|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 293/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10772 — TSM / IREPSE) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il–Kunsill |
|
|
2022/C 293/02 |
||
|
2022/C 293/03 |
||
|
2022/C 293/04 |
||
|
2022/C 293/05 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 293/06 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2022/C 293/07 |
Żvolġiment tal-attività ġudizzjarja tal-Qorti Ġenerali bejn l-1 u l-15 ta’ Settembru 2022 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 293/08 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10824 — BAIN CAPITAL / HOUSE OF HR) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 293/09 |
||
|
2022/C 293/10 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10772 — TSM / IREPSE)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 293/01)
Fit 25 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10772. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il–Kunsill
|
1.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/2 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 li dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau
(2022/C 293/02)
L-informazzjoni segwenti qiegħda tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta’ persuni deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/285/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 377/2012 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni, bl-eċċezzjoni ta’ disa’ persuni li għandhom jitneħħew mil-listi fl-Anness II u l-Anness III tad-Deċiżjoni 2012/285/PESK u l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 377/2012.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, sal-31 ta' Ottubru 2022, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
DG RELEX 1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
|
1.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/3 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau
(2022/C 293/03)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK (2) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 (3) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau.
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa s-servizz RELEX.1 tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
Data Protection Officer
data.protection@consilium.europa.eu
L-iskop tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi skont id-Deċiżjoni 2012/285/PESK u r-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati fid-Deċiżjoni 2012/285/PESK u r-Regolament (UE) Nru 377/2012.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuni kkonċernati, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.
Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
|
1.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/4 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1336, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1331 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2022/C 293/04)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness II u l-Anness III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1336 (2), u fl-Anness XV u l-Anness XVI għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1331 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/1336, u fir-Regolament (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/1331, għandhom ikomplu japplikaw għall-persuni deżinjati fl-Anness II u fl-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, u fl-Anness XV u fl-Anness XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 bl-eċċezzjoni ta' persuna deċeduta waħda deżinjata fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 li l-entrata tagħha għandha titneħħa minn dak l-Anness. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal sbatax-il persuna u entità waħda, u l-informazzjoni ta' identifikazzjoni ta' disgħa u ħamsin persuna u ħames entitajiet huma aġġornati. L-informazzjoni relatata ma' persuna waħda fil-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 hija aġġornata wara l-aġġornament tagħha fit-30 ta' Ġunju 2022 mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU. Ir-raġunijiet għall-elenkar ta' dawk il-persuni jinsabu f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà ta’ rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 35 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-28 ta' Frar 2023, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1509.
L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(2) ĠU L 201, 29.7.2022, p. 31.
|
1.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/5 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2022/C 293/05)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1336 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1331 (5).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta’ pproċessar huwa r-RELEX.1 li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/1336, u mar-Regolament (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1331.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u fir-Regolament (UE) 2017/1509.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra relatata.
Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(3) ĠU L 201, 29.7.2022, p. 31.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/7 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-29 ta' Lulju 2022
(2022/C 293/06)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0198 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
136,42 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4438 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,83990 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,3875 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9744 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
138,30 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,8773 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,610 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
404,80 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,7375 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9343 |
|
TRY |
Lira Turka |
18,2472 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4646 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3100 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,0054 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6283 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4088 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 329,40 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
16,8627 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,8705 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5180 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 155,56 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5386 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,375 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,978 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,2739 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,6745 |
|
INR |
Rupi Indjan |
80,8820 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti Ġenerali
|
1.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/8 |
Żvolġiment tal-attività ġudizzjarja tal-Qorti Ġenerali bejn l-1 u l-15 ta’ Settembru 2022
(2022/C 293/07)
Peress li żewġ Imħallfin fil-Qorti Ġenerali daħlu fil-kariga tagħhom fis-6 ta’ Lulju 2022, il-Qorti Ġenerali, fil-Konferenza Plenarja tagħha tal-istess jum, ħadet nota tal-fatt li t-teħid tal-ġurament tal-ħatra quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-Imħallfin l-ġodda tal-Qorti Ġenerali fil-kuntest tat-tiġdid ta’ kull tliet snin ser iseħħ fil-15 ta’ Settembru 2022 u għaldaqstant ikkonfermat li, konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sakemm jieħdu l-kariga tagħhom il-Membri l-ġodda tal-Qorti Ġenerali:
|
— |
il-Presidenza tal-Qorti Ġenerali ser tiġi żgurata mill-President M. van der Woude; |
|
— |
il-Viċi Presidenza tal-Qorti Ġenerali ser tiġi żgurata mill-Viċi President S. Papasavvas; |
|
— |
il-Presidenzi tal-Awli b’ħames u bi tliet Imħallfin ser jiġu żgurati mill-Presidenti ta’ Awla H. Kanninen, V. Tomljenović, S. Gervasoni, D. Spielmann, A. Marcoulli, R. da Silva Passos, J. Svenningsen, M. J. Costeira, A. Kornezov, G. De Baere; |
|
— |
id-deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-awli tat-30 ta’ Settembru 2019, kif emendata l-aħħar bid-deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2022 (1), id-deċiżjoni tal-4 ta’ Ottubru 2019 dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli, kif emendata l-aħħar bid-deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2022 (2), id-deċiżjoni tal-10 ta’ April 2019 dwar il-kompożizzjoni tal-Awla Manja (3), id-deċiżjoni tal-10 ta’ Lulju 2019 dwar il-metodu ta’ ħatra ta’ Mħallef li jissostitwixxi lil Imħallef impedit (4) u d-deċiżjoni tal-4 ta’ Ottubru 2019 dwar il-kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli (5), ser jibqgħu japplikaw. |
(1) ĠU C 284, 25.7.2022, p. 2.
(2) ĠU C 284, 25.7.2022, p. 2.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10824 — BAIN CAPITAL / HOUSE OF HR)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 293/08)
1.
Fil-25 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bain Capital Investors, L.L.C. (“Bain Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
House of HR NV (“House of HR”, il-Belġju). |
Bain Capital takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ House of HR kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Bain Capital: ditta ta’ investimenti ta’ ekwità privata li tinvesti f’kumpaniji f’għadd ta’ industriji, inklużi dawk tat-teknoloġija tal-informazzjoni, il-kura tas-saħħa, tal-prodotti bl-imnut u għall-konsumatur, tal-komunikazzjonijiet, servizzi finanzjarji u industrijali/manifattura, |
|
— |
House of HR: tipprovdi soluzzjonijiet u servizzi ta’ riżorsi umani lill-klijenti tagħha li huma attivi f’varjetà ta’ setturi fil-Belġju, fi Franza, fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu, fin-Netherlands, fil-Polonja u fi Spanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10824 — BAIN CAPITAL / HOUSE OF HR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/11 |
Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid
(2022/C 293/09)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
Corrèze
PDO-FR-02407
Data tal-applikazzjoni: 20.12.2017
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Corrèze
2. Stat membru
Franza
3. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
4. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
15. |
Inbid magħmul minn għeneb imqadded |
5. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbejjed ħomor bla gass
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Dawn l-inbejjed ġeneralment ikunu ta’ kulur minn lewn ir-rubin sa lewn il-granata bi sfumaturi vjola. Fwieħet l-inbid hija kkaratterizzata minn irwejjaħ evokattivi ħafna, prinċipalment ta’ frott aħmar b’noti ta’ ħwawar. Fil-palat, dawn l-inbejjed huma rinfreskanti u għandhom bilanċ armonjuż. Jekk jiġu mmaturati fi btieti tal-injam, kif ġieli jsir, dawn l-inbejjed jiżviluppaw tannini b’sensazzjoni tal-ħarir fil-palat, b’aromi kumplessi li jvarjaw minn noti ta’ tartufi għal inbejjed eqdem, li jiżviluppaw fwieħa aktar qawwija ta’ ġewż, għal noti ta’ vanilla għall-inbejjed aktar reċenti. Dawn l-inbejjed jesprimu tajjeb ħafna l-kwalitajiet tal-għenba Cabernet Franc N, li kultant titħallat ma’ varjetajiet sekondarji bħal Cabernet Sauvignon N u Merlot N, li jwasslu għal kumplessità u qawwa aromatika. Jistgħu jiġu apprezzati mingħajr ma jitqaddmu, imma ta’ min jistenna sa 5 snin qabel ma jinxtorbu.
