|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 258 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 258/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10708 — CURA / OCG / DEUTSCHE EUROSHOP JV) ( 1 ) |
|
|
2022/C 258/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10529 — HEIDELBERGCEMENT / THOMA BRAVO / COMMAND ALKON) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 258/03 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2022/C 258/04 |
||
|
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
|
2022/C 258/05 |
||
|
2022/C 258/06 |
||
|
2022/C 258/07 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2022/C 258/08 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 258/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10708 — CURA / OCG / DEUTSCHE EUROSHOP JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 258/01)
Fit 23 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10708. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
5.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 258/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10529 — HEIDELBERGCEMENT / THOMA BRAVO / COMMAND ALKON)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 258/02)
Fit 11 ta’ April 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10529. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 258/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-4 ta' Lulju 2022
(2022/C 258/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0455 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
141,51 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4391 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85960 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,7658 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0037 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
139,30 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,2958 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,745 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
401,52 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,7100 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9440 |
|
TRY |
Lira Turka |
17,5994 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5205 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3435 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,2033 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6748 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4587 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 353,40 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,0275 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,9977 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5301 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 684,13 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6138 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,487 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,298 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,5663 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,1972 |
|
INR |
Rupi Indjan |
82,5067 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
|
5.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 258/4 |
Rapport Speċjali 14/2022:
“Ir-rispons tal-Kummissjoni għall-frodi fil-Politika Agrikola Komuni: Wasal il-waqt li l-kwistjoni tiġi indirizzata aktar fil-fond”
(2022/C 258/04)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat ir-Rapport Speċjali 14/2022 tagħha: “Ir-rispons tal-Kummissjoni għall-frodi fil-Politika Agrikola Komuni: Wasal il-waqt li l-kwistjoni tiġi indirizzata aktar fil-fond”.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat direttament jew imniżżel minn fuq is-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=61337
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
5.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 258/5 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti artiġjanali u industrijali
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinsab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)
(2022/C 258/05)
Fit-13 ta’ April 2022, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti artiġjanali u industrijali u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1001 u (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1754 (minn hawn ’il quddiem “il-Proposta”).
Din il-proposta għandha l-għan li tikkomplementa s-sistema ta’ protezzjoni tal-UE għall-indikazzjonijiet ġeografiċi, li diġà jeżistu għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, l-inbejjed u l-ispirti, u li tippermetti t-twettiq effettiv tal-obbligi li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-UE mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Liżbona.
L-EDPS jinnota b’mod pożittiv li l-Proposta tiddetermina r-rwoli tal-Kummissjoni, tal-EUIPO u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-proċeduri skont din il-Proposta.
L-EDPS jirrakkomanda li jiġi ċċarat jekk il-kontrolluri differenti involuti fl-ipproċessar ta’ data personali humiex ser jaġixxu bħala kontrolluri konġunti jew le. Jekk iva, l-EDPS jirrakkomanda li jiġi previst arranġament kif previst mill-Artikoli 28 tal-EUDPR u/jew l-Artikolu 26 tal-GDPR. F’dan ir-rigward, l-EDPS ifakkar li arranġamenti dettaljati biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data, fejn meħtieġ, jistgħu jiġu definiti wkoll permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.
L-EDPS jinnota li l-Proposta tipprevedi l-ħolqien ta’ reġistru elettroniku pubblikament aċċessibbli ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti artiġjanali u industrijali. F’dan ir-rigward, l-EDPS jirrakkomanda delineazzjoni ċara tal-kategoriji ta’ data li ser tiġi pproċessata. L-EDPS jirrakkomanda li fil-Proposta nnifisha tiġi speċifikata kwalunkwe kategorija ta’ data personali involuta. Fl-aħħar nett, l-EDPS jikkunsidra li l-perjodu magħżul għaż-żamma tad-data għad-dokumentazzjoni relatata mal-kanċellazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għandu jkun ġustifikat aktar.
1. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fit-13 ta’ April 2022, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika għal inġenji u prodotti industrijali u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1001 u (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1754 (“il-Proposta”). |
|
2. |
L-objettiv tal-Proposta huwa li tiġi stabbilita protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika (“IĠ”) direttament applikabbli għall-prodotti artiġjanali u industrijali (“CI”) fil-livell tal-UE. Għandha l-għan ukoll li tiżgura li l-produtturi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-qafas internazzjonali għar-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tal-IĠ (“is-sistema ta’ Lisbona”) (1). |
|
3. |
Il-Proposta tikkomplementa l-protezzjoni eżistenti tal-UE għall-IĠ fil-qasam agrikolu. Issegwi approċċi simili meħuda dwar il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-protezzjoni tal-IĠ għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, l-inbejjed u l-ispirti kif stabbilit fi:
|
|
4. |
Il-Proposta temenda r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea rigward kunflitti possibbli bejn l-IĠ u t-trademarks u tispeċifika kompiti addizzjonali għall-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (“EUIPO”). Tipproponi wkoll emenda għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1754 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Liżbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, sabiex tiġi stabbilita konnessjoni bejn is-sistema ta’ protezzjoni tal-IĠ tal-UE għall-prodotti CI u s-sistema ta’ Liżbona (6). |
|
5. |
L-Opinjoni preżenti tal-EDPS hija maħruġa bi tweġiba għal konsultazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2022, skont l-Artikolu 42(1) tal-EUDPR. L-EDPS jilqa’ r-referenza għal din il-konsultazzjoni fil-Premessa 63 tal-Proposta. Il-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet f’din l-Opinjoni huma limitati għad-dispożizzjonijiet fil-Proposta li huma l-aktar rilevanti mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data. |
4. KONKLUŻJONIJIET
|
16. |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-EDPS:
|
Brussell, it-2 ta' Ġunju 2022.
Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI
(1) COM(2022) 174 finali, p. 1.
(2) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(3) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(5) L-EDPS ġie kkonsultat dwar ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u adotta l-Opinjoni tiegħu fl-14 ta’ Diċembru 2011.
(6) COM(2022) 174 finali, p. 2.
|
5.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 258/7 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament dwar is-sigurtà tal-informazzjoni fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinsab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)
(2022/C 258/06)
Fit-22 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-informazzjoni fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (“il-Proposta”).
L-EDPS jilqa’ l-għan tal-Proposta li tittejjeb is-sigurtà tal-informazzjoni mmaniġġjata mill-EUIs, billi jiġu stabbiliti regoli komuni dwar is-sigurtà tal-informazzjoni kif ukoll titrawwem kultura koerenti tas-sigurtà tal-informazzjoni fi strument legali speċifiku.
L-EDPS josserva li s-sigurtà tad-data personali kif mitluba mill-EUDPR għandha ambitu li jikkoinċidi biss parzjalment mal-ambitu tas-sigurtà tal-informazzjoni taħt il-Proposta. Din tal-aħħar tiffoka fuq il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, filwaqt li l-EUDPR tiżgura wkoll l-integrità u d-disponibbiltà. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tad-data personali tal-EUDPR jindirizzaw speċifikament ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi.
Il-Proposta tirrikjedi li l-EUIs jadottaw miżuri ta’ sigurtà tal-informazzjoni, li inevitabbilment se jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali u ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika, inkluża data tat-traffiku. L-EDPS jikkunsidra li jrid ikun evidenti li l-miżuri kollha ta’ sigurtà tal-informazzjoni li jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali għandhom ikunu konformi mal-qafas legali attwali dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza u li l-EUIs għandhom jieħdu salvagwardji tekniċi u organizzattivi rilevanti biex jiżguraw din il-konformità b’mod responsabbli.
Biex tinkiseb ċertezza legali u prevedibbiltà, u biex tiġi żgurata l-konformità mal-EUDPR, l-EDPS jagħti parir bil-qawwa li l-Proposta, jew tal-inqas, att delegat li għandu jiġi adottat sussegwentement mill-Kummissjoni, tiddefinixxi b’mod ċar l-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali li huma permessi. għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. L-EDPS jiġbed ukoll l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-EUDPR fir-rigward tat-trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Barra minn hekk, l-EDPS jirrakkomanda li jiġi spjegat fi Premessa, li se japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-EUDPR, inklużi r-regoli dwar it-trasferimenti internazzjonali.
