|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2022/C 276/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2022/C 276/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/2 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Petróleos de Portugal – Petrogal, SA vs Secretário de Estado dos Assuntos Fiscais
(Kawża C-706/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rekwiżit li jiġi ppreżentat il-kuntest regolatorju tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà manifesta)
(2022/C 276/02)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Petróleos de Portugal – Petrogal, SA
Konvenut: Secretário de Estado dos Assuntos Fiscais
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Ottubru 2021, hija manifestament inammissibbli.
(1) Data tal-preżentata: 24.11.2021.
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Liège (il-Belġju) fl-1 ta’ April 2022 – Cabot Plastics Belgium SA vs État belge
(Kawża C-232/22)
(2022/C 276/03)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Cabot Plastics Belgium SA
Konvenut: État belge
Domandi preliminari
|
1) |
Fil-każ ta’ provvisti ta’ servizzi mwettqa minn persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru favur persuna taxxabbli oħra li taġixxi bħala tali, fejn is-sede tal-attività ekonomika hija stabbilita barra mill-Unjoni Ewropea, peress li dawn huma entitajiet distinti u ġuridikament indipendenti iżda jagħmlu parti mill-istess grupp, fejn il-fornitur jimpenja ruħu b’mod kuntrattwali li juża t-tagħmir tiegħu u l-persunal tiegħu esklużivament għat-twettiq tal-prodotti favur id-destinatarju u li dawn il-prodotti huma konsegwentement mibjugħa lill-imsemmi destinatarju, li jagħti lok għal kunsinni ta’ oġġetti taxxabbli, li għall-eżekuzzjoni tagħhom il-fornitur tas-servizz jagħti assistenza loġistika u li jinsabu fl-Istat Membru inkwistjoni; l-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna taxxabbli stabbilita barra mill-Unjoni Ewropea għandha titqies li għandha stabbiliment stabbli f’dan l-Istat Membru? |
|
2) |
L-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 u l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna taxxabbli jista’ jkollha stabbiliment stabbli meta r-riżorsi umani u tekniċi meħtieġa huma dawk tal-fornitur tagħha, ġuridikament indipendenti iżda li jagħmel parti mill-istess grupp, li jimpenja ruħu b’mod kuntrattwali, b’mod esklużiv, biex jimplimentahom għall-benefiċċju tal-imsemmija persuna taxxabbli? |
|
3) |
L-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 u l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna taxxabbli għandha stabbiliment stabbli fl-Istat Membru tal-fornitur ta’ servizzi tagħha minħabba li dan tal-aħħar iwettaq għall-benefiċċju tiegħu, b’eżekuzzjoni ta’ impenn kuntrattwali esklużiv, sensiela ta’ provvisti anċillari jew addizzjonali meta mqabbla ma’ xogħol b’kuntratt fis-sens strett, b’hekk jikkontribwixxi għat-twettiq ta’ bejgħ konkluż minn din il-persuna taxxabbli mis-sede tagħha barra mill-Unjoni Ewropea iżda li tagħti lok għal kunsinni ta’ oġġetti taxxabbli li jinsabu, skont il-leġiżlazzjoni tal-VAT, fuq it-territorju ta’ dak l-Istat Membru? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi Baxxi) fis-6 ta’ April 2022 – Proċeduri kriminali kontra DX
(Kawża C-241/22)
(2022/C 276/04)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Parti fil-kawża prinċipali
DX
Domandi preliminari
|
1) |
Il-miżuri leġiżlattivi li jikkonċernaw l-għoti lill-awtoritajiet pubbliċi ta’ aċċess għad-data dwar it-traffiku u d-data dwar is-sit (inkluża d-data dwar identifikazzjoni) fil-kuntest tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tal-iskoperta u tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (1) meta tkun kwistjoni ta’ għoti ta’ aċċess għal data li ma nżammitx abbażi ta’ miżuri leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58 iżda li nżammet mill-fornitur fuq bażi oħra? |
|
2) |
|
|
3) |
L-aċċess għad-data dwar it-traffiku u għad-data dwar is-sit (minbarra s-sempliċi data dwar identifikazzjoni) għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tal-iskoperta u tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jista’ jingħata lill-awtoritajiet pubbliċi taħt id-Direttiva 2002/58/KE fl-assenza ta’ reat kriminali serju jew ta’ kriminalità serja, b’mod partikolari meta, fil-każ konkret, l-għoti tal-aċċess għal din id-data – jekk jista’ jiġi preżunt –għandu jwassal biss għal indħil limitat, b’mod partikolari, fid-dritt għal protezzjoni tal-ħajja privata tal-utent kif imsemmi fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2002/58? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514.
(2) Kawżi C-203/15 (Tele2 Sverige), C-698/15 (Watson et), C-511/18, C-512/18 u C-520/18 (La Quadrature du Net et), C-207/16 (Ministerio Fiscal) u C 746/18 (Prokuratuur).
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-8 ta’ April 2022 – Proċedura għall-impożizzjoni ta’ multa kontra BW
(Kawża C-246/22)
(2022/C 276/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgerichts Köln.
Partijiet fil-proċedura nazzjonali
Proċedura mressqa kontra: BW
Intervenjenti: Staatsanwaltschaft Köln, Bundesamt für Güterverkehr
Domanda preliminari
It-trasport ta’ kontejners vojta għall-finijiet tat-tagħbija jew tal-ħatt tagħhom jikkostitwixxi parti inseparabbli mit-trasport tal-kontejners mgħobbija b’tali mod li t-trasport ta’ kontejners vojta jibbenefika mit-trattament ipprivileġġat mogħti lit-trasport ta’ kontejners mimlija sa fejn, fil-kuntest tat-trasport ikkombinat, dawn tal-aħħar huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-kabotaġġ?