Dawn l-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 11 %.
Il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) tagħhom huwa ta’ ≤ 4 g/l.
Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma taqbiżx it-12,5 %.
Il-fermentazzjoni malolattika hija obbligatorja għal dawn l-inbejjed, li l-kontenut ta’ aċidu maliku tagħhom huwa ta’ ≤ 0,4 g/l.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma kif stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Inbejjed bojod mhux ħelwin bla gass
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod mhux ħelwin, magħmulin biss mill-varjetà tal-għeneb Chenin B, ġeneralment ikollhom kulur isfar ċar, bi sfumaturi lewn id-deheb. Dawn huma nbejjed aromatiċi ħafna b’noti ta’ fjuri u frott abjad u kultant bi rwejjaħ ta’ għasel. Fil-palat jagħtu sensazzjoni friska u tal-frott, huma vivaċi u qawwija b’togħma li ddum tintiegħem b’noti ta’ fjuri u minerali.
Dawn l-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10 %.
Il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) tagħhom huwa ta’ ≤ 4 g/l. Dan il-kontenut jista’ jiżdied għal 9 grammi għal kull litru, jekk l-aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 2 grammi taħt il-kontenut ta’ zokkor residwu.
Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma tridx tkun aktar minn 12,5 %.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħra huma kif stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Inbejjed tradizzjonalment deskritti bħala “nbid tat-tiben”
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Prodotti minn għeneb tal-varjetajiet Cabernet Franc N, Cabernet Sauvignon N, Chardonnay B, Merlot N u Sauvignon B imqadda wara li nqatgħu mid-dielja, dawn l-inbejjed għandhom kontenut ta’ zokkor residwu naturali għoli. Il-kulur tagħhom għandu sfumaturi minn lewn id-deheb antik għal ambra. Il-fwieħa tagħhom hija kkaratterizzata minn noti ta’ frott misjur iżżejjed, aromi qawwija ħafna ta’ frott imqadded jew konfettura, u f’xi każijiet, togħma żgħira ta’ ġewż jew “rancio”. Huma immedjatament ħfief fil-palat, b’vivaċità u togħma li ddum. Meta jingħasru, dawn l-inbejjed ikollhom qawwa alkoħolika naturali minima ta’ 18 % u kontenut minimu ta’ zokkor ta’ 320 g/l. Għandhom qawwa alkoħolika proprja minima ta’ 12,5 % u kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ ≥ 68 g/l. L-ebda teknika ta’ arrikkiment jew konċentrazzjoni, bħall-krijokonċentrazzjoni jew l-użu ta’ fran għat-tqaddid jew raffijiet tat-tnixxif, ma hija permessa għal dawn l-inbejjed. Dawn l-inbejjed jitqaddmu sa mill-inqas il-15 ta’ Novembru tat-tielet sena wara l-ħsad, li mill-inqas 18-il xahar minnhom iridu jkunu fi krietel tal-injam jew fi btieti.
Dan il-prodott jaqa’ taħt il-kategorija (15) Inbid minn għeneb imqadded skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
30 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
300 |
6. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Metodu tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tal-irqajja’ hija ta’ 4 000 dielja għal kull ettaru.
Kull dielja għandha erja massima disponibbli ta’ 2,50 m2. Din l-erja massima tas-superfiċe tiġi kkalkulata billi jiġi mmultiplikat l-ispazju bejn il-flanni bl-ispazju bejn id-dwieli.
