ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 263

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
8 ta' Lulju 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 263/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10739 — FORD OTOSAN / FORD ROMANIA) ( 1 )

1

2022/C 263/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10720 — IVANHOE CAMBRIDGE / MUBADALA / DUTCH RESIDENTIAL INVESTMENTS IV) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 263/03

Rata tal-kambju tal-euro — Is-7 ta' Lulju 2022

3

 

Il–Kunsill

2022/C 263/04

Lista ta’ ħatriet li saru mill-Kunsill — Jannar — Ġunju 2022 (qasam soċjali)

4

2022/C 263/05

Lista ta’ atti tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 26(1), l-Artikolu 42 u l-Artikoli 43 sa 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li għandhom jiġu applikati għad-Danimarka mill-1 ta' Lulju 2022

11


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 263/06

Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 li jimponi miżuri fuq ċerti tajers pnewmatiċi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara s-sentenza tal-4 ta’ Mejju 2022 fil-kawżi magħquda T-30/19 u T-72/19

15

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 263/07

Avviż dwar talba li tikkonċerna l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba mressqa minn Entità Kontraenti

21

2022/C 263/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10787 — SONY / HONDA / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

22

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 263/09

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

24

2022/C 263/10

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

32

2022/C 263/11

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

41


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10739 — FORD OTOSAN / FORD ROMANIA)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 263/01)

Fit-21 ta' Ġunju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10739. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10720 — IVANHOE CAMBRIDGE / MUBADALA / DUTCH RESIDENTIAL INVESTMENTS IV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 263/02)

Fit 29 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10720. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta' Lulju 2022

(2022/C 263/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0180

JPY

Yen Ġappuniż

138,11

DKK

Krona Daniża

7,4405

GBP

Lira Sterlina

0,85105

SEK

Krona Żvediża

10,7230

CHF

Frank Żvizzeru

0,9906

ISK

Krona Iżlandiża

139,30

NOK

Krona Norveġiża

10,2910

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,779

HUF

Forint Ungeriż

410,04

PLN

Zloty Pollakk

4,7721

RON

Leu Rumen

4,9448

TRY

Lira Turka

17,5551

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4883

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3227

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

7,9893

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6461

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4255

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 324,66

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,0372

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,8230

HRK

Kuna Kroata

7,5193

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 265,27

MYR

Ringgit Malażjan

4,5077

PHP

Peso Filippin

56,939

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,740

BRL

Real Brażiljan

5,4983

MXN

Peso Messikan

20,9675

INR

Rupi Indjan

80,6000


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il–Kunsill

8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/4


Lista ta’ ħatriet li saru mill-Kunsill

Jannar — Ġunju 2022 (qasam soċjali)

(2022/C 263/04)

Kumitat

Tmiem tal-mandat

Pubblikazzjoni fil-ĠU

Persuna sostitwita

Riżenja

Membru/ supplenti

Kategorija

Pajjiż

Persuna maħtura

Affiljazzjoni

Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2022

ĠU C 100, 15.3.2019

Is-Sa Sonja KÖNIG

Riżenja

Membru

Trade unions

Ġermanja

Is-Sur Sebastian SCHNEIDER

DGB

25.1.2022

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2022

ĠU C 100, 15.3.2019

Is-Sa Ingrid REIFINGER

Riżenja

Membru

Trade unions

Awstrija

Is-Sa Charlotte REIFF

Österreichischer Gewerkschaftsbund

21.2.2022

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2025

ĠU C 92, 25.2.2022

Is-Sur Raymond HORPER

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Lussemburgu

Is-Sur Thierry GRIMEE

Service de santé au travail de l’industrie asbl

4.4.2022

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2025

ĠU C 92, 25.2.2022

Is-Sur Thierry GRIMEE

Riżenja

Supplenti

Min iħaddem

Lussemburgu

Is-Sur Raymond HORPER

Fédération des Artisans

4.4.2022

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2025

ĠU C 92, 25.2.2022

Is-Sur Anastassios YIANNAKI

Riżenja

Supplenti

Gvern

Ċipru

Is-Sur Chrysanthos SAVVIDES

Ministeru għax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali

2.6.2022


Kumitat

Tmiem tal-mandat

Pubblikazzjoni fil-ĠU

Persuna sostitwita

Riżenja

Membru/ supplenti

Kategorija

Pajjiż

Persuna maħtura

Affiljazzjoni

Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2022

ĠU C 315 I 23.9.2020

Is-Sa Margit KREUZHUBER

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Awstrija

Is-Sur Maximilian BUCHLEITNER

Wirtschaftskammer Österreich

25.1.2022

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2022

ĠU C 315 I 23.9.2020

Is-Sur Mattias GÖTHBERG

Riżenja

Membru

Gvern

Żvezja

Is-Sur Mats LILIEQUIST

Ministeru għall-Impjiegi

16.5.2022

Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

19.10.2025

ĠU C 315 I 23.9.2020

Is-Sa Blaženka KAMENJAŠEVIĆ

Riżenja

Membru

Gvern

Kroazja

Is-Sur Tihomil JURICA BADER

Ministeru għax-Xogħol, is-Sistema tal-Pensjonijiet, il-Familja u l-Politika Soċjali

21.2.2022

Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

19.10.2025

ĠU C 315 I 23.9.2020

Is-Sur Tihomil JURICA BADER

Riżenja

Supplenti

Gvern

Kroazja

Is-Sa Marija MIKIĆ

Ministeru għax-Xogħol, is-Sistema tal-Pensjonijiet, il-Familja u l-Politika Soċjali

21.2.2022

Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

19.10.2025

ĠU C 315 I 23.9.2020

Is-Sa Sophia MARCIAN

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Awstrija

Is-Sa Johanna RACHBAUER

Bundesarbeitskammer

24.2.2022

Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

19.10.2025

ĠU C 315 I 23.9.2020

Is-Sa Agne NETTAN-SEPP

Riżenja

Supplenti

Gvern

Estonja

Is-Sa Gerly HERM

Ministeru għall-Affarijiet Soċjali

14.3.2022


Kumitat

Tmiem tal-mandat

Pubblikazzjoni fil-ĠU

Persuna sostitwita

Riżenja

Membru/ supplenti

Kategorija

Pajjiż

Persuna maħtura

Affiljazzjoni

Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill

Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135 11.4.2019

Is-Sa Ellen ZWINK

Riżenja

Supplenti

Gvern

Ġermanja

Is-Sur Sebastian HAUS-RYBICKI

Istitut Federali għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

17.1.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135 11.4.2019

Is-Sa Sonja KÖNIG

Riżenja

Membru

Trade unions

Ġermanja

Is-Sur Sebastian SCHNEIDER

DGB

25.1.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135 11.4.2019

Is-Sa Anca Mihaela PRICOP

Riżenja

Membru

Gvern

Rumanija

Is-Sa Elena PERJU

Ministeru għax-Xogħol, il-Familja, il-Protezzjoni Soċjali u l-Anzjani

21.3.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135 11.4.2019

Is-Sa Piia ZIMMERMANN

Riżenja

Supplenti

Min iħaddem

Estonja

Is-Sa Evelin ORG

Stoneridge Electronics AS

21.3.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135 11.4.2019

Is-Sa Žanna ŠOSTAK

Riżenja

Membru

Gvern

Kroazja

Is-Sa Marina PRELEC

Ministeru għax-Xogħol, is-Sistema tal-Pensjonijiet, il-Familja u l-Politika Soċjali

29.3.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135 11.4.2019

Is-Sa Snježana ŠTEFOK

Riżenja

Supplenti

Gvern

Kroazja

Is-Sa Žanna JANČIEV

Ministeru għax-Xogħol, is-Sistema tal-Pensjonijiet, il-Familja u l-Politika Soċjali

29.3.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135 11.4.2019

Is-Sa Malin LOOBERGER

Riżenja

Supplenti

Min iħaddem

Żvezja

Is-Sur Tommy LARSSON

Sveriges Kommuner och Regioner/SKR/ SALAR

4.4.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135 11.4.2019

Is-Sur Dariusz GŁUSZKIEWICZ

Riżenja

Membru

Gvern

Polonja

Is-Sa Agnieszka WOLSKA

Istitut Ċentrali għall-Protezzjoni tax-Xogħol

4.4.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135 11.4.2019

Is-Sa Agnieszka WOLSKA

Riżenja

Supplenti

Gvern

Polonja

Is-Sa Agnieszka GAJEK

Istitut Ċentrali għall-Protezzjoni tax-Xogħol

4.4.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135 11.4.2019

Is-Sur Ladislav KEREKEŠ

Riżenja

Membru

Gvern

Is-Slovakkja

Is-Sa Martina KOSTURÁKOVÁ

Ispettorat Nazzjonali tax-Xogħol

16.5.2022


Kumitat

Tmiem tal-mandat

Pubblikazzjoni fil-ĠU

Persuna sostitwita

Riżenja

Membru/ supplenti

Kategorija

Pajjiż

Persuna maħtura

Affiljazzjoni

Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill

Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135 11.4.2019

Is-Sur Anastassios YIANNAKI

Riżenja

Membru

Gvern

Ċipru

Is-Sur Aristodemos ECONOMIDES

Ministeru għax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali

2.6.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135 11.4.2019

Is-Sur Aristodemos ECONOMIDES

Riżenja

Supplenti

Gvern

Ċipru

Is-Sur Chrysanthos SAVVIDES

Ministeru għax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali

2.6.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135, 11.4.2019

Is-Sa Hanna HÄMÄLÄINEN

Riżenja

Supplenti

Gvern

Finlandja

Is-Sa Maija LYLY-YRJÄNÄINEN

Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Impjiegi tal-Finlandja

17.1.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135, 11.4.2019

Is-Sur Pierre-Gaël LOREAL

Riżenja

Membru

Trade unions

Franza

Is-Sur Charles PARMENTIER

CFDT

2.6.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135, 11.4.2019

Is-Sur Stefan GRAN

Riżenja

Membru

Trade unions

Ġermanja

Is-Sa Tanja BERGRATH

DGB, Uffiċċju ta’ Brussell

2.6.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135, 11.4.2019

Is-Sa Leila KURKI

Riżenja

Supplenti

Trade unions

Finlandja

Is-Sur Seppo NEVALAINEN

STTK

2.6.2022

Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135, 11.4.2019

Is-Sa Liina KALDMÄE

Riżenja

Membru

Gvern

Estonja

Is-Sa Marian JUURIK

Ministeru għall-Affarijiet Soċjali tal-Estjonja

28.6.2022


Kumitat

Tmiem tal-mandat

Pubblikazzjoni fil-ĠU

Persuna sostitwita

Riżenja

Membru/ supplenti

Kategorija

Pajjiż

Persuna maħtura

Affiljazzjoni

Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill

Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

31.3.2023

ĠU C 135, 11.4.2019

Is-Sa Ester RÜNKLA

Riżenja

Supplenti

Gvern

Estonja

Is-Sa Marion PAJUMETS

Ministeru għall-Affarijiet Soċjali tal-Estjonja

28.6.2022

Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

31.3.2023

ĠU C 136 12.4.2019

Is-Sa Miriam PINTO

Riżenja

Supplenti

Min iħaddem

Spanja

Is-Sa Sandra MISO GUAJARDO

CEOE

17.1.2022

Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

31.3.2023

ĠU C 136 12.4.2019

Is-Sur Charles BASSING

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Lussemburgu

Is-Sur Marc GROSS

Chambre des Métiers Luxembourg

25.1.2022

Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

31.3.2023

ĠU C 136 12.4.2019

Is-Sur Daniel SCHROEDER

Riżenja

Supplenti

Min iħaddem

Lussemburgu

Is-Sur Gilles WALERS

Chambre des Métiers Luxembourg

25.1.2022

Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

31.3.2023

ĠU C 136 12.4.2019

Is-Sa Agnese De LUCA

Riżenja

Membru

Gvern

Italja

Is-Sa Anita PISARRO

Ministeru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali

21.3.2022

Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

31.3.2023

ĠU C 136 12.4.2019

Is-Sa Sonja OOMS

Riżenja

Supplenti

Gvern

Netherlands

Is-Sur Joep van HEUMEN

Ministeru għall-Edukazzjoni, il-Kultura u x-Xjenza

7.4.2022

Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

31.3.2023

ĠU C 136 12.4.2019

Is-Sa Sigrid LUNDETOFT CLAUSEN

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Danimarka

Is-Sa Elisabeth LUND NYBORG

Konfederazzjoni Daniża ta’ Min Iħaddem

12.4.2021


8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/11


Lista ta’ atti tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 26(1), l-Artikolu 42 u l-Artikoli 43 sa 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li għandhom jiġu applikati għad-Danimarka mill-1 ta' Lulju 2022

(2022/C 263/05)

AVVIŻ LILL-QARREJ

Din il-lista ta’ atti legali tal-Unjoni ġiet stabbilita għal raġunijiet ta’ trasparenza u hija ppubblikata biss għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Il-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattati jipprevedi, fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5, li: “Għal dak li jirrigwarda l-miżuri adottati mill-Kunsill fil-qasam tal-Artikolu 26(1), tal-Artikolu 42 u tal-Artikoli 43 sa 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża. Għalhekk id-Danimarka m'għandhiex tipparteċipa fl-adozzjoni tagħhom. Id-Danimarka m'għandhiex iżżomm lill-Istati Membri l-oħra milli jiżviluppaw iżjed il-kooperazzjoni ta' bejniethom f'dan il-qasam. Id-Danimarka m'għandhiex tkun obbligata tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-ispiża operattiva li toriġina minn dawk il-miżuri, u lanqas li tpoġġi kapaċitajiet militari għad-dispożizzjoni ta' l-Unjoni”. Dan il-Protokoll jipprevedi fl-Artikolu 7 li: “Id-Danimarka fi kwalunkwe żmien tista', skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali tagħha, tinforma lill-Istati Membri l-oħra li hi ma tkunx tixtieq aktar tagħmel użu minn dan il-Protokoll kollu jew parti minnu. F'dak il-każ, id-Danimarka għandha tapplika għal kollox il-miżuri kollha rilevanti li f'dak iż-żmien ikunu fis-seħħ fil-qafas tal-Unjoni Ewropea.”

F’konformità mal-Artikolu 7 tal-Protokoll (22) dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, permezz ta’ ittra tal-20 ta' Ġunju 2022, id-Danimarka infurmat lill-Istati Membri l-oħra li ma tixtieqx tagħmel użu aktar mill-Artikolu 5 tal-Protokoll mill-1 ta' Lulju 2022.

Bħala konsegwenza ta’ din l-informazzjoni, mill-1 ta' Lulju 2022 ir-referenzi li ġejjin ma għandhomx jibqgħu japplikaw:

ir-referenzi kollha għall-pożizzjoni speċifika tad-Danimarka bbażata fuq l-Artikolu 5 tal-Protokoll, f’deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill skont it-Titolu V, Kapitolu 2, TUE;

ir-referenzi kollha għall-pożizzjoni speċifika tad-Danimarka bbażata fuq l-Artikolu 5 tal-Protokoll, f’deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà skont l-Artikolu 38(3) TUE dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet imsemmija fl-Artikoli 42 u 43 TUE, li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża.

