|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 298/01 |
||
|
2022/C 298/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10777 — PLASTIC OMNIUM / VARROC (LIGHTING DIVISION)) ( 1 ) |
|
|
2022/C 298/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10748 — MACQUARIE / BCI / NATIONAL GRID / NATIONAL GRID GAS) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 298/04 |
||
|
2022/C 298/05 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet fil-laqgħa tiegħu tal-14 ta’ Frar 2022 dwar Deċiżjoni fil-Każ M.10078 — Cargotec/Konecranes — Laqgħa permezz ta’ Awdjokonferenza - permezz ta’ Skype for Business — Relatur: L-Ungerija ( 1 ) |
|
|
2022/C 298/06 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-Każ M.10078 – Cargotec / Konecranes ( 1 ) |
|
|
2022/C 298/07 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2022 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Il-Każ M.10078 – Cargotec/Konecranes) (notifikat permezz tad-dokument numru C(2022) 1070) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 298/08 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10814 – HEDIN / MOTOR-CAR) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 298/09 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/1 |
AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI
Linji gwida għall-appoġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament 2020/741 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma
(2022/C 298/01)
Werrej
|
1. |
Introduzzjoni | 3 |
|
2. |
Obbligi ġenerali u amministrattivi | 3 |
|
2.1. |
Kamp ta’ applikazzjoni | 4 |
|
2.1.1. |
Kriterji | 4 |
|
2.1.2. |
Is-sottomissjoni u r-rieżami tad-deċiżjoni | 5 |
|
2.2. |
Awtorità kompetenti | 5 |
|
2.3. |
Punti ta’ kuntatt | 6 |
|
2.4. |
Partijiet responsabbli | 6 |
|
2.4.1. |
Ir-responsabbiltà tal-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni għall-kwalità tal-ilma | 7 |
|
2.4.2. |
Ir-responsabbiltà ta’ atturi oħrajn | 7 |
|
2.5. |
Permessi | 8 |
|
2.5.1. |
L-awtoritajiet li jagħtu l-permess | 8 |
|
2.5.2. |
Applikazzjoni għal permess | 9 |
|
2.5.3. |
Kontenut tal-permess | 9 |
|
2.5.4. |
Eżenzjonijiet għall-proġetti ta’ riċerka u għall-proġetti pilota | 10 |
|
2.6. |
Kontrolli tal-konformità | 10 |
|
2.7. |
Penali | 10 |
|
2.8. |
Is-sensibilizzazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni | 11 |
|
3. |
Aspetti tekniċi | 12 |
|
3.1. |
Ġestjoni tar-riskju | 12 |
|
3.1.1. |
Elementi ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju | 13 |
|
3.1.2. |
Deskrizzjoni tas-sistema | 15 |
|
3.1.3. |
Atturi u rwoli | 15 |
|
3.1.4. |
L-identifikazzjoni tal-perikli u l-ambjenti u l-popolazzjonijiet f’riskju | 15 |
|
3.1.5. |
Metodi ta’ valutazzjonijiet tar-riskju għas-saħħa u għall-ambjent | 18 |
|
3.1.6. |
Kundizzjonijiet relatati mar-rekwiżiti addizzjonali | 20 |
|
3.1.7. |
Miżuri preventivi | 20 |
|
3.1.8. |
Il-kontroll tal-kwalità u s-sistemi ta’ monitoraġġ ambjentali | 20 |
|
3.1.9. |
Il-ġestjoni u l-koordinazzjoni ta’ emerġenza | 21 |
|
3.2. |
Tipi ta’ għelejjel u klassijiet tal-ilma reklamat | 21 |
|
3.2.1. |
Eżempji ta’ metodi ta’ tisqija u tipi ta’ għelejjel | 22 |
|
3.2.2. |
Eżempji tal-applikazzjoni ta’ ostakli biex tinkiseb il-klassi tal-kwalità tal-ilma meħtieġa | 24 |
|
3.3. |
Monitoraġġ tal-validazzjoni | 26 |
|
3.3.1. |
Prinċipji ġenerali | 26 |
|
3.3.2. |
Protokolli ta’ monitoraġġ tal-validazzjoni | 27 |
|
3.3.3. |
Eżempji ta’ monitoraġġ tal-validazzjoni | 28 |
|
3.3.4. |
Riżorsi addizzjonali | 29 |
1. Introduzzjoni
Ir-riżorsi tal-ilma tal-UE qed jiġu dejjem aktar taħt pressjoni. Dan qed iwassal għal stress idriku, meta r-riżorsi tal-ilma ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet, u għal deterjorament fil-kwalità tal-ilma. Barra minn hekk, it-tibdil fil-klima, ix-xejriet tat-temp imprevedibbli u n-nixfa qed jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-pressjoni fuq id-disponibbiltà tal-ilma ħelu. L-użu mill-ġdid tal-ilma reklamat huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ bħala prattika li tgħin fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma b’mod aktar effiċjenti u tgħin biex is-sistemi tagħna jiġu adattati għat-tibdil fil-klima, f’konformità mal-istrateġija tal-UE stabbilita fil-Patt Ekoloġiku Ewropew (1).
Ir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ir-Regolament dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma) (2) ifittex li jiffaċilita u jħeġġeġ il-prattika tal-użu mill-ġdid tal-ilma għat-tisqija fl-agrikoltura, settur li jista’ jkun partikolarment vulnerabbli għal riżorsi tal-ilma skarsi jew intermittenti, li jagħmlu s-sistema tal-ikel tal-UE aktar sostenibbli u reżiljenti (3), filwaqt li jipproteġu s-saħħa pubblika u l-ambjent.
Ir-Regolament dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma, applikabbli mis-26 ta’ Ġunju 2023, jistabbilixxi rekwiżiti minimi uniformi tal-kwalità tal-ilma għall-użu mill-ġdid sikur tal-ilma urban mormi ttrattat fit-tisqija agrikola. Ir-rekwiżiti minimi armonizzati se jiżguraw ukoll li s-suq uniku għall-prodotti agrikoli jaħdem kif suppost u għandhom jagħtu spinta lill-fiduċja tal-konsumatur.
Skont dan ir-Regolament, l-ilma urban mormi ttrattat f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/271/KEE li tirregola t-trattament tal-ilma urban mormi (id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi) (4), irid jgħaddi minn trattament ulterjuri biex jissodisfa l-parametri minimi ġodda ta’ kwalità u jsir adattat għall-użu fl-agrikoltura.
Minbarra r-rekwiżiti minimi uniformi għall-kwalità tal-ilma, ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti minimi uniformi ta’ monitoraġġ, regoli tal-ġestjoni tar-riskju biex jiġu vvalutati u indirizzati riskji potenzjali addizzjonali għas-saħħa u riskji ambjentali, obbligi ta’ permessi, u regoli dwar it-trasparenza, li taħthom l-informazzjoni ewlenija dwar il-proġetti kollha tal-użu mill-ġdid tal-ilma trid issir disponibbli għall-pubbliku.
L-Artikolu 11(5) tar-Regolament dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma jirrikjedi li l-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, tfassal linji gwida għall-applikazzjoni tar-Regolament. Dan l-Avviż jistabbilixxi l-linji gwida. Dan tħejja f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma (5) — stabbilit taħt il-Grupp ta’ Koordinazzjoni Strateġika għall-Politika dwar l-Ilma (6) — li s-sħubija tiegħu tinkludi l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. Il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma ddiskuta bir-reqqa d-dokument f’żewġ laqgħat fil-21-22 ta’ Ottubru 2021 u fit-18 ta’ Frar 2022 u pprovda kummenti bil-miktub.
It-Taqsima 2 ta’ dawn il-linji gwida tkopri l-obbligi ġenerali u amministrattivi stabbiliti mir-Regolament, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. It-Taqsima 3 tkopri l-aspetti aktar tekniċi.
2. Obbligi ġenerali u amministrattivi
Din it-Taqsima tkopri l-aspetti li ġejjin: il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament u, b’mod partikolari, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2); l-awtorità/awtoritajiet kompetenti; il-punti ta’ kuntatt u l-kooperazzjoni transfruntiera; ir-responsabbiltajiet ta’ atturi differenti; il-permessi; il-kontrolli tal-konformità; il-penali; is-sensibilizzazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni.
2.1. Kamp ta’ applikazzjoni
Ir-Regolament japplika kull meta l-ilma urban mormi ttrattat jerġa’ jintuża għat-tisqija agrikola. Madankollu, skont l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jkunx xieraq li l-ilma jerġa’ jintuża għat-tisqija agrikola f’wieħed jew aktar mid-distretti tal-baċir tax-xmara tagħhom jew f’partijiet minnhom.
Id-deċiżjonijiet tal-Artikolu 2(2) jipprojbixxu b’mod effettiv l-użu mill-ġdid tal-ilma f’(parti minn )territorju u b’riżultat ta’ dan, ir-Regolament ma japplikax f’dawk iż-żoni. Fi kliem ieħor, jekk Stat Membru jqis li l-użu mill-ġdid tal-ilma mhuwiex xieraq f’parti biss mit-territorju tiegħu, ir-Regolament xorta japplika bis-sħiħ fiż-żoni li jifdal fejn l-ilma jista’ jerġa’ jintuża.
Xi wħud mill-obbligi aktar ġenerali fir-Regolament xorta jistgħu jkunu applikabbli anki jekk l-użu mill-ġdid tal-ilma jkun ipprojbit fi Stat Membru kollu. Pereżempju:
|
— |
l-Artikolu 2(3) dwar l-eżenzjonijiet għal proġetti ta’ riċerka: jekk Stat Membru jippermetti tali proġetti, dan għandu jaħtar l-awtoritajiet kompetenti rilevanti responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(3); |
|
— |
l-Artikolu 8 dwar il-ħatra ta’ punt ta’ kuntatt biex jikkoopera ma’ Stati Membri oħrajn; |
|
— |
l-Artikolu 10(1) dwar l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku dwar il-punt ta’ kuntatt; |
|
— |
l-Artikolu 15 dwar il-penali biex jiġi żgurat li, jekk tittieħed deċiżjoni biex ma jkunx permess l-użu mill-ġdid tal-ilma, din tiġi rrispettata, jiġifieri l-ilma ma jerġax jintuża u kwalunkwe proġett ta’ riċerka eżentat jissodisfa l-kundizzjonijiet applikabbli. |
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni tal-Artikolu 2(2), sad-data li fiha jibda japplika r-Regolament (is-26 ta’ Ġunju 2023), kwalunkwe parti responsabbli f’sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma trid tkun tista’ tapplika għal permess.
Fi kliem ieħor, is-sitwazzjoni prestabbilita (fin-nuqqas ta’ deċiżjoni nazzjonali li tiddikjara mod ieħor) hija li l-użu mill-ġdid tal-ilma huwa permess soġġett għal permess mogħti skont ir-Regolament. Dan ifisser li l-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju jrid ikopri r-riskji kollha possibbli u l-proġett irid ikun f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni kollha tal-UE dwar is-saħħa u l-ambjent.
2.1.1. Kriterji
Ħafna ċirkostanzi u karatteristiċi klimatiċi differenti fl-Istati Membri jistgħu jinfluwenzaw deċiżjoni dwar jekk l-użu mill-ġdid tal-ilma għandux rwol fil-ġestjoni integrata tal-ilma.
Jista’ jkun li l-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ ċerti Stati Membri jistgħu jagħmlu l-użu mill-ġdid tal-ilma mhux meħtieġ u/jew mhux ekonomiku, minħabba l-abbundanza ta’ xita. Madankollu, anki l-Istati Membri li jiffaċċjaw nuqqas ta’ ilma u nixfiet rikorrenti jista’ jkollhom ukoll ċirkostanzi li jfissru li l-użu mill-ġdid tal-ilma ġeneralment maħsub biex jindirizza l-iskarsezza tal-ilma jista’ ma jkunx prattika xierqa.
Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, jekk ċerti żoni jbatu minn nixfiet twal u fit-tul, u l-korpi tal-ilma tal-wiċċ ikunu dipendenti għall-fluss ekoloġiku tagħhom u l-istat tajjeb tal-ilma fuq l-iskariki tal-ilma mormi ttrattat. Kieku l-ilma mormi ttrattat kellu jiġi ridirett lejn impjant ta’ reklamazzjoni u sussegwentement lejn l-agrikoltura, dan jista’ jċaħħad kors tal-ilma tal-wiċċ minn volumi essenzjali ta’ ilma biex jiggarantixxi fluss ekoloġiku minimu.
F’dawn il-każijiet, huwa meħtieġ ukoll li jiġi vvalutat l-impatt tal-użu ta’ sorsi alternattivi, jiġifieri l-astrazzjoni minn korpi (oħrajn) ta’ ilma tal-wiċċ u/jew ta’ ilma ta’ taħt l-art, billi dawn jista’ jkollhom ukoll impatt fuq il-kwantità/kwalità tal-ilma. Pressjoni bħall-astrazzjoni tal-ilma jista’ jkollha impatt fuq l-istatus kwantitattiv tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art, f’liema każ l-użu mill-ġdid tal-ilma jista’ joffri sors ta’ ilma alternattiv. Jista’ jkun hemm ukoll sitwazzjonijiet fejn ma jkun hemm l-ebda pressjoni mill-astrazzjoni u l-kost tal-użu mill-ġdid tal-ilma jista’ ma jkunx kompetittiv ma’ sorsi oħrajn tal-ilma.
Għalhekk, kwalunkwe deċiżjoni għandha tqis bir-reqqa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-użu mill-ġdid tal-ilma. Dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha għandhom jikkontribwixxu għal kwalunkwe deċiżjoni li l-ilma ma jintużax mill-ġdid f’żona partikolari bħala parti mill-ġestjoni integrata tal-ilma.
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament jistabbilixxi l-kriterji li l-Istati Membri jridu jqisu biex jiddeterminaw jekk l-użu mill-ġdid tal-ilma huwiex xieraq f’ċerti distretti tal-baċiri tax-xmajjar (jew f’parti(jiet) minnhom).
L-Istati Membri li jieħdu kwalunkwe deċiżjoni bħal din skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament iridu jiġġustifikaw kif xieraq id-deċiżjoni u jissottomettuha lill-Kummissjoni. Jekk il-projbizzjoni tkun ir-riżultat ta’ pressjoni fuq il-kwalità tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ li huma dipendenti fuq l-ilma mormi skarikat għall-fluss u l-istatus ekoloġiku tagħhom, id-deċiżjoni tkun debitament ġustifikata, diment li ssemmi:
|
— |
liema korpi huma affettwati; |
|
— |
l-istatus attwali tagħhom: |
|
— |
x’miżuri kosteffettivi oħrajn ittieħdu u jistgħu jittieħdu biex jitnaqqas id-distakk għal status tajjeb u/jew jiġi evitat deterjorament; |
|
— |
is-sorsi alternattivi tal-ilma għat-tisqija agrikola; u |
|
— |
jekk dawn is-sorsi l-oħrajn jistgħux jirriżultaw f’astrazzjoni żejda minn korpi oħrajn tal-ilma tal-wiċċ jew tal-ilma ta’ taħt l-art, li possibbilment jaffettwaw l-istatus kwantitattiv jew kwalitattiv tagħhom. |
Jekk id-deċiżjoni tkun ibbażata fuq il-kriterji għall-kosteffettività, huwa importanti li jitqiesu l-kostijiet kollha, kemm il-kostijiet ambjentali kif ukoll dawk tar-riżorsi (tal-ilma reklamat, u tas-sors(i) alternattiv(i) li l-Istat Membru qies bħala aktar xierqa). L-analiżi ekonomika mwettqa skont l-Artikolu 5 u l-Anness III tad-Direttiva 2000/60/KE tista’ tipprovdi informazzjoni ta’ sfond utli.
2.1.2. Is-sottomissjoni u r-rieżami tad-deċiżjoni
Kwalunkwe deċiżjoni debitament ġustifikata u argumentata b’mod ċar, ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament, trid tiġi sottomessa lill-Kummissjoni bil-miktub, permezz tal-kanali ta’ komunikazzjoni regolari (eż. permezz tar-Rappreżentanza Permanenti tal-Istat Membru għall-UE). L-Istat Membru jrid jagħmel ukoll kwalunkwe deċiżjoni bħal din disponibbli għall-pubbliku, f’konformità mal-Artikolu 10(3).
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament jispeċifika li kwalunkwe deċiżjoni bħal din trid tiġi rieżaminata kull meta jkun meħtieġ, sabiex tkun tirrifletti ċ-ċirkostanzi li jinbidlu. B’mod partikolari, dawn id-deċiżjonijiet iridu jiġu rieżaminati biex jitqiesu l-projezzjonijiet tat-tibdil fil-klima u l-istrateġiji nazzjonali dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (aġġornati fuq bażi biannwali) (7), u mill-inqas kull sitt snin, filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċiri tax-xmajjar imfassla skont id-Direttiva 2000/60/KE.
Għalhekk, kwalunkwe deċiżjoni li jiġi pprojbit l-użu mill-ġdid tal-ilma għandha tiġi ġġustifikata fil-kuntest usa’ tal-ġestjoni integrata tal-ilma. Din għandha tkun kompletament kompatibbli mal-approċċ ta’ ġestjoni stabbilit fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċiri tax-xmajjar rilevanti, kif ukoll mal-politiki ta’ mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima.
Dan ifisser li d-deċiżjoni li jiġi pprojbit l-użu mill-ġdid tal-ilma trid tkun ibbażata fuq informazzjoni dwar l-istat tal-ilma, il-pressjoni u dwar l-impatti u l-miżuri miġbura u stabbiliti f’dawk il-pjanijiet. Dan ikun jinvolvi wkoll li ssir valutazzjoni tal-kostijiet ambjentali u tar-riżorsi tal-ilma reklamat u ta’ riżorsi tal-ilma oħrajn, filwaqt li titqies ukoll l-analiżi ekonomika magħmula skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE.
2.2. Awtorità kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(1) huma responsabbli għal:
|
— |
l-għoti ta’ permessi għall-produzzjoni u l-provvista ta’ ilma reklamat, inkluż l-iżgurar li jiġi stabbilit pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma; |
|
— |
l-istabbiliment ta’ jekk il-kriterji għall-eżenzjoni ta’ proġetti ta’ riċerka jew ta’ proġetti pilota mir-Regolament humiex issodisfati (fejn applikabbli); |
|
— |
il-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permessi u t-teħid ta’ azzjoni ta’ segwitu fil-każ ta’ ksur. |
Dawn ir-responsabbiltajiet jistgħu jinvolvu, pereżempju: ir-rieżami tal-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma u l-iżgurar li dan ikopri l-aspetti kollha; il-verifika regolari tal-konformità mal-miżuri u mal-kompiti fil-pjanijiet; l-iffaċilitar tal-komunikazzjoni bejn atturi differenti fi skema tal-użu mill-ġdid tal-ilma; il-koordinazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn. Skont l-istruttura amministrattiva tagħhom, pereżempju l-istrutturi użati għall-immaniġġjar tal-baċiri tax-xmajjar, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaħtru aktar minn awtorità kompetenti waħda.
Jekk Stat Membru jiddeċiedi li mhuwiex xieraq li jiġi prodott u użat mill-ġdid ilma reklamat għat-tisqija agrikola fi kwalunkwe distrett ta’ baċir tax-xmara (b’mod effettiv fit-territorju kollu tiegħu), f’konformità mal-Artikolu 2, it-twaqqif ta’ awtorità kompetenti jkun meħtieġ biss jekk jitwettqu proġetti ta’ riċerka u proġetti pilota dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma għat-tisqija agrikola. Bl-istess mod, jekk Stat Membru jawtorizza l-produzzjoni ta’ ilma reklamat, iżda mhux l-użu tiegħu, awtorità kompetenti tkun meħtieġa wkoll li timmaniġġja l-permessi għall-produzzjoni.
2.3. Punti ta’ kuntatt
L-Artikolu 8 tar-Regolament jirrikjedi li l-Istati Membri jaħtru punt ta’ kuntatt għall-kooperazzjoni mal-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri l-oħrajn.
Ir-rwol tal-punti ta’ kuntatt huwa li: (a) jirċievu u jibagħtu talbiet għall-assistenza; (b) jipprovdu assistenza fuq talba; u (c) jikkoordinaw il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti. Pereżempju, qabel ma jagħtu permess għall-produzzjoni jew għall-provvista ta’ ilma reklamat, l-awtoritajiet kompetenti jridu jiskambjaw informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permess relatat u fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju mal-punt ta’ kuntatt fl-Istat Membru fejn ikun maħsub li jintuża l-ilma reklamat. Il-punti ta’ kuntatt għandhom iwieġbu għat-talbiet għall-assistenza mingħajr dewmien żejjed.
Jista’ ma jkunx meħtieġ li jinħolqu punti ta’ kuntatt jekk Stat Membru jiddeċiedi, abbażi tal-Artikolu 2(2), li mhuwiex xieraq li jintuża ilma reklamat għat-tisqija agrikola fi kwalunkwe distrett ta’ baċir tax-xmara (b’mod effettiv fit-territorju kollu tiegħu).
Madankollu, jekk Stat Membru ma jawtorizzax l-ilma reklamat biex jintuża fit-territorju tiegħu, iżda jesporta l-ilma reklamat lejn pajjiż ġar, xorta jrid ikollu punt ta’ kuntatt. Bl-istess mod, huwa meħtieġ punt ta’ kuntatt fl-Istati Membri li ma jipproduċux ilma reklamat fit-territorju tagħhom, iżda li jixtiequ jimportawh, għall-użu fit-tisqija, minn pajjiż ġar.
Barra minn hekk, il-proġetti mwettqa fi Stat Membru ġar jistgħu b’xi mod jaffettwaw magħqad tal-ilma kondiviż u, għalhekk, jeħtieġu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri permezz tal-punti ta’ kuntatt.
2.4. Partijiet responsabbli
Ir-Regolament jidentifika serje ta’ “partijiet responsabbli”, jiġifieri atturi li jwettqu rwol jew attività f’sistema ta’ użu mill-ġdid tal-ilma. Is-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, kif definita fl-Artikolu 3(15), tinkludi l-infrastruttura u partijiet tekniċi oħrajn, mill-punt tad-dħul fl-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi sal-punt fejn jintuża l-ilma reklamat għat-tisqija agrikola, inkluża l-infrastruttura tad-distribuzzjoni u tal-ħżin, fejn rilevanti.
L-Artikolu 3(14) jispeċifika li l-partijiet responsabbli jinkludu:
|
— |
l-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni; |
|
— |
l-operatur tal-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi, jekk dan ikun differenti mill-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni; |
|
— |
l-awtoritajiet rilevanti, minbarra l-awtorità kompetenti maħtura; u |
|
— |
l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma reklamat jew l-operatur tal-ħżin tal-ilma reklamat, fejn rilevanti. |
Ir-Regolament jiddeskrivi r-responsabbiltajiet minimi għall-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni (ara t-Taqsima 2.4.1).
Il-permess maħruġ mill-awtorità kompetenti jistabbilixxi r-responsabbiltajiet għall-partijiet responsabbli l-oħrajn, filwaqt li jqis ir-responsabbiltajiet identifikati fil-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju.
Ir-rwoli ta’ awtoritajiet oħrajn, differenti mill-awtorità kompetenti, jistgħu jinkludu r-rieżami tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju biex tiġi vverifikata l-konformità mar-Regolamenti applikabbli (eż. dwar is-saħħa, l-ambjent, l-agrikoltura), l-istabbiliment ta’ rekwiżiti speċifiċi fil-qasam tal-għarfien espert tagħhom u l-ħruġ ta’ opinjoni dwar il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju.
L-Istati Membri jistgħu, fejn rilevanti, u f’konformità mal-liġijiet nazzjonali, jiddefinixxu aktar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet, diment li jkunu konformi mar-regoli minimi.
2.4.1. Ir-responsabbiltà tal-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni għall-kwalità tal-ilma
L-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni jopera jew jimmaniġġja faċilità ta’ reklamazzjoni u jista’ jkun korp privat jew pubbliku. Dan jista’ jkun entità differenti mill-operatur tal-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi skont id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi.
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament jiċċara li l-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni huwa responsabbli għall-kwalità tal-ilma reklamat fil-punt ta’ konformità.
Il-punt ta’ konformità huwa, kif definit fl-Artikolu 3(11), il-punt fejn l-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni jwassal l-ilma reklamat lill-attur li jmiss fil-katina. Skont il-konfigurazzjoni speċifika ta’ sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma fi Stat Membru, l-attur li jmiss jista’ jkun l-utent finali, jew, jekk l-ilma jiġi ttrasportat, distribwit jew maħżun għal użu futur, jista’ jkun atturi oħrajn.
Fil-punt ta’ konformità, li se jiġi speċifikat fil-permess għall-produzzjoni u l-provvista ta’ ilma reklamat (ara t-Taqsima 2.5 dwar il-permessi), l-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni jrid jiżgura li l-ilma reklamat jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll kwalunkwe kundizzjoni rilevanti addizzjonali oħra stabbilita mill-awtorità kompetenti fil-permess relatat, u kif deskritt fil-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju.
2.4.2. Ir-responsabbiltà ta’ atturi oħrajn
Wara l-punt ta’ konformità, ir-responsabbiltà għall-kwalità tal-ilma tgħaddi għand l-attur li jmiss fil-katina, jew l-utent finali jew kwalunkwe attur intermedju inkarigat mid-distribuzzjoni jew mill-ħżin.
Il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju jrid jistabbilixxi l-kundizzjonijiet relatati mad-distribuzzjoni, mal-ħżin u mal-użu, fejn rilevanti, u jidentifika liema partijiet fis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma huma responsabbli biex jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti.
Fejn il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-użu għall-utent finali, dawn iridu jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iġjene tal-ikel (u tal-għalf) u d-dokumenti relatati, b’mod partikolari dawk imsemmija fir-Regolament dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. Dawn jinkludu:
|
— |
ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 (8): il-“Liġi Ġenerali dwar l-Ikel”, li tistabbilixxi (fl-Artikolu 17) ir-responsabbiltà primarja tal-operaturi kollha tan-negozju tal-ikel (inklużi l-produtturi primarji, jiġifieri l-bdiewa). |
|
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 (9) dwar l-iġjene tal-ikel: l-Artikolu 4(1) jirrepeti r-responsabbiltà tal-produtturi primarji li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-iġjene (prattiki tajbin tal-iġjene) stipulati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Il-punt II 5(c) tal-Parti A tal-Anness I jiddikjara li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jipproduċu jew jaħsdu l-prodotti tal-pjanti jridu jieħdu miżuri adegwati, u jużaw ilma tax-xorb, jew ilma nadif, kif xieraq, kull meta jkun meħtieġ biex tiġi evitata kontaminazzjoni. |
|
— |
Ir-Regolament (KE) 2073/2005 (10) li jistabbilixxi l-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel, li jinkludi l-kriterji tal-E. coli f’ċertu ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali (wara l-ħsad). |
|
— |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 (11) (li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 882/2004) li jipprovdi qafas legali għall-kontrolli uffiċjali fuq l-ikel u s-sikurezza tal-ikel fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti jridu jinfurzaw u jivverifikaw li l-operatur tan-negozju tal-ikel jissodisfa r-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ikel. |
|
— |
L-Avviż tal-Kummissjoni li joħroġ gwida dwar l-indirizzar tar-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħxejjex friski fil-produzzjoni primarja permezz tal-iġjene tal-ikel (12). |
Ir-Regolament dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma, li jiddefinixxi l-kwalità tal-ilma għal sors speċifiku tal-ilma fi stadju qabel il-produzzjoni primarja (qabel ma jintuża għat-tisqija), jikkomplementa r-regoli dwar l-iġjene tal-ikel. Ir-regoli dwar l-iġjene tal-ikel (u tal-għalf) japplikaw mill-istadju tal-produzzjoni primarja, inkluża t-tisqija, u jkopru l-aspetti kollha tat-tisqija, għas-sorsi kollha tal-ilma.
2.5. Permessi
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament jirrikjedi li l-produzzjoni u l-provvista ta’ ilma reklamat għat-tisqija agrikola jkunu soġġetti għal permess. Il-permessi kollha jridu jkunu bbażati fuq il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju tal-użu mill-ġdid tal-ilma u jridu jistabbilixxu l-obbligi tal-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni u, fejn rilevanti, ta’ kwalunkwe parti responsabbli oħra, f’konformità mal-Artikolu 6(3).
Ir-Regolament jiddeskrivi l-informazzjoni li jridu jkopru l-permessi, iżda huwa f’idejn l-Istati Membri li jispeċifikaw id-dettalji tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi, bħall-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u l-iskadenzi.
Għalhekk, din it-Taqsima ma tkoprix kwistjonijiet relatati mal-proċedura, ħlief li tgħid li r-Regolament jippermetti b’mod espliċitu lill-Istati Membri japplikaw il-proċeduri eżistenti għall-għoti ta’ permessi, diment li dawn jiġu adattati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament.
2.5.1. L-awtoritajiet li jagħtu l-permess
Il-permessi għall-użu mill-ġdid tal-ilma jistgħu jingħataw biss mill-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri. Ma għandu jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess bejn il-partijiet responsabbli għat-tfassil tal-abbozz tal-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju tal-użu mill-ġdid tal-ilma u l-applikazzjoni għall-permess, u l-awtorità li tagħti l-permess għall-produzzjoni u l-provvista ta’ ilma reklamat.
Għall-fini tal-valutazzjoni ta’ applikazzjoni, l-awtorità kompetenti trid tikkonsulta u tiskambja informazzjoni rilevanti ma’ awtoritajiet rilevanti oħrajn, b’mod partikolari l-awtoritajiet tal-ilma u tas-saħħa (jekk ikunu differenti mill-awtorità kompetenti) u kwalunkwe parti oħra li l-awtorità kompetenti tqis li hija rilevanti.
Eżempji
Huma possibbli diversi strutturi differenti fil-livell nazzjonali, kif muri mill-eżempji ta’ hawn taħt.
Eżempju 1 – Jekk l-impjant ta’ reklamazzjoni u, b’hekk, l-operatur tiegħu, ikun l-istess bħall-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi, l-awtorità kompetenti tista’ tkun l-awtorità li tippermetti t-trattament tal-ilma urban mormi u, b’hekk, tista’ tkun differenti mill-awtoritajiet tal-ilma jew tas-saħħa.
F’dawn il-każijiet, hija meħtieġa kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet differenti biex jiġi żgurat (i) li l-istandards tal-ilma applikabbli jiġu rrispettati u l-livelli massimi ma jinqabżux meta volumi mnaqqsa ta’ ilma jiġu skarikati f’korp tal-ilma tal-wiċċ, u (ii) l-istandards tas-saħħa jiġu rrispettati meta l-ilma jintuża għat-tisqija.
F’dawn il-każijiet, l-awtoritajiet tal-ilma jew tas-saħħa jistgħu jipprovdu input fil-proċess tat-tħejjija tal-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju u l-applikazzjoni għall-permess, billi ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess mal-awtorità li tagħti l-permess.
Eżempju 2 – Jekk l-impjant ta’ reklamazzjoni u, b’hekk, l-operatur tiegħu, ikun differenti mill-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi, l-awtorità kompetenti għall-permess għall-użu mill-ġdid tal-ilma tista’ tkun differenti mill-awtorità tal-permessi għall-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi.
Dawn jistgħu, pereżempju, ikunu l-awtoritajiet tal-ilma jew tas-saħħa. F’dak il-każ, dawn l-awtoritajiet ma jistgħux ikunu involuti fl-abbozzar tal-applikazzjoni għall-permess jew il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju, billi dan ikun kunflitt ta’ interess bejn l-awtorità tal-permessi u l-partijiet li jabbozzaw l-applikazzjoni għall-permess u l-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju.
Madankollu, dawn l-awtoritajiet jistgħu jintalbu jipprovdu data jew informazzjoni oħra bħala input għall-proċess, bħad-data dwar il-monitoraġġ tar-riżorsi tal-ilma jew data ambjentali oħra, filwaqt li jipprovdu gwida dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti jew simili.
Eżempju 3 – Jekk l-impjant ta’ reklamazzjoni jkun proprjetà tal-awtorità kompetenti, għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess, biex jiġi żgurat li l-applikazzjoni għall-permess u l-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju jitħejjew mill-partijiet responsabbli kollha kif xieraq, u li ma jkun hemm l-ebda interferenza mal-persuna jew mad-diviżjoni inkarigata mill-għoti tal-permess.
Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha għall-permess, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru (f’konformità mal-Artikolu 6(5)) għandha tagħti permess li jkun fih il-kundizzjonijiet u l-miżuri kollha meħtieġa stabbiliti fil-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju tal-użu mill-ġdid tal-ilma, u mingħajr dewmien żejjed. Dan sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza regolatorja għall-partijiet kollha involuti.
Jekk, minħabba l-kumplessità ta’ applikazzjoni, l-awtorità kompetenti tkun teħtieġ aktar minn 12-il xahar mid-data li fiha tkun irċeviet applikazzjoni kompluta biex tiddeċiedi jekk hijiex se tagħti permess, hija trid tikkomunika d-data mistennija tad-deċiżjoni tagħha lill-applikant(i).
2.5.2. Applikazzjoni għal permess
Skont l-Artikolu 6(2), kwalunkwe parti responsabbli fis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, inkluż l-utent finali, fejn rilevanti, f’konformità mal-liġi nazzjonali, tista’ tapplika għal permess, jew għal bidliet f’permess eżistenti. Huma jridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih topera jew huwa ppjanat li topera l-faċilità ta’ reklamazzjoni.
F’xi proġetti ta’ użu mill-ġdid tal-ilma, l-operatur tal-impjant ta’ reklamazzjoni jittrasferixxi l-ilma reklamat direttament lill-utent finali. Madankollu, fi proġetti oħrajn, jiġu involuti partijiet oħrajn u jista’ jkun hemm bżonn ta’ operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma reklamat u operatur tal-ħżin tal-ilma reklamat.
F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirrikjedu li tali operaturi u utenti finali jkollhom permess speċifiku, f’konformità mal-Artikolu 6(7). Dawn il-permessi speċifiċi mbagħad iridu jistabbilixxu l-obbligi, inklużi kwalunkwe rekwiżit u ostaklu addizzjonali identifikati fil-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju tal-użu mill-ġdid tal-ilma żviluppat għal dik l-iskema, kif imsemmi fl-Artikolu 5(4).
