ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 265

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
11 ta' Lulju 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 265/01

Avviż tal-Kummissjoni dwar informazzjoni relatata mar-riskji u man-nuqqas ta’ konformità fil-kuntest ta’ rieżamijiet perjodiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793

1

2022/C 265/02

Irtirar tan-notifika ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10560 — SIKA / MBCC GROUP) ( 1 )

8


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 265/03

Rata tal-kambju tal-euro — It-8 ta' Lulju 2022

9

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2022/C 265/04

Ir-rapport speċjali 10/2022: — Il-LEADER u l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jiffaċilitaw l-impenn lokali iżda l-benefiċċji addizzjonali għadhom ma jidhrux suffiċjentement

10


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 265/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.10811 — INPEX / SC / SEML) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11

2022/C 265/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.10656 — FLUTTER ENTERTAINMENT / SISAL) ( 1 )

13

2022/C 265/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10756 — ACC / EVONIK / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 265/08

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

16


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

dwar informazzjoni relatata mar-riskji u man-nuqqas ta’ konformità fil-kuntest ta’ rieżamijiet perjodiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793

(2022/C 265/01)

1.   Introduzzjoni

Dan l-Avviż tal-Kummissjoni jispjega l-kriterji u l-kunsiderazzjonijiet rilevanti, fil-kuntest tar-rieżamijiet perjodiċi skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793 (1). L-għan ta’ dan l-Avviż huwa li jagħmel il-proċess trasparenti għaċ-ċittadini, għall-operaturi tan-negozju, u għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, kemm fl-Unjoni kif ukoll f’territorji u f’pajjiżi terzi minn fejn l-ikel u l-għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali soġġetti għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jiġu importati fl-Unjoni.

Dan l-Avviż huwa maħsub biex jassisti liċ-ċittadini, lill-operaturi tan-negozju u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jifhmu aħjar l-applikazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni biss għandha l-kompetenza li tinterpreta d-dritt tal-Unjoni. Il-fehmiet espressi f’dan l-Avviż ma jippreġudikawx il-pożizzjoni li tista’ tieħu l-Kummissjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

2.   Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jistabbilixxi regoli dwar iż-żieda temporanja tal-kontrolli uffiċjali u miżuri ta’ emerġenza li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċertu ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali minn ċerti pajjiżi terzi, abbażi tas-setgħat ipprovduti fl-Artikolu 47(2)(b) u fl-Artikolu 54(4)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), kif ukoll fl-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

L-objettiv tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 huwa li jipproteġi lill-konsumaturi tal-Unjoni minn riskji tas-saħħa magħrufa jew minn dawk emerġenti, jew minħabba li jkun hemm evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità serju mifrux mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari (ara l-Artikolu 1(2)(a) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/625 għall-ikel u l-għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali). Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jipprevedi approċċ armonizzat għall-kontrolli uffiċjali fuq ċertu ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali li jidħol fl-Unjoni u huwa maħsub biex jiżgura l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari għal dawn il-komoditajiet.

Il-komoditajiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi u li huma soġġetti għal żieda temporanja fil-kontrolli, fil-miżuri ta’ emerġenza jew għal sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni huma elenkati fl-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793. Il-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u tal-kontrolli fiżiċi fuq il-komoditajiet soġġetti għal żieda temporanja fil-kontrolli u fil-miżuri ta’ emerġenza hija stabbilita filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, il-livell ta’ riskju assoċjat mal-periklu li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat, in-nuqqasijiet ta’ konformità identifikati matul il-kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti fis-suq intern, u l-frekwenza reali tar-rifjut fil-fruntiera. Skont il-periklu speċifiku, se jkun hemm bżonn li jitqiesu kriterji differenti u l-piż relattiv tal-kriterju se jvarja wkoll (ara, it-taqsimiet 3.1 u 3.2.2, hawn taħt).

L-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jelenkaw ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali minn ċerti pajjiżi terzi u l-miżuri korrispondenti, kif ġej:

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jelenka ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali minn ċerti pajjiżi terzi soġġetti għal żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali mad-dħul tagħhom fl-Unjoni.

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jelenka ikel u għalf soġġetti għal kundizzjonijiet speċjali, eż., ir-rekwiżit li jiġi pprovdut ċertifikat u li jiġu pprovduti riżultati uffiċjali ta’ analiżi tal-laboratorju, li jirregolaw id-dħul tagħhom fl-Unjoni minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni mill-mikotossini, inklużi l-aflatossini, ir-residwi tal-pestiċidi, il-pentaklorofenol u d-diossini, u ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika.

L-Anness IIa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jelenka ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali li għalihom l-importazzjoni fl-Unjoni hija sospiża.

L-Anness II u IIa jikkostitwixxu miżuri ta’ emerġenza skont it-tifsira tal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Il-komoditajiet huma elenkati abbażi tal-pajjiż terz tal-oriġini, id-deskrizzjoni tal-komodità, il-kombinazzjoni tal-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) u tal-klassifikazzjoni tat-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea (TARIC), u l-periklu tagħhom. Il-komoditajiet minn pajjiż terz jistgħu, fl-istess ħin, ikunu soġġetti għal żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali u/jew fil-miżuri ta’ emerġenza (ħlief għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni) għal aktar minn periklu wieħed.

L-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jirrikjedi li l-Kummissjoni tirrieżamina l-listi stabbiliti fl-Annessi fuq bażi regolari, u li ma taqbiżx is-6 xhur, fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida relatata mar-riskji u man-nuqqas ta’ konformità. Barra minn hekk, f’każ ta’ riskju emerġenti, jew fejn ikun hemm evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità serju mifrux mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, miżura ta’ salvagwardja li tvarja minn kundizzjonijiet speċjali tal-importazzjoni (elenkar tal-komodità fl-Anness I jew fl-Anness II) sa sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni (elenkar fl-Anness IIa) tista’ tiġi imposta fi kwalunkwe mument b’reazzjoni għal riskji imminenti, irrispettivament mir-rieżamijiet regolari.

L-emendi meħtieġa għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 huma adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u fl-Artikolu 145(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Jistgħu jkunu meħtieġa perjodi ta’ tranżizzjoni biex jippermettu d-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ komoditajiet li jintbagħtu mill-pajjiż tal-oriġini qabel ma tidħol fis-seħħ emenda għar-Regolament. Dawn il-perjodi jippermettu lill-operaturi u lill-pajjiżi terzi jadattaw għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament li jemenda l-komoditajiet elenkati fl-Annessi, u, fejn meħtieġ, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jorganizzaw sistema ta’ ċertifikazzjoni. F’ċerti sitwazzjonijiet, abbażi tal-livell ta’ riskju, jista’ ma jkun hemm l-ebda perjodu ta’ tranżizzjoni pprovdut.

3.   Passi tar-rieżami f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793

3.1.    Perikli inklużi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793

Il-komoditajiet huma elenkati abbażi tal-kombinazzjoni tal-oriġini/tal-kodiċi NM/tal-periklu.

Il-lista ta’ perikli li jistgħu jkunu l-bażi għaż-żieda fil-kontrolli uffiċjali jew fil-miżuri ta’ emerġenza fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 ma hijiex eżawrjenti. Bħalissa r-Regolament ta’ Implimentazzjoni jinkludi, fost l-oħrajn, il-perikli li ġejjin:

(a)

Mikrobijoloġiċi: Salmonella;

(b)

Kimiċi:

(i)

Kontaminanti: aflatossini, pentaklorofenol u diossini;

(ii)

Residwi ta’ pestiċidi: ir-residwi tal-pestiċidi elenkati fil-programm ta’ kontroll pluriennali kkoordinat tal-Komunità, adottat mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (4), u residwi oħra tal-pestiċidi, pereżempju amitraż, nikotina, tolfenpirad, diafentijuron, dikofol, ditijokarbamati, dinotefuran, folpet, prokloraż, tijofanat-metil, triforina, aċefat, fentoat, klorbufam, formetanat, protijofos, kwinalfos, karbofuran, metrafenon;

(iii)

Perikli oħra: Żebgħat tas-Sudan, rodamina B, sulfiti, ċjanur, ossidu tal-etilen.

Il-lista ta’ perikli ta’ hawn fuq tista’ tiġi estiża f’ċertu stadju fejn ikun hemm bżonn li jiġu introdotti ċerti komoditajiet minn ċerti pajjiżi għal periklu partikolari, għalhekk il-lista pprovduta ma hijiex eżawrjenti, huma biss il-perikli attwali li jissemmew f’dan l-Avviż.

3.2.    Ġbir ta’ informazzjoni

Is-sorsi ta’ informazzjoni, l-informazzjoni miksuba u l-perjodu ta’ referenza għall-ġbir ta’ informazzjoni għal kull komodità deskritta hawn taħt.