Missjonijiet u operazzjonijiet

Missjoni

Atti legali rilevanti

EUTM Mozambique

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1143 tat-12 ta' Lulju 2021 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1818 tal-15 ta' Ottubru 2021 li tniedi l-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique)

EUNAVFOR MED IRINI

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta' Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI)

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1745 tat-23 ta' Settembru 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (EUNAVFOR MED IRINI/3/2021)

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/513 tad-29 ta' Marzu 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1748 (EUNAVFOR MED IRINI/2/2022)

EUTM RCA

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1137 tat-12 ta' Lulju 2016 dwar it-tnedija tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1791 tat-12 ta' Lulju 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/105 tad-19 ta' Jannar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1435 (EUTM RCA/1/2022)

EUTM Mali

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/87/PESK tat-18 ta' Frar 2013 dwar il-bidu ta' missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/178/PESK tal-25 ta' Frar 2013 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mali dwar l-istatus fir-Repubblika tal-Mali tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea sabiex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali)

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/657 tat-12 ta' April 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/2209 (EUTM Mali/1/2022)

EUTM Somalia

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/197/PESK tal-31 ta' Marzu 2010 dwar il-varar ta' missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/905 tat-3 ta' Diċembru 2020 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tas-Somalja dwar l-istatus tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) fir-Repubblika Federali tas-Somalja

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/170 tat-8 ta' Frar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1072 (EUTM Somalia/1/2022)

EUNAVFOR ATALANTA

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/918/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar it-tnedija tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/29/PESK tat-22 ta' Diċembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Somala dwar l-istatus tal-forzi navali mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Somala fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-UE Atalanta

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/88/PESK tat-22 ta' Diċembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Ġibuti dwar l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika ta' Ġibuti, fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea Atalanta

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/293/PESK tas-26 ta' Frar 2009 dwar Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Kenja dwar il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tat-trasferiment ta' persuni suspettati li kkommettew atti ta' piraterija u li nżammu mill-Forzi Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR), u proprjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lill-Kenja u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/877/PESK tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Iskambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet għat-trasferiment ta' pirati suspettati u ħallelin armati mill-EUNAVFOR għar-Repubblika tas-Seychelles u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/916/PESK tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tas-Seychelles fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea Atalanta

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/640/PESK tat-12 ta' Lulju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta' pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Mawrizju u dwar il-kondizzjonijiet tal-pirati ssuspettati wara t-trasferiment

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/198/PESK tal-10 ta' Marzu 2014 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Unita tat-Tanzanija dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta' pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/661 tal-20 ta' April 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/87 (ATALANTA/3/2021)

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/217 tal-15 ta' Frar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/41 (ATALANTA/3/2022)

EUFOR ALTHEA

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnja u Ħerzegovina

Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/803/PESK tal-25 ta' Novembru 2004 dwar il-varar tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1010 tat-2 ta' Lulju 2020 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/264 (BiH/29/2020)

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/59 tal-10 ta' Jannar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/5 (BiH/32/2022)

Ftehim dwar l-Akkwisti u l-Iskambju ta’ Servizzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2360 tat-28 ta’ Novembru 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Akkwisti u l-Iskambju ta’ Servizzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka


PESCO  (1)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri Parteċipanti


Aġenzija Ewropea għad-Difiża  (2)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 tat-12 ta’ Ottubru 2015 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża


Faċilità Ewropea għall-Paċi

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528


Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/401/PESK tas-26 ta’ Ġunju 2014 dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta’ Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea


Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/971 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK missjonijiet u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)


(1)  Id-Danimarka ser tkun tista’ tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fil-PESCO, meta n-nonparteċipazzjoni fir-rigward tad-difiża tkun ġiet abolita. L-abolizzjoni tan-nonparteċipazzjoni fir-rigward tad-difiża mhux ser tirriżulta awtomatikament fil-parteċipazzjoni Daniża fil-PESCO.

(2)  Id-Danimarka tista’ tipparteċipa fl-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, meta n-nonparteċipazzjoni fir-rigward tad-difiża tkun ġiet abolita. L-abolizzjoni tan-nonparteċipazzjoni fir-rigward tad-difiża mhux ser tirriżulta awtomatikament fil-parteċipazzjoni Daniża fl-Aġenzija Ewropea għad-Difiża.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/15


Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 li jimponi miżuri fuq ċerti tajers pnewmatiċi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara s-sentenza tal-4 ta’ Mejju 2022 fil-kawżi magħquda T-30/19 u T-72/19

(2022/C 263/06)

1.   Is-sentenzi

Fis-sentenzi tagħha tal-4 ta’ Mejju 2022, fil-kawżi magħquda T-30/19 u T-72/19 (1), China Rubber Industry Association (CRIA) u China Chamber of Commerce of Metals, Minerals and Chemicals Importers &Exporters (CCCMC) vs Il-Kummissjoni (“is-sentenza”), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti Ġenerali”) annullat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (2) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (3) (“ir-regolamenti inkwistjoni”).

CRIA u CCCMC qajmu diversi lmenti kontra r-regolamenti inkwistjoni u l-Qorti Ġenerali ddeċidiet fuq tnejn minnhom: (i) in-nuqqas tal-Kummissjoni li twettaq tqabbil ġust tal-prezzijiet fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u l-marġini tad-dannu, u (ii) ċerti lmenti li jallegaw, essenzjalment, inkonsistenzi u ksur tad-drittijiet tad-difiża fir-rigward tal-indikaturi tad-dannu u l-ippeżar tad-data mill-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni.

Rigward il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-marġini, il-Qorti Ġenerali sabet li l-Kummissjoni wettqet tqabbil inġust meta għamlet aġġustament fil-prezz tal-esportazzjoni — it-tnaqqis tal-SG&A tal-importatur relatat u profitt nozzjonali — meta l-bejgħ sar permezz ta’ negozjant relatat fl-Unjoni. Il-Qorti nnutat li l-produtturi tal-Unjoni għamlu wkoll xi bejgħ permezz ta’ entitajiet relatati, u l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom ma ġewx aġġustati. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet imwettaq mill-Kummissjoni fir-regolamenti kkontestati kien ivvizzjat bi żball ta’ liġi u bi żball manifest ta’ evalwazzjoni u li, konsegwentement, dak il-kalkolu kiser l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali sabet li l-iżbalji kellhom impatt fuq is-sejbiet globali tad-dannu u tal-kawżalità kif ukoll fuq il-marġnijiet tad-dannu, u li ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat preċiżament sa liema punt id-dazji antidumping u kumpensatorji definittivi inkwistjoni baqgħu parzjalment fondati. Għaldaqstant, ir-regolamenti li jimponu dawn id-dazji fuq ir-rikorrenti ġew annullati.

Fir-rigward tat-tieni punt, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni ma wettqitx eżami oġġettiv (kif jeżiġi l-Artikolu 3(2) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji) peress li, billi ma rrevedietx il-kalkoli tal-indikaturi mikroekonomiċi kollha, minbarra l-profittabbiltà, u billi ma stabbilixxietx iċ-ċifri riveduti fir-regolamenti kkontestati, il-Kummissjoni ma użatx id-data rilevanti kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kkonstatat ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ma qablitx li xi informazzjoni li ma ġietx żvelata lill-partijiet setgħet titqies kunfidenzjali, u sabet li d-data kollha inkwistjoni kienet “marbuta ma’ sejbiet ta’ fatt fir-regolament ikkontestat”. Għalhekk, kienu “fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali” li kellhom jiġu żvelati lill-partijiet.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Qorti Ġenerali annullat ir-regolament antidumping inkwistjoni sa fejn kienu kkonċernati l-kumpaniji rrappreżentati minn CRIA u CCCMC (elenkati fit-tabella hawn taħt).

ISEM IL-KUMPANIJA

KODIĊI ADDIZZJONALI TARIC

Chaoyang Long March Tyre Co., Ltd

C338

Triangle Tyre Co., Ltd

C375

Shandong Wanda Boto Tyre Co., Ltd

C366

Qingdao Doublestar Tire Industrial Co., Ltd

C347

Ningxia Shenzhou Tire Co., Ltd

C345

Guizhou Tyre Co., Ltd

C340

Aeolus Tyre Co., Ltd

C877 (4)

Shandong Huasheng Rubber Co., Ltd

C360

Chongqing Hankook Tire Co., Ltd

C334

Prinx Chengshan (Shandong) Tire Co., Ltd

C346

Jiangsu Hankook Tire Co., Ltd

C334

Shandong Linglong Tire Co., Ltd

C363

Shandong Jinyu Tire Co., Ltd

C362

Sailun Group Co., Ltd

C351

Shandong Kaixuan Rubber Co., Ltd

C353

Weifang Yuelong Rubber Co., Ltd

C875 (5)

Weifang Shunfuchang Rubber And Plastic Products Co., Ltd

C377

Shandong Hengyu Science & Technology Co., Ltd

C358

Jiangsu General Science Technology Co., Ltd

C341

Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd

C878 (6)

Hefei Wanli Tire Co., Ltd

C876

Giti Tire (Anhui) Company Ltd

C332

Giti Tire (Fujian) Company Ltd

C332

Giti Tire (Hualin) Company Ltd

C332

Giti Tire (Yinchuan) Company Ltd

C332

Qingdao GRT Rubber Co., Ltd

C350

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali annullat ir-regolament antisussidji inkwistjoni sa fejn kienu kkonċernati l-kumpaniji rrappreżentati minn CRIA u CCCMC (elenkati fit-tabella hawn fuq) u Zhongce Rubber Group Co., Ltd (kodiċi addizzjonali TARIC C379).

2.   Konsegwenzi

L-Artikolu 266 tat-TFUE jistipula li l-istituzzjonijiet iridu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mas-sentenzi tal-Qrati. Fil-każ ta’ annullament ta’ att adottat mill-Istituzzjonijiet fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva, bħall-investigazzjonijiet antidumping jew antisussidji, il-konformità mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tikkonsisti fis-sostituzzjoni tal-att annullat b’att ġdid, li fih l-illegalità identifikata mill-Qorti tiġi eliminata (7).

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-proċedura għas-sostituzzjoni tal-att annullat tista’ tissokta fil-punt eżatt li fih saret l-illegalità (8). Dan jimplika b’mod partikolari li, f’sitwazzjoni fejn att li jikkonkludi proċedura amministrattiva jiġi annullat, l-annullament mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji, bħall-ftuħ tal-proċedura antidumping. F’sitwazzjoni fejn, pereżempju, Regolament li jimponi miżuri antidumping definittivi jiġi annullat, dan ifisser li wara l-annullament, il-proċediment antidumping ikun għadu miftuħ, minħabba li l-att li jikkonkludi l-proċediment antidumping ikun sparixxa mill-ordni legali tal-Unjoni (9), ħlief jekk l-illegalità tkun saret fl-istadju tal-bidu.

F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolamenti antidumping u antisussidji inkwistjoni għal raġunijiet komuni. L-ewwel nett, il-Kummissjoni naqset milli tagħmel paragun ġust fl-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet fl-istess livell ta’ kummerċ meta ddeterminat l-eżistenza ta’ twaqqigħ tal-prezz sinifikanti). Dan l-iżball affettwa wkoll l-analiżi tal-kawżalità. It-tieni nett, il-Kummissjoni naqset milli twettaq eżami oġġettiv, bi ksur tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament antidumping bażiku u tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali sabet li xi “fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali” ma ġewx żvelati kif suppost lill-partijiet, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-konstatazzjonijiet u l-konklużjonijiet li jifdal fir-regolamenti inkwistjoni li ma ġewx ikkontestati, jew li ġew ikkontestati iżda mhux eżaminati mill-Qorti Ġenerali jibqgħu validi u ma humiex affettwati minn dan il-ftuħ mill-ġdid.

3.   Proċedura ta’ ftuħ mill-ġdid

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ mill-ġdid l-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li wasslu għall-adozzjoni tar-regolamenti inkwistjoni, sa fejn dawn jikkonċernaw il-kumpaniji elenkati fis-sentenza. Il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjonijiet oriġinali jerġa’ jibda fil-punt fejn seħħet l-irregolarità.

L-għan tal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjonijiet oriġinali huwa li jiġu indirizzati b’mod sħiħ l-iżbalji identifikati mill-Qorti Ġenerali u li jiġi evalwat jekk l-applikazzjoni tar-regoli kif iċċarati mill-Qorti Ġenerali tiġġustifikax l-impożizzjoni mill-ġdid tal-miżuri fil-livell oriġinali jew, jekk hemm, fil-livell rivedut mid-data li fiha r-regolamenti inkwistjoni oriġinarjament daħlu fis-seħħ.

Il-partijiet interessati huma b’dan infurmati li r-responsabbiltà futura tista’ tirriżulta mis-sejbiet ta’ dan l-eżami mill-ġdid.

4.   Sottomissjonijiet bil-miktub

Il-partijiet interessati kollha, u b’mod partikolari dawk elenkati fis-sentenza, huma mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 20 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ jenħtieġ li ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkunu jirrigwardaw mal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq sal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet interessati.

6.   Istruzzjonijiet għall-preżentazzjonijiet bil-miktub u biex tintbagħat il-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment għad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, fosthom l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati “Sensitive” (Sensittivi) (10). Il-partijiet li jippreżentaw l-informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali. Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Sensitive” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 29(2) tar-Regolament antisussidji bażiku, li jkunu mmarkati bil-kliem “For inspection by interested parties” (“Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”). Dawn is-sommarji għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tkun tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi talbiet biex jiġu rreġistrati bħala partijiet interessati, dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES (Korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea f’każijiet ta’ difiża tal-kummerċ)” ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni oħra dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bi TRON.tdi u bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate G

Office: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: TRADE-AD640-AS641-REOPENING@ec.europa.eu

7.   Nonkooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 28 tar-Regolament antisussidji bażiku.

Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u/jew l-Artikolu 28 tar-Regolament antisussidji bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma għandux jitqies bħala nonkooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitluba tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost żejjed mhux raġonevoli. F’dan il-każ, jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.

8.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-file, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu kompletament. Jenħtieġ li talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għal din it-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Dawn is-seduti ta’ smigħ għandhom isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, il-partijiet interessati jenħtieġ li jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ ikun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. L-Uffiċjal tas-Seduta se jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet għal intervent, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis b’mod xieraq l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni.

Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fis-sit tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

9.   L-ipproċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni tiġi ttrattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence

10.   Informazzjoni lill-awtoritajiet doganali

Mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u sakemm joħroġ ir-riżultat ta’ dan l-eżami mill-ġdid, ir-responsabbiltà finali ta’ dazju antidumping u kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 4011 20 90 u ex 4012 12 00 (il-kodiċi TARIC 4012120010), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti mill-kumpaniji elenkati fit-taqsima 1 hawn fuq hija sospiża (12).

Peress li l-ammont tar-responsabbiltà finali li tirriżulta mir-rieżami huwa inċert f’dan l-istadju, il-Kummissjoni titlob lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex jistennew l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni qabel ma jiddeċiedu dwar kwalunkwe talba għal ħlas lura li tikkonċerna d-dazji antidumping u/jew kumpensatorji annullati mill-Qorti Ġenerali fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji.

Konsegwentement, id-dazji antidumping u kumpensatorji mħallsa rispettivament skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tat-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 4011 20 90 u ex 4012 12 00 (il-kodiċi TARIC 4012120010), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti mill-kumpaniji elenkati fit-taqsima 1 hawn fuq jenħtieġ li ma jitħallasx lura jew jiġi rimess qabel l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni.

11.   Żvelar

Il-partijiet interessati kollha li ġew irreġistrati bħala tali matul l-investigazzjonijiet li jwasslu għall-adozzjoni tar-regolamenti inkwistjoni se jiġu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom il-Kummissjoni biħsiebha timplimenta s-sentenzi msemmija hawn fuq fi żmien xieraq u se jingħataw l-opportunità li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni finali.


(1)  ECLI:EU:T:2022:266.

(2)  ĠU L 263, 22.10.2018, p. 3

(3)  ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1

(4)  Fir-Regolamenti inkwistjoni, il-kodiċi addizzjonali TARIC C333 jidentifika l-produtturi esportaturi li ġejjin:

Aeolus Tyre Co., Ltd;

Aeolus Tyre (Taiyuan) Co., Ltd;

Qingdao Yellow Sea Rubber Co., Ltd;

Pirelli Tyre Co., Ltd

Kodiċi addizzjonali TARIC ġdid huwa assenjat lil Aeolus Tyre Co., Ltd għar-reġistrazzjoni.

(5)  Fir-Regolamenti inkwistjoni, Weifang Yuelong Rubber Co. Ltd hija marbuta mal-kodiċi addizzjonali TARIC C999.

(6)  Fir-Regolamenti inkwistjoni, il-kodiċi addizzjonali TARIC C371 jidentifika l-produtturi esportaturi li ġejjin:

Shanghai Huayi Group Corp. Ltd

Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd

Kodiċi addizzjonali TARIC ġdid huwa assenjat lil Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co. Ltd għar-reġistrazzjoni.

(7)  Il-kawżi konġunti 97, 193, 99 u 215/86 Asteris AE u oħrajn u r-Repubblika Ellenika vs il-Kummissjoni [1988] Ġabra 2181, il-paragrafi 27 u 28; u T-440/20, Jindal Saw vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2022:318.

(8)  Il-kawża C-415/96 Spanja v il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, il-paragrafu 31; Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs il-Kunsill [2000] I-8147, il-paragrafi 80 sa 85; Kawża T-301/01 Alitalia vs il-Kummissjoni [2008] II-1753, il-paragrafi 99 u 142; Kawżi Konġunti T-267/08 u T-279/08 Région Nord-Pas de Calais vs il-Kummissjoni [2011] II-0000, il-paragrafu 83.

(9)  Il-kawża C-415/96 Spanja v il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, il-paragrafu 31; Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs Il-Kunsill [2000] I-8147, il-paragrafi 80 sa 85;

(10)  Dokument “Sensittiv” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Antidumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(12)  Jekk jogħġbok innota li, fir-rigward tal-produttur esportatur Zhongce Rubber Group Co., Ltd, dan japplika biss għar-responsabbiltà tad-dazju kumpensatorju inkwistjoni.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/21


Avviż dwar talba li tikkonċerna l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba mressqa minn Entità Kontraenti

(2022/C 263/07)

Fid-19 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). It-talba tressqet mir-Repubblika tal-Italja, f’isem Poste Italiane S.p.A. L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba hija l-20 ta’ April 2022.

Din it-talba tikkonċerna attivitajiet relatati mal-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tas-servizzi tal-posta fl-Italja.

L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE jipprevedi li “kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq, ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva”. Il-valutazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni li tista’ ssir fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tal-liġi dwar il-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha perjodu ta’ 145 (2) jum tax-xogħol biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba, li jibda mill-jum tax-xogħol imsemmi hawn fuq. Għalhekk dan il-perjodu jiskadi fit-18 ta’ Novembru 2022.

Skont l-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, talbiet oħra li jikkonċernaw l-istess attivitajiet fl-Italja li jitressqu qabel l-iskadenza tal-perjodu miftuħ fir-rigward ta’ din it-talba ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda u għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest ta’ din it-talba.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(2)  Skont il-paragrafu 1(b) tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE flimkien mat-tieni subparagrafu tal-imsemmi paragrafu 1.


8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/22


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10787 — SONY / HONDA / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 263/08)

1.   

Fl-1 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Sony Group Corporation (“Sony”, il-Ġappun),

Honda Motor Co., Ltd. (“Honda”, il-Ġappun),

Kumpanija maħluqa ġdida (impriża konġunta “JV”, il-Ġappun).

Sony u Honda jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Sony hija attiva globalment fis-setturi tal-prodotti elettroniċi, tal-logħob (eż. consoles u softwer tal-logħob vidjo), tas-servizzi ta’ divertiment u tas-servizzi finanzjarji,

Honda hija attiva globalment f’erba’ oqsma ewlenin: il-karozzi, il-muturi, is-servizzi finanzjarji u l-prodotti tal-enerġija.

L-impriża konġunta hija impriża ġdida li se tfassal, tiżviluppa, tipproduċi, tikkummerċjalizza u tbigħ vetturi elettriċi b’batterija b’valur miżjud għoli.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibgħatulha l-osservazzjonijiet li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha tiġi speċifikata:

M.10787 – SONY / HONDA / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/24


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2022/C 263/09)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

GRANA PADANO

Nru tal-UE: PDO-IT-0011-AM05 – 19.1.2022

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet [tad-DOP jew tal-IĠP]

“Grana Padano”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Ġobon iebes, bil-baqta msajra, immaturat bil-mod, magħmul matul is-sena u li jintuża bħala ġobon tal-mejda jew maħkuk; jiġi prodott mill-ħalib tal-baqar mhux ipproċessat u parzjalment xkumat, meħluba darbtejn kuljum, b’alimentazzjoni bażika li tikkonsisti minn foraġġ frisk jew imnixxef; il-ħalib li jintuża jista’ jiġi minn ħalba waħda jew minn żewġ ħalbiet imħalltin. Il-ġobon isir f’għamla ta’ roti bi ġnub kemxejn konvessi jew kważi dritti, u b’tarf kemxejn ġej ’il fuq lejn l-uċuħ ċatti.

Ir-roti jkollhom dijametru ta’ bejn 35 u 45 cm u għoli ta’ bejn 18 u 25 cm, b’varjazzjonijiet skont il-kundizzjonijiet tekniki tal-produzzjoni.

Piż: minn 24 sa 40 kg; qoxra: iebsa u lixxa, bi ħxuna ta’ bejn 4 u 8 mm.

Il-ġobon ta’ ġewwa jkun iebes, bi struttura ramlija fina, jitfarrak f’biċċiet tul xquq radjali u jkollu toqob li bilkemm ikunu viżibbli. Il-kontenut tax-xaħam minimu tal-materja niexfa jkun 32 %. Il-kulur tal-qoxra jkun isfar naturali lewn id-deheb u l-ġobon ta’ ġewwa jkun abjad jew lewn it-tiben. Il-ġobon ta’ ġewwa għandu riħa tfuħ u togħma delikata.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

L-alimentazzjoni bażika li tingħata lill-baqar tal-ħalib bħala għalf, li tikkonsisti minn foraġġ aħdar jew ippreservat, tingħata lill-baqar fi żmien it-treddigħ, lill-baqar mhux fi żmien it-treddigħ u lill-erieħ li jkollhom iktar minn seba’ xhur. Il-baqar bil-ħalib primarjament jingħataw għalf imkabbar fil-kultivazzjonijiet azjendali jew fiż-żona tal-produzzjoni tal-“Grana Padano” DOP.

Fil-porzjon tal-ġurnata mhux inqas minn 50 % tal-materja niexfa trid tkun magħmula mill-foraġġ, bi proporzjon ta’ għalf bil-foraġġ ma’ għalf mhux bil-foraġġ ta’ mhux inqas minn 1, f’termini ta’ materja niexfa. Mill-inqas 75 % tal-materja niexfa tal-foraġġ fil-porzjon tal-ġurnata għandha tkun ġejja minn għalf prodott fiż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib.

Hemm lista ta’ għalf awtorizzat li tinkludi:

 

foraġġ: foraġġ frisk, ħuxlief, tiben, ħaxix maħżun (mhux permess għall-produzzjoni tat-Trentingrana);

 

materja prima għal għalf mhux bil-foraġġ, raggruppata skont il-kategorija, li tista’ tintuża flimkien mal-għalf: ċereali u derivati tagħhom, żrieragħ li minnhom jintgħasar iż-żejt u derivati tagħhom, tuberi u għeruq u prodotti derivati minnhom, foraġġi mnixxfa, derivati mill-industrija taz-zokkor, żrieragħ tal-legumi, xaħmijiet, minerali, addittivi.

Materja prima: ħalib tal-baqar mhux ipproċessat, starter tax-xorrox kontinwu naturali u tames tal-għoġġiela. Il-ħalib jiġi mill-baqar imrobbija fiż-żona ġeografika definita fil-punt 4.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-operazzjonijiet tal-produzzjoni u tal-maturazzjoni jridu jseħħu fit-territorju taż-żona tal-produzzjoni ddefinita fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

It-taħkik u l-imballaġġ relatat iridu jsiru fiż-żona tal-produzzjoni ddefinita fil-punt 4 peress li l-ġobon maħkuk frisk huwa prodott sensittiv ħafna u l-preservazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tiegħu teħtieġ imballaġġ immedjat f’kundizzjonijiet tali li jevitaw kwalunkwe tnixxif; barra minn hekk, l-ippakkjar immedjat tal-ġobon f’imballaġġ li jkollu d-denominazzjoni tal-oriġini jista’ jiggarantixxi aħjar l-awtentiċità tal-prodott maħkuk li, fin-natura tiegħu, iktar diffiċli tidentifikah minn ġobna sħiħa b’markaturi tal-identità viżibbli (kif ikkonfermat mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Mejju 2003).

L-użu, għall-produzzjoni tal-“Grana Padano” maħkuk, ta’ fdalijiet ta’ biċċiet tal-ġobon mit-tqattigħ u mill-imballaġġ tal-“Grana Padano” DOP ikkummerċjalizzati bħala biċċiet b’piż varjabbli jew fiss, bħala blokok, kubi, biċċiet għat-tnaqqir, eċċ., huwa permess biss skont il-kundizzjonijiet li ġejjin: il-proporzjon tal-qoxra ma jistax jaqbeż it-18 %; it-traċċabbiltà tal-ġobna sħiħa “Grana Padano” DOP li minnha jiġu l-biċċiet tal-ġobon trid tkun iggarantita; meta l-biċċiet ma jintużawx minnufih u/jew jiġu ttrasferiti minn stabbiliment għal ieħor, iridu jinżammu separati skont in-numru tar-reġistrazzjoni u x-xahar tal-produzzjoni; il-biċċiet jistgħu jiġu ttrasferiti biss fl-istess negozju tal-produzzjoni tal-ġobon jew bejn negozji fl-istess grupp tan-negozju. Għalhekk, il-biċċiet li għandhom jintużaw għall-“Grana Padano” maħkuk ma jistgħux jinbiegħu bħala prodott awtonomu.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-marka uffiċjali li turi li l-prodott issodisfa r-rekwiżiti li jiġġustifikaw l-użu tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Grana Padano”, u li għaldaqstant trid tidher fuq ir-rota sħiħa tal-ġobon “Grana Padano” DOP, tikkonsisti minn għamla ta’ rombu bil-kelmiet “GRANA” u “PADANO” b’ittri kapitali. Fl-irkejjen ta’ fuq u t’isfel tar-rombu, ittondjati, ikun hemm rispettivament l-inizjali “G” u “P”.

L-istrixxi li jimmarkaw fil-kiesaħ il-marka tal-oriġini fuq ir-roti fl-istadju tal-għoti tal-forma jkunu magħmula minn għadd ta’ rombi b’sura ta’ djamant li ġewwa fihom ikollhom il-kelmiet li jalternaw “GRANA” u “PADANO”, u jkollhom ir-referenzi tal-identifikazzjoni tal-azjenda tal-produzzjoni tal-ġobon u x-xahar u s-sena tal-produzzjoni.

Il-“Grana Padano” DOP biss prodott fil-Provinċja Awtonoma ta’ Trento, magħmul bil-ħalib mill-baqar li jingħataw il-foraġġ, bi projbizzjoni s-sena kollha fuq l-alimentazzjoni bil-ħaxix maħżun ta’ kwalunkwe tip, jikkwalifika għall-użu tal-istrixxi tal-immarkar speċjali tat-“TRENTINGRANA”, li jikkonsistu minn linja ta’ rombi b’sura ta’ djamant maqsuma mill-kelma “TRENTINO”; fil-parti ċentrali, f’nofs il-forom stilizzati ta’ xi muntanji, tidher il-kelma “TRENTINO” miktuba sew u ta’ taħt fuq.

L-identifikazzjoni tal-origini permezz tal-istrixxi tal-immarkar hija ssupplimentata bl-iffissar ta’ ċirku tal-kaseina bil-kliem “Grana Padano”, is-sena tal-produzzjoni u kodiċi alfanumeriku li jidentifika b’mod ċar kull rota tal-ġobon.

Il-ġobon “Grana Padano” li jkun ilu jimmatura għal mill-anqas 20 xahar mill-għoti tal-forma fiż-żona tal-produzzjoni u li għandu l-kwalitajiet kollha li ġejjin jista’ jiġi deskritt bħala “RISERVA” [“riżerva”]:

ikklassifikat bħala “scelto sperlato” [“l-ogħla kwalità ċċertifikata”];

ġobon ta’ ġewwa mrammel u bi struttura li titfarrak f’biċċiet tul xquq radjali;

lewn abjad jew tat-tiben uniformi;

nuqqas ta’ rwejjaħ anormali;

riħ tfuħ u togħma delikata.

Il-klassifikazzjoni fil-kategorija “Grana Padano” RISERVA tintwera permezz tat-tieni marka fuq il-ġenb tar-rota tal-ġobon fuq it-talba tal-operaturi, f’konformità mal-istess regoli li jirregolaw l-iffissar tal-marka DOP.