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fid-19 ta’ April 2022 – Proċeduri kriminali kontra GN
(Kawża C-261/22)
(2022/C 276/06)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali
Procuratore generale presso la Corte d’appello di Bologna, GN
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 1(2) u (3), kif ukoll l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tirrifjuta jew, f’kull każ, li tipposponi ċ-konsenja ta’ omm li għandha wlied minuri jgħixu magħha? |
|
2) |
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 1(2) u (3), u l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni kwadru 2002/584/JHA huma kompatibbli mal-Artikoli 7 u 24(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, anki fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tat-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni bejn l-Istati Membri, sa fejn dawn jeżiġu konsenja tal-omm bi qtugħ tar-rabtiet tagħha ma’ wliedha minuri li jgħixu magħha mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tal-interess superjuri tal-wild? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34 u rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fl-20 ta’ April 2022 – Ocidental – Companhia Portuguesa de Seguros de Vida SA vs LP
(Kawża C-263/22)
(2022/C 276/07)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ocidental – Companhia Portuguesa de Seguros de Vida SA
Konvenut: LP
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 5, tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), billi jirrikjedi li “il-klawżoli kollha offruti lill-konsumatur ikunu […] abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar”, għandu jiġi interpretat, konformement mal-premessa 20 tad-Direttiva, fis-sens li jirrikjedi li l-konsumatur dejjem għandu l-opportunità li jkollu għarfien tal-klawżoli kollha? |
|
2) |
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13/KEE, billi jirrikjedi, bħala rekwiżit għall-esklużjoni tal-verifika tal-klawżoli dwar l-għan prinċipali tal-kuntratt, li “dawn il-klawżoli jkunu f’lingwaġġ sempliċi u ċar”, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrikjedi li l-konsumatur dejjem għandu l-opportunità li jkollu għarfien ta’ tali klawżoli? |
|
3) |
Fil-qafas ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-istħarriġ ġudizzjarji tan-natura inġusta tal-klawżoli li ma kinux suġġetti għal negozjazzjoni individwali dwar id-definizzjoni tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt: i) l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, interpretat konformement mal-lista indikattiva msemmija fl-Artikolu 3(3)(i) stess, jipprekludi li, f’kuntratt ta’ assigurazzjoni ta’ grupp kontributtiva, il-parti li tassigura tista’ timponi fuq il-persuna assigurata klawżola ta’ esklużjoni jew ta’ limitazzjoni tar-riskju assigurat li ma kinitx ġiet ikkomunikata lilha u li, konsegwentement, il-persuna assigurata ma kellhiex l-opportunità li jkollha għarfien dwarha; ii) inkluż jekk, fl-istess waqt, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi r-responsabbiltà tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni bil-ksur tad-dmir ta’ komunikazzjoni/informazzjoni tal-klawżoli bid-danni kkawżati lill-persuna assigurata, liema responsabbiltà, madankollu, bħala regola, ma tippermettix li tqiegħed lill-persuna assigurata fis-sitwazzjoni li tkun tinsab fiha li kieku l-kopertura tal-assigurazzjoni kienet ħadmet? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fis-26 ta’ April 2022 – CK vs Familienkasse Bayern Nord
(Kawża C-284/22)
(2022/C 276/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Sozialgericht Nürnberg.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: CK
Konvenut: Familienkasse Bayern Nord
Domanda preliminari
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1) (ikkunsidrat flimkien mal-Artikoli 18, 21 u 45 TFUE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ħaddiem migrant ma huwiex intitolat jirċievi benefiċċji tat-tfal fil-Ġermanja f’sitwazzjoni fejn dan il-ħaddiem migrant ikollu dħul li huwa suġġett għat-taxxa Ġermaniża fuq id-dħul mingħajr ma jkollu relazzjoni ta’ assigurazzjoni obbligatorja mal-Bundesagentur für Arbeit (l-Aġenzija Federali tax-Xogħol) u f’sitwazzjoni fejn l-obbligu tiegħu li jħallas taxxa fuq id-dħul ma huwiex limitat għall-Ġermanja?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-3 ta’ Mejju 2022 – Office français de protection des réfugiés et apatrides (OFPRA) vs SW
(Kawża C-294/22)
(2022/C 276/09)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Office français de protection des réfugiés et apatrides (OFPRA)
Konvenut: SW
Domandi preliminari
|
1) |
Irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li, taħt ċerti kundizzjonijiet, jawtorizzaw ir-residenza ta’ barrani minħabba l-istat tas-saħħa tiegħu u, fejn meħtieġ, jipproteġuh minn miżura ta’ tneħħija, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2011/95/UE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li refuġjat Palestinjan marid li, wara li effettivament irrikorra għall-protezzjoni jew l-assistenza tal-UNRWA, jitlaq mill-Istat jew mit-territorju li jinsab fiż-żona ta’ intervent ta’ dan il-korp li fih huwa kellu r-residenza abitwali tiegħu għar-raġuni li hemmhekk huwa ma jistax ikollu aċċess suffiċjenti għall-kura u t-trattamenti li l-istat tas-saħħa tiegħu jeħtieġ u għar-raġuni li dan in-nuqqas ta’ teħid ta responsabbiltà jwassal għal riskju reali għal ħajtu jew għall-integrità fiżika tiegħu, jista’ jitqies bħala li s-sigurtà personali tiegħu kienet f’riskju serju u li jinsab f’sitwazzjoni fejn huwa impossibbli għall-UNRWA li tiżguralu kundizzjonijiet tal-ħajja konformi mal-missjoni tagħha? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, liema kriterji, bħal pereżempju l-gravità tal-marda jew in-natura tal-kura neċessarja, jippermettu li tali sitwazzjoni tiġi identifikata? |
(1) Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (ĠU 2011, L 337, p. 9)
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fit-3 ta’ Mejju 2022 – NN vs An Bord Pleanála, L-Irlanda u Attorney General
(Kawża C-301/22)
(2022/C 276/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: NN
Konvenuti: An Bord Pleanála, L-Irlanda u Attorney General
Intervenjenti: Bradán Beo Teoranta u Galway County Council
Domandi preliminari
|
1. |
|
|
2. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-punt (a) tal-ewwel domanda, awtorità kompetenti tista’ għall-finijiet ta’ awtorizzazzjoni ta’ żvilupp tagħti awtorizzazzjoni ta’ żvilupp għal proġett li jista’ jaffettwa l-korp tal-ilma qabel ma dan jiġi kkategorizzat u kklassifikat? |
|
3. |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-punt (a) tal-ewwel domanda, x’inhuma l-obbligi ta’ awtorità kompetenti meta hija tkun qiegħda tiddeċiedi dwar applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal żvilupp li potenzjalment jaffettwa korp tal-ilma mhux ikkaratterizzat u/jew ikklassifikat? |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fl-10 ta’ Mejju 2022 – Anklagemyndigheden vs PO u Moesgaard Meat 2012 A/S
(Kawża C-311/22)
(2022/C 276/11)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Anklagemyndigheden
Konvenuti: PO u Moesgaard Meat 2012 A/S.
Domandi preliminari
|
1) |
Il-punt 6.4(a) tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li “produzzjoni ta’ karkassi” tkopri l-proċess ta’ tbiċċir, li jibda meta l-annimal jitneħħa mill-kenn tiegħu, jiġu stordut u jinqatel, u jispiċċa meta jiġu prodotti l-qatgħat kbar standard, sabiex il-piż tal-annimal imbiċċer jiġi kkalkolat qabel ma jitneħħew l-għonq, ir-ras, kif ukoll l-organi u l-intestini, jew “produzzjoni ta’ karkassi” tfisser il-produzzjoni ta’ karkassi ta’ ħnieżer wara li jitneħħew l-għonq, ir-ras, kif ukoll l-organi u l-intestini, u wara żvinar u tkessiħ sabiex il-piż tal-annimal imbiċċer jiġi kkalkolat biss f’dan il-waqt? |
|
2) |
Il-punt 6.4(a) tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) għandu jiġi interpretat fis-sens li meta jiġu ddeterminati n-numru ta’ ġranet ta’ produzzjoni inklużi fil-kapaċità “kull jum”, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-ġranet li fihom jitwettqu l-isturdament, il-qtil u t-tqattigħ immedjat tal-ħanżir imbiċċer, jew għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-ġranet li fihom jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ sliħ, li jinkludu l-preparazzjoni tal-annimal għat-tbiċċir, it-tkessiħ tal-annimal imbiċċer u t-tneħħija tar-ras u tal-għonq tal-annimal? |
|
3) |
Il-punt 6.4(a) tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“kapaċità” ta’ biċċerija għandha tiġi kkalkolata bħala l-produzzjoni massima għal kull jum f’24 siegħa, bla ħsara għal-limitazzjonijiet fiżiċi, tekniċi jew legali li l-biċċerija effettivament tikkonforma ruħha magħhom, iżda mhux inqas mill-produzzjoni milħuqa tagħha, jew il-“kapaċità” tal-biċċerija tista’ tkun inqas mill-produzzjoni milħuqa, pereżempju, fejn il-produzzjoni milħuqa minn biċċerija tkun twettqet b’nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-limitazzjonijiet fiżiċi, tekniċi jew legali tal-produzzjoni li jiġu preżunti meta tiġi kkalkolata l-“kapaċità” tal-biċċerija? |
(1) ĠU 2010, L 334, p. 17, rettifika fil-ĠU 2012, L 158, p. 25
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Como (l-Italja) fil-11 ta’ Mejju 2022 – Gabel Industria Tessile SpA, Canavesi SpA vs A2A Energia SpA et
(Kawża C-316/22)
(2022/C 276/12)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Como
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gabel Industria Tessile SpA, Canavesi SpA.
Konvenuti: A2A Energia SpA, Energit SpA, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli.
