|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
Il-568 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 23.3.2022–24.3.2022 |
|
|
2022/C 290/01 |
||
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
Il-568 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 23.3.2022–24.3.2022 |
|
|
2022/C 290/02 |
||
|
2022/C 290/03 |
||
|
2022/C 290/04 |
||
|
2022/C 290/05 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
Il-568 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 23.3.2022–24.3.2022 |
|
|
2022/C 290/06 |
||
|
2022/C 290/07 |
||
|
2022/C 290/08 |
||
|
2022/C 290/09 |
||
|
2022/C 290/10 |
||
|
2022/C 290/11 |
||
|
2022/C 290/12 |
||
|
2022/C 290/13 |
||
|
2022/C 290/14 |
||
|
2022/C 290/15 |
||
|
2022/C 290/16 |
||
|
2022/C 290/17 |
||
|
2022/C 290/18 |
||
|
2022/C 290/19 |
||
|
2022/C 290/20 |
||
|
2022/C 290/21 |
||
|
2022/C 290/22 |
||
|
2022/C 290/23 |
||
|
2022/C 290/24 |
||
|
2022/C 290/25 |
||
|
2022/C 290/26 |
||
|
2022/C 290/27 |
||
|
2022/C 290/28 |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-568 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 23.3.2022–24.3.2022
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/1 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-gwerra fl-Ukrajna u l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tagħha”
(2022/C 290/01)
|
Bażi legali |
Artikolu 35 tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Riżoluzzjoni |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
176/1/1 |
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW (KESE),
|
1. |
jikkundanna bil-qawwa l-aggressjoni unilaterali kontra l-Ukrajna ordnata mill-President tal-Federazzjoni Russa u l-involviment tar-reġim Belarussu; jenfasizza li l-invażjoni tal-Ukrajna mill-forzi militari Russi tikser ir-regoli u l-ftehimiet internazzjonali fis-seħħ u thedded is-sigurtà Ewropea u dik globali; l-invażjoni tikser ukoll direttament l-għan primarju tal-UE “li tippromovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha”; |
|
2. |
iħeġġeġ sabiex l-UE tipprovdi appoġġ sħiħ biex tiżgura li d-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità jiġu rreġistrati u proċessati permezz tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; |
|
3. |
ifaħħar il-kuraġġ tremend muri mill-poplu tal-Ukrajna, li qed jiddefendi lill-Ukrajna kontra l-invażuri Russi; jistieden lid-dinja ħielsa tappoġġja l-ġlieda tiegħu għall-paċi u l-libertà bil-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha; |
|
4. |
jistieden lill-UE u lill-imsieħba internazzjonali tal-istess fehma tagħha jibqgħu magħqudin, ikomplu juru solidarjetà sħiħa fir-rispons għal din il-gwerra mhux ġustifikata u mhux provokata, u jidentifikaw triq diplomatika biex iwaqqfu l-ostilitajiet; jenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni diplomatika ta’ waqfien immedjat mill-ġlied u l-bini ta’ proċess reali ta’ paċi bi rwol attiv tal-istituzzjonijiet tal-UE. Dawn l-atturi għandhom ukoll iżidu l-pressjoni fuq ir-reġim Russu billi jimponu minnufih aktar sanzjonijiet u jużaw l-għodod l-oħrajn kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex iwaqqfu immedjatament l-azzjoni militari mir-Russja fit-territorju tal-Ukrajna, jirtiraw għalkollox il-forzi Russi, u biex jerġgħu jistabbilixxu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fil-Viċinat tal-Lvant tal-UE u biex jappoġġjaw soċjetajiet li jikkondividu l-valuri tagħna; |
|
5. |
jemmen li huwa tal-akbar importanza għall-UE u għall-komunità internazzjonali li l-ebda fruntiera ma tinbidel permezz ta’ mezzi militari, u li l-aggressur ma jikseb l-ebda benefiċċju. Huwa l-istat tad-dritt li jeħtieġ li jiġi difiż, mhux id-drittijiet ta’ min hu l-iżjed b’saħħtu, u l-Ukrajna tiġi kkumpensata bis-sħiħ; |
|
6. |
jappoġġja u japprova l-messaġġi ewlenin tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Marzu dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna inklużi l-miżuri proposti fiha biex l-Ukrajna u ċ-ċittadini tagħha jiġu appoġġjati minnufih fil-ġlieda tagħhom għall-indipendenza u l-libertà; |
|
7. |
jilqa’ l-azzjonijiet ta’ dawk il-kumpaniji Ewropej li ddeċidew li jirtiraw mis-suq Russu u jħeġġeġ kumpaniji oħrajn biex jiffavorixxu wkoll l-umanità u s-solidarjetà aktar milli l-interessi ekonomiċi ta’ terminu qasir; |
|
8. |
itenni l-appoġġ inekwivoku tiegħu għas-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, ta’ pajjiżi oħrajn tas-Sħubija tal-Lvant, jiġifieri l-Moldova u l-Georgia, kif ukoll l-Istati Membri kollha tal-UE, fi ħdan il-fruntieri tagħhom rikonoxxuti internazzjonalment; |
|
9. |
jesprimi n-niket profond tiegħu għall-vittmi kollha tal-aggressjoni, it-tfal, in-nisa u l-irġiel, għall-qerda tal-bliet u l-infrastruttura, it-tbatija umana inkalkolabbli u l-ħsara ambjentali; jiddispjaċih li miljuni ta’ nies ġew imġiegħla jħallu djarhom u jfittxu kenn fi nħawi iżjed siguri fl-Ukrajna jew f’pajjiżi ġirien; jinsisti li l-aggressuri jridu jinżammu responsabbli għad-delitti tagħhom; |
|
10. |
iħeġġeġ li jiżdiedu l-azzjonijiet favur it-tisħiħ tal-pożizzjoni u s-sovranità tal-Ukrajna, kif ukoll l-azzjonijiet umanitarji li jistgħu jappoġġjaw lill-poplu Ukren fl-għoti ta’ aċċess għal oġġetti essenzjali, b’mod partikolari l-ilma, l-ikel, il-mediċina u l-elettriku; jistieden lill-gvernijiet jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jiżguraw il-provvista u s-sikurezza tal-ikel billi jipprovdu ikel u ilma nadif fiż-żoni tal-gwerra; iħeġġeġ lir-Russja tiżgura aċċess umanitarju għall-popolazzjoni tal-Ukrajna; iwissi li ħafna ħaddiema mhux se jirċievu s-salarji tagħhom u n-nies mhux se jkollhom aċċess għat-tfaddil tagħhom; f’dan ir-rigward jappella għal miżuri ekonomiċi adegwati mfassla biex jipprevjenu kollass ekonomiku; |
|
11. |
jilqa’ l-approċċ attiv tal-gvernijiet kollha tal-UE, speċjalment dawk tal-Polonja, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Bulgarija u s-Slovakkja, kif ukoll il-gvern tal-Moldova li jżommu l-fruntieri tagħhom miftuħin u jipprovdu mezzi ta’ evakwazzjoni, kenn, assistenza ta’ emerġenza, assistenza medika u ażil lill-persuni li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna, inklużi kemm ċittadini Ukreni kif ukoll dawk mhux Ukreni; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jipprovdu finanzjament addizzjonali għal dawn il-pajjiżi peress li huma l-punti primarji ta’ dħul għar-refuġjati Ukreni fl-UE; dawn se jibqgħu wkoll il-pajjiżi ta’ residenza ewlenin għar-refuġjati Ukreni fix-xhur li ġejjin; |
|
12. |
jappella għal darb’oħra għal politika dwar l-immigrazzjoni li tiżgura li l-ebda pajjiż ma jġorr piż sproporzjonat u li dan il-piż jinqasam b’mod ugwali fost l-Istati Membri; |
|
13. |
jappoġġja l-impenn tal-UE li tassisti lir-refuġjati mill-Ukrajna kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Solidarjetà Ewropea mar-refuġjati u dawk li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna (1) u jenfasizza li l-fondi disponibbli permezz tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa u REACT (2) għandhom ikunu flessibbli u disponibbli fil-pront; jilqa’ l-fatt li l-UE diġà attivat il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u ħolqot ċentri loġistiċi fil-pajjiżi ġirien biex titwassal l-għajnuna fl-Ukrajna; |
|
14. |
jilqa’ s-solidarjetà li tnissel kuraġġ murija mill-UE u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ġirien u l-azzjonijiet kontinwi tagħhom sa mill-ewwel jum tal-aggressjoni Russa u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi allokat appoġġ finanzjarju tal-UE kemm lill-gvernijiet kif ukoll lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li qed jaġixxu fuq il-post; |
|
15. |
jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja (li ġiet attivata għall-ewwel darba mill-Kunsill Ewropew fl-4 ta’ Marzu 2022 fuq il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea) permezz tas-solidarjetà u r-responsabbiltà kondiviża bejn l-Istati Membri tal-UE, billi tiggarantixxi l-firxa sħiħa ta’ drittijiet previsti mid-Direttiva, li jinkludu l-aċċess għas-suq tax-xogħol, l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-appoġġ soċjali, għal dawk kollha li huma intitolati għal din il-protezzjoni, u li l-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli, speċjalment it-tfal, in-nisa, l-anzjani u l-persuni b’diżabilità, jiġu indirizzati b’mod adegwat; iħeġġeġ lill-pajjiżi ospitanti jilqgħu l-ħolqien u r-rispett tal-istess kurituri umanitarji għar-refuġjati kollha li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom; |
|
16. |
jirrikonoxxi d-diffikultajiet li l-pajjiżi ospitanti jistgħu jsibu biex jintegraw malajr lir-refuġjati fis-swieq tax-xogħol tagħhom; jenfasizza li l-ekonomiji tal-UE għandhom il-kapaċità li jassorbu l-influss ta’ persuni mill-Ukrajna sakemm ir-risistemazzjoni tiġi ġestita b’mod adegwat; jappella sabiex il-mekkaniżmi ta’ inklużjoni jkunu sensittivi għall-ġeneru u għall-età; jistieden lill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol biex, f’konformità mal-mandat tagħha, timmonitorja l-integrazzjoni tar-refuġjati fis-suq tax-xogħol u tipprovdi rapporti regolari dwar dan; ifakkar għal dan il-għan fil-potenzjal tal-ekonomija soċjali u solidali, fil-qafas tas-servizzi tal-istat soċjali, biex l-impjiegi jinżammu u jiżdiedu anke fi żminijiet ta’ kriżi, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jsibu soluzzjonijiet għal integrazzjoni aħjar tar-refuġjati Ukreni fis-suq tax-xogħol tagħhom. Jirrikonoxxi s-sitwazzjoni speċifika tan-nisa u t-tfal fiż-żoni ta’ kunflitt u malli jaslu fil-pajjiżi ospitanti, inklużi r-riskji ta’ sfruttament u vjolenza abbażi tal-ġeneru, b’mod partikolari l-vjolenza sesswali u t-traffikar tal-bnedmin. Jinnota li s-sitwazzjoni taċ-ċittadini Ukreni li ngħataw protezzjoni temporanja fl-Unjoni Ewropea, jew li huma intitolati jitolbu dan l-istatus, se tkompli tiġi mmonitorjata u kkunsidrata mill-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni; |
|
17. |
jappella għal appoġġ imsaħħaħ għas-soċjetà ċivili Ukrena, kemm fl-Ukrajna kif ukoll ’il hinn minnha; jemmen li l-UE għandha tikkunsidra li tinvolvi lis-soċjetà ċivili tal-Ukrajna fid-diskussjonijiet kollha b’rabta mal-Ukrajna; is-soċjetà ċivili tal-Ukrajna se tkun involuta direttament fit-taffija tal-impatt tal-gwerra u fil-bini mill-ġdid tan-nisġa soċjoekonomika tal-pajjiż; f’dan il-kuntest, il-KESE jappella għall-konsolidazzjoni u t-tisħiħ tal-iskemi ta’ finanzjament eżistenti mfasslin biex jappoġġjaw lis-soċjetà ċivili fl-Ukrajna; |
|
18. |
b’segwitu għad-dikjarazzjonijiet reċenti mill-President tal-KE, jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri kollha biex jikkooperaw bis-sħiħ mal-Ukrajna u biex jiftħu l-fondi u l-programmi rilevanti kollha tal-UE għall-Ukrajna; |
|
19. |
jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jiftħu djalogu konkret mal-Ukrajna dwar il-proċess ta’ adeżjoni tal-pajjiż mal-Unjoni Ewropea malajr kemm jista’ jkun f’konformità mal-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, abbażi tal-mertu, jipprovdu għajnuna finanzjarja immedjata biex jiżguraw appoġġ umanitarju lill-Ukrajna, u jħeġġeġ biex jinfetaħ l-istess djalogu mal-pajjiżi l-oħrajn li assoċjaw ruħhom mal-UE bħall-Georgia u l-Moldova sabiex jiġu ggarantiti stabbiltà u trattament ugwali għal dawn il-pajjiżi. Dan għandu jseħħ mingħajr detriment għall-proċess ta’ adeżjoni li għaddej bħalissa tal-Balkani tal-Punent; sadanittant, jappella sabiex titkompla l-ħidma favur l-integrazzjoni tal-Ukrajna fis-suq uniku tal-UE skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni; |
|
20. |
jesprimi tħassib serju dwar l-użu massiv tal-propaganda u d-diżinformazzjoni mill-gvern Russu biex jiġġustifika u joskura l-aggressjoni tiegħu kontra l-Ukrajna; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE għall-attakki ċibernetiċi u li titfassal strateġija globali biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni; l-UE jeħtiġilha tieħu f’idejha t-tmexxija globali f’dan ir-rigward; |
|
21. |
jenfasizza l-ħtieġa li s-soċjetà ċivili u l-ġurnalisti Russi u Belarussi indipendenti jingħataw appoġġ u li l-mezzi ta’ komunikazzjoni magħhom jinżammu miftuħin; jikkundanna bil-qawwa l-mewġa ta’ ripressjonijiet fir-Russja kif ukoll l-arresti ta’ dimostranti paċifiċi, il-kontroll tal-espressjoni tal-midja u l-eliminazzjoni tal-vuċi tas-soċjetà ċivili; |
|
22. |
jappella għal azzjonijiet konġunti ta’ solidarjetà biex jibbojkottjaw il-prodotti u s-servizzi mir-Russja; jenfasizza l-ħtieġa li tintemm il-kooperazzjoni mal-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet Russi li jappoġġjaw il-politiki ta’ Putin; jikkundanna l-evitar ta’ azzjonijiet kollettivi ta’ bojkott f’tentattiv biex jinkiseb kwalunkwe tip ta’ vantaġġ; |
|
23. |
jirrikonoxxi li l-gwerra u l-miżuri kollha relatati, jiġifieri s-sanzjonijiet, se jkollhom impatt soċjoekonomiku fuq l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien, li l-UE trid tkun lesta tassumi; jirrimarka li l-kriżi turi l-ħtieġa għat-tisħiħ tas-suq intern u l-funzjonament tiegħu; jenfasizza l-importanza li jiġi kkumpensat it-telf imġarrab mill-intrapriżi Ewropej affettwati mis-sanzjonijiet u jenfasizza l-ħtieġa li ssir analiżi tal-impatt bir-reqqa tas-sanzjonijiet, sabiex ikunu ppreparati biex jimmitigaw il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tagħhom; |
|
24. |
jenfasizza li diversi setturi tal-industrija se jintlaqtu b’mod serju; jirrimarka li minbarra l-enerġija, ir-Russja u l-Ukrajna għandhom piż sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-UE ta’ metalli, bħan-nikil, ir-ram u l-ħadid, u materja prima essenzjali, bħan-neon, il-palladju, it-titanju u l-platinu, li huma kruċjali għal diversi industriji strateġiċi inklużi d-difiża u l-produzzjoni tal-mikroċipep; |
|
25. |
jenfasizza l-ħtieġa li jitħaffef l-iżvilupp ta’ awtonomija strateġika u teknoloġika għall-Ewropa u jistieden lill-mexxejja tal-UE jikkonfermaw l-unità u d-determinazzjoni tagħhom li jagħmlu l-Unjoni Ewropea setgħa aktar indipendenti u sovrana billi jtejbu l-kapaċitajiet ta’ difiża tagħna u jillimitaw id-dipendenzi tagħna fl-enerġija, il-materja prima kritika u l-ikel; |
|
26. |
jenfasizza l-importanza li titnaqqas id-dipendenza enerġetika tal-UE minn partijiet terzi, b’mod partikolari mir-Russja; jappella sabiex ikun hemm pjan vijabbli għad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija fi ħdan it-taħlita tal-enerġija tal-Istati Membri u jilqa’ l-proposti li saru dwar dan fid-Dikjarazzjoni ta’ Versailles (3); jirrikonoxxi li s-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-provvista tal-enerġija jistgħu jinkisbu bis-sħiħ fuq medda twila ta’ żmien biss billi tingħata spinta lill-użu ta’ sorsi tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju jew mingħajr karbonju, b’użu akbar ta’ sorsi tal-enerġija lokali u rinnovabbli; jirrakkomanda li jitħaffu l-investimenti fir-riċerka biex jiġu żviluppati teknoloġiji nodfa ġodda sabiex jiġi żgurat futur reżiljenti u sostenibbli tas-sistema tal-enerġija tal-UE; |
|
27. |
jenfasizza l-ħtieġa għal divrenzjar tal-istrateġiji fiskali fl-Istati Membri kollha, bil-ħsieb li tiġi ppreservata s-sostenibbiltà tad-dejn, b’mod partikolari fl-Istati Membri b’dejn pubbliku għoli. L-Istati Membri b’livell ta’ dejn baxx u medju għandhom jagħtu prijorità lill-espansjoni tal-investiment pubbliku; jenfasizza l-importanza li tingħata prijorità lill-espansjoni tal-investiment pubbliku biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekonomija tal-UE; |
|
28. |
jesprimi tħassib fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza ta’ partijiet sinifikanti tas-settur tat-trasport u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti l-attenzjoni dovuta lill-kriżi tas-settur tat-trasport ikkawżata minn spejjeż estremament għoljin tal-fjuwil u l-elettriku fil-ħolqien tal-Qafas Temporanju tal-Kriżijiet imsemmi fil-Komunikazzjoni REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli (4) u jappella għal kawtela meta jittaffew il-proċeduri regolatorji biex jiġi żgurat li ma jdgħajfux l-istandards soċjali u ambjentali; |
|
29. |
jenfasizza li huwa inevitabbli li l-kunflitt se jkollu konsegwenzi serji għas-settur agroalimentari tal-UE, li se jirrikjedi appoġġ addizzjonali; għal dan il-għan jenfasizza li l-UE jeħtiġilha ssaħħaħ l-impenn tagħha li tikseb riżultati fir-rigward ta’ sistemi tal-ikel sostenibbli filwaqt li tiggarantixxi l-affordabbiltà ta’ ikel ta’ kwalità għal kulħadd; b’mod partikolari, l-UE trid ittejjeb is-sigurtà tal-ikel tagħha billi tnaqqas id-dipendenzi millprodotti agrikoli importati u l-inputs ewlenin; barra minn hekk, il-konsumaturi fl-Istati Membri kollha tal-UE se jiffaċċjaw żidiet sinifikanti fil-prezzijiet tal-ikel u tal-enerġija li jistgħu jżidu l-livelli ta’ faqar fl-UE; |
|
30. |
jenfasizza li l-Ukrajna u r-Russja huma esportaturi sinifikanti ta’ diversi prodotti agrikoli, bħalma huma l-ħbub u ż-żrieragħ żejtnin; jinnota li t-tfixkil fl-esportazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi diġà wassal għal żidiet globali sinifikanti fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi agrikoli u li l-konsegwenzi jinħassu b’mod speċjali fl-ifqar pajjiżi tad-dinja u l-ifqar nies huma dawk li se jbatu l-aktar; |
|
31. |
jenfasizza li l-impatti tal-gwerra m’għandhomx ikunu għad-detriment tal-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà, kif previst fl-Aġenda 2030 tan-NU dwar l-iżvilupp sostenibbli li hija, l-ewwel u qabel kollox, aġenda ta’ paċi, sigurtà u tnaqqis tal-faqar; jenfasizza l-ħtieġa li jsir progress lejn l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU u tranżizzjoni ġusta, permezz tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, filwaqt li jenfasizza li derogi eċċezzjonali jistgħu jingħataw biss għal żmien limitat; |
|
32. |
iqis li l-impatti ambjentali kkawżati mill-kunflitt, bħala konsegwenza ta’ attakki bil-bombi, tnixxijiet ta’ żejt/gass, inċidenti f’fabbriki kimiċi jew impjanti nukleari, huma ta’ tħassib serju kemm għall-popolazzjoni tal-Ukrajna kif ukoll għal dik tal-UE; jenfasizza li l-UE jeħtiġilha tgħin biex tipproteġi u tirrestawra l-ħsara ambjentali kkawżata mill-gwerra u tissanzjona r-reati ambjentali, peress li huwa inevitabbli li dawn se jkollhom konsegwenzi dejjiema; |
|
33. |
jenfasizza l-ħtieġa li tinżamm is-solidarjetà u li jiġu żviluppati aktar reazzjonijiet Ewropej komuni biex jinqasam il-piż tal-impatt ekonomiku u jissuġġerixxi t-tfassil ta’ strument Ewropew flessibbli; jinnota li, fil-każ tal-aktar pajjiżi affettwati, l-ipproċessar u r-reviżjoni tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jistgħu jkunu meħtieġa, b’mod partikolari fid-dawl tar-riskju ta’ staġnar inkwetanti; jirrikonoxxi li l-Istati Membri kollha tal-UE u ċ-ċittadini tagħhom se jiġu affettwati direttament mill-invażjoni tal-Ukrajna u li l-kost uman u r-riperkussjonijiet għall-Ukreni se jkunu inkalkolabbli, għalhekk, il-ħtieġa għal solidarjetà fi ħdan l-UE u għal solidarjetà fit-tul tal-UE mal-Ukrajna; |
|
34. |
jilqa’ l-impenn espress fid-Dikjarazzjoni ta’ Versailles (5) biex jiżdied l-użu tal-istrument tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi; jenfasizza li l-UE għandha timxi lejn integrazzjoni politika aktar b’saħħitha, li tista’ tappoġġja politika barranija komuni u jistieden lill-Istati Membri jibdew jaħdmu minnufih fuq l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ difiża ġenwinament komuni u effettiva li ssaħħaħ b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-Ewropa li tiddefendi lilha nnifisha; |
|
35. |
jirrikonoxxi li l-okkupazzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari qed tqajjem tħassib dwar is-sikurezza nukleari għall-popolazzjoni lokali u l-Ewropa kollha kemm hi u jappella għal kooperazzjoni sħiħa mal-atturi kollha involuti u mal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika biex tiġi mmonitorjata s-sitwazzjoni u jiġi evitat kwalunkwe ħruġ possibbli ta’ radjuattività; |
|
36. |
jenfasizza l-ħtieġa li l-mexxejja politiċi jkunu ċari fil-komunikazzjoni tagħhom maċ-ċittadini tal-UE u jispjegaw l-ispiża tal-gwerra; jenfasizza li l-paċi għandha prezz u li lkoll kemm aħna rridu nħallsu dak il-prezz, li jinqasam bejn l-Istati Membri kollha; |
|
37. |
jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jħejju assistenza adegwata u pjan ta’ rkupru għall-Ukrajna biex jappoġġjaw l-ekonomija tal-Ukrajna u l-bini mill-ġdid tal-infrastruttura meqruda tagħha; jenfasizza li l-Federazzjoni Russa trid terfa’ r-responsabbiltà għall-qerda tal-infrastruttura Ukrena, inkluż il-bini ċivili u residenzjali, kif ukoll it-telf ekonomiku sinifikanti, u se tkun meħtieġa tikkumpensa għall-ħsara kkawżata mill-azzjonijiet aggressivi tagħha; |
|
38. |
jieħu l-impenn li jimmonitorja s-sitwazzjoni mill-qrib, billi jħeġġeġ skambji ta’ informazzjoni dwar l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) Ewropej fuq il-post, billi jħeġġeġ djalogu ġenwin mal-OSĊ Ukreni, inklużi l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u t-trade unions, permezz tal-mekkaniżmi ta’ djalogu permanenti tagħhom; il-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tar-refuġjati fuq il-post kif ukoll fil-pajjiżi ġirien, filwaqt li jingħata appoġġ sħiħ lill-poplu Ukren. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) COM(2022) 107 final – Solidarjetà Ewropea mar-refuġjati u dawk li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna.
(2) COM (2022) 109 final – Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE).
(3) Dikjarazzjoni ta’ Versailles, adottata fil-Laqgħa Informali tal-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern fl-10 u l-11 ta’ Marzu 2022 https://www.consilium.europa.eu/media/54773/20220311-versailles-declaration-en.pdf
(4) COM(2022) 108 final – REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli.
(5) Dikjarazzjoni ta’ Versailles, adottata fil-Laqgħa Informali tal-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern fl-10 u l-11 ta’ Marzu 2022 https://www.consilium.europa.eu/media/54773/20220311-versailles-declaration-en.pdf
OPINJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-568 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 23.3.2022–24.3.2022
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/6 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-azzjoni tal-UE għall-perjodu ta’ wara l-COVID-19: irkupru aħjar permezz tal-isport”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 290/02)
|
Relatur: |
Pietro Vittorio BARBIERI |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
23.3.2021 |
|
Bażi legali |
Artikolu 32(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adottata fis-sezzjoni |
7.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2022 |
|
Sessjoni Plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
148/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Wara l-perjodu twil tal-pandemija, li kellu impatt serju fuq is-settur kollu tal-isport u fuq l-assoċjazzjonijiet sportivi lokali b’mod partikolari, li wassal għall-għeluq ta’ ħafna faċilitajiet, huwa meħtieġ approċċ strateġiku biex jissaħħaħ u jiġi promoss ir-rwol tal-isport u tal-attività fiżika fil-bini ta’ soċjetà aktar reżiljenti u sostenibbli. Tali għażla għandha titqies bħala parti mill-proċess usa’ ta’ rkupru ekonomiku u soċjali, f’tentattiv biex jiġu identifikati objettivi biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ rispons tas-settur tal-isport għall-kriżijiet li qed jaffettwawna dejjem aktar. |
|
1.2. |
L-isport u l-attività fiżika għandhom jiġu integrati fi strateġiji ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali, b’nisġa ta’ rabtiet transsettorjali aktar mifruxa, b’mod partikolari mas-saħħa pubblika, l-edukazzjoni, u l-inklużjoni soċjali. L-isport huwa fattur għas-sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali li trawwem l-irkupru, toħloq opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u negozju bbażati fuq l-isport. Se jkun importanti wkoll li jitrawwem id-djalogu soċjali dwar il-benesseri u l-attività fiżika fuq il-post tax-xogħol, bl-involviment tal-imsieħba soċjali. Għaldaqstant, il-KESE jitlob li jsiru studji li juru r-rabta bejn l-isport u l-benesseri ġenerali taċ-ċittadini. |
|
1.3. |
Fl-iskola u fid-diversi stadji tat-tagħlim, bħalma ngħallmu kif wieħed għandu jwettaq biċċa xogħol, kif jitgħallem u kif jikber, jeħtieġ li ngħallmu lill-bniet u lis-subien dwar dak kollu li huwa relatat mal-għarfien dwar il-ġisem. L-għoti ta’ spinta lill-edukazzjoni dwar il-ġisem fl-iskola, mill-perspettiva tal-logħob, tad-divertiment u ta’ diversi dixxiplini, titlob il-ħolqien ta’ għodda unika li tipproduċi riżultati, serenità, koeżistenza u fuq kollox suċċess fl-iskola u li tippromovi stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa. Dan ifisser li nagħrfu l-valur tal-isport u l-attività fiżika bl-istess mod bħal oqsma oħra, b’mod partikolari fl-edukazzjoni tal-ġenerazzjoni żagħżugħa, u tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni interni u liż-żoni li huma żvantaġġati minħabba speċifiċitajiet reġjonali. |
|
1.4. |
It-Trattat ta’ Lisbona jiddeskrivi d-dimensjoni Ewropea tal-valur soċjali u ekonomiku tal-isport. Wara l-emerġenza tas-saħħa, hemm bżonn li l-valuri li l-isport u l-attività fiżika jirrappreżentaw isiru aktar prominenti fil-politika Ewropea, u b’hekk jingħataw dinjità sħiħa daqs il-politiki Ewropej l-oħra. Għalhekk, mhumiex meħtieġa politiki ta’ koeżjoni biss, iżda perkors reali ta’ awtonomizzazzjoni, jiġifieri l-viżjoni ta’ tranżizzjoni sportiva ġenwina li tisfrutta b’mod sinifikanti l-effett fuq il-benesseri tal-persuni u l-kwalità tal-ħajja. |
|
1.5. |
Għalhekk, jeħtieġ li: |
|
1.5.1. |
tiġi inkluża r-rata tal-privazzjoni tal-prattika tal-isport – jiġifieri r-rata ta’ esklużjoni mit-tgawdija ta’ ben essenzjali, id-dritt li wieħed jipprattika l-isport – fil-lista tal-indiċijiet tal-Eurostat biex titkejjel il-privazzjoni materjali; |
|
1.5.2. |
il-finanzjament kollu tal-UE għall-perjodu 2021-2027, kemm jekk b’ġestjoni diretta kif ukoll b’ġestjoni indiretta, ikun disponibbli għas-settur sportiv, billi l-isport u l-attività fiżika jitqiesu bħala investiment fil-benesseri tal-individwu u dak kollettiv tal-komunitajiet; |
|
1.5.3. |
jiġi previst sehem akbar tal-ammont totali ta’ finanzjament allokat għall-isport u l-kooperazzjoni transsettorjali, inkluż l-isport, fil-programm Erasmus+. Il-finanzjamenti għandhom jiġu mhux biss mill-fondi ta’ koeżjoni iżda wkoll minn dawk previsti għall-missjonijiet differenti fil-Fond għall-Irkupru, peress li l-finanzjament għall-isport huwa mnaqqsas ħafna. Barra minn hekk, ikun tajjeb li ssir riallokazzjoni sinifikanti tar-riżorsi bejn l-isport kompetittiv ta’ prestazzjoni għolja u dak maħsub għall-iżvilupp soċjali; |
|
1.5.4. |
jiġu żviluppati pjani ta’ għajnuna għall-isport f’każ ta’ kriżijiet u emerġenzi (ekonomiċi, soċjali u tas-saħħa), inklużi l-pjani għat-tħejjija għalihom, anke permezz tal-forom meħtieġa ta’ semplifikazzjoni amministrattiva biex tingħeleb il-burokrazija qawwija, speċjalment għall-klabbs sportivi tal-massa. Għalhekk, l-azzjoni, speċjalment dik biex tappoġġja l-isport tal-massa, għandha tkun prijorità, peress li dan għandu rwol inklużiv għall-persuni b’diżabilità jew f’sitwazzjonijiet fraġli u vulnerabbli, minbarra li jippermetti interazzjoni interkulturali sinifikanti; |
|
1.5.5. |
jitħeġġeġ l-appoġġ għan-networks ta’ ċittadinanza attiva bil-għan li jintlaħqu dawn l-objettivi fil-livell lokali, permezz ta’ sħubijiet u kodisinn bejn il-politiki u n-networks pubbliċi, sabiex tingħata spinta lil forom ta’ innovazzjoni soċjali, u jiġu promossi esperjenzi ta’ amministrazzjoni kondiviża u sussidjarjetà ċirkolari. Titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-imsieħba u l-organizzazzjonijiet soċjali. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Fl-isfond ta’ pandemija li qed tkompli tkun ta’ sfida, u filwaqt li qed nissieltu biex nipproteġu l-ħajjiet u l-għajxien, ma għandniex ninsew il-fatt li qed niffaċċjaw għażliet li se jiddeterminaw il-futur tas-sistemi soċjoekonomiċi tal-UE u l-ħajja taċ-ċittadini Ewropej. |
|
2.2. |
L-emerġenza tas-saħħa enfasizzat li, minħabba l-multidimensjonalità tal-problemi li qed jolqtuna, huwa impossibbli li jinkisbu livelli ta’ reżiljenza b’tali mod li s-sistemi soċjoekonomiċi tal-UE jkunu sikuri għalkollox. Jeħtieġ li tittieħed azzjoni sabiex nadattaw is-soċjetà tagħna għall-kriżijiet u għall-bidliet, billi nippromovu mudelli ta’ reżiljenza bbażati fuq il-kapaċità li nantiċipaw il-kriżijiet u li niffaċċjawhom b’“għodod” adegwati. |
|
2.3. |
Il-pandemija tal-coronavirus bidlet il-prospetti ekonomiċi, soċjali u tas-saħħa għas-snin li ġejjin, u magħhom inbidel ukoll l-approċċ fir-rigward tal-istrateġiji ta’ żvilupp u ta’ koeżjoni. Jeħtieġ li nagħżlu jekk inkomplux nagħmlu dak li dejjem għamilna sal-lum, jew jekk nibdlux u nadattawx il-paradigma li hija l-bażi tal-politiki ta’ żvilupp u ta’ koeżjoni, filwaqt li nqisu l-kwistjonijiet kritiċi li ħarġu u l-esperjenzi miksuba mill-emerġenza tal-COVID-19. |
|
2.4. |
Id-dinja tal-isport intlaqtet ħafna mill-kriżi tal-COVID-19 fl-Ewropa kollha, iżda jeħtieġ li nissottolinjaw kif is-settur tal-isport tal-massa ħabbat wiċċu mal-agħar problemi u sfidi. L-impatt tal-kriżi fil-qasam tal-isport affettwa l-aktar liż-żgħażagħ, billi llimita d-“dritt” tagħhom li jipprattikaw l-isport u l-attività fiżika. Bl-istess mod, is-settur kollu tal-assoċjazzjonijiet sportivi u tal-industrija tal-isport ġarrab l-effetti tal-kriżi tas-saħħa b’konsegwenzi li se jikkundizzjonaw l-irkupru tiegħu anke fuq perjodu medju ta’ żmien. |
3. Ir-rwol tal-isport fil-proċessi ta’ żvilupp u ta’ koeżjoni
|
3.1. |
L-isport jippermetti lis-soċjetà ċivili tikkonverġi l-kapaċitajiet tagħha b’mod kostruttiv, billi jagħniha b’valuri pożittivi skont approċċ uniku u multidimensjonali li jikkontribwixxi għall-benesseri fiżiku u mentali, u jtaffi l-problemi soċjali permezz tal-kapaċità li jgħaqqad komunitajiet ta’ kulturi differenti. L-isport huwa mezz ta’ sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali fiċ-ċirkostanzi li din l-Opinjoni qed tipprova tiddefinixxi; l-isport iżid il-livelli ta’ riġenerazzjoni u attraenza tar-reġjuni u l-lokalitajiet u jappoġġja l-proċess ta’ rkupru għax jippermetti li jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol u ta’ negozju bbażati fuq l-isport. |
|
3.2. |
F’termini ekonomiċi, l-isport jista’ jħeġġeġ il-ħolqien ta’ attivitajiet intraprenditorjali ġodda, jew isaħħaħ dawk eżistenti, permezz tat-titjib tal-proċessi ta’ innovazzjoni soċjali u teknoloġika; l-isport jista’ joħloq opportunitajiet ġodda ta’ xogħol, inkluż permezz ta’ korsijiet ta’ taħriġ formali u mhux formali għall-benefiċċju taż-żgħażagħ; l-isport jirrappreżenta għodda li ttejjeb u ssaħħaħ is-saħħa u l-ħiliet tal-ħaddiema, u peress li huwa essenzjalment ibbażat fuq il-kontribut tal-bniedem, jirrappreżenta lieva effettiva għall-ħolqien tal-impjieg fil-livell lokali. |
|
3.3. |
F’termini soċjali, l-isport huwa kkaratterizzat mill-kapaċità li jinteraġixxi ma’ firxa wiesgħa ta’ gruppi soċjali, inaqqas id-differenzi u jgħaqqad il-komunitajiet lokali, kif ukoll jinvolvi l-gruppi soċjali fraġli u vulnerabbli fil-ħajja tal-komunità. Barra minn hekk, il-proġetti sportivi jistgħu jikkontribwixxu għar-riġenerazzjoni soċjali f’żoni territorjali kkaratterizzati minn “żvantaġġi” bħall-periferiji tal-bliet, u ż-żoni rurali u interni tar-reġjuni Ewropej. |
|
3.4. |
Mil-lat ambjentali, l-isport jirrappreżenta għodda strateġika biex jintlaħqu l-għanijiet b’reazzjoni għall-isfidi tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Il-prattika tal-isport hija għodda għall-promozzjoni tal-mobilità sostenibbli u r-riġenerazzjoni ambjentali taż-żoni urbani bl-għan li jadattaw għat-tibdil fil-klima. L-infrastrutturi sportivi, jekk jinbidlu f’faċilitajiet sportivi b’użu ta’ kważi żero enerġija (1), se jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet ta’ sostenibbiltà ambjentali, flimkien mal-organizzazzjoni ta’ avvenimenti b’impronta tal-karbonju baxxa. Fl-aħħar nett, l-avvenimenti sportivi jirrappreżentaw mezz mill-aqwa għat-tixrid u x-xandir ta’ messaġġi pożittivi dwar l-ambjent. |
|
3.5. |
Minkejja l-fatt li fl-istrateġiji internazzjonali ewlenin kollha (l-Aġenda 2030; il-Politika ta’ Koeżjoni 2021-2027; il-Pjan ta’ Azzjoni Globali tad-WHO dwar l-Attività Fiżika għas-snin 2018-2030) l-isport huwa identifikat bħala għodda ta’ prijorità għall-ilħuq tal-għanijiet ta’ żvilupp, ta’ sostenibbiltà u ta’ koeżjoni, sfortunatament f’ħafna Stati Membri dan l-approċċ għadu ma ġiex implimentat bis-sħiħ u, f’ħafna każijiet, l-attività fiżika u l-prattika tal-isport għadhom jitqiesu li għandhom funzjoni ta’ logħob u rikreazzjoni. |
|
3.6. |
L-emerġenza tal-COVID-19 tirrappreżenta riskju li l-kriżi twassal biex l-attività tal-isport titnaqqas jew ma tkunx tista’ ssir. Fin-nuqqas ta’ miżuri speċifiċi u “innovattivi” li kapaċi jindirizzaw il-problemi b’mod effettiv u jsibu soluzzjonijiet, il-katina ta’ avvenimenti li tikkaratterizza d-dimensjoni soċjali u ekonomika ta’ din il-prekarjetà se jkollha impatt diżastruż, billi tillimita ċerti attivitajiet essenzjali li jiżguraw il-kwalità tal-ħajja, il-benesseri u s-saħħa tan-nies. Din is-sitwazzjoni, minbarra li tipperikola s-“sopravvivenza” ta’ ħafna korpi, assoċjazzjonijiet u kumpaniji attivi fil-qasam tal-isport, se toħloq problema soċjali, relatata mal-kwalità tal-ħajja tan-nies, u waħda ekonomika, li tikkonċerna n-nuqqas ta’ sors ta’ introjtu għal min l-għajxien tiegħu jiddependi minn dawn l-attivitajiet. Bl-istess mod, it-tbatija ekonomika kkawżata mill-kriżi se tagħmilha impossibbli għal ħafna nies biex iġarrbu l-ispejjeż tal-attivitajiet sportivi ta’ wliedhom, jew tagħhom stess, b’impatt negattiv fuq il-benesseri fiżiku u fuq is-saħħa. |
|
3.7. |
Għall-gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, pereżempju l-persuni b’diżabilità, ir-riskji tal-privazzjoni tal-prattika tal-isport se jaggravaw sitwazzjonijiet diġà kritiċi li f’ċerti Stati Membri jikkostitwixxu limitazzjonijiet sistemiċi. Fir-rigward tas-saħħa mentali, b’mod partikolari, il-pandemija naqqset bil-qawwi l-parteċipazzjoni attiva ta’ utenti, membri tal-familja, operaturi, ċittadini u assoċjazzjonijiet sportivi f’termini ta’ servizzi u dipartimenti dedikati, u ċaħħdet lin-nies bi problemi ta’ saħħa mentali mill-prattika tal-isport bħala għodda li toħloq u żżomm relazzjonijiet ta’ solidarjetà li jikkombattu l-iżolament u l-emarġinazzjoni li jiġu mill-mard. Il-benesseri kollettiv huwa fatt li jolqot lil kulħadd, mhux biss lil dawk li jagħtu l-kura u lil dawk li jirċevuha. |
|
3.8. |
Minħabba wkoll il-limitazzjoni drastika ta’ okkażjonijiet soċjali li affettwat b’mod sinifikanti lit-tfal u liż-żgħażagħ, se jkun meħtieġ li jerġgħu jitniedu l-opportunitajiet ta’ sport u ta’ attività fiżika, edukazzjoni u taħriġ, li jiffokaw fuq is-sikurezza tal-postijiet fejn jipprattikaw, għall-protezzjoni tat-tfal u tal-adolexxenti. L-isport huwa qasam li fih jiltaqgħu ta’ kuljum għadd kbir ta’ tfal u żgħażagħ kif ukoll l-għalliema, it-tekniċi u l-coaches tagħhom. Dan l-ambjent huwa fost dawk l-aktar delikati għall-iżvilupp fiżiku u mentali ta’ min jipprattika l-isport, u jirrikjedi l-ħtieġa li jiġu adottati politiki speċifiċi, biex huma jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ mill-benefiċċji kollha li tista’ tagħti l-attività f’ambjent protett. L-isport għal kulħadd ma għandux ifisser sport akkost ta’ kollox. |
|
3.9. |
L-attività fiżika regolari hija effettiva wkoll f’termini ta’ tixjiħ attiv u jista’ jkollha rwol fundamentali fit-titjib tal-kapaċitajiet funzjonali tal-anzjani u tal-kwalità tal-ħajja tagħhom. Barra minn hekk, l-effetti tal-eżerċizzju fiżiku jiżdiedu jekk fl-istess ħin l-anzjani jinvolvu ruħhom f’attivitajiet soċjali u produttivi. Għalhekk l-isport għandu rwol preventiv, u b’hekk il-ħaddiema jkunu f’saħħithom u b’fiżiku tajjeb meta jirtiraw. |
|
3.10. |
L-iżvilupp tal-attività fiżika għall-akbar numru possibbli ta’ ċittadini jitlob ukoll innovazzjonijiet soċjali u soċjetali, li għandhom jiġu ttestjati l-ewwel nett mis-soċjetà ċivili organizzata u mill-imsieħba soċjali. Id-dimensjoni tal-ħajja ta’ kuljum, u l-kunsiderazzjoni tar-ritmi tal-ħaddiema, tal-istudenti żgħażagħ u tfal huma fundamentali, bħall-kapaċità li jiġu previsti postijiet fejn il-ġenituri jistgħu jagħmlu attività fiżika sakemm it-tfal tagħhom jagħmlu l-attività tagħhom. Il-pandemija ġegħlitna niskopru mill-ġdid l-eżerċizzju fil-miftuħ, li jista’ jippromovi xejriet innovattivi bħall-isport urban u rurali, biex nirriġeneraw l-ispazji u nikkondividu l-flessibbiltà tagħhom. Il-ħtieġa ta’ innovazzjoni soċjali hija enormi u għandha tissaħħaħ u tiġi mħeġġa biex tikkumbatti n-nuqqas ta’ ħin tal-parti l-kbira taċ-ċittadini biex jipprattikaw xi sport, anke meta jkunu jixtiequ jagħmlu dan. |
|
3.11. |
Ir-rwol tal-istrutturi privati tal-viċinat (ċentri sportivi), li għandhom il-kapaċitajiet kollha li jaħdmu ma’ kumpaniji u ma’ strutturi oħra (pereżempju, ċentri ta’ akkoljenza għall-persuni b’diżabilità) tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għandu jiġi enfasizzat fl-iżvilupp ta’ programmi kollettivi għall-benefiċċju tal-ħaddiema u taċ-ċittadini kollha. |
|
3.12. |
F’dan il-kuntest, il-kontribut tas-soċjetà ċivili u tal-atturi soċjali kollha hija ċentrali. Billi jinċentivaw l-impenn ċiviku u jqanqlu d-djalogu soċjali, huma jistgħu jippromovu l-istrateġiji dwar il-kwalità tal-ħajja fuq il-post tax-xogħol, anke bħala parti mill-ftehimiet kollettivi; jagħmlu kampanji biex iħeġġu lill-ħaddiema jirreġistraw f’gym u/jew fi klabbs sportivi; iħeġġu lill-ħaddiema sportivi jipproteġu l-interessi tagħhom; jintroduċu waqfiet fuq ix-xogħol biex issir attività fiżika. Għandu jiġi enfasizzat u msaħħaħ ir-rwol tal-professjonisti tas-saħħa, bħal dak tal-għalliema li jaħdmu mat-tfal żgħar, għas-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni tal-isport, biex jinħolqu kultura ġdida u inċentivi minn min iħaddem favur l-isport. |
|
3.13. |
Fir-rigward tad-dimensjoni tal-ġeneru, il-Karta Ewropea tad-Drittijiet tan-Nisa fl-Isport (2) żgur tirrappreżenta pjan ta’ ħidma biex jissokta t-tagħlim dwar id-differenzi u jiġu esplorati attivitajiet ġodda, u jitkompla d-djalogu u l-kollaborazzjoni bejn il-partijiet differenti b’mod partikolari dwar it-tema tal-komunikazzjoni, li ilha żmien twil ikkaratterizzata minn relazzjoni eqreb bejn in-nisa u l-media, biex jitħeġġeġ lingwaġġ ġurnalistiku rispettuż u attent, favur sport orjentat biex jiġġieled kull xorta ta’ vjolenza, diskriminazzjoni, disparità ekonomika, u għal kultura ta’ mobilità dejjem aktar akkoljenti u inklużiva. |
4. L-isport fl-Aġenda 2030
|
4.1. |
L-isport huwa lingwa universali li tgħaqqad lill-persuni, il-popli u l-kulturi; il-valuri tal-isport huma valuri ta’ universalità u armonija. L-isport huwa għodda fundamentali biex tgħin l-azzjoni mmirata biex tittrasforma s-soċjetajiet tagħna f’“ambjenti” b’sens akbar ta’ riflessjoni orjentati lejn is-sostenibbiltà. L-isport jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda 2030 billi jafferma l-prinċipji tar-rispett, tal-fehim, tal-integrazzjoni u tad-djalogu, u jikkontribwixxi biex il-persuni jiżviluppaw u jirnexxu irrispettivament mill-età, il-ġeneru, l-oriġini, it-twemmin u l-opinjonijiet tagħhom. |
|
4.2. |
Minkejja n-natura trasversali tal-isport bħala għodda li tappoġġja l-implimentazzjoni tal-prinċipji ddikjarati fl-Aġenda 2030, huwa ċar li mis-17-il għan tal-Aġenda 2030 hemm uħud li jistgħu jibbenefikaw aktar minn oħrajn mill-vantaġġ li joffri l-isport. |
|
4.3. |
L-isport huwa qasam fejn ir-responsabbiltajiet tal-UE huma relattivament ġodda u ġew introdotti biss mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. L-UE hija responsabbli għall-iżvilupp tal-politiki bbażati fuq l-evidenza, kif ukoll għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni u tal-ġestjoni ta’ inizjattivi li jappoġġjaw l-attività fiżika u l-isport fl-Ewropa. Fil-perjodu 2014-2020, għall-ewwel darba fl-ambitu tal-programm Erasmus+ (3) ġiet introdotta linja baġitarja speċifika biex tappoġġja proġetti u networks fis-settur tal-isport. Matul il-perjodu 2021-2027, l-intervent tal-UE b’appoġġ għall-isport se jinżamm u jissaħħaħ. |
5. L-isport u l-politika ta’ koeżjoni
|
5.1. |
L-UE taħdem biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ ekwità u ftuħ akbar fil-kompetizzjonijiet sportivi u protezzjoni akbar tal-integrità morali u fiżika ta’ dawk li jipprattikaw l-isport, filwaqt li titqies in-natura speċifika tiegħu. B’mod partikolari, l-UE tkopri tliet oqsma ta’ attività fis-settur tal-isport: 1) ir-rwol soċjali tal-isport; 2) id-dimensjoni ekonomika tiegħu; 3) il-qafas politiku u ġuridiku tas-settur. Għal dawn is-setturi, minbarra l-azzjoni appoġġjata bi strumenti finanzjarji b’ġestjoni diretta, l-UE tippromovi l-użu u l-komplementarjetà tal-opportunitajiet li toffri l-politika ta’ koeżjoni. |
|
5.2. |
L-isport u l-attività fiżika wrew il-kapaċità tagħhom li jinteraġixxu ma’ firxa wiesgħa ta’ gruppi soċjali, inaqqsu d-differenzi u jgħaqqdu l-komunitajiet lokali, kif ukoll jinvolvu l-gruppi soċjali esklużi fil-ħajja tal-komunità. Barra minn hekk, il-proġetti sportivi jistgħu jikkontribwixxu għal sensiela ta’ għanijiet politiċi: il-promozzjoni tal-innovazzjoni; ir-riġenerazzjoni urbana; l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kontribut għall-investimenti interni fir-reġjuni Ewropej. |
6. L-isport u l-Pjan ta’ Azzjoni Globali tad-WHO dwar l-Attività Fiżika għas-snin 2018-2030
|
6.1. |
Il-Pjan ta’ Azzjoni Globali dwar l-Attività Fiżika għas-snin 2018-2030 (4) jiddefinixxi l-għanijiet strateġiċi li għandhom jintlaħqu permezz ta’ azzjonijiet politiċi biex in-nuqqas prevalenti globali ta’ attività fiżika fost l-adulti u l-adolexxenti jitnaqqas bi 15 % sal-2030. Il-Pjan jissottolinja l-ħtieġa ta’ approċċ transsettorjali u olistiku u l-importanza tal-investiment f’politiki soċjali, kulturali, ekonomiċi, ambjentali, edukattivi, eċċ. biex titħeġġeġ l-attività fiżika u jingħata kontribut bil-għan li jintlaħqu ħafna mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-2030. L-istrateġiji għat-twettiq tal-pjan għandhom jinkorporaw il-fatturi determinanti kollha li jinfluwenzaw l-istil ta’ ħajja u għandhom l-għan li jwettqu azzjonijiet effettivi ta’ promozzjoni tas-saħħa f’perspettiva transsettorjali u ta’ approċċ integrat. |
|
6.2. |
Il-promozzjoni tal-attività fiżika hija kwistjoni kumplessa li tirrikjedi tmexxija b’saħħitha u azzjoni politika mis-settur tas-saħħa, li hija kruċjali fil-livell nazzjonali, iżda wkoll interazzjoni kbira ma’ setturi oħra, bħall-edukazzjoni, il-kultura, it-trasport, l-ippjanar urban u l-ekonomija. Sabiex tiżdied l-attività fiżika u tiġi skoraġġuta l-imġiba sedentarja, huwa essenzjali li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u individwali kritiċi tan-nuqqas ta’ attività fiżika u jiġu implimentati azzjonijiet effettivi u sostenibbli permezz ta’ kollaborazzjoni bejn diversi setturi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali Dan għandu jsir abbażi ta’ approċċ transsettorjali li jippermetti li jiġu implimentati miżuri biex tinbidel l-imġiba ħażina għas-saħħa, kemm permezz ta’ azzjoni dwar l-istil tal-ħajja individwali kif ukoll bil-ħolqien tal-kundizzjonijiet ambjentali u soċjali li jħeġġu l-bidla tal-imġiba skorretta. |
7. Mill-istrateġiji għall-prattika
|
7.1. |
Minkejja l-kontribut ċar li l-isport u l-attività fiżika jistgħu jagħtu biex jintlaħqu l-miri ta’ żvilupp, sostenibbiltà u koeżjoni, għadu diffiċli ħafna li l-fondi Ewropej isiru eliġibbli u aċċessibbli għall-inizjattivi mmirati lejn il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-isport. Il-kawża ewlenija ta’ din is-sitwazzjoni hija attribwibbli għan-nuqqas tal-isport bħala qasam ċar ta’ investiment fir-regolamenti dwar il-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2021-2027. Il-fatt li l-isport jissemma b’mod ċar fil-programmi ta’ implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni mhux biss jipprovdi perkors ċar ta’ dawn il-flussi ta’ finanzjament għall-isport, iżda jissemplifika wkoll il-ħidma tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-fondi fl-evalwazzjoni pożittiva ta’ proġetti li s-suġġett tagħhom ikun “l-isport u l-attività fiżika”. |
|
7.2. |
Sabiex tiġi enfasizzata n-natura strateġika tal-isport fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ żvilupp u koeżjoni, ġiet mehmuża ma’ din l-Opinjoni analiżi tal-koerenza bejn l-objettivi tal-Aġenda 2030 u dawk tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2021-2027 u l-azzjonijiet possibbli li għandhom jitwettqu permezz tal-isport. |
Brussell, il-24 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-apprendiment favur is-sostenibbiltà ambjentali [mhux disponibbli bil-Malti].
(2) Karta Ewropea tad-Drittijiet tan-Nisa fl-Isport [mhux disponibbli bil-Malti].
(3) Prestazzjoni tal-Erasmus+ [mhux disponibbli bil-Malti].
(4) Pjan ta’ Azzjoni Globali dwar l-Attività Fiżika 2018-2030 [mhux disponibbli bil-Malti].
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/11 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Qafas ġdid għal ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, ftehimiet ta’ sħubija ekonomika u ftehimiet ta’ investiment li jiggarantixxi l-involviment ġenwin tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali u jiżgura sensibilizzazzjoni pubblika”
(Opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 290/03)
|
Relatur: |
Stefano PALMIERI |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
25.3.2021 |
|
Bażi legali |
Artikolu 32(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni |
|
Adottata fis-sezzjoni |
9.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni Plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
215/1/7 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jtenni l-appoġġ tiegħu għall-istrateġija kummerċjali Ewropea l-ġdida li hija miftuħa, sostenibbli u assertiva, u jemmen li huwa ferm importanti li, permezz ta’ din l-istrateġija, tiġi promossa, minn naħa, il-kompetittività tas-setturi tal-produzzjoni Ewropej u tal-atturi ekonomiċi (intrapriżi kbar, ta’ daqs medju, u żgħar) u, min-naħa l-oħra, li jingħata kontribut għall-promozzjoni tal-valuri u l-prinċipji Ewropej, partikolarment id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, soċjali u tal-ġeneru, kif ukoll id-drittijiet tax-xogħol u ambjentali. B’dan il-mod jista’ jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea (UE) ikollha l-istrumenti t-tajba biex tipproteġi lill-ħaddiema u lin-negozji minn prattiki kummerċjali inġusti, u lill-konsumaturi minn prodotti perikolużi u mhux sostenibbli; b’hekk isservi kemm l-interessi tan-negozji kif ukoll dawk tal-konsumaturi u tal-ħaddiema. |
|
1.2. |
Il-KESE jemmen li l-istrateġija kummerċjali l-ġdida ambizzjuża tal-UE, biex tiġi implimentata, teħtieġ:
|
|
1.3. |
Fil-fehma tal-KESE, il-proċess ta’ riforma doppja — tal-istrumenti ta’ negozjar u tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi — se jagħmilha possibbli li tinkiseb kondiviżjoni reali u b’hekk sensibilizzazzjoni pubblika tal-valur tal-ftehimiet kummerċjali, ta’ sħubijiet u ta’ investiment, iffirmati mill-atturi kollha affettwati mill-effetti tagħhom (intrapriżi, ħaddiema, konsumaturi, eċċ.) u għaż-żewġ partijiet kontraenti (l-UE u l-pajjiżi msieħba). |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Fi Frar 2021, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet politika kummerċjali ġdida miftuħa, sostenibbli u assertiva (1), maħsuba biex tilħaq it-tliet objettivi tal-UE li ġejjin:
|
|
2.1.1. |
Diversi fatturi kkontribwew għall-iżvilupp ta’ din l-istrateġija kummerċjali ġdida. L-ewwel u qabel kollox, il-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19, li tat bidu għal riflessjoni serja dwar strateġiji ġodda għas-saħħa, is-sikurezza alimentari, il-provvista ta’ materja prima u l-produzzjoni strateġika, u l-ktajjen ta’ valur globali b’mod ġenerali. |
|
2.1.2. |
Fatturi determinanti oħra għall-iżvilupp tal-istrateġija kummerċjali l-ġdida proposta mill-Kummissjoni huma marbuta ma’: (i) il-kriżi li għaddejja fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO); (ii) ir-relazzjonijiet problematiċi ma’ xi pajjiżi jew blokok kummerċjali: iċ-Ċina, ir-Russja, l-Istati Uniti; (iii) in-negozjati diffiċli mar-Renju Unit; (iv) u l-impass attwali f’xi ftehimiet kummerċjali (ara l-ftehim UE-Mercosur, l-FSA bejn l-UE u l-Afrika Ċentrali u l-FSA bejn l-UE u l-Komunità tal-Afrika tal-Lvant). |
|
2.1.3. |
Fid-dokument propost mill-Kummissjoni jingħad diversi drabi li l-istrateġija kummerċjali l-ġdida Ewropea, minbarra li tippromovi l-kompetittività tas-setturi produttivi Ewropej, għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-valuri u l-prinċipji Ewropej, b’mod partikolari d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, soċjali u tal-ġeneru, kif ukoll id-drittijiet tax-xogħol u ambjentali. |
|
2.1.4. |
Il-Parlament Ewropew (PE) laqa’ l-proposta tal-Kummissjoni u talab lill-Kummissjoni tiżgura li, fil-ftehimiet negozjati, il-Kapitoli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jikkontribwixxu għall-iżgurar li l-benefiċċji tal-kummerċ ikunu żgurati għall-parteċipanti kollha (2). |
|
2.1.5. |
Fl-Opinjonijiet reċenti tiegħu, l-KESE tenna l-viżjoni tiegħu dwar il-politika kummerċjali tal-UE, u esprima l-appoġġ qawwi tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni, u enfasizza l-importanza, ir-rilevanza u t-tempestività tagħha. Fl-istess ħin, il-KESE ddeskriva b’mod ċar l-aspettattivi u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għal rieżami ambizzjuż tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli (3). |
|
2.1.6. |
Proprju minħabba li l-istrateġija proposta l-ġdida mill-Kummissjoni hija verament ambizzjuża, nemmnu li l-implimentazzjoni tagħha teħtieġ:
|
|
2.1.6.1. |
Il-proċess ta’ riforma doppja — tal-istrumenti ta’ negozjar u tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi — se jagħmilha possibbli li tinkiseb kondiviżjoni reali u b’hekk sensibilizzazzjoni pubblika tal-valur tal-ftehimiet (kummerċjali, ta’ sħubija ekonomika, u ta’ investiment) ffirmati mill-atturi kollha affettwati mill-effetti ta’ tali ftehimiet (intrapriżi, ħaddiema, konsumaturi, eċċ.) u għaż-żewġ partijiet kontraenti (l-UE u l-pajjiżi msieħba). |
3. Valutazzjoni kritika tal-ftehimiet kummerċjali attwali
|
3.1. |
Filwaqt li jenfasizza l-fehma tiegħu li l-multilateraliżmu huwa fundamentali għall-kummerċ u li d-WTO — ladarba tiġi riformata b’mod sinifikanti — għandha għal darb’oħra ssostni dak il-multilateraliżmu, il-KESE jifhem li, f’dan il-kuntest speċifiku, il-ftehimiet kummerċjali jistgħu jkunu kruċjali. Dan huwa minnu kemm għar-relazzjonijiet kummerċjali bilaterali tal-UE (li wara kollox jammontaw għal aktar minn 30 % tal-kummerċ tal-Unjoni fi prodotti u servizzi) kif ukoll, l-aktar importanti, għall-promozzjoni ta’ mudell ta’ żvilupp li jkun ekonomikament, soċjalment u ambjentalment sostenibbli għall-UE u l-imsieħba tagħha. |
|
3.2. |
Tul dawn l-aħħar snin, diversi strumenti ta’ negozjar użati mill-UE (ftehimiet kummerċjali, ftehimiet ta’ sħubija ekonomika, ftehimiet ta’ investiment) kienu s-suġġett ta’ valutazzjonijiet partikolarment kritiċi mill-KESE (4). |
|
3.3. |
Il-KESE jemmen li dawn il-valutazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala punt tat-tluq, sabiex jiġi vvalutat jekk l-istrumenti ta’ negozjar attwali għandhomx jiġu riformati biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija kummerċjali l-ġdida proposta mill-Kummissjoni. |
|
3.3.1. |
Aspett ewlieni jikkonċerna n-nuqqas ta’ trasparenza fil-proċessi ta’ negozjar dwar ftehimiet kummerċjali. Għalkemm hemm ħtieġa ċara ta’ kunfidenzjalità fil-kontenut tat-trattati li qed jiġu nnegozjati, il-KESE jemmen li tali kunfidenzjalità għandha madankollu tiżgura li n-negozjati kummerċjali jsiru b’mod trasparenti, u jiġi garantit fluss kontinwu ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati min-negozjati. |
|
3.3.1.1. |
Il-Kummissjoni dejjem opponiet b’mod ċar l-iżgurar ta’ trasparenza kompleta fin-negozjati, billi rreferiet għal leġiżlazzjoni (5) eżistenti u għadd ta’ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja (6), u sostniet li l-iżvelar ta’ informazzjoni waqt in-negozjati jippreġudika l-interessi tal-Unjoni Ewropea. |
|
3.3.1.2. |
Il-KESE jirrikonoxxi li, matul dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni wriet li hija miftuħa b’mod sinifikanti u inkoraġġanti, tejbet il-livell ta’ trasparenza billi għamlet disponibbli — fir-rigward ta’ diversi ftehimiet kummerċjali — informazzjoni dwar: ir-rapporti tad-diversi ċikli ta’ negozjati, il-mandat ta’ negozjar riċevut; id-diversi proposti testwali, kif ukoll it-tħejjija ta’ laqgħat permezz ta’ djalogu mas-soċjetà ċivili u l-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ftehimiet Kummerċjali tal-UE. |
|
3.3.1.3. |
Minkejja dan it-titjib, il-mandat ta’ negozjar deċiż mill-Kunsill għandu jkun aktar ambizzjuż u jagħti lill-Kummissjoni possibbiltajiet akbar biex torganizza l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-imsieħba soċjali, billi tiżgura l-involviment reali tagħhom fil-proċess ta’ negozjar. Il-KESE talab ukoll li jiġġedded il-Grupp ta’ Esperti, li l-mandat tiegħu skada (7). |
|
3.3.1.4. |
Filwaqt li l-KESE jifhem li hemm kompromess reali u proprju bejn it-trasparenza u l-kunfidenzjalità fin-negozjati, jirrikonoxxi li l-kwistjoni tat-trasparenza tibqa’ l-kwistjoni bl-akbar frizzjoni mal-partijiet ikkonċernati, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali. |
|
3.4. |
Qasam ieħor ta’ kritika huwa li l-valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà tal-ftehimiet huma parzjali, jiġu ppubblikati tard — meta n-negozjati jkunu diġà ġew konklużi — jew huma għalkollox ineżistenti fil-pajjiżi msieħba tal-ftehimiet. |
|
3.4.1. |
Kien preċiżament id-dewmien fil-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt għas-sostenibbiltà tal-ftehim UE-Mercosur li kien is-suġġett ta’ ilment lill-Ombudsman Ewropew (8) mressaq minn għadd ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi. F’Marzu 2021, l-Ombudsman Ewropew ikkritikat lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas tagħha li tiżgura l-finalizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt għas-sostenibbiltà fi żmien debitu, jiġifieri qabel it-tmiem tan-negozjati kummerċjali UE-Mercosur. L-Ombudsman sabet li dan jikkostitwixxi amministrazzjoni ħażina (9). |
|
3.4.2. |
Il-KESE jtenni li l-valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-ftehimiet għandhom jiġu ppubblikati fi żmien debitu fil-bidu tan-negozjati, u aġġornati matul in-negozjati u għandhom ikunu parti, minn żmien għal żmien, minn valutazzjoni ex post tal-ftehim matul il-fażi ta’ monitoraġġ tiegħu. Dawn il-valutazzjonijiet għalhekk għandhom jikkonċernaw iż-żewġ partijiet tan-negozjati: l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Istati kontropartijiet fuq il-mejda tan-negozjati (10). |
|
3.5. |
Kritika oħra tal-ftehimiet kummerċjali hija li dawn jonqsu milli jiżguraw b’mod effettiv ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet soċjali, għall-konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, kif ukoll tal-istandards ambjentali u tas-sikurezza. Barra minn hekk, il-ftehimiet ma jiggarantixxux kundizzjonijiet ekwivalenti bejn l-atturi kollha fis-swieq (b’mod partikolari għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll għal xi setturi tal-produzzjoni) (11). |
|
3.6. |
Barra minn hekk, il-ftehimiet kummerċjali xi drabi jonqsu milli jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, l-eżistenza ta’ asimmetriji bejn l-UE u l-pajjiżi msieħba fil-ftehim, bir-riskju li ma jsolvux jew xi drabi japprofondixxu d-differenzi eżistenti (eż. l-aċċess ekwu għal mediċini li jsalvaw il-ħajjiet, jew vaċċini). Huma jonqsu wkolli milli jqisu l-possibbiltà li l-kumpaniji multinazzjonali jistgħu jsiru aktar b’saħħithom bħala riżultat tal-konklużjoni ta’ ftehimiet kummerċjali. |
|
3.7. |
Sabiex jiġi żgurat involviment effettiv u wiesa’ tas-soċjetà ċivili organizzata, l-implimentazzjoni mifruxa tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi mhux meħtieġa biss fin-negozjati kummerċjali futuri kollha, iżda b’mod speċjali fil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika attwali fl-Afrika, fejn il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi huma kompletament assenti. Il-proċessi ta’ reviżjoni li għaddejjin bħalissa u li ġejjin, u l-implimentazzjoni tal-ftehim il-ġdid bejn l-UE u l-OSAKP jistgħu joffru opportunità effettiva fl-introduzzjoni tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi fil-ftehimiet kummerċjali eżistenti li m’għandhomx dan l-istrument (eż. ir-reviżjoni tal-FSE bejn l-Unjoni Ewropea u l-Grupp tal-FSE tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC)). |
|
3.8. |
Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-imsieħba soċjali fin-negozjati u l-monitoraġġ tal-ftehimiet iffirmati mill-Unjoni evolvew xi ftit mill-esperjenzi tal-bidu. Il-KESE jirrikonoxxi l-isforzi li saru, u f’ħafna każijiet kien involut fihom. |
|
3.9. |
Il-KESE jinnota s-sejbiet tal-istudju reċenti Study Reviewing the DG Trade Civil Society Dialogue (12), li vvaluta d-djalogu mas-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew u nazzjonali. Għalkemm jaqbel ma’ wħud mis-sejbiet tal-istudju, il-KESE jemmen li hemm bżonn ta’ qabża kbira fl-involviment reali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u kif ukoll tal-imsieħba soċjali fil-politika kummerċjali tal-UE. |
|
3.10. |
Il-KESE talab diversi drabi għall-involviment reali u akbar tas-soċjetà ċivili u tal-imsieħba soċjali fl-istadji kollha tan-negozjati tal-ftehim kummerċjali fuq iż-żewġ naħat tal-mejda tan-negozjati (il-Kummissjoni u l-pajjiżi msieħba) (13). |
|
3.11. |
Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-KESE jemmen li wasal iż-żmien li tiġi żviluppata strateġija ta’ negozjar ġdida, aktar effettiva, b’regoli u proċeduri ġodda biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva u effiċjenti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-imsieħba soċjali. Din tippromwovi l-kisba tal-għanijiet tal-istrateġija kummerċjali l-ġdida tal-UE, billi tiżgura li jintlaħqu ftehimiet li huma kompatibbli ma’ żvilupp li huwa ekonomikament, soċjalment u ambjentalment sostenibbli għaż-żewġ partijiet tan-negozjar: l-UE u l-pajjiżi msieħba tal-ftehimiet kummerċjali. |
4. Qafas ta’ negozjar ġdid għall-ftehimiet kummerċjali
|
4.1. |
Il-KESE jqis li l-politika kummerċjali l-ġdida tal-UE toffri l-possibbiltà li jiġu vvalutati u mtejba r-regoli, il-proċeduri u l-kriterji għall-organizzazzjoni tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata u tal-imsieħba soċjali b’mod ħafna aktar effettiv, trasparenti u inklużiv, kemm matul in-negozjati, u sussegwentement, matul il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni possibbli tal-ftehimiet. |
|
4.2. |
Il-KESE jemmen li huwa opportun li titfassal metodoloġija ġdida ta’ negozjar, li tistabbilixxi pjan direzzjonali ġdid, li jipprevedi l-involviment ġenwin tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-imsieħba soċjali fl-istadji kollha tan-negozjati. Din il-metodoloġija għandha tapplika kemm għall-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-Istati tal-kontroparti fin-negozjati. |
|
4.3. |
L-ewwel pass tal-pjan direzzjonali tan-negozjati għandu jkun l-iffirmar ta’ memorandum ta’ qbil bejn in-negozjaturi (il-Kummissjoni u l-Istati rispettivi tal-kontroparti) li jiżgura l-impenn reċiproku tan-negozjaturi:
|
|
4.3.1. |
L-istadji tan-negozjati previsti fil-memorandum ta’ qbil se japplikaw kemm għaċ-ċikli ta’ negozjati ġenerali kif ukoll għal kwalunkwe ċikli ta’ negozjati tekniċi li jistgħu jiġu ffurmati. |
|
4.3.2. |
It-twaqqif ta’ Kumitat Konsultattiv Konġunt għandu jkun ibbażat fuq l-istess approċċ bħall-prinċipju ta’ sħubija fis-seħħ għall-politika ta’ koeżjoni. |
|
4.3.2.1. |
Permezz ta’ din is-sħubija, kull programm tal-politika ta’ koeżjoni huwa żviluppat permezz ta’ proċess kollettiv li jinvolvi awtoritajiet fil-livell Ewropew, reġjonali u lokali, msieħba soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Din is-sħubija tapplika għall-istadji kollha tal-proċess tal-programmazzjoni, mid-disinn sal-ġestjoni u l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni. Dan l-approċċ jgħin biex jiġi żgurat li l-azzjoni tkun adattata għall-ħtiġijiet u l-prijoritajiet lokali u reġjonali tal-partijiet ikkonċernati kollha. |
|
4.3.3. |
L-għażla tal-osservaturi minn fost ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-imsieħba soċjali għandha tkun soġġetta għall-kriterju fundamentali ta’ rappreżentanza effettiva, indipendenza u distribuzzjoni ġusta fost il-partijiet ikkonċernati. Fir-rigward tar-rappreżentattività u l-indipendenza, l-imsieħba soċjali għandhom jirrispettaw il-kriterji adottati mill-grupp tal-ħaddiema u l-grupp ta’ min iħaddem fi ħdan l-ILO, u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili għandhom josservaw ir-regoli stabbiliti mill-korpi internazzjonali. L-osservaturi preżenti fil-kumitat konsultattiv konġunt tal-partijiet ikkonċernati għandhom ikunu soġġetti għal kodiċi ta’ kondotta speċifiku. |
|
4.3.4. |
Minbarra l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali, fil-kumitat konsultattiv konġunt tal-partijiet ikkonċernati għandhom jipparteċipaw ukoll bħala osservaturi esterni. Istituzzjonijiet internazzjonali rilevanti fosthom l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u s-Segretarjat tal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent. |
|
4.3.4.1. |
Il-kodiċi ta’ kondotta għandu jistabbilixxi:
Il-kodiċi ta’ kondotta għandu jiġi ffirmat mill-parteċipanti kollha fin-negozjati bħala osservaturi fil-kumitat konsultattiv konġunt. |
|
4.4. |
Il-pjan direzzjonali tan-negozjati għandu jikkonsisti fl-istadji li ġejjin, li se jiġu ripetuti ċiklikament sa tmiem in-negozjati. |
|
4.4.1. |
L-istadju ta’ negozjar kunfidenzjali Dan l-istadju jinvolvi kemm lill-partijiet tan-negozjati (il-Kummissjoni u l-pajjiżi taż-żona ġeografika kontroparti fin-negozjati), kif ukoll lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tal-imsieħba soċjali bħala osservaturi li jimpenjaw ruħhom — billi jiffirmaw il-protokoll ta’ kunfidenzjalità fil-kodiċi ta’ kondotta — biex jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni disponibbli għalihom f’dan l-istadju. F’dan l-istadju, l-ILO għandha tippreżenta rapport qabel in-negozjati dwar l-istatus tar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet Fundamentali fil-pajjiż terz, li jkun disponibbli għall-membri kollha tan-negozjati (negozjaturi u osservaturi). Dan ir-rapport ma jkollu l-ebda valur vinkolanti iżda jgħin biex juri jekk l-istandards soċjali humiex qed jintlaħqu jew fil-pajjiżi kkonċernati mill-ftehim. |
|
4.4.2. |
L-istadju ta’ twissija bikrija mal-kumitat konsultattiv konġunt Stadju li fih l-osservaturi jidentifikaw suġġetti sensittivi fin-negozjati, li fir-rigward tagħhom in-negozjati mhux qed jilħqu soluzzjonijiet sodisfaċenti għas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali. Dan l-istadju huwa wkoll “stadju kunfidenzjali” li fih l-osservaturi huma mitluba jirrispettaw il-kunfidenzjalità sħiħa. |
|
4.4.3. |
L-istadju tal-komunikazzjoni miftuħa Kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-pajjiżi taż-żona ġeografika kontroparti fin-negozjati jirrappurtaw pubblikament u regolarment dwar il-progress tan-negozjati. F’dan l-istadju, l-osservaturi jistgħu jesprimu l-valutazzjonijiet tagħhom skont ir-Regola Chatham House (14), billi jiddeskrivu s-suġġetti sensittivi tan-negozjati identifikati fl-istadju preċedenti tat-twissija bikrija mal-kumitat konsultattiv. Dan l-istadju huwa pubbliku li fih jiġu stabbiliti r-riżultati preliminari tan-negozjati. Dan l-istadju jservi biex tinħoloq sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-progress tan-negozjati. |
|
4.4.4. |
L-istadju tas-sottomissjoni tar-rapport preliminari tal-valutazzjoni tal-impatt tal-ftehim kummerċjali indipendenti. F’dan l-istadju, iż-żewġ partijiet (il-Kummissjoni u l-pajjiżi taż-żona ġeografika kontroparti) jippreżentaw il-valutazzjoni tal-impatt indipendenti preliminari tal-ftehim. Huwa f’dan l-istadju li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali jesprimu l-valutazzjonijiet tagħhom tal-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-ftehim, billi jużaw ukoll l-analiżi tal-evalwazzjoni indipendenti tagħhom stess. L-osservaturi esterni għandhom jagħtu kontribut importanti billi jippreżentaw rapport li għandu jkun disponibbli għall-partijiet kollha u lill-pubbliku. |
|
4.4.5. |
Ladarba r-rapport tal-impatt preliminari jkun ġie ppreżentat, l-istadju ta’ negozjati kunfidenzjali terġa’ tibda b’mod ċikliku, segwit mill-istadju ta’ twissija bikrija mal-kumitat konsultattiv, segwit mill-istadju ta’ komunikazzjoni miftuħa, u finalment l-istadju tal-preżentazzjoni tar-rapport finali tal-valutazzjoni tal-impatt tal-ftehim kummerċjali. Iċ-ċiklu tan-negozjati jibqa’ għaddej sakemm il-ftehim jiġi ffirmat jew le mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u l-pajjiżi taż-żona ġeografika kontroparti. |
|
4.4.6. |
Jekk il-ftehim jiġi ffirmat mill-partijiet, dawn — flimkien mal-osservaturi tas-soċjetà ċivili u tal-imsieħba soċjali fil-Grupp Konsultattiv — iħejju protokoll speċifiku għat-twaqqif tal-Grupp Konsultattiv Domestiku (għall-UE u l-pajjiżi msieħba) li jistabbilixxi r-regoli għall-funzjonament tiegħu (ara l-paragrafu 5.5.2). |
|
4.4.7. |
Il-KESE jemmen li l-qafas ta’ negozjati propost huwa ta’ sfida għall-partijiet kollha involuti fin-negozjati. Hija sfida li tirrikjedi għarfien tar-rwoli ta’ kull wieħed mill-atturi involuti (il-Kummissjoni, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali, osservaturi esterni), kif ukoll livell partikolarment għoli ta’ professjonalità u tħejjija min-naħa ta’ dawk kollha involuti. Il-KESE jqis li għandu jissaħħaħ ir-rwol tal-Parlament Ewropew, li għandu jkollu rwol akbar fl-istadji tan-negozjati u l-monitoraġġ tal-ftehimiet. Il-KESE huwa wkoll konvint li dan huwa l-uniku mod biex jiġi żgurat li kulħadd, inklużi s-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali, ikun ġenwinament involut fin-negozjati kummerċjali, biex b’hekk jiġi żgurat li l-kontenut tal-ftehim ikun ġenwinament maqbul bejn kulħadd. |
5. Proposta għar-riforma tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet
|
5.1. |
L-UE bħalissa qed tiffaċċja domanda dejjem akbar għal djalogu inklużiv u demokratiku mis-soċjetà ċivili u mill-imsieħba soċjali, mhux biss waqt l-abbozzar tal-ftehimiet kummerċjali, iżda wkoll matul l-implimentazzjoni tagħhom (15). Filwaqt li japprezza l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiftaħ spazji għad-diskussjoni u l-parteċipazzjoni, il-KESE jemmen li huwa essenzjali li jittejbu l-proċeduri għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-ftehimiet. |
|
5.2. |
Fil-fehma tal-KESE, l-istrumenti konsultattivi — il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi — imwaqqfa biex jimmonitorjawl-implimentazjoni u l-infurzar tal-impenji stipulati fil-kapitoli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, u fil-futur tal-ftehimiet kummerċjali sħaħ, ma jissodisfawx b’mod sodisfaċenti l-għanijiet stabbiliti. Dawn il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi għandhom lakuni kemm f’termini tal-kriterji li jwasslu għall-kompożizzjoni tagħhom kif ukoll nuqqas ta’ regoli ċari fir-rigward tal-funzjonament tagħhom. |
|
5.3. |
Skont ir-rakkomandazzjonijiet ta’ politika stabbiliti fid-dokument informali Strengthening and Improving the Functioning of EU Trade Domestic Advisory Groups (16), u l-analiżi reċenti dwar il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi tal-UE u tal-pajjiżi msieħba (17), il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi jistgħu jiġu evalwati skont erba’ livelli differenti ta’ suċċess, abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiżguraw:
|
|
5.3.1. |
Fir-rigward tal-funzjonament, għalkemm il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi huma attivi fl-UE — bis-saħħa tal-funzjoni fundamentali tas-segretarjat tal-KESE — huma preżenti biss f’xi wħud mill-pajjiżi msieħba (18). Fil-pajjiżi msieħba fejn huma preżenti, huma għandhom problemi organizzattivi ovvji — minħabba nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji (19) — kif ukoll problemi ta’ rappreżentattività, distribuzzjoni ġusta tal-partijiet ikkonċernati, u indipendenza tal-organizzazzjonijiet membri tagħhom (20). |
|
5.3.2. |
Mil-lat tal-kapaċità tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni tal-parteċipanti fil-Gruppi Konsultattivi Domestiċi, għalkemm dejjem ikun hemm skambju ġenerali ta’ informazzjoni, jidher li hemm distinzjoni ċara bejn il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi tal-UE u l-Gruppi Konsultattivi Domestiċi tal-pajjiżi msieħba. Fil-Gruppi Konsultattivi Domestiċi tal-UE, ġeneralment ikun hemm skambju tajjeb ta’ informazzjoni bejn il-parteċipanti fid-djalogu, filwaqt li fil-Gruppi Konsultattivi Domestiċi tal-pajjiżi msieħba, hemm tensjonijiet bejn rappreżentanti tan-negozju u dawk li mhumiex. Fiż-żewġ tipi ta’ Gruppi Konsultattivi Domestiċi, madankollu, ir-relazzjonijiet għadhom mhux sodisfaċenti bejn il-gvernijiet u l-Gruppi Konsultattivi Domestiċi rispettivi tagħhom (l-hekk imsejjaħ djalogu vertikali). Hemm ukoll sejħa għal djalogu tranżnazzjonali aktar strutturat u profond bejn il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi tal-UE u tal-pajjiżi msieħba, speċjalment waqt il-laqgħa annwali tranżnazzjonali tas-soċjetà ċivili, u sabiex ikun hemm laqgħat speċifiċi bejn il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi fl-ambitu tal-istess ftehim. |
|
5.3.3. |
Fir-rigward tal-monitoraġġ tal-ftehimiet, għalkemm dan huwa l-għan ewlieni tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi, irid jiġi rikonoxxut li huwa diffiċli li dan jimmaterjalizza. In-nuqqas li jinkiseb monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-infurzar tal-kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli huwa prinċipalment minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi speċifiċi għall-monitoraġġ, u nuqqas ta’ rieda u responsabbiltà min-naħa tal-gvernijiet. F’dan il-kuntest, il-pressjoni min-naħa tal-Kummissjoni u l-Gruppi Konsultattivi Domestiċi tal-UE fuq il-gvernijiet tal-pajjiżi msieħba biex iżidu r-responsabbiltà tagħhom fil-fażi ta’ monitoraġġ hija ċertament apprezzata (21). Rapport ta’ informazzjoni mhux vinkolanti li jiġi ppreżentat lill-Gruppi Konsultattivi Domestiċi mill-ILO u l-OECD jikkostitwixxi bażi affidabbli għall-valutazzjoni tal-ftehim kummerċjali. |
|
5.3.4. |
Ma hemm l-ebda dubju li, bħala riżultat ta’ dak li nstab sa issa, l-impatt politiku tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi, jiġifieri l-kapaċità li jinfluwenzaw l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet li jaqgħu taħt il-kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, huwa tkompletament insuffiċjenti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji aktar ambizzjużi bil-għan li jiġi żgurat li l-gvernijiet iqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi; barra minn hekk, minkejja li l-obbligi tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi huma vinkolanti, hemm nuqqas ta’ eżegwibilità effettiva u involviment permanenti tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi matul il-proċess ta’ litigazzjoni (22). |
|
5.4. |
Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-KESE jqis li huwa meħtieġ proċess ta’ riforma bir-reqqa tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi biex jitneħħew in-nuqqasijiet deskritti hawn fuq (fil-paragrafi 5.3.1 sa 5.3.4). |
|
5.5. |
Il-KESE jtenni l-ħtieġa li jitwaqqaf — għat-tipi kollha ta’ ftehimiet negozjati — korp uniku li jinvolvi lis-soċjetà ċivili u lill-imsieħba soċjali. Il-Grupp Konsultattiv Domestiku Riformat ikun kapaċi jissorvelja l-implimentazzjoni u l-infurzat tal-ftehimiet, u jevalwa r-riżultati (23). |
|
5.5.1. |
Dan il-korp għandu jkun komuni u kompletament funzjonali għaż-żewġ partijiet tal-ftehim (l-UE u l-pajjiżi msieħba). Huwa għandu jkopri wkoll l-aspetti kollha tal-ftehim, jipprijoritizza l-elementi kollha tal-ftehim li għandhom impatt fuq l-implimentazzjoni tal-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. |
|
5.5.2. |
Il-KESE jemmen li kull ftehim iffirmat għandu jinkludi protokoll dwar il-funzjonament tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi li jistabbilixxi qafas istituzzjonalizzat sod li jkun kapaċi jistabbilixxi regoli għall-funzjonament tiegħu għaż-żewġ partijiet tal-ftehim (l-UE u l-pajjiżi msieħba). B’mod speċifiku, dan il-protokoll jistabbilixxi:
|
|
5.5.3. |
Se jkollhom rwol fundamentali l-indikaturi ta’ monitoraġġ in itinere, li jeħtieġ li jiżguraw il-konformità mal-impenji previsti fil-ftehim u se jkopru l-oqsma ekonomiċi/kummerċjali, soċjali, ambjentali u tas-sikurezza tas-saħħa. |
|
5.5.4. |
Il-KESE jemmen li, abbażi tal-proċess ta’ riforma tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi, ir-rwol tal-KESE se jsir kruċjali u se jeħtieġ aġġustament xieraq tar-riżorsi umani u finanzjarji. Għal din ir-raġuni, il-KESE jtenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet baġitarji biex jipprovdu — meta r-riforma tiġi implimentata bis-sħiħ — għotja addizzjonali f’konformità man-nefqa kurrenti ppjanata mill-Kummissjoni, sabiex jgħinu lill-gruppi konsultattivi domestiċi jwettqu l-attivitajiet previsti tagħhom kemm f’termini kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) COM(2021) 66 final.
(2) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2020 dwar ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali tal-UE (2020/2761 (RSP)).
(3) ĠU C 105, 4.3.2022, p. 148; ĠU C 105, 4.3.2022, p. 40; ĠU C 364, 28.10.2020, p. 53; ĠU C 364, 28.10.2020, p. 160; ĠU C 159, 10.5.2019, p. 28
(4) ĠU C 105, 4.3.2022, p. 148; ĠU C 105, 4.3.2022, p. 40; REX/530, Evalwazzjoni tar-rwol tas-soċjetà ċivili fl-istrutturi ta’ parteċipazzjoni taħt il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja/il-Perù/l-Ekwador, relatur: Giuseppe Iuliano; ĠU C 364, 28.10.2020, p. 160; ĠU C 47, 11.2.2020, p. 38; REX/503, Lejn Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Mercosur, relatur: Josep Puxeu Rocamora, korelatur: Mário Soares.
(5) L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
(6) Ittra li fiha l-Kummissjoni tirrifjuta l-aċċess għal dokument fuq talba tal-organizzazzjoni Friends of the Earth. 2019 [b]. https://www.asktheeu.org/fr/request/7049/response/23196/attach/3/Signed%20letter.pdf?cookie_passthrough=1 Aċċessata: 30.7.2020 p. 2.
(7) ĠU C 374, 16.9.2021, p. 73 Op. cit.
(8) ClientEarth, Fern, l-Istitut Veblen, il-Fondazzjoni Franċiża Nicolas Hulot għan-Natura u l-Bniedem u l-Federazzjoni Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem.
(9) Id-Deċiżjoni fil-każ 1026/2020/MAS dwar in-nuqqas mill-Kummissjoni Ewropea li tiffinalizza l-valutazzjoni tal-impatt għas-sostenibbiltà aġġornata qabel ma tikkonkludi n-negozjati kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur.
(10) ĠU C 47, 11.2.2020, p. 38 Op. cit.
(11) ĠU C 105, 4.3.2022, p. 148 Op. cit; REX/532; ĠU C 364, 28.10.2020, p. 160 Op. cit.
(12) Marzu 2021, Unjoni Ewropea, Study Reviewing DG Trade Civil Society Dialogue (Studju li jirrieżamina d-djalogu mas-soċjetà ċivili tad-DĠ Kummerċ), Tetra Tech — Deloitte.
(13) ĠU C 105, 4.3.2022, p. 40; ĠU C 105, 4.3.2022, p. 148; ĠU C 159, 10.5.2019, p. 28.
(14) Skont ir-regola, “Meta laqgħa, jew parti minnha, issir skont ir-Regola ta’ Chatham House, il-parteċipanti huma liberi li jużaw l-informazzjoni li jirċievu, iżda la l-identità jew l-affiljazzjoni tal-kelliem(a), u lanqas dik ta’ xi parteċipant ieħor ma tista’ tiġi żvelata”.
(15) Dokument informali min-Netherlands u Franza dwar il-kummerċ, l-effetti ekonomiċi soċjali u l-iżvilupp sostenibbli.
(16) Dokument informali: Strengthening and Improving the Functioning of EU Trade Domestic Advisory Groups (It-Tisħiħ u t-Titjib tal-Funzjonament tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi tal-Kummerċ tal-UE).
(17) Martens, D., Potjomkina, D., Orbie, J., 2020, Domestic Advisory Groups in EU trade agreements – Stuck at the Bottom or Moving up the Ladder?Fondazzjoni Friderich Ebert — L-Università ta’ Ghent.
(18) Pereżempju fil-Perù, wara n-nuqqas ta’ rieda tal-gvern Peruvjan li jwaqqaf Gruppi Konsultattivi Domestiċi iddedikat, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili waqqfu Gruppi Konsultattivi Domestiċi “parallel” li sfortunatament mhuwiex rikonoxxut mill-UE. Martens et al., 2020 Op. cit.
(19) Il-KESE jipprovdi s-segretarjat tad-DAGs kollha tal-UE. Madwar 78 % (36/46) tar-rispondenti tad-DAG tal-UE jqisu li l-laqgħat tad-DAG huma mħejjija sew mis-segretarjat. Madankollu, il-biċċa l-kbira tad-DAGs mhux tal-UE, ma għandhomx appoġġ simili sabiex jgħinuhom jorganizzaw u jħejju l-ħidma tagħhom. Il-biċċa l-kbira tal-ħidma tagħhom spiss titwettaq mill-president tagħhom (u xi drabi mill-viċi presidenti), li huma limitati fil-kapaċità tagħhom li jiddedikaw ħafna ħin għal dawn l-attivitajiet. Martens, D., et al. Op. cit. p. 16.
(20) Pereżempju l-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-Korea t’Isfel, li għamel progress konsiderevoli, għad m’għandux rappreżentanza u indipendenza. Martens, D., et al., 2020 Op. cit.