Il-marka inkwistjoni tikkonsisti minn ċirku, maqsum b’mod trasversali fiċ-ċentru minn strixxa kbira delimitata minn linji paralleli ta’ fuq u t’isfel; il-kelma “RISERVA” b’ittri kapitali tinkiteb fiċ-ċentru ta’ din l-istrixxa. Il-kelma “OLTRE” b’ittri kapitali u n-numru “20” jinkitbu fin-nofs ta’ fuq, u l-kelma “MESI” b’ittri kapitali tinkiteb fin-nofs t’isfel [li jfissru “iktar minn 20 xahar”].

Il-ġobon imballat minn dawk awtorizzati għall-imballaġġ irid ikollu l-logo “Grana Padano” fuq l-imballaġġ.

Meta jiġu stampati fuq l-imballaġġ, il-karatteristiċi tal-marka uffiċjali li turi li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti li jiġġustifikaw l-użu tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Grana Padano”, kif deskritt fil-bidu ta’ dan il-punt 3.6, ikunu kemxejn differenti, peress li l-ittri “G” u “P” ikunu neqsin mill-irkejjen ta’ fuq u t’isfel tar-rombu. Dan jintwera fuq lewn tal-isfond ta’ Pantone 109 C, bl-istess għamla bħall-komponent iswed tad-disinn iżda kemxejn ikbar.

Il-parametri għar-riproduzzjoni tal-logo fuq l-imballaġġ huma kif ġej:

Image 1

Image 2

Didiskalija:

Tratto per nero

komponent iswed

Tratto per giallo

komponent isfar

Marchio completo

marka sħiħa

L-imballaġġ li jkun fih il-ġobon “Grana Padano” DOP li jissodisfa l-karatteristiċi tat-tip speċifiku TRENTINGRANA kif deskritt hawn fuq iridu jkunu kkaratterizzati mill-immaġni li ġejja fuq l-imballaġġ u fil-materjal ta’ reklamar korrispondenti:

Image 3

Għall-prodotti fl-imballaġġ, ladarba l-konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità tkun ġiet ivverifikata permezz tat-tieni spezzjoni tal-kwalità, japplikaw il-kategoriji addizzjonali li ġejjin: “Grana Padano” RISERVA Oltre 20 Mesi u “Grana Padano” RISERVA Oltre 24 Mesi [iktar minn 24 xahar].

L-ispeċifikazzjoni tal-istaġjonatura effettiva hija permessa wkoll fuq l-imballaġġ tal-“Grana Padano” minn 12-il xahar ’il quddiem.

Madankollu, din l-ispeċifikazzjoni tibqa’ fakultattiva. Jekk trid tiżdied, l-istaġjonatura trid tiġi indikata b’mod uniformi fuq l-imballaġġi kollha, bl-użu tan-numerazzjoni xierqa, bl-isfar fuq l-iswed, biż-żieda tal-kliem “Oltre X mesi” (“iktar minn X xhur”).

B’mod partikolari, il-parametri għall-indikazzjoni tal-istaġjonatura huma kif ġej:

Image 4

Fuq l-imballaġġ li fih il-ġobon tal-kategorija “Grana Padano” RISERVA Oltre 20 Mesi, il-logo li huwa mmarkat fuq dak il-ġobon jiġi riprodott flimkien mal-logo “Grana Padano” kif deskritt hawn fuq.

Il-logo inkwistjoni huwa magħmul minn dawn li ġejjin: ċirku, maqsum b’mod trasversali minn strixxa kbira delimitata minn linji paralleli ta’ fuq u t’isfel; il-kelma “RISERVA” b’ittri kapitali tinkiteb fiċ-ċentru ta’ din l-istrixxa. Il-kelma “OLTRE” b’ittri kapitali tinkiteb fin-nofs ta’ fuq, u n-numru “20” u l-kelma “MESI” b’ittri kapitali jinkitbu fin-nofs t’isfel.

Id-disinn huwa lewn id-deheb fuq sfond iswed bl-istess għamla bħall-komponent tad-deheb tad-disinn iżda kemxejn ikbar.

Il-parametri għar-riproduzzjoni tal-logo kkonċernat fuq l-imballaġġ huma kif ġej:

Image 5

Didiskalija:

C

Blu jagħti fl-aħdar

M

Maġenta

Y

Isfar

Didaskalija

Lewn ewlieni (iswed)

(Si veda a sotto)

(Ara hawn taħt)

Posizione

Konfigurazzjonijiet

L-ispeċifikazzjoni tal-istaġjonatura effettiva minn 24 xahar ’il quddiem hija permessa wkoll fuq l-imballaġġ tal-ġobon “Grana Padano” li qabel ikun immarkat bil-logo “RISERVA - Oltre 20 Mesi”.

Madankollu, din l-ispeċifikazzjoni tibqa’ fakultattiva. Jekk ikollha tiżdied, l-istaġjonatura trid tiġi indikata b’mod uniformi fuq l-imballaġġi kollha, bl-użu tal-logo xieraq, simili għal dak deskritt hawn fuq għar-“RISERVA - Oltre 20 Mesi”, iżda miktuba bl-iswed fuq sfond tad-deheb.

B’mod iktar speċifiku, il-parametri għar-riproduzzjoni tal-logo speċifiku inkwistjoni huma stabbiliti hawn taħt:

Image 6

Didiskalija:

C

Blu jagħti fl-aħdar

M

Maġenta

Y

Isfar

Didaskalija

Lewn ewlieni (iswed)

(Si veda a sotto)

(Ara hawn taħt)

Posizione

Pożizzjoni

Bħal fil-każ tal-ġobon fil-kategorija “RISERVA - OLTRE 20 MESI”, il-logo “Grana Padano” kif deskritt hawn fuq irid jiġi riprodott ukoll fuq l-imballaġġ li jkollu dan il-logo.

Il-logos tal-istaġjonatura għandhom isegwu l-iżvilupp muri b’mod ċar fid-dijagramma li ġejja:

Image 7

Didiskalija:

Sviluppo loghi stagionatura

Żvilupp tal-logos tal-istaġjonatura

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni u tat-taħkik tal-ġobon “Grana Padano” DOP tikkonsisti mit-territorju tal-provinċji ta’ Alessandria, Asti, Biella, Cuneo, Novara, Torino, Verbania, Vercelli, Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova fuq ix-xatt tax-xellug tal-Po, Milano, Monza, Pavia, Sondrio, Varese, Trento, Padova, Rovigo, Treviso, Venezja, Verona, Vicenza, Bologna fuq il-lemin tar-Reno, Ferrara, Forlì Cesena, Piacenza, Ravenna u Rimini, kif ukoll il-muniċipalitajiet li ġejjin tal-provinċja ta’ Bolzano: Anterivo, Lauregno, Proves, Senale-S. Felice u Trodena.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Grana Padano” DOP fil-biċċa l-kbira hija l-istess bħar-reġjun tal-Wied tal-Po, jiġifieri ż-żona ġeografika tax-xmara Po, li hija karatterizzata minn artijiet alluvjali, fluvjoglaċjali u tal-pjanura tal-għargħar, bi provvista abbundanti tal-ilma: din hija waħda mill-iktar żoni għammiela tad-dinja u fost l-iktar adattati għat-tkabbir tal-foraġġ.

B’mod partikolari, dawn il-karatteristiċi tal-ħamrija, flimkien mal-mikroklima taż-żona, jiffavorixxu l-produzzjoni tal-qamħirrum, li jirrappreżenta l-foraġġ bażiku għall-baqar li l-ħalib tagħhom jintuża għall-“Grana Padano” DOP, peress li jista’ jirrappreżenta sa 50 % tal-materja niexfa li tittiekel.

Ir-reklamazzjoni u l-irrigazzjoni tal-Wied tal-Po mis-seklu 11 wasslet għall-iżvilupp lokali tat-trobbija tal-bhejjem. B’konsegwenza ta’ dan, kien hemm disponibbiltà ta’ kwantità sostanzjali ta’ ħalib, li kienet ferm iktar mill-ħtiġijiet ta’ kuljum tal-popolazzjoni rurali, u dan stimola l-ħtieġa li l-ħalib jiġi ttrasformat f’ġobon li seta’ jiġi ppreservat sew. Anke llum il-ġurnata, il-provvista kbira ta’ foraġġ lokali, b’mod partikolari l-qamħirrum, marbuta mal-provvista enormi tal-ilma, hija element essenzjali għaż-żamma tat-trobbija tal-bhejjem u konsegwentement, għall-provvista tal-ħalib.

L-ispeċifiċità tal-“Grana Padano” DOP tista’ tiġi attribwita abbażi tal-elementi li ġejjin:

id-daqs u l-piż tar-roti tal-ġobon,

il-morfoloġija partikolari tal-ġobon ta’ ġewwa, marbuta mat-teknika tal-produzzjoni, ikkaratterizzata minn struttura ramlija li twassal għat-tendenza tipika li l-ġobon jitfarrak f’biċċiet,

il-kulur abjad jew lewn it-tiben tal-ġobon b’togħma delikata u riħa tfuħ, dovuti essenzjalment għall-użu mifrux ta’ qamħirrum tax-xama’ fl-alimentazzjoni tal-baqar,

il-kontenut tal-ilma u tax-xaħam li huwa sostanzjalment simili għall-kontenut tal-proteini,

il-livell għoli ta’ degradazzjoni naturali tal-proteini f’peptoni, f’peptidi u f’amminoaċidi liberi,

l-adegwatezza għall-istaġjonatura fit-tul, saħansitra iktar minn 20 xahar.

Ir-rabta kawżali bejn il-“Grana Padano” DOP u ż-żona tal-oriġini tista’ tiġi attribwita abbażi tal-elementi li ġejjin:

Il-potenzjal għoli ta’ irrigazzjoni fil-Wied tal-Po u għaldaqstant id-disponibbiltà ta’ foraġġ, inkluż prinċipalment il-qamħirrum tax-xama’ li huwa responsabbli għall-karatteristiċi speċifiċi tal-lewn abjad jew tat-tiben, it-togħma u r-riħa tal-ġobon ta’ ġewwa. Tabilħaqq, ir-riżultat dirett tal-użu tal-qamħirrum jew tal-qamħirrum tax-xama’ maħżun huwa l-inklużjoni fl-alimentazzjoni ta’ inqas koloranti, bħall-karoteni, l-antoċjanini u l-klorofilla milli kieku tintuża alimentazzjoni bbażata fuq diversi speċijiet ta’ ħuxlief jew ta’ foraġġ aħdar. Dan huwa effett dirett tal-ħżin;

L-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat, li għandu l-effett li jinkludi fil-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon batterji tal-aċidu lattiku tipiċi taż-żona;

L-użu ta’ starter tax-xorrox kontinwu naturali, li joħloq rabta mikrobijoloġika mhux interrotta mat-territorju tal-produzzjoni. Fil-fatt, il-ħalib li jsir xorrox, u mbagħad jintuża fl-istarter tax-xorrox kontinwu, huwa l-ħolqa fil-katina li torbot il-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon maż-żona tal-produzzjoni u jiżgura wkoll l-inklużjoni kontinwa u kostanti tal-batterji tal-aċidu lattiku tipiċi taż-żona tal-oriġini, li jagħtu l-karatteristiċi speċjali prinċipali tal-ġobon “Grana Padano” DOP.

Ir-rabta kawżali bejn il-karatteristiċi tal-prodott u ż-żona tal-oriġini tiegħu tiġi pprovduta wkoll mill-produttur tal-ġobon li dejjem kellu importanza ċentrali u fundamentali fil-produzzjoni tal-“Grana Padano” DOP.

Anke llum il-ġurnata, il-kompitu tat-trasformazzjoni tal-ħalib fil-“Grana Padano” DOP għadu f’idejn il-produtturi tal-ġobon u mhux f’idejn it-tekniċi jew ix-xjenzjati.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa disponibbli fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella:

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it), u jikklikkja fuq “Qualità e sicurezza” (fil-parti ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin) u mbagħad jikklikkja fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.


8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/32


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 263/10)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Arribes

PDO-ES-A0614-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 11.4.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Tibdil fil-parametri fiżikokimiċi tal-inbejjed

DESKRIZZJONI:

Żieda fl-aċidità volatili tal-inbejjed bojod u rożè; u tnaqqis fil-qawwa alkoħolika u fl-aċidità totali minima tal-inbejjed bojod, rożè u ħomor.

L-emenda tikkonċerna l-punt 2(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

Din hija meqjusa bħala emenda standard u tikkonċerna d-Dokument Uniku. Dan ma jfissirx bidla sostanzjali fil-prodott protett, li jżomm il-karatteristiċi u l-profil deskritti fir-rabta, u li huma konsegwenza tal-azzjoni reċiproka bejn il-fatturi naturali u umani. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Żieda fl-aċidità volatili tal-inbejjed bojod u rożè: din l-emenda hija meħtieġa minħabba l-prattiki ġodda tal-produzzjoni tal-inbid (inbejjed oranġjo u tqaddim fuq il-karfa) u l-kundizzjonijiet tal-ħżin għal dawn it-tipi ta’ nbid (btieti, anfori, tankijiet tal-konkrit), peress li għalkemm ma hemmx impatt daqshekk kbir f’termini tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom, dawn jippermettu kapaċità akbar għat-tqaddim tal-inbejjed.

Tnaqqis fil-qawwa alkoħolika tal-inbejjed: bis-saħħa tal-interess fi prodotti aktar tajbin għas-saħħa u ġestjoni aħjar tal-proċess tal-vitikultura, issa nistgħu nipproduċu nbejjed eħfef u inqas strutturati filwaqt li xorta nisfruttaw il-potenzjal tal-ħamrija fiż-żona koperta mid-DOP Arribes.

Tnaqqis fl-aċidità minima tal-inbejjed: Iż-żieda fit-temperaturi medji osservata f’dawn l-aħħar snin minħabba t-tibdil fil-klima qed twassal biex l-għeneb ikollu livelli aktar baxxi ta’ aċidità. It-tekniki tal-produzzjoni aktar sikuri użati llum il-ġurnata jippermettu sajran teknoloġiku aktar tardiv, li jfisser li l-valuri minimi permessi jeħtieġ li jitbaxxew.

2.   Emenda għall-karatteristiċi organolettiċi skont it-tip ta’ nbid

DESKRIZZJONI:

It-taqsima dwar il-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed ġiet abbozzata mill-ġdid.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

Din hija meqjusa bħala emenda standard u tikkonċerna d-Dokument Uniku. Din l-emenda tadatta l-karatteristiċi organolettiċi sabiex ikunu jistgħu jiġu vvalutati aħjar fl-analiżi sensorjali. Ma tinvolvix bidla sostanzjali fil-prodott, li jżomm il-karatteristiċi u l-profil deskritti fir-rabta u li huma dderivati mill-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u dawk umani. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Id-deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed protetti jeħtieġ li tiġi emendata sabiex il-karatteristiċi tagħhom ikunu jistgħu jintrabtu ma’ deskritturi li jistgħu jiġu vvalutati minn bord ta’ dewwieqa li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-istandard UNE-EN-ISO 17025.

