|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 287/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10802 — ARES / ONEX / FOUNDER / RYAN) ( 1 ) |
|
|
2022/C 287/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10798 — NBIM / OXFORD PROPERTIES / SONY CENTER) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 287/03 |
||
|
2022/C 287/04 |
||
|
2022/C 287/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 287/06 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10813 – BLACKSTONE / CPP INVESTMENTS / ADVARRA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2022/C 287/07 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10836 – EQUINOR / SSE / TRITON POWER) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 287/08 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10802 — ARES / ONEX / FOUNDER / RYAN)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 287/01)
Fit 19 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10802. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
28.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10798 — NBIM / OXFORD PROPERTIES / SONY CENTER)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 287/02)
Fit 19 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10798. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-27 ta' Lulju 2022
(2022/C 287/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0152 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
138,89 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4446 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84138 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,4545 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9768 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
139,10 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,9558 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,575 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
404,67 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,7978 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9334 |
|
TRY |
Lira Turka |
18,1859 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4620 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3049 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
7,9692 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6306 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4088 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 333,99 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,1347 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,8534 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5140 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 213,07 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5263 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,455 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,400 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,4039 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,7530 |
|
INR |
Rupi Indjan |
81,1350 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
28.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta' Lulju 2022
dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì li jikkonċerna emendi fl-Appendiċi I tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat (l-Anness VI), mehmuż mal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra
(2022/C 287/04)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/269/KE tat-28 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Partijiet kellhom diskussjonijiet bil-ħsieb li jemendaw diversi Appendiċijiet tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid (l-Anness V) u tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat (l-Anness VI), tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra. B’mod partikolari, il-Partijiet iddiskutew l-Appendiċi I tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat. |
|
(2) |
Il-Partijiet innotifikaw lil xulxin b’listi ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u temmew b’suċċess il-proċeduri ta’ oppożizzjoni u ta’ eżami ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda li għandhom jiġu protetti skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat. |
|
(3) |
Filwaqt li jitqiesu l-konklużjonijiet tal-10 Kumitat Konġunt UE-Ċilì tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat li sar fi Brussell fit-13 ta’ Novembru 2017, hemm bżonn li l-Appendiċi I tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat jiġi sostitwit b’lista ġdida ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì. |
|
(4) |
Għalhekk, l-Unjoni u ċ-Ċilì nnegozjaw ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri. Il-Parti (2) tal-Anness tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri temenda l-Appendiċi I tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat f’konformità mal-Artikolu 16(2) ta’ dak il-Ftehim (2). |
|
(5) |
Għalhekk, il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri li jikkonċerna l-emendi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat jenħtieġ li jiġi approvat. |
|
(6) |
L-emendi tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għax-Xorb Spirituż, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì li jikkonċerna emendi fl-Appendiċi I tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat (l-Anness VI), mehmuż mal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra, huwa b’dan approvat, f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri u l-Appendiċi I tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat (il-Parti (2) tal-Anness) huma mehmużin ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Agrikoltura huwa b’dan awtorizzat jiffirma l-Ftehim u jiddepożita l-istrument ta’ approvazzjoni stipulat fil-Ftehim sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (3).
Magħmul fi Brussell, 26 ta' Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(2) Il-Parti (1) tal-Anness tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri temenda l-Appendiċijiet I, II, V u VIII tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid f’konformità mal-Artikolu 29(2) ta’ dak il-Ftehim u hija approvata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2022) 4875 ta’ 26 ta' Lulju 2022 (ĠU C 287, 28.7.2022, p. 19).
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI
bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì li jikkonċerna l-emendi għall-Appendiċijiet I, II, V u VIII tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid (l-Anness V) u l-Appendiċi I tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat (l-Anness VI), annessi mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra
ITTRA Nru 1
Ittra mill-Unjoni Ewropea
Brussell, xx.xx,xxxx
Sinjura,
Għandi l-unur nirreferi għad-diskussjonijiet li saru f’konformità mal-Artikolu 29(2)(a) tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid (l-Anness V) u l-Artikolu 16(2)(a) tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat (l-Anness VI), rispettivament, annessi mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, tat-18 ta’ Novembru 2002, kif emendat fl-2005, l-2006 u l-2009, li jistipula li l-Partijiet għandhom, bi ftehim reċiproku, jemendaw l-Appendiċijiet ta’ dawn il-Ftehimiet biex iqisu kwalunkwe emenda fil-liġijiet u r-regolamenti tal-Partijiet.
F’dawn id-diskussjonijiet ġie konkluż li l-Appendiċi I (Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ nbejjed li joriġinaw mill-Komunità), II (Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ nbejjed li joriġinaw miċ-Ċilì), V (Prattiki u proċessi enoloġiċi u Speċifikazzjonijiet tal-Prodott) u VIII (Protokoll) tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid, u l-Appendiċi I (Denominazzjonijiet Protetti għal xorb spirituż u xorb aromatizzat) tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat, għandhom jiġu emendati bl-Appendiċijiet mehmuża mal-Anness ta’ dan id-dokument.
Għandi l-unur nipproponi li l-Appendiċijiet I, II, V u VIII tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid u l-Appendiċi I tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat jiġu sostitwiti bl-Appendiċijiet mehmuża mal-Anness ta’ dan id-dokument.
Għandi wkoll l-unur nipproponi li din l-ittra u l-ittra tiegħek ta’ konferma bi tweġiba għandhom jikkostitwixxu ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì, li għandu jidħol fis-seħħ 90 jum wara d-data tal-ittra ta’ konferma tiegħek bi tweġiba.
Dejjem tiegħek,
F’isem l-Unjoni Ewropea
Firma tal-Membru tal-Kummissjoni
ITTRA Nru 2
Ittra mir-Repubblika taċ-Ċilì
Santiago, xx.xx.xxxx
Sinjur,
Bi pjaċir ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek ta’ […] li tgħid hekk:
“Għandi l-unur nirreferi għad-diskussjonijiet li saru f’konformità mal-Artikolu 29(2)(a) tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid (l-Anness V) u l-Artikolu 16(2)(a) tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat (l-Anness VI), rispettivament, annessi mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, tat-18 ta’ Novembru 2002, kif emendat fl-2005, l-2006 u l-2009, li jistipula li l-Partijiet għandhom, bi ftehim reċiproku, jemendaw l-Appendiċijiet ta’ dawn il-Ftehimiet biex iqisu kwalunkwe emenda fil-liġijiet u r-regolamenti tal-Partijiet.

Għandi wkoll l-unur nipproponi li din l-ittra u l-ittra tiegħek ta’ konferma bi tweġiba għandhom jikkostitwixxu ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì, li għandu jidħol fis-seħħ 90 jum wara d-data tal-ittra ta’ konferma tiegħek bi tweġiba”.
Bi pjaċir ninfurmak li r-Repubblika taċ-Ċilì taqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra, li għandha tidħol fis-seħħ fi XX.XX.XX.
Dejjem tiegħek,
F’isem ir-Repubblika taċ-Ċilì
ANNESS
|
(1) |
L-Anness V (Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid) huwa emendat kif ġej (1): |
(…)
|
(2) |
L-Anness VI (Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat) huwa emendat kif ġej:
|
(1) Il-Parti (1) tal-Anness ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri hija mehmuża mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2022) 4875, ta’ 26 ta' Lulju 2022 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar emendi fl-Appendiċijiet I, II, V u VIII tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid (l-Anness V), anness mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (ĠU C 287, 28.7.2022, p. 19).