L-EDPS jenfasizza l-importanza li tiġi integrata l-perspettiva tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data fil-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni, sabiex jinkisbu sinerġiji pożittivi bejn il-Proposta u l-leġiżlazzjoni dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, u jipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar kif jistgħu jinkisbu tali sinerġiji, inklużi: obbligu speċifiku għall-uffiċjali tal-UE responsabbli għas-sigurtà tal-informazzjoni biex jikkooperaw mill-qrib mal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data maħtur f’konformità mal-Artikolu 43 tal-EUDPR; l-integrazzjoni tal-kriptaġġ minn tarf sa tarf fil-lista ta’ miżuri minimi ta’ sigurtà tal-Proposta, fejn applikabbli, u b’mod partikolari meta tiġi skambjata informazzjoni sensittiva mhux klassifikata; u l-promozzjoni ta’ ġestjoni integrata tar-riskju tas-sigurtà tal-informazzjoni u proċess integrat ta’ ġestjoni tal-inċidenti li jservu kemm obbligi ta’ sigurtà tal-informazzjoni kif ukoll ta’ protezzjoni tad-data dwar notifiki ta’ ksur tad-data.
1. INTRODUZZJONI U SFOND
|
1. |
Fit-22 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-informazzjoni fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (1) (“il-Proposta”). |
|
2. |
Fl-istess data, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta oħra għal Regolament li jistabbilixxi miżuri għal livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (2) (“il-Proposta taċ-Ċibersigurtà”). |
|
3. |
Iż-żewġ Proposti kienu ġew previsti mill-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà tal-UE għad-Deċennju Diġitali ppreżentati fis-16 ta’ Diċembru 2020 (3) (“l-Istrateġija”). L-għan ġenerali tal-Istrateġija kien li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni fl-oqsma taċ-ċibersigurtà u li ttejjeb ir-reżiljenza u r-rispons kollettiv tagħha kif ukoll li tibni Internet globali u miftuħ bi lqugħ protettiv qawwi biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tan-nies fl-Ewropa (4). |
|
4. |
Il-Proposta tikkostitwixxi waħda mill-inizjattivi regolatorji tal-Istrateġija, u b’mod partikolari fil-qasam taċ-Ċibersigurtà tal-Istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE (“l-EUIs”). Skont l-Istrateġija, l-għan tal-Proposta huwa doppju:
|
|
5. |
L-EDPS josserva li s-suġġett tal-Proposta inkwistjoni huwa wkoll relatat direttament mal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni, li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (“Proposta NIS 2.0”). L-EDPS ifakkar li ħareġ l-Opinjoni 5/2021 dwar l-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà (5) u d-Direttiva NIS 2.0 (“Opinjoni NIS 2.0”) (6). Għal din ir-raġuni l-Opinjoni preżenti se tirreferi għall-Opinjoni NIS 2.0. |
|
6. |
Skont il-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Proposta, minħabba l-ammont li dejjem qed jiżdied ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata (“ISMK”) u informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea (“IKUE”) li l-EUIs jeħtieġ li jaqsmu bejniethom u meta jitqies l-iżvilupp drammatiku tax-xenarju ta’ theddid, l-amministrazzjoni Ewropea hija esposta għal attakki fl-oqsma kollha ta’ attività tagħha. L-informazzjoni mmaniġġjata mill-EUIs hija attraenti ħafna għall-atturi tat-theddid u jeħtieġ li tkun protetta b’mod xieraq. |
|
7. |
Skont il-memorandum ta’ spjegazzjoni, il-Proposta:
|
|
8. |
Fit-22 ta’ Marzu 2022 il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“EUDPR”) (7). Il-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet f’din l-Opinjoni huma limitati għad-dispożizzjonijiet fil-Proposta li huma l-aktar rilevanti mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data u l-privatezza. |
4. KONKLUŻJONIJIET
|
31. |
Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet prinċipali li ġejjin:
|
Brussell, 17 ta’ Mejju 2022.
Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI
(1) COM(2022) 119 finali.
(2) COM(2022) 122 finali.
(3) L-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà tal-UE għad-Deċennju Diġitali | It-tiswir tal-futur diġitali tal-Ewropa (europa.eu) inkluża Komunikazzjoni Konġunta mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (JOIN(2020)18).