2.5.3. Kontenut tal-permess
Kif stabbilit fl-Artikolu 6(3), il-permess — jew il-permessi, fejn partijiet responsabbli għajr l-operatur tal-impjant ta’ reklamazzjoni huma meħtieġa li jkollhom permess speċifiku (l-Artikolu 6(7)) — iridu jkunu bbażati fuq il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
Il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju tal-użu mill-ġdid tal-ilma jrid jitfassal f’konformità mal-Anness II tar-Regolament. Irid jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità, l-użu u l-monitoraġġ tal-ilma fl-Anness I tar-Regolament.
Il-permess irid jispeċifika:
|
— |
Il-klassi(jiet) tal-kwalità tal-ilma reklamat u l-użu agrikolu li għalih huwa permess l-ilma reklamat. |
|
— |
Il-post jew il-postijiet fejn l-użu huwa awtorizzat. |
|
— |
Il-faċilitajiet ta’ reklamazzjoni, inkluż, pereżempju, il-post tal-faċilità/faċilitajiet, id-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur, u l-volum annwali stmat ta’ ilma reklamat li għandu jiġi prodott. |
|
— |
Il-kundizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità u l-monitoraġġ tal-ilma stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I, li jistgħu jinkludu speċifikazzjonijiet dwar it-tip ta’ trattament. |
|
— |
Kwalunkwe kundizzjoni b’rabta ma’ rekwiżiti addizzjonali għall-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni, kif stabbilit fil-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma. |
|
— |
Kwalunkwe kundizzjoni oħra meħtieġa biex jiġi eliminat kwalunkwe riskju inaċċettabbli għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Dawn jistgħu jinkludu informazzjoni dwar ir-rwol, il-kompiti, l-attivitajiet u r-responsabbiltajiet eżatti tal-partijiet responsabbli l-oħrajn fis-sistema; jew obbligi relatati mas-sistemi ta’ monitoraġġ ambjentali, skont l-eżiti tal-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju, u l-proċeduri ta’ segwitu jekk jinħolqu konsegwenzi ambjentali negattivi. |
|
— |
Il-perjodu ta’ validità tal-permess. |
|
— |
Il-punt ta’ konformità fejn se jitwettqu l-kontrolli biex jiġi vverifikat li l-operatur issodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-kwalità tal-ilma reklamat. |
Kif stabbilit fl-Artikolu 6(6), il-permessi jridu jiġu rieżaminati u aġġornati regolarment, kull meta jkun meħtieġ. Il-permessi jridu jiġu rieżaminati u aġġornati minn tal-inqas meta jinqalgħu l-bidliet li ġejjin:
|
— |
bidla sostanzjali fil-kapaċità tal-impjant; |
|
— |
it-tagħmir jiġi mmodernizzat jew jiżdiedu tagħmir jew proċessi ġodda, li jirriżultaw fil-ħtieġa għal monitoraġġ tal-validazzjoni qabel it-tħaddim (għall-ilma tal-klassi A); |
|
— |
bidliet fil-kundizzjonijiet klimatiċi jew f’kundizzjonijiet oħrajn li għandhom effett sinifikanti fuq l-istatus ekoloġiku tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ. |
2.5.4. Eżenzjonijiet għall-proġetti ta’ riċerka u għall-proġetti pilota
Skont l-Artikolu 2(1), ir-Regolament japplika kull meta l-ilma reklamat jintuża għat-tisqija agrikola. Madankollu, skont l-Artikolu 2(3), il-proġetti ta’ riċerka jew il-proġetti pilota jistgħu jiġu eżentati minn din ir-regola, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. L-awtorità kompetenti trid taċċerta li jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin sabiex tingħata din l-eżenzjoni:
|
— |
il-proġett ta’ riċerka jew il-proġett pilota mhux se jitwettaq f’korp tal-ilma użat għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jew ġewwa żona ta’ salvagwardja deżinjata skont id-Direttiva 2000/60/KE; |
|
— |
il-proġett ta’ riċerka jew il-proġett pilota se jkun soġġett għal monitoraġġ xieraq. |
Hija r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-frekwenzi ta’ monitoraġġ, fuq bażi ta’ każ b’każ, meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u ma’ leġiżlazzjoni applikabbli oħra.
L-eżenzjonijiet ma jistgħux idumu aktar minn ħames snin. Barra minn hekk, l-ebda għalla mkabbra fi proġett ta’ riċerka jew proġett pilota eżentat minn dan ir-Regolament ma tista’ titqiegħed fis-suq.
2.6. Kontrolli tal-konformità
Jeħtieġ li jitwettqu kontrolli tal-konformità mill-awtoritajiet kompetenti biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti fil-permessi jiġu ssodisfati mill-partijiet differenti tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu għall-operatur tal-impjant ta’ reklamazzjoni, fil-punt ta’ konformità, jew għal kwalunkwe parti responsabbli oħra jew utent finali, skont il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
Jekk dawn l-atturi joperaw fi Stati Membri differenti — pereżempju fi proġett transfruntier kif deskritt fit-Taqsima 2.3 — l-awtoritajiet kompetenti b’ġuriżdizzjoni għall-atturi rilevanti jeħtieġ li jwettqu dawn il-kontrolli.
2.7. Penali
F’konformità mal-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Jistgħu jitqiesu l-kriterji li ġejjin meta jiġu stabbiliti l-penali:
|
a) |
in-natura, il-gravità, il-firxa u d-durata tal-ksur; |
|
b) |
il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur; |
|
c) |
iż-żoni affettwati mill-ksur, b’mod partikolari żoni sensittivi; |
|
d) |
il-benefiċċji derivati mill-ksur minn dawk responsabbli (biex jiġi żgurat li dawk responsabbli jiġu mċaħħda minn dawk il-benefiċċji); |
|
e) |
il-karattru ripetittiv tal-ksur (biex jiġu skoraġġuti reati ulterjuri tal-istess tip). |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri ta’ assigurazzjoni tal-konformità biex jipprevjenu u jidentifikaw ksur u japplikaw il-penali. L-assigurazzjoni tal-konformità tinkludi l-modi kollha li bihom l-awtoritajiet pubbliċi jintervjenu biex jiżguraw li n-negozji u oħrajn (“detenturi tad-doveri”) jikkonformaw mal-obbligi ambjentali tagħhom, inklużi, pereżempju, spezzjonijiet u miżuri ta’ infurzar.
B’mod ġenerali, jistgħu jiġu kkunsidrati tliet kategoriji ta’ azzjoni:
|
— |
monitoraġġ tal-konformità: dan ifisser l-analiżi, il-valutazzjonijiet, is-sorveljanza, l-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet, l-awditi jew kontrolli u interventi oħrajn imwettqa minn, f’isem, jew taħt is-superviżjoni ta’ awtorità kompetenti biex teżamina jekk id-detenturi tad-doveri humiex konformi ma’ obbligi infurzabbli; |
|
— |
segwitu u infurzar: dan ifisser azzjoni minn awtorità kompetenti skont il-liġi amministrattiva, ċivili jew kriminali bħala rispons għal nuqqas ta’ konformità jew suspettat nuqqas ta’ konformità ma’ obbligu infurzabbli; u |
|
— |
promozzjoni tal-konformità u prevenzjoni tan-nuqqas ta’ konformità: dan ifisser azzjoni biex tiġi mħeġġa l-konformità ma’ obbligi infurzabbli minbarra permezz ta’ monitoraġġ tal-konformità jew segwitu u infurzar. |
Din ir-regola tapplika għall-aspetti kollha tar-Regolament, inklużi r-regoli li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jintroduċu fir-rigward ta’ żoni tat-territorji tagħhom fejn l-użu mill-ġdid tal-ilma ma jitqiesx xieraq jew fir-rigward ta’ proġetti ta’ riċerka xjentifika jew pilota.
2.8. Is-sensibilizzazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni
Skont l-Artikolu 9, l-Istati Membri li jipprattikaw l-użu mill-ġdid tal-ilma għat-tisqija agrikola huma meħtieġa jorganizzaw kampanji ġenerali ta’ sensibilizzazzjoni, li jistgħu jinkludu l-promozzjoni tal-benefiċċji tal-użu mill-ġdid sikur tal-ilma.
L-Istati Membri huma liberi li jadattaw il-firxa u t-ton ta’ tali kampanji għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom, inkluż għall-iskala tal-użu mill-ġdid tal-ilma. Huma jistgħu jistabbilixxu wkoll kampanji speċifiċi ta’ informazzjoni għall-utenti finali, biex jinkoraġġixxu, fejn xieraq, l-użu tal-ilma reklamat bħala alternattiva sikura u sostenibbli għat-tisqija u jiżguraw l-użu ottimali u sikur tiegħu, filwaqt li jagħtu livell għoli ta’ protezzjoni lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem u tal-annimali.
Tali kampanji ta’ informazzjoni jistgħu jkunu utli biex jiġi indirizzat it-tħassib pubbliku possibbli dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma u jistgħu jgħinu biex jiġi żgurat appoġġ wiesa’ għat-twaqqif ta’ skema għall-użu mill-ġdid tal-ilma. F’dan il-kuntest, sabiex jinħolqu fiduċja u aċċettazzjoni, huwa rrakkomandat li l-partijiet ikkonċernati jiġu involuti minn kmieni u li l-messaġġi jitfasslu bir-reqqa, billi jiġu sfruttati l-esperjenzi personali u jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi għall-post.
Prattika tajba tissuġġerixxi li livelli multipli ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati jistgħu jkunu effettivi biex tintlaħaq udjenza wiesgħa, li jvarjaw minn kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mmirati sa konsultazzjoni u livelli ogħla ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati fl-ippjanar u fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
Bħala indikazzjoni ġenerali, il-“Linji Gwida tas-CIS tal-2016 dwar l-integrazzjoni tal-użu mill-ġdid tal-ilma fl-ippjanar u l-ġestjoni tal-ilma fil-kuntest tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma” (13) jissuġġerixxu l-ġbir tal-informazzjoni li ġejja bħala kontribut għal kampanji ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni:
|
— |
il-ġustifikazzjoni tal-ħtieġa għall-użu mill-ġdid tal-ilma, eż. il-kuntest tal-iskarsezza tal-ilma, inkluż f’kundizzjonijiet klimatiċi futuri; |
|
— |
il-kostijiet tal-installazzjoni ta’ sistemi ta’ trattament u ta’ distribuzzjoni; |
|
— |
il-benefiċċji u l-iżvantaġġi/ir-riskji ambjentali; |
|
— |
il-benefiċċji u l-iżvantaġġi/ir-riskji soċjali u ekonomiċi: trasparenza dwar ir-riskji ta’ esponiment għall-pubbliku, kif dawn se jiġu indirizzati u l-istandards ta’ trattament applikabbli. |
Huwa importanti wkoll li jitqies il-kost tat-telf tal-għelejjel minħabba n-nuqqas ta’ ilma għat-tisqija, li jista’ jiġi minimizzat bl-użu ta’ sors tal-ilma affidabbli u aktar prevedibbli, bħall-ilma reklamat.
L-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament jistabbilixxu regoli rigward l-informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-pubbliku u l-informazzjoni dwar kif jiġu implimentati r-regoli. Din l-informazzjoni trid tkun aċċessibbli għall-Kummissjoni Ewropea, għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u għaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard.
L-informazzjoni li għandha ssir disponibbli regolarment għall-pubbliku tinkludi:
|
— |
il-kwantità u l-kwalità tal-ilma reklamat fornut; |
|
— |
il-perċentwal tal-ammont totali ta’ ilma urban mormi ttrattat li jirrappreżenta l-ilma reklamat, fejn din id-data tkun disponibbli; |
|
— |
ir-riżultati tal-kontrolli tal-konformità; |
|
— |
il-punti ta’ kuntatt deżinjati; u |
|
— |
kwalunkwe deċiżjoni tal-Artikolu 2(2). |
Barra minn hekk, l-Istati Membri se jkollhom jippubblikaw settijiet ta’ data b’informazzjoni addizzjonali dwar l-eżitu tal-kontrolli tal-konformità, kif ukoll informazzjoni addizzjonali dwar każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, inkluż dwar miżuri meħuda biex terġa’ tiġi stabbilita l-konformità.
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-aktar format u mezzi xierqa għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni skont l-Artikolu 10 mal-pubbliku, adattati għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom stess.
Fir-rigward tal-Artikolu 11, li jagħti dettalji tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni li l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli, il-format u l-preżentazzjoni ta’ din id-data jistgħu jiġu stabbiliti f’atti ta’ implimentazzjoni li tista’ tiżviluppa l-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2000/60/KE u f’konformità mal-proċedura dettaljata fl-Artikolu 14.
3. Aspetti tekniċi
Din it-Taqsima tindirizza: l-aspetti kollha relatati mal-ġestjoni tar-riskju; it-tipi ta’ għelejjel u l-klassijiet tal-ilma reklamat; u l-monitoraġġ tal-validazzjoni.
3.1. Ġestjoni tar-riskju
Kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament, l-awtorità kompetenti fl-aħħar mill-aħħar hija responsabbli biex tiżgura li jiġi stabbilit pjan ta’ ġestjoni tar-riskju li jindirizza l-aspetti kollha possibbli ta’ proġett ta’ użu mill-ġdid tal-ilma, inklużi l-produzzjoni, il-provvista u l-użu tal-ilma reklamat, u li jassenja r-responsabbiltà għal kull aspett tal-ġestjoni ta’ proġett ta’ użu mill-ġdid.
Filwaqt li l-awtorità kompetenti hija responsabbli biex tiżgura li jiġi stabbilit pjan ta’ ġestjoni tar-riskju, il-partijiet li fil-fatt iridu jfasslu l-pjan huma l-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni, partijiet responsabbli oħrajn u utenti finali, kif xieraq.
Il-persuna/il-persuni/l-entità li fil-fatt jiżviluppaw u jabbozzaw il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju jistgħu jkunu kwalunkwe waħda mill-“partijiet responsabbli” involuti f’sistema ta’ użu mill-ġdid tal-ilma jew l-utent finali, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għall-fini tal-implimentazzjoni korretta tar-Regolament, mhuwiex importanti min fil-fatt qed iħejji jew jikkompila l-pjan, diment li l-partijiet responsabbli rilevanti kollha u l-utenti finali jiġu kkonsultati kif xieraq u meħtieġ min-natura, il-post u l-karatteristiċi tal-iskema tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
Il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju jista’ jkopri sistema waħda jew aktar tal-użu mill-ġdid tal-ilma, diment li jindirizza speċifikament l-aspetti kollha meħtieġa mir-Regolament. Dan jista’ jwassal għal sistema li fiha jiġu stabbiliti għadd ta’ elementi bażiċi standard – pereżempju f’każijiet b’għelejjel u prattiki ta’ tisqija simili fiż-żona moqdija jew f’kodiċi ta’ prattika tajba – li jistgħu jifformaw il-bażi ta’ pjan ta’ ġestjoni tar-riskju aktar imfassal apposta għal sistemi speċifiċi tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
L-aspetti li għandu jindirizza l-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju (kif meħtieġ mir-Regolament) jikkonsistu fi kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għall-operatur tal-impjant, li għandu jiġi ssodisfat qabel ma l-ilma jitwassal lill-attur li jmiss fil-katina. U miżuri preventivi/korrettivi xierqa u ostakli, monitoraġġ jew kwalunkwe rekwiżit ieħor li għandu jiġi applikat fis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tagħha, wara l-punt ta’ konformità, minn atturi oħrajn fis-sistema.
Il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju jiddeskrivi l-kompiti u r-rekwiżiti, u jidentifika b’mod ċar ir-responsabbiltajiet tal-atturi rilevanti fl-iskema.
Jista’ jkun hemm każijiet fejn utent finali speċifiku jkun għadu ma ġiex identifikat. F’każijiet bħal dawn, il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju jista’ jiġi żviluppat abbażi tal-użu maħsub tal-ilma reklamat fiż-żona speċifika (eż. abbażi tal-biċċa l-kbira tal-prattiki agrikoli u tal-għelejjel komuni).
Meta jiġi identifikat utent finali ġdid wara li jiġi ffinalizzat il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju, għandha titwettaq evalwazzjoni biex jiġi stabbilit jekk humiex meħtieġa adattamenti għall-pjan: pereżempju, il-prattika tat-tisqija tal-utent finali l-ġdid u l-għelejjel jistgħu jvarjaw minn dawk li diġà huma moqdija mill-impjant tal-faċilità ta’ reklamazzjoni (li jeħtieġu, pereżempju, klassi ogħla ta’ kwalità tal-ilma).
F’dan il-każ, il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju jista’ jirrikjedi li kwalunkwe riskju, miżura preventiva jew ostaklu għall-użi l-ġodda jiġu vvalutati mill-ġdid. Dan jista’ jirrikjedi xi adattamenti fl-iskema tal-użu mill-ġdid tal-ilma (kif ukoll adattamenti għall-permess, abbażi tal-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju, fejn rilevanti). Din ir-rivalutazzjoni tista’ ssir minn kwalunkwe waħda/wieħed mill-partijiet responsabbli jew mill-utent finali, kif xieraq.
3.1.1. Elementi ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju
Il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju jrid ikun ibbażat fuq l-elementi tal-ġestjoni tar-riskju elenkati fl-Anness II tar-Regolament. Dan irid isegwi approċċ sistematiku li jinkludi t-twettiq ta’ analiżi strutturata tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, l-identifikazzjoni ta’ perikli potenzjali u avvenimenti perikolużi (flimkien mal-popolazzjonijiet u l-ambjenti f’riskju u r-rotot ta’ esponiment relatati), u l-ippjanar, fejn xieraq, ta’ miżuri preventivi possibbli u ostakli għall-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji vvalutati.
Għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet għall-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni fost il-partijiet involuti, sabiex jiġi żgurat li tittieħed u tiġi nnotifikata azzjoni korrettiva, fejn meħtieġ. L-elementi ewlenin tal-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju (KRMs) huma l-bażi biex jiġi żgurat li l-ilma reklamat jintuża u jiġi ġestit b’mod sikur biex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent.
L-Anness II tar-Regolament jidentifika 11-il element ewlieni (KRMs), maqsuma fil-Partijiet A, B u C u li jikkostitwixxu l-bażi tal-approċċ ġenerali ssuġġerit għal pjan ta’ ġestjoni tar-riskju.
Dawn huma:
|
|
Parti (A) – Elementi ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju
Il-valutazzjoni tar-riskju tista’ titwettaq b’metodi kwalitattivi u semikwantitattivi; valutazzjoni tar-riskju kwantitattiva tkun teħtieġ biżżejjed data ta’ sostenn. Din il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis ukoll kwalunkwe obbligu u rekwiżit stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE indikata fir-Regolament, kif ukoll kwalunkwe leġiżlazzjoni lokali jew nazzjonali rilevanti. |
|
|
Parti (B) – Kundizzjonijiet relatati mar-rekwiżiti addizzjonali
Jekk jiġu inklużi parametri jew limiti addizzjonali, dan għandu jkun ibbażat fuq l-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju u appoġġat minn evidenza xjentifika li dawn joriġinaw mis-sistema ta’ użu mill-ġdid tal-ilma u mhux minn sorsi oħrajn. Dawn il-parametri addizzjonali jistgħu jinkludu wkoll l-inkwinanti li ġejjin: metalli tqal, pestiċidi, prodotti sekondarji għad-diżinfezzjoni, farmaċewtiċi, sustanzi ta’ tħassib emerġenti, batterji li juru reżistenza antimikrobika. |
|
|
Parti (C) – Miżuri preventivi
|
Struttura waħda possibbli biex tgħin fl-organizzazzjoni tal-analiżi tal-elementi tal-KRM hija deskritta fir-rapport tekniku taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) “Gwida Teknika – Ġestjoni tar-Riskju tal-Użu mill-Ġdid tal-Ilma għal Skemi ta’ Tisqija Agrikola fl-Ewropa” (14). Dan ir-rapport tal-JRC jipproponi struttura modulari (ara l-Illustrazzjoni 1), fejn kull modulu jindirizza aspett speċifiku ta’ pjan ta’ ġestjoni tar-riskju u jinkludi bosta mill-KRMs:
|
— |
Il-Modulu I – Tħejjija (KRMs 1 u 2); |
|
— |
Il-Modulu II – Valutazzjoni tar-Riskju (KRMs 3, 4, 5 u 6); |
|
— |
Il-Modulu III – Monitoraġġ (KRMs 6 u 9); |
|
— |
Il-Modulu IV – Governanza, Ġestjoni u Komunikazzjoni (KRMs 7, 8, 9, 10 u 11). |
Illustrazzjoni 1
Elementi ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju (KRMs) tal-użu mill-ġdid tal-ilma organizzati f’erba’ moduli, sabiex jgħinu fil-formulazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tar-riskju.
3.1.2. Deskrizzjoni tas-sistema
Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema (KRM1) hija l-punt tat-tluq sabiex is-sistema kollha tal-użu mill-ġdid tal-ilma tiġi kkaratterizzata kompletament — mill-punt tal-bokka għall-ilma mormi mhux ipproċessat fl-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi (urban waste water treatment plant – UWWTP), sal-użi finali tal-ilma reklamat. Din għandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-UWWTP u/jew tal-faċilità ta’ reklamazzjoni, kwalunkwe infrastruttura relatata mal-ippompjar, il-ħżin u d-distribuzzjoni, mas-sistemi ta’ tisqija, u mal-użi finali, fil-konfini tas-sistema identifikati (ara l-eżempju fl-Illustrazzjoni 2).
Sabiex tinġabar id-data meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju, id-deskrizzjoni tas-sistema għandha tinkludi wkoll karatterizzazzjoni tal-kwalità tal-ilma għas-sorsi tal-ilma mormi li jidħol fil-UWWTP, data dwar il-volum tal-ilma, kwalunkwe varjabbiltà u avveniment tat-temp, u deskrizzjoni tal-matriċijiet ambjentali tal-madwar (ħamrija, ilma ta’ taħt l-art u ilma tal-wiċċ, ekosistemi).
Illustrazzjoni 2
Elementi ewlenin ta’ sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, li jidentifikaw ir-riċetturi fil-valutazzjoni tar-riskju
3.1.3. Atturi u rwoli
L-atturi kollha involuti u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom għandhom jiġu identifikati għal kull element tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma (KRM2).
Dawn għandhom jinkludu l-atturi responsabbli għal (i) l-operat tal-impjanti (l-operaturi tal-UWWTP u tal-faċilitajiet ta’ reklamazzjoni), (ii) it-trasport u l-ħżin, fejn rilevanti, u (iii) l-għelieqi msaqqija (il-bdiewa). Dawn għandhom jinkludu wkoll kwalunkwe awtorità jew korp rilevanti (eż. awtoritajiet tal-ilma, awtoritajiet tas-saħħa pubblika, awtoritajiet ambjentali), jew partijiet oħrajn bħal assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa u konsorzji ta’ irrigaturi.
3.1.4. L-identifikazzjoni tal-perikli u l-ambjenti u l-popolazzjonijiet f’riskju
L-elementi KRM3 u KRM4 jinkludu:
|
1. |
L-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe periklu potenzjali (inkwinanti u patoġeni) jew avveniment perikoluż (falliment tat-trattamenti, tnixxijiet aċċidentali, kontaminazzjoni) li joriġina mis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma u li jista’ joħloq riskju għas-saħħa pubblika u/jew għall-ambjent; |
|
2. |
Il-karatterizzazzjoni ta’ rotot ta’ esponiment potenzjali għal kull periklu għar-riċetturi umani, tal-annimali jew ambjentali identifikati (popolazzjonijiet u ambjenti esposti). Dawn l-elementi huma meħtieġa li sussegwentement ikunu jistgħu jivvalutaw ir-riskji għas-saħħa u għall-ambjent (KRM5). |
L-identifikazzjoni tal-perikli (KRM3) għandha tinkludi kwalunkwe patoġenu u inkwinant fl-ilma reklamat li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent.
Il-patoġeni mikrobiċi fl-ilma reklamat (eż. E. coli u batterji, virusijiet, parassiti oħrajn) użati għat-tisqija agrikola jistgħu jkunu responsabbli għat-tifqigħat ta’ mard li jinġarr fl-ilma (eż. gastroenterite) u għal effetti akuti oħrajn (15).
Inkwinanti kimiċi li xorta jistgħu jkunu preżenti fl-ilma reklamat jistgħu joħolqu wkoll riskju għas-saħħa tal-bniedem. Madankollu, il-kontaminanti kimiċi ġeneralment ikunu preżenti f’konċentrazzjonijiet baxxi fl-effluwenti tal-UWWTP mill-ilma domestiku mormi, u ġeneralment ikunu jeħtieġu esponiment itwal biex jikkawżaw mard jew reazzjonijiet akuti, għalhekk, b’mod ġenerali, ir-riskju minn dawn l-inkwinanti huwa aktar baxx minn dak ikkawżat mill-patoġeni.
Huwa importanti li tiġi identifikata kwalunkwe industrija li tinsab fiż-żona moqdija mill-UWWTP li l-iskariki tagħha fis-sistema ta’ ġbir urban jistgħu jikkontribwixxu għal konċentrazzjonijiet għoljin ta’ inkwinanti kimiċi speċifiċi fl-ilma urban mormi (eż. industriji farmaċewtiċi, industriji tal-galvanizzazzjoni).
Konċentrazzjonijiet mhux ikkontrollati ta’ perikli kimiċi fl-effluwenti tal-UWWTP jistgħu jseħħu bħala riżultat ta’ avvenimenti perikolużi, bħal skariki aċċidentali jew mhux xierqa. Il-probabbiltà ta’ dawn tista’ tiġi minimizzata permezz ta’ miżuri preventivi xierqa (16).
Il-konformità sħiħa tal-ilma reklamat ma’ kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli għas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, li tirregola kemm l-inkwinanti mikrobijoloġiċi kif ukoll dawk kimiċi, flimkien mar-rekwiżiti għat-tisqija agrikola stabbiliti mill-iġjene tal-leġiżlazzjonijiet dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel, tiżgura l-protezzjoni tal-ambjent, kif ukoll tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali.
Għalhekk, is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju għandha tiżgura li l-użu tal-ilma reklamat ma jwassalx għal konċentrazzjoni dannuża ta’ kontaminanti f’matriċi ambjentali speċifika (eż. l-ilma ta’ taħt l-art) u li jittieħdu miżuri preventivi xierqa biex dan jiġi evitat (eż. permezz ta’ trattamenti xierqa biex jitnaqqsu l-inkwinanti fil-limiti stabbiliti, billi jiġi minimizzat kwalunkwe rilaxx aċċidentali fl-inħawi).
Flimkien mal-karatterizzazzjoni tal-ilma reklamat, tista’ tiġi identifikata lista inizjali ta’ skrinjar tal-perikli rilevanti (patoġeni u inkwinanti kimiċi) billi jitqiesu wkoll il-leġiżlazzjoni lokali, nazzjonali u tal-UE kollha rilevanti, kif ukoll ir-rekwiżiti fil-leġiżlazzjoni (elenkati fil-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament) dwar il-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art. Din il-leġiżlazzjoni tinkludi: id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD) 2000/60/KE, id-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art (GWD) 2006/118/KE, id-Direttiva dwar l-Istandards tal-Kwalità Ambjentali (EQSD) 2008/105/KE, id-Direttiva dwar in-Nitrati (ND) 91/676/KEE u, fejn applikabbli, id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm (BWD) 2006/7/KE u d-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb (DWD) 2020/2184.
Ir-rekwiżiti li għandu jikkonforma magħhom l-ilma reklamat se jiddependu fuq il-kundizzjonijiet speċifiċi għas-sit għas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma u l-valutazzjoni ta’ kif l-użu tal-ilma reklamat għat-tisqija agrikola jista’ jaffettwa l-ambjent tal-madwar permezz ta’ mogħdijiet potenzjali (eż. ilma tax-xeba’ mit-tisqija, infiltrazzjoni fl-ilma ta’ taħt l-art, eċċ.).
B’mod partikolari, kieku l-ilma reklamat kellu jimxi lejn il-korpi tal-ilma (ilma tal-wiċċ jew ilma ta’ taħt l-art) fiż-żona koperta mis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, il-valutazzjoni għandha tikkunsidra jekk il-korpi tal-ilma riċeventi għadhomx jissodisfaw l-objettivi ambjentali tal-Artikolu 4 tad-WFD (jiġifieri status ekoloġiku u kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ u status kimiku tajjeb tal-ilma ta’ taħt l-art – bl-istatus kimiku jiġi speċifikat aktar fl-EQSD u fil-GWD).
Status ekoloġiku u kimiku tajjeb għall-ilma tal-wiċċ jimplika konformità mal-istandards ta’ kwalità ambjentali (EQS) nazzjonali u tal-UE. L-istandards ta’ kwalità ambjentali tal-UE huma stabbiliti skont id-Direttiva dwar l-EQS, filwaqt li l-istandards nazzjonali jistgħu jindirizzaw inkwinanti ta’ tħassib nazzjonali, jiġifieri Inkwinanti Speċifiċi għall-Baċiri tax-Xmajjar, li huma parti minn status ekoloġiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ.
Id-Direttiva dwar l-EQS tipprevedi wkoll mekkaniżmu ta’ “Lista ta’ Sorveljanza” biex tinġabar data ta’ monitoraġġ fil-livell tal-UE dwar inkwinanti ta’ tħassib emerġenti u sustanzi li jistgħu joħolqu riskju għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu, u li għalihom id-data dwar ir-riskju ma hijiex biżżejjed biex jiġi stabbilit standard ta’ kwalità ambjentali.
L-istatus kimiku tal-ilma ħelu identifikat mill-Istati Membri fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċiri tax-xmajjar tagħhom jista’ jiġi kkonsultat permezz tas-sistema WISE (17).
Aktar informazzjoni dwar l-istandards ta’ kwalità ambjentali għas-sustanzi prijoritarji tista’ tiġi kkonsultata permezz tal-bażi tad-data tal-ECHA (18).
Informazzjoni rilevanti dwar l-emissjonijiet ta’ inkwinanti speċifiċi tista’ tinstab fir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (applikabbli għall-UWWTP b’kapaċità ta’ 100 000 P.E.) (19).
Jistgħu japplikaw ukoll kundizzjonijiet oħrajn speċifiċi għas-sit għall-protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art: pereżempju, jekk is-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma u ż-żoni msaqqija jkunu jinsabu qrib Żona Vulnerabbli għan-Nitrati deżinjata skont id-Direttiva dwar in-Nitrati.
Għalkemm l-użu mill-ġdid tal-ilma fl-agrikoltura jista’ jkun mod ta’ kif jiġu rkuprati n-nutrijenti għat-tisqija, għandha tingħata kunsiderazzjoni bir-reqqa biex jiġi evitat it-tniġġis tan-nitrati fir-riżorsi tal-ilma, billi jitnaqqas il-kontenut tan-nitrati fl-ilma reklamat taħt il-livelli dannużi.
Bl-istess mod, jekk l-ilma reklamat x’aktarx li jemigra lejn korpi tal-ilma kklassifikati bħala Żoni Protetti tal-Ilma tax-Xorb (DWPAs), huwa importanti li (i) jiġi identifikat kwalunkwe riskju ta’ kontaminazzjoni għas-sorsi tal-ilma tax-xorb minn inkwinanti regolati preżenti fl-ilma reklamat u (ii) jiġi ppjanat kwalunkwe trattament meħtieġ biex dawn jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli.
Barra minn hekk, jekk l-ilma reklamat jiskula fl-ilma tal-wiċċ użat għal attivitajiet ta’ għawm rikreattiv, jistgħu jiġu inklużi rekwiżiti addizzjonali għall-patoġeni, li jirriżultaw mid-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm. Dawn il-liġijiet għandhom l-għan li jipproteġu l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem billi jistabbilixxu standards u/jew obbligi ta’ monitoraġġ għall-patoġeni jew għas-sustanzi kimiċi, inklużi metalli tqal, prodotti sekondarji tad-diżinfezzjoni, farmaċewtiċi u sustanzi oħrajn ikklassifikati bħala inkwinanti prijoritarji.
Minħabba li l-ilma reklamat jintuża għat-tisqija agrikola, ir-Regolament jidentifika leġiżlazzjoni addizzjonali fil-punt 5 tal-Anness II li tipproteġi l-ikel u l-għalf, il-ħamrija, l-għelejjel u l-annimali. Ir-rilevanza tar-rekwiżiti f’din il-leġiżlazzjoni għal sistema speċifika ta’ użu mill-ġdid tal-ilma se tiddependi fuq it-tipi ta’ kultivazzjoni (eż. il-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ikel jew għalf) u l-prattiki (eż. l-użu ta’ pestiċidi, l-użu ta’ ħama tad-drenaġġ) fl-għalqa agrikola msaqqija b’ilma reklamat.
Dawn ir-rekwiżiti jinkludu: ir-rekwiżiti dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004), l-iġjene tal-għalf (ir-Regolament (KE) Nru 183/2005), il-kriterji mikrobijoloġiċi (ir-Regolament (KE) Nru 2073/200), il-kontaminanti massimi fl-oġġetti tal-ikel (ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006), il-livelli ta’ pestiċidi fl-ikel u fl-għalf (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005), l-użu tal-ħama tad-drenaġġ (id-Direttiva 86/278/KEE), u l-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali (ir-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (UE) Nru 142/2011).
L-Illustrazzjoni 3 turi eżempju grafiku ta’ kif għandu jiġi ddeterminat liema Direttiva jew Regolament japplikaw għal sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, jekk wieħed jassumi mogħdijiet potenzjali tal-ilma reklamat għall-matriċijiet ambjentali (riżorsi tal-ilma ħelu) minħabba tnixxijiet aċċidentali jew permezz ta’ ilma tax-xeba’ mill-għalqa msaqqija.
L-illustrazzjoni turi wkoll ir-Regolamenti u d-Direttiva elenkati fil-punt 5 tal-Anness II li jistgħu japplikaw, skont il-prattiki agrikoli. Tabella li tidentifika l-applikabbiltà ta’ dawn ir-rekwiżiti għal sistema ta’ użu mill-ġdid tal-ilma hija ppreżentata wkoll fl-Anness 2 ta’ dan l-Avviż.