|
28.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta' Lulju 2022
dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì li jikkonċerna emendi fl-Appendiċijiet I, II, V u VIII tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid (l-Anness V), anness mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra
(2022/C 287/05)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/269/KE tat-28 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Partijiet kellhom diskussjonijiet bil-ħsieb li jemendaw diversi Appendiċijiet tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid (l-Anness V) u tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat (l-Anness VI), tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra. B’mod partikolari, il-Partijiet iddiskutew l-Appendiċijiet I, II, V u VIII tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid. |
|
(2) |
Il-Partijiet innotifikaw lil xulxin b’listi ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u temmew b’suċċess il-proċeduri ta’ oppożizzjoni u ta’ eżami ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda li għandhom jiġu protetti skont il-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid. |
|
(3) |
Il-Partijiet qablu wkoll dwar proċedura semplifikata għaż-żieda ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda fl-Appendiċijiet I u II tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid. |
|
(4) |
Prattiki u proċessi enoloġiċi ġodda awtorizzati fl-Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì ġew notifikati f’konformità mal-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid. Skont l-Artikoli 21 u 22 ta’ dak il-Ftehim, jenħtieġ li jiżdiedu fl-Appendiċi V tiegħu. |
|
(5) |
Il-Partijiet adottaw rekwiżiti ġodda għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-prodotti tal-inbid li jidħlu fit-territorji rispettivi tagħhom, li jenħtieġ li jiżdiedu mal-Appendiċi VIII tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid. |
|
(6) |
Filwaqt li jitqiesu l-konklużjonijiet tal-11-il Kumitat Konġunt UE-Ċilì tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid li sar fi Brussell fit-13 ta’ Novembru 2017, hemm bżonn li l-Appendiċijiet I u II tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid jiġu sostitwiti b’lista ġdida ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì. Barra minn hekk, huwa neċessarju li jiġi mmodifikat l-Appendiċi V tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid biex jitqiesu l-prattiki ġodda tal-vinifikazzjoni tal-Partijiet u li jiġi mmodifikat l-Appendiċi VIII tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid fid-dawl ta’ regoli ġodda dwar iċ-ċertifikazzjoni adottati mill-Partijiet. |
|
(7) |
Għalhekk, l-Unjoni u ċ-Ċilì nnegozjaw ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri. Il-Parti (1) tal-Anness tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri temenda l-Appendiċijiet I, II, V u VIII tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid f’konformità mal-Artikolu 29(2) ta’ dak il-Ftehim (2). |
|
(8) |
Għalhekk, il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri li jikkonċerna l-emendi tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid jenħtieġ li jiġi approvat. |
|
(9) |
L-emendi tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì li jikkonċerna emendi fl-Appendiċijiet I, II, V u VIII tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid (l-Anness V), anness mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, huwa b’dan approvat, f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri u l-Appendiċijiet I, II, V u VIII tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid (il-Parti (1) tal-Anness) huma mehmużin ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Agrikoltura huwa b’dan awtorizzat jiffirma l-Ftehim u jiddepożita l-istrument ta’ approvazzjoni stipulat fil-Ftehim sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (3).
Magħmul fi Brussell, 26 ta' Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(2) Il-Parti (2) tal-Anness tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri temenda l-Appendiċijiet I tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat f’konformità mal-Artikolu 16(2) ta’ dak il-Ftehim u hija approvata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2022) 4877 ta’ 26 ta' Lulju 2022 (ĠU C 287, 28.7.2022, p. 4).
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI
bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì li jikkonċerna l-emendi għall-Appendiċijiet I, II, V u VIII tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid (l-Anness V) u l-Appendiċi I tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat (l-Anness VI), annessi mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra
ITTRA Nru 1
Ittra mill-Unjoni Ewropea
Brussell, xx.xx,xxxx
Sinjura,
Għandi l-unur nirreferi għad-diskussjonijiet li saru f’konformità mal-Artikolu 29(2)(a) tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid (l-Anness V) u l-Artikolu 16(2)(a) tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat (l-Anness VI), rispettivament, annessi mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, tat-18 ta’ Novembru 2002, kif emendat fl-2005, l-2006 u l-2009, li jistipula li l-Partijiet għandhom, bi ftehim reċiproku, jemendaw l-Appendiċijiet ta’ dawn il-Ftehimiet biex iqisu kwalunkwe emenda fil-liġijiet u r-regolamenti tal-Partijiet.
F’dawn id-diskussjonijiet ġie konkluż li l-Appendiċi I (Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ nbejjed li joriġinaw fil-Komunità), II (Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ nbejjed li joriġinaw fiċ-Ċilì), V (Prattiki u proċessi enoloġiċi u Speċifikazzjonijiet tal-Prodott) u VIII (Protokoll) tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid, u l-Appendiċi I (Denominazzjonijiet Protetti għal xorb spirituż u xorb aromatizzat) tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat, għandhom jiġu emendati bl-Appendiċijiet mehmuża mal-Anness ta’ dan id-dokument.
Għandi l-unur nipproponi li l-Appendiċijiet I, II, V u VIII tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid u l-Appendiċi I tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat jiġu sostitwiti bl-Appendiċijiet mehmuża mal-Anness ta’ dan id-dokument.
Għandi wkoll l-unur nipproponi li din l-ittra u l-ittra tiegħek ta’ konferma bi tweġiba għandhom jikkostitwixxu ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì, li għandu jidħol fis-seħħ 90 jum wara d-data tal-ittra ta’ konferma tiegħek bi tweġiba.
Dejjem tiegħek,
F’isem l-Unjoni Ewropea
Firma tal-Membru tal-Kummissjoni
ITTRA Nru 2
Ittra mir-Repubblika taċ-Ċilì
Santiago, xx.xx.xxxx
Sinjur,
Bi pjaċir ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek ta’ […] li tgħid hekk:
“Għandi l-unur nirreferi għad-diskussjonijiet li saru f’konformità mal-Artikolu 29(2)(a) tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid (l-Anness V) u l-Artikolu 16(2)(a) tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat (l-Anness VI), rispettivament, annessi mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, tat-18 ta’ Novembru 2002, kif emendat fl-2005, l-2006 u l-2009, li jistipula li l-Partijiet għandhom, bi ftehim reċiproku, jemendaw l-Appendiċijiet ta’ dawn il-Ftehimiet biex iqisu kwalunkwe emenda fil-liġijiet u r-regolamenti tal-Partijiet.
F’dawn id-diskussjonijiet ġie konkluż li l-Appendiċi I (Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ nbejjed li joriġinaw fil-Komunità), II (Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ nbejjed li joriġinaw fiċ-Ċilì), V (Prattiki u proċessi enoloġiċi u Speċifikazzjonijiet tal-Prodott) u VIII (Protokoll) tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid, u l-Appendiċi I (Denominazzjonijiet Protetti għal xorb spirituż u xorb aromatizzat) tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat, għandhom jiġu emendati bl-Appendiċijiet mehmuża mal-Anness ta’ dan id-dokument.
Għandi l-unur nipproponi li l-Appendiċijiet I, II, V u VIII tal-Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid u l-Appendiċi I tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat jiġu sostitwiti bl-Appendiċijiet mehmuża mal-Anness ta’ dan id-dokument.
Għandi wkoll l-unur nipproponi li din l-ittra u l-ittra tiegħek ta’ konferma bi tweġiba għandhom jikkostitwixxu ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì, li għandu jidħol fis-seħħ 90 jum wara d-data tal-ittra ta’ konferma tiegħek bi tweġiba.
Bi pjaċir ninfurmak li r-Repubblika taċ-Ċilì taqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra, li għandha tidħol fis-seħħ fi XX.XX.XX.
Dejjem tiegħek,
F’isem ir-Repubblika taċ-Ċilì
ANNESS
|
(1) |
L-Anness V (Ftehim dwar Kummerċ fl-Inbid) huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness VI (Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat) huwa emendat kif ġej (10): |
(…)
(1) Fuq it-tikketta, l-Indikazzjoni Ġeografika ‘DUNA’ għandu jkollha indikazzjoni, assoċjata direttament mal-isem ‘DUNA’, li tistipula li dan huwa nbid mir-reġjun tal-vitikultura magħruf bħala ‘DUNA’ fl-Ungerija sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni possibbli mat-trade mark ‘DUNA’ rreġistrata preċedentement fiċ-Ċilì.
(2) Il-liġi Nru. 18.455 tal-1985, li ‘Tistabbilixxi regoli dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ alkoħol etiliku, xorb alkoħoliku u ħall, u tħassar il-Ktieb I tal-Liġi Nru. 17.105’ (Ley N° 18.455 de 1985, que ‘Fija normas sobre producción, elaboración y comercialización de alcoholes etílicos, bebidas alcohólicas y vinagres, y deroga libro I de la Ley N° 17.105’).
(3) Id-Digriet Nru. 78 tal-1986, li ‘Jirregola l-Liġi Nru. 18.455, li tistabbilixxi regoli dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ alkoħol etiliku, xorb alkoħoliku u ħall’ (Decreto N° 78 de 1986, que ‘Reglamenta Ley N° 18.455 que fija normas sobre producción, elaboración y comercialización de alcoholes etílicos, bebidas alcohólicas y vinagres.’).
(4) Id-Digriet Nru. 9 tal-2019, li jemenda d-Digriet Nru. 78 tal-1986, tal-Ministeru għall-Agrikoltura, li jirregola l-Liġi Nru. 18.455, li "Tistabbilixxi regoli dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ alkoħol etiliku, xorb alkoħoliku u ħall. (Decreto No9 de 2019, que modifica el Decreto No78, de 1986, del Ministerio de Agricultura, que reglamenta la Ley No18.455, que ‘Fija normas sobre producción, elaboración y comercialización de alcoholes etílicos, bebidas alcohólicas y vinagres’).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 671)
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2)
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda ż-żoni ta' vitikultura li fihom tista' tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV ĠU L 149, 7.6.2019, p. 1).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 058 28.2.2018, p. 1)
(9) Il-Gazzetta Uffiċjali taċ-Ċilì N° 40413 tad-19 ta’ Novembru 2012, p. 6.
(10) Il-Parti (2) tal-Anness ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri hija mehmuża mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2022) 4877 ta’ 26 ta' Lulju 2022 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar emendi fl-Appendiċi I tal-Ftehim dwar Kummerċ f’Xorb Spirituż u Xorb Aromatizzat(l-Anness VI), anness mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (ĠU C 287, 28.7.2022, p. 4).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/81 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10813 – BLACKSTONE / CPP INVESTMENTS / ADVARRA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 287/06)
1.