3.2.1   Sorsi ta’ informazzjoni

Jintużaw diversi sorsi ta’ informazzjoni biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa fil-kuntest tal-valutazzjoni ta’ emendi possibbli tar-Regolament (UE) 2019/1793:

(a)

Informazzjoni skambjata bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri – proposti għal listi ġodda ta’ kombinazzjonijiet tal-prodotti/tal-perikli, kummenti, talbiet għal emendi;

(b)

Informazzjoni riċevuta minn pajjiżi terzi, azzjonijiet meħuda minn pajjiżi terzi biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni;

(c)

Informazzjoni dwar il-kontrolli mwettqa mill-Kummissjoni f’pajjiżi terzi f’konformità mal-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2017/625 – rapporti tal-awditjar;

(d)

Informazzjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA);

(e)

Rekords tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali fis-sistema TRACES-NT.

3.2.2   Informazzjoni miksuba għal kull komodità

(a)

L-eżitu tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri fuq il-komoditajiet elenkati, irreġistrat fi TRACES-NT:

(i)

L-għadd totali ta’ kunsinni ta’ ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali importati fl-Unjoni;

(ii)

L-għadd totali ta’ kontrolli tal-identità u dawk fiżiċi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fuq kunsinni ta’ ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali importati fl-Unjoni;

(iii)

L-għadd totali ta’ riżultati ta’ kontroll mhux favorevoli identifikati matul il-kontrolli fiżiċi (analiżi tal-laboratorju) għall-periklu speċifiku li għalih hija elenkata l-komodità;

(iv)

Il-perċentwal ta’ riżultati ta’ kontroll mhux favorevoli fir-rigward tal-għadd ta’ kontrolli tal-identità u dawk fiżiċi fuq kunsinni għall-periklu li għalih hija elenkata l-komodità;

(b)

Notifiki sottomessi fis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) u n-nuqqas ta’ konformità tas-Sistema ta’ Assistenza u Kooperazzjoni Amministrattiva (AAC) u s-sistemi ta’ frodi tal-ikel tal-AAC: l-għadd ta’ notifiki ta’ rifjut fil-fruntiera tal-RASFF u notifiki ta’ nuqqas ta’ konformità tal-AAC u ta’ frodi tal-ikel tal-AAC għall-kombinazzjonijiet tal-oriġini/tal-prodott/tal-periklu;

(c)

Il-volumi tal-kummerċ għall-komoditajiet ikkonċernati kif ipprovduti mill-EUROSTAT.

3.2.3   Perjodu ta’ referenza għall-ġbir ta’ informazzjoni

Il-perjodu ta’ referenza biex il-Kummissjoni tiġbor l-informazzjoni deskritta fil-punt 3.2.2. għal kull komodità jikkorrispondi għas-semestru sħiħ (fis-sena ta’ qabel jew matul l-istess sena) qabel ma jinbeda proċess ġdid ta’ rieżami. Il-perjodu (semestru) ta’ referenza huwa minn Jannar sa Ġunju, u minn Lulju sa Diċembru ta’ sena partikolari. Żviluppi u xejriet aktar reċenti jitqiesu fejn ikunu rilevanti fil-kuntest tal-valutazzjoni ta’ xejriet speċifiċi, sabiex tiġi żgurata deċiżjoni infurmata bis-sħiħ. Għall-komoditajiet li għandhom jiġu elenkati mill-ġdid fl-Annessi, tista’ titqies l-informazzjoni minn diversi semestri.

3.3.    Analiżi tal-informazzjoni

3.3.1.   Passi tal-proċess tal-analiżi tal-informazzjoni

Il-proċess ta’ rieżami regolari jibda bil-ġbir tal-informazzjoni rilevanti kif deskritt fil-punt 3.2.3 u bl-analiżi tal-informazzjoni disponibbli. Ir-riżultati tal-analiżi, rieżami tal-kombinazzjoni tal-oriġini/tal-komodità/tal-periklu u l-emendi proposti għall-Annessi huma diskussi mal-Istati Membri fi grupp ta’ ħidma tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (PAFF). Ir-riżultati miftiehma mal-Istati Membri huma sottomessi għall-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (PAFF) (5) għall-opinjoni tal-Istati Membri.

3.3.2.   Kunsiderazzjonijiet għall-analiżi tal-informazzjoni

Matul il-valutazzjoni tal-informazzjoni miġbura għal emendi possibbli tar-Regolament (UE) 2019/1793 jitqiesu diversi fatturi.

L-analiżi hija bbażata fuq l-informazzjoni kollha miġbura kif imsemmi fil-punt 3.2.2. dwar komodità partikolari. Madankollu, issir valutazzjoni każ b’każ skont il-kombinazzjoni tal-oriġini/tal-komodità/tal-periklu. B’mod partikolari, jistgħu jinżammu miżuri anki jekk il-kummerċ reali jkun waqaf, fejn ma jkun hemm l-ebda evidenza ta’ titjib fil-ġestjoni tar-riskju, fir-rigward tal-periklu rilevanti, il-periklu fil-post tal-oriġini tal-komodità u, għalhekk, bl-informazzjoni disponibbli, jibqa’ r-riskju ta’ komoditajiet mhux sikuri li jiġu esportati lejn l-Unjoni.

Ix-xejriet tal-kummerċ staġunali, ix-xejriet tul iż-żmien u l-volumi tal-kummerċ huma fost il-fatturi meqjusa.

Fejn tiġi identifikata kwistjoni potenzjalment sistemika f’pajjiż terz, li tmur lil hinn mis-sejbiet relatati mar-responsabbiltà ta’ operaturi individwali għall-konformità tal-esportazzjonijiet tagħhom mar-regoli tal-Unjoni u fejn l-Istati Membri jirrapportaw livelli ta’ nuqqas ta’ konformità li ma jitjibux b’mod sinifikanti, tiġi introdotta reazzjoni armonizzata u gradwali, skont l-ambitu tal-problema u l-ġestjoni prevedibbli:

(a)

l-elenkar fl-Anness I/ iż-żieda fil-frekwenza tal-kontrolli għall-prodotti diġà elenkati fl-Anness I (bħala miżura li taffettwa lill-operaturi li jimportaw kunsinni ta’ ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali fl-Unjoni u indirettament fil-pajjiżi terzi);

(b)

l-elenkar fl-Anness II/ jiġu introdotti kundizzjonijiet speċjali ta’ importazzjoni fejn titqiegħed responsabbiltà speċifika fuq l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi esportaturi, permezz ta’ obbligu għalihom li jittestjaw fl-oriġini u jiċċertifikaw il-konformità tal-kunsinni mar-regoli tal-Unjoni;

(c)

l-elenkar fl-Anness IIa/ fejn l-ikel jew l-għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali importat fl-Unjoni jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent, is-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet tista’ tiġi imposta bħala l-aktar miżura stretta, minħabba kwistjonijiet serji/rikorrenti tas-saħħa u/jew kwistjonijiet sistemiċi mhux solvuti.

3.4.    Emendi possibbli li jirriżultaw mill-analiżi tal-informazzjoni

Id-deċiżjonijiet għal kull komodità individwali huma bbażati fuq analiżijiet tal-informazzjoni u fuq diskussjoni mal-Istati Membri matul il-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma dwar miżuri temporanji għall-importazzjoni ta’ ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali. Id-deċiżjoni tittieħed fuq bażi ta’ każ b’każ għal kull komodità individwali, filwaqt li titqies kombinazzjoni multifattorjali ta’ periklu, frekwenza tan-nuqqas ta’ konformità, volumi kummerċjali, ambitu tal-problema u t-tbassir għall-ġestjoni sodisfaċenti tagħha.

Id-deċiżjonijiet possibbli dwar l-emenda tal-Annessi tar-Regolament (UE) 2019/1793 huma kif ġej:

(a)

L-inklużjoni ta’ komodità f’Anness;

(b)

It-tħassir ta’ komodità minn Anness;

(c)

It-tħassir ta’ komodità minn Anness wieħed u l-moviment għal Anness ieħor;

(d)

Il-bidliet fil-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u dawk fiżiċi meħtieġa mad-dħul fl-Unjoni: żieda jew tnaqqis. Il-frekwenzi huma stabbiliti għal 5 %, 10 %, 20 %, 30 %, u 50 %.

Il-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u dawk fiżiċi tista’ tvarja fuq bażi ta’ każ b’każ fuq kombinazzjoni ta’ fatturi multipli deskritti fil-punti 3.1 u 3.2, hawn fuq, u bi qbil mal-Istati Membri matul il-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma.

3.5.    Proċedura

L-abbozz ta’ att emendatorju, imħejji abbażi tal-analiżi tal-informazzjoni u l-eżitu tad-diskussjonijiet mal-Istati Membri matul il-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma, huwa sottomess għall-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (PAFF). L-abbozz ta’ att emendatorju, wara li jirċievi opinjoni favorevoli fil-votazzjoni tal-Kumitat tal-PAFF, jiġi adottat mill-Kummissjoni u ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU). Fil-perjodu minn meta tirċievi opinjoni favorevoli tal-Kumitat tal-PAFF sa qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni, permezz ta’ ittra, tinforma lill-pajjiż terz ikkonċernat dwar il-bidliet previsti (eż., inklużjoni/tneħħija mill-Annessi, bidliet fil-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u dawk fiżiċi) għall-komoditajiet elenkati fl-Annessi tal-abbozz ta’ att emendatorju. Wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tissottometti notifika sanitarja u fitosanitarja (SPS) lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).