Illustrazzjoni 3
Eżempju ta’ (i) kif għandhom jiġu identifikati d-Direttivi u r-Regolamenti applikabbli f’sistema ta’ użu mill-ġdid tal-ilma, abbażi ta’ mogħdijiet potenzjali meħuda mill-ilma reklamat għall-ambjenti tal-madwar (ilma tal-wiċċ u ilma ta’ taħt l-art) u (ii) Regolamenti u Direttivi li jistgħu japplikaw għat-tisqija agrikola, skont prattiki agrikoli speċifiċi
Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll aspetti speċifiċi oħrajn marbuta mal-effett tal-parametri tal-kwalità tal-ilma reklamat fuq il-karatteristiċi agronomiċi, inklużi l-perikli fuq il-ħamrija u l-għelejjel/il-pjanti. Skont l-ISO 16075-1:2020, il-perikli agronomiċi mill-ilma reklamat li jistgħu jagħmlu ħsara lill-ħamrija u lill-għelejjel imsaqqija huma: (i) sustanzi kimiċi, bħas-salinità, il-boron, it-tossiċità speċifika tal-joni; (ii) elementi kimiċi oħrajn; u (iii) nutrijenti.
Il-patoġeni li jistgħu jikkawżaw mard lill-pjanti jew lill-għelejjel ġeneralment ma jinstabux fl-ilma reklamat mill-effluwenti tal-UWWTP. Madankollu, il-preżenza tagħhom fl-ilma reklamat tista’ tiġi vvalutata f’kundizzjonijiet speċifiċi għas-sit (eż. l-ilma tax-xeba’ mit-tisqija infettat bil-patoġeni tal-pjanti).
L-Anness 2 ta’ dan l-Avviż fih eżempji u tabelli informattivi għall-patoġeni u l-inkwinanti tipikament preżenti fl-effluwenti tal-UWWTP u regolati minn xi wħud mid-Direttivi u r-Regolamenti msemmija hawn fuq, kif ukoll eżempji ta’ perikli agronomiċi li jistgħu jaffettwaw il-ħamrija, l-għelejjel, l-ilma ħelu u l-ilma ta’ taħt l-art waqt it-tisqija agrikola.
Fih ukoll eżempji ta’ avvenimenti perikolużi u rotot ta’ esponiment għall-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa u għall-ambjent, u eżempji ta’ popolazzjonijiet u ambjenti f’riskju.
Madankollu, ta’ min jinnota li l-listi ta’ riżorsi fl-Anness ma għandhomx jitqiesu eżawrjenti u huma proposti purament għall-informazzjoni. Il-perikli għandhom jiġu identifikati b’mod akkurat għal kull sistema speċifika ta’ użu mill-ġdid tal-ilma, filwaqt li titqies il-karatterizzazzjoni tal-ilma reklamat u kwalunkwe rekwiżit applikabbli.
Xi inkwinanti oħrajn li għadhom mhumiex regolati u li ma jistgħux jinstabu fid-Direttivi u r-Regolamenti elenkati (eż. mikroplastik jew xi komposti ta’ tħassib emerġenti) jistgħu jiżdiedu mal-lista ta’ perikli, jekk ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew għall-ambjent ikun appoġġjat minn evidenza xjentifika u jekk jiġi pprovat li dawn il-kontaminanti joriġinaw mis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma u mhux minn sorsi oħrajn. Il-valutazzjoni tar-riskju tista’ tidentifika wkoll is-sors ta’ dawn il-kontaminanti, eż. minħabba l-preżenza ta’ industriji partikolari, u tippjana kwalunkwe miżura preventiva.
3.1.5. Metodi ta’ valutazzjonijiet tar-riskju għas-saħħa u għall-ambjent
Il-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa u għall-ambjent (KRM5) għandha titwettaq billi jitqiesu l-perikli identifikati qabel (individwalment jew fi gruppi) u l-avvenimenti perikolużi, ir-rotot potenzjali ta’ esponiment u r-riċetturi identifikati fis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
Il-valutazzjoni tar-riskju tista’ titwettaq b’metodi kwalitattivi jew semikwantitattivi. Valutazzjoni tar-riskju kwalitattiva hija ssuġġerita bħala l-aktar metodoloġija xierqa u ekonomikament fattibbli. Valutazzjoni tar-riskju kwantitattiva tista’ tintuża għal proġetti b’riskju għoli u meta tkun disponibbli biżżejjed data ta’ sostenn għall-implimentazzjoni tagħhom.
Fir-rigward tal-metodoloġiji, jistgħu jintużaw metodoloġiji kwalitattivi, semikwantitattivi u kwantitattivi għal dawn il-valutazzjonijiet. Il-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa tevalwa kwalunkwe riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, filwaqt li l-valutazzjoni tar-riskju ambjentali għandha l-għan li tiddetermina jekk il-kontaminanti identifikati fl-ilma reklamat jaffettwawx l-istatus tal-kwalità tal-matriċijiet ambjentali.
Il-valutazzjonijiet tar-riskju kwalitattivi u semikwantitattivi jistgħu jiġu żviluppati permezz ta’ diversi approċċi, bħall-arbli tal-avvenimenti, il-matriċijiet jew l-indikaturi. Metodoloġija tas-soltu hija dik ibbażata fuq evalwazzjoni kkombinata tal-probabbiltà u l-kobor/is-severità tal-impatt ta’ periklu fuq ir-riċettur espost.
L-analiżi tal-probabbiltà tista’ ssir permezz ta’ rieżami tad-data storika jew valutazzjoni tal-iżball uman, l-arbli tal-ħsarat u l-arbli tal-avvenimenti. L-analiżi tal-impatti ġeneralment issir permezz ta’ klassifikazzjoni f’kategoriji, b’livelli dejjem jiżdiedu ta’ severità għall-impatt.
Hemm diversi metodi dwar il-valutazzjoni tar-riskju kwalitattiva u semikwantitattiva disponibbli fil-linji gwida u l-istandards ippubblikati li jistgħu jiġu segwiti (eż. il-Linji Gwida tad-WHO, 2006; ISO 20426 (2018); FAO u WHO, 2019) (20).
L-Anness 3 ta’ dan l-Avviż juri metodi kwalitattivi u semikwantitattivi għall-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa bl-użu ta’ matriċijiet biex jiġu identifikati l-probabbiltà u s-severità tal-impatt. Juri wkoll metodoloġija semikwantitattiva applikabbli għar-riżorsi tal-ilma. Ir-Rapport Tekniku tal-JRC (21) jipprovdi wkoll aktar eżempji prattiċi.
Il-valutazzjonijiet tar-riskju kwantitattivi jistgħu jipprovdu stima numerika tar-riskju – pereżempju, l-impatt ta’ infezzjoni mikrobika speċifika f’sena waħda taħt xenarju speċifiku.
Din il-karatterizzazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali ġeneralment tkun ibbażata fuq ir-relazzjonijiet bejn id-doża u r-rispons biex jiġi identifikat jekk periklu jew avveniment perikoluż jistax ikollu effett fuq is-saħħa.
Valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa permezz ta’ periklu mikrobiku tista’ ssir bl-użu ta’ valutazzjoni kwantitattiva tar-riskju mikrobiku (QMRA), abbażi tal-evalwazzjoni tar-relazzjonijiet bejn id-doża u r-rispons bejn il-konċentrazzjoni tal-perikli u l-effett li tista’ tikkawża fuq ir-riċetturi. L-outputs minn dan il-metodu jirrappreżentaw il-valuri tal-probabbiltà għall-effetti avversi fuq is-saħħa u huma espressi skont il-probabbiltà ta’ infezzjoni jew skont l-indikatur tas-snin tal-ħajja aġġustati għad-diżabbiltà (disability-adjusted life years – DALY).
Dan l-approċċ jista’ jwieġeb mistoqsijiet speċifiċi li japplikaw sa ċertu punt. Għalhekk, sabiex jiġi kopert il-proġett kollu u jiżdied il-livell ta’ sigurtà, dan jista’ jiġi kkombinat ma’ metodi kwalitattivi jew semikwantitattivi.
Il-metodoloġiji u l-kriterji għall-QMRA u d-DALY jistgħu jiġu kkonsultati fil-Linji Gwida tad-WHO (2006) u fil-Linji Gwida tad-WHO dwar il-QMRA (2016) (22).
Approċċ kwantitattiv għall-valutazzjoni tar-riskju ambjentali (Valutazzjoni Kwantitattiva tar-Riskju Kimiku, QCRA) ġeneralment ikun ibbażat fuq:
|
— |
il-proporzjon tal-konċentrazzjoni ambjentali prevista, ikkalkolat b’mudelli kumplessi għad-destin u t-trasferimenti ta’ inkwinant speċifiku għall-kompartimenti ambjentali; u |
|
— |
il-konċentrazzjonijiet ta’ bla effett previsti, jew il-konċentrazzjoni massima permissibbli tal-inkwinant, kif stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikabbli (eż. l-istandards ta’ kwalità ambjentali applikabbli għall-korpi tal-ilma skont l-istatus tal-kwalità tagħhom). |
Dan it-tip ta’ approċċ jeħtieġ volum sinifikanti ta’ data ta’ monitoraġġ mill-proġetti tal-użu mill-ġdid tal-ilma u l-karatterizzazzjonijiet dettaljati tal-ambjent tal-madwar. Dan ifisser li huwa applikabbli biss għal proġetti fejn tkun disponibbli biżżejjed data u s-suppożizzjonijiet ikunu appoġġati minn evidenza xjentifika.
3.1.6. Kundizzjonijiet relatati mar-rekwiżiti addizzjonali
L-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa u għall-ambjent se jgħin biex jiġi stabbilit jekk kwalunkwe rekwiżit addizzjonali speċifiku (KRM6) għall-parametri (addizzjonali għal dawk speċifikati fit-Taqsima 2 tal-Anness I jew aktar stretti minnhom) għandux jiżdied għall-kwalità u għall-monitoraġġ tal-ilma.
Dan jista’ jinkludi patoġeni jew inkwinanti addizzjonali identifikati mill-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa u għall-ambjent, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi għas-sit, kif ukoll id-Direttivi u r-Regolamenti applikabbli kif deskritti qabel.
Pereżempju, il-valutazzjoni tar-riskju tista’ tidentifika li inkwinant speċifiku fl-ilma reklamat (eż. nitrati) jista’ jaffettwa b’mod negattiv korp tal-ilma fil-qrib (eż. permezz tal-ewtrofikazzjoni), jekk preżenti fl-ilma reklamat f’konċentrazzjoni ogħla mill-massimu permissibbli previst.
Għalhekk, jista’ jiġi stabbilit limitu bbażat fuq il-konċentrazzjoni massima permissibbli, li jirriżulta mill-valutazzjoni tar-riskju, għall-kwalità tal-ilma reklamat, u dan il-parametru jista’ jiġi inkluż fost dawk li għandhom jiġu mmonitorjati.
Il-konċentrazzjonijiet massimi permissibbli jistgħu jkunu ugwali wkoll għal-limiti meħtieġa, pereżempju, għall-klassi ta’ kwalità speċifika (eż. standards ta’ kwalità ambjentali, EQS) tal-korp tal-ilma espost. Tista’ tiżdied lista ta’ parametri addizzjonali, flimkien mal-limiti identifikati, għall-kwalità u l-monitoraġġ tal-ilma, jekk ikun ċar li dawn joriġinaw mis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma u l-valuri ta’ referenza għalihom ikunu appoġġati mill-valutazzjoni tar-riskju u minn grad suffiċjenti ta’ għarfien xjentifiku.
3.1.7. Miżuri preventivi
Il-KRM7 għandu jinkludi l-identifikazzjoni ta’ miżuri preventivi u ostakli applikabbli għas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, sabiex jitneħħew jew jitnaqqsu għal livell aċċettabbli l-perikli identifikati li jistgħu jwasslu għal riskju.
Il-miżuri preventivi huma kwalunkwe trattament, azzjoni jew proċedura, kemm jekk diġà ġew implimentati kif ukoll jekk identifikati matul il-valutazzjoni tar-riskju li jistgħu jiġu applikati f’partijiet differenti tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma. Pereżempju: (i) fil-UWWTP (jiġifieri billi jiġi evalwat il-proċess fis-seħħ u/jew billi jiġu identifikati trattamenti addizzjonali); (ii) fil-faċilità ta’ reklamazzjoni (eż. jiġi kkunsidrat li jiżdiedu trattamenti avvanzati); (iii) fl-għelieqi msaqqija (eż. billi jiġu kkunsidrati metodi ta’ tisqija alternattivi li jimminimizzaw ir-riskji għal esponiment, jiġu pprovduti żoni ta’ lqugħ, eċċ.), jiġu protetti l-ħaddiema u l-bdiewa (eż. jiġu identifikati PPE jew protokolli tal-iġjene speċifiċi, minbarra l-miżuri possibbli li diġà ttieħdu biex jikkonformaw mar-regoli dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol).
L-identifikazzjoni tal-ostakli jew tal-modifiki għas-sistema ta’ tisqija eżistenti tista’ tkun ibbażata fuq l-evalwazzjoni tal-metodi eżistenti, tat-tip ta’ għelejjel u tal-klassi tal-ilma, u għandha tiġi deċiża f’konsultazzjoni mal-bdiewa, u ma’ atturi oħrajn fis-sistema ta’ użu mill-ġdid tal-ilma. Jekk jogħġbok irreferi għall-Anness 4 ta’ dan id-dokument għal eżempji ta’ miżuri preventivi u ostakli.
3.1.8. Il-kontroll tal-kwalità u s-sistemi ta’ monitoraġġ ambjentali
L-elementi KRM8 u KRM9 jinkludu l-attivitajiet ta’ monitoraġġ kollha ppjanati għas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma: l-identifikazzjoni tal-proċeduri u tal-protokolli għall-kontroll tal-kwalità tas-sistema u għas-sistema ta’ monitoraġġ ambjentali (environmental monitoring system - EMS).
Il-programmi ta’ monitoraġġ operazzjonali u ambjentali jipprovdu assigurazzjonijiet lill-ħaddiema, lill-pubbliku u lill-awtoritajiet ta’ prestazzjoni adegwata tas-sistema. Dawn għandhom jinkludu protokolli, programmi (eż. il-post, il-parametri, il-frekwenza) u proċeduri għal mill-inqas ir-rekwiżiti dwar il-monitoraġġ ta’ rutina u kwalunkwe parametru u limitu addizzjonali identifikati bħala rekwiżiti addizzjonali mill-valutazzjoni tar-riskju (KRM6).
Sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità, żviluppata skont l-istandards tal-ISO 9001 jew l-ekwivalenti, tista’ titħejja wkoll mill-operaturi tal-impjanti kull meta jkun xieraq.
Il-protokolli tal-EMS għandhom ikunu bbażati fuq ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni kontinwa tal-ambjent meta jintuża l-ilma reklamat. Il-protokolli għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti, pereżempju, il-monitoraġġ tar-riżorsi tal-ilma għandu jikkonforma mad-Direttiva 90/2009/KE (23) biex jiġi żgurat li r-riżultati jkunu komparabbli ma’ dawk miksuba permezz tal-monitoraġġ skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.
3.1.9. Il-ġestjoni u l-koordinazzjoni ta’ emerġenza
KRM10 u KRM11 jinkludu l-protokolli ta’ ġestjoni, ta’ emerġenzi u ta’ komunikazzjoni marbuta mal-elementi KRM10 (Ġestjoni ta’ Emerġenza) u KRM11 (Koordinazzjoni).
Dawn il-programmi jikkostitwixxu l-bażi għal komunikazzjoni effettiva bejn il-parti(jiet) responsabbli għal pjan ta’ ġestjoni tar-riskju u l-atturi involuti.
Il-KRM11 għandu jinkludi protokolli dwar kif l-informazzjoni se tiġi kkomunikata bejn l-atturi, il-formati u l-proċedura għar-rapportar ta’ aċċidenti u ta’ emerġenzi, il-proċeduri ta’ notifika, is-sorsi ta’ informazzjoni u l-proċessi ta’ konsultazzjoni.
L-Anness 5 ta’ dan l-Avviż jista’ jiġi kkonsultat għal eżempji ta’ (i) protokolli għall-ġestjoni ta’ inċidenti u ta’ emerġenzi u (ii) protokolli ta’ komunikazzjoni.
3.2. Tipi ta’ għelejjel u klassijiet tal-ilma reklamat
Għall-użu sikur tal-ilma reklamat, it-Tabella 1 – l-Anness I tar-Regolament tistabbilixxi l-klassijiet permessi ta’ kwalità tal-ilma reklamat (il-Klassi A, B, C, D) li jridu jintużaw għat-tisqija ta’ kategorija partikolari ta’ għelejjel, abbażi tal-metodu ta’ tisqija magħżul.
Ir-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-ilma għal kull klassi fit-Tabella 2 – l-Anness I jvarjaw prinċipalment skont il-konċentrazzjoni tal-E. coli, kif ukoll skont parametri aggregati oħrajn.
Bil-kombinazzjoni ta’ tipi ta’ għelejjel u l-għadd u t-tip ta’ ostakli akkreditati, bħall-metodi ta’ tisqija, ir-riskji jistgħu jiġu minimizzati billi jiġi evitat kwalunkwe kuntatt bejn l-ilma reklamat u l-partijiet li jittieklu tal-prodotti msaqqija (ara l-Anness 4 ta’ dan l-Avviż għal eżempji).
Sabiex isir dan, huwa importanti li l-ewwel jiġi stabbilit jekk huwiex probabbli li l-parti li tittiekel tal-għelejjel tkun f’kuntatt mal-ilma reklamat. Ir-riskju ta’ kuntatt għandu jiġi vvalutat għal kull sistema speċifika tal-użu mill-ġdid tal-ilma, billi tiġi evalwata d-distanza preżunta tal-parti li tittiekel tal-għelejjel għall-ħamrija msaqqija u l-mogħdijiet potenzjali tal-ilma reklamat, meta jiġu sprejjati, jitwasslu fi qtar jew bl-għargħar.
Jekk l-għelejjel jgħaddu minn trattamenti addizzjonali (eż. tisjir jew proċessi industrijali) li jnaqqsu l-kontaminazzjoni potenzjali, dawn għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.
Skont ir-Regolament, l-ilma reklamat jista’ jintuża għat-tisqija agrikola ta’:
|
— |
Għelejjel tal-ikel ikkonsmati nejjin: għelejjel ikkultivati għall-konsum mill-bniedem, li mhux se jgħaddu minn proċessi addizzjonali. Abbażi tad-distanza (24) tal-parti li tittiekel tal-għalla mill-art, klassifikazzjoni ulterjuri tinkludi:
|
|
— |
Għelejjel tal-ikel ipproċessati: għelejjel ikkultivati għall-konsum mill-bniedem li se jgħaddu minn proċessi addizzjonali (jiġifieri msajrin jew ipproċessati b’mod industrijali) u ma jitteklux nejjin (eż. ross, qamħ) |
|
— |
Għelejjel mhux tal-ikel (għalf): għelejjel ikkultivati mhux għall-konsum mill-bniedem, iżda għall-mergħat u għall-foraġġ jew f’setturi oħrajn (għelejjel industrijali, tal-enerġija u miżrugħa) |
Il-metodi tat-tisqija jistgħu ġeneralment jiġu kklassifikati fi:
|
— |
Sistemi ta’ tisqija miftuħa jew bi fluss tal-gravità: l-ilma jiġi applikat direttament fuq il-wiċċ tal-ħamrija u ma jkunx soġġett għal pressjoni. Dan jinkludi tisqija b’għargħar u b’raddiet. |
|
— |
Sistemi ta’ tisqija bil-friefet: l-ilma jiġi sprejjat fl-arja u jaqa’ fuq il-wiċċ tal-ħamrija bħax-xita. |
|
— |
Sistemi ta’ mikrotisqija: l-ilma jiġi applikat lokalment b’sistemi ta’ tisqija bil-qatra (fil-wiċċ jew taħt il-wiċċ) jew b’tisqija ta’ mikrosprej. |
Il-metodi ta’ tisqija għandhom jiġu vvalutati bħala mogħdijiet li potenzjalment jippermettu li l-kontaminanti jilħqu l-għelejjel. Pereżempju, b’sistemi sprejjati, l-għelejjel li jikbru fl-għoli ’l fuq mill-art (eż. siġar tal-frott) jistgħu jiġu esposti għal kontaminazzjoni minn qtar li jaqa’, għalhekk, ġeneralment għandha tintgħażel kwalità ogħla tal-ilma.
Is-sistemi lokalizzati (eż. it-tisqija bil-qatra) huma assoċjati ma’ riskju aktar baxx ta’ kontaminazzjoni, billi l-ilma jiġi dirett lejn il-parti li ma tittekilx tal-għelejjel. Jistgħu jiġu applikati ostakli xierqa u akkreditati addizzjonali biex tinkiseb il-klassi tal-kwalità tal-ilma meħtieġa (ara t-Taqsima 3.2.2 u l-Anness 4).
Għandu jiġi vvalutat ukoll kwalunkwe riskju għas-saħħa tal-ħaddiema jew tal-persuni li jgħixu qrib iż-żona msaqqija. Pereżempju, l-aerosols minn sistemi ta’ tisqija bil-friefet jistgħu jilħqu riċetturi li jgħixu qrib żoni msaqqija. Ir-riskji relatati mal-aerosols jiddependu b’mod partikolari fuq il-kwalità tal-ilma tat-tisqija u l-veloċità tar-riħ (responsabbli għat-tixrid tal-aerosols madwar iż-żona msaqqija).
Ta’ min jinnota li l-metodi ta’ tisqija u l-miżuri jew l-ostakli preventivi indikati fit-taqsima li ġejja huma eżempji ta’ approċċ issuġġerit dwar kif għandha tiġi interpretata t-Tabella 1 – l-Anness I. Dawn mhumiex maħsuba biex ikunu lista eżawrjenti.
Is-sistemi ta’ tisqija u l-miżuri jew l-ostakli preventivi diġà fis-seħħ jew ippjanati għandhom jiġu vvalutati sabiex jiġi identifikat jekk jistgħux ikunu meħtieġa rekwiżiti addizzjonali (eż. trattamenti jew ostakli addizzjonali, bidliet fis-sistema ta’ tisqija), sabiex titnaqqas kemm jista’ jkun il-kontaminazzjoni potenzjali tal-għelejjel, skont il-klassi tal-ilma reklamat.
3.2.1. Eżempji ta’ metodi ta’ tisqija u tipi ta’ għelejjel
L-Illustrazzjoni 4 turi żewġ eżempji ta’ skematiċi li jistgħu jgħinu fl-identifikazzjoni tal-klassijiet ta’ ilma reklamat li jipprovdu biżżejjed protezzjoni għall-konsumaturi u għall-ħaddiema millE.coli meta t-tisqija ssir permezz ta’ (a) metodi ta’ fluss tal-gravità jew taħt pressjoni jew (b) sistemi lokalizzati.
Irrispettivament mill-klassi tal-ilma, l-iskematika tqis rekwiżiti mikrobiċi addizzjonali meta jintuża ilma reklamat għat-tisqija ta’ mergħat jew foraġġ (nematodi intestinali, in-Nota 3 tal-Illustrazzjoni 4) u fejn hemm riskju ta’ aerosols (Legionella spp., in-Nota 1 tal-Illustrazzjoni 4).
Illustrazzjoni 4
Eżempji ta’ skematiċi għall-għażla tal-klassi ta’ ilma reklamat (skont ir-Regolament) għal (a) metodi ta’ tisqija miftuħa jew (b) metodi ta’ tisqija lokalizzati
L-eżempju li ġej mil-Linji Gwida dwar il-Pjan tas-Sikurezza tad-WHO (Eżempju Maħdum: L-SSP fi Newtown – ipotetiku) ġie adattat għar-rekwiżiti tar-Regolament, sabiex juri kif l-iskematiċi ta’ hawn fuq jistgħu jiġu applikati fil-prattika.
Ġew ikkunsidrati biss l-elementi ta’ dan l-eżempju li huma permessi mir-Regolament. L-ilma reklamat intuża biex jitkabbru diversi tipi ta’ għelejjel, bl-użu ta’ metodi ta’ tisqija differenti (Tabella 1).
Tabella 1
Tipi ta’ għelejjel u metodi ta’ tisqija użati fl-eżempju
|
Kategoriji ta’ għelejjel |
Metodi ta’ tisqija |
Destinazzjoni tal-għelejjel (*1) |
||||||||||||||||||||
|
|
|
F’dan il-każ, skont it-Tabelli 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament, meta jitqiesu l-mogħdijiet potenzjali li bihom l-ilma reklamat jista’ jilħaq l-għelejjel, għandhom jintgħażlu l-klassijiet li ġejjin:
|
— |
Għall-għelejjel bl-għeruq u għall-għelejjel bil-weraq ikkonsmati nejjin, meta tiġi applikata tisqija bl-għargħar, bir-raddiet jew bil-friefet Klassi A (E. coli ≤ 10 numru/100 mL) |
|
— |
Għall-għelejjel tal-ikel li jikbru fil-baxx ’il fuq mill-art, ikkonsmati nejjin (eż. bżar): meta tiġi applikata tisqija bl-għargħar, bir-raddiet jew bil-friefet Klassi A (E. coli ≤ 10 numru/100 mL); meta jintużaw sistemi ta’ tisqija bil-qatra jew taħt il-wiċċ Klassi B (E. coli ≤ 100 numru/100 mL). |
|
— |
Għall-għelejjel tal-ikel li jikbru fl-għoli ’l fuq mill-art u mhux f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat (jiġifieri siġar tal-frott) biss meta tiġi applikata tisqija bir-raddiet jew bl-għargħar Klassi b (E. coli ≤ 100 numru/100 mL). |
Abbażi ta’ evalwazzjoni tar-riskju ulterjuri, fil-preżenza ta’ frott b’qoxra li tittiekel, il-Klassi A tista’ tkun meħtieġa meta tintuża tisqija bil-friefet, sabiex tiġi evitata kontaminazzjoni potenzjali tal-frott mill-ilma sprejjat. Għall-frott b’qoxra li ma tittekilx, il-Klassi B tista’ tkun xierqa, iżda l-għażla finali tal-kwalità tal-ilma għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju.
3.2.2. Eżempji tal-applikazzjoni ta’ ostakli biex tinkiseb il-klassi tal-kwalità tal-ilma meħtieġa
L-Artikolu 2(4) tar-Regolament jispeċifika li l-operaturi tan-negozju tal-ikel jistgħu jiksbu l-kwalità tal-ilma meħtieġa biex jikkonformaw mar-Regolament 852/2004 billi wara l-punt ta’ konformità jużaw diversi għażliet ta’ trattament tal-ilma, weħidhom jew flimkien ma’ għażliet ta’ nuqqas ta’ trattament.
Skont l-approċċ ta’ diversi ostakli, it-tnaqqis f’logaritmu biex tinkiseb il-klassi tal-kwalità tal-ilma meħtieġa jista’ tabilħaqq jinkiseb permezz ta’ miżuri ta’ trattament u ta’ nuqqas ta’ trattament differenti flimkien (ostakli).
Skont l-Artikolu 3(12) tar-Regolament, meta jintuża l-ilma reklamat għat-tisqija, ostaklu huwa definit bħala:
|
— |
kwalunkwe mezz, inklużi passi fiżiċi jew relatati mal-proċess jew kundizzjonijiet tal-użu, li jnaqqas jew jipprevjeni riskju ta’ infezzjoni umana billi jipprevjeni l-kuntatt bejn l-ilma reklamat u (i) prodotti li se jiġu inġestiti, jew (ii) u persuni direttament esposti, jew |
|
— |
mezzi oħrajn li, pereżempju, inaqqsu l-konċentrazzjoni ta’ mikroorganiżmi fl-ilma reklamat jew jipprevjenu s-sopravivenza tagħhom fuq il-prodott li se jiġi inġestit. |
Fi kliem ieħor, u f’konformità mat-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament, ostaklu għandu jitqies bħala mezz sabiex ir-riskji jiġu minimizzati għal livelli ekwivalenti għal dawk tal-klassi tal-kwalità tal-ilma meħtieġa għall-għelejjel magħżula.
Ostakli differenti jistgħu jiksbu tnaqqis f’logaritmi differenti u kombinazzjoni tagħhom tista’ tiġi applikata għall-ilma reklamat biex jinkiseb it-tnaqqis kumplessiv fil-logaritmi meħtieġ biex jiġi mminimizzat kwalunkwe riskju, abbażi tal-klassi tal-kwalità tal-ilma magħżula.
It-Tabella 2 tissuġġerixxi l-għadd ta’ ostakli li għandhom jiġu applikati għall-klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat biex jinkiseb il-livell ekwivalenti meħtieġ ta’ klassi ogħla, abbażi tat-tip ta’ għalla.
It-Tabella 3 tissuġġerixxi tipi ta’ ostakli akkreditati, kif ukoll it-tnaqqis f’logaritmu relatat tagħhom.
L-Anness 4 ta’ dan l-Avviż fih eżempji ta’ kif għandhom jiġu ddeterminati t-tip u l-għadd ta’ ostakli, abbażi tat-tip ta’ għalla u l-klassi tal-kwalità tal-ilma.
Tabella 2
L-għadd suġġerit ta’ ostakli meħtieġa għat-tisqija bl-ilma reklamat, skont il-kwalità tagħhom (adattat mit-Tabella 3 tal-ISO 16075:2020)
NB – il-bidliet fit-tabella tal-ISO saru biss biex jiġu esklużi minn din it-tabella l-klassijiet tal-kwalità tal-ilma u t-tipi ta’ għelejjel li mhumiex indirizzati fir-Regolament dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. Ara hawn taħt it-tabella għal aktar spjegazzjoni dwar kif għandha tiġi interpretata din it-tabella b’rabta mar-Regolament dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma.
|
Kategorija(1) |
Tisqija tal-ħxejjex ikkonsmati nejjin(2) |
Tisqija tal-ħxejjex wara l-ipproċessar u l-mergħat(3) |
Tisqija tal-għelejjel tal-ikel minbarra ħxejjex (ġonna tas-siġar tal-frott, vinji) u ortikultura(4) |
Tisqija tal-għalf u tal-għelejjel miżrugħa(5) |
Tisqija tal-għelejjel industrijali u tal-enerġija(6) |
||||||||||||||
|
A |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
||||||||||||||
|
B |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
||||||||||||||
|
C |
3 |
1 |
1 |
0 |
0 |
||||||||||||||
|
D |
ipprojbita |
ipprojbita |
3 |
1 (*) |
0 |
||||||||||||||
|
Id-definizzjonijiet li ġejjin għal kull kolonna fit-tabella huma konformi mat-Tabella 1 tal-Anness 1 tar-Regolament dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma u huma maħsuba biex jgħinu lill-qarrej isib il-kategorija tal-għelejjel li tikkorrispondi b’mod wiesa’ għall-kategorizzazzjoni tal-ISO, u b’hekk jidentifikaw liema ostakli addizzjonali jistgħu jkunu meħtieġa:
|
|||||||||||||||||||
Tabella 3
Tipi ta’ ostakli akkreditati u tnaqqis rispettiv fil-logaritmi tal-patoġeni (adattati mit-Tabella 2 tal-ISO 16075:2020)
Saru bidliet biss biex jiġu esklużi minn din it-tabella l-klassijiet tal-kwalità tal-ilma u t-tipi ta’ għelejjel li mhumiex indirizzati fir-Regolament dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma.
|
Tip ta’ ostaklu |
Applikazzjoni |
Tnaqqis fil-logaritmi tal-patoġeni |
Għadd ta’ ostakli |
|
TISQIJA TAL-GĦELEJJEL TAL-IKEL |
|||
|
Tisqija bil-qatra |
Tisqija bil-qatra ta’ għelejjel li jikbru fil-baxx bħal 25 cm jew aktar ’il fuq mill-art |
2 |
1 |
|
Tisqija bil-qatra ta’ għelejjel li jikbru fl-għoli bħal 50 cm jew aktar ’il fuq mill-art |
4 |
2 |
|
|
Tisqija bil-qatra taħt il-wiċċ fejn l-ilma ma jkunx jista’ jiġi kalat b’azzjoni kapillari għall-wiċċ tal-art |
6 |
3 |
|
|
Tisqija bil-friefet u bit-tbexxix |
Tisqija bit-tbexxix u bil-mikrotbexxix ta’ għelejjel li jikbru fil-baxx bħal 25 cm jew aktar mill-ġett tal-ilma |
2 |
1 |
|
Tisqija bit-tbexxix u bil-mikrotbexxix ta’ siġar tal-frott bħal 50 cm jew aktar mill-ġett tal-ilma |
4 |
2 |
|
|
Diżinfezzjoni addizzjonali fl-għalqa |
Diżinfezzjoni ta’ livell baxx (<1 mg/L tal-kloru totali, wara 30 minuta ta’ klorinazzjoni) |
2 |
1 |
|
Diżinfezzjoni ta’ livell għoli (>1 mg/L tal-kloru totali, wara 30 minuta ta’ klorinazzjoni) |
4 |
2 |
|
|
Folja tal-għata reżistenti għax-xemx |
Fit-tisqija bil-qatra, fejn il-folja tissepara t-tisqija mill-ħxejjex |
2 sa 4 |
1 |
|
Salvataġġ tal-patoġeni |
Appoġġ ta’ salvataġġ permezz ta’ waqfien jew interruzzjoni tat-tisqija qabel il-ħsad |
0,5 sa 2 kuljum |
1 sa 2 |
|
Ħasil tal-prodotti qabel il-bejgħ lill-klijenti |
Ħasil tal-għelejjel tal-insalata, tal-ħxejjex u tal-frott bl-ilma tax-xorb |
1 |
1 |
|
Diżinfezzjoni tal-prodotti qabel il-bejgħ lill-klijenti |
Ħasil tal-għelejjel tal-insalata, tal-ħxejjex u tal-frott b’soluzzjoni ta’ diżinfettant dgħajfa u tlaħliħ bl-ilma tax-xorb |
1 |
1 |
|
Tqaxxir tal-prodotti |
Tqaxxir tal-frott u tal-għelejjel bl-għeruq |
2 |
1 |
|
TISQIJA TAL-GĦALF U TAL-GĦELEJJEL MIŻRUGĦA |
|||
|
Kontroll tal-aċċess |
Ir-restrizzjoni tad-dħul fl-għalqa msaqqija għal 24 siegħa u aktar wara t-tisqija, pereżempju, annimali li jidħlu fil-mergħat jew ħaddiema li jidħlu fl-għelieqi |
0,5 sa 2 |
1 |
|
Ir-restrizzjoni tad-dħul fl-għalqa msaqqija għal ħamest ijiem u aktar wara t-tisqija |
2 sa 4 |
2 |
|
|
Tnixxif fix-xemx tal-għelejjel tal-għalf |
Għelejjel tal-għalf u għelejjel oħrajn li jitnixxfu fix-xemx u jinħasdu qabel il-konsum |
2 sa 4 |
2 |
|
Nota: l-ostakli jistgħu jkunu diġà fis-seħħ fl-għalqa tat-tisqija; ir-restrizzjonijiet fuq l-għelejjel u l-metodi ta’ tisqija bħala ostakli huma diġà inklużi fir-Regolament meta jintgħażlu l-klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat u t-tip ta’ għalla. |
|||
3.3. Monitoraġġ tal-validazzjoni
3.3.1. Prinċipji ġenerali
Il-monitoraġġ tal-validazzjoni huwa meħtieġ biex jintwera li d-disinn ta’ sistemi ġodda għall-użu mill-ġdid tal-ilma jew kwalunkwe bidla fil-linji ta’ trattament eżistenti se jiksbu b’mod affidabbli u konsistenti ċerti livelli ta’ inattivazzjoni ta’ indikaturi mikrobiċi għall-Klassi A tal-kwalità tal-ilma reklamat (Tabella 4 – Anness I tar-Regolament). L-inattivazzjoni tal-indikaturi mikrobiċi hija espressa fi tnaqqis log10 (25).
