ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 271A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
14 ta' Lulju 2022


Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2022/C 271 A/01

Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST/153/22 — Kapijiet ta’ amministrazzjoni (AST 4) f’Delegazzjonijiet tal-UE

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

14.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 271/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

EPSO/AST/153/22 — Kapijiet ta’ amministrazzjoni (AST 4) f’Delegazzjonijiet tal-UE

(2022/C 271 A/01)

L-iskadenza għall-applikazzjoni: is-27 ta’ Settembru 2022 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell

KONTENUT

1.

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 3

2.

LIEMA KOMPITI MISTENNI LI NWETTAQ? 3

3.

JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA? 3

3.1.

Kundizzjonijiet ġenerali 3

3.2.

Kundizzjonijiet speċifiċi – lingwi 3

3.3.

Kundizzjonijiet speċifiċi – kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol 3

4.

IL-KOMPETIZZJONI KIF SE TIĠI ORGANIZZATA? 4

4.1.

Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-kompetizzjoni 4

4.2.

Il-lingwi użati f’din il-kompetizzjoni 4

4.2.1.

Ir-rekwiżiti tal-lingwa 4

4.2.2.

Il-lingwi tal-applikazzjoni u tat-testijiet 5

4.2.3.

Il-lingwi ta’ komunikazzjoni 5

4.3.

Il-fażijiet tal-kompetizzjoni 6

4.3.1.

Applikazzjoni 6

4.3.2.

Preselezzjoni: testijiet ta’ raġunament 6

4.3.3.

Kontroll tal-eliġibbiltà 6

4.3.4.

Talent screener 6

4.3.5.

Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni 7

4.3.6.

L-iċċekkjar tad-dokumenti ġustifikattivi u l-istabbiliment tal-lista ta’ riżerva 7

5.

OPPORTUNITAJIET INDAQS U AKKOMODAMENT RAĠONEVOLI 8

ANNESS I

- Dmirijiet tipiċi 9

ANNESS II

- Regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali 10

ANNESS III

- Eżempji ta’ kwalifiki minimi 17

ANNESS IV

– Talent screener: kriterji u proċedura tas-selezzjoni 26

1.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali, ibbażata fuq kwalifiki u testijiet, sabiex tinħoloq lista li minnha s-Servizz Ewropew ta’ Azzjoni Esterna (SEAE) jista’ jirrekluta membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “kapijiet ta’ amministrazzjoni” (grupp ta’ funzjoni AST).

Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal din il-kompetizzjoni.

L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula: 40

2.   LIEMA KOMPITI MISTENNI LI NWETTAQ?

Il-kapijiet tal-amministrazzjoni jassistu lill-kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE fit-twettiq tal-mandat tagħhom fir-rigward tat-tmexxija ta’ kuljum tad-Delegazzjoni skont ir-regoli u r-regolamenti eżistenti, b’mod partikolari, il-ġestjoni ta’ baġit amministrattiv, riżorsi umani, loġistika, kif ukoll is-sikurezza u s-sigurtà tad-Delegazzjoni. Il-pożizzjoni ta’ kap tal-amministrazzjoni hija waħda ewlenija għal Delegazzjoni tal-UE. Dan jiżgura l-operazzjonijiet adegwati ta’ kuljum tad-Delegazzjoni u r-relazzjonijiet amministrattivi tagħha mal-pajjiż ospitanti. Għalhekk tinkludi varjetà ta’ kompiti wiesa’ u sodisfaċenti, li tippermetti kuntatti ma’ firxa diversifikata ta’ interlokuturi. Ara l-Anness I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li l-kandidati magħżula huma mistennija jwettqu.

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew ta’ Azzjoni Esterna, il-persunal kollu tas-SEAE għandu perjodikament iservi fid-delegazzjonijiet tal-UE. Matul il-karriera tagħhom, l-uffiċjali tas-SEAE se jalternaw bejn reġjuni ġeografiċi u kwartieri ġenerali u/jew funzjonijiet ta’ impjieg differenti. Xi Delegazzjonijiet jinsabu f’pajjiżi fejn il-kundizzjonijiet ta’ ħajja u ta’ sigurtà jistgħu jkunu diffiċli. Ir-remunerazzjoni bażika hija ssupplimentata b’allowance marbuta mal-kundizzjonijiet tal-għajxien prevalenti fil-post tal-impjieg. Meta uffiċjal ikun impjegat f’pajjiż fejn il-kundizzjonijiet tal-għajxien jitqiesu ekwivalenti għal dawk fl-UE, ma titħallas l-ebda allowance bħal din.

Il-karigi kollha ta’ kap tal-amministrazzjoni f’Delegazzjoni tal-UE jeħtieġu approvazzjoni tas-sigurtà personali. Il-kandidati magħżula se jkunu meħtieġa jgħaddu minn proċeduri ta’ approvazzjoni tas-sigurtà mill-Istat Membru tagħhom sakemm ma jkollhomx diġà approvazzjoni tas-sigurtà valida sal-livell EU SECRET jew ogħla (ara wkoll it-taqsima 5 tar-Regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali fl-Anness II għal dan l-avviż). Hija meħtieġa approvazzjoni tas-sigurtà personali għat-tul kollu ta’ stazzjonar f’Delegazzjoni.

3.   JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Biex ikunu eleġibbli, il-kandidati jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha elenkati hawn taħt, fid-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet.

3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

Kandidat irid:

a)

ikun igawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE,

b)

ikun issodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw is-servizz militari.

c)

jissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għall-kompiti kkonċernati.

3.2.   Kundizzjonijiet speċifiċi – lingwi

Kandidat irid ikollu għarfien ta’ mill-inqas tnejn mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, kif previst fit-Taqsima 4.2.1 aktar ’l isfel.

3.3.   Kundizzjonijiet speċifiċi – kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol

Kandidat irid ikollu jew:

a)

Livell ta’ edukazzjoni post-sekondarja ta’ mill-inqas sentejn (2) iċċertifikati b’diploma f’wieħed mill-oqsma li ġejjin: il-liġi, l-amministrazzjoni tan-negozju, il-ġestjoni tar-riżorsi umani, il-finanzi, il-kontabilità, il-loġistika, il-ġestjoni tal-bini, jew l-inġinerija, segwit minn mill-inqas sitt (6) snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti,

jew

b)

Livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li tagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekondarja segwit minn mill-inqas disa’ (9) snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti.

