ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 284

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
25 ta' Lulju 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 284/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 284/02

Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 284/03

Kawża C-353/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi – il-Belġju) – Skeyes vs Ryanair DAC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 549/2004 – Regolament (KE) Nru 550/2004 – Fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru – Deċiżjoni li jingħalaq l-ispazju tal-ajru – Eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika – Utent tal-ispazju tal-ajru – Kumpanniji tal-ajru – Dritt għal azzjoni legali kontra deċiżjoni li jingħalaq l-ispazju tal-ajru – Artikolu 58 TFUE – Moviment liberu tas-servizzi fil-qasam tat-trasport – Artikoli 16 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Libertà ta’ intrapriża – Dritt għal rimedju effettiv)

6

2022/C 284/04

Kawża C-587/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Ligebehandlingsnævnet li qiegħda taġixxi għal A vs HK/Danmark, HK/Privat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Direttiva 2000/78/KE – Artikolu 3(1)(a) u (d) – Kamp ta’ applikazzjoni – Pożizzjoni ta’ president elett minn organizzazzjoni ta’ ħaddiema – Statut ta’ din l-organizzazzjoni li jipprovdi għall-eliġibbiltà għall-presidenza tal-membri biss li, fil-jum tal-elezzjoni, ma jkunux laħqu l-età ta’ 60 sena jew ta’ 61 sena)

7

2022/C 284/05

Kawża C-589/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneuburg – l-Awstrija) – JR vs Austrian Airlines AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Konvenzjoni ta’ Montréal – Artikolu 17(1) – Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fil-każ ta’ mewt jew ta’ leżjoni subita minn passiġġier – Kunċett ta’ inċident li kkawża l-mewt jew leżjoni – Leżjoni tanġibbli mġarrba matul żbark – Artikolu 20 – Eżenzjoni mir-responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru – Kunċett ta’ negliġenza, att jew ommissjoni oħra li jikkawża preġudizzju lill-passiġġier li sofra leżjoni li kkawża d-dannu subit jew li kkontribwixxa għal dan id-dannu – Waqgħa ta’ passiġġier li ma jkunx żamm mal-poġġaman ta’ taraġ mobbli ta’ żbark)

7

2022/C 284/06

Kawża C-617/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen – il-Ġermanja) – Kawża mressqa minn T.N., N.N. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Miżuri dwar id-dritt tas-suċċessjoni – Regolament (UE) Nru 650/2012 – Artikoli 13 u 28 – Validità tad-dikjarazzjoni dwar l-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja tas-suċċessjoni – Eredi li għandu r-residenza tiegħu fi Stat Membru differenti minn dak tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar is-suċċessjoni – Dikjarazzjoni magħmula quddiem il-qorti tal-Istat Membru tar-residenza abitwali ta’ dan l-eredi)

8

2022/C 284/07

Kawża C-43/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – FCC Česká republika, s.r.o. vs Ministerstvo životního prostředí, Městská část Ďáblice, Spolek pro Ďáblice (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2010/75/UE – Artikolu 3(9) – Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis – Proċedura ta’ emenda ta’ awtorizzazzjoni – Parteċipazzjoni tal-pubbliku kkonċernat – Kunċett ta’ bidla sostanzjali ta’ installazzjoni – Estensjoni tal-perijodu tal-operat ta’ landfill)

9

2022/C 284/08

Kawża C-112/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X BV vs Classic Coach Company vof, Y, Z (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trade marks – Direttiva 2008/95/KE – Artikolu 5 – Drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark – Artikolu 6(2) – Limitazzjoni tal-effetti tat-trade mark – Impossibbiltà għall-proprjetarju ta’ trade mark li jipprojbixxi lil terz milli juża, fil-kummerċ, dritt preċedenti ta’ portata lokali – Kundizzjonijiet – Kunċett ta’ dritt preċedenti – Isem kummerċjali – Proprjetarju ta’ trade mark sussegwenti li għandu dritt saħansitra iktar preċedenti – Rilevanza)

9

2022/C 284/09

Kawża C-122/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Get Fresh Cosmetics Limited vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 87/357/KEE – Artikolu 1(2) – Kamp ta’ applikazzjoni – Prodotti mhux tal-ikel li jistgħu jiġu konfużi ma’ prodotti tal-ikel – Kunċett – Riskju ta’ soffokazzjoni, ta’ avvelenament, ta’ perforazzjoni jew ta’ ostruzzjoni tal-kanal tal-ikel – Preżunzjoni ta’ perikolu – Assenza – Prova)

10

2022/C 284/10

Kawża C-196/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Ilfov – ir-Rumanija) – SR vs EW (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji – Regolament (KE) Nru 1393/2007 – Artikolu 5 – Traduzzjoni tal-att – Teħid ta’ responsabbiltà mir-rikorrent għall-ispejjeż ta’ traduzzjoni – Kunċett ta’ rikorrent – Komunikazzjoni, fuq l-inizjattiva tal-qorti adita, ta’ atti ġudizzjarji għall-attenzjoni tal-intervenjenti fil-kawża)

11

2022/C 284/11

Kawża C-299/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 – EM vs Il-Parlament Ewropew (Appell – Servizz pubbliku – Parlament Ewropew – Membru tal-persunal temporanju fis-servizz ta’ grupp politiku – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 7 – Trasferiment – Artikolu 12 u Artikolu 12a(3) – Kunċett ta’ fastidju psikoloġiku – Assenza ta’ assenjazzjoni ta’ kompiti – Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea – Talba għal assistenza – Dannu – Kumpens)

11

2022/C 284/12

Kawża C-28/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-12 ta’ Jannar 2022 – TL, WE vs Getin Noble Bank S.A.

12

2022/C 284/13

Kawża C-108/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Frar 2022 – C. Sp. z o.o. (attwalment fi stralċ) vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

13

2022/C 284/14

Kawża C-114/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-18 ta’ Frar 2022 – Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie vs W. Sp. z o.o.

13

2022/C 284/15

Kawża C-140/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy -Śródmieścia w Warszawie (il-Polonja) fil-25 ta’ Frar 2022 – SM, KM vs mBank S.A.

14

2022/C 284/16

Kawża C-146/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fl-1 ta’ Marzu 2022 – YD vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

15

2022/C 284/17

Kawża C-225/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Krakowie (il-Polonja) fil-31 ta’ Marzu 2022 – R S.A. vs AW T sp. z o.o.

15

2022/C 284/18

Kawża C-258/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ April 2022 – Finanzamt Hannover-Nord vs H Lebensversicherung

16

2022/C 284/19

Kawża C-260/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Erfurt (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2022 – Seven.One Entertainment Group GmbH vs Corint Media GmbH

17

2022/C 284/20

Kawża C-264/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fl-20 ta’ April 2022 – Fonds de Garantie des Victimes des Actes de Terrorisme et d’Autres Infractions (FGTI) vs Victoria Seguros S.A.

18

2022/C 284/21

Kawża C-297/22 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2022 minn United Parcel Service, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla, Awla Estiża) fit-23 ta’ Frar 2022 fil-Kawża T-834/17, United Parcel Service vs Il-Kummissjoni

18

2022/C 284/22

Kawża C-330/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-16 ta’ Mejju 2022 – Friends of the Irish Environment CLG v Minister for Agriculture, Food and the Marine, Ireland and the Attorney General

19

2022/C 284/23

Kawża C-339/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Svea hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen (l-Isvezja) fl-24 ta’ Mejju 2022 – BSH Hausgeräte GmbH v Aktiebolaget Electrolux

20

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 284/24

Kawża T-481/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno u SFL vs SRB (Politika ekonomika u monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli f’każ ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli – Adozzjoni mis-SRB ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español – Rikors għal annullament – Att li jista’ jiġi kkontestat – Ammissibbiltà – Dritt għal smigħ – Dritt għall-proprjetà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikoli 18, 20 u 24 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014)

21

2022/C 284/25

Kawża T-510/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Del Valle Ruíz et vs Il-Kummissjoni u SRB (Unjoni ekonomika u monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli f’każ ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli – Adozzjoni mis-SRB ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español – Dritt għal smigħ – Delega tal-poter – Dritt għall-proprjetà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikoli 18, 20 u 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014)

22

2022/C 284/26

Kawża T-245/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Uzina Metalurgica Moldoveneasca vs Il-Kummissjoni (Miżuri ta’ salvagwardja – Suq ta’ prodotti tal-azzar – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Locus standi – Ammissibbiltà – Ugwaljanza fit-trattament – Aspettattivi leġittimi – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Dmir ta’ diliġenza – Theddida ta’ dannu serju – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ftuħ ta’ investigazzjoni ta’ salvagwardja – Kompetenza tal-Kummissjoni – Drittijiet tad-difiża)

23

2022/C 284/27

Kawża T-251/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Wieland-Werke vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Suq tal-prodotti llaminati u strixxi llaminati minn qabel tar-ram u liegi tar-ram – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE – Impenji – Suq inkwistjoni – Evalwazzjoni tal-effetti orizzontali u vertikali tal-operazzjoni fuq il-kompetizzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Drittijiet tad-difiża)

23

2022/C 284/28

Kawża T-296/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Foz vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika – Użu ħażin ta’ poter – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ xieraq – Determinazzjoni tal-kriterji ta’ inklużjoni)

24

2022/C 284/29

Kawża T-479/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Eurobolt et vs Il-Kummissjoni (Dumping – Estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina għal importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Malasja – Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 266 TFUE – Impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv – Nuqqas ta’ retroattività – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Kompetenza tal-awtur tal-att)

25

2022/C 284/30

Kawża T-577/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (Condor; għajnuna għas-salvataġġ) (Għajnuna mill-Istat – Suq Ġermaniż tat-trasport bl-ajru – Self mogħti mill-Ġermanja lil Condor Flugdienst – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Artikolu 107(3)(c) TFUE – Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà – Diffikultajiet speċifiċi u li ma jirriżultawx minn tqassim arbitrarju tal-ispejjeż fi ħdan il-grupp – Diffikultajiet serji wisq sabiex jiġu riżolti mill-grupp innifsu – Riskju ta’ interruzzjoni ta’ servizz importanti)

25

2022/C 284/31

Kawża T-593/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Tirrenia di navigazione vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Trasport Marittimu – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna għall-parti kompatibbli u għal parti mhux kompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Għajnuna għas-salvataġġ – Kompatibbiltà mas-suq intern – Terminu ta’ sitt xhur – Proroga – Obbligu ta’ preżentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni jew ta’ likwidazzjoni – Linji gwida għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà – Eżenzjoni fiskali – Vantaġġ – Natura selettiva – Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri – Ħsara għall-kompetizzjoni – Tul eċċessiv tal-proċedura – Aspettattiva leġittima – Ċertezza legali – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

26

2022/C 284/32

Kawża T-601/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Tirrenia di navigazione vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Trasport marittimu – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Għajnuna mogħtija lil Adriatica għall-perijodu ta’ bejn Jannar 1992 u Lulju 1994 fir-rigward tal-konnessjoni Brindisi/Corfu/Igoumenitsa/Patras – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Interessi akkumulati – Terminu ta’ preskrizzjoni – Għajnuna ġdida – Inkompatibbiltà mas-suq intern – Effetti ta’ akkordju fuq is-suq – Tul eċċessiv tal-proċedura – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

27

2022/C 284/33

Kawża T-632/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – OG vs AED (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Persunal tal-AED – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Pożizzjoni ta’ kap ta’ unità – Ċaħda ta’ kandidatura – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Trasparenza – Oġġettività – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Ksur tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà – Dannu morali)

27

2022/C 284/34

Kawża T-723/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Prigozhin vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja – Iffriżar ta’ fondi – Lista tal-persuni, entitajiet u organi li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni – Lista tal-persuni suġġetti għal restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni – L-ewwel inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Proporzjonalità – Prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni)

28

2022/C 284/35

Kawża T-754/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Cristescu vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Atti li jmorru kontra d-dinjità tal-kariga – Analiżi preliminari – Investigazzjoni amministrattiva – Mandat fdat lill-IDOC – Protezzjoni tad-data personali – Prinċipju ta’ imparzjalità – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Proċedura dixxiplinari – Drittijiet tad-difiża – Sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira – Irregolarità proċedurali – Terminu raġonevoli – Ċirkustanzi attenwanti)

29

2022/C 284/36

Kawża T-253/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Aquino vs Il-Parlament (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Kumitat tal-Persunal tal-Parlament – Elezzjoni tal-President tal-Kumitat tal-Persunal – Annullament tal-elezzjoni – Responsabbiltà)

29

2022/C 284/37

Kawża T-256/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Domator24.com Paweł Nowak vs EUIPO – Siwek u Didyk (Pultruna) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pultruna – Disinn Komunitarju preċedenti – Prova tal-iżvelar – Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Raġuni ta’ invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Artikolu 25(1)(b) u l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002)

30

2022/C 284/38

Kawża T-316/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Worldwide Machinery vs EUIPO – Scaip (SUPERIOR MANUFACTURING) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva tal – Unjoni Ewropea SUPERIOR MANUFACTURING – Użu ġenwin tat – trade mark – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

30

2022/C 284/39

Kawża T-435/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – TK vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2020 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AD 15 – Paragun tal-merti – Ugwaljanza ta’ trattament – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni)

31

2022/C 284/40

Kawża T-512/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Del Valle Ruiz et vs SRB (Rikors għal annullament – Politika ekonomika u monetarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti impriżi tal-investiment (SRM) – Dispożittiv ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español – Assenza ta’ valwazzjoni definittiva ex post ta’ Banco Popular Español – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà manifesta)

32

2022/C 284/41

Kawża T-212/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2022 – Groschopp vs EUIPO (Sustainability through Quality) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Azzjoni li sfat bla skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

32

2022/C 284/42

Kawża T-248/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2022 – Fibrecycle vs EUIPO (BACK-2-NATURE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Għajbien tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

33

2022/C 284/43

Kawża T-328/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 2022 – Airoldi Metalli vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Dumping – Importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina – Att li jimponi dazju antidumping definittiv – Importatur – Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà)

33

2022/C 284/44

Kawża T-331/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2022 – mBank vs EUIPO – European Merchant Bank (EMBANK European Merchant Bank) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem l-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

34

2022/C 284/45

Kawża T-374/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2022 – documentus Deutschland vs EUIPO – Reisswolf (REISSWOLF) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

34

2022/C 284/46

Kawża T-452/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2022 – Thomas Henry vs EUIPO (MATE MATE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tal-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