Il-monitoraġġ tal-validazzjoni huwa differenti mill-monitoraġġ regolari ta’ rutina li jitwettaq mill-operatur (Tabella 3 – Anness I tar-Regolament) biex jiġi żgurat li l-proċess tat-trattament ikun qed jilħaq ir-rekwiżiti tar-Regolament. Dan għandu jitqies bħala attività intensa u għal żmien qasir li għandha titwettaq qabel l-ikkummissjonar jew matul il-fażi tal-bidu ta’ sekwenzi jew proċessi ġodda ta’ trattament, jew meta dawn jiġu mmodernizzati.
Il-bidliet fis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma li jinvolvu aġġornamenti tal-proċessi jistgħu jkunu dovuti, pereżempju, għal varjazzjonijiet strutturali:
|
1. |
fil-fluss u/jew fil-kwalità tal-ilma mormi minħabba permessi ġodda skarikati fis-sistema tad-drenaġġ; |
|
2. |
fl-ekwivalenti tal-popolazzjoni (P.E.) moqdija mill-Impjant tat-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (UWWTP); |
|
3. |
fil-kundizzjonijiet klimatiċi (żieda fl-avvenimenti staġunali ta’ xita jew nixfa); |
|
4. |
f’kundizzjonijiet oħrajn mhux indirizzati mill-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju, li jeħtieġu aġġornament fit-teknoloġija/fil-proċessi użati. |
Minħabba li kwalunkwe bidla sostanzjali fil-kapaċità ta’ UWWTP jew immodernizzar fil-linja tat-trattament tas-sistema tal-użu mill-ġdid se jkunu jirrikjedu li jiġi rieżaminat jew aġġornat permess eżistenti (l-Artikolu 6(6)), huwa rrakkomandat li jiġi konkluż monitoraġġ tal-validazzjoni qabel ma tibda proċedura ta’ awtorizzazzjoni.
Fi kwalunkwe każ, matul l-attivitajiet ta’ validazzjoni, l-ilma reklamat jista’ ma jitwassalx għall-użu finali tiegħu sakemm jitlesta l-monitoraġġ. Matul dan iż-żmien, l-ilma reklamat jista’ jintbagħat lura jew lejn il-bokka tal-UWWTP jew lejn punt ta’ skariku identifikat, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-kwalità mikrobika tal-validazzjoni.
Ladarba l-monitoraġġ tal-validazzjoni jikkonferma li s-sistema jew it-teknoloġiji l-ġodda jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-indikaturi mikrobiċi, ikun biżżejjed li wieħed ikompli bir-rekwiżiti tal-monitoraġġ ta’ rutina.
Sabiex jiġu appoġġati l-attivitajiet ta’ validazzjoni, jista’ jitħejja rapport li juri l-approċċ ta’ monitoraġġ tal-validazzjoni, id-disinn sperimentali, u l-analiżi tal-kampjuni tal-bokka u tal-iżbokk għall-indikaturi mikrobiċi meħtieġa. Ir-rapport għandu jitħejja minn professjonista kwalifikat tal-ilma mormi.
Il-faċilitajiet ta’ reklamazzjoni li kienu diġà qed joperaw u li jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma reklamat stabbiliti fit-Tabella 2(a) fil-25 ta’ Ġunju 2020 ma għandhom l-ebda obbligu li jwettqu monitoraġġ tal-validazzjoni.
3.3.2. Protokolli ta’ monitoraġġ tal-validazzjoni
It-Tabella 4 – l-Anness I tar-Regolament tispeċifika t-tnaqqis ta’ log10 li għandu jiġi osservat permezz ta’ monitoraġġ tal-validazzjoni fuq il-katina tat-trattament (jiġifieri bejn il-punt tal-bokka għall-ilma mhux ipproċessat mormi fil-UWWTP u l-punt ta’ konformità) għall-batterji, il-virusijiet u l-indikaturi tal-protożoa (E. coli, Kampilobatterju, total ta’ kolifaġi/kolifaġi speċifiċi għall-F/kolifaġi somatiċi/kolifaġi, rotavirus, spori ta’ Clostridium perfringens/batterji li jnaqqsu s-sulfati li jifformaw l-ispori u Cryptosporidium).
Minħabba li fi kwalunkwe faċilità ta’ reklamazzjoni partikolari, it-tnaqqis meħtieġ ta’ log10 jista’ jiġi ssodisfat billi jiġu kkombinati proċessi differenti, ma jista’ jiġi identifikat l-ebda protokoll uniku u armonizzat ta’ monitoraġġ tal-validazzjoni. Minflok, dan għandu jiġi definit u implimentat għal kull każ speċifiku minn professjonisti tal-ilma mormi.
Meta jiġi stabbilit protokoll ta’ validazzjoni għal sistema ta’ użu mill-ġdid tal-ilma, id-differenza bejn il-konċentrazzjonijiet fl-ilma mhux ipproċessat mormi u fil-klassi tal-kwalità tal-ilma fil-mira se tiddetermina l-għadd meħtieġ u l-livell ta’ trattamenti (Illustrazzjoni 5).
Għal proċessi ta’ trattament stabbiliti sewwa, il-valuri prestabbiliti tat-tneħħija ta’ log10 spiss ikunu disponibbli minn linji gwida tekniċi, kotba u data ppubblikata; għal proċessi innovattivi, għandu jiġi ddisinjat protokoll ta’ ttestjar biex tinġabar data dwar it-tnaqqis ta’ log10.
L-Illustrazzjoni 5 turi eżempju ta’ kif jista’ jinkiseb it-tnaqqis fil-mira ta’ log10 tal-E. coli bis-somma ta’ trattamenti multipli. Ta’ min jinnota li, għalkemm it-trattamenti primarji u sekondarji jistgħu jnaqqsu l-batterji patoġeniċi ta’ xi logaritmi, id-diżinfezzjoni u t-trattamenti terzjarji huma dawk assoċjati mal-ogħla tnaqqis ta’ logaritmu u għandhom jiġu kkaratterizzati bir-reqqa.
Meta sistema tkun tinkludi trattamenti multipli, il-valuri tat-tneħħija ta’ logaritmu jistgħu jiġu ddeterminati minn valuri tekniċi jew billi jitwettqu protokolli ta’ qabel l-ittestjar fuq il-post jew mhux fuq il-post. Imbagħad tista’ ssir analiżi ta’ validazzjoni fuq il-post fil-faċilità/faċilitajiet, fuq kampjuni fil-bokka u fl-iżbokk. Jistgħu jiġu żviluppati linji gwida jew standards fil-livell nazzjonali jew f’livell ieħor, sabiex jiġi standardizzat il-monitoraġġ tal-validazzjoni.
Illustrazzjoni 5
Evalwazzjoni ta’ sistema arbitrarja ta’ użu mill-ġdid tal-ilma b’diversi ostakli għat-tnaqqis tal-E. coli għat-tnaqqis meħtieġ ta’ log10 għall-Klassi A tat-tisqija (il-meded ta’ tnaqqis tal-log10 huma preżunti fit-Tabella 3.4 tal-Linji Gwida tal-Awstralja – ara t-Taqsima 3.3.4)
Ladarba jkunu ġew identifikati t-trattamenti fil-faċilità ta’ reklamazzjoni, hemm diversi strateġiji għat-twettiq ta’ monitoraġġ tal-validazzjoni, prinċipalment it-twettiq ta’ testijiet mhux fuq il-post jew ta’ testijiet preliminari fuq il-post. Kwalunkwe wieħed minn dawn l-approċċi jista’ jintuża għall-validazzjoni. Madankollu, jekk it-testijiet mhux fuq il-post ma jkunux biżżejjed, l-ittestjar fuq il-post jista’ jikkomplementahom. Sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ validazzjoni tar-Regolament, imbagħad ikun biżżejjed li jiġu ttestjati kampjuni tal-effluwenti fil-bokka u fl-iżbokk.
Il-passi li ġejjin juru kif għandu jitwettaq protokoll ta’ qabel l-ittestjar:
|
— |
Id-data tal-prestazzjoni disponibbli dwar it-trattamenti kontra l-indikaturi mikrobiċi tista’ l-ewwel tinġabar billi jiġu kkonsultati l-iskedi tekniċi tad-data mill-fornituri, il-letteratura xjentifika u teknika ppubblikata, il-linji gwida mill-awtoritajiet leġiżlattivi jew mill-korpi professjonali, u d-data storika. Dan jiddetermina jekk kwalunkwe proċess ikunx stabbilit sewwa jew jekk ikunx meħtieġ ittestjar minn qabel. |
|
— |
Jekk ikun hemm biżżejjed data teknika disponibbli biex jiġi pprovat li t-trattamenti se jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni, jista’ ma jkunx meħtieġ protokoll ta’ qabel l-ittestjar. |
Madankollu, xorta jkun meħtieġ li titwettaq l-analiżi meħtieġa mit-Tabella 4 tal-Anness I tar-Regolament, għall-monitoraġġ tal-validazzjoni matul il-fażi tal-bidu fl-effluwent fil-bokka u fl-iżbokk, sabiex jiġi pprovat li jinkiseb it-tnaqqis mikrobiku tal-log10.
Jistgħu jitwettqu testijiet preliminari għall-proċess speċifiku jew għat-teknoloġija speċifika fuq l-aktar organiżmi ta’ sfida għal kull grupp ta’ indikaturi mikrobiċi (batterji, virus u protożoa), u mbagħad jiġu vvalidati għall-gruppi kollha.
|
It-testijiet fil-laboratorju (mhux fuq il-post) jew it-testijiet pilota (mhux fuq il-post jew fuq il-post) jistgħu jiġu implimentati għal teknoloġiji innovattivi, sabiex jinġabru parametri speċifiċi tad-disinn jew meta jkun hemm nuqqas ta’ data dwar il-prestazzjoni tat-teknoloġija. |
Id-disinn sperimentali jista’ jiġi żviluppat abbażi tal-informazzjoni disponibbli u l-għarfien espert tal-professjonisti tal-ilma mormi. It-testijiet fil-laboratorju jistgħu jitwettqu fuq ilma mormi reali jew, jekk dan ma jkunx possibbli, tista’ titħejja soluzzjoni b’organiżmi fil-mira miżjuda. Imbagħad, il-kampjuni jistgħu jiġu analizzati aktar fuq il-post biex jiġu kkonfermati l-osservazzjonijiet tal-laboratorju.
|
— |
Għat-testijiet fuq il-post, l-operaturi tal-faċilitajiet ta’ reklamazzjoni jistgħu jwettqu monitoraġġ tal-validazzjoni, wara li jkunu stabbilew il-protokoll. Fejn meħtieġ, huma jistgħu jiġu appoġġati wkoll minn professjonisti indipendenti u kwalifikati, biex jissorveljaw l-attivitajiet. Għandha titwettaq analiżi tal-monitoraġġ tal-validazzjoni minn laboratorju indipendenti u ċċertifikat. |
|
— |
Għall-monitoraġġ tal-mikrobi, huwa importanti li ssir analiżi fuq għadd ta’ kampjuni li jkunu statistikament validi — biex b’hekk ikun hemm mill-inqas tliet kampjuni f’kull punt tat-teħid tal-kampjuni sabiex ikunu jistgħu jiġu kkalkolati l-medji u d-devjazzjonijiet standard. |
Huwa ssuġġerit li d-devjazzjoni standard għandha tkun inqas minn 1 log10 fost il-kampjuni. Mill-inqas 90 % tal-kampjuni għandhom jilħqu l-miri tal-prestazzjoni. Il-frekwenza u d-durata tal-monitoraġġ tal-validazzjoni għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-protokoll żviluppat għall-każ speċifiku.
|
— |
Jekk ma jkun hemm l-ebda indikatur bijoloġiku fl-ilma reklamat, ir-rekwiżiti tal-validazzjoni ma jkunux meħtieġa. B’mod partikolari, jekk l-indikatur mikrobiku ma jkunx preżenti fl-ilma mormi mhux ipproċessat, jew ikun preżenti f’konċentrazzjoni baxxa, jitqies li l-monitoraġġ tal-validazzjoni approva dak l-indikatur. |
3.3.3. Eżempji ta’ monitoraġġ tal-validazzjoni
Il-każ li ġej intgħażel mil-Linji Gwida tal-Awstralja bħala eżempju ta’ kif jista’ jitwettaq protokoll ta’ monitoraġġ tal-validazzjoni skont ir-rekwiżiti tar-Regolament.
F’dan il-każ, kienet ippjanata tisqija bil-friefet tal-għelejjel tal-insalata b’ilma reklamat minn UWWTP. Il-monitoraġġ tal-validazzjoni kien meħtieġ matul l-ikkummissjonar tal-impjant il-ġdid u qabel l-approvazzjoni tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma (fit-termini tar-Regolament, qabel l-għoti ta’ permess).
F’dan l-eżempju, is-sistema ma kinitx iddisinjata abbażi tal-istandards tekniċi disponibbli, u b’hekk il-valuri prestabbiliti għat-tnaqqis f’logaritmu ma kinux disponibbli. Għalhekk, kien meħtieġ pjan ta’ ttestjar fuq skala tal-laboratorju u pilota biex tinkiseb data tal-prestazzjoni dwar l-inattivazzjoni ta’ mikrobi magħżula.
Il-katina tat-trattament għas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma kienet tinkludi: trattament sekondarju, laguna, koagulazzjoni, flotazzjoni u filtrazzjoni tal-arja maħlula, u klorinazzjoni. It-Tabella 2 tirrapporta l-konċentrazzjonijiet inizjali u finali mill-analiżi mwettqa. Għal referenza, l-aħħar kolonna tirrapporta r-rekwiżiti minimi skont ir-Regolament.
Tabella 2
Riżultati tal-monitoraġġ tal-validazzjoni skont eżempju disponibbli fil-Linji Gwida tal-Awstralja
|
Mikroorganiżmi indikaturi (*2) |
Konċentrazzjoni inizjali fl-ilma mormi mhux ipproċessat |
Konċentrazzjoni fl-ilma mormi ttrattat |
Tnaqqis totali fil-logaritmi |
Mira tal-prestazzjoni mir-Regolament (Tabella 4 tal-Anness I) |
|
Cryptosporidium |
2 000 /litru |
<1 /50 litru |
5 log |
≥5 log |
|
Giardia |
20 000 /litru |
<1 /50 litru |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
|
Adenovirusijiet, reovirusijiet, enterovirusijiet, epatite A |
8 000 /litru |
<1 /50 litru |
5,5 log |
Mhux disponibbli |
|
E. coli |
Mhux disponibbli |
<1 CFU/100 mL |
>6 log |
≥5 log |
3.3.4. Riżorsi addizzjonali
Minħabba li għandha tiġi ddisinjata proċedura ta’ monitoraġġ tal-validazzjoni biex tkopri trattamenti speċifiċi, xi riżorsi esterni huma rrapportati hawnhekk biex jiġu kkunsidrati mill-prattikanti tal-ilma mormi, sabiex jgħinuhom jimplimentaw protokoll speċifiku.
|
Aspett ta’ validazzjoni |
Referenza |
||||||
|
Il-meded tipiċi ta’ tnaqqis tal-log10 għall-indikaturi mikrobiċi fil-proċessi konvenzjonali tat-trattament tal-ilma mormi (26) |
|
||||||
|
Protokolli ta’ validazzjoni għas-sistemi tad-diżinfezzjoni |
|
(1) Kemm il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari (COM/2020/98 final) kif ukoll l-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (COM/2021/82 final) jirreferu għall-użu mill-ġdid tal-ilma, minħabba li l-kapaċità tal-UE li tirrispondi għall-pressjonijiet dejjem jiżdiedu fuq ir-riżorsi tal-ilma tista’ tittejjeb bl-użu mill-ġdid usa’ tal-ilma mormi ttrattat. Minbarra t-tisqija, l-użu mill-ġdid tal-ilma jista’ jiġi applikat b’mod utli wkoll fis-settur industrijali, u dan jikkontribwixxi għall-għanijiet stabbiliti fil-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva riveduta dwar l-Emissjonijiet Industrijali (COM(2022) 156 final/2).
(2) ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32.
(3) L-użu mill-ġdid tal-ilma jista’ jikkontribwixxi għall-għan li titnaqqas l-impronta ambjentali u klimatika tas-sistema tal-ikel tal-UE, stabbilita fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt (COM/2020/381 final).
(4) ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40, id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi tirrikjedi li l-ilma mormi ttrattat jerġa’ jintuża kull meta jkun xieraq. Din id-Direttiva bħalissa qed tiġi rieżaminata, iżda l-istruttura leġiżlattiva futura ppjanata hija mistennija li ssaħħaħ ir-rabta mal-prattika tal-użu mill-ġdid tal-ilma. B’hekk, kwalunkwe referenza għal din id-Direttiva f’dan l-Avviż fil-futur se tirreferi għal-leġiżlazzjoni riveduta ppjanata dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.
(5) Preċedentement imsejjaħ Grupp ta’ Ħidma Ad Hoc dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma, stabbilit bħala Grupp ta’ Ħidma permanenti fl-2022.
(6) Għal aktar informazzjoni dwar dan il-grupp: https://circabc.europa.eu/ui/group/9ab5926d-bed4-4322-9aa7-9964bbe8312d/library/3644e20b-f5c5-46de-9d2f-3d9efb965fac?p=1&n=10&sort=modified_DESC.
(7) L-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2021/1119 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999, ĠU L 243, 9.7.2021 p. 1, l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika, ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1.
(8) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel, ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel, ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.
(11) Ir-Regolament (UE) 2017/625 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.
(12) Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar l-indirizzar tar-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħxejjex friski fil-produzzjoni primarja permezz tal-iġjene tal-ikel, ĠU C 163, 23.5.2017, p. 1.
(13) https://ec.europa.eu/environment/water/pdf/Guidelines_on_water_reuse.pdf.
(14) R. Maffettone u B. M. Gawlik (2022), Gwida Teknika: Ġestjoni tar-Riskju tal-Użu mill-Ġdid tal-Ilma għal Skemi ta’ Tisqija Agrikola fl-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea, il-Lussemburgu, JRC 129596.
(15) Effetti akuti: effetti fuq is-saħħa li ġeneralment iseħħu malajr, bħala riżultat ta’ esponiment għal żmien qasir. Effett kroniku: effett avvers fuq is-saħħa li jirriżulta minn esponiment fit-tul għal sustanza.
(16) Linji Gwida tad-WHO għall-Użu Sikur tal-Ilma Mormi, l-Eskrementi u l-Ilma Domestiku Mormi Mingħajr Drenaġġ (WHO, 2006).
(17) Katalogu ta’ WISE dwar ir-riżorsi tal-ilma ħelu – https://water.europa.eu/freshwater/data-maps-and-tools/metadata#surface-water-bodies-priority-substances-2nd-rbmp-overview-chart.
(18) Standards tal-Kwalità Ambjentali – ECHA – https://echa.europa.eu/environmental-quality-standards.
(19) Ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti – https://ec.europa.eu/environment/industry/stationary/e-prtr/legislation.htm.
(20) FAO u WHO, 2019. Is-Sikurezza u l-Kwalità tal-Ilma Użat fil-Produzzjoni u l-Ipproċessar tal-Ikel – Rapport tal-laqgħa. Serje ta’ Valutazzjoni tar-Riskju Mikrobijoloġiku Nru 33 Ruma – https://www.fao.org/3/ca6062en/CA6062EN.pdf.
(21) R. Maffettone u B. M. Gawlik (2022), Gwida Teknika: Ġestjoni tar-Riskju tal-Użu mill-Ġdid tal-Ilma għal Skemi ta’ Tisqija Agrikola fl-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea, il-Lussemburgu, JRC 129596.
(22) WHO, 2016. Valutazzjoni Kwantitattiva tar-Riskju Mikrobiku: Applikazzjoni għall-Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Ilma. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Ġinevra, l-Iżvizzera – https://apps.who.int/iris/handle/10665/246195.
(23) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma, ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36.
(24) Jekk jogħġbok ara l-Anness 4 għal eżempji dwar id-distanzi bejn il-partijiet li jittieklu tal-għelejjel u l-art imsaqqija.
(*1) Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni u għad-dokumenti ta’ gwida attwali diġà fis-seħħ għas-sikurezza u l-iġjene tal-ikel. Innota li, skont il-konfini tal-Illustrazzjoni 2, il-valutazzjoni tar-riskju se tintemm fil-punt li fih tiġi prodotta l-għalla.
(25) Tneħħija ta’ 1-log = tnaqqis ta’ 90 % fid-densità tal-organiżmu fil-mira, tneħħija ta’ 2-log = tnaqqis ta’ 99 %, tneħħija ta’ 3-log = tnaqqis ta’ 99,9 %, eċċ.
(*2) misjuba bl-użu ta’ koltura taċ-ċelloli ħlief fil-każ tal-epatite A, li nstabet bl-użu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi
(26) Ir-rati ta’ tnaqqis jiddependu fuq kundizzjonijiet operattivi speċifiċi, bħall-ħinijiet ta’ żamma, il-ħinijiet ta’ kuntatt u l-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi kimiċi użati, id-daqs tal-pori, il-fond tal-filtru, it-trattament minn qabel, u fatturi oħrajn. Il-meded mogħtija ma għandhomx jintużaw bħala bażi għad-disinn jew għar-regolamentazzjoni — dawn huma maħsuba biex juru paraguni relattivi matul id-disinn tal-protokoll ta’ monitoraġġ tal-validazzjoni.
ANNESS 1
Glossarju
It-termini li ġejjin spiss jintużaw f’dan id-dokument u għandhom jinftiehmu kif spjegat hawn taħt. Dawn mhumiex definizzjonijiet legali, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/741 dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma, jew taħt l-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/271/KEE dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.
|
— |
Tossiċità akuta: effett avvers rapidu (eż. mewt) ikkawżat minn sustanza f’organiżmu ħaj. Dan jista’ jintuża biex jiddefinixxi jew l-esponiment jew ir-rispons għal esponiment (effett) [NRMMC–EPHC–AHMC, 2006]. |
|
— |
Ostaklu: kwalunkwe mezz, inklużi passi fiżiċi jew passi relatati mal-proċess jew kundizzjonijiet tal-użu, li jnaqqas jew jipprevjeni r-riskju ta’ infezzjoni umana billi jipprevjeni l-kuntatt tal-ilma reklamat mal-prodott li għandu jinbela’ u mal-persuni direttament esposti, jew xi mezz ieħor li, pereżempju, inaqqas il-konċentrazzjoni tal-mikroorganiżmi fl-ilma reklamat jew jipprevjeni s-sopravivenza tagħhom fuq il-prodott li għandu jinbela’ [l-Artikolu 3(12), ir-Regolament (UE) 2020/741]. |
|
— |
Awtorità kompetenti: awtorità jew korp maħtur minn Stat Membru biex iwettaq l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament rigward l-għoti ta’ permessi għall-produzzjoni jew il-provvista ta’ ilma reklamat, rigward l-eżenzjonijiet għal proġetti ta’ riċerka jew proġetti pilota u rigward il-kontrolli ta’ konformità [l-Artikolu 3(1), ir-Regolament (UE) 2020/741]. |
|
— |
Kontaminant: sustanza jew materja fiżika, kimika, bijoloġika jew radjoloġika fl-ilma. Il-preżenza ta’ kontaminanti mhux neċessarjament tindika li l-ilma jippreżenta riskju għas-saħħa [ISO 20670:2018]. |
|
— |
Snin ta’ Ħajja Aġġustati għad-Diżabbiltà (Disability-Adjusted Life Years - DALY): il-metrika tal-popolazzjoni tas-snin tal-ħajja mitlufa minħabba mard, espressa bħala n-numru ta’ snin mitlufa minħabba mard, diżabbiltà jew mewt bikrija. Fil-Linji Gwida tad-WHO tal-2006, il-mira bbażata fuq is-saħħa rrakkomandata hija ta’ 10-6 DALY għal kull persuna fis-sena [WHO, 2006a]. |
|
— |
Diżinfezzjoni: proċess li jeqred, jiddiżattiva jew ineħħi l-mikroorganiżmi sakemm jintlaħaq livell xieraq [ISO 20670:2018]. |
|
— |
Valutazzjoni tar-rispons għad-doża: id-determinazzjoni tar-relazzjoni bejn il-kobor tal-esponiment (doża) għal aġent kimiku, bijoloġiku jew fiżiku u s-severità u/jew il-frekwenza tal-effetti avversi assoċjati fuq is-saħħa (rispons) [WHO, 2006a]. |
|
— |
Utent finali: persuna fiżika jew ġuridika, kemm jekk entità pubblika kif ukoll jekk privata, li tuża ilma reklamat għat-tisqija agrikola [l-Artikolu 3(2), ir-Regolament (UE) 2020/741]. |
|
— |
Ambjent: il-madwar li fih topera sistema ta’ użu mill-ġdid tal-ilma, inklużi l-arja, l-ilma, l-art, ir-riżorsi naturali, il-flora, il-fawna, il-bnedmin, u l-interrelazzjonijiet tagħhom [ISO 20670:2018]. |
|
— |
Esponiment: kuntatt ta’ aġent kimiku, fiżiku jew bijoloġiku mal-konfini ta’ barra ta’ organiżmu (eż. permezz ta’ teħid bin-nifs, inġestjoni jew kuntatt mal-ġilda) [WHO, 2016a] |
|
— |
Valutazzjoni tal-esponiment: l-istima (kwalitattiva jew kwantitattiva) tal-kobor, il-frekwenza, id-durata, ir-rotta u l-firxa tal-esponiment għal mezz ikkontaminat wieħed jew aktar [WHO, 2016a]. |
|
— |
Għelejjel tal-għalf: għelejjel mhux għall-konsum mill-bniedem. Eżempju: mergħat u foraġġ, fibra, pjanti ornamentali, żerriegħa, għelejjel tal-foresti u mergħat naturali [ISO 20670:2018] |
|
— |
Għelejjel tal-ikel: għelejjel għall-konsum mill-bniedem. L-għelejjel tal-ikel spiss jiġu kklassifikati aktar skont jekk l-għalla għall-ikel għandhiex tissajjar, tiġi pproċessata jew ikkonsmata nejja [ISO 20670:2018]. |
|
— |
Periklu: aġent bijoloġiku, kimiku, fiżiku jew radjoloġiku li għandu l-potenzjal li jikkawża dannu lill-bnedmin, lill-annimali, lill-għelejjel jew lill-pjanti, lil bijota terrestri oħra, lil bijota akkwatika, lill-ħamrija jew lill-ambjent b’mod ġenerali [l-Artikolu 3(7), ir-Regolament (UE) 2020/741]. |
|
— |
Avveniment perikoluż: avveniment li fih in-nies ikunu esposti għal periklu fi ħdan is-sistema. Jista’ jkun inċident jew sitwazzjoni li tintroduċi jew tirrilaxxa l-periklu fl-ambjent li fih il-bnedmin ikunu qed jgħixu jew jaħdmu; jamplifika l-konċentrazzjoni ta’ periklu; jew jonqos milli jneħħi periklu mill-ambjent tal-bniedem [WHO, 2016a]. |
|
— |
Riskju għas-saħħa: kombinament tal-probabbiltà ta’ okkorrenza ta’ ħsara għas-saħħa u s-severità ta’ dik il-ħsara [ISO 20670:2018]. |
|
— |
Valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa: l-użu tal-informazzjoni disponibbli biex jiġu identifikati l-perikli għas-saħħa u biex jiġi stmat ir-riskju għas-saħħa [ISO 20670:2018 (immodifikat għall-finijiet ta’ dan l-Avviż)]. |
|
— |
Sistema ta’ tisqija: l-assemblaġġ ta’ pajpijiet, komponenti, u apparati installati fl-għalqa għall-fini tat-tisqija ta’ żona speċifika [ISO 20670:2018]. |
|
— |
Tnaqqis f’logaritmu: effiċjenzi tat-tnaqqis tal-organiżmi: unità waħda ta’ logaritmu = 90 %; 2 unitajiet ta’ logaritmu = 99 %; 3 unitajiet ta’ logaritmu = 99,9 %; u l-bqija [WHO, 2016a]. |
|
— |
Livell jew konċentrazzjoni mingħajr effett osservat: l-akbar konċentrazzjoni jew ammont ta’ sustanza, misjuba permezz ta’ osservazzjoni jew esperiment, li ma jikkawżaw l-ebda effett li jista’ jiġi skopert [Glossarju tal-EEA, sors: WHO, 2004)]. |
|
— |
Patoġenu: organiżmi li jikkawżaw il-mard (eż. batterji, elminti, protożoa jew virusijiet) [WHO, 2016a]. |
|
— |
Inkwinant: sustanza li, weħidha jew flimkien ma’ sustanzi oħrajn jew permezz tal-prodotti tagħha ta’ degradazzjoni jew ta’ emissjonijiet, jista’ jkollha effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent [ISO 20670:2018]. |
|
— |
Miżura preventiva: azzjoni jew attività xierqa li tista’ tipprevjeni jew telimina riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, jew li tista’ tnaqqas tali riskju għal livell aċċettabbli [l-Artikolu 3(10) tar-Regolament (UE) 2020/741]. |
|
— |
Riċettur: entità definita li hija vulnerabbli għall-effett(i) avvers(i) ta’ sustanza perikoluża jew aġent perikoluż. Eżempju: bniedem, annimal, ilma, veġetazzjoni, servizzi tal-bini [ISO 20670:2018]. |
|
— |
Ilma reklamat: ilma urban mormi li jkun ġie ttrattat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE u li jirriżulta minn trattament ulterjuri f’faċilità ta’ reklamazzjoni f’konformità mat-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/741 [l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2020/741]. |
|
— |
Faċilità ta’ reklamazzjoni: impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi jew faċilità oħra li tkompli tittratta l-ilma urban mormi li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE sabiex jiġi prodott ilma li huwa tajjeb għal użu speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/741 [l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2020/741]. |
|
— |
Operatur ta’ faċilità ta’ reklamazzjoni: persuna fiżika jew ġuridika, li tirrappreżenta entità privata jew awtorità pubblika, li topera jew tikkontrolla faċilità ta’ reklamazzjoni [l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) 2020/741]. |
|
— |
1 P.E. (ekwivalenti għall-popolazzjoni): it-tagħbija organika bijodegradabbli li għandha domanda bijokimika ta’ ossiġenu ta’ ħamest ijiem (BOD5) ta’ 60 g ta’ ossiġenu kuljum [l-Artikolu 2(6), id-Direttiva 91/271/KEE]. |
|
— |
Punt ta’ konformità: il-punt fejn operatur ta’ faċilità ta’ reklamazzjoni jwassal l-ilma reklamat lill-attur li jmiss fil-katina [l-Artikolu 3(11), ir-Regolament (UE) 2020/741]. |
|
— |
Sistema ta’ użu mill-ġdid tal-ilma: l-infrastruttura u elementi tekniċi oħrajn meħtieġa għall-produzzjoni, il-provvista u l-użu tal-ilma reklamat; din tinkludi l-elementi kollha mill-punt tad-dħul tal-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi sal-punt fejn jintuża l-ilma reklamat għat-tisqija agrikola, inkluża l-infrastruttura tad-distribuzzjoni u tal-ħżin, fejn rilevanti [l-Artikolu 3(15), ir-Regolament (UE) 2020/741]. |
|
— |
Riskju: il-probabbiltà ta’ perikli identifikati li jikkawżaw ħsara f’perjodu ta’ żmien speċifikat, inkluża s-severità tal-konsegwenzi [l-Artikolu 3(8), ir-Regolament (UE) 2020/741]. |
|
— |
Valutazzjoni tar-riskju: proċess biex tinftiehem in-natura tar-riskju u biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ riskju [ISO 20670:2018]. |
|
— |
Ġestjoni tar-riskju: ġestjoni sistematika li tiżgura b’mod konsistenti li l-użu mill-ġdid tal-ilma jkun sikur f’kuntest speċifiku [l-Artikolu 3(9), ir-Regolament (UE) 2020/741]. |
|
— |
Parti kkonċernata – parti interessata: individwi, gruppi, organizzazzjonijiet jew aġenziji, b’interess fi, involuti fi, u/jew affettwati minn attivitajiet ta’ użu mill-ġdid tal-ilma, żviluppi u/jew deċiżjonijiet [ISO 20670:2018]. |
|
— |
Konfini tas-sistema: il-konfini li fih jitwettaq pjan ta’ ġestjoni tar-riskju [WHO, 2016b (immodifikat għall-finijiet ta’ dan l-Avviż)]. |
|
— |
Proċess tat-trattament: proċess ta’ unità mfassal biex jittrasforma l-kwalità tal-ilma b’mezzi fiżiċi, bijoloġiċi u/jew kimiċi [ISO 20670:2018]. |
|
— |
Sistema tat-trattament: sett ta’ proċessi ta’ trattament tal-unitajiet interrelatati jew interattivi [ISO 20670:2018]. |
|
— |
Teknoloġija tat-trattament: il-proċess tal-unità tat-trattament tal-ilma mormi jew il-grupp ta’ proċessi integrati tal-unità maħsuba biex jittrasformaw il-kwalità tal-ilma b’mezzi fiżiċi, bijoloġiċi u/jew kimiċi [ISO 20670:2018]. |
|
— |
Ilma urban mormi: ilma domestiku mormi jew it-taħlita ta’ ilma domestiku mormi ma’ ilma industrijali mormi u/jew ilma tax-xita tax-xeba’ [l-Artikolu 2(1), id-Direttiva 91/271/KEE]. |
|
— |
Impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi: faċilità maħsuba biex tittratta l-ilma urban mormi b’taħlita ta’ proċessi fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi, għall-fini tal-produzzjoni ta’ ilma li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE [ir-Regolament (UE) 2020/741]. |
|
— |
Trattament primarju: it-trattament tal-ilma urban mormi permezz ta’ proċess fiżiku u/jew kimiku li jinvolvi l-issetiljar ta’ solidi sospiżi, jew proċessi oħrajn li fihom il-BOD5 tal-ilma mormi li jkun dieħel titnaqqas b’mill-inqas 20 % qabel ma jintrema u s-solidi sospiżi totali tal-ilma mormi li jkun dieħel jitnaqqsu b’mill-inqas 50 % [l-Artikolu 2(7), id-Direttiva 91/271/KEE]. |
|
— |
Trattament sekondarju: it-trattament tal-ilma urban mormi permezz ta’ proċess li ġeneralment jinvolvi t-trattament bijoloġiku b’issetiljar sekondarju jew bi proċess ieħor li fih jiġu rrispettati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I tad-Direttiva 91/271/KEE [l-Artikolu 2(8), id-Direttiva 91/271/KEE]. |
|
— |
Permess: awtorizzazzjoni bil-miktub maħruġa minn awtorità kompetenti biex tipproduċi jew tipprovdi ilma reklamat għat-tisqija agrikola f’konformità ma’ dan ir-Regolament [l-Artikolu 3(13), ir-Regolament (UE) 2020/741]. |
|
— |
Parti responsabbli: parti li twettaq rwol jew attività fis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, inkluż l-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni, l-operatur tal-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi fejn dan ikun differenti mill-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni, l-awtorità rilevanti għajr l-awtorità kompetenti maħtura, l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma reklamat jew l-operatur tal-ħżin tal-ilma reklamat [l-Artikolu 3(14), ir-Regolament (UE) 2020/741]. |
