ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 238

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
21 ta' Ġunju 2022


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il–Kunsill

2022/C 238/01

Rakkomandazzjoni tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro tas-17 ta’ Ġunju 2022 għall-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Kroazja fl-1 ta’ Jannar 2023

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2022/C 238/02

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

3

2022/C 238/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-grupp soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/950, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/949li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali diretti kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

5

2022/C 238/04

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

6

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 238/05

Rata tal-kambju tal-euro — L-20 ta’ Ġunju 2022

7

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2022/C 238/06

Rapport Speċjali 12/2022 — Durabbiltà fl-iżvilupp rurali: il-biċċa l-kbira mill-proġetti jibqgħu operazzjonali għall-perjodu meħtieġ, iżda hemm opportunitajiet biex jinkisbu riżultati aktar dejjiema

8

 

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

2022/C 238/07

Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-29 ta’ Marzu 2022 li temenda ADMIN(2017) 10 tad-19 ta’ Settembru 2017 dwar ir-regoli tas-sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

9

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 238/08

Avviż skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu rigward il-likwidazzjoni u l-istralċ sussegwenti ta’ Cyprus Popular Bank Public CO LTD (istituzzjoni ta’ kreditu Ċiprijotta f’likwidazzjoni) (il-Kumpanija)

13


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 238/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10789 – GOLDMAN SACHS / SOJITZ / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 238/10

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

16


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il–Kunsill

21.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-MEMBRI TAL-KUNSILL LI JIRRAPPREŻENTAW L-ISTATI MEMBRI LI GĦANDHOM BĦALA MUNITA L-EURO

tas-17 ta’ Ġunju 2022

għall-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Kroazja fl-1 ta’ Jannar 2023

(2022/C 238/01)

IL-MEMBRI TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA LI JIRRAPPREŻENTAW L-ISTATI MEMBRI LI GĦANDHOM BĦALA MUNITA L-EURO,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 140(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-rapport mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-rapport mill-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-valutazzjoni tagħhom, il-Membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro huma tal-istess fehma bħall-Kummissjoni li l-Kroazja kisbet il-kompatibbiltà legali u tirrispetta l-kriterji ta’ konverġenza u, b’kont meħud ukoll tal-fatturi addizzjonali, iqisu li l-Kroazja tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro.

(2)

Filwaqt li jirreferu wkoll għall-valutazzjoni tal-konverġenza magħmula mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew, il-Membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro jenfasizzaw ukoll l-importanza li l-impenji li ttieħdu mad-dħul fil-Mekkaniżmu tar-Rati tal-Kambju II jitlestew b’suċċess u jissottolinjaw li jeħtieġ li l-linji ta’ politika jkunu għal kollox orjentati biex tintlaħaq l-isfida li tinżamm konverġenza sostenibbli, u b’mod partikolari konverġenza tal-inflazzjoni, tal-ekonomija Kroata għal tul ta’ żmien. Għal dan il-għan, huma jħeġġu lill-awtoritajiet Kroati biex ikomplu jsegwu politika fiskali li timmira biex tinkiseb pożizzjoni fiskali prudenti fuq perjodu ta’ żmien medju u li jipproċedu bl-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal- Kroazja, sabiex jiżguraw li l-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro tirnexxi.

(3)

Il-Membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro jistennew li l-Kroazja tikkoopera b’mod kostruttiv f’materji li jagħmlu parti mill-governanza tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-ġestjoni tal-kriżijiet fiż-żona euro u t-twettiq tal-istruttura tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

B’DAN JIRRAKKOMANDAW LILL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA:

Id-deroga fir-rigward tal-Kroazja skont it-tifsira tal-Artikolu 139(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2012 (1) għandha titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE


(1)  ĠU L 112, 24.4. 2012, p. 21.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

21.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

(2022/C 238/02)

L-attenzjoni tas-suġġetti tad-data qed tinġibed għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/950 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/949 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta’ pproċessar huwa r-RELEX.1 li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/950 r-Regolament (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/949.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament (UE) 2016/1686.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm idumu l-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(3)  ĠU L 164 I, 20.6.2022, p.4.

