|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 272/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10391 — RTL GROUP / TALPA NETWORK) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 272/02 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2022/C 272/03 |
||
|
2022/C 272/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 272/05 |
|
|
Rettifika |
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10391 — RTL GROUP / TALPA NETWORK)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 272/01)
Fit 11 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10391. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-14 ta' Lulju 2022
(2022/C 272/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0005 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
139,04 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4425 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84560 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,6019 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9841 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
138,89 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,2536 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,417 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
408,78 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,8146 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9420 |
|
TRY |
Lira Turka |
17,4940 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4893 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3162 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
7,8539 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6437 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4065 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 322,29 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,2020 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,7618 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5122 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 119,56 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4462 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,565 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,632 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,4586 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,9585 |
|
INR |
Rupi Indjan |
80,0752 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
15.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/3 |
Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2022/C 272/03)
F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
20.6.2022 |
|
Tul tal-għeluq |
20.6.2022 – 31.12.2022 |
|
Stat Membru |
L-Unjoni Ewropea (l-Istati Membri kollha) |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
GHL/1N2AB |
|
Speċi |
Ħalibatt ta’ Greenland (Reinhardtius hippoglossoides) |
|
Żona |
Ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
--- |
|
Numru ta’ referenza |
03/TQ109 |
|
15.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/4 |
Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2022/C 272/04)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.
LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠA MILL-ISTATI MEMBRI
L-IŻVIZZERA
Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil-ĠU C 365, 10.9.2021, p. 3.
Permessi ta’ residenza skont l-Artikolu 2(16)(a) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) [format uniformi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1030/2002]
|
— |
Titre de séjour / Aufenthaltstitel / Permesso di soggiorno [permess ta’ residenza] (L, B, C) |
|
— |
Titre de séjour / Aufenthaltstitel / Permesso di soggiorno, [permess ta’ residenza] (L, B, C) li jiddikjara “membru tal-familja” għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadin Żvizzeru |
|
— |
Titre de séjour / Aufenthaltstitel / Permesso di soggiorno [permess ta’ residenza] (L, B, C) li jgħid “membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE/tal-EFTA” għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE jew tal-EFTA li jkun qed jeżerċita d-dritt tiegħu tal-moviment liberu; |
|
— |
Titre de séjour / Aufenthaltstitel / Permesso di soggiorno [permess ta’ residenza] (L, B, C) li jgħid “ Selon l’accord CH-UK du 25 février 2019” / “ Gemäss Abkommen CH-UK vom 25. Februar 2019” / “ Secondo l’accordo CH-UK del 25 febbraio 2019” [Skont il-ftehim CH-UK tal-25 ta’ Frar 2019]: maħruġ liċ-ċittadini tar-Renju Unit u lill-membri tal-familja tagħhom li jibbenefikaw mill-Ftehim tal-25 ta’ Frar 2019 bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fir-rigward tad-drittijiet taċ-ċittadini wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u t-tmiem tal-applikabbiltà tal-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni; |
|
— |
Titre de séjour / Aufenthaltstitel / Permesso di soggiorno [permess ta’ residenza] (G) li jgħid “ accord CH-UK 25 ta’ Frar 2019” / “ Abkommen CH-UK 25 ta’ Frar 2019” / “ accordo CH-UK 25 ta’ Frar 2019” [ftehim CH-UK 25 ta’ Frar 2019]: maħruġ lil ħaddiema tal-fruntiera li huma ċittadini tar-Renju Unit li mhumiex domiċiljati fi Stat ta’ Schengen iżda fi Stat mhux marbut b’wieħed mill-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen jew fi Stat li ma japplikax l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ u li jibbenefikaw mill-Ftehim tal-25 ta’ Frar 2019 bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u t-tmiem tal-applikabbiltà tal-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni; |
|
— |
Titre de séjour Ci / Aufenthaltstitel Ci / Permesso di soggiorno Ci (permess ta’ residenza għall-konjuġi u t-tfal (sal-età ta’ 25 sena) ta’ uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u membri ta’ rappreżentanzi barranin fl-Iżvizzera li huma impjegati bi qligħ fis-suq tax-xogħol Żvizzeru), validu mill-1 ta’ Novembru 2019 (jissostitwixxi d-dokument tal-identità tal-barrani tat-tip Ci). |
|
— |
Titre de séjour S / Aufenthaltstitel S / Permesso di soggiorno S [permess ta’ residenza S] fil-format ta’ karta ta’ kreditu li jgħid “ Carte pour personnes à protéger ” / “ Ausweis für schutzbedürftige ” / “ Carta per persone bisognose di protezione ” [Karta għall-persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni], maħruġa lil persuni mill-Ukrajna li jeħtieġu protezzjoni mit-18 ta’ Marzu 2022. |
|
— |
Titre de séjour S / Aufenthaltstitel S / Permesso di soggiorno S [permess ta’ residenza S] fil-format ta’ ktejjeb li jgħid “ Livret pour personnes à protéger ” / “ Ausweis für schutzbedürftige ” / “ Permesso per persone bisognose di protezione ” / “ Attest per persunas cun basegn da protecziun ” [Permess għal persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni], maħruġ lil persuni mill-Ukrajna li jeħtieġu protezzjoni mit-18 ta’ Marzu 2022. |
Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-mudell stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz
|
— |
Livret pour étrangers L / Ausländerausweis L / Libretto per stranieri L / [dokument tal-identità L għal ċittadini barranin] (permess ta’ residenza għal perjodu qasir; permess L, vjola); |
|
— |
Livret pour étrangers B / Ausländerausweis B / Libretto per stranieri B / Legitimaziun d’esters B / [dokument tal-identità B għaċ-ċittadini barranin] (permess ta’ residenza temporanju tat-tip B; maħruġ fi tliet jew erba’ lingwi, griż ċar); |
|
— |
Livret pour étrangers C / Ausländerausweis C / Libretto per stranieri C / [dokument tal-identità C għaċ-ċittadini barranin] (permess ta’ residenza permanenti tat-tip C, aħdar); |
|
— |
Livret pour étrangers Ci /Ausländerausweis Ci / Libretto per stranieri Ci [dokument tal-identità Ci għaċ-ċittadini barranin] (permess ta’ residenza tat-tip Ci għall-konjuġi u t-tfal (sal-età ta’ 25 sena) tal-uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-membri tar-rappreżentanzi barranin fl-Iżvizzera li jeżerċitaw attività bi qligħ fis-suq tax-xogħol Żvizzeru, aħmar), validu sad-data ta’ skadenza; |
|
— |
Cartes de légitimation (titres de séjour) délivrées par le Département fédéral des Affaires étrangères / Legitimationskarten (Aufenthaltsbewilligung) vom Eidgenössischen Departement für auswärtige Angelegenheiten / Carte di legittimazione (titoli di soggiorno) del Dipartimento federale degli affari esteri [karti tal-identità (permessi ta’ residenza) maħruġa mid-Dipartiment Federali tal-Affarijiet Barranin] (ara l-Anness 20). |
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/7 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 272/05)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU
Pfalz
PDO-DE-A1272-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 20.4.2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Deskrizzjoni tal-inbid/prodotti tad-dwieli u karatteristiċi analitiċi u/jew organolettiċi
Deskrizzjoni:
Emenda tal-qawwa alkoħolika naturali minima u l-piż minimu tal-most (li tmexxew mill-punt 5.1 għall-punt 3.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott) għall-Qualitätswein (inbid ta’ kwalità) magħmul mill-varjetà tal-għeneb Dornfelder fi snin b’kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp.
Valuri standard għall-Qualitätswein magħmul mill-varjetà Dornfelder: 8,8 % vol. tal-alkoħol potenzjali/68 °Oechsle.
ŻIEDA:
“Fil-każ tal-varjetà tal-għeneb Dornfelder, il-qawwa alkoħolika naturali minima/il-piż minimu tal-most jistgħu jiġu stabbiliti għal 8,3 % vol. tal-alkoħol/65 °Oechsle fi snin b’kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp, skont deċiżjoni tal-bord tax-Schutzgemeinschaft Pfalz rikonoxxut (l-Assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-inbid Pfalz). Dawn l-arranġamenti japplikaw biss għas-sena li għaliha tkun ittieħdet id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni tal-assoċjazzjoni għall-protezzjoni għandha titħabbar permezz ta’ mezz xieraq ta’ pubblikazzjoni.”