Fl-20 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Blackstone, Inc. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Canada Pension Plan Investment Board (“CPP Investments”, il-Kanada), |
|
— |
Advarra Holdings, Inc. (“Advarra”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Blackstone u CPP Investments jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Advarra.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Blackstone: ġestjoni tal-assi alternattiva madwar id-dinja, |
|
— |
CPP Investments: organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-investimenti li tinvesti l-fondi ttrasferiti lilha permezz Canada Pension Plan. CPP Investments tinvesti prinċipalment f’ekwitajiet pubbliċi, ekwitajiet privati, propjetà immobbli, infrastruttura u investimenti b'introjtu fiss; |
|
— |
Advarra: fornitur ta’ servizzi ta’ rieżami etiku u soluzzjonijiet teknoloġiċi għal kumpaniji tal-biopharma, organizzazzjonijiet ta’ riċerka b’kuntratt, u siti tal-provi kliniċi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ tkun koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tkun speċifikata:
M.10813 – BLACKSTONE / CPP INVESTMENTS / ADVARRA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
28.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/83 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10836 – EQUINOR / SSE / TRITON POWER)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 287/07)
1.
Fid-19 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
SSE Thermal Generation Holdings Limited (“SSE Thermal”) (ir-Renju Unit), |
|
— |
Equinor New Energy Limited (“Equinor”) (ir-Renju Unit), sussidjarja ta’ Equinor ASA (in-Norveġja), |
|
— |
Triton Power Holdings Limited (“Triton Power”) (Jersey), li finalment hija kkontrollata minn Energy Capital Partners (l-Istati Uniti tal-Amerka). |
SSE Thermanl u Equinor jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Triton Power.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dan li ġejjin:|
— |
SSE Thermal hija s-sid u tħaddem impjanti konvenzjonali ta’ ġenerazzjoni termali fir-Renju Unit u fl-Irlanda. SSE Thermal hija parti mill-Grupp SSE, li jiżviluppa, jibni, iħaddem u jinvesti f’infrastruttura tal-elettriċità b’livell baxx ta’ karbonju. SSE Group għandu fokus strateġiku fuq l-enerġija rinnovabbli u n-networks tal-elettriċità regolati fis-segmenti tan-negozju ewlenin tiegħu: Enerġija Rinnovabbli, Distribuzzjoni u Trażmissjoni, |
|
— |
Equinor hija sussidjarja u proprjetà kollha kemm hi ta’ Equinor ASA. Equinor ASA hija kumpanija internazzjonali tal-enerġija li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Stavanger, in-Norveġja, li l-attivitajiet kummerċjali tagħha jikkonsistu prinċipalment fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni, it-trasport, ir-raffinar u l-kummerċjalizzazzjoni dinjija ta’ żejt mhux raffinat u prodotti derivati miż-żejt, gass u forom oħra ta’ enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli, |
|
— |
Triton Power hija kumpanija privata indipendenti li tiġġenera l-enerġija elettrika. Hija tħaddem tliet faċilitajiet fir-Renju Unit li jipprovdu taħlita ta’ servizzi ta’ network ta’ grilja nazzjonali, enerġija elettrika u provvista ta’ koġenerazzjoni lill-klijenti industrijali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ tkun koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tkun speċifikata:
M.10836 – EQUINOR / SSE / TRITON POWER
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/85 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(2022/C 287/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
Saumur
PDO-FR-A0260-AM01
Data tal-applikazzjoni: 22.9.2016
1. Regoli applikabbli għall-emenda
L-Artikolu 105 tar-Regolament Nru 1308/2013 - Emenda mhux minuri
2. Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda
2.1. Żona ġeografika
Iż-żona ġeografika ġiet emendata fil-punt 1 tat-taqsima IV tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott. Id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika ma nbidlitx, iżda l-lista ta’ entitajiet amministrattivi li jiddefinixxuha ġiet emendata minħabba emendi amministrattivi riċenti:
|
— |
Il-ħolqien tal-muniċipalità l-ġdida ta’ Brissac Loire Aubance (49) minflok il-muniċipalitajiet ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy -la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saulgé-l’Hôpital u Vauchrétien, li saru delegati; |
|
— |
Il-ħolqien tal-muniċipalità l-ġdida ta’ Doué-en-Anjou (49) minflok il-muniċipalitajiet ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Doué-la-Fontaine, Forges, Meigné, Montfort, Saint-Georges-sur-Layon u Verchers-sur-Layon, li saru delegati; |
|
— |
Il-ħolqien tal-muniċipalità l-ġdida ta’ Gennes-Val-de-Loire (49) minflok il-muniċipalitajiet ta’ Chênehutte-Trèves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies, Rosiers-sur -Loire, Saint-Martin -de-la-Place u Le Thoureil, li saru delegati; |
|
— |
Il-ħolqien tal-muniċipalità l-ġdida ta’ Lys-Haut-Layon (49) minflok il-muniċipalitajiet ta’ Cerqueux-sous-Passavant, La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné, Trémont u Vihiers, li saru delegati; |
|
— |
Il-ħolqien tal-muniċipalità l-ġdida ta’ Terranjou (49) minflok il-muniċipalitajiet ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon, li saru delegati. |
|
— |
Il-ħolqien tal-muniċipalità l-ġdida ta’ Tuffalun (49) minflok il-muniċipalitajiet ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine, li saru delegati; |
|
— |
Il-ħolqien tal-muniċipalità l-ġdida ta’ Val en Vignes (79) minflok il-muniċipalitajiet ta’ Bouillé-Saint-Paul, Cersay u Massais. Bidla editorjali: il-lista l-ġdida ta’ entitajiet amministrattivi tqis fużjonijiet jew bidliet oħra fiż-żona amministrattiva li seħħew minn meta ġiet approvata l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Għal aktar ċertezza legali, din ġiet elenkata skont il-verżjoni fis-seħħ tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali, ippubblikat kull sena mill-INSEE. Il-perimetru taż-żona ġeografika baqa’ strettament l-istess. Fl-aħħar nett, issir referenza għad-dispożizzjoni, fuq is-sit web tal-INAO, ta’ mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika biex ikun hemm informazzjoni aħjar għall-pubbliku. Il-punt 6 tad-Dokument Uniku dwar iż-żona ġeografika ġie emendat kif xieraq. |
2.2. Iż-żona tal-irqajja’ tar-raba’ demarkata
Fil-punt IV(2)(a) tal-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, wara l-kliem “il-5 ta’ Settembru 2007”, jiżdied il-kliem “u d-19 ta’ Jannar 2017”.
Din l-emenda għandha l-għan li żżid id-data ta’ approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ emenda tar-roqgħa tar-raba’ demarkata fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni. Id-demarkazzjoni tal-irqajja’ tar-raba’ tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ dawk l-irqajja’ tar-raba’ fi ħdan iż-żona ġeografika tal-produzzjoni li huma tajbin għall-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta kkonċernata.
Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat minn din l-emenda.