L-ispazju bejn il-flanni huwa ta’ 2,50 metri jew inqas. Bejn pjanti fl-istess flann, l-ispazju huwa ta’ mill-inqas 0,85 metri.
Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għal dwieli mħawla f’vinji mtarrġa. “Roqgħa ta’ vinja mtarrġa” tfisser roqgħa b’modifikazzjoni speċifika tal-pajsaġġ, stabbilita qabel it-tħawwil tad-dwieli, meħtieġa mill-inklinazzjoni li kienet teżisti minn qabel. Din il-modifikazzjoni tal-pajsaġġ f’forma mtarrġa hija tali li r-regoli tas-soltu tad-densità tat-tħawwil ma japplikawx u l-użu ta’ tagħmir mekkanizzat tal-ħsad bejn il-livelli differenti huwa impossibbli. Għall-irqajja’ tal-vinji mħawla b’mod imtarraġ, l-ispazju bejn il-pjanti fl-istess flann huwa ta’ bejn 0,80 m u 1 m.
L-irmondar irid isir sa mhux aktar tard minn qabel l-istadju fenoloġiku E, jiġifieri meta jkunu ħarġu tliet weraq fuq l-ewwel żewġ rimjiet.
Id-dwieli huma rmondati bit-teknika Guyot waħdieni, Guyot doppju jew Royat cordon waħdieni jew doppju.
Waqt l-irmondar, l-għadd ta’ rimjiet ma għandux jaqbeż is-16 għal kull dielja.
Fl-istadju tal-iżvilupp tal-frott (l-istadju 27 ta’ Lorenz), l-għadd ta’ friegħi li jkabbru l-frott irid ikun ta’ 12 jew inqas għal kull dielja.
1. Dispożizzjonijiet speċifiċi tal-ħsad
Metodu tal-kultivazzjoni
L-inbejjed tradizzjonalment deskritti bħala “nbid tat-tiben” huma magħmula minn għeneb li jinħasad bl-idejn.
2. Dispożizzjonijiet speċjali għal inbejjed tradizzjonalment deskritti bħala “nbid tat-tiben”
Prattika enoloġika speċifika
L-għeneb maħsub għall-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed jitħalla biex jinxef fuq paraventi jew sodod tat-tiben għal mill-inqas 6 ġimgħat, f’bini ddedikat b’ventilazzjoni naturali jew artifiċjali. Il-ventilazzjoni artifiċjali dejjem tkun bit-temperatura tal-arja ta’ barra. Din l-arja ta’ barra tista’ tiġi deumidifikata b’arja kiesħa u xotta.
Dawn l-inbejjed jitqaddmu sa mill-inqas il-15 ta’ Novembru tat-tielet sena wara l-ħsad, li mill-inqas 18-il xahar minnhom iridu jkunu fi krietel tal-injam jew fi btieti.