4.   Glossarju

AAC

Is-Sistema ta’ Assistenza u Kooperazzjoni Amministrattiva (AAC) hija sistema żviluppata u ġestita mill-Kummissjoni fejn il-membri tan-Network tal-Frodi Alimentari tal-Unjoni jiskambjaw informazzjoni. Stat Membru jista’ jikkuntattja lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor u jikkondividi l-informazzjoni b’mod sigur, u dan jista’ jwassal għal azzjonijiet amministrattivi, sanzjonijiet amministrattivi jew proċedimenti ġudizzjarji. Hija ġiet integrata bis-sħiħ fis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) fl-2020.

Konformità

Konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-Kodiċi NM

Il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (kodiċi NM) huwa għodda għall-klassifikazzjoni tal-oġġetti stabbilita biex tissodisfa r-rekwiżiti kemm tat-Tariffa Doganali Komuni kif ukoll tal-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni. Jintuża prinċipalment meta l-oġġetti jiġu ddikjarati lid-dwana fl-Unjoni, u jiddetermina liema rata ta’ dazju doganali tapplika. Dan jikkorrispondi għan-nomenklatura ta’ oġġetti, kif stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87. Dan jinkludi n-nomenklatura tas-sistema armonizzata.

Klassifikazzjoni TARIC

Din tikkorrispondi għal tariffa integrata tal-Unjoni, ibbażata fuq in-nomenklatura magħquda. Din tinkludi, fost l-oħrajn, suddiviżjonijiet addizzjonali, imsejħa s-“subintestaturi TARIC”, li huma meħtieġa għad-deskrizzjoni tal-oġġetti soġġetti għall-miżuri speċifiċi tal-Unjoni, u r-rati tad-dazju doganali u imposti oħra applikabbli, kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87.

Kunsinna

Din tikkorrispondi għall-kwantità ta’ oġġetti koperti mill-istess ċertifikat uffiċjali, attestazzjoni uffiċjali jew kwalunkwe dokument ieħor, imwassla bl-istess mezz ta’ trasport u li jkunu ġejjin mill-istess territorju jew pajjiż terz, u, ħlief għal oġġetti soġġetti għar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (g), tar-Regolament (UE) 2017/625, li jkunu tal-istess tip, klassi jew deskrizzjoni, kif definit fl-Artikolu 3(37) tar-Regolament (UE) 2017/625.

EFSA

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) hija aġenzija Ewropea stabbilita fl-2002 mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Hija responsabbli għall-valutazzjoni tar-riskji tul il-katina alimentari, u għall-għoti ta’ pariri xjentifiċi indipendenti lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jirregolaw is-sikurezza alimentari fl-Unjoni. Hija topera b’mod indipendenti mill-istituzzjonijiet leġiżlattivi u eżekuttivi Ewropej (il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament) u mill-Istati Membri tal-Unjoni.

Dħul fl-Unjoni

L-azzjoni li l-oġġetti jiddaħħlu f’wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/625 minn barra dawn it-territorji, kif definit fl-Artikolu 3(40) ta’ dan ir-Regolament.

UE

L-Unjoni Ewropea

EUROSTAT

Il-Eurostat huwa l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni. Dan jikkoordina l-attivitajiet statistiċi fil-livell tal-Unjoni u jipprovdi statistika u data ta’ kwalità għolja dwar l-Unjoni.

Ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali

Il-kliem “ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali” jirreferi għal “ikel” li tfisser kull sustanza jew prodott, sew jekk ipproċessat, parzjalment ipproċessat jew mhux ipproċessat, maħsub li jkun, jew raġonevolment mistenni li jittiekel mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; u “għalf” tfisser kull sustanza jew prodott, inklużi addittivi, sew jekk ipproċessati, parzjalment ipproċessati jew li mhux ipproċessati, maħsuba biex jintużaw għat-tmigħ mill-ħalq lill-annimali, kif definit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li joriġinaw mill-pjanti (eż. frott u ħaxix, ħwawar, te), jew ta’ kwalunkwe oriġini oħra mhux mill-annimali, bħal minerali (melħ).

Periklu

Kwalunkwe aġent jew kundizzjoni li potenzjalment ikollha effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, fuq it-trattament xieraq tal-annimali jew fuq l-ambjent, kif definit fl-Artikolu 3(23) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Importazzjoni ta’ ikel u għalf

L-importazzjoni ta’ ikel u għalf tirreferi għal ikel u għalf mhux tal-Unjoni ta’ oriġini mhux mill-annimali maħsub biex jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni jew li huwa maħsub għall-użu jew għall-konsum privat fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Kontrolli uffiċjali

Il-kontrolli uffiċjali huma ddefiniti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 bħala attivitajiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, jew mill-korpi delegati jew mill-persuni fiżiċi li jkunu ġew inkarigati b’ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625, sabiex tiġi vverifikata (a) il-konformità mill-operaturi ma’ dak ir-Regolament u mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2); u (b) li l-annimali jew l-oġġetti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), inkluż għall-ħruġ ta’ ċertifikat uffiċjali jew attestazzjoni uffiċjali.

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa l-gazzetta tar-reġistru għall-Unjoni Ewropea.

PAFF

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (il-Kumitat tal-PAFF) huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri kollha u huwa ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni, u għandu rwol ewlieni fl-iżgurar li l-miżuri tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll is-saħħa tal-pjanti, ikunu prattiċi u effettivi. Dan jagħti opinjonijiet dwar abbozzi ta’ miżuri li l-Kummissjoni tkun beħsiebha tadotta. Il-mandat tal-Kumitat tal-PAFF ikopri l-katina kollha tal-provvista tal-ikel - minn kwistjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali fuq il-farm għall-prodott fuq il-mejda tal-konsumatur - u jgħin lill-Unjoni tindirizza b’mod effettiv ir-riskji għas-saħħa f’kull stadju tal-katina tal-produzzjoni.

Tqegħid fis-suq

It-tqegħid fis-suq huwa ddefinit fl-Artikolu 3 il-punt (8) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 bħala ż-żamma ta’ ikel jew għalf għall-għanijiet ta’ bejgħ, inkluża l-offerta għall-bejgħ jew xi forma oħra ta’ trasferiment, sew jekk bi ħlas u sew jekk le, u l-bejgħ, it-tqassim, u forom oħra ta’ trasferiment innifsu.

RASFF

Is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) hija stabbilita mill-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 bħala sistema ta’ twissija rapida għan-notifika ta’ riskju dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem li jkun ġej mill-ikel jew mill-għalf, u tikkorrispondi għal network li jinvolvi lill-Istati Membri tal-Unjoni, il-Kummissjoni bħala membru u maniġer tas-sistema, l-EFSA. Din tinvolvi wkoll lill-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. It-tipi differenti ta’ notifiki huma ddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll miżuri ta’ implimentazzjoni għat-tħaddim effiċjenti tal-RASFF. In-notifiki tal-RASFF ikklassifikati bħala rifjut fil-fruntiera jikkonċernaw kunsinni ta’ ikel, għalf jew materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel, li d-dħul tagħhom fl-Unjoni jkun ġie rrifjutat minn awtorità kompetenti f’post fil-fruntiera fl-Unjoni minħabba riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent.

Riskju

Funzjoni tal-probabbiltà ta’ effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, fuq it-trattament xieraq tal-annimali jew fuq l-ambjent u tas-severità ta’ dak l-effett, b’konsegwenza ta’ periklu, kif definit fl-Artikolu 3(24) tar-Regolament (UE) 2017/625.

SPS

Sanitarji u fitosanitarji (SPS)

TRACES-NT

Is-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti Veterinarji (TRACES) hija l-pjattaforma ta’ ċertifikazzjoni sanitarja u fitosanitarja online multilingwi tal-Kummissjoni li tappoġġa l-importazzjoni ta’ annimali, prodotti tal-annimali, ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali u pjanti fl-Unjoni, u l-kummerċ intra-Unjoni u l-esportazzjonijiet tal-Unjoni ta’ annimali u ċerti prodotti tal-annimali. Ir-rilaxx il-ġdid tal-għodda msejħa TRACES New Technology (TRACES-NT) fih prattiki ta’ ċertifikazzjoni elettronika billi jippermetti kemm lill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni kif ukoll lil dawk ta’ pajjiżi terzi jittimbraw dokumenti u ċertifikati uffiċjali b’mod diġitali jew jiffirmaw deċiżjoni meħuda dwar kunsinna, u b’hekk, ma jibqax il-bżonn ta’ ċertifikazzjoni stampata.

WTO

L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tittratta r-regoli globali tal-kummerċ bejn in-nazzjonijiet. Il-funzjoni ewlenija tagħha hija li tiżgura li l-flussi kummerċjali jimxu kemm jista’ jkun mingħajr xkiel, b’mod prevedibbli u ħieles.