(21) Fil-Ftehim UE-Korea, il-pressjoni politika wasslet għal ilment uffiċjali u l-bord ta’ esperti ddeċieda dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-pajjiż mal-Konvenzjonijiet tal-ILO.
Figura 1
L-istadji differenti tan-negozjati (il-Pjan direzzjonali)
C2902022MT1110120220323MT0003.0001201212Figura 1L-istadji differenti tan-negozjati (il-Pjan direzzjonali)Figura 2L-istadji differenti tan-negozjati (Road-Map)
Figura 2
L-istadji differenti tan-negozjati (Road-Map)
C2902022MT1110120220323MT0003.0001201212Figura 1L-istadji differenti tan-negozjati (il-Pjan direzzjonali)Figura 2L-istadji differenti tan-negozjati (Road-Map)
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/22 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Liema kundizzjonijiet huma meħtieġa biex titrawwem l-aċċettabbiltà soċjali tal-enerġija u t-tranżizzjoni lejn livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju?”
(Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE)
(2022/C 290/04)
|
Relatur: |
Arnaud SCHWARTZ |
|
Korelatur: |
Pierre Jean COULON |
|
Konsultazzjoni |
Il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill, 20.9.2021 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adottata fis-sezzjoni |
10.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni Plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
224/6/5 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Biex tiġi żgurata l-aċċettazzjoni soċjali tat-tranżizzjoni tal-enerġija u jitqiesu t-tagħlimiet miksuba fl-istadji tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni, il-KESE jistieden lill-atturi kkonċernati kollha biex itejbu l-elementi li ġejjin: l-indipendenza tal-proċess, il-kwalità u l-aċċessibilità tal-informazzjoni, il-libertà u d-diversità tal-parteċipazzjoni, iċ-ċarezza tal-modalitajiet, ir-responsabbiltà u t-teħid inkunsiderazzjoni tal-parteċipazzjoni fid-deċiżjonijiet, it-trasparenza u l-monitoraġġ mill-bidu sal-aħħar ta’ pjan jew proġett, kif ukoll il-ħtieġa għal tranżizzjoni affordabbli u li tiffunzjona sew (bis-soluzzjonijiet disponibbli, eż. punti tal-iċċarġjar għal vetturi elettriċi lokalizzati sew f’għadd suffiċjenti).. |
|
1.2. |
Il-KESE jistieden lill-UE tippromovi b’ħafna iktar saħħa l-ġustizzja distributtiva u l-prosum permezz ta’ inċentivi finanzjarji minħabba li dan kollu jikkonċerna l-fattur li għandu l-ikbar impatt fuq l-aċċettazzjoni lokali tat-tranżizzjoni tal-enerġija. L-informazzjoni dwar dawn l-inċentivi għandha tkun aċċessibbli u l-proċessi tagħhom għandhom ikunu sempliċi. L-objettiv tal-Unjoni tal-Enerġija, li ċ-ċittadini jitqiegħdu fil-qalba tal-politika u li jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu faċilment isiru produtturi tal-enerġija u jibbenefikaw minn teknoloġiji ġodda, jeħtieġ li jinkiseb ħafna aktar malajr milli sar s’issa. Barra minn hekk, il-KESE jispeċifika li huwa importanti li l-vantaġġi kif ukoll l-ispejjeż perċepiti jkunu mifruxa b’mod ġust fil-komunità. |
|
1.3. |
Il-KESE jipproponi li l-UE tidentifika u tneħħi l-ostakli, fejn applikabbli, għall-parteċipazzjoni u l-adeżjoni baxxa tal-pubbliku. Bħala regola ġenerali, meta l-popolazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kkonċernati jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fit-tħejjija tal-proġetti u fid-deċiżjonijiet tal-ippjanar, tiżdied l-aċċettazzjoni soċjali. In-nuqqas ta’ żmien, ta’ edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza, ta’ responsabbiltà tal-awtoritajiet kkonċernati u fatturi oħra għandhom għalhekk ikunu s-suġġett ta’ pjan ta’ azzjoni biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni. |
|
1.4. |
Il-KESE jixtieq jara konsultazzjoni u anke żvilupp konġunt mal-pubbliku, b’mod partikolari mal-imsieħba soċjali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mill-istadju tal-ippjanar, li tkun iktar estensiva minn dik attwali, u koordinazzjoni bir-reqqa bejn l-objettivi u l-ippjanar fil-livelli territorjali kollha, sal-implimentazzjoni lokali tat-tranżizzjoni. Dan huwa essenzjali jekk irridu naslu għal aċċettazzjoni soċjali aħjar u nilħqu l-objettivi tagħna ta’ tranżizzjoni tal-enerġija b’ritmu adegwat. |
|
1.5. |
Il-KESE jenfasizza li t-titjib tal-aċċettazzjoni mill-popolazzjoni u l-partijiet interessati affettwati mit-tranżizzjoni u l-bidliet tekniċi tagħha jeħtieġu wkoll attenzjoni u miżuri partikolari bħall-edukazzjoni tul il-ħajja, ir-rikwalifikazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni tal-ħaddiema, l-assistenza għall-intrapriżi u l-kampanji ta’ informazzjoni mmirati lejn in-nies differenti affettwati mit-tranżizzjoni. L-informazzjoni trid tenfasizza l-messaġġ ewlieni li t-tranżizzjoni tal-enerġija hija meħtieġa minħabba li hija aktar ġusta u aktar nadifa, individwalment u kollettivament, u li fit-tul hija orħos għaċ-ċittadini. |
|
1.6. |
Madankollu, il-KESE jtenni li t-tranżizzjoni tal-enerġija se teħtieġ bidliet individwali u kollettivi minn individwi, negozji, muniċipalitajiet, eċċ. Fil-perijodu qasir, minħabba li l-politika tal-enerġija s’issa ma qisitx l-esternalitajiet negattivi tal-fjuwils fossili, id-dekarbonizzazzjoni tinvolvi spejjeż ogħla għall-produtturi u prezzijiet ogħla għall-konsumaturi. Hija meħtieġa aktar trasparenza f’dan ir-rigward. Il-prezzijiet tal-enerġija attwali jagħmluha diffiċli ħafna għall-konsumaturi biex volontarjament jaċċettaw prezzijiet ogħla. Huwa importanti li nkunu konxji ta’ dan. Barra minn hekk, huwa importanti wkoll li n-nies jiġu informati dwar is-suċċessi relatati mat-tranżizzjoni ġusta. Madankollu, fid-dibattitu attwali, nisimgħu wisq dwar stejjer negattivi. Kwistjoni ewlenija biex it-tranżizzjoni tkun soċjalment aċċettabbli u ta’ suċċess hija l-preservazzjoni tal-kompetittività tal-kumpaniji tal-UE fis-suq dinji sabiex tiġi evitata pressjoni żejda fuq l-ekonomija u l-qgħad. |
|
1.7. |
Il-KESE jwissi dwar il-fatt li t-taxxi l-qodma fuq il-fjuwils fossili u t-taxxi ekoloġiċi l-ġodda huma imposti li b’mod proporzjonali jaffettwaw aktar il-baġits tal-familji bi dħul baxx milli dawk tal-familji bi dħul għoli. Is-sussidji u t-taxxi li jagħmlu ħsara lill-ambjent jeħtieġ li jitneħħew gradwalment, iżda wkoll malajr, kif ħafna drabi jwiegħdu l-politiċi. Id-dħul minn dawn it-taxxi ekoloġiċi l-ġodda għandu għalhekk jintuża, b’mod partikolari, għall-innovazzjoni soċjali, għal sussidji għat-tranżizzjoni tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli, u għall-preservazzjoni tal-kapaċità tal-akkwist tagħhom. |
|
1.8. |
Il-KESE jirrimarka wkoll li t-tranżizzjoni lejn soċjetà b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jeħtiġilha tqiegħed il-kunċett ta’ tranżizzjoni ġusta fiċ-ċentru tar-riflessjoni u l-azzjoni. It-tranżizzjoni ġusta trid tkun aktar minn sett ta’ objettivi ta’ politika, peress li hija l-bażi għall-aċċettazzjoni soċjali tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Fil-livell Ewropew, qafas legali għal tranżizzjoni ġusta, inkluż, pereżempju, proposti konkreti msemmija f’din l-Opinjoni, li jistgħu jiġu tradotti fi pjani nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, għandu jikkomplementa l-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”. |
|
1.9. |
Il-KESE jappella għal valutazzjoni mill-ġdid tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” biex tittejjeb il-kapaċità li jiġu indirizzati l-volatilità tal-prezzijiet tal-enerġija u l-problemi li jirriżultaw minn emerġenzi, inklużi l-gwerer, u l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet adatti biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet bħal dawn b’mod li jiġu evitati effetti negattivi fuq l-utenti finali. |
2. Kuntest u elementi ta’ definizzjoni
|
2.1. |
L-umanità qed tiffaċċja l-limitazzjonijiet tar-riżorsi tal-art (1), il-kollass tal-bijodiversità u t-tisħin globali. It-tranżizzjoni tal-enerġija lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju tfisser trasformazzjoni tas-soċjetajiet tagħna, mhux biss f’termini prattiċi (b’mod partikolari permezz ta’ bidla fid-drawwiet (individwali u kollettivi)) iżda wkoll f’termini taċ-ċivilizzazzjoni tas-soċjetajiet tagħna. Hija għandha tippermettielna nnaqqsu l-bżonnijiet tagħna materjali u tal-enerġija filwaqt li niżguraw il-benessri ta’ kulħadd (2) b’mod demokratiku u ġust u b’rispett għall-ekosistemi (3). |
|
2.1.1. |
Li nkomplu nużaw il-karburanti fossili kif qed nagħmlu issa fid-deċennji li ġejjin mhijiex għażla, kemm għal raġunijiet ambjentali, kif ukoll ta’ provvista u soċjali. Dan ifisser li t-tranżizzjoni lejn soċjetà newtrali f’termini ta’ karbonju hija bżonn urġenti. |
|
2.1.2. |
Madankollu, fil-kuntest tat-tkabbir ekoloġiku (4), ir-redditu baxx fuq l-investiment enerġetiku fl-enerġiji alternattivi jhedded li l-ekonomiji tagħna jikkollassaw b’mod sistemiku, mingħajr ma ninsew l-impatt ambjentali potenzjalment devastanti tal-estrazzjoni mill-minjieri. |
|
2.1.3. |
Għal iktar koerenza u aċċettazzjoni soċjali, se jkun hemm bżonn li:
|
|
2.1.4. |
Hekk kif nafu l-limiti tax-xenarji relatati mar-riskju tat-teknoloġija, l-isfida tal-bjar tal-karbonju jew tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, se jkun hemm bżonn mhux biss li noħolqu ċerti flessibbiltajiet b’moderazzjoni fil-konsum sistemika filwaqt li nerġgħu nikkunsidraw l-istili ta’ ħajja tagħna, imma wkoll li nżidu l-aċċettazzjoni tal-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima. |
|
2.2. |
Il-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni soċjali ta’ tranżizzjoni bħal din ġew studjati mix-xjenza matul l-aħħar ftit snin. Il-KESE jistabbilixxi dan f’din l-Opinjoni filwaqt li jimmira b’mod partikolari li jtejjeb il-prattiki fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE. |
|
2.3. |
L-aċċettazzjoni soċjali ta’ proġett li jista’ jiffaċilita t-tranżizzjoni tal-enerġija hija kumplessa ħafna. Din tiġbor kunsiderazzjonijiet dwar il-fehim tat-teknoloġiji proposti, ir-riskji assoċjati (soċjali, sanitarji, ekonomiċi…), alternattivi possibbli, l-evalwazzjoni tal-ispejjeż u l-vantaġġi ta’ għażliet proposti, u l-attitudni tat-territorju ospitanti. L-aċċettazzjoni soċjali titlob li jkun hemm diskussjoni ta’ proġetti bħal dawn mal-popolazzjoni, kif ukoll mal-partijiet interessati kollha, u li ssir riflessjoni ikbar dwar l-iżvilupp tat-territorju u tal-istili ta’ ħajja mixtieqa minnhom. |
|
2.4. |
Skont studji (5) u fil-fehma tal-KESE, il-muturi ewlenin tal-aċċettazzjoni soċjali huma:
|
|
2.5. |
Naraw bħalissa xi jkopru dawn it-termini u x’inkunu nistgħu niksbu minnhom f’termini ta’ modalità tal-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju. |
3. Kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni
3.1. Fiduċja fil-governanza u l-ġustizzja proċedurali
|
3.1.1. |
Diversi studji wrew li l-fiduċja hija kruċjali biex jiġi stabbilit ċertu livell ta’ aċċettazzjoni soċjali. Hemm korrelazzjoni bejn il-ġustizzja proċedurali, il-fiduċja u r-rati ta’ aċċettazzjoni tat-tranżizzjoni. Il-proċess tad-deċiżjonijiet trasparenti u d-disseminazzjoni ta’ informazzjoni jtejbu l-livell ta’ fiduċja reċiproka bejn l-iżviluppaturi tal-proġetti u l-komunitajiet. |
|
3.1.2. |
Għalhekk, il-KESE jtenni li l-istat tad-dritt għandu jkun il-punt fokali ta’ attenzjoni, pereżempju fir-rigward tal-użu li jsir mid-diversi fondi tal-UE. Bl-istess mod, il-Kumitat huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tippubblika l-proposti tagħha fil-lingwi uffiċjali kollha b’mod rapidu u li huwa faċli biex jinqara, sabiex jiġu żgurati aċċessibbiltà u parteċipazzjoni wiesgħa. |
|
3.1.3. |
Barra minn hekk, l-istudji jindikaw li l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tgħin fir-rispons għat-tħassib tal-komunità u fiż-żieda tal-livell ta’ fiduċja reċiproka. Id-disseminazzjoni tal-informazzjoni hija kruċjali biex tiġi kkoreġuta kull idea żbaljata dwar it-tranżizzjoni u l-azzjonijiet jew l-għodod li se jiġu implimentati biex din issir realtà. Għalhekk huwa importanti li nikkonsultaw fuq suġġetti li jitkellmu, pereżempju, dwar il-lokalizzazzjoni, l-ispejjeż u l-impatti negattivi eventwali fuq l-ambjent, l-ekonomija, is-saħħa u s-soċjetà tal-proġetti li għandhom bħala mira t-tranżizzjoni tal-enerġija, imma wkoll li jindirizzaw il-vantaġġi tagħhom. Dan jikkontribwixxi wkoll għall-aċċettazjoni mill-pubbliku ġenerali fir-rigward tal-bini ta’ installazzjonijiet ġodda fil-viċinat tagħhom. |
|
3.1.4. |
Il-KESE jqis li għall-aċċettazzjoni tal-komunità huwa essenzjali li jiġi stabbilit djalogu mal-abitanti kif ukoll ma’ dawk b’interessi kkonċernati, u li tiġi stabbilita fiduċja reċiproka permezz ta’ komunikazzjoni miftuħa u opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni mill-iktar kmieni possibbli fl-iżvilupp ta’ azzjonijiet u ta’ proġetti relatati mat-tranżizzjoni tal-enerġija (6), fil-livelli kollha territorjali adatti, mil-livell lokali sa dak tal-UE. |
|
3.1.5. |
Huwa importanti li jkollna l-appoġġ lokali, u b’mod partikolari l-għajnuna tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jappoġġjaw pubblikament it-tranżizzjoni abbażi tax-xjenza, sabiex nippromovu l-parteċipazzjoni u nistabbilixxu l-fiduċja (7). Dan in-network lokali jista’ jxerred l-informazzjoni fl-isfera pubblika b’mod iktar organiku u jegħleb l-ideat foloz li jistgħu jiċċirkolaw. |
|
3.1.6. |
Id-demokrazija parteċipattiva tikkostitwixxi llum il-ġurnata element ċentrali tal-mudell taċ-ċittadinanza Ewropea. It-Trattat ta’ Lisbona jiżgura l-komplementarjetà bejn id-demokrazija rappreżentattiva u d-demokrazija parteċipattiva. Mil-lat internazzjonali, l-aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fl-ippjanar u l-iżvilupp huma tnejn mit-tliet pilastri tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. L-implimentazzjoni tagħhom għadha trid titjieb, l-istess bħal dik tal-pilastru tal-aċċess għall-ġustizzja (8). |
|
3.1.7. |
Id-dibattitu pubbliku huwa mod ta’ parteċipazzjoni li għandu jitħeġġeġ. Dan għandu jiġi żgurat minn kumitat ta’ speċjalisti fil-parteċipazzjoni pubblika b’esperjenza indipendenti ppruvata (9). Dan jiżgura l-kredibbiltà tad-dibattitu kollu li jinvolvi liċ-ċittadini fl-iżvilupp ta’ azzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw it-territorju li jgħixu fih. Dan id-dibattitu jipprovdi informazzjoni kompluta u trasparenti dwar pjan, programm jew proġett partikolari fil-fażi tad-disinn għall-partijiet kollha interessati, billi joffrilhom il-possibbiltà li jesprimu l-fehmiet tagħhom, kemm bħala individwi u kemm bħala gruppi organizzati dwar l-opportunità tal-miżuri ppreżentati. |
|
3.1.8. |
Minn ftit snin ilu, id-diġitalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, mingħajr obbligu u mingħajr dibattitu ma’ medjaturi terzi li jiggarantixxu l-metodu, qiegħda ftit ftit tkisser il-fiduċja taċ-ċittadini. Madankollu, minbarra l-informazzjoni, hija meħtieġa taħlita ta’ konsultazzjoni online u laqgħat fiżiċi (10) biex il-pubbliku jiġi involut fl-istadji kollha u biex jiġu ddeterminati b’mod konġunt l-għażliet li għandhom isiru. |
|
3.1.9. |
Sabiex jitjieb id-djalogu bejn il-partijiet interessati kollha, ikun meħtieġ, pereżempju, wara l-parteċipazzjoni tal-pubbliku, li l-awtoritajiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew dawk responsabbli għad-demokrazija rappreżentattiva jindikaw bil-miktub dak li jkunu għamlu bil-fondi li jkunu nġabru, u jispeċifikaw it-titjib li se jinkiseb għaċ-ċittadini. Din ir-responsabbiltà tkun tippermetti fehim aħjar tar-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom u ttejjeb il-fiduċja fid-demokrazija. |
3.2. Tranżizzjoni ġusta u għall-but ta’ kulħadd
|
3.2.1. |
Bil-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” u l-objettiv tan-newtralità karbonika għall-2050, l-isfida hija sinifikanti. Skont il-Kummissjoni Ewropea, biex nilħqu l-objettivi tagħna għall-2030 se jkollha bżonn 350 miljun euro ta’ investimenti addizzjonali fis-sena fis-sistemi tal-produzzjoni tal-enerġija biss. Il-mistoqsija kbira għall-KESE, u naturalment għas-soċjetà kollha, hija min se jħallas, min se jinvesti, min se jibbenefika, u jekk il-fondi humiex se jkunu biżżejjed. |
|
3.2.2. |
Il-ġustizzja distributtiva għal tranżizzjoni ġusta u għall-but ta’ kulħadd, tiggarantixxi li l-benefiċċji, u mhux l-ispejjeż biss, ta’ proġett jinqasmu b’mod ġust. Hija fattur essenzjali tal-aċċettazzjoni soċjali. Inċentiv finanzjarju, mingħajr kumplessità amministrattiva jew teknika, wera li jista’ jkun anki l-akbar fattur ta’ motivazzjoni biex proġett relatat mat-tranżizzjoni jiġi aċċettat. Pereżempju, l-individwi, il-bdiewa, l-SMEs, il-komunitajiet tal-enerġija, eċċ. se jkunu lesti li jsiru parti mis-sistema l-ġdida bl-investimenti u l-impenn tagħhom biex iwettqu t-trasformazzjoni meħtieġa. |
|
3.2.3. |
Għaldaqstant, prerekwiżit fundamentali għal tranżizzjoni soċjalment aċċettabbli u ta’ suċċess lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju huwa li l-kumpaniji Ewropej jibqgħu kompetittivi fis-suq dinji, sabiex tiġi evitata pressjoni żejda fuq l-ekonomija u l-qgħad. |
|
3.2.4. |
L-inċentiv finanzjarju taħt forma jew oħra (pereżempju tariffi tal-enerġija irħas jew possibiltajiet ta’ introjtu, appoġġ lill-ekonomija lokali, lit-taħriġ kontinwu jew lit-taħriġ mill-ġdid ta’ ħiliet) huwa fattur importanti tal-aċċettazzjoni lokali u ta’ għajnuna fi proġett. |
|
3.2.5. |
Il-perċezzjoni tal-vantaġġi tista’ tikkontribwixxi wkoll għaż-żieda fl-aċċettazzjoni lokali. Pereżempju, il-ħolqien ta’ impjiegi lokali, b’mod partikolari fil-każ tat-tranżizzjoni tal-enerġija f’qasam partikolari tal-impjiegi, huwa perċepit bħala benefiċċju għall-komunità li jista’ jiffavorixxi l-aċċettazzjoni ta’ proġett. |
|
3.2.6. |
L-elettriku li ġej mis-sistemi eoliċi u solari, qiegħed b’mod partikolari jsir l-aktar kosteffettiv u l-aktar sostenibbli f’ħafna postijiet. Il-produzzjoni u d-disponibbiltà ta’ dan l-elettriku bi prezz tajjeb għaċ-ċittadini kollha lokali hija possibbiltà: billi jsiru wkoll produtturi, ir-rwol tagħhom jinbidel u jgħaddu minn konsumaturi għal prosumaturi. Jeħtieġ li d-drittijiet tagħhom jissaħħu u jiġu ggarantiti. Dan l-approċċ huwa dejjem aktar importanti minħabba li is-setturi tat-trasport u tat-tisħin huma iktar u iktar elettrifikati. |
|
3.2.7. |
Għall-klima, fit-teorija, ma jagħmilx ħafna differenza min jibni u juża sistema fotovoltajka jew eolika, imma għall-aċċettazzjoni lokali u l-ekonomija reġjonali, din il-kwistjoni għandha importanza ċentrali. B’mod speċifiku, sforzi partikolari għandhom jsiru biex din il-parteċipazzjoni issir possibbli. |
|
3.2.8. |
Il-KESE huwa tal-fehma li n-numru ta’ prosumaturi u l-aċċettazzjoni soċjali tat-tranżizzjoni jistgħu jiżdiedu malajr bil-miżuri differenti li ġejjin:
|
|
3.2.9. |
Il-prosum lokali huwa wkoll relatat b’mod interessanti ma’ meters intelliġenti li jipproċessaw is-sinjali tal-prezz tas-suq u jippermettu konsum u flessibbiltà li jirrispettaw in-network u li jistgħu għalhekk ikunu kkumpensati. Din it-taħlita tista’ tikkontribwixxi biex tnaqqas il-pressjoni fuq in-network u b’hekk tista’ tnaqqas il-bżonn li jiġi estiż. |
|
3.2.10. |
Il-kwistjonijiet taż-żieda fl-ispejjeż tal-enerġija u l-kapaċità tal-Istati Membri li jtaffuhom għandhom ikunu fiċ-ċentru ta’ miżuri ta’ politika futuri. Il-KESE mhux biss jappoġġja l-miżuri ta’ emerġenza biex jiġu evitati konsegwenzi soċjali drastiċi, iżda huwa ferm favur evalwazzjonijiet tas-suq li jittestjaw l-imġiba tal-atturi fis-suq tal-enerġija. Fl-istess ħin, il-Kumitat ifakkar fil-valuri komuni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali skont it-tifsira tal-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif stabbiliti fil-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali anness mat-TFUE. Dan jista’ jwassal għal aktar effiċjenza u għall-eliminazzjoni tal-fallimenti tas-suq. Huwa meħtieġ kontroll aktar effettiv tas-suq min-naħa tal-awtoritajiet. |
|
3.2.11. |
Il-KESE jappella għal valutazzjoni mill-ġdid tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” biex tittejjeb il-kapaċità li jiġu indirizzati l-volatilità tal-prezzijiet tal-enerġija u l-problemi li jirriżultaw minn emerġenzi, inklużi l-gwerer, b’mod li jiġu evitati effetti negattivi fuq l-utenti finali, pereżempju billi jiġu introdotti mekkaniżmi adatti biex jiġi evitat ipprezzar eċċessiv, bħan-nuqqas ta’ applikazzjoni temporanja tas-sistema tal-ETS. |
|
3.2.12. |
Fl-istess ħin, se jkun hemm bżonn li tiġi żgurata l-ġustizzja soċjali u li jiġi assorbit il-faqar tal-enerġija tal-Ewropej li qed jiżdied (11). Skont il-Kummissjoni Ewropea, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima tinvolvi riskji tanġibbli tal-aggravar tal-inugwaljanzi li għandhom jiġu miġġielda permezz ta’ politiki pubbliċi speċifiċi. Dan jinkludi b’mod partikolari li jissaħħu t-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid vokazzjonali, u ż-żamma taħt kontroll taż-żieda f’ċerti prezzijiet għal dawk il-familji li jbatu mill-faqar enerġetiku (12). Tranżizzjoni tal-enerġija li toħloq l-impjiegi u li hija kapaċi li tippreserva l-kapaċità tal-akkwist tal-familji bi dħul baxx, hija soċjalment aktar aċċettabbli (13). |
|
3.2.13. |
Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-aċċettazzjoni tat-tranżizzjoni, ġew ikkunsidrati xenarji differenti li jagħtu aktar riżorsi lil unitajiet domestiċi żgħar, bħal fis-simulazzjonijiet tal-konsorzju Locomotion. Madankollu, il-KESE jtenni li l-Fond Soċjali għall-Klima u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta tal-UE (14) għandhom jiġu estiżi u mwessa’ biex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura, u li jiġu inkorporati d-dimensjonijiet kollha tal-esklużjoni u l-marġinalizzazzjoni. |
|
3.2.14. |
Biex b’mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli jiġu megħjuna jimplimentaw it-tranżizzjoni tal-enerġija, ikun utli wkoll li jiġu żviluppati u jitjiebu l-politiki tar-ridistribuzzjoni u, għal dan il-għan, jiġu sperimentati miżuri innovattivi (15) bħall-introjtu fuq bażi universali, il-krediti tat-taxxa, il-ġimgħat tax-xogħol iqsar, il-kondiviżjoni tal-impjieg, il-programmi ta’ garanzija ta’ impjieg, kif ukoll rwol iktar importanti għall-ħaddiema fil-governanza tal-intrapriżi. |
|
3.2.15. |
Dawn il-miżuri u oħrajn imsemmija hawn fuq x’aktarx li jżidu l-aċċettabbiltà tat-tranżizzjoni. Dawn se jkunu jistgħu jibbenefikaw mir-ridirezzjoni immedjata tas-sussidji, il-finanzjament u l-benefiċċji tat-taxxa li għadhom qed jiġu allokati għall-fjuwils fossili. Huwa importanti li jinħolqu sorsi ta’ finanzjament għal investimenti sostenibbli. |
|
3.2.16. |
B’mod partikolari, kif ilu jiġi mwiegħed, it-tneħħija ta’ finanzjament li jagħmel ħsara lill-ambjent issa għandha tiġi ppjanata b’mod rapidu, u t-taxxi ekoloġiċi għandhom jiġu żviluppati f’konformità ma’ taxxa mmirata (16), jiġifieri bl-allokazzjoni ta’ sorsi ta’ finanzjament għat-tranżizzjoni. Dan se jgħin lil kull individwu jifhem u jaċċetta l-azzjoni pubblika b’rabta mas-suġġett. |
|
3.2.17. |
Fil-fatt, l-aċċettazzjoni soċjali tat-tassazzjoni ekoloġika tassumi kumpens li jieħu inkunsiderazzjoni l-introjtu tal-familji u l-faqar tal-enerġija tagħhom (nuqqas ta’ trasport pubbliku, iżolazzjoni dgħajfa tal-akkomodazzjoni, effiċjenza batuta tas-sistema ta’ tisħin u tat-tip ta’ vettura li għandhom, eċċ.), biex jgħinhom (17) jibbenefikaw minn ekonomiji potenzjalment vijabbli fit-tul bis-saħħa ta’ tagħmir li jiddependi inqas mill-enerġija. |
|
3.2.18. |
Bl-istess mod, għandu jsir ittestjar tal-mappa tal-karbonju (18), li jikkonsisti fl-assenjazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet individwali mhux kummerċjabbli, biex ikun determinat mhux biss jekk il-potenzjal edukattiv tagħha jistax jitwettaq fil-prattika permezz ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u żieda fit-tranżizzjoni tal-enerġija, imma anki jekk din tal-aħħar tistax, permezz ta’ din l-għodda ta’ ugwaljanza, issaħħaħ l-aċċettabbiltà tagħha. |
|
3.2.19. |
Ir-rwol eżemplari tal-atturi pubbliċi (lil hinn mill-prattiki tagħhom u l-miżuri favur il-moderazzjoni fil-konsum u favur l-enerġiji rinnovabbli, id-demokrazija parteċipattiva, id-djalogu soċjali u l-finanzjament tal-installazzjonijiet taċ-ċittadini jew anki azzjonijiet ta’ edukazzjoni dwar it-tranżizzjoni għal tul il-ħajja) jkun jiddependi mill-kapaċità tagħhom li jqiegħdu fuq il-mejda l-kwistjoni ta’ finanzjament u li jiżguraw li din tkun sostenibbli. Eżempju wieħed ikun programm pluriennali għall-finanzjament tar-rinnovazzjoni tal-enerġija li jkun jinkludi obbligu li jinkisbu riżultati. |
|
3.2.20. |
Mas-sussidji u l-miżuri fiskali l-ġodda għandhom jinżiedu b’mod utli standards li jorbtu lil kulħadd, għaliex bħall-azzjoni li trid tittieħed biex tippermetti l-iżvilupp tal-interazzjonijiet meħtieġa għat-tranżizzjoni, huma dawn ukoll li se jippermettu li tinkiseb id-dinja abitabbli li nixtiequ aħna. |
3.3. Il-lokalizzazzjoni u l-ippjanar
|
3.3.1. |
Ammont ta’ problemi relatati mal-istabbiliment ta’ proġetti utli għat-tranżizzjoni tal-enerġija huma kkawżati mill-karatteristiċi fiżiċi speċifiċi tagħhom. Hemm bżonn ta’ sforzi addizzjonali biex ikun hemm rispons għal dan it-tip ta’ tħassib, notevolment permezz tad-disseminazzjoni ta’ tagħrif maħsub biex jiġġieled kontra l-informazzjoni falza u permezz tal-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki li jippermettu li jiġu solvuti dawn il-problemi. |
|
3.3.2. |
Dan jinvolvi li jitrawwem l-għarfien dwar l-il-wirt kulturali u urban tal-passat (daħliet tal-ibliet sfigurati biż-żoni kummerċjali u industrijali, parkings li jikkonsmaw l-ispazji fertili, żoni residenzjali u bini fil-periferiji li jwasslu għal dipendenza mill-karozza…). Illum, il-vantaġġi tat-tranżizzjoni tal-enerġija huma aktar rilevanti mill-konsegwenzi fuq il-“pajsaġġ”. Biex ikun hemm garanzija li dan iseħħ b’mod sostenibbli, għandna kemm jista’ jkun nevitaw, jew innaqqsu u nikkumpensaw għall-effetti negattivi assoċjati mas-superfiċje li proġett ikun jirrikjedi. |
|
3.3.3. |
Dan għandu jsir billi l-infrastruttura titqiegħed f’postijiet fejn ma tkunx qed tikkompeti mal-agrikultura jew ir-rispett lejn in-natura u l-wirt kulturali. Soluzzjoni waħda tista’ tkun li l-installazzjonijiet ikunu integrati fl-ispazji urbani jew industrijali eżistenti jew li jitqiegħdu fuq artijiet marġinali li għandhom valur produttiv jew naturali negliġibbli. |
|
3.3.4. |
Meta l-installazzjoni fuq artijiet għammiela ma tkunx tista’ tiġi evitata, din għandha tkun integrata, kemm jista’ jkun possibbli, fis-sistema agrikola flok twassal għall-ikklerjar u/jew id-degradazzjoni sħiħa. |
|
3.3.5. |
Barra minn hekk, sabiex il-popolazzjoni kollha tkun infurmata korrettament u l-fiduċja tagħha tintrebaħ, għandhom isiru evalwazzjonijiet rigorużi b’mod sistematiku fuq l-impatt ambjentali għall-installazzjonijiet u l-objettivi u l-pjani nazzjonali u Ewropej kollha li huma relatati mal-enerġija. |
|
3.3.6. |
L-evalwazzjonijiet ex post huma wkoll essenzjali biex is-soċjetà tagħna tinżamm f’dinamika ta’ titjib kontinwu. B’mod komplementari, ikun jaqbel li jiġu stabbiliti rabtiet ta’ djalogu bejn il-livelli territorjali kollha, kif ukoll għodod tajbin ta’ monitoraġġ u ta’ implimentazzjoni tal-politiki biex jiġu evitati kemm jista’ jkun id-degradazzjoni tal-ħamrija u r-rilokazzjoni tal-problemi ambjentali, bħal ma tirrakkomanda notevolment l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (19). |
|
3.3.7. |
Fl-evalwazzjonijiet ex post tal-azzjonijiet u l-proġetti relatati mat-tranżizzjoni tal-enerġija, l-ammont tal-benefiċċji ekonomiċi lokali huwa kwistjoni b’tendenza li taffettwa l-aċċettazzjoni soċjali. |
|
3.3.8. |
Soluzzjoni waħda komplementari għall-problema maħluqa mid-diffikultà li jinstabu postijiet fejn tiġi prodotta l-enerġija fl-Ewropa tkun tikkonsisti fl-importazzjoni ta’ elettriku ekoloġiku prodott fil-pajjiżi tal-viċinat, f’forma likwida bl-idroġenu bħala vettur. F’termini ta’ aċċettazzjoni soċjali, din l-inizjattiva għandha tinftiehem bħala dimensjoni ta’ żvilupp konġunt ta’ dawn ir-reġjuni (20). |
3.4. Fatturi soċjodemografiċi
|
3.4.1. |
Minbarra dawn ir-raġunijiet, id-demografija ġenerali għandha wkoll rwol fil-perċezzjonijiet tal-pubbliku. Studji demografiċi li twettqu diġà jistgħu jgħinu biex nifformulaw strateġija aħjar għall-aċċettazzjoni tal-proġetti billi nkunu nafu dwar id-daqs u l-kompożizzjoni tal-pubbliku destinatarju li huwa l-iktar suxxettibbli li jkun kontriha. Dawn l-istudji għandhom ikunu aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. |
|
3.4.2. |
L-ogħla livelli ta’ aċċettazzjoni huma f’korrelazzjoni ma’ livell ogħla ta’ edukazzjoni u età iżgħar. Għalhekk huwa importanti li tiġi żviluppata edukazzjoni matul il-ħajja kollha (inkluż fl-intrapriżi u ċ-ċentri ta’ taħriġ professjonali) dwar il-moderazzjoni fil-konsum, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-investiment relatati mal-azzjonijiet kollettivi favur it-tranżizzjoni. |
|
3.4.3. |
Il-KESE jipproponi li l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar it-tranżizzjoni jispiraw ruħhom mill-BIMBY (Build In My Backyard – li huwa rispons għan-NIMBY – Not In My Backyard – attwali), u jisfruttaw eżempji li jwasslu għal imitazzjoni soċjali virtwuża u għall-benefiċċji tal-popolazzjoni, lista ta’ stejjer pożittivi permezz ta’ testimonjanzi u eżempji ta’ suċċess li ġejjin minn diversi reġjuni u pajjiżi li wieħed jkun jista’ jidentifika ruħu magħhom. |
|
3.4.4. |
Dan kollu jista’ joħloq aċċettazzjoni u jwassal għal rieda ta’ evoluzzjoni f’mod kollettiv lejn dan il-mod ġdid ta’ għajxien li bilfors jinvolvi il-bżonn attwali ta’ sostituzzjoni tal-karburanti fossili. Għandu jkun hemm mezzi dedikati għall-azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni li jistgħu jsiru b’mod ġudizzjuż minn diversi partijiet interessati. |
|
3.4.5. |
M’hemmx kunsens dwar l-effett dirett ta’ fatturi soċjodemografiċi speċifiċi għaliex għandhom impatti li jvarjaw skont il-pajjiż u l-kuntest politiku tagħhom. Madankollu, għandhom effett definittiv fuq l-aċċettazzjoni lokali tal-pjani u l-proġetti li jippermettu t-tranżizzjoni. Għall-KESE, huwa għalhekk neċessarju li jiġu appoġġjati l-azzjonijiet ta’ taħriġ, inizjali u kontinwi għat-tranżizzjoni tal-enerġija, b’rabta mal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
|
3.4.6. |
Madankollu, ir-raġunament f’termini ta’ aċċettabbiltà soċjali xi kultant ifisser li r-responsabbiltà dwar jekk jiġux adottati jew le t-teknoloġiji kkonċernati tmur lura għand il-pubbliku destinatarju. Għandu jitqies li d-dimensjoni soċjali biss għandha rwol fir-realizzazzjoni tal-potenzjal li għandhom it-teknoloġiji. Madankollu, ir-reżistenza għall-akkwist jew l-użu ta’ għodod ġodda tista’ tkun aktar kumplessa (21). |
3.5. Fattibbiltà soċjoteknika (22)
|
3.5.1. |
Ix-xkiel għall-adozzjoni ta’ ċertu tagħmir huwa wkoll tekniku. Dan ġej notevolment mid-diffikultà li tiġi kondiviża kultura li tuża inqas enerġija f’soċjetà li, paradossalment, tistedinna li nikkonsmaw dejjem iżjed, li joħloq kuntrast qawwi mal-messaġġi li għandhom il-mira ta’ ffrankar tal-enerġija. |
|
3.5.2. |
L-aċċettabbiltà soċjali hija fil-fatt sitwazzjoni kumplessa ta’ koeżistenza aċċettata bejn it-teknika u l-utenti. Imma aċċettabbiltà ma tfissirx adozzjoni. Madankollu l-aċċettazzjoni ma tfissirx adozzjoni (ara pereżempju l-każ tal-arloġġi intelliġenti, aċċettati fit-teorija iżda mhux adottati, bir-riżultat li n-nies jirrifjutaw li jinstallawhom). L-adozzjoni ssegwi tip ta’ użu mifrux tat-teknoloġija. Ma jitqajmux dubji dwarha, tkun tat prova tagħha, teżisti flimkien ma’ alternattivi teknoloġiċi oħra, imma, minkejja dan, wieħed ma jaderixxix magħha. Li wieħed jaderixxi magħha jfisser li jagħmilha tiegħu, fis-sens li jinkorporaha fl-istil ta’ ħajja, u jikkunsidraha bħala essenzjali u inevitabbli. |
|
3.5.3. |
Il-limitazzjonijiet relatati mal-adozzjoni tat-teknoloġiji tat-tranżizzjoni huma relatati wkoll mal-fatt li dawn spiss ikunu mfassla fuq il-presunzjoni li l-utenti ikunu jaf jużawhom skont l-iskopijiet tagħhom. |
|
3.5.4. |
Dawn tal-aħħar huma mistennija li jaderixxu mal-proġetti tal-enerġija implimentati permezz ta’ dawn it-teknoloġiji, qabel ma jkunu jistgħu joperawhom fl-ogħla livell tal-potenzjal tagħhom. Iżda għadd ta’ studji juru li anki l-oġġetti tekniċi ta’ kuljum fil-biċċa l-kbira tagħhom ma jintużawx biżżejjed, minħabba nuqqas ta’ għarfien tal-kapaċitajiet reali tagħhom u tal-mod kif jiġu mmobilizzati. |
|
3.5.5. |
Nistgħu nikkunsidraw il-fattibbiltà soċjoteknika bħala proċess ta’ integrazzjoni u ta’ disseminazzjoni soċjali li jagħmel parti minn tul ta’ żmien li jirrikjedi ċertu numru ta’ fażijiet. L-ewwel fażi hija fundamentali għaliex tikkonċerna ż-żmien tar-riċerka-żvilupp u kontroversji (23), jiġifieri l-fażi li tantiċipa l-bidliet li jiġu minħabba l-introduzzjoni tat-teknoloġija ġdida. It-tieni fażi tmur lura għall-ewwel tagħlimiet miksuba. Huwa hawnhekk li l-loġika tat-tfassil tindirizza l-użu ppjanat u l-kapaċità tat-teknoloġiji li jintegraw id-dinja soċjali. L-aħħar fażi hija dik tal-użu mifrux u għal żmien twil. Dan hu l-istadju taċ-ċaħda jew l-adozzjoni tal-proġett, l-approprjazzjoni u l-modalitajiet tal-integrazzjoni soċjali tiegħu. |
|
3.5.6. |
Huwa hawnhekk li naraw mobilizzazzjonijiet lokali: it-territorji jorganizzaw ruħhom biex jindirizzaw, jew le, għadd ta’ sfidi permezz ta’ dawn it-teknoloġiji. L-integrazzjoni soċjali għalhekk tikkorrispondi għat-trasformazzjonijiet makrosoċjali li ġġib magħha l-adozzjoni tagħhom. |
|
3.5.7. |
Permezz tal-użu ta’ teknoloġija, ir-relazzjoni mad-dinja, ir-relazzjonijiet u r-rappreżentazzjonijiet soċjali jistgħu jiġu modifikati b’mod sinifikanti. Dan mhuwiex possibbli sakemm it-teknoloġija ma tkunx applikata bħala tali, imma toffri l-possibbiltà ta’ aġġustamenti, ta’ riapproprijazzjonijiet. F’dan ir-rigward, fil-fehma tal-KESE, in-newtralità teknoloġika bbażata fuq studji xjentifiċi, il-kompetizzjoni ġusta u l-possibbiltà tal-ittestjar u tad-diskussjoni dwar l-opportunità tat-teknoloġiji differenti jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-aċċettazzjoni soċjali. |
|
3.5.8. |
B’dan il-mod, meta wieħed janalizza fid-dettall, id-dibattitu dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija jmur lil hinn mill-approċċ teknoċentrat tiegħu biex jevolvi lejn approċċ iktar soċjoċentrat. Dan ifisser li l-kunċett ta’ aċċettabbiltà soċjali għandu jiġi kkwalifikat fil-każi meta jkun hemm it-tendenza li l-piż tar-responsabbiltà tal-istili tal-ħajja tagħna jintefa’ fuq il-konsumaturi li huma dipendenti ħafna mill-enerġija, biex jiġi inkluż fl-isfera iktar vasta tal-fattibbiltà soċjoteknika li tirrikjedi diskussjoni dwar is-sens tat-tekniki u d-deċiżjonijiet politiċi fil-qasam tal-enerġija. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://www.footprintnetwork.org/our-work/ecological-footprint/
(2) https://doughnuteconomics.org/about-doughnut-economics
(3) https://www.ipcc.ch/site/assets/uploads/2021/07/IPBES_IPCC_WR_12_2020.pdf
(4) https://eeb.org/library/decoupling-debunked/; https://www.eea.europa.eu/publications/growth-without-economic-growth
(5) Trends in Social Acceptance of Renewable Energy Across Europe – A Literature Review, 08/12/2020 [Mhux disponibbli bil-Malti].
(6) Dan li tipproponi France Nature Environnement fid-dokumenti “scopes” (pubblikazzjonijiet dwar il-metanizzazzjoni, l-enerġija mir-riħ, eċċ.) tagħha.
(7) https://www.fondation-nicolas-hulot.org/sondage-science-et-transition-ecologique-en-qui-les-francais-ont-il-confiance/ [bil-Franċiż biss].
(8) ĠU C 123, 9.4.2021, p. 66.
(9) Bħall-Kummissjoni nazzjonali għad-dibattitu pubbliku fi Franza.
(10) Ara Conseil d’État, Rapport public 2011 “Consulter autrement, participer effectivement” [Il-Kunsill tal-Istat Franċiż, Rapport Pubbliku 2011, Konsultazzjoni mod ieħor, parteċipazzjoni effettiva] La Documentation française 2011.
(11) Rapport ta’ Informazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Valutazzjoni tal-Unjoni Ewropea tal-Enerġija – Id-dimensjoni soċjali u soċjetali tat-tranżizzjoni enerġetika
(12) Dan il-faqar iwassal għal fenomeni bħas-serq (fil-forma ta’ wiring fuq networks li jappartjenu lil oħrajn), kemm għal raġunijiet ta’ faqar kif ukoll għal raġunijiet ta’ diżubbidjenza ċivili kontra s-sistema ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-elettriku.
(13) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 158.
(14) ĠU C 311, 18.9.2020, p. 55.
(15) https://eeb.org/library/escaping-the-growth-and-jobs-treadmill/.
(16) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 8.
(17) Eurofound, 2015, Access to social benefits: reducing non-take-up, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu [Mhux disponibbli bil-Malti]. Policy brief tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Eurofound dwar “Exploring the social challenges of low-carbon energy policies in Europe” ef22004en.pdf [Mhux disponibbli bil-Malti].
(18) https://www.socialter.fr/article/carte-carbone-plutot-qu-une-taxe-un-quota-pour-chaque-citoyen-1 [bil-Franċiż biss].
(19) https://www.eea.europa.eu/themes/energy/renewable-energy/eu-renewable-electricity-has-reduced
(20) ĠU C 123, 9.4.2021, p. 30.
(21) Pereżempju, l-akkwist ta’ karozza elettrika jinvolvi l-bidla tal-modalità tas-sewqan minn gerboks manwali għal gerboks awtomatika, li jista’ jkun ta’ deterrent.
(22) https://www.larevuedelenergie.com/les-energies-renouvelables-en-transition-de-leur-acceptabilite-sociale-a-leur-faisabilite-sociotechnique/ [bil-Franċiż biss].
(23) Ara pereżempju, f’qasam li mhuwiex it-tranżizzjoni tal-enerġija, smartphones, li huma aċċettati u adottati b’mod wiesa’.
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/30 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-tisħiħ tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni — Ċivili sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-UE li tirreaġixxi għal avvenimenti estremi, inkluż dawk li jseħħu barra mit-territorju tagħha”
(Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Franċiża)
(2022/C 290/05)
|
Relatur: |
Christophe QUAREZ |
|
Korelatur: |
Violeta JELIĆ |
|
Konsultazzjoni |
Il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 21.9.2021 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni |
|
Adottata fis-sezzjoni |
9.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
211/0/2 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM (Union Civil Protection Mechanism) jew “il-Mekkaniżmu”) ma għadux kapaċi biżżejjed u lanqas wiesa’ biżżejjed biex iwieġeb għal diżastri marbuta mat-tibdil fil-klima u mar-riskji multipli f’termini ta’ prevenzjoni, tħejjija, twissija, pjanar u kapaċitajiet operazzjonali, li jseħħu ġewwa u barra mit-territorju tal-Unjoni. |
|
1.2. |
Lil hinn mill-attività stabbilita sew tiegħu fir-rigward tad-diżastri naturali, il-UCPM jintalab biex jindirizza riskji oħra bħal pandemiji, assistenza lill-persuni f’żoni ta’ gwerra, riskji industrijali kbar, tniġġis marittimu fuq skala kbira, konsegwenzi ta’ attakki ċibernetiċi fuq in-networks tal-elettriku jew tal-ilma tax-xorb, u l-infrastratturi essenzjali kollha, jew il-ġestjoni ta’ kriżijiet umanitarji marbuta mal-immigrazzjoni. |
|
1.3. |
Ir-rabta bejn il-protezzjoni ċivili (operazzjonijiet għal żmien qasir) u l-għajnuna umanitarja (ġestjoni fit-tul) jeħtieġ li tiġi indirizzata u kkoordinata aħjar. |
|
1.4. |
Il-KESE jqis li l-azzjoni ta’ wara d-diżastri tal-UE għal avvenimenti barra mit-territorju tagħha jeħtieġ li tiġi identifikata u żviluppata aktar. |
|
1.5. |
Il-KESE jissottolinja l-importanza kbira tal-kooperazzjoni operazzjonali li qed tevolvi permezz tal-armonizzazzjoni tat-taħriġ, il-kompatibbiltà tal-materjal u t-tagħmir, iċ-ċarezza u l-effiċjenza tal-linji ta’ kmand. |
|
1.6. |
Il-KESE jqis li għandha tiġi eżaminata l-ħtieġa li tiġi stabbilita aġenzija Ewropea għall-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja, bħala mekkaniżmu prattiku għal azzjonijiet aktar b’saħħithom tal-politika barranija. |
|
1.7. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-progress meħtieġ li għandu jsir fir-rigward tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ intervent, barra mit-territorju tal-UE. |
|
1.8. |
Il-KESE jqis li d-dimensjoni diplomatika tal-protezzjoni ċivili Ewropea mhijiex żviluppata biżżejjed. Fir-rigward tar-relazzjonijiet esterni u r-reazzjoni tal-UE fil-konfront ta’ avvenimenti estremi, il-KESE jenfasizza l-importanza:
|
|
1.9. |
Il-KESE għandu dubji dwar id-definizzjoni tal-ambitu ġeografiku tal-UCPM u l-kriterji tal-għażla tal-pajjiżi parteċipanti. |
|
1.10. |
Trid titħeġġeġ komunikazzjoni xierqa fi ħdan il-fehma pubblika internazzjonali sabiex tissaħħaħ l-azzjoni tal-UCPM. |
|
1.11. |
Il-KESE jappoġġja l-idea li jiġu żviluppati timijiet tranżnazzjonali konġunti tal-ewwel rispons għall-ġestjoni tad-diżastri b’riżorsi proprji, taħriġ konġunt u standardizzazzjoni tar-riżorsi u tat-tagħmir. |
|
1.12. |
Il-KESE jħeġġeġ proposta għal emenda leġiżlattiva biex jiġi awtorizzat rispons awtomatiku u immedjat skont il-Mekkaniżmu f’każ ta’ diżastru maħluq mill-bniedem fit-territorju tal-UE u ’l hinn minnu, mingħajr ma tkun meħtieġa talba minn qabel mill-Istat Membru kkonċernat, u b’hekk, l-Istat Membru jżomm id-dritt li jirrifjuta tali assistenza. Din ir-riżorsa f’forma ta’ task force tista’ tikkontribwixxi biex tissaħħaħ id-dimensjoni esterna tar-relazzjonijiet tal-UE permezz tal-protezzjoni ċivili. |
|
1.13. |
Il-KESE jappoġġja t-tisħiħ tal-volontarjat għall-protezzjoni ċivili u jirrakkomanda li jiġu żviluppati standards għall-programmi ta’ volontarjat b’dispożizzjonijiet li jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol tal-volontarji u li tinħoloq sistema ta’ ċertifikazzjoni komuni għat-timijiet volontarji tal-protezzjoni ċivili. |
|
1.14. |
Il-KESE jinnota n-nuqqas ta’ strument finanzjarju flessibbli b’rispons rapidu għall-għoti ta’ finanzjament dirett lill-popolazzjonijiet affettwati għall-kumpens, meta dan jintalab. |
|
1.15. |
Il-KESE jappoġġja t-tisħiħ tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni pubblika dwar l-attività tal-UCPM permezz ta’ modi moderni ta’ komunikazzjoni (eż. il-midja soċjali) u rwol attiv tal-organizzazzjonijiet strutturati tal-volontarjat. |
|
1.16. |
Il-KESE jinnota l-ħtieġa li tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni tar-rispons operazzjonali tal-Unjoni mal-organizzazzjonijiet umanitarji u mas-soċjetà ċivili għal użu aħjar tal-għajnuna fil-prattika. |
|
1.17. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jkompli jitqies il-bżonn li tiġi garantita l-kontinwità tal-funzjonament tal-SMEs wara diżastru. |
|
1.18. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-komunità xjentifika tiġi involuta ħafna aktar fil-proċess ta’ twissija u prevenzjoni tal-UCPM, filwaqt li jittieħed vantaġġ min-Network tal-UE ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili u t-tisħiħ taċ-Ċentru ta’ Għarfien għall-Ġestjoni tar-Riskju ta’ Diżastri. |
2. Sfond
|
2.1. |
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, fil-qalba tal-kooperazzjoni Ewropea dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, jipprovdi network ta’ assistenza reċiproka u solidarjetà ġewwa u lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni Ewropea. |
|
2.2. |
Il-Mekkaniżmu jiġbor flimkien 33 stat; 27 Stat Membru tal-UE u 6 Stati Parteċipanti: l-Iżlanda, in-Norveġja, is-Serbja, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro u t-Turkija. Dan jintuża f’rispons ta’ prevenzjoni, pjanar u operazzjonali, u jippermetti għajnuna koordinata għal diżastri u sitwazzjonijiet ta’ kriżi umanitarja. Kwalunkwe pajjiż fid-dinja li jkun qed jiffaċċja diżastru kbir jista’ jfittex assistenza permezz taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC), bħala mekkaniżmu ta’ politika barranija tal-UE. |
|
2.3. |
Il-qafas ta’ politika tal-UCPM, li diġà ġie msaħħaħ fl-2019 permezz tal-istabbiliment ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet addizzjonali u permezz tan-Network Ewropew ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili, kompla jissaħħaħ permezz ta’ leġiżlazzjoni ġdida ppubblikata fl-20 ta’ Mejju 2021. L-UCPM rivedut issa jinkludi approċċ transsettorjali u transfruntier għall-ġestjoni tar-riskju u tad-diżastri, ibbażat fuq “objettivi ta’ reżiljenza tad-diżastri”, u ppjanar fil-livell tal-UE. Fuq proposta tal-Parlament Ewropew, dan jinkorpora wkoll il-kunċetti tat-tibdil fil-klima u tal-bijodiversità. |
|
2.4. |
Madankollu, diżastri naturali kbar f’dawn l-aħħar snin (nirien tal-massa fin-Nofsinhar tal-Ewropa fl-2017 u fl-2021, għargħar fl-Ewropa Ċentrali u tat-Tramuntana fl-2014 u fl-2021, terremoti fil-Haiti fl-2010 u fl-2021, eċċ.), u ż-żieda fil-frekwenza u fl-intensità tagħhom, jimminaw il-mekkaniżmi ta’ rispons eżistenti bħall-UCPM, li fl-istess ħin huwa kkonfrontat ukoll minn kriżijiet kumplessi oħra (tal-migrazzjoni, tas-saħħa, tal-umanità). L-avvenimenti reċenti fl-Ukrajna juru l-ħtieġa li jissaħħaħ il-mekkaniżmu u li r-rabtiet bejn il-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja jsiru aktar koerenti. |
|
2.5. |
Għal din ir-raġuni, l-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-KESE jaħdem fuq ir-rispons tal-Ewropa għat-tibdil fil-klima permezz ta’ tliet oqsma ewlenin ta’ studju: (i) it-twissija bikrija u l-informazzjoni għall-pubbliku; (ii) it-tbassir u l-ippjanar, u (iii) ir-rispons tal-kapaċità. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Mil-lat operazzjonali, il-UCPM issaħħaħ minn diversi strumenti komplementari bħar-riżerva ta’ riżorsi ta’ rescEU, is-servizz satellitari Copernicus (sistema ta’ mmappjar tar-riskju satellitari), ir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili u n-Network tal-UE ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili. |
|
3.2. |
Stabbilit fl-2019, rescEU stabbilixxa riżerva ta’ riżorsi addizzjonali ġdida (ir-riżerva ta’ rescEU) li tinkludi flotta ta’ ajruplani u ħelikopters tat-tifi tan-nar, tagħmir tas-salvataġġ, ajruplani għall-evakwazzjoni medika, timijiet ta’ emerġenza medika, u riżerva ta’ tagħmir mediku u sptarijiet fuq il-post li jistgħu jirrispondu għal emerġenzi tas-saħħa u għal inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari. RescEU jikkomplementa l-UCPM f’missjonijiet bħat-tifi tan-nar, l-assistenza medika u r-riċerka. |
|
3.3. |
Iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC) jinsab fil-qalba tal-funzjonament tal-UCPM. Dan jiċċentralizza u jikkoordina l-għajnuna differenti mibgħuta mill-pajjiżi u huwa responsabbli għall-iskjerament rapidu tal-għajnuna ta’ emerġenza lil żoni affettwati minn diżastru. |
|
3.4. |
Il-pajjiżi jħabbru l-mezzi li jistgħu jipprovdu lill-pajjiż rikjedenti bl-użu tas-Sistema Komuni ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni f’każ ta’ Emerġenza. Il-pjattaforma tippermetti li jinżammu rekords online, fejn l-ERCC jista’ jagħti dettalji dwar il-ħtiġijiet tal-pajjiżi rikjedenti, u fejn il-pajjiżi li jassistu jistgħu jispeċifikaw il-mezzi li beħsiebhom jagħmlu disponibbli. |
|
3.5. |
Barra minn hekk, il-parteċipanti jistgħu jimpenjaw riżorsi nazzjonali għal rispons ta’ emerġenza għar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili. Din ir-riżerva tippermetti ppjanar u koordinazzjoni aħjar tal-attivitajiet ta’ rispons fil-livell Ewropew u nazzjonali, li tipprovdi rispons tal-UE aktar rapidu u aktar affidabbli għad-diżastri. |
|
3.6. |
B’appoġġ għall-attivitajiet ta’ prevenzjoni u ta’ tħejjija, l-UE żiedet ukoll l-appoġġ finanzjarju għall-kapaċitajiet irreġistrati fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili. L-appoġġ finanzjarju jista’ jintuża biex jiġu adattati u msewwija l-kapaċitajiet, kif ukoll biex jiġu koperti l-ispejjeż operazzjonali (ġewwa l-UE) u l-ispejjeż tat-trasport (barra mill-UE) meta jintużaw fil-UCPM. |
|
3.7. |
Il-Mekkaniżmu ġie attivat diversi drabi bħala parti mill-qafas tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet matul il-pandemija tal-COVID-19. L-esperjenza wriet li l-UE jeħtieġ li tkun imħejjija aħjar biex twieġeb għal emerġenzi fuq skala kbira, u li l-qafas legali eżistenti dwar is-saħħa u l-protezzjoni ċivili għandu jissaħħaħ. |
|
3.8. |
Finanzjarjament, minbarra l-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi parteċipanti, il-Mekkaniżmu jirċievi pakkett finanzjarju mill-baġit pluriennali tal-UE għall-2021-2027. B’mod aktar speċifiku, il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu għall-perjodu 2021-2027 se jkun ta’ EUR 1 263 000 000. Barra minn hekk, id-dħul assenjat estern mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru sa EUR 2 056 480 000 se jiġi allokat ukoll għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu għall-istess perjodu. |
|
3.9. |
In-Network tal-UE ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili), pjattaforma ġdida għall-kondiviżjoni tal-għarfien, l-aħjar prattiki u t-tagħlimiet meħuda mill-esperti tal-protezzjoni ċivili u mill-persunal tal-ġestjoni tal-emerġenzi, huwa strument li bih l-UE beħsiebha ssaħħaħ il-Ġestjoni Ewropea tar-Riskju ta’ Diżastri. |
|
3.10. |
In-Network ta’ Għarfien għandu l-għan li jrawwem sinerġiji aktar b’saħħithom fost il-prattikanti, dawk li jfasslu l-politika u x-xjenzjati permezz tal-pilastri tal-iżvilupp tal-kapaċità u x-xjenza, fejn jinbdew, jiġu ppjanati, imfassla u implimentati l-attivitajiet. L-azzjonijiet tan-Network ta’ Għarfien jinkludu eżerċizzji komuni, skambji bilaterali u multilaterali, kooperazzjoni u proġetti komuni. |
|
3.11. |
Fir-rigward tal-protezzjoni ċivili barra mill-qafas tal-UE, huwa importanti li jissemma ċ-Ċentru Ewro-Atlantiku ta’ Koordinazzjoni tar-Rispons fil-Każ ta’ Diżastru tan-NATO, li joffri assistenza prinċipalment f’każijiet ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem u s-Sistema tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Valutazzjoni u l-Koordinazzjoni f’każ ta’ Diżastru, li toffri assistenza matul l-ewwel fażi ta’ emerġenza li titfaċċa f’daqqa. |
|
3.12. |
Fl-Ewropa, il-pjattaforma Unjoni għall-Mediterran (UgħM), sħubija multilaterali li għandha l-għan li żżid il-potenzjal għall-integrazzjoni u l-koeżjoni reġjonali fost il-pajjiżi Ewro-Mediterranji, inkluża t-Turkija, approvat pjan ta’ azzjoni dwar it-tħejjijiet għal assistenza reċiproka effiċjenti fiż-żona Ewro-Mediterranja. Fost l-azzjonijiet proposti kien hemm ir-rispons rapidu. Fatturi ewlenin jinkludu t-tisħiħ ta’ azzjonijiet ta’ servizz ta’ emerġenza pubblika permezz ta’ voluntiera u l-involviment taċ-ċittadini biex jiġu salvati l-ħajjiet. |
|
3.13. |
L-UCPM ġie attivat 382 darba bejn l-2007 u l-2020. Fl-2020 ġie attivat 102 darbiet – 82 attivazzjoni aktar mis-sena ta’ qabel. Mill-102 attivazzjonijiet, 36 kienu fl-UE, u 66 kienu barra mill-UE, b’85 attivazzjoni totali relatati mal-COVID-19. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
L-UCPM ma għadux ta’ daqs suffiċjenti biżżejjed biex iwieġeb għad-diżastri naturali marbuta mat-tibdil fil-klima f’termini ta’ prevenzjoni, twissija, pjanar, tbassir u kapaċità operazzjonali. |
|
4.2. |
Setturi bħat-tniġġis marittimu, ir-riskji industrijali u d-diżastri fuq in-networks tal-elettriku u tal-ilma tax-xorb għandhom jiġu indirizzati aħjar mill-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili. |
|
4.3. |
Il-KESE jqis li d-dimensjoni diplomatika tal-protezzjoni ċivili Ewropea mhijiex żviluppata biżżejjed lejn il-viċinat immedjat tal-UE (b’mod partikolari l-Balkani), jew lejn l-Afrika ta’ Fuq u l-pajjiżi Afrikani flimkien mal-politika ta’ żvilupp tal-UE. Din id-dimensjoni diplomatika tal-UCPM għandha tiġi sfruttata b’diversi modi, billi (i) jissaħħaħ il-proċess ta’ qabel l-adeżjoni tal-pajjiżi kandidati tal-UE, filwaqt li jiġu rispettati l-kriterji kollha ta’ adeżjoni; (ii) titnaqqas l-influwenza taċ-Ċina u tar-Russja f’xi pajjiżi u f’xi żoni ġeografiċi (l-Afrika, il-Georgia, l-Ukrajna); (iii) jiġu ffaċilitati r-relazzjonijiet diplomatiċi ma’ ċerti pajjiżi ostili (eż. għajnuna fil-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti fir-Russja jew fit-Turkija); (iv) titlesta l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna għall-iżvilupp; u (v) ikun hemm involviment ma’ pajjiżi direttament taħt l-influwenza Russa, bħalma huma l-Każakistan, l-imsieħeb tal-enerġija tal-Ewropa, u li huma kbar u jinsabu f’riskju kbir (pereżempju, ta’ nirien fil-foresti). |
|
4.4. |
Il-KESE għandu dubji dwar id-definizzjoni tal-ambitu ġeografiku tal-UCPM u l-kriterji tal-għażla għall-Istati Membri. Pereżempju, il-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni, l-Iżvizzera u l-Moldova, għandhom jingħaqdu mal-UCPM biex jiksbu dimensjoni verament kontinentali. |
|
4.5. |
Fir-rigward tal-operazzjonijiet esterni kkoordinati mill-Kummissjoni Ewropea, meta pajjiżi terzi jitolbu l-assistenza, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet u l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-bidu ta’ tali operazzjonijiet, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lit-trasparenza. |
|
4.6. |
Il-KESE jirrakkomanda wkoll li jinħatar korrispondent tal-protezzjoni ċivili f’kull Rappreżentanza Permanenti tal-UE sabiex il-pajjiżi terzi jiġu informati b’mod sistematiku dwar l-assistenza possibbli tal-UE fil-każ ta’ diżastru serju, sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni meħtieġa mal-forzi tal-protezzjoni ċivili tal-pajjiż stess. |
|
4.7. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għad-disparitajiet kbar li jeżistu llum bejn l-istrutturi differenti tal-protezzjoni ċivili, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi armonizzat il-mod li bih jiġu organizzati dawn il-forzi, b’mod partikolari f’termini ta’ taħriġ tal-persunal, proċeduri u tagħmir (eż. id-dijametri tal-manek għal kontra n-nirien ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor). Din id-disparità tista’ tingħeleb billi jiġu organizzati u standardizzati moduli standard f’kull pajjiż tal-UE. Dawn il-moduli standard diġà huma fis-seħħ, madankollu, iż-żieda fin-numri tagħhom u t-titjib tal-istandardizzazzjoni tagħhom għandhom jiġu mħeġġa b’mod attiv. Pereżempju, il-moduli tan-nirien fil-foresti f’pajjiż wieħed jistgħu jkunu attrezzati b’vetturi tat-triq, u f’pajjiż ieħor b’vetturi off-road. |
|
4.8. |
Barra minn hekk, għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni ċivili, l-universitajiet u r-riċerkaturi. L-implimentazzjoni tan-Network tal-UE ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili permezz tal-pilastri tal-iżvilupp tal-kapaċità u x-xjenza, u t-tisħiħ taċ-Ċentru tal-Għarfien għall-Ġestjoni tar-Riskju ta’ Diżastri, jipprovdu l-ispazju u l-mezzi biex tissaħħaħ din il-kooperazzjoni. |
|
4.9. |
Fir-rigward tal-kapaċità tar-riżorsi, l-użu urġenti u fuq distanzi twal tar-riżorsi fuq eluf jew saħansitra għexieren ta’ eluf ta’ kilometri huwa prijorità oħra. L-emerġenzi spiss jeħtieġu l-użu ta’ mezzi tal-ajru. Jekk il-persunal jiġi ttrasportat mill-inġenji tal-ajru, f’dak il-każ ikunu meħtieġa inġenji tal-ajru tat-trasport b’kapaċità kbira biex jittrasportaw it-tagħmir. |
|
4.10. |
Il-kwistjoni tal-iżgurar tal-kapaċità tat-trasport tista’ possibbilment tiġi solvuta permezz tal-użu ta’ inġenji tal-ajru militari, nazzjonali jew tan-NATO. Madankollu, l-użu tagħhom jirrikjedi proċess dovut u jinvolvi l-ippjanar, li mhuwiex kompatibbli ma’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Għażla oħra aktar xierqa tkun li tiġi kkunsidrata flotta dedikata ta’ trasportaturi kbar tal-Airbus A330 jew kiri f’waqtu ma’ kumpaniji speċjalizzati. Unità tal-ajru ta’ tliet inġenji tal-ajru tidher li tissodisfa l-aspettattivi tal-esperti. Dawn l-unitajiet huma versatili, u l-kapaċità li jiġu kkonvertiti hija teknikament vijabbli, pereżempju għall-użu f’sitwazzjonijiet bħal meta jitpoġġa ritardant tan-nar biex inaqqas in-nirien fil-foresti, u t-trasport tal-materjal fuq ir-roti. |
|
4.11. |
L-akkwiżizzjoni u l-ġestjoni ta’ dawn l-assi ta’ projezzjoni mill-ajru jistgħu jiġu studjati fi ħdan il-qafas ta’ rescEU. |
|
4.12. |
Fir-rigward tal-governanza, il-KESE jappella li tinħoloq aġenzija Ewropea għall-protezzjoni ċivili u għall-għajnuna umanitarja. Maż-żmien, spiss jintalbu jieħdu azzjoni fl-istess postijiet, fir-rigward tal-istess popolazzjonijiet. Il-protezzjoni ċivili normalment isseħħ fuq żmien qasir, jiġifieri jiem jew ġimgħat, filwaqt li l-għajnuna umanitarja tista’ sseħħ fuq perjodu ta’ xhur jew żmien itwal. |
Brussel, l-24 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
III Atti preparatorji
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-568 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 23.3.2022–24.3.2022
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/35 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Rapport ta’ Prospettiva Strateġika 2021 — Il-kapaċità u l-libertà tal-UE li taġixxi”
(COM(2021) 750 final)
(2022/C 290/06)
|
Relatur: |
Sandra PARTHIE |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni, 1.3.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adottata fis-sezzjoni |
4.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
199/3/0 |
1. Preambolu
|
1.1. |
Ir-rapport tal-KE u l-Opinjoni ġew abbozzati qabel l-aggressjoni Russa, il-gwerra fl-Ukrajna u l-kriżi umanitarja li rriżultat. L-effetti tagħhom għalhekk mhumiex riflessi fl-Opinjoni. Il-KESE jenfasizza li dawn l-avvenimenti traġiċi bla dubju jħallu impatt sever fuq il-mod tagħna ta’ ħajja u għalhekk iħeġġeġ li l-attivitajiet ta’ prospettiva strateġika li qed jitwettqu bħalissa miċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka u mill-Kummissjoni Ewropea għar-rapport li jmiss ta’ prospettiva strateġika jqisu, b’mod aktar prominenti minn previst, l-effetti ġeopolitiċi ta’ dawn il-bidliet strateġiċi, fosthom, żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, aktar infiq għas-sigurtà u d-difiża, flussi migratorji ġodda u provvisti mhux siguri mhux biss fl-Ewropa iżda wkoll lil hinn. |
2. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
2.1. |
Il-KESE jkompli jilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-inklużjoni tal-metodoloġija tal-prospettiva fil-proċess tat-tfassil tal-politika tal-UE. Billi l-Prospettiva Strateġika hija proċess parteċipattiv, il-KESE jibqa’ jistenna li s-sinerġiji kif ukoll l-involviment strutturali tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE, inkluż il-KESE, jirnexxu fuq din il-bażi. F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza s-Sistema Ewropea ta’ Analiżi tal-Istrateġiji u l-Politiki (ESPAS) bħala eżempju tajjeb ta’ kollaborazzjoni interistituzzjonali tal-UE. |
|
2.2. |
Il-KESE jemmen li l-erba’ xejriet globali ewlenin huma rilevanti għall-kwistjoni fundamentali tal-kapaċità u l-libertà tal-UE li taġixxi. Dawn jirrappreżentaw l-megatendenzi ġenerali u ċentrali ta’ żmienna, li se jkomplu jkunu ta’ importanza kruċjali għat-tfassil tal-politika Ewropea. Madankollu, l-iżvilupp tagħhom jibqa’ fuq bażi wiesgħa u jolqot diversi aspetti filwaqt li ma jidħolx fid-dettall ta’ sottosuġġetti individwali. Il-KESE jiddeplora b’mod speċifiku l-fatt li d-dimensjoni soċjali ma ġietx ikkunsidrata biżżejjed, u l-kwistjonijiet taż-żgħażagħ u tal-ġustizzja interġenerazzjonali ma tqiesux, minkejja li dawn il-kwistjonijiet qed jiġu żviluppati fir-rapport sottostanti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka Shaping & securing the EU’s open strategic autonomy by 2040 and beyond (Insawru u niżguraw l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE sal-2040 u lil hinn) (1). |
|
2.3. |
Il-KESE jaqbel li s-suġġett magħżul għar-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika tal-2021 huwa ta’ rilevanza politika għolja u kapaċi joħloq il-kundizzjonijiet qafas adatti għal interdipendenza ġestita tajjeb u awtonomija strateġika miftuħa bbażata fuq valuri kondiviżi, koeżjoni, governanza multilaterali b’saħħitha, u kooperazzjoni bbażata fuq ir-regoli. Madankollu, aħna nħeġġu li jsir użu xieraq tal-metodi tal-proċess ta’ prospettiva biex jiġu ddeterminati suġġetti futuri. Huwa kruċjali li jiġu vvalutati l-iżviluppi matul iż-żmien, jiġifieri l-investimenti attwali fir-riċerka u l-iżvilupp jew l-għadd ta’ privattivi mhux biss iridu jitqabblu ma’ dawk taċ-Ċina jew tal-Istati Uniti iżda wkoll fir-rigward tal-livelli preċedenti sabiex tinkiseb stampa ċara dwar jekk aħniex miexja fid-direzzjoni t-tajba. |
|
2.4. |
Filwaqt li l-approċċ tal-użu tal-Prospettiva Strateġika u l-enfasi topika tar-Rapport mhumiex qed jiġu ddubitati, għadu mhux ċar x’jiddistingwi r-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika tal-2021 bħala riżorsa vera ta’ prospettiva. Hemm nuqqas ta’ rabta ċara bejn l-għażla tax-xejriet, il-futur(i) kkunsidrat(i) u l-konklużjonijiet loġiċi għall-mistoqsija fokali tar-rapport. |
Minbarra n-nuqqas ta’ metodoloġija ta’ prospettiva apparenti, it-tieni Rapport ta’ Prospettiva Strateġika tal-Kummissjoni, għall-2021, ma jipprovdix qafas loġiku, koerenti u orjentat lejn l-azzjoni għat-tfassil tal-politika tal-UE u b’hekk jippermetti lil dawk li jfasslu l-politika jistabbilixxu prijoritajiet strateġiċi u jaġixxu.
|
2.5. |
Suġġett rilevanti ħafna għal ħarsa ddettaljata huwa r-rwol tal-atturi mhux statali fis-sistemi ta’ tmexxija tal-lum – b’mod partikolari l-korporazzjonijiet multinazzjonali. Fil-fehma tagħna, l-awtonomija strateġika għandha tiżdied bħala minimu fir-rigward tal-atturi li għandhom status de facto ta’ stabbiliment tar-regoli u tal-istandards, bħal kumpaniji kbar tat-teknoloġija, banek attivi globalment u atturi finanzjarji kif ukoll organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
|
2.6. |
Id-dimensjoni ta’ prospettiva tar-Rapport ser tirrealizza bis-sħiħ il-potenzjal tagħha għal dawk li jfasslu l-politika tal-UE biss jekk tkun imfassla b’mod fundamentali bħala eżerċizzju miftuħ u pluralistiku kif ukoll diversifikat u transdixxiplinarju, li jinvolvi l-imsieħba soċjali organizzati u s-soċjetà ċivili, b’mod partikolari l-KESE, fl-istadji kollha tal-proċess ta’ prospettiva li jwassal għal Rapporti ta’ Prospettiva Strateġika (futuri). |
|
2.7. |
F’dan il-kuntest, il-KESE jistieden speċifikament liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka biex jinvolvi bis-sħiħ lill-Kumitat fiċ-ċiklu ta’ prospettiva tiegħu u jappoġġjah fl-iskrinjar tal-attivitajiet ta’ prospettiva eżistenti mwettqa mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, it-trade unions u l-assoċjazzjonijiet tan-negozju. Il-KESE jipproponi wkoll li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-UE jiġu appoġġjati fl-iżvilupp ta’ għarfien espert dwar il-prospettiva u fit-twettiq ta’ attivitajiet ta’ prospettiva bħala parti minn proċess strutturat, flimkien maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, pereżempju fil-forma ta’ proġett pilota mal-membri tal-KESE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
|
2.8. |
Għalhekk, filwaqt li l-aspirazzjoni hija milqugħa bis-sħiħ, għad hemm lok għal titjib għar-rapporti ta’ prospettiva li jmiss fir-rigward ta’ dan li ġej:
|
|
2.9. |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-proċessi ta’ ħidma tal-Kumitat jerġgħu jitfasslu fir-rigward tar-rapporti annwali ta’ prospettiva sabiex jiġu pprovduti għarfien, għarfien espert u proposti speċifiċi ex ante, jiġifieri matul il-proċess ta’ abbozzar tar-rapporti rispettivi minflok ma jsiru kummenti ex post. Aħna nemmnu li dan ser itejjeb l-intelligence miġbura għal rapporti annwali ta’ prospettiva minħabba li l-membri tal-KESE għandhom konnessjonijiet b’saħħithom u profondi mal-fergħat rispettivi tagħhom tas-soċjetà u l-ekonomija u huma kapaċi aħjar jidentifikaw l-hekk imsejħa “sinjali dgħajfa” kruċjali fir-rigward tal-iżviluppi rilevanti. Barra minn hekk, il-KESE jista’ jittrażmetti u jxerred ir-riżultati u l-għarfien ta’ prospettiva, u b’hekk jgħin lill-atturi nazzjonali tas-soċjetà ċivili jifhmu aħjar id-deċiżjonijiet politiċi meħuda mill-UE. |
|
2.10. |
Fl-aħħar nett, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-aġenda ta’ Prospettiva Strateġika tal-UE. Il-KESE huwa konvint li l-pass ’il quddiem huwa li l-prospettiva tiġi integrata aktar fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u jtenni l-offerta tiegħu li jgħin lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE f’dan l-objettiv. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ li r-Rapport jenfasizza l-importanza ta’ suq uniku miftuħ, kompetittiv u li jiffunzjona bis-sħiħ biex in-negozji jkunu jistgħu jikbru għall-iskala meħtieġa biex jikkompetu globalment. Dan jestendi wkoll għar-rakkomandazzjoni tar-Rapport biex jiġu implimentati bis-sħiħ l-Unjoni tas-Swieq Kapitali u l-Unjoni Bankarja, li l-KESE jemmen li qed jikkontribwixxu direttament għar-reżiljenza tal-UE kontra l-kriżijiet finanzjarji, il-protezzjoni tad-depożitanti u rkupru ekonomiku robust u stabbli (3). |
|
3.2. |
Il-KESE jilqa’ l-pubblikazzjoni tal-linji gwida u s-sett ta’ għodod riveduti għal Regolamentazzjoni Aħjar li jiffokaw fuq id-definizzjoni ta’ kif il-prospettiva strateġika għandha tintuża fil-valutazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet tal-impatt. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni b’suċċess tagħha, huwa essenzjali li l-Kummissjoni tipprovdi taħriġ u riżorsi adegwati lill-persunal tagħha li jwettaq valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet tal-impatt. |
|
3.3. |
Bħala parti mit-tweġibiet tiegħu għal xenarju aktar diffiċli għall-governanza, ir-Rapport jenfasizza l-ħtieġa għal governanza parteċipattiva u inklużiva biex jissaħħu l-fiduċja u l-leġittimità fil-livelli kollha, u b’hekk tiżdied l-importanza ta’ pjattaformi bħall-KESE. Aħna nemmnu li, issa aktar minn qatt qabel, l-għoti ta’ vuċi lis-soċjetà ċivili fl-UE kollha huwa kruċjali biex tiġi permessa governanza effettiva fis-seklu 21 u jinstabu soluzzjonijiet b’bażi wiesgħa u sostenibbli, aktar milli soluzzjonijiet faċli. |
|
3.4. |
Il-KESE jirrikonoxxi s-segwitu (4) mill-Kummissjoni Ewropea għall-Opinjoni tal-KESE dwar ir-Rapport tal-Prospettiva Strateġika tal-2020 – Inwittu t-triq lejn Ewropa iktar reżiljenti (5) u jħoss li huwa obbligat jirreaġixxi għal aspetti li għadu jqis rilevanti, peress li dawn ma ġewx indirizzati b’mod suffiċjenti fir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika tal-2021:
|
|
3.5. |
Fir-rigward tal-għaxar oqsma li fihom l-UE tista’ ssaħħaħ l-awtonomija strateġika miftuħa u t-tmexxija globali tagħha, filwaqt li huma ġeneralment rilevanti, mill-perspettiva tal-KESE, dawn mhumiex ippreżentati bħala konklużjonijiet strateġiċi loġiċi mislutin minn qafas li jkopri x-xejriet u l-inċertezzi. Għalhekk, ma jistax jiġi preżunt li dawn jippreżentaw pedamenti strateġiċi olistiċi u preċiżi minn perspettiva ta’ prospettiva. |
|
3.6. |
Il-KESE jemmen li m’hemm l-ebda nuqqas attwali ta’ prospettiva jew pjanar strateġiku min-naħa tal-Kummissjoni. Fil-fehma tal-KESE, il-kwistjoni reali hija n-nuqqas ta’ rieda politika minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE li jbiddlu l-prospettiva fi proposti estensivi. Jekk ir-rieda politika ma tkunx hemm, lanqas il-prospettiva mhu ser twassal biex jittieħdu l-passi mixtieqa. |
|
3.7. |
Filwaqt li jenfasizza n-nuqqasijiet ta’ proċess ta’ prospettiva magħluq b’konsultazzjoni limitata, il-KESE jinnota n-nuqqas li tissemma l-kwistjoni taż-żieda fl-inflazzjoni kif ukoll iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, li t-tnejn li huma l-KESE jqis elementi kruċjali tal-kwistjoni tal-awtonomija strateġika. Fi ħdan ir-rwol konsultattiv tiegħu, il-KESE diġà qed iħejji Opinjonijiet ta’ prospettiva (6) biex jikkontribwixxi għall-kapaċità tal-UE li tintegra aħjar il-prospettiva fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. |
|
3.8. |
Barra minn hekk, ir-rwol tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, inkluż l-iżvilupp tal-istat soċjali, ma jissemma xejn fir-Rapport. B’mod ġenerali, l-aspetti soċjali tal-kwistjoni jidhru li huma injorati favur aspetti teknoloġiċi u ekonomiċi. Iċ-ċittadini tal-UE jistennew li l-istat jipprovdi livell għoli ta’ sigurtà soċjali u assistenza soċjali. Għalhekk, fid-dawl tal-awtonomija strateġika, tibqa’ mistoqsija mhux imwieġba dwar kif is-sistemi tas-sigurtà soċjali se jiġu ffinanzjati fil-futur. Nilqgħu b’sodisfazzjon kbir analiżi aktar fil-fond dwar dan is-suġġett bl-użu ta’ għodod ta’ prospettiva. |
|
3.9. |
Ir-Rapport tal-Prospettiva Strateġika tal-2021 ifassal lista komprensiva ta’ sfidi. Madankollu, ma jipprovdix gwida ċara dwar il-prijoritajiet u l-azzjonijiet jew proposti ta’ prijorità dwar kif il-kumpaniji jew il-ħaddiema jistgħu jew għandhom iħejju biex jilqgħu dawn l-isfidi. Ħafna xejriet jistgħu jaffettwaw liċ-ċittadini u lill-kumpaniji fl-istess ħin. Din hija opportunità mitlufa, li l-KESE jista’ jgħin biex jirrimedja minħabba r-rilevanza tagħha fl-indirizzar ta’ sfidi ta’ livell għoli u biex is-soluzzjonijiet proposti jissarrfu fil-ħajja ta’ kuljum, b’mod partikolari dawk tal-impjegaturi u tal-impjegati. |
|
3.10. |
Ir-Rapport bħalissa ma jissodisfax l-aspettattivi tat-titolu tiegħu bħala dokument ta’ prospettiva, kif deskritt pereżempju fil-Gwida dwar il-Prospettiva preċedenti taċ-Ċentru Ewropew ta’ Strateġija Politika (7) (mhux disponibbli bil-Malti). Eżempju ta’ prattika tajba għal rapporti ta’ prospettiva metodoloġikament trasparenti jinstab f’Tackling Obesities: Future Choices (8), kif ikkummissjonati mis-servizz ta’ prospettiva tal-Gvern tar-Renju Unit. |
|
3.11. |
Ir-Rapport jirreferi speċifikament għan-Network ta’ Prospettiva tal-UE tal-Ministri għall-Futur, u l-iżvilupp relatat tal-kapaċitajiet ta’ prospettiva fil-livell nazzjonali. Aħna nħeġġu lill-Kummissjoni tiżgura wkoll f’dan in-network li atturi bħall-KESE jiġu kkunsidrati b’mod attiv meta jiġu implimentati eżerċizzji ta’ prospettiva aktar milli meta jiġu ppreżentati bir-riżultati tagħhom. |
|
3.12. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-aġenda ta’ Prospettiva Strateġika tal-UE. Kif indikat l-Opinjoni, jeħtieġ li jsiru diversi bidliet. Madankollu, il-KESE huwa konvint li aktar integrazzjoni tal-prospettiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE hija t-triq ’il quddiem u jtenni l-offerta tiegħu li jgħin u jikkoopera mal-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE f’dan l-objettiv. Il-prospettiva ser tilħaq l-objettivi ddikjarati tagħha biss jekk tkun eżerċizzju miftuħ u pluralistiku kif ukoll diversifikat u transdixxiplinarju, li jinvolvi l-imsieħba soċjali organizzati u s-soċjetà ċivili, b’mod partikolari l-KESE, fl-istadji kollha tal-proċess ta’ prospettiva. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC125994/open_strategic_autonomy_2040_online_1.pdf
(2) Opinjonijiet tal-KESE ĠU C 311, 18.9.2020, p. 36; ĠU C 364, 28.10.2020, p. 143; ĠU C 440, 18.12.2020, p. 99; ĠU C 429, 11.12.2020, p. 268; ĠU C 429, 11.12.2020, p. 51; ĠU C 429, 11.12.2020, p. 66; ĠU C 429, 11.12.2020, p. 187; ĠU C 429, 11.12.2020, p. 259; ĠU C 374, 16.9.2021, p. 84.
(3) https://www.eesc.europa.eu/mt/policies/policy-areas/financial-services-and-capital-markets
(4) Paġni 187-200 https://www.eesc.europa.eu/sites/default/files/files/04_eesc_follow-up_report_april_2021_gri.pdf
(5) ĠU C 220, 9.6.2021, p. 67.
(6) Ara l-eżempji reċenti ta’ Opinjonijiet ta’ prospettiva tal-KESE:
|
— |
|
— |
|
— |
CCMI/184 – Jiġi antiċipat it-tibdil strutturali u dak settorjali u nerġgħu nfasslu l-kulturi industrijali – lejn fruntieri ġodda ta’ rkupru u reżiljenza f’partijiet differenti tal-Ewropa; |
|
— |
|
— |
Il-KESE jorganizza wkoll attivitajiet li jippromovu dibattiti li jħarsu ’l quddiem, bħal pereżempju: |
|
— |
Konferenza tas-Sezzjoni ECO dwar L-aspetti ekonomiċi tal-Prospettiva Strateġika u t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE (Ġunju 2021); |
|
— |
Konferenza tas-Sezzjoni REX dwar Il-ġeopolitika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, ħarsa trasversali lejn l-implikazzjonijiet ġeopolitiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (Diċembru 2021); |
|
— |
Dibattitu tas-Sezzjoni REX fil-laqgħa tas-Sezzjoni: Prospettiva strateġika – viżjoni għall-futur tal-Ewropa (Frar 2022). |
(7) “What strategic foresight is not? Not a report – a carefully designed and purposeful intervention. Strategic foresight is a learning process that offers a decision-maker new and refreshing perspectives on the present situation – which is often puzzling, socially messy and uncertain. It engages with uncertainty as a friend rather than as a foe. It is not a report but a means to some other end. The carefully designed and purposeful intervention focusses the social learning process on the needs of a specific set of users and their needs (i.e. their uses foresight).”, Kummissjoni Ewropea, Ċentru Ewropew ta’ Strateġija Politika, Wilkinson, A., Strategic Foresight Primer, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2017, meħud fis-16 ta’ Jannar 2022, minn https://data.europa.eu/doi/10.2872/71492.