(4) Ara l-kapitolu I. INTRODUZZJONI, paġna 4 tal-Istrateġija.
(5) Komunikazzjoni Konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bit-titlu “L-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà tal-UE għad-Deċennju Diġitali”.
(6) Opinjoni 5/2021 tal-EDPS dwar l-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà u d-Direttiva NIS 2.0.
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
|
5.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 258/10 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar Proposta għal Regolament li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni Ewropea
[It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinsab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu]
(2022/C 258/07)
Fit-22 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta għal Regolament li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni Ewropea (“il-Proposta”).
L-EDPS jilqa’ l-għan tal-Proposta li ttejjeb il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-Istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea (“EUIs”), u bl-istess mod jilqa’ r-rwol il-ġdid tal-eks “Skwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters”, illum imsejħa “Ċentru għaċ-Ċibersigurtà” (CERT-UE), b’kunsiderazzjoni tad-diġitalizzazzjoni amplifikata, ix-xenarju ta’ theddida għaċ-ċibersigurtà li qed jevolvi malajr u l-bidla riċenti fid-diġitalizzazzjoni kkawżata wkoll mill-pandemija tal-COVID-19.
L-EDPS jiddispjaċih li l-Proposta ma tallinjax mad-Direttiva NIS, u l-Proposta NIS 2.0 sabiex jinkisbu regoli konsistenti u omoġenji għall-Istati Membri u l-EUIs, biex b’hekk jikkontribwixxu għal-livell ġenerali ta’ ċibersigurtà tal-Unjoni. L-EDPS jirrakkomanda li jiżdied mal-Proposta li r-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà tagħha għandhom mill-inqas ikunu ndaqs jew ogħla mir-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà tal-entitajiet tal-NIS u tal-Proposta NIS 2.0.
Għall-konformità mal-Proposta, l-EUIs, kif ukoll is-CERT-UE se jkollhom jużaw ċerti proċessi u miżuri ta’ ċibersigurtà, li wisq probabbli se jimplikaw ipproċessar addizzjonali tad-data personali. Sabiex tinkiseb ċertezza legali u prevedibbiltà, u biex tkun żgurata l-konformità mal-EUDPR, l-EDPS jissuġġerixxi bis-sħiħ li l-Proposta, jew għall-inqas, att delegat li sussegwentement jiġi adottat mill-Kummissjoni, għandha tipprovdi b’mod ċar bażi legali għall-ipproċessar tad-data personali mis-CERT-UE u mill-EUIs, inklużi b’mod partikolari l-finijiet tal-ipproċessar u l-kategoriji tad-data personali.
L-EDPS jisħaq fuq l-importanza li tiġi integrata l-perspettiva tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data fil-ġestjoni taċ-ċibersigurtà, sabiex jinkisbu sinerġiji pożittivi bejn il-Proposta u l-leġiżlazzjoni dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, u jipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar kif tali sinerġiji jistgħu jinkisbu, inkluż obbligu speċifiku għall-uffiċjali tal-UE responsabbli miċ-ċibersigurtà li jikkooperaw mill-qrib mal-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data maħtur f’konformità mal-EUDPR.
L-EDPS jissuġġerixxi bis-sħiħ li l-Proposta tipprevedi l-kooperazzjoni mill-qrib bejn is-CERT-UE u l-EDPS, f’attivitajiet bħal meta jiġu indirizzati inċidenti li jirriżultaw fi ksur ta’ data personali, meta jiġu indirizzati vulnerabbiltajiet sinifikanti, inċidenti sinifikanti jew attakki kbar, li jkollhom il-potenzjal li jirriżultaw fi ksur ta’ data personali, kif ukoll meta s-CERT-UE jkollu indikazzjonijiet li l-ksur tal-Proposta jimplika ksur tad-data personali.
L-EDPS jirrakkomanda bis-sħiħ ukoll li l-Proposta tipprevedi l-parteċipazzjoni tal-EDPS fil-“Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà” (IICB).