2.3. Żona fil-viċinanza immedjata
Fil-punt IV(3) tal-Kapitolu 1, il-lista tal-muniċipalitajiet hija sostitwita b’dan li ġej:
AOC Saumur (inbejjed bla gass bojod u rożè)
Id-département ta’ Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Louzy, Mauzé-Thouarsais, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars, Val en Vignes (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay)
Id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil
Id-département tal-Loire-Atlantique: Ancenis, Le Loroux-Bottereau, Le Pallet, La Remaudière, Vair-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz), Vallet
Id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Blaison-Saint-Sulpice (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ de Blaison-Gohier u Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brissac Loire Aubance (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saulgé-l’Hôpital u Vauchrétien), Cernusson, Chalonnes-sur-Loire, Chemillé-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou), Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Cléré-sur-Layon, Denée, Dénezé-sous-Doué, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Montfort u Saint-Georges-sur-Layon), Les Garennes-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Gennes-Val-de-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chênehutte-Trêves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil), Huillé, Ingrandes-Le Fresne sur Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant, La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné, Trémont u Vihiers), Mauges-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon), Montilliers, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels, La Varenne), Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Rochefort-sur-Loire, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Savennières, Soucelles, Soulaines-sur-Aubance, Terranjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine,), Val-du-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay),Varennes-sur-Loire, Verrie, Verrières-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Pellouailles-les-Vignes u Saint-Sylvain-d’Anjou), Villevêque
AOC Saumur (inbejjed bla gass ħomor)
Id-département ta’ Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Louzy, Mauzé-Thouarsais, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars, Val en Vignes (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay)
Id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil
Id-département tal-Loire-Atlantique: Ancenis, Le Loroux-Bottereau, Le Pallet, La Remaudière, Vair-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz), Vallet
Id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Blaison-Saint-Sulpice (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ de Blaison-Gohier u Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brissac Loire Aubance (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saulgé-l’Hôpital u Vauchrétien), Cernusson, Chacé, Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou), Cléré-sur-Layon, Denée, Dénezé-sous-Doué, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Montfort u Saint-Georges-sur-Layon), Les Garennes-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Gennes-Val-de-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chênehutte-Trêves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil), Huillé, Ingrandes-Le Fresne sur Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant, La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné, Trémont u Vihiers), Mauges-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon), Montilliers, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels u La Varenne), Parnay, Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Rochefort-sur-Loire, Saint-Cyr-en-Bourg, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Savennières, Soucelles, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Terranjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine), Turquant, Val-du-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay),Varennes-sur-Loire, Varrains, Verrie, Verrières-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Pellouailles-les-Vignes u Saint-Sylvain-d’Anjou), Villevêque
Id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame
Id-département ta’ Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Louzy, Mauzé-Thouarsais, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars, Tourtenay, Val en Vignes (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay)

Id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Artannes-sur-Thouet, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Blaison-Saint-Sulpice (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Blaison-Gohier u Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brissac Loire Aubance (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saulgé-l’Hôpital u Vauchrétien), Cernusson, Chacé, Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou), Cléré-sur-Layon, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Denée, Dénezé-sous-Doué, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Forges, Montfort u Saint-Georges-sur-Layon), Fontevraud-l’Abbaye, Les Garennes-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Gennes-Val-de-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chênehutte-Trêves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil), Huillé, Ingrandes-Le-Fresne sur Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant, La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné, Trémont u Vihiers), Mauges-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon), Montilliers, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels u La Varenne), Parnay, Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Rochefort-sur-Loire, Rou-Marson, Saint-Cyr-en-Bourg, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Just-sur-Dive, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Saumur, Savennières, Soucelles, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Terranjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine), Turquant, Val-du-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay), Varennes-sur-Loire, Varrains, Verrie, Verrières-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Pellouailles-les-Vignes u Saint-Sylvain-d’Anjou), Villevêque
Id-département tal-Vienne: Curçay-sur-Dive, Glénouze, Ranton, Ternay
AOC Saumur (inbejjed frizzanti ta’ kwalità bojod u rożè)
Id-département ta’ Deux-Sèvres: Louzy, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Thouars

Id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Blaison-Saint-Sulpice (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Blaison-Gohier u Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brissac Loire Aubance (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saulgé-l’Hôpital u Vauchrétien), Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chemillé-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou), Chaudefonds-sur-Layon, Denée, Les Garennes-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Huillé, Ingrandes-Le-Fresne sur Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Mauges-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon), Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels u La Varenne), La Possonnière, Rochefort-sur-Loire, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Savennières, Soucelles, Soulaines-sur-Aubance, Terranjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chavagnes u Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Louerre u Noyant-la-Plaine), Val-du-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay), Varennes-sur-Loire, Verrières-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Pellouailles-les-Vignes u Saint-Sylvain-d’Anjou), Villevêque
Dan jippermetti li jitqiesu l-fużjonijiet differenti tal-muniċipalitajiet li saru mill-aħħar verżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet. Il-perimetru taż-żona immedjata jibqa’ strettament identiku.
Il-punt 9 tad-Dokument Uniku dwar il-kundizzjonijiet addizzjonali ġie emendat kif xieraq.
2.4. Dispożizzjoni agroambjentali
Fil-punt VI(2)(a) tal-Kapitolu 1, jiżdied il-kliem: “Hija obbligatorja kopertura ta’ ħaxix ikkontrollat, spontanju jew miżrugħ, bejn ir-ringieli; fl-assenza ta’ din il-kopertura ta’ ħaxix, l-operatur għandu jaħrat il-ħamrija bil-għan li jiżgura li jkollu kopertura ta’ ħaxix spontanju taħt kontroll jew jiġġustifika l-użu ta’ prodotti bijoloġiċi ta’ kontroll approvati mill-awtoritajiet pubbliċi tal-vitikultura. F’każ li jintużaw l-erbiċidi bijoloġiċi ta’ kontroll fuq roqgħa art, l-użu ta’ erbiċidi oħra għandu jiġi pprojbit.”
Din l-emenda takkumpanja l-iżvilupp attwali tal-prattiki tal-operaturi favur l-agroekoloġija fil-vinja ta’ Anjou. Din tirrifletti l-kunsiderazzjoni dejjem tikber tat-tħassib ambjentali fl-itinerarji tekniċi. Peress li tippromwovi l-preżenza ta’ kopertura ta’ ħaxix jew l-użu ta’ tnaqqija mekkanika jew l-użu ta’ prodotti bijoloġiċi ta’ kontroll, din twassal għal tnaqqis fl-użu ta’ erbiċidi kimiċi. Dan it-tnaqqis fl-erbiċidi għandu jsaħħaħ il-protezzjoni tal-ħamrija għall-produzzjoni tal-inbid u l-preservazzjoni tal-karatteristiċi naturali tagħha (il-fertilità, il-bijodiversità, il-bijotrattament), li jikkontribwixxi għall-kwalità u għall-awtentiċità tal-inbejjed u li jsaħħaħ il-kunċett ta’ żona lokali.
Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat minn din l-emenda.
2.5. Tħabbir tal-ħsad
Fil-punt VII(1) tal-Kapitolu I, titħassar is-sentenza “Id-data tal-bidu tal-ħsad tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu D. 645-6 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.”.
L-istabbiliment ta’ data tal-bidu tal-ħsad illum il-ġurnata ma għadux meħtieġ, peress li l-operaturi issa għandhom firxa wiesgħa ta’ għodod li jippermettulhom jivvalutaw il-maturità tal-għeneb bl-aktar mod preċiż possibbli. Kull operatur għandu għadd ta’ apparat u tagħmir, kemm personali kif ukoll komuni, li jagħmluha possibbli li tiġi ddeterminata b’mod preċiż l-aħjar data għall-bidu tal-ħsad ta’ kull roqgħa art, skont l-għanijiet tal-produzzjoni.
Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat minn din l-emenda.
2.6. Biċċiet tal-injam
Fil-punt IX(1)(d) tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kliem “l-użu ta’ biċċiet tal-injam huwa awtorizzat waqt il-vinifikazzjoni” huwa sostitwit bil-kliem “l-użu ta’ biċċiet tal-injam huwa pprojbit ħlief waqt il-vinifikazzjoni”.
Din l-emenda għandha l-għan li tispeċifika li l-projbizzjoni fuq l-inkorporazzjoni ta’ biċċiet tal-injam tal-ballut għadha fis-seħħ, ħlief waqt il-vinifikazzjoni tal-inbejjed ħomor tad-denominazzjoni. Użati waqt il-vinifikazzjoni, it-tannini fl-injam jippermettu espressjoni aħjar tat-togħma tal-frott u jiżviluppaw l-istruttura tal-inbejjed billi jagħmluhom ibbilanċjati u jagħtuhom togħma li ddum tintiegħem, filwaqt li jiżguraw l-istabbiltà tal-kulur jekk ikun hemm tqaddim. F’dan ir-rigward, il-produtturi jridu jsaħħu t-tipiċità tal-inbejjed tad-denominazzjoni bħala prodotti tal-frott u delikati, tajbin biex jinxtorbu anke qabel it-tqaddim.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku dwar il-prattiki enoloġiċi speċifiċi ġie emendat kif xieraq
2.7. Kapaċità tal-kmamar tal-fermentazzjoni
Fil-punt IX(1)(e) tal-Kapitolu 1, is-sentenza: “Kull operatur għandu jkollu kapaċità tal-kmamar tal-fermentazzjoni għall-vinifikazzjoni ta’ mill-inqas 1,4 darbiet daqs ir-rendiment medju tal-azjenda matul l-aħħar ħames snin.” ġiet issostitwita bis-sentenza: “Kull operatur għandu jkollu kapaċità tal-kmamar tal-fermentazzjoni għall-vinifikazzjoni ta’ mill-inqas 1,4 darbiet il-volum medju ta’ nbid matul dawn l-aħħar ħames snin.”
Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ma kienx hemm referenza għall-kapaċità tal-volum (espressa f’hl jew f’m3) iżda għar-rendiment, jiġifieri volum tal-ħsad diviż bl-erja ta’ produzzjoni (espress pereżempju f’hl/ha). L-emenda proposta tagħmilha possibbli li tiġi rrimedjata din l-inkonsistenza f’termini ta’ kwantitajiet, mingħajr ebda bidla fis-sustanza (b’minimu dejjem stabbilit għal 1,4 darbiet il-volum medju tal-inbid prodott mill-azjenda fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti).
Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat minn din l-emenda.
2.8. Ċirkolazzjoni tal-inbejjed
Il-punt IX(5)(b) tal-Kapitolu 1 dwar id-data taċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn id-depożitanti awtorizzati jitħassar.
Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat minn din l-emenda.
2.9. Miżura tranżizzjonali
Tneħħew miżuri tranżizzjonali li waslu biex jiskadu.