3.   Tneħħija tal-obbligu ta’ kisi minn ġewwa tat-tankijiet

DESKRIZZJONI:

L-aħħar sentenza tal-punt 4 tat-Taqsima 3(b.1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, relatata mal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid, li kienet teħtieġ li t-tankijiet ikunu miksija minn ġewwa, tħassret.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 3(b.1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5 tad-Dokument Uniku.

Għandha titqies bħala emenda standard li timmodifika d-Dokument Uniku, bil-għan li t-taqsima dwar il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid tiġi adattata għall-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fl-enoloġija moderna. Ma tinvolvi l-ebda bidla fil-karatteristiċi organolettiċi u fiżikokimiċi tal-inbid, li jibqgħu l-istess. Din l-emenda ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Ġie propost li titħassar l-aħħar sentenza tal-punt 4 fit-Taqsima 3(b.1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid biex tippermetti ċerti prattiki ta’ produzzjoni attwali li qed jiksbu riżultati tajbin ħafna f’termini ta’ kwalità u li jinvolvu l-użu ta’ tankijiet magħmula minn materjali bħall-konkrit, li ma humiex miksija minn ġewwa.

4.   Żieda ta’ varjetajiet minoritarji: puesta en cruz, gajo arroba, bastardillo chico, tinta jeromo u mandón

DESKRIZZJONI:

Ġew introdotti ħames varjetajiet ġodda. Id-distinzjoni bejn il-varjetajiet prinċipali u sekondarji tneħħiet ukoll.

Din l-emenda tikkonċerna l-punti 3(c) u 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 7 tad-Dokument Uniku.

Għandha titqies bħala emenda standard li temenda d-Dokument Uniku. Kif intqal hawn fuq, iż-żieda ta’ dawn il-varjetajiet ma tibdilx il-karattru distintiv tal-inbejjed tad-DOP Arribes, iżda pjuttost tgħin biex tiġi ottimizzata d-deskrizzjoni. Din l-emenda ma tibdilx ir-rabta u għalhekk ma taqax taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Għalkemm dawn il-ħames varjetajiet diġà kienu jidhru fuq il-mappa tal-varjetajiet tradizzjonali taż-żona, sa issa ma kinux ġew identifikati u rreġistrati.

Dawn il-varjetajiet instabu minn grupp ta’ riċerkaturi mill-Unità tal-Vitikultura (id-Dipartiment tal-Għelejjel tal-Boskijiet) tal-Instituto Tecnológico Agrario de Castilla y León [l-Istitut ta’ Kastilja u León tat-Teknoloġija Agrikola] fi stħarriġiet li saru fl-2002 fiż-żona demarkata tad-DOP Arribes, bħala parti minn proeġtt ta’ riċerka biex terġa’ tingħata ħajja lill-varjetajiet minoritarji indiġeni. Ladarba kienu ġew stabbiliti l-karatteristiċi tal-varjetajiet, beda l-proċess ta’ reġistrazzjoni. Fl-aħħar nett, ġew inklużi fil-lista tal-varjetajiet tal-produzzjoni tal-inbid awtorizzati f’Kastilja u León, kif stipulat fl-Anness XI tal-Ordni AYG/1408/2018 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li tirregola l-potenzjal tal-produzzjoni tal-inbid fil-Komunità ta’ Kastilja u León (BOCyL Nru 2 tat-3 ta’ Jannar 2019). Din l-ordni ġiet emendata reċentement bl-Ordni AGR/836/2020 tal-4 ta’ Settembru 2020 (BOCyL Nru 190 tal-15 ta’ Settembru 2020).

Analiżi tal-inbejjed li jinkludu dawn il-varjetajiet uriet li l-karattru distintiv tal-inbejjed tad-DOP Arribes jinżamm u li l-inbejjed għandhom karatteristiċi ta’ kwalità li huma notevoli mil-lat enoloġiku u ma għandhomx jintilfu. Ma għandux jintesa lanqas li dawn il-varjetajiet kienu użati b’mod komuni fil-produzzjoni tal-inbid fiż-żona qabel ma twaqqfet id-DOP.

Id-distinzjoni bejn il-varjetajiet prinċipali u sekondarji tneħħiet ukoll għax mhix meħtieġa.

5.   Abbozzar mill-ġdid tat-taqsima dwar ir-rabta

DESKRIZZJONI:

Dan huwa aġġornament għall-formulazzjoni tat-taqsima “fatturi umani” dwar ir-rabta, li tirreferi għall-varjetajiet li issa huma inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 7(a.2) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 8.1 tad-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard għaliex għalkemm tikkonċerna subtaqsima tar-rabta, din tal-aħħar ma nbidlitx fir-rigward tal-interazzjoni bejn il-fatturi u l-karatteristiċi tal-prodott. Ma hemm l-ebda bidla fir-rabta kawżali. Għalhekk, din l-emenda ma taqa’ fl-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Dan huwa aġġornament għall-formulazzjoni tat-taqsima “fatturi umani” dwar ir-rabta, li kienet tinkludi referenza li dawn il-varjetajiet minoritarji kienu fil-proċess li jiġu studjati, irreġistrati u awtorizzati. Dan il-proċess issa tlesta u għalhekk it-test jeħtieġ li jiġi aġġornat biex jirrifletti s-sitwazzjoni l-ġdida. Hemm ukoll il-ħtieġa ta’ konsistenza bl-inklużjoni tagħhom fost il-varjetajiet awtorizzati li minnhom jistgħu jsiru l-inbejjed tad-DOP Arribes.

6.   Titjib tal-formulazzjoni tat-taqsima li tiġġustifika għaliex l-inbid irid jiġi bbottiljat fis-sors

DESKRIZZJONI:

It-taqsima li tispjega għaliex l-inbid irid jiġi bbottiljat fis-sors ġiet imtejba.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8(b.2) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard, peress li hija purament formali u ma tinvolvi l-ebda bidla fir-regoli u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Fi kliem ieħor, l-obbligu li l-inbid jiġi bbottiljat fis-sors diġà kien inkluż fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-formulazzjoni tar-raġunijiet għal dan l-obbligu sempliċiment ittejbet. Din l-emenda ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Dan huwa biss titjib fil-formulazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit biex tingħata ġustifikazzjoni aħjar, peress li huwa meqjus essenzjali għall-preservazzjoni tal-kwalità tal-prodott finali.

7.   Aġġornament għall-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tikkettar

DESKRIZZJONI:

Il-formulazzjoni ġiet imtejba billi tneħħew ir-referenzi legali li huma obsoleti.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8(b.3) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard, peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Dan huwa titjib fil-formulazzjoni, li ma jinvolvi l-ebda bidla fid-dispożizzjonijiet tat-tikkettar infushom.

8.   Allinjament mar-regoli dwar il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

DESKRIZZJONI:

Id-deskrizzjoni tal-verifiki ġiet abbozzatta mill-ġdid.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 9(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard li ma taffettwax id-Dokument Uniku peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Ġie propost li dan il-paragrafu jiġi abbozzat mill-ġdid biex ikun aktar ċar u jiġi allinjat mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE li japplikaw attwalment.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Arribes

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   INBID - inbejjed bojod u rożè

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Inbejjed bojod:

F’termini tad-dehra, għandhom kulur isfar bi sfumaturi minn griżi sa dehbin.

F’termini tar-riħa, għandhom aromi qawwija (mingħajr difetti) b’noti ta’ frott u/jew fjuri. Jista’ jkollhom traċċi ta’ mineralità.

Bħala togħma, għandhom togħma tajba b’aċidità bbilanċjata.

Inbid “iffermentat fil-bittija”:

F’termini tad-dehra, il-kuluri huma aktar qawwija minn tipi ta’ nbid mhux daqstant imqaddmin, minħabba l-proċess tal-produzzjoni tal-inbid.

F’termini tar-riħa, għandhom aromi qawwija b’noti affumikati u mixwija mħallta man-noti tal-frott u tal-fjuri speċifiċi għall-varjetà, ta’ intensità medja.

F’termini tat-togħma, għandu jkollhom sensazzjoni żejtnija fil-palat, togħma varjata u kumplessa b’noti tal-ballut strutturati tajjeb.

Inbejjed rożè:

F’termini tad-dehra, il-kuluri jvarjaw minn roża ċar sa aħmar ċar.

F’termini tar-riħa, għandhom aromi qawwija (mingħajr difetti) li fiha jiddominaw noti ta’ frott.

Bħala togħma, għandhom togħma ta’ frott b’aċidità imħallta sew.

Inbejjed rożè mqaddmin:

F’termini tad-dehra, għandhom kulur roża bi sfumaturi li jirriżultaw mill-proċess tat-tqaddim.

F’termini tar-riħa, għandhom aromi karatteristikament nodfa b’bilanċ ta’ njam u frott skont it-tul tal-proċess tat-tqaddim.

Bħala togħma, huma strutturati tajjeb b’bilanċ tajjeb ta’ aċidità u alkoħol u t-togħma ddum tintiegħem.

(*)

Il-parametri analitiċi mhux stabbiliti f’dan id-dokument għandhom jikkonformaw mar-regoli fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,0

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

11,67

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

2.   INBID - Inbejjed ħomor mhux imqaddmin

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

F’termini tad-dehra, għandhom kulur aħmar, li jvarja minn aħmar jagħti fil-vjola ċar għal aħmar jagħti fil-vjola skur.

F’termini tar-riħa, għandhom aromi qawwija bi ħjiel ta’ frott u/jew minerali.

Bħala togħma, għandhom togħma ta’ frott b’aċidità bbilanċjata tajjeb.

(*)

Il-parametri analitiċi mhux stabbiliti f’dan id-dokument għandhom jikkonformaw mar-regoli fis-seħħ.

(**)

Għall-inbejjed li għandhom aktar minn sena, il-limitu tal-aċidità volatili huwa kkalkulat kif ġej: 0,7 g/l sa qawwa alkoħolika ta’ 10 % vol. + 0,06 g/l għal kull grad ogħla minn 10 % vol.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,0

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

11,67

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

3.   INBID - Inbejjed ħomor imqaddmin

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Viżwalment, il-kuluri jvarjaw minn vjola sa aħmar, bil-possibbiltà ta’ kuluri oranġjo tipiċi tat-tqaddim. Intensità bejn medja u għolja.

F’termini tar-riħa, għandhom aromi qawwija u ta’ frott bi sfumaturi pprovduti mill-injam u/jew minn traċċi ta’ mineralità.

Bħala togħma, huma strutturati tajjeb b’togħmiet tal-injam u bilanċ tajjeb ta’ aċidità.

(*)

Il-parametri analitiċi mhux stabbiliti f’dan id-dokument għandhom jikkonformaw mar-regoli fis-seħħ.

(**)

Għall-inbejjed li għandhom aktar minn sena, il-limitu tal-aċidità volatili huwa kkalkulat kif ġej: 0,7 g/l sa qawwa alkoħolika ta’ 10 % vol. + 0,06 g/l għal kull grad ogħla minn 10 % vol.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,0

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

11,67

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.

Prattika enoloġika speċifika

Ir-rendiment massimu tal-estrazzjoni: 72 litru għal kull 100 kilogramma għeneb.

Għall-inbejjed bl-indikazzjoni “FERMENTADO EN BARRICA” [IFFERMENTATI FIL-BITTIJA] fuq it-tikketta, il-kapaċità massima hija ta’ 600 litru.

2.

Restrizzjoni dwar il-produzzjoni tal-inbid

Għall-inbejjed rożè u ħomor, mill-inqas 60 % tal-għeneb użat irid ikun tal-varjetajiet ħomor awtorizzati taħt id-DOP.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Varjetajiet ħomor

7 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.

 

50,4 ettolitru għal kull ettaru

3.

Varjetajiet bojod

10 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

4.

 

72 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona ġeografika tad-DOP Arribes tinsab fil-Majjistral tal-provinċja ta’ Salamanca u fil-Lbiċ tal-provinċja ta’ Zamora.

Iż-żona tal-produzzjoni tikkonsisti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Il-provinċja ta’ Salamanca:

Ahigal de los Aceiteros, Aldeadávila de la Ribera, Corporario, Fregeneda (La), Hinojosa de Duero, Lumbrales, Masueco, Mieza, Peña (La), Pereña de la Ribera, Puerto Seguro, Redonda (La), San Felices de los Gallegos, Saucelle, Sobradillo, Valdenoguera, Vilvestre, Villar de la Yegua, Villar del Ciervo u Villarino de los Aires.

Il-provinċja ta’ Zamora:

Abelón, Argañin, Badilla, Carbajosa de Alba, Castro de Alcañices, Cibanal, Cozcurrita, Fariza, Fermoselle, Formariz, Fornillos de Fermoselle, Gamones, Luelmo, Mámoles, Monumenta, Moral de Sayago, Moralina, Pinilla de Fermoselle, Pino, Salto de Castro, Santa Eulalia, Torregamones, Villadepera, Villalcampo u Villardiegua de la Ribera.

Il-Poligoni 2, 3, 4, 12, 13, 14 u 16 fil-muniċipalità ta’ Almaraz de Duero, u l-poligonu 1 fil-muniċipalità ta’ Muelas del Pan.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

ALBILLO MAYOR

 

ALBILLO REAL

 

BRUÑAL - ALBARÍN TINTO

 

DOÑA BLANCA - MALVASÍA CASTELLANA

 

GAJO ARROBA

 

GARNACHA TINTA

 

GARRO - MANDÓN

 

JUAN GARCÍA - MOURATÓN

 

MENCÍA

 

MERENZAO - BASTARDILLO CHICO

 

RABIGATO - PUESTA EN CRUZ

 

RUFETE

 

SYRAH

 

TEMPRANILLO

 

TINTO JEROMO

 

VERDEJO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Fatturi naturali u umani

Fatturi naturali

Klima

Il-karatteristiċi klimatiċi ta’ Arribes del Duero huma karatteristiċi ħafna u huma wieħed mill-kriterji ewlenin li jiddefinixxu din iż-żona, fejn il-klima tvarja b’mod sinifikanti minn dik tal-bqija tar-reġjun. Ix-xita hija relattivament għolja, b’rata annwali ta’ bejn 575 u 800 mm, minħabba l-post fejn jinsab id-distrett fl-aktar parti fil-Punent tal-baċin tax-xmara Duero.