L-esperjenza professjonali msemmija fil-punti a) u b) hawn fuq titqies rilevanti jekk tkun relatata mad-dmirijiet deskritti fl-Anness I ta’ dan l-avviż.

Ara l-ANNESS III għal eżempji ta’ kwalifiki minimi.

4.   IL-KOMPETIZZJONI KIF SE TIĠI ORGANIZZATA?

4.1.   Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-kompetizzjoni

Din il-kompetizzjoni se tiġi organizzata fil-fażijiet segwenti:

Applikazzjoni (ara t-Taqsima 4.3.1.).

Preselezzjoni: Testijiet ta’ raġunament (ara t-Taqsima 4.3.2.).

Kontroll tal-eliġibbiltà (ara t-Taqsima 4.3.3.).

Talent screener (ara t-Taqsima 4.3.4.).

Ċentru ta’ evalwazzjoni: żewġ testijiet biex jiġu vvalutati l-kompetenzi ġenerali (studju tal-każ u intervista sitwazzjonali bbażata fuq il-kompetenzi) u test wieħed biex jiġu vvalutati l-kompetenzi relatati mal-qasam (intervista relatata mal-qasam) (ara t-taqsima 4.3.5.).

L-iċċekkjar tad-dokumenti ġustifikattivi u l-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva (ara t-Taqsima 4.3.6.)

Il-mod ta’ kif se jsiru t-testijiet (mill-bogħod/bil-preżenza fiżika) kif ukoll dettalji u struzzjonijiet oħra neċessarji se jiġu speċifikati fl-ittri ta’ stedina għat-testijiet.

Jekk it-testijiet isiru bil-preżenza fiżika, l-EPSO jiżgura li l-kundizzjonijiet li fihom il-kandidati jagħmlu dawn it-testijiet ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika rilevanti (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, awtoritajiet oħra internazzjonali, Ewropej u nazzjonali).

Għat-testijiet ta’ raġunament u għall-istudju tal-każ, il-kandidati jridu jirriżervaw appuntament skont l-istruzzjonijiet li jkunu rċevew mingħand l-EPSO. Normalment, l-EPSO joffri diversi dati għat-testijiet ta’ raġunament u data waħda għall-istudju tal-każ, li fihom il-kandidati jistgħu jagħmlu dawn it-testijiet. Il-perjodi tar-riżervazzjoni u tal-ittestjar huma limitati.

4.2.   Il-lingwi użati f’din il-kompetizzjoni

4.2.1.   Ir-rekwiżiti tal-lingwa

Il-kandidati f’din il-kompetizzjoni jridu jissodisfaw dawn iż-żewġ rekwiżiti li ġejjin:

a)

għarfien profond (minimu ta’ livell C1) ta’ waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Aktar ’il quddiem se ssir referenza għal din il-lingwa bħala l-“lingwa 1”;

b)

għarfien sodisfaċenti (minimu ta’ livell B2) tal-Ingliż jew il-Franċiż. Aktar ’il quddiem se ssir referenza għal din il-lingwa bħala l-“lingwa 2”. Il-lingwa 2 trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Il-livelli minimi indikati hawn fuq japplikaw għal kull ħila lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi.

Ir-rekwiżiti tal-lingwa 2 f’din il-kompetizzjoni huma bbażati fuq l-ispeċifiċità tad-dmirijiet tal-persunal tas-SEAE, b’mod partikolari, il-kapijiet tal-amministrazzjoni fid-Delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja.

Is-SEAE jappoġġa lir-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Unjoni Ewropea (PESK). Il-lingwi ta’ ħidma de facto tal-PESK huma l-Ingliż u l-Franċiż. Din hija r-raġuni għaliex is-SEAE jeħtieġ li l-persunal tiegħu jkollu l-kapaċità li jaħdem bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Dan ir-rekwiżit huwa sistematikament inkluż bħala kriterju ta’ eliġibbiltà fl-avviżi ta’ postijiet battala interni u esterni kollha ppubblikati mis-SEAE.

Filwaqt li l-għarfien ta’ lingwi addizzjonali jista’ jkun ta’ vantaġġ, fid-Delegazzjonijiet tal-UE, il-persunal jista’ jaħdem jew prinċipalment bl-Ingliż jew prinċipalment bil-Franċiż jew bit-tnejn. L-Ingliż huwa l-lingwa dominanti f’ħafna Delegazzjonijiet, madankollu, il-Franċiż jiġi wara b’26 % tad-Delegazzjonijiet tal-UE jużaw il-Franċiż bħala l-lingwa ta’ ħidma ewlenija.

L-għarfien ta’ mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi huwa essenzjali biex il-kapijiet tal-amministrazzjoni li jkunu għadhom kif ġew irreklutati jkunu operattivi immedjatament u jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet elenkati fl-Anness I ta’ dan l-avviż f’waħda mid-Delegazzjonijiet tal-UE. L-implimentazzjoni xierqa ta’ dawn id-dmirijiet hija impossibbli mingħajr komunikazzjoni interna u esterna effettiva. Il-kapaċità li wieħed ikun operattiv immedjatament u li jikkomunika b’mod effettiv hija partikolarment importanti għall-kapijiet tal-amministrazzjoni peress li għandhom rwol ewlieni fil-funzjonament normali ta’ kuljum tad-Delegazzjoni, fl-iżgurar tal-loġistika, l-akkwist tal-provvisti u s-servizzi meħtieġa, kif ukoll fil-garanzija tas-sigurtà u s-sikurezza tal-persunal u l-assi.