Fil-punt XI tal-Kapitolu 1, ġie miżjud li “Id-dispożizzjonijiet relatati mal-obbligu ta’ kopertura ta’ ħaxix ikkontrollat, spontanju jew miżrugħ bejn ir-ringieli jew, fl-assenza ta’ dik il-kopertura ta’ ħaxix, l-obbligu li l-operatur jaħrat il-ħamrija jew li juża prodotti bijoloġiċi ta’ kontroll sabiex jiżgura l-kontroll tal-veġetazzjoni spontanja, ma għandhomx japplikaw għall-irqajja’ ta’ art ta’ vinji stabbiliti fid-data tal-approvazzjoni ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u li d-distanza tagħhom bejn ir-ringieli tad-dwieli tkun ta’ 1,70 metru jew inqas.”
Il-miżura tranżizzjonali tagħmilha possibbli li ma jiġux penalizzati l-vinji stabbiliti li l-metodu ta’ taħriġ attwali tagħhom ma huwiex adattat għad-dispożizzjonijiet agroambjentali. Fil-vinji b’densità għolja, ikkaratterizzati minn distanza bejn ir-ringieli ta’ 1,70 metru jew inqas, il-manutenzjoni tal-ħaxix permanenti jew il-ħrit tal-ħamrija jistgħu tabilħaqq jikkawżaw problemi tekniċi (il-mekkanizzazzjoni, it-tagħmir, l-għodod). Fil-vinji baxxi, il-ħaxix iżid ukoll ir-riskju tal-ġlata tar-rebbiegħa. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ kopertura ta’ ħaxix tkun teħtieġ saħansitra provvista tal-ilma akbar għad-dwieli aktar ma d-densità tat-tħawwil tkun għolja. B’kuntrast ma’ dan, il-vinji li se jitħawlu wara l-approvazzjoni mis-CDC se jkollhom jikkonformaw, b’għarfien sħiħ tal-fatti, mad-dispożizzjonijiet agroambjentali introdotti, irrispettivament mid-densità tagħhom u d-distanza bejn ir-ringieli.
Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat minn din l-emenda.
2.10. Qawwa alkolika
Fil-punt II(3) tal-Kapitolu 2, il-kliem “f’qawwa” ġew issostitwiti b’“naturali”.
B’konsistenza mal-metodu ta’ formulazzjoni użat fl-Ispeċifikazzjonijiet kollha taż-żona ta’ Anjou Saumur, il-kliem “qawwa alkoħolika naturali skont il-volum” jissostitwixxu t-termini “qawwa potenzjali” jew “grad”. Dawn l-emendi jtejbu l-leġġibbiltà ta’ dawn l-Ispeċifikazzjonijiet. L-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet relattivi dwar iż-żamma ta’ reġistri hija maħsuba biex tiffaċilita t-tfassil tal-pjan ta’ spezzjoni u l-monitoraġġ ta’ dawn ir-reġistri.
Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat minn din l-emenda.
2.11. Punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati
Il-Kapitolu 3 ġie rivedut għall-konsistenza fil-kliem tal-punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati fl-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott taż-żona ta’ Anjou Saumur.
Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat minn din l-emenda.
2.12. Estensjoni tad-DOP Saumur għal inbejjed rożè bla gass
Fil-livell nazzjonali, id-DOP attwali Saumur u Cabernet de Saumur għandhom Speċifikazzjonijiet tal-Prodotti komuni. Id-DOP Cabernet de Saumur tiġi prodotta fl-istess terroirs bħad-DOP Saumur (għall-inbejjed bojod bla gass) u tkopri biss l-inbejjed rożè bla gass minn din iż-żona. Fl-interess taċ-ċarezza u biex jiġu identifikati aħjar il-prodotti fi ħdan it-terroir tiegħu, il-grupp applikant jixtieq jintegra l-inbejjed rożè bla gass fl-istess DOP Saumur, u fl-istess ħin jitlob il-kanċellazzjoni tad-DOP Cabernet de Saumur. Din it-talba hija mmotivata wkoll mix-xewqa li tissaħħaħ il-protezzjoni kumplessiva tal-inbejjed taħt isem ġeografiku wieħed uniku, dak ta’ Saumur. Barra minn hekk, ir-rabta kawżali fil-kontenut ma hijiex mibdula minn din l-emenda. Il-paragrafi tal-Kapitolu X tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li dehru taħt l-isem Cabernet de Saumur huma sempliċiment ripetuti fil-paragrafu diġà eżistenti dwar l-AOC Saumur. Barra minn hekk, ir-referenza fl-isem tad-denominazzjoni attwali Cabernet de Saumur għall-varjetà tal-għeneb Cabernet twassal għal konfużjoni mal-inbejjed magħmulin minn din il-varjetà ta’ għeneb, bi jew mingħajr indikazzjoni ġeografika, iżda wkoll mad-DOP Cabernet d’Anjou, li wkoll tipproduċi nbejjed rożè, iżda li tinsab f’żona ġeografika differenti u għandha karatteristiċi analitiċi u organolettiċi differenti.
2.13. Tneħħija tar-referenzi għad-DOP Cabernet de Saumur
Minħabba l-estensjoni tad-DOP Saumur għall-inbejjed rożè, l-isem Cabernet de Saumur u kull referenza għalih għaldaqstant jitħassru f’kull okkorrenza fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Għaldaqstant id-Dokument Uniku ġie emendat.
2.14. Id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame
Fir-raba’ linja tat-tieni kolonna tat-tabella fil-punt IV(1)(a) tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-ismijiet tal-muniċipalitajiet li ġejjin tħassru: Brézé, Cizay-la-Madeleine, Distré, Doué-la-Fontaine (li saret muniċipalità delegata tal-muniċipalità l-ġdida Doué-en-Anjou), Montreuil-Bellay u Les-trois-Moutiers. L-għan ta’ din l-emenda huwa li jitneħħew l-imsemmija muniċipalitajiet miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame tad-DOP Saumur. Dan minħabba l-għajbien tal-metodi tal-produzzjoni tad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame f’dawn is-seba’ muniċipalitajiet. Iż-żona ġeografika ta’ din id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali ġiet demarkata fl-2008. Minn dik id-data ’l hawn, il-metodu tal-produzzjoni tad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame f’dawn is-seba’ muniċipalitajiet spiċċa kompletament u ma għadux ippruvat. B’konsegwenza ta’ dan, dawn is-seba’ muniċipalitajiet qed jitneħħew miż-żona ġeografika ta’ din id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali tad-DOP Saumur.
Il-punt 6 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
DOKUMENT UNIKU
1. Dénomination(s)
Saumur
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbejjed bojod bla gass
L-inbejjed bojod bla gass huma xotti, spiss ta’ kulur isfar ċar bi sfumaturi ħadranin. Jevokaw togħma delikata. Fwieħet l-inbejjed ta’ frott u fjuri bojod spiss tispikka. It-togħma tagħhom toffri sensazzjoni ta’ freskezza pjaċevoli. Din il-freskezza ġejja minn ċerta aċidità li tikxef vivaċità li tagħti volum lit-togħma. L-inbejjed bojod għandhom aromi tal-frott varjati fil-palat.
L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum ta’ 10,5 %.
Wara l-fermentazzjoni, il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) tal-inbejjed huwa stabbilit għal
|
— |
3 grammi jew inqas għal kull litru |
|
— |
6 g/L jew inqas jekk il-kontenut totali ta’ aċidità espress fi grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma jkunx aktar minn 2 grammi inqas għal kull litru mill-kontenut ta’ zokkor fermentabbli. |
L-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 12,5 % wara l-arrikkiment.
Il-kontenut ta’ aċidità volatili, aċidità totali u diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed bojod għandhom jitqaddmu mill-inqas sal-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
Il-kriterji analitiċi l-oħra jsegwu r-regolament fis-seħħ.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
12,5 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
2. Inbejjed rożè bla gass
L-inbejjed rożè bla gass għandhom kulur roża ċar. L-aromi tagħhom huma sottili u spiss jevokaw il-frott aħmar. It-togħma hija friska, ta’ frott u ddum fil-ħalq. Dawn huma nbejjed ħfief u armonjużi.
L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum ta’ 10 %.
Wara l-fermentazzjoni, il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) tal-inbejjed huwa stabbilit għal:
|
— |
3 grammi jew inqas għal kull litru, |
|
— |
6 g/L jew inqas jekk il-kontenut totali ta’ aċidità espress fi grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma jkunx aktar minn 2 grammi inqas għal kull litru mill-kontenut ta’ zokkor fermentabbli. |
L-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 12,5 % wara l-arrikkiment.
Il-kontenut ta’ aċidità volatili, aċidità totali u diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, iżda kwalunkwe lott ta’ nbid mhux ippakkjat li jista’ jkollu d-denominazzjoni “primeur” jew “nouveau” għandu jkollu aċidità volatili ta’ 10,2 milliekwivalenti għal kull litru jew inqas.