Skont id-WTO, il-Ftehim SPS jiddikjara li l-pajjiżi għandhom jinnotifikaw il-bidliet fil-miżuri SPS tagħhom. Il-miżuri SPS huma kwalunkwe miżura applikata (i) għall-protezzjoni tal-ħajja jew tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali minn riskji li jinħolqu minn addittivi, kontaminanti, tossini jew organiżmi li jikkawżaw mard fl-ikel, fix-xorb jew fl-għalf; (ii) għall-protezzjoni tal-ħajja jew tas-saħħa tal-bniedem minn riskji li jinħolqu minn mard li jinġarr minn annimali, pjanti jew prodotti tagħhom, jew mid-dħul, mill-istabbiliment jew mit-tixrid ta’ pesti; (iii) għall-protezzjoni tal-ħajja jew tas-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti minn riskji li jinħolqu mid-dħul, mill-istabbiliment jew mit-tixrid ta’ pesti, ta’ mard, ta’ organiżmi li jġorru l-mard jew ta’ organiżmi li jikkawżaw il-mard; jew (iv) biex tiġi evitata jew limitata ħsara oħra mid-dħul, mill-istabbiliment jew mit-tixrid ta’ pesti.

Il-ftehim jiddikjara li: Il-miżuri sanitarji jew fitosanitarji jinkludu l-liġijiet, id-digrieti, ir-regolamenti, ir-rekwiżiti u l-proċeduri kollha rilevanti inklużi, fost l-oħrajn, il-kriterji tal-prodott finali; il-proċessi u l-metodi tal-produzzjoni; il-proċeduri tal-ittestjar, tal-ispezzjoni, taċ-ċertifikazzjoni u tal-approvazzjoni; trattamenti ta’ kwarantina, inklużi r-rekwiżiti rilevanti assoċjati mat-trasport ta’ annimali jew pjanti, jew mal-materjali meħtieġa għas-sopravvivenza tagħhom matul it-trasport; id-dispożizzjonijiet dwar il-metodi statistiċi rilevanti, il-proċeduri ta’ kampjunar u l-metodi ta’ valutazzjoni tar-riskju; u r-rekwiżiti tal-imballaġġ u tat-tikkettar direttament relatati mas-sikurezza alimentari.”

Il-Ftehim SPS jirrikjedi li l-pajjiżi jinnotifikaw lid-WTO dwar regolamenti sanitarji u fitosanitarji ġodda proposti jew modifiki għar-regolamenti eżistenti kull meta: (i) standard, linja gwida jew rakkomandazzjoni internazzjonali ma tkunx teżisti, jew; (ii) il-kontenut ta’ regolament SPS propost ma jkunx sostanzjalment l-istess bħall-kontenut ta’ standard, linja gwida jew rakkomandazzjoni internazzjonali, u, fiż-żewġ każijiet, jekk; (iii) ir-regolament jista’ jkollu effett sinifikanti fuq il-kummerċ ta’ pajjiżi oħra.


(1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793 tat-22 ta’ Ottubru 2019 dwar iż-żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali u miżuri ta’ emerġenza li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi, u li jimplimenta r-Regolamenti (UE) 2017/625 u (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 29.10.2019, p. 89).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(5)  Kumitati PAFF (europa.eu)


11.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/8


Irtirar tan-notifika ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10560 — SIKA / MBCC GROUP)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 265/02)

Fi 7 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika (1) ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

Fi 4 ta’ Lulju 2022, il-parti notifikanti infurmat lill-Kummissjoni li hija rtirat in-notifika tagħha.


(1)  ĠU C 234, 17.06.2022, p. 5.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta' Lulju 2022

(2022/C 265/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0163

JPY

Yen Ġappuniż

138,05

DKK

Krona Daniża

7,4424

GBP

Lira Sterlina

0,84585

SEK

Krona Żvediża

10,6665

CHF

Frank Żvizzeru

0,9913

ISK

Krona Iżlandiża

139,50

NOK

Krona Norveġiża

10,2630

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,614

HUF

Forint Ungeriż

402,45

PLN

Zloty Pollakk

4,7630

RON

Leu Rumen

4,9431

TRY

Lira Turka

17,6026

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4871

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3201

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

7,9769

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6464

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4228

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 321,61

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,1922

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,8095

HRK

Kuna Kroata

7,5190

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 210,73

MYR

Ringgit Malażjan

4,4992

PHP

Peso Filippin

56,882

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,602

BRL

Real Brażiljan

5,4345

MXN

Peso Messikan

20,8477

INR

Rupi Indjan

80,5280


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

11.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/10


Ir-rapport speċjali 10/2022:

“Il-LEADER u l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jiffaċilitaw l-impenn lokali iżda l-benefiċċji addizzjonali għadhom ma jidhrux suffiċjentement”

(2022/C 265/04)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat ir-rapport speċjali 10/2022 tagħha: “Il-LEADER u l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jiffaċilitaw l-impenn lokali iżda l-benefiċċji addizzjonali għadhom ma jidhrux suffiċjentement”.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat direttament jew imniżżel minn fuq is-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=61355


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.10811 — INPEX / SC / SEML)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 265/05)

1.   

Fl-4 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

INPEX CORPORATION (“INPEX”, il-Ġappun),

Sumitomo Corporation (“SC”, il-Ġappun),

PT Supreme Energy Muara Laboh (“SEML”, l-Indoneżja).

INPEX u SC jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ SEML.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

INPEX hija kumpanija ta’ esplorazzjoni u produzzjoni li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Tokyo, il-Ġappun. Hija involuta fir-riċerka, l-esplorazzjoni, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ żejt, gass naturali, u riżorsi minerali oħra, u tinvesti wkoll f’kumpaniji attivi f’dawn l-oqsma.

SC hija kumpanija involuta fil-kummerċ, il-ġestjoni tan-negozju u l-iżvilupp ta’ proġetti, li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Tokyo, il-Ġappun. SC topera madwar id-dinja kollha u hija attiva f’diversi setturi, inklużi: (i) il-prodotti tal-metall; (ii) is-sistemi ta’ trasport u kostruzzjoni; (iii) il-proġetti ta’ infrastruttura; (iv) il-media u l-qasam diġitali; (v) il-proprjetà immobbli u r-residenzi; u (vi) ir-riżorsi minerali, l-enerġija, il-kimika u l-elettronika.

SEML hija s-sid u topera impjant tal-enerġija ġeotermali fil-Provinċja ta’ Sumatra tal-Punent fl-Indoneżja, u tbigħ l-elettriku prodott tagħha esklussivament lill-utilità tal-elettriku tal-Istat Indoneżjan.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10811 INPEX / SC / SEML

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


11.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.10656 — FLUTTER ENTERTAINMENT / SISAL)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 265/06)

1.   

Fl-4 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Flutter Entertainment plc (“Flutter”, l-Irlanda),

Sisal S.p.A. (“Sisal”, l-Italja).

Flutter se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Sisal kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Flutter: operatur dinji tal-imħatri sportivi, tal-gaming u tad-divertiment,

Sisal: operatur tal-imħatri, tal-gaming u tal-lotteriji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tkun speċifikata dejjem:

M.10656 — FLUTTER ENTERTAINMENT / SISAL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


11.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10756 — ACC / EVONIK / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 265/07)

1.   

Fil-5 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Evonik Operations GmbH (il-Ġermanja) u Evonik (China) Co. Ltd. (iċ-Ċina) (flimkien imsejħin “Evonik”), li huma finalment kkontrollati minn RAG-Stiftung (il-Ġermanja),

AVIC Composite Corporation Ltd. (“ACC”, iċ-Ċina), flimkien mal-affiljat Yu Hua Funding & Investment (Xiamen) Limited Partnership (“Yu Hua”, iċ-Ċina), it-tnejn li huma finalment ikkontrollati minn Aviation Industry Corporation of China (“AVIC”, iċ-Ċina),

ACC Evonik (Shanghai) Composite Materials Technology Co. Ltd. (il-“JV”, iċ-Ċina).

Evonik u ACC se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Evonik għandha l-kwartieri ġenerali tagħha l-Ġermanja u hija elenkata fil-Borża ta’ Frankfurt. Hija attiva fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi ta’ speċjalità, u tiffoka fuq prodotti fl-oqsma tal-addittivi ta’ speċjalità, in-nutrizzjoni u l-kura, il-materjali intelliġenti, il-materjali ta’ prestazzjoni, u t-teknoloġija u l-infrastruttura.

ACC hija sussidjarja akkwiżita totalment tal-AVIC, kumpanija ajruspazjali Ċiniża tal-Istat li primarjament tipproduċi u tikkummerċjalizza inġenji tal-ajru u parts tal-inġenji tal-ajru fiċ-Ċina.