(8) Tackling Obesities: Future choices – project report. Iċċekkjat fl-14 ta’ Jannar 2022, fuq https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/287937/07-1184x-tackling-obesities-future-choices-report.pdf
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/40 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, għar-riskju ta’ aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operattiv, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output”
(COM(2021) 664 final — 2021/0342 (COD))
(2022/C 290/07)
|
Relatur: |
Bogdan PREDA |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 17.1.2022 Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 20.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adottata fis-sezzjoni |
3.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
154/0/1 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jirrakkomanda politika tal-kapital soda, ibbilanċjata u li tħares ’il quddiem b’ponderazzjonijiet tar-riskju bbażati fuq riskji reali għall-istabbiltà, filwaqt li titqies ukoll il-ħtieġa li tingħata spinta lill-kompetittività tal-banek tal-UE u li jiżdied il-finanzjament tat-tkabbir sostenibbli. Għaldaqstant, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tevalwa aktar il-punt sa fejn il-proposti jindirizzaw l-isfidi msemmija hawn fuq. |
|
1.2 |
Il-KESE jilqa’ l-implimentazzjoni tal-elementi li fadal tal-istandards internazzjonali maqbula mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (“l-istandards ta’ Basel III”) (1), mill-perspettiva kemm tal-kronoloġija kif ukoll tas-sustanza, peress li huma maħsuba biex itejbu l-istabbiltà tas-suq finanzjarju fl-UE, u b’hekk iċ-ċittadini Ewropej ma jkunux esposti għal riskji akbar marbuta ma’ dan is-suq. |
|
1.3 |
Il-KESE jenfasizza li l-istabbiltà tas-suq finanzjarju hija prerekwiżit kruċjali għall-istabbiltà ekonomika ġenerali, filwaqt li r-regolamentazzjoni u s-sorveljanza adatti tas-settur bankarju huma essenzjali sabiex tiġi evitata t-theddida ta’ taqlib u kriżi. Ir-rekwiżiti kapitali prudenzjali huma strumentali biex jintlaħqu l-prerekwiżiti msemmija hawn fuq, filwaqt li l-KESE jappella lil-leġiżlaturi biex jiżguraw li l-proposti jipprevedu bilanċ adegwat bejn żewġ objettivi komplementari, jiġifieri (i) l-iżgurar li l-banek tal-UE jsiru aktar reżiljenti u (ii) il-ħtieġa li jiġu żgurati s-solidità finanzjarja u l-kompetittività fis-settur, inkluż mill-perspettiva ta’ qafas ta’ rekwiżiti kapitali bbilanċjat, biex jiġi appoġġjat ir-rwol tal-banek fil-finanzjament tal-ekonomija reali. |
|
1.4 |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet perjodiċi tal-impatt reali tal-proposti, sabiex tevalwa jekk l-implimentazzjoni tagħhom tikkontribwixxix għal aktar stabbiltà tas-suq finanzjarju u r-reżiljenza fis-settur bankarju, u tqis ukoll il-kompetittività tal-banek tal-UE. Il-KESE jirrikonoxxi wkoll li proporzjonijiet ta’ kapital sodi u bbilanċjati jikkontribwixxu għall-kompetittività. |
|
1.5. |
Il-KESE japprezza ħafna l-isforzi tal-Kummissjoni biex tittrasforma l-ekonomija tal-UE f’waħda aktar ekoloġika u aktar reżiljenti, inkluż permezz tar-reviżjoni u l-evalwazzjoni permanenti tal-għodod attwali previsti biex jiżdied l-użu tal-finanzjament sostenibbli. Is-settur finanzjarju jista’ jsir strumentali fil-bini ta’ ekonomija b’emissjonijiet żero netti tal-karbonju. Għalhekk, il-KESE jilqa’ l-approċċ tal-Kummissjoni li ssaħħaħ l-enfasi fuq ir-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) fil-qafas prudenzjali (f’konformità mal-flussi ta’ ħidma internazzjonali, jiġifieri f’Basel III), inkluż permezz ta’ kontabbiltà aħjar għar-riskji tas-suq finanzjarju relatati mat-tibdil fil-klima. |
|
1.6. |
Il-KESE jilqa’ wkoll il-ħidma ta’ divulgazzjoni b’rabta mal-ESG (2) mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) bil-għan li tagħmilha possibbli li jiġu vvalutati sew ir-riskji ambjentali tal-banek u l-istrateġija finanzjarja tagħhom għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’newtralità klimatika. Il-KESE jistieden ukoll lill-EBA tħaffef il-pass tal-ħidma ta’ skrutinju tagħha dwar il-qafas tal-ewwel pilastru biex tiddetermina jekk jirriflettix biżżejjed il-karatteristiċi uniċi tar-riskji klimatiċi. Ir-regolamentazzjoni tal-politiki makroprudenzjali, inklużi dawk ibbażati fuq il-kapital, jista’ jkollha rwol importanti biex jitqiesu aħjar ir-riskji tas-suq finanzjarju relatati mat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, il-KESE jistieden lill-EBA ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tindirizza n-nuqqasijiet fid-divulgazzjonijiet attwali b’rabta mal-ESG fil-livell tal-UE, inkluż dwar l-assi relatati mal-fjuwils fossili u assi soġġetti għal avvenimenti kroniċi u akuti tat-tibdil fil-klima, sabiex tħeġġeġ żieda sostanzjali fl-istrateġiji tal-banek b’rabta mal-finanzjament sostenibbli. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Is-suġġett ta’ din l-Opinjoni huwa l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal (i) regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, għar-riskju ta’ aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operattiv, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output (il-Proposta CRR) u (ii) direttiva li temenda d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) fir-rigward tas-setgħat superviżorji, tas-sanzjonijiet, tal-fergħat ta’ pajjiżi terzi, u tar-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza, u li temenda d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-Proposta CRD). |
|
2.2 |
Kif stabbilit fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, iż-żewġ atti normattivi huma ġġustifikati mill-ħtieġa li jiġu implimentati l-istandards ta’ Basel III, filwaqt li jiġu indirizzati wkoll diversi kwistjonijiet ta’ importanza għall-istabbiltà finanzjarja u l-finanzjament stabbli tal-ekonomija fil-kuntest tal-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19. Dawn jinkludu t-tisħiħ tal-qafas ta’ kapital ibbażat fuq ir-riskju, it-tisħiħ tal-enfasi fuq ir-riskji ESG fil-qafas prudenzjali, u l-armonizzazzjoni ulterjuri tas-setgħat u l-għodod superviżorji. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-KESE jenfasizza li l-istabbiltà tas-suq finanzjarju hija prerekwiżit kruċjali għall-istabbiltà ekonomika ġenerali u, għalhekk, hija fl-interess pubbliku komuni. Regolamentazzjoni u sorveljanza sodi tas-settur bankarju biex tiġi evitata t-theddida ta’ taqlib u kriżi huma essenzjali, filwaqt li r-rekwiżiti kapitali prudenzjali huma strumentali biex jiġi evitat l-użu ta’ fondi pubbliċi għas-salvataġġ ta’ banek f’diffikultà. |
|
3.2 |
Implimentazzjoni leali iżda ġusta tal-istandards ta’ Basel III hija importanti għall-kumpaniji u l-impjiegi Ewropej, iżda bl-istess mod biex jitrawwem l-aċċess għas-sjieda residenzjali u biex jiġu xprunati l-ekonomiji tal-UE orjentati lejn l-esportazzjoni, li ħafna negozji jiddependu minnhom għat-tkabbir tagħhom, u daqstant ieħor iċ-ċittadini għall-impjieg tagħhom. Barra minn hekk, dawn l-istandards internazzjonali huma implimentati f’mudell bankarju tal-UE li minnu nnifsu huwa aktar avvers għar-riskju u inqas dipendenti mis-swieq kapitali milli f’ġurisdizzjonijiet oħra. |
|
3.3 |
Il-KESE jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni biex tintroduċi l-elementi li fadal tal-istandards ta’ Basel III, li huma maħsuba biex jillimitaw ir-riskju ta’ arbitraġġ regolatorju u joħolqu fiduċja u prevedibbiltà għall-investituri u r-regolaturi. Il-KESE jirrikonoxxi li l-UE teħtieġ regoli biex tindirizza l-isfidi (jiġifieri l-isfidi tal-irkupru, tal-klima u dawk diġitali), il-karatteristiċi speċifiċi (il-kreditu bankarju huwa bil-bosta l-mezz ewlieni ta’ finanzjament għall-ekonomija tal-UE) u l-ambizzjonijiet (l-Unjoni tas-Swieq Kapitali u l-Patt Ekoloġiku) tal-Unjoni Ewropea. Min-naħa l-oħra, huwa imperattiv li ċ-ċittadini u l-kontribwenti Ewropej ma jkunux esposti għal riskji akbar ta’ kriżi tas-suq finanzjarju; għalhekk jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ adegwat bejn l-isfidi msemmija hawn fuq u s-sustanza u d-diskrezzjonijiet tal-istandards ta’ Basel III. Għaldaqstant, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tevalwa aktar il-karatteristiċi speċifiċi tal-banek Ewropej u l-impatt relatat fuqhom u fuq l-ekonomija tal-UE, biex tiżgura li l-proposti leġiżlattivi jilħqu l-bilanċ adegwat bejn implimentazzjoni li timxi skont l-istandards ta’ Basel III, l-eżerċizzju tad-diskrezzjonijiet nazzjonali pprovduti mill-istandards ta’ Basel III u l-ħtieġa li jitressqu aġġustamenti biex jirriflettu l-ispeċifiċitajiet kemm tal-ekonomija tal-UE kif ukoll tal-banek tal-UE. |
|
3.4 |
Il-KESE jinnota li l-implimentazzjoni ta’ dawn il-proposti għandha tissalvagwardja l-istabbiltà tas-suq finanzjarju, iżda m’għandhiex twassal għal żieda mhux ġustifikata fir-rekwiżiti kapitali għall-banek tal-UE, lil hinn minn dak li huwa previst fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-impatt fuq ir-rekwiżiti kapitali, inkluż fuq il-banek kooperattivi żgħar u l-banek żgħar, m’għandux ikun ta’ piż żejjed u għalhekk m’għandux ikollu impatt fuq il-kompetittività tagħhom, filwaqt li tingħata attenzjoni wkoll biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-suq finanzjarju. |
|
3.5 |
Il-KESE huwa għalkollox konxju wkoll tal-fatt li r-rekwiżiti kapitali eżistenti kkontribwew b’mod deċiżiv biex is-sistema bankarja ssir aktar reżiljenti matul il-kriżijiet, kif intwera wkoll fil-kuntest tal-pandemija, fejn il-livell attwali ta’ kapitalizzazzjoni ppermetta lill-banek Ewropej ikampaw matul il-pandemija f’kundizzjoni tajba u jkomplu jiffinanzjaw u jappoġġjaw l-ekonomija Ewropea biex tirreżisti x-xokk ekonomiku kbir tal-pandemija tal-COVID-19. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għar-rwol kruċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew, li stabbilixxa politika ta’ appoġġ kbir, u li b’hekk ikkontribwixxa għar-reżiljenza tal-banek fil-kriżi tal-COVID-19. |
|
3.6 |
Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proposti attwali jsaħħu r-regoli attwali, b’mod partikolari fil-kuntest tar-rekwiżiti kapitali, biex tkompli tipprevjeni t-teħid ta’ riskji eċċessivi, ingranaġġ finanzjarju għoli u mġiba spekulattiva. Minħabba l-kuntest ekonomiku u soċjali attwali, hemm ħafna riskji sinifikanti li għad iridu jiġu indirizzati b’mod adegwat, pereżempju, ir-riskji klimatiċi jew is-self li ma jrendix (NPLs). Ir-rekwiżiti kapitali għandhom ikunu għoljin biżżejjed biex jipprevjenu t-theddida ta’ falliment, u taqlib u kriżi fis-suq finanzjarju, iżda m’għandhomx ikunu eċċessivi. Fl-istess ħin, il-KESE jirrikonoxxi li l-banek tal-UE jaqdu rwol determinanti fil-finanzjament tal-ekonomija reali u fl-appoġġ għat-tranżizzjonijiet diġitali u sostenibbli, b’impatt indirett fuq l-impjiegi u l-istandards tal-għajxien. Id-dispożizzjonijiet regolatorji relatati mar-rekwiżiti kapitali jeħtieġ li jqisu dawn l-aspetti. |
|
3.7 |
Fir-rigward tal-ESG, il-KESE jirrimarka li s-swieq finanzjarji jistgħu u għandhom jappoġġjaw u jsaħħu t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli u aktar ekoloġika, iżda s-settur bankarju ma jistax iwettaq din il-bidla dejjiema waħdu. Skont l-aħħar analiżijiet mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), aktar minn nofs l-Istati Membri tal-UE għadhom jissussidjaw il-fjuwils fossili aktar milli s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (5), filwaqt li “l-appoġġ mill-UE għall-investimenti jeħtieġ li jkun allinjat aħjar mal-prinċipji tal-finanzi sostenibbli” (6). F’dan il-kuntest, il-KESE jitlob li l-politiki industrijali u l-oqfsa legali rilevanti tal-UE u dawk nazzjonali jsiru kompletament konsistenti bil-għan li (i) jiġu promossi opportunitajiet ta’ investiment sostenibbli biex jinfluwenzaw l-allokazzjoni tar-riżorsi ekonomiċi f’din id-direzzjoni u (ii) biex jitneħħew is-sussidji għall-fjuwils fossili u biex l-objettivi klimatiċi jiġu rikonċiljati mal-ħtiġijiet soċjali. Għalhekk, il-KESE jilqa’ t-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet relatati mal-ESG fil-proposti leġiżlattivi, iżda jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet rigward is-setgħa tas-superviżuri li jnaqqsu r-riskji li jirriżultaw mill-allinjament ħażin tal-istituzzjonijiet mal-objettivi ta’ politika rilevanti tal-Unjoni u xejriet ta’ tranżizzjoni usa’ relatati mal-fatturi ESG sabiex tagħmilha ċara kif tiġi eżerċitata din is-setgħa. |
|
3.8 |
Minbarra d-divulgazzjoni u l-ittestjar tal-istress klimatiku, il-politiki makroprudenzjali, inklużi miżuri bbażati fuq il-kapital, jista’ jkollhom rwol fil-kontabbiltà adegwata tar-riskji relatati mal-ESG tal-banek u fl-iffaċilitar ta’ distribuzzjoni tal-flussi ta’ kreditu bejn is-setturi li jistgħu jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’newtralità klimatika. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li l-EBA u l-BĊE jaċċelleraw il-ħidma tagħhom:
|
|
3.9 |
Il-KESE jilqa’ l-mandati mogħtija lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-istandards f’ġurisdizzjonijiet oħra biex tiżgura l-konsistenza fir-rigward tal-kronoloġija u s-sinifikat tal-impatt fuq il-partijiet interessati rilevanti, inkluż f’termini taż-żieda fir-rekwiżiti kapitali. Il-KESE jwissi wkoll, madankollu, kontra spirall ’l isfel ta’ standards regolatorji jew dewmien ulterjuri fl-istandards li jidħlu fis-seħħ, u jindika l-implimentazzjoni aktar fqira ta’ regoli partikolari f’xi ġurisdizzjonijiet. Dawn jistgħu jwasslu għal riskji severi għall-istabbiltà globali. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
Il-KESE jilqa’, b’mod partikolari, il-proposti li ġejjin fil-proposta tal-Kummissjoni, iżda jirrakkomanda li jiġu analizzati diversi aspetti ta’ titjib tekniku ulterjuri:
|
|
4.2 |
Sadanittant, il-KESE jissuġġerixxi għadd ta’ kwistjonijiet li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-ġdid fil-proposti. Il-KESE jenfasizza f’dan il-kuntest li l-interess pubbliku komuni għas-salvagwardja tal-istabbiltà tas-suq finanzjarju huwa prijorità ewlenija u, f’dan ir-rigward, jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ tajjeb ma’ għanijiet oħra ta’ politika, filwaqt li għandu jiġi evitat akkost ta’ kollox li l-istabbiltà finanzjarja titqiegħed f’riskju. L-adozzjoni tal-istandards ta’ Basel III fl-UE m’għandhomx jipperikolaw l-għan li tiżdied l-istabbiltà tas-suq finanzjarju sabiex ikun hemm tħejjija aħjar għat-taqlib u l-kriżijiet ekonomiċi fil-futur. Barra minn hekk, il-miżuri proposti għandhom, fi kwalunkwe każ, jiżguraw li l-kapitalizzazzjoni tal-banek tissaħħaħ aktar, filwaqt li jiżguraw ukoll il-kompetittività tagħhom:
|
|
4.3 |
Il-KESE jenfasizza li t-tibdil fil-klima jirriżulta f’riskji li diġà qed jaffettwaw il-banek u li jista’ jkollhom implikazzjonijiet ta’ stabbiltà finanzjarja profonda għall-banek, jekk ma jiġux indirizzati b’mod adegwat kemm fil-livell regolatorju kif ukoll f’dak bankarju. F’dan ir-rigward, il-KESE japprezza l-ħidma tal-Kumitat ta’ Basel u tal-awtoritajiet Ewropej dwar ir-riskji finanzjarji relatati mal-klima, biex jidentifikaw lakuni potenzjali fil-qafas attwali u biex jikkunsidraw miżuri possibbli biex jiġu indirizzati tali lakuni. Barra minn hekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-prinċipju ta’ materjalità doppja jiġi osservat bis-sħiħ meta jiġi żviluppat aktar il-qafas rilevanti għall-finanzjament tat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ekoloġika. |
|
4.4 |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-applikabbiltà tal-prinċipju tal-proporzjonalità fir-rigward tal-banek li, f’termini ta’ daqs, rwol u skopertura għal riskji sistemiċi, huma żgħar (skont id-definizzjoni ta’ entità żgħira u mhux kumplessa fir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital), iżda li xorta jridu jikkonformaw ma’ rekwiżiti aktar onerużi, inklużi rekwiżiti ta’ divulgazzjoni u kapital, minħabba li huma parti minn grupp bankarju “sinifikanti”. Madankollu, kwalunkwe evalwazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità għandha tqis li banek iżgħar li huma parti minn grupp bankarju sinifikanti għandhom aktar riżorsi disponibbli biex jindirizzaw sew ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni u kapital. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://www.bis.org/bcbs/basel3.htm
Basel III huma sett ta’ miżuri maqbula internazzjonalment żviluppati mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja b’reazzjoni għall-kriżi finanzjarja tal-2007-09. Il-miżuri għandhom l-għan li jsaħħu r-regolamentazzjoni, is-superviżjoni u l-ġestjoni tar-riskju tal-banek. Bħall-istandards kollha tal-Kumitat ta’ Basel, l-istandards Basel III huma rekwiżiti minimi li japplikaw għal banek attivi internazzjonalment. Il-membri jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw u japplikaw standards fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom fiż-żmien stabbilit mill-Kumitat.
(2) https://www.eba.europa.eu/regulation-and-policy/transparency-and-pillar-3
(3) Magħruf bħala r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital.
(4) Magħrufa bħala d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital.
(5) https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=60760
(6) https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR21_22/SR_sustainable-finance_MT.pdf
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/45 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni tal-użu ħażin ta’ entitajiet fittizji għal finijiet ta’ taxxa u li temenda d-Direttiva 2011/16/UE”
(COM(2021) 565 final — 2021/0434 (CNS))
(2022/C 290/08)
|
Relatur: |
Benjamin RIZZO |
|
Korelatur: |
Javier DOZ ORRIT |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 10.2.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adottata fis-sezzjoni |
3.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
206/1/6 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-Proposta tal-Kummissjoni dwar l-użu ħażin ta' kumpaniji fittizji għal finijiet ta' taxxa u l-objettivi tagħha. L-iżgurar ta' tassazzjoni effettiva u ġusta fis-suq uniku kollu huwa kruċjali biex jiffavorixxi rkupru reali wara l-pandemija tal-COVID-19. |
|
1.2 |
Il-KESE japprezza l-konsultazzjoni pubblika wiesgħa li l-Kummissjoni nediet u se tkun miftuħa għall-partijiet ikkonċernati kollha, kif ukoll il-konsultazzjoni aktar immirata tal-esperti nazzjonali, li kienu involuti abbażi tal-għarfien espert speċifiku tagħhom. Dawn il-konsultazzjonijiet taw lill-partijiet ikkonċernati l-opportunità li jagħtu kontribut sinifikanti, u għandhom ikomplu jiġu inklużi f'diskussjonijiet futuri. |
|
1.3 |
Il-KESE jappoġġja l-għażla ta’ Direttiva li għandha l-għan li tiżgura qafas legali komuni fost l-Istati Membri. In-natura tas-suġġett li għandu jiġi rregolat u l-objettivi segwiti jfisser li ma jistgħux, fil-fatt, jiġu ttrattati permezz ta' inizjattivi individwali mill-Istati Membri fis-sistemi legali rispettivi tagħhom. |
|
1.4 |
Il-KESE jqis li l-Proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, peress li ma tmurx lil hinn milli tiżgura l-livell meħtieġ ta' protezzjoni għas-suq uniku, b'impatt li jidher raġonevoli fuq il-kumpaniji. |
|
1.5 |
Il-KESE jqis li, sabiex jiġu ġestiti b'mod korrett il-kontrolli meħtieġa u sabiex tiġi kondiviża l-informazzjoni li tirriżulta relatata mal-Proposta, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa għandu jkollhom kapaċità adegwata biex jagħmlu dan f'termini ta' ħiliet u riżorsi. |
|
1.6 |
Il-KESE jixtieq li, ladarba l-investigazzjonijiet dwar il-kumpaniji fittizji jkunu saru u tlestew, l-eżitu jsir trasparenti għall-pubbliku, u b'hekk isiru magħrufa r-riżultati tal-implimentazzjoni tad-Direttiva. |
|
1.7 |
Il-KESE jemmen li għandhom jitwettqu kontrolli adegwati mhux biss fir-rigward tal-introjtu korporattiv iżda wkoll fir-rigward tal-assi, peress li t-taxxi jistgħu jiġu imposti anke jekk dawn l-assi ma jiġġeneraw l-ebda introjtu, bħal pereżempju fil-każ tat-taxxi fuq il-ġid. |
|
1.8 |
Il-KESE jissottolinja l-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli komuni u ċari dwar il-kontenut speċifiku tad-dikjarazzjonijiet li l-impriżi jintalbu jagħmlu. Għandhom jiġu evitati r-rapportar eċċessiv li jmur lil hinn mill-objettivi tad-Direttiva u l-kostijiet ta' konformità li jirriżultaw minnu. |
|
1.9 |
Il-KESE jirrakkomanda li f’leġiżlazzjoni differenti jiġu stabbiliti regoli mmirati biex tiġi evitata l-attività ta’ “abilitanti professjonali”, u b’hekk jiġi segwit l-approċċ tal-OECD għas-suġġett. Il-KESE jemmen li l-kooperazzjoni ta’ korpi superviżorji professjonali fil-ġlieda kontra l-prassi ħażina u l-attivitajiet kriminali possibbli mwettqa minn “abilitanti professjonali” tkun ta’ valur kbir. |
|
1.10 |
Il-KESE jtenni l-ħtieġa li jkun hemm lista sħiħa u estensiva tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx u li jinsabu barra l-UE, fost affarijiet oħrajn sabiex il-kumpaniji tal-UE jkunu jistgħu jaraw jekk il-fondi u l-assi li jiġġestixxu jistgħux ikunu konnessi ma' entitajiet fittizji li jinsabu barra mill-UE. |
|
1.11 |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni toħroġ linji gwida adatti dwar it-test tas-sustanza stabbilit mid-Direttiva, b'attenzjoni partikolari għat-tifsira ta' termini speċifiċi bħal “residenza”, “direttur residenti” u “bini”. |
|
1.12 |
Il-KESE jinnota li l-kumpaniji fittizji jistgħu jiġu stabbiliti u utilizzati wkoll biex jiffaċilitaw ix-xogħol mhux iddikjarat, kif ukoll biex jiġu evitati l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Għalhekk, il-KESE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà li tindirizza kwistjonijiet bħal dawn fil-leġiżlazzjoni Ewropea minbarra l-Proposta inkwistjoni, li hija purament Direttiva dwar it-taxxa. |
2. Kuntest tal-proposta
|
2.1 |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tassazzjoni tan-Negozji għas-seklu 21, adottata fit-18 ta' Mejju 2021, tistabbilixxi kemm objettivi għall-perjodu twil ta' żmien kif ukoll oħrajn għall-perjodu qasir biex tappoġġja l-irkupru mit-tifqigħa tal-COVID-19 u biex tiżgura dħul pubbliku adegwat fil-futur. |
|
2.2 |
Il-Proposta għal Direttiva tal-Kummissjoni dwar l-entitajiet fittizji hija waħda mill-inizjattivi speċifiċi għall-perjodu qasir ta' żmien imħabbra mill-Komunikazzjoni biex tittejjeb is-sistema tat-taxxa attwali, b'enfasi partikolari fuq l-iżgurar ta' tassazzjoni ġusta u effettiva. |
|
2.3 |
Entitajiet ġuridiċi mingħajr ebda sustanza jew attività ekonomika minima jistgħu jintużaw ħażin għal finijiet ta' taxxa, bħall-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa jew saħansitra l-ħasil tal-flus. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn dawk li mistennija jħallsu t-taxxa jevadu jew jevitaw l-obbligi tat-taxxa tagħhom permezz ta' impriżi li ma jwettqu l-ebda attività ekonomika reali. Il-kumpaniji fittizji jistgħu jiffavorixxu ambjent ta' distribuzzjoni inġusta tal-piż tat-taxxa, kif ukoll kompetizzjoni fiskali inġusta fost il-ġurisdizzjonijiet. |
|
2.4 |
Il-Proposta mressqa mill-Kummissjoni tapplika għall-impriżi kollha li huma meqjusa residenti tat-taxxa u li huma eliġibbli li jirċievu ċertifikat tar-residenza tat-taxxa fi Stat Membru tal-UE. Ladarba jiġu adottati bħala Direttiva, ir-regoli l-ġodda għandhom jiġu trasposti fid-diversi sistemi legali nazzjonali tal-Istati Membri sat-30 ta' Ġunju 2023, u jidħlu fis-seħħ bis-sħiħ fl-1 ta' Jannar 2024. |
|
2.5 |
Hemm ħafna leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-ħasil tal-flus, reat li ħafna drabi jippreferuh ċerti kumpaniji fittizji, u dan jista' jipprovdi kuntest utli għall-Proposta tal-Kummissjoni. B'mod partikolari, għandha ssir referenza għall-pakkett leġiżlattiv propost mill-Kummissjoni ta' Lulju 2021, li jikkonsisti fi tliet regolamenti u direttiva (1). |
3. Il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea
|
3.1 |
Id-Direttiva tirreferi għal skemi użati għall-finijiet tal-evitar tat-taxxa jew tal-evażjoni tat-taxxa. L-iskema mmirata mill-Proposta tinvolvi l-istabbiliment ta' impriżi fl-UE li suppost qed iwettqu attivitajiet ekonomiċi ġenwini, iżda li fil-fatt ma jwettqux tali attivitajiet. Ir-raġuni vera għaliex uħud minn dawn it-tipi ta' kumpaniji huma stabbiliti hija, fil-fatt, sabiex ċerti vantaġġi tat-taxxa jgħaddu għand is-sid benefiċjarju tagħhom jew għand il-grupp li jappartjenu għalih. |
|
3.2 |
Sabiex jiġu indirizzati dawn l-iskemi, id-Direttiva proposta tistabbilixxi test li għandu l-għan li jgħin lill-Istati Membri jidentifikaw impriżi li suppost huma involuti f'attività leġittima, iżda li ma għandhomx sustanza ekonomika minima u għalhekk possibbilment qed jintużaw ħażin sabiex jinkisbu vantaġġi tat-taxxa mhux dovuti. Dan it-test huwa ddefinit bħala “test tas-sustanza”. |
|
3.3 |
L-ewwel stadju tat-test jaqsam id-diversi tipi ta' impriżi bejn dawk “f'riskju” ta' nuqqas ta' sustanza u li qed jintużaw ħażin għal finijiet ta' taxxa, u dawk “f'riskju baxx”. Il-każijiet ta' riskju huma kkaratterizzati minn għadd ta' karatteristiċi normalment identifikati simultanjament f'impriżi li ma għandhomx sustanza (kriterji primarji (gateway criteria)). B'kuntrast ma' dan, każijiet b'riskju baxx ma jippreżentaw l-ebda wieħed minn dawn il-kriterji jew uħud minnhom biss u ma jissodisfawx il-kriterji primarji. |
|
3.4 |
Il-kriterji rilevanti jqisu bħala “f'riskju” dawk l-impriżi, mhux speċifikament eżentati mid-Direttiva, involuti f'attivitajiet transfruntiera, li huma ġeografikament mobbli u li, barra minn hekk, jiddependu minn impriżi oħra għall-amministrazzjoni tagħhom stess (b'mod partikolari fornituri ta' servizzi lil partijiet terzi professjonali). Il-każijiet b'riskju baxx li ma jissodisfawx il-kriterji primarji huma irrilevanti għall-finijiet tad-Direttiva. |
|
3.5 |
Il-kumpaniji l-ewwel iridu jagħmlu awtovalutazzjoni u, jekk jikkwalifikaw bħala “f'riskju”, jintalbu jirrapportaw dwar is-sustanza tagħhom fid-dikjarazzjoni tat-taxxa tagħhom. Ir-rapportar dwar is-sustanza jimplika l-għoti ta' informazzjoni speċifika biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-attività mwettqa mill-impriża. |
|
3.6 |
Fir-rigward tat-tieni stadju, tliet elementi jiddeterminaw l-eżitu tat-test tas-sustanza:
|
|
3.7 |
It-tielet stadju tat-test jippreskrivi l-valutazzjoni adatta tal-informazzjoni rrapportata mill-impriża fit-tieni stadju fir-rigward tas-sustanza. Impriża li tkun każ ta' riskju – peress li tkun issodisfat il-kriterji primarji – u li r-rapportar tagħha jwassal ukoll għas-sejba li mill-inqas wieħed mill-elementi rilevanti dwar is-sustanza huwa nieqes, għandha tiġi preżunta li hija “fittizja” skont id-Direttiva l-ġdida u għalhekk hija nieqsa mis-sustanza u preżumibbilment tintuża ħażin għall-finijiet ta' taxxa. |
|
3.8 |
Impriża li hija “każ ta' riskju”, iżda li r-rapportar tagħha jiżvela li għandha l-elementi rilevanti kollha tas-sustanza, għandha minflok tiġi preżunta li ma hijiex “fittizja” għall-finijiet tad-Direttiva. Madankollu, din il-preżunzjoni ma teskludix il-possibbiltà li amministrazzjoni tat-taxxa ssib li tali impriża hija fittizja għal raġunijiet barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. |
|
3.9 |
Ir-raba' stadju jinvolvi d-dritt tal-impriża preżunta li tkun “fittizja” u li tintuża ħażin għall-finijiet tal-evitar tat-taxxa skont id-Direttiva li tipprova mod ieħor billi turi s-sustanza tagħha stess bl-użu ta' evidenza konkreta (“konfutazzjoni”). Għalhekk, l-impriżi inkwistjoni se jkollhom dritt effettiv li jagħmlu l-affermazzjoni li huma mhumiex “fittizji” skont id-Direttiva. |
|
3.10 |
Ladarba impriża titqies bħala “fittizja” għall-finijiet tad-Direttiva u ma tikkonfutax din il-preżunzjoni, il-konsegwenzi tat-taxxa għandhom jiġu skattati kif applikabbli. Dawn il-konsegwenzi ma għandhom jippermettu l-ebda vantaġġ tat-taxxa li nkiseb jew li jista' jinkiseb. |
|
3.11 |
Peress li sabiex tkun intitolata għall-benefiċċji ta' trattat dwar it-taxxa, impriża normalment teħtieġ tipprovdi ċertifikat ta' residenza għall-finijiet ta' taxxa, l-Istat Membru ta' residenza tat-taxxa tal-impriża “fittizja” jew ma joħroġ l-ebda ċertifikat ta' residenza tat-taxxa, jew joħroġ ċertifikat b'dikjarazzjoni ta' twissija, li tfisser l-inklużjoni ta' dikjarazzjoni espliċita biex jiġi evitat l-użu tiegħu għall-finijiet tal-kisba tal-vantaġġi msemmija hawn fuq. |
|
3.12 |
Fil-każ li l-vantaġġi tat-taxxa mogħtija lill-impriża jiġu esklużi, għandu jiġi ddeterminat kif il-flussi tal-introjtu lejn u mill-impriża, kif ukoll kwalunkwe assi li jkun proprjetà tal-impriża, għandhom fil-fatt jiġu ntaxxati. L-allokazzjoni tad-drittijiet tat-tassazzjoni għandha tqis il-ġurisdizzjonijiet kollha li jistgħu jiġu affettwati minn tranżazzjonijiet li jinvolvu l-impriża “fittizja”. |
|
3.13 |
Ir-regoli tad-Direttiva jaffettwaw biss lill-Istati Membri, peress li pajjiżi terzi ma jaqgħux fl-ambitu tal-liġi tal-UE. F'dawn il-każijiet, il-ftehimiet għall-evitar tat-tassazzjoni doppja bejn Stat Membru u pajjiż terz għandhom jiġu rrispettati kif dovut fir-rigward tal-allokazzjoni tad-drittijiet tat-tassazzjoni. Fin-nuqqas ta' tali ftehimiet, l-Istat Membru involut jrid japplika l-liġi nazzjonali tiegħu. |
|
3.14 |
L-Istati Membri kollha se jkollhom aċċess għall-entitajiet ta' rapportar skont id-Direttiva, fi kwalunkwe ħin u mingħajr il-ħtieġa li jippreżentaw speċifikament talba għall-informazzjoni. Għal dan il-għan, l-informazzjoni se tiġi skambjata fost l-Istati Membri mill-ewwel stadju, meta impriża tiġi kklassifikata bħala “f’riskju” skont id-Direttiva. Għal dan il-għan, se jiġi introdott reġistru jew bażi tad-data. |
|
3.15 |
Il-leġiżlazzjoni proposta tħalli f'idejn l-Istati Membri biex jistabbilixxu l-penali applikabbli għall-ksur tal-obbligi ta' rapportar minquxa fid-Direttiva, kif trasposti fid-diversi sistemi legali nazzjonali. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
|
3.16 |
Livell minimu ta' koordinazzjoni fost l-Istati Membri huwa mistenni permezz tal-istabbiliment ta' penali monetarja minima skont id-dispożizzjonijiet eżistenti fis-settur finanzjarju. Il-penali għandhom jinkludu sanzjoni amministrattiva pekunarja ta' mill-inqas 5 % tal-fatturat tal-impriża. |
4. Kummenti ġenerali tal-KESE
|
4.1 |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-Proposta tal-Kummissjoni u l-objettivi ġenerali tagħha. L-iżgurar ta' tassazzjoni effettiva u ġusta fis-suq uniku kollu huwa kruċjali sabiex jiffavorixxi rkupru reali wara l-pandemija tal-COVID-19. Dħul suffiċjenti mit-taxxa għall-Istati Membri huwa tabilħaqq fattur ewlieni biex jiffaċilita l-investimenti pubbliċi mmirati lejn il-kisba ta' suq uniku aktar ekoloġiku u aktar diġitalizzat. Il-KESE huwa kemxejn imħasseb li r-rekwiżiti ta’ sustanza ma jirrikonoxxux l-aspett diġitali u jenfasizzaw biss l-importanza ta’ assi tanġibbli. Dan jista’ joħloq problemi fil-futur. |
|
4.2 |
Għalhekk, il-Proposta tal-Kummissjoni hija kompletament konformi mal-Komunikazzjoni dwar it-Tassazzjoni tan-Negozji għas-seklu 21, li tirriżulta f'azzjoni konkreta u konsistenti mmirata lejn il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, u b'hekk jiġi żgurat ambjent ta' tassazzjoni ġusta madwar l-Ewropa. |
|
4.3 |
Il-KESE jinnota li l-Proposta tal-Kummissjoni hija konsistenti ma' inizjattivi leġiżlattivi preċedenti mwettqa mill-istituzzjonijiet tal-UE, bħad-Direttiva kontra l-Evitar tat-Taxxa (ATAD) u d-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (DAC) bejn l-awtoritajiet tat-taxxa. Huwa ta' importanza kbira li tiġi segwita l-konsistenza fost regoli differenti tat-taxxa li bejniethom hija mistennija interazzjoni kostanti, sabiex jiġu evitati eżiti mhux intenzjonati. |
|
4.4 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni tikkomplementa l-proposta reċenti rigward il-livell minimu globali ta' tassazzjoni għall-gruppi multinazzjonali fl-UE (magħrufa bħala “pilastru 2”), minkejja l-kampijiet ta' applikazzjoni differenti taż-żewġ Direttivi, minħabba li l-pilastru 2 se jiġi applikat għal kumpaniji li jaqbżu l-limitu tal-fatturat ta' EUR 750 miljun, filwaqt li d-Direttiva dwar il-kumpaniji fittizji mhijiex soġġetta għal tali limiti. |
|
4.5 |
Il-KESE japprezza l-konsultazzjoni pubblika li l-Kummissjoni nediet qabel ma ppubblikat il-Proposta tagħha. Din il-konsultazzjoni kienet tinkludi 32 mistoqsija mmirati, fost affarijiet oħra, biex jiddefinixxu l-problema u l-kawżi tagħha, u jidentifikaw il-forma adatta ta' azzjoni tal-UE. Għalhekk, il-partijiet ikkonċernati ngħataw opportunità sinifikanti biex jipparteċipaw u jesprimu l-osservazzjonijiet u t-tħassib tagħhom qabel l-iżvilupp tar-regoli l-ġodda. Il-KESE jiddispjaċih li huma biss ftit il-partijiet interessati (50) li użaw din l-opportunità. |
|
4.6 |
Il-KESE jappoġġja wkoll il-konsultazzjoni pubblika addizzjonali tal-esperti nazzjonali, li kienu involuti b'mod immirat, abbażi tal-għarfien espert speċifiku tagħhom. Il-kombinazzjoni ta' konsultazzjoni wiesgħa indirizzata lill-partijiet ikkonċernati u oħra aktar dettaljata indirizzata lil esperti kwalifikati tilħaq bilanċ tajjeb bejn l-iżgurar ta' proċess leġiżlattiv li huwa kemm parteċipatorju u proċess teknikament avvanzat. |
|
4.7 |
L-istess natura tas-suġġett li għandu jiġi rregolat permezz tad-Direttiva u l-objettivi stabbiliti – l-indirizzar tal-evitar u l-evażjoni transfruntiera tat-taxxa – jirrikjedu qafas komuni li għandu jiġi implimentat mill-Istati Membri. |
|
4.8 |
Fil-fatt, qafas komuni adatt u effettiv ma setax jinkiseb permezz ta' miżuri individwali implimentati minn kull Stat Membru fir-rigward tas-sistemi legali rispettivi tagħhom. F'dak il-każ, il-frammentazzjoni eżistenti tiġi tabilħaqq irreplikata u possibbilment saħansitra tmur għall-agħar minħabba azzjonijiet multipli u mhux ikkoordinati mwettqa fil-livell nazzjonali. |
|
4.9 |
Il-kumpaniji fittizji li ġew stabbiliti fl-Istati Membri jeħtieġ li jinġiebu f'konformità mad-Direttiva, u l-kollaborazzjoni tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri hija aktar prijoritarja minn qatt qabel biex jiġi evitat it-tnaqqis tal-kapaċità fiskali tal-UE kollha kemm hi. Sabiex il-kontrolli jiġu ġestiti b'mod korrett u biex l-informazzjoni tiġi kondiviża, il-Kummissjoni għandu jkollha l-kapaċità adatta u riżorsi suffiċjenti biex tagħmel dan. |
|
4.10 |
Il-KESE jqis ukoll li l-Proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, peress li ma tmurx lil hinn mill-iżgurar tal-livell minimu meħtieġ ta' protezzjoni għas-suq uniku, b'impatt li jidher raġonevoli fuq il-kumpaniji. Fil-fatt, id-Direttiva għandha l-għan li tikseb protezzjoni minima għas-sistemi tat-taxxa tal-Istati Membri, u tiżgura l-grad essenzjali ta' koordinazzjoni fi ħdan l-UE sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħha. |
|
4.11 |
Min-naħa l-oħra, l-impatt fuq il-kumpaniji jidher ukoll li huwa proporzjonat, u jilħaq bilanċ tajjeb fost id-diversi objettivi u valuri, inklużi:
|
|
4.12 |
Il-KESE jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni li skambju effettiv u trasparenti ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa huwa essenzjali għall-ġlieda kontra l-użu ħażin tal-kumpaniji fittizji u, b'mod aktar ġenerali, sabiex jiġi żgurat ambjent ta' tassazzjoni ġust u aktar effiċjenti. Dan il-punt għandu jiġi segwit b'attenzjoni kbira sabiex ikun hemm kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li fihom kumpanija fittizji jkollha tranżazzjonijiet li jinvolvu żewġ Stati Membri. Ladarba jitlestew il-proċessi ta' investigazzjoni fil-kumpaniji fittizji, l-eżitu għandu jsir trasparenti għall-pubbliku. L-awtoritajiet Ewropej u nazzjonali għandhom iħabbru r-riżultati tal-implimentazzjoni tad-Direttiva. |
|
4.13 |
Il-kumpaniji fittizji previsti f'din id-Direttiva jistgħu jintużaw kemm għall-evażjoni tat-taxxa kif ukoll għall-evitar tat-taxxa u, f’xi każijiet partikolari, saħansitra biex jitwettqu reati, bħall-ħasil tal-flus, li spiss ikunu konnessi miegħu. Għalhekk, il-koordinazzjoni leġiżlattiva u l-koordinazzjoni tad-diversi superviżuri responsabbli għall-ġlieda kontra dawn ir-reati, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew, huma essenzjali. Bid-Direttiva UNSHELL, l-awtoritajiet tat-taxxa se jkollhom aċċess għal aktar informazzjoni, li se tippermettilhom li jagħmlu kontrolli reċiproċi ta' din il-firxa ġdida ta' informazzjoni mal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. L-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej iridu jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma toħloqx problemi għal kwalunkwe tip ta’ kumpanija li twettaq l-attività tagħha skont il-liġi. |
|
4.14 |
L-għarfien dwar is-sidien benefiċjarji tal-kumpaniji fittizji u l-assi tagħhom u dwar is-sidien reali tat-tranżazzjonijiet li huma jwettqu huwa essenzjali sabiex jinstab tarf tan-natura vera tal-attivitajiet tagħhom u sabiex tiġi mifhuma l-firxa tal-evażjoni tat-taxxa jew tal-ħasil tal-flus imwettqa. Il-ħabi ta' sjieda benefiċjarja permezz ta' ktajjen ta’ kumpaniji fittizji, ġestiti minn “abilitanti professjonali”, huwa inerenti għall-finijiet kriminali tagħhom. L-għodod biex isiru magħrufa s-sidien benefiċjarji jinsabu fil-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Madankollu, ma hemm l-ebda referenza għal din il-kwistjoni fid-Direttiva proposta li qed tiġi diskussa. Il-KESE jqis li dan, flimkien ma' lakuni oħra fir-rabta bejn iż-żewġ partijiet ta' leġiżlazzjoni, għandu jiġi solvut, jew billi jiġi spjegat kif għandu jsir dan f'din id-Direttiva jew billi tiġi promossa b'mod urġenti liġi qafas Ewropea biex tindirizza din il-kwistjoni. |
|
4.15 |
Barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, xi kumpaniji fittizji jinħolqu u jintużaw ukoll biex jiffaċilitaw ix-xogħol mhux iddikjarat u biex jiġu evitati l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni tanalizza l-possibbiltà li tindirizza din il-kwistjoni fil-leġiżlazzjoni Ewropea. |
5. Kummenti speċifiċi
|
5.1 |
Il-KESE jqis il-“kriterju primarju” implimentat mill-Proposta tal-Kummissjoni fil-forma ta' indikaturi kumulattivi bħala raġonevoli u adatt. F'dan ir-rigward, il-KESE josserva li l-entitajiet li għandhom assi għall-użu privat, bħall-proprjetà immobbli, il-jottijiet, il-ġettijiet, l-opri tal-arti jew l-ekwità waħidhom jista' ma jkollhom l-ebda introjtu għal perjodi twal ta' żmien, iżda xorta jwasslu għal benefiċċji sinifikanti tat-taxxa għall-entitajiet ta' kontroll tagħhom. |
|
5.2 |
Għalhekk, il-Kumitat jemmen li l-kontrolli ma għandhomx ikunu biss fuq l-introjtu, iżda wkoll fuq l-assi, peress li t-taxxi jistgħu jiġu imposti anke jekk ma jiġġeneraw l-ebda introjtu, bħat-taxxi fuq il-ġid fejn applikabbli. Il-KESE jemmen li, sabiex jiġu ġestiti b'mod korrett dawn il-kontrolli u sabiex tiġi kondiviża l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha l-kapaċità adegwata u biżżejjed riżorsi biex tagħmel dan. |
|
5.3 |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni toħroġ linji gwida adatti dwar it-test tas-sustanza stabbilit mid-Direttiva, b'attenzjoni partikolari għat-tifsira ta' termini speċifiċi bħal “residenza”, “direttur residenti” u “bini”. Skont dan l-approċċ, id-diskrepanzi nazzjonali u l-interpretazzjonijiet diverġenti li jistgħu jkunu ta' ħsara għas-suq intern jistgħu jitnaqqsu jew jiġu indirizzati aħjar. B'mod partikolari, il-KESE jirrikjedi li l-Kummissjoni tikkunsidra kif xieraq il-mudelli diġitali l-ġodda tan-negozju f'dan ir-rigward. |
|
5.4 |
Il-KESE jqis li l-involviment tal-kumpaniji f'attivitajiet transfruntiera għandu jiġi evalwat bir-reqqa fir-rigward tan-natura attwali tat-tranżazzjonijiet imwettqa minn tali kumpaniji minn naħa, u b'referenza għall-proprjetajiet u l-assi tagħhom min-naħa l-oħra. Il-kumpaniji li jippreżentaw livell adegwat ta' trasparenza u li ma joħolqux riskju reali ta' nuqqas ta' sustanza ekonomika għall-fini tal-evażjoni tat-taxxa jew tal-evitar tat-taxxa ma għandhomx ikunu koperti mid-Direttiva. |
|
5.5 |
Id-Direttiva UNSHELL hija bbażata fuq l-istandard eżistenti tal-UE u internazzjonali. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżgura l-kompatibbiltà mal-istandard internazzjonali u komuni tal-UE rilevanti diġà fis-seħħ, b'mod partikolari l-kunċett ta' “attività ekonomika sostanzjali” żviluppat fil-kuntest ta' reġimi tat-taxxa preferenzjali u diskuss b'mod estensiv fil-forum dwar prattiki tat-taxxa dannużi. Kwistjoni importanti oħra li għandha tiġi indirizzata tikkonċerna t-tħassib dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni u ċari dwar il-kontenut speċifiku tad-dikjarazzjonijiet li l-impriżi jintalbu jagħmlu. Għandhom jiġu evitati r-rapportar eċċessiv li jmur lil hinn mill-objettivi tad-Direttiva u l-kostijiet ta' konformità li jirriżultaw minnu. |
|
5.6 |
Il-KESE jħeġġeġ li għandha tingħata attenzjoni speċifika lir-rwol tal-hekk imsejħa “abilitanti professjonali”, kwistjoni mhux imsemmija fil-proposta għal Direttiva. Il-KESE jirrakkomanda li jiġu stabbiliti r-regoli biex tiġi regolata l-attività ta’ “abilitanti professjonali” permezz ta’ leġiżlazzjoni differenti, b'konformità mal-kriterji stabbiliti dwar is-suġġett mill-OECD, li spiss ikollhom ukoll rwol rilevanti fil-qasam speċifiku tal-kumpaniji fittizji (2). |
|
5.7 |
L-OECD, li tiddeskrivi l-kategoriji professjonali, li wħud mill-prattikanti tagħhom jiġġestixxu jew jikkollaboraw ma' ktajjen ta' kumpaniji fittizji, tqis li huwa essenzjali li ssir enfasi fuq “l-abilitanti professjonali” sabiex tiġi miġġielda l-attività kriminali tal-kumpaniji stabbiliti għal skopijiet illegali, inkluża l-evażjoni tat-taxxa. Fil-fatt, għall-professjonisti li josservaw il-liġi għandha ssir distinzjoni kif dovut minn sett żgħir ta' prattikanti li jużaw il-ħiliet tagħhom fil-qasam tal-liġi tat-taxxa u l-kontabbiltà korporattiva biex jiffavorixxu b'mod attiv prattiki relatati mal-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ħasil tal-flus. |
|
5.8 |
Għalhekk, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li fil-mira jkun hemm l-abilitanti professjonali li jfornu b'mod attiv opportunitajiet għall-isfruttar ta' prattiki illegali li jiffavorixxu reati fiskali u finanzjarji. Permezz ta' dan, ikun possibbli li jiġi mfixkel fattur kruċjali relatat mal-abbużi mit-taxxa. It-tnaqqis tal-opportunitajiet għal żvilupp ta’ prattiki fiskali inġusti huwa tabilħaqq pass fundamentali biex jintlaħqu l-istess objettivi segwiti mill-Proposta tal-Kummissjoni. |
|
5.9 |
Il-KESE jemmen li l-kooperazzjoni ta’ korpi regolatorji jew superviżorji professjonali fil-ġlieda kontra l-prassi ħażina u l-attivitajiet kriminali possibbli ta’ “abilitanti professjonali” tkun ta’ valur kbir. Din tkun linja interessanti ta' żvilupp tal-patt soċjali u politiku Ewropew kontra r-reati fiskali u ekonomiċi, il-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni, li l-Kumitat appoġġja f'diversi Opinjonijiet. |
|
5.10 |
Il-KESE jissuġġerixxi wkoll li l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tiġi kkoordinata mar-regoli eżistenti dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti, peress li l-użu ta' kumpaniji fittizji mmirati lejn l-evażjoni tat-taxxa jista' jinteraġixxi ma' tali prattika madwar l-UE u għalhekk għandu jiġi kkunsidrat speċifikament f'dan ir-rigward. Għal darb'oħra, il-KESE jqis li għandha tiġi kkunsidrata wkoll il-possibbiltà li tiġi stabbilita Direttiva dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti. |
|
5.11 |
Il-Kumitat jemmen li l-lista ta' kumpaniji li mhumiex soġġetti għar-rapportar (l-Artikolu 6(2)) għandha tkun iġġustifikata u vvalutata tajjeb sabiex jiġi żgurat li dawn ma jibbenefikawx minn vantaġġ tat-taxxa mhux dovut u li ma jintużawx biex tiġi evitata l-liġi. |
|
5.12 |
Il-KESE jqis ukoll li għandha tiġi stabbilita aktar azzjoni meta kumpanija jew entità barra mill-UE tagħmel negozju ma' kumpanija jew entità kkwotata tal-UE. Wieħed għandu jifhem liema azzjoni tista' ssir disponibbli għal kumpaniji jew entitajiet ikkwotati tal-UE sabiex jara li l-fondi jew l-assi li qed jiġu ġestiti mhumiex ġejjin minn barra l-entità “fittizji” tal-UE. |
|
5.13 |
Sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni effettiva kontra kumpaniji li jinnegozjaw ma' kumpaniji bbażati f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għall-finijiet tat-taxxa, il-Kumitat itenni l-ħtieġa li l-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx tkun kemm jista' jkun effettiva u komprensiva. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar Pakkett leġiżlattiv kontra l-ħasil tal-flus (ĠU C 152, 6.4.2022, p. 89).
(2) Ending the Shell Game: Cracking down on the Professionals who enable Tax and White Collar Crimes, OECD, Pariġi, 2021.
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/52 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi multinazzjonali fl-Unjoni”
(COM(2021) 823 final — 2021/0433 (CNS))
(2022/C 290/09)
|
Relatur: |
Krister ANDERSSON |
|
Korelatur: |
Petru Sorin DANDEA |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 10.2.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adottata fis-sezzjoni |
3.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
197/1/5 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tittrasponi r-Regoli Mudell tal-GloBE inklużi fil-Pilastru 2 tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 fl-UE. Il-KESE jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni qed taħdem f'konformità sħiħa mad-diskussjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali u jappoġġja bis-sħiħ l-objettivi tal-Kummissjoni. |
|
1.2 |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li “l-effettività u l-ġustizzja tar-riforma globali minima tat-taxxa jiddependu ħafna fuq l-implimentazzjoni tagħha madwar id-dinja”. Il-KESE jqis li huwa importanti ħafna li n-negozjati jkunu ta' suċċess u jiġu konklużi fil-ħin. L-implimentazzjoni globali komuni mingħajr gold-plating hija essenzjali biex ir-regoli jkunu effikaċi u l-kompetizzjoni ma tiġix imfixkla. |
|
1.3 |
Il-KESE jaqbel fermament mal-Kummissjoni li huwa “essenzjali li tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi tar-Regoli Mudell tal-OECD fl-UE” u li dan l-objettiv “jista’ jinkiseb biss jekk il-leġiżlazzjoni tiġi promulgata ċentralment u tiġi trasposta b’mod uniformi”. |
|
1.4 |
Filwaqt li huwa essenzjali li fil-livell tal-UE jkunu diġà qed isiru diskorsi tekniċi u ħidma preparatorja, il-KESE jinnota li l-OECD għadha qed taħdem fuq l-abbozzar ta' regoli dettaljati ulterjuri u fuq l-iċċarar tad-definizzjonijiet. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti u jinkludu r-rakkomandazzjonijiet u r-riżultati tal-ħidma kollha min-negozjati li għaddejjin tal-OECD. |
|
1.5 |
Il-KESE jappoġġja kwalunkwe sforz immirat lejn it-tnaqqis tal-kostijiet tal-konformità għall-kumpaniji u l-awtoritajiet tat-taxxa Ewropej meta tiġi biex titfassal sistema ġdida. L-implimentazzjoni sħiħa tal-Pilastru 2 se tkun kumplessa u se tirrikjedi żmien twil u sforz sinifikanti, kemm min-naħa tal-kumpaniji kif ukoll min-naħa tal-awtoritajiet tat-taxxa. Fix-xhur li ġejjin, l-OECD mistennija tippreżenta regoli importanti li jikkonċernaw il-livelli xierqa ta' protezzjoni, is-sottomissjoni amministrattiva semplifikata eċċ., li jistgħu jikkontribwixxu fl-implimentazzjoni mingħajr xkiel tar-reġim tat-taxxa l-ġdid kemm għan-negozji kif ukoll għall-awtoritajiet tat-taxxa. Dawn ir-regoli għandhom jiġu inklużi fid-Direttiva. |
|
1.6 |
Il-KESE jqis li d-dispożizzjonijiet fiskali speċifiċi adottati mill-parlamenti fl-Istati Membri bħala inċentivi intenzjonati għall-investimenti u l-isforzi fil-qasam tal-impjieg m'għandhomx jiġu newtralizzati mir-Regoli Mudell. Huwa importanti li tiġi promossa l-kisba ta' ekonomija aktar ekoloġika u diġitalizzata, u t-taxxi għandu jkollhom rwol f'dan. |
|
1.7 |
Il-KESE jitlob li d-Direttiva tinkludi dispożizzjoni li tippermetti li d-Direttiva tkun tista' tiġi applikata għas-soluzzjoni ta' tilwim, minn tal-inqas bejn l-Istati Membri, għal tilwim li jirrigwarda l-Pilastru 2. |
|
1.8 |
Il-Kumitat jaqbel li għandhom jiġu imposti penali għan-nonkonformità u jistieden lill-Istati Membri jwettqu spezzjonijiet fiskali bir-reqqa sabiex jiżguraw konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. |
|
1.9 |
Il-KESE jappella sabiex issir reviżjoni tal-lista tal-UE ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx b'rabta mal-pakkett fiskali. |
|
1.10 |
Il-KESE jixtieq jirrimarka li t-tassazzjoni ġusta tal-kumpaniji multinazzjonali tirrappreżenta talba li ilha żmien twil issir mill-pubbliku ġenerali u jistenna li l-ftehim dwar il-Pilastru 2 fl-UE u fid-dinja kollha jintlaħaq malajr. |
2. Sfond u l-Proposta tal-Kummissjoni
|
2.1 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar livell minimu ta' tassazzjoni globali għall-gruppi multinazzjonali fl-Unjoni għandha l-għan li tittrasponi r-Regoli Mudell tal-OECD għall-implimentazzjoni domestika ta' taxxa minima globali (l-OECD/Qafas Inklużiv (Regoli Mudell) fl-UE permezz ta' regoli u implimentazzjoni uniformi (1). |
|
2.2 |
Ir-regoli ta' tassazzjoni nazzjonali u internazzjonali li ilhom jeżistu sekli sħaħ m'għadhomx xierqa għal uħud mill-mudelli kummerċjali l-ġodda li jintużaw illum il-ġurnata. Bosta kumpaniji m'għandhomx preżenza fiżika f'ħafna pajjiżi u ma jħallsux taxxi korporattivi f'dawk il-ġuriżdizzjonijiet bl-istess mod li jagħmlu l-kumpaniji bi preżenza fiżika (2). |
|
2.3 |
Il-baġits pubbliċi kienu taħt pressjoni wara l-kriżi finanzjarja tal-2008-2009. Dawn il-fatturi kollha kkontribwew għal proċess fl-OECD maħsub biex jindirizza l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u Trasferiment tal-Profitti (BEPS). |
|
2.4 |
Wara l-proġett tal-BEPS tal-2015 li nħoloq mill-OECD, il-Membri tal-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD qablu dwar soluzzjoni għall-problema ta' kif jiġu indirizzati l-isfidi fiskali dejjem jiżdiedu li joriġinaw mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija. |
|
2.5 |
Il-pakkett miftiehem jinvolvi żewġ pilastri li jirrigwarda lil kumpaniji fis-setturi kollha. Il-Pilastru 2 jindirizza l-gruppi ta’ negozju b’fatturat tal-grupp ta’ mill-inqas EUR 750 miljun, il-Pilastru 1 jimponi riallokazzjoni parzjali tad-drittijiet fir-rigward tat-taxxa fuq il-profitt eċċessiv lejn il-ġuriżdizzjonijiet tas-suq, u l-Pilastru 2 jintroduċi tassazzjoni effettiva minima ta’ 15 % (3). Ir-Regoli Mudell tal-OECD jikkonsistu f'70 paġna ta' regoli kumplessi u tekniċi ferm, inklużi 10 paġni ta' definizzjonijiet li jippermettu “approċċ komuni” għat-tassazzjoni minima globali. |
|
2.6 |
Il-Pilastru 2 jikkonsisti f'żewġ regoli domestiċi: i) ir-Regola ta' Inklużjoni tal-Introjtu (IIR) u ii) il-garanzija ta' kontinġenza tiegħu, ir-Regola dwar il-Pagamenti Sottontaxxati, li flimkien huma magħrufa bħala r-regoli Globali kontra l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa (GloBE), u regola bbażata fuq it-trattat – ir-Regola ta' Soġġett għat-Taxxa. |
|
2.7 |
Il-Proposta tirrikjedi li l-entità omm apikali tħallas it-taxxa kumplimentari, jiġifieri d-defiċit għall-grupp sħiħ fil-ġuriżdizzjoni li tirrisjedi fiha. Id-dħul mit-taxxa konsegwentement se jinġabar minn dik il-ġuriżdizzjoni, li jfisser li t-tassazzjoni u d-dħul mit-taxxa jinsab f’ġuriżdizzjoni oħra. Ma hemm l-ebda obbligu għall-pajjiżi li jżidu r-rata tat-taxxa tagħhom sal-livell minimu. |
|
2.8 |
Jekk l-entità omm apikali tinsab f’pajjiż li ma addottax IIR kwalifikanti, tibda tapplika r-Regola dwar il-Pagamenti Sottointaxxati, li tirrikjedi li l-ġuriżdizzjonijiet li fihom hija attiva dik l-intrapriża multinazzjonali (MNE) biex tagħmel aġġustament ekwivalenti skont ir-Regoli Mudell sabiex l-obbligazzjoni ta’ taxxa tal-kumpaniji tal-grupp tiġi aġġustata b'tali mod li tinġabar it-taxxa kumplimentari totali. |
|
2.9 |
L-allokazzjoni min-naħa ta' ġuriżdizzjoni tat-taxxa kumplimentari totali hija bbażata fuq is-sehem tal-ġuriżdizzjoni tat-total ta' impjegati tal-grupp u l-assi tanġibbli fil-ġuriżdizzjonijiet li adottaw id-dispożizzjonijiet tar-Regola dwar il-Pagamenti Sottontaxxati. |
|
2.10 |
Il-kalkolu tat-taxxa kumplimentari għal kull ġuriżdizzjoni jinkludi esklużjoni ta' konċessjoni bbażata fuq is-sustanza li fl-aħħar mill-aħħar tippermetti li ċertu ammont ta' introjtu jiġi intaxxat taħt ir-rata minima effettiva. L-introjtu eskluż huwa inizjalment stabbilit għas-somma ta' 10 % tal-kostijiet relatati mal-pagi lokali u 8 % tal-valur tal-assi tanġibbli użati lokalment, li jitnaqqsu għal 5 % ta' kull waħda mill-bażijiet fuq perjodu ta' għaxar snin. |
|
2.11 |
Ir-Regoli Mudell tal-OECD jużaw kontijiet finanzjarji bħala l-bażi għall-kalkolu tar-rati tat-taxxa effettiva, b'aġġustamenti kumplessi. Dawn jipprevedu wkoll opzjoni għal ġuriżdizzjoni biex tadotta kalkolu ta' taxxa kumplimentari minima fuq livell domestiku, u f'dan il-każ it-taxxa kumplimentari tiġi allokata u miġbura minn dik il-ġuriżdizzjoni u għaldaqstant ma jiġi trasferit l-ebda dħul mit-taxxa 'l barra mill-ġuriżdizzjoni għal ġuriżdizzjoni oħra. |
|
2.12 |
L-OECD diġà wiegħdet li tipproduċi Kummentarju dwar ir-Regoli Mudell matul l-ewwel kwart tas-sena 2022 sabiex tiċċara l-interpretazzjoni tar-regoli u tkompli tiżviluppa gwidi/kjarifiki dwar il-Livelli Xierqa ta' Protezzjoni u l-Gwida Amministrattiva. Jistgħu jiġu mistennija kjarifiki ulterjuri. |
|
2.13 |
Interpretazzjoni globali komuni tar-regoli u l-implimentazzjoni li tkun uniformi fil-kontenut u fiż-żmien huma ta’ importanza kbira biex jiġu evitati d-distorsjonijiet u biex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti u kompetittività Ewropea (4). |
|
2.14 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni, li tibni fuq il-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni It-Tassazzjoni tal-Intrapriżi għas-Seklu 21, fiha biss ir-Regoli Mudell tal-GloBE inklużi fil-Pilastru 2 tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20. Il-Pilastru 1 mhuwiex żviluppat sew daqs il-Pilastru 2. Din il-parti tal-pakkett tista' tiġi soġġetta wkoll għal Direttiva tal-UE (5). |
|
2.15 |
Il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva huwa definit mir-referenza għall-entitajiet kostitwenti li jinsabu fl-Unjoni li jagħmlu parti mill-gruppi tal-MNE jew gruppi domestiċi ta' skala kbira bi dħul tal-grupp ikkonsolidat li jaqbeż is-EUR 750 miljun f'minn tal-inqas sentejn mill-erba' snin preċedenti. |
|
2.16 |
Id-Direttiva tipprevedi li, f'ċirkostanzi meta l-entità omm apikali tkun ibbażata barra mill-UE f'ġuriżdizzjoni li ma tapplikax IIR kwalifikanti, l-entitajiet kostitwenti kollha f'ġuriżdizzjonijiet b'qafas tar-Regola dwar il-Pagamenti Sottontaxxati adegwata se jkunu soġġetti għar-Regola dwar il-Pagamenti Sottontaxxati. F'ċirkostanza bħal din, l-entitajiet kostitwenti tal-grupp tal-MNE li jinsab fi Stat Membru se jkunu soġġetti għal taxxa kumplimentari fl-Istat Membru, li hija mqassma abbażi ta' formula ta' żewġ fatturi, ikkalkulata b'referenza għall-introjtu b'rata baxxa ta' taxxa tal-entitajiet kostitwenti tal-grupp tal-MNE. |
|
2.17 |
Id-Direttiva tinkludi regoli biex jiġi determinat l-“introjtu kwalifikanti”, jiġifieri l-introjtu aġġustat li għandu jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tar-rata tat-taxxa effettiva. Sabiex jiġi kkalkulat dan l-introjtu, huwa neċessarju li ssir referenza għall-introjtu nett tal-kontabilità finanzjarja jew għat-telf tal-entità kostitwenti għas-sena fiskali. Isiru aġġustamenti definiti għad-differenza bejn il-kontabilità finanzjarja u l-kontabilità fiskali u huma kumplessi ħafna. L-aġġustamenti ewlenin huma marbuta mar-rekwiżiti meta għandhom jiġu rrapportati l-introjtu/il-kostijiet, iżda, pereżempju, dispożizzjonijiet fiskali baxxi għas-sistemi ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi mhumiex rikonoxxuti, filwaqt li d-deprezzament aċċellerat fuq l-assi fissi huwa rikonoxxut. |
|
2.18 |
Huma deskritti r-regoli għall-kalkolu tat-“taxxi koperti aġġustati” ta' entità kostitwenti għal sena finanzjarja. Il-prinċipju ewlieni fl-allokazzjoni tat-taxxi koperti huwa li jiġu assenjati lil ġuriżdizzjoni fejn ikunu ġew iġġenerati profitti sottostanti soġġetti għal dawn it-taxxi. Sabiex jiġi onorat dan il-prinċipju, id-Direttiva tipprevedi wkoll regoli speċjali fir-rigward ta' taxxi transfruntiera jew fil-każ ta' stabbiliment permanenti, entità trasparenti, kumpanija barranija kontrollata, entità ibrida, jew taxxi fuq id-dividendi. |
|
2.19 |
Id-Direttiva tiddefinixxi r-rata effettiva bħala l-proporzjon tat-taxxi koperti aġġustati tal-entitajiet kostitwenti tal-grupp għall-introjtu aġġustat iggwadanjat minn dawk l-entitajiet kostitwenti tal-grupp f'ġuriżdizzjoni speċifika għas-sena fiskali. F'konformità mal-ftehim globali u sabiex tiġi żgurata t-traspożizzjoni, id-Direttiva tistabbilixxi rata tat-taxxa minima effettiva ta' 15 % għall-iskopijiet tar-Regoli Mudell tal-GloBE. |
|
2.20 |
Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità f'sitwazzjoni ta' riskju baxx, tapplika esklużjoni għal ammonti minimi, skont l-approċċ “de minimis”. Dan huwa meta l-profitti tal-entitajiet kostitwenti tal-grupp tal-MNE f'ġuriżdizzjoni partikolari ma jaqbżux il-EUR 1 miljun u d-dħul ikun taħt l-EUR 10 miljun. |
|
2.21 |
Huma applikabbli regoli speċjali fil-każ ta' fużjonijiet, akkwiżizzjonijiet, impriżi konġunti, u gruppi tal-MNE b'aktar minn entità omm waħda. Dan jipprevedi l-applikazzjoni ta' limitu ta' dħul konsolidat għall-membri tal-grupp involuti f'fużjoni jew f'defużjoni. Meta entità kostitwenti tinkiseb jew tinbiegħ minn grupp tal-MNE fl-ambitu tar-regoli, din l-entità kostitwenti għandha tiġi trattata bħala parti miż-żewġ gruppi matul is-sena, b'ċerti aġġustamenti fil-valuri tal-attributi użati għall-operazzjoni tar-Regoli Mudell tal-GloBE (bħat-taxxi koperti, il-paga eleġibbli, l-assi tanġibbli eleġibbli jew l-assi ta' taxxa differita tal-GloBE). |
|
2.22 |
Id-Direttiva tinkludi regoli dwar l-arranġamenti b'rabta man-newtralità tat-taxxa u s-sistemi tat-taxxa tad-distribuzzjoni. Sabiex jiġu evitati eżiti mhux intenzjonati, bħall-obbligazzjoni ta' taxxa kumplimentari sproporzjonata tar-Regola dwar il-Pagamenti Sottointaxxati fi grupp tal-MNE, id-Direttiva tipprevedi regoli speċjali biex jiġi kkalkulat l-introjtu tal-entità omm apikali, meta tali entità tkun entità bi fluss kontinwu jew soġġetta għal reġim ta' dividendi deduċibbli (6). |
|
2.23 |
Id-Direttiva tobbliga lil entità kostitwenti ta’ grupp tal-MNE li jinsab fi Stat Membru biex tippreżenta dikjarazzjoni ta’ informazzjoni tat-taxxa kumplimentari, sakemm id-dikjarazzjoni ma tiġix ippreżentata mill-grupp tal-MNE f’ġuriżdizzjoni oħra, li magħha l-Istat Membru jkollu ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti kwalifikanti, li jippermetti l-iskambju awtomatiku tad-dikjarazzjoni annwali tal-informazzjoni dwar it-taxxa. Id-dikjarazzjoni tat-taxxa meħtieġa għandha tiġi ppreżentata fi żmien 15-il xahar minn tmiem is-sena fiskali relatata magħha. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-KESE jilqa' l-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva bl-għan li tittrasponi l-Pilastru 2 fl-ordinament ġuridiku tal-UE u fis-suq intern kollu. Il-KESE jappoġġja u japprezza bis-sħiħ il-fatt li l-Kummissjoni qed tallinja l-ħidma tagħha mad-diskussjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali. Il-KESE jinnota li l-kumpaniji taħt ċertu livell limitu mhumiex affettwati mill-ftehim iżda li r-regoli huma ġenerali u, skont l-OECD, se japplikaw għal mijiet ta’ kumpaniji. Kull grupp ta’ negozju fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta jista’ jkollu bosta stabbilimenti permanenti u sussidjarji. |
|
3.2 |
Il-KESE jinnota li erba' pajjiżi minn fost dawk li qed jipparteċipaw fin-negozjati tal-Qafas Inklużiv ma qablux mal-pakkett, meta mqabbla mal-137 pajjiż li ffirmaw il-ftehim globali. Id-Direttiva tal-UE dwar taxxa minima tista' tipprovdi miżuri difensivi oħra kontra prattiki BEPS dannużi u l-KESE jappoġġja u dejjem kien jappoġġja l-għanijiet tal-proġett BEPS sabiex jiġu żgurati finanzi pubbliċi sostenibbli fl-UE. |
|
3.3 |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li “l-effettività u l-ġustizzja tar-riforma globali minima tat-taxxa jiddependu ħafna fuq l-implimentazzjoni tagħha madwar id-dinja”. Il-KESE jqis li huwa importanti ħafna li n-negozjati jkunu ta' suċċess u jiġu konklużi fil-ħin. L-implimentazzjoni globali komuni hija essenzjali biex ir-regoli jkunu effikaċi u l-kompetizzjoni ma tiġix imfixkla. |
|
3.4 |
Il-KESE jqis li l-Pilastru 1 u l-Pilastru 2 tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 għandhom jiġu ttrattati bħala pakkett komprensiv u integrat b'mod reċiproku. Il-konsistenza fl-implimentazzjoni taż-żewġ pilastri hija ta' importanza kruċjali. Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jżidu l-isforzi tagħhom fin-negozjati permezz tal-OECD sabiex il-Pilastru 1 jiġi implimentat fil-livell globali mill-aktar fis possibbli. |
|
3.5 |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-UE u li huwa “essenzjali li tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi tar-Regoli Mudell tal-OECD fl-UE.” Il-KESE, barra minn hekk, jaqbel li “(d)an jista' jinkiseb biss jekk il-leġiżlazzjoni tiġi promulgata ċentralment u tiġi trasposta b’mod uniformi” (7). Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li d-Direttiva tirrispetta l-libertajiet fundamentali u l-obbligi u l-kompetenzi minquxa fit-Trattati. |
|
3.6 |
Il-fatt li l-Istati Membri kollha pparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-OECD/Membri tal-Qafas Inklużiv, jew li minn dakinhar 'il hawn qablu mal-eżitu, jiffaċilita l-proċess tal-UE. Il-KESE jixtieq jirrimarka li t-tassazzjoni ġusta tal-kumpaniji multinazzjonali tirrappreżenta talba li ilha żmien twil issir mill-pubbliku ġenerali u jistenna li l-ftehim dwar il-Pilastru 2 fl-UE u fid-dinja kollha jintlaħaq malajr. |
|
3.7 |
Filwaqt li huwa essenzjali li fil-livell tal-UE jkunu diġà qed isiru diskorsi tekniċi u ħidma ta' tħejjija, il-KESE jinnota li l-OECD għadha qed taħdem fuq it-tfassil ta' regoli dettaljati ulterjuri u fuq l-ikkjarifikar tad-definizzjonijiet. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti u jinkludu r-rakkomandazzjonijiet u r-riżultati tal-ħidma kollha min-negozjati li għaddejjin tal-OECD, peress li għandu jiġi evitat proċess ta' emendar jew ta' bdil fid-Direttiva. B'mod simili, huwa importanti li l-UE tqis sew iż-żmien tal-implimentazzjoni min-naħa ta' ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi. |
|
3.8 |
Il-KESE jappoġġja l-għażla tal-Kummissjoni li tibni fuq il-ħidma preparatorja estensiva li saret fil-livell internazzjonali, billi tagħmel użu mill-valutazzjoni tal-impatt tal-OECD sabiex tiżviluppa l-Proposta li qed tiġi eżaminata bħalissa, mingħajr ma tirdoppja x-xogħol b'valutazzjoni tal-impatt ġdida. Madakollu, il-KESE kien japprezza li kieku saret valutazzjoni tal-impatt tal-partijiet tad-Direttiva li jagħmluha konformi mad-dritt tal-Unjoni. Il-KESE jappella sabiex issir din l-analiżi u li tkun disponibbli għall-pubbliku. |
|
3.9 |
Il-KESE jinnota u jifhem il-ħtieġa li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni. L-aktar metodu faċli, iżda mhux neċessarjament l-uniku wieħed, huwa estensjoni tad-dispożizzjonijiet tal-IIR għal sitwazzjonijiet purament domestiċi. |
|
3.10 |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li huwa mixtieq l-involviment ta' numru limitat ta' kontribwenti u li l-limitu ta' EUR 750 miljun ikun “konsistenti mar-Regoli Mudell tal-OECD kif ukoll mar-rekwiżiti tad-dritt tal-UE” (8), biex b'hekk jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-KESE jinnota li l-limitu huwa konformi mar-regoli għar-Rapport għal kull Pajjiż u d-Direttiva kontra l-Evitar tat-Taxxa. |
|
3.11 |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li r-rata tat-taxxa minima ta' 15 % maqbula fil-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar il-BEPS “tirrifletti bilanċ bejn ir-rati tat-taxxa korporattiva madwar id-dinja” (9). Huwa importanti li l-ftehim li sar mill-gvernijiet jiġi rispettat u li r-regoli jiġu trasposti u l-kumpaniji koperti minn dan il-kamp ta' applikazzjoni jinżammu responsabbli biex iħallsu t-taxxa kumplimentari. Il-KESE jappoġġja wkoll, f'konformità mal-ftehim tal-OECD, l-inklużjoni tal-konċessjoni bbażata fuq is-sustanza, b'rabta mal-kostijiet relatati mal-pagi u mal-assi tanġibbli, u jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li “il-prattiki tal-BEPS x'aktarx ma jiffjorixxux” meta jsiru attivitajiet ekonomiċi reali (10). |
|
3.12 |
Il-KESE jappoġġja kwalunkwe sforz possibbli mmirat lejn it-tnaqqis tal-kostijiet tal-konformità għall-kumpaniji u l-awtoritajiet tat-taxxa Ewropej meta tiġi biex titfassal sistema ġdida. L-implimentazzjoni sħiħa tal-Pilastru 2 se tkun kumplessa u se tirrikjedi ammont ta' żmien u sforz sinifikanti. L-awtoritajiet tat-taxxa se jkunu meħtieġa jiżviluppaw is-sistemi u r-rutini sabiex jikkalkolaw u jiġbru l-obbligazzjonijiet tat-taxxa l-ġodda. Barra minn hekk, se jkun meħtieġ persunal adegwat u mħarreġ sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida, filwaqt li jiġu provduti riżorsi għal kompetenzi oħra marbuta mat-taxxi internazzjonali bħall-Arranġamenti Preliminari ta' Prezzijiet ta' Trasferiment u l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni ta' tilwim. Il-KESE jħeġġeġ lill-awtoritajiet tat-taxxa biex jibdew jew ikomplu bl-avvanz f'din il-ħidma preparatorja jekk għandha tiġi rrispettata l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni (Jannar 2023). |
|
3.13 |
Il-KESE jappella sabiex id-Direttiva dwar is-soluzzjoni ta' tilwim issir applikabbli għal tilwim li jirrigwarda l-Pilastru 2, minn tal-inqas bejn l-Istati Membri. Dawn ir-regoli l-ġodda dwar is-soluzzjoni ta' tilwim li jirrigwarda t-taxxi ilhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2019. Dawn huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/1852 (11) u jġibu magħhom titjib sinifikanti fis-soluzzjoni ta' tilwim li jirrigwarda t-taxxi, peress li jiżguraw li n-negozji u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jsolvu tilwim li jirrigwarda l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-trattati dwar it-taxxi b'mod iżjed rapidu u effikaċi. |
|
3.14 |
Il-KESE jappoġġja, f'konformità mal-ftehim tal-OECD, l-esklużjoni de minimis, li tippermetti l-esklużjoni ta' entità ta' MNE meta l-profitti ta' entità ma jaqbżux il-EUR 1 miljun u d-dħul ikun taħt EUR 10 miljun. Il-limitu massimu jista’ jkollu jiġi rivedut matul iż-żmien. |
|
3.15 |
Il-KESE jqis li huwa importanti li r-regoli rigward livelli adegwati ta' protezzjoni previsti jiġu ppreżentati kmieni biżżejjed sabiex dawn ir-regoli jkunu jistgħu jiġu ttrasposti fid-Direttiva finali. Dan huwa importanti sabiex jiġi evitat piż amministrattiv mingħajr bżonn fuq il-kontribwenti u fuq l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. |
|
3.16 |
Il-KESE jaqbel mal-intenzjoni li d-Direttiva għandha tipprevedi valutazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-ekwivalenza tal-kriterji tal-IIR, flimkien mal-elenkar ta' ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji ta' ekwivalenza. Dan l-elenku jiġi mmodifikat permezz ta' att delegat. |
|
3.17 |
Il-KESE jinnota l-intenzjoni mħabbra mill-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE li jiffinalizza d-diskussjonijiet, jekk possibbli, qabel l-elezzjonijiet Franċiżi li ġejjin f'April 2022. L-UE għandha tħeġġeġ lill-imsieħba kummerċjali tagħha biex ikunu daqstant ieħor ambizzjużi. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
Huwa importanti li dispożizzjonijiet fiskali oħrajn adottati mill-parlamenti fl-Istati Membri bħala inċentivi intenzjonati għall-investimenti u l-isforzi fil-qasam tal-impjieg ma jiġux newtralizzati mir-Regoli Mudell. Regoli li ilhom stabbiliti żmien twil, pereżempju dawk li jippermettu deprezzament aċċellerat għal investimenti fissi, inċentivi għall-attivitajiet ta' R&Ż jew inizjattivi aktar ġodda li jippromovu l-iżviluppa ta' ekonomija aktar ekoloġika u aktar diġitalizzata, m'għandhomx jiġu ostakolati. Dan japplika kemm għal inizjattivi ta' rkupru ekonomiku b'rabta mal-pandemija, kif ukoll għal żviluppi teknoloġiċi futuri, li għandhom jiġu mħeġġa. |
|
4.2 |
L-implimentazzjoni tar-Regoli Mudell tal-GloBE fl-UE se jkollha impatt fuq id-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Direttiva kontra l-Evitar tat-Taxxa (ATAD) u, b'mod aktar speċifiku, ir-regoli dwar il-Kumpanija Barranija Kontrollata (CFC), li jistgħu jinteraġixxu mal-IIR bħala r-regola bażika tal-Pilastru 2. Il-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi għas-Seklu 21 (12), iddikjarat li l-gvernijiet impenjaw ruħhom fl-adozzjoni ta’ taħlita ta’ miżuri kontra l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa u l-miżuri komplew iżidu aktar kumplessità (13). Anke jekk ma jkunx hemm il-ħtieġa li tiġi emendata l-ATAD (14), rieżami tal-effettività u l-piż amministrattiv tar-regoli kkombinati jista’ jkun ta’ benefiċċju, kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għan-negozji. |
|
4.3 |
Il-KESE jikkondividi l-fehma tal-Kummissjoni li t-traspożizzjoni tar-Regoli Mudell tal-GloBE fl-UE tista' twitti t-triq għal ftehim dwar il-Proposta pendenti għar-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Imgħax u r-Royalties (IRD). |
|
4.4 |
Il-KESE jappella sabiex isir monitoraġġ tal-effikaċja tar-regoli u l-kostijiet amministrattivi. L-Istati Membri għandhom jevitaw l-użu eċċessiv ta' deċiżjonijiet tat-taxxa jekk dawn ikunu ta' ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-ftehim globali. |
|
4.5 |
Il-KESE jaqbel li għandhom jiġu imposti penali għan-nonkonformità u jistieden lill-Istati Membri jwettqu spezzjonijiet fiskali bir-reqqa sabiex jiżguraw konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. |
|
4.6 |
Il-KESE jappella sabiex issir reviżjoni tal-lista tal-UE ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-pakkett fiskali maqbul tal-OECD. |
|
4.7 |
Il-KESE jixtieq jirrimarka li t-tassazzjoni ġusta tal-kumpaniji multinazzjonali tirrappreżenta talba li ilha żmien twil issir mill-pubbliku ġenerali u jistenna li l-ftehim dwar il-Pilastru 2 fl-UE u fid-dinja kollha jintlaħaq malajr. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi multinazzjonali fl-Unjoni, COM(2021) 823 final.
(2) Il-mod kif uħud mill-hekk imsejħa kumpaniji 'diġitali' iħallsu t-taxxi korporattivi u l-pajjiżi li fihom iħallsuhom ġew analizzati, fost oħrajn, minn Matthias Bauer, “Digital Companies and Their Fair Share of Taxes: Myths and Misconceptions” (Il-Kumpaniji Diġitali u s-Sehem Ġust ta' Taxxi li Jmisshom Iħallsu: Miti u Ideat Żbaljati), ECIPE, Frar 2018, (mhux disponibbli bil-Malti) https://ecipe.org/publications/digital-companies-and-their-fair-share-of-taxes/?chapter=all.
(3) OECD/G20 Base Erosion and Profit Shifting Project as Tax Challenges Arising from the Digitalisation of the Economy Global Anti-Base Erosion Model Rules (Pillar Two) Inclusive Framework on BEPS (Il-Proġett tal-OECD/G20 dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti bħala Sfidi relatati mat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija – Regoli Mudell Kontra l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa Globali (Pilastru 2) Qafas Inklużiv dwar il-BEPS), (mhux disponibbli bil-Malti) https://www.oecd.org/tax/beps/tax-challenges-arising-from-the-digitalisation-of-the-economy-global-anti-base-erosion-model-rules-pillar-two.pdf. Għal ħarsa ġenerali, ara wkoll Jefferson VanderWolk, Squire Patton Boggs, Global Minimum Taxation for Large Multinationals (Tassazzjoni Minima Globali għal Kumpaniji Multinazzjonali Kbar), (mhux disponibbli bil-Malti) https://www.linkedin.com/feed/update/urn:li:activity:6884197871441207296/.
(4) L-Istati Uniti għandhom ir-reġim tat-taxxa minima globali tagħhom – Introju mit-Taxxa Baxx Intanġibbli Globali (Global Intangible Low Tax Income – GILTI) – iżda l-liġi attwali hija, fil-fehma tal-Kummissjoni, inkonsistenti mad-dispożizzjoni tal-IIR. L-Istati Uniti jinsabu fil-proċess li jirriformaw il-GILTI tagħhom bl-għan li jagħmluh kompatibbli mal-Pilastru 2. L-OECD se tiddiskuti mal-Istati Uniti u mal-Membri tal-Qafas Inklużiv dwar il-kundizzjonijiet għall-ekwivalenza tal-GILTI riformat mal-Pilastru 2. Sakemm jintlaħaq qbil dwar dawn il-kundizzjonijiet, in-negozji Ewropej jistgħu jkunu fi żvantaġġ kompetittiv, anki jekk l-implimentazzjoni ta’ Regola dwar il-Pagamenti Sottointaxxati tipprovdi xi tip ta' kopertura.
(5) “Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tagħha fl-Istati Membri kollha tal-UE, inklużi dawk li mhumiex Membri tal-OECD u li ma jipparteċipawx fil-Qafas Inklużiv, il-Kummissjoni se tipproponi Direttiva għall-implimentazzjoni tal-Pilastru 1 fl-UE”. COM(2021) 251 final, p. 9.
(6) Fir-rigward tal-entitajiet ta' investiment, jeżistu regoli speċifiċi biex jiġu ddeterminati r-rata tat-taxxa effettiva, it-taxxa kumplimentari, l-għażla li jiġu trattati bħala entitajiet trasparenti fir-rigward tat-taxxa, u l-opzjoni li jiġi applikat il-metodu ta' distribuzzjoni taxxabbli.
B'rabta mas-sistemi tat-taxxa tad-distribuzzjoni, id-Direttiva tipprevedi li, fuq deċiżjoni annwali meħuda mill-entità li tippreżenta l-informazzjoni fir-rigward tal-entitajiet kostitwenti li huma soġġetti għal sistema tat-taxxa tad-distribuzzjoni eliġibbli, taxxa fuq id-distribuzzjoni preżunta hija inkluża fil-kalkolu tat-taxxi koperti aġġustati tal-entitajiet kostitwenti rilevanti.
(7) COM(2021) 823 final, p. 3.
(8) COM(2021) 823 final, p. 3.
(9) COM(2021) 823 final, p. 16.
(10) COM(2021) 823 final, p. 16.
(11) ĠU C 173, 31.5.2017, p. 29.
(12) COM(2021) 251 final.
(13) Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar It-Tassazzjoni tal-Intrapriżi għas-Seklu 21 Għadha mhix ippubblikata.
(14) COM(2021) 823 final, p. 2.