Fir-rigward tal-komunikazzjoni esterna, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-komunikazzjoni diplomatika internazzjonali (relazzjonijiet diplomatiċi ma’ Stati Membri u pajjiżi terzi) titwettaq bl-Ingliż u bil-Franċiż. Il-kapijiet tal-amministrazzjoni li jkunu għadhom kif ġew reklutati se jkollhom iżommu relazzjonijiet – l-aktar bl-Ingliż jew bil-Franċiż – mal-pajjiż ospitanti (eż. fi kwistjonijiet ta’ protokoll) kif ukoll mal-komunità diplomatika inklużi l-Istati Membri tal-UE rappreżentati fil-pajjiż ospitanti (eż. fi kwistjonijiet ta’ sigurtà jew konsulari).

Fir-rigward tal-komunikazzjoni interna, biex iwettqu dmirijiethom, il-kapijiet tal-amministrazzjoni se jiddependu ħafna fuq u jikkollaboraw mal-persunal lokali li t-tieni lingwa tagħhom normalment tkun l-Ingliż jew il-Franċiż (il-persunal lokali jintgħażel billi titqies il-kapaċità tagħhom li jitkellmu waħda minn dawn il-lingwi, skont id-Delegazzjoni). Il-kapijiet tal-amministrazzjoni li jkunu għadhom kif ġew irreklutati se jiddependu wkoll fuq l-appoġġ mill-kwartieri ġenerali tas-SEAE u mill-pari tagħhom – kapijiet oħra tal-amministrazzjoni fuq il-post. Peress li s-SEAE juża l-Ingliż u l-Franċiż bħala l-lingwi ta’ ħidma ewlenin, huwa, għal darb’ oħra, essenzjali li l-kapijiet tal-amministrazzjoni magħżula jkunu jistgħu jaħdmu f’mill-inqas waħda minn dawn iż-żewġ lingwi sabiex jibbenefikaw minn dak l-appoġġ. L-għodod tal-IT li l-uffiċjali reklutati se jkunu qed jużaw kuljum fix-xogħol tagħhom, kif ukoll il-korsijiet ta’ taħriġ ipprovduti lil rekluti ġodda, huma disponibbli biss bl-Ingliż u bil-Franċiż.

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-kandidati jrid ikollhom għarfien tajjeb tal-Ingliż jew tal-Franċiż sabiex ikunu operattivi immedjatament. Dan jiddetermina wkoll l-għażla tal-lingwa tat-testijiet għall-kompetenzi ġenerali u dawk relatati mal-qasam (ara t-taqsima 4.2.2. hawn taħt).

4.2.2.   Il-lingwi tal-applikazzjoni u tat-testijiet

Fil-fażijiet differenti tal-kompetizzjoni, il-lingwi jintużaw kif ġej:

Il-fażi tal-kompetizzjoni

Testijiet

Lingwa

Applikazzjoni

Kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, bl-eċċezzjoni tat-

Taqsima “Talent Screener” li trid timtela bil-lingwa 2 tal-kandidat

Preselezzjoni

Testijiet ta’ raġunament

Lingwa 1

Ċentru ta’ evalwazzjoni

Intervista relatata mal-qasam

Lingwa 2

Studju tal-każ

Lingwa 2

Intervista sitwazzjonali bbażata fuq il-kompetenzi

Lingwa 2

Il-kandidati huma mitluba jimlew il-parti “Talent Screener” tal-formola ta’ applikazzjoni tagħhom bl-Ingliż jew bil-Franċiż, jiġifieri, f’waħda mil-lingwi li biha l-kandidati jridu jkunu operazzjonali immedjatament mar-reklutaġġ.

4.2.3.   Il-lingwi ta’ komunikazzjoni

Fil-komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-EPSO, japplika dan li ġej:

a)

Fil-komunikazzjoni – permezz tal-kont EPSO jew bl-email – bejn l-EPSO u l-kandidat li ppreżenta applikazzjoni valida, l-EPSO jindirizza lill-kandidat ikkonċernat b’waħda mil-lingwi li l-kandidat ikun iddikjara li għandu għarfien fil-livell B2 jew ogħla fit-Taqsima “Ability to read” (Abilità ta’ qari) fil-formola tal-applikazzjoni.

b)

Fil-każijiet ta’ talbiet u lmenti msemmija fil-punti 4.2.1. u 4.2.2. tar-Regoli ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali (fl-Anness II ta’ dan l-Avviż), il-kandidati huma mħeġġa jippreżentaw it-talbiet jew l-ilmenti tagħhom bil-lingwa 2 tagħhom. L-EPSO jwieġeb kif iddikjarat fil-punt (a).

c)

Għall-mistoqsijiet l-oħra kollha tal-kandidati lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt online, jistgħu jindirizzaw lill-EPSO bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE u l-EPSO jwieġeb lill-kandidati kkonċernati b’waħda mil-lingwi li jkunu indikaw li lesti jirċievu tweġiba.

4.3.   Il-fażijiet tal-kompetizzjoni

4.3.1.   Applikazzjoni

Biex japplikaw, il-kandidati jrid ikollhom profil tal-EPSO. Il-kandidati li għad ma għandhomx profil tal-EPSO, ikun jeħtiġilhom joħolqu wieħed. Jista’ jinħoloq kont wieħed biss għall-applikazzjonijiet kollha tal-EPSO ta’ kandidat.

Il-kandidati jridu japplikaw online fuq il-website tal-EPSO https://epso.europa.eu/job-opportunities sas-

27 ta’ Settembru 2022 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

Permezz tal-validazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”. Ladarba l-kandidati jivvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom, ma jkunux jistgħu jagħmlu aktar tibdil. Hija r-responsabbiltà tagħhom li jiżguraw li jimlew u jivvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza.

Sakemm ma jingħatawx istruzzjonijiet mod ieħor, il-kandidati jkollhom itellgħu – fil-kont tal-EPSO tagħhom – kopji skenjati tad-dokumenti li jiġġustifikaw id-dikjarazzjonijiet li jkunu għamlu fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom, inkluż fit-Taqsima “Talent Screener”. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu pprovduti mill-EPSO.