Il-JV se tkun attiva fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ trabijiet ibbażati fuq ragħwa tal-polimetakrilimmidu (PMI) u polietere tal-keton tal-etere (PEEK), kif ukoll id-distribuzzjoni ta’ reżini bbażati fuq il-PEEK u komposti bbażati fuq il-PEEK lil klijenti li jinsabu ċ-Ċina, Hong Kong SAR, iċ-Ċina, u l-Macao SAR, iċ-Ċina.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ tkun koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha tiġi speċifikata:

M.10756 — ACC / EVONIK / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

11.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/16


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 265/08)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Rheinhessen

PDO-DE-A1274-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 20.4.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Deskrizzjoni tal-inbid/prodotti tad-dwieli u karatteristiċi analitiċi u/jew organolettiċi

Deskrizzjoni:

Emenda tal-qawwa alkoħolika naturali minima u l-piż minimu tal-most (li tmexxew mill-punt 5.1 għall-punt 3.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott) għal Qualitätswein (inbid ta’ kwalità) magħmul mill-varjetà tal-għeneb Dornfelder fi snin b’kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp. Valuri standard għall-Qualitätswein magħmul mill-varjetà Dornfelder: 8,8 % vol. tal-alkoħol/68 °Oechsle.

ŻIEDA:

“Fil-każ tal-varjetà tal-għeneb Dornfelder, il-qawwa alkoħolika naturali minima/il-piż minimu tal-most jistgħu jiġu stabbiliti għal 8,3 % vol. tal-alkoħol/65 °Oechsle fi snin b’kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp, skont deċiżjoni tal-bord tax-Schutzgemeinschaft Rheinhessen (l-Assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-inbid Rheinhessen). Dawn l-arranġamenti japplikaw biss għas-sena li għaliha tkun ittieħdet id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni tal-assoċjazzjoni għall-protezzjoni għandha titħabbar permezz ta’ mezz xieraq ta’ pubblikazzjoni.”

Il-prodotti differenti huma identifikati b’isimhom, b’informazzjoni dwar il-qawwa alkoħolika naturali minima tagħhom/il-piż minimu tal-most u deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi rispettivi tagħhom.

Raġunijiet:

L-għan tat-tnaqqis żgħir fil-qawwa alkoħolika minima/il-piż minimu tal-most fil-każ tal-varjetà Dornfelder huwa li jippermetti li l-ħsad isir aktar kmieni, u għalhekk jiġu minimizzati l-effetti negattivi ta’ organiżmi ġodda li jikkawżaw ħsara.

Fl-2014, pereżempju, id-Drosophila suzukii heddet il-varjetajiet tal-għeneb aħmar b’sajran bikri. L-ittardjar tal-ħsad minħabba l-piż minimu tal-most li kien applikabbli sal-lum joħloq ir-riskju li jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-kwalità u l-volum tal-għeneb maħsud f’dawn is-snin. Ingħata aktar dettall fid-deskrizzjonijiet tal-karatteristiċi organolettiċi sabiex jirrifletti aħjar il-prodotti differenti.

2.   Varjetajiet tal-għeneb tal-inbid

Deskrizzjoni:

Sal-lum, ġew elenkati l-varjetajiet tal-għeneb li ġejjin:

Inbid abjad:

“Albalonga, Arnsburger, Auxerrois, Bacchus, Bronner, Chardonnay, Ehrenbreitsteiner, Ehrenfelser, Faberrebe, Findling, Freisamer, Gelber Muskateller, Gewürztraminer, Grauer Burgunder, Grüner Silvaner, Grüner Veltliner, Helios, Hibernal, Hölder, Huxelrebe, Johanniter, Juwel, Kanzler, Kerner, Kernling, Mariensteiner, Merzling, Morio-Muskat, Müller-Thurgau, Muskat-Ottonel, Nobling, Optima, Orion, Ortega, Perle, Phoenix, Prinzipal, Regner, Reichensteiner, Rieslaner, Roter Gutedel, Roter Muskateller, Roter Traminer, Saphira, Sauvignon Blanc, Scheurebe, Schönburger, Septimer, Siegerrebe, Silcher, Sirius, Solaris, Staufer, Weißer Burgunder, Weißer Gutedel, Weißer Riesling, Würzer.”

Inbid aħmar u rożè:

“Acolon, Blauer Frühburgunder, Blauer Limberger, Blauer Portugieser, Blauer Silvaner, Blauer Spätburgunder, Blauer Trollinger, Blauer Zweigelt, Bolero, Cabernet Carbon, Cabernet

Cortis, Cabernet Cubin, Cabernet Dorio, Cabernet Dorsa, Cabernet Franc, Cabernet Mitos, Cabernet Sauvignon, Dekapo, Deckrot, Domina, Dornfelder, Dunkelfelder, Färbertraube, Früher roter Malvasier, Hegel, Heroldrebe, Merlot, Monarch, Müllerrebe, Muskat Hamburg, Neronet, Palas, Prior, Regent, Rondo, Rotberger, Rubinet, Saint-Laurent, Syrah.”

EMENDA:

Żdiedu l-varjetajiet li ġejjin:

Inbid abjad:

“Blauer Silvaner, Cabernet Blanc, Calardis Blanc, Felicia, Früher Malingre, Früher Roter Malvasier, Goldmuskateller, Goldriesling, Muscaris, Osteiner, Rosa Chardonnay, Roter Elbling, Roter Müller-Thurgau, Roter Riesling, Ruländer, Sauvignon Cita, Sauvignon Gryn, Sauvignon Sary, Sauvitage, Souvignier gris, Trebbiano di Soave, Villaris, Weißer Ebling.”

Inbid aħmar u rożè:

“Accent, Allegro, Baron, Blauburger, Cabernet Cantor, Cabernet Carol, Cabertin, Calandro, Helfensteiner, Muskattrollinger, Pinotin, Piroso, Reberger, Rosenmuskateller, Spätburgunder, Tauberschwarz, Wildmuskat.”

Il-varjetajiet li ġejjin tneħħew:

Inbid abjad:

“Mariensteiner”

Inbid aħmar u rożè:

“Muskat Hamburg”

“Blauer Silvaner” (il-lista l-ħażina)

“Früher Roter Malvasier” (il-lista l-ħażina)

Żdiedu s-sinonimi għall-varjetajiet tal-għeneb.

Raġunijiet:

Il-lista tal-varjetajiet tal-għeneb ġiet issupplimentata peress li ma kinitx kompluta u għandha tinkludi l-varjetajiet kollha kklassifikati sal-lum. Il-varjetà Mariensteiner tneħħiet, peress li ma hijiex varjetà awtorizzata la fuq il-lista tal-Uffiċċju Federali tal-Varjetajiet tal-Pjanti u lanqas skont ir-Regolament tal-Istat Federali. Il-Muskat Hamburg huwa għeneb tal-mejda u għalhekk ma huwiex permess. Il-Blauer Silvaner u l-Früher Roter Malvasier tneħħew mil-lista tal-varjetajiet ħomor u rożè, peress li jintużaw għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod.

3.   Rekwiżiti applikabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-UE jew dik nazzjonali

Deskrizzjoni:

Ir-rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar huma stipulati fil-punt 9 (li se jsir il-punt 10) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Unitajiet ġeografiċi iżgħar:

ŻIEDA:

“Barra minn hekk, ir-reġistru tal-vinji jipprovdi l-lista tal-ismijiet ta’ żoni, vinji fuq skala kbira u individwali, u sistemi ta’ għelieqi miftuħa li jistgħu jintużaw bħala unitajiet ġeografiċi iżgħar. Dan jindika l-konfini tas-siti u ż-żoni f’termini ta’ referenzi katastali (unità katastali, sottounità katastali, sistema ta’ għalqa miftuħa, sottounità katastali, sistema ta’ għalqa miftuħa, roqgħa [sic]). Huwa ġestit mill-Kamra tal-Agrikoltura tar-Rheinland-Pfalz. Ir-reġistru tad-dwieli huwa stabbiliti u miżmum abbażi ta’:

it-Taqsima 23(3) u (4) tal-Att Federali dwar l-Inbid (Weingesetz);

it-Taqsima 29 tar-Regolament Federali dwar l-Inbid (Weinverordnung);

l-Att tar-Rheinland-Pfalz dwar id-deżinjazzjoni ta’ siti u żoni u r-reġistru tal-vinji (l-Att dwar il-Vinji) (Landesgesetz über die Festsetzung von Lagen und Bereichen und über die Weinbergsrolle (Weinlagengesetz));

it-Taqsima 2(16) tar-Regolament tar-Rheinland-Pfalz dwar ir-responsabbiltajiet fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar l-inbid (Landesverordnung über Zuständigkeiten auf dem Gebiet des Weinrechts).

Il-konfini ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar jistgħu jinbidlu biss bil-qbil tal-organizzazzjoni kompetenti skont it-Taqsima 22g tal-Att Federali dwar l-Inbid, li trid tinnotifika kwalunkwe tibdil lill-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura u l-Ikel (BLE).”