b. Rendimenti massimi għal kull ettaru
1. Inbejjed ħomor bla gass
60 ettolitru għal kull ettaru
2. Inbejjed bojod mhux ħelwin bla gass
65 ettolitru għal kull ettaru
3. Inbejjed tradizzjonalment deskritti bħala “Inbid tat-tiben”
24 ettolitru għal kull ettaru
7. Definizzjoni taż-żona demarkata
L-għeneb jinħasad u l-inbejjed isiru u jiġu żviluppati fil-muniċipalitajiet li ġejjin fid-départementta’ Corrèze:
|
|
Allassac, Beaulieu-sur-Dordogne, Bilhac, Branceilles, Brivezac, La Chapelle-aux-Saints, Chauffour-sur-Vell, Collonges-la-Rouge, Curemonte, Donzenac, Ligneyrac, Marcillac-la-Croze, Meyssac, Noailhac, Nonards, Puy-d’Arnac, Queyssac-les-Vignes, Saillac, Saint-Bazile-de-Meyssac, Saint-Julien-Maumont, Sioniac, Turenne, Végennes u Voutezac. |
Għall-inbejjed tradizzjonalment deskritti bħala “nbid tat-tiben”, l-għeneb jinħasad u mbagħad jiġi mnixxef u l-inbid isir, jiġi żviluppat u mmaturat fil-muniċipalitajiet li ġejjin fid-département ta’ Corrèze:
|
|
Beaulieu-sur-Dordogne, Bilhac, Branceilles, Brivezac, La Chapelle-aux-Saints, Chauffour-sur-Vell, Collonges-la-Rouge, Curemonte, Ligneyrac, Marcillac-la-Croze, Meyssac, Noailhac, Nonards, Puy-d’Arnac, Queyssac-les-Vignes, Saillac, Saint-Bazile-de-Meyssac, Saint-Julien-Maumont, Sioniac, Turenne u Végennes. |
8. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
|
|
Cabernet Franc N |
|
|
Cabernet Sauvignon N |
|
|
Chardonnay B |
|
|
Chenin B |
|
|
Merlot N |
|
|
Sauvignon B – Sauvignon Blanc |
9. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Iż-żona ġeografika tad-DOP Corrèze, jiġifieri l-parti tal-Lbiċ tad-département ta’ Corrèze, tinsab fl-għoljiet baxxi tal-baċiri tax-xmajjar Brive u Meyssac. Lejn il-Lvant tikkoinċidi mal-għoljiet baxxi tal-Massif Central, lejn il-Punent mal-għoljiet ta’ Périgord u l-Causse de Martel, filwaqt li x-Xmara Dordogne timmarka l-fruntiera tagħha fin-Nofsinhar.
Il-ġeomorfoloġija u l-klima tad-département ta’ Corrèze jillimitaw ħafna ż-żona fejn jistgħu jitħawlu l-vinji. Il-baċiri tax-xmajjar Brive u Meyssac biss joffru esponiment, topografija u altitudni xierqa għat-tkabbir tad-dwieli. F’termini ta’ klima, dan ir-reġjun, li jinsab f’altitudni baxxa u għandu kenn tajjeb, igawdi klima moderata u kajmana, b’kuntrast mal-klima aktar kontinentali tal-qortin ta’ Limousin. Is-sjuf huma sħan u x-xtiewi huma ta’ kesħa moderata. Ix-xita hija mqassma sew matul is-sena u bħala medja tkun bejn 800 mm u 900 mm. Din il-klima oċeanika, li f’xi snin tkun akkumpanjata minn depressjonijiet tal-ħarifa bi preċipitazzjoni baxxa li jiġu minn Aquitaine, jew, għall-kuntrarju, sjuf Indjani sħan u xemxin, tippromwovi l-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità. Bl-istess mod, f’termini ta’ ħamrija, hija biss il-ħamrija kannella fuq il-ġebel tal-ġir imħallat jew il-ġebel ramli fin-Nofsinhar tal-baċir tax-xmara Meyssac, u dik fuq ix-shale vertikali fit-Tramuntana tal-baċir tax-xmara Brive li huma adattati għall-vitikultura. Il-vinji normalment jinsabu f’altitudni ta’ bejn 150 metru u 300 metru. ’Il fuq minn altitudni ta’ 320 metru, jiġifieri fit-Tramuntana tal-qasmiet ta’ Meyssac, Donzenac u Juillac, l-inbid ma jistax jiġi prodott fuq is-saff bażi kristallin.
Id-dwieli, li jinsabu fuq l-aqwa art għall-vitikultura, huma kkultivati skont regoli preċiżi dwar id-densità, id-daqs, it-tħarriġ ma’ kannizzata, l-għoli tal-weraq u r-rendiment skont it-tip ta’ nbid prodott sabiex tinkiseb l-aħjar konċentrazzjoni u espressjoni aromatika tad-diversi nbejjed prodotti.