4.3.2.   Preselezzjoni: testijiet ta’ raġunament

Il-kandidati kollha li vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza se jiġu mistiedna jagħmlu serje ta’ testijiet ta’ raġunament organizzati kif ġej:

Testijiet

Lingwa

Mistoqsijiet

Tul ta’ żmien

Għoti ta’ punteġġ

Punteġġ minimu

Raġunament verbali

Lingwa 1

20 mistoqsija

35 minuta

0 sa 20

20/40

Raġunament numeriku

10 mistoqsijiet

20 minuta

0 sa 10

Raġunament astratt

10 mistoqsijiet

10 minuti

0 sa 10

Il-kandidati li jiksbu l-punteġġ minimu meħtieġ se jkollhom l-applikazzjoni tagħhom iċċekkjata għall-eliġibbiltà kif speċifikat fit-taqsima 4.3.3.

Il-punteġġ li wieħed iġib f’dawn it-testijiet ma jingħaddx mal-punteġġ globali finali.

4.3.3.   Kontroll tal-eliġibbiltà

Huma biss il-files tal-kandidati li jkunu kisbu l-punteġġ minimu meħtieġ fit-testijiet ta’ raġunament ta’ preselezzjoni li jgħaddu mill-kontroll tal-eliġibbiltà. Il-files tal-kandidati l-oħra ma jiġux ivverifikati.

Il-kontroll tal-eliġibbiltà jinvolvi l-verifika tal-konformità mal-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsima 3 (“Jien eliġibbli biex napplika?”) ta’ dan l-avviż. Dan se jsir abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati li jsiru fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom. Id-dokumenti li jikkorroboraw id-dikjarazzjonijiet tal-kandidati rigward l-eliġibbiltà tagħhom se jiġu vverifikati mill-Bord tas-Selezzjoni f’fażi aktar tard tal-kompetizzjoni (ara t-taqsima 4.3.6.).

4.3.4.   Talent screener

Għall-kandidati meqjusa eliġibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet tagħhom, il-Bord tas-Selezzjoni jwettaq is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki. Biex jagħmel dan, il-Bord tas-Selezzjoni jagħmel valutazzjoni komparattiva tal-merti tal-kandidati eliġibbli kollha kif speċifikat fl-Anness IV ta’ dan l-avviż.

Bħala riżultat ta’ din il-valutazzjoni, il-Bord tas-Selezzjoni se jfassal lista ta’ kandidati fl-ordni tal-punteġġi globali mogħtija. Il-kandidati bl-ogħla punteġġi jiġu mistiedna għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.

Il-punteġġ attribwit lill-kandidat fil-fażi tat-talent screener ma jingħaddx mal-punteġġ globali finali.

Id-dokumenti li jappoġġjaw it-tweġibiet tal-kandidati għall-mistoqsijiet tat-“Talent Screener” se jiġu vverifikati mill-Bord tas-Selezzjoni f’fażi aktar tard tal-kompetizzjoni (ara t-taqsima 4.3.6.).

4.3.5.   Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni

Sa massimu ta’ tliet darbiet l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija se jiġu mistiedna għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.

It-tir taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni huwa li jiġu evalwati l-kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi relatati mal-qasam tal-kandidati.

a)   Testijiet biex jiġu evalwati l-kompetenzi ġenerali

Il-kompetenzi ġenerali se jiġu vvalutati permezz ta’ żewġ testijiet, li jsiru bil-lingwa 2 tal-kandidat, kif indikat fit-tabella li ġejja:

Kompetenza

Test

Għoti ta’ punteġġ

Punteġġ minimu

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Studju tal-każ

0 sa 10

Punteġġ minimu kkombinat: 35/70

2.

Komunikazzjoni

Studju tal-każ

0 sa 10

3.

Il-ksib tal-kwalità u tar-riżultati

Studju tal-każ

0 sa 10

4.

It-tagħlim u l-iżvilupp

Intervista sitwazzjonali bbażata fuq il-kompetenzi

0 sa 10

5.

Il-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni

Studju tal-każ

0 sa 10

6.

Ir-reżiljenza

Intervista sitwazzjonali bbażata fuq il-kompetenzi

0 sa 10

7.

Ħidma mal-oħrajn

Intervista sitwazzjonali bbażata fuq il-kompetenzi

0 sa 10

Ma jkun hemm l-ebda punteġġ minimu għal kull kompetenza. Madankollu, il-kandidati jrid jġibu punteġġ minimu ta’ mill-inqas 35/70 b’kollox għall-kompetenzi kollha flimkien. Il-punteġġ li wieħed iġib f’dawn it-testijiet se jingħadd mal-punteġġ globali finali.

b)   Intervista relatata mal-qasam

Il-kompetenzi relatati mal-qasam tal-kandidati se jiġu vvalutati permezz ta’ intervista relatata mal-qasam organizzata kif ġej:

Test

Lingwa

Għoti ta’ punteġġ

Punteġġ minimu

Intervista relatata mal-qasam

Lingwa 2

0 sa 100

50/100

Il-punteġġ miksub se jingħadd mal-punteġġ globali finali.

Il-kandidati li jiksbu l-punteġġi kollha meħtieġa, kif ukoll wieħed mill-ogħla punteġġi globali fit-testijiet biex jiġu vvalutati l-kompetenzi ġenerali u dawk relatati mal-qasam, ikollhom id-dokumenti ġustifikattivi tagħhom iċċekkjati kif speċifikat fit-Taqsima 4.3.6.

4.3.6.   L-iċċekkjar tad-dokumenti ġustifikattivi u l-istabbiliment tal-lista ta’ riżerva

Il-Bord tas-Selezzjoni se jivverifika d-dokumenti mehmuża tal-kandidati wara l-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni u qabel ma jistabbilixxi l-lista ta’ riżerva. Se jieħu pożizzjoni finali dwar l-eliġibbiltà tal-kandidati billi jeżamina (i) id-dokumenti li l-kandidati jkunu tellgħu fuq il-kont EPSO tagħhom u (ii) id-dikjarazzjonijiet tagħhom fil-formola tal-applikazzjoni (inkluż fit-taqsimiet “Edukazzjoni u Taħriġ,”“Esperjenza Professjonali,” u “Talent Screener”).

Għall-ħolqien tal-lista ta’ riżerva, il-Bord tas-Selezzjoni jivverifika l-files tal-kandidati bl-ogħla punteġġi globali, f’ordni dekrexxenti tal-punteġġi, sakemm jintlaħaq l-għadd mixtieq tal-kandidati li jkunu rnexxew. Il-files tal-kandidati l-oħra ma jiġux ivverifikati.