35

2022/C 284/47

Kawża T-497/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2022 – Girardi vs EUIPO (Rikors għal annullament – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Rappreżentazzjoni quddiem l-EUIPO – Notifika ta’ irregolarità fis-setgħa li wieħed jaġixxi bħala rappreżentant quddiem l-EUIPO – Att li ma jitax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà)

36

2022/C 284/48

Kawża T-527/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2022 – Abenante et vs Il-Parlament u Il-Kunsill (Rikors għal annullament – Regolament (UE) 2021/953 – Ċertifikat COVID diġitali tal-UE – Moviment liberu tal-persuni – Restrizzjonijiet – Assenza ta’ interess ġuridiku – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà)

36

2022/C 284/49

Kawża T-534/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2022 – VP vs CEDEFOP (Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Talba għal tiġdid tal-kuntratt għal żmien indeterminat – Deċiżjoni li l-kuntratt ma jiġġeddidx – Rikors għal annullament u għad-danni – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Inammissibbiltà manifesta)

37

2022/C 284/50

Kawża T-585/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Zásilkovna vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Kumpens mogħti bħala korrispettiv għall-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ servizz universali fis-settur postali – Ilment – Rikors għal annullament – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà)

38

2022/C 284/51

Kawża T-586/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2022 – Swords vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti abbażi tal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni – Talba konfermattiva – Rifjut impliċitu ta’ aċċess – Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

38

2022/C 284/52

Kawża T-637/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2022 – Target Brands vs EUIPO – The a.r.t. company b&s (ART CLASS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

39

2022/C 284/53

Kawża T-654/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2022 – Eurecna vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi – FED – Kuntratt Strateġiji territorjali għall-innovazzjoni (STI) – Investigazzjoni tal-OLAF – Reġistrazzjoni fil-bażi ta’ data tas-sistema ta’ detezzjoni rapida u ta’ esklużjoni (EDES) – Att li ma huwiex suġġett għal rikors – Inammissibbiltà)

40

2022/C 284/54

Kawża T-661/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2022 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Rapport ta’ analiżi tal-impatt u dokumenti oħra relatati ma’ inizjattiva leġiżlattiva fil-qasam ambjentali – Rifjut impliċitu ta’ aċċess – Deċiżjoni espliċitu adottatta wara l-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

40

2022/C 284/55

Kawża T-676/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2022 – Target Brands vs EUIPO – The a.r.t. company b&s (art class) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

41

2022/C 284/56

Kawża T-695/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2022 – Alauzun et vs Il-Kummissjoni (Rikorsi għal annullament u għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Saħħa pubblika – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Awtorizzazzjoni kundizzjonali ta’ tqegħid fis-suq ta’ vaċċini bit-teknoloġija mRNA – Assenza ta’ studji ta’ karċinoġenità u ta’ ġenotossiċità – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Tardività – Assenza ta’ sejħa għal teħid ta’ azzjoni – Teħid ta’ pożizzjoni – Assenza ta’ interess ġuridiku – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà – Talba għal ordni – Nuqqas ta’ kompetenza)

41

2022/C 284/57

Kawża T-17/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2022 – Tóth vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Investigazzjoni tal-OLAF dwar l-attivitajiet ta’ dawl pubbliku ta’ Élios Innovatív – Talba għal aċċess għar-rapport finali tal-investigazzjoni – Rifjut impliċitu ta’ aċċess – Deċiżjoni espliċita li tagħti l-aċċess adottata wara l-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

42

2022/C 284/58

Kawża T-193/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2022 – OT vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna – Iffriżar ta’ fondi – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ fumus boni juris – Nuqqas ta’ urġenza)

43

2022/C 284/59

Kawża T-196/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2022 – Mariani vs Il-Parlament (Deċiżjoni preliminari – Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament – Esklużjoni mill-parteċipazzjoni fid-delegazzjonijiet ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-Parlament – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

43

2022/C 284/60

Kawża T-268/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2022 – Biogen Netherlands vs Il-Kummissjoni

44

2022/C 284/61

Kawża T-269/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2022 – Biogen Netherlands vs Il-Kummissjoni

44

2022/C 284/62

Kawża T-278/22: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2022 – Biogen Netherlands vs Il-Kummissjoni

45

2022/C 284/63

Kawża T-279/22: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2022 – Biogen Netherlands vs Il-Kummissjoni

46

2022/C 284/64

Kawża T-299/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2022 – Sattvica vs EUIPO – Herederos de Diego Armando Maradona (DIEGO MARADONA)

47

2022/C 284/65

Kawża T-306/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2022 – Fun Factory vs EUIPO – I Love You (love you so much)

47

2022/C 284/66

Kawża T-312/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2022 – QC et vs EUIPO – Przedsiębiorstwo Drobiarskie Grzegorz Wyrębski (RED BRAND CHICKEN)

48

2022/C 284/67

Kawża T-316/22: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2022 – QC et vs EUIPO – Przedsiębiorstwo Drobiarskie Grzegorz Wyrębski (BLUE BRAND CHICKEN)

49

2022/C 284/68

Kawża T-317/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2022 – PF vs Il-Parlament

50

2022/C 284/69

Kawża T-320/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2022 – Scania CV vs EUIPO (V8)

50

2022/C 284/70

Kawża T-322/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2022 – Unsa Énergie vs Il-Kummissjoni

51

2022/C 284/71

Kawża T-324/22: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2022 – Ecoalf Recycled Fabrics vs EUIPO (BECAUSE THERE IS NO PLANET B)

52

2022/C 284/72

Kawża T-325/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2022 – Nurel vs EUIPO – FKuR Property (Terylene)

52

2022/C 284/73

Kawża T-327/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2022 – PS vs SEAE

53

2022/C 284/74

Kawża T-335/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2022 – Khudaverdyan vs Il-Kunsill

54

2022/C 284/75

Kawża T-336/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2022 – PN vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

55

2022/C 284/76

Kawża T-339/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2022 – Chocolates Lacasa Internacional vs EUIPO – Esquitino Madrid (Conguitos)

55

2022/C 284/77

Kawża T-340/22: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2022 – Etablissements Nicolas vs EUIPO – St. Nicolaus (NICOLAS)

56

2022/C 284/78

Kawża T-342/22: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2022 – Oxyzoglou vs Il-Kummissjoni

57

2022/C 284/79

Kawża T-343/22: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2022 – Mozelsio vs Il-Kummissjoni

58

2022/C 284/80

Kawża T-349/22: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2022 – Hacker-Pschorr Bräu vs EUIPO – Vandělíková (HACKER SPACE)

59

2022/C 284/81

Kawża T-693/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2022 – NJ vs Il-Kummissjoni

60

2022/C 284/82

Kawża T-803/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – NQ vs Il-Kunsill et

60

2022/C 284/83

Kawża T-80/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – OF vs Il-Kummissjoni

60


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 284/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 276, 18.7.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 266, 11.7.2022

ĠU C 257, 4.7.2022

ĠU C 244, 27.6.2022

ĠU C 237, 20.6.2022

ĠU C 222, 7.6.2022

ĠU C 213, 30.5.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/2


Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

(2022/C 284/02)

Fis-6 ta’ Lulju 2022, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, wara d-dħul fil-kariga bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali ta’ T. Tóth u ta’ B. Ricziová, li temenda d-deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Awli tat-30 ta’ Settembru 2019 (1) , kif emendata (2), u d-deċiżjoni dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli tal-4 ta’ Ottubru 2019 (3), kif emendata (4), għall-perijodu mis-6 ta’ Lulju 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2022, u li tassenja l-Imħallfin lill-Awli kif ġej:

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

H. Kanninen, President tal-Awla, M. Jaeger, N. Półtorak, O. Porchia u M. Stancu, Imħallfin.

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

H. Kanninen, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: M. Jaeger u N. Półtorak, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: M. Jaeger u O. Porchia, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: M. Jaeger u M. Stancu, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: N. Półtorak u O. Porchia, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: N. Półtorak u M. Stancu, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: O. Porchia u M. Stancu, Imħallfin.

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

V. Tomljenović, Presidenta tal-Awla, F. Schalin, P. Škvařilová-Pelzl, I. Nõmm u D. Kukovec, Imħallfin.

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

V. Tomljenović, Presidenta tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: F. Schalin u P. Škvařilová-Pelzl, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: F. Schalin u I. Nõmm, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: F. Schalin u D. Kukovec, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: P. Škvařilová-Pelzl u I. Nõmm, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: P. Škvařilová-Pelzl u D. Kukovec, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: I. Nõmm u D. Kukovec, Imħallfin.

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

G. De Baere, President tal-Awla, V. Kreuschitz, G. Steinfatt, K. Kecsmár u S. E. Kingston, Imħallfin.

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

G. De Baere, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: V. Kreuschitz u G. Steinfatt, Imħallfin.

Kulleġġ ġudikanti B: V. Kreuschitz u K. Kecsmár, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: V. Kreuschitz u S. E. Kingston, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: G. Steinfatt u K. Kecsmár, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: G. Steinfatt u S. E. Kingston, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: K. Kecsmár u S. E. Kingston, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Gervasoni, President tal-Awla, L. Madise, P. Nihoul, R. Frendo u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Gervasoni, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: L. Madise u P. Nihoul, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: L. Madise u R. Frendo, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: L. Madise u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: P. Nihoul u R. Frendo, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: P. Nihoul u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: R. Frendo u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin.

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

Il-Kulleġġ ġudikanti estiż tal-Awla, komposta minn ħames Imħallfin, huwa magħmul minn tliet Imħallfin tal-kulleġġ ġudikanti li quddiemu tkun tressqet inizjalment il-kawża u minn żewġ Imħallfin innominati fost it-tliet Imħallfin l-oħra tal-Ħames Awla skont rotazzjoni.

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

D. Spielmann, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: U. Öberg u R. Mastroianni, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: U. Öberg u M. Brkan, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: U. Öberg u I. Gâlea, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: U. Öberg u T. Tóth, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: R. Mastroianni u M. Brkan, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: R. Mastroianni u I. Gâlea, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti G: R. Mastroianni u T. Tóth, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti H: M. Brkan u I. Gâlea, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti I: M. Brkan u T. Tóth, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti J: I. Gâlea u T. Tóth, Imħallfin.

Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. Marcoulli, Presidenta tal-Awla, S. Frimodt Nielsen, J. Schwarcz, C. Iliopoulos u R. Norkus, Imħallfin.

Is-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

A. Marcoulli, Presidenta tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: S. Frimodt Nielsen u J. Schwarcz, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: S. Frimodt Nielsen u C. Iliopoulos, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: S. Frimodt Nielsen u R. Norkus, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: J. Schwarcz u C. Iliopoulos, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: J. Schwarcz u R. Norkus, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: C. Iliopoulos u R. Norkus, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

R. da Silva Passos, President tal-Awla, V. Valančius, I. Reine, L. Truchot u M. Sampol Pucurull, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

R. da Silva Passos, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: V. Valančius u I. Reine, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: V. Valančius u L. Truchot, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: V. Valančius u M. Sampol Pucurull, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: I. Reine u L. Truchot, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: I. Reine u M. Sampol Pucurull, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: L. Truchot u M. Sampol Pucurull, Imħallfin.

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

J. Svenningsen, President tal-Awla, R. Barents, C. Mac Eochaidh, T. R. Pynnä u C. J. Laitenberger, Imħallfin.

It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

J. Svenningsen, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: R. Barents u C. Mac Eochaidh, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: R. Barents u T. R. Pynnä, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: R. Barents u C. J. Laitenberger, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: C. Mac Eochaidh u T. R. Pynnä, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: C. Mac Eochaidh u C. J. Laitenberger, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: T. R. Pynnä u C. J. Laitenberger, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. J. Costeira, Presidenta tal-Awla, M. Kancheva, T. Perišin, P. Zilgalvis u I. Dimitrakopoulos Imħallfin.

Id-Disa’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

M. J. Costeira, Presidenta tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: M. Kancheva u T. Perišin, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: M. Kancheva u P. Zilgalvis, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: M. Kancheva u I. Dimitrakopoulos, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: T. Perišin u P. Zilgalvis, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: T. Perišin u I. Dimitrakopoulos, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: P. Zilgalvis u I. Dimitrakopoulos, Imħallfin.

L-Għaxar Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

Il-Kulleġġ ġudikanti estiż tal-Awla, komposta minn ħames Imħallfin, huwa magħmul minn tliet Imħallfin tal-kulleġġ ġudikanti li quddiemu tkun tressqet inizjalment il-kawża u minn żewġ Imħallfin innominati fost it-tliet Imħallfin l-oħra tal-Għaxar Awla skont rotazzjoni.

L-Għaxar Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

A. Kornezov, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: E. Buttigieg u K. Kowalik-Bańczyk, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: E. Buttigieg u G. Hesse, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: E. Buttigieg u D. Petrlík, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: E. Buttigieg u B. Ricziová, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: K. Kowalik-Bańczyk u G. Hesse, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: K. Kowalik-Bańczyk u D. Petrlík, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti G: K. Kowalik-Bańczyk u B. Ricziová, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti H: G. Hesse u D. Petrlík, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti I: G. Hesse u B. Ricziová, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti J: D. Petrlík u B. Ricziová, Imħallfin.

Il-Qorti Ġenerali tikkonferma d-deċiżjoni tagħha tal-4 ta’ Ottubru 2019 li tgħid li l-Ewwel, ir-Raba’, is-Seba’ u t-Tmien Awla huma inkarigati mill-kawżi mressqa abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u, jekk ikun il-każ, tal-Artikolu 50a tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u t-Tieni, it-Tielet, il-Ħames, is-Sitt, id-Disa’ u l-Għaxar Awla huma inkarigati mill-kawżi relatati mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali koperti mit-Titolu IV tar-Regoli tal-Proċedura.

Hija tikkonferma wkoll li:

il-President u l-Viċi President ma humiex assenjati b’mod permanenti lil Awla;

matul kull sena ġudizzjarja, il-Viċi President għandu jippresjedi f’kull waħda mill-awli komposti minn ħames Imħallfin, u dan f’kawża għal kull awla skont l-ordni li ġej:

l-ewwel kawża li tintbagħat, b’deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, quddiem kulleġġ ġudikanti estiż kompost minn ħames Imħallfin tal-Ewwel Awla, tat-Tieni Awla, tat-Tielet Awla, tar-Raba’ Awla u tal-Ħames Awla;

It-tielet kawża li tintbagħat, b’deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, quddiem kulleġġ ġudikanti estiż kompost minn ħames Imħallfin tas-Sitt Awla, tas-Seba’ Awla, tat-Tmien Awla, tad Disa’ Awla u tal-Għaxar Awla.