(4)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.

(5)  ĠU L 164 I, 20.6.2022, p. 1.


21.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/5


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-grupp soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/950, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/949li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali diretti kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

(2022/C 238/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-grupp elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/950 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/949 (4) li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali diretti kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-grupp li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament (UE) 2016/1686.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-grupp ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/1686 sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

Il-persuni u l-grupp ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għaliex ġew inklużi fil-lista msemmija hawn fuq. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni u l-grupp ikkonċernati jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-grupp ikkonċernati għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/1686. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, dawn għandhom jiġu ppreżentati sal-15 ta’ Lulju 2022.

L-attenzjoni tal-persuni u l-grupp ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li d-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(2)  ĠU L 164 I, 20.6.2022, p. 4.

(3)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.

(4)  ĠU L 164 I, 20.6.2022, p. 1.


21.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/6


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2022/C 238/04)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV

(Nru 3), is-Sur Viktor Alekseevich OZEROV (Nru 9), is-Sur Vladimir Anatolievich SHAMANOV (Nru 50), is-Sur Vladimir Nikolaevich PLIGIN (Nru 51), is-Sur Igor Nikolaevich BEZLER (Nru 55), is-Sur Aleksandr Yurevich BORODAI (Nru 62), is-Sur Alexander KHODAKOVSKY (Nru 63), is-Sur Boris Vyacheslavovich GRYZLOV (Nru 77), is-Sur Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV (Nru 79), is-Sur Pavel Yurievich GUBAREV (Nru 82), is-Sur Sergey Vadimovich ABISOV (Nru 91), is-Sur Yuriy Valentinovich KOVALCHUK (Nru 94), is-Sur Mikhail Sergeyevifch SHEREMET (Nru 105), is-Sur Vladimir Abdualiyevich VASILYEV (Nru 108), is-Sur Viktor Petrovich VODOLATSKY (Nru 109), is-Sur Alexander Mikhailovich BABAKOV (Nru 119), is-Sur Oleg Konstantinovich AKIMOV (Nru 121), is-Sa Lesya Mikhaylovna LAPTEVA (Nru 128), is-Sur Vladyslav Mykolayovych DEYNEGO (Nru 132), is-Sur Viktor Vyacheslavovich YATSENKO (Nru 144), is-Sur Andrei Dmitrievich KOZENKO (Nru 155), is-Sa Svetlana Borisovna SAVCHENKO (Nru 156), is-Sur Miroslav Aleksandrovich POGORELOV (Nru 165), is-Sur Aleksei Yurievich CHERNIAK (Nru 204), is-Sur Leonid Ivanovich BABASHOV (Nru 205), is-Sa Tatiana Georgievna LOBACH (Nru 206) u s-Sur Oleg Anatolyevich MATVEYCHEV (Nru 604), persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill qed jikkunsidra jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmijin hawn fuq b’dikjarazzjonijiet ġodda tar-raġunijiet. Dawk il-persuni huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet intenzjonati għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).


Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Ġunju 2022

(2022/C 238/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0517

JPY

Yen Ġappuniż

141,94

DKK

Krona Daniża

7,4387

GBP

Lira Sterlina

0,85748

SEK

Krona Żvediża

10,6375

CHF

Frank Żvizzeru

1,0162

ISK

Krona Iżlandiża

137,30

NOK

Krona Norveġiża

10,4085

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,728

HUF

Forint Ungeriż

397,85

PLN

Zloty Pollakk

4,6520

RON

Leu Rumen

4,9453

TRY

Lira Turka

18,2239

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5061

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3662

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,2558

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6549

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4589

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 357,54

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,8603

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0346

HRK

Kuna Kroata

7,5175

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 589,89

MYR

Ringgit Malażjan

4,6291

PHP

Peso Filippin

56,872

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,157

BRL

Real Brażiljan

5,4117

MXN

Peso Messikan

21,3016

INR

Rupi Indjan

81,9940


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

21.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/8


Rapport Speċjali 12/2022

“Durabbiltà fl-iżvilupp rurali: il-biċċa l-kbira mill-proġetti jibqgħu operazzjonali għall-perjodu meħtieġ, iżda hemm opportunitajiet biex jinkisbu riżultati aktar dejjiema”