Il-prodotti differenti huma identifikati b’isimhom, b’informazzjoni dwar il-qawwa alkoħolika naturali minima tagħhom/il-piż minimu tal-most u deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom.
ŻIEDA:
“Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Pfalz prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.”
Raġunijiet:
L-għan tat-tnaqqis żgħir fil-qawwa alkoħolika minima/il-piż minimu tal-most fil-każ tal-varjetà Dornfelder huwa li jippermetti li l-ħsad isir aktar kmieni, u għalhekk jiġu minimizzati l-effetti negattivi ta’ organiżmi ġodda li jikkawżaw ħsara. Fl-2014, pereżempju, id-Drosophila suzukii heddet il-varjetajiet tal-għeneb aħmar b’sajran bikri. L-ittardjar tal-ħsad minħabba l-piż minimu tal-most li kien applikabbli sal-lum joħloq ir-riskju li jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-kwalità u l-volum tal-għeneb maħsud f’dawn is-snin.
Ingħata aktar dettall fid-deskrizzjonijiet tal-karatteristiċi organolettiċi sabiex jirrifletti aħjar il-prodotti differenti.
Iż-żieda tal-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed prodotti mingħajr ebda arrikkiment tagħmel użu mill-klawżola inizjali fir-Regolament tal-UE.
2. Varjetajiet tal-għeneb tal-inbid
Deskrizzjoni:
Sal-lum, ġew elenkati l-varjetajiet tal-għeneb li ġejjin:
Inbejjed bojod
“Albalonga, Auxerrois, Bacchus, Chardonnay, Ehrenbreitsteiner, Ehrenfelser, Faberrebe, Früher Malingre, Gelber Muskateller, Grüner Veltliner, Hölder, Huxelrebe, Johanniter, Juwel, Kanzler, Kerner, Kernling, Mariensteiner, Morio-Muskat, Müller-Thurgau, Muskat-Ottonel, Nobling, Optima, Orion, Ortega, Perle, Phoenx, Prinzipal, Regner, Reichensteiner, Rieslaner, Riesling, Roter Elbling, Roter Gutedel, Roter Muskateller, Roter Traminer, Ruländer (Grauer Burgunder), Saphira, Sauvignon Blanc, Scheurebe, Schönburger, Siegerrebe, Silvaner, Sirius, Solaris, Staufer, Weißer Burgunder, Weißer Elbling, Weißer Gutedel, Würzer”
Inbejjed ħomor
“Accent, Acolon, Allegro, Blauer Frühburgunder, Blauer Limberger, Blauer Portugieser, Blauer Spätburgunder, Blauer Trollinger, Blauer Zweigelt, Bolero, Cabernet Carbon, Cabernet Carol, Cabernet Cortis, Cabernet Cubin, Cabernet Dorio, Cabernet Dorsa, Cabernet Franc, Cabernet Mitos, Cabernet Sauvignon, Dakapo, Deckrot, Domina, Dornfelder, Dunkelfelder, Färbertraube, Früher Roter Malvasier, Helfensteiner, Heroldrebe, Merlot, Müllerrebe, Muskat Hamburg, Palas, Portugieser, Prior, Regent, Rondo, Saint-Laurent, Syrah”.
EMENDA:
Żdiedu l-varjetajiet li ġejjin:
Inbejjed bojod
“Blauer Silvaner, Bronner, Cabernet Blanc, Calardis Blanc, Chardonnay rosé, Felicia, Früher Roter Malvasier, Goldmuskateller, Goldriesling, Hibernal, Muscaris, Osteiner, Roter Müller-Thurgau, Roter Riesling, Ruländer, Sauvignon Gryn, Sauvignon Sary, Sauvitage, Souvignier Gris, Trebbiano di Soave, Villaris”
Inbejjed ħomor
“Baron, Blauburger, Cabernet Cantor, Cabertin, Calandro, Muskattrollinger, Pinotin, Piroso, Reberger, Rosenmuskateller, Tauberschwarz, Wildmuskat”.
Żdiedu s-sinonimi għall-varjetajiet tal-għeneb.
Il-varjetajiet li ġejjin tneħħew:
Inbejjed bojod
“Mariensteiner”
Inbejjed ħomor
“Muskat Hamburg”
“Früher Roter Malvasier” (il-lista l-ħażina).
Raġunijiet:
Il-lista tal-varjetajiet tal-għeneb ġiet issupplimentata peress li ma kinitx kompluta u għandha tinkludi l-varjetajiet kollha li jinsabu fiż-żona tat-tkabbir li ġew ikklassifikati sal-lum. Il-varjetà Mariensteiner tneħħiet, peress li ma hijiex varjetà awtorizzata la fuq il-lista tal-Uffiċċju Federali tal-Varjetajiet tal-Pjanti u lanqas skont ir-Regolament tal-Istat Federali. Muskat Hamburg huwa għeneb tal-mejda u għalhekk ma huwiex permess. Früher Roter Malvasier tneħħa mil-lista tal-varjetajiet ħomor, għaliex jintuża għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod.
3. Rekwiżiti applikabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-UE jew dik nazzjonali
Deskrizzjoni:
Ir-rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar huma stipulati fil-punt 9 (li se jsir il-punt 10) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Unitajiet ġeografiċi iżgħar:
ŻIEDA:
“Barra minn hekk, ir-reġistru tal-vinji jipprovdi l-lista tal-ismijiet ta’ żoni, vinji fuq skala kbira u individwali, u sistemi ta’ għelieqi miftuħa li jistgħu jintużaw bħala unitajiet ġeografiċi iżgħar. Dan jindika l-konfini tas-siti u ż-żoni f’termini ta’ referenzi katastali (unità katastali, sottounità katastali, sistema ta’ għalqa miftuħa, roqgħa). Huwa ġestit mill-Kamra tal-Agrikoltura tar-Rheinland-Pfalz. Ir-reġistru tad-dwieli huwa stabbiliti u miżmum abbażi ta’:
|
— |
It-Taqsima 23(3) u (4) tal-Att Federali dwar l-Inbid (Weingesetz); |
|
— |
Taqsima 29 tar-Regolament Federali dwar l-Inbid (Weinverordnung); |
|
— |
L-Att tar-Rheinland-Pfalz dwar id-deżinjazzjoni ta’ siti u żoni u r-reġistru tal-vinji (l-Att dwar il-Vinji) (Landesgesetz über die Festsetzung von Lagen und Bereichen und über die Weinbergsrolle (Weinlagengesetz)); |
|
— |
It-Taqsima 2(16) tar-Regolament tar-Rheinland-Pfalz dwar ir-responsabbiltajiet fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar l-inbid (Landesverordnung über Zuständigkeiten auf dem Gebiet des Weinrechts). |
Il-konfini ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar jistgħu jinbidlu biss bil-qbil tal-organizzazzjonijiet kompetenti skont it-Taqsima 22g tal-Att Federali dwar l-Inbid, li għandha tinnotifika kwalunkwe tibdil lill-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura u l-Ikel.”
Raġunijiet:
Id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar għandhom jiġu ssupplimentati biex ikopru unitajiet ġeografiċi iżgħar, sabiex jiġu allinjati mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
4. Demarkazzjoni taż-żona
Deskrizzjoni:
Id-demarkazzjoni taż-żona tad-DOP Pfalz ġiet emendata.
ŻIEDA:
“Iż-żona hija limitata għall-Vorderpfalz/Rheinpfalz, jiġifieri mit-truf tal-muntanji tal-Foresta tal-Pfalz fil-Punent, taqsam il-Haardtrand, sal-artijiet baxxi ta’ Vorderpfalz, fil-partijiet ċentrali u tal-Lvant. Il-vitikultura ssir prinċipalment fil-Haardtrand u fuq l-istrixxi ta’ art bejn il-widien u l-qraten miksija bil-loess. Il-fruntieri naturali tar-reġjun huma l-Haardtrand fil-Punent, ir-Renu fil-Lvant, Alsace (Franza) jew il-fruntiera mal-Bienwald fin-Nofsinhar, il-fruntiera ma’ Worms fil-Grigal, u Kirchheimbolanden, Stetten, Gauersheim u Zellertal, inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Albisheim, Einselthum u Zell, fil-Majjistral.”