Meta l-Viċi President jippresjedi f’Awla komposta minn ħames Imħallfin, il-kulleġġ ġudikanti estiż għandu jkun kompost mill-Viċi President, mill-Imħallfin tal-kulleġġ ġudikanti kompost minn tliet Imħallfin li quddiemu tkun tressqet inizjalment il-kawża kif ukoll minn wieħed mill-Imħallfin l-oħra tal-awla kkonċernata, iddeterminat abbażi tal-ordni inversa stabbilita fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura.


(1)  ĠU 2019, C 372, p. 3.

(2)  ĠU 2020, C 68, p. 2, ĠU 2020, C 114, p. 2, ĠU 2020, C 371, p. 2, ĠU 2021, C 110, p. 2, ĠU 2021, C 297, p. 2, ĠU 2021, C 368, p. 2, ĠU 2021, C 412, p. 2, ĠU 2021, C 431, p. 2, ĠU 2021, C 462, p. 2ĠU 2022, C 52, p. 1.

(3)  ĠU 2019, C 372, p. 3.

(4)  ĠU 2020, C 68, p. 2, ĠU 2020, C 114, p. 2, ĠU 2020, C 371, p. 2, ĠU 2021, C 110, p. 2, ĠU 2021, C 297, p. 2, ĠU 2021, C 368, p. 2, ĠU 2021, C 412, p. 2, ĠU 2021, C 431, p. 2, ĠU 2021, C 462, p. 2ĠU 2022, C 52, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi – il-Belġju) – Skeyes vs Ryanair DAC

(Kawża C-353/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 549/2004 - Regolament (KE) Nru 550/2004 - Fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru - Deċiżjoni li jingħalaq l-ispazju tal-ajru - Eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika - Utent tal-ispazju tal-ajru - Kumpanniji tal-ajru - Dritt għal azzjoni legali kontra deċiżjoni li jingħalaq l-ispazju tal-ajru - Artikolu 58 TFUE - Moviment liberu tas-servizzi fil-qasam tat-trasport - Artikoli 16 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Libertà ta’ intrapriża - Dritt għal rimedju effettiv)

(2022/C 284/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skeyes

Konvenut: Ryanair DAC

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru fl-ajru uniku Ewropew, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009, moqri flimkien mal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta’ l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas), kif emendat bir-Regolament Nru 1070/2009, u fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jagħti lill-utenti tal-ispazju tal-ajru, bħalma huma l-linji tal-ajru, dritt għal rimedju effettiv, quddiem il-qrati nazzjonali, kontra l-fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru sabiex jiġu ssuġġettati għall-istħarriġ ġudizzjarju n-nuqqasijiet allegati għall-obbligu ta’ provvista ta’ servizzi impost fuq dan tal-aħħar.

2)

Ir-Regolament Nru 550/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 1070/2009, moqri fid-dawl tal-premessa 5 tiegħu, kif ukoll tal-Artikolu 58(1) TFUE u tal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni previsti mit-Trattat FUE għall-provvista ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru marbuta mal-eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika, bħal dawk previsti minn dan ir-regolament, iżda li ma jeskludix l-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat FUE u ta’ din il-Karta dwar id-drittijiet u l-libertajiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, bħal dawk marbuta mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-qasam tat-trasport u mal-libertà ta’ intrapriża.


(1)  ĠU C 339, 12.10.2020.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Ligebehandlingsnævnet li qiegħda taġixxi għal A vs HK/Danmark, HK/Privat

(Kawża C-587/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 3(1)(a) u (d) - Kamp ta’ applikazzjoni - Pożizzjoni ta’ president elett minn organizzazzjoni ta’ ħaddiema - Statut ta’ din l-organizzazzjoni li jipprovdi għall-eliġibbiltà għall-presidenza tal-membri biss li, fil-jum tal-elezzjoni, ma jkunux laħqu l-età ta’ 60 sena jew ta’ 61 sena)

(2022/C 284/04)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ligebehandlingsnævnet li qiegħda taġixxi għal A

Konvenuti: HK/Danmark, HK/Privat

fil-preżenza ta’: Fagbevægelsens Hovedorganisation

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(a) u (d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li limitu fuq l-età previst fl-istatut ta’ organizzazzjoni ta’ ħaddiema sabiex persuna tkun eliġibbli għall-pożizzjoni ta’ president tagħha jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 44, 8.2.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneuburg – l-Awstrija) – JR vs Austrian Airlines AG

(Kawża C-589/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Konvenzjoni ta’ Montréal - Artikolu 17(1) - Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fil-każ ta’ mewt jew ta’ leżjoni subita minn passiġġier - Kunċett ta’ “inċident” li kkawża l-mewt jew leżjoni - Leżjoni tanġibbli mġarrba matul żbark - Artikolu 20 - Eżenzjoni mir-responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru - Kunċett ta’ “negliġenza, att jew ommissjoni oħra li jikkawża preġudizzju lill-passiġġier li sofra leżjoni li kkawża d-dannu subit jew li kkontribwixxa għal dan id-dannu” - Waqgħa ta’ passiġġier li ma jkunx żamm mal-poġġaman ta’ taraġ mobbli ta’ żbark)

(2022/C 284/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JR

Konvenuta: Austrian Airlines AG

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, li kienet iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999 u approvata għan-nom tagħha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-5 ta’ April 2001, għandux jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni li fiha, għal raġuni indeterminata, passiġġier jaqgħa f’taraġ mobbli li tqiegħed għall-iżbark tal-passiġġieri ta’ ajruplan u jsofri korriment taqa’ taħt il-kunċett ta’ “inċident”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, inkluż meta t-trasportatur bl-ajru kkonċernat ma jkunx naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu ta’ diliġenza u ta’ sigurtà f’dan ir-rigward.

2)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta inċident, li kkawża dannu lil passiġġier, jikkonsisti f’waqgħa tiegħu, għal raġuni mhux determinata, f’taraġ mobbli li tqiegħed għall-iżbark tal-passiġġieri ta’ ajruplan, it-trasportatur bl-ajru kkonċernat jista’ jiġi eżentat mir-responsabbiltà tiegħu fir-rigward ta’ dan il-passiġġier biss sa fejn, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha li fihom dan id-dannu seħħ, dan it-trasportatur bl-ajru jipproduċi prova, skont ir-regoli tad-dritt nazzjonali applikabbli u bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, li negliġenza, li att jew ommissjoni oħra ta’ dannu għall-imsemmi passiġġier ikkawża jew ikkontribwixxa għad-dannu mġarrab minnu, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 35, 1.2.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen – il-Ġermanja) – Kawża mressqa minn T.N., N.N.

(Kawża C-617/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Miżuri dwar id-dritt tas-suċċessjoni - Regolament (UE) Nru 650/2012 - Artikoli 13 u 28 - Validità tad-dikjarazzjoni dwar l-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja tas-suċċessjoni - Eredi li għandu r-residenza tiegħu fi Stat Membru differenti minn dak tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar is-suċċessjoni - Dikjarazzjoni magħmula quddiem il-qorti tal-Istat Membru tar-residenza abitwali ta’ dan l-eredi)

(2022/C 284/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T.N., N.N.

fil-preżenza ta’: E.G.

Dispożittiv

L-Artikoli 13 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dikjarazzjoni dwar ir-rinunzja għas-suċċessjoni magħmula minn werriet quddiem qorti tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu titqies valida fir-rigward tal-forma meta r-rekwiżiti formali applikabbli quddiem din il-qorti jkunu ġew osservati, mingħajr ma jkun neċessarju, għall-finijiet ta’ din il-validità, li hija tissodisfa r-rekwiżiti formali meħtieġa mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni.


(1)  ĠU C 53, 15.02.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – FCC Česká republika, s.r.o. vs Ministerstvo životního prostředí, Městská část Ďáblice, Spolek pro Ďáblice

(Kawża C-43/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2010/75/UE - Artikolu 3(9) - Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis - Proċedura ta’ emenda ta’ awtorizzazzjoni - Parteċipazzjoni tal-pubbliku kkonċernat - Kunċett ta’ “bidla sostanzjali” ta’ installazzjoni - Estensjoni tal-perijodu tal-operat ta’ landfill)

(2022/C 284/07)

Lingwa tal-kawża: ic-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FCC Česká republika, s.r.o.

Konvenut: Ministerstvo životního prostředí, Městská část Ďáblice, Spolek pro Ďáblice

Dispożittiv

L-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis), għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sempliċi estensjoni tal-perijodu tar-rimi ta’ skart f’landfill, mingħajr ma jiġu emendati la d-dimensjonijiet massimi approvati tal-installazzjoni u lanqas il-kapaċità totali tagħha, ma tikkostitwixxix “bidla sostanzjali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 110, 29.03.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X BV vs Classic Coach Company vof, Y, Z

(Kawża C-112/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 5 - Drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark - Artikolu 6(2) - Limitazzjoni tal-effetti tat-trade mark - Impossibbiltà għall-proprjetarju ta’ trade mark li jipprojbixxi lil terz milli juża, fil-kummerċ, dritt preċedenti ta’ portata lokali - Kundizzjonijiet - Kunċett ta’ “dritt preċedenti” - Isem kummerċjali - Proprjetarju ta’ trade mark sussegwenti li għandu dritt saħansitra iktar preċedenti - Rilevanza)

(2022/C 284/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X BV

Konvenuti: Classic Coach Company vof, Y, Z

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ “dritt preċedenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma huwiex meħtieġ li l-proprjetarju ta’ dan id-dritt ikun jista’ jipprojbixxi l-użu tat-trade mark sussegwenti mill-proprjetarju tagħha.

2)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li “dritt preċedenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jista’ jiġi rrikonoxxut lil terz f’sitwazzjoni fejn il-proprjetarju tat-trade mark sussegwenti jkollu dritt saħansitra iktar preċedenti, irrikonoxxut mil-liġi tal-Istat Membru kkonċernat, fuq is-sinjal irreġistrat bħala trade mark, sakemm, skont din il-liġi, il-proprjetarju tat-trade mark u tad-dritt iktar preċedenti ma jkunx iktar jista’ jipprojbixxi, abbażi tad-dritt iktar preċedenti tiegħu, l-użu, mit-terz, tad-dritt iktar reċenti.


(1)  ĠU C 189, 17.5.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Get Fresh Cosmetics Limited vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

(Kawża C-122/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 87/357/KEE - Artikolu 1(2) - Kamp ta’ applikazzjoni - Prodotti mhux tal-ikel li jistgħu jiġu konfużi ma’ prodotti tal-ikel - Kunċett - Riskju ta’ soffokazzjoni, ta’ avvelenament, ta’ perforazzjoni jew ta’ ostruzzjoni tal-kanal tal-ikel - Preżunzjoni ta’ perikolu - Assenza - Prova)

(2022/C 284/09)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Get Fresh Cosmetics Limited

Konvenut: Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

fil-preżenza ta’: V.U.

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex neċessarju li jintwera permezz ta’ data oġġettiva u sostanzjata li l-fatt li jitqiegħdu fil-ħalq, jissoffew jew jinbilgħu prodotti li, filwaqt li ma humiex prodotti tal-ikel, ikollhom forma, riħa, kulur, aspett, imballaġġ, ittikkettjar, volum jew daqs b’mod li huwa prevedibbli li l-konsumaturi, b’mod partikolari t-tfal, ifixkluhom ma’ prodotti tal-ikel u, minħabba dan, iqiegħduhom fil-ħalq, isoffuhom jew jibilgħuhom, jista’ jkollu riskji bħas-soffokazzjoni, l-avvelenament, il-perforazzjoni jew l-ostruzzjoni tal-kanal tal-ikel. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jevalwaw każ b’każ jekk prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet elenkati f’din id-dispożizzjoni u jiġġustifikaw li dan huwa l-każ.


(1)  ĠU C 182, 10.05.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Ilfov – ir-Rumanija) – SR vs EW

(Kawża C-196/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Artikolu 5 - Traduzzjoni tal-att - Teħid ta’ responsabbiltà mir-rikorrent għall-ispejjeż ta’ traduzzjoni - Kunċett ta’ “rikorrent” - Komunikazzjoni, fuq l-inizjattiva tal-qorti adita, ta’ atti ġudizzjarji għall-attenzjoni tal-intervenjenti fil-kawża)

(2022/C 284/10)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Ilfov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SR

Konvenut: EW

fil-preżenza ta’: FB, CX, IK

Dispożittiv

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta qorti tordna t-trażmissjoni ta’ atti ġudizzjarji lil terzi li jitolbu jintervjenu fil-proċedura, din il-qorti ma tistax titqies li hija r-“rikorrent” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 263, 5.7.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 – EM vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-299/21 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Parlament Ewropew - Membru tal-persunal temporanju fis-servizz ta’ grupp politiku - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 7 - Trasferiment - Artikolu 12 u Artikolu 12a(3) - Kunċett ta’ “fastidju psikoloġiku” - Assenza ta’ assenjazzjoni ta’ kompiti - Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea - Talba għal assistenza - Dannu - Kumpens)

(2022/C 284/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: EM (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avocate)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha, L. Darie u C. González Argüelles, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Marzu 2021, EM vs Il-Parlament (T-599/19, mhux ippubblikata, EU:T:2021:111), hija annullata, sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet għal kumpens tar-rikors, sa fejn dawn kienu intiżi għal kumpens tad-dannu subit mill-appellant mill-fatt li kien ġie miċħud mill-kompiti li kellu jwettaq matul il-perijodu mit-8 ta’ Diċembru 2016 sal-1 ta’ Ġunju 2018, data tal-bidu tal-irtirar tiegħu.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas kumpens għal ammont ta’ EUR 7 500 lil EM.

4)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza fil-Kawża T-599/19 kif ukoll mal-proċedura tal-appell, nofs dawk sostnuti minn EM relatati ma’ dawn il-proċeduri.


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-12 ta’ Jannar 2022 – TL, WE vs Getin Noble Bank S.A.

(Kawża C-28/22)

(2022/C 284/12)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TL, WE

Konvenut: Getin Noble Bank S.A.