Referenzi:
|
|
WHO, 1994. Valutazzjoni tar-riskji tas-sustanzi kimiċi għas-saħħa tal-bniedem: derivazzjoni tal-valuri ta’ gwida għal-limiti ta’ esponiment ibbażati fuq is-saħħa (Kriterji tas-saħħa ambjentali 170). L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Ġinevra, l-Iżvizzera. |
|
|
WHO, 2016a. Valutazzjoni Kwantitattiva tar-Riskju Mikrobiku: Applikazzjoni għall-Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Ilma. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Ġinevra, l-Iżvizzera. |
|
|
WHO, 2016b. Ippjanar tas-sikurezza tad-drenaġġ: manwal għall-użu sikur u r-rimi tal-ilma mormi, l-ilma domestiku mormi mingħajr drenaġġ u l-eskrementi. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Ġinevra, l-Iżvizzera. |
|
|
ISO 20670, 2018. L-użu mill-ġdid tal-ilma – Vokabularju. L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, Ġinevra, l-Iżvizzera. Disponibbli għal konsultazzjoni. |
|
|
Ir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma. |
|
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi. |
|
|
NRMMC–EPHC–AHMC, 2006. Linji gwida tal-Awstralja għar-riċiklaġġ tal-ilma: il-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent (fażi 1). Strateġija Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Kwalità tal-Ilma. Il-Kunsill Ministerjali għall-Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali, il-Kunsill għall-Ħarsien tal-Ambjent u l-Wirt Kulturali, il-Konferenza tal-Ministri tas-Saħħa tal-Awstralja. Canberra, l-Awstralja. |
ANNESS 2
Eżempju ta’ perikli għas-saħħa u għall-ambjent u rotot ta’ esponiment
Dan l-Anness jipprovdi eżempji ta’ perikli komuni u avvenimenti perikolużi, rotot ta’ esponiment u riċetturi li jistgħu jkunu preżenti f’sistema għall-użu mill-ġdid tal-ilma fit-tisqija agrikola. Huwa jipprovdi wkoll lista ta’ kontroll biex tiġi evalwata l-applikabbiltà tad-direttivi u r-regolamenti elenkati fir-Regolament għal sistema speċifika tal-użu mill-ġdid tal-ilma. Dawn l-elementi jintgħażlu mid-Direttivi u r-Regolamenti rilevanti tal-UE, u mill-istandards u l-linji gwida ppubblikati (jiġifieri ISO 20426 (2018) (1), ISO 16075-1 (2020) (2), il-Linji Gwida tad-WHO (2006) (3), il-Manwal tad-WHO dwar l-Ippjanar tas-Sikurezza tad-Drenaġġ (2016) (4), il-Linji Gwida Awstraljani (2006) (5)). L-għan huwa li jiġu proposti eżempji li jgħinu fl-identifikazzjoni ta’ dawn l-elementi meħtieġa għall-iżvilupp ta’ valutazzjoni tar-riskju. L-elementi rrapportati hawn huma biss eżempji: l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni korretti tagħhom iridu jkunu bbażati fuq is-sistema speċifika tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
Id-Direttivi u r-Regolamenti elenkati fil-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament
Tabella 2.1
Id-Direttiva u r-Regolamenti elenkati fil-punt 5 tal-Anness II u l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom fuq sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma
|
Direttiva/Regolament |
Rekwiżiti skont l-Anness II, il-punt 5 |
Applikabbiltà |
|
ID-DIRETTIVA 91/676/KEE DWAR IN-NITRATI dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli. |
Sabiex jitnaqqas u jiġi evitat it-tniġġis tal-ilma min-nitrati. |
Jekk il-valutazzjoni tar-riskju tidentifika kwalunkwe ilma tal-wiċċ u ilma ta’ taħt l-art regolati skont din id-Direttiva (eż. identifikati bħala żona vulnerabbli għan-nitrati) u li potenzjalment ikunu esposti bl-użu mill-ġdid ta’ ilma reklamat għat-tisqija agrikola (eż. permezz ta’ ilma tax-xeba’ jew infiltrazzjoni, rispettivament). |
|
ID-DIRETTIVA 2020/2184 DWAR L-ILMA TAX-XORB dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. |
Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għal żoni protetti għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jiġifieri żoni protetti għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb (DWPAs). |
Jekk il-valutazzjoni tar-riskju tidentifika l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art li huma kklassifikati bħala DWPAs u li potenzjalment ikunu esposti bl-użu ta’ ilma reklamat għat-tisqija agrikola (eż. permezz ta’ ilma tax-xeba’ jew infiltrazzjoni, rispettivament). |
|
ID-DIRETTIVA QAFAS DWAR L-ILMA 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma. |
Sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali dwar l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art u l-istandards ta’ kwalità ambjentali għall-inkwinanti ta’ tħassib nazzjonali (inkwinanti speċifiċi għall-baċir tax-xmara) għall-ilma tal-wiċċ |
Jekk il-valutazzjoni tar-riskju tidentifika riskji potenzjali għall-ilma tal-wiċċ u għall-ilma ta’ taħt l-art (eż. permezz ta’ ilma tax-xeba’ jew infiltrazzjoni, rispettivament) li għalihom ġie identifikat status kimiku (Status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ u Status kimiku tajjeb tal-ilma ta’ taħt l-art). |
|
ID-DIRETTIVA 2006/118/KE DWAR L-ILMA TA’ TAĦT L-ART dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament |
Sabiex jiġi evitat it-tniġġis tal-ilma ta’ taħt l-art. |
Jekk il-valutazzjoni tar-riskju tidentifika r-riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art regolati skont din id-Direttiva li potenzjalment ikunu esposti bl-użu ta’ ilma reklamat għat-tisqija agrikola. |
|
ID-DIRETTIVA 2008/105/KE DWAR L-ISTANDARDS TAL-KWALITÀ AMBJENTALI dwar l-istandards tal-kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika dwar l-ilma |
Sabiex jintlaħqu l-istandards tal-kwalità ambjentali għal sustanzi prijoritarji u għal ċerti inkwinanti oħrajn. |
Jekk il-valutazzjoni tar-riskju tidentifika ilmijiet tal-wiċċ (jew sediment u bijota) potenzjalment esposti għall-użu tal-ilma reklamat (eż. permezz ta’ ilma tax-xeba’) li għalihom jiġu stabbiliti sustanzi prijoritarji u standards tal-kwalità ambjentali (environmental quality standards – EQS) fi ħdan pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċir tax-xmara (RBMP). |
|
ID-DIRETTIVA 2006/7/KE DWAR L-ILMA GĦALL-GĦAWM dwar il-ġestjoni tal-kwalità tal-ilma għall-għawm |
Sabiex jintlaħqu l-istandards tal-kwalità tal-ilma għall-għawm |
Jekk il-valutazzjoni tar-riskju tidentifika l-korpi tal-ilma użati għall-attivitajiet tal-għawm u li huma potenzjalment esposti għall-użu tal-ilma reklamat (eż. permezz ta’ ilma tax-xeba’). |
|
ID-DIRETTIVA 86/278/KEE DWAR IL-ĦAMA TAD-DRENAĠĠ dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ tintuża fl-agrikoltura |
Sabiex jiġu protetti l-ambjent u l-ħamrija. |
Jekk il-ħama tad-drenaġġ tintuża fl-għalqa agrikola tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma. |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel |
Sabiex jiġu indirizzati r-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħxejjex friski fil-produzzjoni primarja permezz ta’ iġjene tajba. |
Jekk l-għalqa agrikola msaqqija bl-ilma reklamat tintuża għall-produzzjoni ta’ frott u ħxejjex friski. |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-iġjene tal-għalf |
Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-iġjene tal-għalf. |
Jekk l-għalqa agrikola msaqqija bl-ilma reklamat tintuża għall-produzzjoni tal-għalf (eż. għelejjel mhux tal-ikel, inklużi għelejjel użati għall-għalf ta’ annimali li jipproduċu l-ħalib jew il-laħam). |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel |
Sabiex jiġu ssodisfati l-kriterji mikrobijoloġiċi rilevanti. |
Jekk l-għalqa agrikola msaqqija bl-ilma reklamat tintuża għall-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel. |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel |
Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rigward il-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel. |
Jekk l-għalqa agrikola msaqqija bl-ilma reklamat tintuża għall-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel. |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fl-ikel u fl-għalf, jew fuqhom, li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali |
Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rigward il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fl-ikel u fl-għalf jew fuqhom. |
Jekk l-għalqa agrikola msaqqija bl-ilma reklamat tintuża għall-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ikel u għalf li għalihom jiġu applikati l-pestiċidi. |
|
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (UE) Nru 142/2011 li jistabbilixxu r-rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali |
Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rigward is-saħħa tal-annimali |
Jekk l-użu tal-ilma reklamat jista’ jaffettwa s-saħħa tal-annimali (għalf jew esponiment fl-għalqa). |
Avvenimenti perikolużi u rotot ta’ esponiment
L-avvenimenti perikolużi u r-rotot ta’ esponiment għal kull riċettur potenzjalment espost (bniedem jew ambjent f’riskju) għandhom jiġu identifikati f’kull pass ta’ sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma. Jistgħu jseħħu avvenimenti perikolużi matul operazzjonijiet normali tas-sistema (eż. infrastruttura difettuża, tagħbija żejda tas-sistema, nuqqas ta’ manutenzjoni, imġiba mhux sikura), minħabba ħsara fis-sistema jew aċċident, jew jistgħu jkunu relatati ma’ fatturi staġunali jew klimatiċi. It-Tabella 2.2 tipprovdi xi eżempji ta’ avvenimenti perikolużi flimkien ma’ riċetturi u rotot ta’ esponiment potenzjalment esposti. Aktar eżempji huma deskritti fl-istandards u l-linji gwida ssuġġeriti.
Tabella 2.2
Eżempji ta’ avvenimenti perikolużi, riċetturi potenzjalment esposti u rotta ta’ esponimenti f’sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma (Sors: Il-Linji Gwida tal-Awstralja (2006), ISO 20426, (2018))
|
Avveniment perikoluż |
Riċettur espost |
Rotta ta’ esponiment |
||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
|
Il-perikli għas-saħħa u għall-ambjent fl-ilma reklamat
Avvenimenti perikolużi jistgħu jwasslu għar-rilaxx ta’ ilma reklamat li jkun fih sustanzi mikrobiċi u kimiċi li jistgħu jkunu ta’ periklu għar-riċetturi umani u ambjentali esposti. L-identifikazzjoni tal-perikli fl-ilma reklamat għandha tkun ibbażata fuq is-sistema speċifika tal-użu mill-ġdid tal-ilma, filwaqt li jitqiesu l-karatterizzazzjoni tal-effluwent tal-ilma urban mormi u kwalunkwe rekwiżit legali applikabbli fil-kuntest fejn tinsab is-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma (ara l-Illustrazzjoni 3 ta’ dan l-Avviż). Fażi ta’ livell ta’ skrinjar tista’ tgħin biex jiġu identifikati l-perikli billi l-kontaminanti li jinstabu fl-ilma reklamat speċifiku jitqabblu mal-valuri ta’ limitu għal dawn il-kontaminanti stabbiliti fid-Direttivi, ir-Regolamenti u l-linji gwida applikabbli. It-tabelli ta’ hawn taħt jipprovdu eżempji ta’ kif isir l-iskrinjar għal perikli potenzjali: il-lista ta’ sustanzi hija purament indikattiva, u ma għandhiex titqies li hija eżawrjenti. Hija r-responsabbiltà tal-iżviluppaturi tal-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju li jidentifikaw kwalunkwe periklu għas-sistema speċifika ta’ użu mill-ġdid tal-ilma.
It-Tabella 2.3 tirrapporta lista ta’ patoġeni mikrobiċi u l-patoġeni ta’ referenza tagħhom issuġġeriti għall-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa mill-istandards u l-linji gwida rilevanti, li jistgħu jkunu rilevanti skont il-kuntest lokali. Dawk il-perikli jistgħu jiġu organizzati fi gruppi u l-valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq il-patoġenu ta’ referenza. Rekwiżiti mikrobiċi oħrajn huma stabbiliti fir-Regolamenti applikabbli dwar l-iġjene tal-għalf u tal-ikel (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004, ir-Regolament (KE) Nru 183/2005, ir-Regolament (KE) Nru 2073/200, u r-Regolament (KE) Nru 1881/2006).
Tabella 2.3
Lista ta’ perikli mikrobiċi li ġeneralment jinstabu fl-ilma mormi mhux ipproċessat u l-effett tagħhom fuq is-saħħa u l-patoġeni ta’ referenza (it-Tabella A.1 tal-ISO 20426:2018) (7)
|
Patoġenu |
Eżempji |
Marda |
Patoġenu ta’ referenza (6) |
|
Batterju |
Shigella |
Shigellosis (diżenterija baċillari) |
E. coli O157:H7 Kampilobatterju |
|
Salmonella |
Salmonellożi, gastroenterite (dijarea, rimettar, deni), artrite reattiva, deni tat-tifojde |
||
|
Vibrio cholera |
Kolera |
||
|
E.coli patoġenika |
Gastroenterite u settiċemija, is-sindromu uremiku emolitiku |
||
|
Kampilobatterju |
Gastroenterite, artrite reattiva, is-sindromu ta’ Guillain-Baré |
||
|
Protożoa |
Entamoeba |
Amebjażi (diżenterija amebika) |
Kriptosporidju |
|
Giardia |
Ġardjażi (gastroenterite) |
||
|
Kriptosporidju |
Kriptosporidjożi, dijarea, deni |
||
|
Elminti |
Ascaris |
Askarjażi (infezzjoni tar-roundworm) |
Nematodi intestinali (bajd tal-elminti) |
|
Anċilostoma |
Anċilostomjażi (infezzjoni tal-hookworm) |
||
|
Necator |
Necatoriasis (infezzjoni tar-roundworm) |
||
|
Trichuris |
Trichuriasis (infezzjoni tal-whipworm) |
||
|
Virusijiet |
Enterovirusijiet |
Gastroenterite, anomaliji tal-qalb, meninġite, mard respiratorju, disturbi tan-nervituri, oħrajn |
Rotavirus |
|
Adenovirus |
Marda respiratorja, infezzjoni fl-għajnejn, gastroenterite |
||
|
Rotavirus |
Gastroenterite |
L-użu ta’ ilma reklamat mill-effluwenti tal-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi għall-użu agrikolu jista’ jaffettwa l-kwalità tal-ilma għall-użu mill-bniedem u l-istatus tal-ekosistemi akkwatiċi (ara l-Illustrazzjoni 3 ta’ dan l-Avviż tal-Kummissjoni). L-objettivi tal-kwalità tal-korpi tal-ilma huma definiti fil-leġiżlazzjoni tal-UE għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent. L-istandards ta’ kwalità jiġu ddeterminati, pereżempju, għall-indikaturi tal-koliformi fl-ilma għall-għawm, għan-nutrijenti (nitroġenu, fosfru), għad-domanda bijokimika ta’ ossiġenu (BOD) u għas-sustanzi kimiċi fl-ekosistemi akkwatiċi, u għan-nitrati u s-sustanzi kimiċi fis-sorsi tal-ilma użati għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb.
It-Tabella 2.4 tagħti ħarsa ġenerali lejn il-limiti mikrobiċi mid-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm. Dawn il-parametri jistgħu jiġu kkonsultati jekk valutazzjoni tar-riskju tidentifika riskju potenzjali ta’ kontaminazzjoni ta’ korp tal-ilma protett skont din id-Direttiva.
Tabella 2.4
Standards ta’ kwalità għall-enterokokki intestinali u għall-E. coli stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm (2006/7/KE)
|
|
Enterokokki intestinali (CFU/100ml) |
E. coli (CFU/100ml) |
||
|
Klassi tal-kwalità |
Ilmijiet interni |
Ilmijiet kostali u ta’ tranżizzjoni |
Ilmijiet interni |
Ilmijiet kostali u ta’ tranżizzjoni |
|
Eċċellenti |
200 (8) |
100 (8) |
500 (8) |
250 (8) |
|
Tajjeb |
400 (8) |
200 (8) |
1 000 (8) |
500 (8) |
|
Suffiċjenti |
330 (9) |
185 (9) |
900 (9) |
500 (9) |
|
Sors: Id-Direttiva 2006/7/KE; magħżula fil-JRC (2019) () |
||||
Jekk is-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma tkun tinsab qrib żoni protetti għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, trid issir analiżi bir-reqqa ta’ kwalunkwe riskju minħabba infiltrazzjoni u ilma tax-xeba’. Iridu jittieħdu wkoll il-miżuri kollha meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u r-rekwiżiti tad-Direttiva 2020/2184 dwar l-Ilma tax-Xorb. Il-prattiki ta’ ġestjoni għall-protezzjoni tas-sorsi tal-ilma tax-xorb jistgħu jinstabu fit-Taqsima 6.6 tal-ISO 16075-3.
It-Tabella 2.5 tippreżenta lista ta’ parametri magħżula mid-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb li jistgħu jkunu preżenti fl-effluwent minn impjanti tat-trattament tal-ilma urban mormi. Din hija lista indikattiva ta’ inkwinanti li jistgħu jintużaw biex jiġu skrinjati għal kwalunkwe periklu potenzjali għar-riżorsi tal-ilma tax-xorb, flimkien mal-karatterizzazzjoni tas-sorsi tal-ilma mormi u, pereżempju, il-preżenza ta’ impjanti industrijali fiż-żona. Jista’ jintuża approċċ simili biex isir l-iskrinjar għal kwalunkwe periklu potenzjali ieħor preżenti fl-ilma reklamat li jista’ jaffettwa kompartimenti ambjentali oħrajn. Pereżempju, tista’ tiġi kkonsultata wkoll il-lista ta’ inkwinanti skont id-Direttiva dwar l-Istandards tal-Kwalità Ambjentali (Environmental Quality Standards – EQS). Eżempju ta’ inkwinanti mid-Direttiva dwar l-EQS li jistgħu jinstabu fl-effluwenti minn impjanti tat-trattament tal-ilma urban mormi huwa stabbilit fit-Tabella 2.6.
Tabella 2.5
Eżempji ta’ xi parametri kimiċi elenkati fid-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb potenzjalment preżenti fl-ilma urban mormi
|
Parametru |
Valur |
||||
|
Nitrat (NO3) |
50 mg/L |
||||
|
Ram |
2,0 mg/L |
||||
|
Uranju |
30 μg/L |
||||
|
Kromu |
25 μg/L |
||||
|
Nikil |
20 μg/L |
||||
|
Arseniku, Trikloroeten u Tetrakloroeten |
10 μg/L |
||||
|
Selenju |
20 μg/L |
||||
|
Kadmju, Ċomb |
5 μg/L |
||||
|
Antimonju |
10 μg/L |
||||
|
1, 2 - dikloroetan |
3 μg/L |
||||
|
Merkurju, Benżen |
1,0 μg/L |
||||
|
Klorur tal-vinil |
0,50 μg/L |
||||
|
PFAS Totali (totalità tas-sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati) |
0,50 μg/L |
||||
|
Is-somma ta’ PFAS (is-somma tas-sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati meqjusa ta’ tħassib fir-rigward tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem) |
0,10 μg/L |
||||
|
Akrilammid, idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs), Epichlorohydrin |
0,10 μg/L |
||||
|
Benżo(a)piren |
10 ng/L |
||||
|
Bisfenol A, |
2,5 μg/L |
||||
|
Total ta’ Trialometani |
100 μg/L |
||||
|
Aċidi aloaċetiċi (HAAs) |
60 μg/L |
||||
|
Sors: L-Anness I, il-Parti B tad-Direttiva 2020/2184 (Rekwiżiti minimi għall-valuri parametriċi użati għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem). Magħżula fil-JRC (2019) u adattati billi jitqiesu r-reviżjonijiet tad-Direttiva l-ġdida dwar l-Ilma tax-Xorb u s-sustanzi li jistgħu jinstabu wara d-diżinfezzjoni. Id-Direttiva 2020/2184 tipprovdi mekkaniżmu ta’ lista ta’ sorveljanza biex jiġu indirizzati l-komposti ta’ tħassib emerġenti, bħal komposti li jfixklu s-sistema endokrinali, il-farmaċewtiċi u l-mikroplastiks. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2022 tistabbilixxi, għal-lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi u komposti ta’ tħassib għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, il-komposti li ġejjin li jfixklu s-sistema endokrinali:
|
|||||
Tabella 2.6
Eżempju ta’ inkwinanti prijoritarji elenkati fid-Direttiva dwar l-Istandard tal-Kwalità Ambjentali potenzjalment preżenti fl-ilma urban mormi (11)
|
Parametru |
Valur medju annwali (AA) (μg/L) |
Konċentrazzjoni massima permissibbli (μg/L) |
μg/kg ta’ piż nett |
||
|
|
Ilmijiet tal-wiċċ interni (12) |
Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn |
Ilmijiet tal-wiċċ interni (12) |
Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn |
Bijota |
|
Antraċen |
0,1 |
0,1 |
0,1 |
0,1 |
- |
|
Benżen |
10 |
8 |
50 |
50 |
- |
|
Leteri tad-difenil brominati (is-somma tal-konċentrazzjonijiet tan-numri tal-konġeneri 28, 47, 99, 100, 153 u 154) |
- |
- |
0,14 |
0,14 |
0,0085 |
|
Il-kadmju u l-komposti tiegħu (skont il-klassijiet tal-ebusija tal-ilma) |
0,08 sa 0,25 |
0,2 |
0,45 sa 1,5 |
0,45 sa 1,5 |
- |
|
C10-13 Kloroalkani (Ma huwa pprovdut l-ebda parametru indikattiv għal dan il-grupp ta’ sustanzi. Il-parametru/i indikattiv(i) irid(u) jiġi/u definit(i) permezz tal-metodu analitiku) |
0,4 |
0,4 |
1,4 |
1,4 |
- |
|
1,2-Dikloroetan |
10 |
10 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
- |
|
Diklorometan |
20 |
20 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
- |
|
Di-(2-etileżil)-ftalat (DEHP) |
1,3 |
1,3 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
- |
|
Fluworanten |
0,0063 |
0,0063 |
0,12 |
0,12 |
30 |
|
Eżaklorobenżen |
- |
- |
0,05 |
0,05 |
10 |
|
Eżaklorobutadin |
- |
- |
0,6 |
0,6 |
55 |
|
Iċ-ċomb u l-komposti tiegħu |
1,2 (konċentrazzjonijiet bijodisponibbli tas-sustanzi) |
1,3 |
14 |
14 |
- |
|
Il-merkurju u l-komposti tiegħu |
- |
- |
0,07 |
0,07 |
20 |
|
Naftalen |
2 |
2 |
130 |
130 |
- |
|
In-nikil u l-komposti tiegħu |
4 (konċentrazzjonijiet bijodisponibbli tas-sustanzi) |
8,6 |
34 |
34 |
- |
|
Nonilfenoli (4-Nonilfenol) |
0,3 |
0,3 |
2,0 |
2,0 |
- |
|
Oktilfenoli ((4-(1,1′,3,3′- tetrametilbutil)-fenol)) |
0,1 |
0,01 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
- |
|
Pentaklorobenżen |
0,007 |
0,0007 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
- |
|
PAH Benżo(a)piren (13) |
1,7 × 10–4 |
1,7 × 10–4 |
0,27 |
0,027 |
- |
|
Komposti tat-tributiltin (Tributiltin-katjon) |
0,0002 |
0,0002 |
0,0015 |
0,0015 |
- |
|
Triklorobenżeni |
0,4 |
0,4 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
- |
|
Triklorometan |
2,5 |
2,5 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
- |
|
Aċidu perfluworoottansulfoniku u d-derivattivi tiegħu (PFOS) |
6,5 × 10–4 |
1,3 × 10–4 |
36 |
7,2 |
9,1 |
|
Eżabromoċiklododekani (HBCDD) |
0,0016 |
0,0008 |
0,5 |
0,05 |
167 |
|
Sors: Id-Direttiva 2013/39/UE dwar l-EQS; magħżula fil-JRC, 2019. |
|||||
Valutazzjoni tal-periklu tista’ tinkludi l-evalwazzjoni tal-istatus tal-kwalità kimika tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-ilma tal-wiċċ, taż-Żoni Vulnerabbli għan-Nitrati deżinjati, u tal-Inkwinanti Speċifiċi għall-Baċir tax-Xmara (River Basin Specific Pollutants – RBSPs).
Ir-riżorsi rrapportati fit-Tabella 2.7 jistgħu jgħinu lil dawk responsabbli għall-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju fil-ġbir tal-informazzjoni rilevanti għas-sistema speċifika ta’ użu mill-ġdid tal-ilma u għall-kuntest lokali.
Tabella 2.7
Sorsi tad-data online
|
Sors |
Informazzjoni disponibbli |
Rabta |
||||||||||
|
Sett ta’ Data Spazjali taż-Żona Protetta ta’ WISE skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD) |
|
https://sdi.eea.europa.eu/catalogue/water/eng/catalog.search#/home |
||||||||||
|
Sett ta’ Data Spazjali ta’ WISE EIONET |
Informazzjoni dwar id-distretti Ewropej tal-baċiri tax-xmajjar, is-subunitajiet tad-distretti tal-baċiri tax-xmajjar, il-korpi tal-ilma tal-wiċċ, il-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art u s-siti ta’ monitoraġġ. |
https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/data/wise-eionet-spatial-3 |
||||||||||
|
Mappa tal-Elementi tal-Kwalità ta’ WISE skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma |
Informazzjoni mit-tieni Pjanijiet ta’ Mmaniġġjar tal-Baċiri tax-Xmajjar (RBMPs) irrapportata mill-Istati Membri tal-UE u min-Norveġja skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD). Il-mappa turi l-istatus ekoloġiku jew il-potenzjal tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ abbażi tal-valur tal-istatus tal-elementi ta’ kwalità tagħhom. |
https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/explore-interactive-maps/water-framework-directive-quality-elements |
||||||||||
|
Bażi tad-data ta’ WISE dwar l-Istatus Kimiku tal-Ilma ta’ Taħt l-Art |
Informazzjoni dwar l-istatus kimiku tal-ilma ta’ taħt l-art (tajjeb, mhux magħruf, dgħajjef) għal kull RBMP u pajjiż. |
https://water.europa.eu/freshwater/data-maps-and-tools/water-framework-directive-groundwater-data-products/groundwater-chemical-status |
||||||||||
|
Sistema ta’ Informazzjoni ta’ WISE dwar l-Ilma Ħelu |
Informazzjoni u data dwar l-istat tax-xmajjar, tal-lagi, tal-ilma ta’ taħt l-art tal-Ewropa, dwar il-pressjonijiet li jaffettwawhom, dwar il-miżuri u l-azzjonijiet meħuda għall-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ambjent akkwatiku. |
https://water.europa.eu/freshwater |
||||||||||
|
Ċentru ta’ Għarfien dwar l-Ilma u l-Agrikoltura |
Għodda ta’ Informazzjoni dwar l-Ilma u l-Agrikoltura:
|
https://water.jrc.ec.europa.eu/ |
||||||||||
|
Bażi tad-data tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) dwar l-Istandards tal-Kwalità Ambjentali |
L-istandards tal-kwalità ambjentali (EQS), inklużi l-medji annwali u l-konċentrazzjonijiet massimi permissibbli, għas-sustanzi prijoritarji u għal ċerti inkwinanti oħrajn, kif previst fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE |
https://echa.europa.eu/environmental-quality-standards |
||||||||||
|
Ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (E-PRTR) |
Data ambjentali minn faċilitajiet industrijali fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea |
https://ec.europa.eu/environment/industry/stationary/e-prtr/legislation.htm |
||||||||||
|
Bażi tad-data OpenFoodTox tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar il-Perikli Kimiċi |
Data minn sors miftuħ għall-karatterizzazzjoni tas-sustanzi, leġiżlazzjoni Ewropea ta’ sfond, u sommarju tal-punti ta’ tmiem tossikoloġiċi kritiċi u l-valuri ta’ referenza. |
https://www.efsa.europa.eu/en/data-report/chemical-hazards-database-openfoodtox |
Perikli agronomiċi fl-ilma reklamat
It-Tabella 2.8 turi xi perikli agronomiċi potenzjalment preżenti fl-ilma reklamat li jistgħu jaffettwaw il-ħamrija, ir-riżorsi tal-ilma ħelu u l-għelejjel waqt it-tisqija. Dawn il-perikli huma assoċjati ma’ sustanzi kimiċi fl-ilma reklamat.
Tabella 2.8
Perikli ambjentali ewlenin, riċetturi ambjentali u l-effett negattiv potenzjali tal-ilma reklamat użat għat-tisqija agrikola (sors: Il-Linji Gwida tal-Awstralja, 2006 , ISO 16075-1: 2020)
|
Periklu |
Riċettur ambjentali |
Effett potenzjali |
|
Nitroġenu |
Ħamrija Ilma ta’ taħt l-art (lissija) Ilma tal-wiċċ (ilma tax-xeba’) Għalla |
Żbilanċ tan-nutrijenti fl-għelejjel; ewtrofikazzjoni; effett tossiku fuq il-bijota terrestri Kontaminazzjoni Ewtrofikazzjoni |
|
Fosfru |
Ħamrija Ilma tal-wiċċ |
Ewtrofikazzjoni/effett tossiku fuq il-bijota Ewtrofikazzjoni |
|
Residwi tad-diżinfezzjoni tal-kloru |
Ilma tal-wiċċ Għalla |
Tossiċità għall-bijota akkwatika Tossiċità tal-għelejjel |
|
Salinità (solidi maħlula totali, konduttività elettrika) |
Ħamrija (salinazzjoni) Ilma tal-wiċċ Ilma ta’ taħt l-art |
Ħsara lill-ħamrija; stress fuq l-għelejjel; assorbiment tal-kadmju mill-għelejjel Żieda fis-salinità |
|
Boron |
Ħamrija (akkumulazzjoni) |
Tossiċità tal-għelejjel |
|
Klorur |
Għalla Ħamrija Ilma tal-wiċċ Ilma ta’ taħt l-art (lissija) |
Tossiċità tal-għelejjel (sprejjati fuq il-weraq) Tossiċità tal-għelejjel permezz tal-assorbiment tal-għeruq Tossiċità għall-bijota akkwatika |
|
Sodju |
Għalla Ħamrija |
Tossiċità tal-għelejjel (sprejjati fuq il-weraq) Ħsara lill-ħamrija (tossiċità tal-għelejjel) |
|
Inkwinanti inorganiċi adsorbibbli (eż. metalli tqal) |
Akkumulazzjoni tal-ħamrija |
Tossiċità tal-għelejjel |
Il-valuri ta’ referenza ta’ dawn il-parametri jiddependu mill-kuntest lokali (eż. it-tip ta’ ħamrija, l-aċidità tal-ħamrija, il-kundizzjonijiet klimatiċi, it-tip ta’ għelejjel imsaqqija u t-tolleranza tagħhom). Il-leġiżlazzjoni u l-istandards ta’ referenza applikabbli jistgħu jgħinu biex tiġi identifikata kwalunkwe konċentrazzjoni massima permissibbli fuq il-perikli speċifiċi identifikati. Eżempji ta’ riskji ambjentali u agronomiċi relatati mal-għelejjel u mal-ħamrija jistgħu jinstabu fl-ISO 16075-1 (2020). L-Annessi B u C tal-ISO 16075-1 (2020) jistgħu jiġu kkonsultati għal indikazzjoni tal-istandards tal-perikli ambjentali u tal-ġestjoni tar-riskju fit-tisqija agrikola bl-użu tal-ilma reklamat. L-informazzjoni disponibbli tinkludi:
|
— |
Ħarsa ġenerali lejn ir-riskji relatati mal-ħamrija (Tabella B.2) – eż. il-mobilizzazzjoni ta’ inkwinanti inorganiċi adsorbibbli, is-salinazzjoni tal-ħamrija, it-tneħħija tas-saff ta’ fuq tal-ħamrija, il-mobilizzazzjoni tal-boron, l-akkumulazzjoni u l-mobbiltà tal-fosfru. |
|
— |
Eżempji ta’ livelli massimi ta’ nutrijenti fl-ilma mormi ttrattat użat għat-tisqija (Tabella C.1); eżempju ta’ konduttività elettrika massima tal-ilma tat-tisqija, skont it-tolleranza tal-pjanti, meta jiġi msaqqija permezz ta’ tbexxix mill-għoli (Tabella C.2); eżempju ta’ tolleranza relattiva ta’ għelejjel magħżula għal ħsara lill-weraq minn ilma mielaħ applikat permezz ta’ bexxiexa fl-għoli (Tabella C.3); l-effett ikkombinat tal-konduttività elettrika tal-ilma tat-tisqija u tal-proporzjon tal-adsorbiment tas-sodju (sodium adsorption ratio – SAR) fuq il-probabbiltà ta’ problemi ta’ infiltrazzjoni (permeabbiltà) tal-ilma (Tabella C.4); eżempju ta’ livelli massimi ta’ fatturi ta’ salinità fl-ilma mormi ttrattat użat għat-tisqija skont is-sensittività tal-għelejjel (Tabella C.5). |
|
— |
Eżempju ta’ valur medju u valur massimu ta’ elementi kimiċi oħrajn fl-ilma mormi ttrattat (Tabella C.6.): din tirrapporta l-valuri ssuġġeriti fl-ilma reklamat li x’aktarx jikkawżaw tossiċità lill-pjanti, assorbiment żejjed mill-għelejjel segwit minn akkumulazzjoni ta’ livelli tossiċi ta’ elementi kimiċi oħrajn fit-tessuti tal-pjanti, u moviment ta’ elementi kimiċi oħrajn fl-ilma ta’ taħt l-art. |
(1) ISO 20426:2018. Il-linji gwida għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju għas-saħħa għall-użu mill-ġdid tal-ilma mhux tajjeb għax-xorb.