Domandi preliminari
|
1) |
B’mod ġenerali, is-sistema tas-sorsi tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u, b’mod iktar partikolari, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE jipprekludu li qorti nazzjonali teskludi, f’tilwima bejn individwi, l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ dritt intern li tmur kontra dispożizzjoni ċara, preċiża u inkondizzjonata ta’ direttiva mhux trasposta jew trasposta b’mod ħażin, bil-konsegwenza li timponi obbligu addizzjonali għal individwu, meta dan jikkorrispondi, fis-sistema ta’ dritt nazzjonali (Artikolu 14(4) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1995), bil-kundizzjoni minn qabel sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jasserixxi kontra l-Istat id-drittijiet mogħtija lilu minn din id-direttiva? |
|
2) |
Il-prinċipju ta’ effettività jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali (Artikolu 14(4) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1995) li ma tippermettix il-konsumatur finali jitlob direttament lill-Istat ir-rimbors tat-taxxa mhux dovuta, iżda li tirrikonoxxilu biss id-dritt li jibda azzjoni ċivili għal irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti kontra l-persuna taxxabbli, l-unika persuna awtorizzata li tikseb ir-rimbors min-naħa tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, meta l-uniku motiv ta’ illegalità tat-taxxa – jiġifieri il-kuntrarjetà għal direttiva [tal-Unjoni] – jista’ biss jiġi invokat fil-kuntest tar-relazzjoni bejn il-persuna taxxabbli u Amministrazzjoni tat-Taxxa iżda mhux fil-kuntest tar-relazzjoni bejn il-persuna taxxabbli u l-konsumatur finali, u b’hekk jostakola, fil-prattika, għall-effettività tar-rimbors, jew għandu jirrikonoxxi, biex jiżgura l-osservanza ta’ dan il-prinċipju, f’tali każ, id-dritt ta’ azzjoni diretta tal-konsumatur finali kontra t-Teżor, bħala każ ta’ impossibbiltà jew ta’ diffikultà eċċessiva li jinkiseb mill-fornitur ir-rimbors tat-taxxa mħallsa indebitament? |
Il-Qorti Ġenerali
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/9 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Canon vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-609/19) (1)
(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Settur tal-manifattura ta’ strumenti mediċi - Deċiżjoni li timponi multi għall-implimentazzjoni ta’ konċentrazzjoni qabel il-komunikazzjoni u l-awtorizzazzjoni tagħha - Artikolu 4(1), Artikolu 7(1), u Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Tranżazzjoni provviżorja u tranżazzjoni finali - Struttura ta’ holding - Konċentrazzjoni waħda - Drittijiet tad-difiża - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ legalità - Proporzjonalità - Ammont tal-multi - Ċirkustanzi attenwanti”)
(2022/C 276/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Canon Inc. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: U. Soltész, W. Bosch, C. von Köckritz, K. Winkelmann, M. Reynolds, J. Schindler, D. Arts u W. Devroe, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-L. Meyer u O. Segnana, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4559 final tas-27 ta’ Ġunju 2019 li timponi multi minħabba nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ konċentrazzjoni bi ksur tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u għall-implimentazzjoni ta’ konċentrazzjoni bi ksur tal-Artikolu 7(1) tal-imsemmi regolament (Każ M.8179 – Canon vs Toshiba Medical Systems Corporation), u, sussidjarjament, it-tħassir jew it-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Canon Inc. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/9 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2022 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-151/20) (1)
(“Riżorsi proprji tal-Unjoni - Responsabbiltà finanzjarja ta’ Stat Membru - Dazji fuq l-importazzjoni - Ħlas lill-Kummissjoni tal-ammonti li jikkorrispondu għal riżorsi proprji mhux irkuprati - Rikors ibbażat fuq arrikkiment indebitu tal-Unjoni - Obbligi ta’ Stat Membru fil-qasam tar-riżorsi proprji - Obbligu ta’ garanzija - Eżenzjoni milli jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ammonti li jikkorrispondu għad-dazji kkonstatati ddikjarati irrekuperabbli”)
(2022/C 276/14)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u O. Serdula, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Materne u P. Němečková, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: S. Baeyens u J.-C. Halleux, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Suġġett
Talba bbżata fuq l-Artikolu 268 TFUE u li titlob il-ħlas lura tas-somma ta’ 40 482 255 koruna Ċeka (CZK) imħallsa bħala riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors tar-Repubblika Ċeka huwa milqugħ sa fejn huwa intiż li l-Kummissjoni Ewropea tħallas lura s-somma ta’ 17 828 399,66 koruna Ċeka (CZK) imħallsa bħala riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/10 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta April 2022 – HB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-408/21 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Irregolaritajiet fil-proċedura tal-għoti tal-kuntratt - Irkupri tal-ammonti mħallsa indebitament - Deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv - Talba għal miżuri provviżorji - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”)
(2022/C 276/15)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: HB (rappreżentant: L. Levi, avukata)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Araujo Arce, J. Estrada de Solà u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti titlob, l-ewwel, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 3339 final tal-5 ta’ Mejju 2021 dwar l-irkupru ta’ kreditu ta’ ammont ta’ EUR 4 241 507,00 pagabbli minnha, taħt il-kuntratt bir-referenza TACIS/2006/101-510 u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 3340 final tal-5 ta’ Mejju 2021 dwar l-irkupru ta’ kreditu ta’ ammont ta’ EUR 1 197 055,86 pagabbli minnha, taħt il-kuntratt bir-referenza CARDS/2008/166-429, it-tieni, li l-Kummissjoni Ewropea tiġi ordnata ma tipproċedix bl-irkupru tal-ammonti li jinsabu fl-imsemmija deċiżjonijiet u, it-tielet, li l-Kummissjoni tiġi ordnata tħallas euro simboliku bħala danni.
Dispożittiv
|
1) |
L-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C(2021) 3339 final dwar l-irkupru ta’ kreditu ta’ ammont ta’ EUR 4 241 507,00 pagabbli minn HB, taħt il-kuntratt bir-referenza TACIS/2006/101-510, u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 3340 final dwar l-irkupru ta’ kreditu ta’ ammont ta’ EUR 1 197 055,86 pagabbli minn HB, taħt il-kuntratt bir-referenza CARDS/2008/166-429, hija sospiża. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/11 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2022 – Daw vs EUIPO – Sapa Building Systems (alpina)
(Kawża T-766/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2022/C 276/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Daw SE (Ober-Ramstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Haberl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sapa Building Systems SpA (Naviglio, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2021 (Każ R 2198/2020-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Daw u Sapa Building Systems.