Domandi preliminari

1)

Hija kompatibbli mal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali fis-sens li, fil-każ li ma jkunx possibbli li kuntratt jibqa’ vinkolanti wara li minnu jitneħħew id-dispożizzjonijiet illeċiti, dan jissuġġetta l-bidu tad-dekorriment tat-terminu tal-pretensjonijiet tal-bejjiegħ jew fornitur għal restituzzjoni għal kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

a)

it-tressiq mill-konsumatur, fil-konfront tal-bejjiegħ jew fornitur, ta’ pretensjonijiet jew motivi bbażati fuq in-natura illeċita tal-klawżoli kuntrattwali jew il-provvista minn qorti, li taġixxi ex officio, ta’ informazzjoni dwar il-possibbiltà li klawżoli kuntrattwali għandhom jitqiesu bħala illeċiti, jew

b)

id-dikjarazzjoni mill-konsumatur li huwa kiseb informazzjoni eżawrjenti dwar l-effetti (konsegwenzi ġuridiċi) fir-rigward tan-nuqqas ta’ possibbiltà li kuntratt jibqa’ vinkolanti, fosthom informazzjoni dwar il-possibbiltà li l-bejjiegħ jew fornitur jissottometti pretensjonijiet għal restituzzjoni u l-portata ta’ dawk il-pretensjonijiet, jew

c)

il-verifika waqt il-proċedura ġudizzjarja tal-għarfien (kuxjenza) tal-konsumatur fir-rigward tal-effetti (konsegwenzi ġuridiċi) tan-nuqqas ta’ possibbiltà li l-kuntratt jibqa’ vinkolanti jew il-provvista ta’ informazzjoni dwar tali effetti mill-qorti, jew

d)

l-għoti ta’ sentenza finali minn qorti li taqta’ tilwima bejn il-bejjiegħ jew fornitur u l-konsumatur?

2)

Hija kompatibbli mal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali fis-sens li, fil-każ li ma jkunx possibbli li kuntratt jibqa’ vinkolanti wara li minnu jitneħħew id-dispożizzjonijiet illeċiti, dan ma jimponix fuq il-bejjiegħ jew fornitur, li fil-konfront tiegħu l-konsumatur iressaq pretensjonijiet relatati mal-eżistenza ta’ klawżoli illeċiti fil-kuntratt, l-obbligu li jwettaq azzjonijiet awtonomi intiżi għall-verifika ta’ jekk il-konsumatur huwiex konxju mill-effetti tat-tneħħija tal-klawżoli illeċiti mill-kuntratt jew tal-fatt li l-kuntratt ma jistax jibqa’ vinkolanti?

3)

Hija kompatibbli mal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali fis-sens li, fil-każ li ma jkunx possibbli li kuntratt jibqa’ vinkolanti wara li minnu jitneħħew id-dispożizzjonijiet illeċiti, dan jipprevedi li t-terminu għall-pretensjoni għal restituzzjoni tal-konsumatur jibda jiddekorri qabel ma jibda jiddekorri t-terminu għall-pretensjoni għal restituzzjoni tal-bejjiegħ jew fornitur?

4)

Hija kompatibbli mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali fis-sens li, fil-każ li ma jkunx possibbli li kuntratt jibqa’ vinkolanti wara li minnu jitneħħew id-dispożizzjonijiet illeċiti, dan jipprevedi li l-bejjiegħ jew fornitur ikun intitolat għad-dritt jissuġġetta r-rimbors tal-benefiċċji rċevuti mingħand il-konsumatur għall-offerta simultanja mill-konsumatur tar-rimbors tal-benefiċċji rċevuti mingħand il-bejjiegħ jew fornitur jew għal li jiġi żgurat mill-konsumatur it-twettiq ta’ tali rimbors, filwaqt li fid-determinazzjoni tal-ammont tal-benefiċċji dovut mingħand il-konsumatur ma jitqisux l-ammonti li l-pretensjoni għar-rimbors tagħhom ġiet preskritta?

5)

Hija kompatibbli mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li, fil-każ li ma jkunx possibbli li kuntratt jibqa’ vinkolanti wara li minnu jitneħħew id-dispożizzjonijiet illeċiti, dan jipprevedi li, fil-każ li l-bejjiegħ jew fornitur jagħmel użu mid-dritt imsemmi fir-raba’ domanda, il-konsumatur ma jkunx intitolat għal interessi moratorji b’mod sħiħ jew parzjalment, għall-perijodu minn meta l-bejjiegħ jew fornitur jirċievi t-talba għar-rimbors tal-benefiċċji?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Frar 2022 – C. Sp. z o.o. (attwalment fi stralċ) vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

(Kawża C-108/22)

(2022/C 284/13)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C. Sp. z o.o. (attwalment fi stralċ)

Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

Domanda preliminari

L-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat li jista’ japplika għal persuna taxxabbli li hija konsolidatur ta’ servizzi ta’ lukandi li ixtri kif ukoll tbigħ mill-ġdid servizzi ta’ akkomodazzjoni lil operaturi ekonomiċi oħra, fejn dawk it-tranżazzjonijiet ma huma akkumpanjati minn ebda servizz addizzjonali ieħor?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-18 ta’ Frar 2022 – Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie vs W. Sp. z o.o.

(Kawża C-114/22)

(2022/C 284/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie

Konvenut: W. Sp. z o.o.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 167, 168(a), 178(a) u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 88(3a)(4)(c) tal-Ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług (il-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-Taxxa fuq l-Oġġetti u s-Servizzi, Dziennik Ustaw (Ġurnal tal-Liġijiet) tal-2011, Nru 177, pożizzjoni 1054, kif emendata), li ċċaħħad lil persuna taxxabbli mid-dritt li tnaqqas il-VAT fuq l-akkwist ta’ dritt (ta’ oġġett) meqjus li sar taħt pretenzjonijiet foloz fis-sens tad-dispożizzjonijiet tad-dritt ċivili nazzjonali, irrispettivament minn jekk ir-riżultat imfittex kienx vantaġġ fiskali, li l-għoti tiegħu jkun imur kontra għan wieħed jew iktar tad-Direttiva u irrispettivament minn jekk kienx l-għan prinċipali tal-approċċ kuntrattwali adottat?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy -Śródmieścia w Warszawie (il-Polonja) fil-25 ta’ Frar 2022 – SM, KM vs mBank S.A.

(Kawża C-140/22)

(2022/C 284/15)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SM, KM

Konvenut: mBank S.A.

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), kif ukoll il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni ġudizzjarja ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li skontha, fil-każ li fil-kuntratt ikun hemm klawżola inġusta li mingħajrha dan il-kuntratt ma jkunx jista’ jiġi eżegwit:

1.

dan il-kuntratt isir permanentement ineffettiv (invalidu) retroattivament mill-mument tal-konklużjoni tiegħu biss wara li l-konsumatur ikun għamel dikjarazzjoni li ma jagħtix il-kunsens tiegħu li l-klawżola inġusta tibqa’ fis-seħħ, huwa konxju tal-konsegwenzi tal-invalidità tal-kuntratt u jagħti l-kunsens tiegħu li l-kuntratt jiġi invalidat,

2.

it-terminu għall-pretensjoni tal-bejjiegħ jew fornitur għar-rimbors tal-benefiċċji indebiti mħallsa fuq il-bażi tal-kuntratt jibda jiddekorri biss mid-data li fiha l-konsumatur ikun issottometta d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 1 anki jekk il-konsumatur ikun preċedentement talab lill-bejjiegħ jew fornitur iħallas u anki jekk il-bejjiegħ jew fornitur seta’ preċedentement ippreveda li l-kuntratt redatt minnu kien fih klawżoli inġusti,

3.

il-konsumatur jista’ jitlob il-ħlas ta’ interessi moratorji statutorji biss mid-data li fiha ssottometta d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 1 anki jekk preċedentement talab lill-bejjiegħ jew fornitur iħallas,

4.

il-pretensjoni tal-konsumatur għar-rimbors tal-benefiċċji li jkun ħallas fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ kreditu invalidu (il-pagamenti ta’ kreditu, l-ispejjeż, il-kummissjonijiet u l-primjums ta’ assigurazzjoni) għandha tiġi ridotta bl-ekwivalenti tal-interessi kapitali li kien ikun intitolat għalihom il-bank li kieku l-kuntratt ta’ kreditu kien validu, filwaqt li l-bank jista’ jitlob ir-rimbors, li ħallas bis-sħiħ, tal-benefiċċju fuq il-bażi ta’ dan l-istess kuntratt ta’ kreditu invalidu (il-kapital)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fl-1 ta’ Marzu 2022 – YD vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

(Kawża C-146/22)

(2022/C 284/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: YD

Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1)(a) u (c), l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 24(1), u l-Artikolu 98(1) sa (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), moqrija flimkien mal-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), mal-punti 1 u 12a tal-Anness III u mal-premessi 4 u 7 ta’ din id-direttiva, kif ukoll mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, mal-prinċipju ta’ legalità fiskali u mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża preżenti, li tipprovdi rata mnaqqsa tal-VAT ta’ 5 % għall-prodotti tal-ikel, b’mod partikolari xarbiet li jinkludu l-ħalib, li jaqgħu taħt il-kodiċi ta’ Nomenklatura Magħquda CN 2202, filwaqt li teskludi minn din ir-rata prodotti tal-ikel bħal xarbiet li jinkludu l-ħalib, ikklassifikati bħala servizzi ta’ ikel u xorb konformement mal-klassifikazzjoni statistikali Pollakka (PKWiU 56) u li tapplika għal dawn il-prodotti tal-aħħar (il-provvista jew is-servizz tagħhom) ir-rata mnaqqsa tal-VAT ta’ 8 %, minkejja li l-konsumatur medju li jixtri dawn il-prodotti jew servizzi jqis li dawn il-provvisti jew servizzi jissodisfaw l-istess bżonn?

2)

Prassi amministrattiva li timplika l-applikazzjoni ta’ żewġ rati mnaqqsa tal-VAT differenti għal prodotti li għandhom l-istess karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi, skont jekk is-servizzi ta’ preparazzjoni u ta’ preżentazzjoni ta’ dawn il-prodotti humiex ipprovduti, u għalhekk li teskludi tali prodotti għal raġunijiet suġġettivi u mhux oġġettivi, hija kompatibbli mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ ċertezza legali?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(2)  ĠU 2011, L 77, p. 1


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Krakowie (il-Polonja) fil-31 ta’ Marzu 2022 – “R” S.A. vs AW “T” sp. z o.o.

(Kawża C-225/22)

(2022/C 284/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny w Krakowie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“R” S.A.

Konvenut: AW “T” sp. z o.o.

Domandi preliminari

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1), l-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3) kif ukoll l-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Karta”) u mal-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) kif ukoll mal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lill-qorti nazzjonali ma tapplikax deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, vinkolanti taħt id-dritt nazzjonali, inkluż ta’ natura kostituzzjonali, sa fejn din id-deċiżjoni tipprekludi l-eżami mill-qorti nazzjonali dwar jekk – fir-rigward tal-metodu ta’ ħatra tal-imħallfin – l-organu ġudizzjarju huwiex qorti indipendenti, imparzjali u stabbilit minn qabel bil-liġi fis-sens tad-dritt tal-Unjoni Ewropea?

2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1), l-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3) kif ukoll l-Artikolu 6(3) TUE moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta u mal-Artikolu 267 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali adottata minn Stat Membru: (a) li tipprojbixxi lill-qorti nazzjonali milli tevalwa jekk il-ħatra ta’ mħallef hijiex konformi mal-liġi u konsegwentement milli teżamina jekk l-organu ġudizzjarju huwiex qorti fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, u, (b) li tipprevedi r-responsabbiltà dixxiplinari ta’ mħallef għal aġir ġudizzjarju marbut mal-eżami inkwistjoni?

3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1), l-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3) kif ukoll l-Artikolu 6(3) TUE moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta u mal-Artikolu 267 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti ordinarja li tissodisfa r-rekwiżiti imposti fuq qorti fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni, ma hijiex marbuta b’sentenza minn qorti tal-aħħar istanza – li fi ħdanha jkunu sedenti membri maħtura fil-kariga ta’ mħallef bi ksur flagranti tad-dritt nazzjonali li jirregola proċeduri ta’ nomina għall-kariga ta’ Mħallef tal-Qorti Suprema u li b’konsegwenza ta’ dan tali qorti ma tkunx tissodisfa r-rekwiżit ta’ qorti indipendenti, imparzjali u stabbilita minn qabel bil-liġi u li tiggarantixxi protezzjoni ġudizzjarja effettiva lill-individwi – mogħtija b’riżultat ta’ miżura straordinarja ta’ appell (appell straordinarju) li tannulla sentenza definittiva u tirrinvija l-kawża quddiem qorti ordinarja sabiex din tiġi eżaminata mill-ġdid?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1), l-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3) kif ukoll l-Artikolu 6(3) TUE moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta u mal-Artikolu 267 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li nuqqas ta’ natura vinkolanti tfisser li:

sentenza mogħtija minn qorti tal-aħħar istanza, stabbilita bil-mod deskritt fit-tielet domanda, ma hijiex sentenza f’sens legali (hija sentenza ineżistenti) fis-sens tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, u l-evalwazzjoni f’dan ir-rigward tista’ ssir minn qorti ordinarja li tissodisfa r-rekwiżiti imposti fuq tali qorti fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni,

jew inkella sentenza mogħtija minn qorti tal-aħħar istanza, stabbilita bil-mod deskritt fit-tielet domanda, hija sentenza eżistenti, iżda qorti ordinarja li tkun qed teżamina l-kawża mill-ġdid għandha d-dritt u hija obbligata ma tapplikax id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jirrigwardaw il-konsegwenzi ta’ din is-sentenza sa fejn dan ikun neċessarju sabiex tiġi ggarantita protezzjoni ġudizzjarja effettiva lill-individwi?


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ April 2022 – Finanzamt Hannover-Nord vs H Lebensversicherung

(Kawża C-258/22)

(2022/C 284/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Hannover-Nord

Konvenut: H Lebensversicherung

Domanda preliminari

L-Artikolu 56(1) tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 63(1) tat-Trattat FUE) għandu jiġi intepretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li, waqt il-kalkolu tal-bażi taxxabbli tat-taxxa korporattiva ta’ kumpannija, id-dividendi li joriġinaw minn holdings ta’ inqas minn 10 % f’kumpanniji b’kapital azzjonarju barranin (holdings mifruxa) għandhom jiġu inklużi mill-ġdid fil-bażi taxxabbli jekk u sa fejn dawn id-dividendi jkunu tnaqqsu mill-bażi taxxabbli fi stadju preċedenti tal-kalkolu, filwaqt li, fil-każ ta’ tali dividendi li joriġinaw minn holdings mifruxa f’kumpanniji b’kapital azzjonarju li għandhom is-sede tagħhom fl-Istat Membru kkonċernat, ebda tnaqqis u, konsegwentement, ebda inklużjoni (mill-ġdid) tad-dividendi ma għandha ssir waqt il-kalkolu tal-bażi taxxabbli tat-taxxa korporattiva?


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Erfurt (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2022 – Seven.One Entertainment Group GmbH vs Corint Media GmbH

(Kawża C-260/22)

(2022/C 284/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Erfurt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Seven.One Entertainment Group GmbH

Konvenut: Corint Media GmbH

Domandi preliminari

1.

Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-organizzazzjonijiet tax-xandir huma benefiċjarji diretti u oriġinali tad-dritt għal kumpens ġust taħt l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 kif previst fil-kuntest tal-hekk imsejħa eċċezzjoni ta’ kopja privata?

2.

Fid-dawl tad-dritt tagħhom taħt l-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2001/29, l-organizzazzjonijiet tax-xandir jistgħu jiġu esklużi mid-dritt għal kumpens ġust taħt l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 għar-raġuni li, fil-kwalità tagħhom ta’ produtturi ta’ films, huma jistgħu jkunu wkoll intitolati għal kumpens ġust taħt l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29?

3.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda:

L-esklużjoni ġenerali tal-organizzazzjonijiet tax-xandir hija ammissibbli f’sitwazzjoni fejn, skont l-iskeda ta’ programmi konkreta tagħhom, dawn l-organizzazzjonijiet jiksbu, parzjalment, biss fi proporzjonijiet ferm limitati drittijiet bħala produtturi ta’ films (b’mod partikolari programmi mxandra fuq it-televiżjoni li jkun fihom proporzjon għoli ta’ programmi akkwistati taħt liċenzja mingħand terzi) u ma jiksbu, parzjalment, ebda dritt bħala produtturi ta’ films (b’mod partikolari l-organizzaturi ta’ programmi tar-radju)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fl-20 ta’ April 2022 – Fonds de Garantie des Victimes des Actes de Terrorisme et d’Autres Infractions (FGTI) vs Victoria Seguros S.A.

(Kawża C-264/22)

(2022/C 284/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fonds de Garantie des Victimes des Actes de Terrorisme et d’Autres Infractions (FGTI)

Konvenut: Victoria Seguros S.A.

Domanda preliminari

Il-liġi applikabbli għar-regoli ta’ preskrizzjoni tad-dritt għal kumpens hija dik tal-post fejn seħħ l-inċident (il-liġi Portugiża), flimkien mal-Artikolu 4(1) u mal-Artikolu 15(h) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) (1); jew, fis-sitwazzjoni ta’ surroga fid-drittijiet tal-persuna leża, hija applikabbli l-“liġi tal-persuna terza” ssurrogata (il-liġi Franċiża), fid-dawl tal-Artikolu 19 tal-imsemmi regolament “Ruma II”?


(1)  ĠU 2007, L 199, p. 40.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/18


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2022 minn United Parcel Service, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla, Awla Estiża) fit-23 ta’ Frar 2022 fil-Kawża T-834/17, United Parcel Service vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-297/22 P)

(2022/C 284/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: United Parcel Service, Inc. (rappreżentanti: A. Ryan, Solicitor, W. Knibbeler, F. Roscam Abbing, A. Pliego Selie u T. C. van Helfteren, advocaten, u F. Hoseinian, Advokat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali kif mitlub f’dan l-appell;

tagħti s-sentenza finali u tikkumpensa lill-appellanti għad-danni sostnuti u l-interessi applikabbli kif mitlub fl-ewwel istanza bħala parti mill-proċedura skont l-Artikolu 340 TFUE, jew, sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi l-kawża skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ din il-proċedura u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi meta kkonkludiet li l-iżball proċedurali serju mwettaq mill-Kummissjoni fir-rigward tal-mudell ekonometriku (u l-irregolaritajiet sostantivi li hija taċċetta) kienu insuffiċjenti sabiex jistabbilixxu r-rabta kawżali, u billi naqset milli tikklassifika l-irregolaritajiet sostantivi fir-rigward tal-mudell ekonometriku bħala ksur suffiċjentement serju li jistabbilixxi responsabbiltà.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-kumpens ta’ terminazzjoni ma jistax jiġi rkuprat peress li dan huwa “liberament” sostnut.

Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li s-sinerġiji mitlufa ma jistgħux jiġu rkuprati.

Permezz tar-raba’ aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-Kummissjoni għandha diskrezzjoni sabiex taċċetta effiċjenzi u għalhekk li l-Kummissjoni ma wettqitx żball suffiċjentement serju fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-effiċjenza.

Permezz tal-ħames aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li UPS ma għamlitx it-talbiet meħtieġa lill-uffiċjal tas-seduta għal dokumenti FedEx.

Permezz tas-sitt aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li d-dannu li joriġina mit-telf ta’ opportunità jikkostitwixxi kap ġdid ta’ danni li jkun inammissibbli.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-16 ta’ Mejju 2022 – Friends of the Irish Environment CLG v Minister for Agriculture, Food and the Marine, Ireland and the Attorney General

(Kawża C-330/22)

(2022/C 284/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Friends of the Irish Environment CLG

Konvenuti: The Minister for Agriculture, Food and the Marine, Ireland and the Attorney General

Domandi preliminari

1)

Peress li r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (1) ġie ssostitwit u/jew li l-miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni skadew, huwa neċessarju li jsir dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari?

2)

L-Anness IA tar-Regolament 2020/123 huwa invalidu, fid-dawl tal-għanijiet u skopijiet tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (2) u, b’mod partikolari, fid-dawl tal-Artikolu 2(1) u (2) tiegħu, inkluż l-għan imsemmi mit-tieni sentenza tal-Artikolu 2(2), u l-prinċipji ta’ governanza tajba stabbiliti fl-Artikolu 3(c) u (d) tar-Regolament Nru 1380/2013 (li jinkludi l-portata sa fejn huwa japplika għall-istokkijiet li għalihom huwa mitlub approċċ ta’ prekawzjoni), meta huma jinqraw flimkien mal-Artikoli 9, 10, 15 u 16 tal-imsemmi regolament kif ukoll mal-premessi tiegħu u mal-Artikoli 1, 2, 3, 4, 5, 8 u 10 tar-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (3), sa fejn il-qabdiet totali permissibbli (“TACs”) stabbiliti permezz tar-Regolament 2020/123 ma jsegwux il-parir li ma jinqabad xejn għar-rendiment massimu sostenibbli (“MSY”) maħruġ mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (“ICES”) għal ċerti speċi?


(1)  ĠU 2020, L 25, p. 1.

(2)  ĠU 2013, L 354, p. 22.

(3)  ĠU 2019, L 83, p. 1.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Svea hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen (l-Isvezja) fl-24 ta’ Mejju 2022 – BSH Hausgeräte GmbH v Aktiebolaget Electrolux

(Kawża C-339/22)

(2022/C 284/23)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: BSH Hausgeräte GmbH

Konvenut: Aktiebolaget Electrolux

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 1215/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-frażi “proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni jew validità ta’ privattivi […] indipendentement minn jekk il-kwistjoni titqajjem permezz ta’ azzjoni jew permezz ta’ eċċezzjoni” tfisser li qorti nazzjonali, li, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament, iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ tilwima dwar ksur ta’ privattiva, ma għadx għandha ġurisdizzjoni tieħu konjizzjoni ta’ kwistjoni ta’ ksur jekk titqajjem eċċezzjoni li l-privattiva inkwistjoni ma hijiex valida, jew id-dispożizzjoni legali għandha tiġi interpretata fis-sens li l-qorti nazzjonali ma għandhiex ġurisdizzjoni biss sabiex tieħu konjizzjoni tal-eċċezzjoni ta’ invalidità?

2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda hija affettwata minn jekk il-liġi nazzjonali tkunx tinkludi dispożizzjonijiet legali, simili għal dawk stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Paragrafu 61 tal-Patentlagen (il-Liġi dwar il-Privattivi), li jfisser li, sabiex tinstema’ eċċezzjoni ta’ invalidità mqajma f’kawża ta’ ksur, il-konvenut għandu jressaq azzjoni separata għal dikjarazzjoni ta’ invalidità?

3)

L-Artikolu 24(4) tar-Regolament 1215/2012 (2) għandu jiġi interpretat li japplika għal qrati ta’ pajjiż terz, jiġifieri, f’dan il-każ, fis-sens li jagħti wkoll ġurisdizzjoni esklużiva lil qorti fit-Turkija f’dak li jirrigwarda l-parti tal-privattiva Ewropea li ġiet ivvalidata hemmhekk?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.

(2)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012 L 351, p. 1).


Il-Qorti Ġenerali

25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno u SFL vs SRB

(Kawża T-481/17) (1)

(“Politika ekonomika u monetarja - Unjoni Bankarja - Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) - Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli f’każ ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli - Adozzjoni mis-SRB ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Dritt għal smigħ - Dritt għall-proprjetà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikoli 18, 20 u 24 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014”)

(2022/C 284/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno (Madrid, Spanja), Stiftung für Forschung und Lehre (SFL) (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Pelayo Jiménez, A. Muñoz Aranguren u R. Pelayo Torrent, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. King u M. Fernández Rupérez, aġenti, assistiti minn B. Meyring, S. Schelo, F. Fernández de Trocóniz Robles, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: S. Centeno Huerta, L. Aguilera Ruiz, S. Jiménez García u J. Rodríguez de la Rúa Puig, aġenti), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. López-Carceller, M. Martínez Iglesias, L. Visaggio, J. Etienne, M. Menegatti u M. Sammut, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, J. Bauerschmidt, A. Westerhof Löfflerová u H. Marcos Fraile, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti), Banco Santander, SA (Santander, Spanja) (rappreżentanti: J. Rodríguez Cárcamo, A. Rodríguez Conde, D. Sarmiento Ramírez-Escudero u J. Remón Peñalver, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tas-sessjoni eżekuttiva tas-SRB, tas-7 ta’ Ġunju 2017, dwar l-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno u Stiftung für Forschung und Lehre (SFL) huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) u Banco Santander, SA.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Del Valle Ruíz et vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-510/17) (1)

(“Unjoni ekonomika u monetarja - Unjoni Bankarja - Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) - Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli f’każ ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli - Adozzjoni mis-SRB ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español - Dritt għal smigħ - Delega tal-poter - Dritt għall-proprjetà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikoli 18, 20 u 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014”)

(2022/C 284/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Antonio Del Valle Ruíz (Messiku, il-Messiku) u 41 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għas-sentenza (rappreżentanti: J. Pobjoy, barrister, B. Kennelly, QC, u S. Walker, solicitor)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti), Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. King u M. Fernández Rupérez, aġenti, assistiti minn B. Meyring, S. Schelo, F. Fernández de Trocóniz Robles, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: L. Aguilera Ruiz u J. Rodríguez de la Rúa Puig, aġenti), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, J. Etienne, M. Menegatti, M. Sammut, L. Stefani u M. Martínez Iglesias, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, J. Bauerschmidt, A. Westerhof Löfflerová u H. Marcos Fraile, aġenti), Banco Santander, SA (Santander, Spanja) (rappreżentanti: J. Rodríguez Cárcamo, A. Rodríguez Conde, D. Sarmiento Ramírez-Escudero, avukati, u G. Cahill, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tas-sessjoni eżekuttiva tas-SRB, tas-7 ta’ Ġunju 2017, dwar l-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A. (ĠU 2017, L 178, p. 15).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Antonio Del Valle Ruíz u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawn sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, il-Bord ta’ Riżoluzzjoni Unika (SRB) u Banco Santander, SA.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 374, 6.11.2017.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Uzina Metalurgica Moldoveneasca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-245/19) (1)

(“Miżuri ta’ salvagwardja - Suq ta’ prodotti tal-azzar - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Locus standi - Ammissibbiltà - Ugwaljanza fit-trattament - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ diliġenza - Theddida ta’ dannu serju - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ftuħ ta’ investigazzjoni ta’ salvagwardja - Kompetenza tal-Kummissjoni - Drittijiet tad-difiża”)

(2022/C 284/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Uzina Metalurgica Moldoveneasca OAO (Rîbniţa, il-Moldova) (rappreżentanti: P. Vander Schueren u E. Gergondet, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri ta’ salvagwardja definittivi kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU 2019, L 31, p. 27), sa fejn dan japplika għaliha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Uzina Metalurgica Moldoveneasca OAO hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 230, 8.7.2019.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Wieland-Werke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-251/19) (1)

(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq tal-prodotti llaminati u strixxi llaminati minn qabel tar-ram u liegi tar-ram - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE - Impenji - Suq inkwistjoni - Evalwazzjoni tal-effetti orizzontali u vertikali tal-operazzjoni fuq il-kompetizzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Drittijiet tad-difiża”)

(2022/C 284/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Wieland-Werke AG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Soltész, C. von Köckritz u K. Winkelmann, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Berghe, A. Cleenewerck de Crayencour, M. Farley u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 922 final tal-5 ta’ Frar 2019 li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE (Każ M.8900 – Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Wieland-Werke AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Foz vs Il-Kunsill

(Kawża T-296/20) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika - Użu ħażin ta’ poter - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ xieraq - Determinazzjoni tal-kriterji ta’ inklużjoni”)

(2022/C 284/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Amer Foz (Dubai, L-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: L. Cloquet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Haas u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/212 tas-17 ta’ Frar 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2020, L 43 I, p. 6), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/211 tas-17 ta’ Frar 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2020, L 43 I, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat-28 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 66), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat-28 ta’ Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/855 tas-27 ta’ Mejju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2021, L 188, p. 90), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/848 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2021, L 188, p. 18), inkwantu dawn l-atti jinkludu u jżommu ismu fil-listi annessi ma’ dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Amer Foz huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Eurobolt et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-479/20) (1)

(Dumping - Estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina għal importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Malasja - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 266 TFUE - Impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv - Nuqqas ta’ retroattività - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Kompetenza tal-awtur tal-att)

(2022/C 284/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eurobolt BV (’s-Heerenberg, il-Pajjiżi l-Baxxi), Fabory Nederland BV (Tilburg, il-Pajjiżi l-Baxxi), ASF Fischer BV (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stafa Group BV (Maarheeze, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. De Knop, B. Natens u A. Willems, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u G. Luengo, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/611 tat-30 ta’ April 2020 li jimponi mill-ġdid id-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mill-Malasja, kemm jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u kemm jekk le (ĠU 2020, L 141, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Eurobolt BV, Fabory Nederland BV, ASF Fischer BV u Stafa Group BV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 304, 14.9.2020.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (Condor; għajnuna għas-salvataġġ)

(Kawża T-577/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Suq Ġermaniż tat-trasport bl-ajru - Self mogħti mill-Ġermanja lil Condor Flugdienst - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà - Diffikultajiet speċifiċi u li ma jirriżultawx minn tqassim arbitrarju tal-ispejjeż fi ħdan il-grupp - Diffikultajiet serji wisq sabiex jiġu riżolti mill-grupp innifsu - Riskju ta’ interruzzjoni ta’ servizz importanti”)