(2022/C 238/06)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat ir-rapport speċjali 12/2022 tagħha: “Durabbiltà fl-iżvilupp rurali: il-biċċa l-kbira mill-proġetti jibqgħu operazzjonali għall-perjodu meħtieġ, iżda hemm opportunitajiet biex jinkisbu riżultati aktar dejjiema”.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat direttament jew imniżżel minn fuq is-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=61262


Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

21.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/9


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA’ SIGURTÀ

tad-29 ta’ Marzu 2022

li temenda ADMIN(2017) 10 tad-19 ta’ Settembru 2017 dwar ir-regoli tas-sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

(2022/C 238/07)

IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (“SEAE”) (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-19 ta’ Settembru 2017 dwar ir-regoli tas-sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2), u b’mod partikolari l-paragrafi 4 u 5 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Appendiċi B tad-Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli ADMIN(2017) 10 fih tabella ta’ ekwivalenza tal-klassifikazzjonijiet tas-sigurtà,

(2)

Franza nnotifikat lis-SEAE bil-bidliet fil-klassifikazzjonijiet tas-sigurtà tagħha. Dawn il-bidliet jintroduċu żewġ marki ta’ klassifikazzjoni ġodda b’effett mill-1 ta’ Lulju 2021: “TRÈS SECRET” u “SECRET”. L-informazzjoni ġġenerata minn Franza qabel l-1 ta’ Lulju 2021 u kklassifikata “TRÈS SECRET DÉFENSE”, “SECRET DÉFENSE” jew “CONFIDENTIEL DÉFENSE” jenħtieġ li tkompli tiġi ttrattata u protetta fil-livell ekwivalenti ta’ “TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET”, “SECRET UE/EU SECRET” jew “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” rispettivament.

(3)

Il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fl-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”) ġie fi tmiemu fil-31 ta’ Diċembru 2020.

(4)

L-Iżvezja nnotifikat id-dħul fis-seħħ fl-1 ta’ April 2019 tal-Att dwar is-Sigurtà Protettiva (2018:585), li jemenda l-iskema tal-klassifikazzjoni tal-Iżvezja.

(5)

Hija meħtieġa emenda tad-Deċiżjoni ADMIN(2017) 10 sabiex dawn il-bidliet jiġu riflessi,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Appendiċi B tad-Deċiżjoni ADMIN(2017) 10 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-firma tagħha

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2022.

Josep BORRELL FONTELLES

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni

għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà


(1)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.

(2)  ĠU C 126, 10.4.2018, p. 1.


ANNESS

“Appendiċi B

Ekwivalenza tal-klassifikazzjonijiet tas-sigurtà

L-UE

TRES SECRET UE/EU TOP SECRET

SECRET UE/EU SECRET

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL

RESTREINT UE/EU RESTRICTED

L-EURATOM

EURA TOP SECRET

EURA SECRET

EURA CONFIDENTIAL

EURA RESTRICTED

Il-Belġju

Très Secret (Loi 11.12.1998)

Zeer Geheim (Wet 11.12.1998)

Secret (Loi 11.12.1998)

Geheim (Wet 11.12.1998)

Confidentiel (Loi 11.12.1998)

Vertrouwelijk (Wet 11.12.1998)

Nota (1) hawn taħt

Il-Bulgarija

Cтpoгo ceкретно

Ceкретно

Поверително

За служебно ползване

Iċ-Ċekja

Přísně tajné

Tajné

Důvěrné

Vyhrazené

Id-Danimarka

YDERST HEMMELIGT

HEMMELIGT

FORTROLIGT

TIL TJENESTEBRUG

Il-Ġermanja

STRENG GEHEIM

GEHEIM

VS (2) — VERTRAULICH

VS — NUR FÜR DEN DIENSTGEBRAUCH

L-Estonja

Täiesti salajane

Salajane

Konfidentsiaalne

Piiratud

L-Irlanda

Top Secret

Secret

Confidential

Restricted

Il-Greċja

Άκρως Απόρρητο

Abr: ΑΑΠ

Απόρρητο

Abr: (ΑΠ)

