|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 229/01 |
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta-10 ta’ Ġunju 2022 dwar id-definizzjoni ta’ nanomaterjal ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 229/02 |
||
|
2022/C 229/03 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2022/C 229/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 229/05 |
||
|
2022/C 229/06 |
||
|
2022/C 229/07 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
ta-10 ta’ Ġunju 2022
dwar id-definizzjoni ta’ nanomaterjal
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 229/01)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/696/UE (1) ġiet applikata bħala referenza għad-determinazzjoni ta’ jekk materjal jenħtiġx li jitqies bħala “nanomaterjal” għal finijiet leġiżlattivi u ta’ politika fl-Unjoni, li tappoġġa l-implimentazzjoni effiċjenti u konsistenti fis-setturi kollha. Ir-Rakkomandazzjoni 2011/696/UE tirreferi għal rieżami aktar tard tad-definizzjoni ta’ nanomaterjal fid-dawl tal-esperjenza u tal-progress xjentifiku. |
|
(2) |
Bejn l-2013 u l-2021, il-Kummissjoni wettqet tali rieżami tar-Rakkomandazzjoni 2011/696/UE, billi indirizzat l-objettiv, il-kamp ta’ applikazzjoni, iċ-ċarezza u l-użu tad-definizzjoni tagħha ta’ nanomaterjal. Ir-rieżami ffoka b’mod partikolari fuq jekk il-limitu ta’ 50 % tad-distribuzzjoni tad-daqs ibbażata fuq in-numru ta’ partikoli jenħtiġx li jiżdied jew jitnaqqas u jekk għandhomx jiġu inklużi materjali bi struttura interna jew bi struttura tal-wiċċ fin-nanoskala bħall-materjali kumplessi tan-nanokomponenti, inklużi l-materjali nanoporużi u nanokomposti li jistgħu jintużaw f’setturi speċifiċi. |
|
(3) |
L-elementi tekniċi u xjentifiċi li jirfdu r-rieżami tad-definizzjoni ta’ nanomaterjal fir-Rakkomandazzjoni 2011/696/UE ġew miġbura fil-qosor u ppubblikati fir-rapporti dwar ix-Xjenza għall-Politika “Towards a review of the EC Recommendation for a definition of the term ’nanomaterial’”, il-Parti 1 (2), 2 (3) u 3 (4) taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni dwar l-esperjenza tal-partijiet ikkonċernati bl-implimentazzjoni tad-definizzjoni u bl-identifikazzjoni ta’ punti possibbli ta’ reviżjoni. Barra minn hekk, il-JRC ippubblika żewġ rapporti li jipprovdu gwida dwar l-implimentazzjoni tad-definizzjoni (5) , (6) inkluż l-iżviluppi rilevanti fl-istandardizzazzjoni mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), ir-riżultati tal-proġett NanoDefine tas-Seba’ Programm Qafas għar-Riċerka (7), , tal-Kummissjoni u aktar informazzjoni disponibbli fl-isfera pubblika. |
|
(4) |
L-elementi għal modifiki possibbli tad-definizzjoni kienu s-suġġett ta’ konsultazzjoni mmirata mal-partijiet ikkonċernati bejn is-6 ta’ Mejju u t-30 ta’ Ġunju 2021. L-informazzjoni li waslet matul dik il-konsultazzjoni tqieset fir-rieżami tal-Kummissjoni tad-definizzjoni ta’ nanomaterjal. |
|
(5) |
Ir-riżultati tar-rieżami u tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, id-deskrizzjoni tal-modifiki magħmula u r-raġunament tagħhom huma spjegati fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni (SWD(2022)150) li jakkumpanja din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
(6) |
Jenħtieġ li tiġi rrakkomandata definizzjoni ta’ nanomaterjal li hija xierqa fil-kuntest ġenerali tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (“id-definizzjoni”), li tkopri materjali naturali, inċidentali jew manifatturati. |
|
(7) |
Id-definizzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-frazzjoni relattiva ta’ partikoli f’medda definita fi ħdan id-distribuzzjoni bbażata fuq in-numru tal-partikoli tad-dimensjoni esterna tal-partikoli kostitwenti ta’ materjal, irrispettivament mill-proprjetajiet jew mir-riskji perikolużi potenzjali inerenti tiegħu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. |
|
(8) |
Id-definizzjoni u t-termini ewlenin tiegħu jenħtieġ li, fejn applikabbli, ikunu bbażati fuq termini definiti xjentifikament u standardizzati eżistenti adottati mill-komunitajiet internazzjonali (ISO, CEN). It-termini ewlenin li jintużaw fid-definizzjoni jenħtieġ li jibqgħu speċifiċi biżżejjed u jenħtieġ li jippermettu l-implimentazzjoni prattika tad-definizzjoni fil-kuntest regolatorju tal-Unjoni. L-implimentazzjoni jenħtieġ li tkun appoġġata minn gwida li jenħtieġ li tiġi żviluppata mill-JRC u tinżamm aġġornata mal-progress xjentifiku u tekniku li qegħdin jevolvu, billi jiġu elenkati l-metodi ta’ kejl rakkomandati u l-għodod tal-aħjar prattika7. |
|
(9) |
It-terminu nanomaterjal jenħtieġ li jindirizza materjali li jikkonsistu minn partikoli fi stat solidu, preżenti waħedhom jew marbutin bħala partijiet kostitwenti ta’ aggregati jew agglomerati. Jenħtieġ li jintuża t-terminu “jikkonsisti minn” minflok “fih” sabiex jiġi rikonoxxut li l-partikoli huma l-komponent prinċipali tal-materjal. Komponenti oħrajn mhux partikolati potenzjalment preżenti (eż. addittivi meħtieġa sabiex jippreservaw l-istabbiltà jew is-solventi tiegħu li jistgħu jiġu sseparati mingħajr ma jaffettwaw id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli) huma parti min-(nano)materjal iżda jenħtieġ li ma jitqisux meta jiġi vvalutat jekk materjal huwiex nanomaterjal. |
|
(10) |
Id-definizzjoni jenħtieġ li teskludi partikoli mhux solidi (jiġifieri likwidi u gassużi). Dan jenħtieġ li jiżgura li n-natura dinamika ħafna tad-dimensjonijiet esterni tal-partikoli mhux solidi, bħall-miċelli jew il-qtar nanoskala f’emulsjonijiet jew fi sprej, ma tipprevjenix l-użu tad-dimensjoni esterna bħala l-kwalifikatur li jiddefinixxi fid-definizzjoni. |
|
(11) |
Id-definizzjoni jenħtieġ li ma tkoprix prodotti jew komponenti solidi kbar, anke meta jkollhom struttura interna jew struttura tal-wiċċ fin-nanoskala, bħal kisjiet, ċerti materjali taċ-ċeramika u nanokomponenti kumplessi, inklużi materjali nanoporużi u nanokomposti. Uħud minn dawn il-prodotti jew komponenti setgħu ġew immanifatturati bl-użu ta’ nanomaterjali u saħansitra xorta jaf għadhom jinkluduhom. |
|
(12) |
Id-definizzjoni jenħtieġ li tkompli ssegwi l-opinjoni tal-2010 tal-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR) (8) billi tiddefinixxi “nanoskala” bħala l-medda tad-daqs minn 1 nm sa 100 nm. |
|
(13) |
Ir-rieżami tad-definizzjoni ma identifikax evidenza xjentifika li l-limitu prestabbilit ta’ 50 % ta’ partikoli b’dimensjonijiet esterni fin-nanoskala jenħtieġ li jiżdied jew jitnaqqas sabiex jiġi indirizzat tħassib partikolari jew sabiex jiġu koperti jew esklużi tipi speċifiċi ta’ materjali. Il-flessibbiltà tal-valur limitu prestabbilit f’każijiet speċifiċi, prevista fir-Rakkomandazzjoni 2011/696/UE, jenħtieġ li titneħħa sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-koerenza regolatorji, u sabiex jiġi evitat li materjal speċifiku jitqies bħala nanomaterjal skont qafas regolatorju wieħed iżda mhux taħt ieħor, u b’hekk tiġi evitata l-inċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, għall-konsumaturi u għar-regolaturi. |
|
(14) |
Id-definizzjoni jenħtieġ li tkopri kemm partikoli waħedhom kif ukoll partikoli kostitwenti identifikabbli f’agglomerati jew aggregati. Ir-rieżami tad-definizzjoni enfasizza li l-identifikazzjoni u l-kejl tal-partikoli kostitwenti fl-aggregati jistgħu jkunu ta’ sfida kbira. Għalhekk, il-kwalifikatur “identifikabbli” huwa marbut b’kunsiderazzjonijiet prattiċi li għandhom x’jaqsmu mal-identifikazzjoni tagħhom. Dawn il-kunsiderazzjonijiet jenħtieġ li jiġu elaborati ulterjorment fil-gwida. |
|
(15) |
It-terminu “partikola” jenħtieġ li jiġi ddefinit bħala parti żgħira ħafna ta’ materja b’limiti fiżiċi definiti, u b’hekk skont id-definizzjoni ta’ “partikola” adottata fl-ISO 26824:2013. Kwalunkwe aspett tekniku tad-definizzjoni ta’ partikola, eż. fir-rigward tal-mobilità tagħha, jenħtieġ li jiġi ċċarat aktar fil-gwida. |
|
(16) |
Molekula waħda, li tinkludi makromolekula bħal proteina li tista’ tkun akbar minn 1 nm, jenħtieġ li ma titqisx bħala partikola. F’każijiet speċifiċi ħafna, id-distinzjoni tista’ tiddependi minn fehim preċiż tat-terminu “molekula waħda”. Jenħtieġ li jiġu ppreżentati każijiet u spjegazzjonijiet illustrattivi fil-gwida. |
|
(17) |
SCENIHR indika li l-issettjar tal-medda bejn 1 nm u 100 nm jista’ jwassal għal numru limitat ta’ materjali, bħal (nano)tubi li jkollhom dijametru iżgħar minn 1 nm u tul li jaqbeż il-100 nm, li ma għandhomx jitqiesu bħala nanomaterjali. Sabiex tiġi indirizzata din l-ommissjoni potenzjali, ir-Rakkomandazzjoni 2011/696/UE inkludiet fid-definizzjoni l-fullereni, il-frak grafen u n-nanotubi tal-karbonju b’wiċċ wieħed b’dimensjoni esterna waħda jew aktar taħt 1 nm bħala nanomaterjali. Madankollu, materjali oħrajn jista’ jkollhom l-istess karatteristiċi ta’ daqs bħal dawn il-materjali bbażati fuq il-karbonju. Huwa probabbli wkoll li l-progress xjentifiku u l-innovazzjoni jirriżultaw f’materjali aktar simili, li jirrikjedu aġġornamenti regolari u kontinwi tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni. Sabiex dan jiġi evitat, għalhekk jenħtieġ li d-definizzjoni tinkludi l-partikoli solidi kollha b’mill-anqas dimensjoni esterna waħda iżgħar minn 1 nm fit-total tal-partikoli fin-nanoskala li għandha titqabbel mal-limitu ta’ 50 %, jekk mill-anqas waħda mid-dimensjonijiet l-oħrajn ta’ dawn il-partikoli taqbeż il-100 nm. |
|
(18) |
Minħabba n-numru ferm iżgħar tagħhom fis-sitwazzjonijiet raġonevolment prevedibbli u rilevanti kollha, partikoli b’mill-anqas żewġ dimensjonijiet esterni ortogonali akbar minn 100 μm ma jinfluwenzawx b’mod sinifikanti l-kontribut relattiv ta’ partikoli ta’ 1 nm sa 100 nm fin-numru totali ta’ partikoli, u għalhekk ma jaffettwawx b’mod sinifikanti l-klassifikazzjoni tal-materjali. Id-definizzjoni jenħtieġ li tippermetti li d-determinazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs ibbażata fuq in-numru ta’ partikoli tiġi limitata biss għal partikoli kostitwenti b’mill-anqas żewġ dimensjonijiet esterni ortogonali taħt 100 μm, dment li l-għażla tiġi ddokumentata b’riżultati ta’ kejl xierqa. L-applikazzjoni prattika ta’ din l-opzjoni jenħtieġ li tiġi ppreżentata fil-gwida. |
|
(19) |
L-esperjenza wriet (9) li l-użu tas-superfiċje speċifika bħala indikatur approssimattiv meta jiġi identifikat nanomaterjal jista’ jwassal għal diffikultajiet ta’ interpretazzjoni u tekniċi, pereżempju, peress li s-superfiċje speċifika għolja tista’ tkun dovuta għal nanostruttura interna minflok ma tindika l-preżenza ta’ numru kbir ta’ partikoli kostitwenti żgħar. Għalhekk, ir-rieżami tad-definizzjoni identifika li l-opzjoni relatata prevista fil-punt 5 tar-Rakkomandazzjoni 2011/696/UE ma kinitx xierqa u jenħtieġ li titneħħa milli tkun kwalifikatur fid-definizzjoni ta’ nanomaterjal. |
|
(20) |
Il-proġett NanoDefine9 wera, abbażi ta’ sett kbir ta’ materjali industrijali differenti, li ma kien hemm l-ebda inkonsistenza fil-klassifikazzjoni tan-nanomaterjali, abbażi tal-valur medjan iddeterminat mid-distribuzzjonijiet tad-daqs ibbażati fuq in-numru ta’ partikoli u fuq is-superfiċje speċifika għall-volum li tkun anqas minn 6 m2/cm3 (anke jekk il-forma tal-partikoli ma tkunx magħrufa), rispettivament. Għalhekk, materjal li jkollu superfiċje speċifika għall-volum ta’ anqas minn 6 m2/cm3 jenħtieġ li ma jitqisx bħala nanomaterjal. |
|
(21) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ nanomaterjal fir-Rakkomandazzjoni 2011/696/UE tiġi aġġornata. |
|
(22) |
Il-progress xjentifiku u tekniku jkompli u jista’ jaffettwa r-raġunament wara l-elementi użati għall-identifikazzjoni ta’ nanomaterjal. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat rieżami tad-definizzjoni kull meta evidenza xjentifika jew esperjenzi regolatorji ġodda juru li d-definizzjoni ma għadhiex adegwata. |
|
(23) |
Jenħtieġ li d-definizzjoni la taffettwa u lanqas tirrifletti l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe strument tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni li tistabbilixxi, għal grupp ta’ materjali, rekwiżiti addizzjonali jew speċifiċi (inklużi dawk għas-sikurezza). F’xi każijiet jista’ jitqies meħtieġ li ċerti materjali jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni speċifika jew dispożizzjonijiet leġiżlattivi anke jekk ikunu nanomaterjali skont din ir-Rakkomandazzjoni. Bl-istess mod, jista’ jitqies meħtieġ li jiġu żviluppati rekwiżiti regolatorji għal materjali addizzjonali li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni jew dispożizzjonijiet leġiżlattivi li fil-mira tagħhom ikollhom nanomaterjali. Madankollu, tali leġiżlazzjoni jenħtieġ li jkollha l-għan li tagħmel distinzjoni bejn “nanomaterjal” u membru ta’ tali sottogrupp sabiex tinżamm il-konsistenza mad-definizzjoni u konsegwentement ma’ leġiżlazzjoni oħra. |
|
(24) |
Id-definizzjoni f’din ir-Rakkomandazzjoni tista’ taqdi finijiet ta’ politika, leġiżlattivi u ta’ riċerka differenti meta jiġu indirizzati materjali jew kwistjonijiet li jikkonċernaw il-prodotti tan-nanoteknoloġiji. Din tista’ tintuża wkoll f’att ieħor li jipprovdi definizzjoni ta’ nanomaterjal għall-politika orizzontali u għall-użu leġiżlattiv adottat mill-Kummissjoni jew mil-leġiżlatur tal-Unjoni, f’liema każ tali att jissostitwixxi din ir-Rakkomandazzjoni, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
|
1. |
“Nanomaterjal” tfisser materjal naturali, inċidentali jew manifatturat li jikkonsisti minn partikoli solidi li huma preżenti, jew waħedhom jew bħala partikoli kostitwenti identifikabbli f’aggregati jew agglomerati, u fejn 50 % jew aktar minn dawn il-partikoli fid-distribuzzjoni tad-daqs ibbażata fuq in-numru jissodisfaw mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
Fid-determinazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs ibbażata fuq in-numru ta’ partikoli, ma hemmx bżonn li jiġu kkunsidrati partikoli b’mill-anqas żewġ dimensjonijiet esterni ortogonali akbar minn 100 μm. Madankollu, materjal li jkollu superfiċje speċifika skont il-volum ta’ anqas minn 6 m2/cm3 ma għandux jiġi kkunsidrat bħala nanomaterjal. |
|
2. |
Għall-finijiet tal-punt 1, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
3. |
Huwa rakkomandat li d-definizzjoni tat-terminu “nanomaterjal” stabbilita fl-aħħar rakkomandazzjoni jew f’att ieħor li jipprovdi definizzjoni ta’ nanomaterjal għall-politika orizzontali u għall-użu leġiżlattiv adottat mill-Kummissjoni jew mil-leġiżlatur tal-Unjoni tintuża meta jiġu indirizzati materjali jew kwistjonijiet li jikkonċernaw prodotti tan-nanoteknoloġiji:
|
|
4. |
Din ir-Rakkomandazzjoni taġġorna r-Rakkomandazzjoni 2011/696/UE. |
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2022
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/696/UE tat-18 ta’ Ottubru 2011 fuq id-definizzjoni tan-nanomaterjali (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 38).
(2) Towards a review of the EC Recommendation for a definition of the term “nanomaterial”; Part 1: Compilation of information concerning the experience with the definition; EUR 26567 EN; doi:10.2788/36237 (2014).
(3) Towards a review of the EC Recommendation for a definition of the term “nanomaterial”; Part 2: Assessment of collected information concerning the experience with the definition; EUR 26744 EN; doi: 10.2787/97286 (2014).
(4) Towards a review of the EC Recommendation for a definition of the term “nanomaterial”; Part 3: Scientific-technical evaluation of options to clarify the definition and to facilitate its implementation; EUR 27240 EN; doi:10.2788/678452 (2015)
(5) An overview of concepts and terms used in the European Commission’s definition of nanomaterial; EUR 29647 EN; doi:10.2760/459136 (2019)
(6) Identification of nanomaterials through measurements; EUR 29942 EN; doi:10.2760/053982 (2019)
(7) The NanoDefine Methods Manual; EUR 29876 EN; doi:10.2760/79490 (2020)
(8) http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/emerging/docs/ scenihr_o_032.pdf
(9) NanoDefine, Evaluation report on the applicability ranges of the volume specific surface area (VSSA) method and the quantitative relation to particle number-based size distribution for real-world samples, Deliverable number 3.5, 2015 and Reliable nanomaterial classification of powders using the volume-specific surface area method”, J Nanopart Res 19, 61 (2017); DOI: 10.1007/s11051-017-3741-x
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/6 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-13 ta’ Ġunju 2022
(2022/C 229/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0455 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
140,51 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4397 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85850 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,6160 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0375 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
138,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,3222 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,724 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
399,30 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6373 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9459 |
|
TRY |
Lira Turka |
18,0495 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4998 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3435 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,2071 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6635 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4538 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 349,93 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
16,8070 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,0434 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5215 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 376,17 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6195 |
|
PHP |
Peso Filippin |
55,720 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,425 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,2785 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,2102 |
|
INR |
Rupi Indjan |
81,6060 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
14.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/7 |
Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2022
(Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE ) Nru 794 /2004 (1) )
(2022/C 229/03)
Ir-rati ta’ bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad iridu jkunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ skont dan ifisser li kellu jiġi miżjud marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tal-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru tiġi kkalkulata wkoll biż-żieda ta’ 100 punti bażi għar-rata bażi.
Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.
It-tabella preċedenti kienet ippubblikata fil-ĠU C 192, 11.5.2022, p. 91.
|
Minn |
Sa |
AT |
BE |
BG |
CY |
CZ |
DE |
DK |
EE |
EL |
ES |
FI |
FR |
HR |
HU |
IE |
IT |
LT |
LU |
LV |
MT |
NL |
PL |
PT |
RO |
SE |
SI |
SK |
UK |
|
1.7.2022 |
… |
0,02 |
0,02 |
0,00 |
0,02 |
5,73 |
0,02 |
0,44 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
0,26 |
6,24 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
5,81 |
0,02 |
5,10 |
0,50 |
0,02 |
0,02 |
1,19 |
|
1.6.2022 |
30.6.2022 |
-0,19 |
-0,19 |
0,00 |
-0,19 |
4,85 |
-0,19 |
0,24 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
0,26 |
6,24 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
-0,19 |
4,88 |
-0,19 |
4,40 |
0,22 |
-0,19 |
-0,19 |
1,02 |
|
1.5.2022 |
31.5.2022 |
-0,35 |
-0,35 |
0,00 |
-0,35 |
4,85 |
-0,35 |
0,08 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
0,26 |
5,40 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
-0,35 |
4,06 |
-0,35 |
3,38 |
0,08 |
-0,35 |
-0,35 |
0,86 |
|
1.4.2022 |
30.4.2022 |
-0,49 |
-0,49 |
0,00 |
-0,49 |
4,00 |
-0,49 |
0,00 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
0,26 |
4,66 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
3,42 |
-0,49 |
3,38 |
-0,01 |
-0,49 |
-0,49 |
0,66 |
|
1.3.2022 |
31.3.2022 |
-0,49 |
-0,49 |
0,00 |
-0,49 |
4,00 |
-0,49 |
-0,03 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
0,26 |
4,02 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
2,85 |
-0,49 |
2,74 |
-0,04 |
-0,49 |
-0,49 |
0,66 |
|
1.2.2022 |
28.2.2022 |
-0,49 |
-0,49 |
0,00 |
-0,49 |
3,29 |
-0,49 |
-0,03 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
0,26 |
3,17 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
2,04 |
-0,49 |
2,74 |
-0,05 |
-0,49 |
-0,49 |
0,66 |
|
1.1.2022 |
31.1.2022 |
-0,49 |
-0,49 |
0,00 |
-0,49 |
2,49 |
-0,49 |
-0,01 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
0,26 |
2,38 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
-0,49 |
1,21 |
-0,49 |
2,27 |
-0,03 |
-0,49 |
-0,49 |
0,51 |
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
14.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/8 |
Aġġornament tal-lista tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2022/C 229/04)
Il-pubblikazzjoni tal-lista tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni li l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali jsir aġġornament regolari fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.
LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM TAL-FRUNTIERA
FRANZA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 483, 1.12.2021, p.19.
Fruntieri tal-ajru
|
(1) |
Ajaccio-Napoléon-Bonaparte |
|
(2) |
Albert-Bray |
|
(3) |
Angers-Marcé |
|
(4) |
Angoulême-Brie-Champniers |
|
(5) |
Annecy-Methet |
|
(6) |
Auxerre-Branches |
|
(7) |
Avignon-Caumont |
|
(8) |
Bâle-Mulhouse |
|
(9) |
Bastia-Poretta |
|
(10) |
Beauvais-Tillé |
|
(11) |
Bergerac-Dordonge-Périgord |
|
(12) |
Béziers-Vias |
|
(13) |
Biarritz-Pays Basque |
|
(14) |
Bordeaux-Mérignac |
|
(15) |
Brest-Bretagne |
|
(16) |
Brive-Souillac |
|
(17) |
Caen-Carpiquet |
|
(18) |
Calais-Dunkerque |
|
(19) |
Calvi-Sainte-Catherine |
|
(20) |
Cannes-Mandelieu |
|
(21) |
Carcassonne-Salvaza |
|
(22) |
Châlons-Vatry |
|
(23) |
Chambéry-Aix-les-Bains |
|
(24) |
Châteauroux-Déols |
|
(25) |
Cherbourg-Mauperthus |
|
(26) |
Clermont-Ferrand-Auvergne |
|
(27) |
Colmar-Houssen |
|
(28) |
Deauville-Normandie |
|
(29) |
Dijon-Longvic |
|
(30) |
Dinard-Pleurtuit-Saint-Malo |
|
(31) |
Dôle-Tavaux |
|
(32) |
Epinal-Mirecourt |
|
(33) |
Figari-Sud Corse |
|
(34) |
Grenoble-Alpes-Isère |
|
(35) |
Hyères-le Palivestre |
|
(36) |
Paris-Issy-les-Moulineaux |
|
(37) |
La Môle-Saint-Tropez (ftuħ annwali mill-1 ta’ Lulju sal-15 ta’ Ottubru) |
|
(38) |
La Rochelle-Ile de Ré |
|
(39) |
La Roche-sur-Yon |
|
(40) |
Laval-Entrammes |
|
(41) |
Le Castellet (ftuħ annwali mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju. Ftuħ eċċezzjonali mit-22 sal-31 ta’ Ottubru 2022.) |
|
(42) |
Le Havre-Octeville |
|
(43) |
Le Mans-Arnage |
|
(44) |
Le Touquet-Côte ďOpale |
|
(45) |
Lille-Lesquin |
|
(46) |
Limoges-Bellegarde |
|
(47) |
Lorient-Lann-Bihoué |
|
(48) |
Lyon-Bron |
|
(49) |
Lyon-Saint-Exupéry |
|
(50) |
Marseille-Provence |
|
(51) |
Metz-Nancy-Lorraine |
|
(52) |
Monaco-Héliport |
|
(53) |
Montpellier-Méditérranée |
|
(54) |
Nantes-Atlantique |
|
(55) |
Nice-Côte d’Azur |
|
(56) |
Nîmes-Garons |
|
(57) |
Orléans-Bricy |
|
(58) |
Orléans-Saint-Denis-de-l’Hôtel |
|
(59) |
Paris-Charles de Gaulle |
|
(60) |
Paris-le Bourget |
|
(61) |
Paris-Orly |
|
(62) |
Pau-Pyrénées |
|
(63) |
Perpignan-Rivesaltes |
|
(64) |
Poitiers-Biard |
|
(65) |
Quimper-Pluguffan (miftuħ mill-bidu ta’ Mejju sal-bidu ta’ Settembru) |
|
(66) |
Rennes Saint-Jacques |
|
(67) |
Rodez-Aveyron |
|
(68) |
Rouen-Vallée de Seine |
|
(69) |
Saint-Brieuc-Armor |
|
(70) |
Saint-Etienne Loire |
|
(71) |
Saint-Nazaire-Montoir |
|
(72) |
Strasbourg-Entzheim |
|
(73) |
Tarbes-Lourdes-Pyrénées |
|
(74) |
Toulouse-Blagnac |
|
(75) |
Toulouse-Francazal |
|
(76) |
Tours-Val de Loire |
|
(77) |
Troyes-Barberey |
|
(78) |
Valence — Chabeuil (mill-1 ta’ Ġunju 2021) |
Fruntieri marittimi
|
(1) |
Ajaccio |
|
(2) |
Bastia |
|
(3) |
Bayonne |
|
(4) |
Bordeaux |
|
(5) |
Boulogne |
|
(6) |
Brest |
|
(7) |
Caen-Ouistreham |
|
(8) |
Calais |
|
(9) |
Cannes-Vieux Port |
|
(10) |
Carteret |
|
(11) |
Cherbourg |
|
(12) |
Dieppe |
|
(13) |
Douvres |
|
(14) |
Dunkerque |
|
(15) |
Granville |
|
(16) |
Honfleur |
|
(17) |
La Rochelle-La Pallice |
|
(18) |
Le Havre |
|
(19) |
Les Sables-d’Olonne-Port |
|
(20) |
Lorient |
|
(21) |
Marseille |
|
(22) |
Monaco-Port de la Condamine |
|
(23) |
Nantes-Saint-Nazaire |
|
(24) |
Nice |
|
(25) |
Port-de-Bouc-Fos/Port-Saint-Louis |
|
(26) |
Port-la-Nouvelle |
|
(27) |
Port-Vendres |
|
(28) |
Roscoff |
|
(29) |
Rouen |
|
(30) |
Saint-Brieuc |
|
(31) |
Saint-Malo |
|
(32) |
Sète |
|
(33) |
Toulon |
Fruntieri tal-art
|
(1) |
L-istazzjon ferrovjarju Bourg Saint Maurice (jiftaħ mill-bidu ta’ Diċembru sa nofs April) |
|
(2) |
L-istazzjon ferrovjarju Moûtiers (jiftaħ mill-bidu ta’ Diċembru sa nofs April) |
|
(3) |
L-istazzjon ferrovjarju Ashford International |
|
(4) |
Cheriton/Coquelles |
|
(5) |
L-istazzjon ferrovjarju Chessy-Marne-la-Vallée |
|
(6) |
L-istazzjon ferrovjarju Fréthun |
|
(7) |
L-istazzjon ferrovjarju Lille-Europe |
|
(8) |
L-istazzjon ferrovjarju Paris-Nord |
|
(9) |
L-istazzjon ferrovjarju St-Pancras |
|
(10) |
L-istazzjoni ferrovjarju Ebbsfleet |
|
(11) |
Pas de la Case-Porta |
|
(12) |
L-istazzjon ferrovjarju Roissy TGV - l-ajruport |
Lista ta’ pubblikazzjonijiet ta’ qabel.
ĠU C 247, 13 ta’ Ottubru 2006, p. 25.
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/13 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2022/C 229/05)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“VACA GALLEGA – BUEY GALLEGO”
Nru tal-UE: PGI-ES-02308 – 27.4.2017
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem
“Vaca Gallega – Buey Gallego”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Laħam frisk mill-baqar u l-gniedes tar-razez Rubia Gallega, Morenas Gallegas (Cachena, Caldelana, Frieiresa, Limiana u Vianesa), Asturiana de los Valles, Limousin, Blonde d’Aquitaine, Friesian, u Bruna Alpina, kemm ta’ razza pura kif ukoll imħalltin bejniethom.
Hemm distinzjoni skont is-sess, l-età u s-sistema ta’ produzzjoni fit-tipi ta’ annimali li ġejjin:
|
a) |
Baqar: nisa li kellhom il-frieħ mill-inqas darba qabel it-tbiċċir. Il-laħam tagħhom huwa ta’ kulur minn aħmar għal aħmar lewn iċ-ċirasa, u mraħħam bi strixxi ta’ xaħam irqaq. Ix-xaħam huwa ta’ kulur minn abjad lewn il-krema għal abjad jagħti fl-isfar, ta’ sawra soda u b’fibri sodi meta tmisshom.
|
|
b) |
Gniedes: irġiel li jiġu kkastrati qabel l-età ta’ sena u li jkollhom aktar minn 48 xahar meta jitbiċċru. Il-laħam tagħhom huwa ta’ kulur minn aħmar għal aħmar jagħti fil-vjola, bi strixxi ta’ tessut intramuskolari xaħmi (traħħim) viżibbli. Ix-xaħam huwa ta’ kulur minn abjad lewn il-perla għal isfar, ta’ sawra soda u b’fibri sodi meta tmisshom.
|
Il-laħam tal-“Vaca Gallega – Buey Gallego” għandu riħa ta’ xaħam tal-annimali minħabba l-kontenut tax-xaħam tiegħu (il-perċentwal medju ta’ xaħam intramuskolari fil-karkassi huwa ogħla minn 5,6 %); huwa tari u mhux xott b’togħma mmarkata ta’ laħam li ddum fil-ħalq u togħma kemxejn aċidika li tibqa’ fit-tul.
Il-karkassi, il-kwarti, il-lojn u l-qatgħat l-oħra maħsuba għall-iffilettjar u għall-bejgħ lill-konsumatur friski u bil-qatgħa jridu jiġu ppreżentati mkessħin. Jekk jiġu ffriżati, ma jibqgħux eliġibbli għall-protezzjoni tal-IĠP.
Il-kelma “selección” tista’ tintuża fuq it-tikkettar ta’ laħam kopert mill-IĠP minn karkassi kemm tal-“Vaca Gallega” kif ukoll tal-“Buey Gallego” li huma magħrufin għall-ammont ta’ traħħim ta’ xaħam u għall-kulur isfar jagħti fl-oranġjo tax-xaħam fuq il-wiċċ tagħhom u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
— |
Konformazzjoni tal-karkassi: E, U u R+. |
|
— |
Kontenut tax-xaħam: 5 u 4+. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)
Matul il-ħajja produttiva tagħhom, l-għalf tal-baqar u l-gniedes huwa bbażat fuq ir-ragħa, il-foraġġ frisk (ħaxix u ċereali) u l-foraġġ ikkonservat (silaġġ tal-ħaxix, silaġġ tal-qamħirrum u ħuxlief), issupplimentat bil-ħbub, il-patata, il-ġdur, it-tiben u għalf kompost.
Il-klima moderata tal-Atlantiku tiffavorixxi l-ħsad abbundanti u bikri ta’ foraġġ li jipprovdi ammont kbir ta’ enerġija u proteini ta’ kwalità, u tiżgura l-provvista ta’ għalf għall-annimali. Għandu jitqies ukoll il-fatt li d-densità ta’ bhejjem annwali medja ma tistax taqbeż iż-2 LUs għal kull ettaru ta’ erja agrikola utilizzata (EAU).
Il-maġġoranza tal-foraġġ użat irid jiġi mill-azjenda stess u mill-inqas 80 % tiegħu jrid jiġi miż-żona ġeografika koperta mill-IĠP. L-ispeċijiet misjuba fil-mergħat tal-Galicia prinċipalment jinkludu ħaxix (Festuca spp., Agrostides, ħaxix tal-mergħat, sikrana u dekkuka) u, sa ċertu punt, legumi (silla u xnien). L-enerġija kkunsmata mill-għalf tiġi ssupplimentata minn silaġġ tal-qamħirrum matur u immatur u minn ċereali mitħunin.
Matul il-fażi tat-tlestija, id-dieta tal-annimali tista’ tiġi ssupplimentata b’għalf kompost, sa massimu ta’ 1 kg ta’ materja niexfa kuljum u piż ħaj medju ta’ 100 kg waqt dik il-fażi. Tali għalf għandu jkun magħmul minn materja prima li toriġina mill-pjanti. Mill-inqas 80 % tiegħu għandhom ikunu ċereali u derivattivi taċ-ċereali, legumi, u żrieragħ li minnhom jingħasar iż-żejt. L-użu ta’ prodotti li jistgħu jaffettwaw ir-rata ta’ tkabbir normali tal-baqar u l-gniedes, kif ukoll l-użu ta’ prodotti sekondarji rriċiklati mill-annimali, huwa espressament ipprojbit.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
It-twelid, it-trobbija, it-tismin u t-tbiċċir tal-baqar u l-gniedes u t-tqattigħ tal-karkassi jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-prodott jista’ jitqaddem, jiġi ffilettjat, ippakkjat u ttikkettat f’impjanti tal-ipproċessar tal-laħam irreġistrati mal-Bord Regolatorju jew fi stabbilimenti li diġà ffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-Bord Regolatorju li jkopri l-kontroll, it-tikkettar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott protett.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-karkassi, il-kwarti, il-qatgħat u l-porzjonijiet kollha jrid ikollhom l-isem irreġistrat “Vaca Gallega – Buey Gallego” u l-logo tal-IĠP li ġej:
Il-kliem “Vaca Gallega” jew “Buey Gallego” (skont it-tip ta’ laħam) irid jidher fuq kull tikketta fl-istess kamp viżiv bħall-isem reġistrat u l-logo tal-IĠP, kif muri hawn taħt:
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika koperta mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Vaca Gallega – Buey Gallego” hija l-Komunità Awtonoma tal-Galicia kollha.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-laħam tal-“Vaca Gallega – Buey Gallego” hija bbażata fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott u hija msaħħa mir-reputazzjoni tiegħu.
Karatteristiċi fiżiċi u fatturi naturali fiż-żona ġeografika
It-trobbija u t-tismin tal-baqar u l-gniedes adattati għall-produzzjoni tal-“Vaca Gallega – Buey Gallego” huma storikament marbuta mal-ambjent ġeografiku speċifiku tal-Galicia, b’mod partikolari minħabba l-ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi tiegħu għall-produzzjoni tal-foraġġ.
Il-pajsaġġ tal-Galicia huwa ddominat minn għoljiet baxxi b’inklinazzjonijiet ġentili u muntanji baxxi li rari jkunu itwal minn 800 m, b’widien imkennija bejniethom, li jagħmluha possibbli li jsir ir-ragħa matul is-sena kollha. Dawn huma irrigati minn network kbir ta’ xmajjar li jipprovdu ilma għall-irrigazzjoni u biex jixorbuh il-baqar u l-gniedes. L-ilma għandu kontenut relattivament għoli ta’ sodju u kloruri, iżda ammont baxx ta’ kalċju, manjeżju u siliċju.
Il-ħamrija tinsab prinċipalment fuq blat tal-granit, skisti u shale, ikkaratterizzati mill-aċidità tagħhom u mill-kontenut għoli ta’ materja organika. Il-klima hija moderata b’influwenza qawwija tal-oċean, u hija kkaratterizzata minn temperaturi ħfief (medja ponderata ta’ aktar minn 13 oC) u preċipitazzjoni abbundanti (aktar minn 1 100 mm/sena).
Dawn il-kundizzjonijiet ambjentali pproduċew flora varjata ħafna, li tikkonsisti prinċipalment minn emikriptofiti, fejn jiddominaw speċijiet aċidofiliċi adattati għall-post. Huma partikolarment notevoli l-ispeċijiet naturali fil-mergħat, speċjalment il-ħaxix (prinċipalment Festuca spp., Agrostides, ħaxix tal-mergħat, sikrana u dekkuka) kif ukoll il-legumi (silla u xnien), b’ħafna ekotipi u varjetajiet b’bażi ġenetika indiġena. Dawn jiffjorixxu fiż-żona u huma ta’ valur minħabba li addattaw għaliha.
Dawn il-kundizzjonijiet naturali jippromwovu l-produzzjoni tal-foraġġ u jagħmluha possibbli li l-baqar u l-gniedes jiġu mitmugħa prinċipalment bir-riżorsi tal-azjenda stess.
Fatturi storiċi u umani
It-trobbija tal-baqar u l-gniedes fil-Galicia tmur lura għall-era preistorika. Mis-seklu 12 ’il quddiem, ġie żviluppat mudell tal-produzzjoni li fih il-baqar u l-gniedes ġew inkorporati gradwalment fl-operat tal-irziezet tal-familja. L-importanza tiegħu ilha evidenti mis-seklu 18, meta l-baqar u l-gniedes kienu jaħdmu fl-għelieqi u fl-aħħar ta’ ħajjithom kienu jissemmnu għal-laħam. Bejn is-seklu 16 u s-seklu 20, terz tal-baqar Spanjoli kienu mrobbija fil-Galicia.
F’nofs is-seklu 20, it-tbatijiet tal-perjodu ta’ wara l-gwerra wasslu lill-familji biex ikomplu bil-prattiċi tal-produzzjoni tradizzjonali bħala mezz ta’ sopravivenza, li fisser li l-element ewlieni fil-kwalità ta’ dan il-prodott ġie ppreservat, jiġifieri metodu partikolari ta’ tismin, bl-użu tar-riżorsi lokali. It-trobbija tal-bhejjem għadha msejsa fuq l-irziezet żgħar tal-familja li jmantnu s-simbjożi bejn il-bhejjem, l-art u n-nies u huma impenjati lejn il-prattiki tal-għalf u tal-ġestjoni b’attenzjoni li ġew mgħoddija lilhom tul il-ġenerazzjonijiet.
Fil-qosor, l-istoriċi kixfu s-sigriet ta’ dawn il-baqar u l-gniedes: produtturi żgħar u merħliet żgħar, annimali li jaħdmu fl-għelieqi – iżda mhux iżżejjed – u li, meta jkunu fl-istalel ma’ tmiem il-ħidma tagħhom, jissemmnu b’attenzjoni fuq il-ħaxix frisk tal-mergħat u fuq għalf ieħor. Dan il-metodu ta’ tismin, li jgħaqqad il-ħarsien tal-baqar u l-gniedes ma’ eżerċizzju moderat u li gradwalment infirex mar-reġjun kollu, b’evidenza tiegħu li tmur lura sa sekli ilu, itejjeb il-kwalità finali tal-laħam u jgħin biex jiddistingwih. Ir-reputazzjoni tiegħu tant kienet kbira li fis-seklu 18 u 19 diġà kien hemm ħafna esperti, bħal Martín Sarmiento, N. Casas u R. Jordana y Morera, li ppreżentaw lill-Galicia u lir-raħħala tagħha bħala eżempju għall-bqija ta’ Spanja: azjendi żgħar fejn l-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem jingħaqdu biex jinħoloq il-ġid, biex l-art tiġi ppopolata u biex jiġu prodotti l-aqwa bhejjem u laħam fir-renju.
L-aktar sistema komuni ta’ produzzjoni hija semiestensiva minħabba l-kompatibbiltà tagħha mat-terren tal-Galicia u l-grad ta’ frammentazzjoni u n-natura fuq skala żgħira tal-irziezet. Il-baqar u l-gniedes normalment jirgħu matul il-jum u jinżammu fl-istalel billejl, u huwa f’dan il-mument li jingħataw għalf addizzjonali.
Huwa meħtieġ perjodu ta’ tlestija għall-baqar u l-gniedes ta’ mill-inqas 6 xhur qabel it-tbiċċir sabiex jitlesta t-tismin tagħhom. Huwa għalhekk li, skont it-tradizzjoni tal-Galicia, l-annimali jinżammu fi stalel – jew tal-inqas il-moviment tagħhom fl-għalqa jiġi limitat – qabel it-tbiċċir.
Il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott
Il-perċentwal medju ta’ xaħam intramuskolari tal-karkassi tal-“Vaca Gallega – Buey Gallego” huwa ogħla minn 5,6 %, li huwa ogħla b’mod sinifikanti mill-valuri medji ta’ karkassi oħra tal-baqar u tal-gniedes. Dan huwa meqjus bħala fattur pożittiv li huwa essenzjali għall-kwalità sensorja tal-laħam (it-togħma, il-kwalità tarja, il-kwalità mmerrqa u t-togħma tiegħu).
Il-laħam tal-“Vaca Gallega – Buey Gallego” għandu profil tajjeb ta’ lipidi, ikkaratterizzat mill-kontenut ta’ aċidu xaħmi monoinsaturat u poliinsaturat relattivament għoli tiegħu. Barra minn hekk, il-proporzjon tal-aċidi xaħmin n-6/n-3 huwa eċċellenti, billi bħala medja huwa inqas minn 2,05.
Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika, il-fatturi umani u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott
Il-metodi tal-produzzjoni tal-laħam fil-Galicia jduru madwar sistema mħallta fejn ir-ragħa jalterna mat-tmigħ tal-għalf fl-istalel. L-azjendi jagħmlu użu mir-riżorsi tal-għalf tagħhom stess u mill-eċċess tal-ħsad, u jipproduċu laħam bi strixxi ta’ xaħam li jispikka minħabba l-karatteristiċi u l-kwalità sensorja tiegħu.
L-għalf jinkludi foraġġ, prinċipalment ħaxix u legumi produttivi ħafna li l-ekotipi u l-varjetajiet tagħhom huma ta’ valur minħabba li adattaw għall-ambjent lokali. Dawn, flimkien mal-perjodu minimu ta’ tlestija ta’ 6 xhur li matulu l-enerġija kkunsmata mill-għalf tal-baqar u l-gniedes tiġi ssupplimentata b’silaġġ tal-qamħirrum matur u immatur, ċereali mitħunin u għalf kompost, ifissru li l-karkassi tal-“Vaca Gallega – Buey Gallego” fihom il-perċentwal ta’ hawn fuq ta’ xaħam intramuskolari, li huwa ogħla mill-valuri medji ta’ karkassi oħra.
Id-drawwa tas-soltu fejn il-baqar jitħallew jirgħu, bl-għalf li jinkludi foraġġ li mill-inqas 80 % tiegħu jiġi prodott fil-Galicia, fejn jiddominaw speċijiet ta’ ħaxix aċidofiliċi indiġeni, u l-kompożizzjoni kimika tal-ilma tar-reġjun jagħtu lill-karkassi tal-“Vaca Gallega – Buey Gallego” profil ta’ lipidi tajjeb, bi preponderanza ta’ aċidi xaħmin monoinsaturati u poliinsaturati meta mqabbla mal-aċidi xaħmin saturati. Dawn il-fatturi jagħtu wkoll lil-laħam riħa ta’ xaħam tal-annimali, togħma ta’ laħam li ddum fil-ħalq u togħma kemxejn aċidika li tibqa’ fit-tul, li huma tipiċi tal-prodott protett.
Ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-karatteristiċi tal-prodott hija stabbilita fir-Rapport li jiċċertifika r-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità tal-laħam tal-baqar u l-gniedes ta’ Galicia, imfassal mill-Fundación Centro Tecnolóxico da Carne (11.4.2016).
Reputazzjoni
Il-laħam tal-“Vaca Gallega – Buey Gallego” huwa apprezzat mill-konsumaturi u spiss jissemma fit-testi kulinari tas-sekli 19 u 20. Fl-1878 Museros y Rovira qal: “Il-laħam tiegħu huwa dgħif u għandu togħma li tgħaxxaq minħabba l-għalf li ngħata.” Fl-1894 Ángel Muro, il-gastronomu ewlieni fl-istorja kulinari Spanjola, iddeskrivih kif ġej: “Ċanga ta’ kwalità għolja mill-baqar jew mill-gniedes, b’kulur aħmar skur rikk, u strixxi tax-xaħam qishom vini.”
Għal ħafna esperti, dan il-laħam huwa wieħed minn grupp ristrett ta’ laħmijiet meqjusa fost l-aqwa fid-dinja, kemm fost il-biċċiera tad-delicatessens kif ukoll fis-settur tal-haute cuisine f’ħafna pajjiżi. (Fuq is-sit web tiegħu www.stephanedecotterd.com, ix-chef Stéphane Décotterd irrimarka “Le bœuf de Galice, la meilleure viande du monde?” [“Iċ-ċanga tal-Galicia: l-aqwa laħam fid-dinja?”], ippubblikat fil-11.2.2017, u f’El Mundo il-ġurnalist Manuel Darriba kiteb artiklu bl-isem “El buey gallego. 1.600 kilos de la mejor carne del mundo” [“Il-gendus tal-Galicia: 1 600 kilo tal-aqwa laħam fid-dinja”], ippubblikat fit-8.11.2009.) Il-laħam tal-“Vaca Gallega – Buey Gallego” huwa prodott famuż u rinomat, kif muri mill-fatt li jista’ jinstab fi ħwienet tal-laħam speċjalizzati, fuq menujiet f’restoranti ta’ kwalità u fi platti ppreparati minn chefs magħrufa.
Fil-media nazzjonali u internazzjonali saru bosta referenzi, fosthom: il-ġurnalist Carlos Herrera f’XLSemanal: “...meta l-bar Iñaki f’Balmaseda xeħet biċċa fuq il-grilja, litteralment infetħu bibien il-Ġenna. Kienet biċċa ċanġa tal-Galicia ta’ veru ...” (8.4.2018); il-ġurnalista Marie-Claire Digby f’The Irish Times: “L-aqwa biċċa ċanga li x-chef Gareth Smith qatt kiel ġiet minn waħda minn dawk il-baqar tal-Galicia ...” (2.12.2016). Il-laħam tqies b’mod favorevoli wkoll minn ħafna kritiki tal-ikel (Mike Gibson, Killian Fox, Jay Rayner, Lydia Itoi, Jeffrey Steingarten, Jacob Richler, Janet Mendel, eċċ.), bloggers u persuni li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika li jispeċjalizzaw fil-laħam taċ-ċanga mill-baqar u l-gniedes.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
https://mediorural.xunta.gal/sites/default/files/produtos/en-tramitacion/Pliego-de-condiciones-IGP-Vaca-Gallega-Buey-Gallego-febreiro-2022.pdf
|
14.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/18 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, fi Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2022/C 229/06)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI LI MA HIJIEX MINURI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“Murazzano”
Nru tal-UE: PDO-IT-0015-AM01 – 18.11.2020
DOP (X) IĠP ( )
1. GRUPP APPLIKANT U INTERESS LEĠITTIMU
Consorzio di Tutela del Formaggio Murazzano DOP [Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni tal-Ġobon tad-DOP “Murazzano”], via Piazza Oberto, 1 – 12060 Bossolasco (CN), l-Italja. Email: consorzio.murazzano@gmail.com; Posta elettronika ċertifikata: consorziomurazzano@sicurezzapostale.it.
Il-Consorzio di Tutela del Formaggio Murazzano DOP [Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni tal-Ġobon tad-DOP “Murazzano”] huwa magħmul minn produtturi tal-ġobon “Murazzano” u għandu l-jedd li jressaq applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali tal-14 ta’ Ottubru 2013.
2. STAT MEMBRU JEW PAJJIŻ TERZ
L-Italja
3. INTESTATURA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT AFFETTWATA MILL-EMENDA/I
|
☒ |
Isem il-prodott |
|
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
☐ |
Żona ġeografika |
|
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
☒ |
Rabta |
|
☒ |
Tikkettar |
|
☒ |
Oħrajn: Riorganizzazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; abbozzar mill-ġdid tal-artikolu dwar il-kontrolli u inseriment ta’ dettalji tal-korp ta’ kontroll |
4. TIP TA’ EMENDA/I
|
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti). |
5. EMENDA/I
L-ewwel nett għandu jiġi ddikjarat li r-raġuni ewlenija għall-emendar tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal “Murazzano” hija sabiex ir-regoli għad-DOP “Murazzano” jinġabru flimkien f’dokument wieħed u sabiex tiżdied xi informazzjoni li ma kinitx preżenti meta ġie rreġistrat il-prodott, biex b’hekk l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u d-Dokument Uniku jinġiebu f’konformità mar-rekwiżiti leġiżlattivi.
“Murazzano” ġiet irreġistrata bħala DOP bir-Regolament (KE) Nru 1107/96 tas-26 ta’ Ġunju 1996, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Id-dokumenti li abbażi tagħhom inkisbet ir-reġistrazzjoni kienu d-Digriet Presidenzjali Nru 334 tat-30 ta’ Ġunju 1983, li permezz tiegħu d-denominazzjoni ta’ oriġini ġiet irrikonoxxuta fl-Italja, dokument ta’ erba’ paġni intitolat “Murazzano” D.O.P. [DOP “Murazzano”] u s-sommarju.
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwalment hija maqsuma fi tliet artikoli: L-Artikolu 1 jirrikonoxxi isem il-prodott; L-Artikolu 2 jiddefinixxi l-prodott rikonoxxut, kif għandu jiġi prodott u l-karatteristiċi tiegħu; L-Artikolu 3 jiddefinixxi ż-żona tal-produzzjoni.
Is-sommarju fih informazzjoni dwar l-isem, id-deskrizzjoni tal-prodott, iż-żona ġeografika, il-metodu tal-produzzjoni, ir-rabta maż-żona ġeografika u xi dettalji dwar it-tikkettar u l-kontrolli.
Isem il-prodott
Din l-emenda sempliċement tikkonċerna l-forma tat-test. Tikkonċerna l-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott eżistenti (Digriet Presidenzjali Nru 334 tat-30 ta’ Ġunju 1983).
Verżjoni attwali:
“Artikolu 1
Id-denominazzjoni ta’ oriġini tal-ġobon ‘Murazzano’ hija b’dan rikonoxxuta u l-użu tagħha huwa riżervat għall-prodott li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan id-digriet fir-rigward tal-metodi tal-ipproċessar u l-karatteristiċi organolettiċi u tal-prodott li joħorġu miż-żona tal-produzzjoni ddefinita fl-Artikolu 3 hawn taħt.”
Verżjoni ġdida:
“Artikolu 1
Isem
Id-denominazzjoni ta’ oriġini tal-ġobon ‘Murazzano’ hija riżervata għall-prodott li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fir-rigward tal-metodi tal-ipproċessar u l-karatteristiċi organolettiċi u tal-prodott li joħorġu miż-żona tal-produzzjoni ddefinita fl-Artikolu 3 hawn taħt.”
Deskrizzjoni tal-prodott
Emenda għall-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Digriet Presidenzjali Nru 334 tat-30 ta’ Ġunju 1983) u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.
Verżjoni attwali:
“Ġobon frisk b’kontenut sħiħ ta’ xaħam prodott esklużivament mill-ħalib tan-nagħaġ jew minn taħlita ta’ mill-inqas 60 % ħalib tan-nagħaġ li miegħu jiżdied sa mhux aktar minn 40 % ħalib tal-baqra.
Għamla: ċilindrika bi wċuħ ċatti li għandhom tarf kemm kemm imqabbeż.
Daqs: dijametru ta’ madwar 10-15 cm, għoli tat-tarf ta’ madwar 3-4 cm b’varjazzjonijiet ’il fuq jew ’l isfel skont it-tul tal-perjodu tal-produzzjoni.
Piż: 300 sa 400 g.
Kulur tal-qalba: abjad lewn il-ħalib.
Sawra tal-qalba: artab, kemxejn sod, kultant b’għadd żgħir ta’ toqob, mitħun fin, mingħajr l-użu la ta’ pigmenti tal-kulur u lanqas ta’ togħmiet miżjuda speċifiċi.
Saff ta’ barra: mingħajr qoxra, il-ġobnijiet friski huma bojod lewn il-ħalib, filwaqt li tifforma rita fina safra lewn it-tiben fuq il-ġobnijiet li jkunu saru għal aktar żmien.
Togħma: fina, bi fwieħa delikata, b’benna pjaċevoli li tfakkar fil-ħalib tan-nagħaġ.
Xaħam fuq il-materja niexfa: 50 % jew aktar.”
Verżjoni ġdida:
“Id-denominazzjoni ta’ oriġini ‘Murazzano’ hija riżervata għal ġobon li għandu l-karatteristiċi li ġejjin: ġobon frisk b’kontenut sħiħ ta’ xaħam prodott esklużivament mill-ħalib tan-nagħaġ tar-razza Delle Langhe jew minn taħlita ta’ mill-inqas 60 % ħalib tan-nagħaġ li miegħu jiżdied sa mhux aktar minn 40 % ħalib tal-baqra. Jintuża bħala ġobon għal fuq il-mejda tal-ikel u għandu l-karatteristiċi t’hawn taħt.
Għamla: ċilindrika bi wċuħ ċatti li għandhom tarf kemm kemm imqabbeż.
Daqs: dijametru ta’ madwar 10-15 cm, għoli tat-tarf ta’ madwar 3-4 cm.
Piż: 250 sa 400 g.
Id-daqs u l-piż jirreferu għall-ġobon wara l-perjodu minimu li għandu jitħalla joqgħod.
Deskrizzjoni tal-għaġna: artab, kemxejn sod, kultant b’għadd żgħir ta’ toqob, mitħun fin; meta l-ġobon isir, il-kulur jinbidel minn abjad lewn il-ħalib għal isfar lewn it-tiben; is-sawra tinbidel minn ratba għal dejjem aktar soda bi tnaqqis gradwali fl-umdità meta l-ġobon jitħalla joqgħod, u eventwalment issir nofs iebsa jew iebsa.
La jintużaw pigmenti tal-kulur u lanqas togħmiet speċifiċi.
Saff ta’ barra: il-ġobnijiet friski ma għandhomx qoxra, is-saff ta’ barra huwa ta’ kulur abjad lewn il-ħalib, kultant b’rita fina safra lewn it-tiben li tiskura gradwalment.
Togħma: fina, bi fwieħa delikata, b’benna pjaċevoli li tfakkar fil-ħalib tan-nagħaġ; meta l-ġobon isir, ir-riħa u t-togħma tiegħu jsiru aktar qawwija.
Xaħam fuq il-materja niexfa: 50 % jew aktar b’tolleranza ta’ 2 % għall-prodott magħmul esklużivament mill-ħalib tan-nagħaġ u 47 % b’tolleranza ta’ 2 % għall-prodott magħmul minn ħalib tan-nagħaġ imħallat ma’ ħalib tal-baqra.”
Il-piż minimu nbidel minn 300 g għal 250 g.
Din l-emenda hija meħtieġa sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tas-suq u biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-produtturi fuq skala żgħira fi żminijiet tas-sena meta l-produzzjoni tal-ħalib tkun aktar baxxa. Ġie speċifikat ukoll li l-piżijiet jirreferu għall-ġobon wara l-perjodu minimu li jitħalla joqgħod, peress li jekk il ġobon jitħalla joqgħod jew jimmatura għal perjodu twil ta’ żmien dan jikkawża tnaqqis fl-umdità u għalhekk fil-piż u d-daqs.
Ix-xaħam minimu fuq il-materja niexfa tnaqqas minn 53 % jew aktar għal 50 % jew aktar b’tolleranza ta’ 2 % għall-prodott magħmul esklużivament mill-ħalib tan-nagħaġ minn 50 % jew aktar għal 47 % jew aktar b’tolleranza ta’ 2 % għall-prodott magħmul minn ħalib tan-nagħaġ imħallat ma’ ħalib tal-baqra. Dan sar fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet u l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
Iċ-ċifra tax-xaħam stabbilita fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-1983 ittieħdet minn studju li jmur lura għall-1964. Dak l-istudju kien jikkonċerna sitwazzjoni tat-trobbija tal-bhejjem li kienet differenti ħafna mil-lum. Huwa biżżejjed li jiġi nnotat li f’dak iż-żmien, ir-razza tan-nagħaġ Delle Langhe kienet tgħodd aktar minn 30 000 annimal, filwaqt li llum għad fadal biss 2 000, u li jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi kollha tat-tfaqqir ġenetiku li dak it-tnaqqis kbir jista’ jikkawża f’termini tat-trobbija selettiva.
Il-produzzjoni medja rreġistrata fl-1963 kienet ta’ madwar 100 kg għal kull annimal, filwaqt li llum il-ġurnata hija ta’ madwar 150 kg għal kull annimal.
Ma hemm l-ebda data dwar iċ-ċifra ta’ xaħam fil-ħalib tan-nagħaġ fiż-żmien tal-istudju tal-1964, iżda huwa ċar li l-kontenut tax-xaħam fil-ġobon huwa influwenzat mill-kontenut tad-diversi komponenti (ix-xaħam, il-proteina, il-lattożju, l-irmied) li minnhom huwa magħmul il-ħalib. B’konsegwenza ta’ dan, żieda fil-produzzjoni għandha effett negattiv fuq il-kontenut perċentwali tax-xaħam, il-proteina, eċċ. f’litru wieħed ta’ ħalib.
Studju dettaljat riċenti dwar din il-kwistjoni li sar mill-Università ta’ Turin fl-2012 wera li l-kontenut ta’ xaħam fil-ħalib ivarja b’mod sinifikanti bejn l-azjendi, u bla dubju huwa influwenzat minn fatturi ġenetiċi kif ukoll mill-prattiki tat-tmigħ li nżammu f’konformità mat-tradizzjoni. Fattur ieħor li bla dubju huwa rilevanti huwa li, peress li dan huwa tabilħaqq prodott artiġjanali, instab grad sinifikanti ta’ varjazzjoni fir-residwu tax-xaħam fix-xorrox, jiġifieri fix-xaħam mitluf waqt l-ipproċessar u mhux miżmum fil-baqta.
Dawn iċ-ċifri naturalment kellhom impatt sinifikanti fuq il-kontenut ta’ xaħam tal-ġobon, tant li l-Università ta’ Turin osservat li f’ħafna okkażjonijiet il-kontenut ta’ xaħam fil-“Murazzano” kien aktar baxx minn dak indikat fl-1964 u sussegwentement fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-1983.
Barra minn hekk, wieħed jista’ jassumi li ċ-ċifri mogħtija fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott eżistenti ġew iddeterminati bl-użu ta’ tekniki ta’ analiżi inqas preċiżi minn dawk disponibbli llum.
Żdiedet referenza għar-razza Delle Langhe fir-rigward tal-ħalib tan-nagħaġ.
Sa issa, dan id-dettall issemma biss fid-dokument intitolat “Murazzano” msemmi fl-introduzzjoni. Għalhekk ġie miżjud mal-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u mal-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.
Id-deskrizzjoni tal-kulur tal-qalba, tas-saff ta’ barra u tat-togħma ġew issupplimentati biż-żieda tal-karatteristiċi tal-“Murazzano” li tħalla joqgħod għal żmien itwal, sabiex id-deskrizzjoni tal-“Murazzano” tkun konsistenti mal-emenda li saret dwar il-perjodu itwal li fih jitħalla joqgħod (ara l-emenda għall-metodu tal-produzzjoni deskritt hawn taħt).
Prova tal-oriġini
Żdied artikolu speċifiku mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott sabiex jinġieb konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
L-artikolu l-ġdid jaqra kif ġej:
“Artikolu 4
Prova tal-oriġini
Kull fażi tal-proċess tal-produzzjoni hija mmonitorjata billi jiġu rreġistrati l-inputs u l-outputs kollha. It-traċċabbiltà tal-prodott hija żgurata b’dan il-mod, kif ukoll billi l-parteċipanti kollha fil-katina tal-prodott jiddaħħlu f’listi speċjali miżmuma mill-korp ta’ kontroll u bid-dikjarazzjoni f’waqtha lill-korp ta’ kontroll tal-kwantitajiet prodotti. Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha mniżżla fil-listi rilevanti huma soġġetti għal verifiki mill-korp ta’ kontroll, f’konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u mal-pjan ta’ kontroll assoċjat.”
Metodu ta’ produzzjoni
Emenda għall-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-parti dwar l-għalf u l-ammont ta’ drabi li jinħelbu l-annimali ġiet emendata u ġew speċifikati t-tolleranza tat-temperatura tal-koagulazzjoni u l-perjodu li l-ġobon għandu jitħalla joqgħod.
Emenda għall-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u għall-punt 3.3 tad-Dokument Uniku – għalf.
Verżjoni attwali:
“Id-dieta tan-nagħaġ u, fejn rilevanti, tal-baqar għandha tkun magħmula minn magħlef aħdar jew ħuxlief miż-żona tal-produzzjoni.”
Verżjoni ġdida:
“Ir-razzjon annwali tal-għalf tal-bhejjem li l-ħalib tagħhom għandu jiġi pproċessat f’ġobon tad-DOP ‘Murazzano’ għandu jkun magħmul minn magħlef aħdar jew konservat, li jirrappreżenta mill-inqas 70 % tal-materja niexfa, u għalf ikkonċentrat jew kumplimentari, li jirrappreżenta mhux aktar minn 30 % tal-materja niexfa. Mill-inqas 80 % tal-magħlef irid jiġi miż-żona tal-oriġini.
Isir ragħa meta l-istaġun jippermetti.
L-għalf li jkun ġej minn barra ż-żona ġeografika ddefinita ma jista’ fl-ebda każ ikun ta’ aktar minn 50 % tal-materja niexfa fuq bażi annwali. Is-supplimenti tal-vitamini u tal-minerali huma permessi sal-limiti permessi mil-liġi.”
Iż-żona tal-produzzjoni tinsab kompletament fuq raba’ bagħli f’għoljiet għoljin jew moderatament għoljin. Għalhekk, il-produzzjoni tal-magħlef tista’ tonqos fi snin b’ammont baxx ta’ xita, ħaġa marbuta wkoll mat-tibdil fil-klima.
Għal dawn l-aħħar snin, iż-żona tal-oriġini esperjenzat ukoll intensifikazzjoni fuq skala kbira ħafna tat-tkabbir tal-ġellewż u, sa ċertu punt, tat-tkabbir tad-dwieli, bi tnaqqis konsegwenti fiż-żoni disponibbli għall-magħlef. Ma’ dan għandha tiżdied il-preżenza tal-ilpup, li qegħdin jiżdiedu fl-għadd, li jattakkaw il-merħliet u jbeżżgħu lin-nagħaġ, li tikkawża diffikultajiet fir-ragħa f’żoni aktar żvantaġġjati li huma aktar diffiċli biex jinħasdu. Dan qiegħed dejjem aktar ifisser li kultant isir użu minn akkomodazzjoni sigura għall-annimali u li ż-żoni marġinali tar-ragħa jiġu abbandunati, li twassal għal żieda fl-użu ta’ magħlef konservat.
Għalhekk ġiet permessa l-possibbiltà li d-dieta tal-bhejjem tiġi ssupplimentata bi kwantitajiet modesti ta’ għalf, inkluż għalf komplementari. Kwalunkwe supplimentar modest tad-dieta bl-għalf, inkluż għalf komplementari, jirriżulta mill-ħtieġa li jiġi żgurat li l-annimali jirċievu nutrizzjoni bbilanċjata waqt it-treddigħ u l-ġestazzjoni, inkluż fl-interess tal-benesseri tal-annimali. Din il-prattika tista’ tkun ukoll neċessarja minħabba kundizzjonijiet atmosferiċi/klimatiċi avversi li jistgħu jillimitaw id-disponibbiltà tar-riżorsi lokali tal-magħlef (bur, felu). Barra minn hekk, is-supplimentar modest possibbli tad-dieta ma jista’ bl-ebda mod jinfluwenza l-elementi distintivi tal-prodott jew il-karatteristiċi tal-ħalib.
Emenda għall-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u għall-punt 3.3 tad-Dokument Uniku – materja prima.
Verżjoni attwali:
“Il-produzzjoni ssir bl-użu ta’ ħalib meħud minn żewġ sessjonijiet ta’ ħlib kuljum u ssir tul is-sena kollha.”
Verżjoni ġdida:
“Il-produzzjoni ssir bl-użu ta’ ħalib meħud minn żewġ sessjonijiet jew aktar ta’ ħlib u ssir tul is-sena kollha.”
Bl-użu ta’ sistemi ta’ refriġerazzjoni u ħżin tal-ħalib, li baqgħu jitjiebu maż-żmien, ġiet introdotta l-possibbiltà li l-ġobon jiġi prodott bl-użu ta’ ħalib minn żewġ sessjonijiet ta’ ħlib jew aktar, biex b’hekk il-produtturi fuq skala żgħira jkunu jistgħu jagħmlu l-ġobon kull jumejn jew aktar frekwenti, b’mod partikolari f’ċerti perjodi tas-sena meta l-produzzjoni tonqos.
Emenda għall-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u għall-punt 3.3 tad-Dokument Uniku – metodu ta’ produzzjoni.
Verżjoni attwali:
“Il-ġobon irid jiġi prodott b’metodi tradizzjonali li jużaw forom ċilindriċi bit-toqob fil-qiegħ. Waqt li jkun qed joqgħod, il-ġobon irid jiġi mlaħlaħ għal ftit ħin kuljum b’ilma fietel. It-tmelliħ irid isir bi tmelliħ niexef.”
Verżjoni ġdida:
“Jintuża l-ħalib miksub minn żewġ sessjonijiet ta’ ħlib jew aktar. Jista’ jiġi ttrattat bis-sħana biex jiġi ssanitizzat u jista’ jiġi mlaqqam b’enzimi tal-ħalib u/jew kulturi starter naturali. Jiżdied it-tames likwidu tal-għoġġiela mal-ħalib, li mbagħad jagħqad f’temperatura ta’ 37 °C b’tolleranza ta’ ± 3 °C.
Waqt u wara ż-żieda tat-tames, jitħallat malajr, possibbilment segwit minn perjodu ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas 40 minuta, biex jirriżultaw baqtiet ħoxnin u omoġenji.
Il-baqtiet l-ewwel jinqasmu f’biċċiet ħoxnin bl-użu ta’ xkumatur jew ħabbata (sad-daqs ta’ larinġa). Wara li jitħallew joqogħdu għal mill-inqas 5 minuti, il-baqtiet jerġgħu jinqasmu għat-tieni darba għad-daqs ta’ ġellewża bl-użu ta’ ħabbata jew xafra tal-ġobon forma ta’ arpa, segwit minn perjodu ieħor ta’ 10 minuti fejn jitħallew joqogħdu.
Biex jingħataw l-għamla tal-ġobon, il-baqtiet jiġu ttrasferiti f’forom ċilindriċi li għandhom toqob fil-qiegħ, magħmula mill-plastik jew mill-azzar li ma jissaddadx u li jkunu ta’ daqs xieraq. Il-forom bil-baqtiet jinżammu fuq wiċċ inklinat għal 24 siegħa + 4 sigħat, u tul dan il-ħin jinqalbu ta’ taħt fuq numru ta’ drabi. It-tmelliħ niexef isir darbtejn waqt li l-ġobon ikun qiegħed jiġi ffurmat, darba fuq kull wiċċ.”
Ingħatat deskrizzjoni dettaljata ta’ dawk li jissejħu l-metodi tradizzjonali fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott eżistenti. Ġie speċifikat ukoll li l-ħalib jista’ jsirlu trattament bis-sħana biex jiġi ssanitizzat.
Ġie speċifikat li l-ħalib jista’ jiġi mlaqqam b’enzimi tal-ħalib u/jew kulturi starter naturali.
Għat-temperatura tal-koagulazzjoni, il-kelma “madwar” ġiet issostitwita b’“tolleranza ta’ ± 3 °C”, li hija l-varjazzjoni tat-temperatura normali għall-metodi ta’ ħidma tradizzjonali.
Ir-rekwiżit li l-ġobnijiet jiġu mlaħalħa kuljum waqt li jkunu qed jogħqodu tneħħa u ġie speċifikat b’mod aktar ċar li, matul l-ewwel 4 ijiem, li huwa l-perjodu minimu biex joqgħod il-ġobon, il-ġobnijiet iridu jitlaħalħu bl-ilma fietel. Din l-emenda mitluba hija bbażata fuq osservazzjonijiet tul bosta snin li juru li jekk dan ir-rekwiżit jiġi emendat, dan ma jirriżulta fl-ebda influwenza fuq il-kwalità finali tal-ġobon.
Emenda għall-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u għall-punt 3.2 tad-Dokument Uniku – perjodu li fih jitħalla joqgħod il-ġobon..
Verżjoni attwali:
“Perjodu li fih jitħalla joqgħod il-ġobon ta’ bejn 4 u 10 ijiem.”
Verżjoni ġdida:
“Il-ġobon jitħalla joqgħod għal mill-inqas 4 ijiem u jista’ ssir fl-istess post bħall-produzzjoni, bil-ġobnijiet jiġu mlaħalħa għal ftit ħin b’ilma fietel mill-inqas darbtejn; huwa permess li jintużaw tekniki alternattivi ekwivalenti. Wara mill-inqas 4 ijiem ta’ sajran, il-ġobon jista’ jinħażen f’faċilitajiet speċjali fejn jitħalla joqgħod jew fi mħażen imkessħa. Il-perjodu minimu li fih jitħalla joqgħod il-ġobon huwa ta’ 4 ijiem u l-perjodu massimu li fih jitħalla joqgħod il-ġobon huwa ta’ 90 jum. Il-ġobon għandu jitħalla joqgħod sa 15-il xahar, mingħajr ma jiżdiedu prodotti oħra, huwa permess biss jekk isir użu mill-burnie tradizzjonali (reċipjenti tal-ħġieġ issiġillati b’mod ermetiku), li l-ġobon jitqiegħed fihom wara mill-inqas 20 jum ta’ sajran.
Jintuża mhux biss bħala ġobon tal-mejda iżda wkoll f’ħafna riċetti u bħala bażi għal prodotti ppreparati.”
Filwaqt li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-1983 kienet tirreferi għal 10 ijiem li fihom il-ġobon għandu jitħalla joqgħod, issa sar dejjem aktar komuni li wħud mill-ġobnijiet “Murazzano” prodotti jitħallew joqogħdu għal aktar żmien u dan huwa apprezzat ħafna mis-suq. Għaldaqstant, ir-referenza għal 10 ijiem tneħħiet u ġie introdott perjodu massimu li fih jitħalla joqgħod il-ġobon ta’ 90 jum.
Din il-prattika tfisser ritorn għal tradizzjoni qadima. Tabilħaqq, fil-passat kien pjuttost komuni li l-“Murazzano” jitħalla joqgħod għal ħafna aktar minn 10 ijiem sabiex tittejjeb il-kwalità tiegħu.
Barra minn hekk, ġiet introdotta l-possibbiltà li l-“Murazzano” jiġi ppreservat f’burnie (reċipjenti tal-ħġieġ issiġillati b’mod ermetiku), li l-ġobon jitqiegħed fihom.
Din ukoll tfisser ritorn għal tradizzjoni li llum il-ġurnata qiegħda tiġi pprattikata minn numru dejjem akbar ta’ produtturi. Il-burnie fil-passat kienu jintużaw primarjament biex jippreservaw il-ġobon għax-xitwa meta ftit kien jiġi prodott ħalib, u għaldaqstant ġobon, jekk xejn.
Meta tintuża din it-teknika, il-ġobon jitqiegħed f’burnie wara mill-inqas 20 jum li fih ikun tħalla joqgħod u jista’ jiġi ppreservat għal sa 15-il xahar.
Rabta
Żdied artikolu dedikat mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-informazzjoni fil-punti (d) u (f) tas-sommarju ġiet riformulata sabiex tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Verżjoni attwali:
|
“(d) |
STORJA: il-ġobon, li storikament kien jiġi prodott fiż-żona tal-produzzjoni, jaf ismu għall-Muniċipalità ta’ Murazzano, iċ-ċentru ewlieni tal-produzzjoni. Maż-żmien il-prodott żamm il-karatteristiċi speċifiċi li jirriżultaw mill-ambjent muntanjuż ta’ għoljiet baxxi. |
|
(f) |
RABTA ĠEOGRAFIKA: fost il-fatturi naturali notevoli hemm il-kundizzjonijiet klimatiċi fiż-żona muntanjuża ta’ għoljiet baxxi kkonċernata, li jinfluwenzaw il-kwalità tal-foraġġ mitmugħ kemm lill-baqar kif ukoll lin-nagħaġ. Bħala fatturi umani, il-ġobon storikament kien preżenti fiż-żona madwar Cuneo għaliex huwa prodott li ilu disponibbli b’mod mifrux fl-istabbilimenti tal-catering.” |
Verżjoni ġdida:
“Il-muniċipalitajiet fiż-żona tal-produzzjoni tad-DOP ‘Murazzano’ jinsabu fiż-żona bl-għoljiet magħrufa bħala l-Alta Langa [il-Langa Għolja], żona li fit-Tramuntana tmiss mal-parti t’isfel tal-Langhe tad-dwieli u tal-inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini rinomata, fin-Nofsinhar mal-Appennini tal-Liguria, fil-Lvant maż-żona ta’ Monferrato u fil-Punent mal-artijiet baxxi tal-Provinċja ta’ Cuneo.
Hija żona ġeografika li ma għaddietx minn tħarbit ġeoloġiku maż-żmien, u l-flora tagħha kienet protetta mill-bidliet kbar li jġib miegħu tħarbit bħal dan. Dan għamel liż-żona ġeografika tal-‘Murazzano’‘oażi’ fejn sabu kenn ukoll speċi ta’ pjanti tipiċi ta’ ambjenti differenti ħafna. Tabilħaqq, flimkien ma’ speċijiet tipiċi ta’ artijiet baxxi Ewropej u dawk ta’ oriġini Mediterranja, dan huwa wkoll ħabitat ideali għal ħafna speċi li joriġinaw miċ-ċentru u n-Nofsinhar tal-Ewropa u speċi li joriġinaw mill-Atlantiku, li huma ħafna inqas komuni fiż-żoni li jmissu maż-żona tal-produzzjoni tad-DOP ‘Murazzano’.
Il-preżenza ta’ firxa daqshekk wiesgħa u diversa ta’ speċi ta’ pjanti tfisser li l-annimali jiġu mitmugħa dieta mħallta u varjata matul is-sena kollha.
Matul il-perjodu fejn ir-ragħa huwa possibbli (normalment minn April sa Ottubru), in-nagħaġ jiġu mitmugħa direttament il-magħlef aħdar prodott mill-mergħat u l-bwar. Meta dan ma jkunx possibbli, id-dieta għadha magħmula prinċipalment minn ħuxlief miksub mill-ispeċi tal-pjanti taż-żona.
Il-karattru distintiv tat-togħma u l-aromi tad-DOP ‘Murazzano’ għalhekk jirriżulta mill-kumplessità u l-firxa wiesgħa ħafna tal-flora tipika taż-żona tal-produzzjoni, li l-komponenti aromatiċi tagħha jiġu ttrasferiti għall-ħalib u mbagħad għall-ġobon.
Element ieħor essenzjali għall-produzzjoni tal-ġobon tad-DOP ‘Murazzano’ huwa r-razza tan-nagħaġ Delle Langhe, razza indiġena li ilha għal sekli sħaħ assoċjata maż-żona tal-Alta Langa (l-ewwel referenza miktuba tinsab fin-Naturalis Historia ta’ Plinju x-Xiħ). Għal żmien twil, dan l-annimal kien l-uniku mezz ta’ sosteniment għall-familji rurali peress li kien jippermettilhom jisfruttaw dawn iż-żoni li, minħabba l-pożizzjoni tagħhom, id-diffikultà biex taċċessahom u l-produttività baxxa tagħhom, ma tantx kienu adattati għal użi aktar intensivi jew għal tipi oħra ta’ trobbija tal-bhejjem. Delle Langhe hija razza ta’ nagħaġ ta’ daqs minn medju sa kbir li tiflaħ ħafna u li għandha produzzjoni tajba ta’ ħalib anke f’kundizzjonijiet mhux ottimali. Proprju bis-saħħa ta’ dawn il-karatteristiċi, ir-razza setgħet tesprimi bl-aħjar mod il-potenzjal ta’ produzzjoni tagħha fiż-żona tal-produzzjoni tad-DOP ‘Murazzano’, tant li għadha sal-lum element ewlieni tal-ekonomija agrikola taż-żona.
It-trobbija tan-nagħaġ, il-produzzjoni tal-ġobon u l-ġestjoni tal-art huma elementi marbuta ma’ xulxin b’mod inseparabbli li, minkejja l-iżviluppi neċessarji u inevitabbli tul is-sekli, qatt ma sparixxew. Dawn mhux biss jaqdu funzjoni produttiva, iżda għandhom ukoll rwol importanti ħafna fil-preservazzjoni ta’ żona ta’ valur għoli f’termini naturali u bħala pajsaġġ, u fiż-żamma tal-vitalità tal-ambjent kollu kemm hu.
It-teknika tal-produzzjoni tad-DOP ‘Murazzano’, li sal-lum għad għandha rabta qawwija mal-prattika tradizzjonali, tagħti prominenza lill-karatteristiċi li jirriżultaw mill-interazzjoni bejn l-ambjent, l-annimali, il-fatturi tal-produzzjoni u l-għarfien tan-nies lokali. Il-fatt li l-baqtiet jinqasmu darbtejn, id-daqs żgħir tal-ġobon u l-fatt li l-baqtiet jitqiegħdu malajr fil-forom huma kollha fatturi maħsuba biex jippermettu lix-xorrox jinxef malajr, filwaqt li t-taqlib frekwenti tal-ġobon, il-metodi speċifiċi tat-tmelliħ u l-kundizzjonijiet li fih jitħalla joqgħod u tal-maturazzjoni jagħmluha possibbli li jinkisbu l-karatteristiċi distintivi tipiċi tal-ġobon.
Il-prodotti tad-DOP ‘Murazzano’ li ma jkunux tħallew joqogħdu għal perjodu twil jagħtu noti – li jinxtammu qabel ma dduqhom – tad-diversi speċi ta’ pjanti u magħlef li jiffurmaw id-dieta tal-annimali, u ġobon bħal dan għandu togħma delikata u qalba ratba li jvarja fil-kulur minn abjad lewn il-ħalib għal isfar lewn it-tiben. Meta jitħalla joqgħod għal aktar żmien, hekk kif il-ġobon jimmatura u jiqdiem, ir-riħa u t-togħma tiegħu jsiru aktar qawwija u jista’ jiżviluppa qoxra ratba u fina b’qoxra ta’ taħt irqiqa ħafna kif ukoll qalba aktar sod ta’ kulur aktar skur, u joħorġu noti aromatiċi li jistgħu jfakkru fis-suf tan-nagħaġ.
It-taħlita tal-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi, id-dieta tal-annimali u l-karatteristiċi tal-ħalib prodott mir-razza tan-nagħaġ Delle Langhe, flimkien mat-teknika distintiva tal-produzzjoni u l-ħila tal-produtturi tal-ġobon li rnexxielhom jagħmlu użu għaqli minn dawn il-kundizzjonijiet, huma għalhekk l-elementi ewlenin tal-produzzjoni tal-ġobon tad-DOP ‘Murazzano’, espressjoni tal-għarfien kollettiv tan-nies tal-Langhe li ġej minn storja komuni li tmur lura sekli sħaħ.”
Tikkettar
Il-parti dwar it-tikkettar fil-punt (h) tas-sommarju ġiet estiża.
Verżjoni attwali:
|
“(h) |
TIKKETTAR: il-prodott jiġi kkumerċjalizzat bis-simbolu tal-assoċjazzjoni tal-protezzjoni.” |
Verżjoni ġdida:
“Il-ġobon jista’ jinbiegħ sħiħ jew f’porzjonijiet u jista’ jiġi ppakkjat minn qabel. Il-logo/simbolu tal-ġobon ‘Murazzano’ huwa l-ittra ‘M’ kapitali stilizzata interzjata fuq wieħed mill-uċuħ ċatti ta’ rota tal-ġobon ‘Murazzano’, li minnha tinqata’ biċċa biex tindaq. Is-simbolu huwa blu (pantone Blue 0729) jew iswed (pantone Black U) fuq sfond abjad u huwa inkluż fit-tikketta użata fuq l-ippakkjar tal-‘Murazzano’. It-tikketta tista’ titwaħħal biss wara l-perjodu minimu li fih irid jitħalla joqgħod il-ġobon.
Il-prodott misjur/ippreservat f’burnie tradizzjonali għandu jiġi mmarkat b’tikketta (stiker) speċifika imwaħħla ma’ barra tal-ħġieġa jew inkella mal-prodott ippreservat fuq ġewwa.
Peress li l-ħalib tan-nagħaġ użat għall-produzzjoni tal-ġobon ‘Murazzano’ jista’ jiġi biss minn annimali li jappartjenu għar-razza Delle Langhe, huwa permess li jiġi inkluż il-kliem ‘Con latte di pecora delle Langhe’ [‘Bil-ħalib tan-nagħaġ Delle Langhe’] fuq l-ippakkjar jew fuq tikketta speċjali. Il-ġobon ‘Murazzano’ magħmul 100 % mill-ħalib tan-nagħaġ jista’ jinkludi l-kliem ‘Solo latte di pecora delle Langhe’ [‘Ħalib min-nagħaġ Delle Langhe biss’] fuq l-ippakkjar jew fuq tikketta speċjali”.
Oħrajn
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet riorganizzata sabiex issir eħfef biex tinqara. L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott il-ġdida għalhekk għandha t-tmien artikoli li ġejjin: Artikolu 1 – Isem, Artikolu 2 – Karatteristiċi tal-prodott, Artikolu 3 – Żona ġeografika, Artikolu 4 – Prova tal-oriġini, Artikolu 5 – Metodu ta’ produzzjoni, Artikolu 6 – Rabta mal-ambjent, Artikolu 7 – Kontrolli, Artikolu 8 – Tikkettar.
L-artikolu dwar il-kontrolli fil-punt (g) tas-sommarju ġie emendat sabiex jinġieb konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u ġew miżjuda d-dettalji tal-korp ta’ kontroll.
Verżjoni attwali:
|
“(g) |
KONTROLLI: ISEM: Il-Ministeru għall-Politika Agrikola u tal-Forestrija – L-Ispettorat Ċentrali Kontra l-Frodi; Consorzio di Tutela del Formaggio Murazzano [Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni tal-Ġobon ‘Murazzano’] bħala l-korp inkarigat mis-superviżjoni” |
Verżjoni ġdida:
“Il-konformità tal-prodott mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hija mmonitorjata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 mill-korp ta’ kontroll I.N.O.Q. – Istituto Nord Ovest Qualità – Soc. Coop. a r.l., Piazza Carlo Alberto Grosso 82, Moretta (CN) 12033. Tel.: +390172911323; Faks: +390172911320; Email: inoq@inoq.it”
DOKUMENT UNIKU
“Murazzano”
Nru tal-UE: PDO-IT-0015-AM01 – 18.11.2020
DOP (X) IĠP ( )
1. ISEM/ISMIJIET
“Murazzano”
2. STAT MEMBRU JEW PAJJIŻ TERZ
L-Italja
3. DESKRIZZJONI TAL-PRODOTT AGRIKOLU JEW TAL-OĠĠETT TAL-IKEL
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3 – Ġobnijiet
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Id-denominazzjoni ta’ oriġini “Murazzano” hija riżervata għal ġobon li għandu l-karatteristiċi li ġejjin: ġobon frisk b’kontenut sħiħ ta’ xaħam prodott esklużivament mill-ħalib tan-nagħaġ tar-razza Delle Langhe jew minn taħlita ta’ mill-inqas 60 % ħalib tan-nagħaġ li miegħu jiżdied sa mhux aktar minn 40 % ħalib tal-baqra. Jintuża bħala ġobon għal fuq il-mejda tal-ikel u għandu l-karatteristiċi ta’ hawn taħt.
Għamla: ċilindrika bi wċuħ ċatti li għandhom tarf kemm kemm imqabbeż.
Daqs: dijametru ta’ madwar 10-15 cm, għoli tat-tarf ta’ madwar 3-4 cm.
Piż: 250 sa 400 g.
Id-daqs u l-piż jirreferu għall-ġobon wara l-perjodu minimu li fih jitħalla joqgħod.
Deskrizzjoni tal-qalba: artab, kemxejn sod, kultant b’għadd żgħir ta’ toqob, mitħun fin; hekk kif il-ġobon isir, il-kulur jinbidel minn abjad lewn il-ħalib għal isfar lewn it-tiben; is-sawra tinbidel meta l-ġobon jitħalla joqgħod, minn ratba għal dejjem aktar soda bi tnaqqis gradwali fl-indewwa, u eventwalment issir nofs iebsa jew iebsa.
La jintużaw pigmenti tal-kulur u lanqas togħmiet speċifiċi.
Saff ta’ barra: il-ġobnijiet friski ma għandhomx qoxra, is-saff ta’ barra huwa ta’ kulur abjad lewn il-ħalib, kultant b’rita fina safra ċar lewn it-tiben. Hekk kif il-ġobon isir, il-kulur ta’ barra jsir isfar lewn it-tiben dejjem aktar skur.
Togħma: fina, tfuħ b’mod delikat, b’benna pjaċevoli li tfakkar fil-ħalib tan-nagħaġ; meta l-ġobon isir, ir-riħa u t-togħma tiegħu jsiru aktar qawwija.
Xaħam fuq il-materja niexfa: 50 % jew aktar b’tolleranza ta’ 2 % għall-prodott magħmul esklużivament mill-ħalib tan-nagħaġ u 47 % b’tolleranza ta’ 2 % għall-prodott magħmul minn ħalib tan-nagħaġ imħallat ma’ ħalib tal-baqra.
Il-perjodu minimu li għandu jitħalla joqgħod il-ġobon huwa ta’ 4 ijiem u l-perjodu massimu li għandu jitħalla joqgħod il-ġobon huwa ta’ 90 jum. Il-ġobon jista’ jitħalla joqgħod sa 15-il xahar, mingħajr ma jiżdiedu prodotti oħra, biss jekk isir użu mill-burnie tradizzjonali (reċipjenti tal-ħġieġ issiġillati b’mod ermetiku), li l-ġobon jitqiegħed fihom wara li jkun tħalla joqgħod għal mill-inqas 20 jum.
Il-ġobon jista’ jinbiegħ sħiħ jew f’porzjonijiet u jista’ jiġi ppakkjat minn qabel.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Ir-razzjon annwali tal-għalf tal-bhejjem li l-ħalib tagħhom għandu jiġi pproċessat f’ġobon tad-DOP “Murazzano” għandu jkun magħmul minn magħlef aħdar jew konservat, li jirrappreżenta mill-inqas 70 % tal-materja niexfa, u għalf ikkonċentrat jew kumplimentari, li jirrappreżenta mhux aktar minn 30 % tal-materja niexfa. Mill-inqas 80 % tal-magħlef irid jiġi miż-żona tal-oriġini. Isir ragħa meta l-istaġun jippermetti. L-għalf li jkun ġej minn barra ż-żona ġeografika ddefinita ma jista’ fl-ebda każ ikun ta’ aktar minn 50 % tal-materja niexfa fuq bażi annwali. Is-supplimenti tal-vitamini u tal-minerali huma permessi sal-limiti permessi mil-liġi.
Iż-żona tal-produzzjoni tinsab kompletament fuq raba’ bagħli f’għoljiet għoljin jew moderatament għoljin. Għalhekk, il-produzzjoni tal-magħlef tista’ tonqos fi snin b’ammont baxx ta’ xita, ħaġa marbuta wkoll mat-tibdil fil-klima.
Għal dawn l-aħħar snin, iż-żona tal-oriġini esperjenzat ukoll intensifikazzjoni fuq skala kbira ħafna tat-tkabbir tal-ġellewż u, sa ċertu punt, tat-tkabbir tad-dwieli, bi tnaqqis konsegwenti fiż-żoni disponibbli għall-magħlef. Ma’ dan għandha tiżdied il-preżenza tal-ilpup, li qegħdin jiżdiedu fl-għadd, li jattakkaw il-merħliet u jbeżżgħu lin-nagħaġ, li tikkawża diffikultajiet fir-ragħa f’żoni aktar żvantaġġjati li huma aktar diffiċli biex jinħasdu. Dan qiegħed dejjem aktar ifisser li kultant isir użu minn akkomodazzjoni sigura għall-annimali u li ż-żoni marġinali tar-ragħa jiġu abbandunati, li twassal għal żieda fl-użu ta’ magħlef konservat.
Għalhekk ġiet permessa l-possibbiltà li d-dieta tal-bhejjem tiġi ssupplimentata bi kwantitajiet modesti ta’ għalf, inkluż għalf komplementari. Kwalunkwe supplimentar modest tad-dieta bl-għalf, inkluż għalf komplementari, jirriżulta mill-ħtieġa li jiġi żgurat li l-annimali jirċievu nutrizzjoni bbilanċjata waqt it-treddigħ u l-ġestazzjoni, inkluż fl-interess tal-benesseri tal-annimali. Din il-prattika tista’ tkun ukoll neċessarja minħabba kundizzjonijiet atmosferiċi/klimatiċi avversi li jistgħu jillimitaw id-disponibbiltà tar-riżorsi lokali tal-magħlef (bur, felu). Barra minn hekk, is-supplimentar modest possibbli tad-dieta ma jista’ bl-ebda mod jinfluwenza l-elementi distintivi tal-prodott jew il-karatteristiċi tal-ħalib.
Ħalib tan-nagħaġ tar-razza Delle Langhe jew minn taħlita ta’ mill-inqas 60 % ħalib tan-nagħaġ li miegħu jiżdied sa mhux aktar minn 40 % ħalib tal-baqra. Jintuża l-ħalib miksub minn żewġ sessjonijiet ta’ ħlib jew aktar. Jista’ jiġi ttrattat bis-sħana biex jiġi ssanitizzat u jista’ jiġi mlaqqam b’enzimi tal-ħalib u/jew kulturi starter naturali. Jiżdied it-tames likwidu tal-għoġġiela mal-ħalib.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-merħliet tal-ħalib li l-ħalib tagħhom jiġi pproċessat f’“Murazzano” jridu jkunu jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita.
Il-ġobon irid jiġi prodott, ipproċessat, u jitħalla joqgħod fiż-żona ġeografika ddefinita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-logo/simbolu tal-ġobon “Murazzano” huwa l-ittra “M” kapitali stilizzata intarsjata fuq wieħed mill-uċuħ ċatti ta’ rota tal-ġobon “Murazzano”, li minnha tinqata’ biċċa biex tindaq. Is-simbolu huwa blu (pantone Blue 0729) jew iswed (pantone Black U) fuq sfond abjad u huwa inkluż fit-tikketta użata fuq l-ippakkjar tal-“Murazzano”. It-tikketta tista’ titwaħħal biss wara l-perjodu minimu li jrid jitħalla joqgħod il-ġobon.
Il-prodott misjur/ippreservat f’burnie tradizzjonali għandu jiġi mmarkat b’tikketta (stiker) speċifika imwaħħla ma’ barra tal-ħġieġa jew inkella mal-prodott ippreservat fuq ġewwa.
Peress li l-ħalib tan-nagħaġ użat għall-produzzjoni tal-ġobon “Murazzano” jista’ jiġi biss minn annimali li jappartjenu għar-razza Delle Langhe, huwa permess li jiġi inkluż il-kliem “Con latte di pecora delle Langhe” [“Bil-ħalib tan-nagħaġ Delle Langhe”] fuq l-ippakkjar jew fuq tikketta speċjali. Il-ġobon “Murazzano” magħmul 100 % mill-ħalib tan-nagħaġ jista’ jinkludi l-kliem “Solo latte di pecora delle Langhe” [“Ħalib min-nagħaġ Delle Langhe biss”] fuq l-ippakkjar jew fuq tikketta speċjali.
4. DEFINIZZJONI FIL-QOSOR TAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA
Iż-żona tal-produzzjoni (inkluż fejn irid jitħalla joqgħod il-ġobon) tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet ta’ Albaretto Torre, Arguello, Bastia Mondovì, Belvedere Langhe, Benevello, Bergolo, Bonvicino, Borgomale, Bosia, Bossolasco, Camerana, Castelletto Uzzone, Castellino Tanaro, Castelnuovo di Ceva, Castino, Cerreto Langhe, Ceva, Cigliè, Cissone, Clavesana, Cortemilia, Cravanzana, Feisoglio, Gorzegno, Gottasecca, Igliano, Lequio Berria, Levice, Marsaglia, Mombarcaro, Monesiglio, Montezemolo, Murazzano, Niella Belbo, Paroldo, Perletto, Pezzolo Valle Uzzone, Priero, Prunetto, Roascio, Roccacigliè, Rocchetta Belbo, Sale Langhe, Sale San Giovanni, Saliceto, San Benedetto Belbo, Serravalle Langhe, Somano, Torre Bormida, Torresina.
5. RABTA MAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA
Il-muniċipalitajiet fiż-żona tal-produzzjoni tad-DOP “Murazzano” jinsabu fiż-żona bl-għoljiet magħrufa bħala l-Alta Langa [il-Langa Għolja], żona kkonfinata lejn it-Tramuntana bil-parti t’isfel tal-Langhe tad-dwieli u nbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini rinomata, fin-Nofsinhar bl-Appennini Ligurjani, lejn il-Lvant miż-żona ta’ Monferrato u lejn il-Punent mill-artijiet baxxi tal-Provinċja ta’ Cuneo.
Hija żona ġeografika li ma esperjenzatx tħarbit ġeoloġiku maż-żmien, u l-flora tagħha kienet protetta mill-bidliet kbar li jġib miegħu tħarbit bħal dan. Dan għamel liż-żona ġeografika tal-“Murazzano”“oażi” fejn sabu kenn ukoll speċi ta’ pjanti tipiċi ta’ ambjenti differenti ħafna. Tabilħaqq, flimkien ma’ speċijiet tipiċi ta’ artijiet baxxi Ewropej u dawk ta’ oriġini Mediterranja, dan huwa wkoll ħabitat ideali għal ħafna speċi li joriġinaw miċ-ċentru u n-Nofsinhar tal-Ewropa u speċi li joriġinaw mill-Atlantiku, li huma ħafna inqas komuni fiż-żoni li jmissu maż-żona al-produzzjoni tad-DOP “Murazzano”.
Il-preżenza ta’ firxa daqshekk wiesgħa u diversa ta’ speċi ta’ pjanti tfisser li l-annimali jiġu mitmugħa dieta mħallta u varjata matul is-sena kollha.
Matul il-perjodu fejn ir-ragħa huwa possibbli (normalment minn April sa Ottubru), in-nagħaġ jiġu mitmugħa direttament il-magħlef aħdar prodott mill-mergħat u l-bwar. Meta dan ma jkunx possibbli, id-dieta għadha magħmula prinċipalment minn felu miksub mill-ispeċi tal-pjanti taż-żona.
Il-karattru distintiv tat-togħma u l-aromi tad-DOP “Murazzano” għalhekk jirriżulta mill-kumplessità u l-firxa wiesgħa ħafna tal-flora tipika taż-żona tal-produzzjoni, li l-komponenti aromatiċi tagħha jiġu ttrasferiti għall-ħalib u mbagħad għall-ġobon.
Element ieħor essenzjali għall-produzzjoni tal-ġobon tad-DOP “Murazzano” huwa r-razza tan-nagħaġ Delle Langhe, razza indiġena li ilha għal sekli sħaħ assoċjata maż-żona tal-Alta Langa (l-ewwel referenza miktuba tinsab fin-Naturalis Historia ta’ Plinju x-Xiħ). Għal żmien twil, dan l-annimal kien l-uniku mezz ta’ sosteniment għall-familji rurali peress li kien jippermettilhom jisfruttaw dawn iż-żoni li, minħabba l-pożizzjoni tagħhom, id-diffikultà biex taċċessahom u l-produttività baxxa tagħhom, ma tantx kienu adattati għal użi aktar intensivi jew għal tipi oħra ta’ trobbija tal-bhejjem. Delle Langhe hija razza ta’ nagħaġ ta’ daqs minn medju sa kbir li tiflaħ ħafna u li għandha produzzjoni tajba ta’ ħalib anke f’kundizzjonijiet mhux ottimali. Proprju bis-saħħa ta’ dawn il-karatteristiċi, ir-razza setgħet tesprimi bl-aħjar mod il-potenzjal ta’ produzzjoni tagħha fiż-żona tal-produzzjoni tad-DOP “Murazzano”, tant li għadha sal-lum element ewlieni tal-ekonomija agrikola taż-żona.
It-trobbija tan-nagħaġ, il-produzzjoni tal-ġobon u l-ġestjoni tal-art huma elementi marbuta ma’ xulxin b’mod inseparabbli li, minkejja l-iżviluppi neċessarji u inevitabbli tul is-sekli, qatt ma sparixxew. Dawn mhux biss jaqdu funzjoni produttiva, iżda għandhom ukoll rwol importanti ħafna fil-preservazzjoni ta’ żona ta’ valur għoli f’termini naturali u bħala pajsaġġ, u fiż-żamma tal-vitalità tal-ambjent kollu kemm hu.
It-teknika tal-produzzjoni tad-DOP “Murazzano”, li sal-lum għad għandha rabta qawwija mal-prattika tradizzjonali, tagħti prominenza lill-karatteristiċi li jirriżultaw mill-interazzjoni bejn l-ambjent, l-annimali, il-fatturi tal-produzzjoni u l-għarfien tan-nies lokali. Il-fatt li l-baqtiet jinqasmu darbtejn, id-daqs żgħir tal-ġobon u l-fatt li l-baqtiet jitqiegħdu malajr fil-forom huma kollha fatturi maħsuba biex jippermettu lix-xorrox jinxef malajr, filwaqt li t-taqlib frekwenti tal-ġobon, il-metodi speċifiċi tat-tmelliħ u l-kundizzjonijiet li fih jitħalla joqgħod u jimmatura jagħmluha possibbli li jinkisbu l-karatteristiċi distintivi tipiċi tal-ġobon.
Il-prodotti tad-DOP “Murazzano” li ma jkunux tħallew joqogħdu għal perjodu twil jagħtu noti – li jinxtammu qabel ma dduqhom – tad-diversi speċi ta’ pjanti u magħlef li jiffurmaw id-dieta tal-annimali, u ġobon bħal dan għandu togħma delikata u qalba ratba li tvarja fil-kulur minn abjad lewn il-ħalib għal isfar lewn it-tiben. Meta jitħalla joqgħod għal aktar żmien, hekk kif il-ġobon jimmatura u jiqdiem, ir-riħa u t-togħma tiegħu jsiru aktar qawwija u jista’ jiżviluppa qoxra ratba u fina b’qoxra ta’ taħt irqiqa ħafna kif ukoll qalba aktar soda ta’ kulur aktar skur, u joħorġu noti aromatiċi li jistgħu jfakkru fis-suf tan-nagħaġ.
It-taħlita tal-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi, id-dieta tal-annimali u l-karatteristiċi tal-ħalib prodott mir-razza tan-nagħaġ Delle Langhe, flimkien mat-teknika distintiva tal-produzzjoni u l-ħila tal-produtturi tal-ġobon li rnexxielhom jagħmlu użu għaqli minn dawn il-kundizzjonijiet, huma għalhekk l-elementi ewlenin tal-produzzjoni tal-ġobon tad-DOP “Murazzano”, espressjoni tal-għarfien kollettiv tan-nies tal-Langhe li ġej minn storja komuni li tmur lura sekli sħaħ.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa disponibbli fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
jew inkella: billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.
|
14.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/29 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2022/C 229/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Αρνάκι Λήμνου / Arnaki Limnou”
Nru tal-UE: PGI-GR-02791 – 27.7.2021
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“Αρνάκι Λήμνου / Arnaki Limnou”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Greċja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-“Arnaki Limnou” huwa l-laħam ta’ ħrief maqtula f’età ta’ bejn 60-120 jum, li jiżnu aktar minn 10 kg. Il-laħam bid-denominazzjoni “Arnaki Limnou” jiġi mill-karkassi ta’ annimali mwielda fil-gżejjer ta’ Limnos u Agios Efstratios (l-Unità Reġjonali ta’ Limnos). Huma mwielda minn nagħaġ imrobbija bil-metodu tradizzjonali u adattati għal dawn il-gżejjer, li huma mitmugħa mill-veġetazzjoni taż-żona ġeografika (tal-gżejjer) iddefinita b’mod ċar.
Il-laħam tal-“Arnaki Limnou” huwa tari, immerraq u b’togħma tajba u artab , b’aroma u togħma distintivi, karatteristiċi u pjaċevoli. Il-kulur tal-laħam huwa aħmar ċar u għandu dehra uniformi, u x-xaħam tiegħu huwa ta’ kulur abjad pur. Għandu xaħam taħt il-ġilda u massa tal-muskoli żviluppata tajjeb, speċjalment fil-qatgħat li hemm domanda kbira għalihom u li għandhom valur kummerċjali għoli bħal-lojn, is-saqajn ta’ wara u l-kustilji (qatgħat).
Il-laħam tal-“Arnaki Limnou” għandu perċentwal għoli ta’ xaħam fit-tessuti li jittieklu tiegħu, li fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa intramuskolari (“strixxi ta’ xaħam”). Dan jagħti lill-prodott il-karatteristiċi organolettiċi partikolari u jikkontribwixxi għan-natura tarija u t-togħma tiegħu.
Il-kontenut ta’ xaħam fit-tessuti li jittieklu tal-karkassi tal-“Arnaki Limnou” jvarja minn 10 sa 15 %, filwaqt li l-karkassi simili minn partijiet oħra tal-Greċja għandhom kontenut medju ta’ xaħam fit-tessuti li jittieklu ta’ bejn 1,5 u 3 %.
Il-kompożizzjoni kimika tat-tessuti li jittieklu tal-laħam “Arnaki Limnou” hija mogħtija fit-tabella li ġejja:
|
Prodott |
|
Proteina |
Xaħam |
|
“Arnaki Limnou” |
|
17,6 sa 23,4 % |
10,0 sa 15,0 % |
Il-laħam tal-“Arnaki Limnou” jinbiegħ frisk fil-forom li ġejjin:
|
— |
sħiħ |
|
— |
nofs karkassa |
|
— |
bħala qatgħat skont il-piż. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-ħrief jiġu mwielda bejn l-aħħar ta’ Novembru u l-aħħar ta’ Frar u prinċipalment huma mitmugħa l-ħalib ta’ ommhom, għal perjodu ta’ bejn 45 u 60 jum. Fi tmiem dan il-perjodu, il-ħrief jidraw jikkunsmaw foraġġ oħxon bl-użu ta’ għalf ta’ adattament li jikkonsisti f’oġġetti tal-ikel ħoxnin bħall-ħuxlief taċ-ċereali u l-legumi prodotti lokalment. Wara l-ftim, normalment ikun hemm perjodu ta’ bejn xahar u xahrejn fir-rebbiegħa meta l-ħrief jirgħu fuq il-veġetazzjoni lokali man-nagħaġ adulti.
Il-popolazzjoni tan-nagħaġ imrobbija fuq Limnos u Agios Efstratios (in-“nagħaġ ta’ Limnos”) ġiet influwenzata sa ċertu punt mir-razez Mytilini (jew Lesvos) u Chios.
Id-dieta tan-nagħaġ adulti fil-biċċa l-kbira tagħha hija bbażata fuq ir-ragħa ħieles fil-mergħat taż-żona ġeografika speċifika. Id-dieta tan-nagħaġ tinkludi wkoll taħlitiet supplimentari li ġeneralment ikun fihom prodotti dderivati minn ċereali, legumi, tiben taċ-ċereali (l-aktar qamħ durum), xnien u prodotti taż-żrieragħ li minnhom jintgħasar iż-żejt, prodotti prinċipalment fiż-żona ġeografika demarkata, vitamini u oligoelementi.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Id-denominazzjoni “Arnaki Limnou” tista’ tintuża biss u esklużivament għall-ħrief imwielda, imrobbija u mbiċċra fiż-żona demarkata. Dan jinkludi l-iżvinar u t-tqaxxir. In-nagħaġ li minnhom jitwieldu l-ħrief ukoll ikunu twieldu u ġew imrobbija fiż-żona ġeografika demarkata.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Minbarra r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE, irrispettivament minn kif il-prodott jiġi ppreżentat għall-bejgħ (sħiħ, nofs karkassa jew f’qatgħat), il-logo speċjali li ġej jitwaħħal mal-laħam tal-“Arnaki Limnou”:
Il-logo ta’ hawn fuq irid ikun akkumpanjat minn numru tal-kodiċi li jidentifika lill-annimal u l-azjenda li minnha oriġinat il-karkassa, kif ukoll id-data tat-tbiċċir. In-numru tal-kodiċi jikkonsisti minn:
|
— |
kodiċi numeriku li jikkorrispondi għall-azjenda li fiha ġew prodotti l-annimali |
|
— |
il-kodiċi tal-identità tal-annimal ħaj li jikkorrispondi għall-karkassa |
|
— |
id-data tat-tbiċċir. |
Pereżempju, karkassa mill-azjenda bin-numru tal-kodiċi EL8330**** u n-numru tal-annimal ħaj 002, imbiċċra fl-01/12/2020, tingħata l-kodiċi uniku 8330****002-01/12/2020.
Jekk il-laħam tal-“Arnaki Limnou” jiġi maqtugħ u ppakkjat, it-tikketta msemmija hawn fuq tiġi ttrasferita jew għall-qatgħat individwali tal-laħam jew għall-kisja esterna, jekk il-prodott ikun diġà ġie ppakkjat, sabiex tiġi mgħoddija l-informazzjoni rilevanti lill-konsumatur finali.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika li fiha jiġi prodott l-“Arnaki Limnou” hija ddefinita mil-limiti ġeografiċi tal-gżejjer ta’ Limnos u Agios Efstratios.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta tal-prodott maż-żona demarkata hija bbażata fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-kwalità tal-laħam. Il-laħam tal-“Arnaki Limnou” huwa prodott rinomat. Għandu karatteristiċi organolettiċi favorevoli li jirriżultaw mill-metodi tradizzjonali tat-trobbija tal-ħrief u n-nagħaġ, u d-dieta tagħhom ibbażata primarjament fuq il-veġetazzjoni għanja tal-mergħat fiż-żona ġeografika demarkata.
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-gżejjer ta’ Limnos u Agios Efstratios jappartjenu għall-grupp ta’ gżejjer tal-Grigal tal-Baħar Eġew. Limnos hija primarjament magħmula minn artijiet ċatti u pjanuri mingħajr siġar. L-għelieqi tal-qamħ u taċ-ċereali, il-vinji, l-artijiet miksija b’arbuxelli u l-mergħat wesgħin li jokkupaw aktar minn nofs il-gżira huma wħud mill-karatteristiċi ewlenin tal-pajsaġġ. Il-gżira ta’ Agios Efstratios (jew “Ai Stratis”) għandha dehra simili.
Iż-żewġ gżejjer huma marbutin b’mod inseparabbli, kemm soċjalment u kulturalment, kif ukoll ekonomikament u permezz tal-kummerċ. Bosta prodotti ġew ikkummerċjati u ttrasportati bejn iż-żewġ gżejjer matul is-snin. Dan il-moviment bla interruzzjoni tal-bhejjem kien jinkludi wkoll in-nagħaġ, li kkontribwixxa għall-iżvilupp omoġenju tagħhom fiż-żewġ gżejjer. L-unika rotta bil-baħar regolari tal-gżira ta’ Agios Efstratios hija lejn u minn Limnos.
Fatturi naturali
Bħal fil-bqija tal-Greċja, il-klima fiż-żona hija tipikament Mediterranja. Ix-xtiewi huma moderati u bix-xita. Is-sjuf huma relattivament sħan u xotti, u ġeneralment ikun hemm perjodi twal ta’ xemx matul il-biċċa l-kbira tas-sena. Madankollu, il-klima fiż-żona hija aktar xotta, kultant bi rjieħ qawwija u xita li ma tagħmilx frekwenti.
Bħala gżejjer fil-Baħar Eġew, Limnos u Agios Efstratios ipprovdew rotta sinifikanti għall-migrazzjoni gradwali ta’ speċijiet ta’ pjanti lokali lejn il-Greċja mil-Lvant, minħabba l-prossimità tal-pjanti li joriġinaw fl-Asja Minuri.
In-nagħaġ taż-żewġ gżejjer primarjament jieklu mill-veġetazzjoni erbaċea għanja bil-varjetajiet tagħha ta’ pjanti aromatiċi u arbuxelli. L-istudji wrew li l-veġetazzjoni naturali ta’ Limnos tikkonsisti minn 756 speċi ta’ pjanti, il-biċċa l-kbira tagħhom terofiti (55 %). Fosthom hemm tmien speċijiet endemiċi għall-Greċja, waħda endemika għall-Grigal tal-Baħar Eġew u waħda endemika għal Limnos. Barra minn hekk, minkejja d-daqs żgħir tagħha, il-gżira ta’ Agios Efstratios għandu 438 speċi ta’ pjanti differenti.
B’mod ġenerali, il-frigana (arbuxell) hija mifruxa fil-gżejjer ta’ Limnos u Agios Efstratios. Fil-fatt, 25 % tal-mergħat fiż-żona huma artijiet miksija b’arbuxelli. Dawn li ġejjin huma speċijiet tipiċi ta’ frigana: Ballut xewwieki, tursin il-għul xewwieki, sagħtar, origanu, spiny broom, birbiena, salvja, silla bil-weraq tal-lavanda, tengħud, St John’s wort, warda tal-blat roża, warda tal-blat, warda tal-blat bil-weraq tas-salvja u issopu. Il-pjanti li ġejjin ukoll huma preżenti fiż-żona: Tengħud Mediterranju, tilliera u marrubja Griega.
Fil-“makkja”, il-veġetazzjoni tas-siġar taż-żewġ gżejjer tinkludi wkoll l-ispeċijiet li ġejjin: Siġar ta’ Ġuda, spiny broom, ħalfa, deru, siġar taż-żebbuġ aħdar, oleastru, klin, spraġ selvaġġ, butcher’s broom u oħrajn.
Fiż-żona hemm ukoll għaram b’veġetazzjoni magħmula mill-arbuxell sklerofillu.
Barra minn hekk, il-veġetazzjoni taż-żewġ gżejjer ħafna drabi tinkludi ħaxix u legumi naturali, li huma l-ispeċijiet ideali biex jirgħu n-nagħaġ.
Bhejjem
Minħabba l-adattament fit-tul u kontinwu tagħha għall-madwar, permezz ta’ proċess twil ta’ għażla u ta’ tgħammir, il-popolazzjoni tan-nagħaġ adattat perfettament għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħamrija u l-klima lokali u żviluppat karatteristiċi speċifiċi ħafna, bħall-awtosuffiċjenza u r-reżistenza għal kundizzjonijiet ambjentali avversi, reżistenza għal mard endemiku u produttività ta’ kwalità għolja.
L-annimali huma ta’ daqs medju u proporzjonati tajjeb. Adattaw għall-kundizzjonijiet ġeofiżiċi u klimatiċi diffiċli taż-żona, u għall-mikroklima u l-ambjent tal-gżejjer ta’ Limnos u Agios Efstratios.
Ġeneralment, id-dieta tan-nagħaġ u tal-ħrief tgħin tipproduċi laħam bi profil karatteristiku ta’ aċidi xaħmin. Il-kompożizzjoni tax-xaħam tal-laħam hija marbuta mal-proporzjon suffiċjenti ta’ aċidi xaħmin poliinsaturati preżenti fil-pjanti, li huwa meqjus mixtieq ħafna peress li ġie assoċjat ma’ togħma partikolari tal-laħam prodott. Ir-ragħa ħieles tal-annimali jżid ukoll il-konċentrazzjoni ta’ mikronutrijenti oħra mixtieqa fil-laħam, bħal vitamini u antiossidanti naturali.
Fatturi umani
Il-metodu tradizzjonali tat-trobbija tal-annimali huwa bbażat fuq l-artijiet tipiċi magħluqa bil-ħitan – “mantres” – fejn l-annimali jinżammu qrib il-mergħat. L-użu ta’ din il-forma tradizzjonali ta’ alloġġ tal-annimali (“mantres”) jippermetti aċċess dirett għall-mergħat tal-madwar.
Il-prattiki tradizzjonali tal-bdiewa li jrabbu l-bhejjem jaffettwaw il-karatteristiċi tal-prodott “Arnaki Limnou”. B’mod partikolari, il-ftim tardiv tal-ħrief (wara madwar 60 jum) jikkontribwixxi għat-tkabbir ta’ ħrief f’saħħithom b’ammont ġeneruż ta’ depożiti ta’ xaħam fuq ġisimhom. Barra minn hekk, il-ġestjoni tal-merħliet bl-użu tas-sistema tradizzjonali tat-trobbija fl-artijiet magħluqa bil-ħitan tiżgura li n-nagħaġ ma jkollhomx għalfejn jimxu distanzi kbar biex isibu l-ikel, peress li l-mergħat huma qrib l-artijiet magħluqa u d-distanzi fil-gżejjer huma qosra. Għaldaqstant ftit hemm strapazz fuq l-annimali, u b’hekk jistgħu jaħżnu konsiderevolment aktar xaħam intramuskolari minn annimali simili oħra u jiżviluppaw il-massa tal-muskoli.
Kemm jista’ jkun, sakemm jitbiċċru, il-ħrief miftuma, flimkien mal-annimali adulti, ikollhom aċċess kontinwu għall-mergħat. Annimali adulti u ħrief jirgħu matul is-sena kollha u, bis-saħħa tal-metodu ta’ trobbija semiestensiv, ikollhom aċċess dirett għal mergħat b’varjetà għanja ta’ pjanti u ħxejjex aromatiċi li jittieklu. Dan jipproduċi komponenti aromatiċi fit-tessut xaħmi u jikkontribwixxi għall-karatteristiċi organolettiċi favorevoli tal-prodott. Dawn il-karatteristiċi jinkludu t-togħma, flimkien man-natura tarija tal-laħam, li hija dovuta għall-ammont ta’ xaħam intramuskolari.
Il-metodu ta’ trobbija semiestensiv, ibbażat fuq li jsir l-aħjar użu mill-ekosistema naturali taż-żona permezz tar-ragħa, ġie żviluppat maż-żmien bħala riżultat tal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-madwar, u biex ikun adattat għalihom. Fil-fatt, huwa mod kif jiġu ppreservati l-ekosistema u l-bijodiversità taż-żona u, fl-istess ħin, huwa parti integrali mill-wirt kulturali lokali.
L-arti tat-trobbija tan-nagħaġ ġiet mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra, bil-prattiki u l-esperjenza tat-trobbija tal-bhejjem jiġu mgħoddija lil bdiewa żgħar, li għadhom jipproduċu l-“Arnaki Limnou” li għadu rinomat u ta’ kwalità għolja sal-lum. Għal sekli sħaħ, il-merħliet kienu ġestiti minn “kehagiades” esperjenzati, kif inhuma magħrufin lokalment il-bdiewa li jrabbu l-bhejjem, bl-użu tas-sistema tradizzjonali tat-trobbija f’artijiet magħluqa bil-ħitan. Dan stabbilixxa mudell vijabbli u sostenibbli ta’ trobbija semiestensiva tan-nagħaġ.
Speċifiċità tal-prodott
Il-laħam tal-“Arnaki Limnou” huwa tari, immerraq u b’togħma tajba u artab fir-rigward tal-karatteristiċi organolettiċi tiegħu. Il-kontenut globali ta’ xaħam huwa għoli u, fil-biċċa l-kbira, ix-xaħam huwa xaħam intramuskolari (“strixxi ta’ xaħam”), li għandu effett pożittiv fuq it-togħma u n-natura tarija tal-prodott.
Minħabba l-età li fiha jsir it-tbiċċir, il-karkassa hija relattivament tqila. Barra minn hekk għandha massa tal-muskoli żviluppata tajjeb, speċjalment fil-qatgħat li hemm domanda kbira għalihom u li għandhom valur kummerċjali għoli bħal-lojn, is-saqajn ta’ wara u l-kustilji (qatgħat).
Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-karattru speċifiku tal-prodott
L-“Arnaki Limnou” għandu karatteristiċi organolettiċi pjaċevoli u huwa prodott mifrux ħafna li ilu jiġi prodott kontinwament għal ħafna snin fiż-żewġ gżejjer. Il-fatturi ambjentali speċifiċi u l-prattiki umani li ilhom jipprevalu fiż-żona ġeografika demarkata tal-gżejjer ta’ Limnos u Agios Efstratios wasslu għall-iżvilupp ta’ prodott b’karatteristiċi favorevoli, li jiddistingwu lill-“Arnaki Limnou” minn prodotti simili oħra.
It-trobbija tan-nagħaġ hija l-bażi tal-attività tat-trobbija tal-bhejjem u ssir fiż-żewġ gżejjer. Il-veġetazzjoni li jirgħu fuqha fiż-żewġ gżejjer hija simili ħafna. Limnos għandha mergħat kbar li jkopru terz tal-erja totali tal-gżira. L-artijiet miksija b’arbuxelli jirrappreżentaw madwar 25 % tal-mergħat tal-gżira. Il-veġetazzjoni f’dawn iż-żoni hija baxxa u mxerrda bi spazji kbar bejnietha. It-tursin il-għul xewwieki jiddomina, flimkien mas-sagħtar u numru kbir ta’ pjanti aromatiċi.
Il-mergħat ta’ Limnos u Agios Efstratios għandhom kapaċità ta’ ragħa sinifikanti u jibbenefikaw mill-preżenza ta’ varjetà ta’ pjanti aromatiċi. Dan jirriżulta fi prodotti tal-laħam li fihom ix-xaħam jikseb karatteristiċi organolettiċi ddefiniti mill-varjetà ta’ pjanti aromatiċi u pjanti oħra fil-mergħat. Il-kwalità u l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott għalhekk huma ddeterminati mill-aċċess estensiv tal-annimali għall-mergħat.
It-terren ġentili taż-żona demarkata, bi pjanuri baxxi, jippermetti aċċess faċli għall-mergħat qrib il-faċilitajiet tal-alloġġ tradizzjonali. Għaldaqstant ftit hemm strapazz fuq l-annimali, u b’hekk jistgħu jaħżnu konsiderevolment aktar xaħam intramuskolari minn annimali simili oħra u jiżviluppaw il-massa tal-muskoli.
Speċifikament, in-nagħaġ li jirgħu fil-gżejjer ta’ Limnos u Agios Efstratios jikkunsmaw varjetà kbira ta’ pjanti u ħxejjex aromatiċi li jittieklu. Ma għandhomx għalfejn imorru ’l bogħod biex isibu l-ikel għax il-gżejjer huma żgħar.
Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi, l-annimali jistgħu jgħixu barra fil-mergħat, aktar milli fl-alloġġ tal-bhejjem, is-sena kollha. Għalhekk, wara l-perjodu fejn jiġu mitmugħa esklużivament bil-ħalib, il-ħrief ikollhom aċċess għall-mergħat sakemm jitbiċċru. Il-kontenut għoli ta’ xaħam tat-tessuti li jittieklu huwa dovut għar-ragħa. Id-dieta tal-annimal tikkonsisti l-aktar f’ragħa ħieles.
In-nagħaġ adulti għandhom aċċess kważi permanenti għall-mergħat matul is-sena kollha, u l-istess jgħodd għall-ħrief għall-perjodu bejn il-ftim u t-tbiċċir. Hija din it-taħlita ta’ ragħa dirett fuq il-veġetazzjoni għanja taż-żewġ gżejjer u l-perjodu twil ta’ treddigħ mill-annimali mrobbija skont il-metodu semiestensiv li tagħti l-karatteristiċi li jiddefinixxu l-kwalità tal-laħam, peress li tirriżulta f’karkassi b’biżżejjed massa tal-muskoli u xaħam intramuskolari.
Il-kwantità ta’ xaħam intramuskolari fil-laħam tal-“Arnaki Limnou” għandha effett dirett fuq il-kontenut ta’ ndewwa u s-sawra tal-laħam u fuq it-togħma u l-aromi tiegħu li joħorġu waqt it-tisjir.
L-identità tal-prodott bid-denominazzjoni “Arnaki Limnou” hija bbażata fuq il-metodu tat-trobbija semiestensiv, ir-ragħa ħieles u l-prattiki tradizzjonali użati minn dawk li jrabbu l-bhejjem. Id-domanda għall-prodott “Arnaki Limnou”, bil-karatteristiċi favorevoli deskritti, hija inċentiv biex jiġu ppreservati dawk il-prattiki tat-trobbija tal-bhejjem sabiex jiġu ggarantiti dawk il-karatteristiċi.
Dan kollu jikkontribwixxi għall-kwalità favorevoli u l-karatteristiċi organolettiċi pjaċevoli tal-laħam “Arnaki Limnou” li tawh ir-reputazzjoni tiegħu. Il-prodott huwa marbut mat-tradizzjoni gastronomika tal-gżejjer, fejn ir-riċetti lokali bħall-ħaruf “kaspakino” huma fost l-aktar maħbuba kemm mill-popolazzjoni lokali kif ukoll mit-turisti.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
http://www.minagric.gr/images/stories/docs/agrotis/POP-PGE/2021/prodiagrafes_arnaki_limnou150222.pdf