(2022/C 284/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F.-C. Laprévote, V. Blanc, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u V. Bottka, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Condor Flugdienst GmbH (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Birnstiel u S. Blazek, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 7429 final tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.55394 (2019/N) – Il-Ġermanja – Għajnuna għas-salvataġġ ta’ Condor (ĠU 2020, C 294, p. 3).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ryanair DAC hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Condor Flugdienst GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 399, 23.11.2020.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Tirrenia di navigazione vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-593/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Trasport Marittimu - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna għall-parti kompatibbli u għal parti mhux kompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Għajnuna għas-salvataġġ - Kompatibbiltà mas-suq intern - Terminu ta’ sitt xhur - Proroga - Obbligu ta’ preżentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni jew ta’ likwidazzjoni - Linji gwida għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà - Eżenzjoni fiskali - Vantaġġ - Natura selettiva - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Ħsara għall-kompetizzjoni - Tul eċċessiv tal-proċedura - Aspettattiva leġittima - Ċertezza legali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

(2022/C 284/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Tirrenia di navigazione SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: B. Nascimbene u F. Rossi Dal Pozzo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braga da Cruz u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1412 tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (11/C) (ex 11/NN) implimentati mill-Italja għal Tirrenia di Navigazione u għall-akkwirent tagħha Compagnia Italiana di Navigazione (ĠU 2020, L 332, p. 45).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tirrenia di navigazione SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 378, 9.11.2020.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Tirrenia di navigazione vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-601/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Trasport marittimu - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Għajnuna mogħtija lil Adriatica għall-perijodu ta’ bejn Jannar 1992 u Lulju 1994 fir-rigward tal-konnessjoni Brindisi/Corfu/Igoumenitsa/Patras - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Interessi akkumulati - Terminu ta’ preskrizzjoni - Għajnuna ġdida - Inkompatibbiltà mas-suq intern - Effetti ta’ akkordju fuq is-suq - Tul eċċessiv tal-proċedura - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

(2022/C 284/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Tirrenia di navigazione SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti B. Nascimbene u F. Rossi Dal Pozzo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braga da Cruz u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1411 tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 64/99 (ex NN 68/99) implimentata mill-Italja għall-kumpaniji tat-tbaħħir Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (il-Grupp Tirrenia) (ĠU 2020, L 332, p. 1), sa fejn din tikkonċernaha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tirrenia di navigazione SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 378, 9.11.2020.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – OG vs AED

(Kawża T-632/20) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Persunal tal-AED - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Pożizzjoni ta’ kap ta’ unità - Ċaħda ta’ kandidatura - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Oġġettività - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Ksur tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà - Dannu morali)

(2022/C 284/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: OG (rappreżentanti: S. Pappas u N. Kyriazopoulou, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (rappreżentanti: C. Ribeiro, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea tad-Difiża (EDA), tat-13 ta’ Diċembru 2019 li permezz tagħha hija ma tqegħditx fil-lista ta’ riżerva għall-kariga ta’ Kap tal-Unità tal-IT fid-Direttorat tas-Servizzi Integrati u, min-naħa l-oħra, titlob kumpens għad-danni li hija allegatament sofriet bħala riżultat ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

OG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 18.1.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Prigozhin vs Il-Kunsill

(Kawża T-723/20) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, entitajiet u organi li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - Lista tal-persuni suġġetti għal restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - L-ewwel inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Proporzjonalità - Prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni”)

(2022/C 284/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Yevgeniy Viktorovich Prigozhin (Sankt-Peterburg, ir-Russja) (rappreżentant: M. Cessieux, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-C. Cadilhac u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1483 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2020, L 341, p. 16), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1481 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2020, L 341, p. 7), sa fejn ismu ġie inkluż fil-listi tal-persuni u tal-entitajiet li jinsabu fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU 2015, L 206, p. 34), u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU 2016, L 12, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 6, p. 10), (iktar ’il quddiem il-“listi kontenzjużi”) u, min-naħa l-oħra, wara adattament tar-rikors, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1251 tad-29 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2015/1333 (ĠU 2021, L 272, p. 71), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1241 tad-29 ta’ Lulju 2021 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament 2016/44 (ĠU 2021, L 272, p. 1), sa fejn ismu nżamm fil-listi kontenzjużi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Yevgeniy Viktorovich Prigozhin huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 8.2.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Cristescu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-754/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sistema dixxiplinari - Atti li jmorru kontra d-dinjità tal-kariga - Analiżi preliminari - Investigazzjoni amministrattiva - Mandat fdat lill-IDOC - Protezzjoni tad-data personali - Prinċipju ta’ imparzjalità - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Proċedura dixxiplinari - Drittijiet tad-difiża - Sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira - Irregolarità proċedurali - Terminu raġonevoli - Ċirkustanzi attenwanti”)

(2022/C 284/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Adrian Sorin Cristescu (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Frar 2020 li permezz tagħha hija imponiet fuqu sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira b’applikazzjoni tal-Artikolu 9(1)(b) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Frar 2020 li timponi ċanfira fuq Adrian Sorin Cristescu hija annullata.

2)

Kull parti hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 62, 22.2.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Aquino vs Il-Parlament

(Kawża T-253/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kumitat tal-Persunal tal-Parlament - Elezzjoni tal-President tal-Kumitat tal-Persunal - Annullament tal-elezzjoni - Responsabbiltà”)

(2022/C 284/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roberto Aquino (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Bukšek Tomac, R. Ignătescu u T. Lazian, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament, l-ewwel, tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2020 li permezz tagħha dan annulla l-elezzjoni tiegħu bħala President tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament (iktar ’il quddiem il-“KtP”), kif ukoll, it-tieni, essenzjalment, tal-laqgħa kostituttiva tal-KtP tal-14 ta’ Settembru 2020, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-elezzjoni tal-President tiegħu, u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li huwa ġarrab.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Roberto Aquino huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Domator24.com Paweł Nowak vs EUIPO – Siwek u Didyk (Pultruna)

(Kawża T-256/21) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pultruna - Disinn Komunitarju preċedenti - Prova tal-iżvelar - Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 25(1)(b) u l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002”)

(2022/C 284/37)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Domator24.com Paweł Nowak (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentant: T. Gawliczek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u E. Śliwińska, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Piotr Siwek (Gdańsk, il-Polonja), Sebastian Didyk (Gdańsk) (rappreżentant: W. Gierszewski, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Marzu 2021 (Każ R 1275/2020-3) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, P. Siwek u S. Didyk u, min-naħa l-oħra, Domator24.com Paweł Nowak.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Domator24.com Paweł Nowak hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 278, 12.7.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Worldwide Machinery vs EUIPO – Scaip (SUPERIOR MANUFACTURING)

(Kawża T-316/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal – Unjoni Ewropea SUPERIOR MANUFACTURING - Użu ġenwin tat – trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 284/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Worldwide Machinery Ltd (Channelview, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Woltering, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Frydendahl u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Scaip SpA (Parma, l-Italja) (rappreżentanti: B. Saguatti u A. Guareschi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2021 (Każ R 873/2020-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Worldwide Machinery u Scaip.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Worldwide Machinery Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 289, 19.7.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – TK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-435/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2020 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AD 15 - Paragun tal-merti - Ugwaljanza ta’ trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2022/C 284/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: TK (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u L. Hohenecker, aġenti)

Suġġett

Bir-rikors tiegħu abbażi tal-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Novembru 2020 li ismu ma jitniżżilx fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-grad AD 15 abbażi tal-eżerċizzju ta’ promozzjoni 2020 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjonijiet ta’ promozzjoni fil-grad AD 15 tal-uffiċjali f’pożizzjoni amministrattiva għolja promossi fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ promozzjoni 2020.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TK u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 349, 30.08.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Del Valle Ruiz et vs SRB

(Kawża T-512/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Politika ekonomika u monetarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti impriżi tal-investiment (SRM) - Dispożittiv ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español - Assenza ta’ valwazzjoni definittiva ex post ta’ Banco Popular Español - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà manifesta”)

(2022/C 284/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Antonio Del Valle Ruíz (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) u s-36 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għad-digriet (rappreżentant: B. Fernández García, avukat)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. King u E. Muratori, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, F. Louis, C. Schwedler, P. Gey, V. Del Pozo Espinosa De Los Monteros, G. Barthet u J. Krämer, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-“deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) li ma titfassalx il-valwazzjoni definittiva ex post ta’ Banco Popular Español, SA, kkomunikata lir-rikorrenti bl-ittra tal-20 ta’ Mejju 2019”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Antonio Del Valle Ruíz u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għad-digriet huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 295, 2.9.2019.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2022 – Groschopp vs EUIPO (Sustainability through Quality)

(Kawża T-212/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Azzjoni li sfat bla skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 284/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Groschopp AG Drives & More (Viersen, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Schiffer, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2021 (Każ R 1076/2020-1), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Sustainability through Quality bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2022 – Fibrecycle vs EUIPO (BACK-2-NATURE)

(Kawża T-248/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Għajbien tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 284/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fibrecycle Pty Ltd (Helensvale, l-Awstralja) (rappreżentant: T. Stein, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2021 (Każ R 1699/2020-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali BACK-2-NATURE.

Dispożittiv

1)

Ma hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 2022 – Airoldi Metalli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-328/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina - Att li jimponi dazju antidumping definittiv - Importatur - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)

(2022/C 284/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Airoldi Metalli SpA (Molteno, l-Italja) (rappreżentanti: M. Campa, M. Pirovano, D. Rovetta, G. Pandey, P. Gjørtler u V. Villante, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/546 tad-29 ta’ Marzu 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2021, L 109, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Airoldi Metalli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 9.8.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2022 – mBank vs EUIPO – European Merchant Bank (EMBANK European Merchant Bank)

(Kawża T-331/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem l-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 284/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: mBank S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło Tefelska u K. Gajek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Frydendahl u E. Markakis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: European Merchant Bank UAB (Vilnjus, il-Litwanja) (rappreżentant: G. Pranevičius, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Marzu 2021 (Każ R 1845/2020-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejnha u l-intervenjenti.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 9.8.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2022 – documentus Deutschland vs EUIPO – Reisswolf (REISSWOLF)

(Kawża T-374/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 284/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: documentus Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Weller, V. Wolf, A. Wulff u K. Schmidt-Hern, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Reisswolf Akten- und Datenvernichtung GmbH & Co. KG (Hamburg) (rappreżentanti: A. Ebert-Weidenfeller u H. Förster, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2021 (Każ R 2354/2019-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn documentus Deutschland u Reisswolf Akten- und Datenvernichtung.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

documentus Deutschland GmbH u Reisswolf Akten- und Datenvernichtung GmbH & Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 329, 16.8.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2022 – Thomas Henry vs EUIPO (MATE MATE)

(Kawża T-452/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 284/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Henry GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Bir-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Mejju 2021 (Każ R 406/2021-1).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk ta’ Thomas Henry GmbH.


(1)  ĠU C 368, 13.09.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2022 – Girardi vs EUIPO

(Kawża T-497/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Rappreżentazzjoni quddiem l-EUIPO - Notifika ta’ irregolarità fis-setgħa li wieħed jaġixxi bħala rappreżentant quddiem l-EUIPO - Att li ma jitax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà”)

(2022/C 284/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Giovanna Paola Girardi (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Predonzani u A. Söder, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob, l-ewwel nett, l-annullament tal-att li permezz tiegħu l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) innotifikaha fl-14 ta’ Ġunju 2021, bl-irregolarità ta’ talba għal nullità li hija kienet ippreżentat taħt ir-riferiment 000050057 C, kif ukoll kull fajl ieħor li fih ir-rikorrent jew id-detentur rappreżentat minnha jkollu r-residenza permanenti tiegħu barra mill-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, li jiġi ddikjarat illegali l-Anness 1 għat-Taqsima 5 tal-Parti A tal-Linji gwida tal-EUIPO relatati mal-eżami tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, sa fejn dan l-anness jikkonċerna r-rappreżentanza professjonali tal-avukati Spanjoli quddiem l-Uffiċċju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

L-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk ta’ Giovanna Paola Girardi, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-497/21 R.


(1)  ĠU C 412, 11.10.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2022 – Abenante et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-527/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Regolament (UE) 2021/953 - Ċertifikat COVID diġitali tal-UE - Moviment liberu tal-persuni - Restrizzjonijiet - Assenza ta’ interess ġuridiku - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)

(2022/C 284/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Stefania Abenante (Ferrare, l-Italja) u l-423 rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness tad-digriet (rappreżentant: M. Sandri, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, P. López-Carceller u J. Rodrigues, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u S. Scarpa Ferraglio, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU 2021, L 211, p. 1)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Stefania Abenante u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness tad-digriet għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji quddiem il-Qorti Ġenerali.

4)

Il-Kummisjsoni għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 422, 18.10.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2022 – VP vs CEDEFOP

(Kawża T-534/21) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Talba għal tiġdid tal-kuntratt għal żmien indeterminat - Deċiżjoni li l-kuntratt ma jiġġeddidx - Rikors għal annullament u għad-danni - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Inammissibbiltà manifesta”)

(2022/C 284/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VP (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Ic-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (rappreżentanti: A. Guillerme, T. Bontinck, L. Burguin u T. Payan, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) tat-2 ta’ Marzu 2021, u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-dannu li hija allegatament subiet minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

VP hija kkundannata ssostni l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Zásilkovna vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-585/21) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Kumpens mogħti bħala korrispettiv għall-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ servizz universali fis-settur postali - Ilment - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

(2022/C 284/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Zásilkovna s. r. o (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: R. Kubáč, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Carpi Badía u L. Nicolae, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tal-ittra tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2021 dwar il-kumpens mogħti lil Česká pošta bħala korrispettiv għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu ta’ servizz universali fir-rigward tal-perijodu mill-2018 sal-2022 u tad-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tat-23 ta’ Ġunju 2020 (SA.55208 (2020/C), SA.55497 (2019/FC) u SA.55686 (2019/FC)) u, min-naħa l-oħra, tal-ittra tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Awwissu 2021 dwar il-kumpens mogħti lil Česká posta bħala korrispettiv għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu ta’ servizz universali fir-rigward tal-perijodu mill-2018 sal-2022 (SA.55208 (2020/C)).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Ċeka u minn Česká pošta.

3)

Zásilkovna s. r. o. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż marbuta mat-talbiet għal intervent.