Εμπιστευτικό

Αbr: (ΕΜ)

Περιορισμένης Χρήσης

Abr: (ΠΧ)

Spanja

SECRETO

RESERVADO

CONFIDENCIAL

DIFUSIÓN LIMITADA

Franza

TRÈS SECRET

TRÈS SECRET DÉFENSE (3)

SECRET

SECRET DÉFENSE  (3)

CONFIDENTIEL DÉFENSE  (3)  (4)

Nota (5) hawn taħt

Il-Kroazja

VRLO TAJNO

TAJNO

POVJERLJIVO

OGRANIČENO

L-Italja

Segretissimo

Segreto

Riservatissimo

Riservato

Ċipru

Άκρως Απόρρητο

Αbr: (AΑΠ)

Απόρρητο

Αbr: (ΑΠ)

Εμπιστευτικό

Αbr: (ΕΜ)

Περιορισμένης Χρήσης

Αbr: (ΠΧ)

Il-Latvja

Sevišķi slepeni

Slepeni

Konfidenciāli

Dienesta vajadzībām

Il-Litwanja

Visiškai slaptai

Slaptai

Konfidencialiai

Riboto naudojimo

Il-Lussemburgu

Très Secret Lux

Secret Lux

Confidentiel Lux

Restreint Lux

L-Ungerija

‘Szigorúan titkos!’

‘Titkos!’

‘Bizalmas!’

‘Korlátozott terjesztésű!’

Malta

L-Ogħla Segretezza

Top Secret

Sigriet

Secret

Kunfidenzjali

Confidential

Ristrett

Restricted  (6)

In-Netherlands

Stg. ZEER GEHEIM

Stg. GEHEIM

Stg. CONFIDENTIEEL

Dep. VERTROUWELIJK

L-Awstrija

Streng Geheim

Geheim

Vertraulich

Eingeschränkt

Il-Polonja

Ściśle Tajne

Tajne

Poufne

Zastrzeżone

Il-Portugall

Muito Secreto

Secreto

Confidencial

Reservado

Ir-Rumanija

Strict secret de importanță deosebită

Strict secret

Secret

Secret de serviciu

Is-Slovenja

STROGO TAJNO

TAJNO

ZAUPNO

INTERNO

Is-Slovakkja

Prísne tajné

Tajné

Dôverné

Vyhradené

Il-Finlandja

ERITTÄIN SALAINEN

YTTERST HEMLIG

SALAINEN

HEMLIG

LUOTTAMUKSELLINEN

KONFIDENTIELL

KÄYTTÖ RAJOITETTU

BEGRÄNSAD TILLGÅNG

L-Iżvezja

Kvaliciferat hemlig

Hemlig

Konfidentiell

Begränsat hemlig


(1)  Diffusion Restreinte/Beperkte Verspreiding mhijiex klassifikazzjoni tas-sigurtà fil-Belġju. Il-Belġju jittratta u jipproteġi informazzjoni ‘RESTREINT UE/EU RESTRICTED’ b’mod mhux inqas strett mill-istandards u l-proċeduri deskritti fir-regoli tas-sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)  Il-Ġermanja: VS = Verschlusssache.

(3)  L-informazzjoni ġġenerata minn Franza qabel l-1 ta’ Lulju 2021 u kklassifikata ‘TRÈS SECRET DÉFENSE’, ‘SECRET DÉFENSE’ u ‘CONFIDENTIEL DÉFENSE’ tkompli tiġi ttrattata u protetta fil-livell ekwivalenti ta’ ‘TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET’, ‘SECRET UE/EU SECRET’ u ‘CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL’ rispettivament.

(4)  Franza tittratta u tipproteġi informazzjoni ‘CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL’ f’konformità mal-miżuri ta’ sigurtà ta’ Franza għall-protezzjoni ta’ informazzjoni ‘SECRET’.