Ir-riżalt huwa responsabbli wkoll għal differenzi kbar fit-temperatura. Fil-penipjan il-mudell tat-temperatura huwa simili għall-bqija tal-baċin tax-xmara (xtiewi twal u kesħin u sjuf qosra u sħan), iżda fil-widien tax-xmajjar (l-“arribe”), jintlaħqu temperaturi ferm ogħla (madwar 5 oC ogħla milli fil-penipjan), li jirriżulta fi xtiewi iqsar u sjuf itwal. Fil-widien fondi inkorporati, fejn it-temperatura medja f’Jannar hija madwar 9 oC, ma sseħħ l-ebda ġlata. Din titla’ għal madwar 26 oC f’Awwissu. Fiż-żewġ każijiet, hemm ammont kbir ta’ xemx, madwar 2 680 siegħa ta’ xemx fis-sena.

Il-klima f’Arribes del Duero tista’ tiġi deskritta bħala Mediterranja subumda, aktar sħuna u aktar umda mill-bqija tar-reġjun.

Ħamrija

Il-biċċa l-kbira tal-ħamrija fiż-żona hija ffurmata minn graniti tal-lavanja. B’livelli baxxi ta’ ġir, huma friski u fertili, aċidużi b’mod naturali (pH li jvarja bejn 5 u 6), b’sawra ta’ trab ġulġlieni xaħxi u kontenut għoli ta’ ġebel, li kollha huma karatteristiċi li jagħmluhom differenti mill-ħamrija f’reġjuni tal-vitikultura oħrajn fl-inħawi.

Fatturi umani

B’kont meħud tal-fatturi naturali, il-produtturi tal-inbid tad-DOP Arribes matul is-snin iddefinixxew:

1.-

L-eżistenza ta’ mappa varjetali distintiva. Il-varjetà predominanti (għeneb aħmar, f’dan il-każ) hija l-Juan García. Din il-varjetà, li hija l-komponent ewlieni fl-inbejjed koperti mill-indikazzjoni ġeografika, tagħtihom karattru unikament tipiku u distintiv, li jenfasizza l-istruttura u n-nuqqas ta’ aċidità tagħhom. Varjetà oħra ta’ għeneb aħmar tradizzjonali li hija importanti f’termini tal-kwantità u l-kwalità ppruvata hija r-Rufete; varjetà li żżid aromi delikati u tagħti lill-inbejjed eleganza u kumplessità.

Hemm ukoll il-varjetà Bruñal (li x’aktarx hija indiġena għaż-żona), li dejjem iżżid ħafna kulur u tagħti qawwa alkoħolika ogħla. Din il-varjetà hija apprezzata sew u stmata mill-vitikulturi fiż-żona.

Dawn il-varjetajiet indiġeni huma ssupplimentati minn varjetajiet oħra (Tempranillo, Garnacha, Mencía (varjetajiet ħomor) u Malvasía, Albillo jew Verdejo (varjetajiet bojod), li wkoll għandhom espressjoni distintiva bbażata fuq it-terroir taż-żona.

Minbarra dawn t’hawn fuq, Bastardillo Chico, Tinta Jeromo, Mandón, Gajo Arroba, Puesta en Cruz, eċċ. ukoll huma varjetajiet li huwa ċar li huma indiġeni u li għandhom importanza kbira fil-mappa varjetali. Dawn diġà jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta’ nbejjed protetti, peress li l-proċess ta’ reġistrazzjoni u awtorizzazzjoni issa tlesta, wara l-istudju dwar it-treġġigħ lura ta’ varjetajiet minoritarji mwettaq mill-Istitut tat-Teknoloġija [Agrikola] ta’ Kastilja u León.

Varjetajiet oħra li wrew li adattaw tajjeb għaż-żona u li għandhom espressjoni distintiva fil-kundizzjonijiet tal-inħawi tal-Arribes ukoll żdiedu fl-importanza f’dawn l-aħħar snin. Dan jgħodd għall-varjetà ħamra Syrah, li titkabbar b’mod estensiv u hija meqjusa importanti fost il-varjetajiet imkabbra f’Arribes del Duero. Il-karatteristiċi tagħha jittejbu aktar meta jitkabbru f’ħamrija ġeblija u tal-granit u fi klimi sħan u xemxija (bħalma jinsabu f’Arribes). Hija varjetà relattivament faċli biex tiġi kkultivata u ma hijiex vulnerabbli għall-mard. Il-varjetà Syrah hija kkumplimentata perfettament mill-varjetajiet indiġeni u meta tintuża waħedha għall-produzzjoni ta’ nbid ta’ varjetà waħda, ir-riżultat f’Arribes huma nbejjed ta’ kwalità għolja li jesprimu perfettament il-karattru distintiv taż-żona.

2-

Il-vitikultura hija traduzzjoni qadima fiż-żona. Mill-inqas 50 % tad-dwieli tħawlu qabel l-1956 u kważi kollha huma dwieli baxxi. Perċentwal żgħir biss tad-dwieli jitkabbru fuq kannizzati. Hemm xi esperjenza ta’ konverżjoni ta’ dwieli mħarrġa bl-istil goblet għall-kannizzati, iżda hija pjuttost rari.

3.-

Id-densità tat-tħawwil hija għolja, li tradizzjonalment tvarja bejn 2 000 u 3 000 pjanta għal kull ettaru.

8.2.   Karatteristiċi tal-prodott

L-inbejjed koperti mid-DOP Arribes huma kkaratterizzati mill-profil aromatiku tagħhom, li jiddistingwihom mill-inbejjed prodotti f’żoni oħrajn. Dan huwa r-riżultat tal-aċidità naturali tagħhom, li tagħtihom il-freskezza. Fil-każ tal-inbejjed ħomor, huwa wkoll ir-riżultat tal-konċentrazzjoni għolja ta’ polifenoli u l-aromi ta’ frott misjur tal-ġamm, kif ukoll tan-noti minerali karatteristiċi tagħhom.

8.3.   Deskrizzjoni tar-rabta

1.-

L-istaġun tat-tkabbir tad-dwieli, mir-rebbiegħa ’l quddiem (li jibda qabel hawn), huwa aħjar f’Arribes del Duero, peress li hemm livell tajjeb ta’ xita, li huwa ta’ vantaġġ għall-pjanti. Dan għandu impatt kbir fuq l-aċidità naturali korretta tal-inbid, peress li ġeneralment ma tkunx inqas minn 5,5 g/l.

2.-

Il-mudell tat-temperatura f’Arribes del Duero jiżgura li l-frott isir b’mod perfett, u b’hekk jippermetti konċentrazzjoni ogħla ta’ polifenoli. Dan jibdel il-profil aromatiku tal-inbejjed, li għandhom ċerta tendenza lejn aromi ta’ frott misjur iżżejjed tal-ġamm.

3.-

Il-mappa varjetali ta’ Arribes hija distinta ħafna u differenti minn dik ta’ żoni oħra. Għaldaqstant, l-inbejjed taż-żona għandhom profil aromatiku uniku ħafna u ġeneralment għandhom karatteristiċi organolettiċi distintivi.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Il-proċess tal-produzzjoni tal-inbid jinkludi l-ibbottiljar u t-tqaddim sussegwenti tal-inbejjed, u għalhekk il-karatteristiċi organolettiċi u fiżikokimiċi deskritti f’din l-Ispeċifikazzjoni jistgħu jiġu ggarantiti biss jekk l-operazzjonijiet kollha tal-immaniġġjar tal-inbid iseħħu fiż-żona tal-produzzjoni. Għalhekk, bil-għan li tiġi ssalvagwardjata l-kwalità, li tiġi ggarantita l-provenjenza u li jiġu żgurati l-kontrolli, u meta wieħed iżomm f’moħħu li l-ibbottiljar ta’ nbejjed koperti mid-DOP Arribes huwa wieħed mill-punti kritiċi biex jinkisbu l-karatteristiċi definiti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, din l-operazzjoni trid titwettaq f’kantini tal-inbid li jinsabu fl-impjanti tal-ibbottiljar fiż-żona tal-produzzjoni.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Is-sena inizjali trid tidher fuq it-tikketta, anke jekk l-inbid ma ġiex imqaddem.

Jistgħu jidhru t-termini li ġejjin fuq it-tikketta:

it-terminu “DENOMINACIÓN DE ORIGEN” [DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI] minflok “DENOMINACIÓN DE ORIGEN PROTEGIDA” [DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA].

Inbejjed rożè u ħomor: it-termini CRIANZA, RESERVA u GRAN RESERVA, sakemm l-inbid jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli, u ROBLE, sakemm l-inbid jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli u jkun ġie mqaddem għal mill-inqas 3 xhur fi btieti tal-ballut.

L-inbejjed kollha: FERMENTADO EN BARRICA [IFFERMENTAT FIL-BITTIJA], sakemm jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli u l-inbid ikun ġie ffermentat fi btieti tal-ballut għal mill-inqas 3 xhur.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

www.itacyl.es/documents/20143/342640/PCC+DOP+ARRIBES+Rev+2.docx/8bc6c048-a143-5813-e576-e8876e19c90d


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/41


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 263/11)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Cigales

PDO-ES-A0622-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 12.4.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Tibdil fil-karatteristiċi fiżikokimiċi

DESKRIZZJONI:

Din l-emenda taffettwa l-kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit espress f’milligrammi għal kull litru (mg/l), li huwa ekwivalenti għal-limiti massimi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli. Fil-każ tal-inbejjed bojod u rożè/klaret, dan qed jiżdied minn 150 għal 200 mg/l, u fil-każ tal-inbejjed ħomor, minn 140 għal 150 mg/l. Il-metodu għall-kejl tal-kontenut taz-zokkor ta’ nbejjed spumanti ta’ kwalità qed jiġi kkoreġut ukoll biex issa jirreferi għal grammi għal kull litru ta’ glukożju+fruttożju+sukrożju. Qabel, ir-referenza għas-“sukrożju” kienet tħalliet barra.

Din l-emenda taffettwa l-punt 2(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

Din hija kkunsidrata bħala emenda standard li temenda d-Dokument Uniku minħabba li ma tinvolvix bidla sostanzjali fil-karatteristiċi tal-prodott, li għad għandu l-istess karatteristiċi u profil deskritti fir-rabta, bħala riżultat tal-interazzjoni bejn fatturi naturali u umani. Għalhekk din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Kien ikkunsidrat li ma huwiex meħtieġ li l-limiti massimi tad-diossidu tal-kubrit ikunu aktar baxxi mil-limiti massimi stabbiliti mil-liġi, peress li dan jista’ jagħmel il-ħżin tal-inbejjed kif suppost aktar diffiċli u ma jtejjibx il-kwalità.

2.   Żieda tat-terminu “clarete” bħala sinonimu għal “rożè”

DESKRIZZJONI:

It-terminu “clarete” ġie introdott bħala sinonimu għal “rożè”.

Din l-emenda taffettwa t-taqsimiet li ġejjin tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u d-Dokument Uniku: it-taqsimiet 2(a), 2(b), 3(c), 5 u 7 tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsimiet 4 u 5 tad-Dokument Uniku.

Din hija kkunsidrata bħala emenda standard (li temenda d-Dokument Uniku) minħabba li ma tinvolvix bidla sostanzjali fil-karatteristiċi tal-prodott, iżda sempliċiment treġġigħ lura ta’ terminu tradizzjonali li minn dejjem kien jintuża biex jidentifika l-inbejjed miż-żona. Il-karatteristiċi u l-profil deskritti fir-rabta, li huma konsegwenza tal-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u dawk umani, huma miżmuma. Għalhekk din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Il-kelma “clarete” tradizzjonalment kienet tintuża biex tirreferi għall-inbejjed rożè magħmulin f’Cigales u fi kwalunkwe reġjun ieħor tal-vitikultura fi Spanja. Skont il-leġiżlazzjoni applikabbli meta ġiet stabbilita d-denominazzjoni tal-oriġini, l-inbejjed magħmulin b’dan il-mod setgħu jissejħu biss “rożè”. Għal dik ir-raġuni, dan it-tip ta’ nbid ġie ddefinit bħala “rożè” u t-terminu “clarete” tħalla barra. Skont il-leġiżlazzjoni attwalment applikabbli, “clarete” tista’ tintuża bħala sinonimu għal “rożè”. L-intenzjoni hija li dan it-terminu tradizzjonali jinġieb lura biex terġa’ tiġi rrestawrata l-memorja ta’ dan it-tip ta’ nbid fiż-żmien bikri ta’ dan id-distrett vitikulturali. Dan għandu l-potenzjal li jżid il-valur ta’ dawn l-inbejjed, peress li huma differenti mill-inbejjed rożè magħmulin f’postijiet oħra fid-dinja.

3.   Abbozzar mill-ġdid tad-deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi

DESKRIZZJONI:

Titjib tad-deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed.

Din l-emenda taffettwa l-punt 2(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

Din hija kkunsidrata bħala emenda standard (li temenda d-Dokument Uniku) minħabba li ma tinvolvix bidla sostanzjali fil-karatteristiċi tal-prodott, iżda sempliċiment aġġornament tad-deskrizzjoni tagħhom. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Il-Bord Regolatorju għad-DOP Cigales, li huwa akkreditat skont l-istandard ISO 17065, esternalizza l-analiżi organolettika tal-inbejjed lil laboratorju ta’ analiżi sensorjali, li min-naħa tiegħu huwa akkreditat skont l-istandard ISO 17025. Abbażi tal-esperjenza miksuba matul is-snin, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi ġiet emendata biex tinġieb f’konformità mal-proċedura tal-analiżi f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-istandard ISO 17025. Ġew inklużi wkoll deskrizzjonijiet individwali tal-inbejjed ħelwin bojod, rożè u ħomor, sabiex jipprovdu informazzjoni aktar speċifika dwar il-karattru tagħhom u jippermettu analiżi aktar dettaljata.

4.   Emenda għad-densità tat-tħawwil

DESKRIZZJONI:

Din l-emenda għandha l-għan li tippermetti li l-pjantaġġuni eżistenti jkunu eżentati mill-konformità mad-densità minima ta’ 1 000 pjanta għal kull ettaru.

Tikkonċerna l-punt 3(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.1 tad-Dokument Uniku.

Hija kkunsidrata bħala emenda standard peress li ma tinvolvix bidla sostanzjali fil-karatteristiċi tal-prodott. Fil-fatt, l-għeneb imkabbar fl-eqdem pjantaġġuni huwa dak li minnu jsiru l-aktar inbejjed ġenwini tad-DOP Cigales. Ma taqa’ fl-ebda waħda mill-kategoriji ta’ emendi tal-Unjoni previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Ir-raġuni għal din il-bidla hija biex tiżgura li l-vinji l-qodma li għad hemm f’dan id-distrett vitikulturali u li għandhom inqas minn 1 000 pjanta għal kull ettaru jitħallew intatti. Minbarra l-valur storiku u kulturali tagħhom, dawn il-vinji jipproduċu għeneb ta’ kwalità eċċellenti minħabba r-rendiment baxx u l-età tad-dwieli. Huwa minn din il-materja prima li jiġu prodotti l-inbejjed tal-ogħla kwalità bl-akbar valur miżjud.