Għalhekk, il-lista ta’ riżerva se tinkludi biss l-ismijiet ta’ dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu ġabu l-punteġġi minimi meħtieġa fit-testijiet kollha, kif ukoll l-ogħla punteġġi globali, minn total ta’ 170, fit-testijiet għall-valutazzjoni tal-kompetenzi ġenerali u relatati mal-qasam.

L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku. Il-lista ta’ riżerva se tkun disponibbli għas-servizzi ta’ reklutaġġ.

Il-kandidati kollha li jkunu għamlu t-testijiet fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jirċievu passaport ta’ kompetenza li jkun fih feedback kwalitattiv mill-Bord tas-Selezzjoni. Il-passaporti ta’ kompetenza tal-kandidati magħżula se jkunu disponibbli wkoll għas-servizz ta’ reklutaġġ.

L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva mhijiex dritt jew garanzija li persuna tiġi rreklutata.

5.   OPPORTUNITAJIET INDAQS U AKKOMODAMENT RAĠONEVOLI

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs fil-konfront tal-kandidati kollha.

Il-kandidati li għandhom xi diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-kapaċità tagħhom li jagħmlu t-testijiet, għandhom jindikaw dan fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom u jimxu mal-proċedura biex jitolbu aġevolazzjonijiet raġonevoli kif deskritt fir-Regoli ġenerali annessi ma’ dan l-avviż (ara l-Anness II, taħt it-Taqsima 1.3.). Wara li jeżamina t-talba tal-kandidati kif ukoll id-dokumenti mehmuża rilevanti, l-EPSO jista’ jikkonċedi aġevolazzjonijiet raġonevoli fejn jitqies neċessarju.

Fuq is-sit web tal-EPSO, wieħed isib aktar informazzjoni dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tal-EPSO u kif jistgħu jintalbu aġevolazzjonijiet raġonevoli.


ANNESS I

Dmirijiet tipiċi

Dan l-Anness jippreżenta eżempji ta’ dmirijiet tipiċi li l-kandidati li għaddew minn din il-kompetizzjoni jistgħu jintalbu jwettqu.

Taħt is-superviżjoni tal-Kap tad-Delegazzjoni, il-kap tal-amministrazzjoni jimmaniġja t-taqsima tal-amministrazzjoni. Flimkien, huma responsabbli għall-implimentazzjoni amministrattiva u finanzjarja ġenerali tal-baġit tad-Delegazzjoni, inklużi l-proċeduri ta’ akkwist, l-ittrattar ta’ kwistjonijiet tal-persunal espatrijat u lokali, il-bini tad-Delegazzjoni, ir-residenza tal-ambaxxatur tal-UE u l-akkomodazzjoni tal-persunal espatrijat. Huma jissorveljaw il-loġistika, il-provvisti u s-servizzi u jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza tal-persunal u l-assi. Il-kap tal-amministrazzjoni jaħdem flimkien mat-tim ta’ ġestjoni tad-Delegazzjoni biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tad-Delegazzjoni.

B’mod partikolari, id-dmirijiet jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

1.   Baġit u finanzi

It-tħejjija ta’ stimi għall-baġit annwali tad-Delegazzjoni; segwitu, aġġustament, u verifika tal-implimentazzjoni tal-baġit; verifika tal-kontabbiltà tal-konformità mar-rekwiżiti legali u regolatorji; ġestjoni tat-teżor.

2.   Riżorsi umani (HR)

Il-ġestjoni ta’ kwistjonijiet relatati mar-riżorsi umani fit-taqsima tal-amministrazzjoni (deskrizzjonijiet tal-impjiegi, monitoraġġ tal-prestazzjoni, evalwazzjoni, eċċ.), stima tal-ħtiġijiet tar-riżorsi, organizzazzjoni tal-proċeduri tas-selezzjoni u/jew tar-reklutaġġ, organizzazzjoni tat-taħriġ għall-persunal f’koordinazzjoni mas-superjur ġerarkiku. Il-ġestjoni tal-persunal lokali f’koordinazzjoni mal-kwartieri ġenerali, inklużi r-reviżjonijiet tas-salarji, il-pagamenti tas-salarji u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji bbażati fuq il-liġi lokali.

3.   Għajnuna loġistika

Il-kontroll ta’ assi fiżiċi tad-Delegazzjoni (uffiċċji, residenza, akkomodazzjonijiet, vetturi, għamara, tagħmir għad-djar u għall-uffiċċju, tagħmir tal-IT, eċċ.); l-amministrazzjoni tal-infrastruttura tas-sigurtà tad-Delegazzjoni (sistemi ta’ allarm, komunikazzjoni sigura, eċċ), is-superviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ kuntratti ta’ sigurtà (flimkien mal-koordinatur tas-sigurtà tad-Delegazzjoni); l-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ akkwist.

4.   Amministrazzjoni ġenerali

L-ippjanar u l-koordinazzjoni tat-tmexxija ta’ kuljum tat-taqsima tal-amministrazzjoni, it-tħejjija tar-rapporti, l-ippjanar tal-missjonijiet għall-persunal kollu tad-Delegazzjoni; is-superviżjoni tal-IT u persunal tekniku/ta’ appoġġ ieħor u fornituri ta’ servizzi; it-trattament ta’ informazzjoni sensittiva jew klassifikata u d-dokumenti għat-trażmissjoni li jinkludi l-manutenzjoni tat-tagħmir użat u s-superviżjoni ta’ trattament xieraq tal-boroż diplomatiċi.

5.   Rappreżentazzjoni u negozjar

L-attendenza, f’isem il-Kap tad-Delegazzjoni, f’laqgħat mal-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti, organizzazzjonijiet pubbliċi u privati u missjonijiet diplomatiċi; b’mod partikolari, l-attendenza jew il-presidenza ta’ laqgħat ta’ missjonijiet diplomatiċi tal-UE fil-pajjiż ospitanti dwar kwistjonijiet amministrattivi, konsulari jew ta’ Schengen; komunikazzjoni mal-awtoritajiet lokali dwar kwistjonijiet amministrattivi b’rabta mad-Delegazzjoni u l-persunal diplomatiku.