Raġunijiet:

Id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar għandhom jiġu ssupplimentati biex ikopru unitajiet ġeografiċi iżgħar, sabiex jiġu allinjati mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

4.   Awtoritajiet ta’ kontroll

Deskrizzjoni:

Żieda mal-punt 10 (li se jsir il-punt 11) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, rigward l-awtoritajiet ta’ kontroll nominati u l-kompiti tagħhom

ŻIEDA:

Il-Kamra tal-Agrikoltura hija assistita fil-verifiki tagħha minn:

Landesuntersuchungsamt Rheinland-Pfalz (L-Uffiċċju tal-Ittestjar tar-Rheinland-Pfalz)

Mainzer Str. 112

56068 Koblenz

Telefown: 0261/9149-0

Faks 0261/914919-0

Email: poststelle@lua.rlp.de

Raġunijiet:

L-Uffiċċju tal-Ittestjar għandu jiżdied bħala awtorità ta’ kontroll, peress li jwettaq verifiki f’din iż-żona.

5.   Oħrajn

Deskrizzjoni:

Bidliet editorjali f’konformità mar-rekwiżiti tal-UE

Raġunijiet:

Kellhom isiru bidliet editorjali għall-konformità mar-rekwiżiti tal-UE.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Rheinhessen

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

8.

Inbid semispumanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Minbarra l-inbejjed bojod, l-inbejjed rożè u ħomor tradizzjonalment ukoll jiġu prodotti f’Rheinhessen, fejn it-tipi differenti ta’ ħamrija residwa jagħtu proprjetajiet karatteristiċi lill-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ikkultivati. Ħafna mill-inbejjed huma nbejjed magħmulin minn varjetà waħda, li jirriflettu l-karatteristiċi tal-varjetajiet ta’ għeneb differenti li huma magħmula minnhom.

Inbejjed bojod

Dawn l-inbejjed ġeneralment ikunu ta’ kulur minn isfar ċar għal isfar lewn it-tiben, ħafna drabi bi sfumaturi ħodor. Il-proċess ġentili tal-produzzjoni tal-inbid ifisser li jkollhom aromi primarji ta’ frott isfar u tropikali, kultant ukoll b’noti tal-fjuri tan-noċemuskata, u ħlewwa u aċidità bilanċjati sew. Iħallu impressjoni ċara u friska fuq is-sensi.

L-inbejjed Riesling jirriflettu d-differenzi bejn it-terroirs diversi tar-Rheinhessen b’mod partikolarment tajjeb. Ġeneralment ikunu kkaratterizzati minn aċidità notevoli u jgħaqqdu l-mineralità ma’ frott eleganti.

B’mod partikolari, l-inbejjed imqaddma fil-btieti tal-ballut jew fil-krietel spiss ikunu mmarkati minn fermentazzjoni malolattika u jippreżentaw aromi fini mixwija.

L-inbejjed magħmulin minn taħlitiet ta’ varjetajiet ta’ għeneb spiss ikunu ħelwin mezzana minħabba z-zokkor residwu. Taħlitiet li fihom mill-inqas 70 % tal-għeneb huma tal-varjetajiet Riesling, Silvaner, Müller-Thurgau jew Kerner, u għalhekk li t-togħma tagħhom hija ddominata minn dawk il-varjetajiet, biss jistgħu jkollhom id-denominazzjoni “Liebfrau(en)milch”.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Rheinhessen prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), aħmar

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Minbarra l-inbejjed bojod, l-inbejjed rożè u ħomor tradizzjonalment ukoll jiġu prodotti f’Rheinhessen, fejn it-tipi differenti ta’ ħamrija residwa jagħtu proprjetajiet karatteristiċi lill-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ikkultivati.

Inbejjed ħomor

Dawn l-inbejjed huma prodotti bħala nbejjed magħmulin minn varjetà waħda u mħallta. Huma ta’ kulur minn aħmar sa aħmar skur, ħafna drabi bi sfumaturi blu u vjola, u huma kkaratterizzati minn aromi ta’ frott aħmar u frott artab. L-inbejjed ta’ palat medju għandhom aċidità ratba u struttura tannika diskreta, bi grad għoli ta’ togħma ta’ frott.

Minbarra aromi kkonċentrati ta’ frott aħmar, l-inbejjed robusti jistgħu wkoll jippreżentaw aromi pikkanti u affumikati.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Rheinhessen prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), rożè, Weißherbst, Blanc de Noir

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Minbarra l-inbejjed bojod, tradizzjonalment jiġu prodotti wkoll inbejjed rożè u ħomor fir-Rheinhessen.

Inbejjed rożè, Weißherbst u Blanc de Noir

Dawn l-inbejjed huma ta’ kulur minn aħmar ċar sa aħmar jgħajjat jew, fil-każ tal-inbejjed Blanc de Noir, il-kulur tal-inbid abjad. Huma magħsura esklussivament minn għeneb aħmar. Normalment ikunu ta’ palat medju b’aromi sottili ta’ frott aħmar u frott artab u aċidità friska u vivaċi.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Rheinhessen prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.   Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), Rotling

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Minbarra l-inbejjed bojod, l-inbejjed rożè u ħomor tradizzjonalment ukoll jiġu prodotti f’Rheinhessen, fejn it-tipi differenti ta’ ħamrija residwa jagħtu proprjetajiet karatteristiċi lill-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ikkultivati.

Inbejjed Rotling

Dawn l-inbejjed huma ta’ kulur minn aħmar ċar sa aħmar jgħajjat, u huma magħmula mit-taħlit tal-għeneb abjad u aħmar jew il-most. Normalment ikunu ta’ palat medju u jgħaqqdu l-aromi tal-frott isfar u aħmar.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Rheinhessen prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prädikatswein Kabinett (inbid bl-attribut speċjali Kabinett)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Minbarra l-inbejjed bojod, l-inbejjed rożè u ħomor tradizzjonalment ukoll jiġu prodotti f’Rheinhessen, fejn it-tipi differenti ta’ ħamrija residwa jagħtu proprjetajiet karatteristiċi lill-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ikkultivati.

Prädikatswein Kabinett (inbid bl-attribut speċjali Kabinett)

Dawn huma nbejjed fini u vivaċi li ġeneralment ikollhom kontenut moderat ta’ alkoħol, aċidità friska, u vinożità pronunzjata.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Rheinhessen prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

6.   Prädikatswein Spätlese (inbid bl-attribut speċjali Spätlese)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Minbarra l-inbejjed bojod, l-inbejjed rożè u ħomor tradizzjonalment ukoll jiġu prodotti f’Rheinhessen, fejn it-tipi differenti ta’ ħamrija residwa jagħtu proprjetajiet karatteristiċi lill-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ikkultivati.

Prädikatswein Spätlese (inbid bl-attribut speċjali Spätlese)

L-użu ta’ għeneb kompletament misjur jipproduċi nbejjed li huma rikki b’mod armonjuż u għandhom karattru intensiv u qawwi li jinkorpora l-frott isfar, spiss bi ħlewwa pronunzjata ta’ frott. Normalment ikunu ta’ kulur isfar lewn it-tiben, li spiss ixaqleb lejn kulur dehbi.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Rheinhessen prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

7.   Prädikatswein Auslese (inbid bl-attribut speċjali Auslese)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Minbarra l-inbejjed bojod, l-inbejjed rożè u ħomor tradizzjonalment ukoll jiġu prodotti f’Rheinhessen, fejn it-tipi differenti ta’ ħamrija residwa jagħtu proprjetajiet karatteristiċi lill-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ikkultivati.

Prädikatswein Auslese (inbid bl-attribut speċjali Auslese)

Dawn l-inbejjed normalment ikunu ta’ kulur isfar dehbi, minħabba l-użu ta’ għeneb li jkun minn kompletament misjur sa misjur iżżejjed iżda xorta waħda f’saħħtu. Għandhom togħma qawwija ta’ frott isfar u tropikali u jista’ anke jkollhom aromi ta’ frott imqadded, li jsiru aktar qawwija bit-tqaddim. B’mod partikolari fil-każ tal-inbejjed Riesling, il-kontenut taz-zokkor residwu ġeneralment għoli huwa akkumpanjat minn aċidità li tintiegħem b’mod ċar.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Rheinhessen prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

8.   Prädikatswein Beerenauslese (inbid bl-attribut speċjali Beerenauslese)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Minbarra l-inbejjed bojod, l-inbejjed rożè u ħomor tradizzjonalment ukoll jiġu prodotti f’Rheinhessen, fejn it-tipi differenti ta’ ħamrija residwa jagħtu proprjetajiet karatteristiċi lill-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ikkultivati.

Prädikatswein Beerenauslese (inbid bl-attribut speċjali Beerenauslese)

Dawn l-inbejjed huma magħmulin minn għeneb misjur iżżejjed, imnixxef jew botritizzat u ġeneralment ikollhom kulur dehbi qawwi, li jista’ jsir ambra bit-tqaddim. It-togħma tagħhom ġeneralment tkun ikkaratterizzata minn ħlewwa robusta u kontenut ta’ alkoħol minn baxx sa moderat. Aromi konċentrati ta’ żbib, frott imqadded u għasel huma komuni, kif ukoll noti pikkanti.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Rheinhessen prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

9.   Prädikatswein Eiswein (inbid bl-attribut speċjali Eiswein)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Minbarra l-inbejjed bojod, l-inbejjed rożè u ħomor tradizzjonalment ukoll jiġu prodotti f’Rheinhessen, fejn it-tipi differenti ta’ ħamrija residwa jagħtu proprjetajiet karatteristiċi lill-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ikkultivati.