Barra minn hekk, meta wieħed iqis li d-distanzi tat-tħawwil huma 3 x 3 m f’dawn il-vinji qodma (li ppermettew l-adattament għall-mekkanizzazzjoni), ma huwiex ikkunsidrat loġiku li dawn l-irqajja’ qodma jiġu esklużi minħabba n-nuqqas ta’ konformità mad-densità minima tat-tħawwil. L-esklużjoni tagħhom twassal għal telf f’termini tal-potenzjal produttiv u tal-kwalità.

5.   Inklużjoni tal-possibbiltà li titnaqqas il-qawwa alkoħolika probabbli tal-għeneb f’ċerti snin

DESKRIZZJONI.

Qed tiġi introdotta l-possibbiltà li titnaqqas il-qawwa alkoħolika tal-għeneb f’ċerti snin b’0,5 gradi.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 3(b.1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.1 tad-Dokument Uniku.

Hija emenda standard minħabba li ma tinvolvix bidliet sostanzjali, peress li din il-possibbiltà minn dejjem kienet teżisti. Kull ma tinvolvi huwa t-trasferiment tar-regolament (li issa huwa inkorporat bħala regola operattiva interna) għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li hija d-dokument li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet tekniċi kollha li jaffettwaw il-prodott. Għalhekk, ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji ta’ emendi tal-Unjoni previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Din l-emenda tintroduċi l-possibbiltà li l-Bord Regolatorju jista’ jippermetti li l-qawwa alkoħolika minima probabbli tal-għeneb titnaqqas b’sa 0,5o Beaumé f’ċerti snin wara studju tekniku biex jiġġustifika tali tnaqqis.

Il-gwida dwar it-tnaqqis tal-qawwa alkoħolika għal ċerti snin kienet inkluża fir-regola applikabbli, ir-regolament għad-DOP Cigales, li huwa eqdem mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dan ir-Regolament ġie emendat reċentement u ma għadux jinkludi din il-possibbiltà, li bħala miżura teknika, għandha tiġi inkluża fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

6.   Inklużjoni tal-possibilità li jintużaw tipi differenti ta’ nbejjed spumanti ta’ kwalità

DESKRIZZJONI:

Din l-emenda tintroduċi l-possibbiltà li l-inbejjed spumanti ta’ kwalità jiġu prodotti bl-użu ta’ metodi oħrajn għajr il-metodu tradizzjonali.

Tikkonċerna l-punt 3(b.1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.1 tad-Dokument Uniku.

Hija emenda standard li temenda d-Dokument Uniku. L-inbejjed spumanti ta’ kwalità jridu jkomplu jissodisfaw il-karatteristiċi organolettiċi u fiżikokimiċi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, irrispettivament mill-metodu ta’ produzzjoni. Għalhekk, ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji ta’ emendi tal-Unjoni previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

L-inbejjed spumanti ta’ kwalità jistgħu jiġu prodotti bl-użu ta’ kwalunkwe metodu awtorizzat inkluż fil-kategorija 5 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-għan huwa li jiġu sfruttati opportunitajiet ġodda biex jiġi estiż is-suq għal dan it-tip ta’ prodott, li beda jiġi prodott fl-2011. Madankollu, it-tikketta prinċipali trid tiddikjara l-metodu użat, biex jiġi żgurat li l-konsumatur ikun konxju ta’ kif ġie prodott.

7.   Abbozzar mill-ġdid tat-taqsima dwar il-kundizzjonijiet tat-tqaddim

DESKRIZZJONI:

Din l-emenda tintroduċi ċerti kundizzjonijiet għat-tqaddim tal-inbejjed (id-daqs tal-bittija u d-data li minnha għandu jiskorri l-perjodu tat-tqaddim).

Tikkonċerna l-punt 3(b.2) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.1 tad-Dokument Uniku.

Hija emenda standard li temenda d-Dokument Uniku, minħabba li ma tinvolvix bidliet sostanzjali, peress li l-kundizzjonijiet huma l-istess bħal dawk stabbiliti preċedentement fir-regolament. Kull ma tinvolvi huwa t-trasferiment tar-regolament (li issa huwa inkorporat bħala regola operattiva interna) għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li hija d-dokument li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet tekniċi kollha li jaffettwaw il-prodott. Għalhekk, ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji ta’ emendi tal-Unjoni previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Din l-emenda tintroduċi t-taqsima dwar il-kundizzjonijiet tat-tqaddim, li kienet tidher biss fir-regolament il-qadim. Ir-raġuni għal dan hija li l-aspetti tekniċi kollha ġew iddefiniti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minn meta ġie emendat ir-regolament il-qadim.

8.   Emenda għar-restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni tal-inbid

DESKRIZZJONI:

Il-perċentwali ta’ ċerti varjetajiet fit-taħlita tħassru.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 3(b.2) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.1 tad-Dokument Uniku.

Hija emenda standard li temenda d-Dokument Uniku, minħabba li l-karatteristiċi u l-profil tal-prodott, li jirriżultaw mill-interazzjoni bejn fatturi naturali u umani, ma nbidlux. Għalhekk, ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji ta’ emendi tal-Unjoni previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Ma huwiex meqjus meħtieġ li jinżammu dawn ir-restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni tal-inbid, peress li l-karatteristiċi tal-inbejjed tad-DOP Cigales huma dovuti, l-ewwel u qabel kollox, għall-mod kif il-varjetajiet adattaw għall-ambjent ġeografiku u kif dan l-ambjent (il-klima, il-ħamrija, ir-riżalt, eċċ.) influwenza l-produzzjoni tal-għeneb, u mhux jekk hemmx perċentwal ogħla ta’ varjetà jew oħra.

9.   Rendimenti massimi skont it-tip ta’ nbid

DESKRIZZJONI:

Ir-rendiment ma għadux limitat mill-kulur tal-għeneb. Minn issa ’l quddiem huwa limitat skont it-tip ta’ nbid li jkun qed jiġi prodott. Ġie stabbilit rendiment massimu ta’ 7 000 kg għal kull ettaru għall-varjetajiet bojod u ħomor meta jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor, u ta’ 9 000 kg għal kull ettaru għal tipi oħra ta’ nbid: bojod, rożè/klaret u nbejjed spumanti ta’ kwalità.

Din l-emenda taffettwa l-punt 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.2 tad-Dokument Uniku.

Hija emenda standard li temenda d-Dokument Uniku, minħabba li ma taffettwax il-karatteristiċi tal-prodott. Dan l-aġġornament ma jaqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji ta’ emendi tal-Unjoni previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

L-inbejjed rożè u klaret tradizzjonalment kienu prodotti f’din iż-żona b’taħlitiet ta’ għeneb abjad u aħmar. Huwa komuni li l-irqajja’ jkollhom taħlita ta’ varjetajiet bojod u ħomor, għalhekk ma jagħmilx sens li jiġu stabbiliti żewġ rendimenti differenti għal kull wieħed.

Hemm ukoll ġustifikazzjoni teknika għal din l-emenda: bħalissa hemm domanda fis-suq għal inbejjed rożè, bojod u nbejjed spumanti ta’ kwalità li huma eħfef, b’inqas korporatura u inqas struttura. Dan jeħtieġ li jitnaqqsu l-qawwa alkoħolika u l-estrazzjoni u li tiżdied l-aċidità. Jekk il-ħsad jitmexxa ’l quddiem sabiex jinkisbu dawn il-karatteristiċi, il-komponenti l-oħrajn tal-għeneb ma jkunux saru biżżejjed. Madankollu, l-użu ta’ volum ogħla jagħmilha possibbli li dawn il-parametri jiġu bbilanċjati mingħajr detriment għall-komponenti l-oħra, u b’hekk jiġi żgurat li l-għeneb isir b’mod perfett.

10.   Inklużjoni tal-varjetajiet garnacha tintorera u garnacha blanca u tħassir tal-klassifikazzjoni tal-varjetajiet prinċipali u awtorizzati

DESKRIZZJONI:

Ġew introdotti żewġ varjetajiet u d-distinzjoni bejn il-varjetajiet prinċipali u awtorizzati tħassret.

Din l-emenda taffettwa l-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 7 tad-Dokument Uniku.

Hija emenda standard li temenda d-Dokument Uniku, minħabba li ma taffettwax il-karatteristiċi tal-prodott. Dan l-aġġornament ma jaqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji ta’ emendi tal-Unjoni previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Il-klassifikazzjoni tal-varjetajiet awtorizzati u prinċipali tħassret peress li ma hijiex meħtieġa.

Fir-rigward tal-inklużjoni tal-varjetà Garnacha Tintorera, għalkemm tradizzjonalment kienet titkabbar fiż-żona tad-DOP Cigales, b’mod mhux iġġustifikat din tqisitx li hija adatta għall-inbejjed ta’ kwalità. Ir-riżorsi tekniċi tal-kantini tal-inbid 35 sena ilu ma kinux jippermettu vinifikazzjoni tajba minn din il-varjetà u l-inbejjed li rriżultaw kienu wisq tanniċi u raffi, b’kulur u astringenza eċċessivi. Dan wassal għat-tneħħija tagħha mil-lista tal-varjetajiet awtorizzati.

Madankollu, l-enoloġija moderna żvelat il-virtujiet ta’ din il-varjetà biex isiru nbejjed ta’ kwalità. Ir-riżorsi tekniċi disponibbli għall-kantini tal-inbid issa jippermettu li jsir inbid ta’ kwalità għolja ħafna mill-varjetà Garnacha Tintorera, b’togħma ta’ frott u kwalitajiet aromatiċi straordinarji apprezzati ħafna mill-konsumaturi tal-lum.

11.   Aġġornament tal-formulazzjoni dwar ir-rabta

DESKRIZZJONI:

Din ma hijiex bidla intrinsika fir-rabta, iżda pjuttost aġġornament tal-formulazzjoni tat-taqsima kollha biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-emendi l-oħra introdotti. Ma hemm l-ebda bidla fir-rabta kawżali.

Din l-emenda taffettwa l-punt 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 8 tad-Dokument Uniku.

Hija emenda standard li temenda d-Dokument Uniku. Hija biss bidla fl-abbozz u ma taqa’ fl-ebda waħda mill-kategoriji ta’ emendi tal-Unjoni previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Huma meħtieġa bidliet żgħar biex jiġi żgurat li t-taqsima dwar ir-rabta tkun konsistenti mal-emendi l-oħra introdotti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

12.   Kundizzjoni ta’ eliġibbiltà miżjuda għall-applikazzjoni simultanja tad-deroga taż-żieda fir-rendiment u għat-tnaqqis fil-qawwa alkoħolika probabbli tal-għeneb

DESKRIZZJONI:

Ma huwiex permess li jiżdied ir-rendiment tal-għeneb u li titnaqqas il-qawwa alkoħolika probabbli fl-istess sena.

Din l-emenda taffettwa l-punt 8(b.1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Hija emenda standard li ma temendax id-Dokument Uniku, minħabba li ma taffettwax il-karatteristiċi tal-prodott. Dan l-aġġornament ma jaqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji ta’ emendi tal-Unjoni previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Din il-kundizzjoni ta’ eliġibbiltà qed tiżdied bħala s-subparagrafu 3 tal-punt 8(b.1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, biex b’hekk ma jkunx permess li tiġi applikata d-deroga taż-żieda fir-rendiment filwaqt li titnaqqas il-qawwa alkoħolika probabbli. Din il-kundizzjoni ta’ eliġibbiltà kienet inkluża wkoll fir-regolament il-qadim li kien jirregola d-denominazzjoni tal-oriġini. Bħal fil-każ ta’ emendi preċedenti, huwa meħtieġ li dan ir-rekwiżit jiġi ttrasferit mir-regolament, fejn ma għadux jidher, għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

13.   Fomulazzjoni ġdida tad-dispożizzjonijiet tat-tikkettar

DESKRIZZJONI:

Din it-taqsima ġiet abbozzata mill-ġdid sabiex il-formulazzjoni ssir aktar konsistenti mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u biex jiġi introdott obbligu li t-tikketta tindika l-metodu ta’ produzzjoni għall-inbejjed spumanti ta’ kwalità, f’konformità ma’ din l-istess emenda, sabiex tiġi evitata kull konfużjoni għall-konsumaturi. Ġie introdott it-terminu “fermentado en barrica” [iffermentat fil-bittija].

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8(b.3) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.

Hija emenda standard li temenda d-Dokument Uniku, iżda ma tinvolvi l-ebda forma ta’ restrizzjoni jew limitazzjoni fuq il-bejgħ u lanqas ma taqa’ fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji stabbiliti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/13, li jiddeskrivi l-emendi tal-Unjoni.

RAĠUNIJIET:

L-għan ta’ din l-emenda huwa li ttejjeb ir-regoli tat-tikkettar.

14.   Aġġornament għat-taqsima dwar il-kontrolli

DESKRIZZJONI.

Il-korp ta’ kontroll li lilu l-awtorità kompetenti ddelegat il-kompiti huwa speċifikat u l-formulazzjoni tat-taqsima dwar il-kontrolli ttejbet.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Hija emenda standard li ma temendax id-Dokument Uniku. Ma taffettwax il-karatteristiċi tal-prodott u lanqas ma taqa’ f’xi waħda mill-kategoriji stabbiliti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/13, li jiddeskrivi l-emendi tal-Unjoni.

RAĠUNIJIET:

Il-Bord Regolatorju għad-DOP Cigales kiseb akkreditazzjoni skont l-istandard ISO/IEC 17065: 2012. Wara din l-akkreditazzjoni, l-Instituto Tecnológico Agrario de Castilla y León [l-Istitut ta’ Kastilja u León tat-Teknoloġija Agrikola] iddelega kompiti relatati mal-verifiki tal-konformità lilu f’konformità mal-Artikolu 116a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Il-formulazzjoni tat-taqsima dwar il-kompiti ta’ kontroll ġiet aġġornata wkoll, peress li kienet saret obsoleta għaċ-ċertifikazzjoni f’konformità mal-istandard ISO 17065.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Cigales

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   INBID – BOJOD U ROŻÈ/KLARET

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Abjad:

Dan l-inbid għandu dehra kemxejn nadifa u b’kulur jgħajjat. Dan ikanġi isfar fl-aħdar, isfar lewn it-tiben, isfar ċar jew isfar dehbi.

F’termini tar-riħa, għandu aromi qawwija (mingħajr difetti) tal-familja tal-frott (frott tas-siġar, frott taċ-ċitru u/jew aromi ta’ pjanti). Jista’ jkun hemm noti pikkanti u/jew mixwija jekk l-inbid ikun tħalla għal xi żmien f’bittija.

F’termini tat-togħma, hija bbilanċjata b’ammont tajjeb ta’ aċidità u alkoħol. L-aromi huma simili ħafna bħal meta jinxtammu (frott tas-siġar u frott taċ-ċitru u/jew pjanti). Dawn jistgħu jkunu b’aroma pikkanti u/jew mixwija (inbejjed esposti għall-injam).