(2) ISO 16075-1, 2020. Il-linji gwida għall-użu tal-ilma mormi ttrattat għal proġetti ta’ tisqija. Parti 1: il-bażi ta’ proġett ta’ użu mill-ġdid għat-tisqija.
(3) WHO, 2006. Il-linji gwida tad-WHO dwar l-użu sikur tal-ilma mormi, tal-eskrementi u tal-ilma domestiku mormi mingħajr drenaġġ – Vol II: Ilma mormi fl-agrikoltura.
(4) WHO, 2016. Ippjanar tas-sikurezza tad-drenaġġ: manwal għall-użu sikur u r-rimi tal-ilma mormi, l-ilma domestiku mormi mingħajr drenaġġ u l-eskrementi.
(5) NRMMC–EPHC–AHMC, 2006. Linji gwida tal-Awstralja għar-riċiklaġġ tal-ilma: il-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent (fażi 1). Strateġija Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Kwalità tal-Ilma.
(6) Sors: Rekwiżiti minimi tal-kwalità għall-użu mill-ġdid tal-ilma fit-tisqija agrikola u fl-iċċarġjar mill-ġdid tal-akwifer, JRC (2017)
(7) JRC, 2017. Rekwiżiti minimi tal-kwalità għall-użu mill-ġdid tal-ilma fit-tisqija agrikola u l-iċċarġjar mill-ġdid tal-akwifer. Rapport tal-JRC dwar ix-Xjenza għall-Politika.
(8) Il-95 perċentil tal-konċentrazzjonijiet imkejla.
(9) Id-90 perċentil tal-konċentrazzjonijiet imkejla.
(10) JRC, 2019. Water quality in Europe: effects of the Urban Wastewater Treatment Directive. Rapport tal-JRC dwar ix-Xjenza għall-Politika.
(11) Magħżula fost il-45 sustanza prijoritarji stabbiliti mid-Direttiva dwar l-EQS li tinkludi l-pestiċidi, u s-sustanzi kimiċi domestiċi u industrijali.
(12) L-ilmijiet tal-wiċċ interni jinkludu xmajjar u lagi u korpi tal-ilma artifiċjali jew modifikati ħafna relatati
(13) Għall-grupp ta’ sustanzi prijoritarji ta’ idrokarburi poliaromatiċi (PAH) (Nru 28), l-EQS tal-bijota u l-AA-EQS korrispondenti fl-ilma jirreferu għall-konċentrazzjoni ta’ benżo(a)piren, li fuq it-tossiċità tiegħu huma bbażati. Il-benżo(a)piren jista’ jitqies bħala markatur għall-PAHs l-oħrajn, b’hekk, huwa biss il-benżo(a)piren li jeħtieġ li jiġi mmonitorjat għal tqabbil mal-EQS tal-bijota jew l-AA-EQS korrispondenti fl-ilma.
ANNESS 3
Eżempji ta’ metodoloġiji ta’ valutazzjoni tar-riskju
Ir-riskji għas-saħħa u għall-ambjent jistgħu jiġu vvalutati bl-użu ta’ approċċi differenti bi gradi differenti ta’ kumplessità u rekwiżiti tad-data, skont is-sistema speċifika tal-użu mill-ġdid tal-ilma. Bħala eżempju, dan l-Anness jippreżenta xi metodi u għodod kwalitattivi u semikwantitattivi ta’ valutazzjoni tar-riskju magħżula fost dawk proposti fi prattiki u standards ippubblikati: ISO 20426 (2018) (1), Manwal tal-Ippjanar tas-Sikurezza tad-Drenaġġ (SSP) tad-WHO (2) (2016), ISO 16075-1 sa 2 (2020) (3), u l-Linji Gwida tal-Awstralja (2006) (4).
L-aħjar prattiki u eżempji mis-sistemi tal-użu mill-ġdid tal-ilma applikati f’diversi Stati Membri huma disponibbli wkoll fir-Rapport Tekniku tal-JRC (5).
Valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa
F’valutazzjoni tar-riskju kwalitattiva jew semikwantitattiva, il-livell ta’ riskju għal kull periklu identifikat jirriżulta minn evalwazzjoni kkombinata tal-livell ta’ probabbiltà li jseħħ avveniment u l-livell tal-konsegwenzi jew tas-severità tiegħu, bħal fl-espressjoni li ġejja:
Livell ta’ riskju = Probabbiltà x Konsegwenza (jew Severità)
Il-probabbiltà tindika, f’ċertu perjodu ta’ żmien, il-probabbiltà tal-okkorrenza ta’ avveniment perikoluż b’effetti potenzjali ta’ ħsara. Il-probabbiltà ta’ okkorrenza tista’ tiġi evalwata billi tiġi riveduta d-data storika disponibbli jew billi jiġi vvalutat l-iżball uman, bl-użu tal-arbli tal-ħsarat jew tal-avvenimenti. F’sistema ta’ użu mill-ġdid tal-ilma, tali probabbiltà tista’ tirriżulta minn taħlita tal-probabbiltà ta’ esponiment tal-bniedem (eż. permezz ta’ inġestjoni) għall-ilma reklamat li jkun fih element perikoluż (eż. E.coli) u l-probabbiltà tal-preżenza tal-periklu fl-ilma reklamat (eż. li jirriżulta minn avveniment perikoluż bħal rilaxx aċċidentali).
Konsegwenza jew Severità tindika effett avvers potenzjali fuq is-saħħa li jirriżulta mill-esponiment għal periklu. Il-livelli ta’ konsegwenza jistgħu jiġu ddeterminati permezz ta’ evalwazzjoni kwalitattiva bbażata fuq rappreżentazzjoni deskrittiva tal-eżiti jew bl-użu ta’ għodod oħrajn (eż. arbli tad-deċiżjonijiet) filwaqt li jitqiesu l-perikli u l-avvenimenti perikolużi.
F’valutazzjoni tar-riskju kwalitattiva u semikwantitattiva, avvenimenti ta’ periklu/perikolużi u l-assenjazzjonijiet tal-livelli ta’ probabbiltà u konsegwenzi tagħhom huma bbażati fuq il-ġudizzju u l-esperjenzi tat-tim tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-livell ta’ riskju jista’ jiġi espress bħala baxx ħafna, baxx, moderat, għoli, jew għoli ħafna billi jiġu kkombinati l-livelli ta’ probabbiltà u konsegwenzi (Tabella 3.1).
Tabella 3.1
Eżempju ta’ matriċi għal valutazzjoni tar-riskju kwalitattiva (sors: Tabella 4 ISO 20426: 2018)
|
PROBABBILTÀ |
KONSEGWENZI |
||||
|
1 – Insinifikanti |
2 – Minuri |
3 – Moderati |
4 – Maġġuri |
5 – Katastrofiċi |
|
|
A – Rari |
Baxxi ħafna |
Baxxi ħafna |
Baxxi |
Baxxi |
Moderati |
|
B – Improbabbli |
Baxxi ħafna |
Baxxi |
Baxxi |
Moderati |
Għoljin |
|
C – Possibbli |
Baxxi |
Baxxi |
Moderati |
Għoljin |
Għoljin |
|
D – Probabbli |
Baxxi |
Moderati |
Għoljin |
Għoljin |
Għoljin ħafna |
|
E – Kważi ċerti |
Moderati |
Għoljin |
Għoljin |
Għoljin ħafna |
Għoljin ħafna |
Matriċi tar-riskju alternattiva, proposta fil-Manwal tal-Ippjanar tas-Sikurezza tad-Drenaġġ tad-WHO (2016), hija bbażata fuq metodu semikwantitattiv li għalih huwa meħtieġ approċċ aktar rigoruż (eż. bl-użu ta’ formuli) biex jiġi assenjat, għal kull periklu identifikat jew avveniment perikoluż, valur numeriku speċifiku għall-probabbiltà u s-severità, sabiex jasal għal livell jew punteġġ tar-riskju (Tabella 3.2).
Tabella 3.2
Matriċi ta’ valutazzjoni tar-riskju semikwantitattiva (sors: Għodda 3.4 tal-Manwal tal-Ippjanar tas-Sikurezza tad-Drenaġġ tad-WHO, 2016)
|
PROBABBILTÀ |
SEVERITÀ |
||||
|
1 – Insinifikanti |
2 – Minuri |
4 – Moderati |
8 – Maġġuri |
16 – Katastrofiċi |
|
|
Rari (improbabbli ħafna) - 1 |
1 |
2 |
4 |
8 |
16 |
|
Improbabbli – 2 |
2 |
4 |
8 |
16 |
32 |
|
Possibbli – 3 |
3 |
6 |
12 |
24 |
48 |
|
Probabbli – 4 |
4 |
8 |
16 |
32 |
64 |
|
Kważi ċerta – 5 |
5 |
10 |
20 |
40 |
80 |
|
Punteġġ ta’ Riskju R = L x S |
< 6 |
7 sa 12 |
13 sa 32 |
> 32 |
|
|
Livell ta’ riskju |
Riskju Baxx |
Riskju Medju |
Riskju Għoli |
Riskju Għoli Ħafna |
|
F’approċċ semikwantitattiv, huwa meħtieġ li jiġu definiti l-livelli ta’ probabbiltà, abbażi ta’ perikli jew avvenimenti perikolużi, u l-livelli ta’ konsegwenza/severità, filwaqt li jitqiesu, pereżempju, l-eċċedenzi fuq il-limiti protettivi ta’ sustanzi perikolużi fl-ilma reklamat u l-kobor tal-eżiti tas-saħħa assoċjati tiegħu. Dawn id-definizzjonijiet għandhom jiġu żviluppati abbażi tas-sistema speċifika tal-użu mill-ġdid tal-ilma u l-kuntest lokali u dejjem iqisu l-prinċipju tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika u kwalunkwe impatt regolatorju applikabbli. It-Tabella 3.3 u t-Tabella 3.4 jipprovdu xi definizzjonijiet meħuda mill-ISO 20426 (2018) u mill-Manwal tal-Ippjanar tas-Sikurezza tad-Drenaġġ tad-WHO (2016).
Tabella 3.3
Miżuri ta’ konsegwenza ssuġġeriti jew severità tal-impatt (Tabella 2 tal-ISO 20426:2018; u l-Għodda 3.3 tad-WHO, 2016)
|
KONSEGWENZI (JEW SEVERITÀ) |
|
|
Livell – Deskrittur |
Deskrizzjoni tal-eżempju |
|
1– INSINIFIKANTI |
Periklu jew avveniment perikoluż li jirriżulta f’ebda effett jew effett negliġibbli fuq is-saħħa (6) meta mqabbel mal-livelli ta’ sfond. |
|
2 – MINURI |
Periklu jew avveniment perikoluż li potenzjalment jirriżulta f’effetti minuri fuq is-saħħa (7) |
|
3 – MODERATI |
Periklu jew avveniment perikoluż li potenzjalment jirriżulta f’effetti fuq is-saħħa li jillimitaw lilhom infushom jew f’mard minuri (8). |
|
4 – MAĠĠURI |
Periklu jew avveniment perikoluż li potenzjalment jirriżulta f’mard jew korriment (9); u/jew li jista’ jwassal għal ilment jew tħassib legali. |
|
5 – KATASTROFIĊI |
Periklu jew avveniment perikoluż li potenzjalment jirriżulta f’mard serju jew korriment (10), jew saħansitra f’telf ta’ ħajja; u/jew li se jwassal għal investigazzjoni maġġuri minn regolatur bi prosekuzzjoni probabbli. |
Tabella 3.4
Miżuri ta’ probabbiltà ssuġġeriti li jistgħu jseħħu avvenimenti ta’ esponiment (it-Tabella 3 tal-ISO 20426:2018, u l-Għodda 3.3 tad-WHO, 2016)
|
PROBABBILTÀ |
|
|
Livell – Deskrittur |
Deskrizzjoni tal-eżempju |
|
A – RARI |
Ma seħħx fil-passat u huwa improbabbli ħafna li se jseħħ f’perjodu raġonevoli (11) |
|
B – IMPROBABBLI |
Ma seħħx fil-passat iżda jista’ jseħħ f’ċirkostanzi eċċezzjonali f’perjodu raġonevoli. |
|
C – POSSIBBLI |
Seta’ seħħ fil-passat u/jew jista’ jseħħ f’ċirkostanzi regolari fil-perjodu raġonevoli. |
|
D – PROBABBLI |
Ġie osservat fil-passat u/jew huwa probabbli li jseħħ f’ċirkostanzi regolari f’perjodu raġonevoli. |
|
E – KWAŻI ĊERT |
Spiss ġie osservat fil-passat u/jew kważi ċertament se jseħħ fil-biċċa l-kbira taċ-ċirkostanzi f’perjodu raġonevoli. |
Il-livelli ta’ riskju identifikati assoċjati ma’ avvenimenti ta’ periklu/perikolużi għal kull rotta ta’ esponiment u riċettur se jiddeterminaw il-prijoritajiet għall-ġestjoni tar-riskju u kwalunkwe miżura preventiva li se tnaqqas ir-riskju/i. Pereżempju, jekk il-livell ta’ riskju jkun medju jew ogħla, miżura preventiva għandha tnaqqas il-livell ta’ riskju. Din l-evalwazzjoni tista’ tinkludi l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe miżura preventiva diġà fis-seħħ u l-identifikazzjoni ta’ miżuri/azzjonijiet addizzjonali għal dawk il-perikli mingħajr miżuri eżistenti jew effettivi fis-seħħ. Jekk miżura preventiva tista’ tikkontrolla b’mod suffiċjenti r-riskju, allura l-azzjonijiet jistgħu jeħtieġu l-istabbiliment ta’ metodi ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll operazzjonali oħrajn biex tiġi żgurata l-funzjonalità tagħha. L-approċċ b’diversi ostakli, b’diversi miżuri preventivi u ostakli fis-seħħ, jipprovdi ġestjoni tar-riskju aktar affidabbli minn miżura waħda jew ostaklu wieħed. Imbagħad, il-miżuri preventivi u l-ostakli magħżula għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid biex jiġi vverifikat jekk il-livelli ta’ riskju jkunux naqsu, bħal fl-eżempju fit-Tabella 3.5.
Tabella 3.5
Eżempju ta’ valutazzjoni u ġestjoni tar-riskju għal kuntatt potenzjali ma’ batterji patoġeniċi fl-ilma reklamat fil-punt tal-użu finali, adattat mit-Tabella 5 tal-ISO 20426:2018
|
Periklu |
Sors tal-ilma mormi |
Użu finali maħsub |
Avveniment perikoluż |
Riskju massimu |
Miżura preventiva |
Riskju residwu |
||||
|
Konsegwenza |
Probabbiltà |
Riskju |
Konsegwenza |
Probabbiltà |
Riskju |
|||||
|
Batterji patoġeniċi (eż. E.coli) |
Ilma urban mormi |
Użu agrikolu |
Infezzjoni permezz ta’ kuntatt jew inġestjoni ta’ ilma reklamat (eż. waqt il-prattiki ta’ tisqija) |
Maġġuri |
Probabbli |
Għolja (abbażi tat-Tabella 3.1) |
Kontroll tas-sors |
Maġġuri (12) |
Rari (13) |
Baxxa |
|
Kontroll tat-trattament (eż. diżinfezzjoni) |
||||||||||
|
Kontroll tal-użu finali (eż. l-użu ta’ ostakli u tagħmir ta’ protezzjoni personali) |
||||||||||
|
NB - Eżempji ta’ miżuri preventivi u ostakli huma ppreżentati fl-Anness 4. |
||||||||||
Valutazzjoni tar-riskju ambjentali dwar ir-riżorsi tal-ilma ħelu
Filwaqt li l-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa tiffoka fuq ir-riċetturi umani, il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tevalwa kwalunkwe pressjoni fuq il-kompartimenti ambjentali potenzjalment affettwati mill-użu ta’ ilma reklamat għat-tisqija agrikola. Dan jeħtieġ karatterizzazzjoni dettaljata tal-kundizzjonijiet ġeoidroġeoloġiċi lokali fejn tinsab is-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma. Is-sett ta’ data spazjali WISE EIONET (14), li jinkludi informazzjoni dwar id-distretti Ewropej tal-baċir tax-xmara, is-subunitajiet tad-distretti tal-baċir tax-xmara, il-korpi tal-ilma tal-wiċċ, il-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art u s-siti ta’ monitoraġġ, jista’ jiġi kkonsultat għal dan l-iskop. Il-proċedura proposta hawnhekk, żviluppata skont it-Taqsima 6.3 tal-ISO 16075-1 (2020), u l-paragrafu 4.2 tal-Linji Gwida tal-Awstralja (2006), għandha l-għan li tiggwida lill-prattikanti tal-ilma biex jivvalutaw l-impatt tal-perikli preżenti fl-ilma reklamat fuq ir-riżorsi tal-ilma ħelu (ilma tal-wiċċ u ilma ta’ taħt l-art).
Pass 1 - Skrinjar tal-perikli
It-tqabbil tal-perikli fl-ilma reklamat mal-valuri magħrufa mir-Regolament, mid-Direttivi, mill-istandards u mil-linji gwida skont il-kompartiment ambjentali potenzjalment affettwat (ara l-Illustrazzjoni 3 ta’ dan l-Avviż). Dan jista’ jinkludi l-konċentrazzjonijiet massimi permissibbli jew l-istandards ta’ kwalità ambjentali (EQS) għall-kontaminanti regolati fil-kompartimenti ambjentali potenzjalment esposti li l-konformità tagħhom, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, se tiżgura l-protezzjoni ta’ ambjenti esposti. Jista’ jintuża xenarju tal-agħar xenarju possibbli, li fih il-95 perċentil jew il-konċentrazzjoni massima rreġistrata jitqabblu mal-valur tal-linji gwida l-aktar baxx tiegħu (eż. EQS). Għandhom jiġu identifikati wkoll avvenimenti perikolużi marbuta mar-rilaxx ta’ dawn il-perikli (eż. tnixxijiet minn pajpijiet tal-ilma reklamat jew minn sistemi ta’ distribuzzjoni).
Pass 2 – Probabbiltà ta’ sustanzi li jilħqu r-riċettur ambjentali
Il-probabbiltà tista’ tiġi stmata billi jiġi vvalutat jekk il-perikli jistgħux jilħqu r-riċettur ambjentali u billi jitqiesu kwalunkwe miżura preventiva u ostaklu fis-seħħ. Għall-ilma ta’ taħt l-art u għall-ilma tal-wiċċ, il-probabbiltà se tiddependi fuq il-kundizzjonijiet idroġeoloġiċi tas-sit (eż. il-preżenza ta’ akwifer), il-probabbiltà tas-sustanza li tiċċaqlaq fiż-żona mhux saturata għall-infiltrazzjoni (eż. it-tip ta’ ħamrija u l-karatteristiċi tal-periklu), u t-tip ta’ kundizzjonijiet tat-tisqija (eż. prattiki agrikoli, il-ħtiġijiet tal-għelejjel, it-tip ta’ ħamrija, il-probabbiltà li l-ilma reklamat ifur mis-sistemi tad-drenaġġ).
Pass 3 – Konsegwenza/severità tal-ħsara
Il-livelli ta’ konsegwenza jew severità tal-ħsara se jiddependu fuq l-istatus tal-kwalità inizjali tal-ilma tal-wiċċ jew tal-ilma ta’ taħt l-art. Il-livelli ta’ severità jistgħu jiddefinixxu sa liema punt il-konċentrazzjoni ta’ periklu se tikkawża effett detrimentali fuq il-kompartiment ambjentali. Pereżempju, il-livell ta’ severità tal-ħsara se jiddependi fuq kemm periklu jikkontribwixxi għad-deterjorament tal-istatus tal-korp tal-ilma li jkun qed jiġi kkunsidrat. Il-livelli ta’ konsegwenza jistgħu jinkludu fatturi oħrajn, pereżempju jekk is-sors tal-ilma jintuża għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb.
Pass 4 – Valutazzjoni tal-livelli ta’ riskju
Ladarba jkunu ġew identifikati l-perikli kollha u l-livelli ta’ probabbiltà u severità tagħhom (billi jiġi assenjat jew livell kwalitattiv jew inkella valur numeriku), allura tista’ tintuża matriċi kwalitattiva jew semikwantitattiva biex jiġu vvalutati l-livelli ta’ riskju, bħal dawk proposti għall-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa (it-Tabelli 3.1 u 3.2).
Il-probabbiltà li ċerta sustanza tilħaq korp tal-ilma tista’ tiġi stmata bl-użu tal-għodod li ġejjin mill-ISO 16075-1 (2020), li jivvalutaw il-vulnerabbiltà tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-ilma tal-wiċċ għall-infiltrazzjoni jew l-iskular tal-ilma reklamat, rispettivament. B’din l-għodda, l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art jiġu kklassifikati f’erba gruppi ta’ sensittività, li huma bbażati fuq kundizzjonijiet idroġeoloġiċi għall-ilma ta’ taħt l-art, u fuq il-preżenza ta’ sistema tad-drenaġġ biex tikkontrolla l-ilma tax-xeba’ fl-ilma tal-wiċċ (it-Tabella 3.6).
Tabella 3.6
Definizzjoni tal-gruppi ta’ sensittività għall-ilma tal-wiċċ u għall-ilma ta’ taħt l-art (sors: it-Taqsima 6.3.3 u l-Anness D tal-ISO 16075-1:2020)
|
Grupp ta’ sensittività |
Ilma tal-wiċċ |
Ilma ta’ taħt l-art |
|
Għolja (I) |
Il-preżenza tal-ilma tal-wiċċ tax-xeba’ waqt it-tisqija jew il-preżenza tal-akkumulazzjoni tal-ilma tal-wiċċ, li x’aktarx tiġi eliminata matul avvenimenti ta’ xita. |
Il-preżenza ta’ akwifer mhux konfinat taħt iż-żona msaqqija b’kontenut ta’ tafal (16) < 5 % fl-ogħla 2 m tal-ħamrija. Il-preżenza ta’ akwifer f’fond ta’ inqas minn 5 m. |
|
Medja (II) |
Id-disinn u t-tħaddim tas-sistema ta’ tisqija jipprevjenu l-iskular tal-ilma tal-wiċċ. Il-preżenza ta’ sistema ta’ drenaġġ taħt l-art baxxa (f’fond ta’ 80 cm jew inqas). |
Il-preżenza ta’ akwifer f’fond ta’ aktar minn 5 m mill-wiċċ b’kontenut ta’ tafal ta’ bejn 15 u 40 % fl-ogħla 2 m tal-ħamrija. |
|
Baxxa (III) |
Id-disinn u t-tħaddim tas-sistema ta’ tisqija jipprevjenu l-iskular tal-ilma tal-wiċċ. Il-preżenza ta’ sistema ta’ drenaġġ fonda (aktar minn 80 cm). |
Il-preżenza ta’ akwifer f’fond ta’ aktar minn 5 m b’kontenut ta’ tafal > 40 % fl-ogħla 2 m tal-ħamrija. |
|
(Żero) IV |
Id-disinn u t-tħaddim tas-sistema ta’ tisqija jipprevjenu l-iskular tal-ilma tal-wiċċ. Is-sistema tat-tisqija ma tinkludix id-drenaġġ (15). |
L-ebda akwifer taħt iż-żona msaqqija u l-ebda kontinwità idroġeoloġika li x’aktarx tittrasferixxi l-ilma għal akwifer fil-qrib (17) |
Il-kombinament tal-gruppi ta’ sensittività għall-ilma ta’ taħt l-art u għall-ilma tal-wiċċ mal-livell ta’ infiltrazzjoni għall-ilma ta’ taħt l-art jew għall-ilma tal-wiċċ tax-xeba’, rispettivament, tista’ tindika livell ta’ vulnerabbiltà tal-korp tal-ilma (Tabella 3.7).
Tabella 3.7
Eżempju tal-livell ta’ vulnerabbiltà (18) tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-ilma tal-wiċċ (sors: it-Tabella D.1 ISO 16075-1:2020)
|
RATA TA’ INFILTRAZZJONI |
L-ebda infiltrazzjoni fl-ilma ta’ taħt l-art |
Infiltrazzjoni baxxa fl-ilma ta’ taħt l-art |
Infiltrazzjoni medja fl-ilma ta’ taħt l-art |
Infiltrazzjoni għolja fl-ilma ta’ taħt l-art |
||
|
I |
II |
III |
IV |
|||
|
Sensittività għall-ilma ta’ taħt |
Akwifer baxx jew l-ebda protezzjoni tat-tafal |
I |
1 |
2 |
3 |
3 |
|
Akwifer fond bi protezzjoni tat-tafal |
II |
1 |
2 |
2 |
3 |
|
|
Akwifer fond bi protezzjoni sinifikanti tat-tafal |
III |
1 |
1 |
2 |
2 |
|
|
L-ebda akwifer b’kontinwità idroloġika għaż-żona |
IV |
1 |
1 |
2 |
2 |
|
|
Sensittività għall-ilma tal-wiċċ |
3 |
3 |
2 |
1 |
||
|
IV |
III |
II |
I |
|||
|
Ilma tax-xeba’ tal-wiċċ għoli |
Ilma tax-xeba’ tal-wiċċ medju |
Ilma tax-xeba’ tal-wiċċ baxx |
L-ebda ilma tax-xeba’ tal-wiċċ |
|||
|
ILMA TAX-XEBA’ TAL-WIĊĊ |
||||||
(1) ISO 20426: 2018. Il-linji gwida għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju għas-saħħa għall-użu mill-ġdid tal-ilma mhux tajjeb għax-xorb.
(2) WHO, 2016. Ippjanar tas-sikurezza tad-drenaġġ: manwal għall-użu sikur u r-rimi tal-ilma mormi, l-ilma domestiku mormi mingħajr drenaġġ u l-eskrementi.
(3) Il-Linji Gwida tal-ISO 16075-1:2020 għall-użu tal-ilma mormi ttrattat għall-proġetti ta’ tisqija — il-Parti 1: Il-bażi ta’ proġett ta’ użu mill-ġdid għat-tisqija; Il-Linji Gwida tal-ISO 16075-2:2020 għall-użu tal-ilma mormi ttrattat għall-proġetti ta’ tisqija — il-Parti 2: L-iżvilupp tal-proġett.
(4) NRMMC–EPHC–AHMC, 2006. Linji gwida tal-Awstralja għar-riċiklaġġ tal-ilma: il-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent (fażi 1). Strateġija Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Kwalità tal-Ilma.
(5) R. Maffettone u B. M. Gawlik (2022), Technical Guidance: Water Reuse Risk Management for Agricultural Irrigation Schemes in Europe, il-Kummissjoni Ewropea, il-Lussemburgu, JRC 129596, 81 paġna
(6) L-ebda effett jew effett negliġibbli fuq is-saħħa: effett fuq is-saħħa mhux osservat.
(7) Effett minuri fuq is-saħħa: eż. sintomi temporanji bħal irritazzjoni, dardir u uġigħ ta’ ras.
(8) Effetti fuq is-saħħa li jillimitaw lilhom infushom jew mard minuri: eż. dijarea akuta, rimettar, infezzjoni fil-parti ta’ fuq tal-apparat respiratorju, trawma minuri.
(9) Mard jew korriment: eż. malarja, skistosomjażi, trematodjażi li tinġarr fl-ikel, dijarea kronika, problemi respiratorji kroniċi, disturbi newrologiċi, ksur tal-għadam.
(10) Mard serju jew korriment: eż. avvelenament sever, telf ta’ estremitajiet, ħruq sever, għarqa.
(11) Perjodu raġonevoli jiddependi mil-livell ta’ riskju u mill-ġuriżdizzjoni lokali.
(12) Il-konsegwenza (is-severità) tiddependi fuq l-effett avvers fuq is-saħħa mill-esponiment tar-riċettur għall-batterji patoġeniċi u ma tinbidilx bl-applikazzjoni ta’ miżura preventiva.
(13) L-użu ta’ miżuri preventivi (eż. trattament ta’ diżinfezzjoni, l-użu ta’ ostakli u tagħmir ta’ protezzjoni personali) inaqqas il-probabbiltà li r-riċettur jiġi espost għall-periklu.
(14) Disponibbli fuq: https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/data/wise-eionet-spatial-3
(15) Il-passaġġ fis-sezzjoni ta’ taħt l-art jipprovdi filtrazzjoni tal-kontaminanti. L-eżistenza ta’ drenaġġ effettiv tal-art tnaqqas il-kontenut tal-ilma tal-ħamrija, iżda tista’ twassal għal tagħbijiet akbar fuq is-sistemi tal-ilma tal-wiċċ.
(16) Il-kontenut tat-tafal jista’ jiġi ddeterminat permezz ta’ analiżi bl-għarbiel.
(17) Il-grupp għandu jintgħażel biss meta tkun saret analiżi idroġeoloġika bir-reqqa. Fin-nuqqas ta’ għarfien ċar tal-ġeoidroġeoloġija ta’ taħt l-art, is-sit għandu jitqies daqslikieku kien hemm akwifer taħt iż-żona msaqqija.
(18) It-terminu vulnerabbiltà huwa sostitwit għat-terminu oriġinali riskju użat fit-Tabella C1 tal-ISO 16075-1 (2020), dan sabiex tiġi evitata interpretazzjoni ħażina tat-terminu livelli ta’ riskju użat f’dan l-Avviż biex jiġi indikat il-kombinament tal-probabbiltà mas-severità tal-ħsara f’konformità mat-Tabella 3.1 u mat-Tabella 3.2.
ANNESS 4
Miżuri preventivi u ostakli – eżempji illustrattivi
Dan l-Anness jipprovdi eżempji ta’ miżuri preventivi u ostakli li jistgħu jintużaw f’sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, f’konformità mal-Artikoli 5 u 6 u mat-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament. L-eżempji għandhom l-għan li juru t-tip ta’ analiżi meħtieġa biex jiġu identifikati t-tip u l-għadd ta’ miżuri preventivi u ostakli, skont it-tip ta’ għelejjel u l-klassi tal-kwalità tal-ilma, abbażi ta’ standards u prattiki internazzjonali. Għandu jiġi nnotat li l-analiżi jeħtieġ li ssir fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jitqies il-kuntest speċifiku. Għalhekk, l-eżempji ppreżentati hawn taħt ma għandhomx jinftehmu bħala li huma applikabbli awtomatikament għall-każijiet kollha u f’kull ċirkostanza possibbli.
L-eżempji ġew żviluppati abbażi tar-rekwiżiti tar-Regolament, u abbażi tal-istandards u l-prattiki internazzjonali eżistenti: il-Linji Gwida tal-Awstralja (2006), il-Linji Gwida tad-WHO (2006) u l-ISO 16075-2:2020. It-Tabella 4.1 telenka miżuri preventivi li jistgħu jiġu kkunsidrati f’partijiet differenti ta’ sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
Tabella 4.1
Eżempji ta’ miżuri preventivi għal sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma (lista mhux eżawrjenti). Sorsi: Il-punt 7 tal-Anness II tar-Regolament, il-Kaxxa 2.6 u l-Appendiċi 3 tal-Linji Gwida tal-Awstralja (2006) (2) , il-Linji Gwida tad-WHO (2006) (3)
|
Tip ta’ miżura preventiva |
Eżempji |
Nota |
||||||||||||||
|
Il-protezzjoni tas-sorsi tal-ilma urban mormi |
|
- |
||||||||||||||
|
Trattament addizzjonali tal-effluwent minn impjanti tat-trattament tal-ilma urban mormi |
|
- |
||||||||||||||
|
Il-protezzjoni u l-manutenzjoni tas-sistema tal-ħżin għall-ilma reklamat |
|
Irreferi għall-ISO 20419:2018 (1) għal aktar eżempji |
||||||||||||||
|
Il-kontroll u l-manutenzjoni tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u tal-plumbing |
|
Irreferi għall-ISO 20419:2018 għal aktar eżempji |
||||||||||||||
|
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-sistemi ta’ tisqija (eż. taqtir jew taħt il-wiċċ, bexx, mikrobexx) u l-għalqa agrikola |
|
- |
||||||||||||||
|
Rekwiżiti speċifiċi dwar it-tisqija tal-għelejjel |
|
*Irreferi għat-Tabella 4.2 ta’ dan l-Anness u għat-Tabella 1 tal-Anness II tar-Regolament. |
||||||||||||||
|
Kontroll tal-aċċess u l-użu tas-sinjalar |
|
|
||||||||||||||
|
Il-protezzjoni tal-ħaddiema u tal-bdiewa |
|
|
F’konformità mat-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament, kategorija speċifika ta’ għelejjel għandha tissaqqa bil-klassijiet minimi korrispondenti tal-kwalità tal-ilma indikati fit-Tabella 1. Tista’ tintuża klassi aktar baxxa tal-kwalità tal-ilma jekk jintużaw ostakli addizzjonali xierqa, li jirriżultaw fil-kisba tar-rekwiżiti tal-kwalità tal-klassi għall-kategorija partikolari ta’ għelejjel. It-Tabella 4.2 tagħti eżempji dwar kif għandhom jiġu kkombinati l-klassijiet tal-kwalità tal-ilma reklamat u l-ostakli akkreditati għat-tisqija ta’ kategorija ta’ klassi speċifika f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ISO 16075-2 (2020).
Tabella 4.2
Eżempji dwar kif għandhom jiġu kkalkolati l-għadd u t-tipi ta’ ostakli bbażati fuq it-tip ta’ għalla u l-klassijiet tal-kwalità tal-ilma reklamat meħtieġa kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness 1 tar-Regolament, billi jiġu kkunsidrati t-Tabella 3 u t-Tabella 2 tal-ISO 16075-2:2020 (irrapportati f’dan l-Avviż bħala t-Tabella 2 u t-Tabella 3, rispettivament) u t-Tabella A.1 tal-ISO 16075-2:2020. L-ostakli jiġu kkwalifikati, diment li jiġu implimentati prattiki tajbin
|
Kategorija tal-għalla (Anness 1 Tabella 1 tar-Regolament) (4) |
Eżempju ta’ għelejjel (Tabella A.1 ISO 16075-2:2020) (5) |
Klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat (Anness 1 Tabella 1 tar-Regolament)17 |
L-għadd ta’ ostakli meħtieġa (It-Tabella 3 tal-ISO 16075-2:2020 (6) = it-Tabella 2 ta’ dan l-Avviż) |
Ostakli akkreditati possibbli (It-Tabella A.1 ISO 16075-2:2020 u t-Tabella 2 ISO 16075-2:2020 (7) = it-Tabella 3 ta’ dan l-Avviż) |
L-għadd ta’ ostakli (it-Tabella 2 ISO 16075-2:2020 = it-Tabella 3 ta’ dan l-Avviż) |
Nota |
|
L-għelejjel tal-ikel kollha ikkonsmati nejjin, fejn il-parti li tittiekel tkun f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat u l-għelejjel bl-għeruq ikkonsmati nejjin |
Għelejjel bil-weraq imkabbra fuq il-wiċċ tal-ħamrija li jittieklu nejjin (eż. ħass, spinaċi, kaboċċa Asjatika, kaboċċa, karfus). L-għelejjel tal-ikel li jittieklu nejjin, li jikbru ’l fuq mill-art u l-porzjon li jittiekel ikun <25 cm ’il fuq mill-wiċċ tal-ħamrija (eż. bżar, tadam, ħjar, zukkini, fażola żgħira). |
A |
0 |
- |
0 |
- |
|
B |
1 |
Folja tal-għata reżistenti għax-xemx JEW Diżinfezzjoni addizzjonali fl-għelieqi (livell baxx) |
1 |
- |
||
|
C |
3 |
Diżinfezzjoni ta’ livell għoli + Folja tal-għata reżistenti għax-xemx |
2+1 |
- |
||
|
Tisqija bil-qatra taħt il-wiċċ fejn l-ilma ma jitlax b’azzjoni kapillari sal-wiċċ tal-art + Folja tal-għata reżistenti għax-xemx* |
3 (+1) |
*Il-folja tal-għata reżistenti għax-xemx hija barriera addizzjonali biex jiġi evitat il-kuntatt permezz ta’ azzjoni kapillari tat-tisqija bil-qatra. - |
||||
|
D |
Ipprojbita* |
- |
- |
*F’konformità mat-Tabella 3 tal-ISO 16075:2020, u man-NOTA 3 tat-Tabella A.1: L-effluwenti ta’ kwalità medja (D) ma għandhomx jintużaw għat-tisqija tal-ħxejjex. |
||
|
L-għelejjel tal-ikel li jistgħu jittieklu nejjin, li jikbru fil-ħamrija (eż. karrotti, ravanell, basal) |
A |
0 |
- |
- |
- |
|
|
B |
1 |
Diżinfezzjoni ta’ livell baxx |
1 |
- |
||
|
C |
3 |
L-ebda taħlita ta’ ostakli akkreditati ma tidher li hija possibbli |
- |
- |
||
|
D |
Ipprojbita* |
- |
- |
*F’konformità mat-Tabella 3 tal-ISO 16075:2020, u man-NOTA 3 tat-Tabella A.1: L-effluwenti ta’ kwalità medja (D) ma għandhomx jintużaw għat-tisqija tal-ħxejjex. |
||
|
L-għelejjel tal-ikel li jittieklu nejjin, li jikbru ’l fuq mill-art u l-porzjon li jittiekel ikun >25 cm ’il fuq mill-wiċċ tal-ħamrija* *b’ġilda li tittiekel |
A |
0 |
- |
- |
- |
|
|
B |
1 |
Folja tal-għata reżistenti għax-xemx JEW Diżinfezzjoni addizzjonali fl-għelieqi (livell baxx) |
1 |
- |
||
|
C |
3 |
Diżinfezzjoni ta’ livell baxx + Tisqija bil-qatra ta’ għelejjel li jikbru fil-baxx, bħal 25 cm jew aktar ’il fuq mill-art + Folja tal-għata reżistenti għax-xemx |
1+1+1 |
- |
||
|
C |
3 |
Diżinfezzjoni ta’ livell għoli + Tisqija bil-qatra ta’ għelejjel li jikbru fil-baxx, bħal 25 cm jew aktar ’il fuq mill-art |
2+1 |
- |
||
|
L-għelejjel tal-ikel ikkonsmati nejjin, fejn il-parti li tittiekel tiġi prodotta ’l fuq mill-art u ma tkunx f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat, l-għelejjel tal-ikel ipproċessati u l-għelejjel mhux tal-ikel, inklużi l-għelejjel użati bħala għalf għall-annimali li jipproduċu l-ħalib jew il-laħam |
Għelejjel tal-ikel imkabbra fil-ħamrija li jistgħu jittieklu nejjin wara li jitqaxxru (eż. dulliegħ, bettieħ, piżelli) |
A |
0 |
- |
- |
- |
|
B |
0 |
- |
- |
Ġilda (jew qoxra) li ma tittekilx tgħodd bħala barriera waħda |
||
|
C |
2 |
Tisqija bil-qatra ta’ għelejjel li jikbru fil-baxx, bħal 25 cm jew aktar ’il fuq mill-art JEW Tisqija bil-bexxiexa u bil-mikrobexxiexa ta’ għelejjel li jikbru fil-baxx, bħal 25 cm jew aktar mill-ġett tal-ilma + Folja tal-għata reżistenti għax-xemx (fit-tisqija bil-qatra, fejn il-folja tissepara t-tisqija mill-ħxejjex) |
1+1 |
- |
||
|
Diżinfezzjoni ta’ livell baxx + Tisqija bil-qatra ta’ għelejjel li jikbru fil-baxx, bħal 25 cm jew aktar ’il fuq mill-art |
1+1 |
- |
||||
|
Għelejjel tal-ikel imkabbra ’l fuq mill-art fejn il-porzjon li jittiekel ikun <25 cm ’il fuq mill-wiċċ tal-ħamrija, li jittieklu msajrin jew ipproċessati (eż. brunġiel, qargħa ħamra, fażola ħadra, qaqoċċ) |
A |
0 |
- |
- |
- |
|
|
B |
0 |
- |
- |
- |
||
|
C |
2 |
Diżinfezzjoni baxxa + Folja tal-għata reżistenti għax-xemx |
1+1 |
- |
||
|
Tisqija bil-qatra taħt il-wiċċ fejn l-ilma ma jitlax b’azzjoni kapillari sal-wiċċ tal-art + Folja tal-għata reżistenti għax-xemx għal protezzjoni addizzjonali) |
3+1 |
- |
||||
|
Għelejjel tal-ikel li jittieklu msajrin u li jikbru fil-ħamrija (eż. patata) |
B |
0 |
-- |
- |
- |
|
|
C |
2 |
Diżinfezzjoni ta’ livell għoli |
2 |
- |
||
|
Għelejjel tal-ikel imkabbrin ’il fuq mill-art li jistgħu jittieklu wara li jitnixxfu u jissajru (fażola mnixxfa, għads) |
B |
0 |
-- |
- |
- |
|
|
C |
2 |
Diżinfezzjoni ta’ livell għoli JEW Tnixxif bl-arja fit-tul* |
2 |
*Skont l-għelejjel u l-kundizzjonijiet tat-temp |
||
|
Għelejjel tal-ikel li jikbru ’l fuq mill-art bħal > 50 cm jew aktar ’il fuq mill-art b’qoxra li tittiekel (ġnien għal frott b’qoxra li tittiekel: tuffieħ, għanbaqar, lanġas, ħawħ, berquq, persimmon, ċiras, frott taċ-ċitru, tamal; jew ġnien għal frott li jittiekel wara li jitqaxxar: mango, avokado, papaja, rummien). Ġnien għal frott li jittiekel wara li jiġi pproċessat (eż. żebbuġ) |
B |
0 |
- |
- |
Id-distanza naturali mill-frott (għelejjel li jitkabbru fil-għoli, bħal 50 cm jew aktar ’il fuq mill-art) għas-sistema tat-tisqija tevita kuntatt dirett mal-parti li tittiekel tal-għalla. |
|
|
C |
0 |
- |
- |
|||
|
D |
3 |
Tisqija bil-qatra ta’ għelejjel li jitkabbru fil-għoli, bħal 50 cm jew aktar ’il fuq mill-art + Appoġġ ta’ salvataġġ permezz ta’ waqfien jew interruzzjoni tat-tisqija qabel il-ħsad* |
1 + 2 |
*Waqqaf it-tisqija għal aktar minn 24 siegħa qabel il-ħsad. |
||
|
Ġnien għall-ġewż (eż. lewż, pistaċċi) |
C |
1 |
Għelejjel imnixxfa bix-xemx* |
2 |
*Skont l-għelejjel u l-kundizzjonijiet tat-temp. |
|
|
D |
3 |
Appoġġ ta’ salvataġġ permezz ta’ waqfien jew interruzzjoni tat-tisqija qabel il-ħsad + Għelejjel imnixxfa bix-xemx* |
1(2)*+2 |
*Skont l-għelejjel u l-kundizzjonijiet tat-temp. |
||
|
Għelejjel tal-għalf għall-għalf għal annimali li jipproduċu l-ħalib jew il-laħam (eż. alfalfa) |
C |
1 |
Appoġġ ta’ salvataġġ permezz ta’ waqfien jew interruzzjoni tat-tisqija* qabel id-dħul tal-annimali fl-għalqa |
1 |
*Waqqaf it-tisqija mill-inqas 24 siegħa qabel id-dħul tal-annimali. L-annimali ma jridux jiġu esposti għall-għalf imsaqqi bl-ilma reklamat, sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data li tindika li r-riskji għal każ speċifiku jistgħu jiġu ġestiti. L-għalf għandu jitnixxef jew jinħażen f’silos qabel l-imballaġġ. |
|
|
D |
3 |
Appoġġ ta’ salvataġġ permezz ta’ waqfien jew interruzzjoni tat-tisqija qabel id-dħul tal-annimali fl-għalqa + Diżinfezzjoni ta’ livell baxx |
2+1 |
L-esklużjoni ta’ annimali li jirgħu mill-mergħa għal ħamest ijiem wara l-aħħar tisqija. L-annimali ma jridux jiġu esposti għall-għalf imsaqqi bl-ilma reklamat, sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data li tindika li r-riskji għal każ speċifiku jistgħu jiġu ġestiti. L-għalf għandu jitnixxef jew jinħażen f’silos qabel l-imballaġġ. |
(1) ISO 20419:2018 L-użu mill-ġdid tal-ilma mormi ttrattat għat-tisqija – Linji Gwida għall-adattament tas-sistemi u l-prattiki tat-tisqija għall-ilma mormi ttrattat.
(2) NRMMC–EPHC–AHMC, 2006. Linji gwida tal-Awstralja għar-riċiklaġġ tal-ilma: il-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent (fażi 1). Strateġija Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Kwalità tal-Ilma.
(3) WHO, 2006. Il-Linji Gwida tad-WHO dwar l-użu sikur tal-ilma mormi, tal-eskrementi u tal-ilma domestiku mormi mingħajr drenaġġ. Volum II: L-użu tal-ilma mormi fl-agrikoltura.
(4) Tabella 1 — Klassijiet tal-kwalità tal-ilma reklamat u l-użu agrikolu u l-metodu ta’ tisqija permessi. L-Anness I tar-Regolament 741/2020.
(5) Tabella A.1 – Eżempju ta’ kif jiġu kkalkolati l-għadd u t-tip ta’ ostakli. ISO 16075-2:2020.
(6) Tabella 3 – L-għadd issuġġerit ta’ ostakli li huma meħtieġa għat-tisqija b’ilma mormi ttrattat skont il-kwalità tagħhom. ISO 16075-2:2020.
(7) Tabella 2 – It-tipi ssuġġeriti u l-għadd akkreditat ta’ ostakli. ISO 16075-2:2020.
ANNESS 5
Il-ġestjoni ta’ emerġenzi u protokolli – eżempji
Dan l-Anness jipprovdi eżempji ta’ avvenimenti u azzjonijiet li jistgħu jiġu indirizzati fi protokolli ta’ emerġenza. Dawn il-protokolli għandhom jiġu żviluppati abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju għal sistema speċifika tal-użu mill-ġdid tal-ilma. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll protokolli ta’ komunikazzjoni interni u esterni bl-involviment ta’ aġenziji rilevanti (eż. aġenziji tas-saħħa, tal-ambjent u aġenziji regolatorji oħrajn), minħabba li l-komunikazzjoni effettiva għandha rwol importanti fil-ġestjoni ta’ inċidenti u emerġenzi. It-Tabella 5.1 tippreżenta lista ta’ avvenimenti li jistgħu jwasslu għal emerġenzi, flimkien mal-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu indirizzati.
Tabella 5.1
Eżempji ta’ avvenimenti li jistgħu jwasslu għal emerġenzi u azzjonijiet li jistgħu jiġu indirizzati fil-protikolli ta’ emerġenzi u komunikazzjoni (sors: Taqsima 2.6. Il-Linji Gwida tal-Awstralja, 2006) (1)
|
Avvenimenti |
Azzjonijiet li għandhom jiġu indirizzati fi protokolli |
Nota |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
(1) NRMMC–EPHC–AHMC, 2006. Linji gwida tal-Awstralja għar-riċiklaġġ tal-ilma: il-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent: Fażi 1. Strateġija Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Kwalità tal-Ilma.
|
5.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/56 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10777 — PLASTIC OMNIUM / VARROC (LIGHTING DIVISION))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 298/02)
Fit 1 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10777. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
5.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/57 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10748 — MACQUARIE / BCI / NATIONAL GRID / NATIONAL GRID GAS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 298/03)
Fit 30 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10748. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/58 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-4 ta' Awwissu 2022
(2022/C 298/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0181 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
135,81 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4425 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84231 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,3740 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9765 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
138,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,9065 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,659 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
395,98 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,7233 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9261 |
|
TRY |
Lira Turka |
18,2922 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4607 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3070 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
7,9919 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6172 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4037 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 333,70 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,0352 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,8769 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5150 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 200,94 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5387 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,633 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,606 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,3614 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,7560 |
|
INR |
Rupi Indjan |
80,7715 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
5.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/59 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet fil-laqgħa tiegħu tal-14 ta’ Frar 2022 dwar Deċiżjoni fil-Każ M.10078 — Cargotec/Konecranes
Laqgħa permezz ta’ Awdjokonferenza - permezz ta’ “Skype for Business”
Relatur: L-Ungerija
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 298/05)
Operazzjoni
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni tikkostitwixxi f’konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
Dimensjoni tal-Unjoni
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
Suq tal-Prodotti
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodotti rilevanti f’dan il-każ u b’mod partikolari li: |
|
3.1. |
Krejnijiet tal-irfid bil-gomma (rubber-tired gantry cranes, RTGs) u krejnijiet tal-istivar awtomatizzati (automated stacking cranes, ASCs) jikkostitwixxu swieq tal-prodotti separati; |
|
3.2. |
Trasportaturi straddle, shuttle carriers, tratturi terminali u vetturi bi gwida awtomatizzata (automated guided vehicles, AGVs) jikkostitwixxu swieq separati tal-prodotti; |
|
3.3. |
Reach stackers, handlers tal-containers vojta u trakkijiet heavy-duty tal-forklift (kapaċità ta’ > 10 tunnellata) jikkostitwixxu swieq separati tal-prodotti; |
|
3.4. |
Spreaders ta’ tagħmir mobbli u spreaders ta’ tagħmir ieħor (inklużi spreaders tal-krejnijiet) jikkostitwixxu swieq ta’ prodotti separati. |
Is-swieq ġeografiċi
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodotti rilevanti għaż-żrieragħ tal-ħxejjex u b’mod partikolari li: |
|
4.1. |
Is-swieq tal-RTGS u l-ASCs għandhom ambitu mifrux maż-ŻEE kollha; |
|
4.2. |
Id-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku ta’ trasportaturi transżonali u trasportaturi tax-shuttle tista’ titħalla miftuħa; |
|
4.3. |
Is-swieq ta’ reach stackers, handlers tal-containers vojta u t-trakkijiet heavy-duty tal-forklift (kapaċità ta’ > 10 tunnellata) għandhom kamp ta’ applikazzjoni mifrux maż-ŻEE kollha; |
|
4.4. |
Is-swieq ta’ spreaders ta’ tagħmir mobbli għandhom ambitu mifrux maż-ŻEE kollha. |
Valutazzjoni Kompetittiva
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba l-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti fir-rigward tal-produzzjoni u l-provvista ta’: |
|
5.1. |
RTGS; |
|
5.2. |
Trasportaturi straddle u shuttle carriers; kif ukoll |
|
5.3. |
Reach stackers u trakkijiet heavy-duty forklift (kapaċità ta’ > 10 tunnellata). |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva billi telimina restrizzjonijiet kompetittivi importanti fir-rigward tal-produzzjoni u l-provvista ta’ handlers tal-containers vojta u trakkijiet heavy-duty tal-forklift (kapaċità ta’ > 10 tunnellata). |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba l-effetti vertikali (preklużjoni ta’ klijenti) fir-rigward tas-suq ta’ spreaders ta’ tagħmir mobbli. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-produzzjoni u l-provvista ta’: |
|
8.1. |
ASCs; |
|
8.2. |
Tratturi terminali u AGVs; kif ukoll |
|
8.3. |
Spreaders tal-krejnijiet. |
Impenji
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-Impenji tal-KAS tas-6 ta’ Jannar 2022 bl-addendum tal-20 ta’ Jannar 2022 jittrattaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-produzzjoni u l-provvista ta’: |
|
9.1. |
RTGs u |
|
9.2. |
Trasportaturi straddle u shuttle carriers. |
|
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-Impenji tal-MEQ tas-6 ta’ Jannar 2022 jittrattaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-produzzjoni u l-provvista ta’: |
|
10.1. |
Reach stackers; |
|
10.2. |
Handlers tal-containers vojta; |
|
10.3. |
Trakkijiet heavy-duty tal-forklift (kapaċità ta’ > 10 tunnellata); kif ukoll |
|
10.4. |
Spreaders ta’ tagħmir mobbli. |
|
11. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li, soġġett għall-konformità sħiħa mal-Impenji tal-KAS u tal-MEQ, it-Tranżazzjoni ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. |
Kompatibilità mas-Suq Intern
|
12. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni għalhekk jenħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE f’konformità mal-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
5.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/61 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Il-Każ M.10078 – Cargotec / Konecranes
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 298/06)
1.
Fit-28 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha Cargotec Corporation (“Cargotec”) beħsiebha tidħol f’fużjoni sħiħa, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2), ma’ Konecranes Plc (“Konecranes”) (it-“Tranżazzjoni Proposta”). Għall-finijiet ta’ dan ir-rapport, Cargotec u Konecranes huma flimkien imsejħa “il-Partijiet”.
2.
Fit-2 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, billi l-investigazzjoni tal-ewwel fażi tal-Kummissjoni esprimiet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tat-Tranżazzjoni Proposta mas-suq intern.
3.
Fl-20 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, li tirrikjedi li l-Partijiet jipprovdu informazzjoni li kienet is-suġġett ta’ żewġ talbiet preċedenti għall-informazzjoni. Il-limitu ta’ żmien applikabbli msemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ġie sospiż mill-20 ta’ Lulju 2021 sat-13 ta’ Settembru 2021.
4.
Fit-22 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet indirizzata lill-Partijiet (id-“DO”). Id-DO ġiet innotifikata formalment lill-Partijiet fil-25 ta’ Ottubru 2021 (3) u l-Partijiet ingħataw skadenza biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom sad-9 ta’ Novembru 2021.
5.
Il-Partijiet ingħataw aċċess għall-fajl fil-25 ta’ Ottubru 2021 permezz ta’ DVD, kif ukoll permezz ta’ kamra tad-data organizzata bejn il-25 u d-29 ta’ Ottubru 2021. Wara talba mill-Partijiet lid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fid-29 ta’ Ottubru 2021, li talbet aċċess għal ċerta informazzjoni meqjusa bħala kunfidenzjali minn fornituri ta’ informazzjoni terzi, il-Partijiet ingħataw aċċess għal sitt dokumenti addizzjonali bejn id-29 ta’ Ottubru u l-5 ta’ Novembru 2021. Aċċess addizzjonali għall-fajl ingħata wkoll fit-3 (4) u l-21 ta’ Diċembru 2021, kif ukoll fis-17 ta’ Jannar 2022. B’talba tagħhom tat-22 ta’ Diċembru 2021, il-Partijiet irċevew verżjonijiet inqas redatti ta’ żewġ dokumenti, li ġew ipprovduti lilhom fit-22 ta’ Diċembru 2021 u fl-10 ta’ Jannar 2022 rispettivament.
6.
Jien ma rċevejt l-ebda lment jew talba mingħand il-Partijiet rigward l-aċċess għall-fajl.
7.
Bejn il-21 ta’ Ottubru u l-11 ta’ Novembru 2021, aċċettajt tmien impriżi (kompetituri, fornituri u/jew klijenti tal-Partijiet) bħala terzi persuni interessati f’dan il-każ. It-terzi persuni interessati kollha ġew ipprovduti b’verżjoni mhux kunfidenzjali tad-DO u ngħataw skadenza biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Żewġ terzi persuni interessati ppreżentaw il-kummenti tagħhom. Wieħed minnhom talab ukoll li jattendi s-seduta ta’ smigħ orali u ġie ammess.
8.
Fid-9 ta’ Novembru 2021, il-Partijiet ippreżentaw it-tweġiba tagħhom għad-DO, skont l-iskadenza għat-tweġiba sa din id-data.
9.
Fit-tweġiba tagħhom għad-DO, il-Partijiet talbu li ssir seduta ta’ smigħ orali formali, li saret fis-16 ta’ Novembru 2021. Is-seduta pproċediet mingħajr xkiel. Ma kienx hemm problemi proċedurali jew ilmenti li tqajmu fir-rigward tas-seduta.
10.
Fit-23 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni estendiet l-iskadenza għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni b’20 jum ta’ xogħol, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
11.
Fit-2 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ fatti lill-Partijiet, biex tippreżenta elementi fattwali addizzjonali u/jew aġġornati li tqiesu mill-Kummissjoni bħala li jappoġġaw il-konklużjonijiet preliminari li saru fid-DO u li huma potenzjalment rilevanti biex jissostanzjaw id-deċiżjoni finali tagħha.
12.
Fid-9 ta’ Diċembru 2021, il-Partijiet ippreżentaw impenji, bil-għan li jagħmlu t-Tranżazzjoni Proposta kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (l-“Impenji Inizjali”). Fl-istess ġurnata, il-Kummissjoni nediet eżami tas-suq tal-Impenn Inizjali.
13.
Fl-10 ta’ Diċembru 2021, il-Partijiet ippreżentaw il-kummenti bil-miktub tagħhom dwar l-ittra li tesponi l-fatti.
14.
Fis-6 ta’ Jannar 2022, wara li rċevew feedback mill-Kummissjoni dwar l-Impenji Inizjali, il-Partijiet ippreżentaw, f’konformità mal-Artikolu 8(2) u 10(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, bil-ħsieb li t-Tranżazzjoni Proposta ssir kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Fl-istess jum, il-Kummissjoni nediet test tas-suq ta’ dawn l-impenji riveduti. Wara addendum ieħor għal dik il-parti speċifika tal-impenji riveduti, ippreżentat mill-Partijiet fl-20 ta’ Jannar 2022, is-sett rivedut ta’ impenji sar finali (l-“Impenji Finali”).
15.
L-abbozz tad-deċiżjoni jiddikjara li t-Tranżazzjoni Proposta hija kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE, soġġett għal konformità sħiħa mal-Impenji Finali.
16.
Irrieżaminajt l-abbozz tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE u kkonkludejt li dan jittratta biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.
17.
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, nikkunsidra li f’dan il-każ, l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie rispettat.
Brussell, il-15 ta’ Frar 2022.
Dorothe DALHEIMER
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
(3) Kopja informali ta’ informazzjoni bil-quddiem tad-DO ġiet ipprovduta lill-Partijiet fit-22 ta’ Ottubru 2021.
(4) Fis-6 ta’ Diċembru 2021 ġiet organizzata wkoll kamra tad-data oħra.