L-inbejjed ħomor tad-DOP Corrèze huma prodotti prinċipalment mill-varjetà Cabernet Franc N, li, fuq ħamrija taflija u tal-ġebel tal-ġir li fiha jikbru t-tartufi, fuq shale tal-lavanja jew ħamrija sedimentarja, tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kulur minn lewn ir-rubin sa lewn il-granata bi sfumaturi vjola u bi fwieħa li fiha jiddomina l-frott aħmar b’noti ta’ ħwawar. Barra minn hekk, il-varjetajiet Merlot N u Cabernet Sauvignon N jistgħu jagħtu aktar struttura u jżidu l-kumplessità aromatika tat-taħlita.
L-inbejjed li huma koperti mid-denominazzjoni ġeografika supplimentari Coteaux de la Vézère huma magħmula minn għeneb imkabbar fuq it-terren tax-shale u tal-lavanja tal-għolja ta’ Vézère fit-Tramuntana ta’ Brive, li jagħti lill-inbejjed ħomor tal-Cabernet Franc N il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, jiġifieri l-kulur aħmar lewn ir-rubin u l-fwieħa kumplessa li tgħaqqad il-frott aħmar u iswed. Dan it-terroir huwa uniku għaliex jipproduċi nbejjed bojod mhux ħelwin mill-varjetà Chenin B biss li għandhom noti ta’ fjuri u frott abjad.
It-tradizzjoni tat-tqaddid tal-għeneb biex jiġi prodott “inbid tat-tiben” għadha ssir fuq il-ħamrija taflija u tal-ġebel tal-ġir fil-baċir tax-xmara Meyssac, fejn il-klima tal-ħarifa tipprovdi l-kundizzjonijiet perfetti għal din il-prattika. Il-ġeomorfoloġija u l-mikroklima lokali li tirriżulta huma fatturi ewlenin għall-produzzjoni tal-inbid tat-tiben, li jeħtieġ il-ħamrija sedimentarja li tinsab fil-qiegħ tal-massif kristallin, esponiment sħiħ fin-Nofsinhar u influwenza oċeanika attenwata. Din iż-żona ta’ produzzjoni distintiva hija magħrufa lokalment bħala l-“Limousin Riviera”; hija tipprovdi ambjent li kapaċi joħroġ il-ħlewwa karatteristika tal-inbid tat-tiben, li hija kulur lewn id-deheb għal ambra bi fwieħa ta’ frott imnixxef jew konfettura. L-għoljiet jiffurmaw anfiteatru fil-qiegħ tal-Montagne Limousine u jħarsu fuq ix-Xmara Dordogne fin-Nofsinhar: dan jispjega l-arjazzjoni naturali u t-temp moderat fil-ħarifa li jipprovdu kundizzjonijiet xierqa biex l-għeneb jinxef b’mod naturali. Il-prattika tat-tnixxif tal-frott u l-pjanti hija parti minn tradizzjoni twila f’dan ir-reġjun ta’ Bas-Limousin. Il-produzzjoni tal-ġewż hija mifruxa fil-baċir tax-xmara Meyssac, kif huwa rikonoxxut mid-DOP Noix du Périgord. Ir-reġjun kien ukoll produttur ewlieni tat-tabakk fl-aħħar seklu, li wkoll kien jeħtieġ it-tekniki tat-tnixxif tiegħu. Fl-1821, François Planchard de la Greze ddeskriva kif isir l-inbid tat-tiben. Huwa jispeċifika li l-għeneb maħsud wara li tagħmel in-nida jitqiegħed fuq it-tiben jew fuq art nadifa tal-injam. F’nofs Diċembru, l-għeneb jitneħħewlu z-zkuk u jingħasar. Din it-tradizzjoni qadima tal-produzzjoni ta’ dan l-inbid ħelu karatteristiku ħafna kompliet maż-żmien, minkejja t-tnaqqis fl-ammont ta’ vinji matul l-aħħar seklu.