Prädikatswein Eiswein (inbid bl-attribut speċjali Eiswein)

Dawn l-inbejjed huma magħmula minn għeneb misjur fil-biċċa l-kbira f’saħħtu, li jiġi ffriżat fil-mument tal-ħsad u tal-għasir minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp. Dan jagħtihom qawwa alkoħolika naturali għolja ħafna mingħajr l-influwenza tat-taħsir nobbli, peress li l-ingredjenti tal-għeneb huma kkonċentrati ħafna. Għaldaqstant, l-inbejjed ġeneralment ikunu ta’ kulur isfar lewn it-tiben, bi grad għoli ta’ ħlewwa tal-frott u aċidità konċentrata.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Rheinhessen prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

10.   Prädikatswein Trockenbeerenauslese (inbid bl-attribut speċjali Trockenbeerenauslese)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Minbarra l-inbejjed bojod, l-inbejjed rożè u ħomor tradizzjonalment ukoll jiġu prodotti f’Rheinhessen, fejn it-tipi differenti ta’ ħamrija residwa jagħtu proprjetajiet karatteristiċi lill-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ikkultivati.

Prädikatswein Trockenbeerenauslese (inbid bl-attribut speċjali Trockenbeerenauslese)

Dawn l-inbejjed huma magħmulin minn għeneb misjur iżżejjed, imnixxef jew botritizzat u ġeneralment ikollhom kulur dehbi qawwi, li jista’ jsir ambra bit-tqaddim. It-togħma tagħhom ġeneralment tkun ikkaratterizzata minn ħlewwa robusta u kontenut ta’ alkoħol minn baxx sa moderat. Aromi konċentrati ta’ żbib, frott imqadded u għasel huma komuni, kif ukoll noti pikkanti. L-inbejjed Trockenbeerenauslese huma differenti minn dawk Beerenauslese għaliex għandhom konċentrazzjoni ogħla u l-aromi tagħhom huma influwenzati aktar mit-taħsir nobbli.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Rheinhessen prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

11.   Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Minbarra l-inbejjed bojod, tradizzjonalment jiġu prodotti wkoll inbejjed rożè u ħomor fir-Rheinhessen. Il-prodotti li għandhom id-DOP Rheinhessen jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-Qualitätsperlwein b.A. (inbid semispumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti) u tal-Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità).

Fir-Rheinhessen, it-tipi differenti ta’ ħamrija residwa jagħtu proprjetajiet karatteristiċi lill-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ikkultivati.

Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità)

L-inbejjed spumanti ġeneralment isiru minn inbejjed magħmulin minn varjetà waħda. It-togħma tagħhom hija kkaratterizzata mill-varjetà użata u għandhom dehra delikatament spumanti.

L-inbejjed spumanti indikati bħala Cremant spiss ikollhom struttura kremuża, ratba b’korporatura eleganti u bżieżaq fini ħafna.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Rheinhessen prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

12.   Inbid semispumanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Minbarra l-inbejjed bojod, tradizzjonalment jiġu prodotti wkoll inbejjed rożè u ħomor fir-Rheinhessen. Il-prodotti li għandhom id-DOP Rheinhessen jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-Qualitätsperlwein b.A. (inbid semispumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti) u tal-Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità).

Fir-Rheinhessen, it-tipi differenti ta’ ħamrija residwa jagħtu proprjetajiet karatteristiċi lill-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ikkultivati.

Inbid semispumanti

L-inbejjed semispumanti huma vivaċi, friski u għandhom togħma ta’ frott. Normalment isiru minn varjetajiet aromatiċi, li jikkaratterizzaw it-togħma tagħhom.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Rheinhessen prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.

Il-prodotti kollha

Prattika enoloġika speċifika

Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

2.

Il-prodotti kollha

Restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed

Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

3.

Il-prodotti kollha

Prattiki tal-kultivazzjoni

Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

105 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tad-DOP tikkonsisti mill-vinja fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Albig, Alsheim, Alzey, Appenheim, Armsheim, Aspisheim, Badenheim, Bechenheim, Bechtheim, Bechtolsheim, Bermersheim (Alzey-Worms), Bermersheim vor der Höhe, Biebelnheim, Biebelsheim, Bingen am Rhein 1, Bodenheim, Bornheim (Alzey-Worms), Bubenheim (Mainz-Bingen), Budenheim, Dalheim, Dexheim, Dienheim, Dintesheim, Dittelsheim-Heßloch, Dolgesheim, Dorn-Dürkheim, Eckelsheim, Eich, Eimsheim, Engelstadt, Ensheim, Eppelsheim, Erbes-Büdesheim, Esselborn, Essenheim,Flörsheim-Dalsheim, Flonheim, Flomborn, Framersheim, Frei-Laubersheim, Freimersheim (Alzey-Worms), Frettenheim, Friesenheim, Fürfeld, Gabsheim, Gau-Algesheim, Gau-Bickelheim, Gau-Bischofsheim, Gau-Heppenheim, Gau-Odernheim, Gau-Weinheim, Gensingen, Gimbsheim, Grolsheim, Gumbsheim, Gundersheim, Gundheim, Guntersblum, Hackenheim, Hahnheim, Hangen-Weisheim, Harxheim, Heidesheim am Rhein, Hillesheim (Mainz-Bingen), Hochborn, Hohen-Sülzen, Horrweiler, Ingelheim am Rhein, Jugenheim in Rheinhessen, Kettenheim, Klein-Winternheim, Köngernheim, Lörzweiler, Lonsheim, Ludwigshöhe, Mainz, Mauchenheim, Mettenheim, Mölsheim, Mörstadt, Mommenheim, Monsheim, Monzernheim, Nack, Nackenheim, Neu-Bamberg, Nieder-Hilbersheim, Nieder-Olm, Nieder-Wiesen, Nierstein, Ober-Flörsheim, Ober-Hilbersheim, Ober-Olm, Ockenheim, Offenheim, Offstein, Oppenheim, Osthofen, Partenheim, Pfaffen-Schwabenheim, Pleitersheim, Sankt Johann (Mainz-Bingen), Saulheim, Schornsheim, Schwabenheim an der Selz, Selzen, Siefersheim, Sörgenloch, Spiesheim, Sprendlingen, Stadecken-Elsheim, Stein-Bockenheim, Sulzheim, Tiefenthal (Bad Kreuznach), Udenheim, Uelversheim, Undenheim, Vendersheim, Volxheim, Wachenheim, Wackernheim, Wahlheim, Wallertheim, Weinolsheim, Welgesheim, Wendelsheim, Westhofen, Wintersheim, Wöllstein, Wörrstadt, Wolfsheim, Wonsheim, Worms, Zornheim, Zotzenheim.

Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali), Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti) jew Qualitätsperlwein (inbid semispumanti ta’ kwalità) bl-isem protett Rheinhessen iridu jiġu prodotti fiż-żona tat-tkabbir, f’żona oħra tat-tkabbir fir-Rheinland-Pfalz jew f’żona tat-tkabbir fi stat federali ġar.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Accent

Acolon

Albalonga

Allegro

Arnsburger

Auxerrois – Auxerrois blanc, Pinot Auxerrois

Bacchus

Baron

Blauburger

Blauer Frühburgunder – Frühburgunder, Pinot Noir Precoce, Pinot Madeleine, Madeleine Noir