(5)  Franza ma tużax il-klassifikazzjoni ‘RESTREINT’ fis-sistema nazzjonali tagħha. Franza tittratta u tipproteġi informazzjoni ‘RESTREINT UE/EU RESTRICTED’ b’mod mhux inqas strett mill-istandards u l-proċeduri deskritti fir-regoli tas-sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Il-marki bil-Malti u bl-Ingliż għal Malta jistgħu jintużaw b’mod interkambjabbli.”


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

21.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/13


Avviż skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu rigward il-likwidazzjoni u l-istralċ sussegwenti ta’ Cyprus Popular Bank Public CO LTD (istituzzjoni ta’ kreditu Ċiprijotta f’likwidazzjoni) (il-“Kumpanija”)

(2022/C 238/08)

Uffiċċju Reġistrat: 134 Limassol Avenue, 3rd Floor, 2015, Strovolos, Nicosia, Cyprus

Skont id-deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali ta’ Nikosija maħruġa fil-31 ta’ Mejju 2022 b’rabta mal-applikazzjoni Nru 1/2021 ippreżentata mill-Bank Ċentrali ta’ Ċipru skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33B tal-Liġi dwar in-Negozju tal-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu, 66(I)/97, kif emendata, inħarġu l-ordnijiet tal-qorti għal-likwidazzjoni tal-Kumpanija u l-ħatra tiegħi bħala likwidatur, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33B tal-Liġi dwar in-Negozju tal-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu, 66(I)/97, kif emendata.

L-avviżi rilevanti kollha għal-likwidazzjoni se jsiru fis-sit web li ġej

https://www.ips-docs.com/case/22WUC009CYP/Gn8@pXmv

Avgoustinos PAPATHOMAS

Likwidatur

Il-likwidatur jaġixxi bħala rappreżentant tal-Kumpanija, mingħajr ebda responsabbiltà personali


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/14


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10789 – GOLDMAN SACHS / SOJITZ / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 238/09)

1.   

Fis-6 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

The Goldman Sachs Group, Inc, (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Sojitz Corporation (“Sojitz”, il-Ġappun),

Kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, “JV”, il-Ġappun).

Sojitz u Goldman Sachs jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Goldman Sachs: ditta ta’ servizzi bankarji globali ta’ investiment, garanziji u ġestjoni ta’ investiment li tipprovdi firxa ta’ prodotti bankarji, garanziji u servizzi ta’ investiment mad-dinja kollha.

Sojitz: konglomerat globali attiv f’varjetà ta’ negozji differenti, primarjament fil-qasam tal-kummerċ ta’ oġġetti u servizzi,

JV: attiva f’servizzi ta’ ġestjoni tal-assi immobiljari u servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetà fil-Ġappun, inklużi pariri dwar l-investiment, analiżi tal-prestazzjoni tal-portafoll, ġestjoni tal-portafoll, u servizzi tal-back-office bħat-tħejjija ta’ dokumenti tat-taxxa u rapporti finanzjarji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10789 – GOLDMAN SACHS / SOJITZ / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/16


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2022/C 238/10)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

“TURRÓN DE AGRAMUNT / TORRÓ D’AGRAMUNT”

Nru tal-UE: PGI-ES-0167-AM01 – 18.1.2022

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/ismijiet [tad-DOP jew tal-IĠP]

“Turrón de Agramunt / Torró d’Agramunt”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott [elenkat fl-Anness XI]

Klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Turrón de Agramunt / Torró d’Agramunt” huwa magħmul minn għasel, lewż jew ġellewż imqaxxar u inkaljat, zokkor u/jew ġulepp tal-glukożju, abjad tal-bajd, jew l-ekwivalenti mnixxef, u wejfer.

Skont it-tip kummerċjali ( suprema jew extra ), il-perċentwal minimu ta’ materja prima bażika għandu jkun kif ġej:

 

Suprema

Extra

Ġellewż jew

60,00

46,00

Lewż

60,00

46,00

Għasel

10,00

10,00

Abjad tal-bajd jew ekwivalenti mnixxef

1,00

1,00

Il-qubbajt suprema u extra koperti minn din l-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) iridu jkollhom il-karatteristiċi definiti fir-regolamenti tekniċi tas-saħħa rilevanti.