Ġew elenkati l-muniċipalitajiet individwali, inklużi l-unitajiet katastali tagħhom.
Id-demarkazzjoni preċiża tidher fuq mapep li juru l-vinji fil-muniċipalitajiet ikkonċernati, demarkata bl-irqajja’. Il-mapep jistgħu jiġu kkonsultati fuq www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein.
Raġunijiet:
Dawn il-bidliet fid-demarkazzjoni taż-żona huma meqjusa sew, u huma maħsuba biex jipprevjenu żvantaġġi sinifikanti għall-vitikultura, l-agrikoltura, u l-pajsaġġ ikkultivat tar-reġjun ta’ Pfalz kif żviluppa maż-żmien. Dan fid-dawl tal-fatt li l-vitikultura f’Pfalz evolviet tul sekli sħaħ fi ħdan il-konfini ġeografiċi speċifiċi tal-unitajiet katastali rilevanti, kif kien il-każ fiż-żoni tat-tkabbir tal-inbid tradizzjonali Ewropej kollha.
Ir-raġunijiet għad-demarkazzjoni taż-żona huma spjegati f’aktar dettall hawn taħt:
Il-vinji magħluqa huma meħtieġa għal raġunijiet ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri għall-protezzjoni tal-pjanti.
Il-miżuri għall-protezzjoni tal-pjanti implimentati fil-vitikultura mhux dejjem ikunu kompatibbli ma’ għelejjel oħra, u vice versa. Għalhekk, it-tqegħid ta’ vinji maġenb art b’użi oħra toħloq problemi li kemm jista’ jkun għandhom jiġu evitati:
|
— |
Inqas ma jkun hemm punti ta’ kuntatt bejn l-art użata għall-vitikultura u l-art maħsuba għal użi oħra (il-kultivazzjoni tar-raba’, it-tkabbir tal-frott, il-mergħat, eċċ.), inqas ikun hemm effetti negattivi assoċjati fuq il-kultivazzjoni u l-kwalità tal-inbejjed. |
Dan minħabba r-rekwiżiti speċifiċi ta’ ġestjoni fiż-żona tal-vitikultura, b’mod partioklari l-protezzjoni tal-pjanti. Il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti użati kultant ivarjaw minn xulxin b’mod konsiderevoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-objettiv segwit, l-awtorizzazzjoni speċifika għall-għelejjel u l-perjodi ta’ stennija.
|
— |
Anke jekk il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jiġu applikati kif suppost, jistgħu jwasslu għal deriva fuq irqajja’ ġirien b’użi differenti, li tista’ tikkawża ħsara veġetattiva mhux mixtieqa f’żoni mhux fil-mira jew iddgħajjef il-kwalità/kummerċjabbiltà tal-prodotti minħabba l-preżenza ta’ ċerti residwi. Pereżempju, jekk l-użu ta’ erbiċidi sistemiċi f’żoni ġirien iwassal għal deriva sprejjata mhux mixtieqa, dan jista’ jkollu impatt fuq l-iżvilupp tal-frott jekk isseħħ kontaminazzjoni qabel jiffjorixxu d-dwieli. Jekk jintużaw erbiċidi ta’ kuntatt, id-deriva sprejjata mhux mixtieqa tista’ tirriżulta fi ħruq fil-partijiet affettwati tal-qċaċet/rimjiet tal-weraq. Min-naħa l-oħra, jistgħu jinqalgħu problemi jekk ikun hemm deriva tal-fungiċidi użati fil-vitikultura fuq raba’ li jinħadem fil-madwar. Dan ikun partikolarment problematiku f’Pfalz, peress li l-akbar żona kontinwa ta’ tkabbir tal-ħxejjex fil-Ġermanja tmiss maż-żona tad-DOP Pfalz. Dan il-proporzjon għoli ta’ għelejjel speċjalizzati jagħmilha aktar u aktar neċessarja li l-vinji jiġu demarkati b’mod ċar miż-żoni agrikoli, kif kien il-każ sa issa. Peress li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti użati ma humiex awtorizzati għal uħud mill-għelejjel imkabbra f’dik iż-żona, studji dwar ir-residwi jistgħu jsibu – abbażi ta’ analiżi preċiża u limiti massimi ta’ residwi baxxi – li l-prodotti ma humiex tajbin biex jitqiegħdu fis-suq, b’mod partikolari fil-każ ta’ ħxejjex friski. L-istess jgħodd għall-preparazzjonijiet tar-ram użati fil-produzzjoni tal-inbid organiku. Każijiet bħal dawn iseħħu ta’ spiss fil-prattika u għalhekk għandhom jiġu evitati. |
Il-miżuri attwali ta’ protezzjoni tal-pjanti mmirati lejn l-għelejjel jistgħu jikkawżaw ħsara kemm fuq ir-raba’ li jinħadem kif ukoll fil-vinji.
Il-vinji magħluqa jippermettu l-applikazzjoni ta’ metodi ta’ ġestjoni u protezzjoni effettivi fil-qasam tal-vitikultura.
L-istrateġiji għall-protezzjoni tal-pjanti b’impatt baxx u b’benefiċċji kwalitattivi, ambjentali u ekonomiċi huma importanti biex tiġi żgurata l-produzzjoni sostenibbli ta’ nbejjed ta’ kwalità għolja:
|
— |
Eżempju tajjeb huwa l-użu tal-feromoni biex tiġi miġġielda l-kamla tad-dwieli. Din il-miżura protettiva taħdem biss jekk id-distributuri tal-feromoni meħtieġa biex iħawdu lill-pesti u jillimitaw ir-riproduzzjoni jkunu kemm jista’ jkun mifruxin. F’dan il-kuntest, jiġi ffrankat ammont sinifikanti ta’ flus jekk tiġi evitata l-prattika ta’ mmuntar doppju tad-distributuri fit-truf (konfini ma’ għelejjel oħra, użi jew veġetazzjoni). Madankollu, dan jista’ jsir biss jekk ikun hemm vinja magħluqa. |
|
— |
Vinji magħluqa huma meħtieġa wkoll kemm minn perspettiva teknika kif ukoll ekonomika sabiex l-għeneb misjur jiġi protett mill-ħsara kkawżata mill-għasafar, peress li dan huwa l-uniku mod biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva. |
|
— |
Il-vinji magħluqa jgħinu wkoll biex tiġi evitata l-ħsara kkawżata mill-annimali tal-kaċċa. Il-limitazzjoni tal-popolazzjoni tal-annimali tal-kaċċa hija importanti ħafna/meħtieġa mill-perspettiva tal-vitikultura – fost raġunijiet oħrajn, peress li ma hemmx kumpens awtomatiku għall-ħsara lill-vinji kkawżata minn tali annimali fir-Rheinland-Pfalz. Il-vinji magħluqa jnaqqsu wkoll ir-riskju ta’ tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer notifikabbli, li joħloq riskju sinifikanti għat-trobbija tal-bhejjem fil-Ġermanja. Huwa eħfef u inqas għali li ċ-ċingjali jiġu miġġielda f’vinji magħluqa milli f’żoni użati għat-tkabbir ta’ għelejjel differenti (eż. l-għeneb, l-għelejjel fuq raba’ li jinħadem u l-frott), li jipprovdu żoni ta’ kenn u sorsi ta’ ikel. |
|
— |
Il-prattika tat-tisqija bil-qatra tal-vinja, li tintuża għat-tkabbir tad-dwieli, qed issir dejjem aktar importanti, b’mod partikolari f’vinji ġodda. F’dan il-kuntest, il-vinji magħluqa huma vantaġġ konsiderevoli fir-rigward tal-kostruzzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura meħtieġa (bjar, pajpijiet, eċċ.). Kemm is-sejbien kollettiv ta’ sorsi tal-ilma kif ukoll l-użu komuni tal-linji tat-trasport u tad-distribuzzjoni huma aktar effiċjenti u inqas għaljin f’vinji bħal dawn. |
|
— |