Blauer Limberger – Limberger, Lemberger, Blaufränkisch

Blauer Portugieser – Portugieser

Blauer Silvaner

Blauer Spätburgunder – Spätburgunder, Pinot Nero, Pinot Noir, Samtrot

Blauer Trollinger – Trollinger, Vernatsch

Blauer Zweigelt – Zweigelt, Zweigeltrebe, Rotburger

Bolero

Bronner

Cabernet Blanc

Cabernet Carbon

Cabernet Carol

Cabernet Cortis

Cabernet Cubin – Cubin

Cabernet Dorio – Dorio

Cabernet Dorsa – Dorsa

Cabernet Franc

Cabernet Mitos – Mitos

Cabernet Sauvignon

Cabertin

Calandro

Chardonnay

Chardonnay Rosé

Dakapo

Deckrot

Domina

Dornfelder

Dunkelfelder

Ehrenbreitsteiner

Ehrenfelser

Faberrebe – Faber

Findling

Freisamer

Früher Malingre – Malinger

Früher Roter Malvasier – Malvoisie, Malvasier, Früher Malvasier

Färbertraube

Gelber Muskateller – Muskateller, Muscat Blanc, Muscat, Moscato

Goldriesling

Grüner Silvaner – Silvaner, Sylvaner

Grüner Veltliner – Veltliner

Hegel

Helfensteiner

Helios

Heroldrebe

Hibernal

Huxelrebe – Huxel

Hölder

Johanniter

Juwel

Kanzler

Kerner

Kernling

Merlot

Merzling

Monarch

Morio Muskat

Muscaris

Muskat Ottonel

Muskat Trollinger

Müller Thurgau – Rivaner

Müllerrebe – Schwarzriesling, Pinot Meunier

Neronet

Nobling

Optima 113 – Optima

Orion

Ortega

Osteiner

Palas

Perle

Phoenix – Phönix

Pinotin

Piroso

Prinzipal

Prior

Reberger

Regent

Regner

Reichensteiner

Rieslaner

Rondo

Rotberger

Roter Elbling – Elbling Rouge

Roter Gutedel – Chasselas Rouge

Roter Muskateller

Roter Riesling

Roter Traminer – Traminer, Gewürztraminer, Clevner

Rubinet

Ruländer – Pinot Gris, Pinot Grigio, Grauburgunder, Grauer Burgunder

Saint Laurent – St. Laurent, Sankt Laurent

Saphira

Sauvignon Blanc

Sauvignon Cita

Sauvignon Gris

Sauvignon Gryn

Sauvignon Sary

Scheurebe

Schönburger

Septimer

Siegerrebe – Sieger

Silcher

Sirius

Solaris

Souvignier Gris

Staufer

Syrah – Shiraz

Tauberschwarz

Villaris

Weißer Burgunder – Pinot Blanc, Pinot Bianco, Weißburgunder

Weißer Elbling – Elbling

Weißer Gutedel – Chasselas, Chasselas Blanc, Fendant Blanc, Gutedel

Weißer Riesling – Riesling, Riesling renano, Rheinriesling, Klingelberger

Wildmuskat

Würzer

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Ir-reġjun tal-vitikultura tar-Rheinhessen jikkoinċidi kważi eżatt maż-żona li tikkonsisti fir-Rheinhessische Tafel- und Hügelland (il-qortin u l-artijiet għolja ta’ Rheinhessische-Hessian) u l-Baċir ta’ Mainz. Il-pajsaġġ tiegħu huwa karatterizzat minn qraten tal-ġebla tal-ġir reżistenti li fihom hemm minquxa xquq wesgħin b’għoljiet ġentili u artijiet baxxi. L-ogħla żoni tal-qraten huma bejn 250 u 300 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar, filwaqt li l-artijiet baxxi huma bejn 100 u 150 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Il-vitikultura hija kkonċentrata fuq l-għoljiet, għalkemm il-gradjent medju huwa biss ta’ madwar 7 %. Il-vitikultura fuq inklinazzjoni wieqfa tinstab b’mod partikolari fiż-żona ta’ madwar Nierstein u f’Bingen. Bħala medja, id-dwieli jikbru f’altitudni ta’ 175 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Ħafna mill-vinji jħarsu lejn ix-Xlokk u l-Lbiċ.

Ir-reġjun tal-vitikultura tar-Rheinhessen jikkonsisti prinċipalment f’sedimenti Terzjarji u Kwaternarji fuq bażi ta’ blat tar-Rotliegend. Dak il-blat tar-Rotliegend jidher fuq il-wiċċ tad-dinja biss fil-Lbiċ estrem taż-żona u qrib Nierstein (in-Niersteiner Horst). Il-biċċa l-kbira taż-żona tinsab fuq blat Terzjarju li fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa miksi minn sedimenti Kwaternarji (derivattivi tal-loess, terrazzi tax-xmajjar, sedimenti tal-kanali tal-ilma, sedimenti tal-inklinazzjoni). Iż-żoni tal-qraten fir-Rheinhessen jikkonsistu minn ġebel tal-ġir Terzjarju, filwaqt li ż-żoni tal-inklinazzjoni, tal-għoljiet u tal-artijiet baxxi jikkonsistu f’tipi ta’ lom Terzjarji aktar rotob. Il-ġebel tal-ġir taż-żoni tal-qortin normalment ikunu miksija bil-loess, il-ġir u l-lom tal-inklinazzjonijiet spiss ikunu moħbija minn sedimenti tal-loess jew tal-inklinazzjonijiet, u l-lom taż-żoni tal-artijiet baxxi huma mgħottija minn kanal tal-ilma, terrazzin jew sedimenti ridistribwiti. Fil-parti tal-Majjistral taż-żona tal-vitikultura tar-Rheinhessen qrib Bingen jinsabu kwarziti u lavanja Devonjani. Fir-rigward tal-formazzjoni tal-ħamrija, il-loess u d-derivattivi tal-loess jikkostitwixxu s-sottostrat prinċipali. Il-klima taż-żona tal-vitikultura tar-Rheinhessen hija kif ġej. It-temperatura medja annwali hija ta’ madwar 9,9 °C. It-temperatura medja matul l-istaġun tat-tkabbir hija ta’ 14,6 °C. Iż-żoni b’temperaturi annwali medji aktar baxxi jinsabu fil-Lbiċ taż-żona tat-tkabbir, fuq il-fruntiera mal-Baċir ta’ Saar-Nahe. It-temperaturi ta’ livell medju jkunu fuq ir-Rheinhessische Tafel- und Hügelland, filwaqt li l-ogħla temperaturi medji annwali jintlaħqu lejn in-naħa tal-Pjanura tar-Renu ta’ Fuq. Iż-żona tesperjenza medja ta’ (madwar) 500 mm xita kull sena, li 65 % (355 mm) minnhom ġeneralment ikunu matul l-istaġun tat-tkabbir. Bħala medja, id-dwieli jirċievu fir-Rheinhessen jirċievu madwar 650 000 Wh/m2 ta’ xemx diretta matul l-istaġun tat-tkabbir.

Il-vitikulturi jaħsdu rqajja’ kbar u konnessi, li jfisser li l-mekkanizzazzjoni taħdem tajjeb u ż-żoni jistgħu jiġu kkultivati b’mod kosteffettiv. Huma jemmnu li l-firxa ta’ varjetajiet ta’ dwieli u l-potenzjal għat-tkabbir tagħhom huma importanti ħafna, kif magħmul possibbli mid-diversi profili ta’ ħamrija. Dan jirriżulta f’firxa wiesgħa ta’ togħmier għall-konsumatur. Is-settur tal-inbid kiseb momentum partikolari fl-aħħar 20 sena. L-għadd dejjem jikber ta’ prodotturi żgħażagħ mill-aqwa huwa prova ta’ dan il-momentum. Il-fattur uman huwa bbażat fuq tradizzjoni ta’ vitikultura li tmur lura sekli sħaħ.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed iridu jgħaddu minn spezzjoni uffiċjali sabiex jiġu ttikkettati bit-termini tradizzjonali Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali), Qualitätsperlwein b.A. (inbid semispumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti). In-numru tal-ispezzjoni maħruġ f’dan il-kuntest (amtliche Prüfungsnummer) irid jiġi indikat fuq it-tikketta. Dan jieħu post in-numru tal-lott.

Minbarra l-isem tal-inbid protett eżistenti, l-inbid u l-prodotti tal-inbid iridu jkunu ttikkettati b’wieħed mit-termini tradizzjonali elenkati fil-punt 5(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-użu tat-termini tradizzjonali elenkati fil-punt 5(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa fakultattiv.

Barra minn hekk, ir-reġistru tal-vinji jipprovdi l-lista tal-ismijiet ta’ żoni, vinji fuq skala kbira u individwali, u sistemi ta’ għelieqi miftuħa li jistgħu jintużaw bħala unitajiet ġeografiċi iżgħar.

Dan jindika l-konfini tas-siti u ż-żoni f’termini ta’ referenzi katastali (unità katastali, sottounità katastali, sistema ta’ għalqa miftuħa, roqgħa). Huwa ġestit mill-Kamra tal-Agrikoltura tar-Rheinland-Pfalz.

Ir-reġistru tad-dwieli huwa stabbiliti u miżmum abbażi ta’:

it-Taqsima 23(3) u (4) tal-Att Federali dwar l-Inbid (Weingesetz);

it-Taqsima 29 tar-Regolament Federali dwar l-Inbid (Weinverordnung);

l-Att tar-Rheinland-Pfalz dwar id-deżinjazzjoni ta’ siti u żoni u r-reġistru tal-vinji (l-Att dwar il-Vinji) (Landesgesetz über die Festsetzung von Lagen und Bereichen und über die Weinbergsrolle (Weinlagengesetz));

it-Taqsima 2(16) tar-Regolament tar-Rheinland-Pfalz dwar ir-responsabbiltajiet fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar l-inbid (Landesverordnung über Zuständigkeiten auf dem Gebiet des Weinrechts).

Il-konfini ta unitajiet ġeografiċi iżgħar jistgħu jinbidlu biss bil-qbil tal-organizzazzjonijiet kompetenti skont it-Taqsima 22g tal-Att Federali dwar l-Inbid, li jeħtiġilhom jinnotifikaw kwalunkwe tibdil lill-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura u l-Ikel (BLE).

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.