLO - ULL DE LLEBRE

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Inbid

Il-kundizzjonijiet agrikoli u klimatiċi definiti għad-distrett huma kkaratterizzati minn temperaturi u livell ta’ xita li huma differenti ħafna minn dawk tad-distretti fil-viċinat. L-altitudni medja fid-distrett ukoll hija vantaġġ għall-inbejjed tad-DOP Pla de Bages. Id-distanza mill-baħar u l-barriera ta’ qabel il-kosta jfissru li l-klima fid-DOP tagħna tinsab nofs triq bejn il-Mediterran u l-parti tal-kontinent lil hinn mill-kosta.

Minħabba l-influwenza sinifikanti li jeżerċitaw il-Pirinej, l-aromi tal-inbejjed bojod (b’mod partikolari dawk magħmulin mill-varjetà Picapoll) jxaqilbu aktar lejn in-naħa aktar friska tad-deskrizzjonijiet għal kull varjetà. Din il-klima tippromwovi wkoll il-produzzjoni ta’ nbejjed ħfief, immarkati minn qalba aċiduża tajba. Jinkiseb volum aktar mimli fil-ħalq permezz ta’ prattiki ta’ produzzjoni tal-inbid bħat-tqaddim fuq il-karfa jew it-tqaddim fil-bittija.

Il-foresti abbundanti fid-distrett, li jinsabu madwar il-biċċa l-kbira tad-dwieli, u n-numru kbir ta’ ħxejjex aromatiċi li jikbru fid-distrett ta’ Bages jagħtuh terroir distintiv ħafna li għandu influwenza qawwija u speċifika fuq il-prodotti kollha tal-inbid bid-DOP Pla de Bages. L-aromi primarji tal-inbejjed jiġu infużi bl-irwejjaħ ta’ dawk il-ħxejjex aromatiċi. Xi eżempji huma r-rosmarin, il-lavander u s-sagħtar.

Il-klima kiesħa twassal għal sajran bil-mod fil-ħarifa, li jiffaċilita l-akkumulazzjoni tajba tal-kulur fil-varjetajiet kollha. Madankollu, il-preżenza ta’ varjetajiet indiġeni bħal Mandó, Sumoll u Picapoll Negro għandha tiġi enfasizzata, peress li jista’ jkollhom potenzjal ta’ kulur aktar baxx mill-proprju natura tagħhom.

Il-profil aromatiku huwa distintiv minħabba li l-proprjetajiet tipiċi tal-maġġoranza tal-varjetajiet huma rispettati ħafna fiż-żona. Peress li hija żona fejn l-għeneb jimmatura aktar tard mill-medja tal-istat, hemm tendenza li l-aromi primarji jinżammu. Minħabba l-preżenza qawwija ta’ foresti madwar il-vinji fir-reġjun, xi wħud mill-inbejjed ħomor għandhom noti balsamiċi li jżidu s-sensazzjoni ta’ freskezza.

8.2.   Inbid semispumanti

Il-kummenti li saru fit-taqsima preċedenti dwar l-inbejjed japplikaw ukoll hawnhekk.

8.3.   Inbid spumanti ta’ kwalità

Id-distrett tal-Bages għandu tradizzjoni twila ta’ produzzjoni tal-inbejjed frizzanti. Il-muniċipalità ta’ Artés hija koperta mid-DOP Cava peress li l-inbejjed ta’ dak it-tip ilhom jiġu prodotti hemmhekk minn mindu saru l-ewwel esperimenti fil-bidu tas-seklu 20. Fi kliem ieħor, kienet pijuniera fil-produzzjoni tal-inbejjed spumanti.

8.4.   Inbid likur

L-inbejjed likuri ilhom jiġu prodotti fid-distrett ta’ Bages sa minn kemm ilu jiftakar il-bniedem. L-inbid rancio, mistela u l-inbid ħelu naturali ilhom għal bosta snin xarbiet komuni fl-unitajiet domestiċi tad-distrett. Il-kombinazzjoni ta’ metodu tradizzjonali tal-produzzjoni u l-varjetajiet tad-dwieli tad-distrett, li huma influwenzati mill-kundizzjonijiet agroklimatiċi msemmija hawn fuq, tagħti lil dawn l-inbejjed karatteristiċi organolettiċi partikolari.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

 

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

 

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

 

L-inbejjed bid-DOP Pla de Bages iridu jiġu ppakkjati fiż-żona speċifikata fir-regolamenti li jirregolaw id-DOP. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Bord Regolatorju peress li jikkunsidra li, minħabba ż-żona żgħira koperta mid-DOP, kwalunkwe interferenza esterna jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-kwalità, peress li tmur lil hinn mill-kontroll tal-Bord u tista’ timmina l-istandards stabbiliti.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://incavi.gencat.cat/.content/005-normativa/plecs-condicions-do-catalanes/Arxius-plecs/DO-Pla-de-Bages-Crtl-canvis-v-gener2022.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.