4)

Zásilkovna, ir-Repubblika Ċeka u Česká pošta għandhom kollha jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 481, 29.11.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2022 – Swords vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-586/21) (1)

(“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti abbażi tal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni - Talba konfermattiva - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 284/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Patrick Swords (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: G. Byrne, barrister)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Spina u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Lulju 2021, li permezz tagħha din, skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), ċaħdet it-talba tiegħu għal aċċess għad-dokumenti kollha dwar l-informazzjoni li hija rċeviet mill-Irlanda dwar il-vantaġġi għas-saħħa pubblika marbuta mar-restrizzjonijiet ta’ ċaqliq bejn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea stabbiliti sa mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Patrick Swords.


(1)  ĠU C 490, 6.12.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2022 – Target Brands vs EUIPO – The a.r.t. company b&s (ART CLASS)

(Kawża T-637/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 284/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Target Brands, Inc. (Minneapolis, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Kunze, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Śliwińska u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: The a.r.t. company b&s, SA (Quel, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 1597/2019-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The a.r.t. company b&s u Target Brands.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Target Brands, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 471, 22.11.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2022 – Eurecna vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-654/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - FED - Kuntratt ‘Strateġiji territorjali għall-innovazzjoni (STI)’ - Investigazzjoni tal-OLAF - Reġistrazzjoni fil-bażi ta’ data tas-sistema ta’ detezzjoni rapida u ta’ esklużjoni (EDES) - Att li ma huwiex suġġett għal rikors - Inammissibbiltà”)

(2022/C 284/53)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Eurecna SpA (Venezia, l-Italja) (rappreżentant: R. Sciaudone, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2021 li r-rikorrenti tiġi rreġistrata fil-bażi ta’ data tas-sistema ta’ detezzjoni rapida u ta’ esklużjoni (EDES), abbażi tal-Artikolu 135(1) sa (3), u tal-Artikolu 142(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU L 60, 28.2.2019, p. 36).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Eurecna SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 2, 03.01.2022.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2022 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-661/21) (1)

(“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Rapport ta’ analiżi tal-impatt u dokumenti oħra relatati ma’ inizjattiva leġiżlattiva fil-qasam ambjentali - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċitu adottatta wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 284/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ClientEarth AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer, B. Verheijen u T. van Helfteren, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE ir-rikorrenti titlob l-annulament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ Lulju 2021 li tiċħad it-talba konfermattiva ta’ aċċess għal numru ta’ dokumenti relatati mad-deforestazzjoni u mad-degradazzjoni tal-foresti.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 17.1.2022.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2022 – Target Brands vs EUIPO – The a.r.t. company b&s (art class)

(Kawża T-676/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 284/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Target Brands, Inc. (Minneapolis, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Kunze, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Śliwińska u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: The a.r.t. company b&s, SA (Quel, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Awwissu 2021 (Każ R 1596/2019-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The a.r.t. company b&s u Target Brands.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Target Brands, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 502, 13.12.2021.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2022 – Alauzun et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-695/21) (1)

(“Rikorsi għal annullament u għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Saħħa pubblika - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni kundizzjonali ta’ tqegħid fis-suq ta’ vaċċini bit-teknoloġija mRNA - Assenza ta’ studji ta’ karċinoġenità u ta’ ġenotossiċità - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Assenza ta’ sejħa għal teħid ta’ azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni - Assenza ta’ interess ġuridiku - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà - Talba għal ordni - Nuqqas ta’ kompetenza”)

(2022/C 284/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Virginie Alauzun (Saint-Cannat, Franza) u 773 rikorrent ieħor li isimhom huma inklużi fl-anness tad-digriet (rappreżentant: F. Di Vizio, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u L. Haasbeek, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikoli 263, 265 u 266 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-Kummissjoni Ewropea illegalment astjeniet milli tinkludi t-testijiet ta’ karċinoġenità u ta’ ġenotossiċità fil-fażi preklinika matul il-proċedura ta’ għoti tal-awtorizzazzjoni kundizzjoniali ta’ tqegħid fis-suq għal vaċċini b’teknoloġija aċidu ribonuklejku messaġġier, li tordna lill-Kummissjoni tinkludi tali testijiet fil-proċeduri fil-passat u fil-futur tal-EMA kif ukoll li titlobha li tikkomunika ċerta informazzjoni relatata mal-imsemmija testijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa minn Moderna Biotech Spain SL.

3)

Virginie Alauzun u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huma inklużi fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Moderna Biotech Spain għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 2, 3.1.2022.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2022 – Tóth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/22) (1)

(“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Investigazzjoni tal-OLAF dwar l-attivitajiet ta’ dawl pubbliku ta’ Élios Innovatív - Talba għal aċċess għar-rapport finali tal-investigazzjoni - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita li tagħti l-aċċess adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 284/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Bertalan Tóth (Pécs, l-Ungerija) (rappreżentanti: Á. Baratta u B. Czudar, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Béres u A. Spina, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tal-10 ta’ Novembru 2021 li permezz tagħha dan ċaħad it-talba tiegħu għal aċċess konfermattiv għad-dokument intitolat “Rapport final de l’OLAF OF/2015/0034/B4 relatif aux activités d’éclairage public d’Élios Innovatív Zrt”.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 84, 21.2.2022.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/43


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2022 – OT vs Il-Kunsill

(Kawża T-193/22 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna - Iffriżar ta’ fondi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2022/C 284/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OT (rappreżentanti: J.-P. Hordies u C. Sand, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux, A. Boggio-Tomasaz u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali b’mod partikolari tissospendi l-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/427 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 87I, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 66), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/429 tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 87I, p. 44, rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 67), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/43


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2022 – Mariani vs Il-Parlament

(Kawża T-196/22 R)

(“Deċiżjoni preliminari - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament - Esklużjoni mill-parteċipazzjoni fid-delegazzjonijiet ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-Parlament - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2022/C 284/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Thierry Mariani (Pariġi, Franza) (rappreżentant: F.-P. Vos, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u T. Lukácsi, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tiegħu tal-14 ta’ April 2022 ibbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrent jitlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni D-301939 tal-ko-presidenti tal-Grupp ta’ sostenn tad-demokrazija u ta’ koordinazzjoni tal-elezzjonijiet, tat-3 ta’ Marzu 2022, li eskludietu minn kull parteċipazzjoni fid-delegazzjonijiet ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew sa tmiem il-mandat tiegħu bħala Membru tal-Parlament (2019-2024).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/44


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2022 – Biogen Netherlands vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-268/22)

(2022/C 284/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Biogen Netherlands BV (Badhoevedorp, il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentanti: C. Schoonderbeek, lawyer)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2022) 3251 (final) tat-13 ta’ Mejju 2022 li temenda l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni mogħtija bid-Deċiżjoni C(2014)601(final) għat-“Tekfidera – Dimetil fumarat”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni ma osservatx is-sistema tad-Direttiva 2001/83/KE (1) f’dak li jirrigwarda r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data regolatorja, inkluż l-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva u l-obbligi tal-applikanti għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi abbażi tal-Artikolu 10(1) tal-imsemmija direttiva.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas li jinsiltu l-konsegwenzi tal-Opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tal-11 ta’ Novembru 2021, dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Fumaderm setgħetx tikkostitwixxi bidu ta’ awtorizzazzjoni globali ta’ tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali Tecfidera konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE.


(1)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/44


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2022 – Biogen Netherlands vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/22)

(2022/C 284/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Biogen Netherlands BV (Badhoevedorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, lawyer)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2022) 3253 (final) tat-13 ta’ Mejju 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal “Dimethyl fumarate Neuraxpharm – dimethyl fumarate”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni ma osservatx is-sistema tad-Direttiva 2001/83/KE (2) f’dak li jirrigwarda r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data regolatorja, inkluż l-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva u l-obbligi tal-applikanti għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi abbażi tal-Artikolu 10(1) tal-imsemmija direttiva.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas li jinsiltu l-konsegwenzi tal-Opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tal-11 ta’ Novembru 2021, dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Fumaderm setgħetx tikkostitwixxi bidu ta’ awtorizzazzjoni globali ta’ tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali Tecfidera konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).

(2)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/45


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2022 – Biogen Netherlands vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-278/22)

(2022/C 284/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Biogen Netherlands BV (Badhoevedorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2022) 3254 (final) tat-13 ta’ Mejju 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal “Dimethyl fumarate Neuraxpharm – dimethyl fumarate”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni ma osservatx is-sistema tad-Direttiva 2001/83/KE (2) f’dak li jirrigwarda r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data regolatorja, inkluż l-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva u l-obbligi tal-applikanti għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi abbażi tal-Artikolu 10(1) tal-imsemmija direttiva.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas li jinsiltu l-konsegwenzi tal-Opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tal-11 ta’ Novembru 2021, dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Fumaderm setgħetx tikkostitwixxi bidu ta’ awtorizzazzjoni globali ta’ tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali Tecfidera konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).

(2)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/46


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2022 – Biogen Netherlands vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-279/22)

(2022/C 284/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Biogen Netherlands BV (Badhoevedorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, lawyer)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2022) 3252 (final) tat-13 ta’ Mejju 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal “Dimethyl fumarate Mylan – fumaran dimetylu”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni ma osservatx is-sistema tad-Direttiva 2001/83/KE (2) f’dak li jirrigwarda r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data regolatorja, inkluż l-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva u l-obbligi tal-applikanti għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi abbażi tal-Artikolu 10(1) tal-imsemmija direttiva.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas li jinsiltu l-konsegwenzi tal-Opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tal-11 ta’ Novembru 2021, dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Fumaderm setgħetx tikkostitwixxi bidu ta’ awtorizzazzjoni globali ta’ tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali Tecfidera konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).

(2)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/47


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2022 – Sattvica vs EUIPO – Herederos de Diego Armando Maradona (DIEGO MARADONA)

(Kawża T-299/22)

(2022/C 284/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Sattvica SA (Buenos Aires, l-Arġentina) (rappreżentant: S. Sánchez Quiles, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Herederos de Diego Armando Maradona (Buenos Aires)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 2 243 947 DIEGO MARADONA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru T 019 473 761

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: inklużjoni fil-fajl u fir-reġistru

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 755/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u tirriforma d-deċiżjoni kkontestata, billi tordna li jiġi rreġistrat it-trasferiment tat-trade mark Nru 2 243 947 DIEGO MARADONA favur SATTVICA SA;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi fil-proċedura quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Applikazzjoni indebita tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/47


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2022 – Fun Factory vs EUIPO – I Love You (love you so much)

(Kawża T-306/22)

(2022/C 284/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fun Factory GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. D. Franzen, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: I Love You, Inc. (Lewes, Delaware, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “love you so much” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 157 726

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1464/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-appell tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/48


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2022 – QC et vs EUIPO – Przedsiębiorstwo Drobiarskie Grzegorz Wyrębski (RED BRAND CHICKEN)

(Kawża T-312/22)

(2022/C 284/66)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: QC, QD, QE (rappreżentant: A. Suskiewicz, radca prawny)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Przedsiębiorstwo Drobiarskie Grzegorz Wyrębski (Wróblew, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea “RED BRAND CHICKEN” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 068 861

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1165/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ikkostitwiti mill-ispejjeż indispensabbli sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedimenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1);

Natura kuntrarja tal-konstatazzjonijiet tal-EUIPO mal-ordinament ġuridiku Pollakk.

Klassifikazzjoni tal-parti intervenjenti bħala “terza persuna” fis-sens tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament 2017/1001;

Ksur tal-prinċipju ta’ uniformità tal-ġurisprudenza u ksur tal-Artikolu 63(3) tar-Regolament 2017/1001;

Determinazzjoni żbaljata tad-data tal-preżentata tal-applikazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata, li tati lok għall-ksur tal-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament 2017/1001;

Adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni fir-rigward ta’ parti indikata b’mod żbaljat, sa fejn il-Przedsiębiorstwo Drobiarskie Grzegorz Wyrębski tneħħiet mir-reġistru tal-attivitajiet ekonomiċi fit-2 ta’ Jannar 2020.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/49


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2022 – QC et vs EUIPO – Przedsiębiorstwo Drobiarskie Grzegorz Wyrębski (BLUE BRAND CHICKEN)

(Kawża T-316/22)

(2022/C 284/67)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: QC, QD, QE (rappreżentant: A. Suskiewicz, radca prawny)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Przedsiębiorstwo Drobiarskie Grzegorz Wyrębski (Wróblew, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea “BLUE BRAND CHICKEN” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 071 378

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1166/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ikkostitwiti mill-ispejjeż indispensabbli sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedimenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1);

Natura kuntrarja tal-konstatazzjonijiet tal-EUIPO mal-ordinament ġuridiku Pollakk.