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/58 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku ta’ relevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà”
(COM(2021) 723 final — 2021/0378 (COD))
il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew”
(COM(2021) 724 final — 2021/0379 (COD))
u l-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew”
(COM(2021) 725 final — 2021/0380 (COD))
(2022/C 290/10)
|
Relatur: |
Florian MARIN |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 9.2.2022 (COM(2021) 724 final u COM(2021) 725 final), 15.2.2022 (COM(2021) 723 final) Parlament Ewropew, 14.2.2022 |
|
Bażi legali |
Artikoli 50, 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adottata fis-sezzjoni |
3.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
215/1/2 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jappoġġja l-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP), li huwa għodda li qed tikkontribwixxi għal ekonomija aktar sostenibbli, diġitali u inklużiva, għat-tisħiħ tas-sovranità diġitali u għall-integrazzjoni aħjar tas-swieq tal-kapital. |
|
1.2. |
Il-KESE jikkunsidra li l-ESAP għandu jkun aktar ambizzjuż u li għandu jinħoloq aktar valur miżjud billi tiġi pproċessata l-informazzjoni minflok ma jkun biss għodda ta’ informazzjoni għall-ġbir ta’ informazzjoni mhux proċessata b’punt ta’ aċċess uniku. L-aggregazzjoni u t-trasformazzjoni tad-data u tar-rapporti u l-analiżijiet settorjali u territorjali għandhom jitwettqu permezz tal-ESAP. |
|
1.3. |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-ESAP għandu jinbena bħala għodda flessibbli u li għandu jkun possibbli li jinżiedu kategoriji ġodda ta’ data u li ssir komunikazzjoni mar-reġistri nazzjonali jew mal-Eurostat, u jeħtieġ li jitqiesu tipi differenti ta’ teknoloġiji. L-ESAP għandu jipprovdi sinerġija ċara bejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u l-indikaturi tal-Patt Ekoloġiku. |
|
1.4. |
Il-KESE jikkunsidra li għandu jiġi kkunsidrat li jiġi stabbilit bord konsultattiv, li għandu jinkludi lis-soċjetà ċivili u lill-imsieħba soċjali, ibbażat fuq proċess ta’ għażla trasparenti, u li jiddeċiedi dwar il-futur tal-ESAP u l-bidliet strateġiċi. |
|
1.5. |
It-tnaqqis taż-“żoni bojod” biex jiġi żgurat aċċess mingħajr diskriminazzjoni għall-ESAP huwa importanti. L-ESAP għandu jippermetti wkoll funzjonalitajiet li jippermettu lill-persuni b’diżabilità jibbenefikaw minn aċċessibbiltà tajba mingħajr diskriminazzjoni. |
|
1.6. |
Il-KESE jissuġġerixxi li huwa importanti ħafna li l-ESAP jiżgura proċeduri standard, trasparenza, integrità tad-data u kredibbiltà tas-sors tal-informazzjoni, validazzjoni awtomatika tad-data li tkun faċli għall-utent, u kontroll adatt tal-korp tal-ġbir għall-protezzjoni tad-data. Fil-futur qrib, se tkun importanti superviżjoni tajba u adatta tal-fornituri ta’ data finanzjarja u data ESG (ambjentali, soċjali u ta’ governanza). |
|
1.7. |
Għandha tingħata kunsiderazzjoni biex tiġi ssussidjata l-ispiża tal-ġbir, il-ġenerazzjoni u l-ġestjoni tad-data għall-SMEs, biex l-SMEs jiġu eżentati minn kwalunkwe tariffa, irrispettivament mill-kwantità ta’ data pprovduta, u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol adatti għall-ħaddiema responsabbli għall-forniment u għall-ġestjoni tad-data. |
|
1.8. |
L-ESAP għandu jiżgura distinzjoni ċara bejn id-data finanzjarja u mhux finanzjarja u jagħtiha l-istess livell ta’ importanza, u joffri l-possibbiltà, fuq bażi volontarja, li tiġi ppubblikata data soċjali dwar l-attività ta’ kull kumpanija, il-ġestjoni tagħha u l-impjegati tagħha, abbażi ta’ kriterji speċifiċi. |
|
1.9. |
Il-KESE jikkunsidra li huwa meħtieġ helpdesk apposta biex jgħin fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni fil-format korrett u biex jiġi żgurat li tkun tista’ tintuża mil-lat tekniku, u li huwa meħtieġ ukoll taħriġ fil-litteriżmu finanzjarju u l-kompetenza diġitali. Fl-ESAP, jista’ jiġi inkluż sett minimu ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ekonomiċi, definiti fil-livell tal-UE b’metodoloġija komuni, bil-għan li jiġi żgurat użu aħjar u usa’. |
2. Kuntest
|
2.1. |
Il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi punt ta’ aċċess uniku li se jipprovdi aċċess elettroniku ċentralizzat għall-informazzjoni rilevanti għas-swieq tal-kapital u għas-servizzi finanzjarji (inkluża informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà) li għandha ssir pubblika skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, iżda wkoll għal tipi oħra ta’ informazzjoni rilevanti għas-swieq tal-kapital u għas-servizzi finanzjarji li l-kumpaniji jiddeċiedu li jippubblikaw b’mod volontarju. L-ESAP huwa parti mill-pjan ta’ azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (1). |
|
2.2. |
L-informazzjoni se tinġabar permezz ta’ diversi korpi tal-ġbir li għandhom ir-responsabbiltà li, fost affarijiet oħra, iwettqu validazzjonijiet awtomatizzati u jipprovdu assistenza teknika lill-entitajiet li jkunu ppreżentaw l-informazzjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tagħmel aktar data disponibbli għall-użu fl-ekonomija u fis-soċjetà, inkluż it-tnedija ta’ spazji Ewropej tad-data. Din għandha l-għan li tagħmel disponibbli aktar data tas-settur pubbliku ta’ kwalità ogħla għall-użu mill-ġdid, inkluża data tal-kumpaniji, filwaqt li tagħmel dawn is-settijiet ta’ data disponibbli b’mod aktar faċli u mingħajr ħlas (2). Għalhekk, l-inizjattiva leġiżlattiva mill-Kummissjoni dwar l-ESAP hija kemm f’waqtha kif ukoll rilevanti ħafna. |
|
2.3. |
L-ESAP se jiżgura aċċess mhux diskriminatorju għall-informazzjoni mingħajr ħlas, bil-possibbiltà li jiġu introdotti tariffi għal servizzi speċifiċi eż. meta jkun qed jiġi ppubblikat ammont kbir ta’ data. Il-validazzjoni awtomatizzata biex jiġi vverifikat li l-informazzjoni ppreżentata mill-korpi tal-ġbir tikkonforma mar-rekwiżiti se titwettaq abbażi ta’ qafas tekniku stabbilit u approvat mill-Kummissjoni. L-ESAP se jkun disponibbli għal mill-inqas 95 % tal-ħin kull xahar. |
|
2.4. |
L-ESAP mhux se jaħżen informazzjoni relatata mad-data personali, b’xi eċċezzjonijiet, u se jiġi mmonitorjat, billi jitqiesu indikaturi bħal:
|
|
2.5. |
L-ESAP se jipprovdi funzjonalitajiet bħal interfaċċa faċli għall-utent bil-lingwi kollha tal-UE, funzjoni ta’ tiftix, servizz ta’ downloading, approċċ innovattiv biex jiġu pprovduti servizzi ta’ traduzzjoni u servizz ta’ notifika li jinforma lill-utenti dwar kwalunkwe informazzjoni ġdida disponibbli. L-ESAP se jiġi evalwat abbażi tal-aċċessibbiltà, il-kwalità u l-użu tal-informazzjoni, kif ukoll is-sodisfazzjon tal-utent finali u l-kapaċità tal-utenti li jilħqu l-objettivi tagħhom. Għall-implimentazzjoni tal-ESAP, qed jiġu mmodifikati diversi direttivi u regolamenti. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-ESAP (punt ta’ aċċess uniku Ewropew). Li l-ekonomija tiġi adattata għall-futur diġitali, li tissaħħaħ is-sovranità diġitali, li tiżdied il-veloċità tal-fluss tal-informazzjoni u li jiġu stabbiliti standards komuni, b’enfasi fuq id-data, it-teknoloġija u l-infrastruttura, huma prijoritajiet ewlenin għall-UE. L-ESAP jippromovi finanzjament xprunat mid-data u jtejjeb b’mod konsiderevoli l-aċċess tal-kumpaniji, tan-negozji u tal-istituzzjonijiet finanzjarji għad-data u għall-informazzjoni tal-entitajiet. L-ESAP se jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ekonomija aktar sostenibbli, diġitali u inklużiva kif ukoll għal integrazzjoni aħjar tas-swieq tal-kapital. Fl-Opinjoni tiegħu dwar “Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji – pjan ta’ azzjoni ġdid”, il-KESE jiddikjara li punt ta’ jiddikjara li punt ta’ aċċess uniku Ewropew huwa prijorità sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-Unjoni tas-swieq Kapitali (3). |
|
3.2. |
Il-KESE jaqbel mal-fatt li l-ESAP ma jiġġenerax obbligi ta’ rapportar ġodda u juża r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni eżistenti skont il-leġiżlazzjoni tal-UE. L-ESAP huwa għodda li se jagħmilha possibbli li jiġi vvalutat aħjar kif l-entitajiet Ewropej jikkontribwixxu għall-miri tas-sostenibbiltà u tal-klima. L-informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà hija essenzjali sabiex l-investimenti jiġu diretti mill-ġdid lejn proġetti li se jappoġġjaw it-tranżizzjoni ekoloġika, kif enfasizzat mill-partijiet ikkonċernati fil-konsultazzjoni dwar l-istrateġija mġedda għall-finanzi sostenibbli (4). |
|
3.3. |
L-ESAP jiżgura l-aċċess għall-informazzjoni għal perjodu ta’ żmien, inkluża l-informazzjoni tal-passat, li hija importanti sabiex jiġu żgurati proċessi adatti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fis-swieq tal-kapital. Il-finanzjament Ewropew huwa problematiku, minħabba li jirriżulta f’kundizzjonijiet mhux ekwivalenti ta’ kompetizzjoni: l-ispejjeż ta’ finanzjament li jiffaċċjaw il-kumpaniji jiddependu fil-biċċa l-kbira mill-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tagħhom, in-negozji ġodda b’restrizzjonijiet kollaterali jsibuha diffiċli li jiksbu kwalunkwe finanzjament, u l-konsum ma jiġix protett minn xokkijiet ekonomiċi lokali (5). It-traċċar tal-prestazzjoni ekonomika u tas-sostenibbiltà se jkun kruċjali għas-swieq tal-kapital u għad-deċiżjonijiet futuri tal-investiment. |
|
3.4. |
L-ESAP qed jiġi stabbilit f’mument meta s-settur finanzjarju tal-UE qed jiffaċċja trasformazzjoni profonda minħabba ż-żewġ tranżizzjonijiet ewlenin, jiġifieri t-tranżizzjoni diġitali u dik klimatika. Se jintilfu l-impjiegi, iridu jinkisbu ħiliet ġodda, ir-responsabbiltajiet tal-impjegati qed jinbidlu, u se jiġu implimentati sensji jew mudelli organizzattivi ġodda ta’ xogħol. L-ESAP jista’ jkun għodda biex jiġu ġestiti b’mod pożittiv xi wħud mill-effetti tal-proċessi ta’ trasformazzjoni finanzjarja tal-UE li qed ikunu ta’ sfida. |
|
3.5. |
L-ESAP għandu l-potenzjal li jkun fattur għall-iżvilupp u għall-investimenti. L-SMEs li jridu jżidu l-viżibbiltà tagħhom jistgħu jiġu mħeġġa jippubblikaw id-data tagħhom biex jattiraw investimenti u swieq futuri. Il-KESE jissuġġerixxi li għandu jitqies ir-rwol tal-intermedjarji tas-software, għaliex xi kumpaniji, l-aktar SMEs, se jaħdmu ma’ dawn it-tipi ta’ entitajiet sabiex inaqqsu l-piż amministrattiv marbut mal-ġestjoni u l-ħżin tad-data. L-ESAP qed jikkontribwixxi biex il-proċess tad-deċiżjonijiet tal-investiment jorħos u biex tiżdied il-viżibbiltà għall-SMEs. |
|
3.6. |
L-ESAP għandu jippermetti interoperabbiltà effiċjenti mal-Eurostat u mar-reġistri nazzjonali. Id-dinamika tal-interessi pubbliċi jew tas-suq rigward it-trasparenza u d-data għandha tiġi integrata permezz billi jkun possibbli li jinżiedu kategoriji ġodda ta’ data fil-futur. L-ESAP għandu jinbena bħala strument tad-data li huwa flessibbli fir-rigward tad-diversi setturi u inizjattivi Ewropej. Il-komunikazzjoni bejn teknoloġiji differenti hija importanti. L-ispiża taż-żieda ta’ data ġdida għandha tiġi evalwata mill-perspettiva tal-impatt tagħha fuq is-swieq kapitali u mill-perspettiva tal-ġestjoni tad-data. |
|
3.7. |
Huwa importanti li tiġi żgurata konnettività tal-Internet adegwata fl-Unjoni Ewropea kollha sabiex il-kumpaniji kollha jkollhom aċċess għall-ESAP u sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni. Huwa kruċjali li jsir investiment fit-tnaqqis ta’ “żoni bojod” u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati kollha tas-suq tal-kapital ikollhom aċċess għall-ESAP. |
|
3.8. |
L-ESAP għandu jiżgura l-integrità tad-data u l-kredibbiltà tas-sors tal-informazzjoni ppreżentata lill-korpi tal-ġbir. L-evalwazzjoni awtomatizzata tal-informazzjoni għandha tkun sempliċi u faċli għall-utent. L-għoti ta’ aċċess għal informazzjoni valida u adatta u l-protezzjoni tal-konsumaturi għandhom jibqgħu prijoritajiet kontinwi. Il-korpi tal-ġbir għandhom ukoll jiġu mmonitorjati sew u l-protezzjoni tad-data għandha tkun ukoll prijorità kontinwa. |
|
3.9. |
Opportunitajiet aħjar ta’ finanzjament għall-kumpaniji se joħolqu opportunitajiet ġodda għas-suq tal-UE u opportunitajiet ġodda ta’ impjieg. L-ESAP għandu jqis it-tipi kollha ta’ investimenti u atturi tas-suq, inkluż fil-qasam tal-ekonomija soċjali jew tal-finanzjament kollettiv, li għandhom impatt pożittiv fuq l-interess ġenerali, speċjalment għal persuni vulnerabbli. L-ESAP għandu jippermetti funzjonalitajiet li jippermettu lill-persuni b’diżabilità jibbenefikaw minn aċċessibbiltà adatta. |
|
3.10. |
Il-KESE jappoġġja l-fatt li l-użu tal-ESAP, u d-divulgazzjoni ta’ ċerta informazzjoni, se jkunu mingħajr ħlas. Madankollu, l-ispiża tal-liċenzji jew tal-ġbir, tal-ġenerazzjoni u tal-ġestjoni tad-data tista’ tkun għolja. Għandhom jiġu introdotti inċentivi fiskali u sussidji għall-SMEs sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-forniment tad-data, speċjalment għal rapporti obbligatorji. L-investimenti fit-tagħmir tas-software u tal-hardware għal kumpaniji u għal partijiet ikkonċernati oħra tas-suq tal-kapital għandhom jiġu appoġġjati minn fondi tal-UE sabiex jippermettu l-użu adatt tal-ESAP u l-interazzjoni miegħu. Huwa meħtieġ aktar involviment fil-livell tal-Istati Membri f’dan ir-rigward. L-SMEs għandhom ikunu eżentati minn kwalunkwe tariffa, irrispettivament minn kemm tkun qed tiġi ppubblikata informazzjoni. Il-livell tat-tariffi, meta jiġu applikati, għandu jkun trasparenti u għandu jiġu stabbilit f’rabta diretta skont l-ispejjeż tal-ġestjoni tad-data. |
|
3.11. |
L-ESAP għandu jittratta kumpaniji elenkati u mhux elenkati bl-istess mod, irrispettivament mid-daqs jew mill-post ġeografiku. L-ESAP għandu jsir strument li jiġġenera valur miżjud billi jġib aktar effiċjenza fir-rapportar, fit-trasparenza u fil-ġestjoni tad-data. |
|
3.12. |
Il-governanza tal-ESAP għandha tkun ibbażata fuq l-involviment tas-soċjetà ċivili u għandha tinkludi żewġ livelli ta’ struttura ta’ governanza, kif ġej:
|
|
3.13. |
F’kuntest li fih l-iskopertura tal-banek hija għolja, il-fiduċja tal-investitur u d-deċiżjoni li wieħed jinvesti f’kumpaniji li jużaw is-swieq tal-kapital jiddependu mid-disponibbiltà faċli, il-kwalità u l-komparabilità tal-informazzjoni. Sabiex tinħoloq relazzjoni effiċjenti u komprensiva bejn l-emittenti u l-investituri, il-KESE jafferma li l-proċeduri standard huma kruċjali. L-istandardizzazzjoni għandha tinkludi l-istess skadenzi ta’ żmien għad-divulgazzjoni u metodoloġiji għad-data ppubblikata skont il-prinċipju ta’ “l-istess attività, l-istess riskju, l-istess regoli”. |
|
3.14. |
Il-kriżi tal-COVID-19 u l-ħtieġa ta’ rkupru sostenibbli u inklużiv li permezz tiegħu ħadd ma jitħalla jibqa’ lura żiedu l-pressjoni biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Il-ħtieġa tal-kumpaniji għall-fondi u l-investimenti hija fl-ogħla livell li qatt kien hemm. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Għall-KESE, huwa ċar li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali m’għandhiex tkun għażla volontarju għall-benefiċċju ta’ ftit persuni, iżda għandha tkun realtà fl-Istati Membri kollha tal-UE. Għandhom jiġu allokati riżorsi finanzjarji u umani adatti biex jiġi żgurat użu effiċjenti u effettiv tal-ESAP. L-involviment u l-appoġġ tal-Istati Membri u tas-superviżuri nazzjonali sabiex jiġi żgurat li l-ESAP jiġi rikonoxxut bħala strument Ewropew importanti tad-data għall-kumpaniji, għall-investituri u għall-intermedjarji finanzjarji għandhom ikunu prijorità. L-ESAP għandu jiġi promoss fl-Istati Membri kollha, flimkien mal-vantaġġi u l-importanza ta’ dan l-istrument. Il-media soċjali tista’ tintuża għal dan il-għan. |
|
4.2. |
Il-KESE jappoġġja l-fatt li l-Kummissjoni hija lesta li ġġib aktar trasparenza, tagħmel aktar data disponibbli (6) u tappoġġja t-trasformazzjoni diġitali tal-finanzi fis-snin li ġejjin, kif imsemmi fl-Istrateġija għall-Finanzi Diġitali (7). Il-possibbiltà li tiġi aggregata d-data u li jiġu ġġenerati rapporti għandha tiġi integrata fl-ESAP (8). Għandu jkun hemm funzjonalitajiet ta’ tqabbil u ta’ bullettini. L-ESAP jista’ jinkludi forum tal-partijiet ikkonċernati għad-diskussjonijiet, għall-ispjegazzjonijiet u għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki. |
|
4.3. |
Il-KESE jissuġġerixxi li għandu jiġi pprovdut helpdesk dedikat biex jgħin fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni fil-format korrett u biex jiġi żgurat li din tkun tista’ tintuża mil-lat tekniku. L-assistenza pprovduta għandha tinkludi proċeduri komuni u qafas għall-konsistenza, il-komparabilità u l-użu tad-data. Fl-aħħar nett, biex jiġi żgurat proċess kosteffettiv, l-ESAP għandu jaħdem bl-aktar formati tal-fajl komuni, bħal XBRL, PDF, XML, HTML, CSV, TXT u XLS. |
|
4.4. |
Il-KESE jikkunsidra li d-diġitalizzazzjoni u d-data ċentralizzata se jkollhom impatt pożittiv fuq ir-rapportar. Dan se jwassal għal titjib f’testijiet tal-istress u analiżijiet klimatiċi differenti kif ukoll għal identifikazzjoni u monitoraġġ aħjar tal-portafolli tal-istituzzjonijiet finanzjarji b’rabta mal-miri tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima. L-ESAP se jkun għodda li tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta’ riskji potenzjali u għall-ġenerazzjoni ta’ opportunitajiet għall-kumpaniji. L-ESAP jista’ jkun ukoll għodda li tgħin biex tingħata spinta lir-riċerka tal-SMEs fil-livell Ewropew. |
|
4.5. |
Il-KESE jissuġġerixxi li għandu jiġi żgurat li għad-data finanzjarja u għad-data mhux finanzjarja jingħata l-istess livell ta’ importanza f’termini ta’ viżibbiltà u ta’ rilevanza. L-informazzjoni mhux finanzjarja għandha tinkludi – fuq bażi volontarja – data soċjali dwar l-attività ta’ kull kumpanija u l-impjegati tagħha. Id-data li tikkonċerna l-ġestjoni u l-persunal tal-kumpanija ma għandhiex, fuq bażi volontarja, tiġi eskluża (għadd ta’ impjegati, ġeneru, eċċ.). F’dan ir-rigward jistgħu jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi għall-informazzjoni soċjali. |
|
4.6. |
Il-KESE jqis li l-ESAP għandu jkun aktar ambizzjuż. B’mod speċifiku, jenħtieġ li jinżiedu objettivi addizzjonali, li jmorru lil hinn mill-ġbir ta’ data mhix ipproċessata, u jenħtieġ li jinħoloq aktar valur miżjud billi tiġi pproċessata l-informazzjoni minflok li l-ESAP ikun biss għodda ta’ informazzjoni b’punt ta’ aċċess uniku. Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-ESAP se jkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Ir-rwol u l-importanza tal-ESAP huma kruċjali sabiex jiġi żgurat li r-riċerkaturi, l-imsieħba soċjali, l-NGOs, l-akkademiċi u l-analisti jkollhom aċċess akbar, adatt, ġust, ugwali u immedjat għall-informazzjoni. L-ESAP jista’ jappoġġja l-ħolqien ta’ pjattaformi privati ġodda għall-ipproċessar tal-informazzjoni; madankollu, l-ispiża li tirriżulta mill-użu tagħhom u l-aċċess għas-swieq tal-kapital se jibqgħu problema, speċjalment għal investituri żgħar, bħala individwi privati. |
|
4.7. |
Meta jiġu ffaċilitati l-big data, it-tagħlim awtomatiku u l-intelliġenza artifiċjali dawn iwasslu għal effiċjenza akbar fl-użu tal-informazzjoni biex jinħolqu swieq tal-kapital aktar integrati u b’hekk l-ekonomija tal-UE ssir aktar reżiljenti. Ir-rapporti u l-analiżijiet settorjali f’livell territorjali għandhom ikunu għażliet għall-utenti futuri tal-ESAP. Il-verifika u l-iżgurar tal-validità tad-data għandhom jingħataw attenzjoni kostanti. Ir-rapportar u l-ġestjoni tad-data li jikkoinċidu għandhom jiġu mmonitorjati bir-reqqa. Madankollu, il-KESE jikkunsidra li t-twassil ta’ informazzjoni mhux ipproċessata huwa inqas ambizzjuż u mhuwiex biżżejjed għal investituri ġodda li mhumiex familjari mas-swieq tal-kapital li qed jikkunsidraw li jinvestu fihom. |
|
4.8. |
L-ESAP għandu jitnieda mhux biss biex jintlaħaq l-objettiv tas-suq tal-kapital, iżda wkoll biex jintlaħqu objettivi ta’ politika komplementari, bħall-kontribut tal-kumpaniji għall-indikaturi tal-SDGs tan-NU. L-għoti ta’ aċċess lil pajjiżi terzi għad-data jista’ jikkontribwixxi biex jiġi żgurat investiment supplimentari għall-kumpaniji tal-UE fil-futur. L-ESAP għandu jsegwi l-eżempju tal-portal InvestEU u jista’ jappoġġja l-implimentazzjoni b’suċċess tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (9). |
|
4.9. |
Il-KESE jikkunsidra li l-litteriżmu finanzjarju (Azzjoni 7 tal-pjan ta’ azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali) u l-kompetenza diġitali għandhom jiġu implimentati. Huwa meħtieġ ukoll manwal għal-litteriżmu u d-data finanzjarji. Jistgħu jinħarġu u jiġu promossi linji gwida apposta dwar kif wieħed jifhem l-importanza tad-data, u dwar l-użu u l-kondiviżjoni tad-data. Il-fondi tal-FSE+ jistgħu jintużaw f’dan ir-rigward. Għandha tingħata attenzjoni kontinwa għal kundizzjonijiet tax-xogħol tajba u adegwati għall-ħaddiema involuti fil-ġbir u l-ġestjoni tad-data minn diversi kumpaniji jew partijiet ikkonċernati. |
|
4.10. |
Il-KESE jissuġġerixxi li sett minimu ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ekonomiċi, definiti fil-livell tal-UE, u metodoloġija komuni jistgħu jiġu inklużi fl-ESAP biex jiġi żgurat użu aħjar u aktar mifrux. Għandha tiġi żgurata sinerġija ċara mal-Artikolu 8 tat-Tassonomija tal-UE dwar is-sostenibbiltà (10) peress li l-ESAP jinkludi data dwar is-sostenibbiltà. L-ESAP għandu jinkludi spazju apposta għall-istatistika dwar il-Patt Ekoloġiku u għall-kontribut tal-kumpaniji għall-indikaturi tal-Patt Ekoloġiku. |
|
4.11. |
Fl-aħħar nett, il-KESE jixtieq li l-Kummissjoni Ewropea tivvaluta l-merti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni adatti u proporzjonati tal-fornituri ta’ data finanzjarja u data ESG, peress li dawn ser ikomplu jaqdu rwol ewlieni, upstream u downstream, meta l-ESAP isir operattiv. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Azzjoni 1, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji – pjan ta’ azzjoni ġdid, 24.9.2020, COM(2020) 590 final.
(2) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(3) ĠU C 155, 30.4.2021, p. 20.
(4) L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (2020), Rapport dwar Sustainable Finance and the Role of Securities Regulators and IOSCO (Finanzi sostenibbli u r-Rwol tar-Regolaturi tat-Titoli u l-IOSCO) [mhux disponibbli bil-Malti].
(5) https://blogs.imf.org/2019/09/10/a-capital-market-union-for-europe-why-its-needed-and-how-to-get-there
(6) COM(2020) 66 final.
(7) COM(2020) 591 final.
(8) Simili għall-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa.
(9) ĠU C 155, 30.4.2021, p. 20.
(10) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32020R0852&from=MT
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/64 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2015/760 fir-rigward tal-firxa tal-assi u l-investimenti eliġibbli, ir-rekwiżiti tal-kompożizzjoni tal-portafoll u tad-diversifikazzjoni, ir-regoli dwar is-self ta’ flus kontanti u regoli oħrajn tal-fondi u fir-rigward tar-rekwiżiti li jappartjenu għall-awtorizzazzjoni, għall-politiki ta’ investiment u għall-kundizzjonijiet operattivi tal-fondi Ewropej tal-investiment fuq terminu twil”
(COM(2021) 722 final — 2021/0377 (COD))
(2022/C 290/11)
|
Relatur: |
Pierre BOLLON |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 14.2.2022 Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 22.3.2022 |
|
Bażi legali |
Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adottata fis-sezzjoni |
3.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni Plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
111/1/0 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jappoġġja bil-qawwa r-rieżami bbilanċjat propost tar-Regolament dwar il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil, peress li l-format preċedenti tiegħu ma kisibx l-għanijiet b’intenzjoni tajba tiegħu. Bidla fir-riżorsi finanzjarji u fl-iffrankar lejn investimenti fit-tul hija partikolarment meħtieġa għall-irkupru soċjalment inklużiv wara l-COVID-19 u għat-tranżizzjonijiet diġitali u klimatiċi doppji. F’din il-perspettiva, rieżami fil-fond tar-Regolament dwar il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil huwa tabilħaqq essenzjali. Konsegwentement, il-KESE jittama li l-proċess ta’ adozzjoni ma jwassalx għaż-żieda ta’ rekwiżiti regolatorji ġodda li jdgħajfu l-ispinta lejn aktar sempliċità kif ġustament propost mill-Kummissjoni. |
|
1.2 |
“Il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq terminu twil 2” hija proposta f’waqtha u rilevanti li tista’ tagħti spinta sostanzjali lit-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE. Il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq terminu twil huma fondi fit-tul li jibbenefikaw minn “passaport Ewropew”. Dawn se jaqdu rwol sinifikanti fil-finanzjament tat-tranżizzjonijiet klimatiċi u diġitali doppji, fil-bini tal-infrastruttura tat-trasport u dik soċjali, u fil-finanzjament ta’ proġetti ta’ akkomodazzjoni, kif ukoll, naturalment, fil-finanzjament ta’ kumpaniji Ewropej żgħar u ta’ daqs medju, speċjalment dawk innovattivi u negozji ġodda. |
|
1.3 |
Sfortunatament, f’dan l-istadju mhix disponibbli stima preċiża biżżejjed tan-nuqqas globali f’dak li jirrigwarda l-finanzjament fit-tul. Fil-livell Ewropew għad hemm bżonn ta’ ħidma għal stima aħjar, iżda l-ħtieġa ta’ finanzjament hija bla dubju kbira, li tammonta għal diversi triljuni ta’ euro. |
|
1.4 |
B’mod kruċjali, il-KESE jenfasizza bil-qawwa l-importanza li tiġi ffinanzjata t-tranżizzjoni essenzjali lejn ekonomija Ewropea ħafna inqas intensiva fl-użu tal-karbonju (u fl-aħħar mill-aħħar newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju), u tal-“istrateġija għall-finanzjament tat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli”. Jeħtieġ ukoll li tiżdied l-aċċessibbiltà għad-data ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) u dik finanzjarja, b’mod partikolari permezz tal-proġett Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) u, b’mod partikolari, ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni meħtieġa tal-fornituri tad-data. |
|
1.5 |
Il-proposta “Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil 2” tal-Kummissjoni Ewropea fiha titjib immirat fl-investimenti eliġibbli. Dan se jkabbar l-univers tal-investiment tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil u jappoġġja t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività. Dan se jippermettilhom ukoll li jkopru ambitu ġeografiku akbar ta’ investimenti fl-Ewropa. |
|
1.6 |
Il-KESE jappoġġja l-adattament ta’ ostakli dissważivi preċedenti għall-aċċess tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, li bħalissa ma jistgħux jibbenefikaw mir-redditi fuq l-investimenti fit-tul. Il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil għalhekk jikkomplementaw is-suċċess attwali tal-fondi tal-Impriżi ta’ Investiment Kollettiv f’Titoli Trasferibbli (UCITS). Dan huwa pass importanti, aktar u aktar peress li l-protezzjoni tal-investitur hija msaħħa mir-rabta qawwija l-ġdida mal-“valutazzjonijiet tal-adattament” obbligatorji skont id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID II) u l-kjarifika tar-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess. Il-KESE jtenni bil-qawwa wkoll l-appelli numerużi preċedenti tiegħu biex l-edukazzjoni tal-investituri tiġi żviluppata fl-Ewropa kollha. |
|
1.7 |
Il-KESE jkun miftuħ għal Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil “parzjalment miftuħin” (flimkien ma’ dawk tat-tip magħluqin) – jiġifieri Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil li jistgħu jkunu kbar u diversifikati u li jistgħu jippermettu tifdijiet (u sottoskrizzjonijiet) wara perjodu ta’ notifika, sakemm naturalment dawn il-possibbiltajiet jiġu stabbiliti b’mod ċar fid-dokumentazzjoni mogħtija lill-klijenti u ssorveljati mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Bħala għajnuna biex isiru aktar “likwidi”, dawn il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil għandhom ikunu jistgħu jinvestu sa 50 % (u possibbilment aktar minn hekk) f’assi diversifikati li jirrispettaw ir-regoli tal-UCITS. Żieda ulterjuri fil-livell possibbli ta’ investiment f’fondi oħrajn tgħin ukoll b’mod sinifikanti. |
|
1.8 |
Peress li l-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil huma meħtieġa jsegwu strettament ir-regoli stabbiliti f’Regolament Ewropew, azzjoni pożittiva addizzjonali tkun li l-Kummissjoni Ewropea tivvaluta l-mertu u l-fattibbiltà li tippermettilhom jużaw kodiċi tan-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) “.eu”, li jtejjeb id-disponibbiltà u l-viżibbiltà tagħhom bejn il-fruntieri. Rwol b’saħħtu għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji, fil-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja u fil-koordinazzjoni tal-ħidma superviżorja, flimkien ma’ regolaturi nazzjonali attivi, huwa milqugħ tajjeb. |
|
1.9 |
Huwa importanti li tiġi ffaċilitata l-eliġibbiltà tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil għall-kontijiet tat-tfaddil, għall-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja marbuta ma’ unitajiet ta’ investiment, għall-iskemi tat-tfaddil tal-impjegati u, naturalment, għall-mekkaniżmi tal-irtirar bħall-prodott tal-pensjoni personali pan-Ewropew. Fl-istess ħin, il-proposta attwali għal riformulazzjoni tad-Direttiva Solvenza 2 u r-reviżjoni futura tad-Direttiva dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORP) jistgħu jinkludu inċentiv għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet biex jinvestu fil-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil. |
|
1.10 |
Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-investituri Ewropej fil-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-“aħjar trattament tat-taxxa” fuq it-tfaddil tagħhom mogħti mill-pajjiż ta’ residenza tagħhom. L-investituri fit-tul għandhom jibbenefikaw minn regoli tat-taxxa stabbli u ta’ inċentiv fl-Ewropa kollha. |
2. Sommarju tal-proposta tal-Kummissjoni
|
2.1 |
Ir-“Regolament Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil” huwa qafas Ewropew għal fondi ta’ investiment alternattiv (AIFs) li jinvestu f’investimenti fuq terminu twil, bħal proġetti ta’ infrastruttura soċjali u tat-trasport, proprjetà immobbli u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Ir-Regolament Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil jistabbilixxi regoli uniformi dwar l-awtorizzazzjoni, il-politiki tal-investiment u l-kundizzjonijiet tal-operat u l-kummerċjalizzazzjoni tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil. |
|
2.2 |
Il-qafas regolatorju tal-Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil huwa maħsub biex jiffaċilita l-investimenti fuq terminu twil f’dawn it-tipi ta’ assi minn investituri istituzzjonali u fil-livell tal-konsumatur u biex jipprovdi sors alternattiv ta’ finanzjament mhux bankarju lill-ekonomija reali. |
|
2.3 |
Dan ir-rieżami għandu l-għan li jżid l-użu tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil fl-UE kollha għall-benefiċċju tal-ekonomija u l-investituri Ewropej. Dan, min-naħa tiegħu, jappoġġja l-iżvilupp kontinwu tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, li għandha wkoll l-għan li tiffaċilita l-aċċess tal-kumpaniji tal-UE għal finanzjament fit-tul aktar stabbli, sostenibbli u divers. |
|
2.4 |
Mill-adozzjoni tal-qafas legali oriġinali tal-Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil f’April 2015, ġew awtorizzati biss 67 Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil (minn Frar 2022), b’ammont relattivament żgħir ta’ assi netti mmaniġġjati (stmati għal madwar EUR 2,4 biljun fl-2021). Dawn il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil awtorizzati huma domiċiljati f’erba’ Stati Membri biss (il-Lussemburgu, Franza, l-Italja u Spanja), u l-Istati Membri l-oħrajn ma kellhom l-ebda Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil domestiku. |
|
2.5 |
Filwaqt li l-Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil għadu qafas relattivament ġdid, id-data disponibbli tas-suq tindika li l-iżvilupp tas-suq ma żdiedx kif mistenni. |
|
2.6 |
Abbażi tal-evalwazzjoni tal-funzjonament tal-qafas legali tal-Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil u r-rispons tal-partijiet ikkonċernati, il-vantaġġi tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil jitnaqqsu mir-regoli restrittivi tal-fond u l-ostakli għall-aċċess għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, li l-effett ikkombinat tagħhom inaqqas l-utilità, l-effettività u l-attraenza tal-qafas legali tal-Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil għall-maniġers u l-investituri. Dawn ir-restrizzjonijiet huma l-fatturi ewlenin għan-nuqqas tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil li jespandu b’mod sinifikanti u jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom biex jidderieġu l-investimenti lejn l-ekonomija reali. |
|
2.7 |
F’dan ir-rigward, ir-rieżami tal-qafas regolatorju tal-Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil ifittex li jaċċellera l-aċċettazzjoni u jtejjeb l-attraenza tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil billi jagħmel bidliet immirati fir-regoli tal-fond. Dan ifisser b’mod speċjali t-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-assi u l-investimenti eliġibbli, li jippermettu regoli aktar flessibbli dwar il-fondi li jinkludu l-faċilitazzjoni ta’ strateġiji “fond ta’ fond”, u t-tnaqqis tal-ostakli mhux ġustifikati li jipprevjenu lill-investituri fil-livell tal-konsumatur milli jaċċessaw il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil, b’mod partikolari r-rekwiżit ta’ investiment inizjali ta’ EUR 10 000 u r-rekwiżit ta’ limitu massimu aggregat ta’ 10 % għal dawk l-investituri fil-livell tal-konsumatur li l-portafolli finanzjarji tagħhom huma inqas minn EUR 500 000. |
|
2.8 |
Barra minn hekk, il-proposta għandha l-għan li tagħmel l-istruttura tal-Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil aktar attraenti billi tillaxka regoli magħżula tal-fondi għall-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil distribwiti biss lill-investituri professjonali. Ir-rieżami tal-qafas legali tal-Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil jintroduċi wkoll mekkaniżmu fakultattiv ta’ tieqa ta’ likwidità biex jipprovdi aktar likwidità lill-investituri tal-Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil u lill-investituri sottoskritti ġodda mingħajr il-ħtieġa ta’ prelevament mill-kapital tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil. Il-proposta tfittex ukoll li tiżgura li jkun hemm fis-seħħ salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tal-investituri. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-KESE jappoġġja bil-qawwa r-rieżami bbilanċjat propost tar-Regolament dwar il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil, peress li l-format preċedenti tiegħu ma kisibx l-għanijiet b’intenzjoni tajba tiegħu. Dan ir-rieżami li ntlaqa’ tajjeb, diġà tfaħħar fl-Opinjoni tal-KESE dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (1) bħala l-pedament tal-pjan ta’ azzjoni l-ġdid tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. |
|
3.2 |
Tabilħaqq, lil hinn mit-titjib fl-effiċjenza u s-sikurezza tas-swieq kapitali Ewropej, bidla fir-riżorsi finanzjarji u fl-iffrankar fir-rigward tal-investimenti fit-tul hija partikolarment meħtieġa għall-irkupru soċjalment inklużiv “wara l-COVID-19” u għat-tranżizzjonijiet diġitali u klimatiċi doppji. F’din il-perspettiva, rieżami fil-fond tar-Regolament dwar il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil huwa tabilħaqq essenzjali. Konsegwentement, il-KESE jittama li l-proċess ta’ adozzjoni ma jwassalx għaż-żieda ta’ rekwiżiti regolatorji ġodda li jdgħajfu l-ispinta lejn aktar sempliċità kif ġustament propost mill-Kummissjoni. |
|
3.3 |
Il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil huma fondi fit-tul li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati u sottoskritti bejn il-fruntieri madwar l-Unjoni, peress li għandhom “passaport Ewropew”. Dawn se jkunu jistgħu jaqdu rwol sinifikanti fil-bini tal-infrastruttura (bħat-trasport u l-enerġija), fl-aġġornament tal-akkomodazzjoni, fil-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp u, naturalment, fil-finanzjament ta’ kumpaniji Ewropej żgħar u ta’ daqs medju u negozji ġodda (investimenti li ġeneralment ma jibbenefikawx mil-likwidità pprovduta minn elenkar fis-swieq finanzjarji), u b’hekk jippromovu l-ħolqien tal-impjiegi. |
|
3.4 |
B’mod kruċjali, il-KESE jenfasizza bil-qawwa wkoll l-importanza li tiġi ffinanzjata t-tranżizzjoni essenzjali lejn ekonomija Ewropea inklużiva u ħafna inqas intensiva fl-użu tal-karbonju (u fl-aħħar mill-aħħar newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju), u tal-“Istrateġija Ewropea għall-finanzjament tat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli”, b’mod partikolari d-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà u t-“tassonomija” soċjali prevista. Jeħtieġ ukoll li tiżdied l-aċċessibbiltà għad-data ESG u dik finanzjarja, b’mod partikolari permezz tal-proġett Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) u, b’mod partikolari, ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni meħtieġa tal-fornituri tad-data. Il-ħidma fuq it-tikketti ESG għandha titħaffef ukoll biex tipprovdi gwida lill-investituri tal-Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil. |
|
3.5 |
Il-Proposta “Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil 2” tal-Kummissjoni Ewropea, li hija kkalibrata sew u proporzjonata, bir-raġun fiha titjib immirat fl-investimenti eliġibbli li se jippermetti appoġġ aktar b’saħħtu għat-tkabbir u l-kompetittività permezz tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil. Għalhekk, għadd sinifikanti minnhom se jkunu aktar diversifikati, peress li l-univers tal-investiment tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil se jitwessa’, u b’hekk se jiżdied l-għadd ta’ opportunitajiet. Oħrajn se jkunu aktar ikkonċentrati, b’enfasi fuq investimenti ewlenin. Il-bidliet se jippermettu wkoll lill-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil ikopru ambitu ġeografiku akbar ta’ investimenti fl-Ewropa. |
|
3.6 |
Il-KESE jappoġġja l-adattament ta’ ostakli dissważivi preċedenti għall-aċċess tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil għall-investituri fil-livell tal-konsumatur. Minħabba l-ammont kbir ta’ ffrankar li llum ma jistax jibbenefika mir-redditi fuq investimenti fit-tul, dan huwa pass importanti, speċjalment f’kuntest ta’ rati tal-imgħax baxxi (għalkemm f’xi każijiet qed jiżdiedu) u ta’ pressjonijiet inflazzjonarji. F’termini ta’ protezzjoni tal-investituri, l-għoti ta’ spettru usa’ ta’ assi eliġibbli u strateġiji ta’ investiment huwa ta’ importanza kbira u se jkun aktar effiċjenti mir-restrizzjonijiet dettaljati mill-2015, li kellhom l-iżvantaġġ li jillimitaw serjament l-offerta ta’ fondi lill-investituri, kemm istituzzjonali kif ukoll fil-livell tal-konsumatur. Il-KESE jilqa’ r-rabta qawwija l-ġdida mal-“valutazzjonijiet tal-adattament” obbligatorji skont id-Direttiva MiFID II kif ukoll il-kjarifika tar-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess. Il-KESE jtenni bil-qawwa wkoll l-appelli numerużi preċedenti tiegħu biex l-edukazzjoni tal-investituri tiġi żviluppata fl-Ewropa kollha. |
|
3.7 |
Tip wieħed ta’ Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil għandu karatteristiċi li jagħmluhom simili għal fondi “magħluqin”. Għal dawn, il-mod klassiku biex jipprovdu likwidità lill-investituri huwa, kif propost, “mekkaniżmi ta’ tieqa” fakultattivi permezz ta’ mekkaniżmi ta’ negozjar sekondarji, iżda dawn il-mekkaniżmi ħafna drabi huma diffiċli jew saħansitra impossibbli biex ikunu implimentati, b’mod partikolari meta l-“ġeneraturi tas-suq” huma skarsi (riskju enfasizzat fl-Opinjoni tal-KESE tas-16 ta’ Ottubru 2013 li sfortunatament sar reali). |
|
3.8 |
Din hija r-raġuni għaliex, flimkien ma’ dawn il-“Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil magħluqin”, il-KESE jinsab miftuħ ukoll għal Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil “parzjalment miftuħin” (2), jiġifieri Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil li jistgħu jkunu kbar u diversifikati u jistgħu perjodikament (pereżempju darbtejn fis-sena) jippermettu tifdijiet (kif ukoll sottoskrizzjonijiet) wara perjodu ta’ avviż (pereżempju ta’ 90 jum), sakemm naturalment dawn il-possibbiltajiet jiġu stabbiliti b’mod ċar mill-maniġer tal-Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil fid-dokumentazzjoni mogħtija lill-klijenti u ssorveljata mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Il-proposta tal-Kummissjoni li tipprovdi ċarezza addizzjonali fl-Istandards Tekniċi Regolatorji fir-rigward tal-perċentwal ta’ rtirar tat-tifdija hija l-ewwel pass pożittiv fid-direzzjoni t-tajba li għandu jiġi segwit minn oħrajn. Biex jgħinuhom isiru aktar “likwidi”, il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil parzjalment miftuħin għandhom ikunu jistgħu jinvestu sa 50 % (u possibbilment aktar minn hekk) f’assi diversifikati li jirrispettaw ir-regoli tal-UCITS. Iż-żidiet ulterjuri fil-livell possibbli ta’ investiment f’fondi oħrajn jgħinu wkoll b’mod sinifikanti. |
|
3.9 |
Il-KESE jixtieq jara li l-fondi miġbura permezz tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil essenzjalment jiġu investiti fl-ekonomija tal-UE, fil-kuntest ta’ kompetizzjoni ħarxa fil-livell globali u tal-ħtieġa li jiġu ffinanzjati t-tranżizzjonijiet doppji. Sfortunatament, f’dan l-istadju mhix disponibbli stima preċiża biżżejjed tan-nuqqas f’dak li jirrigwarda l-finanzjament fit-tul. Għalhekk għad hemm bżonn ta’ ħidma fil-livell Ewropew għal stima aħjar, iżda l-ħtieġa ta’ finanzjament hija bla dubju kbira, li tammonta għal diversi triljuni ta’ euro (perċentwal baxx b’ċifra waħda tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-UE) jekk wieħed iżid il-ħtiġijiet għall-klima u s-sostenibbiltà, għall-ekwità u l-SMEs innovattivi u n-negozji ġodda, għall-infrastruttura tat-trasport u, b’mod importanti, għall-infrastruttura soċjali. |
|
3.10 |
Peress li l-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil huma meħtieġa jsegwu strettament ir-regoli stabbiliti f’Regolament Ewropew, azzjoni pożittiva addizzjonali tkun li l-Kummissjoni Ewropea tivvaluta l-mertu u l-fattibbiltà li tippermettilhom jużaw kodiċi ISIN “.eu”, li jtejjeb id-disponibbiltà u l-viżibbiltà tagħhom bejn il-fruntieri. Il-KESE jilqa’, f’dan ir-rigward, it-tisħiħ tar-reġistru tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil propost mill-Kummissjoni. Il-KESE jappella għall-istabbiliment u l-infurzar ta’ regoli ċari għall-UE kollha, taħt rwol ta’ tmexxija effettiv għall-ESMA u b’kooperazzjoni dovuta minn regolaturi nazzjonali attivi. Ir-regoli jridu, b’mod partikolari, jiżguraw li l-maniġers tal-Fond Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil jinkorporaw għodod adegwati għall-ġestjoni tal-likwidità fil-fondi li jniedu u jipprovdu wkoll informazzjoni ċara u preċiża dwar it-tariffi u r-riskji, kif diġà pprovdut mir-Regolament dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) u l-leġiżlazzjonijiet tal-MiFID. |
|
3.11 |
Huwa importanti li tiġi ffaċilitata l-eliġibbiltà tal-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil għall-kontijiet tat-tfaddil, għall-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja marbuta ma’ unitajiet ta’ investiment, għall-iskemi tat-tfaddil tal-impjegati u, naturalment, għall-mekkaniżmi tal-irtirar bħall-prodott tal-pensjoni personali pan-Ewropew. Fl-istess ħin, il-proposta attwali għal riformulazzjoni tad-Direttiva Solvenza 2 u r-reviżjoni futura tad-Direttiva IORP jistgħu jinkludu inċentiv għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet biex jinvestu fil-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil. |
|
3.12 |
Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-investituri Ewropej fil-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-“aħjar trattament tat-taxxa” fuq it-tfaddil tagħhom mogħti mill-pajjiż ta’ residenza tagħhom. Sfortunatament, f’ħafna pajjiżi Ewropej, ħafna drabi t-tfaddil fuq medda qasira ta’ żmien f’assi likwidi huwa fil-preżent iffavorit mil-lat fiskali, u jibgħat messaġġ ħażin lill-investituri li jkun aħjar li “jippreferu l-likwidità” anke meta jistgħu jkunu aktar orjentati fit-tul. Fi kwalunkwe każ, l-investituri fit-tul għandhom jibbenefikaw minn regoli tat-taxxa stabbli u li jservu ta’ inċentiv. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 155, 30.4.2021, p. 20.
(2) Kif inhu previst bħalissa fl-iskema li jmiss tal-Fond ta’ Assi fit-Tul (Long Term Asset Fund) fir-Renju Unit. Il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu għar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni kienu tal-l-istess fehma (ara p. 73).
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/68 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 fir-rigward tat-tisħiħ tat-trasparenza tad-data tas-suq, l-eliminazzjoni ta’ ostakli għall-emerġenza ta’ tape konsolidat, l-ottimizzazzjoni tal-obbligi ta’ negozjar u l-projbizzjoni li jiġi riċevut pagament għat-trażmissjoni tal-ordnijiet tal-klijenti”
(COM(2021) 727 final — 2021/0385 (COD))
(2022/C 290/12)
|
Relatur: |
Jörg Freiherr FRANK VON FÜRSTENWERTH |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 3.2.2022 Parlament Ewropew, 27.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adottata fis-sezzjoni |
3.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
210/0/4 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea, kif ħabbret fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali tal-2020 (1) tagħha, ressqet Proposta fil-ħin biex tistabbilixxi tapes konsolidati għal kull klassi ta’ assi ta’ ishma, fondi nnegozjati fil-borża, bonds u strumenti derivattivi finanzjarji. Dan huwa pass ieħor lejn it-twettiq tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Il-KESE jappoġġja l-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
1.2. |
Il-KESE jtenni għal darb’oħra li l-ħolqien tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali huwa prijorità u prerekwiżit importanti għall-ħolqien ta’ suq uniku ġenwin, biex jingħelbu l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 u għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli fl-Ewropa. |
|
1.3. |
Il-KESE jilqa’ l-Proposta għal Regolament għall-introduzzjoni tat-tapes konsolidati Ewropej u l-miżuri ta’ akkumpanjament. Jekk jiġu implimentati tajjeb, dawn se jżidu b’mod sinifikanti t-trasparenza u d-disponibbiltà tad-data tas-suq, jarmonizzaw il-kundizzjonijiet qafas regolatorji tal-postijiet tal-eżekuzzjoni u jsaħħu s-swieq kapitali Ewropej. It-trasparenza konsolidata se tnaqqas b’mod sinifikanti l-konsegwenzi tal-frammentazzjoni li għadha għolja tas-swieq kapitali Ewropej. |
|
1.4. |
Il-KESE jagħti importanza kbira lill-iżgurar ta’ aċċess liberu u nondiskriminatorju għad-data tas-suq għal kulħadd, b’mod partikolari, naturalment, għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u, b’mod aktar ġenerali, għall-investituri fil-livell tal-konsumatur. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tnaqqas l-asimmetriji eżistenti fir-rigward tal-informazzjoni. |
|
1.5. |
Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea twettaq aktar attivitajiet fil-kuntest tal-ħolqien tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali biex tkompli tiżviluppa l-kultura ta’ ekwità, li fl-Ewropa hija varjata ferm. Apparti r-regoli li jnisslu fiduċja fil-protezzjoni preventiva tal-konsumatur, dawn jinkludu wkoll, b’mod partikolari, miżuri biex tittejjeb l-edukazzjoni tal-konsumatur. Il-KESE jistieden ukoll lill-Kummissjoni Ewropea tagħti importanza kbira lill-aspetti tas-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-miżuri kollha biex tinħoloq Unjoni tas-Swieq Kapitali. Dan jinkludi l-iżgurar li r-riżorsi umani tas-superviżuri Ewropej u dawk nazzjonali jirriflettu l-kompiti miżjuda. |
|
1.6. |
Dwar il-kwistjoni kontroversjali tal-projbizzjoni fuq ir-riċeviment ta’ pagamenti għat-trażmissjoni ta’ ordnijiet tal-klijenti għal skopijiet ta’ eżekuzzjoni (ħlas għal fluss tal-ordnijiet (Payment for Order Flow, PFOF)), il-KESE jirrakkomanda t-tisħiħ tal-prinċipju li ġej: l-intermedjarji finanzjarji għandhom jagħżlu ċ-ċentru tan-negozjar jew il-kontroparti għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet tal-klijenti tagħhom esklużivament mill-perspettiva tal-kisba tal-aħjar eżekuzzjoni għall-klijent tagħhom. Il-KESE jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea li r-rimunerazzjoni tanġibbli jew intanġibbli tal-intermedjarji finanzjarji minn ċentri tan-negozjar jew kontropartijiet għat-trasferiment ta’ ordnijiet ta’ eżekuzzjoni hija fundamentalment opposta għal dan. |
2. Kuntest tal-Opinjoni
|
2.1. |
Fil-25 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat pakkett ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (il-pakkett tas-CMU). Il-pakkett jikkonsisti f’Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u erba’ atti legali (2). Is-suġġett ta’ din l-Opinjoni huwa r-reviżjoni, — bħala parti mill-pakkett tas-CMU — tar-Regolament dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFIR) (3), li essenzjalment jistabbilixxi r-regoli għall-infrastruttura tas-suq finanzjarju u, flimkien mad-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (4) (MiFID II), jipprovdi l-qafas regolatorju għall-forniment ta’ servizzi ta’ investiment. |
3. Kummenti ġenerali
3.1. Preżentazzjoni tal-Proposta
|
3.1.1. |
Karatteristika komuni tal-proposti deskritti fil-pakkett tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali hija li dawn għandhom l-għan li jżidu t-trasparenza fis-swieq kapitali Ewropej li għadhom frammentati. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jilqa’ dan l-objettiv, peress li Unjoni tas-Swieq Kapitali mhux se tirnexxi mingħajr trasparenza tajba u data affidabbli u faċilment disponibbli. L-emendi proposti għar-Regolament dwar is-Swieq tal-Istrumenti Finanzjarji (MiFIR) huma importanti ferm f’dan ir-rigward. Primarjament, l-emendi proposti huma relatati mal-infrastruttura tas-suq, peress li r-regoli dwar il-protezzjoni tal-investituri kienu diġà koperti mis-“soluzzjoni ta’ malajr” tal-MiFID fil-bidu tal-2021 fl-isfond tal-pandemija tal-COVID-19 (5). |
|
3.1.2. |
Għalhekk, l-akbar trasparenza possibbli tas-swieq tat-titoli hija meħtieġa wkoll, sabiex jiġi pprovdut aċċess aħjar għas-swieq kapitali għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u għall-investituri fil-livell tal-konsumatur b’mod aktar ġenerali. Huwa minnu li bħalissa l-pjattaformi ta’ eżekuzzjoni kollha diġà huma meħtieġa jippubblikaw informazzjoni dwar, pereżempju, il-volum, il-ħin u l-prezz tat-tranżazzjonijiet. Madankollu, il-ġbir ta’ din id-data b’mod konsolidat — filwaqt li jipprovdi ħarsa ġenerali reali tas-suq — huwa possibbli biss għal ditti kbar tat-titoli, u unikament bi spiża finanzjarja konsiderevoli. Għalhekk, illum ħadd ma jista’ jkun ċert li verament qed jikseb l-aħjar prezz. Madankollu, l-aċċess faċli għal data affidabbli tas-suq huwa assolutament kruċjali. Dan japplika wkoll b’mod partikolari għal informazzjoni b’rabta mas-sostenibbiltà, li hija essenzjali sabiex jinħolqu swieq finanzjarji sostenibbli fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, u għandha rwol dejjem aktar importanti. Hawnhekk teżisti rabta sostantiva importanti mal-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew u mal-għoti semplifikat ta’ informazzjoni b’rabta mas-sostenibbiltà (l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli). |
|
3.1.3. |
Data tas-suq rapida, affidabbli u aċċessibbli faċilment se tippromovi wkoll lill-kompetizzjoni bejn iċ-ċentri tan-negozjar permezz tat-trasparenza li ġġib magħha, peress li, f’kundizzjonijiet ta’ trasparenza, it-tranżazzjonijiet ta’ titoli jsiru fejn jinkiseb l-aħjar prezz u fejn il-likwidità hija għolja. It-trasparenza hija wkoll aspett essenzjali għall-investituri fil-livell tal-konsumatur u l-investituri istituzzjonali fir-rigward tal-kriptoassi fis-sistema tat-tapes konsolidati Ewropej. |
|
3.1.4. |
It-tapes konsolidati Ewropej — wieħed għal kull klassi ta’ assi (ishma, fondi nnegozjati fil-borża, bonds u strumenti derivattivi finanzjarji) — huma għodda essenzjali biex jitnaqqsu l-asimetriji eżistenti fl-informazzjoni. Dawn jistgħu jgħinu wkoll biex titnaqqas id-dominanza ta’ negozjar ta’ frekwenza għolja. Il-KESE jilqa’ l-kompetizzjoni fl-infrastruttura tas-suq. Għall-Kumitat, huwa importanti li l-kompetizzjoni tkun ġusta u li sseħħ b’kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. L-arbitraġġ regolatorju bejn iċ-ċentri tan-negozjar għandu jiġi eskluż. Filwaqt li r-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (EMIR), bħala regolament, huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri, huwa essenzjali li l-Kummissjoni Ewropea tissorvelja mill-qrib l-atti leġiżlattivi nazzjonali li jakkumpanjawh u l-implimentazzjoni prattika tagħhom, kif ukoll il-prattiki superviżorji nazzjonali, bil-ħsieb li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, u, fejn meħtieġ, tistieden lill-Istati Membri jagħmlu aġġustamenti u jippenalizzaw il-każijiet ta’ ksur. |
|
3.1.5. |
L-introduzzjoni tat-tapes konsolidati — jiġifieri bażijiet tad-data ċentralizzati li jipprovdu aċċess faċli u mhux diskriminatorju għal data konsolidata tas-suq għall-investituri kollha (maniġers tal-assi żgħar u kbar, fondi tal-pensjonijiet, investituri fil-livell tal-konsumatur) kif ukoll l-intermedjarji finanzjarji kollha, kemm jekk kbar kif ukoll jekk żgħar — se tnaqqas il-vantaġġ tal-informazzjoni li għandhom il-fornituri l-kbar, tiffaċilita b’mod sinifikanti l-aċċess għas-swieq finanzjarji, u b’hekk tagħmilhom aktar effiċjenti fil-futur. |
|
3.1.6. |
It-tapes konsolidati Ewropej jistgħu jgħinu wkoll biex tiġi miġġielda l-volatilità eċċessiva, bħal żidiet, jew tnaqqis, qawwija fil-prezzijiet, permezz tal-ħolqien ta’ trasparenza msaħħa. |
|
3.1.7. |
Fil-fehma tal-KESE, it-trasparenza maħluqa mit-tapes konsolidati u l-aċċess aktar faċli għad-data tas-suq, inkluż għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, ma jissostitwixxux il-ħtieġa li jinżamm livell strutturat tajjeb ta’ protezzjoni tal-investitur. L-aċċess iffaċilitat għad-data għall-investituri fil-livell tal-konsumatur ifakkarna fil-ħtieġa biex insaħħu l-isforzi biex niżguraw edukazzjoni suffiċjenti għall-konsumatur dwar l-affarijiet finanzjarji sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom fl-opportunitajiet u r-riskji tas-swieq kapitali b’mod responsabbli. |
|
3.1.8. |
Il-ħolqien tat-tapes konsolidati huwa wkoll pass kbir ’il quddiem fil-qasam tal-etika tad-data, li qed isir dejjem aktar importanti f’dinja diġitalizzata, fejn id-data hija oġġett kummerċjali u l-muftieħ għall-parteċipazzjoni fil-ħajja ekonomika u soċjali. Il-KESE huwa favur l-aċċess mhux diskriminatorju għad-data tas-suq. Il-Kumitat jilqa’ l-fatt li l-introduzzjoni ta’ tape konsolidat tiżgura, b’mod partikolari, li n-negozji ż-żgħar u l-konsumaturi jkollhom aċċess għal data essenzjali, li altrimenti ma tkunx aċċessibbli minħabba nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji. L-introduzzjoni tat-tapes konsolidati għalhekk hija rispons għall-ħtieġa ta’ aċċess etiku għall-informazzjoni fis-swieq finanzjarji. |
|
3.1.9. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea bbażat il-proposti tagħha fuq diskussjonijiet intensivi dwar l-impatt tagħhom fuq is-suq, kemm fuq il-postijiet tan-negozjar Ewropej kif ukoll fuq il-kompetizzjoni internazzjonali. Il-Kumitat jilqa’ wkoll il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea qed tippjana l-evalwazzjoni sussegwenti tar-regoli l-ġodda. |
3.2. Tapes konsolidati Ewropej, Artikoli 22 u 27 tal-Proposta tal-MiFIR
|
3.2.1. |
Il-KESE jtenni l-appoġġ (6) tiegħu għall-Proposta tal-Kummissjoni li tintroduċi tapes konsolidati Ewropej. Jekk jiġu implimentati tajjeb mil-lat tekniku, dawn jippermettu li l-parteċipanti kollha fis-suq ikollhom aċċess kważi f’ħin reali għad-data dwar in-negozjar — dwar l-ishma, il-fondi nnegozjati fil-borża, il-bonds u l-istrumenti derivattivi finanzjarji — miċ-ċentri tan-negozjar kollha tal-UE. Għaldaqstant, it-tapes konsolidati Ewropej huma mistennija li jagħtu kontribut sinifikanti biex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tas-suq. Madankollu, is-suċċess tat-tapes konsolidati Ewropej se jiddependi b’mod kruċjali mill-implimentazzjoni prattika tagħhom (l-obbligu li tiġi pprovduta data, l-istandards tad-data, l-aċċess għad-data, il-kwalità tad-data, is-sigurtà tad-data, il-protezzjoni tad-data [fejn rilevanti], l-indirizzar tal-problemi ta’ trasparenza fl-assenjazzjoni ta’ numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli [ISIN] għall-istrumenti derivattivi finanzjarji u l-identifikazzjoni unika tad-derivattivi tul ħajjithom [u mhux fuq bażi ta’ kuljum], l-użu ta’ teknoloġiji tal-ogħla livell, ir-reżiljenza operazzjonali, u aċċess faċli u kosteffettiv). |
|
3.2.2. |
Biex jirnexxu, il-fornituri tad-data kollha — kemm jekk ikunu boroż jew banek, fornituri konvenzjonali tad-data jew FinTechs — iridu jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti stretti ta’ kwalità fuq bażi mhux diskriminatorja. Barra minn hekk, data ta’ kwalità u struttura ta’ governanza soda huma prerekwiżiti essenzjali ulterjuri għas-suċċess. Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li l-kwalità tad-data u l-governanza tas-sistema tat-tapes konsolidati jiġu mmonitorjati kontinwament u, fejn meħtieġ, jiġu riveduti. |
|
3.2.3. |
Il-KESE jappoġġja l-Proposta bbilanċjata sew biex l-ESMA tingħata rwol ċentrali fil-monitoraġġ kontinwu tat-tapes konsolidati Ewropej. Il-KESE jittama li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) — u s-superviżuri nazzjonali fil-qasam tas-superviżjoni tat-titoli — jiġu pprovduti wkoll bir-riżorsi umani, finanzjarji u materjali meħtieġa għal dan il-għan. |
|
3.2.4. |
Il-proċeduri tal-għażla għal operatur wieħed tat-tapes konsolidati għal kull klassi ta’ assi huma importanti ferm. Għall-KESE huwa importanti li l-proċeduri tal-għażla jkunu bla xkiel u trasparenti. Dan huwa prinċipalment dovut għall-fatt li l-ewwel operaturi tat-tapes konsolidati se jkollhom vantaġġ kompetittiv sinifikanti f’sejħa għall-offerti ġdida wara ħames snin. Għaldaqstant ikun tajjeb li s-sejħiet għall-offerti jindirizzaw ambjent kompetittiv wiesa’. Il-Kumitat jilqa’ l-fatt li l-kriterji tal-għażla huma stabbiliti fid-dettall u li r-rekwiżiti organizzattivi għall-fornituri tat-tapes konsolidati huma definiti wkoll. Il-KESE huwa favur approċċ li permezz tiegħu l-fornituri tat-tapes konsolidati jippubblikaw statistika dwar il-prestazzjoni u rapporti dwar inċidenti b’rabta mal-kwalità tad-data, mingħajr ħlas, fuq is-sit web tagħhom fi tmiem kull trimestru. |
|
3.2.5. |
Għall-fornituri ta’ servizzi ta’ investiment, it-tapes konsolidati Ewropej se jkunu wkoll pass essenzjali u għodda li permezz tagħha jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligu tagħhom ta’ “l-aħjar eżekuzzjoni” (l-Artikolu 27(2) tal-MiFID II) b’mod aktar infurmat, usa’ u aktar sempliċi. B’mod partikolari għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, il-kriterju ewlieni se jkun il-kisba tal-aħjar prezz. Madankollu, il-KESE jenfasizza, bħala miżura ta’ prekawzjoni, li s-sistemi ta’ pubblikazzjoni Ewropej stabbiliti m’għandhomx jissostitwixxu l-prinċipju tal-aħjar eżekuzzjoni. |
|
3.2.6. |
It-tapes konsolidati Ewropej jistgħu jkunu effettivi biss jekk id-diversi pjattaformi ta’ eżekuzzjoni fis-suq ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. Għalhekk, il-KESE jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea li għandhom l-għan li jiżguraw trasparenza sħiħa tal-pjattaformi ta’ negozjar, u b’mod partikolari l-projbizzjoni ta’ “dark pools”, fejn in-negozjanti ma jkunu soġġetti għall-ebda rekwiżit ta’ trasparenza. |
3.3. L-obbligu taċ-ċentru tan-negozjar għall-istrumenti derivattivi finanzjarji, Artikolu 28 tal-Proposta tal-MiFIR
|
3.3.1. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea tikkoreġi żball sistematiku li rriżulta bil-pubblikazzjoni tal-EMIR Refit. Fil-futur, il-kontropartijiet finanzjarji żgħar se jkunu legalment eżentati mill-obbligu taċ-ċentru tan-negozjar u — kif diġà kien il-każ — mill-obbligu tal-ikklirjar. |
3.4. Ċentru tan-negozjar għall-ishma, Artikolu 23 tal-Proposta tal-MiFIR
|
3.4.1. |
Il-Proposta tillimita l-obbligu taċ-ċentru tan-negozjar għall-ishma fir-rigward tal-assi b’numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) mill-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, anki dawn huma eżentati mill-obbligu taċ-ċentru tan-negozjar meta n-negozjar iseħħ barra mill-Unjoni Ewropea fil-munita lokali. Il-Proposta hija ta’ benefiċċju mill-perspettiva ta’ investitur, peress li, fil-każ ta’ assi b’ċentru tan-negozjar barra mill-Unjoni Ewropea, l-aħjar prezzijiet x’aktarx li jinkisbu wkoll f’dak il-post. Dan japplika wkoll, u b’mod partikolari, għal assi li għandhom ISIN tal-UE, iżda li huma prinċipalment innegozjati fil-lira sterlina fil-Borża ta’ Londra. Għalhekk, il-KESE jaqbel b’mod espliċitu mal-proposta. |
3.5. Ħlas għal fluss tal-ordnijiet (PFOF), Artikolu 39(a) tal-proposta tal-MiFIR
|
3.5.1. |
Il-proposta tipprojbixxi l-mudell ta’ remunerazzjoni magħruf bħala PFOF, fejn l-intermedjarji finanzjarji jirċievu tariffi mill-imsieħba kummerċjali tagħhom bi skambju biex jidderieġu n-negozju tal-klijenti tagħhom lejn dak l-imsieħeb kummerċjali. Prinċipalment, il-PFOF huwa mudell ta’ finanzjament għas-sensara online, li ħafna drabi huwa alternattiva rħisa għall-kummerċ tradizzjonali għall-investituri fil-livell tal-konsumatur. B’mod partikolari, fil-każ ta’ sensara b’“kummissjoni żero”, il-prattika hija li l-klijenti jintalbu biss tariffa żgħira għall-ordni u li jinkiseb dħul (għas-sensar) minn ribassi fiċ-ċentru tan-negozjar. F’ħafna każijiet, l-ordnijiet kollha għan-negozjar jkunu kkonċentrati fuq imsieħeb kummerċjali wieħed. Dawn ir-“ribassi” ma jiġux żvelati lill-klijenti. Il-KESE jaqbel mal-ESMA (7) li din il-prattika hija inkompatibbli mal-obbligu tal-aħjar eżekuzzjoni u t-trasparenza meħtieġa tal-prezzijiet. Min-naħa l-oħra, dawn is-sensara online joffru aċċess irħis u b’livell limitu baxx fir-rigward tas-servizzi ta’ investiment, speċjalment għall-investituri fil-livell tal-konsumatur. Il-Kumitat iqis li huwa essenzjali li jiġu żgurati trasparenza ugwali fl-ispejjeż u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn il-FinTechs u l-fornituri konvenzjonali. Il-KESE jirrakkomanda li tingħata attenzjoni partikolari lil din il-kwistjoni fl-istadji sussegwenti tal-proċess leġiżlattiv. |
|
3.5.2. |
Fil-fehma tal-KESE, ser ikun meħtieġ ukoll li jiġi diskuss jekk, minkejja t-tħassib legali (l-aħjar eżekuzzjoni possibbli), il-PFOFs jistgħu ma jkunux mixtieqa minħabba l-istruttura tas-suq, sempliċement minħabba l-fatt li se jiddevjaw wisq volum ta’ negozjar mill-boroż u b’hekk jipperikolaw il-funzjonament globali tal-boroż. Tnaqqis fil-likwidità tas-suq ikun totalment kuntrarju għall-għanijiet tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. B’mod partikolari, dan ikun ta’ ħsara serja għat-trasparenza meħtieġa tas-suq (b’mod partikolari t-trasparenza ta’ qabel in-negozjar) u jkollu impatt negattiv fuq il-klijenti. |
3.6. L-aħjar eżekuzzjoni
|
3.6.1. |
Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tneħħi l-obbligu, stabbilit fl-Artikolu 27(1) tal-MiFID II, li ċ-ċentri tal-eżekuzzjoni jippubblikaw informazzjoni dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet. Din il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea tagħmel sens peress li huwa komunement aċċettat li l-investituri, fil-prattika, ma użawx ir-rapporti bħala sors utli ta’ informazzjoni, u li l-informazzjoni ta’ wara n-negozjar dwar it-tranżazzjonijiet se tkun disponibbli wkoll permezz tat-tapes konsolidati Ewropej. Il-KESE dan jifhmu u jappoġġjah. |
|
3.6.2. |
Madankollu, ma jagħmilx sens li l-ESMA bħalissa qed twettaq konsultazzjonijiet dwar l-adattament tal-istandards tekniċi regolatorji (RTS 27 u RTS 28) li jesprimu b’mod konkret id-dispożizzjoni li l-Kummissjoni Ewropea, fil-proposta li ppreżentat, qed tipproponi li tħassar (Artikolu 27(2) tal-MiFID II). Barra minn hekk, dan mhux biss ma jagħmilx sens, iżda jpoġġi wkoll piż amministrattiv żejjed u bla bżonn fuq il-partijiet ikkonċernati. Fl-interess ta’ prattika regolatorja tajba u sostenibbli, il-KESE jemmen li prattiki bħal dawn għandhom jiġu evitati. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) COM(2020) 590 final.
(2) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Unjoni tas-Swieq Kapitali — Ir-riżultati sena wara l-Pjan ta’ Azzjoni; Proposta għal punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP); Rieżami tar-Regolament dwar il-Fond Ewropew tal-Investiment fuq terminu twil; Rieżami tad-Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u r-Rieżami tar-Regolament dwar is-Swieq tal-Istrumenti Finanzjarji (MiFIR).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(4) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(5) Id-Direttiva (UE) 2021/338 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2021 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni, governanza tal-prodotti u limiti ta’ pożizzjoni, u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/878 fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom għad-ditti tal-investiment, għas-sostenn tal-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 68, 26.2.2021, p.14).
(6) ĠU C 155, 30/04/2021, p. 20.
(7) Stqarrija Pubblika tal-ESMA, Dokument ESMA35-43-2749, tat-13.7.2021: “ESMA warns firms and investors about risks arising from Payment of Order Flow” (L-ESMA twissi lid-ditti u lill-investituri dwar ir-riskji li jirriżultaw mill-ħlas għal fluss tal-ordnijiet) (mhux disponibbli bil-Malti).
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/73 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Antisemitiżmu u t-Trawwim tal-Ħajja Lhudija (2021-2030)”
(COM(2021) 615 final)
(2022/C 290/13)
|
Relatur: |
Ákos TOPOLÁNSZKY |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 1.12.2021 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adottata fis-sezzjoni |
7.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
145/0/4 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jiddefendi b’determinazzjoni u jenfasizza bis-sħiħ il-valuri fundamentali li jikkostitwixxu l-pedamenti tal-UE u tal-ħajja komunitarja Ewropea. Iqis il-manifestazzjonijiet tal-antisemitiżmu ta’ kull tip bħala inkompatibbli mal-valuri u l-istandards Ewropej, peress li jwasslu għal ksur tad-drittijiet u għall-esklużjoni, li huma ta’ theddida mhux biss għall-komunitajiet ikkonċernati u għall-ħajja Lhudija, iżda wkoll għall-wirt Ewropew u l-Ewropa tal-lum, kif ukoll għal futur Ewropew demokratiku li jista’ jsir biss realtà f’soċjetà diversa. |
|
1.2. |
Għalhekk, il-KESE jappoġġja b’mod ġenerali t-tnedija tal-Istrateġija (1) u l-fatt li kienet preċeduta minn proċess ta’ u l-fatt li kienet preċeduta minn proċess ta’ konsultazzjoni estensiv fl-2021. Jaqbel ukoll, fl-aspetti kollha, li mhux biss hija meħtieġa l-ġlieda kontra l-antisemitiżmu, iżda wkoll, fl-istess ħin, l-isforz biex jiġu stabbiliti l-politiki pubbliċi u l-kooperazzjoni fil-livell komunitarju għall-promozzjoni tal-aċċettazzjoni reċiproka. |
|
1.3. |
Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ il-fatt li l-Istrateġija għandha l-għan mhux biss li tiġġieled l-antisemitiżmu, iżda wkoll li trawwem il-ħajja Lhudija. Il-komunitajiet Lhud u l-persuni ta’ dan it-twemmin mhumiex biss vittmi passivi tal-passat u tas-sitwazzjoni attwali, iżda huma wkoll atturi tas-soċjetajiet Ewropej. Il-Kumitat jimpenja ruħu bis-sħiħ mal-viżjoni tal-Istrateġija għal futur Ewropew fejn il-komunitajiet Lhud jikbru u jiżviluppaw. Il-KESE huwa konvint li l-antisemitiżmu mhuwiex biss ksur tal-liġi li jolqot lil-Lhud Ewropej, iżda li huwa wkoll test għall-idea Ewropea, għall-ħajja komunitarja fl-Ewropa, għall-istat tad-dritt, għad-drittijiet fundamentali u għad-demokrazija. |
|
1.4. |
Il-KESE jadotta d-definizzjoni operattiva tal-antisemitiżmu użata mill-Alleanza Internazzjonali għat-Tifkira tal-Olokawstu (IHRA) (2) u jħeġġeġ bis-sħiħ lill-Istati Membri kollha biex jadottawha u jagħmluha l-bażi tal-azzjoni politika tagħhom. |
|
1.5. |
Il-Kumitat beħsiebu jpoġġi dan is-suġġett fuq l-aġenda ta’ wieħed mill-korpi operattivi ewlenin tiegħu kull sena u, jekk meħtieġ, jivvaluta l-implimentazzjoni tal-Istrateġija b’mezzi oħra wkoll (żjara fil-pajjiż, riċerka, eċċ.). |
|
1.6. |
Il-KESE huwa favur li l-edukazzjoni tingħata attenzjoni speċjali fost il-prijoritajiet tal-Istrateġija. Din għandha rwol essenzjali fil-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u l-prevenzjoni tiegħu. Għal skopijiet ta’ taħriġ u tagħlim, huwa meħtieġ li, b’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet professjonali u rappreżentattivi tal-komunità Lhudija, jinħolqu kontenut u materjal ta’ tagħlim li jindirizzaw kwistjonijiet rilevanti, inkluża l-ġlieda kontra l-intolleranza etnika, ir-razziżmu, ir-reati ta’ mibegħda u l-preġudizzju. |
|
1.7. |
L-istrumenti kostituzzjonali u legali Ewropej kollha disponibbli għall-ġlieda kontra l-kontenut antisemitiku għandhom jintużaw b’mod sistematiku fil-midja, u l-għarfien u l-fehim tal-ħajja Lhudija għandhom jitjiebu billi jiġi żgurat li r-rapportar dwar dan is-suġġett ikun aktar bilanċjat u juri sensittività akbar għal din il-kwistjoni. |
|
1.8. |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tqis kif għandu jiġi garantit id-dritt tal-komunitajiet Lhud li jippreservaw it-twemmin u r-riti tagħhom meta jitfasslu l-politiki futuri, bħala parti mill-appoġġ għall-ħajja Lhudija fl-Ewropa. |
|
1.9. |
Fil-fehma tal-KESE, huwa meħtieġ li jiġi ffaċilitat l-aċċess taċ-ċittadini u tal-pubbliku ġenerali għall-kultura Lhudija, bħala wirt inseparabbli mill-identità Ewropea, u li din titqarreb ħafna lejhom. Dan l-approċċ joffri wkoll opportunità eċċellenti biex jiġi promoss il-fehim reċiproku u komunitarju, prerekwiżit għas-suċċess tal-idea Ewropea, iżda wkoll għall-iżvilupp tal-identità Lhudija u għat-tisħiħ tal-komunitajiet li jqisu lilhom infushom Lhud. |
|
1.10. |
Qafas leġiżlattiv ċar u sod, li jindirizza b’mod sistematiku d-diskors ta’ mibegħda u l-fenomeni konnessi, bħall-kwistjoni tad-diżinformazzjoni, huwa element essenzjali u indispensabbli tal-ordinament ġuridiku Ewropew, iżda fih innifsu mhuwiex rispons suffiċjenti. L-oqfsa leġiżlattivi għandhom jiġu kkumplimentati minn għodod edukattivi u minn sistema ta’ programmi skjerati fuq skala kbira fil-livelli tal-komunità u tas-soċjetà u li jkunu kapaċi jilħqu liċ-ċittadini. |
|
1.11. |
Iż-żieda tal-populiżmu fuq skala globali tenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm ħarsa lejn il-kuntest soċjali usa’ tal-antisemitiżmu. Mhuwiex possibbli li jiġi ttrattat tip wieħed ta’ mibegħda jekk l-oħrajn jiġu injorati u mhux trattati b’mod effettiv. |
|
1.12. |
Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri kollha li jiggarantixxu l-libertà taċ-ċittadini li jkollhom twemmin u riti reliġjużi u li jipprattikawhom mingħajr biża’. Intimidazzjoni, bi kwalunkwe mezz jew miżura, kontra r-reliġjonijiet b’mod ġenerali u r-reliġjożità Lhudija b’mod partikolari għandha titqies bħala attakk fuq l-ordinament ġuridiku demokratiku. |
|
1.13. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tagħti lill-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u lill-programm strateġiku ta’ appoġġ għall-ħajja tal-Lhud dimensjoni qawwija ta’ politika barranija fl-aspetti kollha tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. |
|
1.14. |
Sabiex l-istrateġija tiġi implimentata b’mod aktar effettiv, il-Kumitat jirrakkomanda li tinħoloq unità permanenti fil-livell tal-Kunsill għall-monitoraġġ u l-ġlieda kontra l-antisemitiżmu. |
|
1.15. |
Peress li l-isport, u b’mod partikolari l-futbol, minħabba l-popolarità u l-pubbliċità tiegħu, joħloq riskju serju ta’ antisemitiżmu iżda jista’ wkoll ikun għodda essenzjali biex jiġi miġġieled b’mod effettiv dan il-fenomenu, il-KESE huwa konvint li għandhom jiġu żviluppati wkoll rakkomandazzjonijiet b’saħħithom u linji gwida f’dan il-qasam. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-KESE jiddefendi b’determinazzjoni u jenfasizza bis-sħiħ il-valuri fundamentali li jikkostitwixxu l-pedamenti tal-UE u tal-ħajja komunitarja Ewropea. Dawn il-valuri jinkludu r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għall-minoranzi (3). Iqis il-manifestazzjonijiet tal-antisemitiżmu ta’ kull tip bħala inkompatibbli mal-valuri u l-istandards Ewropej, peress li jwasslu għal ksur tad-drittijiet u għall-esklużjoni, li huma ta’ theddida mhux biss għall-komunitajiet ikkonċernati u għall-ħajja Lhudija, iżda wkoll għall-wirt Ewropew u l-Ewropa tal-lum, kif ukoll għal futur Ewropew demokratiku li jista’ jsir biss realtà f’soċjetà diversa. |
|
2.2. |
Madankollu, huwa importanti li jiġi nnutat li l-għan tal-Istrateġija mhuwiex biss li tiġġieled l-antisemitiżmu, iżda wkoll li trawwem il-ħajja Lhudija. Fi kwalunkwe każ, ta’ min jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi fuq il-fatt li l-komunitajiet Lhud u l-persuni ta’ dan it-twemmin mhumiex biss vittmi passivi tal-passat u tas-sitwazzjoni attwali, iżda wkoll atturi fis-soċjetajiet Ewropej, li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-ħolqien ta’ Ewropa diversa u inklużiva. Il-Kumitat jimpenja ruħu bis-sħiħ mal-viżjoni tal-Istrateġija għal futur Ewropew fejn il-komunitajiet Lhud jikbru u jiżviluppaw. |
|
2.3. |
Għalhekk, il-KESE jappoġġja b’mod ġenerali t-tnedija tal-Istrateġija (4) u l-fatt li kienet preċeduta minn proċess ta’ u l-fatt li kienet preċeduta minn proċess ta’ konsultazzjoni estensiv fl-2021. Jaqbel ukoll, fl-aspetti kollha, li mhux biss hija meħtieġa l-ġlieda kontra l-antisemitiżmu, iżda wkoll, fl-istess ħin, l-isforz biex jiġu stabbiliti l-politiki pubbliċi u l-kooperazzjoni fil-livell komunitarju għall-promozzjoni tal-aċċettazzjoni reċiproka. Il-Kumitat iħoss ukoll l-obbligu li jappoġġja l-isforzi kollha biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini Ewropej ta’ oriġini Lhudija jħossuhom fiduċjużi u sikuri, jiġu milqugħa kullimkien fl-Ewropa u jkollhom perspettiva pożittiva għall-futur fl-Unjoni Ewropa. |
|
2.4. |
Il-KESE huwa konvint li l-antisemitiżmu mhuwiex biss ksur tal-liġi li jolqot lil-Lhud Ewropej, iżda li huwa wkoll test għall-idea Ewropea, għall-ħajja komunitarja fl-Ewropa, għall-istat tad-dritt, għad-drittijiet fundamentali u għad-demokrazija. Għalhekk dan il-fenomenu jikkonċerna liċ-ċittadini kollha, kif ukoll lill-organizzazzjonijiet politiċi u pubbliċi kollha b’responsabbiltajiet, u huwa l-karta litmus biex titkejjel l-evoluzzjoni tal-mod ta’ ħajja Ewropew tagħna u l-grad ta’ protezzjoni taċ-ċittadini u l-valuri tal-Unjoni. |
|
2.5. |
Il-KESE jaqbel mal-ħtieġa li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jadottaw strateġija bbażata fuq approċċ komuni, iżda jqis li approċċ bħal dan mhuwiex biżżejjed fih innifsu. L-impenji li joħorġu mill-valuri stabbiliti fl-istrateġiji għandhom jiġu implimentati wkoll b’mod li jista’ jitkejjel u jiġi vverifikat, u jiġu rikonoxxuti bħala manifestazzjoni evidenti minnha nnifisha tal-ħajja komunitarja Ewropea. |
|
2.6. |
Simili għal dak li diġà qed isir fil-qafas tad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill (5) tal-2018 dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill (6) tal-2020 dwar l-integrazzjoni tal-ġlieda kontra l-antisemitiżmu fl-oqsma kollha ta’ politika, ir-rakkomandazzjonijiet minn riċerka indipendenti bbażata fuq l-evidenza u l-istħarriġ komunitarju se jkunu essenzjali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali u l-pjani ta’ azzjoni tagħhom, kif ukoll għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom. |
|
2.7. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-proġett NOA (Networks Overcoming Antisemitism; networks kontra l-antisemitiżmu), appoġġjat mill-Kummissjoni, li jivvaluta l-miżuri meħuda minn kull Stat Membru fil-ġlieda kontra l-antisemitiżmu permezz ta’ mistoqsijiet u indikaturi oġġettivi bbażati fuq l-istandards internazzjonali u Ewropej (7), jiġi implimentat b’mod wiesa’ fl-Istati Membri kollha sabiex dawn jiġu megħjuna jużaw u jiżviluppaw b’mod effettiv il-politiki tagħhom. |
|
2.8. |
Il-KESE jadotta u japplika d-definizzjoni operattiva tal-antisemitiżmu użata mill-Alleanza Internazzjonali għat-Tifkira tal-Olokawstu (IHRA). Jirrakkomanda wkoll bis-sħiħ li l-Istati Membri kollha jaqblu wkoll ma’ din id-definizzjoni u jiddependu fuqha biex jadottaw miżuri u jiddeterminaw l-azzjoni tal-istituzzjonijiet statali u lokali f’dan il-qasam. |
|
2.9. |
Il-KESE jilqa’ u jqis bħala eżemplari l-fatt li l-Istrateġija tfasslet abbażi ta’ proċess estensiv ta’ konsultazzjoni (8). Il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, kif ukoll id-dispożizzjonijiet u l-ispirtu tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ. |
|
2.10. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-ħatra minn kull Stat Membru, bħala parti indispensabbli mill-istrateġija tiegħu, ta’ koordinatur jew mibgħut speċjali nazzjonali, li għandu jgħin biex jaħdem b’mod liberu u awtonomu billi jinvolvi lill-partijiet interessati rilevanti kollha fis-soċjetà fl-attivitajiet tiegħu. |
|
2.11. |
Bħala rappreżentant tas-soċjetà ċivili organizzata fl-Unjoni Ewropea, il-KESE jqis li huwa urġenti li jkun hemm azzjoni, mhux biss permezz ta’ kampanji ad hoc jew kampanji kontra l-antisemitiżmu, iżda wkoll billi fl-Unjoni Ewropea tiġi stabbilita missjoni permanenti ta’ monitoraġġ u sensibilizzazzjoni dwar is-suġġett. F’dan ir-rigward, jirrakkomanda bil-qawwa li tiġi stabbilita wkoll unità permanenti fil-livell tal-Kunsill għall-monitoraġġ u l-ġlieda kontra l-antisemitiżmu (9). Dan mhux biss jagħti lill-UE simbolu viżibbli importanti, iżda jsaħħaħ ukoll, min-naħa tal-Istati Membri, il-ħidma siewja tal-Koordinatur tal-Kummissjoni Ewropea tal-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u tas-sostenn tal-ħajja Lhudija u tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Parlament Ewropew dwar l-Antisemitiżmu. |
|
2.12. |
Il-Kumitat beħsiebu jpoġġi dan is-suġġett fuq l-aġenda ta’ wieħed mill-korpi operattivi ewlenin tiegħu kull sena u, jekk meħtieġ, jivvaluta l-implimentazzjoni tal-Istrateġija b’mezzi oħra wkoll (żjara fil-pajjiż, riċerka, eċċ.). |
3. Politika tal-edukazzjoni u taż-żgħażagħ
|
3.1. |
Il-KESE huwa favur li l-edukazzjoni tingħata attenzjoni speċjali fost il-prijoritajiet tal-Istrateġija. Din għandha rwol essenzjali fil-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u l-prevenzjoni tiegħu. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi, inkluża l-liġi kriminali, naturalment għandhom rwol ewlieni fil-ġlieda kontra t-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-mibegħda, l-evoluzzjoni fit-tul tal-attitudnijiet, id-diskors pubbliku u l-mentalitajiet ma jistgħux verament jinkisbu biss permezz ta’ għodod ta’ politika edukattiva u strumenti komunitarji. |
|
3.2. |
Ir-rapport (10) tal-2019 mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) juri biċ-ċar li l-attakki antisemitiċi huma ta’ spiss immirati lejn żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-34 sena u għal ħafna minnhom dawn huma r-realtà tagħhom ta’ kuljum. L-iskejjel Lhud jeħtieġu protezzjoni madwar l-Ewropa. Il-KESE jirrakkomanda li l-istudenti tal-iskejjel sekondarji, l-istudenti universitarji u ż-żgħażagħ ikollhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija, billi jinvolvu persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet tal-istudenti u billi jistabbilixxu konsultazzjoni u djalogu kontinwi ma’ dawn l-atturi kollha, inkluż fil-livell lokali. L-esperjenza tagħhom fil-qasam tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda, il-midja soċjali u l-edukazzjoni huma wkoll ta’ importanza kbira, peress li jistgħu jkunu tal-ewwel li jiġu affettwati u, jekk meħtieġ, ikunu l-mira ewlenija tal-attakki antisemitiċi. |
|
3.3. |
Skont il-fehma tal-KESE, l-Istrateġija għandha tinkludi wkoll azzjonijiet maħluqin b’mod konġunt, li jinvolvu lill-partijiet interessati kollha, inklużi gruppi ta’ minoranza oħra u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet interreliġjużi eżistenti, biex iwasslu għal tibdil fil-fond. |
|
3.4. |
Xi kultant l-universitajiet u l-komunitajiet xjentifiċi jkunu influwenzi intellettwali tal-antisemitiżmu. L-involviment tal-uffiċjali universitarji fil-ġlieda kontra l-antisemitiżmu għandu jkun prijorità tal-Istrateġija, u f’dan ir-rigward huma pprovduti linji gwida fil-pubblikazzjoni “Il-prevenzjoni tal-antisemitiżmu permezz tal-edukazzjoni” (11) tal-Unesco, li ċertament ikun rakkomandat li tiġi implimentata b’mod vinkolanti. Dawn il-linji gwida jirrelataw b’mod partikolari mal-attivazzjoni ta’ mekkaniżmi trasparenti wara manifestazzjonijiet ta’ antisemitiżmu, jiġifieri proċedura adegwata, rapporti ta’ aċċidenti u s-segwitu tagħhom, mingħajr ma tintesa l-kanċellazzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ natura antisemitika meħuda mill-bord tal-università. |
|
3.5. |
Sabiex il-persunal li jgħallem fl-iskejjel u fl-universitajiet jingħata fehim ċar dwar it-tifsira tal-antisemitiżmu, l-opportunitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni msemmija fl-Istrateġija għandhom ikunu aċċessibbli għalihom fil-prattika. Bl-istess mod, l-iskejjel għandhom jitħeġġu, permezz ta’ mezzi finanzjarji u ta’ organizzazzjoni tat-tagħlim, biex f’dan il-qasam jimplimentaw programmi ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ żvilupp tal-għarfien li jinvolvu lill-organizzazzjonijiet Lhud, ċivili u reliġjużi, biex jiġu miġġielda n-negazzjoniżmu, id-diżinformazzjoni, kif ukoll l-oskurament u l-banalizzazzjoni tal-Olokawstu, u biex jiġi nnewtralizzat kwalunkwe approċċ immirat li jfaħħar lin-Nażisti u lill-kollaboraturi tagħhom. Programmi simili jistgħu jiġu proposti bħala parti minn korsijiet (ta’ integrazzjoni) għall-migranti. Il-KESE jqis li huwa mixtieq u xieraq li l-membri tal-korpi deċiżjonali tal-UE u tal-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu sehem ukoll f’korsijiet ta’ taħriġ li fihom jistgħu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom dwar il-komunità Lhudija u minoranzi oħra. |
|
3.6. |
Għall-futur u s-sigurtà tal-komunità Lhudija fl-Ewropa, il-KESE jirrakkomanda li l-Istati Membri jagħtu mandat lill-ministeri rilevanti tagħhom biex jeżaminaw il-kontenut u l-orjentazzjoni tal-kurrikuli tal-iskejjel nazzjonali u l-kurrikuli tal-istituzzjonijiet edukattivi dwar l-antisemitiżmu u r-rikonoxximent tal-valuri u l-identità Lhud, kif ukoll biex, għal skopijiet ta’ taħriġ u tagħlim u f’kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet professjonali u rappreżentattivi tal-komunità Lhudija, joħolqu kontenut u materjal ta’ tagħlim li jindirizzaw kwistjonijiet rilevanti, inkluża l-ġlieda kontra l-intolleranza etnika, ir-razziżmu, ir-reati ta’ mibegħda u l-preġudizzju. |
|
3.7. |
Il-Kumitat jirrakkomanda lill-Kummissjoni tfassal materjali ta’ informazzjoni edukattiv aċċessibbli u kapaċi jilħqu lill-gruppi kollha kkonċernati li jiddefinixxu, fil-lingwa tal-iskola u fl-interess tal-minoranzi, b’mod partikolari l-komunitajiet Lhud, xi jfisser li tkun parti minn Unjoni Ewropea bbażata fuq il-valuri tad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, fejn id-diversità u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni huma l-valuri impliċiti evidenti. |
|
3.8. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni sekondarja u għolja jpoġġu b’mod ċar kemm l-impenn tagħhom kontra l-antisemitiżmu kif ukoll ir-rikonoxximent tal-valuri Lhud fuq l-aġenda tal-politika tagħhom għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. |
|
3.9. |
Il-Kumitat jirrakkomanda li l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ Lhud jingħataw rwol ewlieni fil-politiki pubbliċi futuri li għandhom l-għan li jsostnu l-ħajja Lhudija, fl-oqsma kollha identifikati fl-Istrateġija, u li jiġi żgurat li jirċievu appoġġ xieraq minn dawk li jfasslu l-politika biex ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom. |
4. Midja
|
4.1. |
Sabiex tiġġieled il-kontenut antisemitiku, il-midja għandha, bħala parti mill-attivitajiet ordinarji tagħha, tieħu azzjoni deċiżiva bbażata fuq il-valuri komuni u tappoġġja bis-sħiħ it-tixrid ta’ kontenut pożittiv, li jirrikonoxxi d-dinjità u d-drittijiet tal-minoranzi, inklużi l-persuni ta’ oriġini Lhudija, fejn xieraq permezz ta’ kampanji fuq il-midja soċjali. |
|
4.2. |
Ir-rappreżentanza tal-komunitajiet Lhud u tal-membri tagħhom fil-midja tradizzjonali kif ukoll fil-midja soċjali hija, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, limitata ħafna u tiffoka prinċipalment fuq l-impatt tal-vjolenza antisemitika u t-terroriżmu kif ukoll fuq it-tifkira kollettiva tal-Olokawstu fl-Ewropa, li bla dubju huma kollha suġġetti importanti. Madankollu, lil hinn minn dan, ikun interessanti wkoll li jkun hemm aktar kontenut pożittiv, pereżempju l-preżentazzjoni tal-arti tal-ispettaklu Lhudija kontemporanja jew il-festi Lhud, jew il-promozzjoni tal-lingwi Lhud fi spirtu ta’ rikonoxximent tal-importanza tal-ħajja komunitarja fis-soċjetajiet tagħna. |
|
4.3. |
Barra minn hekk, lil hinn mill-kultura nnifisha, fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea bħalissa għaddejjin b’mod parallel bosta proġetti u inizjattivi mis-soċjetà ċivili jew mill-komunità Lhudija li jaħdmu lejn Ewropa aktar inklużiva u demokratika, b’kont meħud tal-valuri u l-objettivi tal-UE. Dawn l-inizjattivi jsiru f’diversi oqsma fosthom, iżda mhux biss, il-ġlieda kontra r-razziżmu, id-drittijiet tal-bniedem, il-ħarsien tal-ambjent u d-diversità kulturali. |
|
4.4. |
Fil-fehma tal-KESE, ikun mixtieq, minbarra l-possibbiltà offruta mill-midja soċjali ta’ familjarizzazzjoni mal-valuri tradizzjonali tal-komunità Lhudija u l-espressjonijiet storiċi u reliġjużi tagħhom, li s-soċjetà b’mod ġenerali jkollha idea tal-effetti pożittivi tal-attiviżmu komunitarju Lhudi fuq is-soċjetà kollha kemm hi, li jista’ wkoll ikollu rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-isterjotipi (12). |
|
4.5. |
Hemm bżonn li jittejbu l-għarfien u l-fehim tal-ħajja Lhudija fil-midja permezz ta’ taħriġ u informazzjoni għall-ġurnalisti, sabiex ir-rappurtar dwar dan is-suġġett ikun aktar ibbilanċjat u aktar sensittiv. |
|
4.6. |
Għandu jsir użu b’mod sistematiku fil-midja tal-istrumenti kostituzzjonali u legali Ewropej kollha disponibbli għall-ġlieda kontra l-kontenut antisemitiku. Għal dan il-għan, l-attivitajiet esploratorji sistematiċi għandhom jitwettqu wkoll bil-parteċipazzjoni tal-korpi statali għall-monitoraġġ tal-midja u l-organizzazzjonijiet ta’ kontroll. |
5. Kultura
|
5.1. |
Fil-fehma tal-KESE, huwa meħtieġ li jiġi ffaċilitat l-aċċess taċ-ċittadini u tal-pubbliku ġenerali għall-kultura Lhudija, bħala wirt inseparabbli mill-identità Ewropea, u li din titqarreb ħafna lejhom. Dan l-approċċ joffri wkoll opportunità eċċellenti biex jiġi promoss il-fehim reċiproku u komunitarju, prerekwiżit għas-suċċess tal-idea Ewropea, iżda wkoll għall-iżvilupp tal-identità Lhudija u għat-tisħiħ tal-komunitajiet li jqisu lilhom infushom Lhud. |
|
5.2. |
L-edukazzjoni fil-kultura Lhudija bħala parti inkontestabbli, integrali u inseparabbli tal-paletta kulturali Ewropea hija dejjem aktar meħtieġa fl-iskejjel, peress li mill-Olokawstu ’l hawn ftit nies kellhom kuntatt ta’ kuljum mal-ħajja Lhudija. |
|
5.3. |
Il-KESE huwa konvint li l-wirt kulturali għandu jiġi rikonoxxut, rispettat u promoss bħala realtà ħajja u li qed tevolvi, u mhux bħala sempliċi wirt ta’ passat kompletament mitmum. Għal dan il-għan, hemm il-ħtieġa li jiġu appoġġjati parteċipazzjoni u impenn akbar fil-livell lokali billi jitħeġġu sħubijiet mal-partijiet ikkonċernati. |
|
5.4. |
Għalkemm l-Istrateġija ssemmi l-Konvenzjoni ta’ Faro (13), din ma tindirizzax il-kwistjoni tal-applikazzjoni prattika tagħha. Il-qafas u l-linji gwida pprovduti minn din il-konvenzjoni għandhom jiġu trasposti fil-prattika, sabiex jiġu promossi l-kooperazzjoni u l-iżvilupp fl-oqsma xjentifiċi, kulturali, artistiċi u edukattivi, biex ma nsemmux it-turiżmu. |
|
5.5. |
Il-Kumitat jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali biex jippreżentaw u jiċċelebraw kif suppost il-kontribut tal-Lhud lill-Unjoni Ewropea bħala parti integrali u inaljenabbli mill-kultura komuni tagħna, billi jieħdu ispirazzjoni pereżempju mis-Sena tal-Ħajja u l-Kultura Lhud, inizjattiva li timmarka 1 700 sena ta’ preżenza Lhudija fil-Ġermanja. Jipproponi li jiġu appoġġjati l-Jiem Ewropej tal-Kultura Lhudija, bl-involviment tal-istituzzjonijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili, u jħeġġeġ il-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa fil-qafas tal-implimentazzjoni u l-estensjoni tal-programm tiegħu ta’ Rotta Kulturali. |
|
5.6. |
Fejn ma teżisti l-ebda inizjattiva bħal din, għandhom jiġu stabbiliti standards u linji gwida nazzjonali biex jiġi ssalvagwardjat u jinżamm il-wirt kulturali Lhudi u jerġa’ jitqajjem, filwaqt li jiġi żgurat finanzjament adegwat għal dan il-għan. Għandhom jiġu appoġġjati l-preżenza tal-kultura Lhudija fid-djalogu interkulturali u l-preżentazzjoni tagħha. |
|
5.7. |
Il-KESE jqis li huwa meħtieġ li jiġu implimentati strateġiji ta’ salvagwardja tal-wirt integrati fit-tul, ibbażati fuq il-parteċipazzjoni tal-komunitajiet lokali u li jiddependu fuq approċċ multidixxiplinari, u li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni tagħhom permezz ta’ strumenti finanzjarji. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-partijiet ikkonċernati rilevanti (komunitajiet lokali, muniċipalitajiet, voluntiera, attivisti, imsieħba soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, komunitajiet reliġjużi Lhud, knejjes, istituzzjonijiet reġjonali u nazzjonali, awtoritajiet pubbliċi), biex jiġu definiti metodi ta’ informazzjoni, parteċipazzjoni u konsultazzjoni, biex jiġu identifikati opportunitajiet għal kooperazzjoni u sħubijiet u biex jiġu appoġġjati b’mod sistematiku dawn il-proċessi. Huwa essenzjali li tiġi assoċjata b’mod permanenti l-Assoċjazzjoni Ewropea għas-Salvagwardja u l-Promozzjoni tal-Kultura u l-Wirt Lhudi (AEPJ), l-akbar organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-wirt Lhudi fl-Ewropa. |
6. Diskors u reati ta’ mibegħda u sigurtà
|
6.1. |
Qafas leġiżlattiv ċar u sod, li jindirizza b’mod sistematiku d-diskors ta’ mibegħda u l-fenomeni konnessi, bħall-kwistjoni tad-diżinformazzjoni, huwa element essenzjali u indispensabbli tal-ordinament ġuridiku Ewropew, iżda fih innifsu mhuwiex risposta suffiċjenti. Dan għandu jkun akkumpanjat minn għodod edukattivi u programmi fuq skala kbira li jistgħu jilħqu liċ-ċittadini u li, fost affarijiet oħra, jippromovu l-kompetenza diġitali u l-litteriżmu fl-informazzjoni, jinkorporaw il-valuri ta’ ċittadinanza responsabbli u joffru taħriġ kontra l-preġudizzju u d-diżinformazzjoni, sabiex tinbena kultura ta’ fehim reċiproku. |
|
6.2. |
Fil-fehma tal-KESE, huwa essenzjali li jiġu mifhuma l-għeruq u l-kawżi tal-forom kollha ta’ vjolenza kontra l-persuni u l-komunitajiet Lhud, sabiex ikun hemm azzjoni effikaċi mhux biss mill-ġustizzja kriminali, iżda wkoll permezz ta’ sistema aktar effettiva ta’ interventi mill-komunità u s-soċjetà, fosthom billi jiġu promossi kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar in-nondiskriminazzjoni, jiġu appoġġjati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-għoti ta’ taħriġ lill-gruppi fil-mira biex ikunu jistgħu jirrikonoxxu d-diskors u r-reati ta’ mibegħda u jitħeġġu jirreaġixxu, kif ukoll billi dawn l-organizzazzjonijiet jiġu pprovduti b’appoġġ u finanzjament għall-monitoraġġ, il-ġbir ta’ informazzjoni u r-rappurtar fil-livell nazzjonali u internazzjonali. |
|
6.3. |
Il-KESE jqis li r-responsabbiltà taċ-ċittadini f’dawn l-oqsma mhijiex uniformi, li għandha fuq kollox tiġi enfasizzata r-responsabbiltà ta’ dawk li l-attivitajiet tagħhom għandhom l-akbar influwenza fuq il-preġudizzju soċjali, u li huma prinċipalment dawn il-persuni li għandhom jiġu opposti jekk ikun meħtieġ, u li jiġu mħarrka fl-aktar każijiet serji. Dawn jinkludu b’mod partikolari l-atturi politiċi, l-uffiċjali tal-amministrazzjoni pubblika u lokali, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-korpi ġudizzjarji. Il-ksur li jwettqu għandu jiġi ttrattat bi prijorità u b’mod adegwat. |
|
6.4. |
Hemm il-ħtieġa ta’ aktar taħriġ intern sabiex issir sensibilizzazzjoni f’dawn l-istituzzjonijiet, b’mod partikolari fl-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, u titwettaq riċerka regolari biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni internament, sabiex ikunu jistgħu jitfasslu politiki biex jenfasizzaw il-preġudizzji possibbli fi ħdan il-forza tax-xogħol u biex titjieb is-sitwazzjoni. |
|
6.5. |
Il-KESE jirrakkomanda li ssir analiżi aktar fil-fond tas-sitwazzjoni attwali tas-sigurtà u t-theddid għall-ħajja Lhudija fil-qafas tal-FRA. Fl-istess ħin, tentattivi ta’ diżinformazzjoni li, fil-livell ta’ Stat Membru, jimmiraw lejn il-komunità Lhudija u huma bbażati fuq informazzjoni falza jew żbaljata, b’mod partikolari fir-rigward ta’ atti relatati mar-ritwali, għandhom jiġu investigati u evitati permezz ta’ għodod ta’ komunikazzjoni u strumenti ta’ politika pubblika. |
|
6.6. |
Għandhom jissaħħu l-mekkaniżmi istituzzjonalizzati għall-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-organizzazzjonijiet tal-komunità Lhudija, kif ukoll għandu jiġi pprovdut it-taħriġ meħtieġ biex il-pulizija tkun tista’ tidentifika b’mod preċiż reati bħal dawn u r-raġuni ta’ preġudizzju tagħhom. F’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020-2025) (14), għandha tiġi appoġġjata l-kapaċità tal-komunità Lhudija u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jipprovdu servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi. Għandu jiġi previst ġbir ta’ data uniformi u komprensiv aktar komparabbli fil-livell tal-UE. |
|
6.7. |
Iż-żieda tal-populiżmu fuq skala globali tenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm ħarsa lejn il-kuntest soċjali usa’ tal-antisemitiżmu meta nfittxu li niġġieldu dan il-fenomenu: il-ksenofobija, l-omofobija, it-transfobija, ir-razziżmu, l-antiżingariżmu ħafna drabi jimxu id f’id mal-antisemitiżmu u mhuwiex possibbli li jiġi ttrattat tip wieħed ta’ mibegħda filwaqt li jiġu injorati l-oħrajn. Dawn huma sintomi differenti tal-istess fenomenu soċjali, li ma jistgħux jiġu interpretati jew trattati separatament b’mod effettiv. |
|
6.8. |
Il-komunitajiet Lhud tal-Ewropa jiffaċċjaw il-ħtieġa li jsaħħu s-sigurtà madwar l-iskejjel, is-sinagogi u ċ-ċentri tal-komunità tagħhom. L-Istati għandhom jadottaw approċċ globali u komprensiv għal din il-kwistjoni, billi jipprevedu miżuri u/jew finanzjament biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati dawn l-isfidi b’mod li tiġi żgurata s-sigurtà tal-istituzzjonijiet Lhud u tal-ħajja komunitarja Lhudija. |
7. Libertà tar-reliġjon u prattika reliġjuża
|
7.1. |
Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri kollha li jiggarantixxu l-libertà taċ-ċittadini li jkollhom twemmin u riti reliġjużi u li jipprattikawhom mingħajr biża’. Intimidazzjoni, bi kwalunkwe mezz jew miżura, kontra r-reliġjonijiet b’mod ġenerali u r-reliġjożità Lhudija b’mod partikolari għandha titqies bħala attakk fuq l-ordinament ġuridiku demokratiku. |
|
7.2. |
Id-djalogu interkonfessjonali għandu jkun is-suġġett ta’ strateġiji bbażati fuq il-valuri reali komuni għall-organizzazzjonijiet reliġjużi differenti u ma jiġix ikkunsidrat u implimentat bħala sempliċi ġest ta’ korteżija, u dan l-approċċ jeħtieġ li jiġi appoġġjat permezz ta’ strumenti speċifiċi tal-Istat. |
|
7.3. |
Il-komunitajiet Lhud iridu li jitneħħew l-inċertezzi legali li qed jikbru fir-rigward tat-tbiċċir ritwali (Shecita) u ċ-ċirkonċiżjoni (Brit Mila), u li din il-kwistjoni tiġi rregolata b’mod uniformi fil-livell tad-dritt tal-Unjoni. Il-KESE għalhekk jirrakkomanda li dawn il-kwistjonijiet jiġu diskussi b’mod sistematiku mal-komunitajiet Lhud u jiġu riżolti legalment, filwaqt li jirrikonoxxi li huma kienu parti integrali mill-prattika tal-ħajja reliġjuża Lhudija għal eluf ta’ snin, inkluż fl-Ewropa. |
8. Dimensjoni internazzjonali
|
8.1. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tagħti lill-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u lill-programm strateġiku ta’ appoġġ għall-ħajja tal-Lhud dimensjoni qawwija ta’ politika barranija fl-aspetti kollha tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. |
|
8.2. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-aspetti internazzjonali ġew ikkunsidrati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u jqis b’mod partikolari l-istrumenti tal-politika tal-viċinat u tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, kif ukoll dawk li jagħmluha possibbli li jqarrbu l-pajjiżi kandidati lejn l-Unjoni, bħala mekkaniżmi xierqa għall-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u l-promozzjoni tal-ħajja Lhudija. |
9. Sport
|
9.1. |
Peress li l-isport, u b’mod partikolari l-futbol, minħabba l-popolarità u l-pubbliċità tiegħu, joħloq riskju serju ta’ antisemitiżmu iżda jista’ wkoll ikun għodda essenzjali biex jiġi miġġieled b’mod effettiv dan il-fenomenu, il-KESE huwa konvint li għandhom jiġu żviluppati wkoll rakkomandazzjonijiet b’saħħithom u linji gwida f’dan il-qasam. F’dan ir-rigward, jappoġġja l-linji gwida tal-Gwida għall-Prattiki Tajba tal-FIFA dwar id-diversità u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, li tista’ tkun ukoll referenza importanti għall-Istrateġija. |
|
9.2. |
Huwa importanti li l-federazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet sportivi jiddefinixxu l-objettivi tagħhom skont it-tema fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-FIFA (regolamenti interni, sanzjonijiet u monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom, edukazzjoni, networking u kooperazzjoni, komunikazzjoni u opportunitajiet indaqs). |
|
9.3. |
Il-KESE jqis li t-taħriġ edukattiv u l-programmi ta’ informazzjoni għall-partitarji, il-klabbs u l-assoċjazzjonijiet għandhom jiġu żviluppati u implimentati b’mod wiesa’, b’impenn ċar min-naħa tagħhom. Taħriġ simili jista’ jiġi impost ukoll bħala parti mis-sanzjonijiet kontra l-partitarji, flimkien mas-sanzjonijiet kriminali jew b’mod indipendenti minnhom. |
|
9.4. |
Il-Kumitat iqis li huwa meħtieġ li jitħejja materjal ta’ tagħlim għall-komunità tal-partitarji sabiex itejbu l-fehim tagħhom tal-kuntest storiku tal-antisemitiżmu fit-tribuni, filwaqt li jikkontribwixxi biex tinħoloq kultura ta’ inklużjoni (15). |
|
9.5. |
Il-federazzjonijiet u l-klabbs nazzjonali għandhom jitħeġġu permezz ta’ mezzi sportivi biex jiżviluppaw lilhom infushom, b’kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet lokali kkonċernati, il-pubblikazzjonijiet edukattivi u l-programmi ta’ sensibilizzazzjoni (16). |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2021) 615 final, Strateġija tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u t-trawwim tal-ħajja Lhudija.