Il-kriterji l-oħra jsegwu r-regolament fis-seħħ.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
12,5 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10 |
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
3. Inbejjed ħomor bla gass
L-inbejjed ħomor spiss ikunu lewn ir-rubin, kultant bi sfumaturi lewn il-granata. Ir-riħa tagħhom, friska u qawwija, tista’ tevoka aromi ta’ frott (frawli, lampun, ċirasa, eċċ.) b’noti ta’ ħwawar, ta’ annimali jew ftit affumikati. It-togħma tal-inbejjed spiss tevoka noti qawwija ta’ frott u t-tannini ġeneralment ikunu bellusin u flessibbli. Pjaċevoli anke qabel jitqaddmu, jistgħu jitqaddmu għal xi snin biex iżidu l-kumplessità.
L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum ta’ 10,5 %.
Issir fermentazzjoni malolattika għall-inbejjed ħomor. L-inbejjed lesti biex jitqiegħdu fis-suq bl-ingrossa jew fl-istadju tal-ippakkjar ikollhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru jew inqas.
Wara l-fermentazzjoni, il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) tal-inbejjed huwa stabbilit għal 3 grammi għal kull litru jew inqas.
L-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 12,5 % wara l-arrikkiment.
Il-kontenut ta’ aċidità volatili, aċidità totali u diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed ħomor għandhom jitqaddmu mill-inqas sal-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
Il-kriterji l-oħra jsegwu r-regolament fis-seħħ.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
12,5 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
4. Id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame
L-inbejjed bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame huma nbejjed ħomor, prodotti prinċipalment mill-varjetà tal-għeneb Cabernet Franc N, li ġeneralment ikollhom kulur qawwi u joffru kumplessità aromatika akbar. In-noti tal-frott jevokaw frott aħmar misjur ħafna, u anke frott iswed. It-togħma ta’ dawn l-inbejjed li jitjiebu maż-żmien hija strutturata ħafna.
L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum ta’ 12 %.
Issir fermentazzjoni malolattika għall-inbejjed ħomor. L-inbejjed lesti biex jitqiegħdu fis-suq bl-ingrossa jew fl-istadju tal-ippakkjar ikollhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru jew inqas.
Wara l-fermentazzjoni, il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) tal-inbejjed huwa stabbilit għal 3 grammi għal kull litru jew inqas.
Il-kontenut ta’ aċidità volatili, aċidità totali u diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed li jistgħu jkollhom id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Puy-Notre-Dame” għandhom jitqaddmu mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
Il-kriterji l-oħra jsegwu r-regolament fis-seħħ.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
5. Inbid frizzanti ta’ kwalità
L-inbejjed frizzanti ta’ kwalità huma bojod jew rożè. Il-bżieżaq fini u abbundanti tagħhom jiffurmaw ktajjen twal. L-aromi tagħhom spiss u b’mod sottili jevokaw il-frott, il-fjuri bojod u l-għaġina. L-istess eleganti tiddomina fil-palat, fejn hemm sensazzjoni pjaċevoli ħafna ta’ freskezza. Il-karatterizzazzjoni tal-kulur għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità ma hijiex rilevanti għal din id-denominazzjoni. Ir-regoli tal-produzzjoni għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità bojod jew rożè huma identiċi u jagħtu espressjonijiet simili ħafna. L-inbejjed bażi maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 9,5 %. L-inbejjed bażi maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità li ma kellhom l-ebda arrikkiment għandhom qawwa alkoħolika massima skont il-volum ta’ 12 % u l-kontenut ta’ zokkor fermentabbli wara l-fermentazzjoni huwa ta’ 24 g/L jew inqas. L-inbejjed bażi maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità li jkunu ġew arrikkiti għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli wara fermentazzjoni ta’ 5 g/L jew inqas. L-inbejjed bażi maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità, wara l-arrikkiment, ma għandux ikollhom qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 11,6 %. L-inbejjed frizzanti ta’ kwalità, wara l-arrikkiment tal-most, wara l-formazzjoni tar-ragħwa u qabel iż-żieda tal-likur tad-dożaġġ, ma għandux ikollhom qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 13 %.
Il-kriterji l-oħra jsegwu r-regolament fis-seħħ.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
1. Densità ta’ tħawwil - Distanza
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Id-distanza bejn ir-ringieli ta’ dawn id-dwieli ma tistax tkun akbar minn 2,50 metru u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ma tistax tkun inqas minn metru. Il-vinji b’densità ta’ tħawwil inqas minn 4 000 pjanta għal kull ettaru iżda li jkollhom 3 300 pjanta għal kull ettaru jibbenefikaw, għall-ħsad tagħhom, mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata diment li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet relatati mar-regoli dwar l-irbit u l-għoli tal-weraq stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dawn il-vinji ma jistax ikollhom distanza bejn ir-ringieli ta’ aktar minn 3 metri u distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ta’ inqas minn metru.
Biex jibbenefikaw mid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame”, il-vinji jrid ikollhom densità minima tat-tħawwil ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru. Id-distanza bejn ir-ringieli ta’ dawn id-dwieli ma tistax tkun akbar minn 2,20 metru u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ma tistax tkun inqas minn metru.
2. Regoli dwar l-irmondar u l-irbit tad-dwieli
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jiġu rmondati, bi rmondar imħallat, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April, skont ir-regoli dettaljati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li jispeċifikaw, għal kull varjetà ta’ għeneb u għal kull tip ta’ nbid, in-numru massimu ta’ rimjiet għal kull pjanta u n-numru massimu ta’ rimjiet fuq iz-zokk prinċipali.
L-għoli tal-weraq marbutin għandu jkun mill-inqas 0,6 id-distanza bejn ir-ringieli, bl-għoli tal-weraq marbutin jitkejjel bejn il-limitu l-aktar baxx tal-weraq, li huwa tal-inqas 0,40 ta’ metru ’l fuq mill-art, u l-limitu massimu ta’ trimjaturi, li huwa tal-inqas 0,20 ta’ metru ’l fuq mill-fil ta’ fuq tal-kannizzata.
L-irqajja’ tar-raba’ tad-dwieli b’densità ta’ tħawwil ta’ inqas minn 4 000 pjanta għal kull ettaru, iżda mhux inqas minn 3 300 pjanta għal kull ettaru, huma wkoll soġġetti għar-regoli tal-irbit li ġejjin: l-għoli minimu tal-arbli għall-irbit ’il fuq mill-art huwa ta’ 1,90 metri; il-kannizzata tinkludi 4 livelli ta’ fili; l-għoli minimu tal-fil ta’ fuq huwa ta’ 1,85 metri ’l fuq mill-art.
3. It-tisqija
Prattika tal-kultivazzjoni
It-tisqija hija pprojbita.
4. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
Prattika enoloġika speċifika
It-tekniki ta’ arrikkiment imnaqqas huma awtorizzati għall-inbejjed ħomor, u r-rata massima ta’ konċentrazzjoni parzjali meta mqabbla mal-volumi użati hija stabbilita għal 10 %. Għal inbejjed li jista’ jkollhom id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame, hija pprojbita kull operazzjoni ta’ arrikkiment.
Għall-inbejjed ħomor, l-użu ta’ biċċiet tal-injam huwa pprojbit ħlief waqt il-vinifikazzjoni.
L-inbejjed bażi maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità jistgħu jiġu prodotti bil-maċerazzjoni jew bi tneħħija tal-meraq.
Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu f’dak li għandu x’jaqasam mal-prattiki enoloġiċi użati.