Tmiem l-ANNESS I, agħfas hawnhekk biex terġa’ tmur għat-test prinċipali


ANNESS II

Regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali

INFORMAZZJONI ĠENERALI

Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.

Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.

Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.

1.   MIN JISTA’ JAPPLIKA?

1.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi

Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli?”.

Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jenħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli?” ta’ dan l-Avviż li tkun rilevanti għad-dmirijiet .

(a)

Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru għall-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. Il-Bord tas-Selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni.

Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija.

(b)

L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u tkun:

tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

tkun imħallsa;

tkun tinvolvi relazzjoni ta’ subordinazzjoni jew il-forniment ta’ servizz; kif ukoll

tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

ħidma volontarja: jekk imħallsa u tinvolvi ħinijiet fil-ġimgħa u tul bħal impjieg normali;

apprendistati: jekk imħallsa;

servizz militari obbligatorju: magħmul qabel jew wara d-diploma meħtieġa għal perjodu li ma jaqbiżx it-tul ta’ żmien statutorju fl-Istat Membru tiegħek;

liv tal-maternità/paternità/adozzjoni: jekk kopert minn kuntratt ta’ impjieg;

dottorat: għal perjodu massimu ta’ tliet snin, bil-kundizzjoni li d-dottorat ikun effettivament inkiseb, u jekk ix-xogħol kienx imħallas jew le; kif ukoll

xogħol part-time: ikkalkulat pro rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma, pereżempju half-time għal sitt xhur ikun jiswa daqs tliet xhur.

1.2.   Dokumenti ta’ prova

Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:

dokumenti minn impjegatur(i) tal-passat u impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew

il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa;

(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti;

(għall-interpreti tal-konferenzi, meta l-esperjenza professjonali tkun meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ ġranet, u minn liema u lejn liema lingwi seħħet l-interpretazzjoni, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni tal-konferenzi.

B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.

Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ prova għandek bżonn tipprovdi u meta.

1.3.   Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti raġonevoli

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustament raġonevoli li għandek bżonn. Jekk diżabbiltà jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.

Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ prova tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-aġġustament raġonevoli jista’ jsir meta dan ikun meħtieġ.

Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO:

posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu); jew

posta:

Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

AĊĊESSIBBILTÀ TAL-EPSO

L107 02/DCS

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

2.   MINN MIN NIĠI VVALUTAT?

Jiġi maħtur Bord tas-Selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Avviż tal-Kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom fuq il-bażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-Bord tas-Selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.

Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom għandhom jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.

L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-Bordijiet tas-Selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).

L-ismijiet tal-membri tal-Bord tas-Selezzjoni jkunu ppubblikati fil-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/tal-fażi ta’ valutazzjoni.

3.   KOMUNIKAZZJONI

3.1.   Komunikazzjoni mal-EPSO

Jenħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-Avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.

F’kull korrispondenza relatata ma’ xi applikazzjoni, semmi ismek kif jidher fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.

L-EPSO jirriżerva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrilevanti).

3.2.   Aċċess għall-informazzjoni

Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personalment, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.

Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.

Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.

3.2.1.   Żvelar awtomatiku

Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:

It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż b’mod espliċitu;

eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà li ma kinux issodisfati;

Talent screener: ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek;

testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek;

testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss;

fażi/ċentru ta’ evalwazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-Bord tas-Selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fil-fażi ta’ evalwazzjoni.

Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunika lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, billi dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:

it-testijiet ikunu tlestew;

ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll

it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri.

3.2.2.   Informazzjoni wara talba

Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.

Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-Bord tas-Selezzjoni u ma jiġux żvelati.

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-Bord tas-Selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.

Kull talba għal informazzjoni jenħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) fi żmien 10 ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.

4.   ILMENTI U KWISTJONIJIET

4.1.   Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi

Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO, esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

F’kull korrispondenza, indika ismek (kif jidher fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.

Jekk il-problema tinqala’ f’ċentru tat-testijiet jew waqt ittestjar mill-bogħod:

avża minnufih lill-inviġilaturi sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll

ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) .

Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.

4.2.   Proċeduri ta’ reviżjoni interna

4.2.1.   Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)

Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-Bordijiet tas-Selezzjoni.

Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-Bord tas-Selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).

B’din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-Avviż tal-Kompetizzjoni.

L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

id-data ta’ skadenza: fi żmien 3 ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter;

tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun.

Ma jiġux ikkunsidrati lmenti li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.

B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.

L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.

4.2.2.   Talbiet għal rieżami

Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-Bord tas-Selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.

It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:

irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew

nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-Avviż tal-Kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza.

Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-Bord tas-Selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, tal-esperjenza u/jew tal-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li dan huwa prova ta’ żball min-naħa tiegħu. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.

L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

id-data ta’ skadenza: fi żmien 10 ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata tkun ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-Bord tas-Selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.

Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa' tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.

4.3.   Forom oħra ta’ kontestazzjoni

4.3.1.   Ilmenti amministrattivi

Bħala kandidat f’kompetizzjoni miftuħa, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.

Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn Bord tas-Selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).

L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

id-data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li d-deċiżjoni kellha tittieħed qabilha;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

L-ilmenti li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

4.3.2.   Appelli ġudizzjarji

Bħala kandidat f’kompetizzjoni miftuħa, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tas-selezzjoni.

L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:

proċedura: jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit web tal-Qorti Ġenerali (https://curia.europa.eu/jcms/).

4.3.3.   Ombudsman Ewropew

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.

Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1–4.3).

L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.

L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:

proċedura: ikkonsulta s-sit tal-Ombudsman Ewropew (https://www.ombudsman.europa.eu/).

4.4.   Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni

Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li:

ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli;

ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà;

għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa;

ma weġibx għal xi waħda mill-mistoqsijiet tat-Talent Screener;

ma kkonformajtx mat-termini u l-kundizzjonijiet għat-testijiet organizzati mill-bogħod;

ma bbukkjajtx jew ma għamiltx wieħed jew iżjed mit-testijiet tiegħek;

qarraqt waqt it-testijiet;

ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi;

ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni;

bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-Avviż tal-Kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ prova jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew

iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi.