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/11 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2022 – Engineering – Ingegneria Infromatica vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-273/22)
(2022/C 276/17)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Engineering – Ingegneria Infromatica SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: S. Villata, C. Oncia u L. Montevecchi, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara nulli, illegali jew ineffettivi, fi kwalunkwe każ bla effett il-miżuri ċċitati mill-Kummissjoni DH (id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Directorate H – Common Implementation Centre H.2 – Common Audit Service) u tal-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni – b’mod partikolari l-Letter of Conclusion ref. Ares (2021)7900224 tal-21 ta’ Diċembru 2021 tal-Kummissjoni ref. CAIA389007, ir-RFA (ir-Rapport Finali ta’ Awditjar anness mal-Letter of Conclusion), l-ittra ta’ talba (il-Confirmation Letter tal-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni tal-15 ta’ Marzu 2022) u n-nota ta’ debitu (in-nota tal-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni Nru 3242203436 tal-15 ta’ Marzu 2022); |
|
— |
tiddikjara l-ammissibbiltà tal-ispejjeż esklużi bħala bħala “eligible costs” skont il-Grant Agreement Dante u d-dritt li jirriżulta ta’ Engineering li dawn l-ispejjeż jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-ammont totali tal-għotja prevista fil-kuntratt imsemmi u, fi kwalunkwe każ, li l-Kummissjoni ma tkunx intitolata li tirkupra dawn is-somom; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata, mill-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni, ta’ dak li huwa previst fil-Grant Agreement Dante.
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti.
|
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Grant Agreement Dante u tad-dispożizzjoni kuntrattwali korrispondenti, għar-raġuni li l-ispejjeż eliġibbli ġew esklużi abbażi tal-kliem tal-kuntratt innifsu, għar-raġunijiet esposti fl-ewwel motiv. |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/12 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2022 – Mariño Pais et vs Il-Kummissjoni u SRB
(Kawża T-294/22)
(2022/C 276/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fernando Mariño Pais (Outes, Spanja) u 44 rikorrent ieħor (rappreżentanti: B. Cremades Roman, J. López Useros, S. Cajal Martín u P. Marrodán Lázaro, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tikkonstata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-konvenuti u tikkundanna lis-SRB u lill-Kummissjoni jikkumpensaw lir-rikorrenti għad-danni sostnuti wara d-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni tal-BPE (Banco Popular Español S.A. u s-sussidjarji tagħha); |
|
— |
tikkundanna lis-SRB u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura; |
|
— |
tordna li s-somom kollha mogħtija lir-rikorrenti jiżdiedu bl-interessi kumpensatorji sa mit-23 ta’ Mejju 2017 (jew, sussidjarjament, sa mis-7 ta’ Ġunju 2017) sad-data tal-għoti tas-sentenza, kif ukoll bl-interessi moratorji mid-data tas-sentenza, ħlief għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura, li jipproduċu interessi moratorji biss sa mid-data tas-sentenza, u |
|
— |
tagħti lir-rikorrenti l-benefiċċji ta’ kull kumpens addizzjonali meqjus xieraq fid-dritt. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-dikjarazzjoni u żvelar ta’ informazzjoni kisru b’mod biżżejjed serju d-dmir ta’ kunfidenzjalità, il-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll il-prinċipju ta’ nemo auditur propiam turpitudinem allegans. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur biżżejjed serju tal-prinċipji ta’ diliġenza, ta’ amministrazzjoni tajba, tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ projbizzjoni tad-diskriminazzjoni u tan-natura arbitrarja fil-proċess deċiżjonali. F’dan ir-rigward, huwa indikat li l-kundizzjonijiet għall-finijiet tar-riżoluzzjoni tal-BPE ma kinux sodisfatti, li evalwazzjoni indipendenti raġonevoli, prudenti u reali tal-attiv u tal-passiv ta’ BPE ma kinitx iggarantita u li l-miżura ta’ riżoluzzjoni hija diskriminatorja u arbitrarja. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur biżżejjed serju tad-dritt għall-proprjetà privata u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/13 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2022 – Flowbird vs EUIPO – Apcoa Parking Holdings (FLOWBIRD)
(Kawża T-296/22)
(2022/C 276/19)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Flowbird (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentant: C. Pecnard, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apcoa Parking Holdings GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea “FLOWBIRD – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 478 123 li tindika l-Unjoni
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 748/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
— |
tikkundanna lill-Apcoa Parking Holdings għall-ispejjeż quddiem l-EUIPO. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/13 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2022 – Domaine Boyar International vs EUIPO – Consorzio DOC Bolgheri e Bolgheri Sassicaia (BOLGARÉ)
(Kawża T-300/22)
(2022/C 276/20)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Domaine Boyar International (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentant: F. Bojinova, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consorzio DOC Bolgheri e Bolgheri Sassicaia (Castagneto Carducci, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BOLGARÉ – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 670 937
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 2564/2019-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti interessata għall-ispejjeż inkorsi mir-rikorrenti f’relazzjoni mal-azzjoni preżenti għal annullament. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 46(1)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’konnessjoni mal-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/14 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2022 – Vinokurov vs Il-Kunsill
(Kawża T-302/22)
(2022/C 276/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alexander Semenovich Vinokurov (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: É. Épron, J. Choucroun u E. Lebek, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
Tiddikjara dan ir-rikors għal annullament ammissibbli u fondata; |
|
— |
Tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/397 (1), tad-9 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn tikkonċerna lil Alexander Vinokurov; |
|
— |
Tannulla parzjalment ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/396 (2), tad-9 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn tikkonċerna lil Alexander Vinokurov; |
|
— |
Tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-proċedura; |
|
— |