Rożè/Klaret:

Dan l-inbid għandu dehra kemxejn nadifa u b’kulur jgħajjat. Il-kulur ivarja bejn roża jagħti fil-vjola, roża lewn il-frawli, lewn is-salamun u lewn il-qoxra tal-basal.

F’termini tar-riħa, għandu aromi qawwija (mingħajr difetti jew elementi inadegwati) tal-familja tal-frott (frott aħmar, frott tas-siġar, frott taċ-ċitru u/jew aromi ta’ pjanti friski). Noti pikkanti u/jew mixwija jekk l-inbid ġie f’kuntatt mal-injam.

F’termini tat-togħma, hija bilanċjata, bl-istess aromi bħal meta jinxtamm (frott aħmar, frott tas-siġar, frott taċ-ċitru u/jew pjanti friski, u aromi pikkanti u/jew mixwija jekk l-inbid ikun tħalla għal xi żmien f’bittija).

Il-parametri fiżiċi u kimiċi stabbiliti f’din it-taqsima għandhom jikkonformaw mal-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10,83

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

2.   INBID — INBEJJED ĦOMOR MHUX IMQADDMA

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

F’termini tad-dehra, dan l-inbid huwa bejn nadif u b’kulur jgħajjat, bi sfumaturi li jvarjaw minn vjola għal aħmar lewn il-briks.

F’termini tar-riħa, aromi qawwija (mingħajr difetti jew elementi inadegwati) tal-familja tas-siġar tal-frott (frott iswed jew aħmar frisk jew misjur iżżejjed) u/jew pjanti, b’aromi pikkanti u/jew mixwija meta l-inbejjed ikunu ġew f’kuntatt mal-injam.

F’termini tat-togħma, hemm bilanċ tajjeb ta’ aċidità, alkoħol, astrinġenza u mrar. Il-finitura hija simili għall-aromi tar-riħa.

Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżiċi u kimiċi stabbiliti f’din it-taqsima għandhom jikkonformaw mal-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10,83

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

3.   INBEJJED ĦOMOR BL-INDIKAZZJONI “ROBLE”

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

F’termini tad-dehra, dan l-inbid huwa bejn nadif u b’kulur jgħajjat, bi sfumaturi li jvarjaw minn vjola għal aħmar lewn il-briks.

F’termini tar-riħa, aromi qawwija (mingħajr difetti jew elementi inadegwati) b’noti tal-familja tas-siġar tal-frott u/jew noti mixwija u/jew pikkanti, tipiċi tal-inbejjed li jkunu ġew f’kuntatt mal-injam.

F’termini tat-togħma, ibbilanċjata b’aromi tal-familja tal-frott u noti mixwija u/jew pikkanti, tipiċi ta’ nbejjed li ġew f’kuntatt mal-injam.

(*)

Għall-inbejjed imqiegħda fis-suq fl-ewwel sena wara l-ħsad; l-inbejjed imqaddma għal aktar minn sena ma għandhomx jaqbżu l-limitu massimu tal-aċidità volatili, li jiġi kkalkulat kif ġej: 1 gramma għal kull litru sa 10 % vol. u 0,06 grammi għal kull litru għal kull punt perċentwali aktar minn 10 %.

(**)

Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżiċi u kimiċi stabbiliti f’din it-taqsima għandhom jikkonformaw mal-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10,83

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

4.   INBEJJED ĦOMOR “CRIANZA”, “RESERVA” U “GRAN RESERVA”

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

CRIANZA:

F’termini tad-dehra, huwa bejn nadif u b’kulur jgħajjat, bi sfumaturi li jvarjaw minn vjola għal aħmar lewn il-briks.

F’termini tar-riħa, aromi qawwija (mingħajr difetti jew elementi inadegwati) b’noti mixwija u/jew pikkanti, tipiċi tal-injam u tal-familja tal-frott.

F’termini tat-togħma, bilanċ tajjeb b’finitura pikkanti u/jew mixwija u/jew ta’ frott u/jew minerali.

RESERVA:

F’termini tad-dehra, dan l-inbid huwa bejn nadif u b’kulur jgħajjat, bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar għal ambra.

F’termini tar-riħa, aromi qawwija (mingħajr difetti jew elementi inadegwati) b’noti pikkanti u/jew balsamiċi u/jew ta’ frott u/jew minerali.

F’termini tat-togħma, qawwija u bbilanċjata, b’finitura pikkanti u/jew balsamika u/jew minerali u/jew ta’ frott.

GRAN RESERVA:

F’termini tad-dehra, dan l-inbid huwa bejn nadif u b’kulur jgħajjat, bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar għal ambra.

F’termini tar-riħa, aromi qawwija (mingħajr difetti jew elementi inadegwati) b’noti pikkanti u/jew balsamiċi.

F’termini tat-togħma, qawwija b’finitura pikkanti u/jew balsamika u/jew minerali u/jew ta’ frott.

Għall-inbejjed imqiegħda fis-suq fl-ewwel sena wara l-ħsad; għall-inbejjed imqaddma għal aktar minn sena, l-aċidità volatili ma għandhiex taqbeż il-limitu massimu li ġej: 1 gramma għal kull litru sa 10 % vol. u 0,06 gramma għal kull litru għal kull punt perċentwali ogħla minn dan.

(**)

Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżiċi u kimiċi stabbiliti f’din it-taqsima għandhom jikkonformaw mal-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10,83

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

5.   INBEJJED — INBEJJED ĦELWIN (BOJOD, ROŻÈ/KLARET U ĦOMOR)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Inbejjed rożè ħelwin:

Dan l-inbid għandu dehra kemxejn nadifa u b’kulur jgħajjat. Il-kulur ivarja bejn roża jagħti fil-vjola, roża lewn il-frawli, lewn is-salamun u lewn il-qoxra tal-basal.

F’termini tar-riħa, għandu aromi qawwija (mingħajr difetti jew elementi inadegwati) tal-familja tal-frott (frott aħmar, frott tas-siġar, frott taċ-ċitru u/jew aromi ta’ pjanti friski). Noti pikkanti u/jew mixwija jekk l-inbid ġie f’kuntatt mal-injam.

Togħma: ibbilanċjata, bl-istess aromi bħal meta jinxtamm (frott aħmar, frott tas-siġar, frott taċ-ċitru u/jew pjanti friski, u aromi pikkanti u/jew mixwija jekk l-inbid ikun tħalla għal xi żmien f’bittija). Voluminuża fil-ħalq, ħelwa u strutturata.

Inbejjed ħomor ħelwin:

Dan l-inbid għandu dehra bejn nadifa u b’kulur jgħajjat, bi sfumaturi li jvarjaw minn vjola għal aħmar lewn il-briks.

F’termini tar-riħa, aromi qawwija (mingħajr difetti jew elementi inadegwati) tal-familja tas-siġar tal-frott (frott iswed u aħmar frisk u/jew misjur iżżejjed) u/jew pjanti, b’aromi pikkanti u/jew mixwija meta l-inbejjed ikunu ġew f’kuntatt mal-injam.

F’termini tat-togħma, bilanċ tajjeb ta’ aċidità u alkoħol u finitura ta’ frott simili għall-aromi meta jinxtamm (frott iswed u aħmar, frott imqadded, aromi tal-pjanti), noti pikkanti u/jew mixwija. Voluminuża fil-ħalq, ħelwa u strutturata.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10,83

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

6.   INBID SPUMANTI TA’ KWALITÀ (ABJAD/ROŻÈ/KLARET)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dan l-inbid għandu dehra bejn nadifa u b’kulur jgħajjat, b’kulur ikanġi fl-isfar (minn isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi) meta jsir b’għeneb abjad jew aħmar. Il-kulur huwa aħmar (minn roża ċar għal roża lewn il-frawli) meta jkun magħmul minn varjetajiet ħomor, jew ħomor u bojod. Il-bżieżaq huma ta’ daqs medju, jipproduċu ragħwa, u b’togħma li ddum żmien bejn żmien qasir għal żmien medju jew medju.

F’termini tar-riħa, aromi qawwija (mingħajr difetti jew elementi inadegwati) tal-frott u/jew tal-ħmira.

Meta jintiegħem, l-inbid huwa kkaratterizzat minn sensazzjonijiet ta’ frott b’togħma li ddum tintiegħem ta’ frott imqadded u/jew ta’ ħmira.

Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżiċi u kimiċi stabbiliti f’din it-taqsima għandhom jikkonformaw mal-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10,83

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

160

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   PRATTIKI TAL-PRODUZZJONI TAL-INBID

Prattika enoloġika speċifika

Prattika enoloġika speċifika

Għeneb f’saħħtu b’qawwa alkoħolika minima probabbli ta’: 10o Beaumé (varjetajiet bojod) u 10,5o Beaumé (varjetajiet ħomor).

Rendiment massimu tal-estrazzjoni: 72 litru għal kull 100 kilogramma għeneb.

L-inbejjed ħelwin jiġu prodotti billi tiġi ppreservata parti miz-zokkor naturali tal-għeneb, filwaqt li jiġi interrott il-proċess ta’ fermentazzjoni b’sistemi awtorizzati ħlief billi jiżdied l-alkoħol.

L-inbejjed spumanti ta’ kwalità għandhom jiġu prodotti permezz ta’ kwalunkwe metodu awtorizzat.

Kundizzjonijiet ta’ tqaddim għall-inbejjed:

1.

L-inbejjed iridu jitqaddmu f’kantini tal-inbid irreġistrati fi btieti tal-ballut b’kapaċità massima ta’ 330 litru.

2.

Il-perjodi tat-tqaddim għall-inbejjed li għalihom jintużaw it-termini “Crianza”, “Reserva” u “Gran Reserva” jingħaddu mill-1 ta’ Novembru tas-sena tal-ħsad.

2.   PRATTIKI TAL-PRODUZZJONI TAL-INBID

Prattika ta’ kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil se tkun ta’ 1 000 pjanta għal kull ettaru għal tħawwil ġdid. Id-densità tal-pjantaġġuni eżistenti tiġi rrispettata.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Għall-produzzjoni tal-inbejjed ħomor

7 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.

 

50,40 ettolitru għal kull ettaru

3.

Għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod, rożè/klaret u nbejjed spumanti ta’ kwalità

9 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

4.

 

64,80 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona ġeografika tad-DOP Cigales testendi għaż-żona tat-Tramuntana tal-Benniena tad-Duero fuq iż-żewġ naħat tax-Xmara Pisuerga. L-erja tas-superfiċe tagħha hija ta’ 574 km2.

Dan jinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:

Il-provinċja ta’ Valladolid:

Cabezón de Pisuerga, Cigales, Corcos del Valle, Cubillas de Santa Marta, Fuensaldaña, Mucientes, Quintanilla de Trigueros, San Martín de Valvení, Santovenia de Pisuerga, Trigueros del Valle u Valoria la Buena; u ż-żona vinikola magħrufa bħala El Berrocal, li hija magħluqa bil-fruntiera mal-provinċja ta’ Valladolid, it-triq prinċipali ta’ Valladolid-Fuensaldaña-Mucientes u x-Xmara Pisuerga. Din iż-żona vinikola hija parti mill-muniċipalità ta’ Valladolid.

Il-provinċja ta’ Palencia:

Dueñas.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

ALBILLO MAYOR

CABERNET SAUVIGNON

GARNACHA BLANCA

GARNACHA ROJA - GARNACHA GRIS

GARNACHA TINTA

GARNACHA TINTORERA

MACABEO - VIURA

MERLOT

SAUVIGNON BLANC

SYRAH

TEMPRANILLO - TINTA DEL PAIS

VERDEJO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Inbid

Iż-żona ġeografika koperta mid-DOP Cigales hija adatta ħafna għall-kultivazzjoni tal-vinji: Il-vinja hija maqsuma fi tnejn mix-Xmara Pisuerga u tinsab qrib nofsha bejn il-klima kiesħa “l fuq tax-xmara u l-klima moderata tal-estwarju tagħha. Ir-relazzjoni bejn il-klima u l-ħamrija tgħin biex tipproduċi għeneb b’livelli ta’ aċidità u zokkor bilanċjati ħafna. Il-varjetajiet huma adatti ħafna għaż-żona u l-prattiki ta’ vinifikazzjoni li ilhom jeżistu għal għexieren ta’ snin. Dan jagħmilha possibbli li jinkisbu nbejjed bilanċjati ħafna.

Karatteristika oħra hija li 30 % tal-vinja ilha hemm għal aktar minn 60 sena. Jekk jitqiesu wkoll il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, dan jippermetti maturazzjoni intensa u bilanċjata ħafna adattata għall-inbejjed “crianza”.

8.2.   Inbid spumanti ta’ kwalità

Matul dawn l-aħħar snin, diversi tentattivi wasslu għal inbejjed spumanti li jżommu l-karatteristiċi distintivi tal-inbejjed fiż-żona u huma wkoll ta’ kwalità għolja ħafna (bżieżaq żgħar li jdumu għal żmien twil, preżenza ta’ aromi sekondarji, eċċ.). Il-varjetajiet speċifiċi għaż-żona (adattament kbir) jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed spumanti li huma fini u friski ħafna, kemm fil-ħalq kif ukoll fuq wara tas-saqaf tal-ħalq.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona jippermettu li tinkiseb materja prima bilanċjata fl-aċidità, l-estratt u l-aromi. Dan jagħti lill-inbid sensazzjoni ta’ konsistenza sħiħa fil-ħalq li tikkumpensa għall-aċidità.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-ibbottiljar tal-inbejjed koperti mid-DOP Cigales huwa wieħed mill-kriterji ewlenin biex jiġu żgurati l-karatteristiċi miksuba matul il-produzzjoni u, fejn xieraq, il-proċess ta’ maturazzjoni definit fl-Ispeċifikazzjoni. Minħabba dan, l-ibbottiljar għandu jsir fil-faċilitajiet tal-ibbottiljar tal-fabbriki tal-inbid li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni stabbilita f’din l-Ispeċifikazzjoni.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-terminu tradizzjonali “DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI” jista’ jintuża minflok “DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA”.

Is-sena inizjali trid tidher fuq it-tikketta, anki jekk l-inbejjed ma ġewx imqaddmin. L-unika eċċezzjoni ssir għall-inbejjed ħelwin u spumanti ta’ kwalità.

It-termini CRIANZA, RESERVA u GRAN RESERVA jistgħu jintużaw, sakemm l-inbejjed jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ għal dawn it-termini tradizzjonali, u t-termini ROBLE u FERMENTADO IN BARRICA jistgħu jintużaw, sakemm l-inbejjed jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

www.itacyl.es/documents/20143/342640/PCC+DOP+CIGALES+en+vigor_Rev+2.docx/319701e4-ff93-9af2-5b81-7acb4a82fdd4


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.