Ir-rekwiżiti għal networks ta’ mogħdijiet fil-vinji huma differenti minn dawk, pereżempju, għall-kultivazzjoni tar-raba’. Għalhekk, f’eks vinji li għandhom struttura ta’ mogħdijiet orjentata lejn il-vitikultura, jista’ jkun impossibbli jew diffiċli ħafna li l-art tintuża għall-kultivazzjoni tar-raba’ u/jew bħala mergħa. Dan għaliex il-vinji ġeneralment ma humiex iddisinjati biex jakkomodaw vetturi u makkinarju kbar u tqal; madankollu, dawn huma meħtieġa u użati għall-kultivazzjoni tal-art fil-produzzjoni tal-għelejjel li jinħartu. Kieku dawn il-mogħdijiet kollha kellhom jiġu ddisinjati biex jifilħu tagħbijiet aktar tqal, dan joħloq piż finanzjarju akbar għas-sidien kollha tal-art fiż-żona. Il-pajsaġġ ikkultivat, li evolva maż-żmien, u x-xenarju naturali, li jinkludi l-vinji tradizzjonali, jikkaratterizzaw id-DOP Pfalz u r-reputazzjoni tagħha. |
|
— |
F’għajnejn ir-residenti lokali, il-membri tal-industrija tal-inbid tar-reġjun, l-ispeċjalisti kif ukoll il-konsumaturi, ir-reġjun tal-inbid ta’ Pfalz huwa kkaratterizzat mill-vitikultura f’vinji tradizzjonali li jsawru l-pajsaġġ – b’mod partikolari peress li għandu l-akbar żona ta’ vinji kontinwa. Din l-assoċjazzjoni hija evidenti wkoll mill-fatt li r-reklamar tal-inbid regolarment juża stampi meħuda f’vinji tradizzjonali meta jippreżenta r-reġjun tal-inbid. |
|
— |
Kieku l-art tintuża għall-kultivazzjoni tar-raba’ tradizzjonali, dan jibdel ix-xenarju naturali karatteristiku u jħalli impatt fuq il-pajsaġġ ikkultivat li żviluppa. |
|
— |
Is-suġġett tal-inbid – flimkien mar-reġjun tradizzjonali tal-vitikultura u l-vinji tradizzjonali – għandu wkoll rwol ewlieni fit-turiżmu. |
|
— |
L-inbejjed ippreżentati f’pubblikazzjonijiet speċjalizzati, li għandhom influwenza kbira fuq il-perċezzjoni u r-reputazzjoni tad-DOP Pfalz, ħafna drabi joriġinaw minn vinji tradizzjonali (Schweigener Sonnenberg, Birkweiler Kastanienbusch, Forster Kirchenstück, u Kallstadter Saumagen, fost oħrajn). |
|
— |
Għaldaqstant, id-DOP Pfalz hija meqjusa b’mod pożittiv mill-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi. Ix-xiri u x-xorb tal-inbid minn Pfalz joħloq immaġini ta’ vinji tradizzjonali fl-imħuħ tal-konsumaturi, kultant potenzjalment imsaħħa minn esperjenzi ta’ vaganzi. Dan jagħmel id-DOP Pfalz eċċezzjonali u unika. |
|
— |
Ħafna vinji tradizzjonali jkunu f’riskju li jimtlew bl-arbuxelli, peress li ma humiex adattati għal użi oħra għajr il-vitikultura minħabba d-daqs żgħir tagħhom, il-karatteristiċi tagħhom u l-fatt li spiss ikun diffiċli ħafna li l-makkinarju kbir jittieħed fihom. Żvilupp bħal dan ikun ta’ detriment għar-reġjun tal-vitikultura diġà minn perspettiva purament estetika u għalhekk minn perspettiva relatata mat-turiżmu kif ukoll ekonomika. Barra minn hekk, il-pjanti li jospitaw il-pesti (eż. pjanti tat-tut tal-għollieq) jistgħu jibdew jikbru b’mod spontanju f’dawn iż-żoni mhux ikkultivati, li jwassal biex id-dubbien taċ-ċirasa u pesti oħra jiffurmaw kolonji fihom. Dawn il-pesti mbagħad jheddu s-saħħa u l-kwalità tal-għeneb f’vinji fil-madwar. |
Jidher ċar mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq li l-kultivazzjoni tal-vinji f’sit konsolidat u preferibbilment magħluq għandha ħafna vantaġġi differenti għas-sidien u l-operaturi tal-vinji, kif ukoll għall-ambjent. Għalhekk, meta jitqiesu l-ħafna żvantaġġi deskritti hawn fuq, ma għandu jkun hemm l-ebda żieda fil-proporzjon diġà baxx ta’ vinji mifruxa fuq diversi siti.
5. Awtoritajiet ta’ Kontroll
Deskrizzjoni:
Żieda mal-punt 10 (li se jsir il-punt 11) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, rigward l-awtoritajiet tal-kontroll nominati u l-kompiti tagħhom.
ŻIEDA:
Il-Kamra tal-Agrikoltura hija assistita fil-verifiki tagħha minn:
|
Landesuntersuchungsamt Rheinland-Pfalz (L-Uffiċċju tal-Ittestjar tar-Rheinland-Pfalz) |
|
Mainzer Straße 112 |
|
56068 Koblenz |
Telefown: 02 61/91 49-0
Faks 02 61/91 49 19-0
Email: poststelle@lua.rlp.de
Raġunijiet:
L-Uffiċċju tal-Ittestjar għandu jiżdied bħala awtorità ta’ kontroll, peress li jwettaq verifiki f’din iż-żona.
6. Oħrajn
Deskrizzjoni:
Bidliet editorjali f’konformità mar-rekwiżiti tal-UE.
Raġunijiet:
Kellhom isiru bidliet editorjali għall-konformità mar-rekwiżiti tal-UE.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Pfalz
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
|
8. |
Inbid semispumanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), abjad
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali). Barra minn hekk, il-prodotti bid-DOP Pfalz jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbid semispumanti u ta’ Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità).
Inbejjed bojod
Ġeneralment, dawn l-inbejjed ikollhom aromi li jvarjaw minn ta’ frott u friski għal ta’ frott u eżotiċi. Skont il-varjetà tal-għeneb u l-prattika tal-maturazzjoni, jista’ jkollhom aromi ħodor, togħmiet pikkanti u noti minerali affumikati. Skont il-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, fwieħet l-inbid tista’ tiġi ssupplimentata b’aromi tal-vanilla, mixwija u tal-ġewż tal-Indi permezz tal-kuntatt mal-injam. Tekniki ta’ maturazzjoni riduttiva jistgħu jżidu aromi taż-żnied u t-tartuf, filwaqt li t-tekniki tal-maturazzjoni ossidattiva jistgħu jżidu aromi tat-tuffieħ ossidizzat u tal-ġewż.
Huma kkaratterizzati mill-bilanċ tagħhom bejn l-aċidità u l-ħlewwa, u ġeneralment jgħaqqdu r-robustezza ma’ aċidità minn pronunzjata sa moderata.
Il-kulur tal-inbejjed normalment ivarja minn isfar ċar bi sfumaturi ħodor għal isfar lewn it-tiben u dehbi. Skont il-varjetà tal-għeneb, jista’ jkollhom ukoll sfumaturi kemxejn ħomor.
Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Pfalz prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.
Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), aħmar
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali). Barra minn hekk, il-prodotti bid-DOP Pfalz jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbid semispumanti u ta’ Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità).
Inbejjed ħomor
Dawn l-inbejjed huma kkaratterizzati, b’mod partikolari, minn aromi ta’ frott artab u frott aħmar. Jista’ jkollhom ukoll aromi ħodor. Skont il-prattika tal-maturazzjoni u jekk l-inbid jiġix imqaddem fl-injam, aromi pikkanti, bħal vanilla, noti mixwija, ċikkulata u ġewż tal-Indi, jistgħu jiżdiedu mal-fwieħa, u jistgħu jiżdiedu wkoll noti riduttivi, bħal żnied u tartuf. L-inbejjed ġeneralment robusti huma kkaratterizzati mill-aċidità minn ħafifa sa notevoli tagħhom.
Il-kulur aħmar tagħhom normalment ivarja minn aħmar ċar lewn iċ-ċiras għal skur lewn it-tut tas-sebuqa.
Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Pfalz prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.
Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), rożè; Weißherbst, Blanc de Noir
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali). Barra minn hekk, il-prodotti bid-DOP Pfalz jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbid semispumanti u ta’ Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità).
Inbejjed rożè, Weißherbst u Blanc de Noir
Dawn it-tipi ta’ nbid huma prodotti minn varjetajiet ta’ għeneb aħmar magħsur malajr. L-inbejjed Blanc de Noir għandhom l-ispettru ta’ kuluri tal-inbejjed bojod, filwaqt li l-kulur tal-inbejjed rożè u Weißherbst ġeneralment ivarja minn roża ċar għal aħmar jgħajjat. Peress li l-most jiġi mmaturat bl-istess mod bħal fil-każ tal-inbid abjad, dawn l-inbejjed ġeneralment ikollhom aroma ta’ frott u friska ta’ frott artab u frott aħmar u abjad/isfar. Skont il-varjetà tal-għeneb użata, l-inbejjed jista’ jkollhom ukoll noti ta’ bżar aħdar u ħxejjex aromatiċi, u, jekk jiġu mmaturati fl-injam, noti ta’ vanilla, mixwija u ta’ ġewż tal-Indi. L-inbejjed rożè għandhom qawwa alkoħolika aktar moderata u, f’termini ta’ togħma, jistgħu jipproduċu sensazzjoni aktar qawwija ta’ aċidità.
Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Pfalz prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.
Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
4. Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), Rotling
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali). Barra minn hekk, il-prodotti bid-DOP Pfalz jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbid semispumanti u ta’ Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità).
Inbejjed Rotling
Dawn l-inbejjed isiru billi jiġu mħallta l-għeneb aħmar u abjad jew il-most. F’termini tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom, huma simili ħafna għall-inbejjed rożè.
Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Pfalz prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.
Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prädikatswein Kabinett (inbid bl-attribut speċjali Kabinett)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali).
Prädikatswein Kabinett (inbid bl-attribut speċjali Kabinett)
Dawn l-inbejjed ġeneralment huma kkaratterizzati mill-aromi friski u ta’ frott tagħhom ta’ frott abjad, isfar u eżotiku, u jistgħu jagħtu noti ta’ ħaxix aħdar u pikkanti. Għandhom qawwa alkoħolika minn baxxa sa moderata. Jesprimu b’mod ċar il-karatteristiċi tal-varjetajiet tal-għeneb li huma magħmula minnhom, flimkien ma’ sensazzjoni ta’ aċidità ġeneralment moderata sa qawwija. Fir-rigward tal-kulur tagħhom, tapplika d-deskrizzjoni għat-tip rilevanti ta’ Qualitätswein (inbid ta’ kwalità).
Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Pfalz prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.
Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
6. Prädikatswein Spätlese (inbid bl-attribut speċjali Spätlese)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali).
Prädikatswein Spätlese (inbid bl-attribut speċjali Spätlese)
Billi dawn l-inbejjed għandhom piż tal-most ogħla mill-inbejjed bl-attribut speċjali Kabinett, jesprimu b’mod qawwi l-karatteristiċi tal-varjetajiet ta’ għeneb li minnhom huma magħmula, ġeneralment b’korporatura aktar robusta u b’qawwa alkoħolika ogħla. Dan huwa rifless b’mod partikolari fl-aromi ta’ frott u fin-noti ħelwin u pikkanti. L-ispettru tal-kuluri tal-inbejjed huwa dak tat-tip rilevanti ta’ Qualitätswein (inbid ta’ kwalità).
Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Pfalz prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.
Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
7. Prädikatswein Auslese (inbid bl-attribut speċjali Auslese)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali).
Prädikatswein Auslese (inbid bl-attribut speċjali Auslese)
L-użu ta’ għeneb misjur għalkollox u misjur iżżejjed ifisser li l-karatteristiċi tal-varjetajiet użati biex isiru dawn l-inbejjed jinħassu b’mod intens. Minbarra għeneb li sar għal aktar żmien fuq id-dielja, jista’ jintuża wkoll għeneb li sar ikkonċentrat permezz tat-taħsir nobbli (Botrytis cineria). Il-fwieħa tagħhom ġeneralment hija ddominata minn aromi qawwija ta’ frott, flimkien ma’ noti ta’ frott eżotiku, għasel u frott imqadded. Barra minn hekk, huma ġeneralment ikkaratterizzati minn grad għoli ta’ ħlewwa residwa. Fir-rigward tal-kulur tagħhom, tapplika d-deskrizzjoni għat-tip rilevanti ta’ Qualitätswein (inbid ta’ kwalità).
Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Pfalz prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.
Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
8. Prädikatswein Beerenauslese (inbid bl-attribut speċjali Beerenauslese)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali).
Prädikatswein Beerenauslese (inbid bl-attribut speċjali Beerenauslese)
Dawn l-inbejjed għandhom kontenut għoli ta’ zokkor minħabba l-użu ta’ għeneb f’saħħtu misjur għalkollox jew misjur iżżejjed, għeneb imqadded u għeneb botritizzat ikkonċentrat. L-użu dejjem akbar ta’ għeneb botritizzat ifisser li wħud mill-aromi tipiċi tal-varjetajiet użati għandhom it-tendenza li jintesew fl-isfond, filwaqt li l-għasel, il-frott imqadded, iż-żbib, il-karamella u l-aromi tal-frott eżotiku ġeneralment isiru aktar dominanti. Peress li dawn l-inbejjed ġeneralment fihom zokkor residwu, għandhom kontenut ta’ alkoħol minn baxx ħafna sa moderat. L-ispettru tal-kuluri tal-inbejjed huwa dak tat-tip rilevanti ta’ Qualitätswein (inbid ta’ kwalità).
Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Pfalz prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.
Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
9. Prädikatswein Eiswein (inbid bl-attribut speċjali Eiswein)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali).
Prädikatswein Eiswein (inbid bl-attribut speċjali Eiswein)
Bħala riżultat tal-iffriżar tal-ilma fil-vinja, l-għeneb bilkemm huwa affettwat mit-taħsir nobbli u l-ingredjenti tagħhom jiġu kkonċentrati. Dan ifisser li l-ice wines ġeneralment ikollhom aċidità ogħla u aromi aktar qawwija tal-varjetajiet użati. Dawn il-karatteristiċi jiddependu fuq iż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu t-temperaturi baxxi meħtieġa ladarba l-għeneb ikun misjur għalkollox. Aromi ta’ frott isfar u eżotiku jiddominaw b’mod partikolari. Dawn huma ssuplimentati minn aromi ħelwin u pikkanti, bħal ta’ għasel u frott imqadded. Fir-rigward tal-kulur tagħhom, tapplika d-deskrizzjoni għat-tip rilevanti ta’ Qualitätswein (inbid ta’ kwalità).
Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Pfalz prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.
Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
10. Prädikatswein Trockenbeerenauslese (inbid bl-attribut speċjali Trockenbeerenauslese)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali).
Prädikatswein Trockenbeerenauslese (inbid bl-attribut speċjali Trockenbeerenauslese)
L-użu ta’ għeneb f’saħħtu misjur għalkollox sa misjur iżżejjed, għeneb imqadded u għeneb botritizzat ikkonċentrat ifisser li dawn l-inbejjed għandhom kontenut għoli ta’ zokkor. L-użu dejjem akbar ta’ għeneb botritizzat ifisser li wħud mill-aromi tipiċi tal-varjetajiet użati għandhom it-tendenza li jintesew fl-isfond, filwaqt li l-għasel, il-frott imqadded, iż-żbib, il-karamella u l-aromi tal-frott eżotiku ġeneralment isiru aktar dominanti. Peress li dawn l-inbejjed ġeneralment fihom zokkor residwu, għandhom kontenut ta’ alkoħol minn baxx ħafna sa moderat. L-ispettru tal-kuluri tal-inbejjed huwa dak tat-tip rilevanti ta’ Qualitätswein (inbid ta’ kwalità).
L-inbejjed Trockenbeerenauslese jvarjaw mill-inbejjed Beerenauslese peress li l-kontenut ta’ zokkor tagħhom normalment ikun ogħla u l-aromi u l-kuluri tagħhom ikunu aktar qawwija. Skont il-varjetà tal-għeneb użata, jista’ jkollhom ukoll aċidità kkonċentrata.
Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Pfalz prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.
Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
11. Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali). Barra minn hekk, il-prodotti bid-DOP Pfalz jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbid semispumanti u ta’ Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità).
Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità)
Dawn l-inbejjed huma prodotti jew minn inbejjed bażi (bojod, rożè, ħomor, Rotling) jew minn taħlitiet ta’ nbejjed bojod u għeneb aħmar magħsur malajr. Il-kontenut moderat taz-zokkor tal-għeneb jippreserva l-grad għoli ta’ aċidità. L-inbejjed huma kkaratterizzati minn aromi tal-varjetajiet sottostanti u l-effetti sensorjali taż-żamma tagħhom fuq il-karfa wara l-fermentazzjoni sekondarja. Din tista’ timmanifesta ruħha permezz ta’ noti kemxejn tal-ġewż u tal-brioche. Jekk l-inbejjed bażi jiġu mmaturati f’kuntatt mal-injam, jista’ jkun hemm noti ta’ njam, mixwija u pikkanti. Ġeneralment, il-Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità) ikun frisk, aċiduż u mingħajr kontenut ta’ alkoħol pronunzjat. Iz-zokkor residwu jvarja minn bilkemm notevoli għal ħelu ħafna. L-ispettru tal-kuluri tal-inbejjed normalment ivarja minn isfar ċar bi sfumaturi ħodor għal isfar lewn iż-żahar tal-lajm, iżda wkoll roża u aħmar.
L-inbejjed spumanti ta’ kwalità indikati bħala Cremant normalment ikollhom togħma delikata ta’ frott u aċidità notevoli. Ġeneralment ikunu ta’ kulur abjad jew roża. Il-ħin minimu itwal tal-ħżin jipproduċi nbejjed Cremant spumanti li huma fini, kremużi, ibbilanċjati u b’ammont delikat ta’ bżieżaq.
Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Pfalz prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.
Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
12. Inbid semispumanti
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali). Barra minn hekk, il-prodotti bid-DOP Pfalz jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbid semispumanti u ta’ Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità).
Inbid semispumanti
Dawn l-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika moderata u ammont sottili ta’ bżieżaq. Ġeneralment ikollhom aromi u togħmiet tal-frott tipiċi tal-varjetajiet tal-għeneb użati fil-produzzjoni tagħhom. Il-varjetajiet aromatiċi l-aktar użati jipproduċu b’mod partikolari aromi ta’ fjuri u noti ta’ frott eżotiku, kif ukoll noti ta’ frott artab u frott aħmar. L-ispettru tal-kuluri tal-inbejjed ġeneralment ivarja minn isfar ċar bi sfumaturi ħodor għal isfar lewn iż-żahar tal-lajm meta jintużaw varjetajiet bojod. Meta jintużaw varjetajiet ħomor, l-ispettru jinkludi r-roża u l-aħmar.
Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Pfalz prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.
Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
|
1. |
Il-prodotti kollha Prattika enoloġika speċifika Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali. |
|
2. |
Il-prodotti kollha Restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali. |
|
3. |
Il-prodotti kollha Prattiki tal-kultivazzjoni Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali. |
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
105 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona hija limitata għall-Vorderpfalz/Rheinpfalz, jiġifieri mit-truf tal-muntanji tal-Foresta tal-Pfalz fil-Punent, taqsam il-Haardtrand, sal-artijiet baxxi ta’ Vorderpfalz, fil-partijiet ċentrali u tal-Lvant. Il-vitikultura ssir prinċipalment fil-Haardtrand u fuq l-istrixxi ta’ art bejn il-widien u l-qraten miksija bil-loess. Il-fruntieri naturali tar-reġjun huma l-Haardtrand fil-Punent, ir-Renu fil-Lvant, Alsace (Franza) jew il-fruntiera mal-Bienwald fin-Nofsinhar, il-fruntiera ma’ Worms fil-Grigal, u Kirchheimbolanden, Stetten, Gauersheim u Zellertal, inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Albisheim, Einselthum u Zell, fil-Majjistral.
Iż-żona tad-DOP tikkonsisti mill-vinja fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Albersweiler (5426), Albisheim (Pfrimm) (4555), Altdorf (5470), Annweiler am Trifels (Gräfenhausen (5424), Queichhambach (5421)), Bad Bergzabern (5372), Bad Dürkheim (Bad Dürkheim (4351), Grethen (4354), Leistadt (4356), Seebach (4353), Ungstein (4358)), Barbelroth (5360), Battenberg (Pfalz) (4396), Bellheim (5619), Billigheim-Ingenheim (Appenhofen (5383), Billigheim (5386), Ingenheim (5384), Mühlhofen (5385)), Birkweiler Birkweiler (5393), Bischheim (4571), Bissersheim (4404), Bobenheim am Berg (4379), Bobenheim-Roxheim (3951), Bockenheim an der Weinstraße (Großbockenheim (4414), Kleinbockenheim (4415)), Böbingen (5472), Böchingen (5399), Böhl-Iggelheim (Böhl (4006), Iggelheim (4007)), Bolanden (4573), Bornheim (Südliche Weinstraße) (5516), Bubenheim (Donnersbergkreis) (4550), Burrweiler (5491), Dackenheim (4375), Dannstadt-Schauernheim (Dannstadt (3994)), Deidesheim (4310), Dierbach (5358), Dirmstein (4408), Dörrenbach (5366), Ebertsheim (4420), Edenkoben (Edenkoben (5466), 4 Mittelhainger (5467)), Edesheim (Edesheim (5479), 3 Mittelhainger (5480)), Einselthum (4554), Ellerstadt (4339), Erpolzheim (4366), Eschbach (Südliche Weinstraße) (5390), Essingen (5517), Flemlingen (5483), Forst an der Weinstraße (4309), Frankweiler (Südliche Weinstraße) (5397), Freckenfeld (5676), Freimersheim (Pfalz) (5476), Freinsheim (4369), Freisbach (5601), Friedelsheim (4337), Fußgönheim (3978),, Gauersheim (4567), Gerolsheim (4407), Gleisweiler (5493), Gleiszellen-Gleishorbach (5374), Göcklingen (5388), Gönnheim (4338), Gommersheim (5474), Großfischlingen (5478), Großkarlbach (4405), Großniedesheim (3962), Grünstadt (Asselheim (4426), Grünstadt (4427), Sausenheim (4428)), Hainfeld (5485), Haßloch (4301), Hergersweiler (5359), Herxheim am Berg (4373), Herxheim bei Landau/Pfalz (5527), Herxheimweyher (5526), Heßheim (3965), Heuchelheim bei Frankenthal (3963), Heuchelheim-Klingen (Heuchelheim (5381), Klingen (5382)), Hochdorf-Assenheim (Assenheim (3995), Hochdorf (3996)), Hochstadt (Pfalz) (Niederhochstadt (5519), Oberhochstadt (5518)), Ilbesheim bei Landau in der Pfalz (5389), Immesheim (4548), Impflingen (5387), Insheim (5529), Kallstadt (4371), Kandel (5671), Kapellen-Drusweiler (5363), Kapsweyer (5355), Kindenheim (4416),, Kirchheim an der Weinstraße (4402), Kirchheimbolanden (4577), Kirrweiler (Pfalz) (5455), Kleinfischlingen (5477), Kleinkarlbach (4400), Kleinniedesheim (3961), Klingenmünster (5375), Knittelsheim (5618), Knöringen (5403), Lambsheim (3971), Landau in der Pfalz (Arzheim (5560), Dammheim (5555), Godramstein (5558), Landau (5551), Mörlheim (5553), Mörzheim (5562), Nußdorf (5556), Queichheim (5554), Wollmesheim (5561)), Laumersheim (4406), Leinsweiler (5391), Lingenfeld (5599), Lustadt (Niederlustadt (5597), Oberlustadt (5596)), Maikammer (5453),, Marnheim (4572), Meckenheim (4306), Mertesheim (4418), Minfeld (5675), Morschheim (4570), Neuleiningen (4398), Neustadt an der Weinstraße (Diedesfeld (4254), Duttweiler (4252), Geinsheim (4251), Gimmeldingen (4259), Haardt (4258), Hambach (4256), Königsbach (4260), Lachen-Speyerdorf (4253), Mußbach (4261), Neustadt (4257)), Niederhorbach (5362),, Niederkirchen bei Deidesheim (4308), Niederotterbach (5357), Oberhausen (Südliche Weinstraße) (5361), Oberotterbach (5364), Obersülzen (4409), Obrigheim (Pfalz) (Albsheim an der Eis (4411), Colgenstein- Heidesheim (4410), Mühlheim (4412), Obrigheim (4413)), Offenbach an der Queich (5515), Ottersheim (4549), Ottersheim bei Landau (5617), Pleisweiler-Oberhofen (5373), Ranschbach (5392), Rhodt unter Rietburg (Rhodt unter Rietburg (5487), 3 Mittelhainger (5488)), Rittersheim (4568), Rödersheim-Gronau (Alsheim-Gronau (3992), Rödersheim (3991)), Römerberg (Berghausen (4071), Heiligenstein (4072), Mechtersheim (4073)), Rohrbach (Südliche Weinstraße) (5530), Roschbach (5481), Rüssingen (4547), Ruppertsberg (4307), Sankt Martin (5451), Schwegenheim (5600), Schweigen-Rechtenbach (Rechtenbach (5353), Schweigen (5351)), Schweighofen (5354), Siebeldingen (5395), Speyer (4101), Steinfeld (5356), Steinweiler (5673), Stetten (4566), Venningen (5468), Vollmersweiler (5677), Wachenheim an der Weinstraße (4336), Walsheim (5401), Weingarten (Pfalz) (5602), Weisenheim am Berg (4377), Weisenheim am Sand (4367), Westheim (Pfalz) (5598), Weyher in der Pfalz (Weyher in der Pfalz (5489), 3 Mittelhainger (5490)), Winden (Germersheim) (5674), Zeiskam (5616), Zellertal (Harxheim (4551), Niefernheim (4552), Zell (4553)).