(2) “L-antisemitiżmu huwa ċerta perċezzjoni tal-Lhud, li tista’ tiġi espressa bħala mibegħda lejn il-Lhud. Il-manifestazzjonijiet retoriċi u fiżiċi tal-antisemitiżmu huma diretti lejn individwi Lhud jew mhux Lhud u/jew il-proprjetà tagħhom, lejn istituzzjonijiet tal-komunità Lhudija u l-postijiet ta’ qima”. https://www.holocaustremembrance.com/resources/working-definitions-charters/working-definition-antisemitism.
(3) Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:12012M/TXT&from=MT
(4) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2021) 615 final, Strateġija tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u t-trawwim tal-ħajja Lhudija.
(5) https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-15213-2018-INIT/mt/pdf
(6) https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-13637-2020-INIT/mt/pdf
(7) https://www.noa-project.eu/report-cards/ Il-metodoloġija tivvaluta l-linja ta’ azzjoni ta’ kull Stat Membru f’għaxar oqsma enfasizzati wkoll fl-Istrateġija: l-edukazzjoni, ir-reati ta’ mibegħda, id-diskors ta’ mibegħda, il-midja, it-tifkira tal-Olokawstu, l-isport, id-djalogu interkonfessjonali, il-libertà tar-reliġjon, il-kultura u l-protezzjoni tal-wirt, u s-sigurtà. L-istandards li fuqhom hija bbażata huma kważi kollha bbażati fuq standards, linji gwida, rakkomandazzjonijiet jew linji gwida internazzjonali, approvati mill-istituzzjonijiet tal-UE jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħra (pereżempju l-OSCE jew l-Unesco).
(8) Għalhekk, mis-76 punt imressqa fir-rakkomandazzjoni konġunta fformulata minn disa’ organizzazzjonijiet Lhud Ewropej (B’nai B’rith International, is-CEJI, il-Kungress Dinji Lhudi, il-Kungress Lhudi Ewropew, l-Unjoni Ewropea tal-Istudenti Lhud, l-Unjoni Ewropea tal-Ġudaiżmu Progressiv, l-American Jewish Committee, l-Assoċjazzjoni Ewropea għas-Salvagwardja u l-Promozzjoni tal-Kultura u l-Wirt Lhudi, B’nai B’rith Europe), 58 huma inklużi fit-test finali tal-Istrateġija.
(9) Kummenti tal-ftuħ mill-President tal-KESE fl-okkażjoni tad-dibattitu dwar l-antisemitiżmu fil-kuntest tal-Opinjoni SOC/704 dwar “Strateġija tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u t-trawwim tal-ħajja Lhudija”, laqgħa tas-Sezzjoni SOC tal-10 ta’ Frar 2022.
(10) Young Jewish Europeans: perceptions and experiences of antisemitism (“Żgħażagħ Lhud Ewropej: perċezzjonijiet u esperjenzi ta’ antisemitiżmu”), https://fra.europa.eu/sites/default/files/fra_uploads/fra-2019-young-jewish-europeans_en.pdf.
(11) https://en.unesco.org/preventing-violent-extremism/education/antisemitism.
(12) Għal eżempji konkreti ta’ kampanji u proġetti ta’ dan it-tip, ara: https://www.noa-project.eu/profiles/
(13) https://www.coe.int/en/web/conventions/full-list?module=treaty-detail&treatynum=199
(14) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex:52020DC0258
(15) Pereżempju https://changingthechants.eu/wp-content/uploads/2021/10/Guidelines.ENGpdf.pdf
(16) Eżempju tajjeb ta’ dan huma l-gwida tal-Klabb tal-Futbol ta’ Chelsea: https://www.efdn.org/wp-content/uploads/2018/05/CFC-CST-KIO-Antisemitism-Stewards-Guide-2018.pdf, kif ukoll l-inizjattiva “Show Racism The Red Card” (“Karta ħamra għar-razziżmu”): https://www.theredcard.org/
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/81 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/52/KE tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali”
(COM(2021) 592 final)
(2022/C 290/14)
Relatur: Carlos Manuel TRINDADE
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 1.12.2021 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adottata fis-sezzjoni |
7.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
129/1/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni, b’mod partikolari meta tafferma li “l-impjieg illegali ta’ persuni li mhumiex awtorizzati jissoġġornaw fl-UE […] jagħmel ħsara minn perspettiva ekonomika, peress li jwassal għal telf fil-finanzi pubbliċi, it-taxxa u l-kontribuzzjonijiet soċjali, inaqqas il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, u joħloq kompetizzjoni inġusta”, li hija ta’ detriment għall-maġġoranza l-kbira tan-negozji li josservaw il-liġi. “L-impjieg illegali jesponi wkoll lill-migranti għal riskji ta’ ksur tad-drittijiet individwali u soċjali, b’mod partikolari l-isfruttament tax-xogħol, l-għajxien prekarju u kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ebda aċċess għall-protezzjoni soċjali jew aċċess limitat” (1). |
|
1.2. |
Il-KESE jinnota l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li tafferma li d-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jiżviluppaw approċċi differenti biex jilħqu l-objettivi tagħhom, u b’hekk ikunu jistgħu jqisu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali relatati mas-suq tax-xogħol, ir-rwol tal-impjieg illegali u l-migrazzjoni illegali, u l-gravità tar-reati. Madankollu, l-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li r-regoli jkunu effettivi biex jiskoraġġixxu l-migrazzjoni irregolari u jiġġieldu l-impjieg illegali (2). |
|
1.3. |
Il-KESE jissottolinja li l-lakuni tad-Direttiva kkonċernata huma marbuta mat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni attwali tagħha mill-Istati Membri, b’mod partikolari d-diversità kbira tas-sanzjonijiet li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ma tantx huma suxxettibbli li jiskoraġġixxu lill-impjegaturi milli jirreklutaw ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali. Huma relatati wkoll man-nuqqas ta’ kapaċità tad-Direttiva li tinkoraġġixxi lill-migranti biex, bħala regola, jikkollaboraw mal-awtoritajiet minħabba l-biża’ leġittima u ġustifikata tagħhom li jiġu ritornati lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. Fil-fatt, il-mekkaniżmi għall-ilmenti ta’ dawn il-migranti ġeneralment ikunu ineffettivi, minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni permanenti, dettaljata, effettiva u sinifikanti ipprovduta bil-lingwa tal-udjenza destinatarja, għax l-ispezzjonijiet ikunu ftit wisq, minħabba nuqqas ta’ riżorsi umani, jew ineffettivi, jew għax l-Istati Membri ma jipprovdux rapporti u informazzjoni f’waqthom li jippermettu evalwazzjoni regolari tal-applikazzjoni tad-Direttiva. |
|
1.4. |
Il-KESE jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw id-Direttiva u biex jaħdmu b’mod attiv mal-Kummissjoni biex jiżguraw l-effettività tagħha. Il-KESE jappoġġja bil-qawwa r-rieda tal-Kummissjoni li tniedi proċeduri ta’ ksur kontra l-Istati Membri jekk dawn xorta jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi ewlenin li jirriżultaw mid-Direttiva fir-rigward tas-sanzjonijiet, l-ispezzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti. Madankollu, il-Kumitat jipproponi li l-Kummissjoni teżamina, bħala parti mill-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva li għandha titwettaq sal-2024, liema sanzjonijiet jistgħu jiġu definiti jew imposti fuq kumpaniji li konxjament japprofittaw mir-riżultati ta’ attivitajiet illegali u kriminali. |
|
1.5. |
Fir-rigward tas-sanzjonijiet, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-impenji tal-Kummissjoni u r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Istati Membri. Barra minn hekk, jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
|
|
1.6. |
Fir-rigward tal-miżuri għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti irregolari, il-KESE jappoġġja l-impenji u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri, iżda jagħmel il-proposti hawn taħt.
|
|
1.7. |
Fir-rigward tal-ispezzjonijiet, il-KESE jappoġġja l-impenji u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri, iżda jagħmel il-proposti li ġejjin.
|
|
1.8. |
Fir-rigward tal-lakuni kbar fl-informazzjoni, il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni, bl-appoġġ tan-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni, li titwaqqaf sistema tal-IT ta’ rappurtar ta’ informazzjoni u bażi tad-data li toffri l-possibbiltà li tinkiseb informazzjoni fuq bażi regolari u kumparabbli fi żmien adatt, u b’hekk jiġu megħluba d-diffikultajiet enormi li jeżistu. Madankollu, il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni tiżgura li l-leġiżlazzjoni rilevanti tipprojbixxi lill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri milli jużaw din il-bażi tad-data sabiex jidentifikaw ħaddiema f’sitwazzjoni irregolari u b’hekk jirritornawhom lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. |
2. Għanijiet tal-Komunikazzjoni
|
2.1. |
Il-Komunikazzjoni adottata mill-Kummissjoni u li hi indirizzata f’din l-Opinjoni tal-KESE għandha l-għan li ttejjeb l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u hija parti mill-approċċ aktar ġenerali tal-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil. Il-Kummissjoni se tevalwa kif tista’ tittejjeb l-effettività tad-Direttiva u jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali. |
|
2.2. |
Il-Komunikazzjoni li qed tiġi eżaminata tissodisfa wkoll l-obbligu ta’ rappurtar regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill previst fl-Artikolu 16 tad-Direttiva. Din tidentifika l-azzjonijiet meħtieġa biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tad-Direttiva, billi tiffoka fuq it-tliet linji ta’ azzjoni ewlenin li ġejjin:
|
|
2.3. |
Din l-Opinjoni tindirizza l-aspetti ewlenin relatati ma’ kull wieħed minn dawn il-punti. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE josserva li “huwa diffiċli li jiġi stmat id-daqs tal-impjieg illegali fl-UE minħabba li huwa fenomenu ‘moħbi’ […]. Hemm indikazzjonijiet li l-impjieg illegali ta’ migranti irregolari huwa ogħla fejn is-sehem tal-attività ekonomika informali huwa kbir. Għalkemm l-impjieg informali huwa stmat li jammonta għal 16,8 % tal-impjiegi kollha fl-UE bħala medja, il-livell ta’ impjieg illegali ta’ migranti irregolari huwa dejjem aktar diffiċli biex jiġi kkwantifikat, b’mod partikolari fir-rigward tal-aspetti speċifiċi għall-ġeneru u dawk sensittivi għat-tfal, peress li l-migrazzjoni irregolari dejjem tibqa’ diffiċli biex tiġi stmata” (5). In-natura u d-daqs tal-impjieg irregolari jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Id-disponibbiltà aħjar ta’ data aġġornata u preċiża hija waħda mill-isfidi ewlenin biex din il-problema tiġi mifhuma u indirizzata aħjar. |
|
3.2. |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li “l-ħaddiema mingħajr dokumenti spiss jistgħu jiġu impjegati permezz ta’ relazzjonijiet tax-xogħol kumplessi li jinvolvu arranġamenti ta’ sottokuntrattar, reklutaturi u aġenziji tax-xogħol temporanji, kif ukoll permezz ta’ pjattaformi online li jipprovdu xogħol għal żmien qasir (eż. twassil tal-ikel u l-ikliet, servizz tat-trasport), u dan iżid id-diffikultà fl-identifikazzjoni ta’ impjegaturi li jimpjegaw migranti irregolari. F’dan ir-rigward, ir-responsabbiltà tal-katina kollha tal-impjegaturi hija maħsuba biex tipproteġi lill-migranti speċjalment f’dawk is-setturi ekonomiċi fejn is-sottokuntrattar huwa mifrux, bħall-kostruzzjoni, kif ukoll fil-qasam ekonomiku li għadu kif feġġ ta’ xogħol fuq pjattaforma online” (6). |
|
3.3. |
Il-KESE jenfasizza li, f’xi każijiet, il-ksur estrem u fit-tul tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt jista’ jkun marbut ma’ atti kriminali u negliġenza statali oħra, kif iddikjarat fis-sentenza storika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-2017, li rrikonoxxiet bħala xogħol furzat forom serji ta’ sfruttament tal-ħaddiema migranti fiż-żoni tal-frawli ta’ Nea Manolada, il-Greċja, billi tispeċifika li l-isfruttament tal-ħaddiema huwa aspett tat-traffikar tal-bnedmin (7). |
|
3.4. |
Fl-Opinjonijiet adotatti s’issa, il-Kumitat enfasizza l-bżonn li tittieħed azzjoni sabiex jinħolqu opportunitajiet għal immigrazzjoni legali u jiġu indirizzati l-kawżi tal-immigrazzjoni irregolari. B’mod partikolari, fl-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tiegħu dwar il-Proposta għal Direttiva li tintroduċi sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza irregolari, il-KESE esprima “dubji dwar il-kontenut tad-direttiva proposta, dwar jekk il-proposta ġietx imnedija f’mument propizju u dwar l-ordni li bih ġew adottati l-proposti leġiżlattivi” u, barra minn hekk, issottolinja “l-importanza ta’ implimentazzjoni effettiva tad-direttiva fl-Istati Membri li l-kompitu tagħhom mhux wieħed faċli minħabba li i) il-korpi ta’ sorveljanza m’għandhomx biżżejjed persunal ikkwalifikat, ii) hemm diffikultajiet fil-qsim tar-responsabbiltajiet bejn il-korpi kkonċernati u iii) hemm numru kbir ta’ kumpaniji li għandhom jiġu ssorveljati”, u kkonkluda li “is-saħħa tad-direttiva għandha tkun fl-implimentazzjoni attwali tagħha”. |
|
3.5. |
Minkejja l-aspetti pożittivi tal-Komunikazzjoni, il-KESE, tnax-il sena wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, għandu dubji serji dwar jekk dan huwiex mod adatt kif jiġi miġġieled l-isfruttament tal-ħaddiema migranti irregolari u tiġi regolarizzata s-sitwazzjoni tagħhom fil-pajjiżi ospitanti. |
|
3.6. |
Il-KESE jemmen ukoll li d-Direttiva dwar Sanzjonijiet kontra Min Iħaddem waħedha mhix biżżejjed biex tippromovi l-mezzi ta’ migrazzjoni legali u twaqqaf il-migrazzjoni irregolari. Huwa meħtieġ approċċ aktar komprensiv biex jorbot id-dispożizzjonijiet varji tal-Unjoni Ewropea dwar il-migrazzjoni legali mal-isforzi nazzjonali biex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat. Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kumpaniji jkunu jistgħu jimpjegaw aktar faċilment il-migranti li jirregolarizzaw ruħhom kif suppost, u r-regoli għandhom ikunu aktar sempliċi u ċari u mhux wisq burokratiċi. |
4. Kummenti speċifiċi dwar is-sanzjonijiet kontra l-impjegaturi
|
4.1. |
Il-KESE jqis li huwa importanti ħafna li d-Direttiva tipprevedi l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji u kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex l-impjegaturi jiġu skoraġġuti milli jirreklutaw migranti irregolari. Is-sanzjonijiet jenħtieġ li jkollhom effett ħafna akbar mill-gwadann ekonomiku relatat mar-reklutaġġ ta’ migranti irregolari (8). |
|
4.2. |
Bl-istess mod, il-KESE jenfasizza l-miżuri amministrattivi addizzjonali previsti fid-Direttiva, bħat-telf ta’ benefiċċji pubbliċi jew l-esklużjoni minn kuntratti pubbliċi, il-ħlas lura ta’ sussidji pubbliċi, l-għeluq temporanju jew permanenti ta’ stabbilimenti u l-irtirar ta’ liċenzji operattivi. Huwa jikkundanna l-fatt li dawn il-miżuri għadhom mhumiex qed jintużaw biżżejjed minkejja l-potenzjal tagħhom li jiskoraġġixxu lil min iħaddem milli jimpjega migranti irregolari (9). |
|
4.3. |
Hemm differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri fir-rigward tad-daqs tas-sanzjonijiet finanzjarji u kriminali: pereżempju, is-sanzjoni finanzjarja tvarja bejn EUR 3 000 u EUR 43 000 u s-sentenza ta’ ħabs bejn 8 ijiem u 12-il sena (10). Madankollu, huwa importanti li tingħata ħarsa ġenerali lejn is-sanzjonijiet differenti kollha applikati fl-Istati Membri. |
|
4.4. |
Il-KESE jenfasizza li l-Istati Membri li għandhom sistema ta’ sanzjonijiet aktar ħarxa jqisu li sanzjonijiet finanzjarji akbar jikkostitwixxu deterrent tajjeb kontra l-impjieg illegali, filwaqt li dawk b’sanzjonijiet inqas ħorox jew fejn ir-riskju li jiġu applikati sanzjonijiet huwa meqjus baxx meta mqabbel mal-benefiċċji potenzjali tal-impjieg illegali ma jqisuhomx bħala deterrent suffiċjenti. Huwa impressjonanti meta wieħed jinnota li, mill-2014 ’l hawn, ħdax-il Stat Membru emendaw il-leġiżlazzjoni tagħhom biex iżidu l-ammont tal-multa imposta (11). |
|
4.5. |
Il-KESE, minkejja li jifhem li “[I]d-differenza bejn il-livell tal-multi applikati fl-Istati Membri tiddependi fuq varjetà ta’ elementi, bħas-sitwazzjoni ekonomika u l-livell tal-paga minima fl-Istat Membru”, kif jingħad fil-Komunikazzjoni, iqis li dan ma jistax jiġġustifika l-eżistenza ta’ sanzjonijiet mhux dissważivi. |
|
4.6. |
Iqis li huwa inaċċettabbli li għad hemm lakuni sinifikanti fl-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri rigward l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet penali kontra min iħaddem u l-għadd ta’ proċedimenti mibdija. Madankollu, l-evidenza disponibbli diġà hija biżżejjed biex turi li d-Direttiva kellha impatt limitat f’termini ta’ deterrent għall-impjieg illegali permezz ta’ sanzjonijiet, tant li l-KESE jkollu jerġa’ juri bil-qawwa li għadu ma nkisibx qafas effettiv għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi fl-Unjoni Ewropea (12). |
|
4.7. |
Il-KESE jinnota u jenfasizza li l-feedback mill-partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw lit-trade unions u lill-NGOs, li nġabar waqt konsultazzjonijiet immirati dwar is-suġġett, juri li s-sanzjonijiet kontra min iħaddem li jimponu kundizzjonijiet tax-xogħol abbużivi jidhru li huma inqas mill-benefiċċji miksuba mix-xogħol mhux iddikjarat u d-dumping soċjali (13). Madankollu, min iħaddem iqis li s-sanzjonijiet huma ħorox biżżejjed u li huwa importanti li tittejjeb l-applikazzjoni effettiva u proporzjonata tagħhom fl-implimentazzjoni tad-Direttiva minn kull Stat Membru. |
5. Kummenti speċifiċi dwar il-miżuri għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti irregolari
|
5.1. |
L-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva jagħtu lill-migranti irregolari sett ta’ drittijiet biex jiġi żgurat li jkunu infurmati b’mod korrett u jkunu jistgħu jressqu lmenti dwar ksur tad-dritt tax-xogħol u jitolbu li jitħallsu l-pagi mhux imħallsa. Dawn huma dispożizzjonijiet fundamentali biex jipproteġu lill-migranti mill-isfruttament u l-abbuż (14). |
|
5.2. |
Il-KESE jinnota l-perspettivi u l-analiżijiet tal-Kummissjoni f’dan il-qasam u jaqbel magħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
|
|
5.3. |
Il-KESE jixtieq iwissi li anki meta jkunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom mit-trade unions, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew il-korpi ta’ servizz pubbliku, il-ħaddiema migranti irregolari jistgħu jżommu lura milli jressqu lmenti kontra min iħaddem biex jirkupraw pagi mhux imħallsa jew jirrappurtaw sfruttament possibbli, minħabba li huma għandhom ir-riskju li jintbagħtu lura lejn pajjiżhom, li jitilfu d-dħul tagħhom u, f’xi każijiet, li jsofru ritaljazzjoni minn min iħaddem. |
6. Kummenti speċifiċi dwar l-ispezzjonijiet
|
6.1. |
Il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-ispezzjonijiet huma l-aktar għodod importanti biex jidentifikaw l-impjegaturi li jirreklutaw migranti irregolari, u s-sitwazzjonijiet ta’ sfruttament. Jagħmluha possibbli li min iħaddem jinżamm responsabbli u jiġi ssanzjonat, kif ukoll li jiġu stabbiliti l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu lil dawk il-ħaddiema migranti irregolari li jiġu sfruttati. L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva jimponi obbligu fuq l-Istati Membri biex jiżguraw li jitwettqu spezzjonijiet effettivi u adatti fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, li jagħmluha possibbli li jiġu identifikati s-setturi ta’ attività l-aktar esposti u li mingħajrhom ikun impossibbli li jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva (19). Il-KESE jenfasizza wkoll li, minbarra li jiġu żgurati spezzjonijiet effettivi, għandhom jiġu indirizzati wkoll problemi oħra assoċjati mal-impjegar ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza irregolari. |
|
6.2. |
Il-KESE huwa sorpriż meta jara li l-Komunikazzjoni ma tagħmel l-ebda referenza la għall-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u lanqas għall-parteċipazzjoni tagħha fl-ispezzjonijiet Ewropej, meta wieħed iqis li huwa magħruf sew li ħafna ktajjen ta’ reklutaġġ u sottokuntrattar ta’ ħaddiema migranti irregolari joperaw fil-livell Ewropew, u għalhekk jeħtieġ li jitwettaq xogħol ta’ spezzjoni fl-istess livell. Huwa jisħaq fuq il-ħtieġa li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata. |
|
6.3. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-ispezzjonijiet, b’mod partikolari dawn li ġejjin:
|
|
6.4. |
Dwar dan, il-KESE huwa tal-fehma li huwa inaċċettabbli li l-ispezzjonijiet li jsiru f’diversi Stati Membri ma jiffokawx fuq is-setturi ta’ riskju: din is-sitwazzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva (23). Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, is-setturi ewlenin f’riskju huma l-agrikoltura, il-kostruzzjoni, il-manifattura, is-servizzi domestiċi u soċjali, il-lukandi u r-ristoranti. |
|
6.5. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-osservazzjonijiet tal-FRA li juru li meta jitwettqu b’mod konġunt mill-awtoritajiet tax-xogħol u l-unitajiet li jiġġieldu t-traffikar tal-bnedmin, jew unitajiet speċjalizzati oħra mħarrġa fil-qasam tal-isfruttament tal-ħaddiema, l-ispezzjonijiet jistgħu jgħinu biex jinstabu migranti li huma vittmi ta’ sfruttament tax-xogħol jew traffikar tal-bnedmin (24). |
|
6.6. |
Fir-rigward ta’ din l-opinjoni tal-FRA, il-KESE juri, madankollu, li l-partijiet ikkonċernati u dawk li jaħdmu fil-qasam jissottolinjaw li, minħabba r-riskju ta’ arrest u ritorn, il-ħaddiema sfruttati ma jirrappurtawx is-sitwazzjoni tagħhom waqt l-ispezzjonijiet, b’mod partikolari meta dawn jitwettqu b’mod konġunt mill-ispettorat tax-xogħol u l-pulizija jew l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni. |
7. Kummenti speċifiċi dwar il-lakuni sinifikanti fl-informazzjoni
|
7.1. |
Id-Direttiva tirrikjedi lill-Istati Membri jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni dwar in-numru ta’ spezzjonijiet imwettqa u r-riżultati tagħhom, il-ħlas ta’ arretrati minn min iħaddem, miżuri oħra applikati u l-faċilitazzjoni għat-tressiq tal-ilmenti. Din l-informazzjoni hija essenzjali biex jiġi vvalutat kif id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva qed jiġu implimentati kif ukoll l-effetti tagħhom. L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri hija limitata ħafna u irregolari, u b’hekk id-data dwar l-ispezzjonijiet u r-riżultati tagħhom issofri minn lakuni sinifikanti (25). |
|
7.2. |
Minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli u komprensiva, huwa diffiċli li jiġi vvalutat b’mod konklużiv jekk id-Direttiva kellhiex impatt fuq il-ġlieda kontra l-impjieg illegali u t-tnaqqis tiegħu, u jekk is-sanzjonijiet kriminali fl-Istati Membri humiex effettivi, proporzjonati u dissważivi. Ġbir aħjar tal-informazzjoni jgħin biex tittejjeb l-istrateġija ta’ implimentazzjoni, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-Unjoni Ewropea (26). |
|
7.3. |
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni, bl-appoġġ tan-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni, li titwaqqaf sistema tal-IT ta’ rappurtar ta’ informazzjoni u bażi tad-data li joffru l-possibbiltà li tinkiseb informazzjoni regolari u komparabbli fi żmien adatt (27). In-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni jista’ jkun ukoll għodda utli biex jiġu organizzati opportunitajiet għal tagħlim reċiproku u skambju ta’ prattiki bejn l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti. |
|
7.4. |
Il-KESE jemmen li din il-bażi tad-data għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u li l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri m’għandhomx ikunu jistgħu jużawha la biex jidentifikaw il-ħaddiema irregolari u lanqas, sussegwentement, biex jirritornawhom lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. |
8. Kummenti speċifiċi dwar it-tisħiħ tal-azzjoni tal-UE kontra l-impjieg illegali
|
8.1. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-pożizzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni li ġejjin, kif stipulati fil-Komunikazzjoni. |
|
8.1.1. |
biex tiġġieled kontra l-migrazzjoni irregolari, l-UE jeħtieġ li tindirizza l-aspetti kollha ta’ dan il-fenomenu permezz ta’ approċċ komprensiv, kif indikat mill-patt il-ġdid. Minbarra li tindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, tniedi mill-ġdid il-ġlieda kontra t-traffikanti tal-migranti fi sħubija ma’ pajjiżi terzi u żżid il-ftuħ ta’ rotot legali lejn l-UE, l-UE teħtieġ ukoll li ssaħħaħ ir-rispons tagħha għall-impjieg illegali, għax dan huwa xprun għall-migrazzjoni irregolari u sors ta’ sfruttament u abbuż. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu żgurati implimentazzjoni u infurzar aktar effettivi tad-Direttiva, l-aktar għodda importanti għad-dispożizzjoni tagħna li l-potenzjal tagħha għad irid jiġi sfruttat bis-sħiħ (28). |
|
8.1.2. |
filwaqt li tappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni se timmonitorja wkoll kontinwament l-implimentazzjoni tad-Direttiva u se tiffoka fuq l-infurzar effettiv tagħha. Ladarba tiġi adottata l-Komunikazzjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni se timpenja ruħha mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri biex tikseb informazzjoni addizzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi ewlenin dwar is-sanzjonijiet, l-ispezzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti li jirriżultaw mid-Direttiva u bil-għan li jiġu identifikati soluzzjonijiet possibbli. Fejn adatt, il-Kummissjoni se tniedi proċeduri ta’ ksur (29). |
|
8.1.3. |
Sa tmiem l-2022, il-Kummissjoni se timplimenta l-miżuri ppreżentati fil-Komunikazzjoni tagħha u se tirrapporta dwar ir-riżultati miksuba fir-rapport ta’ implimentazzjoni li jmiss li għandu jitlesta sa mhux aktar tard mill-2024. Fid-dawl tal-progress miksub permezz tar-rakkomandazzjonijiet ippreżentati fil-Komunikazzjoni u l-isforzi mġedda ta’ implimentazzjoni u infurzar, u fid-dawl tal-iżviluppi possibbli fil-qasam tal-impjiegi illegali u jekk id-Direttiva għadhiex adatta biex twieġeb għalihom, il-Kummissjoni mbagħad se tikkunsidra jekk huwiex meħtieġ li l-qafas legali eżistenti jiġi emendat (30). |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Komunikazzjoni COM(2021) 592 final, p. 1.
(2) Ara COM(2021) 592 final, punt 1.
(3) Ara COM(2021) 592 final, punt 6.
(4) Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24).
(5) Komunikazzjoni COM(2021) 592 final, Introduzzjoni.
(6) Ara COM(2021) 592 final, punt 2.3.
(7) Chowdury u Oħrajn vs. il-Greċja Il-kundizzjonijiet ta’ għajxien u tax-xogħol deplorevoli f’Manolada ġibdu l-attenzjoni fl-2013, meta s-sorveljanti tal-azjendi agrikoli fetħu n-nar u weġġgħu serjament 30 ħaddiem mill-Bangladexx li talbu l-ħlas tal-pagi dovuti lilhom.
(8) Ara COM(2021) 592 final, punt 2.
(9) Ara COM(2021) 592 final, punt 2.3.
(10) COM(2021) 592 final, punti 2.1 u 2.2.
(11) COM(2021) 592 final, punt 2.1.
(12) COM(2021) 592 final, punt 2.2.
(13) COM(2021) 592 final, punt 2.2.
(14) COM(2021) 592 final, punt 3.
(15) COM(2021) 592 final, punt 3.
(16) COM(2021) 592 final, punt 3.2.
(17) COM(2021) 592 final, punt 3.2.
(18) COM(2021) 592 final, punt 3.2.
(19) COM(2021) 592 final, punt 4.1.
(20) COM(2021) 592 final, punt 4.1.
(21) COM(2021) 592 final, punt 4.1.
(22) COM(2021) 592 final, punt 4.1.
(23) COM(2021) 592 final, punt 4.1.
(24) COM(2021) 592 final, punt 4.1.
(25) COM(2021) 592 final, punt 5.
(26) COM(2021) 592 final, punt 5.
(27) COM(2021) 592 final, punt 5.
(28) COM(2021) 592 final, punt 6.
(29) COM(2021) 592 final, punt 6.
(30) COM(2021) 592 final, punt 6.
ANNESS
L-emenda li ġejja nċaħdet waqt id-diskussjonijiet iżda rċeviet tal-inqas kwart tal-voti mixħuta (Artikolu 59(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):
EMENDA 5
SOC/705 — Sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali
Punt 1.7(i), it-tielet inċiż
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
||||
|
|
Raġuni
L-emenda għandha l-għan li tiċċara r-rwol tal-ispetturi u tenfasizza li, bħala parti mill-obbligi professjonali tagħhom, huma obbligati jirrapportaw il-migranti irregolari lill-awtoritajiet jekk jiltaqgħu magħhom fil-postijiet tax-xogħol spezzjonati, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-ispezzjonijiet konġunti jistgħu jiskoraġġixxu lill-ħaddiema sfruttati milli jitkellmu dwar iċ-ċirkostanzi tagħhom f’dak iż-żmien. L-istrateġija segwita mill-ispetturi tax-xogħol jeħtieġ li tiġi ċċarata.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
48 |
|
Kontra: |
70 |
|
Astensjonijiet: |
16 |
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/90 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Pjan ta’ azzjoni tal-UE mġedded kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali (2021-2025)”
(COM(2021) 591 final)
(2022/C 290/15)
|
Relatur: |
José Antonio MORENO DÍAZ |
|
Korelatur: |
Pietro Vittorio BARBIERI |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 1.12.2021 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adottata fis-sezzjoni |
7.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
212/0/5 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali hija attività kriminali transfruntiera li tpoġġi l-ħajja tan-nies f’riskju, tikser id-drittijiet fundamentali, u tfixkel il-ġestjoni ordnata tal-flussi tal-migrazzjoni. F’dawn l-aħħar 20 sena, il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin kibret minħabba diversi fatturi ta’ tkeċċija fil-pajjiżi ta’ oriġini (ksur tad-drittijiet tal-bniedem, vjolenza, kunflitti, inugwaljanzi, fatturi ekonomiċi, fatturi ambjentali, eċċ.), iżda wkoll minħabba n-nuqqas ta’ mezzi legali ta’ aċċess għat-territorji ta’ ħafna pajjiżi. Ir-restrizzjonijiet, li żdiedu minħabba l-pandemija tal-COVID-19, żiedu l-għadd ta’ persuni li jużaw dawn in-networks illeċiti, bir-riskji kollha li dan jinvolvi. |
|
1.2. |
Sa mill-bidu tagħha, il-politika Ewropea dwar il-migrazzjoni kellha l-għan, fost affarijiet oħra, li tiġġieled din l-attività kriminali, tipprevjeni l-isfruttament tal-migranti minn networks kriminali, u tnaqqas l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE mġedded kontra t-Traffikar tal-Migranti (2021-2025) għandu jinftiehem bħala għodda ta’ kontinwità u titjib fil-ġlieda tal-Unjoni Ewropea kontra din l-attività kriminali. |
|
1.3. |
Skont il-Europol, aktar minn 90 % tal-persuni li jidħlu fl-Unjoni Ewropea b’mod irregolari jkunu vvjaġġaw permezz ta’ networks ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali f’xi stadju tal-vjaġġ tagħhom. Fil-qafas tal-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, l-Unjoni Ewropea tqis li hija prijorità li taħdem mal-pajjiżi msieħba biex jitnaqqsu l-inċentivi biex jitwettqu dawn il-vjaġġi perikolużi; jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari; jiġu promossi l-migrazzjoni regolari u r-rotot legali u sikuri lejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea; biex tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri komuni; jiġu indirizzati fatturi ta’ attrazzjoni, bħal impjiegi irregolari; u jiġu ffaċilitati r-ritorn u r-riintegrazzjoni għal dawk il-persuni li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni irregolari fit-territorju tal-UE. |
|
1.4. |
Il-KESE jilqa’ l-pjan ta’ azzjoni tal-UE mġedded u l-approċċ komprensiv li jipproponi, bħala l-kontinwazzjoni tal-ħidma tal-Unjoni Ewropea biex tiġi miġġielda l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali. Huwa mifhum li, bħala attività kriminali, il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali tpoġġi l-ħajja tal-migranti f’riskju u tikser id-drittijiet tagħhom, tieħu vantaġġ mhux dovut mill-persuni li jkunu qed ifittxu aċċess għat-territorju tal-UE, u hija wkoll theddida għas-sigurtà Ewropea. |
|
1.5. |
Il-KESE jifhem li s-salvagwardja tal-fruntieri esterni hija prijorità għall-Unjoni Ewropea, iżda jindika li dawn dejjem għandhom jiġu protetti b’rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-invjolabbiltà tad-dritt internazzjonali pubbliku, u li dejjem jiġu protetti n-nies u tiġi evitata l-kriminalizzazzjoni tas-solidarjetà. Fi kwalunkwe każ, il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali qatt ma tista’ tiġi diretta kontra l-migranti nfushom jew kontra l-għajnuna umanitarja u l-assistenza li jingħataw. |
|
1.6. |
Il-KESE jqis li huwa essenzjali li tiġi miġġielda l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali permezz ta’ approċċ ta’ “rotta sħiħa”. Dan ifisser li għandhom jissaħħu l-miżuri proposti kontra n-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali billi tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija; jittejbu l-kooperazzjoni u d-djalogu mal-pajjiżi ġirien fil-ġlieda kontra n-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali; jissaħħu l-azzjonijiet għall-prevenzjoni tal-isfruttament u tiġi żgurata l-protezzjoni tal-persuni li jiddaħħlu klandestinament; u jiġu miġġielda l-impjieg irregolari u l-isfruttament tax-xogħol b’mod aktar koordinat u b’saħħtu. |
|
1.7. |
Il-KESE jaqbel mal-ħtieġa li tiġi eliminata d-domanda sabiex jintlaqtu l-profitti tan-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin. Madankollu, huwa jwissi dwar id-disfunzjonijiet li jistgħu jinħolqu mill-indirizzar tan-naħa tal-provvista biss (networks). F’dan ir-rigward, huwa jindika li l-eżistenza ta’ mezzi legali, effettivi u sikuri, kif ukoll il-protezzjoni tad-dritt għall-ażil, huma kruċjali biex tiġi diżattivata parti kbira minn dan in-negozju illeċitu. |
|
1.8. |
Il-KESE jikkundanna wkoll bil-qawwa l-istrumentalizzazzjoni tal-migranti u ta’ dawk li jfittxu l-ażil bħala elementi ta’ destabbilizzazzjoni tal-UE (1). |
|
1.9. |
Il-KESE jirrimarka li l-protezzjoni tal-persuni u l-għoti ta’ kura medika (2) u għajnuna ta’ solidarjetà m’għandhomx jiġu kriminalizzati u ttrattati bl-istess mod bħan-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u għandhom jittieħdu passi legali biss meta jitwettqu intenzjonalment sabiex jinkiseb, direttament jew indirettament, gwadann finanzjarju jew vantaġġ materjali ieħor (3). Il-klawżola ta’ eżenzjoni obbligatorja mir-responsabbiltà għandha tiġi inkluża b’mod espliċitu f’każ fejn l-azzjonijiet ta’ għajnuna jew assistenza jkunu motivati minn raġunijiet umanitarji. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali hija attività kriminali transfruntiera li tpoġġi l-ħajja tan-nies f’riskju, tikser id-drittijiet fundamentali, u tfixkel il-ġestjoni ordnata tal-flussi tal-migrazzjoni. |
|
2.2. |
F’dawn l-aħħar 20 sena, il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin kibret minħabba diversi fatturi ta’ tkeċċija fil-pajjiżi ta’ oriġini (ksur tad-drittijiet tal-bniedem, vjolenza, kunflitti, inugwaljanzi, fatturi ekonomiċi, fatturi ambjentali, eċċ.), iżda wkoll minħabba n-nuqqas ta’ mezzi legali ta’ aċċess għat-territorji ta’ ħafna pajjiżi. Ir-restrizzjonijiet, li żdiedu minħabba l-pandemija tal-COVID-19, żiedu l-għadd ta’ persuni li jużaw dawn in-networks illeċiti, bir-riskji kollha li dan jinvolvi (4). |
|
2.3. |
Id-differenza ewlenija bejn il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta’ bnedmin hija li, fl-ewwel waħda, il-migranti jipparteċipaw b’mod volontarju fil-proċess ta’ migrazzjoni billi jħallsu għas-servizzi ta’ faċilitatur ta’ dħul klandestin ta’ persuni biex jaqsmu fruntiera internazzjonali; fit-traffikar, il-persuni jiġu ttraffikati għal skopijiet ta’ xogħol, skopijiet sesswali jew skopijiet ta’ tneħħija ta’ organi, u huma vittmi li jeħtieġu assistenza u appoġġ. L-attivitajiet ta’ traffikar mhumiex neċessarjament transfruntieri. Iż-żewġ fenomeni spiss huma interrelatati, peress li l-persuni li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin jistgħu jsiru vittmi tat-traffikanti għax-xogħol, għal skopijiet sesswali jew għal skopijiet oħra ta’ sfruttament. |
|
2.4. |
Sa mill-bidu tagħha, il-politika Ewropea dwar il-migrazzjoni kellha l-għan, fost affarijiet oħra, li tiġġieled din l-attività kriminali, tipprevjeni l-isfruttament tal-migranti minn networks kriminali, u tnaqqas l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari. Fil-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea fl-2020, jiġi nnotat li l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali hija prijorità, u li l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu se tissaħħaħ sabiex jiġu evitati vjaġġi perikolużi u qsim irregolari, inkluż permezz ta’ sħubijiet kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali mfassla apposta ma’ terzi pajjiżi. |
|
2.5. |
Skont il-Europol, aktar minn 90 % tal-persuni li jidħlu fl-Unjoni Ewropea b’mod irregolari jkunu vvjaġġaw permezz ta’ networks ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali f’xi stadju tal-vjaġġ tagħhom. |
|
2.6. |
Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE mġedded kontra t-Traffikar tal-Migranti (2021-2025) għandu jinftiehem bħala għodda ta’ kontinwità fil-ġlieda tal-Unjoni Ewropea kontra din l-attività kriminali. Il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali għandha titqies mhux biss bħala sfida ta’ migrazzjoni, iżda wkoll bħala theddida għas-sigurtà li taffettwa l-fruntieri esterni tal-UE. Il-ġestjoni u l-protezzjoni xierqa tal-fruntieri esterni tal-UE, li jirrispettaw il-qafas legali internazzjonali u d-drittijiet fundamentali, hija kwistjoni ewlenija. L-UE jeħtieġ li ssaħħaħ standards u proċeduri komuni, b’mod li jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-istandards internazzjonali, sabiex timpedixxi l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali lejn l-UE. |
|
2.7. |
Fil-qafas tal-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, l-Unjoni Ewropea tqis li hija prijorità li taħdem mal-pajjiżi msieħba biex jitnaqqsu l-inċentivi biex jitwettqu dawn il-vjaġġi perikolużi; jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari; jiġu promossi l-migrazzjoni regolari u r-rotot legali u sikuri lejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea; tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri komuni; u jiġu ffaċilitati r-ritorn u r-riintegrazzjoni għal dawk il-persuni li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni irregolari fit-territorju Ewropew (5). |
|
2.8. |
Il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali tinvolvi wkoll it-tisħiħ tal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar Sanzjonijiet kontra min Iħaddem (6), u l-fehim li x-xogħol irregolari huwa element ta’ attrazzjoni għall-migrazzjoni irregolari u li jista’ jkun marbut mal-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali: ta’ min ifakkar li jekk hemm ħaddiema barranin f’sitwazzjoni irregolari fl-UE, dan għaliex hemm impjegaturi irregolari li jipprovdulhom xogħol illegali li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet minimi tax-xogħol rigward is-salarju, is-sigħat tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza, eċċ. |
|
2.9. |
Il-Pjan ta’ Azzjoni imġedded tal-UE kontra t-Traffikar tal-Migranti (2021-2025) iqis ir-riżultati ta’ konsultazzjonijiet immirati u tal-konsultazzjoni pubblika li saret bejn id-19 ta’ Marzu u l-11 ta’ Ġunju 2021. Billi jikkontribwixxi għat-tfixkil tan-negozji kriminali, huwa jappoġġja wkoll l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà (7), kif ukoll l-Istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda l-Kriminalità Organizzata 2021-2025 (8) u l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin 2021-2025 (9). |
3. Kummenti dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE mġedded kontra t-Traffikar tal-Migranti (2021-2025)
|
3.1. |
Il-KESE jilqa’ l-pjan ta’ azzjoni tal-UE mġedded u l-approċċ komprensiv li jipproponi, bħala l-kontinwazzjoni tal-ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin. |
|
3.2. |
Huwa mifhum li, bħala attività kriminali, il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali tpoġġi l-ħajja tal-migranti f’riskju u tikser id-drittijiet tagħhom, u tieħu wkoll vantaġġ bla bżonn mill-persuni li jkunu qed ifittxu aċċess għat-territorju tal-UE. Għalhekk, il-KESE jemmen li għandhom jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi u l-għodod meħtieġa biex tiġi miġġielda din l-attività kriminali. |
|
3.3. |
Il-KESE jifhem li s-salvagwardja tal-fruntieri esterni hija wkoll prijorità għall-Unjoni Ewropea, iżda jindika li dejjem għandhom jiġu protetti b’rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-invjolabbiltà tad-dritt internazzjonali pubbliku, u li dejjem jiġu protetti n-nies u tiġi evitata l-kriminalizzazzjoni tas-solidarjetà. Fi kwalunkwe każ, il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali qatt ma tista’ tiġi diretta kontra l-migranti nfushom jew kontra l-għajnuna umanitarja u l-assistenza li jingħataw, u lanqas ma tista’ tkun skuża biex jiġi abolit id-dritt għall-ażil kemm fl-UE kif ukoll internazzjonalment. |
|
3.4. |
Il-protezzjoni tal-persuni u l-għoti ta’ kura medika (10) u għajnuna ta’ solidarjetà m’għandhomx jiġu kriminalizzati u ttrattati bl-istess mod bħan-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u għandhom jittieħdu passi legali biss meta jitwettqu intenzjonalment sabiex jinkiseb, direttament jew indirettament, gwadann finanzjarju jew vantaġġ materjali ieħor (11). Il-klawżola ta’ eżenzjoni obbligatorja mir-responsabbiltà għandha tiġi inkluża b’mod espliċitu f’każ fejn l-azzjonijiet ta’ għajnuna jew assistenza jkunu motivati minn raġunijiet umanitarji. |
|
3.5. |
Il-KESE jqis li huwa essenzjali li tiġi miġġielda l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali permezz ta’ approċċ ta’ “rotta sħiħa”, u li jiġi mifhum li n-nuqqas ta’ rotot legali u sikuri hija waħda mir-raġunijiet li ssaħħaħ lin-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali. |
|
3.6. |
Il-KESE jqis ukoll li x-xogħol irregolari jista’ jkun marbut man-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li spiss jispiċċaw f’sitwazzjonijiet ta’ sfruttament ta’ ħaddiema. Għalhekk, il-KESE jemmen li għandhom isiru sforzi biex tittejjeb l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar Sanzjonijiet kontra min Iħaddem u biex jiġu miġġielda l-impjieg irregolari u l-isfruttament ta’ ħaddiema b’mod aktar koordinat u qawwi. |
|
3.7. |
Il-KESE jqis li huwa meħtieġ li jissaħħu l-miżuri proposti kontra n-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali billi tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija, tiġi appoġġjata l-ħidma tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT) u tal-Eurojust, u jittejbu l-ġbir ta’ informazzjoni u l-kampanji ta’ informazzjoni dwar ir-riskji tal-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali fis-sors. |
|
3.8. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li dan l-approċċ integrat jinvolvi wkoll it-titjib tal-kooperazzjoni u d-djalogu mal-pajjiżi ġirien fil-ġlieda kontra n-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, iżda jwissi kontra l-periklu li r-relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni ma’ dawn il-pajjiżi jiġu affettwati b’mod negattiv, li jista’ jwassal għat-tisħiħ tan-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali billi jsir użu mhux ġustifikat ta’ kunċetti bħar-ritorn u riintegrazzjoni. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tindika b’mod korrett ir-rwol dejjem akbar li għandhom l-atturi tal-istat fil-ħolqien u fl-iffaċilitar artifiċjali tal-immigrazzjoni irregolari sabiex tiġi promossa d-destabbilizzazzjoni tal-UE. |
|
3.9. |
Il-KESE jqis li huwa essenzjali li jissaħħu l-azzjonijiet għall-prevenzjoni tal-isfruttament u għall-iżgurar tal-protezzjoni tal-persuni li jiddaħħlu klandestinament. F’dan ir-rigward, huwa jqis li huwa meħtieġ li jiġu żviluppati azzjonijiet pilota skont l-approċċ ta’ rotta sħiħa, li fih jipparteċipaw l-amministrazzjonijiet u l-atturi soċjali mill-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni. |
|
3.10. |
Il-KESE jqis li l-iżvilupp ta’ sħubijiet operazzjonali kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali ma’ pajjiżi terzi huwa ta’ interess, iżda jindika li dawn il-ftehimiet ma għandhomx jiksru l-prinċipji gwida tal-Unjoni Ewropea, u lanqas ma għandhom jiġu miftiehma ma’ pajjiżi fejn hemm ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
3.11. |
Il-KESE jqis li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE mġedded kontra t-Traffikar tal-Migranti (2021-2025) jirnexxi fl-identifikazzjoni tar-riskji li jirriżultaw minn din l-attività kriminali u tal-veloċità li biha n-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali jadattaw għaċ-ċirkostanzi u jużaw teknoloġiji ġodda għall-akbar vantaġġ tagħhom. |
|
3.12. |
Il-KESE jaqbel mal-ħtieġa li tiġi eliminata d-domanda sabiex jintlaqtu l-profitti tan-networks tal-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, kif stabbilit fil-pjan ta’ azzjoni mġedded. Madankollu, huwa jwissi dwar id-disfunzjonijiet li jistgħu jinħolqu mill-indirizzar tan-naħa tal-provvista biss (networks) mingħajr ma tiġi mifhuma l-ħtieġa għal riformi strutturali biex titnaqqas id-domanda. F’dan ir-rigward, huwa jindika li l-eżistenza ta’ mezzi legali, effettivi u sikuri, kif ukoll il-protezzjoni tad-dritt għall-ażil, huma kruċjali biex tiġi diżattivata parti kbira minn dan in-negozju illeċitu. |
|
3.13. |
Il-KESE jinsab imħasseb dwar il-fatt li t-titjib tal-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali – objettiv li huwa jikkondividi – jista’ jikkostitwixxi ksur tal-mekkaniżmi għall-assistenza lill-migranti vulnerabbli. Huwa jenfasizza l-fatt li f’dawn l-aħħar xhur kien hemm żieda fl-azzjonijiet mill-partijiet u mill-gvernijiet biex jikkriminalizzaw atti ta’ solidarjetà. Il-KESE jindika li l-protezzjoni ta’ persuni vulnerabbli u l-għoti ta’ kura medika (12) u ta’ għajnuna ta’ solidarjetà ma għandhomx jiġu kriminalizzati u ma għandhomx jiġu ttrattati bl-istess mod bħan-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali (13). |
|
3.14. |
Il-KESE jqis li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-vittmi tal-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, speċjalment dawk li huma aktar vulnerabbli, bħall-minorenni (mhux akkumpanjati) (14), il-persuni b’diżabbiltà, u n-nisa (15). Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tfassal Direttiva dwar il-protezzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati, li jkollha bħala għan prinċipali l-aħjar interessi tat-tfal. Barra minn hekk, ir-rwol tal-atturi tas-soċjetà ċivili, tal-entitajiet soċjali u tal-NGOs fl-għajnuna u fl-appoġġ lill-vittmi tal-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali għandu jiġi rikonoxxut bħala azzjonijiet umanitarji biex jissaħħu l-prinċipji tal-UE. |
|
3.15. |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-pjan huwa rilevanti wkoll u jindirizza b’mod ċar il-problemi attwali tal-migrazzjoni strumentalizzata, meta l-involviment dirett tal-atturi tal-istat ikun evidenti. Il-KESE, bħall-Kunsill Ewropew (16), jikkundanna wkoll bil-qawwa l-istrumentalizzazzjoni tal-migranti u ta’ dawk li jfittxu l-ażil bħala elementi ta’ destabbilizzazzjoni, kif deher dan l-aħħar fil-fruntieri mal-Marokk u, b’mod partikolari, mal-Belarussja (17). |
|
3.16. |
Il-KESE jinnota li l-Istati Membri dejjem huma obbligati jikkonformaw mal-impenji internazzjonali, fosthom il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1951 u l-Protokoll ta’ New York tal-1967 li jirregolaw id-dritt għall-ażil, minbarra l-qafas leġiżlattiv kollu tal-UE. |
|
3.17. |
Il-konfigurazzjoni tal-migrazzjoni bħala theddida, u d-diskors li jippreżenta lill-migranti bħala periklu, jiddiżumanizzaw lill-bnedmin u jiffavorixxu biss lil dawk li jridu jieħdu vantaġġ minnhom għal raġunijiet ġeostrateġiċi jew politiċi nazzjonali. |
|
3.18. |
Il-KESE jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali hija ta’ tħassib akbar mill-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, li tibqa’ l-aktar attività kriminali li tħalli qligħ u tirrappreżenta mhux biss ksur tad-drittijiet tal-bniedem, iżda wkoll theddida reali għas-sigurtà nazzjonali, għat-tkabbir ekonomiku u għall-iżvilupp sostenibbli (18). |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Opinjon tal-KESE REX/554 li qed titfassal bħalissa.
(2) Dikjarazzjoni tas-CPME dwar il-kriminalizzazzjoni ta’ atti ta’ solidarjetà Ara wkoll ir-rapport tal-Parlament Ewropew (2019) : Fit for purpose?The Facilitation Directive and the criminalisation of humanitarian assistance to irregular migrants: 2018 update (Adatta għall-iskop? Id-Direttiva dwar il-Faċilitazzjoni u l-kriminalizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja lill-migranti irregolari: aġġornament tal-2018) (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) Artikolu 6 tal-Protokoll kontra l-Faċilitazzjoni tad-Dħul Klandestin ta’ Migranti bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali.
(4) Inizjattiva Globali (2021), The Global Illicit Economy (L-Ekonomija Illeċita Globali).
(5) ĠU C 517, 22.12.2021, p. 86.
(6) Direttiva 2009/52/KE.
(7) COM/2020/605 final.
(8) COM/2021/170 final.
(9) COM/2021/171 final.
(10) Dikjarazzjoni tas-CPME dwar il-kriminalizzazzjoni ta’ atti ta’ solidarjetà Ara wkoll ir-rapport tal-Parlament Ewropew (2019) : Fit for purpose?The Facilitation Directive and the criminalisation of humanitarian assistance to irregular migrants: 2018 update (Adatta għall-iskop? Id-Direttiva dwar il-Faċilitazzjoni u l-kriminalizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja lill-migranti irregolari: aġġornament tal-2018) (mhux disponibbli bil-Malti).
(11) Artikolu 6 tal-Protokoll kontra l-Faċilitazzjoni tad-Dħul Klandestin ta’ Migranti bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali.
(12) Dikjarazzjoni tas-CPME dwar il-kriminalizzazzjoni ta’ atti ta’ solidarjetà Ara wkoll ir-rapport tal-Parlament Ewropew (2019) Fit for purpose? The Facilitation Directive and the criminalisation of humanitarian assistance to irregular migrants: 2018 update (Adatta għall-iskop? Id-Direttiva dwar il-Faċilitazzjoni u l-kriminalizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja lill-migranti irregolari: aġġornament tal-2018).
(13) Il-Kunsill ta’ Esperti dwar il-Liġi tal-NGOs tal-Konferenza tal-INGOs tal-Kunsill tal-Ewropa: Using criminal law to restrict the work of NGOs supporting refugees and other migrants in Council of Europe Member States (L-użu tal-liġi kriminali biex tiġi ristretta l-ħidma tal-NGOs li jappoġġjaw lir-refuġjati u migranti oħra fl-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa) (2019).
(14) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 24.
(15) Objettiv 9 tal-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari: Insaħħu r-rispons tranżnazzjonali għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali. Kif ukoll il-punt 25(c): L-iżvilupp ta’ protokolli ta’ kooperazzjoni reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u li jqisu s-sitwazzjoni tat-tfal tul ir-rotot migratorji, li jiddeskrivu miżuri pass pass biex jiġu identifikati u assistiti b’mod adegwat il-migranti li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali.
(16) JOIN(2021) 32 final, Rispons għall-istrumentalizzazzjoni tal-migranti sponsorjata mill-Istat fil-fruntieri esterni tal-UE
(17) https://www.eesc.europa.eu/mt/news-media/presentations/ir-rispons-tal-ue-ghat-tifqigha-tal-covid-19-u-l-htiega-ghal-solidarjeta-bla-precedent-fost-l-istati-membri
(18) Bigio, J., & Vogelstein, R. B. (2021), Ending Human Trafficking in the Twenty-First Century (Intemmu t-Traffikar tal-Bnedmin fis-Seklu Wieħed u Għoxrin), Kunsill dwar ir-Relazzjonijiet Barranin.
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/95 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għal Ewropa soċjali aktar b’saħħitha: l-isfruttament tal-benefiċċji kollha tad-diġitalizzazzjoni għall-futur tax-xogħol”
(COM(2021) 761 final)
u l-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi”
(COM(2021) 762 final)
(2022/C 290/16)
|
Relatur: |
Cinzia DEL RIO |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 17.1.2022 Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 4.5.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adottata fis-sezzjoni |
7.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
149/80/18 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-pandemija enfasizzat xi bidliet fid-dinja tax-xogħol, li diġà kienu għaddejjin, u aċċellerat l-espansjoni ta' kull tip ta' xogħol fuq il-pjattaformi, u b'hekk saħħet it-tkabbir u l-impatt tal-ekonomija diġitali. |
|
1.2. |
Il-KESE jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Direttiva dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi (COM(2021) 762), fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Dan l-intervent regolatorju għandu jkollu l-għan li jistabbilixxi definizzjonijiet ċari tal-kriterji għall-klassifikazzjoni tar-relazzjonijiet ta' impjieg u għar-regolamentazzjoni tal-użu tal-algoritmi, u għandu jipprovdi aċċess għall-protezzjonijiet u għad-drittijiet soċjali u tax-xogħol. |
|
1.3. |
Il-KESE diġà enfasizza f'għadd ta' Opinjonijiet preċedenti, li jibqgħu rilevanti għal din l-Opinjoni, l-opportunitajiet u l-isfidi li jakkumpanjaw ix-xogħol fuq il-pjattaformi, u l-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli ċari u ġusti sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta fis-suq intern, implimentazzjoni effettiva tad-drittijiet tal-ħaddiema u kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba. L-għan ġenerali huwa li jiġi infurzat u li jissaħħaħ is-suq intern billi jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-atturi kollha. |
|
1.4. |
Il-KESE enfasizza li l-ekonomija tal-pjattaformi tipprovdi opportunitajiet kemm għan-negozji kif ukoll għall-ħaddiema. Il-kumpaniji jistgħu jilħqu swieq ġodda, inaqqsu l-ispejjeż, u jikkapitalizzaw fuq l-innovazzjonijiet fit-teknoloġiji diġitali u l-aċċess għall-forzi tax-xogħol globali u lokali biex itejbu l-effiċjenza u jsaħħu l-produttività. Il-ħaddiema għandhom opportunitajiet ġodda li jiġġeneraw l-introjtu u opportunitajiet ta' impjieg, li huma dejjem aktar importanti u saħansitra kruċjali għal gruppi vulnerabbli bħaż-żgħażagħ, il-migranti u n-nisa. Dawn l-opportunitajiet għandhom jiġu indirizzati b'mod soċjalment sostenibbli. |
|
1.5. |
It-tħassib espress relatat mal-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-ekonomija tal-pjattaformi jinkludi aċċess aktar limitat għall-protezzjoni soċjali u l-kopertura tas-sigurtà soċjali, ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza, ix-xogħol mhux sikur, il-ħinijiet tax-xogħol frammentati u l-livelli inadegwati ta' introjtu u d-diffikultajiet fl-iżgurar tar-rikonoxximent tad-drittijiet kollettivi. Dan it-tħassib jeħtieġ jiġi indirizzat u jeħtieġ jiġu żviluppati soluzzjonijiet ibbilanċjati f'livelli adegwati — Ewropej, nazzjonali u permezz ta' negozjar kollettiv li jinvolvi l-pjattaformi. Il-KESE jqis li jeħtieġ jiġi żgurat trattament indaqs bejn il-kumpaniji “tradizzjonali” u dawk li jużaw mezzi diġitali bbażati fuq il-funzjonijiet tal-ġestjoni algoritmika meta jintużaw għall-ġestjoni tal-organizzazzjoni tax-xogħol u r-relazzjonijiet tal-impjieg: direzzjoni, kontroll u/jew setgħa organizzattiva. |
|
1.6. |
Il-pjattaformi tax-xogħol diġitali jvarjaw fid-daqs. Għall-SMEs tal-pjattaformi, jeżistu sfidi oħrajn, li jridu jitqiesu, inklużi sfidi relatati mal-ispejjeż b'rabta mal-piżijiet infrastrutturali u amministrattivi u mal-adattament għat-trasformazzjoni diġitali. |
|
1.7. |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-flessibbiltà fis-sigħat tax-xogħol tista' tkun karatteristika pożittiva tax-xogħol fuq il-pjattaformi, li ntlaqgħet b'mod partikolari minn dawk li jiddependu mix-xogħol fuq il-pjattaformi bħala sors addizzjonali ta' introjtu. Madankollu, il-flessibbiltà għandha dejjem tkun ibbażata fuq ir-rispett tal-istandards soċjali u tax-xogħol fundamentali ggarantiti mil-liġi tal-UE. |
|
1.8. |
Il-KESE jaqbel li l-klassifikazzjoni legali tar-relazzjoni tal-impjieg u d-distinzjoni ċara tagħha minn impjieg indipendenti ġenwin huma kruċjali biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali kemm għan-negozji kif ukoll għall-ħaddiema u biex jiġu żgurati d-drittijiet u l-protezzjonijiet tal-ħaddiema. Madankollu, din il-kwistjoni hija indirizzata b'mod differenti fi Stati Membri differenti. Id-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar oqsma speċifiċi, id-deċiżjonijiet tal-qorti b'segwitu għal tilwim industrijali, u l-ftehimiet kollettivi f'segmenti mmirati tax-xogħol fuq il-pjattaformi qed jikkawżaw frammentazzjoni tar-regolamentazzjoni eżistenti fl-UE u disparitajiet fil-mod kif il-ħaddiema tal-pjattaformi jiġu ttrattati fid-diversi Stati Membri. Jeħtieġ li jiġi identifikat l-impjegatur legalment responsabbli, kemm mil-lat ta' tassazzjoni u kontribuzzjonijiet soċjali, u bil-ħsieb li jiġu stabbiliti proċessi ta' negozjar kollettiv. |
|
1.9. |
L-Ewropa ma jistax ikollha approċċi regolatorji differenti għall-istess sfidi. Il-KESE jappoġġja l-għan tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tindirizza dawn ir-regolamenti diversi ħafna fl-Istati Membri. |
|
1.10. |
Il-KESE jenfasizza li r-regoli l-ġodda tad-Direttiva għandhom ikunu bbażati fuq l-acquis soċjali tal-UE u għandhom jinkludu definizzjonijiet ċari, li ma għandhomx ikunu f'kunflitt mal-acquis legali, mal-ftehimiet kollettivi jew mal-ġurisprudenza tal-qrati fl-Istati Membri individwali. Id-Direttiva għandha tkun qafas legali ċar li għandu jiġi adattat fil-livell nazzjonali skont il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali, u b'mod partikolari tinkoraġġixxi proċessi ta' negozjar kollettiv. |
|
1.11. |
Barra minn hekk, din l-Opinjoni tindirizza b'mod partikolari l-aspetti li ġejjin tad-Direttiva proposta:
Kriterji ta' klassifikazzjoni: il-KESE jenfasizza li l-kriterji ta' klassifikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Proposta ma jirriflettux l-evoluzzjoni dinamika u rapida tas-suq diġitali u jeħtieġ li jiġu aġġornati b'mod kostanti, u dan jagħmilhom vagi u ambigwi. Ikun aktar xieraq li jiġi ddikjarat li l-preżunzjoni tal-impjieg topera favur ħaddiema individwali li jipprovdu xogħolhom u/jew is-servizzi tagħhom taħt il-funzjonijiet speċifiċi ta' direzzjoni, kontroll u/jew ta' setgħa organizzazzjonali mwettqa permezz ta' ġestjoni algoritmika eżerċitata mill-pjattaforma diġitali kkonċernata u għalhekk jiġu stabbiliti l-kriterji skont dawn il-funzjonijiet. Il-KESE jaqbel li l-pjattaformi għandhom il-possibbiltà li jirribattu l-preżunzjoni tal-impjieg. |
|
1.12. |
Il-KESE jindika li d-dimensjoni speċifika tal-ġestjoni algoritmika, li għandha influwenza sostanzjali fuq il-ħaddiema, tista' ma tapplikax għad-definizzjoni tal-preżunzjoni ta' relazzjoni tal-impjieg li tinvolvi professjonisti rreġistrati jew membri ta' assoċjazzjonijiet professjonali nazzjonali, fejn dawn jeżistu. |
|
1.13. |
Regoli dwar il-ġestjoni algoritmika: il-KESE jaqbel li l-ġestjoni algoritmika għandha impatt sinifikanti fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u għandha tkun trasparenti u responsabbli għall-ħaddiema u n-negozji. Il-ġestjoni algoritmika tissorvelja, tassenja l-kompiti, tipprovdi struzzjonijiet diretti li jillimitaw il-livell ta' awtonomija u tevalwa l-ħaddiema, inklużi l-prestazzjoni u l-imġiba tagħhom, kif ukoll il-qligħ u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u tista' saħansitra twassal għal sensji. Id-Direttiva għandha tiddikjara b'mod espliċitu li d-drittijiet stabbiliti fil-Kapitolu 3 japplikaw għas-sitwazzjonijiet kollha fejn il-ġestjoni algoritmika tintuża f'kuntest ta' impjieg. |
|
1.14. |
Il-KESE jemmen li l-ħaddiema kollha tal-pjattaformi għandu jkollhom id-dritt garantit għall-portabbiltà tad-data u li jniżżlu d-data tagħhom mill-pjattaformi, inkluża d-data dwar il-ħiliet. Barra minn hekk, għandhom jiżdiedu dispożizzjonijiet ulterjuri sabiex jiġi eżerċitat id-dritt ta' rieżami ta' deċiżjoni awtomatizzata jew semiawtomatizzata. Id-deċiżjonijiet li jistgħu jkollhom impatt sostanzjali fuq ir-relazzjoni tax-xogħol għandhom jittieħdu mill-bnedmin. Il-KESE japprezza l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tmur f'din id-direzzjoni. |
|
1.15. |
Il-KESE jisħaq fuq l-importanza ta' infurzar effettiv permezz ta' kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data u l-ispettorati tax-xogħol u l-ħtieġa li jiġi ċċarat fejn jinsabu r-responsabbiltajiet, inkluż f'sitwazzjonijiet transfruntiera. |
|
1.16. |
Drittijiet kollettivi: il-KESE jenfasizza li l-Artikolu 14 tad-Direttiva għandu jirreferi b'mod espliċitu għat-trade unions, li għandhom id-dritt ta' negozjar kollettiv. Barra minn hekk, id-drittijiet ta' informazzjoni u konsultazzjoni u d-dritt ta' negozjar kollettiv għandhom jiġu estiżi għall-ħaddiema kollha tal-pjattaformi. |
|
1.17. |
Id-Direttiva għandha tiżgura proċessi ta' terminazzjoni ġusti għall-ħaddiema tal-pjattaformi u proċeduri ta' informazzjoni u konsultazzjoni f'każ ta' sensji kollettivi. |
|
1.18. |
F'konformità mal-miri tal-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa, il-KESE jenfasizza l-importanza ta' taħriġ u informazzjoni adegwati għall-ħaddiema tal-pjattaformi, li jistgħu jkunu disponibbli b'diversi lingwi, dwar kif jużaw u jaħdmu fil-pjattaforma kkonċernata, u dwar it-titjib tal-ħiliet diġitali tagħhom. |
2. Introduzzjoni — Il-kuntest
|
2.1. |
Il-pandemija tal-COVID-19 aċċellerat l-użu tax-xogħol fuq il-pjattaforma diġitali, u ħarġet aktar fid-dieher xi bidliet fid-dinja tax-xogħol li diġà kienu għaddejjin. Il-KESE diġà saħaq fuq kif l-ekonomija tal-pjattaformi tipprovdi opportunitajiet kemm għan-negozji kif ukoll għall-ħaddiema. Il-pjattaformi tax-xogħol diġitali li jiffaċilitaw ix-xogħol malajr ippenetraw għadd ta' setturi ekonomiċi. Il-kumpaniji jistgħu jilħqu swieq ġodda, inaqqsu l-ispejjeż, u jikkapitalizzaw fuq l-innovazzjonijiet fit-teknoloġiji diġitali u l-aċċess għall-forzi tax-xogħol globali u lokali biex itejbu l-effiċjenza u jsaħħu l-produttività. Il-ħaddiema għandhom opportunitajiet ġodda li jiġġeneraw l-introjtu u opportunitajiet ta' impjieg, li huma dejjem aktar importanti u saħansitra kruċjali għal gruppi vulnerabbli bħaż-żgħażagħ, il-migranti u n-nisa. |
|
2.2. |
Madankollu, hemm ukoll sfidi marbuta mad-drittijiet tal-ħaddiema, it-tassazzjoni, id-distribuzzjoni tal-ġid u s-sostenibbiltà, li jeħtieġ jiġu indirizzati fil-livell Ewropew (1). Ix-xogħol fuq il-pjattaformi qed isir element importanti tal-mappa produttiva l-ġdida tal-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-iżvilupp diġitali u t-tranżizzjoni diġitali. Il-KESE diġà enfasizza l-opportunitajiet u r-riskji f'għadd ta' Opinjonijiet preċedenti (2), li huma rilevanti għal din l-Opinjoni, u talab intervent regolatorju fil-livell Ewropew b'definizzjonijiet ċari tal-kriterji għall-klassifikazzjoni tar-relazzjonijiet tax-xogħol, li jirregolaw l-użu tal-algoritmi, u li jipprovdu aċċess għall-protezzjonijiet u għad-drittijiet soċjali u tax-xogħol. |
|
2.3. |
Il-pożizzjoni ekonomika dgħajfa ta' bosta ħaddiema li joperaw fuq firxa wiesgħa ta' pjattaformi tax-xogħol diġitali żżid ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza (3) u l-prekarjetà tal-impjiegi (4), fenomenu li huwa diffiċli li jiġi ddefinit fi ħdan konfini ġeografiċi nazzjonali preċiżi u speċifiċi. Barra minn hekk, fil-biċċa l-kbira tas-sistemi legali tal-UE, qed jiddgħajfu l-mekkaniżmi ta' protezzjoni ġenerali u ta' protezzjoni soċjali għall-ħaddiema mhux standard u atipiċi. |
|
2.4. |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-flessibbiltà fis-sigħat tax-xogħol tista' tkun karatteristika pożittiva ta' xogħol fuq il-pjattaformi, li ntlaqgħet b'mod partikolari minn dawk li jiddependu fuq ix-xogħol fuq il-pjattaformi bħala sors addizzjonali ta' introjtu, b'mod partikolari ż-żgħażagħ. Madankollu, il-flessibbiltà għandha dejjem tkun ibbażata fuq ir-rispett tal-istandards soċjali u tax-xogħol fundamentali ggarantiti mid-dritt tal-UE u tista' tiġi regolata mil-liġi nazzjonali jew minn ftehimiet kollettivi abbażi tal-qafas legali rilevanti tal-UE. Dan huwa partikolarment meħtieġ għal żgħażagħ li għandhom perjodi ta' xogħol frammentati, livelli baxxi u inadegwati ta' introjtu u li jeħtieġ li jiġbru l-kontribuzzjonijiet soċjali tagħhom għall-pensjonijiet futuri tagħhom (5). |
|
2.5. |
In-natura differenti tar-relazzjonijiet ta' impjieg li jirriżultaw u jiżviluppaw fuq il-pjattaformi tax-xogħol diġitali f'kull Stat Membru ma twassalx għal soluzzjoni nazzjonali uniformi fir-rikonoxximent tal-protezzjoni soċjali meħtieġa, il-miżuri ta' saħħa u sikurezza okkupazzjonali meħtieġa, livelli ta' introjtu adegwati, ħin tax-xogħol adegwat u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti. Dawn il-forom differenti ta' relazzjonijiet tax-xogħol, u ta' protezzjoni individwali u kollettiva baxxa fil-livell nazzjonali huma mmultiplikati fil-livell tal-UE, u b'hekk jinħolqu kundizzjonijiet għad-dumping soċjali u għall-kompetizzjoni inġusta li jheddu l-effettività proprja tal-istandards Ewropej u nazzjonali tal-protezzjoni tax-xogħol. |
|
2.6. |
Il-pjattaformi tax-xogħol diġitali jistgħu jiġu kklassifikati f'żewġ kategoriji wiesgħa: pjattaformi online ibbażati fuq l-internet u pjattaformi bbażati fuq il-post ġeografiku. Dawn ivarjaw fid-daqs. Għall-SMEs tal-pjattaformi, jeżistu sfidi oħrajn, li jridu jitqiesu, inklużi sfidi relatati mal-ispejjeż b'rabta mal-piżijiet infrastrutturali u amministrattivi u mal-adattament għat-trasformazzjoni diġitali. |
|
2.7. |
In-numru ta' persuni li jaħdmu għal impjegaturi li jużaw pjattaformi online qed jiżdied b'mod kostanti, mhux biss fl-Unjoni Ewropea, iżda fid-dinja (6). Kif urew l-ILO u l-Eurofound, l-isfidi għan-negozji tradizzjonali jinkludu kompetizzjoni inġusta minn pjattaformi, li wħud minnhom mhumiex soġġetti għal tassazzjoni konvenzjonali u regolamenti oħrajn relatati mal-forzi tax-xogħol tagħhom. Barra minn hekk, ammont konsiderevoli ta' ġurisprudenza wera li xi mudelli ta' negozju tal-pjattaformi jibnu l-vantaġġ kompetittiv tagħhom billi jfittxu li jevitaw regolamenti applikabbli, kemm jekk ikunu leġiżlazzjoni soċjali, ambjentali jew ekonomika (7). Din l-istrateġija ma twassalx għal sostenibbiltà ekonomika fit-tul u hija ta' detriment għall-kompetizzjoni ġusta, b'mod partikolari bejn il-kumpaniji ta' pjattaformi kbar u mikro jew żgħar. |
|
2.8. |
Bit-tranżizzjoni diġitali, appoġġjata bil-qawwa mill-UE, fil-futur aktar setturi u professjonijiet se jiġu affettwati mill-mudell ta' “pjattaformi online”. Il-KESE enfasizza kemm-il darba (8) li regolazzjoni tajba tas-suq intern għandha tiġi infurzata u msaħħa billi jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-atturi kollha, u li jeħtieġ li d-diġitalizzazzjoni tkun ta' benefiċċju għall-ħaddiema u l-kumpaniji. Huwa essenzjali li jiġi żviluppat qafas regolatorju li jiżgura ambjenti u kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri, ġusti u tajbin għas-saħħa permezz ta' sistema ta' drittijiet, responsabbiltajiet u dmirijiet definiti b'mod ċar. |
|
2.9. |
Il-ħaddiema kollha għandhom id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u deċenti. Dan huwa prinċipju fundamentali tad-dritt internazzjonali tax-xogħol u tad-dritt tal-Unjoni. Il-ħaddiem għandu d-dritt, f'konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2019/1152, li jiġi infurmat mill-impjegatur dwar l-elementi essenzjali tal-kuntratt tax-xogħol jew tar-relazzjoni tal-impjieg. Il-ħaddiema impjegati minn pjattaforma jridu jkunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet tal-liġi tax-xogħol bħal dawk fis-seħħ fil-pajjiż fejn jiġi pprovdut is-servizz. |
|
2.10. |
Għalhekk, il-kwistjoni ewlenija hija d-definizzjoni ċara ta' “impjegat” u d-distinzjoni ċara tagħha minn “ħaddiem li jaħdem għal rasu”. L-effikaċja u l-effettività tal-qafas regolatorju kollu tal-abbozz tad-Direttiva jiddependu miċ-ċarezza ta' dawn id-definizzjonijiet. L-istudji msemmijin (9) juru li f'ħafna każijiet il-ħaddiema jintalbu jirreġistraw bħala ħaddiema għal rashom, u l-isfida hija li jiġi evitat impjieg indipendenti fittizju. Il-ħaddiema għandhom jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jagħżlu jekk iridux li jkunu ġenwinament ħaddiema għal rashom jew le. L-istudju tal-Kummissjoni Ewropea msemmi fir-Rapport ta' Valutazzjoni tal-Impatt tad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi juri li huwa stmat li 5,5 miljun ħaddiem tal-pjattaforma huma kklassifikati b'mod żbaljat bħala ħaddiema għal rashom. |
|
2.11. |
Il-kwistjoni tal-klassifikazzjoni legali tar-relazzjonijiet tal-impjieg hija indirizzata b'mod differenti fl-Istati Membri. Ir-riskju ta' żbalji fil-klassifikazzjoni legali tar-relazzjonijiet tal-impjieg huwa dovut l-aktar għall-iskarsezza tal-leġiżlazzjoni fis-sistemi legali nazzjonali u n-nuqqas ta' ċarezza legali. S'issa, l-ebda Stat Membru ma indirizza b'mod komprensiv il-kwistjoni tal-klassifikazzjoni legali tax-xogħol fuq il-pjattaformi. Xi Stati Membri (l-Italja, Spanja u Franza) għażlu leġiżlazzjoni settorjali li tiffoka fuq il-pjattaformi tat-trasport u tal-konsenji. Għadd kbir ta' Stati Membri (il-Belġju, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, in-Netherlands u l-Iżvezja) ippruvaw jiċċaraw ir-relazzjonijiet tax-xogħol ta' klassifikazzjoni inċerta permezz ta' leġiżlazzjoni, atti amministrattivi jew ġurisprudenza, iżda dawn jirreferu għal sitwazzjonijiet ġenerali tas-suq tax-xogħol u ma jqisux l-ispeċifiċitajiet tax-xogħol fuq il-pjattaformi. Fl-Italja u fi Spanja, in-negozjar kollettiv kellu rwol importanti bi ftehimiet u protokolli speċifiċi li antiċipaw dispożizzjonijiet legali speċifiċi. |
|
2.12. |
L-opinjoni li s-sistema regolatorja eżistenti fil-livell nazzjonali, fid-diversi pajjiżi tal-UE, attwalment mhijiex adatta għar-regolamentazzjoni tad-diversi profili tax-xogħol permezz ta' pjattaformi diġitali, hija kkonfermata minn kważi 100 tilwima legali mressqa mill-ħaddiema u/jew mir-rappreżentanti tal-union tagħhom, u fid-diversità tas-soluzzjonijiet ipprovduti mill-ġurisprudenza ta' ħafna pajjiżi Ewropej, maqsuma bejn dawk li jaffermaw mill-ġdid in-natura ta' impjieg indipendenti li tikkaratterizza r-relazzjoni tal-impjieg u n-numru dejjem jiżdied ta' dawk li jirrikonoxxu n-natura tal-impjieg tagħha, mingħajr ma jiġu esklużi dawk li jqiegħdu dan il-każ speċifiku f'sitwazzjoni legali intermedja (10). Għalkemm dawn il-proċeduri spiss wasslu għal riżultati kontradittorji, dawn jikkonċernaw l-aktar is-servizzi tal-konsenja u tas-sewwieqa (servizzi ta' pjattaforma fuq il-post) u l-parti l-kbira tagħhom jaqblu li jiddefinixxu n-nies li jaħdmu fuq il-pjattaformi bħala impjegati (b'mod partikolari fis-setturi tat-trasport u tal-konsenji, li probabbilment huma dawk li fihom hemm l-aktar protezzjoni kuntrattwali u tal-unions). |
|
2.13. |
Kwistjoni ewlenija oħra tirrigwarda l-impatt tal-ġestjoni algoritmika fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, li hija inerenti fil-mudell ta' negozju tal-pjattaformi tax-xogħol diġitali (11). Għandha tingħata attenzjoni biex jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabbiltà fir-rigward tal-algoritmi għall-ħaddiema u n-negozji. |
|
2.14. |
Stati Membri individwali ħadu miżuri biex itejbu din is-sitwazzjoni billi jimplimentaw inizjattivi leġiżlattivi li jindirizzaw speċifikament il-ġestjoni tal-algoritmi fuq il-post tax-xogħol, (IT, ES). Sadanittant, għadd ta' Stati Membri (AT, BE, CY, CZ, DK, EE, FI, DE, IE, LV, LT, LU, NL, SV) jindirizzaw il-ġestjoni tal-algoritmi billi jieħdu miżuri fil-qafas tal-politiki dwar il-privatezza, il-protezzjoni tad-data u n-nondiskriminazzjoni. Ittieħdu deċiżjonijiet pertinenti tal-qorti f'diversi pajjiżi (FR, IT, NL, PL u LU) (12). Minħabba l-frammentazzjoni tar-regolamentazzjoni eżistenti fi ħdan l-UE, il-pjattaformi tax-xogħol diġitali li joperaw f'pajjiżi differenti jibqgħu wkoll soġġetti għal regolamentazzjonijiet differenti. Minħabba n-natura flessibbli, mobbli u li qed tevolvi malajr tal-ekonomija tal-pjattaformi, dan in-nuqqas ta' approċċ komuni se joħloq diffikultajiet fiż-żamma ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fost l-Istati Membri. |
|
2.15. |
F'dan il-kuntest, l-inizjattiva tal-istituzzjonijiet Ewropej għandha tintlaqa' b'sodisfazzjon, b'referenza speċifika għall-pakkett ta' miżuri ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea fid-9 ta' Diċembru 2021 għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fuq pjattaformi, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. L-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi l-urġenza li jiġu indirizzati d-disparitajiet fit-trattament bejn l-Istati Membri, tindirizza l-aspetti problematiċi deskritti hawn fuq u tressaq Proposta Regolatorja b'Direttiva. |
3. Konsiderazzjonijiet ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jaqbel mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tfassal Proposta għal Direttiva, b'kamp ta'' applikazzjoni li jestendi għal xogħol ibbażat fuq il-pjattaformi żviluppat kemm permezz ta' pjattaformi online (eż. servizzi legali, servizzi ta' traduzzjoni, freelancers, eċċ.) kif ukoll permezz ta' pjattaformi bbażati fuq il-post, li jirrikjedu li l-ħaddiem jipprovdi servizz fiżiku (eż. taxis, konsenji, servizzi tad-dar). Kif iddikjarat b'mod ċar fil-premessa 49 tal-Proposta għal Direttiva, il-ħtieġa għal Direttiva aktar milli strumenti legali mhux vinkolanti hija ġġustifikata mid-diversità estrema ta' sitwazzjonijiet, kundizzjonijiet tax-xogħol u leġiżlazzjoni f'kull Stat Membru, b'mod partikolari fir-rigward tal-iżgurar ta' kopertura formali u attwali, u l-adegwatezza u t-trasparenza tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali, speċjalment peress li l-Istati Membri jipprevedu livelli differenti ta' protezzjoni soċjali. L-għadd kbir u dejjem jikber ta' kawżi u sentenzi tal-qorti favur il-klassifikazzjoni ta' dan ix-xogħol bħala impjieg huwa turija ċara tal-fatt li l-kwistjoni mhijiex regolata b'mod ċar biżżejjed anke fi ħdan is-sistemi legali nazzjonali individwali. Għalhekk, l-objettiv li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol permezz ta' pjattaformi diġitali ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti minn kull Stat Membru waħdu iżda, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-UE. |
|
3.2. |
Bir-raġun, il-Proposta għal Direttiva tinnota fil-Premessa 9 li “meta l-pjattaformi diġitali joperaw f'diversi Stati Membri, spiss ma jkunx ċar minn fejn qed jitwettaq ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali u minn min. Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhom l-ebda aċċess faċli għad-data dwar il-pjattaformi tax-xogħol diġitali, pereżempju dwar l-għadd ta' persuni li jwettqu xogħol permezz ta' pjattaformi diġitali, is-sitwazzjoni tal-impjieg tagħhom u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Dan jagħmel l-implimentazzjoni tar-regoli rilevanti aktar kumplessa, anke fir-rigward tal-liġi tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali”. Il-KESE diġà indika (13) li jkun meħtieġ li jiġi stabbilit reġistru ta' pjattaformi f'kull Stat Membru u bażi tad-data madwar l-Ewropa ta' pjattaformi kbar u żgħar. |
|
3.3. |
Dawn l-inċertezzi legali f'xi sitwazzjonijiet jistgħu jiffavorixxu l-ħolqien u l-proliferazzjoni ta' forom ta' xogħol mhux iddikjarati u sitwazzjonijiet deplorabbli ta' sfruttament u kompetizzjoni bejn il-ħaddiema stess, li jistgħu jkunu taħt xi prattiki ta' sottokuntrattar illegali. Dawn il-ħaddiema spiss ikunu migranti, li huma oġġettivament dgħajfa u mhumiex konxji tad-drittijiet minimi ta' protezzjoni previsti. Id-Direttiva proposta ma fihiex dispożizzjoni dwar is-sottokuntrattar, u għalhekk lil dawk il-ħaddiema tal-pjattaformi ma toffrilhom l-ebda protezzjoni kontra dawk il-prattiki (14). |
|
3.4. |
Madankollu, it-test tal-proposta tal-Kummissjoni, huwa vag, ġeneriku u ambigwu fuq għadd ta' punti. Dan ma jirriflettix l-objettivi tal-protezzjoni u l-garanzija tad-drittijiet soċjali u tax-xogħol iddikjarati b'mod ċar fil-premessi, b'mod partikolari, id-definizzjoni ta' ħaddiem li jopera permezz ta' pjattaformi diġitali (l-Artikoli 2 u 5) u d-drittijiet kemm tal-ħaddiema kif ukoll tar-rappreżentanti tal-union għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni (l-Artikolu 9, li, madankollu, jagħmel referenza espliċita biss għad-Direttiva 2002/14/KE). Bħala punt preliminari, għandu jkun innotat li l-Proposta għal Direttiva ta' spiss tkun ugwali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema mal-prinċipju tal-libertà li wieħed imexxi negozju. Id-drittijiet tal-ħaddiema u l-libertajiet fundamentali għandhom jiġu protetti b'mod adegwat, f'konformità mal-leġiżlazzjoni u f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. |
|
3.5. |
Il-KESE jqis li huwa meħtieġ li d-Direttiva tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà soċjali bbażati fuq il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, anke fir-rigward ta' ħaddiema simili u komparabbli impjegati fl-istess settur. Dan jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' protezzjoni kuntrattwali uniformi għas-setturi u jiġġieled il-forom ta dumping soċjali u fiskali. |
|
3.6. |
Il-KESE jilqa' l-isforzi proposti tal-Kummissjoni għal appoġġ għall-kondiviżjoni ta' prattiki tajba fil-kuntest tal-programm ta' tagħlim reċiproku tagħha, kif ukoll għal appoġġ għall-attivitajiet tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol fi ħdan il-mandat tagħha; sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fl-applikazzjoni tar-regoli ta' koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u tipprovdi gwida dwarhom, fejn meħtieġ u permezz ta' programmi tal-UE (bħal Orizzont Ewropa) (15). |
|
3.7. |
Il-KESE jemmen li l-abbozz tad-Direttiva għandu jistabbilixxi kriterji u prinċipji ta' referenza ċari biex jiggwidaw lil dawk li jfasslu l-liġijiet nazzjonali u biex jinkoraġġixxu n-negozjar kollettiv sabiex jiġu stabbiliti regoli li jipprovdu ċertezza, sigurtà u prevedibbiltà għal ambjent ta' produzzjoni diġitalizzat ħafna. Dawn ir-regoli għandhom joħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn il-pjattaformi tax-xogħol diġitali u l-fornituri tas-servizzi offline. Dawn m'għandhomx ikunu f'kunflitt mal-acquis legali, m'għandhomx ibiddlu l-kontenut u l-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli li jiddefinixxu n-natura tal-impjieg ta' relazzjoni ta' servizz f'konformità mal-liġijiet nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi, is-sistemi ta' klassifikazzjoni nazzjonali jew il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Istati Membri individwali, u m'għandhomx idgħajfu l-kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji. |
|
3.8. |
Il-KESE jqis ukoll li huwa meħtieġ li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-kumpaniji “tradizzjonali” u dawk li jużaw mezzi ta' kontroll diġitali bbażati fuq il-ġestjoni algoritmika tad-data, abbażi ta' kompetizzjoni trasparenti u ġusta bejniethom, li tiċċara l-istatus tal-impjegati għall-ħaddiema li jipprovdu servizzi u/jew iwettqu attivitajiet f'dawn is-setturi. Il-KESE jilqa' wkoll l-għan tal-Kummissjoni li tiċċara l-pożizzjoni ta' dawk li ġenwinament jaħdmu għal rashom u tappoġġjahom. “Meta jkun meħtieġ, dawk li jaħdmu għal rashom se jirċievu wkoll appoġġ biex jiċċaraw l-istatus tagħhom.” Id-Direttiva hija mistennija li tikkonferma darba għal dejjem l-awtonomija ta' dawk li jaħdmu għal rashom u tappoġġja l-kapaċità tagħhom li jisfruttaw il-possibbiltajiet intraprenditorjali tagħhom, eż. billi jiżviluppaw il-bażi ta' klijenti tagħhom. Dawk li diġà ġenwinament jaħdmu għal rashom se jibqa' jkollhom il-benefiċċji relatati mal-istatus tal-impjieg tagħhom (16). |
|
3.9. |
Għalhekk huwa kruċjali li l-kamp ta' applikazzjoni (fl-Artikolu 1) jittejjeb u jsir inqas ambigwu, biex jiġi żgurat li d-Direttiva tapplika għall-pjattaformi diġitali kollha li jipprovdu provvista medjata ta' ħaddiema. Huwa meħtieġ li jiġi identifikat b'mod ċar l-impjegatur reali u legalment responsabbli anke mil-lat ta' kontribuzzjonijiet tat-taxxa u soċjali u bil-ħsieb li jiġu stabbiliti proċessi ta' negozjar kollettiv, li jqisu l-ispeċifitajiet ta' pjattaformi mikro u żgħar. |
Ir-referenza għall-kunċett ta' organizzazzjoni tax-xogħol imwettaq mill-individwi tista' twassal għall-esklużjoni mhux mixtieqa ta' ċerti pjattaformi diġitali.