Barra minn hekk, jekk ma ħadtx sehem fil-prova tal-konnettività iżda sussegwentement ħadt sehem f’testijiet mill-bogħod u esperjenzajt problemi ta’ konnettività, l-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtikx ħin ieħor għat-test.

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.

5.   APPROVAZZJONI TAS-SIGURTÀ

Il-persunal li jittratta informazzjoni sensittiva u klassifikata li teħtieġ livell għoli ta’ kunfidenzjalità (informazzjoni “klassifikata tal-UE”) għandu jkollu l-livell xieraq ta’ awtorizzazzjoni ta’ sigurtà.

Konsegwentement, il-kandidati li għaddew minn kompetizzjoni jistgħu jintalbu, għal ċerti karigi, li jkollhom jew ikunu f’pożizzjoni li jiksbu, fi żmien debitu, ċertifikat validu ta’ approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal.

Dan jista’ jimplika li, bħala prerekwiżit għar-reklutaġġ f’ċerti karigi, il-kandidati magħżula jistgħu jkunu meħtieġa jgħaddu mill-proċedura ta’ approvazzjoni tas-sigurtà li titwettaq mill-awtorità nazzjonali kompetenti fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom.

Qabel ma japplikaw għal din l-għażla, nagħtu parir li l-kandidati jinfurmaw ruħhom dwar din il-kompetizzjoni.

Rekwiżiti bħal dawn se jiġu indikati b’mod ċar fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti għall-pożizzjoni kkonċernata.

6.   PROTEZZJONI TAD-DATA

Id-data personali tiegħek tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Ara wkoll id-Dikjarazzjoni speċifika ta’ privatezza dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-qafas ta’ kompetizzjoni miftuħa (2).

Tmiem l-ANNESS II, agħfas hawnhekk biex terġa’ tmur għat-test prinċipali


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39)

(2)  https://epso.europa.eu/content/specific-privacy-statement-personal-data-protection-within-framework-open-competition_mt.


ANNESS III

Eżempji ta’ kwalifiki minimi skont l-Istat Membru u r-Renju Unit u skont il-gradi li, fil-prinċipju, jikkorrispondu għal dawk mitluba mill-avviżi ta’ kompetizzjoni

Agħfas hawnhekk għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji

PAJJIŻ

Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6

Minn AST 1 sa AST 7

Minn AST 3 sa AST 11

Minn AD 5 sa AD 16

Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja)

Edukazzjoni postsekondarja (kors postsekondarju iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni ta’ livell universitarju (mill-anqas tliet snin)

Edukazzjoni ta’ livell universitarju (erba’ snin jew aktar)

Belgique — België — Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d'aptitude à accéder à l'enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d'enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature/Kandidaat

Graduat/Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d'études approfondies (DEA)

Diplôme d'études spécialisées (DES)

Diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česko

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (BA eller BS)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (mag.art)

Licenciatgrad

ph.d.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master

Magister Artium/Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta/National Certificate

Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree

Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.)

Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS)

Céim ollscoile/University degree

Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS)

Dochtúireacht/Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (IΕΚ)

 

Πτυχίο ΑΕI (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕI)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d'accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d'études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d'études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d'études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d'études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d'ingénieur

Doctorat

Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea — L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu)

Bakalaura diploms (160 kredītpunktu)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Luxembourg

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d'ingénieur technicien

Master

Diplôme d'ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma's)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of «Ingenieur»

HBO/WO Master's degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/Akademiediplom

Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea

Universitätsdiplom

Fachhochschuldiplom

Magister/Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat/Inżynier

Magister/Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire (colegiu universitar)

Învățământ preuniversitar

Diplomă de licenţă

Diplomă de licenţă

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academice postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma

Magisterij

Specializacija

Doktorat

Slovensko

Vysvedčenie o maturitnej skúške

Absolventský diplom

Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár)

Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

Bakalár (Bc.)

Magister

Magister/Inžinier

ArtD.

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor)

Maisterin tutkinto – Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate

NOTE:

UK diplomas awarded in 2020 (until 31 December 2020) are accepted without an equivalence. UK diplomas awarded as from 1 January 2021 must be accompanied by an equivalence issued by a competent authority of an EU Member State.

Tmiem l-ANNESS III, agħfas hawnhekk biex terġa’ tmur għat-test prinċipali


ANNESS IV

Talent screener: kriterji u proċedura tas-selezzjoni

A.   Il-kriterji tas-selezzjoni għat-talent screener

Se jiġu applikati mill-Bord tas-Selezzjoni l-kriterji tas-selezzjoni segwenti fil-fażi tat-talent screener tal-kompetizzjoni:

1.

Esperjenza professjonali fis-superviżjoni tal-membri tat-tim f’kuntest diplomatiku/konsulari, f’organizzazzjoni internazzjonali, jew f’organizzazzjoni mhux governattiva (NGO).

2.

Esperjenza professjonali fit-twaqqif ta’ tim jew uffiċċju jew fil-ġestjoni ta’ bidla organizzazzjonali konsiderevoli.

3.

Esperjenza professjonali fit-twettiq ta’ baġit amministrattiv annwali, inkluż it-tħejjija, l-aġġustament jew il-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tiegħu.

4.

Esperjenza professjonali fil-ġestjoni ta’ proprjetà immobbli inklużi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fis-settur tal-bini (elettriku, faċilitajiet sanitarji u idrawliċi, strutturi ta’ akkomodazzjoni u ta’ uffiċċju, installazzjonijiet ta’ sigurtà eċċ.).

5.

Esperjenza professjonali (minbarra dik imsemmija fil-punt 4) fil-ġestjoni tal-loġistika, inkluża l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni u t-tiswija ta’ tagħmir għall-akkomodazzjoni (ġeneraturi, invertituri, kundizzjonaturi tal-arja, eċċ.) jew tagħmir tal-uffiċċju (skeners, kopjaturi, Private Automatic Branch eXchange (PABX), shredders, installazzjonijiet tas-sigurtà, eċċ.) jew fil-ġestjoni ta’ provvisti (oġġetti konsumabbli, provvisti tal-uffiċċju, spare parts, eċċ.).