b. Rendimenti massimi
|
1. |
inbid abjad bla gass
65 ettolitru għal kull ettaru |
|
2. |
inbid rożè bla gass
69 ettolitru għal kull ettaru |
|
3. |
inbid aħmar bla gass
69 ettolitru għal kull ettaru |
|
4. |
inbid frizzanti ta’ kwalità
76 ettolitru għal kull ettaru |
|
5. |
Id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame
56 ettolitru għal kull ettaru |
6. Żona ġeografika demarkata
L-istadji kollha tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika, li l-perimetru tagħha jinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2018:
AOC Saumur (inbejjed bla gass bojod u rożè)
Id-département ta’ Deux-Sèvres: Saint-Martin-de-Mâcon, Tourtenay
Id-département ta’ Maine-et-Loire: Artannes-sur-Thouet, Brézé, Brossay, Chacé, Cizay-la-Madeleine, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Distré, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Doué-la-Fontaine, Forges, Meigné u Les Verchers-sur-Layon), Épieds, Fontevraud-l’Abbaye, Montreuil-Bellay, Montsoreau, Parnay, Le Puy-Notre-Dame, Rou-Marson, Saint-Cyr-en-Bourg, Saint-Just-sur-Dive, Saumur, Souzay-Champigny, Turquant, Les Ulmes, Varrains, Vaudelnay
Id-département tal-Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénouze, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Montbrillais, Saix, Ternay, Les Trois-Moutiers
AOC Saumur (inbejjed bla gass ħomor)
Id-département ta’ Deux-Sèvres: Saint-Martin-de-Mâcon, Tourtenay
Id-département ta’ Maine-et-Loire: Artannes-sur-Thouet, Brézé, Brossay, Cizay-la-Madeleine, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Distré, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Doué-la-Fontaine, Forges, Meigné u Les Verchers-sur-Layon), Épieds, Fontevraud-l’Abbaye, Montreuil-Bellay, Le Puy-Notre-Dame, Rou-Marson, Saint-Just-sur-Dive, Saumur, Les Ulmes, Vaudelnay
Id-département tal-Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénouze, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Montbrillais, Saix, Ternay, Les Trois-Moutiers
Id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame
Id-département ta’ Maine-et-Loire: Brossay, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Meigné u Les Verchers-sur-Layon), Épieds, Le Puy-Notre-Dame, Les Ulmes, Vaudelnay
Id-département tal-Vienne: Berrie, Pouançay, Saint Léger-de-Montbrillais, Saix
AOC Saumur (inbejjed frizzanti ta’ kwalità bojod u rożè)
Id-département ta’ Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Mauzé-Thouarsais, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Tourtenay, Val en Vignes (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay)
Id-département ta’ Maine-et-Loire: Antoigné, Artannes-sur-Thouet, Aubigné-sur-Layon, Brézé, Brissac Loire Aubance (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Chemellier), Brossay, Cernusson, Chacé, Cizay-la-Madeleine, Cléré-sur-Layon, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Dénezé-sous-Doué, Distré, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Doué-la-Fontaine, Forges, Meigné, Montfort, Saint-Georges-sur-Layon u Les Verchers-sur-Layon), Épieds, Fontevraud-l’Abbaye, Gennes-Val-de-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chênehutte-Trèves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil), Lys-Haut-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant, La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné, Trémont u Vihiers), Montilliers, Montreuil-Bellay, Montsoreau, Parnay, Passavant-sur-Layon, Le Puy-Notre-Dame, Rou-Marson, Saint-Cyr-en-Bourg, Saint-Just-sur-Dive, Saint-Macaire-du-Bois, Saumur, Souzay-Champigny, Terranjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Martigné-Briand), Tuffalun (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Ambillou-Château), Turquant, Les Ulmes, Varrains, Vaudelnay
Id-département tal-Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénouze, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Montbrillais, Saix, Ternay, Les Trois-Moutiers.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Cabernet franc N
Cabernet-Sauvignon N
Chardonnay B
Chenin B
Gamay N
Grolleau N
Grolleau gris G
Pineau d’Aunis N
Pinot noir N
Sauvignon B - Sauvignon blanc
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
|
8.1. |
Iż-żona ġeografika tinsab fil-Lbiċ estrem tal-Baċir ta’ Pariġi, fejn is-substrat Mesożojku u Ċenożojku jgħatti s-saff Prekambrijan u Paleożojku mwaħħal mal-Massif Armorikan. Din il-karatteristika ġeoloġika partikolari tiddistingwi ż-żona ġeografika, immarkata bil-preżenza ta’ ġibs tat-tufa (Saumur) li lokalment jissejjaħ Anjou blanc, u mir-reġjun li jinsab fil-Punent (Angers), immarkata bil-preżenza tax-shale, b’mod partikolari tal-lavanja, li lokalment jissejjaħ Anjou noir.
Iż-żona ġeografika hija limitata fit-Tramuntana mil-Loire, u jaqsmuha, min-Nofsinhar għat-Tramuntana, il-Wied ta’ Thouet u t-tributarju tiegħu d-Dive. Dan in-network idrografiku fforma l-pajsaġġ f’serbut għoljiet b’diversi esponimenti li l-altitudni tagħhom tvarja minn 40 metru sa 110 metri. Il-pajsaġġ huwa kkaratterizzat mill-kultivazzjoni tad-dwieli, li kkolonizzat l-esponimenti favorevoli filwaqt li ppreservat, fil-quċċata tal-għoljiet, formazzjonijiet forestali fejn jiddominaw il-ballut u s-siġar tal-qastan. Fil-qalba tal-irqajja’ tal-art tal-vinja, hemm xaft tal-ventilazzjoni għall-kavitajiet enormi li kienu jintużaw biex jiġi estratt il-ġebel biex jinbnew id-djar, kienu sfruttati mill-azjendi agrikoli tal-faqqiegħ u issa jintużaw bħala kantini għat-tqaddim u l-ħażna tal-inbejjed. Il-klima tar-reġjun ta’ Saumur hija oċeanika. Il-massifs ta’ Mauges, li jinsabu fil-Punent taż-żona ġeografika, jikkwalifikaw din il-karatteristika oċeanika b’effett foehn. L-ammont ta’ xita annwali jvarja bejn 550 millimetru u 600 millimetru u jikkaratterizza żona protetta mir-riħ umdu, filwaqt li taqbeż it-800 millimetru fuq l-għoljiet ta’ Mauges. Din id-differenza fix-xita hija saħansitra aktar immarkata matul iċ-ċiklu veġetattiv tal-vinja, speċjalment minn Ġunju sal-perjodu tal-ħsad. It-temperaturi medji annwali huma relattivament għoljin (madwar 12 °C). Il-Loire u t-tributarji tiegħu għandhom ukoll post prominenti peress li jaqdu r-rwol ta’ regolatur tat-temperatura. |
|
8.2. |
Fil-klima ta’ Saumur, il-formazzjonijiet ġeopedoloġiċi tat-Turonjan Nofsani u ta’ Fuq, il-Ġurassiku, is-Senonjan u l-Eoċen għamluha possibbli li jrabbu l-għeruq il-varjetajiet tal-għeneb Chenin B u Cabernet Franc N, varjetajiet tal-għeneb essenzjali għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor mir-reġjun ta’ Saumur. F’altitudni ta’ aktar minn 40 metru, dawn il-formazzjonijiet jipprovdu provvista moderata ta’ ilma u jsaħħu lid-dwieli, li jiżguraw sajran perfett tal-għeneb li jippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor u bojod b’aromi varjati ta’ frott.
Il-varjetajiet tal-għeneb, prinċipalment Chenin B u Cabernet Franc N, flimkien ma’ dawn il-kundizzjonijiet favorevoli tal-ambjent fiżiku, iffavorixxew l-iżvilupp ta’ metodi tal-produzzjoni speċifiċi. Il-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed hija ffavorita f’ħamrija baxxa li tisħon aktar malajr, biex b’hekk tiġi żgurata maturità fenolika eċċellenti tal-għeneb biex jinkisbu nbejjed aromatiċi. Tul il-ġenerazzjonijiet, il-produtturi żviluppaw għarfien li huwa rifless fil-kontroll tar-rendimenti, l-irmondar xieraq u l-ħsad fl-aħjar maturità. Tingħata attenzjoni partikolari għall-vinifikazzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, li jsiru bil-mod f’kundizzjonijiet kostanti ta’ dawl, umdità tal-arja u temperatura, bħalma jistgħu jiġu osservati fil-kantini taħt l-art imħaffra fil-ġibs tat-tufa, u li jagħmluha possibbli li joħorġu l-kwalitajiet organolettiċi kollha tal-inbejjed bojod u ħomor, b’mod partikolari billi jippreservaw il-kumplessità aromatika tagħhom u, fil-każ tal-inbejjed ħomor, billi jippromwovu espressjoni tannika flessibbli u bellusija. Id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame ġiet rikonoxxuta fl-2007, b’demarkazzjoni partikolari tal-irqajja’ u regoli tal-produzzjoni rigorużi (irmondar iqsar u firda obbligatorja). Dawn l-irqajja’ tal-art kollha jinsabu fuq għoljiet u għandhom ħamrija taflija u tal-ġir, u b’hekk jiżguraw konċentrazzjoni ottima ta’ antoċjanini u prekursuri tal-aromi fl-għeneb, li tagħti kulur qawwi lill-inbejjed u tippermetti l-iżvilupp ta’ aromi ta’ frott misjur u anke ta’ frott iswed. Il-kontenut għoli naturali taz-zokkor tal-għeneb maħsub għall-vinifikazzjoni għall-imsemmija denominazzjoni ġeografika addizzjonali jagħmel inutli kull operazzjoni ta’ arrikkiment. Madankollu, huwa meħtieġ perjodu ta’ tqaddim, mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad, għall-ibbilanċjar tat-tannini ta’ dawn l-inbejjed imsejħa “tuffe”. L-irqajja’ tal-art maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè jinsabu fuq ħamrija taflija u tal-ġir jew tat-tafal taż-żnied li tisħon bil-mod minħabba li hija aktar fonda mill-ħamrija maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor bla gass u b’hekk twassal għal akkumulu aktar baxx ta’ zokkor fl-għeneb, li jikkontribwixxi għall-freskezza u l-ħeffa tal-inbid. Inbejjed frizzanti ta’ kwalità Il-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità ssir fl-istess kuntest bħal dik tal-inbejjed rożè, u spiss tiffavorixxi l-ħamrija taflija u tal-ġir jew tat-tafal taż-żnied aktar fonda. Il-produtturi setgħu josservaw li l-inbejjed ippakkjati u maħżuna fil-kantini setgħu jiġu soġġetti għal fermentazzjoni mill-ġdid fl-aħħar tax-xitwa. Il-ħakma empirika ta’ din it-“tieni fermentazzjoni spontanja” l-ewwel wasslet għall-produzzjoni ta’ nbejjed “frizzanti”, b”mod partikolari bil-varjetà ta’ għeneb Chenin B. Din il-varjetà ta’ għeneb li ddum biex issir, imħawla fil-kundizzjonijiet ambjentali ta’ Saumur, tiżviluppa kapaċitajiet ippruvati għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti friski bi bżieżaq fini u aromi ta’ frott, fjuri u għaġina. Dawn il-kapaċitajiet ilhom jiġu sfruttati mill-bidu tas-seklu 19, b’ħakma tat-“tieni fermentazzjoni fil-flixkun” għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità. Tingħata attenzjoni partikolari lill-ħsad sabiex jiġu żgurati l-maturità ottima u bilanċ tajjeb taz-zokkor/aċidità meħtieġ biex tiġi ggarantita l-freskezza, biex jifforma ammont tajjeb ta’ ragħwa u għal potenzjal tajjeb ta’ tqaddim. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ kantini taħt l-art, b’mod partikolari fil-qalba tal-Anjou blanc, hija fattur favorevoli għall-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, li jeħtieġu żoni kbar ta’ ħażna u tqandil f’kundizzjonijiet ideali ta’ dawl, umdità u temperatura. Dan ir-rigorożità u dan l-itinerarju tekniku ġew applikati għall-varjetajiet ta’ għeneb iswed, biex tinkiseb produzzjoni aktar kunfidenzjali ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità rożè. Abbażi tal-esperjenza miksuba tul aktar minn seklu, il-produtturi tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għandhom għarfien perfett tal-kompożizzjoni tal-cuvées tagħhom. It-tqaddim fuq il-karfa għal mill-inqas 9 xhur jgħin biex tiġi żviluppata l-kumplessità tal-inbejjed |