4. Kapitolu 4 — Konsiderazzjonijiet speċifiċi
|
4.1. |
F'din l-Opinjoni, l-aspetti li ġejjin tal-Proposta għal Direttiva se jiġu analizzati b'mod partikolari:
|
4.2. Il-kriterji ta' klassifikazzjoni
|
4.2.1. |
L-Artikolu 4 tal-Proposta jistabbilixxi l-kriterji li abbażi tagħhom tiġi stabbilita l-preżunzjoni tal-impjieg tar-relazzjoni tax-xogħol. Il-KESE jinnota li l-kriterji proposti għandhom jirriflettu d-dinamika tas-suq diġitali, u l-evoluzzjoni tal-mudelli ta' negozju u tal-metodi ta' ħidma, u li jkollhom bżonn jiġu aġġornati b'mod kostanti. B'dispjaċir ninnotaw li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 għadhom fil-biċċa l-kbira espressjonijiet ta' forom differenti ta' kontroll eżerċitati mill-pjattaforma diġitali fuq l-attività tax-xogħol tal-impjegat. Il-KESE jemmen li l-ankraġġ tal-protezzjoni tax-xogħol mal-eżerċizzju tal-kontroll ma jkoprix u ma jikkoreġix b'mod adegwat l-iżbilanċ tas-setgħa bejn il-pjattaforma u l-ħaddiema. |
|
4.2.2. |
Barra minn hekk, l-Artikolu 4 tal-proposta jħalli wisq setgħa diskrezzjonali lill-pjattaformi biex jiddeċiedu — peress li l-preżunzjoni tal-impjieg hija marbuta mal-preżenza ta' mill-inqas żewġ kriterji minn ħamsa — iżda f'kuntest li qed jevolvi b'mod kostanti, ikun faċli li dawn il-kriterji jiġu evitati. Il-KESE jemmen li status ta' impjieg definit b'mod ċar, anke għal dawk li jaħdmu ftit sigħat, jiggarantixxi d-dritt għall-protezzjoni soċjali, is-saħħa u s-sikurezza, id-dritt għall-organizzazzjoni u d-dritt għal negozjar kollettiv fir-rigward tas-sigħat tax-xogħol imwettqa, u b'hekk jiggarantixxi l-flessibbiltà meħtieġa. |
|
4.2.3. |
Il-kriterji għandhom jindirizzaw b'mod aktar puntwali r-riskju ta' standards 'l isfel tax-xogħol. Għal dan il-għan, ikun mixtieq li jkun hemm kriterju uniku għall-preżunzjoni tal-impjieg li jista' jiġi kkonfutat mill-pjattaforma abbażi tal-Artikolu 5, li jqiegħed l-oneru tal-prova inversa fuq il-pjattaforma diġitali, u b'hekk juri n-natura tal-impjieg indipendenti tar-relazzjoni tax-xogħol. Il-KESE jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li għandhom ikunu l-pjattaformi li jirribattu l-preżunzjoni tal-impjieg. |
|
4.2.4. |
Tabilħaqq, il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom u r-relazzjonijiet ġenwini ta' impjieg indipendenti, li għalihom ma hemm l-ebda definizzjoni fid-Direttiva, għandhom jiġu protetti b'mod adegwat ukoll. Hemm ħafna forom differenti ta' xogħol fuq il-pjattaformi, li ma jistgħux jaqgħu f'kategorija waħda. Hemm forom ta' xogħol li jistgħu jitqiesu simili għall-impjieg u hemm forom ta' xogħol li jeħtieġu professjonisti tas-sengħa, anke ħaddiema b'livell għoli ta' ħiliet, li f'xi pajjiżi huma komparabbli ma' dawk li huma elenkati fir-reġistri professjonali jew li huma membri ta' assoċjazzjonijiet professjonali nazzjonali. Id-dimensjoni speċifika tal-ġestjoni algoritmika, li għandha influwenza sostanzjali fuq il-ħaddiema, tista' ma tapplikax għad-definizzjoni tal-preżunzjoni ta' relazzjoni tal-impjieg li tinvolvi professjonisti rreġistrati jew membri ta' assoċjazzjonijiet professjonali nazzjonali, fejn dawn jeżistu. |
|
4.2.5. |
Għalhekk ikun aktar xieraq li jiġi ddikjarat li l-preżunzjoni tal-impjiegi fil-qasam tal-pjattaformi tax-xogħol diġitali topera favur il-ħaddiema individwali li jipprovdu x-xogħol u/jew is-servizzi tagħhom taħt il-ġestjoni, il-kontroll u/jew is-setgħa organizzazzjonali ta' pjattaforma diġitali li tuża l-ġestjoni algoritmika. |
Il-pjattaformi għandhom ikunu jistgħu jirribattu din il-preżunzjoni ta' impjieg billi jagħtu prova li ma jeżerċitaw l-ebda setgħa kummerċjali ta' organizzazzjoni, anke indiretta jew impliċita, fuq il-forniment tas-servizz/tax-xogħol mill-ħaddiem (17).
|
4.2.6. |
Argument komuni fis-sentenzi tal-qorti li jirrikonoxxi n-natura tal-impjieg tar-relazzjoni tax-xogħol — u, tabilħaqq, maħruġ minn qrati nazzjonali għoljin — huwa li l-pjattaforma, u b'mod aktar speċifiku l-ġestjoni tal-algoritmi, teżerċita bis-sħiħ forma ta' sorveljanza fuq it-twettiq tas-servizz eżegwit mill-ħaddiem. Dan, fil-fatt, jindika li s-servizz imwettaq mix-xogħol huwa integrat bis-sħiħ fin-negozju tal-pjattaforma. Dan l-element fih innifsu jsaħħaħ il-ħtieġa li tiġi bbilanċjata s-setgħa ta' kontroll imsemmija hawn fuq billi jiġu pprovduti garanziji individwali u kollettivi adegwati lill-ħaddiema kollha li jipprovdu x-xogħol u/jew is-servizzi tagħhom permezz ta' pjattaformi diġitali. |
5. Kummenti speċifiċi u rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-algoritmi
|
5.1. |
Il-ġestjoni algoritmika tipproċessa ammont sinifikanti ta' data, tissorvelja, tassenja il-kompiti, tipprovdi struzzjonijiet diretti li jillimitaw il-livell ta' awtonomija, u tevalwa l-ħaddiema, inklużi l-prestazzjoni u l-imġiba tagħhom, kif ukoll il-qligħ u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u tista' saħansitra twassal għal sensji. Il-KESE jilqa' l-fatt li l-abbozz ta' Direttiva jadotta l-prinċipji tal-GDPR — Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, u b'konsistenza mal-Artikolu 9 tal-GDPR, id-Direttiva għandha tipprojbixxi b'mod ċar l-ipproċessar ta' data personali sensittiva, inklużi opinjonijiet politiċi u sħubija fi trade unions. Id-Direttiva għandha tiddikjara b'mod espliċitu li d-drittijiet stabbiliti fil-Kapitolu 3 japplikaw fil-każijiet kollha ta' ġestjoni tal-algoritmi, ukoll meta l-pjattaforma jirnexxilha turi li ma jeżerċitaw ebda setgħa kummerċjali ta' organizzazzjoni, anke indiretta jew impliċita, fuq il-forniment tas-servizz min-naħa tal-ħaddiem, u għalhekk, il-preżunzjoni mill-pjattaforma li ma hemm l-ebda relazzjoni tal-impjieg. |
|
5.2. |
Is-sistemi użati mill-pjattaformi tax-xogħol diġitali spiss jiddependu fuq elementi ta' intelliġenza artifiċjali (IA). Peress li l-pjattaformi se jkollhom jirrispettaw kemm id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva kif ukoll l-Att dwar l-IA (regolament tas-suq tal-prodotti), il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tagħmel kontroreferenza għad-Direttiva proposta u għall-Att dwar l-IA, u viċe versa, sabiex jiġu evitati jew iċċarati inkonsistenzi u lakuni possibbli. |
|
5.3. |
Il-KESE jinkoraġġixxi għal darb'oħra (18) lill-Kummissjoni biex tiċċara r-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha involuti fi kwistjonijiet bħas-saħħa u s-sikurezza, il-protezzjoni tad-data, l-assigurazzjoni u r-responsabbiltà legali, bil-għan li jiġu vvalutati, aġġustati u armonizzati r-regolamenti eżistenti. Il-KESE diġà nnota li l-algoritmi użati mill-pjattaformi għandhom jiġu kkonsidrati wkoll bl-istess mod bħall-istruzzjonijiet mitkellma jew miktuba f'xogħol konvenzjonali (19). |
|
5.4. |
Id-dritt għar-rieżami ta' deċiżjoni awtomatizzata jew semiawtomatizzata huwa milqugħ ħafna. Madankollu, il-KESE jemmen li biex dan id-dritt jiġi eżerċitat b'mod prattiku, il-Kummissjoni għandha żżid dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-pjattaformi tax-xogħol diġitali: (a) jiżviluppaw l-algoritmi u s-sistemi tagħhom skont il-prinċipju “sikur sa mid-disinn” u (b) skont ir-raġunament tal-Att propost dwar l-IA, jipprevedu dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-pjattaformi tax-xogħol diġitali jgħaddu minn valutazzjoni tal-konformità tal-algoritmi tagħhom, mhux biss qabel ma jużawhom iżda wkoll matul il-forniment ta' xogħol/jew servizz min-naħa tal-ħaddiem. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha titwettaq b'approċċ multidixxiplinari sabiex tiġi promossa valutazzjoni konġunta mill-esperti nnominati mit-trade unions, mill-pjattaforma u mill-awtoritajiet tax-xogħol, tal-protezzjoni soċjali u minn awtoritajiet rilevanti oħra. Meta jinħoloq kunflitt fir-rieżami ta' deċiżjoni assistita mill-algoritmu, il-ħaddiema għandu jkollhom il-possibbiltà li jkollhom aċċess għal arbitraġġ indipendenti. |
|
5.5. |
Madankollu, il-KESE jemmen li l-Artikolu 8 għandu jipprevedi li l-ħaddiem jista' jiġi rrappreżentat mit-trade union f'każ ta' rieżami uman ta' deċiżjoni sinifikanti. |
|
5.6. |
Peress li l-mudell ta' xogħol fuq il-pjattaformi jiddependi minn rieżami tal-klijenti, il-ħaddiema tal-pjattaformi għandu jkollhom il-kapaċità li jittrasferixxu u jużaw ir-rieżamijiet, bħala element ewlieni tad-data, bejn il-pjattaformi. Il-KESE jemmen li d-dritt għall-portabbiltà tad-data għandu jiġi garantit għall-ħaddiema kollha tal-pjattaformi. Aktar importanti minn hekk, id-Direttiva għandha tiggarantixxi l-kapaċità tagħhom li jużaw il-profil tagħhom, inklużi l-ħiliet, biex jiksbu impjieg barra mill-ekonomija tal-pjattaforma. |
|
5.7. |
Is-suċċess tal-Proposta tal-Kummissjoni se jiddependi mill-infurzar effettiv tagħha. Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data u l-awtoritajiet tax-xogħol hija meħtieġa mill-Proposta għal Direttiva. Madankollu, il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li l-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Data f'diversi pajjiżi ma għandhomx il-kompitu li jwettqu analiżijiet fil-fond tal-kwistjonijiet tax-xogħol, u viċe versa, b'mod partikolari fir-rigward tas-sorveljanza u r-rimedju. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tiċċara aktar l-allokazzjoni tal-kompetenzi, inklużi kunsiderazzjonijiet transfruntiera, u tqis l-ispettorati tax-xogħol. |
6. Drittijiet kollettivi
|
6.1. |
Fil-kapitolu dwar l-infurzar, l-Artikolu 14 tad-Direttiva jirreferi għar-rappreżentanti tal-ħaddiema u mhux għat-trade unions. Din hija kwistjoni kritika peress li huwa importanti li ssir referenza espliċita għar-rappreżentanti tat-trade unions, sabiex jiġi evitat li jinħolqu trade unions ta' konvenjenza u li l-ħaddiema jingħataw drittijiet għal rappreżentanza kollettiva, anke fil-każ ta' tilwima. |
|
6.2. |
Il-KESE jinnota li d-Direttiva tipprovdi drittijiet ta' informazzjoni u konsultazzjoni. Madankollu, l-Artikolu 9 jirreferi biss għad-Direttiva 2002/14/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali. Għandha ssir ukoll referenza diretta għad-Direttiva 2001/23/KE dwar it-trasferimenti ta' impriżi, id-Direttiva 98/59/KE dwar is-sensji kollettivi u għad-Direttiva 2009/38/KE dwar il-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet. Il-KESE jinnota li l-Artikolu 10, li jestendi d-drittijiet tax-xogħol stabbiliti fil-Kapitolu 3 tad-Direttiva għall-ħaddiema kollha tal-pjattaformi (anke għal dawk li ma għandhomx relazzjoni tal-impjieg) jeskludi d-drittijiet ta' informazzjoni u konsultazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 9. Din id-deroga ma tistax tiġi ġġustifikata. Hija meħtieġa definizzjoni aktar ċara tad-drittijiet ta' informazzjoni u konsultazzjoni sabiex jiġi appoġġjat in-negozjar kollettiv, li huwa dritt li jrid jiġi rikonoxxut ukoll għall-ħaddiema kollha tal-pjattaformi (20). |
|
6.3. |
Il-KESE jenfasizza li d-drittijiet tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-union tal-ħaddiema (Artikolu 9) għandhom jiġu garantiti, anki fir-rigward tal-parametri, ir-regoli u l-istruzzjonijiet li jirfdu l-algoritmi jew is-sistemi ta' intelliġenza artifiċjali li jinfluwenzaw it-teħid ta' deċiżjonijiet jew l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet li jistgħu jaffettwaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għax-xogħol u l-preservazzjoni tal-impjiegi, inkluż it-tfassil ta' profili. |
|
6.4. |
Il-KESE jinnota li l-ħaddiema tal-pjattaformi għandhom jirċievu taħriġ adegwat u speċifiku disponibbli f'diversi lingwi Ewropej dwar kif jużaw u jaħdmu fil-pjattaforma u għandhom jiġu mħarrġa fil-ħiliet diġitali rilevanti. Kif ġie enfasizzat f'Opinjoni preċedenti (21), l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021–2027 għandha tiżgura djalogu soċjali effettiv u konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, rispett u infurzar tad-drittijiet tax-xogħol u d-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni, u l-kapaċità tal-ħaddiema li jiżviluppaw il-ħiliet diġitali u tal-intraprenditorija tagħhom, b'mod partikolari permezz tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET), it-tagħlim għall-adulti u t-taħriġ għall-impjegati, sabiex jitnaqqsu d-diskrepanzi fil-ħiliet li jiffaċċjaw il-kumpaniji. |
|
6.5. |
Kif iddikjarat f'Opinjoni preċedenti, b'rabta mal-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda bħal robots u magni intelliġenti, il-KESE jenfasizza fl-istudju tiegħu l-importanza li jinforma u jikkonsulta lir-rappreżentanti tal-ħaddiema minn qabel u l-ħtieġa ta' negozjar kollettiv biex jakkumpanja l-bidliet iġġenerati minn dawn it-teknoloġiji (22). Il-KESE jindika wkoll li d-Direttiva dwar il-Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet tagħmel din il-konsultazzjoni obbligatorja (23). |
|
6.6. |
In-negozjar jikkonċerna wkoll in-negozjar kollettiv settorjali, li jikkostitwixxi parti kbira mid-definizzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema, iżda ma hemm l-ebda referenza għal ftehimiet settorjali fil-Proposta għal Direttiva. |
|
6.7. |
L-iżgurar ta' proċessi ta' terminazzjoni ġusti għall-ħaddiema tal-pjattaformi u l-aċċess għal mekkaniżmi indipendenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim huma objettivi importanti li għandhom jiġu inklużi f'qafas regolatorju. Il-Proposta għal Direttiva tirreferi biss għal sensji individwali, filwaqt li għandha tindirizza wkoll il-kwistjoni ta' proċeduri ta' informazzjoni u konsultazzjoni fil-każ ta' sensji kollettivi, b'referenza għal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE (24). |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 286, 16.7.2021, p. 70, il-punt 2.7.
(2) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 173; ĠU C 220, 9.6.2021, p. 1; ĠU C 194, 12.5.2022, p. 50; ĠU C 517, 22.12.2021, p. 61; ĠU C 286, 16.7.2021, p.70.
(3) JRC COLLEEM II Survey (L-istħarriġ COLLEEM II tal-JRC — mhux disponibbli bil-Malti).
(4) Studju tal-Kummissjoni (2021).
(5) Forum Ewropew taż-Żgħażagħ — Position paper on Platform work Dokument ta' pożizzjoni dwar ix-xogħol fuq il-pjattaformi — mhux disponibbli bil-Malti).
(6) Rapport tal-ILO The role of digital labour platforms in transforming the world of work (Ir-rwol tal-pjattaformi tax-xogħol diġitali fit-trasformazzjoni tad-dinja tax-xogħol — mhux disponibbli bil-Malti); Rapport tal-EUROFOUND 2018; Dokument tal-persunal tal-KE — data dwar in-numri u l-fatturat li ttriplikaw bil-pandemija (skont id-data tal-ILO, fl-UE ġie rreġistrat fatturat ta' EUR 12-il biljun fl-2020); Rapport finali tas-CEPS 2021; Pjattaformi tax-Xogħol Diġitali fl-UE; Studju tal-ETUI 2021; The definition of worker in the platform economy: exploring workers' risks and regulatory solutions (Id-definizzjoni ta' ħaddiem fl-ekonomija tal-pjattaformi: l-esplorazzjoni tar-riskji tal-ħaddiema u s-soluzzjonijiet regolatorji — mhux disponibbli bil-Malti).
(7) ĠU C 123, 9.4.2021, p. 1, il-punt 3.2.7.
(8) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 1; ĠU C 123, 9.4.2021, p. 1; ĠU C 286, 16.7.2021, p. 70; ĠU C 367, 10.10.2018, p. 15.
(9) Ara n-nota 6 f’qiegħ il-paġna.
(10) Fost is-sentenzi favur in-natura tal-impjieg tar-relazzjoni tax-xogħol, huwa biżżejjed li wieħed ifakkar, bħala eżempju: is-sentenza tal-Qorti Franċiża tal-Kassazzjoni (Chambre sociale, Nru 374 tal-4 ta' Marzu 2020), li rrikonoxxiet in-natura tal-impjieg tax-xogħol imwettaq minn sewwieq tal-Uber; is-sentenza tal-Qorti Suprema Spanjola (Tribunal Superior de Justicia de Madrid, Sala de lo Social, Sentencia 40/2020 tas-17 ta' Jannar 2020), li rrikonoxxiet in-natura tal-impjieg tar-relazzjoni tax-xogħol bejn is-sewwieqa u l-pjattaforma Deliveroo; is-sentenza tal-Qorti ta' Barċellona, tat-13 ta' Jannar 2021, li rrikonoxxiet in-natura tal-impjiegi tar-relazzjoni tal-impjieg ta' 748 sewwieq. Skont din is-sentenza tal-aħħar, huwa meħtieġ li jiġu eżaminati indiċijiet ġodda li fuqhom għandha tiġi bbażata d-deċiżjoni dwar in-natura tar-relazzjoni, u b'hekk jiġi konkluż li l-flessibbiltà ta' kull siegħa hija, fi kwalunkwe każ, ir-riżultat ta' għażla li għandha l-għan li tidentifika l-aktar perjodi ta' żmien profittabbli għall-kumpanija u ċertament mhuwiex immirat lejn il-preservazzjoni ta' konċiljazzjoni aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għar-rikkieba u li għalhekk ir-rikkieba għandhom jitqiesu bħala impjegati. Minbarra dawn is-sentenzi, dawk Belġjani, Taljani u Netherlandiżi ddeċidew li r-relazzjoni tax-xogħol hija impjieg indipendenti abbażi tar-relativizzazzjoni tal-libertà allegata tar-rikkieba fit-twettiq konkret tas-servizz.
(11) Studju tal-Kummissjoni biex jappoġġja l-valutazzjoni tal-impatt fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi.
(12) Studju tal-Kummissjoni biex jappoġġja l-valutazzjoni tal-impatt fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi
(13) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 173, il-punt 1.15.
(14) Rapport tal-Fairwork (2021); Fairwork response to the European Commission’s Proposal for Directive on Platform Work (Rispons tal-Fairwork għall-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Direttiva dwar ix-Xogħol fuq il-Pjattaformi — mhux disponibbli bil-Malti).
(15) Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni.
(16) 9.12.2021 COM(2021) 761 final, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għal Ewropa soċjali aktar b'saħħitha: l-isfruttament tal-benefiċċji kollha tad-diġitalizzazzjoni għall-futur tax-xogħol p. 10; il-kaxxa 'l isfel fil-paġna.
(17) Ara d-definizzjoni fil-Premessa 30 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-liġi tal-kompetizzjoni u n-negozjar kollettiv: (iii) tinvolvi, bħala komponent meħtieġ u essenzjali, l-organizzazzjoni tax-xogħol imwettaq mill-individwi, irrispettivament minn jekk dak ix-xogħol ikunx qed isir online jew f’post partikolari. Pjattaformi li ma jorganizzawx ix-xogħol tal-individwi iżda sempliċiment jipprovdu mezz li permezz tiegħu l-persuni waħedhom li jaħdmu għal rashom jistgħu jilħqu lill-utenti finali, ma jikkostitwixxux pjattaformi tax-xogħol diġitali. Pereżempju, pjattaforma li sempliċiment taggrega u turi l-fornituri tas-servizzi disponibbli (eż. plumbers) f'żona speċifika, u b'hekk tippermetti lill-klijenti jużaw is-servizzi tagħhom fuq talba, mhijiex meqjusa bħala pjattaforma tax-xogħol diġitali, peress li ma torganizzax ix-xogħol tal-fornituri tas-servizzi.
(18) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 173.
(19) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 173, il-punt 1.8.
(20) ĠU C 123, 9.4.2021, p. 1, il-punt 3.2.8.
(21) ĠU C 286, 16.7.2021, p. 27.
(22) Studju tal-KESE (2017).
(23) ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28.
(24) Direttiva 98/59/KE; Direttiva 2001/23/KE.
ANNESS
Il-kontropinjoni li ġejja nċaħdet waqt id-diskussjoni iżda rċeviet tal-inqas kwart tal-voti mixħuta (Artikolu 43(2) tar-Regoli ta’ Proċedura):
EMENDA 1
SOC/709
Pakkett dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol — xogħol fuq il-pjattaformi
Ibdel l-Opinjoni kollha:
1. Konklużjonijiet
|
1.1. |
Il-pjattaformi tax-xogħol diġitali jippromovu servizzi innovattivi u mudelli ġodda ta’ negozju u joħolqu ħafna opportunitajiet għall-konsumaturi, in-negozji, il-ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom. Il-kunċett tal-pjattaformi diġitali jkopri firxa wiesgħa ta’ attivitajiet, servizzi, kompiti u mudelli ta’ negozju. Dan ifisser li soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd tista’ ssir ostaklu għall-innovazzjoni u l-investiment fit-twaqqif u l-iżvilupp tal-pjattaformi diġitali fl-UE. |
|
1.2. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu indirizzati wħud mill-isfidi li jeżistu b’rabta max-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali. Madankollu, kwalunkwe regolament dwar ix-xogħol fuq il-pjattaformi għandu jitfassal b’tali mod li tinżamm il-flessibbiltà bħala motivatur kritiku, mentri jiġu pprovduti s-salvagwardji essenzjali għall-protezzjoni adegwata tal-ħaddiema, fid-dawl ukoll tal-fatt li għal ħafna individwi x-xogħol fuq il-pjattaformi huwa attività komplementari (1). Huwa għalhekk li l-KESE b’mod ġenerali jappoġġja l-approċċ użat mill-KE fil-Pakkett dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, jiġifieri l-użu ta’ strumenti differenti biex jinħoloq l-ambjent favorevoli meħtieġ li jippermetti kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba tal-pjattaformi diġitali. Jinħtieġ ukoll li jkun hemm aċċess adegwat għall-protezzjoni soċjali u l-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza permezz tal-implimentazzjoni adatta taż-żewġ Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill (2) f’dan ir-rigward. |
|
1.3. |
Għalkemm id-determinazzjoni korretta tar-relazzjoni tal-impjieg hija waħda mill-kwistjonijiet ewlenin u jeħtieġ li tiġi indirizzata l-possibbiltà ta’ klassifikazzjoni żbaljata, din il-kwistjoni tikkonċerna biss minoranza ta’ ħaddiema tal-pjattaformi, kif enfasizzat ukoll miċ-ċifri tal-Kummissjoni li jindikaw li 5,5 miljun ħaddiem tal-pjattaformi minn total ta’ 28,8 miljun ħaddiem jistgħu jkunu f’riskju ta’ klassifikazzjoni ħażina tal-istatus tal-impjieg tagħhom. |
|
1.4. |
Madankollu, il-KESE jqis li ħafna mill-kwistjonijiet koperti mill-abbozz ta’ Direttiva diġà ġew indirizzati f’leġiżlazzjoni eżistenti jew futura tal-UE, jiġifieri l-protezzjoni tad-data, id-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni, eċċ. Dan ifisser li l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti jeħtieġ li tissaħħaħ u tittejjeb fejn meħtieġ. Direttiva ġdida li tirrepeti d-drittijiet eżistenti toħloq biss konfużjoni u frammentazzjoni tal-acquis tal-UE. Jekk ikun hemm bżonn ta’ kjarifiki, li jiġu identifikati fil-proċess ta’ implimentazzjoni, l-aġġustamenti għandhom isiru fl-atti rispettivi tal-UE. F’dan ir-rigward, il-KESE jfakkar lill-istituzzjonijiet tal-UE li, speċjalment issa, l-UE teħtieġ regolamentazzjoni intelliġenti reali u kontrolli tal-kompetittività, li jippermettu lin-negozji jinnovaw, jikbru u joħolqu l-impjiegi u l-valur miżjud għas-soċjetà u l-ekonomija tagħna. |
|
1.5. |
Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali u jiġi evitat tilwim bla bżonn, għandha ssir enfasi fuq il-kjarifika tar-regoli u d-definizzjonijiet nazzjonali eżistenti dwar l-istatus tal-ħaddiema u jiġu rispettati r-regoli li jippermettu l-awtonomija tal-intraprendituri u forom oħra ta’ persuni li jaħdmu għal rashom. Definizzjoni legali tal-UE ta’ “ħaddiem” u “ħaddiem tal-pjattaforma li jaħdem għal rasu” ma tkunx adatta jew effettiva, peress li ma tistax tirrispetta l-mudelli differenti fl-Istati Membri u tlaħħaq mal-iżviluppi dinamiċi fis-swieq tax-xogħol. Tali definizzjoni iżżid il-konfużjoni u l-inċertezza legali u ddgħajjef id-definizzjonijiet nazzjonali billi tintroduċi definizzjoni speċifika għal grupp limitat ta’ ħaddiema tal-pjattaformi diġitali. |
|
1.6. |
Sors ieħor ta’ konfużjoni huwa t-tentattiv tad-Direttiva li tkopri kemm il-ħaddiema kif ukoll dawk li jaħdmu għal rashom, billi tintroduċi żewġ definizzjonijiet separati għal “persuni li jwettqu xogħol fuq il-pjattaformi” u “ħaddiema tal-pjattaformi”. It-taħlit ta’ kategoriji differenti ta’ suġġetti, koperti mid-Direttiva, u l-għoti ta’ settijiet differenti ta’ drittijiet u obbligi joħolqu wkoll inċertezzi legali u kumplessità. |
|
1.7. |
Ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex il-linja bejn l-impjieg indipendenti ġenwin u l-impjieg tiċċajpar billi jinħolqu regoli li jkollhom impatt fuq l-intraprendituri/dawk li jaħdmu għal rashom abbażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE, li bl-ebda mod mhuwa bażi ġuridika adatta għar-regolazzjoni tar-relazzjonijiet bejn in-negozji. |
|
1.8. |
Il-preżunzjoni proposta fl-abbozz ta’ Direttiva tiddikjara li ladarba jiġu ssodisfati 2 mill-5 kriterji, kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali għandha tkun legalment preżunta bħala relazzjoni ta’ impjieg. Fl-istess ħin, għadd tajjeb tal-kriterji proposti fl-Artikolu 4(2) jinkludi klawżoli standard B2B, pereżempju (a) [limiti massimi għall--paga u t-tariffi] u (c) [verifika tal-kwalità tar-riżultati], (d) [il-ħinijiet tax-xogħol] u (e) [possibbiltà li tinbena bażi ta’ klijenti]. Dan ifisser li anke persuni li ġenwinament jaħdmu għal rashom jistgħu jiġu kklassifikati b’mod żbaljat bħala impjegati u mbagħad ikollhom jikkonfutaw din il-preżunzjoni jekk ikunu jridu jkomplu jipprattikaw l-attivitajiet tagħhom. L-istatus ta’ persuni li jaħdmu għal rashom jista’ jiġi kkonfermat biss fil-qorti jew fi proċedimenti amministrattivi, li jimponi piż amministrattiv bla bżonn fuq il-partijiet kollha, inklużi l-awtoritajiet. |
|
1.9. |
L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu għall-konfutazzjoni tal-preżunzjoni legali joħloq konfużjoni u x’aktarx inaqqas iċ-ċarezza legali peress li mekkaniżmu simili diġà ġie stabbilit fid-Direttiva dwar Kondizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli (3) bħala waħda mill-għażliet għall-Istati Membri. |
|
1.10. |
Minflok l-issodisfar ta’ żewġ kriterji minn ħamsa, il-KESE jqis li valutazzjoni tal-kriterji għad-definizzjoni tal-eżistenza ta’ status ta’ impjegat fil-livell tal-Istati Membri u f’konformità mal-ġurisprudenza tal-QĠUE hija t-triq ’il quddiem. F’dan ir-rigward, il-KESE jilqa’ l-isforzi proposti mill-Kummissjoni biex tappoġġja l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba. |
|
1.11. |
Il-KESE jqis li sett separat ta’ regoli dwar kwistjonijiet relatati max-xogħol fuq il-pjattaformi u l-ġestjoni algoritmika la huwa adatt u lanqas meħtieġ. Ir-regoli eżistenti fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) (4) u l-Att dwar l-IA futur se jipprovdu wkoll lill-ħaddiema b’varjetà ta’ drittijiet fir-rigward tad-data personali tagħhom flimkien ma’ sett komprensiv ta’ rekwiżiti ta’ ġestjoni tar-riskju, sorveljanza umana u trasparenza biex jittaffew ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza u d-drittijiet fundamentali. Għalhekk, għandhom jiġu evitati sovrapożizzjonijiet u duplikazzjonijiet bla bżonn. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Fil-proċess ta’ trasformazzjoni rapida tal-ekonomija u tal-intrapriżi, id-diġitalizzazzjoni għandha rwol strateġiku ewlieni, tant li hija mifruxa fis-setturi kollha tal-attività, u tkopri ċ-ċiklu kollu tal-katina tal-valur tal-prodotti u s-servizzi, u tinvolvi kemm intrapriżi kbar kif ukoll intrapriżi żgħar u mikro. Il-konsegwenzi għad-dinja tax-xogħol, li jirriżultaw minn forom ġodda ta’ xogħol u forom ġodda ta’ organizzazzjoni tan-negozju, huma sinifikanti kemm fir-rigward tan-natura tagħhom kif ukoll tal-veloċità li biha jseħħu l-bidliet. |
|
2.2. |
Il-pjattaformi tax-xogħol diġitali jistgħu jqabblu b’mod effiċjenti l-provvista u d-domanda għax-xogħol u joffru possibbiltajiet biex wieħed jgħix jew jaqla’ introjtu addizzjonali. Għall-konsumaturi dan ifisser aċċess imtejjeb għal prodotti u servizzi li inkella jkun diffiċli biex jinkisbu, kif ukoll aċċess għal għażla ġdida u aktar varjata ta’ servizzi (5). Madankollu, minbarra l-opportunitajiet, ix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali, bħala parti integrali minn forom ta’ xogħol li qed jevolvu, joħloq sfidi possibbli li jistgħu jeħtieġu soluzzjonijiet adattati. |
|
2.3. |
L-istatus tas-suq tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi huwa kwistjoni ewlenija li ġiet indirizzata mill-Istati Membri u fil-ġurisprudenza nazzjonali tagħhom. Dan l-iżvilupp ħoloq għadd ta’ regoli u sentenzi differenti bbażati fuq kunċetti, mudelli u definizzjonijiet nazzjonali differenti, u b’hekk sempliċement jirrifletti u jirrispetta s-sistemi u l-prattiki nazzjonali tas-suq tax-xogħol. Għandha ssir enfasi fuq il-kjarifika tar-regoli u d-definizzjonijiet nazzjonali eżistenti dwar l-istatus tal-ħaddiema u għandhom jiġu rispettati r-regoli li jippermettu l-awtonomija tal-intraprendituri u forom oħra ta’ persuni li jaħdmu għal rashom. F’dan ir-rigward, jistgħu jiġu promossi wkoll azzjonijiet fil-livell Ewropew, bħall-iskambji ta’ informazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet. Barra minn hekk, l-imsieħba soċjali għandhom rwol importanti x’jaqdu kif ukoll il-pjattaformi stess. Kwalunkwe qafas regolatorju jista’ jiġi adattat fil-livell adatt, mingħajr ma jiddgħajfu l-prattiki u l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jiffunzjonaw tajjeb. Fejn meħtieġ, il-protezzjoni għall-ħaddiema tal-pjattaformi għandha tittejjeb. |
3. Kummenti ġenerali dwar il-Proposta għal Direttiva
|
3.1. |
Fid-9 ta’ Diċembru, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet sett ta’ miżuri biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi u biex tappoġġja t-tkabbir sostenibbli tal-pjattaformi tax-xogħol diġitali fl-UE (6). L-Opinjoni SOC/709 tas-Sezzjoni SOC li ġiet adottata fis-7 ta’ Marzu 2022 tindirizza biss il-Proposta għal Direttiva dwar it-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi. Għalhekk, din il-kontropinjoni tiffoka wkoll fuq din il-Proposta. |
|
3.2. |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-iżviluppi reċenti tal-ekonomija tal-pjattaformi tax-xogħol ġabu magħhom sfidi ġodda għal dawk li jaħdmu permezz tagħhom. Kif tinnota l-Kummissjoni, dawn jistgħu jvarjaw minn nuqqas ta’ trasparenza u prevedibbiltà tal-arranġamenti kuntrattwali għall-isfidi tas-saħħa u s-sikurezza, il-klassifikazzjoni żbaljata tal-istatus tal-impjieg, jew l-aċċess inadegwat għall-protezzjoni soċjali (7) kif ukoll l-isfidi tal-ġestjoni algoritmika fix-xogħol tal-pjattaformi. |
|
3.3. |
Madankollu, il-Proposta għal Direttiva mhijiex l-istrument it-tajjeb biex jiġu indirizzati l-isfidi. Barra minn hekk, jidher ċar li l-enfasi ewlenija tal-Proposta hija fuq l-attivitajiet ta’ dawk li jagħmlu l-konsenji, ir-rikkieba u s-servizzi b’ħiliet aktar baxxi mwettqa fuq il-post b’mod ġenerali, u dan jinjora l-fatt li l-varjetà ta’ xogħol fuq il-pjattaformi hija ħafna akbar. Ir-Regolament propost bl-ebda mod mhuwa adattat għal dawk li jaħdmu permezz ta’ pjattaformi għal xogħol online. Barra minn hekk, ma jitqisux l-effetti possibbli tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-pjattaformi online li jistgħu jwasslu s-servizzi tagħhom minn barra l-UE (8). It-telf u r-rilokazzjoni possibbli ta’ dawn l-attivitajiet barra mill-UE (eż. ir-Renju Unit) għandhom tal-anqas jiġu evalwati. |
|
3.4. |
L-isfidi għandhom jiġu indirizzati primarjament bl-użu, u fejn meħtieġ, bit-tisħiħ tal-implimentazzjoni tar-regolamenti u l-prattiki eżistenti. Barra minn hekk, hemm potenzjal kbir għal azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-pjattaformi stess flimkien mal-imsieħba lokali u l-imsieħba soċjali. Din hija xi ħaġa li l-Kummissjoni għandha tappoġġja. |
|
3.5. |
Definizzjoni legali tal-UE ta’ “ħaddiem” u “ħaddiem tal-pjattaforma li jaħdem għal rasu” ma tkunx adatta jew effettiva, peress li ma tkunx kapaċi tirrispetta l-mudelli differenti fl-Istati Membri u tlaħħaq mal-iżviluppi dinamiċi fis-swieq tax-xogħol. Din sempliċement iżżid il-konfużjoni u l-inċertezza legali u ddgħajjef id-definizzjonijiet nazzjonali billi tintroduċi definizzjoni speċifika għal grupp limitat ta’ ħaddiema. |
4. Kummenti speċifiċi dwar il-Proposta għal Direttiva
4.1. Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
|
4.1.1. |
Hemm riskju ċar li l-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet tal-Proposta għal Direttiva jkopru firxa ferm usa’ tal-attivitajiet tal-pjattaformi diġitali milli maħsub. Il-mira ewlenija tal-Proposta għal Direttiva tidher li hija l-attivitajiet b’livell baxx ta’ ħiliet, iżda d-definizzjonijiet u l-kriterji proposti jkunu jkopru l-kategoriji kollha ta’ xogħol fuq il-pjattaformi, anke meta jitwettqu minn persuni li ġenwinament jaħdmu għal rashom. |
4.2. Determinazzjoni korretta tal-istatus fl-impjieg u l-preżunzjoni legali
|
4.2.1. |
Il-KESE jaqbel li l-Istati Membri għandu jkollhom il-mekkaniżmi meħtieġa biex jiżguraw “determinazzjoni korretta tal-istatus fl-impjieg tal-persuni li jwettqu xogħol fuq il-pjattaformi diġitali (…)”. Madankollu, il-KESE għandu dubji serji fir-rigward tal-qafas propost għall-preżunzjoni legali ta’ relazzjoni ta’ impjieg jekk jiġu ssodisfati tnejn mill-ħames kriterji elenkati fid-Direttiva. |
|
4.2.2. |
Il-KESE jqis li l-kriterji b’mod speċjali dawk fil-punti (a) [limiti massimi għall-paga u t-tariffi], u (c) [verifika tal-kwalità tar-riżultati], (d) [ħinijiet tax-xogħol] u (e) [possibbiltà li tinbena bażi ta’ klijenti] regolarment jintużaw f’kuntratti bejn negozju u ieħor (B2B) u jwasslu għal sitwazzjoni fejn dawk li ġenwinament jaħdmu għal rashom ikunu soġġetti għall-preżunzjoni ta’ impjieg u għaldaqstant jkunu mġiegħla jsiru impjegati. |
|
4.2.3. |
Dan l-approċċ jikkontradixxi l-prattika tal-valutazzjoni ġenerali tal-kriterju tar-relazzjoni tal-impjieg applikata mill-ġurisprudenza fl-Istati Membri. Barra minn hekk, kif iddikjarat hawn fuq, il-ħaddiema tal-pjattaformi awtomatikament jiġu kklassifikati bħala impjegati u dan jelimina l-għażla tal-individwu li jkun ħaddiem għal rasu. It-tfixkil tal-attività intraprenditorjali m’għandu jkun fl-interess ta’ ħadd. Fid-dawl tal-fatt li l-maġġoranza tal-ħaddiema tal-pjattaformi jqisu lilhom innifishom u jridu li jitqiesu bħala persuni li jaħdmu għal rashom, dan l-approċċ imur saħansitra kontra d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali bħad-dritt li jagħżlu okkupazzjoni, id-dritt li jaħdmu u l-libertà ta’ intrapriża. |
|
4.2.4. |
Fid-dawl tad-diversità tas-sistemi nazzjonali tas-suq tax-xogħol, it-tradizzjonijiet u l-ġurisprudenza tal-liġi tax-xogħol kif ukoll id-definizzjonijiet differenti, eż. fil-liġi tax-xogħol u fis-sistemi tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, hemm riskju li l-ħames kriterji tal-Proposta għal Direttiva ma jirriflettux b’mod adegwat ir-realtà kumplessa ta’ diversi sitwazzjonijiet. Minflok l-issodisfar ta’ żewġ kriterji minn ħamsa, il-KESE jippreferi valutazzjoni ġenerali tal-kriterji għad-definizzjoni tal-eżistenza ta’ status ta’ impjegat bħala approċċ applikabbli b’mod ġenerali fl-Istati Membri u fil-ġurisprudenza tal-QĠUE. |
4.3. Possibbiltà li tiġi kkonfutata l-preżunzjoni legali
|
4.3.1. |
Il-KESE jqis il-possibbiltà li l-preżunzjoni legali tiġi kkonfutata bħala strument li x’aktarx joħloq aktar problemi milli jiċċara sitwazzjonijiet legali kumplessi. L-istabbiliment ta’ dan il-mekkaniżmu joħloq konfużjoni fir-rigward tal-fatt li mekkaniżmu simili diġà huwa inkluż fid-direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli bħala waħda mill-għażliet għall-Istati Membri. |
|
4.3.2. |
Il-possibbiltà li tiġi kkonfutata l-preżunzjoni legali ma twassalx għal bilanċ ġust bejn il-partijiet tal-proċess ta’ konfutazzjoni peress li — bl-oneru tal-prova għan-naħa tal-pjattaforma — il-preżunzjoni legali, kif definita mill-ħames kriterji, tkun diffiċli li tiġi kkontestata fil-prattika. Fid-dawl tad-diversità tad-definizzjonijiet nazzjonali, il-ħames kriterji u r-rilevanza tagħhom x’aktarx li jiġu interpretati b’modi differenti fl-Istati Membri u b’hekk dan iwassal għal taħlita aktar kumplessa ta’ ġurisprudenza fl-Ewropa. Peress li dan il-proċess jista’ jiġi segwit kemm fil-qrati li jittrattaw kwistjonijiet tal-liġi tax-xogħol kif ukoll fil-qrati amministrattivi li jittrattaw kwistjonijiet ta’ taxxa u sigurtà soċjali, ir-riżultat jista’ jkun wieħed ta’ inqas ċarezza legali, u mhux aktar. |
4.4. Ġestjoni algoritmika
|
4.4.1. |
Il-KESE jikkondividi l-għan tal-Kummissjoni li żżid l-informazzjoni u t-trasparenza fir-rigward tal-użu tal-algoritmi fix-xogħol fuq il-pjattaformi. Madankollu, il-KESE jqis li sett separat ta’ regoli dwar kwistjonijiet relatati max-xogħol fuq il-pjattaformi la huwa adatt u lanqas meħtieġ. Ir-regoli eżistenti fil-GDPR (9) u l-Att dwar l-IA (10) futur se jipprovdu wkoll lill-ħaddiema b’varjetà ta’ drittijiet fir-rigward tad-data personali tagħhom flimkien ma’ sett komprensiv ta’ rekwiżiti ta’ ġestjoni tar-riskju, sorveljanza umana u trasparenza biex jittaffew ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza u d-drittijiet fundamentali. Għalhekk, għandhom jiġu evitati sovrapożizzjonijiet u duplikazzjonijiet bla bżonn. |
|
4.4.2. |
Fir-rigward tal-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tingħata mill-pjattaformi, għandu jiġi żgurat li l-pjattaformi jkollhom l-ispazju meħtieġ għall-immanuvrar f’termini ta’ definizzjoni tal-mezzi tekniċi biex jipprovdu l-informazzjoni. L-istess japplika għall-metodi ta’ evalwazzjoni tar-riskji u r-reviżjoni umana ta’ deċiżjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni li jikkonċernaw l-algoritmi ma japplikaw għall-ebda tip ta’ sigriet kummerċjali jew informazzjoni kunfidenzjali ta’ kwalunkwe tip. Il-KESE jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu permessi mitigazzjonijiet imfassla apposta għall-SMEs dwar proċeduri amministrattivi meħtieġa mill-ġestjoni algoritmika (11). B’mod partikolari, dawn jinkludu skadenzi itwal biex jingħataw talbiet ta’ rieżami ta’ deċiżjonijiet algoritmiċi u t-tnaqqis fil-frekwenza tal-aġġornament ta’ informazzjoni rilevanti. |
4.5. Drittijiet kollettivi
|
4.5.1. |
Il-Proposta tfittex li tiżgura l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema tal-pjattaformi jew tar-rappreżentanti tagħhom dwar deċiżjonijiet li x’aktarx iwasslu għall-introduzzjoni ta’ bidliet sostanzjali fl-użu tas-sistemi awtomatizzati ta’ monitoraġġ u teħid ta’ deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva. Għal dan il-għan il-Proposta tirreferi għad-Direttiva 2002/14/KE (12). Din is-soluzzjoni tista’ tiġi appoġġjata peress li tali referenza tippermetti l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi eżistenti ta’ informazzjoni u konsultazzjoni kif definiti fil-livell nazzjonali kif ukoll il-promozzjoni tad-djalogu soċjali mingħajr ma jiġu stabbiliti mekkaniżmi ġodda jew duplikati. Madankollu, ir-responsabbiltà tal-pjattaforma tax-xogħol diġitali biex iġġarrab l-ispejjeż għall-espert (Artikolu 9(3)) mhijiex kompatibbli mar-regoli ġenerali ta’ informazzjoni u konsultazzjoni bbażati fuq id-Direttiva 2002/14/KE. |
4.6. Rimedji
|
4.6.1. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li tiġi ċċarata d-distinzjoni bejn “ħaddiema” u “persuni li jwettqu xogħol fuq il-pjattaformi” speċjalment fir-rigward tar-rimedji u l-infurzar tad-Direttiva. L-Artikolu 18 jinkludi regoli simili għall-protezzjoni mis-sensji għaż-żewġ kategoriji li jistgħu jwasslu għal konfużjoni u nuqqas ta’ ċertezza legali peress li r-rimedji ġudizzjarji fl-oqsma tal-liġi tax-xogħol u tal-liġi kuntrattwali fl-Istati Membri huma bbażati fuq settijiet differenti ta’ leġiżlazzjonijiet u għalhekk mhumiex simili. Bl-istess mod, l-Artikolu 17 (Protezzjoni kontra trattament jew konsegwenzi negattivi) jista’ jwassal għal konsegwenzi u problemi mhux mixtieqa fis-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri jekk relazzjonijiet kuntrattwali differenti jiġu sfurzati li jiġu ttrattati skont l-istess regoli. |
4.7. Nonrigressjoni u dispożizzjonijiet aktar favorevoli
|
4.7.1. |
Għall-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti fix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali, il-KESE jenfasizza r-rwol tad-djalogu soċjali u l-ftehimiet kollettivi fil-livelli adatti u fi-ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni, il-mandat u l-awtonomija tal-imsieħba soċjali fl-Istati Membri. Għalhekk, il-KESE jqajjem dubju dwar il-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehimiet kollettivi biss għal ftehimiet li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema tal-pjattaformi (Artikolu 20). Din il-limitazzjoni tinterferixxi mal-awtonomija tal-imsieħba soċjali. |
Raġuni
Dat-test jivolvi emenda li għandha l-għan li tistabbilixxi pożizzjoni globalment differenti mill-Opinjoni mressqa mis-sezzjoni u għalhekk għandha titqies bħala kontropinjoni. Din tistabbilixxi r-raġunijiet għala l-proposta tal-Kummissjoni mhijiex l-istrument adatt biex jiġu indirizzati l-isfidi tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali u għaliex ma tirriflettix b’mod adegwat ir-realtà kumplessa ta’ diversi sitwazzjonijiet fid-dinja tal-pjattaformi li qed tinbidel b’rata mgħaġġla. Barra minn hekk, il-kontropinjoni tfittex li tenfasizza n-nuqqasijiet u l-isfidi ewlenin fl-abbozz ta’ direttiva, speċjalment fir-rigward tal-preżunzjoni legali tal-istatus ta’ impjegat u l-ġestjoni algoritmika.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
149 |
|
Kontra: |
80 |
|
Astensjonijiet: |
17 |
(1) Fir-rigward tal-pass tal-iżvilupp, id-data miġbura mill-istħarriġiet COLLEEM I u II tikkonkludi li l-fenomenu tax-xogħol fuq il-pjattaformi qed jiżdied bil-mod iżda b’mod kostanti fl-Ewropa. It-tieni nett, huwa biss proporzjon żgħir — madwar 1,4 % — tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol – li jwettaq xogħol fuq il-pjattaformi bħala forma ewlenija ta’ impjieg. Barra minn hekk, skont l-istudju msemmi fir-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, madwar 5,5 miljun ħaddiem tal-pjattaformi minn total ta’ 28,8 miljun jistgħu jkunu f’riskju ta’ klassifikazzjoni żbaljata tal-istatus tal-impjieg tagħhom. Ara Repożitorju tal-Pubblikazzjonijiet tal-JRC – Platform Workers in Europe Evidence from the COLLEEM Survey (europa.eu) (Il-Ħaddiema tal-Pjattaformi fl-Ewropa — Evidenza mill-Istħarriġ COLLEEM, mhux disponibbli bil-Malti) u Repożitorju tal-Pubblikazzjonijiet tal-JRC – New evidence on platform workers in Europe (europa.eu) (Evidenza ġdida dwar il-ħaddiema tal-pjattaformi fl-Ewropa, mhux disponibbli bil-Malti); Ara COMMISSION STAFF WORKING DOCUMENT IMPACT ASSESSMENT REPORT (Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni — Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Impatt, mhux disponibbli bil-Malti). Fl-istudju kkummissjonat minn Delivery Platforms Europe, il-biċċa l-kbira (72 %) tal-kurrieri jgħidu li x-xogħol fuq il-pjattaformi huwa attività komplementari: 34 % jagħmlu konsenji waqt l-istudji tagħhom u terz ieħor (34 %) jgħidu li jirrikorru għax-xogħol fuq il-pjattaformi biex jikkomplementaw id-dħul tagħhom minn xogħol ieħor full-time jew part-time. Għal żewġ terzi ta’ dawk li wieġbu (67 %), il-flessibbiltà hija r-raġuni ewlenija li jaħdmu bħala kurrieri. Dan jippermettilhom jikkombinaw ix-xogħol ta’ konsenja ma’ xogħol ieħor jew mal-istudju jew mal-kura tal-membri tal-familja, u huwa mod kif jikkomplementaw dħul ieħor. Il-flessibbiltà hija wkoll l-aktar karatteristika preferuta fix-xogħol ta’ kurrier (għal 58 % ta’ dawk li wieġbu).
(2) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom u Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-persuni li jaħdmu għal rashom (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) Id-Direttiva dwar Kondizzjonijiet tax-Xogħol Transparenti u Prevedibbli.
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/679 u COM/2021/206 final.
(5) COM/2021/762 final, Memorandum ta’ Spjegazzjoni, p. 1.
(6) Dawn jinkludu: 1) Proposta għal Direttiva dwar it-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi; 2) linji gwida dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE għal ftehimiet kollettivi rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ persuni li jaħdmu għal rashom waħedhom, li jkopru lil dawk li jaħdmu permezz ta’ pjattaformi tax-xogħol diġitali; 3) talbiet għal miżuri ġodda, kif deskritt hawn taħt, dwar l-awtoritajiet nazzjonali, l-imsieħba soċjali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex jinkisbu kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għal dawk li jaħdmu permezz ta’ pjattaformi tax-xogħol diġitali (Komunikazzjoni dwar Kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għal Ewropa soċjali aktar b’saħħitha: l-isfruttament tal-benefiċċji kollha tad-diġitalizzazzjoni għall-futur tax-xogħol).
(7) Idem (Komunikazzjoni) p. 2.
(8) Skont l-istudju tal-Kummissjoni anke jekk is-servizzi freelance kollha pprovduti permezz tal-pjattaformi jitwaqqfu fl-UE-27, dawn in-negozji xorta jistgħu jiddependu minn freelancers f’partijiet oħra tad-dinja. Ara Study to support the impact assessment on improving working conditions in platform work (Studju biex tiġi appoġġjata l-valutazzjoni tal-impatt dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi, mhux disponibbli bil-Malti).
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/679.
(10) COM/2021/206 final.
(11) COM/2021/762 final, Memorandum ta’ Spjegazzjoni, p. 13.
(12) Id-Direttiva 2002/14/KE.
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/109 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija Ewropea għall-Universitajiet”
(COM(2022) 16 final)
u l-“Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-bini ta’ konnessjonijiet għal kooperazzjoni effettiva Ewropea fl-edukazzjoni għolja”
(COM(2022) 17 final)
(2022/C 290/17)
|
Relatur: |
Tatjana BABRAUSKIENĖ |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 1.3.2022 |
|
Bażi legali |
L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
190/0/2 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jissottolinja l-importanza tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-inizjattiva: “L-universitajiet jeħtieġ li jkunu postijiet ta’ libertà: għal-libertà tal-kelma, tal-ħsieb, tat-tagħlim, tar-riċerka u tal-libertà akkademika b’mod ġenerali. Il-libertà akkademika ma tistax tiġi iżolata mill-awtonomija istituzzjonali, u lanqas mill-parteċipazzjoni tal-istudenti u tal-persunal fil-governanza tal-edukazzjoni għolja.” (1) Huwa jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jikkunsidraw dan bħala prinċipju ta’ gwida għall-implimentazzjoni. |
|
1.2. |
Il-KESE huwa kuntent li l-inizjattiva tħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja biex isaħħu l-kooperazzjoni tranżnazzjonali sabiex itejbu l-ħiliet u l-kompetenzi tal-istudenti għat-tranżizzjonijiet doppji tas-suq tax-xogħol u tal-ekonomija, jiddefendu l-valuri, l-identità u d-demokrazija tal-UE, u jagħmlu s-soċjetà u l-ekonomija Ewropea aktar reżiljenti. |
|
1.3. |
Il-KESE jindika (2) r-rwol importanti li għandhom l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fit-titjib tal-akkwist tal-ħiliet ekoloġiċi, tar-responsabbiltà ambjentali u tal-iżvilupp sostenibbli li jenħtieġ jiġu integrati b’mod trażversali fl-eżiti tal-apprendiment tal-edukazzjoni. Huwa jilqa’ l-azzjonijiet previsti tal-Kummissjoni Ewropea biex tgħin lill-Istati Membri u lill--istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jiżviluppaw approċċi nazzjonali u istituzzjonali sħaħ għas-sostenibbiltà u l-litteriżmu klimatiku u ambjentali. Il-KESE jindika li dan huwa importanti għall-istudenti fi programmi ta’ studju sħaħ u għall-istudenti li jattendu għall-programmi ta’ apprendiment tul il-ħajja tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, mhux biss għall-mikrokredenzjali (3). |
|
1.4. |
Il-KESE jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jtejbu l-kwalità, il-ġustizzja, l-ugwaljanza u l-inklużjoni soċjali tal-edukazzjoni għolja u r-riċerka meta jistabbilixxu strateġiji ta’ diġitalizzazzjoni, itejbu l-aċċess ugwali għall-materjal diġitali għall-istudenti kollha, jappoġġjaw l-użu sikur tat-teknoloġiji diġitali filwaqt li dejjem tingħata prijorità lill-interazzjoni soċjali tat-tagħlim wiċċ imb wiċċ, u jirrispettaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-akkademiċi. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea timpenja ruħha mal-istudenti u mal-akkademiċi meta tiżviluppa programmi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ dwar il-ħiliet diġitali fi ħdan il-Programm Ewropa Diġitali. |
|
1.5. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ sħubijiet ibbilanċjati bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-kumpaniji, bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-ħiliet tal-istudenti, tas-soċjetà u tas-suq tax-xogħol, u li jiġi żgurat u mwessa’ l-aċċess għall-istudenti għal apprendistati u traineeships ta’ kwalità għolja u mħallsa f’kumpaniji u f’istituzzjonijiet. Huwa jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jiżguraw il-libertà akkademika u l-awtonomija istituzzjonali, speċjalment fir-rigward tal-kollaborazzjoni ma’ atturi mhux akkademiċi dwar l-iżvilupp tal-kurrikulu, il-ħiliet u r-rekwiżiti li huma kompetenza tal-persunal akkademiku. |
|
1.6. |
Il-KESE jinnota li l-Kummissjoni Ewropea u kull Stat Membru għandhom jipproteġu l-libertà akkademika u l-awtonomija istituzzjonali bħala valuri fundamentali stabbiliti fil-Komunikat ta’ Ruma. Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Alleanzi tal-Universitajiet Ewropej bħala proġetti tal-Erasmus+ li jinkludu azzjonijiet volontarji u minn isfel għal fuq mill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, u huma importanti għal kooperazzjoni aktar mill-qrib taħt tmexxija demokratika. Il-KESE huwa mħasseb li l-valuri fundamentali jkunu f’riskju meta l-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill jistituzzjonalizzaw il-proġetti tal-Alleanzi tal-Universitajiet Ewropej, u jitolbu lill-Istati Membri jistabbilixxu statut legali għall-gradi Ewropej konġunti tal-Alleanzi, kif ukoll l-assigurazzjoni tal-kwalità esterna u l-akkreditazzjoni għall-attivitajiet u għall-programmi edukattivi tranżnazzjonali konġunti tal-Alleanzi. |
|
1.7. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-valur essenzjali tad-diversità tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja li jistgħu jappoġġjaw tipi differenti ta’ ħtiġijiet kulturali, edukattivi, tas-soċjetà u ekonomiċi. Il-KESE jappella għar-rikonoxximent tal-valur ugwali tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja kemm barra kif ukoll fi ħdan l-Alleanzi tal-Universitajiet Ewropej u li jinżamm il-prinċipju tal-libertà tal-għarfien. Il-KESE jilqa’ l-istabbiliment ta’ prinċipji ta’ gwida li jipproteġu l-valuri akkademiċi fundamentali, ibbażati fuq il-Komunikat ta’ Ruma, bl-involviment tal-imsieħba soċjali u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti. |
|
1.8. |
Il-KESE jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja mhumiex iffinanzjati biżżejjed (4) minkejja ż-żieda fil-ħtiġijiet tagħhom matul il-pandemija, u jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-finanzjament pubbliku għalihom. Huwa jinsab imħasseb dwar il-privatizzazzjoni dejjem akbar tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-investiment privat fl-edukazzjoni għolja u r-riċerka, li jistgħu jipperikolaw il-libertà akkademika u l-awtonomija istituzzjonali. Huwa jindika wkoll li ż-żamma tal-appoġġ finanzjarju għall-Alleanzi tal-Universitajiet Ewropej se tiżgura finanzjament pubbliku nazzjonali sostenibbli għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja kollha. Il-KESE jistieden lill-Istati Membri biex jużaw is-Semestru Ewropew u l-fondi tal-UE, inklużi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-FSE+, l-Erasmus+ u l-Orizzont Ewropa, biex jgħinu lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jilħqu l-għanijiet tagħhom. |
|
1.9. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea timmonitorja l-investiment fil-livell tal-UE, nazzjonali u istituzzjonali fl-edukazzjoni għolja, bl-użu tal-għodod politiċi ewlenin tas-Semestru Ewropew u tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Huwa jistieden ukoll lill-Kummissjoni tillimita l-użu tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Settur Ewropew tal-Edukazzjoni Għolja u s-sejbiet tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Investiment ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ għal rwol ta’ appoġġ. |
|
1.10. |
Il-KESE jinsab imħasseb dwar l-objettivi u l-governanza tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Settur Ewropew tal-Edukazzjoni Għolja li twettaq valutazzjonijiet annwali tal-progress li jkun sar madwar l-UE biex jintlaħqu l-prijoritajiet ewlenin tal-inizjattiva: l-inklużjoni, il-valuri, il-kwalità u r-rilevanza, il-mobbiltà, il-ħiliet ekoloġiċi u diġitali, l-impjegabbiltà, il-kooperazzjoni tranżnazzjonali, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-valorizzazzjoni tal-għarfien. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiċċara r-rwol ta’ din l-għodda fil-monitoraġġ tal-progress tal-Istati Membri u l-governanza ta’ din l-għodda ta’ monitoraġġ fir-rigward tal-proċess tas-Semestru Ewropew, u tispeċifika jekk din l-għodda hijiex se tintuża wkoll għall-monitoraġġ tal-investiment nazzjonali fl-edukazzjoni għolja. Il-KESE jitlob li jinżamm ir-rwol tal-Istati Membri, tal-imsieħba soċjali fil-qasam tal-edukazzjoni u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-proċess. |
|
1.11. |
Il-KESE jilqa’ l-istabbiliment ta’ Osservatorju Ewropew tas-Settur tal-Edukazzjoni Għolja biex jgħaqqad flimkien l-aħjar għodod u kapaċitajiet attwali tad-data tal-UE. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea żżomm ir-rwol tal-Istati Membri, tal-imsieħba soċjali fil-qasam tal-edukazzjoni u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti f’dan il-proċess. L-imsieħba soċjali għandhom rwol importanti fit-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol, fir-rappreżentanza tal-interessi tas-suq tax-xogħol tal-istudenti u fit-tnaqqis tal-għadd ta’ NEETs. Għandhom isiru aktar sforzi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri biex l-istudenti jiġu traċċati hekk kif jagħmlu t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol. |
|
1.12. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jinvolvu b’mod attiv lill-imsieħba soċjali fil-qasam tal-edukazzjoni u ‘l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-iżvilupp ulterjuri tal-inizjattivi u l-azzjonijiet tal-Kummissjoni skont din l-istrateġija u fl-implimentazzjoni fil-livell tal-Istati Membri. Dan huwa importanti sabiex jiġi żgurat li l-istudenti jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex ikunu ċittadini ta’ demokrazija u biex jaċċessaw impjiegi ta’ kwalità fi ħdan it-tranżizzjonijiet doppji. Il-governanza demokratika u d-djalogu soċjali effettiv huma essenzjali biex jittejbu l-benesseri tal-istudenti, il-libertà akkademika, l-istatus permanenti u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-persunal, u l-awtonomija istituzzjonali. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tinvolvi lill-imsieħba soċjali fil-qasam tal-edukazzjoni u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-iżvilupp ta’ kriterji Ewropej għall-għoti ta’ tikketta tal-Lawrja Ewropea. |
|
1.13. |
Il-KESE jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jinvolvu lill-istudenti, lill-akkademiċi u lir-riċerkaturi b’mod aktar effettiv fil-governanza tal-politika tal-edukazzjoni għolja u tal-istrutturi ta’ kooperazzjoni istituzzjonali u tranżnazzjonali, bi tmexxija kollaborattiva effettiva, governanza kolleġġjali u djalogu soċjali. Dan għandu jsir biex jiġu żgurati edukazzjoni għolja u riċerka ta’ kwalità tajba u inklużivi, mobbiltà effettiva tal-istudenti, tal-persunal u tar-riċerkaturi, u diversità sħiħa (inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri) tal-istudenti, tal-akkademiċi, tar-riċerkaturi u tal-persunal professjonali. |
|
1.14. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li jkun hemm djalogu soċjali mat-trade unions akkademiċi meta jiġi żviluppat qafas Ewropew għal karrieri attraenti u sostenibbli fl-edukazzjoni għolja, biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-benesseri u l-istatus tal-akkademiċi, u biex jiġu appoġġjati karrieri akkademiċi fi ħdan l-akkademja u lil hinn. Iż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u t-titjib tal-kapaċità operazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-istudenti għandhom jingħataw attenzjoni kostanti. Il-fondi tal-FSE+ jistgħu jiġu allokati għal dan il-għan. |
|
1.15. |
Il-KESE jilqa’ l-promozzjoni tal-persunal u tal-istudenti minn sfondi diversi, li tinvolvi t-twaqqif ta’ qafas Ewropew għad-diversità u l-inklużjoni (inklużi d-differenzi bejn il-ġeneri), l-għoti ta’ appoġġ lir-riċerkaturi f’riskju bi prinċipji gwida għall-universitajiet biex tiġi ffaċilitata l-inklużjoni tagħhom, u l-istabbiliment ta’ strateġiji nazzjonali u istituzzjonali għall-inklużjoni b’enfasi fuq ir-refuġjati u dawk li jfittxu l-asil. Il-KESE jappella għar-rikonoxximent trasparenti u ġust tal-kwalifiki ta’ pajjiżi terzi, inklużi dawk tar-refuġjati, permezz tan-network ta’ ċentri ta’ rikonoxximent akkademiku. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jiżviluppaw strateġiji bħal dawn flimkien mal-istudenti u mal-persunal, b’mod partikolari dawk li jistgħu japplikaw l-esperjenza tagħhom fl-iżvilupp tal-istrateġija. |
|
1.16. |
Il-KESE jilqa’ l-iżvilupp ulterjuri tal-inizjattiva tal-Karta Ewropea tal-Istudenti, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv involut fil-ġestjoni tal-mobbiltà u l-iskambji tal-istudenti u tal-persunal, filwaqt li jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu żgurati s-sigurtà u l-protezzjoni tad-data. It-tnaqqis tal-burokrazija u l-iffaċilitar tat-trasferimenti ta’ kreditu bejn l-Istati Membri huma fattur essenzjali biex tiġi żgurata mobbiltà adatta fil-livell tal-UE. |
|
1.17. |
Il-KESE jilqa’ l-azzjoni biex tiġi estiża l-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal għal pajjiżi terzi, u jindika l-importanza tal-mobbiltà tal-persuni u l-iżgurar tas-saħħa u s-sikurezza. Huwa jilqa’ l-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja l-ġdida u l-Karta Erasmus għall-Istudenti l-ġdida; dawn jintegraw il-libertà u l-integrità akkademiċi u jrawmu d-dibattiti akkademiċi u l-iskambju ta’ prattiki tajbin dwar il-valuri u d-demokrazija, bħala parti mill-attivitajiet ta’ Edukazzjoni Għolja Jean Monnet ta’ Erasmus+, inkluż f’pajjiżi terzi. |
2. Kuntest ta’ din l-Opinjoni
|
2.1. |
Wara li l-Kunsill tal-UE kien adotta konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej – Inqarrbu l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka, l-innovazzjoni u s-soċjetà: Inwittu t-triq għal dimensjoni ġdida fl-edukazzjoni għolja Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat żewġ dokumenti. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Ewropea għall-Universitajiet tinkludi l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni Ewropea bejn l-2022 u l-2024 dwar l-edukazzjoni għolja u r-riċerka, filwaqt li l-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-bini ta’ konnessjonijiet għal kooperazzjoni effettiva Ewropea fl-edukazzjoni għolja, li għandha tiġi adottata mill-Kunsill tal-Ministri tal-Edukazzjoni fil-laqgħa tal-4–5 ta’ April 2022, tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri. Dawn l-inizjattivi għandhom l-għan li jilħqu l-mira l-ġdida tal-UE fejn sal-2030, mill-anqas 45 % ta’ dawk ta’ bejn il-25 u l-34 sena jiksbu livell terzjarju. (5) |
|
2.2. |
Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-Kummissjoni qed tippjana li tespandi l-41 Alleanza Ewropea eżistenti tal-Universitajiet għal 60, filwaqt li sa nofs l-2024 aktar minn 500 università jkunu membri. Se jkun hemm baġit indikattiv tal-Erasmus+ ta’ EUR 1,1 biljun għall-2021-2027 u diversi inizjattivi ta’ appoġġ. |
|
2.3. |
Ir-rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri jitolbuhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jiżviluppaw u jimplimentaw attivitajiet edukattivi tranżnazzjonali konġunti innovattivi (fl-UE u lil hinn minnha), jistabbilixxu statut legali għall-Alleanzi tal-Universitajiet Ewropej sal-2024, jiffaċilitaw it-twettiq fil-livell nazzjonali ta’ lawrja Ewropea konġunta sal-2024, inkluża r-rabta mal-Oqfsa Nazzjonali tal-Kwalifiki, jappoġġjaw aktar mobbiltà għall-istudenti u l-persunal (inkluż online), jipprovdu appoġġ finanzjarju sostenibbli għall-Alleanzi tal-Universitajiet Ewropej, u jippromovu u jipproteġu l-libertà akkademika u l-awtonomija istituzzjonali. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE josserva (6) li: “Huwa importanti li jinstabu aktar rabtiet bejn iż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja (EHEA) u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka biex jittejbu l-kwalità u l-inklużività tal-edukazzjoni għolja u r-riċerka għall-istudenti kollha irrispettivament mill-età jew l-isfond soċjoekonomiku tagħhom. It-tisħiħ tal-kwalità u r-rikonoxximent tal-istudji bejn l-universitajiet jeħtieġ li jkun punt fokali importanti tal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej. Filwaqt li l-edukazzjoni ogħla hija kompetenza nazzjonali, il-proposti tal-KE għal-Lawrja Ewropea, Statut Universitarju Ewropew u Sistema Ewropea ta’ Rikonoxximent u Assigurazzjoni tal-Kwalità jidhru li huma pass lejn is-sinkronizzazzjoni ta’ studji ta’ edukazzjoni ogħla. Għalhekk, il-KESE jitlob li l-ideat wara dawn l-inizjattivi u aktar azzjonijiet ta’ politika jiġu diskussi aktar mal-gvernijiet, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti.” Il-KESE huwa kuntent li l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili setgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar din l-inizjattiva permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi. |
|
3.2. |
Il-libertà akkademika u l-awtonomija istituzzjonali qed ikunu taħt pressjoni dejjem akbar f’ċerti pajjiżi li huma firmatarji tal-Proċess ta’ Bolonja (7). Il-Komunikat ta’ Ruma, adottat minn 49 ministeru taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja fil-Konferenza Ministerjali tal-proċess ta’ Bolonja tal-2020, jafferma mill-ġdid l-impenn tal-ministri għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-valuri fundamentali kondiviżi tagħna fiż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja kollha permezz ta’, adottat minn 49 ministeru taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja fil-Konferenza Ministerjali tal-proċess ta’ Bolonja tal-2020, jafferma mill-ġdid l-impenn tal-Ministri għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-valuri fundamentali kondiviżi tagħna fiż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja kollha permezz ta’ djalogu politiku intensifikat u kooperazzjoni bħala l-bażi meħtieġa għall-apprendiment, it-tagħlim u r-riċerka ta’ kwalità kif ukoll għas-soċjetajiet demokratiċi. Huma ħadu wkoll impenn li jżommu l-awtonomija istituzzjonali, il-libertà u l-integrità akkademiċi, il-parteċipazzjoni tal-istudenti u tal-persunal fil-governanza tal-edukazzjoni għolja, u r-responsabbiltà pubblika tal-edukazzjoni għolja u għall-edukazzjoni għolja. L-Anness I tal-Komunikat ta’ Ruma jiddefinixxi l-libertà akkademika bħala aspett indispensabbli tal-apprendiment, it-tagħlim u r-riċerka ta’ jiddefinixxi l-libertà akkademika bħala aspett indispensabbli tal-apprendiment, it-tagħlim u r-riċerka ta’ kwalità fl-edukazzjoni għolja kif ukoll tad-demokrazija abbażi tal-awtonomija istituzzjonali, u jissottolinja li s-soċjetajiet ma jistgħux ikunu ġenwinament demokratiċi mingħajr ma jiġu rrispettati l-libertà akkademika u l-awtonomija istituzzjonali. |
|
3.3. |
Il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt bla preċedent fuq il-metodi tat-tagħlim u tar-riċerka, l-operat tal-universitajiet (f’termini ta’ għeluq tal-kampus u l-bidla lejn it-tagħlim online) u l-governanza tal-universitajiet. Il-pandemija enfasizzat ukoll l-importanza tal-involviment komunitarju tal-universitajiet. Madwar nofs l-istudenti kollha ħassew li l-prestazzjoni akkademika tagħhom marret għall-agħar bl-edukazzjoni online, u kellhom ammont ta’ xogħol akbar mat-tranżizzjoni għat-tagħlim online. L-aċċess għall-ħiliet diġitali, l-għodod ta’ komunikazzjoni online u l-Internet baqgħu sfida għal ħafna studenti soċjoekonomikament żvantaġġati. Kien hemm ukoll impatt fuq il-benesseri psikoloġiku u emozzjonali tal-istudenti (8). |
|
3.4. |
Għall-persunal akkademiku, il-kriżi tal-COVID-19 wasslet għal deterjorament fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż żieda enormi fl-ammont ta’ xogħol minħabba l-apprendiment online u mħallat, u t-telf ta’ impjiegi għal persunal b’terminu fiss u każwali. Dawn l-iżviluppi kellhom effett sproporzjonat fuq gruppi speċifiċi ta’ persunal, bħan-nisa u l-minoranzi etniċi. Il-pandemija kellha wkoll impatt detrimentali fuq is-saħħa mentali u l-benesseri tal-persunal. |
|
3.5. |
Il-persunal akkademiku għandu rwol essenzjali fl-għoti ta’ edukazzjoni u riċerka ta’ kwalità fl-universitajiet. Anke qabel il-pandemija, l-akkademiċi madwar l-Ewropa kienu qed jiffaċċjaw tnaqqis fis-sigurtà tal-impjieg, minħabba restrizzjonijiet baġitarji, tnaqqis fl-opportunitajiet tal-impjieg, proporzjon dejjem akbar ta’ persunal f’pożizzjonijiet temporanji, part-time jew għal terminu fiss, u proporzjon dejjem akbar ta’ persunal f’pożizzjonijiet iffinanzjati esternament. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-salarji deċenti huma kruċjali biex dawn jippreparaw b’mod effettiv lill-istudenti għat-tranżizzjonijiet doppji tas-soċjetà u tal-ekonomija. Akkademiċi b’kuntratti għal żmien fiss jinsabu f’sitwazzjonijiet ta’ impjieg prekarju li jagħmilha aktar diffiċli għalihom li jwettqu tagħlim u riċerka ta’ kwalità għolja (9). Il-pandemija tal-COVID-19 aggravat il-prospetti tal-karriera tar-riċerkaturi post-dottorali u qed ikollha effett detrimentali fuq il-benesseri tagħhom. Ir-riċerkaturi żgħażagħ u nisa huma aktar probabbli li jiġu affettwati minn kundizzjonijiet prekarji u mill-effetti negattivi tal-pandemija f’dan ir-rigward (10). Iż-żieda fl-allowances għar-riċerkaturi tad-dottorat u l-iżgurar ta’ aċċess liberu għal-letteratura u l-parteċipazzjoni f’konferenzi internazzjonali għandhom ikunu ta’ prijorità. |
|
3.6. |
Sabiex jitnaqqas in-nuqqas ta’ ħiliet u jiġi żgurat li l-istudenti mill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jkunu jistgħu jaċċessaw is-suq tax-xogħol, huma essenzjali kemm sħubijiet effettivi bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-kumpaniji kif ukoll aċċess mill-istudenti għal apprendistati u traineeships ta’ kwalità għolja u mħallsa fil-kumpaniji. Il-KESE josserva li: “Is-sħubijiet bejn in-negozji u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għandhom ikunu ta’ benefiċċju għaż-żewġ partijiet mingħajr pressjoni esterna u għandhom ikunu bbilanċjati biex jiżguraw ħidma ta’ riċerka u innovazzjoni tal-kumpaniji fihom infushom u objettivi pubbliċi ta’ edukazzjoni għolja u riċerka fihom infushom.” (11) |
|
3.7. |
L-iffaċilitar tal-aċċess għall-edukazzjoni għolja għandu jqis il-fatt li t-tariffi universitarji jinsabu taħt pressjoni minħabba l-prezzijiet tal-enerġija u l-kostijiet addizzjonali relatati mal-proċess edukattiv (akkomodazzjoni, aċċess għal-letteratura, eċċ.). Kostijiet addizzjonali jistgħu jiġu ssussidjati mill-fondi tal-UE, u b’hekk jitnaqqas l-esponiment għas-self u metodi finanzjarji oħra użati għall-finanzjament ta’ studji universitarji. Iridu jiġu żgurati sinerġiji bejn id-dinamika tal-progress teknoloġiku u t-tagħmir, l-istandards u l-proċeduri użati fil-proċess edukattiv, sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni effiċjenti mill-edukazzjoni għall-ħajja attiva. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Ewropea għall-universitajiet, 2022.