6.

Esperjenza professjonali (minbarra dik imsemmija fil-punt 5) fl-akkwist pubbliku, fit-trattament tal-proċeduri tal-offerti u fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-kuntratti.

7.

Esperjenza professjonali fir-rappreżentanza/negozjati (mas-sidien tal-proprjetà, il-fornituri, l-awtoritajiet lokali, il-persunal, eċċ.).

8.

Esperjenza professjonali ta’ xogħol f’ambjent sensittiv għas-sigurtà u/jew fil-ħidma b’informazzjoni klassifikata, li għaliha l-approvazzjoni tas-sigurtà kienet rekwiżit.

9.

Taħriġ speċifiku ċċertifikat b’diploma/ċertifikat fit-trattament tal-proċeduri tal-offerti u/jew fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-kuntratti.

10.

Għarfien ta’ waħda jew iktar minn dawn il-lingwi li ġejjin: L-Ingliż, il-Franċiż, il-Portugiż, l-Ispanjol, ir-Russu, l-Għarbi, jew iċ-Ċiniż. Sabiex jitqies, dan l-għarfien għandu jkun:

(i)

ta’ lingwa oħra għajr dawk iddikjarati bħala l-lingwa 1 u l-lingwa 2,

(ii)

ta’ livell minimu ekwivalenti għal-livell B2 tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi, u

(iii)

attestat b’ċertifikat/diploma.

B.   Proċedura

B.1.   L-iddeterminar tal-ordni li fih se jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet

1.

Il-kandidati, meta jimlew it-taqsima “Professional Experience” (Esperjenza Professjonali) tal-applikazzjoni tagħhom, għal kull entrata jridu jindikaw il-perċentwal ta’ ħin iddedikat għal “task(s)” (kompitu/i) wieħed jew aktar minn lista partikolari li fil-biċċa l-kbira tikkorrispondi għall-kriterji tas-selezzjoni elenkati fit-Taqsima A aktar ’il fuq. Dan jippermetti li jiġi kkalkulat it-tul kumplessiv ta’ esperjenza (f’jiem) f’kompitu partikolari.

2.

Għal kull kompitu u għal kull mistoqsija fl-ambitu tat-“Talent Screener” (ara l-paragrafu 1 fit-Taqsima B.2 aktar ’l isfel), il-Bord tas-Selezzjoni jassenja piż li jirrifletti l-importanza relattiva tagħhom (1 sa 3).

3.

L-għadd kumplessiv ta’ jiem iddedikati għal kompitu partikolari (ara l-paragrafu 1 aktar ’il fuq) imbagħad jiġi mmultiplikat bil-piż attribwit għal dak il-kompitu mill-Bord tas-Selezzjoni. Dan jipproduċi, għal kull kandidat(a), punteġġ għal kull kompitu kif ukoll il-punteġġ aggregat għall-kompiti kollha.

4.

Tiġi stabbilita klassifikazzjoni f’ordni dekrexxenti tal-punteġġi aggregati tal-kandidati.

5.

Il-punteġġi u l-klassifikazzjonijiet stabbiliti skont din it-taqsima mhumiex se jitqiesu għall-finijiet tad-deċiżjoni dwar liema kandidati jistgħu jipproċedu għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni. Id-deċiżjoni dwar liema kandidati għandhom jiġu mistiedna għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni tittieħed mill-Bord tas-Selezzjoni esklużivament abbażi tal-punteġġi mogħtija skont il-piż skont it-Taqsima B.2.

B.2.   Selezzjoni tal-kandidati permezz ta’ talent screener

1.

Meta jimlew it-taqsima “Talent Screener” tal-formola tal-applikazzjoni, il-kandidati kollha jridu jwieġbu l-istess sett ta’ mistoqsijiet u jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Dawn il-mistoqsijiet se jkunu bbażati fuq il-kriterji tas-selezzjoni elenkati fit-Taqsima A aktar ’il fuq. Is-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki ssir unikament bl-użu tal-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima “Talent Screener”. Il-kandidati jridu jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha fit-tweġibiet tagħhom fit-Taqsima “Talent Screener”, anki jekk l-istess informazzjoni tkun diġà ġiet inkluża f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tagħhom. Kull referenza għad-dokumenti mtellgħin fil-kont tal-EPSO tal-kandidati jew referenzi oħra (bħal ħolqiet għal siti web) mhumiex se jiġu kkunsidrati. Se jiġi kkunsidrat biss it-test li jimlew il-kandidati fl-entrati xierqa, bi tweġiba għall-mistoqsijiet fl-ambitu tat-“Talent Screener”.

2.

Il-Bord tas-Selezzjoni jipproċedi, f’ordni dekrexxenti tal-klassifikazzjoni stabbilita skont it-Taqsima B.1, biex jivvaluta t-tweġibiet tal-kandidati fit-Taqsima “Talent Screener” tal-applikazzjoni.

3.

Il-Bord tas-Selezzjoni jeżamina t-tweġibiet fl-ambitu tat-talent screener tal-kandidati kollha u jagħti minn 0 sa 4 punti għal kull tweġiba. Dawn il-punti mbagħad jiġu mmultiplikati bil-piż stabbiliti mill-Bord tas-Selezzjoni għal kull mistoqsija fl-ambitu tat-“Talent Screener” (ara t-Taqsima B.1, il-paragrafu 2 aktar ’il fuq). Fl-aħħar nett, il-punti mogħtija skont il-piż għal kull mistoqsija fl-ambitu tat-Talent Screener, jingħaddu flimkien, biex jingħata punteġġ globali.

4.

Il-Bord tas-Selezzjoni jfassal lista ta’ kandidati fl-ordni tal-punteġġi globali mogħtija skont il-paragrafu 3.

5.

Il-kandidati bl-ogħla punteġġi jiġu mistiedna għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni.

Tmiem l-ANNESS IV, agħfas hawnhekk biex terġa’ tmur għat-test prinċipali.