Għalkemm it-tradizzjonijiet vitikulturali waqfu kważi għalkollox għal seklu sħiħ wara l-epidemija tal-phylloxera, huwa impressjonanti kif f’kull waħda miż-żewġ oażi tal-vinji li fadal f’Corrèze, grupp ta’ dilettanti tal-inbid irnexxielhom jingħaqdu fuq proġett komuni u reġgħu taw ħajja lit-tradizzjoni glorjuża tal-produzzjoni tal-inbid. Il-kwalità ta’ dawn l-inbejjed u s-sopravvivenza dejjiema tal-vinji li jipproduċuhom huma żgurati mill-għarfien espert u l-impenn tagħhom. Bl-adattament tal-varjetajiet tal-għeneb u l-prattiki tal-kultivazzjoni għat-terroir partikolari, il-produtturi tal-inbid irnexxielhom jiżviluppaw prodotti supplimentari ta’ kwalità għolja li huma suċċessuri denji għar-reputazzjoni eċċellenti li kellu r-reġjun għall-inbid fil-passat.
10. Rekwiżiti oħra applikabbli
Inbejjed tradizzjonalment deskritti bħala “Inbid tat-tiben”
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat bit-terminu tradizzjonali “nbid tat-tiben” għal inbejjed li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni stabbiliti għal dan it-tip ta’ nbid.
Denominazzjonijiet ġeografiċi supplimentari
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi segwit mid-denominazzjoni ġeografika Coteaux de la Vézère għal inbejjed li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni stabbiliti għal din id-denominazzjoni ġeografika supplimentari.
Għad-denominazzjoni ġeografika supplimentari Coteaux de la Vézère, l-għeneb irid jinħasad u l-inbejjed iridu jsiru u jiġu żviluppati fil-muniċipalitajiet li ġejjin fid-département ta’ Corrèze: Allassac, Donzenac u Voutezac.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-ffb5421f-1d52-4f8c-b484-b5a93270c83d
|
1.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/17 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ terminu tradizzjonali fis-settur vitivinikulturali f’konformità mal-Artikolu 28(3) u mal-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni
“Vin de paille”
(2022/C 293/10)
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni f’konformità mal-Artikoli 22(1) u 27(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
Applikazzjoni għal emenda li tikkonċerna terminu tradizzjonali
“Vin de Paille”
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: it-8 ta’ Lulju 2019
Numru ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 2
Lingwa tal-applikazzjoni għal emenda: Franċiż
Numru tal-fajl: Ares(2019)4340945
Terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab l-emenda: Vin de paille
|
Applikant: Ministère de l’agriculture et de l’alimentation/Direction générale de la performance économique et environnementale des entreprises - Franza |
|
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): |
|
3 rue Barbet de Jouy |
|
75349 Paris SP |
|
FRANZA |
Nazzjonalità: Franċiża
Telefon, fax, Email:
Telefon: +33 149554624
Email: liste-cdc-vin-aop-DGPAAT@agriculture.gouv.fr
Deskrizzjoni tal-emenda: Lista tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti jew tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kkonċernati: DOP “Arbois”, “Côtes du Jura”, “L’Etoile”, “Hermitage”, “Corrèze”.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-emenda: Franza pproteġiet id-denominazzjoni ta’ oriġini “Corrèze” permezz ta’ digriet tat-28 ta’ Settembru 2017. Fl-20 ta’ Diċembru 2017, intbagħtet applikazzjoni lis-servizzi tal-Kummissjoni biex dan l-isem jiġi rreġistrat bir-referenza PDO-FR-02407. L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini l-ġdida tawtorizza l-użu tat-terminu “Vin de paille” u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tagħha, f’konformità mad-definizzjoni tat-terminu tradizzjonali Franċiż “Vin de paille” protett fil-livell tal-UE.
Isem il-firmatarju: Ministère de l’agriculture et de l’alimentation