(4) EUA Public Funding Observatory Report 2019/20 [Rapport tal-Osservatorju tal-Finanzjament Pubbliku tal-EUA, (mhux disponibbli bil-Malti)].
(5) Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030).
(6) ĠU C 10, 11.1.2021, p. 40.
(7) https://www.scholarsatrisk.org/academic-freedom-monitoring-project-index/?_gp=1
(8) Kummissjoni Ewropea: The impact of COVID-19 on higher education: a review of emerging evidence, 2021 (mhux disponibbli bil-Malti).
(9) Report to Rome Ministerial Meeting tal-ETUCE (2020) (mhux disponibbli bil-Malti).
(10) OECD: Reducing the precarity of academic research careers, 2021 (mhux disponibbli bil-Malti).
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/114 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulata)”
(COM(2021) 802 final — 2021/0426 (COD))
(2022/C 290/18)
|
Relatur: |
Mordechaj Martin SALAMON |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 14.2.2022 Kunsill, 9.2.2022 |
|
Bażi legali |
L-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adottata fis-sezzjoni |
10.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
212/6/6 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jilqa’ l-Proposta għal Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EPBD) riformulata, peress li din tindirizza l-isfidi ewlenin identifikati f’Opinjonijiet preċedenti tal-KESE biex tipprovdi għodod sabiex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku u jiġi rrimedjat nuqqas strutturali ta’ investiment fit-tul fil-qasam tal-bini, biex b’hekk tissaħħaħ ir-rinnovazzjoni speċjalment tal-bini bl-agħar prestazzjoni u naqbdu t-triq it-tajba lejn tisħin u tkessiħ dekarbonizzati. |
|
1.2. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ dan l-approċċ tal-UE biex jinkiseb ambjent mibni effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ta’ kwalità għolja u mingħajr l-użu ta’ fossili, peress li l-miżuri fil-livell tal-UE huma aktar effiċjenti biex titħaffef it-tranżizzjoni meħtieġa. |
|
1.3. |
Il-KESE jqis li ż-żidiet qawwija reċenti fil-prezzijiet għall-enerġija u l-prospettiva ta’ prezzijiet għoljin fuq perjodu ta’ żmien medju wrew li huwa saħansitra aktar importanti li tiġi stabbilita strateġija biex tittaffa u jiġi eliminat il-faqar enerġetiku. Iridu jiġu implimentati miżuri konkreti mmirati lejn it-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-bini biex tiġi żgurata akkomodazzjoni deċenti, affordabbli u tajba għas-saħħa għal kulħadd. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu t-tneħħija sikura tal-asbestos. |
|
1.4. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-istabbiliment ta’ Standards Minimi tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija, speċifikament għall-bini residenzjali bl-agħar prestazzjoni. L-introduzzjoni tal-prinċipju fil-livell tal-UE huwa pass sinifikanti ’l quddiem. |
|
1.5. |
Il-KESE jitlob li tiġi stabbilita progressjoni aktar komprensiva tar-rekwiżiti għat-titjib mill-bidu nett, bi skeda ta’ żmien aktar ċara u aktar kompluta li twassal sal-2050, biex tħeġġeġ rinnovazzjonijiet li jħarsu ’l quddiem.
Peress li l-EBPD innifisha ma tipprovdix finanzjament ġdid u l-kompitu tal-finanzjament tar-rinnovazzjonijiet meħtieġa huwa diffiċli, il-KESE jqis li huwa kruċjali li l-qafas u l-għodod ipprovduti għall-aċċess għall-finanzi kemm pubbliċi kif ukoll bankarji fl-EBPD ikunu kapaċi jwettqu l-kompitu. |
|
1.6. |
Meta jitqies ir-rwol ċentrali tagħhom fit-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-istokk tal-bini, il-KESE jilqa’ ż-żieda fir-rekwiżiti, fl-affidabbiltà u fl-użu taċ-Ċertifikati tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPCs). |
|
1.7. |
Il-KESE jilqa’ l-importanza akbar tal-Pjani Nazzjonali għar-Rinnovazzjoni tal-Bini u l-inklużjoni tar-rapportar tal-isforzi min-naħa tal-Istati Membri biex inaqqsu l-faqar enerġetiku. |
|
1.8. |
Il-KESE jappoġġja l-istabbiliment ta’ “Passaport ta’ rinnovazzjoni” tal-bini sal-2024, li jagħti lill-konsumaturi aċċess aktar faċli għall-informazzjoni u kostijiet aktar baxxi meta jippjanaw ir-rinnovazzjoni tal-bini tagħhom. |
|
1.9. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu inklużi rekwiżiti għar-rapportar dwar l-emissjonijiet tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu (il-manifattura u l-kostruzzjoni, l-użu u t-tmiem tal-ħajja) tal-bini, peress li l-influwenza klimatika ewlenija minn djar ġodda tista’ tiġi mill-materjali u mill-isforz tal-kostruzzjoni. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li d-definizzjoni ta’ “bini b’emissjonijiet żero” tippermettilu jinteraġixxi bl-aħjar mod mas-sistemi tal-enerġija tal-madwar u jinkludi l-emissjonijiet tal-gassijiet serra inkorporati kollha. Il-valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jinftiehmu bħala għodod ta’ gwida speċifiċi għall-proġett li jqabblu għażliet differenti ta’ materjali u tekniki. |
|
1.10. |
Il-KESE jappella għall-implimentazzjoni ta’ proċess komunitarju reali għat-taħriġ u t-titjib fis-snajja’ tal-bini. |
2. Sfond
|
2.1. |
Il-Kummissjoni pproponiet Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (riformulazzjoni) (EPBD) fil-kuntest tal-ambizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050. Fi ħdan l-istrateġija “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, l-EPBD issegwi l-Istrateġija tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, li stabbiliet l-għan li minn tal-anqas tirdoppja r-rata annwali ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini sal-2030, u enfasizzat il-ħtieġa għall-miżuri regolatorji, ta’ finanzjament u ta’ abilitazzjoni meħtieġa. |
|
2.2. |
L-EPBD tipprova tipprovdi l-miżuri u l-għodod meħtieġa fi ħdan it-tliet oqsma ta’ prijorità tal-Istrateġija Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, jiġifieri l-indirizzar tal-faqar enerġetiku u tal-bini bl-agħar prestazzjoni; il-bini pubbliku u l-infrastruttura soċjali li juru t-triq li għandna nsegwu; u d-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ. |
|
2.3. |
Qed tiġi proposta sensiela ta’ bidliet u żidiet fl-EPBD attwali, b’mod partikolari:
|
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jilqa’ l-Proposta għal Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EPBD) riformulata, peress li din tqis l-isfidi ewlenin identifikati f’Opinjonijiet preċedenti tal-KESE biex tipprovdi għodod sabiex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku, jiġi rrimedjat nuqqas strutturali ta’ investiment fit-tul fil-qasam tal-bini, biex b’hekk tissaħħaħ ir-rinnovazzjoni speċjalment tal-bini bl-agħar prestazzjoni u naqbdu t-triq it-tajba lejn tisħin u tkessiħ dekarbonizzati. |
|
3.2. |
Il-problema ta’ bini ftit jew moderatament iżolat li jiddependi fuq il-fjuwils fossili għat-tisħin u t-tkessiħ hija mifruxa mal-UE kollha. Fin-nuqqas ta’ politiki kkoordinati fil-livell tal-UE, hemm riskju li l-Istati Membri ma jiħdux azzjoni suffiċjenti minħabba tħassib dwar kundizzjonijiet mhux ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. |
|
3.3. |
Għalhekk, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ din il-proposta tal-Kummissjoni ta’ approċċ tal-UE biex jinkiseb ambjent mibni effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ta’ kwalità għolja u mingħajr l-użu ta’ fossili. Il-miżuri fil-livell tal-UE huma aktar effiċjenti fl-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni meħtieġa. Barra minn hekk, approċċ konġunt fil-livell tal-UE jgħin biex jinkisbu l-benefiċċji tas-suq intern, bħall-ekonomiji ta’ skala u l-kooperazzjoni teknoloġika bejn l-Istati Membri. Dan jikkontribwixxi wkoll għal aktar ċertezza għall-investituri u b’mod ġenerali jirfed ir-rwol ewlieni li l-Ewropa u l-kumpaniji Ewropej jista’ jkollhom bħala dawk li jistabbilixxu l-istandards globali u li jkunu fuq quddiem nett f’dan il-qasam. |
|
3.4. |
Il-KESE jqis li ż-żidiet qawwija reċenti fil-prezzijiet għall-enerġija u l-prospettiva ta’ prezzijiet għoljin mill-inqas fuq terminu medju wrew li huwa saħansitra aktar importanti li tiġi stabbilita strateġija biex jittaffa u jiġi eliminat il-faqar enerġetiku. Filwaqt li fl-2018, 6,8 % tan-nies madwar l-UE (30,3 miljun) ma setgħux ilaħħqu mal-kontijiet tal-utilitajiet, u għalhekk kienu f’riskju li jkollhom il-provvista tagħhom maqtugħa, l-iżviluppi reċenti aggravaw din il-problema. Fil-perjodu fit-tul għandhom jittieħdu miżuri konkreti mmirati lejn it-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-bini biex tiġi żgurata akkomodazzjoni deċenti, affordabbli u tajba għas-saħħa għal kulħadd. Dan huwa aktar u aktar urġenti, peress li l-kostijiet għat-tisħin u t-tkessiħ ibbażati fuq il-fjuwils fossili se jiżdiedu permezz ta’ kostijiet dejjem ogħla tal-kwoti tal-ETS. |
|
3.5. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-istabbiliment ta’ Standards Minimi tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija, speċifikament għall-bini residenzjali bl-agħar prestazzjoni. L-introduzzjoni tal-prinċipju fil-livell tal-UE huwa pass sinifikanti ’l quddiem. Madankollu, huwa f’idejn l-Istati Membri jekk il-bqija tal-massa tal-bini residenzjali għandhiex tkun koperta minn standards stabbiliti fil-livell nazzjonali. |
|
3.6. |
Filwaqt li l-KESE jappoġġja l-enfasi fuq l-eradikazzjoni tal-faqar enerġetiku permezz ta’ rinnovazzjoni prijoritizzata tal-parti bl-agħar prestazzjoni tal-istokk tal-bini residenzjali, dan ma għandux iwassal għal nuqqas ta’ titjib għall-bini residenzjali l-ieħor. Għalhekk, il-KESE jitlob li tiġi stabbilita progressjoni aktar komprensiva tar-rekwiżiti għat-titjib mill-bidu nett, bi skeda ta’ żmien aktar ċara u aktar kompluta li twassal sal-2050. Dan se jagħti wkoll lis-sidien tal-bini l-għarfien intwittiv dwar rekwiżiti futuri sabiex jippjanaw ir-rinnovazzjoni għal livell ottimali ta’ kostijiet. |
|
3.7. |
Peress li ċ-Ċertifikati tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPCs) qed isiru għodda ċentrali għall-atturi kollha, l-affidabbiltà u l-użu tagħhom għandhom jittejbu. Għalhekk, il-KESE jilqa’ d-domandi akbar biex ikun hemm titjib fil-kwalità lejn format diġitali, kontenut u metodi ta’ kalkolu ta’ kwalità tajba u dettaljati, affordabbiltà, u aċċess għall-EPCs u l-pubblikazzjoni tagħhom. EPC f’format stampat għandu dejjem ikun disponibbli għaċ-ċittadini li jeħtieġu wieħed. |
|
3.8. |
Il-KESE jilqa’ l-inklużjoni tal-isforzi ta’ kull Stat Membru biex jitnaqqas il-faqar enerġetiku fil-Pjani Nazzjonali għar-Rinnovazzjoni tal-Bini, fejn dawn se jirrapportaw dwar it-tnaqqis tan-numru ta’ persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u s-sehem tal-popolazzjoni li tgħix f’abitazzjoni mhux adegwata (eż. ħitan jew soqfa li jnixxu) jew b’kundizzjonijiet inadegwati ta’ kumdità termali. |
|
3.9. |
Il-KESE jappoġġja l-istabbiliment ta’ “Passaport ta’ rinnovazzjoni” tal-bini sal-2024 iżda jiddubita l-effett tiegħu, peress li mhuwiex obbligatorju. Il-Passaport se jagħti aċċess aktar faċli lill-konsumaturi għall-informazzjoni u kostijiet aktar baxxi meta jippjanaw ir-rinnovazzjoni tal-bini tagħhom. Bħala żvilupp pożittiv, huwa jinkludi ukoll benefiċċji usa’ relatati mas-saħħa, il-kumdità u r-rispons tal-bini għat-tibdil fil-klima. |
|
3.10. |
Minħabba l-inabbiltà mifruxa li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ finanzjament biex tinbeda r-rinnovazzjoni fost dawk li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ faqar enerġetiku u wkoll għal ħafna sidien ta’ djar żgħar, il-KESE jqis li huwa kruċjali li l-qafas u l-għodod ipprovduti fl-EBPD għall-finanzjament ikunu kapaċi jwettqu l-kompitu. Dan irid jinkludi spjegazzjonijiet u gwida ċari fl-aspetti finanzjarji tar-rinnovazzjoni, inkluż l-użu tal-krediti fil-livell lokali. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għat-talba tiegħu f’(TEN/723) biex l-iskemi diversi jiġu unifikati sabiex isiru aktar ċari u aktar aċċessibbli għall-unitajiet domestiċi u l-awtoritajiet pubbliċi fil-mira tagħhom. |
|
3.11. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-ħtieġa li fir-rekwiżiti tal-EPBD jiġu inklużi r-rekwiżiti għar-rapportar dwar l-emissjonijiet tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu (il-manifattura u l-kostruzzjoni, l-użu u t-tmiem tal-ħajja) tal-bini. Meta jinbena bini ġdid b’użu baxx ta’ enerġija, l-influwenza klimatika ewlenija tista’ ma tiġix mill-użu tal-bini iżda mill-materjali u mill-isforz tal-kostruzzjoni. Il-valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jinftiehmu bħala għodod ta’ gwida speċifiċi għall-proġett li jqabblu għażliet differenti ta’ materjali u tekniki. |
|
3.12. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-mod kif jiġi definit “bini b’emissjonijiet żero” jippermettilu jinteraġixxi bl-aħjar mod mas-sistemi tal-enerġija tal-madwar u jinkludi l-emissjonijiet integrati ta’ gassijiet serra mill-użu ta’ materjali tal-bini u s-sit tal-kostruzzjoni. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Filwaqt li l-EBPD fiha innifsha ma tipprovdix finanzjament ġdid, din tistabbilixxi rekwiżiti għal-livelli ta’ finanzjament u l-koordinazzjoni tal-isforzi finanzjarji tal-Istati Membri biex jinħoloq qafas legali u finanzjarju mfassal apposta, inkluż appoġġ finanzjarju mmirat. Madankollu, il-KESE jistaqsi jekk il-finanzjament fir-realtà huwiex se jsir faċilment disponibbli għar-rinnovaturi prospettivi u jaħseb li mhuwiex ċar jekk l-isforz ta’ finanzjament totali f’kull Stat Membru hux se jkun biżżejjed biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-miri tar-rinnovazzjoni. |
|
4.2. |
Illum, il-finanzjament u l-għotjiet ħafna drabi jistgħu jiġu żborżati biss ladarba titlesta r-rinnovazzjoni tal-enerġija, u b’hekk ikun diffiċli għal ħafna konsumaturi biex jibdew ix-xogħol. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li t-test jiddikjara li l-iskemi ta’ finanzjament jeħtieġ li jipprovdu mill-inqas parti mill-ispejjeż inizjali li jiffaċċjaw il-konsumaturi. |
|
4.3. |
Il-KESE jtenni s-sejħa tiegħu (TEN/749) biex sehem sostanzjali mis-37 % tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li huma delimitati għall-proġetti ekoloġiċi jiġi allokat għal proġetti tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija f’konformità mad-domanda reali u l-ħtieġa f’kull Stat Membru. |
|
4.4. |
Il-KESE jemmen li huwa ċentrali għas-suċċess tal-EPBD li l-Istati Membri ikunu meħtieġa jaġġustaw l-oqfsa regolatorji li mhumiex adatti għall-iskop tagħhom u jneħħu l-ostakli mhux ekonomiċi li, b’mod speċjali l-problema ta’ inċentivi kondiviżi, ixekklu r-rinnovazzjoni għal ħafna sidien u kerrejja tad-djar. Fl-istess ħin, il-KESE jqis li huwa meħtieġ li tiġi inkluża protezzjoni li tħares lill-kerrejja minn livelli ta’ kera sproporzjonati wara r-rinnovazzjoni, jew permezz ta’ appoġġ fil-kera jew limiti fuq iż-żidiet fil-kera. |
|
4.5. |
Il-KESE jqis li reviżjoni tal-Artikoli fid-Direttiva relatata maċ-Ċertifikati tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPCs) missha ilha li saret. L-esperjenza bl-EPCs madwar l-Ewropa tindika għadd ta’ aġġustamenti meħtieġa, li wħud minnhom jinsabu fil-proposta attwali. |
|
4.6. |
Il-KESE jirrikonoxxi bħala pass ’il quddiem li l-Istati Membri se jkollhom jiżguraw il-kwalità, l-affidabbiltà u l-affordabbiltà tal-EPCs, u jridu jwettqu kontrolli u jistabbilixxu sistema ta’ kontrolli li tiffunzjona tajjeb.
Il-KESE jqis bħala titjib siewi l-perjodu mnaqqas ta’ validità tal-EPC għal ħames snin għall-istokk tal-bini bl-aktar prestazzjoni baxxa, il-ħtieġa li l-esperti jkunu kkwalifikati jew iċċertifikati u indipendenti u r-rekwiżit espliċitu li tiġi inkluża żjara fuq il-post qabel ma jinħareġ l-EPC. |
|
4.7. |
Il-KESE jipproponi li l-EPC isir aktar utli għall-konsumaturi billi tiġi inkluża informazzjoni dwar
|
|
4.8. |
Il-KESE jappoġġja l-proposta li jiġu ssemplifikati fil-livell tal-UE l-klassijiet tar-rendiment (A-F) fi ħdan l-EPC u l-istabbiliment ta’ mudelli komuni. Ir-rekwiżiti biex jiġu stabbiliti bażijiet tad-data aċċessibbli faċilment fil-livell nazzjonali għall-EPCs, għall-passaporti ta’ rinnovazzjoni tal-bini u għall-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza, flimkien mat-trasferiment ta’ informazzjoni minn bażijiet tad-data nazzjonali għall-Osservatorju tal-Istokk Immobiljari, huma wkoll pożittivi. |
|
4.9. |
Il-KESE jinnota li hemm bżonn ta’ koerenza bejn il-Passaport ta’ Rinnovazzjoni tal-Bini u ċ-Ċertifikati tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija biex jiġu evitati s-sensji u l-kostijiet addizzjonali mhux meħtieġa. |
|
4.10. |
Il-KESE jtenni s-sejħa tiegħu (TEN/723) għal aktar tisħiħ tal-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku u l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Osservatorju tal-Istokk Immobiljari. |
|
4.11. |
Għaċ-ċittadini Ewropej, l-aċċess għall-pariri, l-informazzjoni, l-assistenza fl-ippjanar u l-gwida finanzjarja se jkunu kruċjali. Fil-preżent, huwa stmat li l-punti uniċi ta’ servizz jgħinu biss madwar 100 000 sid tad-djar fis-sena biex jirrinnovaw l-enerġija, filwaqt li l-potenzjal fl-2030 jista’ jkun ta’ madwar 2 000 000 sid fis-sena (1). Il-KESE jappella għal żvilupp u koordinazzjoni nazzjonali aħjar ta’ dawn il-punti uniċi ta’ servizz, il-finanzjament adegwat tagħhom, il-kondiviżjoni transfruntiera tal-aħjar prattiki u segwitu aktar mill-qrib min-naħa tal-Kummissjoni. |
|
4.12. |
Il-KESE jappoġġja t-twessigħ tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz ta’ Pjan Nazzjonali ta’ Rinnovazzjoni tal-Bini u jipproponi li l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur jissemmew b’mod speċifiku, minħabba li huma fl-aħjar pożizzjoni biex jipprovdu valutazzjoni u feedback dwar kemm il-programmi u l-istrumenti finanzjarji jilħqu tajjeb lill-konsumaturi. |
|
4.13. |
Il-KESE jinnota t-tisħiħ tal-Indikatur tal-Potenzjal ta’ Intelliġenza (Smart Readiness Indicator — SRI) billi jistabbilixxi d-definizzjonijiet, ir-rekwiżiti u l-kondiviżjoni meħtieġa tad-data iżda jesprimi dispjaċir li l-bini residenzjali għadu mhux qed jiġi inkluż u li l-livelli li għandhom jintlaħqu għadhom ma ġewx introdotti. |
|
4.14. |
Minħabba l-investimenti kbar, l-innovazzjonijiet mistennija u l-livelli ogħla ta’ attività fis-setturi rilevanti, il-ħtieġa għal ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati, imġedda u mtejba se tikber b’mod konsiderevoli. Għalhekk, il-KESE jilqa’ r-rekwiżit għall-Istati Membri biex jippromovu u jiffinanzjaw l-edukazzjoni u t-taħriġ ħalli jiżguraw forza tax-xogħol b’ħiliet fis-settur tal-bini, u r-rekwiżit korrispondenti li tiġi rrapportata ħarsa ġenerali lejn il-kapaċitajiet fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tal-enerġija rinnovabbli fil-Pjan Nazzjonali ta’ Rinnovazzjoni tal-Bini. Il-KESE jitlob l-implimentazzjoni ta’ proċess komunitarju reali għat-taħriġ u t-titjib tal-kwalità fis-snajja’ tal-bini. |
|
4.15. |
Il-KESE jtenni t-talba tiegħu (CCMI/166) lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li s-sustanzi perikolużi jitneħħew matul ir-rinnovazzjoni tal-bini, u jenfasizza l-ħtieġa għat-tneħħija sikura tal-asbestos. |
|
4.16. |
Fid-dawl tad-domanda aktar aċċellerata għal infrastruttura tal-iċċarġjar li diġà qed naraw illum, il-KESE jipproponi li jiżdied il-livell ta’ rekwiżiti, inkluża l-installazzjoni ta’ punti ta’ ċċarġjar intelliġenti f’bini mhux residenzjali aktar kmieni, possibbilment qabel l-2027. |
|
4.17. |
L-għoti ta’ informazzjoni, pariri u finanzjament għar-rinnovazzjoni x’aktarx li jseħħ lokalment u b’mod reġjonali. Barra minn hekk, l-EPBD tipprevedi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu minn ta’ quddiem fit-titjib tal-bini tagħhom. Għalhekk, il-KESE jqis li huwa importanti li l-attenzjoni u l-isforz fil-livell tal-UE u dak nazzjonali jkunu inklużi fil-koordinazzjoni u fl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jeħtieġ li jesploraw ukoll il-potenzjal ta’ inizjattivi bħall-Patt tas-Sindki. |
|
4.18. |
Sabiex l-isforzi jmorru lil hinn mir-rapportar u mill-azzjoni li tixpruna l-impatt fuq il-klima qabel l-2030, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi valuri massimi sew qabel l-2030 għall-emissjonijiet tas-CO2 għal kull metru kwadru fis-sena, aġġustati għaż-żoni klimatiċi. |
|
4.19. |
Il-KESE jappoġġja t-twessigħ tad-definizzjoni ta’ “enerġija minn sorsi rinnovabbli” biex tinkludi aktar sorsi tal-enerġija, speċjalment l-enerġija ambjentali li tintuża minn apparati elettriċi bħall-pompi tas-sħana, iżda jissuġġerixxi li l-bijomassa u l-bijogass jiġu definiti bħala parzjalment rinnovabbli minħabba li parti żgħira ħafna biss mill-bijomassa użata jew mill-bijogass prodott jistgħu jitqiesu bħala kompletament rinnovabbli. Għal użu limitat f’perjodu tranżitorju, fejn ma jeżistux alternattivi, din id-definizzjoni usa’ tista’ tinkludi wkoll l-enerġija likwida rinnovabbli (bijofjuwils u fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika). Jista’ jiġi introdott anness ġdid għad-Direttiva fejn jiġi ddeterminat l-impatt klimatiku ta’ forom differenti ta’ bijomassa, tal-produzzjoni tal-bijogass u tal-enerġija likwida. |
|
4.20. |
Minbarra l-emissjonijiet li jagħmlu ħsara lill-klima u minkejja t-trasportatur tal-enerġija, is-sustanzi klassiċi li jniġġsu l-arja ma għandhomx jiġu injorati, bħal materja partikolata/trab fin, in-NOx u oħrajn. |
|
4.21. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati bir-reqqa l-effetti prattiċi tal-użu tad-definizzjoni magħżula ta’ “bini b’emissjonijiet żero”, bħala bini b’rekwiżit ta’ enerġija baxxa u fejn l-enerġija kollha meħtieġa għandha tiġi prodotta fuq il-post jew fis-sistemi tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali konnessi. Id-definizzjoni
|
|
4.22. |
Il-KESE jipproponi li l-elettriku prodott esternament minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli ikun fuq l-istess livell tal-produzzjoni tal-elettriku fuq il-post għal bini b’emissjonijiet żero. Il-“klawżola ta’ ħruġ” fl-Anness III, fi tmiem il-paragrafu I, mhux se tipprovdi l-mezzi ġenerali biex ikun hemm bidla kosteffiċjenti fil-livell nazzjonali b’mod li jsir effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u biex is-sistemi tal-enerġija jiġu pprovduti b’enerġija rinnovabbli. L-espansjoni tas-sistema tal-enerġija ġenerali b’unitajiet kbar hija ħafna orħos għal kull unità ta’ enerġija prodotta minn unitajiet żgħar fuq kull bini. Dan huwa partikolarment importanti għal perjodi li matulhom il-produzzjoni tal-bini stess ma tkunx qed issir (xemx/riħ). Barra minn hekk, il-flessibbiltà fir-rigward tas-sistema tal-elettriku se tnaqqas il-kostijiet kemm fi ħdan il-bini kif ukoll fis-sistema kollha kemm hi. |
|
4.23. |
Il-Kummissjoni tipproponi li twaqqaf l-għoti ta’ sussidji għall-installazzjonijiet tal-fjuwils fossili mill-2027 ’il quddiem. Il-KESE huwa sorpriż b’dan, minħabba li perjodu ta’ deprezzament raġonevoli ta’ 15-il sena jfisser li l-installazzjonijiet se jkunu ssussidjati u se jkunu jridu jitneħħew gradwalment sa mhux aktar tard mill-2040. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda bis-sħiħ li l-iskadenza titressaq ’il quddiem sa mhux aktar tard mill-2025. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/423a4cad-df95-11eb-895a-01aa75ed71a1/language-mt
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/120 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1153 u r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013”
(COM(2021) 812 final — 2021/0420 (COD))
(2022/C 290/19)
|
Relatur: |
Stefan BACK |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 17.2.2022 Parlament Ewropew, 7.3.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
25/10/2021 |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adottata fis-sezzjoni |
10.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
222/1/7 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jilqa’ l-Proposta, meta wieħed iqis li r-Regolament TEN-T attwali ġie adottat fl-2013 u li għalhekk kien wasal iż-żmien li jiġi propost qafas aġġornat ġdid, adattat għall-kuntest ta’ politika attwali u bbażat fuq it-tagħlimiet meħuda mir-Regolament attwali. Pereżempju, ir-Regolament TEN-T aġġornat għandu jifforma l-bażi infrastrutturali meħtieġa għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-għanijiet tal-Kummissjoni inklużi fil-Patt Ekoloġiku, fl-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti u fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ferroviji. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tat-TEN-T taħt il-qafas attwali ma kinitx sodisfaċenti, b’dewmien sinifikanti, u għalhekk il-KESE jilqa’ r-regoli msaħħa dwar l-implimentazzjoni. |
|
1.2. |
Il-KESE jaqbel mal-miżura li jiġu armonizzati dejjem aktar ir-rekwiżiti ewlenin u komprensivi tan-network u li d-distinzjoni bejniethom issir kwistjoni ta’ żmien. |
|
1.3. |
Bl-istess mod, il-KESE japprova l-enfasi fuq il-Kurituri Ewropej bħala mezz biex jiġu promossi t-trasport u l-multimodalità effiċjenti, kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ b’saħħtu u r-rwol imsaħħaħ tal-Koordinaturi Ewropej. |
|
1.4. |
Il-KESE jilqa’ wkoll il-valur miżjud fil-forma ta’ effetti ta’ sinerġija li jirriżultaw minn koordinazzjoni mtejba tal-Kurituri Ewropej mal-Kurituri Ferrovjarji tal-Merkanzija. |
|
1.5. |
Il-KESE jilqa’ l-importanza li l-Proposta tagħti lill-koeżjoni fl-implimentazzjoni tan-network u jieħu nota li dan ifisser li jiġu żgurati l-aċċessibbiltà u l-konnettività għar-reġjuni kollha fl-Unjoni kemm għat-traffiku tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija, u koordinazzjoni u interkonnessjoni effiċjenti bejn, rispettivament, it-traffiku fuq distanzi twal, reġjonali u lokali, kif ukoll it-trasport fin-nodi urbani. Għalhekk, il-KESE jilqa’ wkoll l-obbligu għall-Istati Membri fl-Artikolu 58 tal-Proposta li jiżguraw li l-pjani nazzjonali tat-trasport u tal-investiment ikunu koerenti mal-politika tat-trasport tal-Unjoni.
Konnessjonijiet effiċjenti tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija b’infrastruttura li tippermetti veloċità adegwata li tgħin biex tintlaħaq il-puntwalità se jippermettu li l-ferroviji jaqdu r-rwol sħiħ tagħhom fil-katina tat-trasport intermodali, meta wieħed iqis li l-puntwalità insuffiċjenti tal-ferroviji kienet ostaklu kbir biex il-multimodalità, inkluż il-ferroviji, issir għażla attraenti. |
|
1.6. |
Fir-rigward taż-żewġ funzjonijiet addizzjonali ta’ Koordinatur fir-rigward tal-Ispazju Marittimu Ewropew u l-ERTMS (Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju), il-KESE huwa tal-fehma li l-implimentazzjoni rapida tal-ERTMS se tirrikjedi wkoll appoġġ finanzjarju sostanzjali, meta wieħed iqis l-ispejjeż involuti. Għalhekk, il-KESE jilqa’ s-suġġeriment tal-Kummissjoni li tikkunsidra li teżenta l-finanzjament pubbliku tal-ERTMS mill-obbligu ta’ notifika skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, il-KESE jitlob li jsir studju tal-fattibbiltà dwar l-implimentazzjoni tal-ERTMS sal-2030, u jeħtieġ li jitqiesu wkoll il-kwistjonijiet ta’ finanzjament.
Fir-rigward tal-Ispazju Marittimu Ewropew, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-pontijiet tal-baħar b’konnessjonijiet regolari u frekwenti ħafna tal-laneċ, li jistgħu jitqiesu bħala simili għall-infrastruttura u eliġibbli għall-kofinanzjament bħala proġetti ta’ interess komuni. |
|
1.7. |
Il-KESE jesprimi dispjaċir għall-fatt li ma huwa previst l-ebda żmien fiss għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tan-network komprensiv. |
|
1.8. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-enfasi fuq konsultazzjoni wiesgħa, adegwata u f’waqtha dwar il-proġetti ppjanati mal-partijiet ikkonċernati kollha, u jfakkar fl-Opinjoni tiegħu tal-2012 dwar il-potenzjal tal-KESE bħala punt ta’ konnessjoni mas-soċjetà ċivili. |
|
1.9. |
Il-KESE jieħu nota favorevoli tal-prijoritajiet ġenerali għan-networks kollha stabbiliti fl-Artikolu 12, u li jipprevedi t-tneħħija ta’ ostakli amministrattivi, tekniċi u operazzjonali u l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-infrastruttura. |
|
1.10. |
Il-KESE jitlob il-faċilitazzjoni tat-teħid ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza f’kull aspett sabiex tiġi promossa l-multimodalità, li jimplika li jsir l-aħjar użu possibbli mill-vantaġġi tal-modi kollha tat-trasport biex jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli, filwaqt li fl-istess ħin tittejjeb is-sikurezza u jitnaqqas il-piż ambjentali. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari għall-importanza tal-interfaċċa bejn it-trasport fuq l-art u modi oħra, li tippermetti li l-passaġġi fuq l-ilma interni, it-trasport marittimu fuq distanzi qosra u l-avjazzjoni jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-katina multimodali. |
|
1.11. |
Aħna nemmnu li ż-żieda tar-reżiljenza tan-network għat-tibdil fil-klima, il-perikli naturali u d-diżastri kkawżati mill-bniedem hija kruċjali biex jiġi stabbilit network li jiġġenera valur li jdum fit-tul għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE. L-aspetti tar-reżiljenza għandhom jitqiesu kmieni kemm jista’ jkun fil-fażi tal-ippjanar ta’ kull proġett. |
|
1.12. |
Il-KESE jirrimarka li fil-każ ta’ problemi tat-traffiku jew emerġenzi, għandha tiġi ppreferuta l-aktar soluzzjoni sostenibbli. |
|
1.13. |
Il-KESE japprova l-attenzjoni li ngħatat lis-sistemi tal-ICT u l-kapaċità tagħhom li jiffaċilitaw l-iżvilupp fit-trasport multimodali. Aħna nqisu li huwa importanti li l-potenzjal vast tad-diġitalizzazzjoni biex tittejjeb il-prestazzjoni tat-trasport għandu jiġi żviluppat bħala kwistjoni ta’ prijorità għolja. |
|
1.14. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-possibbiltà li jittejjeb il-monitoraġġ tal-konformità mar-regolamenti dwar il-ħinijiet tax-xogħol u tal-mistrieħ, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasport ferrovjarju, b’mezzi diġitali, u jitlob li tiġi żviluppata sistema bħal din. |
|
1.15. |
Il-KESE jilqa’ l-inklużjoni tan-nodi urbani u tat-terminals multimodali bħala elementi speċifiċi tat-TEN-T peress li t-tnejn huma essenzjali għall-funzjonament bla xkiel tat-trasport. Il-KESE jinnota li terminal multimodali wieħed jista’ jservi aktar minn nodu urban wieħed jekk ikun hemm konformità mal-kriterji funzjonali stabbiliti fil-Proposta. |
|
1.16. |
Il-KESE jinnota li l-infrastruttura ferrovjarja f’dak li jirrigwarda faċilitajiet għall-persunal ferrovjarju hija mgħammra b’mod żbilanċjat ħafna. Fil-fehma tal-KESE, l-infrastruttura għall-ħaddiema għandha tal-anqas tinkludi rotot sikuri, akkomodazzjoni għal matul il-lejl, kmamar għal waqfien mix-xogħol skont l-iżjed żviluppi reċenti (tkessiħ, tisħin, iġjene), utilitajiet u faċilitajiet sanitarji. |
|
1.17. |
Il-KESE jieħu nota tar-rekwiżiti dwar iż-żoni ta’ mistrieħ, stabbiliti fl-Artikolu 29(2)(b) u jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta’ standards minimi komuni għalihom ukoll. |
|
1.18. |
Bl-istess mod, il-KESE jilqa’ ż-żieda fl-enfasi fuq ir-rabtiet mal-pajjiżi ġirien, inklużi l-pajjiżi msieħba bħall-Istati Membri taż-ŻEE u l-Iżvizzera, kif ukoll il-pajjiżi tal-adeżjoni. Il-KESE jinnota li dan l-objettiv huwa stabbilit biex jippromovi l-estensjoni tal-politika tat-TEN-T f’pajjiżi terzi, inklużi l-objettivi tas-sostenibbiltà, il-koeżjoni, l-effiċjenza u ż-żieda fil-benefiċċji għall-utenti. |
|
1.19. |
Il-KESE jilqa’ wkoll l-attenzjoni mogħtija lill-involviment ta’ suġġetti ta’ pajjiżi terzi fi proġetti TEN T, bħala kwistjoni ta’ sigurtà u ordni pubbliku, u d-dmir ta’ notifika tal-Istati Membri li jippermettu valutazzjoni tal-impatt anke barra mill-qafas ġenerali dwar l-iskrinjar ta’ investimenti diretti barranin fl-UE. Dan jiżgura wkoll l-interoperabbiltà u l-istandards tal-UE. |
|
1.20. |
Il-KESE japprova wkoll il-possibbiltà ta’ aġġustamenti permezz ta’ atti delegati ta’ elementi infrastrutturali, u l-konfigurazzjoni tal-Kurituri. |
|
1.21. |
Il-KESE huwa sodisfatt li issa qed jiġi propost li fir-Regolament jiġi inkluż obbligu ta’ manutenzjoni tal-infrastruttura tat-TEN-T mill-Istati Membri. Il-KESE kien japprezza wkoll mekkaniżmu ta’ monitoraġġ f’dan ir-rigward kif ukoll sanzjonijiet adatti fil-każ ta’ manutenzjoni inadegwata. |
|
1.22. |
Il-KESE jilqa’ l-objettivi dwar l-infrastruttura tat-trasport madwar id-dinja stabbiliti fl-Istrateġija dwar il-Konnettività tal-Portal Globali tal-Kummissjoni. |
2. Sfond
|
2.1. |
Il-Kummissjoni ppreżentat il-Proposta tagħha għal Regolament ġdid biex jissostitwixxi r-Regolament attwali dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew ((UE) Nru 1315/2013) (il-Proposta) fl-14 ta’ Diċembru 2021 (COM(2021) 812 — 2021/0420 (COD)) bħala azzjoni ewlenija tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti. |
|
2.2. |
Il-Proposta żżomm l-istruttura ta’ network ewlieni u komprensiv tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T). Għan-network ewlieni, l-iskadenza għall-implimentazzjoni għadha l-2030 bi stadju addizzjonali sal-2040 għal network ewlieni estiż u l-2050 għan-network komprensiv. |
|
2.3. |
L-erba’ objettivi speċifiċi tar-Regolament attwali dwar it-TEN-T (l-effiċjenza, il-koeżjoni, is-sostenibbiltà u ż-żieda fil-benefiċċji għall-utenti) għadhom fis-seħħ u qed jiġu żviluppati aktar. |
|
2.4. |
Il-Proposta tfittex li tirrimedja l-problemi ta’ dewmien fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġetti billi tallinja l-interessi, l-objettivi u r-responsabbiltajiet nazzjonali u tat-TEN-T u ssaħħaħ il-monitoraġġ b’mod partikolari fir-rigward tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali tal-ERTMS u l-Ispazju Marittimu Ewropew, fejn ir-rwol tal-Koordinatur Ewropew jissaħħaħ u l-pjani ta’ ħidma jingħataw forza legali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. |
|
2.5. |
Il-Proposta tiżgura l-allinjament tal-Kurituri Ferrovjarji tal-Merkanzija mal-Kurituri Ewropej permezz ta’ emendi għar-Regolament (UE) Nru 913/2010, u tipprevedi l-koordinazzjoni bejn iż-żewġ strumenti. |
|
2.6. |
Il-Proposta tintroduċi l-manutenzjoni tat-TEN-T bħala obbligu tal-Istati Membri. |
|
2.7. |
Fil-każ ta’ dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tan-networks, il-Kummissjoni tista’, jekk id-dewmien ma jkunx iġġustifikat b’mod oġġettiv u l-problema ma tiġix solvuta fi żmien sitt xhur, tirtira l-kofinanzjament tal-UE. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jilqa’ l-Proposta, meta jitqies li r-Regolament TEN-T attwali ġie adottat fl-2013 u li l-aġenda tal-politika komuni tat-trasport nbidlet ħafna minn dak iż-żmien, minħabba li l-White Paper dwar il-politika tat-trasport tal-2011 ġiet segwita mill-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti tal-2020 li, fost l-oħrajn, tiffoka fuq is-sostenibbiltà, id-diġitalizzazzjoni u l-promozzjoni tal-ferroviji/il-multimodalità. |
Barra minn hekk, l-esperjenzi tal-implimentazzjoni tat-TEN-T skont ir-Regolament tat-TEN-T attwali, ma kinux sodisfaċenti, b’dewmien sinifikanti.
Wasal iż-żmien li jiġi propost qafas, adattat għall-kuntest ta’ politika attwali, billi tinħoloq infrastruttura kompatibbli, pereżempju, mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ferroviji, abbażi tat-tagħlimiet meħuda mir-Regolament attwali. Il-KESE indika din il-ħtieġa għall-aġġornament fir-Rapport ta’ Evalwazzjoni tiegħu tal-2020 (1).
|
3.2. |
Il-KESE jaqbel mal-miżura li jiġu armonizzati dejjem aktar ir-rekwiżiti ewlenin u komprensivi tal-infrastruttura tan-network u biex essenzjalment ikun hemm distinzjoni bejn iż-żewġ kategoriji billi tiġi stabbilita skadenza fl-2030 għall-implimentazzjoni tan-network ewlieni, skadenza fl-2040 għal dak imsejjaħ bħala network ewlieni estiż u skadenza fl-2050 għan-network komprensiv. Fir-rigward tal-iskadenza tal-2030, il-KESE jtenni d-dubji tiegħu dwar il-fattibbiltà espressi fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2020 tiegħu, iżda jikkunsidra li l-iskadenza għandha tinżamm biex issir pressjoni fuq l-Istati Membri. |
|
3.3. |
Nilqgħu wkoll l-importanza mogħtija lill-koeżjoni, inklużi l-konnettività u l-aċċessibbiltà għal kulħadd fl-UE, kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija, u kemm fuq distanzi twal kif ukoll qosra, kif ukoll l-obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw koerenza mal-politika tat-trasport tal-UE fl-azzjoni nazzjonali tagħhom. Il-kriterji minimi rigward l-infrastruttura ferrovjarja se jtejbu l-prospetti tal-multimodalità. |
|
3.4. |
Il-KESE japprova l-enfasi fuq il-Kurituri Ewropej sabiex jiġu promossi t-trasport u l-multimodalità effiċjenti. Jappoġġja wkoll ir-rwol imsaħħaħ tal-Koordinaturi Ewropej u l-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ b’saħħtu li għandu jiżgura implimentazzjoni adegwata u f’waqtha.
Il-KESE jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-koordinazzjoni tal-konfigurazzjoni u l-ġestjoni tal-Kurituri Ferrovjarji tal-Merkanzija mal-Kurituri Ewropej, liema koordinazzjoni għandha ġġib valur miżjud konsiderevoli permezz ta’ effetti ta’ sinerġija. |
|
3.5. |
Il-KESE jinnota li l-Koordinaturi Ewropej jinħatru wkoll għall-Ispazju Marittimu Ewropew u għall-ERTMS. Fir-rigward tal-ERTMS, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għal appoġġ finanzjarju biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni rapida tagħha u jilqa’ s-suġġeriment li l-appoġġ mill-Istat jiġi eżentat min-notifika dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-Koordinatur għall-Ispazju Marittimu Ewropew għandu jiżgura l-integrazzjoni tal-konnessjonijiet marittimi fin-Network trans-Ewropew tat-Trasport u l-ħolqien u t-titjib ta’ konnessjonijiet tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra. Nenfasizzaw b’mod partikolari li kompiti li għandhom l-għan li jiżguraw interfaċċa mingħajr xkiel bejn it-trasport fuq il-baħar, il-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport fuq l-art huma utli ħafna. |
|
3.6. |
L-Ispazju Marittimu Ewropew jissostitwixxi l-Awtostradi tal-Baħar, li huwa kunċett meqjus kumpless wisq. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-hekk imsejħa pontijiet tal-baħar, jiġifieri konnessjonijiet regolari u frekwenti ħafna tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri, fejn il-vapuri kważi jissodisfaw il-funzjoni ta’ pont. Il-KESE jistaqsi jekk tali pontijiet tal-baħar għandhomx jitqiesu bħala konnessjonijiet simili għal element ta’ infrastruttura, u jkunu eliġibbli għal kofinanzjament bħala proġett ta’ interess komuni. |
|
3.7. |
Il-KESE jesprimi dispjaċir għall-fatt li ma huwa stipulat l-ebda żmien fiss għall-għoti ta’ informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta’ proġetti barra mill-Kurituri Ewropej. |
|
3.8. |
Madankollu, il-KESE japprova s-segwitu u l-mekkaniżmu ta’ sanzjonar previsti f’każ ta’ dewmien fl-implimentazzjoni ta’ proġetti mingħajr spjegazzjoni sodisfaċenti. Il-KESE jiddispjaċih li l-unika sanzjoni spjegata b’mod ċar hija li jintemm il-kofinanzjament u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti pereżempju għal multa ta’ kuljum sakemm id-dewmien ikompli minħabba negliġenza. |
|
3.9. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-enfasi fuq konsultazzjoni adegwata ta’ dawk ikkonċernati, kemm l-awtoritajiet f’livelli differenti kif ukoll is-soċjetà ċivili, u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattika f’dan ir-rigward li għandu jiġi żgurat mill-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, il-KESE jfakkar fl-Opinjoni tiegħu tal-2012 “White Paper tat-Trasport: lejn adeżjoni u impenn tas-soċjetà ċivili” u l-abbozz ta’ linji gwida għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili fil-politiki u l-proġetti tat-trasport tal-UE, diskussi f’konferenza organizzata mill-Grupp ta’ Studju Permanenti tal-KESE dwar it-Trasport f’Milan fl-24-25 ta’ Ottubru 2016. Il-KESE jagħmel ukoll dan il-punt fl-evalwazzjoni tiegħu tal-2020 imsemmija hawn fuq. Il-KESE jisħaq fuq il-ħtieġa li jinbdew konsultazzjonijiet wiesgħa kemm jista’ jkun malajr, b’enfasi partikolari fuq is-soċjetà ċivili organizzata u filwaqt li jitqies ir-rispons li jkun irċieva kif xieraq. |
|
3.10. |
Il-KESE japprezza l-prerekwiżiti addizzjonali dwar l-infrastruttura stabbiliti biex jippromovu t-tilħiq tal-objettiv tal-Patt Ekoloġiku li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 b’90 % qabel l-2050, u l-enfasi fuq l-aspetti ambjentali, inklużi l-ispejjeż esterni, meta jitfassal proġett. |
|
3.11. |
Il-KESE jieħu nota tal-prijoritajiet ġenerali għan-networks kollha stabbiliti fl-Artikolu 12, u li jipprevedi t-tneħħija ta’ ostakli amministrattivi, tekniċi u operazzjonali u l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-infrastruttura (Artikolu 12(2)(c) u (d)). Dan huwa konsistenti wkoll mal-attitudni ġeneralment favorevoli lejn l-effiċjenza fir-riżorsi u l-innovazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 dwar servizzi sostenibbli tat-trasport tal-merkanzija. F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ reżiljenza mtejba tan-network għad-diżastri, li għandha tiġi kkunsidrata fl-istadju tal-ippjanar. Is-soluzzjonijiet sostenibbli għandhom jiġu ppreferuti meta jissolvew il-problemi minħabba l-pressjoni fuq ir-reżiljenza tan-network. |
|
3.12. |
Għalhekk, il-KESE huwa tal-fehma li ż-żieda fl-effiċjenza ġenerali għandha tkun l-objettiv, filwaqt li jitqies li effiċjenza mtejba fil-modi kollha se tikkontribwixxi għal prestazzjoni ambjentali aħjar, kif instab fi studju reċenti mill-Aġenzija Żvediża għall-Ħarsien Ambjentali (2). |
|
3.13. |
Il-KESE jirrikonoxxi li fir-rigward kemm tan-network komprensiv kif ukoll tan-network ewlieni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-infrastruttura ferrovjarja tippermetti tul tal-ferrovija ta’ 740 m mingħajr permess speċjali, u li għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-iżvilupp tal-infrastruttura għat-tul tal-ferroviji ta’ aktar minn 740 m u sa 1 500 m u tagħbija fuq il-fus ta’ 25,0 t, soġġett għal analiżijiet soċjoekonomiċi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. Dispożizzjoni dwar ferroviji ta’ 740 m fuq infrastrutturi privati tapplika wkoll fir-rigward tal-infrastruttura tat-trasport multimodali. |
|
3.14. |
Il-KESE jitlob il-faċilitazzjoni tat-teħid ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza f’kull aspett sabiex tiġi promossa l-multimodalità, li jimplika li jsir l-aħjar użu possibbli mill-vantaġġi tal-modi kollha tat-trasport biex jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli, filwaqt li fl-istess ħin tittejjeb is-sikurezza u jitnaqqas il-piż ambjentali. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari għall-importanza tal-interfaċċa bejn it-trasport fuq l-art u modi oħra, li tippermetti lill-passaġġi fuq l-ilma interni, it-trasport marittimu fuq distanzi qosra u l-avjazzjoni jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-katina multimodali. |
|
3.15. |
Meta wieħed iqis id-dispożizzjoni msemmija fil-punt preċedenti, huwa sorprendenti wkoll li l-ħin massimu tal-waqfien għall-ferroviji fil-qsim tal-fruntieri previst fil-Kurituri Ewropej tat-Trasport, ma japplikax kemm għan-networks ewlenin kif ukoll dawk komprensivi. |
|
3.16. |
Il-KESE jieħu nota favorevoli tal-attenzjoni li ngħatat lis-sistemi tal-ICT għat-trasport biex jiġu ffaċilitati, fost l-oħrajn, il-ġestjoni tat-trasport u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-modi biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tat-trasport multimodali, li hija waħda mill-prijoritajiet stabbiliti għall-iżvilupp ta’ merkanzija sostenibbli. Il-KESE jqis li l-potenzjal vast tad-diġitalizzazzjoni biex jittejbu l-effiċjenza, il-koerenza u s-sostenibbiltà tat-trasport għandu jiġi żviluppat mill-aktar fis possibbli. |
|
3.17. |
Il-KESE japprova wkoll in-nodi urbani u t-terminals multimodali li għandhom jiġu inklużi bħala elementi speċifiċi tat-TEN-T. It-tnejn huma essenzjali għall-funzjonament bla xkiel tat-trasport, tal-ewwel minħabba li huma essenzjali għall-ewwel u għall-aħħar mil, u tal-aħħar minħabba r-rwol ewlieni tagħhom għall-funzjonament tajjeb tat-trasport multimodali. Il-KESE jinnota li l-kriterji proposti rigward il-lokalizzazzjoni tat-terminals jagħmluha possibbli li terminal wieħed jaqdi diversi nodi urbani. |
|
3.18. |
F’dan il-kuntest, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-Opinjoni tiegħu dwar it-trasport multimodali u l-loġistika intermodali li tenfasizza l-importanza tad-diġitalizzazzjoni u tat-terminals multimodali għall-iżvilupp tal-multimodalità (3). |
|
3.19. |
Il-KESE jilqa’ ż-żieda fl-attenzjoni li ngħatat lill-konnessjonijiet mal-pajjiżi ġirien, inklużi l-pajjiżi msieħba bħall-Istati Membri tal-EES u l-Iżvizzera, u l-pajjiżi tal-adeżjoni, b’mod partikolari l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, kif ġie żviluppat aktar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) għall-pajjiżi terzi ġirien. |
|
3.20. |
Il-KESE, f’dan il-kuntest, jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-importanza li tiġi implimentata l-Istrateġija dwar il-Konnettività tal-Portal Globali tal-Kummissjoni (JOIN(2021) 30) biex jiġu promossi investimenti dinjija fi trasport sostenibbli, intelliġenti, reżiljenti u sikur fil-modi kollha, u l-modi kollha jinġabru flimkien f’sistema multimodali. |
|
3.21. |
Il-KESE jilqa’ wkoll l-attenzjoni li ngħatat lill-involviment tas-suġġetti ta’ pajjiżi terzi fil-proġetti tat-TEN-T u l-obbligu tal-Istati Membri li jinnotifikaw tali involviment lill-Kummissjoni, sabiex tkun tista’ tivvaluta l-impatt tagħha fuq is-sigurtà jew l-ordni pubbliku fl-Unjoni fil-każi kollha li ma jaqgħux taħt ir-Regolament (UE) 2019/452 li jistabbilixxi qafas ta’ skrinjar tal-investiment dirett barrani fl-Unjoni. |
|
3.22. |
Il-KESE jixtieq jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-possibbiltà ta’ aġġustament permezz ta’ atti delegati ta’ elementi infrastrutturali u l-konfigurazzjoni tal-Kurituri. Il-flussi tat-trasport jinbidlu, u din il-possibbiltà ta’ aġġustament tagħmilha aktar faċli li jiġi żgurat li l-infrastruttura tan-network u l-konfigurazzjoni tal-kurituri jikkorrispondu għar-realtajiet tal-flussi tat-trasport. |
|
3.23. |
Fl-aħħar nett, il-KESE jixtieq jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-kwistjoni taż-żamma tat-TEN-T bħala obbligu tal-Istati Membri issa hija inkluża fil-Proposta, kif issuġġerit mill-KESE fir-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu msemmi hawn fuq. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Il-KESE jieħu nota tal-ħtieġa li jiġu pprovduti faċilitajiet ta’ infrastruttura adegwati għall-persunal biex ikollhom fejn jistrieħu fl-istazzjonijiet ferrovjarji. |
|
4.2. |
Il-KESE, b’segwitu għall-kumment ġenerali dwar id-diġitalizzazzjoni, jinnota li d-diġitalizzazzjoni tista’ tintuża biex tiġi mmonitorjata l-konformità mal-leġiżlazzjoni soċjali, pereżempju fis-settur ferrovjarju. |
|
4.3. |
Fir-rigward tat-trasport bit-triq, il-KESE jqis li l-kriterji minimi għandhom jiġu definiti mhux biss għal Żoni ta’ Parkeġġ Sikuri (Artikolu 29(2)(c)) iżda wkoll għal żoni ta’ mistrieħ (Artikolu 29(2)(b)). |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Evalwazzjoni tan-Network Trans-Ewropew — linji gwida dwar it-Trasport (TEN-T) 2013-2020 — TEN/701.
(2) Bidla modali għal titjib ambjentali — Rapport 7003, Awwissu 2021, b’sommarju bl-Ingliż.
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/126 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport”
(COM(2021) 813 final — 2021/0419(COD))
(2022/C 290/20)
|
Relatur: |
Stefan BACK |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 27.1.2022 Kunsill, 28.1.2022 |
|
Bażi legali |
Artikoli 91 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adottata fis-sezzjoni |
10.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
225/1/5 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, li hija kompletament konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-KESE elaborati fl-Opinjoni tiegħu dwar Sistemi tat-Trasport Intelliġenti Kooperattivi, u jara valur miżjud konsiderevoli fil-proposta fir-rigward tat-titjib, is-sigurtà, is-sikurezza u l-effiċjenza. |
|
1.2. |
Il-KESE jilqa’ wkoll l-ambitu usa’ tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u l-obbligu tal-Istati Membri li jikkooperaw. B’mod partikolari, tista’ tinġibed l-attenzjoni għall-kamp ta’ applikazzjoni mwessa’ għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-merkanzija, kif ukoll il-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata, inkluża l-komunikazzjoni bejn vettura u oħra, li ttejjeb ukoll b’mod sinifikanti s-sikurezza fit-toroq. |
|
1.3. |
Il-KESE jinnota li l-effiċjenza mtejba se tikkonċerna kemm it-trasport tal-merkanzija kif ukoll it-trasport tal-passiġġieri, li tippermetti, pereżempju, li jiġi segwit il-progress ta’ kunsinna. |
|
1.4. |
Għalkemm japprezza l-ħtieġa li jiġi standardizzat l-iskambju ta’ informazzjoni, il-KESE madankollu jenfasizza l-ħtieġa li jitħalla spazju biżżejjed għal soluzzjonijiet lokali u speċifiċi għall-kumpaniji, fejn ikun debitament ġustifikat u proporzjonat, filwaqt li jitqiesu wkoll l-impatti possibbli fuq is-suq intern. |
|
1.5. |
Il-KESE jenfasizza li l-varar tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti jrid isir f’kuntest soċjetali wiesa’, jitqiesu elementi li jmorru lil hinn sew minn sempliċi aspetti tekniċi, u li jekk dan ma jsirx, dan jista’ jkollu effetti negattivi, kemm mil-lat tas-sostenibbiltà kif ukoll mil-lat tal-effiċjenza tar-riżorsi. F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza l-importanza li tingħata biżżejjed attenzjoni u riżorsi għall-ħtiġijiet taż-żoni rurali, inklużi fir-rigward tal-aspetti tas-servizz pubbliku u mezzi alternattivi ta’ mobbiltà bħall-mixi u ċ-ċikliżmu. |
|
1.6. |
Il-KESE jqajjem ukoll il-kwistjoni tal-kondiviżjoni tar-riżorsi tal-mobbiltà, u jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa possibbli ta’ att delegat dwar l-appoġġ għas-sistemi ta’ trasport intelliġenti għal dan il-għan, li jindirizza, pereżempju, id-disponibbiltà tar-riżorsi u l-kapaċità tat-trasport, kif ukoll l-aggregazzjoni tal-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar, u jiddefinixxi l-possibbiltajiet ta’ tqabbil biex jiġi ottimizzat l-użu tal-kapaċità. |
|
1.7. |
L-ottimizzazzjoni tal-użu tar-riżorsi disponibbli, biż-żieda fl-għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, se ttejjeb is-sostenibbiltà. |
|
1.8. |
Il-KESE jqis il-proposta bħala pass sinifikanti lejn Spazju Komuni Ewropew tad-Data dwar il-Mobbiltà, jiġifieri valur miżjud permezz ta’ effiċjenza mtejba, kif ukoll il-ħolqien ta’ prerekwiżiti għal kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba fis-settur tat-trasport, pereżempju l-iffaċilitar tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-ħinijiet tax-xogħol u l-perjodi ta’ mistrieħ, kif ukoll is-sejbien u l-aċċess għal żoni ta’ mistrieħ. |
|
1.9. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li tissaħħaħ il-fiduċja sabiex sistema mibnija fuq il-kondiviżjoni tar-riżorsi u tal-informazzjoni tiġi aċċettata mill-pubbliku u tiffunzjona tajjeb. Dan ifisser li, fost l-oħrajn, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data kif ukoll il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali jridu jkunu sodisfaċenti. Għalhekk, il-KESE qed jistenna bil-ħerqa l-qafas ta’ governanza mħabbar mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Strateġija Ewropea għad-Data. |
|
1.10. |
Fir-rigward tad-data ta’ ġol-vettura, il-KESE jindika wkoll il-ħtieġa li jiġu żgurati kemm il-protezzjoni tal-konsumatur kif ukoll il-kompetizzjoni ġusta, kif żviluppat aktar fil-punt 3.18. |
|
1.11. |
Il-KESE jappella għal regolamentazzjoni urġenti speċifika għas-settur fir-rigward tal-aċċess għad-data, il-funzjonijiet u r-riżorsi ta’ ġol-vetturi. S’issa, il-Kummissjoni ma ppreżentatx proposta dwar il-kwistjoni. Dan id-dewmien huwa partikolarment ta’ ħsara għall-konsumaturi. |
|
1.12. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-ħtieġa li tittejjeb l-inklużjoni tal-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, u jitlob li r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà skont id-Direttiva (UE) 2019/882 jiġu inklużi fir-rekwiżiti tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti, possibbilment fil-forma ta’ att delegat. |
|
1.13. |
Fl-aħħar nett, il-KESE jtenni l-offerta li għamel fl-Opinjoni msemmija hawn fuq dwar Sistemi tat-Trasport Intelliġenti Kooperattivi, biex jgħin lill-Kummissjoni fl-attivitajiet ta’ implimentazzjoni tagħha billi jservi ta’ rabta mas-soċjetà ċivili. |
2. Sfond
|
2.1. |
Il-proposta tal-Kummissjoni hija parti mill-implimentazzjoni tal-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti (l-Istrateġija) tal-Kummissjoni tal-2020 u t-trasformazzjoni tas-sistema Ewropea tat-trasport. Hija tiddefinixxi s-setturi fejn id-diġitalizzazzjoni għandha rwol ewlieni biex is-sistema tat-trasport issir bla xkiel u aktar effiċjenti. |
|
2.2. |
Is-sistemi ta’ trasport intelliġenti għandhom rwol ewlieni fil-ħolqien ta’ sistema ta’ mobbiltà multimodali konnessa u awtomatizzata li se ttejjeb l-effiċjenza, is-sikurezza u s-sostenibbiltà tat-trasport. |
|
2.3. |
F’konformità mal-Komunikazzjoni tagħha dwar Strateġija Ewropea għad-Data (COM(2020) 66), il-Kummissjoni ppreżentat din il-proposta biex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u tlesti lill-Ewropa għall-era diġitali. |
|
2.4. |
Id-Direttiva dwar sistemi ta’ trasport intelliġenti (2010/40/UE) teħtieġ aġġornament biex tilqa’ l-isfidi tal-iżvilupp tekniku fis-sistemi ta’ trasport intelliġenti, u b’mod partikolari, biex ittejjeb il-kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati kif ukoll id-disponibbiltà tas-servizzi tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti. |
|
2.5. |
Il-proposta biex tiġi aġġornata d-Direttiva dwar sistemi ta’ trasport intelliġenti hija parti minn pakkett leġiżlattiv li jiffoka fuq l-għanijiet tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, tad-diġitalizzazzjoni, u tar-reżiljenza mtejba tal-infrastruttura tat-trasport. Pereżempju, kemm il-proposta għal rieżami tar-Regolament TEN-T (1) kif ukoll il-Komunikazzjoni dwar il-qafas il-ġdid għall-mobbiltà urbana (2), jinkludu dispożizzjonijiet rigward il-varar tas-servizzi ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti bħall-forniment ta’ informazzjoni relatata mas-sikurezza u l-iżvilupp tal-mobbiltà urbana. |
|
2.6. |
Id-Direttiva dwar sistemi ta’ trasport intelliġenti se tkun element importanti fl-implimentazzjoni tal-ispazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà, li huwa wieħed mill-ispazji tad-data ppjanati għal setturi strateġiċi skont l-Istrateġija Ewropea għad-Data. |
|
2.7. |
Il-proposta temenda d-Direttiva dwar sistemi ta’ trasport intelliġenti billi żżid id-disponibbiltà tad-data u l-varar tas-servizzi ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. L-oqsma ta’ prijorità għall-azzjoni ġew ristrutturati biex jaqblu aħjar mad-diversi tipi ta’ servizzi ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti.
|
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, li hija kompletament konformi mal-iżviluppi rakkomandati mill-KESE fl-Opinjoni tiegħu dwar Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi (3). Iqis li hemm valur miżjud konsiderevoli fis-sistemi aġġornati ta’ trasport intelliġenti li qed jiġu proposti mill-Kummissjoni, kemm bħala kwistjoni ta’ sigurtà u sikurezza mtejba, kif ukoll ta’ effiċjenza mtejba, mhux biss fir-rigward ta’ flussi tat-traffiku mtejba u aktar sikuri, iżda wkoll bħala funzjoni ta’ appoġġ għal loġistika effiċjenti. |
|
3.2. |
Għalhekk, il-KESE jilqa’ wkoll l-ambitu usa’ tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u l-fatt li l-Istati Membri ser ikunu obbligati jikkooperaw. Huwa japprezza b’mod partikolari l-kamp ta’ applikazzjoni mwessa’ tad-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta’ informazzjoni rigward il-merkanzija u l-estensjoni tal-informazzjoni koperta biex tinkludi l-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata. |
|
3.3. |
Huwa jassumi li s-sistema ta’ informazzjoni proposta tkopri wkoll il-komunikazzjoni bejn vettura u oħra, kif diġà intalab fl-Opinjoni tiegħu dwar l-Istrateġija Ewropea dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi. Il-KESE jfakkar fil-kontribut ewlieni tal-komunikazzjoni bejn vettura u oħra fil-prevenzjoni tal-inċidenti fit-toroq. |
|
3.4. |
Il-KESE jassumi li s-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni aġġornata li qed tiġi proposta issa se twassal għal valur miżjud fil-forma ta’ effiċjenza mtejba fit-trasport kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija, kif ukoll li l-progress ta’ kunsinna, pereżempju, issa se jkun faċli li jiġi segwit minn dawk ikkonċernati, peress li l-informazzjoni rilevanti issa se tintbagħat ukoll lill-partijiet ikkonċernati rilevanti. |
|
3.5. |
Huwa jinnota li l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata f’dan l-istadju hija fil-biċċa l-kbira standardizzata u għalhekk itenni l-fehma tiegħu li huwa importanti li jitħalla spazju raġonevoli għal soluzzjonijiet lokali u speċifiċi għall-kumpaniji, fejn dan ikun debitament ġustifikat u proporzjonat, filwaqt li jitqiesu wkoll l-impatti possibbli fuq is-suq intern. Il-KESE jassumi li dan ma joħloqx problema sakemm l-informazzjoni li tiddaħħal fis-sistema proposta tkun konformi mal-istandards stabbiliti. |
|
3.6. |
Il-KESE jinnota li l-varar ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti jrid isir f’kuntest soċjetali wiesa’ u ma jwassalx awtomatikament għal sistema tat-trasport li ma tagħmilx ħsara lill-klima. Id-diġitalizzazzjoni tal-modi tat-trasport fiha nnifisha (eż. mobbiltà awtomatizzata bil-karozza) tista’ saħansitra tkun kontroproduttiva f’termini ta’ politika ambjentali. Sistemi ta’ trasport intelliġenti għandhom jiġu żviluppati, promossi u użati b’tali mod li jiżviluppaw valur miżjud li ma jagħmilx ħsara lill-klima. |
|
3.7. |
Sistema effiċjenti tat-trasport pubbliku bħala parti mis-servizzi ta’ interess (ekonomiku) ġenerali, ikkomplementata miċ-ċikliżmu u l-mixi, hija essenzjali għall-mobbiltà sostenibbli. Il-KESE jirrakkomanda li jiġu promossi sistemi ta’ trasport intelliġenti biex jissaħħaħ u jiġi kkomplementat it-trasport pubbliku. |
|
3.8. |
Il-KESE jirrimarka li perspettiva orjentata biss lejn it-teknoloġija biex jiġu żviluppati sistemi ta’ trasport intelliġenti tista’ twassal għal nuqqas ta’ kontribut biex jintlaħqu l-għanijiet u r-riżultati stabbiliti — pereżempju, il-kontribut ta’ sistemi ta’ car-sharing f’agglomerazzjonijiet urbani li diġà għandhom sistemi ta’ trasport pubbliku żviluppati sew. Is-sewqan awtomatizzat tal-karozzi jista’ ma jkunx soluzzjoni li tħares ’il quddiem għall-bliet, speċjalment fejn ikun hemm konġestjoni u nuqqas ta’ spazju pubbliku. Għalhekk, il-KESE jsostni li l-innovazzjonijiet kbar fil-mobbiltà tal-elettrifikazzjoni, l-awtomatizzazzjoni u l-kondiviżjoni se jagħtu l-aħjar valur miżjud jekk jiġu kkonċepiti u stabbiliti b’kunsiderazzjoni adegwata tal-ħtiġijiet tas-soċjetà, bħall-aċċessibbiltà, l-effiċjenza u l-aspetti tas-servizz pubbliku. |
|
3.9. |
Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati żvelaw ħafna tħassib dwar il-kopertura territorjali. Il-KESE jiddispjaċih li l-proposta ma ssemmix l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti biex ikopru l-ħtiġijiet taż-żoni rurali, bħala kwistjoni apparti mill-iżvilupp tagħhom fiż-żoni urbani. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali lill-estensjoni tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti għaż-żoni rurali, peress li l-ħajja f’dawn iż-żoni tiddependi ħafna fuq id-disponibbiltà ta’ servizzi pubbliċi u infrastruttura ta’ kwalità. Komunikazzjoni separata tal-Kummissjoni bit-titolu Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE (4) tafferma wkoll li s-servizzi bażiċi u l-infrastruttura relatata f’dawn l-oqsma huma essenzjali biex tiġi żgurata l-inklużjoni soċjali u ekonomika. Għalhekk għandu jkun ta’ tħassib fil-livell tal-UE li ż-żoni rurali jkunu jistgħu jibbenefikaw mis-soluzzjonijiet ipprovduti minn sistemi ta’ trasport intelliġenti. |
|
3.10. |
Dan jista’ jkun ta’ interess partikolari fl-użu effiċjenti tal-kapaċitajiet tat-trasport fiż-żoni rurali. Il-ħsara kkawżata mit-trasport hija riflessa mhux biss fl-emissjonijiet iżda wkoll fl-użu tar-riżorsi tat-trasport. Nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tikkunsidra, fejn adatt, li tadotta atti delegati biex tindirizza l-kondiviżjoni tar-riżorsi appoġġjati minn sistemi ta’ trasport intelliġenti. Dan għandu jinkludi aggregazzjoni intelliġenti u appoġġjata b’mod diġitali tal-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar u tal-kondiviżjoni ta’ kapaċità żejda (ara ride-pooling), li tkun partikolarment meħtieġa f’żoni rurali, fejn il-kapaċità tat-trasport disponibbli qed issir dejjem aktar limitata u fejn qed isir dejjem aktar diffiċli li tinbena kapaċità ġdida minħabba distanzi. Tali sistemi intelliġenti għandhom jippermettu l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar l-użu tal-vettura u l-kapaċità li s-sistema eżistenti tiġi rifornuta b’passiġġieri jew merkanzija addizzjonali. |
|
3.11. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li, minbarra l-proliferazzjoni ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, il-proposta se tikkontribwixxi wkoll għal trasport aktar sostenibbli permezz ta’ servizzi ta’ mobbiltà kondiviżi, li jwassalna għal emissjonijiet żero netti sal-2050. Billi nagħmlu t-traffiku fit-toroq aktar faċli u nnaqqsu l-konġestjonijiet tat-traffiku, qed nilħqu l-għanijiet ambjentali tagħna b’għadd ta’ modi. |
|
3.12. |
Il-KESE japprezza li t-tisħiħ tas-sistema ta’ trasport intelliġenti kif qed tiġi proposta bħalissa jista’ jitqies bħala l-ewwel pass lejn Spazju Komuni Ewropew tad-Data dwar il-Mobbiltà, li jfisser valur miżjud konsiderevoli f’termini ta’ effiċjenza mtejba. |
|
3.13. |
Huwa ċar li l-ħolqien ta’ spazju bħal dan jiffaċilita l-forniment tal-mobbiltà bħala servizz fir-rigward kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija u jista’ jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tat-trasport. |
|
3.14. |
Il-KESE jilqa’ s-sistemi ta’ trasport intelliġenti għal parkeġġ sikur għas-sewwieqa professjonali fin-Network Trans-Ewropew tal-Awtostradi. L-applikazzjonijiet telematiċi għall-parkeġġ sikur jistgħu jiffaċilitaw il-konformità mal-ħinijiet legali tas-sewqan u tal-perjodi ta’ mistrieħ. Madankollu, il-KESE jirrimarka li l-problema bażika kemm għall-kumpaniji kif ukoll għas-sewwieqa professjonali hija l-infrastruttura inadegwata taż-żoni ta’ mistrieħ tal-awtostrada, li twassal biex is-sewwieqa jqattgħu ljieli iktar milli suppost fiż-żoni ta’ parkeġġ. L-iżvilupp tal-infrastruttura għandu jimxi id f’id mas-servizzi bbażati fuq sistemi ta’ trasport intelliġenti (eż. parkeġġ riżervat). |
|
3.15. |
F’dan il-kuntest, il-KESE jerġa’ jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-fiduċja u l-fatt li l-ebda obbligu li tingħata informazzjoni m’għandu jaffettwa l-kunfidenzjalità tan-negozju, il-privatezza jew il-protezzjoni tad-data. |
|
3.16. |
Fir-rigward tad-dritt tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex taġġorna obbligi speċifiċi ta’ informazzjoni, il-KESE jinnota l-ħtieġa ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti u fiduċja fir-rigward ta’ dawk kollha involuti fil-“kondiviżjoni tad-data”. Il-KESE jappoġġja l-kamp ta’ applikazzjoni mwessa’ tad-Direttiva dwar is-sistemi ta’ trasport intelliġenti u l-valur miżjud li ġġib magħha. Il-KESE jieħu nota wkoll tal-eżistenza ta’ problemi ta’ fiduċja fir-rigward tal-kondiviżjoni tad-data u l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza tal-Ispazji Ewropej tad-Data, b’mod partikolari f’oqsma strateġiċi bħall-mobbiltà, kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija Ewropea għad-Data (5). |
|
3.17. |
Il-KESE jenfasizza wkoll li huwa importanti li l-informazzjoni fis-sistema tintuża biss għal finijiet ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti u mhux għal finijiet oħra. Il-KESE jtenni l-importanza tal-privatezza effettiva u l-protezzjoni tad-data fil-kuntest tal-użu ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti. Madankollu, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data ma jipprovdix protezzjoni suffiċjenti meta jintużaw teknoloġiji (eż. xejriet ta’ mobbiltà ta’ data tal-vetturi, rikonoxximent tal-wiċċ, eċċ.) li jippermettu li jinsiltu konklużjonijiet dwar individwi jew saħansitra jiddiskriminaw permezz ta’ algoritmi meta d-data tiġi anonimizzata. Fir-rigward tal-użu ta’ data personali fuq il-post tax-xogħol, il-ħaddiema, ir-rappreżentanti tagħhom u t-trade unions jeħtieġ li jingħataw vuċi u veto. Il-KESE jenfasizza li l-Artikolu 10 tal-proposta (dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza) għandu jeskludi dan ir-riskju potenzjali. Dan huwa partikolarment importanti biex tissaħħaħ il-fiduċja fis-sistema u l-aċċettazzjoni fis-soċjetà inġenerali. |
|
3.18. |
Il-KESE jinnota li l-konsumaturi jrid ikollhom kontroll fuq id-data li qed tiġi kondiviża: l-informazzjoni personali tagħhom meta jibbukkjaw servizzi jew jixtru biljetti, kif ukoll id-data li l-karozzi tagħhom jikkondividu mal-fornituri tas-servizzi jew mal-infrastruttura. Fiċ-ċirkostanzi kollha, il-konsumaturi jeħtiġilhom ikunu fil-qalba tal-kwistjoni u jkollhom id-data tagħhom protetta, f’konformità sħiħa mal-GDPR. |
|
3.19. |
L-aċċess għad-data ta’ ġol-vettura jrid finalment jiġi rregolat favur il-protezzjoni tad-data u tal-konsumatur, kif ukoll il-kompetizzjoni ġusta. Jekk id-data ta’ ġol-vettura titħalla f’idejn il-manifatturi tal-karozzi, dan iwassal għal monopolji u pożizzjonijiet dominanti fis-suq u riskju ta’ abbuż. Il-Kummissjoni ilha li ntalbet tippreżenta proposta regolatorja u tat sinjali pożittivi f’dan ir-rigward, pereżempju fl-Istrateġija għad-Data msemmija hawn fuq, madankollu s’issa għadha ma ħadet l-ebda passi biex tippreżenta proposta. Dan id-dewmien huwa partikolarment ta’ ħsara għall-interessi tal-konsumatur u għall-possibbiltajiet tal-konsumaturi li jikkontrollaw id-data u jagħmlu għażliet alternattivi u infurmati. |
|
3.20. |
Id-diġitalizzazzjoni tista’ tnaqqas in-nuqqas ta’ inklużjoni li jaffettwa lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. F’dan is-sens, ir-rekwiżiti espliċiti ta’ aċċessibbiltà skont id-Direttiva (UE) 2019/882 għandhom jiġu stabbiliti b’mod programmatiku f’din id-Direttiva għas-setturi kollha tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti. Il-fatt li dan is-suġġett jissemma biss fi premessa li fiha l-prospett li jiġu żviluppati karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa fis-servizzi multimodali diġitali huwa ftit wisq. |
|
3.21. |
Il-KESE jilqa’ l-iskambju u d-disponibbiltà ppjanati tad-data dwar it-toroq u l-awtostradi (projbizzjonijiet fuq is-sewqan, limiti tal-veloċità, data f’ħin reali dwar l-għeluq tat-toroq, xogħlijiet fit-toroq, eċċ.), kif previst fl-Anness III. F’dan il-kuntest, il-KESE jħeġġeġ li jiġu żviluppati sistemi intelliġenti ta’ ġestjoni tat-traffiku li jistgħu jassimilaw it-traffiku tat-trasport (ta’ tranżitu) bit-triq fl-awtostradi f’termini ta’ ħin u b’hekk jiżguraw is-sikurezza u l-fluwidità tat-traffiku. |
|
3.22. |
F’dan ir-rigward, il-KESE jinnota li l-Kummissjoni, fil-ħidma tagħha biex taġġorna l-lista ta’ informazzjoni obbligatorja, beħsiebha titlob il-kontribut tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar is-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti. Għaldaqstant, il-KESE jtenni l-offerta li huwa għamel fl-Opinjoni msemmija hawn fuq biex jgħin lill-Kummissjoni billi jservi ta’ rabta mas-soċjetà ċivili. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013.
(2) COM(2021) 1811.
(3) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 85 u COM(2016) 766.
(4) Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE — Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040 — COM(2021) 345.
(5) COM(2020) 66.