It-tabella ta’ hawn taħt turi l-kompożizzjoni kimika meħtieġa tal-kampjuni tat-“Turrón de Agramunt” (% tal-prodott lest):

 

Qubbajt tal-lewż

Qubbajt tal-ġellewż

 

Suprema

Extra

Suprema

Extra

Kontenut ta’ ndewwa (massimu)

5,0

6,0

5,0

6,0

Kontenut ta’ proteini (minimu)

11,0

9,0

7,0

5,5

Xaħmijiet (minimi)

32,5

26,0

30,0

24,5

Irmied (massimu)

2,2

2,2

2,0

2,0

It-“Turrón de Agramunt” għandu l-karatteristiċi organolettiċi li ġejjin:

kulur: kannella dehbi ċar;

konsistenza: irregolari, raffa u poruża. Soda iżda tinkiser mingħajr sforz. Tqarmeċ iżda ddub fil-ħalq;

ħlewwa: togħma qawwija ħafna;

forma: kejkijiet tondi u blokok jew biċċiet rettangolari.

Dawn il-karatteristiċi huma r-riżultat ta’ taħlita għaqlija ta’ ingredjenti minn naħa waħda u ta’ ħin ta’ tisjir preċiż min-naħa l-oħra.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

___

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Kemm il-produzzjoni (inkluż l-inkaljar tal-ġellewż u tal-lewż, it-tisjir tat-taħlita, l-iffurmar u t-tqattigħ ladarba t-taħlita tkun qagħdet) kif ukoll l-ippakkjar tal-qubbajt kopert mill-IĠP “Turrón de Agramunt / Torró d’Agramunt” iridu jsiru fiż-żona ġeografika deskritta fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-qubbajt jiġi ppreżentat fil-forma ta’ biċċiet (blokok rettangolari jew kejkijiet tondi) li jiżnu minn 15-il g sa 1 kg.

Il-prodott jiġi ppakkjat f’temperatura ambjentali ftit wara li jkun sar.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

L-isem tal-IĠP “Turrón de Agramunt / Torró d’Agramunt”, il-logo tal-IĠP stess u kull informazzjoni oħra ddeterminata b’mod ġenerali mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ, iridu jidhru fuq it-tikketti.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-qubbajt tal-IĠP “Turrón de Agramunt / Torró d’Agramunt” jiġi prodott u ppakkjat fil-muniċipalità ta’ Agramunt fid-distrett Katalan ta’ Urgell fil-provinċja ta’ Lleida.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta bejn it-“Turrón de Agramunt” u ż-żona ġeografika tal-produzzjoni hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tiegħu kif ukoll fuq l-għarfien espert lokali, li ġej minn tradizzjoni storika twila. Il-muniċipalità, li tagħti l-isem tagħha lill-IĠP u li hija stess tikkostitwixxi ż-żona ġeografika tal-produzzjoni, hija inseparabbli mill-qubbajt.

Storja

Bħal kull tradizzjoni tajba, hemm ħafna stejjer leġġendarji marbuta mal-oriġini tat-“Turrón de Agramunt”. L-attività tat-turronaires (il-manifatturi tal-qubbajt) ilha ddokumentata minn tmiem is-seklu 18, meta kienet diġà stabbilita bħala tradizzjoni u li jindika li bilfors hija aktar antika. Il-qerda tal-arkivji muniċipali matul il-Gwerer Napoleoniċi u l-fatt li l-attività kienet issir bħala waħda agrikola jagħmluha diffiċli biex jiġu stabbiliti dati aktar bikrija.

Il-manifatturi tal-qubbajt ta’ Agramunt tant saru popolari li mhux biss ħadu sehem fil-festivals popolari tradizzjonali iżda daħlu wkoll fid-dinja tal-letteratura bid-dramm ta’ Serafí Pitarra La Dida (“L-Imreddgħa”). Il-protagonista eroj ta’ din l-opra teatrika, li sseħħ fl-1700, hija Paula ta’ Agramunt, l-imreddgħa, u manifattriċi tas-sengħa tal-qubbajt.