Tirriżerva lir-rikorrent kull dritt, intitolament, motiv u azzjoni oħra. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ motivi suffiċjentement preċiżi u konkreti insostenn tal-att li jikkawża preġudizzju. Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni b’mod partikolari li l-motivi tal-Kunsill huma relatati ma’ setturi ta’ attività, filwaqt li l-kriterji indikati fid-Deċiżjoni PESK 2022/397 jindikaw biss persuni determinati. Ir-rikorrent jinvoka wkoll l-assenza ta’ preċiżjoni fir-rigward tal-kriterju relatat mal-provvista ta’ dħul sostanzjali u tal-fatt li l-użu tal-motivi ma jikkorrispondi ma’ ebda kriterju rilevanti mqajjem mill-Kunsill. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent iqis li l-motiv dwar l-appoġġ jew dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet jew politiki huwa differenti mill-kriterji rilevanti li huwa l-appoġġ “materjali jew finanzjarju” lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni allegatament imwettaq mill-Kunsill fir-rigward tal-kriterji rilevanti użati minnu, jiġifieri, b’mod partikolari, l-appoġġ materjali jew finanzjarju lill-persuni li jieħdu deċiżjonijiet fir-Russja, il-fatt li jisiltu vantaġġ mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa jew li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lil dan il-Gvern. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba li l-estensjoni tal-kriterji ta’ inklużjoni jippermettu issa li jiġu ssanzjonati persuni li ma għandhomx rabta mas-sitwazzjoni fl-Ukrajna. Għalhekk, huwa invokat li l-Kunsill jindika l-provvista minn ċertu setturi ta’ attivitajiet ta’ sorsi sostanzjali ta’ dħul, iżda ma jikkunsidra la l-parti tas-suq tar-rikorrent f’dawn is-setturi, u lanqas il-kapital azzjonarju tar-rikorrent fl-impriżi msemmija. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent. |
(1) Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 80, p. 31, rettifika fil-ĠU 2022, L 117, p. 118 u fil-ĠU 2022, L 156, p. 160).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/396 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 80, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 117, p. 117 u fil-ĠU 2022, L 154, p. 76).
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/15 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2022 – Dicofarm vs EUIPO – Marco Viti Farmaceutici (Vitis pharma Dicofarm group)
(Kawża T-303/22)
(2022/C 276/22)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Dicofarm SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Ferrari, L. Goglia u G. Rapaccini, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marco Viti Farmaceutici SpA (Vicenza, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Vitis pharma Dicofarm group” – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 880 952
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1050/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fil-parti fejn tikkonferma d-dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali tat-trade mark tal-Unjoni Nru 17 880 952 mogħtija mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO permezz ta’ deċiżjoni tad-19 ta’ April 2021 – dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 38383 C; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fil-parti fejn tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż sostnuti minn Marco Viti Farmaceutici fil-proċedimenti ta’ appell quddiem l-EUIPO |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 60 u 8 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1). |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/16 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2022 – Rashnikov vs Il-Kunsill
(Kawża T-305/22)
(2022/C 276/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Viktor Filippovich Rashnikov (Magnitogorsk, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa, M. Moretto, V. Villante u M. Pirovano, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/429 tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/427 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) (iktar 'il quddiem l-“atti kkontestati”), sa fejn dawn jinkludu lir-rikorrent fil- lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, in-nuqqas ta’ osservanza tal-oneru tal-prova u l-ksur tal-kriterji ta’ inklużjoni fil-lista stipulata fl-Artikolu 1(1)(a) u (e), u fl-Artikolu 2(1)(a) u (g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16), kif ukoll fl-Artikolu 3(1)(a) u (g) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64). |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll il-ksur tad-drittijiet fundamentali għall-proprjetà u l-libertà ta’ impriża tar-rikorrent (Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali). |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju fundamentali ta’ nondiskriminazzjoni. |
(2) ĠU 2022, L 87 I, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 66.
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/17 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2022 – A2B Connect et vs Il-Kunsill
(Kawża T-307/22)
(2022/C 276/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: A2B Connect BV (Purmerend, il-Pajjiżi l-Baxxi), BIT BV (Ede, il-Pajjiżi l-Baxxi), Freedom Internet BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: L. Oranje, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
Tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/350 tal-1 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/351 tal-1 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2) abbażi tal-Artikolu 263 TFUE; u |
|
— |
Tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Artikolu 29 TUE u l-Artikolu 215 TFUE ma jikkostitwixxux bażi legali għad-deċiżjoni kkontestata u għar-regolament ikkontestat, rispettivament, u/jew li l-konvenut aġixxa lil hinn mill-kompetenza tiegħu kif stabbilita fit-Trattati, b’mod partikolari fit-Titolu V tat-TUE. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat u d-deċiżjoni kkontestata jiksru l-Artikolu 11 u l-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat u d-deċiżjoni kkontestata jiksru l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jikkostitwixxu ksur tad-dispożizzjonijiet legali relatati mal-applikazzjoni tat-Trattati, b’mod partikolari, tal-prinċipju ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba. |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/17 |
Rikors ippreżentat flt-25 ta’ Mejju 2022 – PC vs Il-Kunsill
(Kawża T-309/22)
(2022/C 276/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: PC (rappreżentanti: G. Lansky, P. Goeth u A. Egger, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/429 tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/427 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) (iktar 'il quddiem l-“atti kkontestati”), sa fejn dawn jinkludu lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq li l-Kunsill wettaq żball ta’ evalwazzjoni billi inkluda l-isem tar-rikorrent fl-annessi tal-atti kkontestati. Ir-rikorrent isostni li:
|
— |
ir-raġunijiet invokati mill-Kunsill għall-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista huma materjalment żbaljati; |
|
— |
il-Kunsill naqas li jispeċifika r-raġunijiet individwali, speċifiċi u konkreti li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi fuq ir-rikorrent, peress li r-raġunijiet invokati ma kinux suffiċjentement iddettaljati, kuntrarjament għall-obbligi tal-Kunsill; |
|
— |
il-provi prodotti insostenn tal-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista permezz tal-atti kkontestati huma insuffiċjenti. |
(2) ĠU 2022, L 87 I, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 66.