Klassifikazzjoni tal-parti intervenjenti bħala “terza persuna” fis-sens tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament 2017/1001;

Ksur tal-prinċipju ta’ uniformità tal-ġurisprudenza u ksur tal-Artikolu 63(3) tar-Regolament 2017/1001;

Determinazzjoni żbaljata tad-data tal-preżentata tal-applikazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata, li tati lok għall-ksur tal-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament 2017/1001;

Adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni fir-rigward ta’ parti indikata b’mod żbaljat, sa fejn il-Przedsiębiorstwo Drobiarskie Grzegorz Wyrębski tneħħiet mir-reġistru tal-attivitajiet ekonomiċi fit-2 ta’ Jannar 2020.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/50


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2022 – PF vs Il-Parlament

(Kawża T-317/22)

(2022/C 284/68)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PF (rappreżentanti: L. Levi u P. Baudoux, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-Deċiżjoni tat-18 ta’ Frar 2022 li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid tar-rikorrent dirett kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni PE/AD/260/2021 tal-20 ta’ Diċembru 2021 ta’ nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet orali u, kif meħtieġ, dik tal-20 ta’ Diċembru 2021;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli li jirregolaw ix-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla, tal-prinċipji ta’ imparzjalità u ta’ nondiskriminazzjoni.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/50


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2022 – Scania CV vs EUIPO (V8)

(Kawża T-320/22)

(2022/C 284/69)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrent: Scania CV AB (Södertälje, l-Isvezja) (rappreżentanti: C. Langeniius, P. Sundin u S. Falkner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “V8” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 120 085

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1868/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 72 tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni u, billi temenda d-deċiżjoni tal-EUIPO, tapprova l-applikazzjoni ta’ Scania għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva għall-prodotti u għas-servizzi kollha li għalihom l-EUIPO ċaħad l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/51


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2022 – Unsa Énergie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-322/22)

(2022/C 284/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Unsa Énergie (Bagnolet, Franza) (rappreżentant: M.-P. Ogel, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea COMP B.2/NP/mm *comp(2022)2975325, tat-8 ta’ April 2022, li permezz tagħha l-Kummissjoni tiċħad bħala inammissibbli l-ilment;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament tal-Kunsill 2015/1589 (1), minħabba l-fatt li l-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ parti interessata. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni tinjora l-ġurisprudenza li skontha l-istatus ta’ parti interessata jista’ jiġi rrikonoxxut lil sindakat meta jintwera li l-interessi tiegħu jistgħu jiġu affettwati mill-għoti ta’ għajnuna mill-Istat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill 2015/1589 u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Skont ir-rikorrent, il-Kummissjoni naqset milli teżamina l-ilment tiegħu jew titolbu kjarifiki dwaru, bi ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolament 2015/1589 li jagħti diversi drittijiet lill-partijiet interessati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9)


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/52


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2022 – Ecoalf Recycled Fabrics vs EUIPO (BECAUSE THERE IS NO PLANET B)

(Kawża T-324/22)

(2022/C 284/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ecoalf Recycled Fabrics, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: D. Gómez Sánchez u J. Gracia Albero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BECAUSE THERE IS NO PLANET B – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 354 287

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad--9 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1925/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tordna t-tkomplija tal-proċess ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 354 287 BECAUSE THERE IS NO PLANET B għal prodotti fil-Klassijiet 3, 16, 18 u 21; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, inklużi dawk li jirriżultaw mill-appell quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni: ugwaljanza fit-trattament u amministrazzjoni tajba.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/52


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2022 – Nurel vs EUIPO – FKuR Property (Terylene)

(Kawża T-325/22)

(2022/C 284/72)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nurel, SA (Zaragoza, Spanja) (rappreżentant: M. Anadón Giménez u J. Learte Álvarez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: FKuR Property GmbH (Willich, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Terylene” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 088 348

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1544/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti fl-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Il-prova tal-użu ppreżentata mill-opponent waqt il-proċedimenti ta’ appell qatt ma kellha tiġi ammessa, u għaldaqstant, id-deċiżjoni kkontestata messha kkunsidrat biss il-prova tal-użu ppreżentata waqt il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni;

Il-prova tal-użu ppreżentata mill-opponent ma hijiex suffiċjenti sabiex tagħti prova tal-użu ġenwin għall-prodotti preċedenti “plastiks mhux proċessati” kollha fil-Klassi 1, li fuqha l-oppożizzjoni hija bbażata, u għaldaqstant, l-oppożizzjoni messha ġiet miċħuda.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/53


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2022 – PS vs SEAE

(Kawża T-327/22)

(2022/C 284/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: PS (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-23 ta’ Lulju 2021 li tistabbilixxi addendum mal-kuntratt tar-rikorrent u fejn il-post tal-inkarigu tiegħu ġie mibdul minn Washington għal Brussell sa mill-1 ta’ Settembru 2021 u, sa fejn neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-22 ta’ Frar 2022 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent imressaq fl-20 ta’ Ottubru 2021, taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tordna r-rimbors tal-ispejjeż kollha sostnuti mill-avukati tiegħu għal dan l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-interess tas-servizz.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tal-pożizzjonijiet.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/54


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2022 – Khudaverdyan vs Il-Kunsill

(Kawża T-335/22)

(2022/C 284/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Tigran Khudaverdyan (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: F. Bélot, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/429 tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) sa fejn din tinkludi isem ir-rikorrent mal-lista li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2014/145 tas-17 ta’ Marzu 2014;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/427 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) sa fejn dan tinkludi isem ir-rikorrent mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Ir-rikorrent isostni, qabel kollox, li l-Kunsill ma jifformulax raġunijiet individwali, speċifiċi u konkreti ta’ natura li jatuh indikazzjoni suffiċjenti dwar il-fondatezza tal-miżuri restrittivi meħuda fil-konfront tiegħu. Huwa jqis li l-atti kkontestati huma bbażati fuq bażi fattwali li ma hijiex suffiċjentement solida, fuq raġunijiet li ma humiex sostnuti u li l-probabbiltà tagħhom hija biss astratta. Ir-rikorrenti jqis, wara dan, li l-Kunsill jobbligah jipproduċi l-prova negattiva tal-fatti ġenerali allegati fil-konfront tiegħu, u b’dan il-mod jaqleb l-oneru tal-prova, fatt li jmur kontra l-iktar drittijiet fundamentali tad-difiża. Fl-aħħar, ir-rikorrent jinvoka l-insuffiċjenza tar-raġunijiet allegati u l-assenza ta’ provi kredibbli u sostanzjali insostenn ta’ dawn ir-raġunijiet u jqis li dan iġib fix-xejn stħarriġ ġudizzjarju xieraq tal-legalità tal-elenkar u taż-żamma ta’ ismu fil-listi ta’ persuni li huma s-suġġett tal-miżuri restrittivi inkwistjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, b’mod partikolari minħabba li r-rikorrent ma jsostnix l-azzjonijiet tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa fir-rigward tal-interventi fl-Ukraina. Ir-rikorrent isostni wkoll li l-impriża Yandex ma tikkostitwixxix “element ewlieni fil-ħabi ta’ informazzjoni lir-Russi dwar il-gwerra fl-Ukraina” u lanqas ma hija “sors importanti ta’ dħul għall-Gvern Russu”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament. Ir-rikorrent iqis li r-raġunijiet meqjusa bħala li jiġġustifikaw il-miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu huma diskriminatorji u sproporzjonati fid-dawl tal-għan imfittex mill-Kunsill.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, jiġifieri d-dritt għar-rispett tal-proprjetà, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għal-libertà ta’ intrapriża u d-dritt għall-preżunzjoni ta’ innoċenza.


(1)  ĠU 2022, L 87 I, p. 44.

(2)  ĠU 2022, L 87 I, p. 1.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/55


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2022 – PN vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-336/22)

(2022/C 284/75)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PN (rappreżentant: D. Giabbani, avukat)

Konvenut: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors preżenti fir-rigward tal-forma;

fuq il-mertu, tiddikjarah ġustifikat u fondat;

permezz ta’ bidla tiddeċiedi li tinżamm l-evalwazzjoni fl-eżerċizzju għas-sena 2019, jiġifieri B f’Kompetenza, C f’Rendiment u B f’Imġieba fis-servizz;

inkella tiddikjara n-nullità tal-evalwazzjoni tal-eżerċizzju għas-sena 2019.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ motivazzjoni adegwata tal-evalwazzjoni tar-rikorrent fir-rigward ta’ kull parti ta’ din l-evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-ispirtu tat-test tal-Gwida tal-Evalwazzjoni u tal-għanijiet tagħha.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/55


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2022 – Chocolates Lacasa Internacional vs EUIPO – Esquitino Madrid (Conguitos)

(Kawża T-339/22)

(2022/C 284/76)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Chocolates Lacasa Internacional, SA (Utebo, Spanja) (rappreżentanti: J.-B. Devaureix u J. Vicente Martínez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mariano Esquitino Madrid (Elche, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Conguitos” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 546 836

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 601/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u tirrendi bla effett id-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità totali tat-trade mark tal-Unjoni Nru 10 546 836 Conguitos (figurattiva), għall-klassijiet 3, 14 u 18;

tikkundanna lill-konvenut quddiem il-Bord tal-Appell u lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 53(1)(a), flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/56


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2022 – Etablissements Nicolas vs EUIPO – St. Nicolaus (NICOLAS)

(Kawża T-340/22)

(2022/C 284/77)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Etablissements Nicolas (Thiais, Franza) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: St. Nicolaus a.s. (Liptovský Mikuláš, is-Slovakkja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva NICOLAS – ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 228 435

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1780/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sosntuti mir-rikorrenti matul il-proċedimenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/57


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2022 – Oxyzoglou vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-342/22)

(2022/C 284/78)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Despina Oxyzoglou (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Grisay u A. Ansay, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirċievi din it-talba għal annullament/responsabbiltà mhux kuntrattwali;

tiddikjaraha ammissibbli u, konsegwentement,

prinċipalment

tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli fir-rigward tal-assenza li jintbagħat dokument li jistabbilixxi d-drittijiet tar-rikorrenti għal rimbors, dokument li seta’ jikkawża preġudizzju;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2022;

u tibgħat il-fajl lura lill-Awtorità tal-Ħatra sabiex tkun tista’ tiddetermina l-ammont li għandu jingħata lura lir-rikorrenti;

sussidjarjament

tiddikjara r-rikors għad-danni ibbażat fuq arrikkiment indebitu fondat;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens għad-dannu finanzjarju subit mir-rikorrenti, evalwat fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, għas-somma ta’ EUR 30 439,50 f’kapital;

infinitament sussidjarjament

titlob lill-Kummissjoni sabiex tispeċifika l-metodu ta’ kalkolu tagħha u tapplikah għall-każ inkwistjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità fl-Artikolu 77(1) u l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”). Ir-rikorrenti ssostni, insostenn tal-illegalità tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, li uffiċjal jew membru tal-persunal għandu jkun jista’ jagħmel għażla infurmata dwar it-trasferiment tad-drittijiet nazzjonali tal-pensjoni tiegħu għas-sistema Ewropea fil-mument li jieħu l-pensjoni tiegħu u mhux qabel. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regola attwali timplika differenza fit-trattament meta mqabbel ma’ uffiċjal li jew għadda l-karriera kollha tiegħu fi ħdan is-sistema Ewropea, jew ikun daħal fis-servizz tal-istituzzjonijiet Ewropej mingħajr ma jittrasferixxi drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel fis-sistema tal-pensjoni ta’ Stat Membru. Ir-rikorrenti għalhekk tqis li jeżisti ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni li jirriżulta fl-illegalità tad-dispożizzjonijiet ikkontestati.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dmirijiet ta' assistenza u premura msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal. Ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li, meta ġew ittrasferiti d-drittijiet tal-pensjoni tagħha, hija ma rċeviet l-ebda tabella li tispeċifika li hija kellha dritt għar-rimbors tal-ekwivalenti attwarju mhux akkreditat tal-ammonti kkontribwiti għall-iskema nazzjonali oriġinali tagħha u mhux kontabilizzati fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni. Skont ir-rikorrenti, il-fatt li xi uffiċjali jingħataw rimbors meta d-drittijiet tal-pensjoni tagħhom jiġu ttrasferiti u oħrajn ma humiex jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ diskriminazzjoni inġustifikata.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ arrikkiment indebitu għad-detriment tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti ssostni li, fil-mument tat-trasferiment tad-drittijiet nazzjonali tagħha għall-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, ma seħħ ebda rimbors tal-eċċess tal-ekwivalenti attwarjali mhux ikkunsidrat għall-kalkolu tal-akkreditazzjoni tas-snin ta’ anzjanità tagħha.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/58


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2022 – Mozelsio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-343/22)

(2022/C 284/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Muriel Mozelsio (Enghien, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Grisay u A. Ansay, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirċievi din it-talba għal annullament/responsabbiltà mhux kuntrattwali/evalwazzjoni inċidentali ta’ validità;

tiddikjaraha ammissibbli u, konsegwentement,

prinċipalment

tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli fir-rigward tal-assenza li jintbagħat dokument li jistabbilixxi d-drittijiet tar-rikorrenti għal rimbors, dokument li seta’ jikkawża preġudizzju;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2022;

u tibgħat il-fajl lura lill-Awtorità tal-Ħatra sabiex tkun tista’ tiddetermina l-ammont li għandu jingħata lura lir-rikorrenti;

sussidjarjament

tiddikjara r-rikors għad-danni ibbażat fuq arrikkiment indebitu fondat;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens għad-dannu finanzjarju subit mir-rikorrenti, evalwat fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, għas-somma ta’ EUR 15 051,38 f’kapital;

infinitament sussidjarjament

titlob lill-Kummissjoni sabiex tispeċifika l-metodu ta’ kalkolu tagħha u tapplikah għall-każ inkwistjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità fl-Artikolu 77(1) u l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”). Ir-rikorrenti ssostni, insostenn tal-illegalità tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, li uffiċjal jew membru tal-persunal għandu jkun jista’ jagħmel għażla infurmata dwar it-trasferiment tad-drittijiet nazzjonali tal-pensjoni tiegħu għas-sistema Ewropea fil-mument li jieħu l-pensjoni tiegħu u mhux qabel. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regola attwali timplika differenza fit-trattament meta mqabbel ma’ uffiċjal li jew jgħaddi l-karriera kollha tiegħu fi ħdan is-sistema Ewropea, jew ikun daħal fis-servizz tal-istituzzjonijiet Ewropej mingħajr ma jittrasferixxi drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel fis-sistema tal-pensjoni ta’ Stat Membru. Ir-rikorrenti b’hekk tqis li jeżisti ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni li jirriżulta fl-illegalità tad-dispożizzjonijiet ikkontestati.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dmirijiet ta’ assistenza u premura msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal. Ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li, meta ġew ittrasferiti d-drittijiet tal-pensjoni tagħha, hija ma rċeviet l-ebda tabella li tispeċifika li hija kellha dritt għar-rimbors tal-ekwivalenti attwarju mhux akkreditat tal-ammonti kkontribwiti għall-iskema nazzjonali oriġinali tagħha u mhux kontabilizzati fis-sistema tal-pensjoni tal-Unjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni. Skont ir-rikorrenti, il-fatt li xi uffiċjali jingħataw rimbors meta d-drittijiet tal-pensjoni tagħhom jiġu ttrasferiti u oħrajn ma humiex jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ diskriminazzjoni inġustifikata.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ arrikkiment indebitu għad-detriment tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti ssostni li, fil-mument tat-trasferiment tad-drittijiet nazzjonali tagħha għall-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, ma seħħ ebda rimbors tal-eċċess tal-ekwivalenti attwarjali mhux ikkunsidrat għall-kalkolu tal-akkreditazzjoni tas-snin ta’ anzjanità tagħha.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/59


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2022 – Hacker-Pschorr Bräu vs EUIPO – Vandělíková (HACKER SPACE)

(Kawża T-349/22)

(2022/C 284/80)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hacker-Pschorr Bräu GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Tenkhoff u T. Herzog, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jana Vandělíková (Praga, ir-Repubblika Ċeka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “HACKER SPACE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 144 157

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ April 2022 fil-Każ R 1268/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 47(5) u tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-regolament;

ksur tal-Artikolu 2(2)(c) u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba, inkluż il-prinċipju ta’ ekonomija proċedurali, l-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2022 – NJ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-693/21) (1)

(2022/C 284/81)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 37, 24.1.2022.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – NQ vs Il-Kunsill et

(Kawża T-803/21) (1)

(2022/C 284/82)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 109, 7.3.2022.


25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – OF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-80/22) (1)

(2022/C 284/83)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 138, 28.3.2022.