Id-demarkazzjoni preċiża tidher fuq mapep li juru l-vinji fil-muniċipalitajiet imsemmija hawn fuq, demarkati bl-irqajja’. Il-mapep jistgħu jiġu kkonsultati fuq www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein.
Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali), Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti) jew Qualitätsperlwein b.A. (inbid semispumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti) li jkollu l-isem protett Pfalz jista’ jiġi prodott f’żona għajr iż-żona tal-vitikultura speċifikata li fiha jinqata’ l-għeneb u li hija indikata fuq it-tikketta, sakemm iż-żona tal-produzzjoni tkun tinsab fl-istess stat federali jew fi stat federali li jmiss miegħu.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
Accent
Acolon
Albalonga
Allegro
Auxerrois – Auxerrois blanc, Pinot Auxerrois
Bacchus
Baron
Blauburger
Blauer Frühburgunder – Frühburgunder, Pinot Noir Precoce, Pinot Madeleine, Madeleine Noir
Blauer Limberger – Limberger, Lemberger, Blaufränkisch
Blauer Portugieser – Portugieser
Blauer Silvaner
Blauer Spätburgunder – Spätburgunder, Pinot Nero, Pinot Noir, Samtrot
Blauer Trollinger – Trollinger, Vernatsch
Blauer Zweigelt – Zweigelt, Zweigeltrebe, Rotburger
Bolero
Bronner
Cabernet Blanc
Cabernet Carbon
Cabernet Carol
Cabernet Cortis
Cabernet Cubin – Cubin
Cabernet Dorio – Dorio
Cabernet Dorsa – Dorsa
Cabernet Franc
Cabernet Mitos – Mitos
Cabernet Sauvignon
Cabertin
Calandro
Chardonnay
Chardonnay Rosé
Dakapo
Deckrot
Domina
Dornfelder
Dunkelfelder
Ehrenbreitsteiner
Ehrenfelser
Faberrebe – Faber
Früher Malingre – Malinger
Früher Roter Malvasier – Malvoisie, Malvasier, Früher Malvasier
Färbertraube
Gelber Muskateller – Muskateller, Muscat Blanc, Muscat, Moscato
Goldriesling
Grüner Silvaner – Silvaner, Sylvaner
Grüner Veltliner – Veltliner
Helfensteiner
Heroldrebe
Hibernal
Huxelrebe – Huxel
Hölder
Johanniter
Juwel
Kanzler
Kerner
Kernling
Merlot
Morio Muskat
Muscaris
Muskat Ottonel
Muskat Trollinger
Müller Thurgau – Rivaner
Müllerrebe – Schwarzriesling, Pinot Meunier
Nobling
Optima 113 – Optima
Orion
Ortega
Osteiner
Palas
Perle
Phoenix – Phönix
Pinotin
Piroso
Prinzipal
Prior
Reberger
Regent
Regner
Reichensteiner
Rieslaner
Rondo
Roter Elbling – Elbling Rouge
Roter Gutedel – Chasselas Rouge
Roter Muskateller
Roter Riesling
Roter Traminer – Traminer, Gewürztraminer, Clevner
Ruländer – Pinot Gris, Pinot Grigio, Grauburgunder, Grauer Burgunder
Saint Laurent – St. Laurent, Sankt Laurent
Saphira
Sauvignon Blanc
Sauvignon Gryn
Sauvignon Sary
Scheurebe
Schönburger
Siegerrebe – Sieger
Sirius
Solaris
Souvignier Gris
Staufer
Syrah – Shiraz
Tauberschwarz
Villaris
Weißer Burgunder – Pinot Blanc, Pinot Bianco, Weißburgunder
Weißer Elbling – Elbling
Weißer Gutedel – Chasselas, Chasselas Blanc, Fendant Blanc, Gutedel
Weißer Riesling – Riesling, Riesling renano, Rheinriesling, Klingelberger
Wildmuskat
Würzer
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Mil-lat strutturali u ġeoloġiku, il-Haardtrand u l-artijiet baxxi tal-Vorderpfalz jappartjenu għall-Pjanura tar-Renu ta’ Fuq, wied tettoniku li jgħaddi mill-Grieg it-Tramuntana għan-Nofsinhar il-Lbiċ. Il-vitikultura f’Pfalz hija limitata għall-Vorderpfalz/Rheinpfalz, jiġifieri mit-truf tal-muntanji tal-Foresta tal-Pfalz fil-Punent, taqsam il-Haardtrand, sal-artijiet baxxi ta’ Vorderpfalz, fil-partijiet ċentrali u tal-Lvant. Bħala medja, il-vinji jinsabu madwar 170 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. Il-vitikultura ssir prinċipalment fil-Haardtrand u fuq l-istrixxi ta’ art bejn il-widien u l-qraten miksija bil-loess. L-aktar inklinazzjonijiet weqfin, li għandhom gradjenti sa 60 % u għalhekk fuqhom jinsabu vinji b’inklinazzjonijiet weqfin, jinsabu fil-Punent, fit-truf tal-Foresta ta’ Pfalz u fil-Haardtrand. Il-vinji ċatti (gradjent ta’ < 10 %) jinsabu l-aktar fuq l-istrixxi ta’ art bejn il-widien u l-qraten. Il-gradjent medju tal-vinji ta’ Pfalz kollha huwa ta’ madwar 4,5 %. L-aspett medju huwa ta’ 140° (Xlokk).
Lejn il-Lvant, il-Foresta ta’ Pfalz twassal għat-truf tal-għoljiet tal-Haardtrand, iż-żona proprja tal-qasma tal-Pjanura tar-Renu ta’ Fuq. Din iż-żona, li hija wiesgħa biss ftit kilometri, għandha kompożizzjoni ġeoloġika varjata ħafna. Minbarra sedimenti Terzjarji, jista’ jinstab blat Mesożojku hemmhekk f’xi postijiet. Dan il-blat spiss ikun kompletament miksi minn sediment ta’ kopertura relattivament oħxon mill-Kwaternarju. Fir-reġjun tal-vitikultura ta’ Pfalz, proporzjon sinifikanti tad-dwieli jikbru fuq il-loess u fuq derivattivi tal-loess. Id-dwieli jinstabu wkoll fuq it-tafal, ir-ramel u ż-żrar fluvjali Kwaternarju. Il-ġebel tal-ġir u l-lom Terzjarji huma t-tip ta’ ħamrija t-tielet l-aktar prevalenti skont l-erja tas-superfiċe. Id-dwieli huma kkultivati wkoll fuq blat ramli tar-Rotliegend u blat ramli mtebba’, għalkemm biss sa ċertu punt. Il-ġebel tal-ġir, il-lom u d-dolomiti mill-eri Muschelkalk, Keuper u Ġurassika essenzjalment huma blat eżotiku. Jistgħu jinstabu wkoll depożiti kompletament iżolati ta’ blat vulkaniku tar-Rotliegend u Terzjarju u blat tal-Paleożojku Bikri.
F’termini tal-kompożizzjoni tal-ħamrija, il-loess u d-derivattivi tal-loess jikkostitwixxu s-sediment primarju, li fih żviluppat ħamrija parakannella, chernozem u pararendzina. L-aktar ħamrija komuni fis-sedimenti fluvjali hija ħamrija regosol u ħamrija kannella, filwaqt li l-ħamrija vegen u gley-vegen tinsab ukoll fil-pjanuri tal-għargħar. Fis-sedimenti Terzjarji, iffurmaw varjetà ta’ tipi ta’ ħamrija, notevoli fosthom il-ferrallit, fersjallit u Terrae calcis. Minkejja r-raded maħrutin fil-fond maħluqa għall-kultivazzjoni tad-dwieli, it-tipi ta’ ħamrija naturali spiss jibqgħu jintgħarfu.
Il-klima tar-reġjun tal-vitikultura regio ta’ Pfalz hija kif ġej. It-temperatura medja annwali hija ta’ madwar 10 °C u t-temperatura medja matul l-istaġun tat-tkabbir hija ta’ 14,7 °C. Fil-prinċipju, it-temperatura tiżdied mill-Punent (il-Haardtrand) għal-Lvant (il-Pjanura tar-Renu). Iż-żona tesperjenza medja ta’ (madwar) 655 mm xita kull sena, li 60 % (390 mm) minnhom ġeneralment ikunu matul l-istaġun tat-tkabbir. Il-Lbiċ tar-reġjun tal-vitikultura ta’ Pfalz jesperjenza l-ogħla livelli ta’ xita, filwaqt li l-inqas preċipitazzjoni annwali medja sseħħ fil-Grigal tar-reġjun. Id-dwieli f’Pfalz jirċievu medja ta’ 665 000 Wh/m2 ta’ xemx diretta matul l-istaġun tat-tkabbir.
Fatturi umani: Il-vitikulturi jaħsdu rqajja’ kbar u konnessi, li tfisser li l-mekkanizzazzjoni taħdem tajjeb u ż-żoni jistgħu jiġu kkultivati b’mod kosteffettiv. Huma jaħilfu bil-firxa ta’ varjetajiet ta’ dwieli u l-potenzjal għat-tkabbir tagħhom, kif magħmul possibbli mid-diversi profili tal-ħamrija. Dan jirriżulta f’firxa wiesgħa ta’ togħmiet għall-konsumatur. Is-settur tal-inbid kiseb momentum partikolari fl-aħħar 20 sena. In-numru dejjem jikber ta’ prodotturi żgħażagħ mill-aqwa huwa prova ta’ dan il-momentum. Il-fattur uman huwa bbażat fuq tradizzjoni ta’ vitikultura li tmur lura sekli sħaħ.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Inbid, inbid spumanti ta’ kwalità, inbid semispumanti
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Deskrizzjoni:
L-inbejjed iridu jgħaddu minn spezzjoni uffiċjali sabiex jiġu ttikkettati bit-termini tradizzjonali Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali), Qualitätsperlwein b.A. (inbid semispumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti). In-numru tal-ispezzjoni maħruġ f’dan il-kuntest (amtliche Prüfungsnummer jew A.P.-Nr.) irid jiġi indikat fuq it-tikketta. Dan jieħu post in-numru tal-lott.
Minbarra l-isem tal-inbid protett eżistenti, l-inbid u l-prodotti tal-inbid iridu jkunu ttikkettati b’wieħed mit-termini tradizzjonali elenkati fil-punt 5(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-użu tat-termini tradizzjonali elenkati fil-punt 5(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa fakultattiv.
Barra minn hekk, ir-reġistru tal-vinji jipprovdi l-lista tal-ismijiet ta’ żoni, vinji fuq skala kbira u individwali, u sistemi ta’ għelieqi miftuħa li jistgħu jintużaw bħala unitajiet ġeografiċi iżgħar. Dan jindika l-konfini tas-siti u ż-żoni f’termini ta’ referenzi katastali (unità katastali, sottounità katastali, sistema ta’ għalqa miftuħa, roqgħa).
Huwa ġestit mill-Kamra tal-Agrikoltura tar-Rheinland-Pfalz.
Ir-reġistru tad-dwieli huwa stabbiliti u miżmum abbażi ta’:
|
— |
Taqsima 23(3) u (4) tal-Att Federali dwar l-Inbid (Weingesetz); |
|
— |
Taqsima 29 tar-Regolament Federali dwar l-Inbid (Weinverordnung); |
|
— |
L-Att tar-Rheinland-Pfalz dwar id-deżinjazzjoni ta’ siti u żoni u r-reġistru tal-vinji (l-Att dwar il-Vinji) (Landesgesetz über die Festsetzung von Lagen und Bereichen und über die Weinbergsrolle (Weinlagengesetz)); |
|
— |
Taqsima 2(16) tar-Regolament tar-Rheinland-Pfalz dwar ir-responsabbiltajiet fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar l-inbid (Landesverordnung über Zuständigkeiten auf dem Gebiet des Weinrechts). |
Il-konfini ta unitajiet ġeografiċi iżgħar jistgħu jinbidlu biss bil-qbil tal-organizzazzjonijiet kompetenti skont it-Taqsima 22g tal-Att Federali dwar l-Inbid, li għandha tinnotifika kwalunkwe tibdil lill-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura u l-Ikel (BLE).
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein
Rettifika
|
15.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/25 |
Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Pubblikazzjoni tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fl-2021 għall-finijiet tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq skont l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE u tal-għadd ta’ kwoti mhux allokati matul il-perjodu 2013–2020
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 195 tat-13 ta’ Mejju 2022 )
(2022/C 272/06)
Fil-paġna 5, fir-raba’ paragrafu,
minflok:
“Skont ir-rapporti mill-irkantijiet fil-pjattaforma tal-irkant komuni u fil-pjattaformi tal-irkant ta’ pajjiż nonparteċipanti rilevanti (14), l-għadd ta’ kwoti rkantati bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2021, inkluż fl-hekk imsejħin irkantijiet bikrin, huwa ta’ 6 598 419 287.”,
aqra:
“Skont ir-rapporti mill-irkantijiet fil-pjattaforma tal-irkant komuni u fil-pjattaformi tal-irkant ta’ pajjiż nonparteċipanti rilevanti (14), l-għadd ta’ kwoti rkantati bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2021, inkluż fl-hekk imsejħin irkantijiet bikrin, huwa ta’6 591 205 500.”;
Fil-paġna 5, fin-nota 20 f’qiegħ il-paġna,
minflok:
“Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 20 hawn fuq.”,
aqra:
“Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 11 hawn fuq.”;
Fil-paġna 5, fin-nota 21 f’qiegħ il-paġna,
minflok:
“Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 21 hawn fuq.”,
aqra:
“Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 11 hawn fuq.”;
Fil-paġna 6, fit-tielet paragrafu,
minflok:
“Għalhekk, sal-31 ta’ Diċembru 2021, kien hemm 2 632 682 071 kwota fir-Riżerva.”,
aqra:
“Għalhekk, sal-31 ta’ Diċembru 2021, kien hemm 2 632 682 062 kwota fir-Riżerva.”;
Fil-paġna 6, fit-tabella, ir-ringiela f), it-tieni kolonna,
minflok:
“6 598 419 287”,
aqra:
“6 591 205 500”;
Fil-paġna 7, fit-tabella, ir-ringiela “Għadd ta’ kwoti fir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq”, it-tieni kolonna,
minflok:
“2 632 682 071”,
aqra:
“2 632 682 062”.