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/18 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2022 – AMO Development vs EUIPO (Medical instruments)
(Kawża T-311/22)
(2022/C 276/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: AMO Development LLC (Santa Ana, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Day, Solicitor, u T. de Haan, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: Disinni komunitarji Nru 2 712 885-0001 u Nru 2 712 885-0002
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1433/2021-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem it-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/19 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2022 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-314/22)
(2022/C 276/27)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tinsab fl-ittra tas-16 ta’ Mejju 2022 dwar it-tpaċija tal-ammont dovut għall-penalità finanzjarja ta’ kull jum mogħtija fis-sentenza tal-Viċi Presidenta tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-20 ta’ Settembru 2021 (Ir-Repubblika Ċeka vs Ir-Repubblika tal-Polonja, C-121/21 R, EU:C:2021:752) fir-rigward tal-perijodu mit-18 ta’ Jannar 2022 sat-3 ta’ Frar 2022; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni kif ukoll fuq ksur tal-Artikolu 101 u tal-Artikolu 102, flimkien mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1) permezz tal-applikazzjoni tal-proċedura ta’ rkupru tal-ammonti dovuti permezz tat-tpaċija, minkejja li dawn l-ammonti dovuti kienu waqfu jeżistu. Ir-rikorrenti ssotni li l-Kummissjoni ma kellhiex bażi legali għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’sitwazzjoni fejn l-effetti tad-digriet tal-20 ta’ Settembru 2021 intemmew retroattivament b’riżultat tal-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Gvern Pollakk u dak Ċek, tar-rinunzja miż-żewġ partijiet għall-pretensjonijiet tagħhom u tat-tħassir tal-Kawża C-121/21 (2) mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikoli 41(2)(c) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata. Ir-rikorrenti ssostni li, meta adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma pprovdietx il-motivazzjoni, meħtieġa mit-Trattat u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fir-rigward tal-bażijiet legali għall-proċedura ta’ rkupru tal-ammonti dovuti implimentata permezz ta’ din id-deċiżjoni. |
(2) Digriet tal-4 ta’ Frar 2022, Ir-Repubblika Ċeka vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Mina ta’ Turów), C-121/21, mhux ippubblikat, EU:C:2022:82.
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/19 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2022 – Yayla Türk vs EUIPO – Marmara Import-Export (Sütat)
(Kawża T-315/22)
(2022/C 276/28)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Yayla Türk Lebensmittelvertrieb GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marmara Import-Export GmbH (Ratingen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Sütat” – Trade mark tal-Unjoni Nru 5 414 561
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1184/2021-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiċħad it-talba bin-numru 44 583 C mressqa minn Marmara Import-Export GmbH fis-17 ta’ Ġunju 2020 intiża għall-kanċellazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni; sussidjarjament, tibgħat il-każ lura quddiem l-EUIPO sabiex ikompli jeżaminah u jieħu deċiżjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tad-dritt għal smigħ. |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/20 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2022 – Passalacqua vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-318/22)
(2022/C 276/29)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Roberto Passalacqua (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix lir-rikorrent promozzjoni għall-grad AD 11 permezz tal-proċedura ta’ promozzjoni 2021, li tirriżulta mill-esklużjoni tiegħu mil-lista tal-uffiċjali promossi; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti promozzjoni għall-grad AD 11 lill-uffiċjali inklużi fil-lista tal-uffiċjali promossi permezz tal-proċedura ta’ promozzjoni 2021; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1ota’ April 2022 li tiċħad l-ilment Nru R/620/21 imressaq mir-rikorrent skont l-Artikoli 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
— |
tannulla kull provvediment ieħor presuppost, konsegwenti jew b’xi mod ieħor konness; |
|
— |
jew, sussidjarjament, tikkumpensa d-danni kkawżati mill-atti illeġittimi tal-Kummissjoni. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter u fuq parzjalità manifesta u immotivata li permezz tagħha ġew evalwati il-merti tar-rikorrent b’paragun ma’ dawk ta’ uffiċjali oħra li jimmeritaw inqas il-promozzjoni.
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li minkejja li l-Kummissjoni ma hijiex marbuta timmotiva d-deċiżjonijiet tagħha fil-konfront tal-kandidati mhux promossi, hija għandha, għall-kuntrarju, l-obbligu li timmotiva d-deċiżjoni li permezz tagħha hija tiċħad ilment propost, skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, minn kandidat mhux promoss; u l-motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni tal-aħħar għandha tikkoinċidi mal-motivazzjoni tad-deċiżjoni li kontra tagħha sar l-ilment. Fatt li ma jirriżultax fil-każ de quo.