1. INTRODUZZJONI U SFOND
|
1. |
Fit-22 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta għal Regolament li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (1) (“il-Proposta”). |
|
2. |
Fl-istess data, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-informazzjoni fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (2) (“il-Proposta Infosec”). |
|
3. |
Iż-żewġ Proposti kienu previsti mill-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali ppreżentata fis-16 ta’ Diċembru 2020 (3) (“l-Istrateġija”). L-għan ġenerali tal-Istrateġija hu li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà u li ttejjeb ir-reżiljenza u r-rispons kollettiv tagħha kif ukoll li tibni internet globali u miftuħ b’ilqugħ protettivi qawwija biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà u għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tan-nies fl-Ewropa (4). |
|
4. |
Il-Proposta tikkostitwixxi waħda mill-inizjattivi regolatorji tal-Istrateġija, u b’mod partikolari fil-qasam taċ-ċibersigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE (EUIs). Skont il-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha, l-għan tal-Proposta huwa doppju:
|
|
5. |
L-EDPS josserva li s-suġġett tal-Proposta inkwistjoni huwa interkonness mal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-Unjoni kollha, li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (“il-Proposta NIS 2.0”). L-EDPS ifakkar li huwa ħareġ l-Opinjoni 5/2021 dwar l-Istrateġija ta’ Ċibersigurtà (5) u d-Direttiva NIS 2.0 (“l-Opinjoni NIS 2.0”) (6). Għal din ir-raġuni l-Opinjoni preżenti se tirreferi għall-Opinjoni NIS 2.0. |
|
6. |
F’konformità mal-Istrateġija, il-Proposta għandha l-għan li tkompli ttejjeb ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-UE flimkien mal-kapaċitajiet tagħhom ta’ rispons għal inċident. Hija wkoll konformi mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni li tħejji l-Ewropa għall-era diġitali u tibni ekonomija lesta għall-futur li taħdem għan-nies. Barra minn hekk, tisħaq li s-sigurtà u r-reżiljenza tal-amministrazzjoni pubblika huma l-pedament fit-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà fl-intier tagħha. |
|
7. |
Skont il-memorandum ta’ spjegazzjoni, il-Proposta:
|
|
8. |
Fit-22 ta’ Marzu 2022 il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-EDPS biex joħroġ Opinjoni dwar il-Proposta skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“l-EUDPR”) (8). Il-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet f’din l-Opinjoni huma limitati għad-dispożizzjonijiet fil-Proposta li huma l-aktar rilevanti mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data u l-privatezza. |
4. KONKLUŻJONIJIET
|
48. |
Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet prinċipali li ġejjin:
|
Brussell, is-17 ta’ Mejju 2022
Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI
(1) COM(2022) 122 final.
(2) COM(2022) 119 final.
(3) L-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali | Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa (europa.eu) inkluża Komunikazzjoni Konġunta mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (JOIN(2020)18).
(4) Ara l-kapitolu I. INTRODUZZJONI tal-Istrateġija, paġna 4.
(5) Il-Komunikazzjoni Konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali”.
(6) Opinjoni tal-EDPS 5/2021 dwar l-Istrateġija ta’ Ċibersigurtà u d-Direttiva NIS 2.0.
(7) Ir-rwol attwali tas-CERT-UE jirriżulta mill-Ftehim Interistituzzjonali 2018/C 12/01.
(8) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p 39).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
5.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 258/13 |
Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2022/C 258/08)
Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 6(4) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
L-AMMONTI TA’ REFERENZA MEĦTIEĠA GĦALL-QSIM TAL-FRUNTIERA ESTERNA FFISSATI MILLAWTORITAJIET NAZZJONA
L-IŻLANDA
Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19.
Skond il-liġi ta’ l-Iżlanda, il-persuni barranin għandhom jagħtu prova li huma għandhom biżżejjed flus sabiex jilħqu l-bżonnijiet tagħhom fl-Iżlanda u li jagħmlu l-vjaġġ tar-ritorn. Fil-prattika, l-ammont ta’ referenza hu stabbilit għal ISK 8 000 għal kull persuna kuljum. Jekk l-ispejjeż marbuta maż-żjara jitħallsu minn terza persuna, l-ammont jiġi mnaqqas bin-nofs. L-inqas ammont totali huwa ta’ ISK 40 000 għal kull dħul.
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.