Il-qubbajt kien jiġi mmanifatturat bl-idejn:

L-għasel kien jitferra’ f’taġen u mbagħad malli jibda jagħli, kien jitħawwad b’mod kostanti bi strument tal-injam imsejjaħ remo (“moqdief”) biex ma jinħaraqx.

Fil-passat, il-manifatturi tal-qubbajt kienu jinkaljaw il-ġellewż jumejn qabel ma jħalltuhom mal-għasel, minħabba li jekk dawn ma jkunux birdu biżżejjed, il-qubbajt seta’ jinkiser faċilment.

It-taħlita tiskura u, sabiex jiċċarawha, kienu jżidulha żewġ tużżani abjad tal-bajd, imħabbtin, sakemm tibbies. Meta l-manifattur tal-qubbajt l-aktar espert kien jiġġudika li t-taħlita kienet lesta, l-ewwel kienu jdaħħlu mgħarfa tal-injam fit-taħlita u mbagħad wara f’barmil ta’ ilma kiesaħ. Wara li t-taħlita tkun tħalliet ftit tibred, jinżdied ġellewż daqskemm jiżdied għasel u t-taħlita tkompli titħawwad sakemm issir omoġenja.

Imbagħad kienet titħalla tagħqad għal nofs siegħa qabel ma tinqata’ b’magna tal-qtugħ speċjali msejħa rajola (maduma). Wara li tkun inqatgħet f’biċċiet, kienet tintiżen u tiġi ffurmata biex tingħata l-forma tipika tal-qubbajt ċatt u tond jew tawwali, mgħaffeġ bejn żewġ folji ta’ pan de ángel (tip ta’ wejfer), li kienu jitwaħħlu miegħu bl-użu ta’ għodda tal-injam. Meta jkunu birdu u nixfu kompletament, il-blokok tal-qubbajt kienu jitqiegħdu f’kaxxa tal-injam miksija minn ġewwa biż-żingu jew f’kaxxa tal-landa sabiex jiġu ppreservati sal-bejgħ.

Il-produzzjoni tat-“Turrón de Agramunt” ftit li xejn inbidlet minn meta bdiet. Bħal fl-industriji kollha, il-progress tekniku u l-modernizzazzjoni biddlu l-metodi tal-ipproċessar, b’tali mod li xi wħud mill-operazzjonijiet li jsiru manwalment issa jitwettqu bil-magna, iżda l-materja prima tibqa’ essenzjalment l-istess u l-uniċi bidliet li saru, kienu biex l-ipproċessar isir aktar faċli.

Aspetti soċjali

Il-produzzjoni żdiedet bi ftit kull sena, minn 45 325 kg ta’ “Turrón de Agramunt” fl-1995 għal 71 980 kg fl-1999.

Minbarra li tipprovdi għadd kbir ta’ impjiegi, l-industrija tal-qubbajt ta’ Agramunt hija sors ta’ attività konsiderevoli fis-settur tas-servizzi, prinċipalment fit-trasport u t-turiżmu:

in-nuqqas ta’ kollegament ferrovjarju ma’ Agramunt ifisser li l-qubbajt kollu jrid jiġi ttrasportat bit-triq;

għadd kbir ta’ viżitaturi jiġu biex jaraw il-manifatturi artiġjanali jagħmlu l-qubbajt. Barra minn hekk, sa mill-1989, f’Ottubru ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Feria del Turrón de Agramunt (fiera tal-qubbajt ta’ Agramunt). Din tiġbed ħafna viżitaturi u saret waħda mill-akbar fieri fi Lleida.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott aġġornata hija aċċessibbli hawn http://agricultura.gencat.cat/web/.content/al_alimentacio/al02_qualitat_alimentaria/normativa-dop-igp/plecs-tramit/pliego-condiciones-igp-torro-agramunt-modificacion-menor-es.pdf filwaqt li l-applikazzjoni għal emenda qed tiġi pproċessata bħalissa u mbagħad, ladarba tiġi approvata, tiġi ppubblikata hawn http://agricultura.gencat.cat/ca/ambits/alimentacio/segells-qualitat-diferenciada/distintius-origen/dop-igp/normativa-dop-igp/plecs-condicions/.


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.