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata ddefinita minn deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni ta’ nbejjed rożè, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim ta’ nbejjed bojod u ħomor bla gass li jistgħu ma jistgħux jibbenefikaw mid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni, it-tqaddim u l-ippakkjar ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2018:
AOC Saumur (inbejjed bla gass bojod u rożè)
Id-département ta’ Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Louzy, Mauzé-Thouarsais, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars, Val en Vignes (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay)
Id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil
Id-département tal-Loire-Atlantique: Ancenis, Le Loroux-Bottereau, Le Pallet, La Remaudière, Vair-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz), Vallet
Id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Blaison-Saint-Sulpice (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Blaison-Gohier u Saint-Sulpice), Mazé-Milon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon), Montilliers, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels u La Varenne), Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Rochefort-sur-Loire, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Savennières, Soucelles, Soulaines-sur-Aubance, Terranjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine), Val-du-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay),Varennes-sur-Loire, Verrie, Verrières-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Pellouailles-les-Vignes u Saint-Sylvain-d’Anjou), Villevêque
AOC Saumur (inbejjed bla gass ħomor)
Id-département ta’ Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Louzy, Mauzé-Thouarsais, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars, Val en Vignes (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay)
Id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil
Id-département tal-Loire-Atlantique: Ancenis, Le Loroux-Bottereau, Le Pallet, La Remaudière, Vair-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz), Vallet
Id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Blaison-Saint-Sulpice (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ de Blaison-Gohier u Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brissac Loire Aubance (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saulgé-l’Hôpital u Vauchrétien), Cernusson, Chacé, Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou), Cléré-sur-Layon, Denée, Dénezé-sous-Doué, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Montfort u Saint-Georges-sur-Layon), Les Garennes-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Gennes-Val-de-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chênehutte-Trêves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil), Huillé, Ingrandes-Le Fresne sur Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant, La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné, Trémont u Vihiers), Mauges-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon), Montilliers, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels u La Varenne), Parnay, Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Rochefort-sur-Loire, Saint-Cyr-en-Bourg, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Savennières, Soucelles, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Terranjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine), Turquant, Val-du-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay),Varennes-sur-Loire, Varrains, Verrie, Verrières-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Pellouailles-les-Vignes u Saint-Sylvain-d’Anjou), Villevêque
Id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame
Id-département ta’ Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Louzy, Mauzé-Thouarsais, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars, Tourtenay, Val en Vignes (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay)
Id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil
Id-département tal-Loire-Atlantique: Ancenis, Le Loroux-Bottereau, Le Pallet, La Remaudière, Vair-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz), Vallet
Id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Artannes-sur-Thouet, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Blaison-Saint-Sulpice (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Blaison-Gohier u Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brissac Loire Aubance (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saulgé-l’Hôpital u Vauchrétien), Cernusson, Chacé, Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou), Cléré-sur-Layon, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Denée, Dénezé-sous-Doué, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Forges, Montfort u Saint-Georges-sur-Layon), Fontevraud-l’Abbaye, Les Garennes-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Gennes-Val-de-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chênehutte-Trêves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil), Huillé, Ingrandes-Le-Fresne sur Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant, La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné, Trémont u Vihiers), Mauges-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon), Montilliers, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels u La Varenne), Parnay, Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Rochefort-sur-Loire, Rou-Marson, Saint-Cyr-en-Bourg, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Just-sur-Dive, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Saumur, Savennières, Soucelles, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Terranjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine), Turquant, Val-du-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay), Varennes-sur-Loire, Varrains, Verrie, Verrières-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Pellouailles-les-Vignes u Saint-Sylvain-d’Anjou), Villevêque
Id-département tal-Vienne: Curçay-sur-Dive, Glénouze, Ranton, Ternay
AOC Saumur (inbejjed frizzanti ta’ kwalità bojod u rożè)
Id-département ta’ Deux-Sèvres: Louzy, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Thouars
Id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil
Id-département tal-Loire-Atlantique: Ancenis, Le Loroux-Bottereau, Le Pallet, La Remaudière, Vair-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz), Vallet
Id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Blaison-Saint-Sulpice (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Blaison-Gohier u Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brissac Loire Aubance (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saulgé-l’Hôpital u Vauchrétien), Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chemillé-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou), Chaudefonds-sur-Layon, Denée, Les Garennes-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Huillé, Ingrandes-Le-Fresne sur Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Mauges-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon), Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels u La Varenne), La Possonnière, Rochefort-sur-Loire, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Savennières, Soucelles, Soulaines-sur-Aubance, Terranjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chavagnes u Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Louerre u Noyant-la-Plaine), Val-du-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay), Varennes-sur-Loire, Verrières-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Pellouailles-les-Vignes u Saint-Sylvain-d’Anjou), Villevêque
Imballaġġ tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għandhom jiġu prodotti permezz tat-tieni fermentazzjoni fil-flixkun. It-tul tal-ħażna fil-fliexken fuq il-karfa ma għandux ikun inqas minn 9 xhur, mid-data tal-ibbottiljar.
L-inbejjed frizzanti ta’ kwalità jiġu prodotti u kkummerċjalizzati fil-flixkun li fih tifforma r-ragħwa, bl-eċċezzjoni ta’ nbejjed mibjugħa fi fliexken b’volum ta’ 37,5 ċentilitri jew inqas jew ta’ aktar minn 150 ċentilitru.
Tikkettar
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
It-termini fakultattivi li l-użu tagħhom jista’ jiġi rregolat mill-Istati Membri, skont dispożizzjonijiet Komunitarji, jinkitbu b’karattri li l-għoli, il-wisa’ u l-ħxuna tagħhom ma jkunux aktar mid-doppju ta’ dawk tal-karattri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jkun ikkompletat bid-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” għall-inbejjed li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni stabbiliti għal din id-denominazzjoni ġeografika fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Id-daqs tal-ittri tad-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” ma għandux ikun akbar, kemm fl-għoli u kemm fil-wisgħa, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jifformaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.
Denominazzjoni ġeografika addizzjonali
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Saumur jista’ jiġi segwit bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Puy-Notre-Dame” għall-inbejjed li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni stabbiliti għal din id-denominazzjoni ġeografika fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
L-inbejjed bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Puy-Notre-Dame” irid bilfors ikollhom indikazzjoni tas-sena. L-indikazzjoni tas-sena hija riżervata għall-inbid magħmul 100 % mill-ħsad tas-sena msemmija.
It-terminu “primeur” jew “nouveau”
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jkun ikkompletat bit-terminu “primeur” jew “nouveau” għall-inbejjed li jissodisfaw il-kundizzjonijiet partikolari stabbiliti għal dawn it-termini fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
L-inbejjed bit-terminu “primeur” jew “nouveau” bilfors irid ikollhom indikazzjoni tas-sena.
Unità ġeografika iżgħar
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
It-tikkettar tal-inbejjed tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar bil-kundizzjoni li:
|
— |
ikun l-isem ta’ post irreġistrat; |
|
— |
ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. |
L-isem tal-post irreġistrat għandu jkun miktub b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar u usa’ minn nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.
L-għeneb irid jiġi 100 % mill-unità ġeografika speċifikata.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-23616742-b694-4232-86b5-8acf55437eb4