|
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/21 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2022 – Krematorium am Waldfriedhof Schwäbisch Hall vs EUIPO (aquamation)
(Kawża T-319/22)
(2022/C 276/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Krematorium am Waldfriedhof Schwäbisch Hall GmbH & Co. KG (Schwäbisch Hall, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Dehn, L. Maritzen u C. Kleiner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “aquamation” – Applikazzjoni Nru 18 453 264
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 2154/2021-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/22 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2022 – International Foodstuffs vs EUIPO – Société des produits Nestlé (TIFFANY CRUNCH N CREAM)
(Kawża T-321/22)
(2022/C 276/31)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: International Foodstuffs Co. LLC (Sharjah, l-Emirati Għarab Magħquda (rappreżentant: J. Blum, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TIFFANY CRUNCH N CREAM – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 002 077
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 2136/2020-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha; |
|
— |
tikkundanna, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, lill-EUIPO u lill-parti intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċedimenti. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/22 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2022 – Konov vs Il-Kunsill
(Kawża T-326/22)
(2022/C 276/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Dmitry Konov (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: F. Bélot, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
Tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/397 (1) tad-9 ta’ Marzu 2022 sa fejn tinkludi isem ir-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2014/145 tas-17 ta’ Marzu 2014; |
|
— |
Tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/396 (2) tad-9 ta’ Marzu 2022 sa fejn jinkludi isem ir-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2014/269 tas-17 ta’ Marzu 2014; |
|
— |
Tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 500 000 b’mod provviżorju għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent; |
|
— |
Tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Ir-rikorrent isostni, qabelxejn, li l-Kunsill ma jagħtix raġunijiet individwali, speċifiċi u konkreti ta’ natura li jagħtuh indikazzjoni suffiċjenti dwar il-fondatezza tal-miżuri restrittivi meħuda fil-konfront tiegħu. Huwa jqis li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma bbażati fuq bażi fattwali li ma hijiex suffiċjentement solida, fuq raġunijiet li ma humiex sostnuti u li l-plawżibbiltà tagħhom hija biss astratta. Ir-rikorrent iqis, sussegwentement, li l-Kunsill iqiegħdu fl-obbligu li jipproduċi l-prova negattiva tal-fatti ġenerali li huma lmentati fil-konfront tiegħu, b’tali mod li jaqleb l-oneru tal-prova, ħaġa li tikser id-drittijiet l-iktar fundamentali tad-difiża. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jinvoka l-insuffiċjenza tar-raġunijiet allegati u l-assenza ta’ provi kredibbli u sostanzjali insostenn ta’ dawn ir-raġunijiet u jqis li dan jipprekludi stħarriġ ġudizzjarju xieraq tal-legalità tal-inklużjoni u taż-żamma ta’ ismu fil-listi ta’ persuni li huma s-suġġett tal-miżuri restrittivi inkwistjoni. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, minħabba li r-rikorrent ma kienx jeżerċita u ma eżerċitax influwenza determinanti fuq il-kumpannija PJSC SIBUR Holding. Barra minn hekk, il-kumpannija PJSC SIBUR Holding ma tikkostitwixxix sors sinjifikattiv ta’ dħul għall-Gvern Russu u ma għandiex rabtiet stretti miegħu. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament. Ir-rikorrent iqis li r-raġunijiet intiżi li jiġġustifikaw il-miżuri restrittivi fil-konfront tiegħu huma diskriminatorji u sproporzjonati fid-dawl tal-għan li jrid jintlaħaq mill-Kunsill. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, jiġifieri d-dritt għar-rispett tal-proprjetà, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tiegħu, id-dritt għal-libertà ta’ intrapriża u d-dritt tal-preżunzjoni ta’ innoċenza. |
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/397 tad-9 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 80, p. 31, rettifika fil-ĠU 2022, L 117, p. 118 u fil-ĠU 2022, L 156, p. 160).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/396 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 80, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 117, p. 117 u fil-ĠU 2022, L 156, p. 76).
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/23 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2022 – Khan vs Il-Kunsill
(Kawża T-333/22)
(2022/C 276/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: German Khan (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Marembert u A. Bass, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/429 (1) tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn tikkonċerna r-rikorrent; |
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/427 (2) tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tal-kriterju intiż għan-“negozjanti ewlenin involuti fis-setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li hija responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna”, minħabba li ebda rabta suffiċjenti ma kienet stabbilita bejn il-kategorija ta’ individwi koperti minn dan il-kriterju u l-Federazzjoni Russa. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità tal-kriterju intiż għan-“negozjanti ewlenin involuti fis-setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li hija responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna” minħabba ksur doppju tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ir-rikorrent iqis, minn naħa, li l-kriterju invokat mill-Kunsill huwa manifestament mhux xieraq fid-dawl tal-għan imfittex u, min-naħa l-oħra, li kienet teżisti l-possibbiltà li jintużaw mezzi inqas onerużi. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrent isostni, minn naħa, li l-ebda waħda mill-provi invokati mill-Kunsill ma kienet tissodisfa r-rekwiżiti tal-ġurisprudenza Ewropea fil-qasam tal-istandard u tal-kwalità tal-prova u, min-naħa l-oħra, li ebda dikjarazzjoni tal-motivazzjoni tal-Kunsill ma hija stabbilita u ma tista’ għaldaqstant tikkaratterizza l-kriterji (d) u (g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK fil-verżjoni fis-seħħ dak iż-żmien. |
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/429 tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 87 I, p. 44 u rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 67).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/427 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 87 I, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 66).
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/24 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ April 2022 – Satabank vs BĊE
(Kawża T-563/20) (1)
(2022/C 276/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/25 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2022 – Paccor Packaging et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-148/21) (1)
(2022/C 276/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tal-Għaxar Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/25 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ April 2022 – EurO3zon vs ECHA
(Kawża T-199/21) (1)
(2022/C 276/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/25 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2022 – NW vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-20/22) (1)
(2022/C 276/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.