|
5.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/63 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-24 ta’ Frar 2022
li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
(Il-Każ M.10078 – Cargotec/Konecranes)
(notifikat permezz tad-dokument numru C(2022) 1070)
(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 298/07)
Fl-24 ta’ Frar 2022 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tinsab bl-Ingliż fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm?clear=1&policy_area_id=2
I. IL-PARTIJIET
|
(1) |
Cargotec, bil-kwartieri ġenerali f’Ħelsinki, il-Finlandja, toffri tagħmir u servizzi b’mod partikolari għall-immaniġġar tal-merkanzija fil-portijiet, it-terminals, u għat-trasport bil-baħar u bit-triq. L-attivitajiet ewlenin ta’ Cargotec huma organizzati (i) fin-negozju ta’ Kalmar, li joffri tagħmir għall-immaniġġar tal-containers u soluzzjonijiet awtomatizzati tat-terminals; (ii) Hiab, li toffri tagħmir għat-tqandil tat-tagħbija fit-triq; u (iii) MacGregor, li tipprovdi soluzzjonijiet u servizzi ta’ inġinerija għall-industrija marittima. |
|
(2) |
Konecranes, li għandha l-kwartieri ġenerali f’Hyvinkää, il-Finlandja, toffri tagħmir u servizzi b’mod partikolari għall-irfigħ u l-immaniġġar tal-merkanzija fit-tarzni, fil-portijiet u fit-terminals. L-attivitajiet ewlenin ta’ Konecranes huma organizzati (i) fin-negozju ta’ Port Solutions, li joffri tagħmir għall-immaniġġar tal-containers u teknoloġija ta’ awtomatizzazzjoni; (ii) Industrial Equipment, li toffri paranki, krejnijiet u soluzzjonijiet għat-trattament tal-materjali għall-industriji tal-manifattura u l-ipproċessar. |
II. L-OPERAZZJONI
|
(3) |
Fit-28 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”) li permezz tagħha Cargotec Corporation (“Cargotec”, il-Finlandja) beħsiebha tidħol f’fużjoni sħiħa fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, ma’ Konecranes Plc (“Konecranes”, il-Finlandja) permezz ta’ fużjoni statutorja ta’ assorbiment skont il-liġi Finlandiża (it-“Tranżazzjoni” u t-“Tranżazzjoni Proposta”) (2). Cargotec u Konecranes flimkien jissejħu l-“Partijiet Notifikanti” jew il-“Partijiet”. |
|
(4) |
Fit-2 ta’ Lulju 2021, fuq il-bażi tal-investigazzjoni inizjali tas-suq, il-Kummissjoni semmiet dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tat-Tranżazzjoni mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, u adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
(5) |
Fit-22 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”). Fid-DO, il-Kummissjoni stabbiliet il-fehma preliminari li t-Tranżazzjoni x’aktarx ixxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern, fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. B’mod partikolari, il-Kummissjoni semmiet oġġezzjonijiet fis-suq tal-krejnijiet tal-irfid bil-gomma (rubber-tired gantry cranes, RTGs), fis-swieq tat-trasportaturi straddle u shuttle carriers kif ukoll fis-swieq tat-tagħmir mobbli li ġejjin: reach stackers, handlers tal-containers vojta u trakkijiet heavy-lift tal-forklift (kapaċità ta’ > 10 tunnellati). Il-Kummissjoni esprimiet ukoll tħassib dwar l-esklużjoni tal-klijenti rigward il-provvista ta’ spreaders ta’ tagħmir mobbli. |
|
(6) |
Fid-9 ta’ Novembru 2021, il-Partijiet Notifikanti ppreżentaw it-tweġiba tagħhom għad-DO u fis-16 ta’ Novembru 2021, saret Seduta Orali. Hekk kif il-Kummissjoni sostniet l-oġġezzjonijiet tagħha, fid-9 ta’ Diċembru 2021, il-Partijiet Notifikanti ppreżentaw impenji skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet biex jittrattaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikati fid-DO. Fid-dawl tar-riżultati tat-test tas-suq, fis-6 ta’ Jannar 2022 il-Partijiet Notifikanti ppreżentaw impenji riveduti. Fid-dawl tar-riżultati tat-tieni test tas-suq, il-Partijiet Notifikanti ppreżentaw addendum lill-Kummissjoni fl-20 ta’ Jannar 2022. |
III. SOMMARJU
|
(7) |
Il-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-kompatibbiltà mas-suq intern fir-rigward ta’ krejnijiet tal-irfid bil-gomma (“RTGs”), trasportaturi straddle/shuttle carriers, reach stackers, handlers tal-containers vojta u trakkijiet heavy-lift tal-forklift (kapaċità ta’ > 10 tunnellati). Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet ukoll tħassib dwar il-preklużjoni tal-klijenti rigward il-provvista ta’ spreaders ta’ tagħmir mobbli. |
|
(8) |
Fuq il-bażi tar-riżultati tat-test tas-suq, u l-valutazzjoni tal-impenji, l-impenji riveduti jeliminaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni li jirriżulta mit-Tranżazzjoni proposta. |
|
(9) |
Għaldaqstant, qed tiġi proposta għall-adozzjoni deċiżjoni tal-ikklerjar skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
IV. MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.1. IS-SWIEQ TAL-PRODOTTI RILEVANTI
|
(10) |
Din it-Taqsima tippreżenta s-swieq rilevanti fejn il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li t-Tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva. Il-Kummissjoni ddefiniet u investigat ukoll swieq rilevanti oħra fejn l-attivitajiet tal-Partijiet jikkoinċidu, jew fejn kien hemm rabtiet vertikali iżda fejn ma tqajjem l-ebda tħassib (3). |
1.1.1. Is-Suq tal-Krejnijiet tal-Irfid bil-Gomma
|
(11) |
Il-krejnijiet tal-irfid bil-gomma (rubber-tired gantry cranes, “RTGs”) huma l-aktar sistema komuni ta’ mmaniġġar tat-tarzna f’terminals tal-containers kbar u f’postijiet speċjalizzati għall-ħżin tal-containers. Filwaqt li l-maġġoranza l-kbira tal-RTGs jitħaddmu manwalment, iż-żewġ Partijiet ibigħu wkoll RTGs awtomatizzati, li huma kkontrollati permezz ta’ soluzzjoni ta’ software. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-swieq għall-RTGs (jew imħaddma manwalment jew awtomatizzati) x’aktarx jikkostitwixxu swieq separati minn krejnijiet tal-irfid oħrajn bħal krejnijiet tal-irfid immuntati fuq il-binarji (rail-mounted gantry cranes, “RMGs”) jew krejnijiet tal-istivar awtomatizzati (automated stacking cranes, “ASCs”). |
|
(13) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li l-fornituri attivi barra miż-ŻEE ma jikkostitwixxux restrizzjoni kompetittiva effettiva għall-fornituri taż-ŻEE u għalhekk hija tal-fehma li s-suq ġeografiku rilevanti għall-provvista tal-RTGs huwa mifrux maż-ŻEE kollha. |
1.1.2. Is-Suq tat-Trasportaturi Straddle u Shuttle Carriers
|
(14) |
Kemm trasportaturi straddle kif ukoll shuttle carriers huma mmuntati fuq ir-roti u għandhom struttura ta’ rfigħ li tippermettilhom li jerfgħu l-containers. Trasportaturi straddle jistgħu jerfgħu u jistivaw containers sa għoli ta’ erbgħa fuq xulxin. Dawn jintużaw ukoll għat-trasport ta’ containers minn u lejn it-tarzna, kif ukoll biex jgħabbu/iħottu trakkijiet u vaguni li jimxu fuq il-binarji. Ix-shuttle carriers huma fil-biċċa l-kbira identiċi għal trasportaturi straddle iżda huma iqsar, u għalhekk jintużaw primarjament għat-trasport tal-containers (u mhux biex jistivawhom). |
|
(15) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-trasportaturi straddle u x-shuttle carriers jikkostitwixxu suq tal-prodott distint minn tipi oħra ta’ tagħmir orizzontali u tagħmir li jistiva bħall-krejnijiet tal-irfid. Sottosegmentazzjoni ulterjuri fi trasportaturi straddle u shuttle carriers tista’ finalment titħalla miftuħa, billi t-Tranżazzjoni Proposta toħloq tħassib kemm f’dawn is-segmentazzjonijiet kif ukoll fis-suq ġenerali. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni tqis li d-delineazzjoni eżatta tas-suq ġeografiku tista’ titħalla miftuħa għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni billi t-Tranżazzjoni Proposta toħloq tħassib kemm fi swieq ġeografiċi madwar iż-ŻEE kif ukoll f’dawk globali. |
1.1.3. Is-Swieq tat-Tagħmir Mobbli
|
(17) |
It-tagħmir mobbli jintuża prinċipalment għat-trasport u l-irfigħ ta’ containers, merkanzija oħra u xkafef ċatti fit-terminals. Normalment tinkludi dawk li jimmaniġġaw il-containers (vojta jew mimlija) u trakkijiet tal-forklift minbarra r-reach stackers. Dan it-tagħmir jintuża wkoll minn kumpaniji industrijali u loġistiċi. |
|
(18) |
Ir-reach stackers għandhom boom bi spreader li jaqbad il-container minn fuq, li jippermettilu jopera diversi ringieli fil-fond (jiġifieri jistgħu jilħqu containers li jinsabu fit-tieni jew fit-tielet ringiela ta’ containers stivati). |
|
(19) |
Il-handlers tal-containers vojta huma trakkijiet bil-mast lift li kapaċi jistivaw il-containers fl-ewwel ringiela biss. Dawn għandhom kapaċità ta’ rfigħ aktar baxxa minn dawk li jimmaniġġaw il-containers sħaħ u jintużaw biex jistivaw containers mhux mgħobbija, ġeneralment sa għoli ta’ tmien containers fuq xulxin. |
|
(20) |
Trakkijiet heavy-duty tal-forklift (b’kapaċità ta’ >10 tunnellati) huma trakkijiet bil-mast lift mgħammra b’furketta. Huma jintużaw għal firxa ta’ applikazzjonijiet ta’ rfigħ ta’ oġġetti tqal, inklużi oġġetti mhux fil-containers u merkanzija. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni tqis li r-reach stackers, il-handlers tal-containers vojta u trakkijiet heavy-duty tal-forklift (kapaċità ta’ > 10 tunnellati) jikkostitwixxu kull wieħed minnhom suq distint tal-prodotti, prinċipalment minħabba s-sostitwibbiltà limitata ħafna min-naħa tad-domanda u s-sostitwibbiltà limitata min-naħa tal-provvista. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li kull wieħed minn dawn it-tliet swieq tal-prodotti huwa mifrux maż-ŻEE kollha, minħabba l-karatteristiċi tad-domanda u xi fatturi tal-provvista bħall-ħtieġa għal preżenza reġjonali. |
1.1.4. Spreaders
|
(23) |
Spreaders huma apparati li jintużaw għall-ħtif tal-containers u merkanzija unitizzata, normalment b’mekkaniżmu ta’ llokkjar f’kull rokna tal-ispreader li jeħel mal-erba’ kantunieri tal-container. Dawn jintużaw fit-tipi kollha ta’ krejnijiet tal-port, xi tagħmir tat-trasport orizzontali u xi tagħmir mobbli. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ispreaders tat-tagħmir mobbli jikkostitwixxu suq separat minn tipi oħra ta’ spreaders, inkluż minn spreaders tal-krejnijiet, minħabba n-nuqqas ta’ sostitwibbiltà min-naħa tad-domanda u s-sostitwibbiltà limitata min-naħa tal-provvista. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni tqis li s-suq ġeografiku rilevanti huwa mifrux mill-inqas madwar iż-ŻEE kollha. |
1.2. VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA
|
(26) |
Din it-Taqsima tiffoka wkoll fuq is-swieq rilevanti fejn il-Kummissjoni qieset li t-Tranżazzjoni tista’ xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva. |
1.2.1. Effetti mhux koordinati orizzontali fis-suq għall-RTGs
|
(27) |
Fis-suq għall-RTGs, l-entità fuża jkollha sehem kombinat ta’ [70-80]% fiż-ŻEE, li jkun tliet darbiet akbar mill-kompetitur li jmiss, ZPMC. Filwaqt li Cargotec kienet qed tonqos fis-sehem tagħha, Konecranes baqgħet il-mexxej tas-suq mhux ikkontestat. Filwaqt li ZPMC kibret reċentement, dan huwa bbażat prinċipalment fuq offerta waħda, l-akbar waħda li qatt ingħatat fiż-ŻEE. Barra minn hekk, l-ispeċifiċità tad-domanda taż-ŻEE, u l-ostakli kbar għad-dħul jispjegaw għaliex atturi oħra mhux ibbażati fiż-ŻEE ma biegħux biċċa waħda ta’ tagħmir RTG lil xi klijent f’dawn l-aħħar 10 snin. Fornituri oħra taż-ŻEE huma żgħar wisq biex jikkostitwixxu alternattiva reali għall-Partijiet. Fir-rigward tat-tnaqqis fil-profittabbiltà tan-negozju Cargotec, l-evidenza pprovduta mill-Partijiet mhijiex biżżejjed biex jiġi konkluż li Cargotec se toħroġ mis-suq fin-nuqqas tal-fużjoni. |
|
(28) |
Fl-abbozz, il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li t-Tranżazzjoni kif innotifikata tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva billi toħloq pożizzjoni dominanti fis-suq tal-RTGs taż-ŻEE. |
1.2.2. Effetti orizzontali mhux koordinati fis-suq tat-trasportaturi straddle/shuttle carriers
|
(29) |
Fit-trasportaturi straddle u x-shuttle carriers, it-Tranżazzjoni essenzjalment tirriżulta f’fużjoni ta’ monopolju, b’ishma ta’ [90-100]% kemm fil-livell taż-ŻEE kif ukoll f’dak globali. Filwaqt li ZPMC taċ-Ċina reċentement daħlet fis-suq, dan ikun l-uniku kompetitur (żgħir ħafna) li tħalla fis-suq. L-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li huwa improbabbli li ZPMC tirċievi ordnijiet fuq skala kbira fil-ħames snin li ġejjin. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li t-Tranżazzjoni kif innotifikata tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva billi toħloq pożizzjoni dominanti. |
1.2.3. Effetti orizzontali mhux koordinati fis-swieq tat-tagħmir mobbli
|
(31) |
Fis-suq tar-reach stackers, it-Tranżazzjoni twassal għal sehem kbir ħafna mis-suq tal-Entità Fuża (aktar minn 70 %) f’suq diġà kkonċentrat. Dan jelimina wkoll il-kompetizzjoni bejn il-Partijiet Notifikanti, li jikkompetu b’mod intensiv u mill-qrib u li għandhom pjanijiet biex iżidu s-sehem tagħhom. Barra minn hekk, ma hemmx biżżejjed alternattivi biex l-entità fuża tiġi ristretta. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li t-Tranżazzjoni kif innotifikata xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva billi toħloq pożizzjoni dominanti. |
|
(33) |
Fis-suq tal-handlers tal-containers vojta, it-Tranżazzjoni toħloq sitwazzjoni kważi duopolistika fejn l-Entità Fuża tkun il-mexxej tas-suq b’sehem kbir mis-suq ([40-50]%) u kompetitur kbir wieħed biss (Hyster). It-Tranżazzjoni telimina l-kompetizzjoni bejn il-Partijiet Notifikanti, li qabel it-Tranżazzjoni jikkompetu b’mod intensiv u mill-qrib. Barra minn hekk, ma hemmx biżżejjed alternattivi biex l-entità fuża tiġi ristretta. Għall-kuntrarju, it-Tranżazzjoni x’aktarx tnaqqas il-pressjoni kompetittiva fuq il-kompetituri li jifdal, u b’hekk aktarx li jkun hemm żieda fil-prezz tat-tieni ordni. |
|
(34) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva, billi telimina restrizzjonijiet kompetittivi importanti li l-Partijiet Notifikanti kienu eżerċitaw fuq xulxin u billi tnaqqas il-pressjoni kompetittiva fuq il-bqija tal-kompetituri. |
|
(35) |
Fis-suq tat-trakkijiet heavy-duty tal-forklift (kapaċità ta’ > 10 tunnellati), it-Tranżazzjoni twassal għal sehem kbir ħafna mis-suq tal-Entità Fuża (aktar minn 50 %) f’suq diġà kkonċentrat. Dan jelimina wkoll il-kompetizzjoni bejn il-Partijiet Notifikanti, li jikkompetu b’mod intensiv u mill-qrib. Barra minn hekk, ma hemmx biżżejjed alternattivi biex l-entità fuża tiġi ristretta. |
|
(36) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq tat-trakkijiet heavy-duty tal-forklift taż-ŻEE (kapaċità ta’ > 10 tunnellati), billi toħloq pożizzjoni dominanti u billi telimina restrizzjonijiet kompetittivi importanti. |
1.2.4. Effetti ta’ preklużjoni tal-klijenti fis-suq ta’ spreaders ta’ tagħmir mobbli
|
(37) |
Fir-rigward tar-rabtiet vertikali, Cargotec bħalissa hija attiva permezz tas-sussidjarja tagħha Bromma fil-provvista upstream ta’ spreaders ta’ tagħmir mobbli. Konecranes iġib miegħu spreaders ta’ tagħmir mobbli mingħand l-uniku manifattur indipendenti, Elme. Iċ-ċaqliq tad-domanda sinifikanti ta’ Konecranes għal Bromma għalhekk jaffettwa lil Elme, u jkollu impatt fuq is-suq. Minħabba l-pożizzjoni ta’ Cargotec fis-suq upstream, l-importanza ta’ Konecranes downstream, kif ukoll il-pożizzjoni kkombinata fit-tagħmir mobbli downstream, l-Entità Fuża jkollha l-kapaċità u l-inċentiv li teskludi lil Elme mill-klijent importanti tagħha. |
1.2.5. Konklużjoni
|
(38) |
Id-Deċiżjoni, għalhekk, tikkonkludi li l-konċentrazzjoni notifikata tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-Suq Intern fir-rigward ta’ RTGs, trasportaturi straddle/shuttle carriers, reach stackers, handlers tal-containers vojta u trakkijiet heavy-duty tal-irfigħ (kapaċità ta’ > 10 tunnellati). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqajjem ukoll tħassib dwar il-preklużjoni tal-klijenti rigward il-provvista ta’ spreaders ta’ tagħmir mobbli. |
1.2.6. Impenji ppreżentati mill-Partijiet
|
(39) |
Biex jittrattaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni indikat aktar ’il fuq, il-Partijiet ippreżentaw l-impenji deskritti hawn taħt. |
|
(40) |
Biex tittrazza t-tħassib fl-RTGs u fis-swieq tat-trasportaturi straddle u shuttle carriers, Cargotec timpenja ruħha li tbigħ il-krejnijiet tal-port u l-unità tan-negozju tat-trasportaturi straddle/shuttle carriers tagħha, magħrufa bħala “Kalmar Automation Solutions” jew “KAS”. Id-Divestiment tal-KAS jinkludi l-assi tanġibbli u intanġibbli kollha u l-persunal kif deskritt fl-Iskeda u l-Appendiċijiet tal-Impenji (il-“Pakkett KAS”), fost l-oħrajn:
|
|
(41) |
Il-pakkett jipprevedi wkoll iċ-ċessjoni tas-sit ta’ assemblaġġ ta’ Cargotec fi Stargard, bl-eċċezzjoni tal-persunal u l-assi kollha użati mill-unità tan-negozju tal-krejnijiet tat-tagħbija ta’ Cargotec Hiab. Cargotec se jagħti wkoll l-assi u l-persunal kollu li jintużaw esklussivament għan-negozju tat-tagħmir mobbli ta’ Cargotec soġġett għall-opinjoni u l-approvazzjoni tat-Trustee tal-Monitoraġġ mill-Kummissjoni. It-trasferiment ta’ dawn l-assi għandu jitlesta fi żmien erbgħa u għoxrin (24) xahar mill-għeluq. Sadanittant, Cargotec u x-xerrej se jidħlu fi ftehim tranżitorju ta’ kiri u servizzi. |
|
(42) |
Barra minn hekk, il-pakkett jinkludi klawżola tax-xerrej bil-quddiem u kriterji speċifiċi tax-xerrej. |
|
(43) |
Biex jindirizza t-tħassib fis-swieq tat-tagħmir mobbli, Konecranes jimpenja ruħu li jċedi n-negozju tiegħu għall-manifattura, u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ reach stackers, handlers sħaħ tal-containers, handlers tal-containers vojta, kif ukoll trakkijiet tal-forklift u spare parts relatati u appoġġ tekniku (il-“Pakkett MEQ”). Fost l-assi tanġibbli u intanġibbli u l-persunal li għandu jiġi divestit hemm:
|
|
(44) |
Dan il-pakkett jinkludi wkoll klawżola tax-xerrej bil-quddiem. |
1.2.7. Il-valutazzjoni tal-impenji ppreżentati
|
(45) |
Il-Kummissjoni tqis li l-pakkett tal-KAS ineħħi t-trikkib orizzontali kollu kkawżat mit-Tranżazzjoni fl-RTGs kif ukoll fis-swieq tat-trasportaturi straddle u shuttle carriers. Il-pakkett tal-KAS jikkonsisti wkoll f’negozju vijabbli u awtonomu li jista’ jikkompeti b’mod effettiv mal-Entità Fuża fuq bażi dejjiema. B’mod partikolari, il-qtugħ bil-maqlub tal-impjant ta’ Stargard u l-liċenzja segwiti minn perjodu ta’ black-out tal-Kalmar Brand, b’mod partikolari, jikkontribwixxu għall-attraenza u l-vijabbiltà tan-negozju ta’ ċessjoni. Barra minn hekk, il-klawżola tax-xerrej bil-quddiem flimkien mal-approvazzjoni meħtieġa tal-Kummissjoni biex iżżomm kwalunkwe assi fl-impjant ta’ Stargard jimmitigaw ir-riskji ta’ implimentazzjoni ta’ tali divestiment. |
|
(46) |
Il-Kummissjoni tqis li l-pakkett tal-MEQ ineħħi t-trikkib orizzontali fis-swieq tat-tagħmir mobbli u r-riskju ta’ preklużjoni tal-klijenti fis-suq ta’ spreaders tat-tagħmir mobbli. Il-pakkett tal-MEQ jinkludi wkoll negozju vijabbli u kompetittiv li jista’ jikkompeti b’mod effettiv mal-Entità Fuża fuq bażi dejjiema. Barra minn hekk, il-klawżola tax-xerrej bil-quddiem tiżgura li t-Tranżazzjoni tiġi implimentata biss ladarba l-Kummissjoni tkun approvat xerrej, u b’hekk tillimita kwalunkwe riskju potenzjali ta’ implimentazzjoni. |
|
(47) |
Fl-abbozz tad-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni, għalhekk, waslet għall-konklużjoni li, fuq il-bażi tal-impenji ppreżentati mill-Partijiet, il-konċentrazzjoni notifikata mhux se twassal għal xkiel sinifikanti tal-kompetizzjoni fis-swieq li ġejjin: RTGs, trasportaturi straddle u shuttle carriers, reach stackers, handlers tal-containers vojta, trakkijiet heavy-duty tal-forklift u spreaders ta’ tagħmir mobbli. |
V. KONKLUŻJONI
|
(48) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li, suġġett għal konformità sħiħa mal-impenji mogħtija mill-Partijiet, il-konċentrazzjoni proposta mhux se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni fis-Suq Intern jew f’parti sostanzjali tiegħu. |
|
(49) |
Konsegwentement, il-konċentrazzjoni jenħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-Suq Intern u l-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, f’konformità mal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, bil-kundizzjonijiet u l-obbligi maħsuba biex jiżguraw li l-impriżi kkonċernati jikkonformaw mal-impenji li jkunu daħlu għalihom vis-à-vis l-Kummissjoni. |
(2) Pubblikazzjoni fil-ĠU C 215, 7.6.2021, p. 8.
(3) Dawn is-swieq jikkonċernaw it-trikkib orizzontali fis-suq tal-krejnijiet bejn il-vapuri u x-xatt, is-suq tal-krejnijiet bil-gantry bil-magna ferrovjarja u s-suq tal-krejnijiet tal-istivar awtomatiku, it-trikkib potenzjali fis-suq awtomizzat tal-vetturi ggwidati u fis-suq tat-tratturi terminali, kif ukoll ir-rabta vertikali bejn is-suq ta’ spreaders tal-krejnijiet (upstream) u l-krejnijiet portwali mobbli (downstream).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/70 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10814 – HEDIN / MOTOR-CAR)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 298/08)
1.
Fit-28 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Hedin Group (l-Iżvezja), |
|
— |
L-attivitajiet ta’ Wiesenthal Autohandels AG fis-Slovakkja, li jinkludu Motor-Car Bratislava spol s.r.o. (“Motor-Car”, is-Slovakkja) u Mercedes-Benz Financial Services Slovakia s.r.o. (“MBFSS”, is-Slovakkja). |
Hedin Group se jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Motor-Car kollha kemm hi u parteċipazzjoni azzjonista minoritarja mingħajr kontroll f’MBFSS.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Hedin Group huwa attiv fil-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut ta’ vetturi bil-mutur ġodda u spare parts tat-tagħmir oriġinali, id-distribuzzjoni bl-imnut ta’ vetturi bil-mutur u spare parts użati u t-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur fl-Iżvezja, il-Belġju, il-Ġermanja, in-Netherlands, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Finlandja, |
|
— |
Motor-Car huma attivi fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ vetturi bil-mutur u spare parts u fit-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur prinċipalment fiċ-Ċekja, fl-Ungerija u fis-Slovakkja, |
|
— |
MBFSS hija attiva fil-forniment ta’ servizzi ta’ finanzjament u lokazzjoni li għandhom x’jaqsmu mad-distribuzzjoni ta’ vetturi tal-marki Daimler fis-Slovakkja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10814 – HEDIN / MOTOR-CAR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/72 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 298/09)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU
Coteaux Varois en Provence
PDO-FR-A0725-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 18.5.2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. L-isem tad-denominazzjoni
L-ortografija tad-denominazzjoni Coteaux Varois en Provence ġiet armonizzata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kollha sabiex Varois tinkiteb b’“V” kbira.
Din l-armonizzazzjoni ma taffettwax id-Dokument Uniku.
2. Iż-żoni li fihom isiru operazzjonijiet differenti
Il-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni Coteaux Varois en Provence ġie emendat fil-punt “IV – Żoni li fihom isiru operazzjonijiet differenti” li ġie ssupplimentat bir-referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali li jirrikonoxxi u jistabbilixxi l-lista tal-muniċipalitajiet għal kull département fil-livell nazzjonali. Din l-emenda fil-kitba tagħmilha possibbli li ssir referenza għaż-żona ġeografika skont kif inhi fil-verżjoni fis-seħħ fl-2020 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, ippubblikat mill-INSEE u li tikkonferma legalment id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika.
Id-Dokument Uniku ġie kkompletat b’din ir-referenza fil-punt “Iż-żona ġeografika” kif ukoll fil-punt “Iż-żona fil-viċinanza immedjata”
3. Ġestjoni tal-vinja
Il-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni Coteaux Varois en Provence ġie aġġornat fil-punt “VI. – Ġestjoni tal-vinja” biex issir reviżjoni tal-kriterji li jiddefinixxu d-densità tat-tħawwil. Tneħħa l-għadd minimu ta’ dwieli għal kull ettaru. Id-densità tat-tħawwil ġiet ikkalkulata skont erja massima ta’ 2,50 metri kwadri għal kull dielja. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati d-distanzi bejn il-flanni u l-ispazju bejn id-dwieli. Il-wisa' bejn il-flanni ma tistax taqbeż iż-2,50 metri, u l-wisa' bejn dielja u oħra fl-istess flann ma tistax tkun inqas minn 0,80 metru.
Il-punt “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” tad-Dokument Uniku ġie emendat.
4. Dispożizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti
Il-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni Coteaux Varois en Provence ġie aġġornat fil-punt “IX. – “4°- Dispożizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq għall-konsumatur” billi tneħħiet id-data li fiha l-inbejjed jistgħu jiċċirkolaw bejn id-diversi kummerċjanti. Bit-tneħħija ta’ din id-data l-inbejjed jistgħu jiċċirkolaw liberament bejn il-kummerċjanti malli tintemm il-vinifikazzjoni.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
5. Obbligi ta’ dikjarazzjoni
Il-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni Coteaux Varois en Provence, ġie emendat fil-punt “3.Dikjarazzjoni qabel l-ippakkjar” sabiex jispeċifika sempliċiment li kwalunkwe operatur li jixtieq jippakkja nbid tad-denominazzjoni għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-ippakkjar għal-lott ikkonċernat għand l-awtorità ta’ kontroll approvata. Il-lott huwa ddefinit bħala grupp omoġenju li jkun ġej minn kontenitur wieħed jew aktar. Il-metodi tad-dikjarazzjoni li l-operaturi jridu jsegwu jinsabu fil-pjan ta’ kontroll tad-denominazzjoni.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
6. Punti ewlenin tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li jridu jiġu kkontrollati
Il-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni Coteaux Varois en Provence, ġie emendat sabiex tiġi aġġornata l-lista tal-punti ewlenin tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott magħżula għall-kontroll tal-prodotti.
Dan l-aġġornament ma jaffettwax id-Dokument Uniku.
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità responsabbli mill-kontroll ukoll ġew aġġornati fil-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dan l-aġġornament ġie inkluż fil-punt “Dettalji ta’ kuntatt” tad-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ ismijiet għar-reġistrazzjoni
Coteaux Varois en Provence
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Deskrizzjoni analitika
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed tad-denominazzjoni Coteaux Varois en Provence huma nbejjed ħomor, rożè u bojod bla gass.
Fl-istadju tal-ippakkjar, l-inbejjed ħomor ikollhom kontenut massimu ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 gramma għal kull litru.
Wara l-fermentazzjoni, l-inbejjed bojod u rożè jkollhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 4 g/l jew inqas, u dak tal-inbejjed ħomor ikun ta’ 3 g/l.
L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum ta’ 11 %.
Il-kriterji analitiċi l-oħra huma konformi mar-regoli tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Deskrizzjoni organolettika
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed rożè, xotti, b’kulur roża ċar u vibranti, jagħtu prominenza lit-tliet varjetajiet tad-dwieli ta’ Provence, jiġifieri cinsaut N, grenache N u syrah N u huma kkaratterizzati minn aromi ta’ frott frisk u spiss ta’ frott aħmar. Xi noti ta’ ħwawar jew tax-“xagħri” li jfakkru fis-sagħtar, fil-klin, fil-ġummar, fil-ġnibru,…, xi kultant jarrikkixxu l-kumplessità tal-profil aromatiku. Dawn l-inbejjed għandhom bilanċ tajjeb bejn il-freskezza u l-istruttura fil-palat.
L-inbejjed ħomor jiġu prinċipalment mit-taħlita armonjuża tal-varjetajiet tad-dwieli grenache N, syrah N u mourvèdre N. Dawn huma nbejjed ġenerużi, strutturati u adattati għall-maturazzjoni, b’tannini rikki u li jagħtu sensazzjoni ta’ ħarir fil-palat, mimlijin b’noti ta’ frott li jiżviluppaw fi rwejjaħ ta’ ħwawar u ta’ “xagħri”.
L-inbejjed bojod xotti jsiru l-aktar mill-varjetà vermentino B, spiss imħallta mal-varjetajiet grenache B, clairette B, u sémillon B jew ugni blanc B. Dawn l-inbejjed għandhom riħa delikata. Għandhom bilanċ tajjeb bejn il-freskezza u togħma mirquma fil-palat.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Prattika tal-kultivazzjoni
Densità tat-tħawwil:
L-erja massima disponibbli għal kull pjanta hija ta’ 2,50 metri kwadri. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati d-distanzi bejn il-flanni u l-ispazju bejn id-dwieli.
Il-wisa’ bejn il-flanni ma tistax taqbeż iż-2,50 metri, u l-wisa’ bejn dielja u oħra fl-istess flann ma tistax tkun inqas minn 0,80 metru.
|
— |
Id-dwieli jinżabru b’żabra qasira (bi tħarriġ f’forma ta’ sġajriet jew bis-sistema tal-Cordon de Royat); Kull dielja jkollha massimu ta’ 6 friegħi b’massimu ta’ 2 għejun, jiġifieri massimu ta’ 12-il għajn kull dielja. |
|
— |
Il-varjetajiet ta’ dwieli cabernet-sauvignon N u syrah N jistgħu jinżabru b’żabra twila msejħa “żabra Guyot”, b’massimu ta’ 10 għejun għal kull dielja, li 8 minnhom ikunu fuq iz-zokk it-twil. It-tisqija matul il-perjodu ta’ veġetazzjoni tad-dielja tista’ tiġi awtorizzata biss fil-każ ta’ nixfa persistenti u meta din tfixkel l-iżvilupp fiżjoloġiku tajjeb tad-dwieli u l-maturità tajba tal-għeneb. |
Prattika enoloġika speċifika
Għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, l-użu tal-karbonju għall-użu enoloġiku huwa awtorizzat għall-most u għall-inbejjed ġodda li jkunu għadhom qegħdin jiffermentaw wara l-għasir, sal-limitu ta’ 20 % tal-volum tal-inbejjed rożè prodotti mill-produttur tal-inbid ikkonċernat, għall-ħsad inkwistjoni.
Minbarra d-dispożizzjoni ta’ hawn fuq, f’dak li għandu x’qasam mal-prattiki enoloġiċi, l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
60 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-département ta’ Var fuq il-bażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2020: Barjols, Bras, Brignoles, Brue-Auriac, Camps-la-Source, La Celle, Châteauvert, Forcalqueiret, Garéoult, Méounes-lès-Montrieux, Nans-les-Pins, Néoules, Ollières, Pontevès, Rocbaron, La Roquebrussanne, Rougiers, Saint-Maximin-la-Sainte-Baume, Saint-Zacharie, Sainte-Anastasie-sur-Issole, Salernes, Seillons-Source-d’Argens, Signes, Tavernes, Tourves, Le Val, Varages, Villecroze.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Cabernet-Sauvignon N
Carignan N
Cinsaut N - Cinsault
Clairette B
Grenache N
Grenache blanc B
Mourvèdre N - Monastrell
Semillon B
Syrah N - Shiraz
Tibouren N
Ugni blanc B
Vermentino B - Rolle
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Deskrizzjoni tal-fatturi naturali li jikkontribwixxu għar-rabta
Iż-żona ġeografika tappartjeni għar-reġjun naturali tal-“Provence kalkarja”. Fin-Nofsinhar hija mdawra bil-muntanji ta’ Toulon u ta’ Sainte-Baume, fil-Lvant, mill-għoljiet ta’ Saint-Quinis, fit-Tramuntana mill-għoljiet ċatti ta’ Canjuers, mill-Punent mill-muntanja Aurélien u dik ta’ Sainte-Victoire, u tispikka minħabba l-għoljiet li jilħqu għoli ta’ bejn 600 metru u 1 000 metru u aktar fil-każ tal-muntanji ta’ Sainte-Baume. Iż-żona tifrex fuq it-territorju ta’ 28 muniċipalità tad-département ta’ Var madwar Brignoles.
Fiż-żona ġeografika, l-irqajja’ demarkati b’mod preċiż għall-ħsad tal-għeneb isegwu l-prattiki tat-tħawwil tal-vinja.
Il-ġeoloġija u t-topografija tagħha huma kkaratterizzati minn naħa, minn sensiela ta’ pjiegi taflija u tal-franka f’direzzjoni mil-Lvant għall-Punent li jalternaw ma’ żoni ta’ “gravettes” (kelma lokali użata għall-alluvjonijiet u l-kolluvjonijiet tal-ġebel) u ta’ żnied u min-naħa l-oħra, minn art għolja u ċatta magħmula minn formazzjonijiet Triassiċi li fiha jitwieldu x-xmajjar ewlenin ta’ Var.
L-altitudni tal-vinja, bejn 350 metru u 500 metru fil-każ tal-irqajja’ l-aktar fl-għoli, kif ukoll il-preżenza ta’ muntanji tal-blat tal-franka li jwaqqfu l-influwenzi marittimi, jagħtu lill-klima taż-żona ġeografika li madankollu hija Mediterranja, karattru aktar kontinentali, li jidher mill-preżenza tal-ballut fir-reġjun ta’ Brignoles u tal-ballut tat-tip Quercus humilis aktar lejn it-Tramuntana. L-ammont ta’ xita fis-sena jvarja bejn 700 millimetru u 900 millimetru u t-temperatura medja tilħaq it-13 °C. Il-ħarifa u r-rebbiegħa spiss ikunu moderati ħafna. Is-sjuf huma kkaratterizzati minn temperaturi għoljin li xi drabi jkunu jaħarqu ħafna matul il-ġurnata u li jittaffew bit-temperaturi aktar friski matul il-lejl. Ix-xtiewi jkunu kesħin u ħorox ħafna, iktar evidenti hawnhekk milli fil-bqija tar-reġjun ta’ Provence.
It-territorju tat-tkabbir tad-dwieli, protett bejn il-muntanji kalkarji miksija bl-imsaġar, jinsab fuq sodda ta’ tafal dekalċifikat u fuq il-ġnub tal-għoljiet kalkarji miksija b’kolluvjonijiet tal-ġebel. Il-widien huma dojoq u l-baċiri huma partikolari għall-altitudnijiet varjati. It-territorju huwa mdawwar miż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Côtes de Provence u dik tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Coteaux d’Aix-en-Provence, iżda jiddistingwi ruħu minħabba l-ħamrija tal-franka biss (jew taflija-kalkarja) u mill-klima aktar friska tiegħu.
8.2. Deskrizzjoni tal-fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta
Il-vinja ilha teżisti mill-epoka Rumana. L-espansjoni tagħha madankollu waqfet waqt l-invażjonijiet Barbari tas-sekli 5 u 6. Il-vinja reġgħet qabdet mill-ġdid, bis-saħħa tal-patrijiet tal-Abbazija ta’ Saint-Victor, imbagħad tat-Templari u l-Kontijiet ta’ Provence, li r-residenza tagħhom kienet tinsab fi Brignoles. Dawn l-inbejjed kienu jiġu kkunsmati l-aktar lokalment, b’mod partikolari fuq l-imwejjed tal-Kontijiet ta’ Provence jew fil-Parlament ta’ Aix, mill-Medju Evu sa tmiem is-seklu 19.
Il-pożizzjoni kontinentali taż-żona ġeografika wasslet biex il-bdiewa jkunu awtosuffiċjenti, billi fl-istess roqgħa art ikabbru dwieli, ċereali u żebbuġ, u b’hekk ħolqu pajsaġġ karatteristiku ta’ ringieli ta’ pjanti.
Bħall-bqija tal-vinji ta’ Provence, il-vinji huma varjati ħafna minħabba l-kummerċ li kien isir tul ir-rotot ta’ komunikazzjoni bejn Spanja, l-Italja u l-Wied ta’ Rhône, u li jaqsmu ż-żona ġeografika. Bil-mod il-mod, intgħażlu tnax-il varjetà ta’ għeneb minħabba li huma adattati għall-karatteristiċi taż-żona u minħabba l-kapaċità tagħhom li jipproduċu nbejjed ta’ kwalità, fosthom il-varjetajiet cinsaut N, grenache N u grenache blanc B, mourvèdre N, syrah N, tibouren N, carignan N, clairette B, ugni B u vermentino B (magħrufa lokalment bħala rolle).
It-tmiem tas-seklu 19, immarkat mill-iżvilupp tal-minjieri tal-boksajt madwar Brignoles, ikkontribwixxa għall-iżvilupp tal-kultivazzjoni tad-dwieli mill-ħaddiema tal-minjieri li kienu qed ifittxu dħul addizzjonali. Din l-evoluzzjoni fl-isfruttament tal-vinja żiedet l-influwenza tal-kooperazzjoni li bdiet fil-bidu tas-seklu 20 u li hija stabbilita ħafna fil-“Var ċentrali”.
L-isem ta’ “Coteaux varois” deher għall-ewwel darba fl-1945, f’test regolatorju li kien jistabbilixxi l-prezzijiet tal-inbejjed. Digriet tad-29 ta’ Jannar 1975, issupplimentat b’ieħor tat-18 ta’ Diċembru 1978, iddemarka ż-żona ta’ produzzjoni tal-“Vin de Pays des Coteaux varois”. Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 1984 irrikonoxxa d-denominazzjoni ta’ oriġini tal-inbid demarkat ta’ kwalità superjuri “Coteaux varois”. Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata ġiet rikonoxxuta fis-26 ta’ Marzu 1993 bl-isem ta’ “Coteaux varois”, imbagħad bl-isem ta’ “Coteaux varois en Provence” fit-2 ta’ Awwissu 2005.
Fl-2009, 117 500 ettolitru ġew prodotti fuq 2 560 ettaru minn 81 kantina privata u 10 kantini kooperattivi.
L-inbejjed rożè jirrappreżentaw 85 % tal-produzzjoni, l-inbejjed ħomor 12,5 % u l-inbejjed bojod 2,5 %.
8.3. Interazzjonijiet kawżali
Il-klima Mediterranja b’influwenza kontinentali, iktar friska milli fiż-żoni kostali, flimkien mal-ħamrija taflija-kalkarja bil-ġebel li tilqa’ ammont ibbilanċjat ta’ ilma u li tisħon faċilment, jiffavorixxu l-maturità xierqa tal-għeneb u tal-polifenoli, minħabba li jillimitaw l-istress idriku. L-alternanza ta’ ljieli friski u ta’ ġranet sħan, speċifiċi għal din iż-żona ġeografika matul l-istaġun tas-sajf, tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kwalità u tal-maturazzjoni tal-polifenoli, speċjalment matul il-perjodu ta’ qabel il-ħsad. Din il-karatteristika tal-polifenoli hija r-raġuni ewlenija għar-rikkezza u l-finezza tat-tannini tal-inbejjed ħomor.
Il-vinja hija influwenzata mill-Mistral, riħ qawwi, kiesaħ u xott mit-Tramuntana, li jnaddafha tul iċ-ċiklu ta’ tkabbir tagħha billi jrażżan l-iżvilupp ta’ mard kriptogamiku, b’mod partikolari wara l-maltempati frekwenti ta’ Awwissu.
Dawn il-karatteristiċi kollha jiffavorixxu l-kisba ta’ ħsad misjur u kkonċentrat, b’saħħtu, li minnu jsiru nbejjed b’element qawwi ta’ frott u kumplessi b’bilanċ pjaċevoli u karatteristiku, bejn togħma mirquma u vivaċi.
Il-fama u r-reputazzjoni tal-inbejjed tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Coteaux Varois en Provence qed jikbru, fil-qalba ta’ Provence, bis-saħħa tad-dinamiżmu tal-produtturi li jibbenefikaw minn Impriża tal-inbejjed li tinsab f’dik li qabel kienet l-abbazija ta’ La Celle, post ta’ kwiet u mistrieħ. Imdawra b’mogħdija ta’ ċipressi, ir-raba’ magħluqa tagħha ġiet mibdula fi pjantaġġun bi stil Franċiż u tilqa’ fiha kollezzjoni ta’ aktar minn 80 varjetà ta’ għeneb tar-reġjun ta’ Provence.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2020:
|
— |
Id-département ta’ Var: Besse-sur-Issole, Carcès, Correns, Cotignac, Cuers, Entrecasteaux, Flassans-sur-Issole, Montfort-sur-Argens, Pierrefeu-du-Var, Pourcieux; |
|
— |
Id-Département ta’ Bouches-du-Rhône: Auriol. |
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
|
a) |
It-tikkettar tal-inbejjed jista’ jispeċifika l-unità ġeografika usa’ “Vin de Provence”. Id-daqs tal-ittri ta’ din l-unità ġeografika usa’ ma għandux ikun akbar, fl-għoli jew fil-wisa’, mid-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. L-unità ġeografika usa’ “Vin de Provence” għandha tidher fl-istess kamp viżiv bħall-isem tad-denominazzjoni. |
|
b) |
It-tikkettar tal-inbejjed jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li:
L-isem tal-post irreġistrat għandu jkun miktub b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar u usa’ minn nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni. |
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-56db90a9-1adb-44fb-806d-d89e584cfdf9