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/131 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Strateġija tal-UE dwar il-ħamrija għall-2030 — Ingawdu l-benefiċċji ta’ ħamrija b’saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima”
(COM(2021) 699 final)
(2022/C 290/21)
|
Relatur: |
Arnaud SCHWARTZ |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 20.12.2021 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adottata fis-sezzjoni |
8.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
169/0/5 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar Strateġija dwar il-Ħamrija għall-2030 u jixtieq ikun infurmat regolarment u jikkontribwixxi b’mod attiv għat-tħejjija tal-proposta għall-protezzjoni tal-ħamrija. |
|
1.2. |
Il-ħamrija hija assi ekonomiku u ambjentali strateġiku u mhedded, u jixirqilha qafas ta’ miri, programmi u regolamenti. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromovi qafas legali Ewropew li jkun effettiv fil-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ħamrija, li jappoġġja programmi ta’ restawr u li jistabbilixxi l-pjan direzzjonali lejn stat tajjeb ta’ saħħa tal-ħamrija. Il-Kumitat jitlob ukoll l-allokazzjoni meħtieġa tar-riżorsi mill-baġit Ewropew għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar il-Ħamrija. |
|
1.3. |
Għall-implimentazzjoni tal-istrateġija, il-Kummissjoni tipprevedi l-adozzjoni ta’ Liġi dwar is-Saħħa tal-Ħamrija. Madankollu, il-KESE jirrakkomanda li titwettaq il-valutazzjoni tal-impatt ippjanata, u li wara tittieħed deċiżjoni dwar l-aktar strumenti adatti. Il-KESE jirrakkomanda wkoll li l-qafas jibni fuq il-prinċipji li ġejjin, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti għall-partijiet interessati kollha li joperaw fis-setturi ekonomiċi marbuta mal-ħamrija u l-użu tagħha:
|
|
1.4. |
Il-Kumitat jirrakkomanda li ssir l-aktar diskussjoni wiesgħa possibbli, mal-atturi ekonomiċi u soċjali kif ukoll mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, dwar il-kontenut tal-inizjattiva leġiżlattiva. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta mill-aktar fis possibbli, sabiex tippermetti żmien għad-diskussjoni qabel il-votazzjoni fuq it-test fil-mandat leġiżlattiv attwali. |
|
1.5. |
Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-aspetti kollha tad-degradazzjoni tal-ħamrija, b’enfasi speċjali fuq is-suġġetti dwar il-kontaminazzjoni tal-ħamrija, it-teħid tal-art għall-iżviluppi u l-infrastruttura urbani, u t-tnaqqis tal-materja organika fil-ħamrija agrikola, peress li dawn il-fenomeni għandhom impatt partikolarment profond u potenzjalment irriversibbli fuq is-saħħa tal-ħamrija u l-kapaċità tagħha li tipprovdi servizzi tal-ekosistema. |
|
1.6. |
Hemm diversità kbira ta’ ħamrija fl-Ewropa, li tirrifletti d-differenzi fil-klima, il-ġeoloġija u l-użu tal-art; it-theddid li għalih hija esposta l-ħamrija jvarja wkoll fit-tip u fl-intensità, għalhekk il-politiki żviluppati sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni tal-ħamrija jeħtieġu adattament għal kuntesti ġeografiċi u kulturali differenti. Il-leġiżlazzjoni għall-ħarsien tal-ħamrija fl-Istati Membri hija eteroġena u frammentata, u ħafna theddidiet għall-ħamrija mhumiex indirizzati mill-oqfsa ta’ politika u leġiżlattivi ta’ diversi Stati Membri. |
|
1.7. |
Il-Kumitat jindika wkoll il-ħtieġa kruċjali u urġenti li jiġu indirizzati l-impatti kkawżati mill-bniedem fuq il-ħamrija minħabba t-tibdil fil-klima. Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda bil-qawwa li fl-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-Ħamrija jiġu integrati azzjonijiet kontra l-erożjoni u d-deżertifikazzjoni b’rabta ma’ għargħar estrem, nixfiet u nirien. |
|
1.8. |
Il-Kumitat jesprimi tħassib kbir dwar it-teħid tal-art ikkawżat minn proċessi ta’ urbanizzazzjoni li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, jaffettwaw il-ħamrija fertili tal-pjanuri u taż-żoni kostali. L-għan ta’ “teħid nett żero ta’ art” li għandu jiġi segwit sal-2050, għandu jkun akkumpanjat minn inċentivi li jinkoraġġixxu l-użu mill-ġdid ta’ siti abbandunati u r-restawr ta’ superfiċji impermeabbli mhux użati. |
|
1.9. |
Il-Kumitat iqis li, b’mod konsistenti mal-isfida ta’ ekonomija ċirkolari u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, is-salvagwardja tal-produttività ekoloġika tal-ħamrija Ewropea hija prijorità, u b’hekk titnaqqas l-impronta tad-domanda tal-UE fir-rigward ta’ pajjiżi terzi. Huwa jqis bħala prijorità assoluta l-finalizzazzjoni tal-inizjattivi għal garanziji ta’ ebda deforestazzjoni fil-kummerċ internazzjonali. |
2. Sfond
|
2.1. |
Fl-20 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha għal Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030. Din il-Komunikazzjoni tenfasizza li l-“ħamrija hi riżorsa estremament importanti li mhix rinnovabbli, u li hi vitali għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa ekonomika, u għall-produzzjoni tal-ikel u ta’ mediċini ġodda” (1), u tisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat it-teħid tal-art u li jiġu rrestawrati l-ekosistemi tal-ħamrija. Din tħabbar l-impenn tal-Kummissjoni li taġġorna l-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija fl-2021 u li tifforma missjoni fil-qasam tas-“saħħa tal-ħamrija u u l-ikel” taħt l-Orizzont Ewropa, sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet għar-restawr tas-saħħa u l-funzjonijiet tal-ħamrija. |
|
2.2. |
Fit-28 ta’ April 2021, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, li tisħaq fuq il-ħtieġa li l-ħamrija tal-Ewropa tiġi protetta, ġestita b’mod sostenibbli u rrestawrata, li jiġu ppreservati r-rwol u l-kapaċità multifunzjonali tagħha li tappoġġja l-produzzjoni ta’ ikel u materja prima tajbin għas-saħħa, u li tipprovdi lis-soċjetà b’għadd kbir ta’ servizzi tal-ekosistema. Ir-Riżoluzzjoni tenfasizza li ħamrija b’saħħitha hija essenzjali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, inklużi n-newtralità klimatika u r-restawr tal-bijodiversità. Din tilmenta wkoll dwar in-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompteizzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi differenti tagħhom tal-protezzjoni tal-ħamrija, u tistieden lill-Kummissjoni “tfassal qafas legali komuni madwar l-UE kollha, b’rispett sħiħ għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija”. |
|
2.3. |
Fid-9 ta’ Ġunju 2021, il-Parlament Ewropew laqa’ l-Istrateġija Ewropea għall-Bijodiversità proposta għall-2030, u approva riżoluzzjoni li fiha, fost kważi 200 rakkomandazzjoni, ir-rwol ċentrali tal-bijodiversità tal-ħamrija huwa enfasizzat ħafna. Il-Parlament Ewropew jerġa’ jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-istabbiliment ta’ qafas legali komuni għall-protezzjoni tal-ħamrija u għall-“integrazzjoni effettiva” ta’ din il-protezzjoni fil-politiki rilevanti kollha tal-UE. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu, il-Parlament Ewropew jirrimarka wkoll li “l-UE impenjat ruħha li tikseb in-newtralità tad-degradazzjoni tal-art sal-2030, […] iżda li din il-mira x’aktarx ma tintlaħaqx”, kif konkluż minn rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (2). |
|
2.4. |
Fis-17 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni ppubblikat, bħala parti mill-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità, il-proposta tagħha għal Strateġija tal-UE dwar il-ħamrija għall-2030, bit-titolu “Ingawdu l-benefiċċji ta’ ħamrija b’saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima”. |
|
2.5. |
Il-proposta tal-Kummissjoni taġġorna l-Istrateġija preċedenti dwar il-Ħamrija, f’konformità mal-missjoni strateġika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, biex jiġu indirizzati l-kriżijiet klimatiċi u tal-bijodiversità u biex tiġi sostnuta ambizzjoni tal-UE għal azzjoni globali dwar il-ħamrija. |
|
2.6. |
L-istrateġija għandha l-għan li tagħti kontribut deċiżiv għall-kisba ta’ ħafna objettivi tal-Patt Ekoloġiku, inkluż: il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni u r-restawr ta’ art u ħamrija degradati, u l-isforz biex tinkiseb dinja newtrali għad-degradazzjoni tal-art sal-2030 (l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 15.3); il-kontribut għat-tneħħija tal-gassijiet serra; il-kisba ta’ status ekoloġiku u kimiku tajjeb fl-ilmijiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art sal-2027; it-tnaqqis tat-telf tan-nutrijenti b’50 % u l-użu ġenerali u r-riskju tal-pestiċidi b’50 % sal-2030; it-tnaqqis tat-tniġġis tal-ħamrija għal livelli li ma għadhomx jitqiesu bħala ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ekosistemi naturali, u b’hekk jinħoloq ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi sal-2050; u l-kisba tal-ebda teħid ta’ art nett sal-2050 (3). |
|
2.7. |
L-istrateġija tistabbilixxi definizzjoni ta’ “ħamrija b’saħħitha,” li tfisser ħamrija li tkun f’kundizzjoni kimika, bijoloġika u fiżika tajba, u b’hekk tkun tista’ tipprovdi b’mod kontinwu l-akbar numru possibbli tas-servizzi tal-ekosistema mistennija tagħha, bħall-provvista tal-ikel u tal-bijomassa, il-ħżin u l-filtrazzjoni tal-ilma, iċ-ċikli tan-nutrijenti minerali, l-appoġġ għall-ħajja u l-bijodiversità, il-ħżin tal-karbonju, u l-appoġġ għall-attivitajiet tal-bniedem, il-pajsaġġi u l-wirt kulturali. Din id-definizzjoni hija konsistenti ma’ dik ipprovduta mill-organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (4). Fil-viżjoni stabbilita fl-istrateġija, għandha tinkiseb saħħa tajba tal-ħamrija sal-2050, permezz ta’ impenji għall-użu sostenibbli tal-art u l-isforzi ta’ restawr: il-Kumissjoni Ewropea stmat li, bħalissa, 60 % sa 70 % tal-ħamrija tal-UE mhijiex b’saħħitha minħabba l-prattiki attwali ta’ ġestjoni, b’differenzi kbar bejn pajjiżi differenti (5); madankollu, objettiv ta’ 75 % ta’ ħamrija b’saħħitha permezz ta’ bidla radikali fil-prattiki attwali ta’ ġestjoni tal-art, huwa kemm fattibbli kif ukoll meħtieġ (6). |
|
2.8. |
L-istrateġija għandha l-għan li tiżgura l-istess livell ta’ protezzjoni għall-ħamrija bħal dak għall-ilma u l-arja, u li jingħeleb in-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni dwar il-ħamrija fil-livell tal-UE. Għalhekk hija ħabbret Liġi dwar is-Saħħa tal-Ħamrija li għandha tiġi abbozzata sal-2023, wara li jsiru valutazzjoni tal-impatt, analiżi tas-sussidjarjetà u konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-Istati Membri. Il-Liġi l-ġdida dwar is-Saħħa tal-Ħamrija għandha tindirizza l-impatti transfruntiera tad-degradazzjoni tal-ħamrija u tiżgura l-koerenza tal-politika fil-livelli tal-UE u dawk nazzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija. |
|
2.9. |
L-istrateġija tinkludi taħlita ta’ miżuri volontarji u legalment vinkolanti ġodda, li għandhom jiġu żviluppati b’rispett sħiħ tas-sussidjarjetà u li jibnu fuq il-politiki nazzjonali eżistenti dwar il-ħamrija mfassla biex:
|
|
2.10. |
Fl-Opinjoni tiegħu tal-2017, NAT/713, bit-titolu L-użu tal-art għall-produzzjoni tal-ikel sostenibbli u s-servizzi tal-ekosistema, il-KESE qabel dwar l-importanza deċiżiva ta’ qafas ta’ politika aġġornat tal-UE għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ħamrija, li b’mod partikolari jirreferi għall-ħamrija agrikola, jinkludi definizzjoni ta’ status tajjeb tal-ħamrija u t-terminoloġija uniformi u l-kriterji armonizzati għall-monitoraġġ, u talab biex il-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija jiġu inkorporati fil-miżuri ta’ politika tal-UE. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-Kumitat jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni ta’ Strateġija Ewropea dwar il-Ħamrija għall-2030, li hija stabbilita sew fuq il-qafas tal-Patt Ekoloġiku u l-viżjoni tiegħu biex it-theddid tat-tibdil fil-klima, it-telfien tal-bijodiversità u d-degradazzjoni ambjentali jinbidlu f’opportunità biex l-UE tinbidel f’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva. |
|
3.2. |
Il-Kumitat jirrikonoxxi r-rwol strateġiku li għandha l-ħamrija b’saħħitha li, fl-intier u d-diversità tagħha, tikkostitwixxi wieħed mill-aktar assi naturali importanti li ċ-ċittadini jistgħu jiddependu minnu għall-benesseri u s-sigurtà tagħhom. |
|
3.3. |
Il-Kumitat huwa konxju li l-ħamrija hija riżorsa unika u limitata, mhedda minn firxa ta’ pressjonijiet. Id-degradazzjoni tal-ħamrija u t-telf assoċjat tal-fertilità jistgħu jikkontribwixxu għall-impronta Ewropea fuq il-ħamrija globali, li twassal għal dipendenza akbar mill-importazzjonijiet ta’ materja prima tal-ikel u mhux tal-ikel minn pajjiżi terzi li fihom iż-żieda fil-kultivazzjoni b’metodi mhux xierqa jwassal għal proċessi ta’ degradazzjoni tal-art, assoċjati mad-deforestazzjoni u mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. |
|
3.4. |
Il-Kumitat jenfasizza r-rekwiżit u l-ħtieġa assoluti li jiġu ffinalizzati l-inizjattivi għal garanziji ta’ ebda deforestazzjoni fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, u jqis li, b’mod konsistenti mal-isfida tal-ħolqien ta’ ekonomija ċirkolari u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, it-tnaqqis tal-impatt tad-domanda interna billi tiġi ssalvagwardjata u rrestawrata l-produttività ekoloġika fit-tul tal-ħamrija Ewropea, huwa prijorità. Użu aktar sostenibbli tal-ħamrija, ibbażat fuq il-prinċipji tal-agroekoloġija, jista’ jagħmel differenza kbira, kemm fuq l-iskala Ewropea kif ukoll fuq dik globali, fil-kisba tal-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-SDGs tal-Aġenda 2030 tan-NU. |
|
3.5. |
Jeħtieġ li jingħeleb il-kunċett reduzzjonist tal-ħamrija bħala sempliċi pjattaforma għall-insedjamenti u għall-attività: peress li l-ħamrija hija sistema bijotika kumplessa li minnha jiddependi l-forniment ta’ servizzi tal-ekosistema u ta’ oġġetti essenzjali, il-ġestjoni tagħha tirrikjedi governanza xierqa, inkluż il-ġestjoni mis-sid u l-utent tal-art, ir-responsabbiltà tal-amministraturi lokali, u r-rwol tal-gvernijiet nazzjonali. Hija meħtieġa tmexxija Ewropea, peress li l-isfidi tas-sigurtà tal-ikel, il-ħżin tal-ilma, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u r-rispons għat-tibdil fil-klima huma relatati strettament ma’ ġestjoni tajba tal-ħamrija. |
|
3.6. |
Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa li l-Istrateġija dwar il-Ħamrija tuża metodi u għodod ġusti, f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà, għall-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija: kull livell ta’ gvern fuq l-art għandu jingħata kompiti u responsabbiltajiet adegwati, u riżorsi adegwati fl-allokazzjoni tal-fondi; għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-appoġġ lil komunitajiet rurali żgħar. Il-Kumitat jappella wkoll għal inklużjoni akbar taċ-ċittadini, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tat-trade unions u tan-negozji, il-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet u tar-riżorsi fil-kisba tal-għan tal-ġlieda kontra d-degradazzjoni tal-ħamrija. |
|
3.7. |
Għall-implimentazzjoni tal-istrateġija, il-Kummissjoni Ewropea tipprevedi l-adozzjoni ta’ Liġi dwar is-Saħħa tal-Ħamrija. Madankollu, il-KESE jirrakkomanda li titwettaq il-valutazzjoni tal-impatt ippjanata, u li wara tittieħed deċiżjoni dwar l-aktar strumenti adatti. Il-KESE jirrakkomanda wkoll li l-qafas jibni fuq il-prinċipji li ġejjin, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti għall-partijiet interessati kollha li joperaw fis-setturi ekonomiċi marbuta mal-ħamrija u l-użu tagħha:
|
|
3.8. |
Il-proposta l-ġdida għall-protezzjoni tal-ħamrija għandha toħloq sinerġiji mal-leġiżlazzjoni dwar il-klima, l-ilma, l-arja u l-bijodiversità, kif ukoll mal-Politika Agrikola Komuni. Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni tantiċipa l-preżentazzjoni tal-qafas sabiex tippermetti diskussjoni usa’ tal-kontenut tagħha mal-partijiet ikkonċernati differenti, qabel ma titressaq għall-approvazzjoni finali fil-leġiżlatura attwali. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Fost il-forom ta’ degradazzjoni tal-ħamrija, waħda mill-aktar severi u diffiċli biex titreġġa’ lura ċertament hija t-teħid tal-art assoċjat mal-proċessi ta’ urbanizzazzjoni: fil-perjodu 2012-2018, it-teħid tal-art fl-EU-28 seħħ b’rata ta’ 539 km2 fis-sena, bi 78 % tal-art meħuda għad-detriment taż-żoni agrikoli, u 13 % biss tal-iżviluppi urbani seħħew fuq art riċiklata (7). Il-Kumitat jemmen li l-għan ta’ “l-ebda teħid tal-art nett” sal-2050 għandu jkun akkumpanjat minn miri intermedji u realistiċi iqsar, appoġġjati minn inċentivi biex jiġi mħeġġeġ l-użu mill-ġdid ta’ insedjamenti abbandunati u r-restawr ta’ uċuh issiġillati mhux użati. Il-miri biex jitnaqqas it-teħid tal-art għall-iżvilupp urban u l-infrastruttura jistgħu u għandhom iqisu l-iżviluppi demografiċi differenti fl-Istati Membri u r-reġjuni. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-protezzjoni u r-restawr tat-territorju kostali, b’mod partikolari x-xatt tal-Mediterran, li għadda minn proċessi estensivi ta’ urbanizzazzjoni, li kkawżaw ħsara sinifikanti lill-bijodiversità u lit-turiżmu kostali. |
|
4.2. |
Il-ħamrija mhux disturbata tal-ekosistemi naturali hija sors ewlieni ta’ appoġġ għall-bijodiversità u riżerva tal-karbonju naturali, li l-istatus tagħha jrid jiġi ppreservat. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat jemmen li l-Istrateġija dwar il-Ħamrija għandha tagħti prijorità lill-protezzjoni ta’ tali ħamrija, u l-veġetazzjoni li tikber fiha, iż-żamma tal-integrità tagħha u tappoġġja l-ġestjoni tagħha permezz tat-trobbija adatta tal-annimali jew il-kultivazzjoni. |
|
4.3. |
Għandu jingħata appoġġ speċifiku għaż-żamma ta’ mergħat u bwar permanenti, peress li l-ġestjoni tajba tagħhom permezz ta’ trobbija tal-bhejjem sostenibbli tista’ tgħin biex tiġi ppreservata l-ħamrija b’livell għoli ta’ karbonju tagħhom. |
|
4.4. |
Il-materja organika fil-ħamrija hija l-komponent ewlieni fir-regolamentazzjoni tal-ħila tal-ħamrija li tappoġġja livell għoli ta’ bijodiversità u tipprovdi servizzi tal-ekosistema relatati mal-fertilità tagħha, kif ukoll li tikkostitwixxi stokk ta’ karbonju li jitneħħa mill-atmosfera. It-tnaqqis tal-materja organika fil-ħamrija Ewropea huwa kawża ewlenija għal tħassib, l-aktar minħabba t-telf tal-fertilità u r-riskji ta’ deżertifikazzjoni li dan jinvolvi, iżda wkoll minħabba l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżultaw: ġie kkalkolat li dawn jammontaw għal aktar minn 170 Mton ta’ CO2 fis-sena (8), jew aktar minn 4 % tal-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra tal-EU27, prinċipalment relatati mat-tibdil fl-użu tal-art tal-ħamrija organika u tat-torbiera. L-Istrateġija l-ġdida dwar il-Ħamrija għandha tiżgura l-protezzjoni tat-torbieri u tal-artijiet mistagħdra, u tappoġġja lill-bdiewa permezz ta’ forom ġodda ta’ dħul biex jadottaw prattiki, ibbażati fuq kunċetti agroekoloġiċi, li jiffavorixxu ż-żamma u ż-żieda tal-materja organika fil-ħamrija. It-tixrid tal-għarfien relatat mal-prattiki tajba u l-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija agrikola għandu jingħata prijorità, u jkun immirat b’mod partikolari lejn il-bdiewa ż-żgħar. |
|
4.5. |
Minbarra l-importanza tal-materja organika fil-ħamrija, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġi evitat it-tnaqqis jew it-telf ta’ nutrijenti minerali tal-ħamrija. L-użu tal-fertilizzanti jrid jiġi dożat skont il-ħtiġijiet tal-għelejjel, b’mod li tiġi evitata l-applikazzjoni żejda u jiġi segwit tnaqqis ta’ 50 % fit-tnixxija tan-nitroġenu u tal-fosforu mill-ħamrija sal-2030, f’konformità mal-miri tal-Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt. |
|
4.6. |
Il-ħamrija li ġarrbet kontaminazzjonijiet industrijali fil-passat jew riċenti għadha ta’ theddida għas-saħħa pubblika u għall-istat kimiku tar-riżorsi tal-ilma; 2,8 miljun sit fl-UE għandhom ħamrija potenzjalment ikkontaminata, li madwar 390 000 minnhom jirrikjedu rimedju (9). Id-deċiżjonijiet dwar kif għandhom jiġu rrestawrati għandhom jittieħdu skont kriterji ta’ rimedju sostenibbli u jkunu bbażati fuq analiżijiet tar-riskju speċifiċi għas-sit. Il-Kumitat jistenna li l-istrateġija tipprovdi, abbażi tal-aktar esperjenzi nazzjonali avvanzati, metodi omoġenji u kriterji għat-twettiq ta’ dawn il-proċeduri, sabiex jiġu evitati l-inkonsistenzi sinifikanti li jeżistu bejn regolamenti nazzjonali differenti. |
|
4.7. |
Il-Kumitat, filwaqt li jirrikonoxxi li l-istrateġija tiffoka fuq il-kunċett ewlieni ta’ “ħamrija b’saħħitha” (10), jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żviluppata sistema ta’ indikaturi effettivi biex tistabbilixxi b’mod ċar l-istatus tas-saħħa tal-ħamrija permezz ta’ Indiċi tas-Saħħa tal-Ħamrija, il-miri ġenerali li għandhom jintlaħqu u l-artikolazzjoni tagħhom fir-rigward tad-diversità tal-kundizzjonijiet pedoklimatiċi Ewropej. Sabiex tiġi mmonitorjata l-kisba ta’ dawn l-objettivi, iridu jkunu disponibbli għodod affidabbli biex jiġi stmat b’mod inekwivoku l-indiċi tas-saħħa tal-ħamrija fil-livell tar-roqgħa art individwali. |
|
4.8. |
Il-Kumitat jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdied il-livell ta’ sensibilizzazzjoni u għarfien dwar il-ħamrija, l-ekoloġija u l-funzjonijiet tagħha. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li jiġu appoġġjati programmi ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini u programmi edukattivi għall-iskejjel, kif ukoll taħriġ għall-bdiewa u, b’mod ġenerali, għall-professjonisti li xogħolhom huwa marbut mal-art u l-ħamrija, f’żoni tradizzjonali jew emerġenti tal-bijoekonomija u tal-ekonomija ċirkolari, kif ukoll għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali u reġjonali li minnhom jiddependu l-għażliet li jiddeterminaw il-bidliet fl-użu tal-art. |
|
4.9. |
L-aċċess għal ħamrija b’saħħitha huwa essenzjali għal diversi setturi ekonomiċi; l-impjiegi u l-kompetittività m’għandhomx jiġu affettwati mill-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-istrateġija. B’mod partikolari, hemm bżonn li jiġi ssalvagwardjat id-dħul tal-komunitajiet u l-familji rurali li jiddependu mill-ħamrija għall-għajxien tagħhom. L-istrateġija għandha tiżgura distribuzzjoni ekwa tal-ispejjeż u l-benefiċċji fost il-partijiet ikkonċernati: il-gruppi u r-reġjuni vulnerabbli għandhom jiġu protetti, il-bdiewa ta’ sussistenza għandhom jiġu appoġġati, u l-fondi għandhom jiġu allokati lill-komunitajiet fil-bżonn. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Il-Kummissjoni Ewropea, 2020, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52020DC0380
(2) Rapport Speċjali tal-QEA 33/2018: Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE: theddida dejjem akbar li tirrikjedi azzjoni addizzjonali.
(3) L-istrateġija tirreferi għall-ħamrija bħala s-sistema kumplessa u bijoloġikament attiva (pedosfera) li tappoġġja l-veġetazzjoni terrestri, li tinsab fl-interfaċċja bejn il-litosfera u l-atmosfera u li tinteraġixxi mal-idrosfera. Din ma tinkludix sedimenti tal-baħar u tal-lagi. Skont il-komunikazzjonijiet tal-FAO, il-ħamrija hija l-bażi ta’ 95 % tal-produzzjoni dinjija tal-ikel.
(4) Healthy soils are the basis for healthy food production (Ħamrija b’saħħitha hija l-bażi għall-produzzjoni tal-ikel tajjeb għas-saħħa), FAO 2015, https://www.fao.org/documents/card/en/c/645883cd-ba28-4b16-a7b8-34babbb3c505/ (mhux disponibbli bil-Malti)
(5) Il-Kummissjoni Ewropea 2020, Caring for soil is caring for Life, Report of the Mission Board for Soil Health and Food (Nibżgħu għall-ħamrija biex nibżgħu għall-Ħajja, ir-Rapport tal-Bord tal-Missjoni għas-Saħħa tal-Ħamrija u l-Ikel), 2020, (mhux disponibbli bil-Malti) https://op.europa.eu/en/web/eu-law-and-publications/publication-detail/-/publication/32d5d312-b689-11ea-bb7a-01aa75ed71a1
(6) Ibidem.
(7) EEA (2020), Land take in Europe – Indicator assessment (It-teħid tal-art fl-Ewropa — Valutazzjoni tal-indikaturi — mhux disponibbli bil-Malti), https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/indicators/land-take-3/assessment
(8) JRC-KE (2015), Soil threats in Europe: Status, methods, drivers and effects on ecosystem services (It-Theddid għall-Ħamrija fl-Ewropa: l-istatus, il-metodi, il-fatturi u l-effetti fuq is-servizzi tal-ekosistema), rapport tekniku https://esdac.jrc.ec.europa.eu/public_path/shared_folder/doc_pub/EUR27607.pdf (mhux disponibbli bil-Malti).
(9) JRC-KE 2018, Status of local soil contamination in Europe (L-istatus tal-kontaminazzjoni lokali tal-ħamrija fl-Ewropa) https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC107508 (mhux disponibbli bil-Malti).
(10) “Vision and objectives: achieving good soil health by 2050” (Viżjoni u oġġettivi: niksbu saħħa tajba tal-ħamrija sal-2050), Kummissjoni Ewropea 2021, Strateġija tal-UE dwar il-Ħamrija 2030, https://ec.europa.eu/environment/publications/eu-soil-strategy-2030_en
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/137 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE”
(COM(2021) 345 final)
(2022/C 290/22)
|
Relatur: |
Lidija PAVIĆ-ROGOŠIĆ |
|
Korelatur: |
Piroska KÁLLAY |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 10.8.2021 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adottata fis-sezzjoni |
9.2.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
222/1/5 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
Konklużjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jilqa’ b’mod ġenerali l-viżjoni fit-tul tal-Kummissjoni Ewropea għaż-żoni rurali. Il-proposti għal Pjan ta’ Azzjoni, inkluż Patt Rurali għall-involviment tal-atturi fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali biex jappoġġjaw il-viżjoni, huma milqugħa wkoll, bħalma huma dawk għall-istabbiliment ta’ Osservatorju Rurali u mekkaniżmu ta’ verifika rurali. |
|
1.2. |
Madankollu, mhuwiex ċar x’se jkunu l-implikazzjonijiet tat-tfassil u tal-kontenut tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) u tal-pjani strateġiċi tal-PAK ġodda min-naħa tal-Kummissjoni għal kull Stat Membru fir-rigward tal-viżjoni fit-tul, u kif il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza u valur miżjud bejn il-PAK u politiki oħra. |
|
1.3. |
Il-KESE japprova l-prijoritajiet tal-Pjan ta’ Azzjoni biex iż-żoni rurali jsiru aktar b’saħħtithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi. Il-KESE jqis li l-prosperità, definita bħala mod ta’ għajxien soċjalment u ambjentalment sostenibbli, trid tkun l-għan għaċ-ċittadini kollha, jgħixu fejn jgħixu. Jekk il-Pjan ta’ Azzjoni jitwettaq, se jkun hemm raġunijiet reali għal futur ottimist u kunfidenti għall-Ewropa rurali. |
|
1.4. |
Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tagħti riżultati permezz tal-Patt Rurali u tal-Pjan ta’ Azzjoni Rurali; madankollu, dan jiddependi ħafna mill-involviment tal-Istati Membri, tar-reġjuni u tal-komunitajiet lokali kollha. Il-KESE jqis li l-Kunsill tal-Ministri, kull Presidenza tal-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) u l-KESE nnifsu, ilkoll għandhom rwoli x’jaqdu, kif għandhom ukoll l-organizzazzjonijiet u n-networks tas-soċjetà ċivili, sabiex iwettqu l-viżjoni. L-element ewlieni biex tintlaħaq il-viżjoni huwa li jkun hemm Pjan ta’ Azzjoni ffinanzjat bis-sħiħ b’miri u dati ċari għal kejl trasparenti. |
|
1.5. |
Il-KESE jilqa’ wkoll il-politika msaħħa dwar il-verifika rurali u l-istabbiliment ta’ Osservatorju trasparenti għall-monitoraġġ tal-progress (1). Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u d-djalogu mal-imsieħba soċjali u tas-soċjetà ċivili huma essenzjali. Il-KESE huwa lest li jipprovdi appoġġ għal din il-ħidma, pereżempju billi jikkontribwixxi għall-ħidma tal-Grupp Tematiku l-ġdid tal-ENRD dwar il-Verifika Rurali. |
Rakkomandazzjonijiet
|
1.6. |
Il-KESE jemmen li hemm bżonn ta’ aktar involviment kontinwu ma’ organizzazzjonijiet parteċipattivi lokali rurali-urbani u ma’ organizzazzjonijiet lokali tas-soċjetà ċivili, u hemm bżonn ukoll l-awtonomizzazzjoni tagħhom biex il-viżjoni tinftiehem u tkun inklużiva bis-sħiħ. Il-Parlament Rurali Ewropew u networks eżistenti oħra, kif ukoll il-Konferenza attwali dwar il-Futur tal-Ewropa, għandu jkollhom rwol importanti fl-għoti ta’ fehmiet tal-komunità lokali. |
|
1.7. |
Il-KESE jqis li n-network rurali tal-Kummissjoni u l-gruppi ta’ djalogu ċivili, immexxija minn diversi DĠ, jeħtieġ li jrawmu proċeduri ta’ rapportar trasparenti u bidirezzjonali. Il-KESE jemmen ukoll li, filwaqt li japprezza l-impenji għall-verifika rurali fil-programm ta’ riċerka Orizzont Ewropa, aktar dipartimenti tal-Kummissjoni għandhom juru l-impenn olistiku tagħhom fil-konfront tal-viżjoni. B’mod partikolari, il-verifika rurali għandha tiġi estiża biex tinkludi l-Ewropa Kreattiva u l-Programm Erasmus+. |
|
1.8. |
Il-KESE jemmen li l-Patt Rurali jirrikjedi li l-Kummissjoni toħloq mudell ta’ governanza li jinkludi lill-gvernijiet lokali kif ukoll lin-negozji lokali, kemm privati kif ukoll dawk mingħajr skop ta’ qligħ, li jaħdmu ma’ strutturi lokali demokratiċi u tal-imsieħba soċjali sabiex jiġi żgurat li l-vuċijiet lokali jinstemgħu u li l-viżjoni fit-tul tkun tista’ tiġi implimentata b’suċċess. Dan il-Patt għandu jitgħallem mill-esperjenza tal-inizjattiva LEADER u ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD), u kull Presidenza tal-Kunsill tal-UE għandha tippromovi l-kunċett tal-Patt fl-UE. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu faċilitaturi u finanzjaturi attivi tal-proġetti pilota. |
|
1.9. |
Għandhom jitfasslu prijoritajiet komuni bl-użu ta’ metodi minn isfel għal fuq u bbażati fuq id-data. Għandha titwettaq rivalutazzjoni tal-effett tal-pandemija fuq il-Pjan ta’ Azzjoni, billi jitqies l-impatt ta’ domanda akbar għall-akkomodazzjoni rurali, spazju ġdid ta’ negozju fl-irħula, servizzi pubbliċi aħjar, żieda fl-ivvjaġġar lejn żoni rurali, u domanda akbar għat-turiżmu rikreattiv, u dak relatat mas-saħħa, ekoloġiku u kulturali. |
|
1.10. |
L-iżvilupp ta’ karta tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet rurali/urbani jista’ jkompli jgħin liċ-ċittadini jifhmu kif l-ambizzjonijiet tagħhom għall-benesseri jistgħu jintlaħqu u jispirahom biex jaġixxu, filwaqt li l-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali jrid ikun ta’ gwida għall-azzjonijiet kollha. |
2. Sfond
|
2.1. |
Madwar 136 miljun persuna jgħixu fiż-żoni rurali tal-UE, li jirrappreżentaw kważi 30 % tal-popolazzjoni tal-UE u, għal bosta raġunijiet, kif enfasizzat f’Opinjonijiet preċedenti tal-KESE (2), hemm distakk dejjem akbar fil-benesseri ekonomiku u soċjali bejn iċ-ċittadini urbani u dawk rurali. Għalkemm iż-żoni rurali għandhom rwol kruċjali fil-koeżjoni ekonomika u soċjali, inkluża l-produzzjoni sostenibbli tal-ikel, huma jiffaċċjaw l-isfida tad-depopolazzjoni, speċjalment taż-żgħażagħ. |
|
2.2. |
Storikament, l-appoġġ rurali joriġina minn għadd ta’ dipartimenti u strumenti finanzjarji differenti, fil-livelli tal-UE, kif ukoll fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, b’mod kemxejn kondiviż, diżassoċjat u burokratiku b’mod frustranti. L-intervent pubbliku rnexxa biss parzjalment, b’mod partikolari f’żoni rurali u gżejjer aktar remoti, b’mod li jżomm il-pass mat-tnaqqis fl-attività ekonomika, l-aċċessibbiltà diġitali fqira, l-eżodu taż-żgħażagħ u t-telf ta’ servizzi pubbliċi ewlenin, ħiliet tas-sengħa rurali, bijodiversità u wirt kulturali. |
|
2.3. |
Din hija r-raġuni għaliex il-KESE jemmen f’approċċ ħafna aktar integrat, iżda ekwu, ibbażat fuq il-post biex jiġu indirizzati dawn l-iżbilanċi. Kif enfasizzat fl-Opinjoni NAT/820 Lejn żvilupp rurali/urban sostenibbli (3), huwa meħtieġ approċċ olistiku, transsettorjali u simplifikat li fih “ħadd”, u l-ebda territorju, “ma jitħalla jibqa’ lura”. Hija rrakkomandata sħubija taċ-ċittadini kollha bbażata fuq fehim reċiproku u rispett kemm għall-assi rurali kif ukoll għal dawk urbani. |
|
2.4. |
Hija u tirrikonoxxi l-firxa ta’ sfidi li qed jiffaċċjaw iż-żoni rurali, f’Ġunju 2021 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Komunikazzjoni li tistabbilixxi viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE sal-2040 (4). Din il-Komunikazzjoni tinkludi proposti għal Patt Rurali li jinvolvi atturi fil-livelli tal-UE, kif ukoll fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali bħala appoġġ għall-viżjoni u Pjan ta’ Azzjoni biex jiġu appoġġjati żoni rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi. Hija tipprevedi wkoll l-istabbiliment ta’ Osservatorju Rurali biex itejjeb il-ġbir tad-data u l-analiżi tas-sitwazzjoni taż-żoni rurali u mekkaniżmu ta’ verifika rurali biex jiġi vvalutat l-impatt antiċipat ta’ inizjattivi leġiżlattivi ewlenin tal-UE fuq iż-żoni rurali. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
B’antiċipazzjoni tal-kuntest konġunt imsemmi hawn fuq, li jista’ jiġi żviluppat aktar fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, il-KESE jilqa’ b’mod ġenerali l-viżjoni fit-tul tal-Kummissjoni Ewropea għaż-żoni rurali tal-UE, u jappoġġja l-inizjattiva u l-impenn tal-presidenza tal-Kummissjoni. |
|
3.2. |
Il-KESE jemmen li viżjoni jeħtieġ li tkun inklużiva, tinftiehem b’mod mifrux, tkun ta’ ispirazzjoni u tagħti riżultati. Barra minn hekk, il-KESE jilqa’ enfasi partikolari fuq ir-reġjuni rurali remoti u inqas żviluppati, inklużi l-gżejjer. Madankollu, mhuwiex ċar x’se jkunu l-implikazzjonijiet tat-tfassil u tal-kontenut tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) l-ġdida u tal-pjani strateġiċi tal-PAK min-naħa tal-Kummissjoni għal kull Stat Membru fir-rigward tal-viżjoni fit-tul, u kif il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza u valur miżjud bejn il-PAK u politiki oħra. Il-PAK għandha tkun kapaċi tgħaqqad il-politiki agrikoli u tal-ikel mal-iżvilupp territorjali. |
|
3.3. |
Il-Kummissjoni Ewropea organizzat konsultazzjoni wiesgħa kemm taċ-ċittadini rurali kif ukoll ta’ dawk urbani, u involviet ruħha aktar fil-fond mal-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati permezz ta’ pjattaformi bħan-Network Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ENRD) u konsultazzjonijiet immirati (5). L-involviment ġie appoġġjat ukoll mix-xenarji ta’ riċerka taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (6) u l-Kummissjoni wettqet xogħol interdipartimentali dwar il-viżjoni. Il-KESE jilqa’ tali approċċ. |
|
3.4. |
Il-KESE jemmen li hemm bżonn ta’ aktar involviment ma’ organizzazzjonijiet parteċipattivi lokali rurali/urbani u ma’ organizzazzjonijiet lokali tas-soċjetà ċivili, kif ukoll hemm bżonn li dawn tingħatalhom l-awtonomizzazzjoni biex il-viżjoni tinftiehem u tkun inklużiva bis-sħiħ. Iċ-ċentru ta’ kompetenza tal-Kummissjoni li nħoloq dan l-aħħar dwar id-demokrazija parteċipattiva u deliberattiva, jista’ jkun forum għall-iżvilupp ta’ prattiki tajbin u għall-iżgurar ta’ rabtiet bejn l-istrutturi ta’ politika lokali u usa’. Il-viżjoni ssemmi b’mod speċifiku l-ħidma tal-Parlament Rurali Ewropew bħala eżempju wieħed li jipprovdi fehmiet tal-komunità lokali u joħloq pjattaforma ta’ prijoritajiet għall-involviment ma’ dawk li jfasslu l-politika f’livell għoli. Ix-xogħol u l-kontributi ta’ networks eżistenti oħra huma daqstant importanti. |
|
3.5. |
Dawk li ġew ikkonsultati lokalment jeħtieġ li jaraw evidenza li l-fehmiet tagħhom instemgħu, u li jikkondividu s-sjieda tal-iżviluppi. Għalhekk, il-KESE jqis li n-network rurali tal-Kummissjoni (li se jsir in-network futur tal-PAK) u l-gruppi tad-djalogu ċivili, immexxija minn diversi DĠ, jeħtieġ li jrawmu proċeduri ta’ rapportar bidirezzjonali u trasparenti. L-ENRD se jikkontribwixxi permezz ta’ żewġ gruppi tematiċi ġodda – b’enfasi fuq ir-rivitalizzazzjoni rurali u fuq il-verifika rurali, b’mod partikolari fil-livell nazzjonali u reġjonali. Il-KESE qed jistenna bil-ħerqa li jisma’ dwar l-eżiti tal-ħidma tiegħu fix-xhur li ġejjin. |
|
3.6. |
Il-KESE jemmen ukoll li aktar dipartimenti tal-Kummissjoni, inklużi dawk b’responsabbiltà għall-kultura, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-mobbiltà u t-trasport, iż-żgħażagħ, l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni, l-azzjoni klimatika, l-enerġija, l-ambjent, u oqsma rilevanti oħra, għandhom juru l-impenn olistiku tagħhom għall-viżjoni. Madankollu, id-deċiżjonijiet dwar il-perjodu ta’ finanzjament 2021-2027 ttieħdu qabel il-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni. F’dan il-perjodu, ir-responsabbiltà biex jiġu inklużi l-ħtiġijiet rurali fil-programmi rilevanti taqa’ fuq, primarjament, il-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali. Għad hemm riskju ta’ konfużjoni u nuqqas ta’ fehim sakemm il-politiki u l-finanzjament, fil-livelli kollha, ma jiġux issemplifikati u kkoordinati. L-istituzzjonijiet Ewropej jeħtiġilhom jiżguraw ukoll li l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jkunu konformi mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-istrumenti leġiżlattivi tiegħu, u jkunu jistgħu jiffinanzjaw l-implimentazzjoni tal-viżjoni rurali. |
|
3.7. |
Id-dati għall-bidu tal-Pjan ta’ Azzjoni u xi dati għar-rieżami ta’ nofs it-terminu huma elenkati, iżda d-dati tal-ikkompletar għal programmi individwali mhumiex. X’aktarx li jkun hemm xi skadenzi li jinqabżu, filwaqt li l-PAK il-ġdida, bil-kontribut tagħha għall-viżjoni, mhux se tkun lesta sal-2023. Huwa possibbli wkoll li jkun hemm xi konfużjoni sakemm ma ssirx referenza għall-klima globali u għal dati oħra fil-mira. |
|
3.8. |
Sabiex tkun ta’ ispirazzjoni, il-viżjoni jeħtieġ li tkun sostnuta, kif irrakkomandat fl-Opinjoni NAT/820, minn karta tad-drittijiet u responsabbiltajiet rurali/urbani, li tkun mifruxa u spjegata b’mod wiesa’, sabiex iċ-ċittadini kollha jifhmu kif jistgħu jintlaħqu l-ambizzjonijiet tagħhom għall-benesseri. Il-KESE jemmen li l-ispirazzjoni biex tittieħed azzjoni u biex issir differenza jiddependu fuq il-fehim mill-qrib tal-isfidi u fuq sens ta’ sjieda u fiduċja kondiviżi. |
|
3.9. |
Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tagħti riżultati permezz tal-Patt u tal-Pjan ta’ Azzjoni; madankollu, dan jiddependi ħafna mill-involviment tal-Istati Membri, tar-reġjuni u tal-komunitajiet lokali kollha. L-istabbiliment ta’ miri għat-twettiq fil-livell tal-Kummissjoni huwa sfida waħda, filwaqt li l-istabbiliment ta’ miri u l-kisba ta’ riżultati fil-livell statali, reġjonali u lokali huma ħafna aktar diffiċli. Il-KESE jqis li l-Kunsill tal-Ministri, il-Parlament Ewropew, il-KtR u l-KESE nnifsu kollha għandhom rwoli x’jaqdu, kif għandhom ukoll l-organizzazzjonijiet u n-networks tas-soċjetà ċivili, sabiex iwettqu din il-viżjoni. Inkella, it-twettiq inkonsistenti jista’ jwassal għal aktar żbilanċi, u jkun hemm lokalitajiet li jibbenefikaw mill-Pjan ta’ Azzjoni mentri oħrajn jibqgħu b’xejn. |
|
3.10. |
Il-KESE jemmen ukoll li l-Kummissjoni tista’ wkoll titgħallem minn stati u reġjuni mhux tal-UE, kif ukoll tikkondividi t-tagħlim magħhom, peress li żoni differenti tad-dinja jindirizzaw sfidi u opportunitajiet rurali/urbani simili. Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni ppreżentat il-Komunikazzjoni dwar il-viżjoni rurali lill-imsieħba tagħna tal-Balkani tal-Punent u tat-Turkija. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Il-KESE jemmen li l-Patt Rurali jirrikjedi li l-Kummissjoni toħloq mudell ta’ governanza li jinkludi lill-gvernijiet lokali kif ukoll lin-negozji lokali, kemm privati kif ukoll dawk mingħajr skop ta’ qligħ, li jaħdmu ma’ strutturi lokali demokratiċi u tal-imsieħba soċjali sabiex jiġi żgurat li l-vuċijiet lokali jinstemgħu u li l-viżjoni fit-tul tkun tista’ tiġi implimentata b’suċċess. Użu akbar ta’ għodod ibridi ta’ interazzjoni jista’ jżid il-parteċipazzjoni, madankollu xorta jeħtieġ li jintwera biċ-ċar il-kontribut tal-komunitajiet lokali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu faċilitaturi u finanzjaturi attivi tal-proġetti pilota. |
|
4.2. |
Il-Patt għandu jitgħallem mill-esperjenzi tal-inizjattiva LEADER u tas-CLLD, u kull Presidenza tal-Kunsill tal-UE għandha tippromovi l-kunċett tal-Patt matul il-presidenza. |
|
4.3. |
Il-KESE jemmen li l-iżvilupp rurali għandu jkun parti integrali mill-politika ta’ żvilupp reġjonali. LEADER/CLLD għandhom ikunu komponent importanti tal-iżvilupp territorjali. Il-KESE jirrikonoxxi li l-politika ta’ koeżjoni wara l-2020 tintroduċi objettiv ta’ politika trasversali ġdid għal żvilupp territorjali u lokali integrat u sostenibbli bil-għan li ħadd u l-ebda post ma jitħalla jibqa’ lura. Hija tipprovdi wkoll qafas flessibbli għall-Istati Membri biex jappoġġjaw iż-żoni rurali, billi jindirizzaw l-isfidi speċifiċi tagħhom. |
|
4.4. |
Is-soluzzjoni biex tintlaħaq il-viżjoni hija li jkun hemm Pjan ta’ Azzjoni ffinanzjat bis-sħiħ b’miri u dati ċari għal kejl trasparenti għall-istituzzjonijiet tal-UE u għall-Istati Membri kollha. Il-KESE qed jistenna bil-ħerqa li sa nofs l-2023 jara r-riżultat tal-ħidma tal-Kummissjoni, li se tqis liema azzjonijiet huma ppjanati għaż-żoni rurali – fl-ambitu tal-fondi tal-PAK u tal-politika ta’ koeżjoni – għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027. Dan għandu jidentifika b’mod ċar kwalunkwe lakuna li għandha tiġi indirizzata. |
|
4.5. |
Il-KESE qed jistenna bil-ħerqa wkoll li jara r-rapport pubbliku tal-Kummissjoni sal-ewwel trimestru tal-2024, ibbażat fuq l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Rurali tal-UE, li għandu jinkludi riflessjonijiet dwar orjentazzjoni mill-ġdid possibbli għal azzjoni ta’ appoġġ u finanzjament imsaħħa għaż-żoni rurali, li jappoġġja t-tħejjijiet għall-perjodu 2028-2034. |
|
4.6. |
Il-KESE japprova l-prijoritajiet tal-Pjan ta’ Azzjoni biex iż-żoni rurali jsiru “aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi”, kif ukoll l-enfasi fuq azzjoni speċifika għal kull prijorità. |
|
4.7. |
Għall-prijorità “aktar b’saħħithom”, il-Kummissjoni tenfasizza l-oqfsa komunitarji tat-teħid tad-deċiżjonijiet, b’opportunitajiet sħaħ tal-ġeneru u opportunitajiet soċjalment inklużivi oħrajn għal reazzjonijiet innovattivi. L-ilħna kkoordinati taż-żgħażagħ rurali jeħtieġ li jinstemgħu u għandhom ikunu involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livelli kollha tal-gvern. Għandu jkun hemm opportunitajiet speċifiċi taħt il-Programm Erasmus+ biex jiġu żviluppati ħiliet ta’ tmexxija u fehim akbar bejn iż-żgħażagħ rurali u urbani. Għandha tingħata attenzjoni speċifika lin-nisa, billi titwessa’ l-offerta tax-xogħol u t-taħriġ disponibbli għalihom, u jiġu promossi miżuri li jippermettu l-ksib ta’ bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata. |
|
4.8. |
Il-KESE jemmen li l-appoġġ għan-negozju għandu jkun immirat mhux biss lejn l-agrikoltura iżda wkoll lejn attività rurali usa’ u sostenibbli, u jibni fuq il-valur miżjud lokali, l-ekonomija ċirkolari u l-potenzjal li jintlaħqu l-miri globali fl-enerġija rinnovabbli, is-saħħa u t-turiżmu kulturali. L-enfasi fuq ir-rwol ta’ skemi ġusti tal-kwalità tal-ikel (eż. indikazzjonijiet ġeografiċi, evitar ta’ prattiki kummerċjali inġusti, programmi ta’ promozzjoni għal prodotti ċertifikati) u l-finanzjament ta’ soluzzjonijiet alternattivi ta’ tisħin huma eżempji konkreti. Il-ħolqien ta’ impjiegi deċenti, speċjalment impjiegi ta’ kwalità tajba, huwa essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali. Jistgħu jkunu meħtieġa miżuri speċjali biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tal-ħaddiema staġjonali. Huma meħtieġa wkoll aktar miżuri innovattivi, inklużi inċentivi fiskali (7), biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jirritornaw lejn iż-żoni rurali. |
|
4.9. |
Appoġġ finanzjarju semplifikat, inkluż ukoll permezz ta’ tassazzjoni adattata, b’mod partikolari għall-SMEs, mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, InvestEU u l-Bank Ewropew tal-Investiment, fost sorsi oħra, li kollha kemm huma għandhom ikunu reżistenti għaż-żoni rurali, għandhom ikunu disponibbli faċilment. Il-kontribut tal-qasam tal-volontarjat għandu jiġi promoss bħala finanzjament simetriku vis-a-vis l-intrapriżi soċjali. |
|
4.10. |
Għall-prijorità “konnessi”, il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa li l-inizjattiva tal-Kummissjoni “deċennju diġitali” tiġi aċċellerata u ssir universali, sabiex il-komunitajiet rurali kollha jkunu jistgħu jinnovaw, jiżviluppaw rabtiet kummerċjali, u jindirizzaw is-saħħa, l-edukazzjoni u d-deprivazzjoni soċjali. |
|
4.11. |
Is-sistemi tat-trasport sostenibbli huma meħtieġa għal soċjetà inklużiva u l-ħtieġa li ssir bidla minn sistema bbażata fuq il-fjuwil tal-karbonju għal waħda rinnovabbli se toħloq kemm problemi kif ukoll opportunitajiet għal żoni rurali remoti. F’dan il-kuntest, sistemi tat-trasport pubbliku li jkunu aċċessibbli faċilment u għall-but ta’ kulħadd huma l-ixprunaturi ewlenin biex tiġi indirizzata l-bidla demografika u biex titwaqqaf id-depopolazzjoni. |
|
4.12. |
Għall-prijorità marbuta mar-“reżiljenza”, il-Kummissjoni tirrikonoxxi, fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-kontribut enormi li l-agrikoltura sostenibbli, il-forestrija u riżorsi oħra tal-art u tal-ilma jistgħu jagħmlu biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima globali usa’, u tipproponi l-forniment ta’ servizzi tal-ekosistema, il-preservazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità, il-biedja aktar ekoloġika u l-promozzjoni ta’ pajsaġġi kulturali bħala opportunitajiet biex jissaħħu r-reżiljenza ekonomika u l-benesseri taż-żoni rurali. Il-Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa se jtejjeb ir-rapportar fl-Istati Membri. |
|
4.13. |
Il-KESE japprova dan l-approċċ, iżda jemmen li r-reżiljenza hija wkoll dwar il-koeżjoni komunitarja, ir-relazzjonijiet bejn il-ġenerazzjonijiet, it-taħriġ, l-edukazzjoni u t-trasferiment tal-ħiliet. Il-KESE jindika li l-fokus fuq ir-reżiljenza soċjali għandu jiġi enfasizzat b’mod aktar qawwi, billi jittieħed approċċ usa’. |
|
4.14. |
Il-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali għandu jiġi osservat billi jinkiseb appoġġ għal impjiegi ta’ kwalità, rurali, xogħol deċenti u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti. Jeħtieġ li l-imsieħba soċjali jkunu involuti b’mod formali fit-tfassil tal-politiki ekonomiċi u soċjali permezz tad-djalogu soċjali fil-livell lokali u reġjonali. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu jkun ukoll patt soċjali inklużiv. |
|
4.15. |
Għall-prijorità marbuta mal-“prosperità”, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ħtieġa li ż-żoni rurali jiddiversifikaw u jkunu bbażati fuq “strateġiji ekonomiċi lokali sostenibbli”. Il-KESE jappoġġja din is-sejħa, filwaqt li jirrikonoxxi li ż-żoni periurbani u remoti jista’ jkollhom aspettattivi differenti. |
|
4.16. |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-pandemija aċċellerat attivitajiet differenti relatati mal-produzzjoni tal-ikel, l-impjieg, impjiegi ġodda, xogħol mill-bogħod u forom ġodda ta’ xogħol, u l-ħtieġa ta’ approċċ ġdid biex tiġi żgurata kwalità tal-ħajja mtejba fiż-żoni rurali, sabiex il-persuni rurali jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu f’kundizzjonijiet deċenti. B’aktar diġitalizzazzjoni tal-ħajja tax-xogħol, l-ispazji ta’ ħidma konġunti faċilment aċċessibbli jistgħu jiġu promossi bħala servizz pubbliku, fejn meħtieġ, biex jintużaw iċ-ċentri tal-villaġġi u lokali battala. |
|
4.17. |
F’żoni rurali remoti u inqas żviluppati, kwalità tal-ħajja aktar baxxa hija attribwita għal nuqqas ta’ aċċess faċli għas-servizzi pubbliċi u għal servizzi pubbliċi aktar ineffiċjenti b’mod aktar ġenerali. Hemm bżonn ta’ titjib komprensiv fl-edukazzjoni, fis-saħħa u fil-kura soċjali għall-etajiet kollha, kif ukoll ta’ aktar akkomodazzjoni soċjali u akkomodazzjoni soċjali aħjar. Kif diġà enfasizza l-KESE fl-Opinjoni tiegħu SOC/628 (8) dwar L-isfidi demografiċi fl-UE fid-dawl tal-inugwaljanzi ekonomiċi u tal-iżvilupp, is-salvagwardja tal-istandards tal-għajxien tal-familji, inkluża l-promozzjoni ta’ servizzi edukattivi għat-tfal, tkun waħda mill-miżuri ewlenin biex tiġi miġġielda d-depopolazzjoni taż-żoni rurali u tal-bliet żgħar u ta’ daqs medju. |
|
4.18. |
Għandhom jitfasslu prijoritajiet komuni bl-użu ta’ metodi minn isfel għal fuq u bbażati fuq id-data. Għandha titwettaq rivalutazzjoni tal-effett tal-pandemija fuq il-Pjan ta’ Azzjoni, billi jitqies l-impatt ta’ domanda akbar għall-akkomodazzjoni rurali, spazji ġodda tan-negozju fl-irħula, aktar servizzi pubbliċi, akkomodazzjoni ta’ aktar vjaġġar f’żoni rurali u domanda akbar għat-turiżmu rikreattiv, u dak relatat mas-saħħa, ekoloġiku u kulturali. Il-KESE jqis li żieda fil-migrazzjoni mill-bliet għal żoni periurbani u forsi rurali b’mod ġenerali tista’ toħloq tensjonijiet bejn l-attività ekonomika rurali tradizzjonali u aspettattiva rikreattiva bbażata fuq it-trankwillità, li tirrikjedi xi attivitajiet ta’ medjazzjoni. |
|
4.19. |
Il-Kummissjoni jeħtieġ li tħaffef u tintegra ħafna mit-tagħlimiet siewja meħuda mill-proġetti ta’ riċerka tagħha fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa. Il-Programm LIFE (9), Robust (10), Rubizmo (11), Sherpa (12), Irħula Intelliġenti (13), Farmwell (14) u ħafna oħrajn, ipprovdew il-gwida meħtieġa biex jgħinu fit-twettiq tal-viżjoni. |
|
4.20. |
Il-KESE jqis ukoll li l-prosperità, definita bħala mod ta’ għajxien soċjalment u ambjentalment sostenibbli, trid tkun l-għan għaċ-ċittadini kollha, jgħixu fejn jgħixu. Il-prosperità ma għandhiex titqies esklussivament f’termini ekonomiċi, iżda trid tiġi kkomplementata minn approċċi bbażati fil-komunità li jiffukaw fuq is-sostenibbiltà soċjali u ambjentali. |
|
4.21. |
Il-KESE jilqa’ l-inizjattivi ewlenin proposti fil-Pjan ta’ Azzjoni, peress li dawn jagħtu prijorità lir-risposti għall-konsultazzjoni. Il-KESE jqis li l-isfida hija li r-riżorsi kkombinati tal-Kummissjoni, fi sħubija mal-Istati Membri u r-reġjuni, jiġu allinjati, mingħajr xkiel u b’finanzjament suffiċjenti, sabiex jinħoloq impatt pożittiv għall-komunitajiet lokali ta’ persuni u postijiet. Il-kunċett propost ta’ punt uniku ta’ servizz għall-appoġġ, u s-sett ta’ għodod ta’ finanzjament, meta disponibbli, għandhom jiġu aċċettati; madankollu hija meħtieġa skeda ta’ żmien ċara. |
|
4.22. |
Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, biex tgħin fit-twettiq tal-Patt Ekoloġiku turi x-xejra tal-Kummissjoni lejn tfassil u twettiq ta’ politika aktar inklużiva u magħquda. |
|
4.23. |
Il-KESE jilqa’ wkoll il-politika msaħħa dwar il-verifika rurali u l-istabbiliment ta’ Osservatorju trasparenti għall-monitoraġġ tal-progress. |
|
4.24. |
Għalkemm il-kunċett ta’ verifika rurali mhuwiex ġdid (ara d-Dikjarazzjoni ta’ Cork 2.0 (15)), il-KESE għad irid jiġi persważ li hemm biżżejjed determinazzjoni fil-Kummissjoni kollha, u fl-Istati Membri u fir-reġjuni, sabiex jagħmel differenza dejjiema. Il-kunċett għandu d-difetti, peress li ħafna baġits huma allokati fuq bażi per capita, li jaħdem kontra komunitajiet b’popolazzjoni baxxa. L-esperjenza wriet li l-ħolqien ta’ politiki bbażati fuq il-ħtiġijiet urbani u mbagħad l-għan li dawn isiru adatti biex jiġu indirizzati ż-żoni rurali huwa problema ta’ adegwatezza u ta’ puntwalità, filwaqt li jiġi stabbilit proċess ta’ kontabilità rapidu u trasparenti u jiġi żgurat li d-dipartimenti rilevanti kollha jaqblu mal-verifika rurali jkun ta’ sfida. |
|
4.25. |
Madankollu, il-KESE jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tipprovdi verifika rurali aħjar u jittama li tfassil rurali/urban olistiku tal-politiki u l-allokazzjoni tar-riżorsi jista’ jwassal għall-viżjoni. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippubblika rapport annwali li jagħti dettalji dwar liema dipartimenti, liema politiki u liema Stati Membri u reġjuni taw verifika rurali u kif. Għandha ssir enfasi fuq eżempji tajbin ta’ verifika rurali. Il-KESE jappoġġja l-integrazzjoni tal-verifika rurali fl-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar, u jitlob ukoll lill-Istati Membri jikkunsidraw l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ verifika rurali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. |
|
4.26. |
Il-KESE jilqa’ l-intenzjoni li jiġi stabbilit Osservatorju fi ħdan il-Kummissjoni biex jittejbu l-ġbir u l-analiżi tad-data, u li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ġenerali tal-Pjan ta’ Azzjoni, iżda jirrakkomanda trasparenza, dati ta’ ħidma, baġits u skopijiet ċari, u skrutinju estern mir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili dwar il-ħidma tiegħu. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Rapport ta’ informazzjoni tal-KESE dwar Evalwazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq l-iżvilupp territorjali taż-żoni rurali.
(2) Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE dwar Lejn strateġija olistika għall-iżvilupp rurali u urban sostenibbli (ĠU C 105, 4.3.2022, p. 49); Rapport ta’ informazzjoni tal-KESE dwar Evalwazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq l-iżvilupp territorjali taż-żoni rurali; Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE dwar Approċċ integrat għaż-żoni rurali tal-UE, b’enfasi speċjali fuq ir-reġjuni vulnerabbli (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 60).
(3) Rapport ta’ informazzjoni tal-KESE dwar Evalwazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq l-iżvilupp territorjali taż-żoni rurali.
(4) https://europa.eu/!TH39QH
(5) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati — rapport fil-qosor, SWD/2021/167 final/2.
(6) Repożitorju tal-Pubblikazzjonijiet tal-JRC – Xenarji għaż-Żoni Rurali tal-UE 2040.
(7) Eżempji ta’ inċentivi fiskali bħal dawn jeżistu f’diversi Stati Membri (eż. ir-reġjun ta’ Kastilja-La Mancha fi Spanja (jccm.es), https://bit.ly/3Llp0hb)
(8) Opinjoni tal-KESE dwar L-isfidi demografiċi fl-UE fid-dawl tal-inugwaljanzi ekonomiċi u tal-iżvilupp (ĠU C 232, 14.7.2020, p. 1).
(9) https://ec.europa.eu/growth/industry/strategy/hydrogen/funding-guide/eu-programmes-funds/life-programme_en
(10) https://rural-urban.eu/
(11) https://rubizmo.eu/
(12) https://rural-interfaces.eu/what-is-sherpa/
(13) https://enrd.ec.europa.eu/smart-and-competitive-rural-areas/smart-villages/smart-villages-portal_en
(14) https://farmwell-h2020.eu/
(15) Opinjoni tal-KESE dwar Mid-Dikjarazzjoni ta’ Cork 2.0 għal azzjonijiet konkreti (ĠU C 345, 13.10.2017, p. 37).
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/143 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali u li tissostitwixxi d-Direttiva 2008/99/KE”
(COM(2021) 851 final — 2021/0422 (COD))
(2022/C 290/23)
|
Relatur: |
Arnaud SCHWARTZ |
|
Korelatur: |
Ozlem YILDIRIM |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 2.5.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 83(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adottata fis-sezzjoni |
8.3.2022 |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
215/3/6 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tirrieżamina d-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali u li tissostitwixxi d-Direttiva 2008/99/KE (id-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali), peress li tindirizza n-nuqqasijiet ewlenin tad-Direttiva attwali u għandha l-għan li tindirizza ż-żieda fir-reati kriminali ambjentali fl-Ewropa. |
|
1.2. |
Il-KESE jindika li l-Proposta żżomm il-kamp ta’ applikazzjoni preċedenti tagħha permezz ta’ lista ta’ reati u ma għandhiex definizzjoni ta’ reat ġenerali awtonomu li jagħmel ħsara jew li jipperikola l-ambjent. Il-KESE jemmen li l-lista ta’ reati għandha tiġi estiża għall-akbar numru ta’ tipi ta’ reati possibbli sabiex jiġi evitat li d-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali terġa’ tiġi riveduta ftit wara d-dħul fis-seħħ tagħha u biex jiġi impedit li attività kriminali ambjentali partikolari tibqa’ ma tiġix ikkastigata. |
|
1.3. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti li tittejjeb l-implimentazzjoni tad-dritt kriminali ambjentali fl-Ewropa u jirrikonoxxi li Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali b’dispożizzjonijiet aktar ċari tikkontribwixxi għal implimentazzjoni aħjar. Il-KESE jemmen li l-elementi proposti li għandhom jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk id-dannu huwiex sostanzjali ma humiex sodisfaċenti, li tista’ tkun meħtieġa gwida ulterjuri u li definizzjoni awtonoma ta’ “dannu sostanzjali” tkun aktar ċara. |
|
1.4. |
Il-KESE jilqa’ r-referenza għal “ekoċidju” fil-premessi. Madankollu, il-KESE jemmen li jkun xieraq li dan it-terminu jiġi inkluż fil-parti operazzjonali tad-Direttiva. |
|
1.5. |
Il-KESE japprova l-inklużjoni ta’ standards minimi għall-iffissar ta’ limiti massimi għall-pieni għal persuni privati u limiti massimi għas-sanzjonijiet għal persuni ġuridiċi. Madankollu, il-KESE jemmen li sabiex is-sanzjonijiet ikunu verament effettivi, proporzjonati u dissważivi, il-limiti tagħhom għandhom jiżdiedu sostanzjalment. |
|
1.6. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li testendi l-ġurisdizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għar-reati ambjentali, u b’hekk toħloq Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ekoloġiku Ewropew li jkun jista’ jappoġġja l-ġlieda kontra r-reati ambjentali b’rabtiet magħrufa mal-kriminalità organizzata. |
|
1.7. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-katina tal-infurzar u jiġi implimentat id-dritt kriminali ambjentali Ewropew. Huwa jtenni r-rakkomandazzjoni tiegħu fir-Rapport ta’ Informazzjoni NAT/767 dwar Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali (1) għall-Istati Membri tal-UE biex jistabbilixxu forzi tal-pulizija speċjalizzati, prosekuturi, imħallfin u qrati fil-qasam tar-reati ambjentali. Il-KESE jemmen li d-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali tista’ tkun effettiva biss jekk tkun akkumpanjata minn riżorsi u taħriġ adegwati fil-livell tal-Istati Membri. |
2. Sfond
|
2.1. |
Ir-reati ambjentali huma r-raba’ kategorija ta’ kriminalità li tħalli l-aktar qligħ globalment u l-Eurojust irreġistrat li dawn ir-reati qed jiżdiedu fl-Unjoni Ewropea (2). Filwaqt li l-kundanni transfruntiera għar-reati ambjentali ma żdidux b’mod sostanzjali, ma nistgħux ngħidu l-istess għar-rata ta’ reati ambjentali mwettqa fl-Ewropa. |
|
2.2. |
Fil-15 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-Proposta tagħha għal reviżjoni tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali u li tissostitwixxi d-Direttiva 2008/99/KE. |
|
2.3. |
L-objettiv tad-Direttiva huwa li tipprovdi regoli minimi komuni għall-kriminalizzazzjoni tar-reati ambjentali billi tindirizza n-nuqqasijiet tad-Direttiva 2008/99/KE attwali. |
|
2.4. |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-evalwazzjoni tagħha tad-Direttiva 2008/99/KE fl-2020 (3). Din l-evalwazzjoni identifikat nuqqasijiet sinifikanti relatati mal-infurzar fil-prattika, il-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni, id-definizzjoni ta’ reati kriminali, il-livelli ta’ sanzjonijiet, in-nuqqas ta’ ċarezza tat-terminoloġija legali, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni transfruntiera, is-sistema ta’ responsabbiltà għal persuni ġuridiċi, u oqsma oħra tad-Direttiva. |
|
2.5. |
Il-Proposta għal Direttiva għandha l-għan li ttejjeb l-effettività tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet billi taġġorna l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva u billi tiċċara jew telimina termini vagi użati fid-definizzjonijiet tar-reati ambjentali, tiżgura tipi u livelli effettivi, dissważivi u proporzjonati ta’ sanzjonijiet għal reati ambjentali, ittejjeb l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni transfruntiera, ittejjeb it-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati dwar ir-reati ambjentali permezz ta’ ġbir u tixrid imtejjeb ta’ data statistika, u ttejjeb l-effettività operazzjonali tal-ktajjen nazzjonali ta’ infurzar għat-titjib tal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjonar. |
|
2.6. |
Il-Proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 83(2) tat-TFUE li, għall-kuntrarju tal-bażi legali preċedenti minn qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, huwa ankrat b’mod aktar qawwi fin-natura transfruntiera tar-reat ambjentali u jagħti lill-UE l-kompetenza li tistabbilixxi regoli minimi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet. |
|
2.7. |
Għalhekk, l-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tarmonizza l-użu tad-dritt kriminali bħala għodda aħħarija biex jiġi infurzat l-acquis kollu tad-dritt ambjentali tal-UE, inkluż il-Patt Ekoloġiku Ewropew, filwaqt li jiġu rrispettati l-objettivi tal-UE rigward l-iżvilupp sostenibbli, kwalità ambjentali aħjar u l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tirrieżamina d-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali u tissostitwixxi d-Direttiva 2008/99/KE, peress li tindirizza n-nuqqasijiet ewlenin tad-Direttiva attwali u għandha l-għan li tindirizza ż-żieda fir-reati kriminali ambjentali fl-Ewropa. |
|
3.2. |
Il-KESE jenfasizza r-rwol ta’ tmexxija internazzjonali tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima globali u l-protezzjoni tal-ambjent. Il-KESE huwa tal-fehma li l-ġlieda kontra r-reati ambjentali u l-kriminalità ambjentali organizzata fil-livell Ewropew hija element kruċjali ta’ dan ir-rwol ta’ tmexxija u jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-viċinat tal-UE u ma’ pajjiżi terzi oħra. |
|
3.3. |
Il-KESE jemmen li r-reviżjoni hija pass pożittiv lejn l-indirizzar taż-żieda fir-reati ambjentali u fir-reati ambjentali organizzati fl-Ewropa. Il-Kumitat japprezza d-deċiżjoni li d-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali l-antika u li ma tiffunzjonax sew tiġi sostitwita għalkollox minflok ma tiġi emendata. |
|
3.4. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti li tittejjeb l-implimentazzjoni tad-dritt kriminali ambjentali fl-Ewropa u jirrikonoxxi li Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali b’dispożizzjonijiet aktar ċari se tikkontribwixxi għal implimentazzjoni aħjar. Barra minn hekk, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-obbligi konkreti ta’ implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali, tad-dmirijiet ta’ rapportar u tar-rekwiżiti minimi għar-riżorsi, it-taħriġ u l-għodod investigattivi. |
|
3.5. |
Għaldaqstant, il-KESE jilqa’ l-estensjoni proposta tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali. Il-Kumitat jinnota li d-definizzjoni riveduta proposta ta’ “illegali” telimina kawża ewlenija ta’ ambigwità u l-estensjoni sinifikanti proposta tal-lista ta’ reati tippermetti protezzjoni ħafna aħjar tal-acquis ambjentali tal-UE. |
|
3.6. |
Il-KESE jindika li l-proposta ma għandhiex definizzjoni ta’ reat ġenerali awtonomu li jagħmel ħsara lill-ambjent jew li jipperikola l-ambjent. Filwaqt li testendi b’mod sinifikanti l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali, il-proposta xorta torbot il-kamp ta’ applikazzjoni ma’ dawk ta’ diversi fergħat oħra tad-dritt u ma’ leġiżlazzjoni sekondarja tal-UE, u b’hekk issir dipendenti fost l-oħrajn fuq il-liġi amministrattiva u ma tkunx tista’ tibqa’ valida fil-futur. Il-KESE jinnota li l-lista esklużiva proposta ta’ reati tista’ tirrikjedi proċeduri leġiżlattivi futuri sabiex tiġi aġġornata. |
|
3.7. |
Il-KESE jilqa’ r-referenza għall-ekoċidju fil-premessi. Madankollu, il-KESE jemmen li jkun xieraq li l-ekoċidju jiġi inkluż fil-parti operazzjonali tad-Direttiva. Barra minn hekk, il-KESE jenfasizza li kwalunkwe referenza għall-ekoċidju jeħtieġ li taderixxi mal-formulazzjoni proposta mill-Bord ta’ Esperti Indipendenti għad-Definizzjoni Legali ta’ Ekoċidju f’Ġunju 2021 (4). Il-KESE jirrakkomanda li l-ekoċidju jfisser atti illegali jew malizzjużi mwettqa fl-għarfien sħiħ li hemm probabbiltà sostanzjali li dawn l-atti jagħmlu ħsara serja u mifruxa jew fit-tul lill-ambjent. Il-KESE jilqa’ l-fatt li jissemmew il-kunflitti armati fil-premessi u jinnota li dawn huma prattikament dejjem ekoċidji. Il-KESE jiddispjaċih li l-ebda waħda mill-miżuri u d-deċiżjonijiet issuġġeriti ma kienet jew hija applikabbli għal dawk il-każi. |
|
3.8. |
Il-Kumitat stabbilixxa r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għar-reviżjoni tad-Direttiva fir-Rapport ta’ Informazzjoni tiegħu NAT/767 dwar Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali. Fid-dawl tal-Proposta ppubblikata, il-KESE jtenni r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu li tintuża r-reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali biex jinħoloq reat ġenerali li jipperikola l-ambjent, li jiġi stabbilit djalogu permanenti bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt kriminali ambjentali biex ikopri ċ-ċiberkriminalità ambjentali. |
|
3.9. |
Diversi investigazzjonijiet urew li hemm użu dejjem akbar ta’ reati ambjentali bħala mezz ta’ korruzzjoni jew ikollhom rabta ma’ mġiba korrotta jew bħala reat predikat għall-ħasil tal-flus. Peress li aktar riżorsi mill-baġit tal-UE huma allokati għat-tranżizzjoni ekoloġika, aħna nistennew ukoll li naraw riskju akbar ta’ mġiba kriminali bħal din assoċjata mal-implimentazzjoni ta’ fondi bħal dawn. Filwaqt li huwa minnu li l-ġestjoni tal-iskart hija waħda mis-setturi b’riskju għoli, ħafna oqsma oħra li għandhom impatt fuq il-protezzjoni tal-ambjent jistgħu jiġu affettwati mill-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus jew il-frodi. Il-KESE jilqa’ l-inklużjoni ta’ dawn ir-riskji fil-premessi iżda jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ aktar riżorsi allokati biex jiġu identifikati u investigati reati bħal dawn, kif ukoll għat-taħriġ tal-infurzar tal-liġi jew l-aċċess tas-soċjetà ċivili u l-ġurnalisti għal informazzjoni li tista’ tesponi tali mġiba. |
|
3.10. |
Fir-Rapport ta’ Informazzjoni tiegħu NAT/824 dwar Il-protezzjoni ambjentali bħala prerekwiżit għar-rispett tad-drittijiet fundamentali (5), il-Kumitat enfasizza l-ħtieġa urġenti li l-UE tressaq proposta dwar Direttiva dwar il-Governanza Korporattiva Sostenibbli u liġi tal-UE kontra s-SLAPP (Kawża Strateġika Kontra l-Parteċipazzjoni Pubblika) biex jiġu protetti dawk li jiddefendu l-ambjent, il-ġurnalisti u l-informaturi. Il-KESE jtenni dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jilqa’ l-inklużjoni ta’ dispożizzjoni dwar il-protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw reati ambjentali jew li jassistu l-investigazzjoni. |
|
3.11. |
Il-KESE jilqa’ l-armonizzazzjoni tal-istandards minimi għall-pieni u s-sanzjonijiet kif ukoll l-estensjoni tal-imġiba kriminali biex jiġu inklużi reati serji ta’ negliġenza u ta’ pperikolar, l-inklużjoni ta’ ċirkostanzi aggravanti u ta’ mitigazzjoni, u r-referenza għal pieni u sanzjonijiet addizzjonali. |
|
3.12. |
Il-KESE jappoġġja s-sejħa tal-Parlament fir-rapport 2020/2027(INI) dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għad-danni ambjentali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li testendi l-ġurisdizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għar-reati ambjentali, biex b’hekk jinħoloq Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ekoloġiku Ewropew li jkun jista’ jappoġġja l-ġlieda kontra r-reati ambjentali b’rabtiet magħrufa mal-kriminalità organizzata. Barra minn hekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li testendi l-mandat tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi biex dan ikun jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi ta’ reati ambjentali. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1. Pieni u sanzjonijiet
|
4.1.1. |
Il-KESE japprova l-inklużjoni ta’ standards minimi għall-iffissar ta’ limiti massimi għall-pieni għall-persuni privati u limiti massimi għas-sanzjonijiet għall-persuni ġuridiċi. Barra minn hekk, il-KESE japprezza r-rikonoxximent tal-ħtieġa li jiġu permessi multi amministrattivi u kriminali simultanji kif ukoll miżuri ta’ ffriżar u konfiska, li jirrispettaw il-prinċipju bażiku li l-prosekuzzjoni ma tiġix ikkunsidrata darbtejn għall-istess reat. Madankollu, il-KESE jemmen li, sabiex is-sanzjonijiet ikunu verament effettivi, proporzjonati u dissważivi, il-limiti tagħhom għandhom jiżdiedu b’mod sostanzjali. L-iffissar ta’ livelli ta’ sanzjonijiet għall-ksur tad-dritt ambjentali aktar baxxi minn dak f’oqsma oħra tad-dritt tal-UE, pereżempju d-dritt tal-kompetizzjoni, jgħaddi messaġġ ħażin dwar il-prijorità tal-acquis tad-dritt ambjentali tal-UE, inkluż il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-miri klimatiċi tal-2030. |
4.2. Reati ambjentali
|
4.2.1. |
Il-KESE jappoġġja t-talba tal-Parlament, fir-rapport tiegħu 2020/2027(INI) dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għad-danni ambjentali, biex il-Kummissjoni tevalwa l-possibbiltà li r-reati ambjentali jiġu inklużi fost l-għaxar kategoriji eżawrjenti ta’ reati fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE (6). |
|
4.2.2. |
Il-KESE jilqa’ l-estensjoni tal-lista ta’ reati fil-Proposta għal Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali. B’mod partikolari, huwa jilqa’ ż-żieda ta’ ksur tad-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti li ċerti proġetti pubbliċi u privati jkollhom fuq l-ambjent. |
|
4.2.3. |
Il-KESE jemmen li l-lista ta’ reati għandha tiġi estiża għall-akbar għadd ta’ tipi ta’ reati possibbli sabiex jiġi evitat li d-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali terġa’ tiġi riveduta ftit wara d-dħul fis-seħħ tagħha u biex jiġi evitat li attività kriminali ambjentali partikolari tibqa’ ma tiġix ikkastigata. Il-KESE jħeġġeġ lill-koleġiżlaturi jipproponu kwalunkwe espansjoni għal-lista ta’ kondotta li tikkostitwixxi reat kriminali meta din tkun illegali u titwettaq intenzjonalment jew b’negliġenza serja. |
4.3. Definizzjoni ta’ dannu sostanzjali
|
4.3.1. |
Meta jitqies li l-ambigwità tat-terminu “dannu sostanzjali” fid-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali l-antika kienet ġiet identifikata bħala ostaklu ewlieni għal investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet effettivi, il-KESE jemmen li l-elementi proposti li għandhom jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk id-dannu huwiex sostanzjali ma humiex sodisfaċenti, li tista’ tkun meħtieġa gwida ulterjuri u li definizzjoni awtonoma ta’ “dannu sostanzjali” kieku tkun aktar ċara. Dan jista’ jikkontribwixxi sostanzjalment għall-armonizzazzjoni interna sħiħa tant meħtieġa tad-definizzjonijiet, il-parametri u l-fehim fi ħdan id-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali. |
4.4. Ir-responsabbiltà kriminali għall-persuni ġuridiċi
|
4.4.1. |
Il-KESE jirrikonoxxi li r-regolamentazzjoni tar-responsabbiltà tal-kumpaniji u tal-kumpaniji prinċipali tvarja b’mod sinifikanti bejn is-sistemi legali tal-Istati Membri iżda, madankollu, jiddispjaċih li l-Proposta tal-Kummissjoni ma tirrevedix it-test oriġinali dwar ir-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi biex iħabirku għal aktar armonizzazzjoni. |
|
4.4.2. |
Il-KESE jenfasizza l-kunsiderazzjonijiet tal-Parlament, fir-rapport tiegħu 2020/2027(INI) dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għad-danni ambjentali, li f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, il-kumpaniji għandhom iġarrbu l-ispejjeż kollha tal-ħsara ambjentali li jkunu kkawżaw direttament sabiex jinċentivawhom ħalli jinternalizzaw l-esternalitajiet ambjentali u jevitaw l-esternalizzazzjoni tal-ispejjeż. |
|
4.4.3. |
Il-KESE jinsab imħasseb dwar l-esklużjoni espliċita tar-responsabbiltà għall-awtoritajiet tal-Istat u jemmen li ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu għall-prosekuzzjoni tat-trasgressuri ambjentali, speċjalment meta l-permessi u l-liċenzji jinkisbu permezz tal-korruzzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi. |
4.5. Interazzjoni mal-pubbliku
|
4.5.1. |
Il-KESE jilqa’ l-inklużjoni ta’ dispożizzjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi u ta’ persuni li jirrapportaw reati ambjentali jew li jgħinu fl-investigazzjoni. Il-Kumitat jisħaq fuq ir-rwol li għandhom l-organizzazzjonijiet pubbliċi u tas-soċjetà ċivili ġenerali fl-identifikazzjoni u r-rapportar ta’ reati ambjentali u jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet pubbliċi jsaħħu l-protezzjoni u d-djalogu mad-difensuri ambjentali. Il-Kumitat jenfasizza li l-protezzjoni mogħtija lill-persuni li jirrapportaw reati ambjentali jew li jassistu l-investigazzjoni jeħtieġ li tiġi estiża għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi. |
|
4.5.2. |
Il-KESE jappoġġja l-attenzjoni li l-Proposta tagħti lill-protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw reati ambjentali jew li jassistu fl-investigazzjonijiet. Madankollu, f’dawn l-aħħar snin, ma kinux biss l-informaturi iżda wkoll l-attivisti ambjentali u l-ġurnalisti investigattivi li rrappurtaw dwar reati ambjentali li spiċċaw vittmi ta’ pressjoni serja jew saħansitra vjolenza. Għalhekk, aħna nappellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li jkun hemm protezzjoni adegwata fl-Istati Membri kollha għall-informaturi, kif ukoll għal dawk li jistgħu jgħinuhom ixandru r-rapporti tagħhom lill-pubbliku, bħall-attivisti u l-ġurnalisti. |
|
4.5.3. |
Il-KESE jilqa’ r-rikonoxximent tad-dritt għall-membri tal-pubbliku kkonċernati li jipparteċipaw fil-proċedimenti. Il-Kumitat jenfasizza l-importanza li dan id-dritt jiġi applikat u interpretat fid-dawl tal-Artikolu 2(5) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (7). Barra minn hekk, peress li l-ambjent la jista’ jiddefendi lilu nnifsu u lanqas jirrappreżenta lilu nnifsu fil-qorti, il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġi pprovdut aċċess pubbliku adegwat għall-ġustizzja kif definit fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. |
|
4.5.4. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri jżidu wkoll l-appoġġ tagħhom għad-difensuri ambjentali barra mill-Unjoni Ewropea, permezz ta’ mezzi diplomatiċi, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) u s-soċjetà ċivili. |
|
4.5.5. |
Il-KESE jirrakkomanda li s-soċjetà ċivili tkun involuta fl-implimentazzjoni tad-Direttiva l-ġdida dwar ir-Reati Ambjentali. |
|
4.5.6. |
Il-KESE jsostni li l-“Katina ta’ infurzar” hija biss it-tieni nofs tal-“Katina tal-provvista” kollha tal-fenomenu tar-reati ambjentali u t-trattament tiegħu (ara: reati mwettqa-skoperti-irrapportati-mistħarrġa-sanzjonati). L-istudji li saru qabel ir-Rapport ta’ Informazzjoni tal-KESE NAT/767 urew lakuna kbira wara oħra fl-ewwel nofs tal-katina, l-aktar minħabba l-għarfien u l-perċezzjonijiet differenti tas-soċjetà dwar ir-reati ambjentali. Il-preżentazzjoni tal-kwistjoni lis-soċjetà kollha u s-sensibilizzazzjoni tagħha huma kruċjali għall-iżvilupp tar-responsabbiltà soċjali, u n-nuqqas tagħha jimmina l-effiċjenza tal-katina tal-infurzar. It-taħriġ u l-komunikazzjoni pubblika huma meħtieġa fejn il-kontribut tas-soċjetà ċivili huwa essenzjali. |
4.6. Il-katina ta’ infurzar
|
4.6.1. |
Il-KESE jilqa’ d-dispożizzjonijiet dwar il-prevenzjoni, ir-riżorsi, it-taħriġ, l-għodod investigattivi, il-kooperazzjoni transfruntiera u l-istrateġiji nazzjonali. Il-Kumitat itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu fir-Rapport ta’ Informazzjoni NAT/767 għall-Istati Membri tal-UE biex jistabbilixxu forzi tal-pulizija speċjalizzati, prosekuturi, imħallfin u qrati fil-qasam tar-reati ambjentali. Kif identifikat matul l-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali attwali, fil-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u mill-qasam akkademiku, il-livelli baxxi ta’ għarfien espert u riżorsi disponibbli għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali u l-kriminalità ambjentali organizzata fl-Istati Membri qed joħolqu ostakli kbar għall-identifikazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-infurzar. Il-KESE jemmen li d-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali tista’ tkun effettiva biss jekk tkun akkumpanjata minn riżorsi u taħriġ adegwati fil-livell tal-Istati Membri. Il-KESE jqis li l-istrateġiji nazzjonali proposti tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali huma l-ewwel pass pożittiv fid-direzzjoni t-tajba. |
|
4.6.2. |
Il-KESE jqis li l-inklużjoni ta’ informazzjoni ambjentali, inkluż it-twettiq ta’ reati minn persuni ġuridiċi, fil-parti mhux finanzjarja annwali tal-kumpaniji tar-rapportar tista’ tkun komponent importanti tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva. |
4.7. Taħriġ u Edukazzjoni
|
4.7.1. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li l-edukazzjoni tinkludi kemm taħriġ għall-uffiċjali nazzjonali kif ukoll sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku. Il-KESE jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra r-reati ambjentali u jitlob lill-Kummissjoni tagħti aktar appoġġ lill-Istati Membri billi tipprovdi networks professjonali, tiżviluppa għodod ġodda ta’ detezzjoni u infurzar, u tirrevedi programmi ta’ taħriġ għall-imħallfin u l-prosekuturi. Madankollu, il-KESE jemmen li l-iskemi ta’ taħriġ u edukazzjoni ma għandhomx japplikaw esklużivament għall-involviment tal-uffiċjali nazzjonali fil-katina tal-infurzar iżda għandhom jiġu estiżi għal udjenza usa’. |
4.8. Ir-rapportar tad-data u tal-istatistika tar-reati
|
4.8.1. |
Il-KESE jilqa’ d-dmirijiet previsti għall-ġbir u r-rapportar tad-data. Madankollu, huwa jenfasizza r-rapport tal-Eurojust, li jinnota u juri li n-nuqqas ta’ qbil universali dwar id-definizzjoni ta’ reat ambjentali jippreżenta sfidi għall-ġbir ta’ data u statistika sinifikanti dwar il-kriminalità (8). |
|
4.8.2. |
Il-KESE jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li toħroġ rapport biennali dwar id-data trażmessa mill-Istati Membri u jindika li l-istatistika annwali dwar il-kriminalità nazzjonali għandha tinforma u ssaħħaħ ir-Rieżami biennali tal-Implimentazzjoni Ambjentali. |
5. It-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni finanzjarja
|
5.1. |
Ir-reati ambjentali jagħmlu ħsara lill-ambjent u lis-saħħa l-ewwel u qabel kollox, iżda joħolqu wkoll distorsjoni fil-kompetizzjoni u fiċ-ċirkolarità, inaqqsu r-riżorsi pubbliċi permezz tal-esternalizzazzjoni tal-ispejjeż ta’ reintegrazzjoni u ta’ rimedju u jikkawżaw dannu lill-bwiet tal-kontribwenti billi jevitaw il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. Mingħajr infurzar u sanzjonijiet adegwati għall-ħsara lill-ambjent, inkluż permezz tad-dritt kriminali, ir-reati ambjentali jikkompromettu l-effettività tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kollu. Għalhekk, il-KESE jemmen li r-riżorsi meħtieġa għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali se jiġu kkumpensati mill-effett pożittiv tagħha fuq ir-riżorsi pubbliċi tal-UE u tal-Istati Membri. |
6. Reġjonalità u sussidjarjetà
|
6.1. |
Il-KESE jinnota li s-sorsi ta’ nuqqas ta’ konformità ambjentali huma prattikament dejjem lokali/muniċipali jew żgħar/subreġjonali, anke jekk l-impatt tagħhom jista’ jkun mifrux, eż. is-sorsi tat-tniġġis mhumiex biss speċifiċi, intensivi jew mifruxa iżda wkoll addittivi u kumulattivi. |
|
6.2. |
Il-passi ta’ skoperta u rapportar għandhom jissaħħu u jsegwu wkoll approċċ ibbażat fuq il-post. It-tagħmir tekniku, ir-riżorsi umani u tal-ħiliet, ir-responsabbiltà funzjonali, il-baġit u l-finanzjament għandhom jiġu attribwiti lil din l-isfida reġjonali u jirriflettuha. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) NAT/767 – Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali (Rapport ta’ informazzjoni).
(2) Report on Eurojust's Casework on Environmental Crime (Rapport rigward il-Każijiet tal-Eurojust dwar ir-Reati Ambjentali) – Jannar 2021 (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) SWD(2020) 259 final tat-28 ta’ Ottubru 2020 (mhux disponibbli bil-Malti).
(4) Stop Ecocide Foundation, Ġunju 2021, Independent Expert Panel for the Legal Definition of Ecocide, Commentary and Core Text
(5) NAT/824 – Il-ħarsien tal-ambjent bħala prerekwiżit għar-rispett tad-drittijiet fundamentali (Rapport ta’ informazzjoni).
(6) Rapport tal-Parlament 2020/2027(INI).
(7) United Nations Economic Commission for Europe (UNECE) Convention on Access to Information, Public Participation in Decision-Making and Access to Justice in Environmental Matters (Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali) (mhux disponibbli bil-Malti).
(8) Report on Eurojust's Casework on Environmental Crime (Rapport rigward il-Każijiet tal-Eurojust dwar ir-Reati Ambjentali) – Jannar 2021 (mhux disponibbli bil-Malti).
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/149 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/833 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral”
(COM(2022) 51 final — 2022/0035(COD))
(2022/C 290/24)
|
Relatur Ġenerali: |
Francisco Javier GARAT PÉREZ |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 17.2.2022 Kunsill, 28.2.2022 |
|
Bażi legali |
Artikoli 43(2) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
219/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jtenni mill-ġdid il-fehma tiegħu dwar il-Proposta għal Regolament li qed tiġi kkunsidrata, kif iddikjarat fl-Opinjonijiet 2018/05155 (1) u 2020/02842 (2) tiegħu, u li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom kienu dawn li ġejjin. |
|
1.2. |
Il-Kumitat iqis li hemm bżonn li l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar adottati mill-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) jiġu trasposti fid-dritt tal-Unjoni bil-għan li jiġu applikati b’mod uniformi u effettiv fi ħdan l-UE. |
|
1.3. |
Madankollu, il-KESE jqis li l-Proposta mressqa ma tistabbilixxix mekkaniżmu effiċjenti għat-traspożizzjoni tar-regoli adottati min-NAFO u ma tindirizzax il-ħtieġa li dawn jiġu aġġornati kull sena. |
|
1.4. |
Il-Kumitat huwa favur mekkaniżmu aktar effiċjenti u sempliċi, u għaldaqstant jipproponi Regolament b’artikolu wieħed biss li jistabbilixxi li, fir-rigward tal-flotta tagħha, l-Unjoni Ewropea għandha assolutament tapplika r-regoli adottati min-NAFO. |
|
1.5. |
Il-KESE jenfasizza r-riskju li ġġib magħha l-introduzzjoni tas-sistema ta’ atti delegati li permezz tagħha l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tilleġiżla mingħajr ma tkun soġġetta għal proċeduri ordinarji. |
2. Sinteżi tal-proposta leġiżlattiva
|
2.1. |
L-għan ewlieni tal-Proposta ppreżentata huwa l-integrazzjoni fid-dritt tal-Unjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar adottati mill-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) fil-laqgħa annwali tagħha f’Settembru 2021. |
|
2.2. |
Hija tinkludi emendi dwar il-kalkolu tal-kwota “Oħrajn”, u dwar il-miżuri ta’ akkumpanjament għall-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M u għall-ħalibatt ta’ Greenland fir-rigward tal-ispezzjoni tal-ħatt l-art. |
|
2.3. |
L-emendi jinkludu wkoll dispożizzjonijiet ġodda dwar proċeduri addizzjonali, ksur serju fir-rigward tal-użu ta’ ċerti daqsijiet tal-malji, tal-għeriebel jew tal-gradilji, u l-miżuri msaħħa relatati mas-segwitu għall-ksur, kif ukoll it-trażmissjoni ta’ dokumenti lin-NAFO u lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd. |
|
2.4. |
Il-Proposta tiddelega s-setgħat lill-Kummissjoni biex temenda r-Regolament (UE) 2019/833 fir-rigward tal-ħatt l-art u l-ispezzjoni tal-ħalibatt ta’ Greenland u l-miżuri ta’ infurzar għall-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M, f’każ li n-NAFO temenda l-miżuri tagħha fil-futur. |
|
2.5. |
Jeħtieġ li titħaffef l-adozzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet sabiex il-bastimenti tal-Unjoni jkunu jistgħu jistadu bl-istess kundizzjonijiet bħall-bastimenti l-oħra tal-Partijiet Kontraenti tan-NAFO. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jqis li huwa neċessarju li jiġu trasposti fid-dritt tal-Unjoni l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar adottati fl-aħħar laqgħa annwali tan-NAFO sabiex jiġi żgurat li jiġu applikati b’mod uniformi fl-UE. |
|
3.2. |
Madankollu, il-Kumitat huwa tal-fehma li din il-proċedura ta’ traspożizzjoni għadha mhux ibbażata fuq mekkaniżmu flessibbli, peress li dawn il-miżuri jinbidlu kull sena u l-proċeduri burokratiċi tal-UE jimxu bil-mod ħafna, u dan iwassal għal distakk kontinwu bejn ir-regoli adottati min-NAFO u l-leġiżlazzjoni tal-UE. |
|
3.3. |
Il-KESE jtenni l-ħtieġa li tiġi adottata proċedura aktar flessibbli, bħal dik proposta minnu stess fl-2019 u l-2020, li kienet appoġġjata wkoll mill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u s-setturi kkonċernati. Din il-proċedura tikkonsisti f’regolament sempliċi b’artikolu wieħed, li jinkludi l-impenn tal-Unjoni Ewropea li, fir-rigward tal-flotta tagħha, tapplika b’mod assolut ir-regoli adottati min-NAFO kull sena. |
|
3.4. |
Il-Kumitat jerġa’ jwissi li jekk inkomplu għaddejjin b’dan ir-Regolament, jistgħu jinħolqu regoli konfliġġenti, jew tal-inqas perjodi ta’ inċertezza legali għall-amministrazzjonijiet u n-negozji stess, li ma jkunux jafu jekk għandhomx jikkonformaw mar-regoli preċedenti, li huma fis-seħħ fl-UE, jew mar-regoli l-ġodda. Dan joħloq ukoll distorsjonijiet fl-applikazzjoni tal-miżuri fir-rigward ta’ flotot mhux tal-UE. |
|
3.5. |
Il-KESE jemmen li l-unika ħaġa li ser tiffaċilita l-introduzzjoni tas-sistema ta’ atti delegati hija li l-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi regoli mingħajr il-ħtieġa li tkun soġġetta għal proċeduri ordinarji. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Opinjoni tal-KESE dwar Miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU C 159, 10.5.2019, p. 60).
(2) Opinjoni tal-KESE dwar Miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar – NAFO (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 279).
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/151 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fakultattiv fir-rigward ta’ provvisti ta’ ċerti oġġetti u servizzi suxxettibbli għall-frodi u tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT”
(COM(2022) 39 final — 2022/0027(CNS))
(2022/C 290/25)
|
Konsultazzjoni |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 28.2.2022 |
|
Bażi ġuridika |
Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
194/1/4 |
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE huwa sodisfaċenti fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fakultattiv fir-rigward ta’ provvisti ta’ ċerti oġġetti u servizzi suxxettibbli għall-frodi u tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT u jħoss li ma hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-568 sessjoni plenarja tiegħu tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2022 (seduta tat-23 ta’ Marzu), b’196 vot favur, vot 1 kontra u 4 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/152 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tagħha u fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-Bolivja fuq għelejjel li jipproduċu ż-żerriegħa taċ-ċereali u għelejjel li jipproduċu ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali u tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra prodotti fil-Bolivja”
(COM(2022) 26 final — 2021/0016 (COD))
(2022/C 290/26)
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 14.2.2022 Kunsill, 8.2.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 43(2) u Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
178/1/7 |
Billi l-Kumitat diġà ta fehmtu dwar il-kontenut ta’ din il-proposta fl-Opinjoni tiegħu dwar L-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet — żrieragħ tal-Brażil u l-Moldova (1), adottata fl-14 ta’ Frar 2018, iddeċieda, matul il-568 sessjoni plenarja tiegħu tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2022 (seduta tat-23 ta’ Marzu), b’178 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 7 astensjonijiet, li ma jfassalx Opinjoni ġdida dwar il-kwistjoni, iżda li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokument imsemmi.
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/153 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tranżizzjonali għall-imballaġġ u t-tikkettar ta’ prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2001/82/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004”
(COM(2022) 76 final — 2022/0053 (COD))
(2022/C 290/27)
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 7.3.2022 Kunsill, 11.3.2022 |
|
Bażi ġuridika |
Artikoli 114 u 168(4)(b) u Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
193/0/4 |
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-568 sessjoni plenarja tiegħu tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2022 (seduta tat-23 ta’ Marzu), b’193 vot favur u b’4 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/154 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE)”
(COM(2022) 109 final — 2022/0075 (COD))
(2022/C 290/28)
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 10.3.2022 Kunsill, 10.3.2022 |
|
Bażi legali |
Artikoli 175(3), 177 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adottata fil-plenarja |
23.3.2022 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
199/0/6 |
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li, barra minn hekk, diġà ta fehmtu fl-Opinjonijiet preċedenti tiegħu, jiġifieri SOC/597 – Fond Soċjali Ewropew+, adottata fis-17 ta’ Ottubru 2018, ECO/462 – Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni, adottata fis-17 ta’ Ottubru 2018, kif ukoll fid-dokumenti ta’ pożizzjoni tiegħu SOC/591 – Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD)/Kriżi tal-COVID-19, ECO/517 – COVID-19: Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej – flessibbiltà eċċezzjonali, iddeċieda, matul il-568 sessjoni plenarja tiegħu tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2022 (seduta tat-23 ta’ Marzu 2022), b’199 vot favur, l-ebda vot kontra u 6 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti msemmija.
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew