ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 223

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
8 ta' Ġunju 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 223/01

Avviż tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-Estradizzjoni lejn Stati Terzi

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 223/02

Rata tal-kambju tal-euro — Is-7 ta’ Ġunju 2022

36


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 223/03

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antisussidji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ xi prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

37

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 223/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10762 – H&F / IRI) ( 1 )

48

2022/C 223/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10664 — XLCEE / DEROT / BLACK RED WHITE) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

50

2022/C 223/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10575 – BOUYGUES / EQUANS) ( 1 )

52

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 223/07

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

54

2022/C 223/08

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

58

2022/C 223/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

63


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/1


Avviż tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-Estradizzjoni lejn Stati Terzi

(2022/C 223/01)

Werrej

Lista ta’ abbrevjazzjonijiet 3
Daħla 3

1.

Sommarju tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja 5

1.1.

Talbiet għall-estradizzjoni għall-fini tat-twettiq ta’ prosekuzzjoni kriminali 5
Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2016, Petruhhin, C-182/15 5
Id-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2017, Schotthöfer & Steiner vs Adelsmayr, C 473/15 7
Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ April 2018, Pisciotti, C-191/16 8
Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija, C-897/19 PPU 8
Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2020, Generalstaatsanwaltschaft Berlin, C-398/19 9
Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 2021, Petruhhin, C-505/19 11

1.2.

Talbiet għall-estradizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ piena jew ordni ta’ detenzjoni 12
Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Novembru 2018, Raugevicius, C-247/17 12
C-237/21 Generalstaatsanwaltschaft München [każ attwalment pendenti] 13

2.

Linji gwida applikabbli f’każijiet fejn l-Istati japplikaw l-eċċezzjoni tan-nazzjonalità 14

2.1.

Talbiet għal estradizzjoni għal finijiet ta’ prosekuzzjoni 14

2.1.1.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu Petruhhin 14

2.1.2.

Passi li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti meta tapplika l-eċċezzjoni tan-nazzjonalità 15

2.1.3.

Limitu ta’ żmien sabiex tingħata tweġiba għal notifika 17

2.1.4.

Rifjut ta’ talba għal estradizzjoni 17

2.1.5.

It-tkomplija tal-proċedimenti ta’ estradizzjoni 17

2.2.

Talbiet għall-estradizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni 17

2.2.1.

Kamp ta’ applikazzjoni 17

2.2.2.

Passi li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti meta tapplika l-eċċezzjoni tan-nazzjonalità 18

2.2.3.

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istat rikjest u l-Istat tan-nazzjonalità 18

3.

Linji gwida applikabbli għall-Istati kollha irrispettivament mill-eċċezzjoni tan-nazzjonalità 18

3.1.

Valutazzjoni tad-drittijiet fundamentali qabel estradizzjoni 18

3.1.1.

Applikazzjoni tal-Karta 18

3.1.2.

Applikazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali 19

3.2.

Avviżi ħomor, mandati ta’ arrest u talbiet għal estradizzjoni infondati jew abbużivi, inklużi dawk motivati politikament 20

3.2.1.

Il-mekkaniżmu eżistenti tal-Interpol dwar l-użu ħażin tal-avviżi ħomor 20

3.2.2.

Skambju ta’ informazzjoni minn punti fokali dwar talbiet għal estradizzjoni mingħajr bażi jew abbużivi, b’mod partikolari dawk b’motivi politiċi 21

4.

Aspetti prattiċi tal-mekkaniżmu Petruhhin u talbiet għal estradizzjoni motivati politikament 21

4.1.

Punti fokali 21

4.2.

Reġim tal-lingwa u spejjeż 21

4.3.

Reġim tal-protezzjoni tad-data 21

ANNESS 1

Illustrazzjoni tal-passi li għandhom jittieħdu fir-rigward tat-talbiet għall-estradizzjoni għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni – passi ewlenin tal-mekkaniżmu Petruhhin 22

ANNESS 2 -

Ħarsa ġenerali lejn l-eċċezzjonijiet tan-nazzjonalità (informazzjoni kif ipprovduta mill-Istati) 23

ANNESS 3

Mudell biex jinforma lill-Istat tan-nazzjonalità 25

ANNESS 4

Mudell biex tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali lill-Istat tan-nazzjonalità 28

ANNESS 5

Mudell sabiex tintalab estensjoni tal-limitu ta’ żmien sabiex l-awtorità rikjesta tiġi infurmata skont il-mekkaniżmu Petruhhin 30

ANNESS 6

Mudell għat-tweġiba għal talba għal estensjoni tal-limitu ta’ żmien 31

ANNESS 7

Mudell għall-Istat tan-nazzjonalità sabiex jipprovdi tweġiba lill- Istat rikjest 32

ANNESS 8

Mudell sabiex tiġi nnotifikata jew mitluba informazzjoni dwar talbiet għall-estradizzjoni infondati, abbużivi, b’mod partikolari politikament motivati u/jew talbiet, li jqajmu t-tħassib tal-Karta/tal-KEDB 34

Lista ta’ abbrevjazzjonijiet

Il-Karta

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

KIFS

Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen

KtE

Il-Kunsill tal-Ewropa

Il-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

MAE

Il-Mandat ta’ Arrest Ewropew

KEDB

Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

QEDB

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

ŻEE

Iż-Żona Ekonomika Ewropea

OIE

L-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea

NĠE

In-Network Ġudizzjarju Ewropew

Il-Eurojust

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali

L-Europol

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi

Il-Mandat ta’ arrest tal-UE-IŻ/NO

Mandat ta’ arrest maħruġ skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda (IŻ) u r-Renju tan-Norveġja (NO) dwar il-proċedura ta’ konsenja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda u n-Norveġja

Deċiżjoni Qafas

dwar il-MAE

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri

L-Interpol

L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali

MLA

Assistenza legali reċiproka

Stat

27 Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja

TFUE

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

IR-RENJU UNIT

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

L-ISTATI UNITI

L-Istati Uniti tal-Amerka

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

Dawn il-linji gwida la huma legalment vinkolanti u lanqas eżawrjenti. Dawn ma għandhom l-ebda effett fuq id-dritt tal-Unjoni eżistenti u l-iżvilupp futur tiegħu. Lanqas ma għandhom effett fuq l-interpretazzjoni awtorevoli tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

DAĦLA

Il-proċedimenti ta’ estradizzjoni bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi huma primarjament regolati minn kombinament b’diversi livelli ta’ bażijiet legali differenti: ftehimiet multilaterali (eż. il-Konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa (KtE) (1)), ftehimiet bilaterali (konklużi mill-UE jew mill-Istati Membri), u liġijiet nazzjonali.

B’mod ġenerali, il-ftehimiet ta’ estradizzjoni jipprevedu l-possibbiltà għal “eċċezzjoni tan-nazzjonalità,” li jfisser li l-partijiet kontraenti jistgħu jirrifjutaw li jestradixxu liċ-ċittadini tagħhom stess.

Barra minn hekk, xi ftehimiet li jipprevedu l-eċċezzjoni tan-nazzjonalità jimplikaw li l-partijiet kontraenti għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’“aut dedere aut judicare” (2) sabiex tiġi evitata l-impunità fir-rigward taċ-ċittadini proprji (3). B’mod ġenerali, il-prosekuzzjoni ta’ ċittadini proprji tal-Istati tista’ tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ personalità attiva li japplika għal reati mwettqa minn ċittadini barra mit-territorju ta’ parti kontraenti.

Fl-2016, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti tal-Ġustizzja) introduċiet, fis-sentenza Petruhhin (4), obbligi speċifiċi għall-Istati Membri li ma jestradixxux liċ-ċittadini tagħhom stess meta jirċievu talba għal estradizzjoni minn Stat terz għall-prosekuzzjoni ta’ ċittadin tal-UE li jkun ċittadin ta’ Stat Membru ieħor u li jkun eżerċita d-dritt tiegħu għall-moviment liberu skont l-Artikolu 21(1) (5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Is-sentenza Petruhhin hija l-ewwel kawża li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li Stat Membru tal-UE, meta jiffaċċja talba għal estradizzjoni minn Stat terz fir-rigward ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-UE, huwa obbligat li jibda proċedura ta’ konsultazzjoni mal-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin tal-UE (il-mekkaniżmu Petruhhin), u b’hekk dan tal-aħħar jingħata l-opportunità li jwettaq prosekuzzjoni kontra ċ-ċittadini tiegħu permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew (MAE). L-obbligi speċifiċi imposti fuq l-Istati Membri li ma jestradixxux liċ-ċittadini tagħhom stess huma bbażati fuq ir-raġunament li għandu jiġi żgurat trattament mhux diskriminatorju bejn iċ-ċittadini proprji u ċittadini oħra tal-UE (6). L-obbligi tal-Istati Membri ġew speċifikati aktar fil-ġurisprudenza sussegwenti (7). Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja estendiet il-mekkaniżmu Petruhhin għall-Iżlanda u għan-Norveġja (8).

Fl-4 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill talab lill-Presidenza tistieden lill-Eurojust u lin-Network Ġudizzjarju Ewropew (NĠE) janalizzaw kif it-talbiet għall-estradizzjoni taċ-ċittadini tal-UE minn Stati terzi jiġu ttrattati fil-prattika. Huma qablu wkoll li jagħmlu suġġerimenti f’dan ir-rigward, fid-dawl tal-gwida possibbli tal-UE li għandha tiġi żviluppata mill-Kummissjoni (9).

B’rispons għal dan, il-Eurojust u n-NĠE ppubblikaw rapport konġunt f’Novembru tal-2020 (10). L-isfidi ewlenin li ġew identifikati f’dan ir-rapport kienu jinkludu:

Inċertezza dwar liema awtorità għandha tiġi avviċinata fl-Istat Membru tan-nazzjonalità, liema Stat Membru għandu jieħu ħsieb u jħallas għall-ispejjeż tat-traduzzjoni, u/jew liema huwa l-aħjar strument ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja li għandhu jiġi applikat sabiex tiġi żgurata l-prosekuzzjoni fl-Istat Membru tan-nazzjonalità.

Prattiki differenti relatati mal-firxa tal-informazzjoni pprovduta, l-iskadenzi mogħtija għat-tweġibiet u d-deċiżjonijiet, u t-tipi ta’ valutazzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-mekkaniżmu Petruhhin.

Tensjonijiet bejn l-obbligi skont id-dritt tal-UE minn naħa, u t-trattati bilaterali u multilaterali dwar l-estradizzjoni min-naħa l-oħra.

Diversi kanali paralleli użati sabiex jinfurmaw u jittrażmettu l-informazzjoni, li spiss iwasslu għal duplikazzjoni tal-isforzi, inċertezza u konfużjoni.

Sussegwentement, f’Diċembru 2020, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar“Il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ estradizzjoni - l-isfidi attwali u t-triq ’il quddiem” (11). Fil-konklużjonijiet, ġie mtenni li “Wara s-sentenzi tal-QĠUE fil-kawża Petruhhin u diversi deċiżjonijiet sussegwenti (12), fit-trattament ta’ tali talbiet l-Istati Membri huma ffaċċjati minn żewġ obbligi: minn naħa, id-dmir li jiġu ssodisfati l-obbligi eżistenti skont id-dritt internazzjonali u li jiġi miġġieled ir-riskju li r-reat ikkonċernat ma jiġix ikkastigat u, min-naħa l-oħra, l-Istati Membri li ma jestradixxux liċ-ċittadini tagħhom huma obbligati, f’konformità mal-prinċipji tal-libertà tal-moviment u n-nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, sabiex iċ-ċittadini minn Stati Membri oħra jiġu protetti bl-aktar mod effettiv possibbli minn miżuri li jistgħu jċaħħduhom mid-drittijiet tal-moviment liberu u tar-residenza fl-UE.”

Hemm kwistjonijiet oħra li jaffettwaw l-estradizzjoni, kif identifikati fir-rapport tal-Eurojust u n-NĠE. Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-2020, il-Kunsill enfasizza li “L-esperjenza prattika ta’ Stati Membri differenti turi li hemm każijiet fejn talbiet bla bażi u abbużivi għall-estradizzjoni jiġu ppreżentati minn pajjiżi terzi. Il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra l-ħtieġa, fid-dawl tar-riżultati tal-analiżi mħejjija mill-Eurojust u min-NĠE, għal azzjoni ulterjuri, bħal suġġeriment għal approċċ komuni fit-trattament ta’ talbiet potenzjalment abbużivi, inklużi talbiet motivati politikament, ta’ tiftix u ta’ estradizzjoni minn pajjiżi terzi. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jitqiesu l-aħjar prattiki tal-Istati Membri”.

Għall-finijiet tat-tħejjija ta’ dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri permezz ta’ kwestjonarju dwar it-talbiet għall-estradizzjoni minn Stati terzi. Il-Kummissjoni fasslet ukoll tabella ta’ ftehimiet ta’ estradizzjoni u ftehimiet ta’ assistenza legali reċiproka (mutual legal assistance, MLA) li l-Istati Membri kkonkludew ma’ Stati terzi (disponibbli fuq is-sit web tan-NĠE). F’Ġunju u f’Ottubru 2021, is-sejbiet tal-kwestjonarju ġew diskussi f’laqgħat apposta tal-esperti tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni kkonsultat ukoll lil diversi partijiet ikkonċernati u esperti, inklużi l-Eurojust u n-NĠE.

Dawn il-linji gwida jiġbru fil-qosor il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn iqisu wkoll l-esperjenza li nkisbet matul l-aħħar ħames snin fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu Petruhhin madwar l-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja.

1.   SOMMARJU TAL-ĠURISPRUDENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

It-talbiet għall-estradizzjoni jistgħu jinħarġu għall-finijiet tat-twettiq ta’ prosekuzzjoni kriminali jew tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni.

Fir-rigward tal-ewwel kategorija - talbiet għal estradizzjoni maħruġa għall-fini tat-twettiq ta’ prosekuzzjoni kriminali, il-Qorti tal-Ġustizzja żviluppat l-hekk imsejħa “duttrina Petruhhin” (13).

Fir-rigward tat-tieni kategorija - talbiet għal estradizzjoni maħruġa għall-fini tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, l-uniku każ ta’ referenza s’issa kien is-sentenza Raugevicius (14). Bħalissa, hemm każ ieħor pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja dwar talba għal estradizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja (15).

1.1.   Talbiet għall-estradizzjoni għall-fini tat-twettiq ta’ prosekuzzjoni kriminali

Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2016, Petruhhin, C-182/15  (16)

Is-sentenza Petruhhin hija l-ewwel każ li fih il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li Stat Membru tal-UE meta jiffaċċja talba għal estradizzjoni minn Stat terz dwar ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-UE huwa obbligat li jibda proċedura ta’ konsultazzjoni mal-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin tal-UE, u b’hekk dan tal-aħħar jingħata l-opportunità li jwettaq prosekuzzjoni kontra ċ-ċittadin tiegħu permezz ta’ MAE.

Il-fatti tal-kawża

Il-każ kien relatat ma’ talba għal estradizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet Russi lil-Latvja fir-rigward ta’ ċittadin Estonjan, is-Sur Petruhhin, akkużat b’tentattiv ta’ traffikar tad-droga organizzat fuq skala kbira. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Latvja awtorizza l-estradizzjoni lejn ir-Russja. Madankollu, is-Sur Petruhhin ippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni ta’ estradizzjoni fuq il-bażi li, skont it-trattat bejn ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Litwanja dwar l-assistenza ġudizzjarja u r-relazzjonijiet ġudizzjarji, huwa kien igawdi mill-istess drittijiet fil-Latvja bħal ċittadin tal-Latvja, inkluża l-protezzjoni minn estradizzjoni mhux ġustifikata.

Id-domandi preliminari

Il-Qorti Suprema Latvjana staqsiet lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ ftehim ta’ estradizzjoni konkluż bejn Stat Membru u Stat mhux Membru (il-Latvja u r-Russja), iċ-ċittadini ta’ Stat Membru ieħor għandhomx jibbenefikaw, fid-dawl tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza skont l-Artikolu 18 tat-TFUE u d-dritt għall-moviment liberu u għar-residenza taċ-ċittadini tal-Unjoni skont l-Artikolu 21(1) tat-TFUE, mir-regola li tipprojbixxi l-estradizzjoni mill-Istat Membru rikjest taċ-ċittadini tiegħu stess. Il-Qorti Suprema Latvjana staqsiet ukoll jekk l-Istat Membru rikjest (jiġifieri, l-Istat Membru li minnu Stat mhux membru jitlob l-estradizzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ il-Latvja) għandux jivverifika (u, jekk ikun meħtieġ, skont liema kriterji) li l-estradizzjoni mhux se tippreġudika d-drittijiet protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (17) (il-Karta).

Raġunament u risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja

Fuq bażi preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li, għalkemm ir-regoli dwar l-estradizzjoni fil-prinċipju jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, fejn ma hemm l-ebda ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiż terz ikkonċernat, sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-proċedimenti ewlenin xorta waħda taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tat-TFUE, peress li tinvolvi l-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri, kif mogħti mill-Artikolu 21 tat-TFUE.

Stat Membru ma huwiex meħtieġ jagħti lil kull ċittadin tal-Unjoni li jkun iċċaqlaq fit-territorju tiegħu l-istess protezzjoni kontra l-estradizzjoni bħal dik mogħtija liċ-ċittadini tiegħu stess.

Fin-nuqqas ta’ regoli tad-dritt tal-UE li jirregolaw l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri u Stat terz, huwa madankollu meħtieġ, sabiex jiġi miġġieled ir-riskju ta’ impunità filwaqt li fl-istess ħin jiġu ssalvagwardjati ċ-ċittadini tal-UE minn miżuri li jistgħu jċaħħduhom mid-dritt għal-libertà tal-moviment, li jiġu implimentati l-mekkaniżmi kollha ta’ kooperazzjoni u assistenza reċiproka previsti fil-qasam kriminali skont id-dritt tal-UE. Konsegwentement, l-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istat Membru li tiegħu l-persuna kkonċernata hija ċittadin għandu jingħata prijorità sabiex l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru jkollhom, sa fejn ikollhom ġuriżdizzjoni, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, jiftħu proċeduri kontra dik il-persuna għal reati mwettqa barra mit-territorju tagħhom, l-opportunità li joħorġu MAE għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni. Meta jikkoopera kif xieraq mal-Istat Membru li tiegħu l-persuna kkonċernata tkun ċittadin u jagħti prijorità lil dak il-MAE potenzjali fuq it-talba għal estradizzjoni, l-Istat Membru ospitanti jaġixxi b’mod li jkun anqas ta’ preġudizzju għall-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment filwaqt li jevita, kemm jista’ jkun, ir-riskju ta’ impunità. Il-mandat ta’ arrest Ewropew jitqies bħala ugwalment effettiv bħall-estradizzjoni fil-kisba tal-objettiv tal-prevenzjoni tar-riskju ta’ impunità għal persuna li allegatament wettqet reat kriminali.

Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat ukoll li meta Stat Membru jirċievi talba minn Stat terz għall-estradizzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, l-Istat Membru rikjest irid jivverifika li l-estradizzjoni mhux se tippreġudika d-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 19 tal-Karta (18). Sa fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest ikollha evidenza ta’ riskju reali ta’ trattament inuman jew degradanti ta’ individwi fl-Istat terz ikkonċernat, hija marbuta li tivvaluta l-eżistenza ta’ dak ir-riskju meta tiddeċiedi dwar it-talba għal estradizzjoni. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest trid tiddependi fuq informazzjoni li tkun oġġettiva, affidabbli, speċifika u aġġornata kif xieraq. Dik l-informazzjoni tista’ tinkiseb minn, fost l-oħrajn, sentenzi ta’ qrati internazzjonali, bħal sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenzi ta’ qrati tal-Istat mhux membru kkonċernat, u wkoll deċiżjonijiet, rapporti u dokumenti oħrajn prodotti minn korpi tal-Kunsill tal-Ewropa jew taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti.

Id-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2017, Schotthöfer & Steiner vs Adelsmayr, C- 473/15  (19)

Fid-digriet Schotthöfer & Steiner vs Adelsmayr, il-Qorti tal-Ġustizzja tenniet ir-raġunament mis-sentenza Petruhhin li l-Karta tapplika fejn ċittadin tal-Unjoni jkun għamel użu mid-dritt tiegħu li jiċċaqlaq liberament fl-Unjoni billi jiċċaqlaq mill-Istat Membru li tiegħu jkun ċittadin lejn Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li talba għal estradizzjoni trid tiġi miċħuda mill-Istat Membru rikjest fejn ikun hemm riskju serju li dak iċ-ċittadin ikun soġġett għall-piena tal-mewt fil-każ ta’ estradizzjoni.

Il-fatti tal-kawża

Is-Sur Adelsmayr kien ipprattika bħala anestetista u tabib tal-kura intensiva għal għadd ta’ snin sa mill-2004. Fi Frar 2009, wieħed mill-pazjenti li s-Sur Adelsmayr kien qed jittratta fl-Emirati Għarab Magħquda, li kien f’kundizzjoni serja u li kien ġarrab diversi attakki tal-qalb, miet wara operazzjoni u wara li sofra attakk tal-qalb ieħor. Is-Sur Adelsmayr kien ingħata t-tort għall-mewt tiegħu. Wara li tressaq ilment minn tabib tal-isptar fejn kien qed jipprattika s-Sur Adelsmayr, twettqet investigazzjoni. Ir-rapport ta’ dik l-investigazzjoni stabbilixxa qtil volontarju u omiċidju kolpevoli. Fl-2011, bdew proċedimenti fl-Emirati Għarab Magħquda, li matulhom is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika talab il-piena tal-mewt għas-Sur Adelsmayr. Fl-2012, madankollu, huwa telaq mill-Emirati Għarab Magħquda. Fl-assenza tiegħu, huwa ġie kkundannat għall-ħabs għal għomru fi proċedimenti interim li setgħu jitkomplew fi kwalunkwe ħin u li fihom huwa xorta jkun għadu soġġett għall-piena tal-mewt.

Ġew stabbiliti wkoll proċedimenti kriminali kontra s-Sur Adelsmayr fl-istat tan-nazzjonalità tiegħu — fl-Awstrija, li kienu jinvolvu l-istess akkużi bħal dawk ippreżentati kontrih fl-Emirati Għarab Magħquda. Madankollu, fl-2014, dawk il-proċedimenti ma tkomplewx mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Awstrijak, li ddikjara li “l-konvenut seta’ jippreżenta każ prima facie sabiex juri li l-proċedimenti mressqa f’Dubai dehru li kienu mmotivati minn kampanja ta’ mibegħda kontrih”.

Id-domandi rrinvjati

Il-qorti tar-rinviju għamlet għadd ta’ mistoqsijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja; madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tat risposta biss għall-mistoqsija dwar l-Artikoli 19(2) u 47 (20) tal-Karta. B’din il-mistoqsija, il-qorti tar-rinviju staqsiet jekk iż-żewġ artikoli għandhomx jiġu interpretati bħala li jfissru li Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jeħtieġlu jirrifjuta talba għall-estradizzjoni li toriġina minn Stat mhux Membru rigward ċittadin tal-UE li jirrisjedi fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, sa fejn il-proċeduri kriminali li taw lok għat-talba għall-estradizzjoni u d-deċiżjoni mogħtija in absentia fl-Istat mhux Membru ma rrispettawx l-istandard minimu tad-dritt internazzjonali u l-prinċipji mhux obbligatorji tal-ordni pubbliku tal-Unjoni Ewropea jew id-dritt għal proċess ġust.

Raġunament u risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li d-dispożizzjonijiet tal-Karta u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha huma applikabbli għal deċiżjoni ta’ Stat Membru li jestradixxi ċittadin tal-Unjoni, f’sitwazzjoni fejn dak iċ-ċittadin ikun għamel użu mid-drittijiet tiegħu li jiċċaqlaq liberament fl-Unjoni. Hija sostniet li l-Artikolu 19(2) tal-Karta jrid jiġi interpretat fis-sens li talba għal estradizzjoni li toriġina minn Stat mhux Membru, li tikkonċerna ċittadin tal-Unjoni li, fl-eżerċitar tal-libertà ta’ moviment tiegħu, iħalli l-Istat Membru tal-oriġini tiegħu sabiex jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, trid tiġi miċħuda mill-Istat Membru tal-aħħar fejn dak iċ-ċittadin ikun jinsab f’riskju serju li jiġi suġġett għall-piena tal-mewt fil-każ ta’ estradizzjoni. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li tiġi eżaminata d-domanda f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 47 tal-Karta.

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ April 2018, Pisciotti, C-191/16  (21)

Fid-deċiżjoni tagħha fis-sentenza Pisciotti, il-Qorti tal-Ġustizzja applikat ir-raġunament mis-sentenza Petruhhin għal sitwazzjoni fejn kien hemm ftehim ta’ estradizzjoni fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat terz li talab l-estradizzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li Stat Membru ma huwiex meħtieġ li jestendi projbizzjoni li jestradixxi liċ-ċittadini tiegħu lejn l-Istati Uniti għal kull ċittadin tal-UE li jivvjaġġa fit-territorju tiegħu. Madankollu, qabel ma jestradixxi ċittadin tal-UE, Stat Membru rikjest jeħtieġlu jqiegħed lill-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin f’pożizzjoni li jitlob il-konsenja ta’ dak iċ-ċittadin permezz ta’ MAE.

Il-fatti tal-kawża

Fl-2010, qorti tal-Istati Uniti ħarġet mandat ta’ arrest kontra s-Sur Pisciotti, ċittadin Taljan. Is-Sur Pisciotti ġie arrestat fil-Ġermanja, meta t-titjira tiegħu min-Niġerja lejn l-Italja għamlet waqfa f’ajruport Ġermaniż. Huwa tqiegħed f’detenzjoni proviżorja sakemm ġie ċedut u fl-2014, l-estradizzjoni tiegħu ġiet approvata minn qorti Ġermaniża. L-awtoritajiet konsulari tal-Italja nżammu informati bis-sitwazzjoni tas-Sur Pisciotti qabel ma ntlaqgħet it-talba għall-estradizzjoni iżda l-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani ma ħarġux MAE. Qabel ma ġie estradit, is-Sur Pisciotti ddikjara li l-estradizzjoni tiegħu kienet tmur kontra d-dritt tal-UE peress li l-Artikolu 16(2) tal-Liġi Bażika Ġermaniża jikser il-projbizzjoni ġenerali ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità billi jillimita l-eċċezzjoni tan-nazzjonalità tiegħu għal ċittadini Ġermaniżi.

Id-domandi rrinvjati

Il-qorti tar-rinviju staqsiet jekk l-Artikolu 18 tat-TFUE għandux jiġi interpretat bħala li jipprekludi lill-Istat Membru rikjest milli jagħmel distinzjoni, abbażi ta’ regola tad-dritt kostituzzjonali, bejn iċ-ċittadini tiegħu u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn u milli jikkonċedi l-estradizzjoni ta’ dawn tal-aħħar filwaqt li ma jippermettix l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu stess.

Raġunament u risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li d-dritt tal-UE ma jipprekludix lill-Istat Membru rikjest (il-Ġermanja) milli jagħmel distinzjoni, abbażi ta’ regola tad-dritt kostituzzjonali, bejn iċ-ċittadini tiegħu u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra u milli jikkonċedi l-estradizzjoni taċ-ċittadin tal-UE filwaqt li jipprojbixxi l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu stess, dment li l-Istat Membru rikjest kien qiegħed lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin kien ċittadin (l-Italja) f’pożizzjoni li jitolbu ċ-ċediment ta’ dak iċ-ċittadin permezz ta’ MAE u li dan l-aħħar imsemmi Stat Membru ma jkun ħa l-ebda azzjoni f’dak ir-rigward.

Il-Qorti tal-Ġustizzja segwiet l-istess raġunament kif żviluppat fis-sentenza Petruhhin, li tiddikjara li dan għandu jitqies applikabbli wkoll għal ftehim internazzjonali bejn l-UE u Stat terz (il-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka (22)) li jippermetti lil Stat Membru, abbażi ta’ waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ trattat bilaterali jew ta’ regoli tal-liġi kostituzzjonali tiegħu (bħal-Liġi Bażika Ġermaniża), jipprovdi għal eċċezzjoni tan-nazzjonalità.

Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat ukoll li sabiex jiġi ssalvagwardjat l-objettiv li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità għall-persuna kkonċernata fir-rigward tar-reati allegati kontrih jew kontriha fit-talba għal estradizzjoni, MAE maħruġ minn Stat Membru għajr l-Istat Membru rikjest, irid, tal-anqas, ikun relatat mal-istess reati u l-Istat Membru tan-nazzjonalità jeħtieġlu jkollu ġuriżdizzjoni, skont il-liġi nazzjonali, sabiex iwettaq il-prosekuzzjoni kontra dik il-persuna għal tali reati, anke jekk jitwettqu barra mit-territorju tiegħu.

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija, C-897/19 PPU  (23)

Fis-sentenza Ruska Federacija, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li l-mekkaniżmu Petruhhin japplika mutatis mutandis għal talbiet għall-estradizzjoni li jikkonċernaw ċittadini tal-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li magħhom l-UE kkonkludiet ftehim ta’ konsenja, jiġifieri l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-proċedura ta’ konsenja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda u n-Norveġja (24).

Il-fatti tal-kawża

Fl-2015, I.N., ċittadin Russu, kien is-suġġett ta’ avviż internazzjonali dwar persuni mfittxija ppubblikat mill-uffiċċju tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali (Interpol) f’Moska. Fuq il-bażi ta’ dan l-avviż, I.N., li sadanittant kien kiseb nazzjonalità Iżlandiża, ġie arrestat fil-Kroazja fl-2019, fejn kien qiegħed fuq btala. L-awtoritajiet Kroati rċevew talba għal estradizzjoni mir-Russja, li kienet awtorizzata minn qorti Kroata. Il-liġi Kroata tipprevedi eċċezzjoni tan-nazzjonalità fir-rigward tat-talbiet għall-estradizzjoni. I.N. ressaq appell quddiem il-Qorti Suprema tal-Kroazja, u kkontesta d-deċiżjoni li tawtorizza l-estradizzjoni.

Domanda preliminari

Il-Qorti Suprema tal-Kroazja talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment jekk il-mekkaniżmu Petruhhin japplikax ukoll f’sitwazzjoni li tikkonċerna persuna li ma hijiex ċittadin tal-UE, iżda li hija ċittadin ta’ Stat tal-EFTA, bħall-Iżlanda, li hija parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim dwar iż-ŻEE).

Raġunament u risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja

Preliminarjament, il-Qorti tal-Ġustizzja indirizzat il-kwistjoni dwar jekk is-sitwazzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat tal-EFTA li huwa parti fil-Ftehim dwar iż-ŻEE taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-UE. Hija fakkret li l-Artikoli 18 u 21 tat-TFUE ma japplikawx għaċ-ċittadini ta’ Stati terzi. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, li jifforma parti integrali mid-dritt tal-UE, jiggarantixxi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, b’mod li huwa identiku, essenzjalment, għall-Artikolu 56 tat-TFUE, inkluż id-dritt li wieħed jivvjaġġa lejn Stat ieħor sabiex jirċievi servizzi hemmhekk. Fuq din il-bażi, is-sitwazzjoni ta’ I.N., li mar il-Kroazja sabiex iqattal-vaganzi tiegħu u b’hekk jirċievi servizzi relatati mat-turiżmu, kellha titqies li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-UE.

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-Iżlanda għandha relazzjoni speċjali mal-Unjoni Ewropea, li tmur lil hinn mill-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali. Hija timplimenta u tapplika l-acquis ta’ Schengen, tipparteċipa fis-sistema Ewropea komuni tal-ażil u kkonkludiet Ftehim dwar il-proċedura ta’ konsenja mal-Unjoni Ewropea.

Fir-rigward tat-talba għall-estradizzjoni, kif diġà ġie stabbilit fis-sentenza Petruhhin, l-Istat Membru rikjest jeħtieġlu l-ewwel nett jivverifika, f’konformità mal-Artikolu 19(2) tal-Karta, li fil-każ ta’ estradizzjoni, il-persuna kkonċernata ma tkunx f’riskju li tkun soġġetta għall-piena tal-mewt, għat-tortura jew għal pieni jew trattamenti oħra inumani jew degradanti. Għall-finijiet ta’ din il-verifika, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest trid tiddependi fuq informazzjoni li tkun oġġettiva, affidabbli, speċifika u aġġornata kif xieraq. Fil-kuntest ta’ dik il-verifika, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li biċċa evidenza partikolarment sostanzjali hija l-fatt li l-persuna kkonċernata, qabel ma kisbet in-nazzjonalità tal-Istat tal-EFTA kkonċernat, ingħatat ażil minn dak l-Istat, preċiżament minħabba l-proċedimenti kriminali li huma l-bażi tat-talba għal estradizzjoni.

Qabel ma jikkunsidra t-twettiq tat-talba għall-estradizzjoni, l-Istat Membru rikjest huwa obbligat, fi kwalunkwe każ, jinforma lil dak l-istess Stat tal-EFTA u, jekk dak l-Istat hekk jitlob, jikkonsenja dak iċ-ċittadin lilu, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ konsenja, sakemm dak l-Istat tal-EFTA jkollu ġuriżdizzjoni, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, sabiex iwettaq il-prosekuzzjoni ta’ dik iċ-ċittadin għal reati mwettqa barra mit-territorju nazzjonali tiegħu.

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2020, Generalstaatsanwaltschaft Berlin, C-398/19  (25)

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-398/19 Generalstatswaltschaft Berlin, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat aktar ir-rekwiżiti tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni kif żviluppat fis-sentenza Petruhhin. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li ċittadin tal-Unjoni jista’ jiġi estradit lejn Stat terz biss wara konsultazzjoni mal-Istat Membru li tiegħu dak iċ-ċittadin ikollu n-nazzjonalità. Bħala parti minn dik il-konsultazzjoni, l-Istat Membru tan-nazzjonalità jeħtieġlu jiġi infurmat mill-Istat Membru li minnu tintalab l-estradizzjoni bl-elementi kollha ta’ fatt u ta’ liġi kkomunikati fit-talba għal estradizzjoni u jrid jingħata żmien raġonevoli sabiex jinħareġ mandat ta’ arrest fir-rigward ta’ dak iċ-ċittadin. Barra minn hekk, fil-każ li fih l-Istat Membru tan-nazzjonalità ma jiħux formalment deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ MAE, l-Istat Membru rikjest ma huwiex obbligat li jirrifjuta l-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, u li huwa stess iwettaq il-prosekuzzjoni kriminali ta’ dik il-persuna għal reati mwettqa fi Stat terz,

Il-fatti tal-kawża

L-Ukrajna talbet l-estradizzjoni mill-Ġermanja ta’ ċittadin Ukren li kien mar il-Ġermanja fl-2012. Il-persuna kkonċernata, BY, kisbet nazzjonalità Rumena fl-2014, peress li hija dixxendenti ta’ ċittadini Rumeni. Madankollu, qatt ma kien residenti fir-Rumanija. Fl-2016, inħareġ mandat ta’ arrest kontrih minn qorti kriminali tal-Ukrajna għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi fl-2010 u fl-2011. Wara t-talba għal estradizzjoni, BY ġie arrestat fil-Ġermanja. Fid-dawl tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu Petruhhin, l-awtoritajiet Ġermaniżi kkuntattjaw lill-Ministeru tal-Ġustizzja Rumen, u talbu jekk kinux biħsiebhom imexxu l-prosekuzzjoni kriminali ta’ BY huma stess. L-awtoritajiet Rumeni infurmaw lill-awtoritajiet Ġermaniżi li sabiex joħorġu MAE kienet meħtieġa evidenza suffiċjenti dwar it-twettiq tar-reati barra mill-pajjiż. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Rumeni talbu lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali f’Berlin sabiex jipprovdi dokumenti u kopji tal-evidenza mill-Ukrajna. Minħabba li l-awtoritajiet ġudizzjarji Rumeni ma ħadux deċiżjoni formalment dwar il-ħruġ possibbli ta’ MAE, il-qorti tar-rinviju Ġermaniża ppreżentat talba għal deċiżjoni preliminari bi tliet domandi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 21 tat-TFUE u dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu Petruhhin.

Domandi preliminari

Il-qorti tar-rinviju staqsiet jekk:

id-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni (l-Artikoli 18 u 21 tat-TFUE) japplikawx f’sitwazzjoni fejn il-persuna kkonċernata ċaqalqet iċ-ċentru tal-interessi tagħha lejn l-Istat Membru rikjest fi żmien meta ma kinitx ċittadin tal-Unjoni;

huwiex l-Istat Membru tan-nazzjonalità jew inkella l-Istat Membru rikjest li huwa obbligat jitlob li l-Istat terz rikjedenti jipprovdi l-fajls tal-każ sabiex jeżamina jekk għandux imexxi l-prosekuzzjoni kriminali huwa stess;

l-Istat Membru rikjest huwiex obbligat, fuq il-bażi tas-sentenza Petruhhin, li jirrifjuta l-estradizzjoni u li jmexxi l-prosekuzzjoni kriminali huwa stess, jekk ikun possibbli għalih li jagħmel dan skont il-liġi nazzjonali tiegħu taħt ċerti kundizzjonijiet.

Ir-raġunament u r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja

Fir-rigward tal-ewwel domanda dwar l-applikabbiltà tal-Artikoli 18 u 21 tat-TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fatt li persuna tkun akkwistat in-nazzjonalità ta’ Stat Membru tal-UE, u għalhekk iċ-ċittadinanza tal-Unjoni, fi żmien meta kienet diġà qiegħda tirrisjedi fi Stat Membru ieħor ma hijiex kapaċi tinvalida l-kunsiderazzjoni li bis-saħħa taċ-ċittadinanza tal-Unjoni akkwiżita, il-persuna hija intitolata li tinvoka l-Artikolu 21(1) tat-TFUE, u taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati, skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tat-TFUE, li jistabbilixxi l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità. Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat ukoll li dak l-istess raġunament japplika meta ċ-ċittadin tal-Unjoni rikjest ikollu wkoll in-nazzjonalità tal-Istat terz li jitlob l-estradizzjoni: il-fatt li tkun tinżamm ċittadinanza doppja ma jistax iċaħħad lill-persuna kkonċernata mil-libertajiet li jirriżultaw mid-dritt tal-UE bħala ċittadin ta’ Stat Membru.

Fir-rigward tat-tieni domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja tenniet il-linja ta’ interpretazzjoni tal-ġurisprudenza preċedenti tagħha, filwaqt li enfasizzat li l-Istat Membru rikjest għandu obbligu li jinforma lill-Istat Membru tan-nazzjonalità sabiex l-awtorità ġudizzjarja ta’ dak l-Istat Membru tkun f’pożizzjoni li titlob il-konsenja tal-persuna kkonċernata permezz ta’ MAE. Fir-rigward tad-dettalji tal-iskambju ta’ informazzjoni meħtieġ, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li:

l-Istat Membru rikjest jeħtieġlu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità mhux biss dwar l-eżistenza tat-talba għal estradizzjoni, iżda wkoll dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ fatt u liġi kkomunikati mill-Istat terz li jitlob estradizzjoni fil-kuntest ta’ dik it-talba għal estradizzjoni;

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità huma marbuta li jirrispettaw il-kunfidenzjalità ta’ tali kwistjonijiet fejn tkun intalbet il-kunfidenzjalità mill-Istat terz;

l-Istat Membru rikjest jeħtieġlu jżomm lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità informati bi kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni tal-persuna rikjesta li tista’ tkun rilevanti għall-possibbiltà li jinħareġ MAE fir-rigward ta’ dik il-persuna;

ma hemm l-ebda obbligu la għall-Istat Membru rikjest u lanqas għall-Istat Membru tan-nazzjonalità li jagħmel talba lill-Istat terz għat-trażmissjoni tal-fajl ta’ investigazzjoni kriminali;

huwa l-kompitu tal-Istat Membru rikjest li jistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li mal-iskadenza tiegħu, jekk l-Istat Membru tan-nazzjonalità ma jkunx ħareġ MAE, tista’ titwettaq l-estradizzjoni;

l-Istat Membru rikjest jista’ jwettaq l-estradizzjoni mingħajr ma jkun obbligat jistenna għal aktar minn żmien raġonevoli, sabiex l-Istat Membru tan-nazzjonalità jadotta deċiżjoni formali li tneħħi d-dritt li joħroġ MAE fir-rigward tal-persuna kkonċernata.

Fl-aħħar nett, b’risposta għat-tielet domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li skont id-dritt tal-UE, l-Istat Membru rikjest ma għandu l-ebda obbligu li jirrifjuta l-estradizzjoni u li jwettaq huwa stess il-prosekuzzjoni taċ-ċittadin tal-UE għar-reati mwettqa fl-Istat terz, meta l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rikjest tippermetti li jagħmel dan. Dan imur lil hinn mil-limiti li d-dritt tal-UE jista’ jimponi fuq l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni li jgawdi dak l-Istat Membru fir-rigward tad-deċiżjoni dwar jekk issirx prosekuzzjoni kriminali jew le.

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 2021, Petruhhin, C-505/19 (26)

Il-prinċipju ta’ ne bis in idem jista’ jipprekludi l-arrest, fiż-Żona Schengen u fl-Unjoni Ewropea, ta’ persuna li tkun is-suġġett ta’ avviż tal-Interpol. Dan huwa l-każ fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu konxji minn deċiżjoni ġudizzjarja finali, meħuda fi Stat li jkun parti fil-Ftehim ta’ Schengen jew Stat Membru, li jistabbilixxi li japplika dak il-prinċipju.

Il-fatti tal-kawża

Fl-2012, Interpol ippubblikat, fuq talba tal-Istati Uniti abbażi ta’ mandat ta’ arrest maħruġ mill-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż, avviż aħmar fir-rigward ta’ WS, ċittadin Ġermaniż, bil-ħsieb tal-estradizzjoni potenzjali tiegħu. Meta persuna li tkun is-suġġett ta’ avviż bħal dan tkun tinsab fi Stat affiljat fl-Interpol, dak l-Istat jista’, fil-prinċipju, jarresta b’mod proviżorju lil dik il-persuna jew jimmonitorja jew jirrestrinġi l-movimenti tagħha.

Madankollu, qabel ma ġie ppubblikat dak l-avviż aħmar, fil-Ġermanja twettqet proċedura li tinvestiga l-WS, li tal-anqas kienet parzjalment relatata mal-istess atti bħal dawk li ffurmaw il-bażi għal dak l-avviż. Dik il-proċedura twaqqfet b’mod definittiv fl-2010 wara li tħallset somma ta’ flus minn WS bħala parti minn proċedura speċifika ta’ saldu prevista skont il-liġi kriminali Ġermaniża. L-Uffiċċju Federali tal-Pulizija Kriminali tal-Ġermanja sussegwentement informa lill-Interpol li, fil-fehma tiegħu, bħala riżultat ta’ dik il-proċedura preċedenti l-prinċipju ta’ ne bis in idem kien applikabbli f’dan il-każ. Dak il-prinċipju, li huwa minqux fl-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen (Convention implementing the Schengen Agreement, CISA) kif (27) ukoll fl-Artikolu 50 tal-Karta, jipprojbixxi, inter alia, li persuna li l-proċess tagħha jkun ingħalaq b’mod finali terġa’ tiġi suġġetta għal prosekuzzjoni għall-istess reat.

Fl-2017, WS ressaq azzjoni kontra l-Ġermanja quddiem il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden, sabiex il-Ġermanja tiġi ordnata tieħu l-miżuri meħtieġa għall-irtirar ta’ dak l-avviż aħmar. F’dak ir-rigward, WS invoka mhux biss ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem, iżda wkoll ksur tad-dritt tiegħu għal moviment liberu, kif garantit skont l-Artikolu 21 tat-TFUE, peress li ma setax jivvjaġġa lejn kwalunkwe Stat li huwa parti għall-Ftehim ta’ Schengen jew lejn kwalunkwe Stat Membru mingħajr ma jkun f’riskju li jiġi arrestat.

Domanda preliminari

Il-qorti tar-rinviju għamlet għadd ta’ mistoqsijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-mistoqsija ewlenija li hija rilevanti fil-kuntest ta’ estradizzjoni wara avviż aħmar hija jekk l-Artikolu 54 (28) tal-KIFS u l-Artikolu 21(1) tat-TFUE, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 50 (29) tal-Karta għandhomx jiġu interpretati bħala li jipprekludu l-arrest proviżorju, mill-awtoritajiet ta’ Stat li jkun parti għall-Ftehim ta’ Schengen jew minn dawk ta’ Stat Membru, ta’ persuna li fir-rigward tagħha l-Interpol tkun ippubblikat avviż aħmar, fuq talba ta’ Stat terz, fil-każ fejn, l-ewwel nett, dik il-persuna diġà kienet is-suġġett ta’ proċedimenti kriminali fi Stat Membru li ma tkomplewx mill-prosekutur pubbliku wara li l-persuna kkonċernata ssodisfat ċerti kundizzjonijiet u, it-tieni, l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru jkunu infurmaw lill-Interpol li, fl-opinjoni tagħhom, dawk il-proċedimenti huma relatati mal-istess atti bħal dawk koperti minn dak l-avviż aħmar.

Ir-raġunament u r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-prinċipju ta’ ne bis in idem japplika f’sitwazzjoni fejn tkun ġiet adottata deċiżjoni li twaqqaf b’mod definittiv proċedimenti kriminali dment li l-persuna kkonċernata tissodisfa ċerti kundizzjonijiet, bħall-ħlas ta’ somma ta’ flus stabbilita mill-prosekutur pubbliku.

Madankollu, l-Artikolu 54 tal-KIFS, l-Artikolu 50 tal-Karta u l-Artikolu 21(1) tat-TFUE ma jipprekludux l-arrest proviżorju ta’ persuna li tkun is-suġġett ta’ avviż aħmar tal-Interpol fejn ma jkunx ġie stabbilit li l-proċess ta’ dik il-persuna jkun ingħalaq b’mod finali minn Stat li jkun parti għall-Ftehim ta’ Schengen jew minn Stat Membru fir-rigward tal-istess atti bħal dawk li jiffurmaw il-bażi tal-avviż aħmar u li, konsegwentement japplika l-prinċipju ta’ ne bis in idem.

Meta l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ne bis in idem tibqa’ inċerta, l-arrest proviżorju jista’ jkun pass essenzjali sabiex jitwettqu l-kontrolli meħtieġa filwaqt li jiġi evitat ir-riskju li l-persuna kkonċernata tista’ taħrab. Għalhekk, dik il-miżura tista’ tkun iġġustifikata bl-objettiv leġittimu li tiġi evitata l-impunità tal-persuna kkonċernata, “sa fejn dan ikun indispensabbli għall-finijiet ta’ dawn il-verifiki” (30). Għall-kuntrarju, hekk kif jiġi stabbilit permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja finali li japplika l-prinċipju ta’ ne bis in idem, kemm il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati li huma partijiet għall-KIFS kif ukoll id-dritt għall-moviment liberu jipprojbixxu lil dik il-persuna milli tiġi arrestata b’mod proviżorju jew milli tinżamm f’kustodja. L-Istati Membri u l-Istati Kontraenti tal-KIFS jeħtiġilhom jiżguraw id-disponibbiltà ta’ rimedji legali li jippermettu lill-persuna kkonċernata tikseb tali deċiżjoni ġudizzjarja finali li tistabbilixxi li japplika l-prinċipju ta’ ne bis in idem.

1.2.   Talbiet għall-estradizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ piena jew ordni ta’ detenzjoni

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Novembru 2018, Raugevicius, C-247/17  (31)

Fil-kawża Raugevicius, il-Qorti tal-Ġustizzja ttrattat talba għal estradizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja segwiet sa ċertu punt ir-raġunament introdott fil-ġurisprudenza Petruhhin, b’eżitu differenti. Dan kien meħtieġ peress li l-każijiet li jikkonċernaw l-estradizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza jistgħu jagħtu lok għal kwistjonijiet ta’ ne bis in idem jekk il-mekkaniżmu Petruhhin kellu japplika (32). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li jeżistu mekkaniżmi taħt il-liġi nazzjonali u/jew internazzjonali li jagħmluha possibbli li l-persuni rikjesti jiskontaw il-pieni tagħhom, b’mod partikolari, fl-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini. Pereżempju, il-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kkundannati tal-Kunsill tal-Ewropa tal-1983 (33) tipprovdi qafas legali għal din il-possibbiltà.

Il-fatti tal-kawża

Is-Sur Raugevicius huwa ċittadin Litwan u Russu li ċċaqlaq lejn il-Finlandja u għex hemmhekk għal diversi snin. Huwa wkoll il-missier ta’ żewġ tfal residenti fil-Finlandja u li għandhom nazzjonalità Finlandiża. Fl-2011, wara kundanna fir-Russja, l-awtoritajiet Russi ħarġu mandat ta’ arrest internazzjonali għall-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ kustodja imposta. Sabiex jiddeċiedi dwar it-talba għall-estradizzjoni, il-Ministeru tal-Ġustizzja Finlandiż talab lill-Qorti Suprema tal-Finlandja għal opinjoni. Il-Qorti Suprema ma kinitx ċerta dwar jekk is-sentenza Petruhhin tkunx applikabbli u għalhekk iddeċidiet li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-liġi Finlandiża rilevanti (il-Kostituzzjoni Finlandiża) tipprevedi li sentenza ta’ kustodja tista’ tiġi infurzata fil-Finlandja jekk il-persuna kkundannata tkun ċittadin Finlandiż jew ċittadin barrani li jirrisjedi b’mod permanenti fil-Finlandja u l-persuna kundannata tkun qablet mal-eżekuzzjoni.

Domandi preliminari

Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-Qorti Suprema Finlandiża staqsiet essenzjalment jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-estradizzjoni għandhomx jiġu vvalutati fir-rigward tal-libertà tal-moviment taċ-ċittadini ta’ Stat Membru ieħor bl-istess mod, irrispettivament minn jekk it-talba għall-estradizzjoni ta’ Stat terz tikkonċernax l-infurzar ta’ sentenza ta’ kustodja jew prosekuzzjoni bħal fis-sentenza Petruhhin. It-tieni domanda staqsiet kif talba għall-estradizzjoni kellha tiġi mwieġba f’sitwazzjoni li fiha t-talba għall-estradizzjoni tiġi nnotifikata lill-Istat Membru tan-nazzjonalità, li, madankollu, minħabba ostakli legali, ma jadottax miżuri dwar iċ-ċittadini tiegħu.

Raġunament u risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja applikat b’analoġija r-raġunament tas-sentenza Petruhhin, billi ddikjarat li ċittadin ta’ Stat Membru li mar fi Stat Membru ieħor għamel użu mid-dritt tiegħu li jiċċaqlaq liberament fl-Unjoni u għalhekk jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18 tat-TFUE. Iż-żamma ta’ ċittadinanza doppja ta’ Stat Membru u ta’ Stat terz ma tistax iċċaħħad lill-persuna kkonċernata mil-libertajiet li jirriżultaw mid-dritt tal-UE bħala ċittadin ta’ Stat Membru.

Regola nazzjonali li tipprojbixxi biss liċ-ċittadini proprji milli jiġu estraditi tintroduċi differenza fit-trattament bejn dawk iċ-ċittadini u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn u twassal għal restrizzjoni tal-moviment liberu skont it-tifsira tal-Artikolu 21 tat-TFUE: tali restrizzjoni trid tkun meħtieġa u proporzjonata fir-rigward tal-objettiv leġittimu tal-prevenzjoni tar-riskju ta’ impunità għaċ-ċittadini tal-Istati Membri għajr l-Istat Membru rikjest, u ma għandux ikun hemm miżuri inqas intrużivi sabiex jintlaħaq dak l-objettiv, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi fattwali u legali kollha tal-każ.

Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li f’każijiet ta’ talbiet għal estradizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza, il-kunflitt mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni ma jistax jiġi solvut billi tingħata l-possibbiltà lill-Istat Membru tan-nazzjonalità li jeżerċita l-ġuriżdizzjoni tiegħu fil-prosekuzzjoni mill-ġdid tal-persuna kkonċernata peress li tali prosekuzzjoni ġdida ta’ persuna li diġà tkun ġiet ipproċessata u kkundannata tista’ tmur kontra l-prinċipju ta’ ne bis in idem. Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità ta’ persuni f’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għal mekkaniżmi oħra tad-dritt nazzjonali u internazzjonali li jagħmluha possibbli għal dawk il-persuni li jiskontaw is-sentenzi tagħhom, pereżempju, fl-Istat tal-oriġini tagħhom, u b’hekk iżidu l-possibbiltajiet tagħhom ta’ riintegrazzjoni soċjali wara li jkunu temmew is-sentenzi tagħhom.

F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li l-Artikolu 3 tal-Liġi Finlandiża dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali jipprovdi lil barranin li jirrisjedu b’mod permanenti fil-Finlandja bil-possibbiltà li jiskontaw sentenza ta’ priġunerija imposta minn Stat terz fil-Finlandja, dment li kemm il-persuna kkonċernata kif ukoll l-Istat terz jagħtu l-kunsens tagħhom għal dan. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja osservat ukoll li s-Sur Raugevicius seta’ jiskonta s-sentenza li huwa ngħata fir-Russja fil-Finlandja, dment li kemm ir-Russja kif ukoll is-Sur Raugevicius stess ikunu taw il-kunsens tagħhom għal dan.

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ċ-ċittadini tal-Istat Membru rikjest, minn naħa, u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jirrisjedu b’mod permanenti fl-Istat Membru rikjest u li juru ċertu grad ta’ integrazzjoni fis-soċjetà ta’ dak l-Istat, min-naħa l-oħra, jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli. Huma l-awtoritajiet tal-Istat rikjest li għandhom jistabbilixxu jekk teżistix tali rabta bejn iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra u l-Istat Membru rikjest. Jekk it-tweġiba tkun fl-affermattiv, l-Artikoli 18 u 21 tat-TFUE jirrikjedu li ċittadini ta’ Stati Membri oħra jistgħu, bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru rikjest, jiskontaw is-sentenza tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru rikjest.

Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-Artikoli 18 u 21 tat-TFUE jridu jiġu interpretati bħala li jfissru li, fejn tkun saret talba għall-estradizzjoni minn Stat terz għal ċittadin tal-UE li jkun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, mhux għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni, iżda għall-finijiet tal-infurzar ta’ sentenza ta’ kustodja, l-Istat Membru rikjest, li l-liġi nazzjonali tiegħu tipprojbixxi l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu għall-finijiet tal-infurzar ta’ sentenza u jipprevedi l-possibbiltà li tali sentenza mogħtija barra mill-pajjiż tista’ tiġi skontata fit-territorju tiegħu, huwa meħtieġ li jiżgura li dak iċ-ċittadin tal-UE, dment li jirrisjedi b’mod permanenti fit-territorju tiegħu, jirċievi l-istess trattament bħal dak mogħti liċ-ċittadini tiegħu stess fir-rigward tal-estradizzjoni.

C-237/21 Generalstaatsanwaltschaft München [każ attwalment pendenti]

Il-fatti tal-kawża

Il-każ huwa bbażat fuq it-talba għall-estradizzjoni mill-Bożnija-Ħerzegovina lejn il-Ġermanja rigward S.M. għall-finijiet tal-infurzar ta’ sentenza ta’ kustodja. Il-persuna li qed tintalab il-konsenja tagħha hija ċittadin tas-Serbja, tal-Bożnija-Ħerzegovina u tal-Kroazja, li għex fil-Ġermanja ma’ martu minn nofs l-2017 u li ilu jaħdem fil-Ġermanja minn Mejju tal-2020. Il-Generalstaatsanwaltschaft München (Servizz ta’ Prosekuzzjoni Pubblika, Munich), li jirreferi għas-sentenza f’Raugevicius, talab li jinstab li l-estradizzjoni tal-persuna li qed tintalab il-konsenja tagħha hija inammissibbli.

Domanda preliminari

Fid-dawl tat-talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, il-qorti tar-rinviju Ġermaniża ddeċidiet li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk il-prinċipji li jirregolaw l-applikazzjoni tal-Artikoli 18 u 21 tat-TFUE stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Raugevicius jeħtiġux li talba minn Stat terz skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat-13 ta’ Diċembru 1957 (34) li titlob l-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-UE għall-finijiet tal-infurzar ta’ sentenza għandhiex tiġi rrifjutata, anke meta l-Istat Membru rikjest ikun obbligat bil-liġi internazzjonali skont dik il-Konvenzjoni li jestradixxi liċ-ċittadin tal-UE, minħabba li ddefinixxa t-terminu “ċittadini” skont it-tifsira tal-Artikolu 6(1)(b) tal-Konvenzjoni bħala li jfisser li jirreferi biss għaċ-ċittadini tiegħu stess, mhux għal ċittadini oħra tal-UE (35).

2.   LINJI GWIDA APPLIKABBLI F’KAŻIJIET FEJN L-ISTATI JAPPLIKAW L-EĊĊEZZJONI TAN-NAZZJONALITÀ

2.1.   Talbiet għal estradizzjoni għal finijiet ta’ prosekuzzjoni

2.1.1.    Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu Petruhhin

a.   Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae: meta japplika l-mekkaniżmu Petruhhin?

Il-mekkaniżmu (ta’ notifika) ta’ Petruhhin irid jiġi attivat f’każijiet fejn:

talba għal estradizzjoni tinħareġ għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni

u

l-Istat rikjest japplika l-eċċezzjoni tan-nazzjonalità għaċ-ċittadini tiegħu stess biss, fatt li jwassal għal diskriminazzjoni potenzjali bejn iċ-ċittadini proprji u ċ-ċittadini ta’ Stati oħra li jkunu eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu (c.f. Anness 2 - ħarsa ġenerali lejn is-sistemi nazzjonali).

Il-mekkaniżmu Petruhhin japplika għat-talbiet kollha għall-estradizzjoni, fuq il-bażi ta’:

il-Ftehim dwar l-Estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka (36);

il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra (FKK) (37), li jinkludi dispożizzjonijiet li jirriflettu l-mekkaniżmu Petruhhin (38);

ftehimiet multilaterali konklużi mill-Istati;

ftehimiet bilaterali konklużi mill-Istati; jew

il-liġi nazzjonali.

b.   Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae: għal min japplika l-mekkaniżmu Petruhhin?

Il-mekkaniżmu Petruhhin japplika għaċ-ċittadini tas-27 Stat Membru tal-UE li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, li jkunu eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu. Iċ-ċittadini li għandhom ukoll in-nazzjonalità tal-Istat terz li jitlob l-estradizzjoni huma koperti wkoll. Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li ż-żamma ta’ ċittadinanza doppja ma tistax iċċaħħad lill-persuna kkonċernata mil-libertajiet li jirriżultaw mid-dritt tal-UE bħala ċittadin ta’ Stat Membru (39). Barra minn hekk, iż-żmien meta persuna tkun kisbet in-nazzjonalità ta’ Stat Membru huwa irrilevanti wkoll (40).

Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li l-mekkaniżmu Petruhhin japplika wkoll għaċ-ċittadini ta’ Stat Membru tal-EFTA li huwa parti mill-Ftehim dwar iż-ŻEE u li miegħu l-Unjoni Ewropea kkonkludiet ftehim ta’ konsenja (l-Iżlanda u n-Norveġja) (41). L-Artikoli 18 u 21 tat-TFUE ma japplikawx għal ċittadini ta’ Stati terzi. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (42) moqri flimkien mal-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (43), li huwa parti integrali mid-dritt tal-UE, jiggarantixxi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, b’mod identiku għall-Artikolu 56 tat-TFUE, inkluż id-dritt li wieħed jivvjaġġa lejn Stat ieħor sabiex jirċievi servizzi (44).

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li d-dritt għall-moviment liberu skont l-Artikolu 21(1) tat-TFUE/ l-Artikolu 36 taż-ŻEE, japplika wkoll għal persuna sempliċiment fi tranżitu f’ajruport (45) jew li tirċievi servizzi bħala turist (46) fi Stat ieħor.

c.   Kamp ta’ applikazzjoni ratione loci: liema awtoritajiet huma marbuta bil-mekkaniżmu Petruhhin?

L-awtoritajiet nazzjonali tas-27 Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja, meta japplikaw l-eċċezzjoni tan-nazzjonalità, huma marbuta bil-mekkaniżmu Petruhhin .

2.1.2.    Passi li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti meta tapplika l-eċċezzjoni tan-nazzjonalità

a.   Obbligi għall-Istat rikjest

L-Artikoli 18 u 21 tat-TFUE/l-Artikolu 4 tal-Ftehim ŻEE li jinqraw flimkien mal-Artikolu 36 tal-Ftehim ŻEE ma jeħtiġux l-istabbiliment ta’ ekwivalenza assoluta bejn iċ-ċittadini proprji u ċ-ċittadini ta’ Stati oħrajn fir-rigward tal-protezzjoni kontra l-estradizzjoni lejn Stati terzi. Madankollu, dawn jirrikjedu li l-Istati li jipprevedu trattament differenti fl-estradizzjoni taċ-ċittadini proprji meta mqabbla maċ-ċittadini ta’ Stati oħra jivverifikaw, qabel ma jawtorizzaw l-estradizzjoni, jekk l-objettiv leġittimu li tiġi evitata l-impunità segwit bl-estradizzjoni jistax jintlaħaq permezz ta’ miżura inqas ta’ preġudizzju għall-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu, li tkun ugwalment effettiva (47).

Fil-każ ta’ talba għall-estradizzjoni għall-fini ta’ prosekuzzjoni kriminali, l-Istat rikjest huwa obbligat jikkonsulta l-Istat tan-nazzjonalità, sabiex jagħti lil dak l-Istat tan-nazzjonalità l-opportunità li joħroġ MAE/mandat ta’ arrest UE-IŻ/NO, li titqies bħala miżura ugwalment effettiva iżda inqas ta’ preġudizzju.

Madankollu, l-Istat rikjest ma għandu l-ebda obbligu li jirrifjuta l-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun ċittadin ta’ Stat Membru ieħor jew ċittadin IŻ/NO u li jipprosegwixxi liċ-ċittadin tal-UE/IŻ/NO għar-reati mwettqa fi Stat terz, fejn il-liġi nazzjonali tippermettilu jagħmel dan (48). Dan imur lil hinn mil-limiti li d-dritt tal-UE jista’ jimponi fuq l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni li jgawdi dak l-Istat fir-rigward tad-deċiżjoni dwar jekk għandhiex titwettaq jew le prosekuzzjoni kriminali.

b.   It-tnedija tal-proċedura ta’ konsultazzjoni

L-Istat rikjest huwa obbligat jinnotifika lill-Istat tan-nazzjonalità b’talba pendenti għall-estradizzjoni.

F’dak li jirrigwarda t-twaqqit għal din in-notifika, huwa ssuġġerit li l-Istat rikjest jinnotifika lill-Istat tan-nazzjonalità dwar talba għall-estradizzjoni li tkun dieħla jew pendenti mal-ewwel opportunità. Dan jista’ jseħħ diġà meta persuna tiġi arrestata b’mod proviżorju, jekk tkun disponibbli informazzjoni suffiċjenti minn avviż aħmar tal-Interpol, u/jew fi stadju aktar tard meta l-Istat rikjest jirċievi t-talba għal estradizzjoni.

c.   Tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lil Stat(i) tan-nazzjonalità

Bħala minimu, l-awtoritajiet tal-Istat rikjest għandhom jinformaw lill-punt fokali (49) tal-Istat tan-nazzjonalità dwar:

l-eżistenza ta’ talba għal estradizzjoni li tikkonċerna dik il-persuna; u

il-kwistjonijiet kollha ta’ fatt u ta’ liġi kkomunikati mill-Istat terz li jitlob estradizzjoni fil-kuntest ta’ dik it-talba għal estradizzjoni (50) (c.f. Anness 3 - mudell).

Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Istat rikjest għandhom iżommu lill-awtoritajiet ta’ Stat tan-nazzjonalità informati bi kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni tal-persuna rikjesta li tista’ tkun rilevanti għall-possibbiltà li jinħareġ MAE/UE-IŻ/NO fir-rigward ta’ dik il-persuna (51) (c.f. Anness 4 - mudell).

d.   Ir-relazzjonijiet mal-Istat terz rikjedenti u l-kunfidenzjalità

La l-Istat rikjest u lanqas l-Istat tan-nazzjonalità ma huma obbligati, skont id-dritt tal-UE, jissottomettu talba għat-trażmissjoni tal-fajl ta’ investigazzjoni kriminali lill-Istat terz li qed jitlob estradizzjoni (52). Jekk l-Istat rikjest jew l-Istat li tiegħu l-persuna rikjesta tkun ċittadin kienu obbligati jitolbu lill-Istat terz li jitlob estradizzjoni sabiex jibgħat il-fajl ta’ investigazzjoni kriminali, il-proċedura ta’ estradizzjoni tista’ ssir sostanzjalment aktar ikkumplikata u d-durata tagħha tista’ tiġi estiża b’mod sinifikanti, bir-riskju li tipperikola, fl-aħħar mill-aħħar, l-għan li jiġi żgurat li r-reati kriminali ma jaħarbux il-piena (53). Barra minn hekk, proċedimenti twal jistgħu jkunu wkoll ta’ detriment għall-persuna mfittxija, b’mod partikolari jekk il-persuna tinżamm f’detenzjoni.

L-awtoritajiet tal-Istat tan-nazzjonalità huma marbuta li josservaw il-kunfidenzjalità ta’ tali kwistjonijiet fejn tkun intalbet il-kunfidenzjalità mill-Istat terz rikjedenti. Barra minn hekk, l-Istat terz rikjedenti għandu jinżamm debitament infurmat dwar dak il-punt (54).

Madankollu, l-Istat tan-nazzjonalità jista ’ japplika kwalunkwe mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u/jew assistenza reċiproka sabiex tinkiseb evidenza mill-Istat rikjest (eż. il-ħruġ ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea (OIE) (55)).

e.   Obbligi għall-Istat tan-nazzjonalità

Wara n-notifika, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tan-nazzjonalità jenħtieġ li jivvalutaw jekk huwiex xieraq li joħorġu MAE/ UE-IŻ/NO relatat mal-istess reati bħal dawk li l-persuna kkonċernata hija akkużata bihom fit-talba għal estradizzjoni, sa fejn ikollhom ġuriżdizzjoni, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, sabiex iwettqu l-prosekuzzjoni tal-persuna għal reati mwettqa barra mit-territorju nazzjonali.

2.1.3.    Limitu ta’ żmien sabiex tingħata tweġiba għal notifika

L-Istat rikjest jenħtieġ li jistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli għall-Istat(i) tan-nazzjonalità sabiex jissottometti tweġiba. L-Istat rikjest għandu marġni ta’ diskrezzjoni meta jiddetermina limitu ta’ żmien raġonevoli, b’mod partikolari meta jitqies jekk persuna rikjesta hijiex f’kustodja abbażi tal-proċedura ta’ estradizzjoni u l-kumplessità tal-każ (56).

Il-limitu ta’ żmien impost jenħtieġ li jiġi indikat fiċ-ċertifikat (c.f. Anness 3 - mudell).

Jekk ikun meħtieġ, il-punt fokali jew l-awtorità ġudizzjarja emittenti (57) tal-Istat(i) ta’ nazzjonalità jistgħu jitolbu estensjoni tal-limitu ta’ żmien (c.f. Anness 5 - mudell). Il-punt fokali jew l-awtorità li tittratta t-talba għall-estradizzjoni fl-Istat rikjest jenħtieġ li tiddeċiedi dwar l-estensjoni (c.f. Anness 6 - mudell).

2.1.4.    Rifjut ta’ talba għal estradizzjoni

F’każijiet biss, fejn awtorità ġudizzjarja ta’ Stat ta’ nazzjonalità toħroġ MAE/UE-IŻ/NO relatat mal-istess reat(i) (58) jew atti u tinforma lill-Istat rikjest kif xieraq, l-Istat rikjest għandu jirrifjuta l-estradizzjoni u jikkonsenja l-persuna lejn l-Istat ta’ nazzjonalità (c.f. Anness 7 – mudell).

2.1.5.    It-tkomplija tal-proċedimenti ta’ estradizzjoni

Fin-nuqqas ta’ tweġiba fil-limitu ta’ żmien impost mill-awtoritajiet tal-Istat(i) tan-nazzjonalità jew fil-każ ta’ tweġiba negattiva fil-limitu ta’ żmien, l-awtoritajiet tal-Istat rikjest jistgħu, fejn ikun xieraq, iwettqu l-estradizzjoni mingħajr ma jkunu obbligati jistennew li l-Istat tan-nazzjonalità jwieġeb u/jew jadotta deċiżjoni formali li biha jirrinunzja d-dritt li jinħareġ MAE/UE-IŻ/NO fir-rigward ta’ dik il-persuna (59) (c.f. Anness 7 – mudell).

2.2.   Talbiet għall-estradizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni

2.2.1.    Kamp ta’ applikazzjoni

a.   Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae

Is-sentenza Raugevicius tapplika f’każijiet fejn:

it-talba tkun talba għall-estradizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni

u

l-Istat rikjest japplika l-eċċezzjoni tan-nazzjonalità għaċ-ċittadini tiegħu stess biss, fatt li jwassal għal diskriminazzjoni potenzjali bejn iċ-ċittadini proprji u ċ-ċittadini ta’ Stati oħra li jkunu eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu (c.f. Anness 2 - ħarsa ġenerali lejn is-sistemi nazzjonali).

b.   Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae dwar talbiet għal estradizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza: għal min tapplika s-sentenza Raugevicius?

L-obbligu ta’ trattament ugwali f’dan ir-rigward japplika biss sal-punt li ċ-ċittadini proprji u ċ-ċittadini ta’ Stati oħra jkunu f’sitwazzjoni komparabbli fir-rigward tal-objettiv li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità. Peress li l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ kustodja fl-Istat tal-oriġini tal-persuna kkonċernata tippromwovi r-riintegrazzjoni soċjali tal-persuna kkonċernata ladarba tkun skontat is-sentenza tagħha, sitwazzjoni komparabbli teżisti biss fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati oħra li huma residenti b’mod permanenti fl-Istat rikjest u għalhekk għandhom ċertu grad ta’ integrazzjoni fis-soċjetà ta’ dak l-Istat.

Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-kamp ta’ applikazzjoni personali huwa limitat għal ċittadini ta’ Stati oħra li jirrisjedu b’mod permanenti fi Stat rikjest u li juru ċertu grad ta’ integrazzjoni fis-soċjetà ta’ dak l-Istat (60) għax ikunu f’sitwazzjoni komparabbli maċ-ċittadini tal-Istat rikjest. Min-naħa l-oħra, ċittadin ta’ Stat li jkun qed jiġi arrestat f’ajruport ta’ Stat rikjest, filwaqt li jkun biss fi tranżitu, ma jissodisfax il-kriterju li jkun f’sitwazzjoni komparabbli.

Jekk persuna rikjesta ma tistax titqies bħala residenti b’mod permanenti fl-Istat rikjest, il-kwistjoni tal-estradizzjoni tagħha għandha tiġi solvuta abbażi tad-dritt nazzjonali jew internazzjonali applikabbli (61).

2.2.2.    Passi li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti meta tapplika l-eċċezzjoni tan-nazzjonalità

F’każijiet ta’ talba għal estradizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza, il-miżura tal-inqas preġudizzju għall-eżerċitar tad-dritt għall-moviment liberu hija li l-Istat rikjest jassumi r-responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tas-sentenza fit-territorju tiegħu minflok ma jestradixxi liċ-ċittadin ta’ Stat ieħor lejn l-Istat terz, fejn tali possibbiltà tiġi pprovduta wkoll għaċ-ċittadini tagħha stess. Huwa mistenni li l-Qorti tal-Ġustizzja se tkompli tiċċara l-passi dettaljati li jridu jiġu segwiti (b’mod partikolari l-firxa tal-obbligi għall-Istati u jekk huwiex meħtieġ kunsens ta’ Stat terz) fil-kawża pendenti C-237/21 (62).

2.2.3.    Skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istat rikjest u l-Istat tan-nazzjonalità

L-Artikoli 18 u 21 tat-TFUE ma jirrikjedux li l-Istat rikjest jinforma lill-Istat tan-nazzjonalità dwar talba għall-estradizzjoni pendenti għall-eżekuzzjoni ta’ piena jew ordni ta’ detenzjoni. Madankollu, l-Istat rikjest mhuwiex prekluż milli jikkuntattja l-Istat tan-nazzjonalità biex jikseb kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jista’ jqis utli.

3.   LINJI GWIDA APPLIKABBLI GĦALL-ISTATI KOLLHA IRRISPETTIVAMENT MILL-EĊĊEZZJONI TAN-NAZZJONALITÀ

3.1.   Valutazzjoni tad-drittijiet fundamentali qabel estradizzjoni

3.1.1.   Applikazzjoni tal-Karta

Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li d-deċiżjoni dwar l-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni/IŻ/NO, f’sitwazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18 tat-TFUE u tal-Artikolu 21 tat-TFUE jew tal-Artikolu 4 tal-Ftehim ŻEE moqri flimkien mal-Artikolu 36 tal-Ftehim ŻEE, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-UE għall-finijiet tal-Artikolu 51(1) tal-Karta (63). Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tal-Karta, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha, japplikaw għal tali deċiżjoni.

Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ ftehim internazzjonali tal-Unjoni dwar l-estradizzjoni hija biżżejjed sabiex tiskatta l-applikazzjoni tal-Karta. Għalhekk, il-Karta tapplika wkoll għal talbiet għall-estradizzjoni maħruġa mill-Istati Uniti u mir-Renju Unit rispettivament skont il-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (64) u l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra (65), anke meta ma jkun hemm l-ebda eżerċizzju ta’ moviment liberu fiż-żona taż-ŻEE. Barra minn hekk, f’każijiet bħal dawn, il-Karta tapplika wkoll għal ċittadini ta’ Stati terzi u persuni mingħajr Stat.

Fejn tapplika l-Karta, Stat rikjest jeħtieġlu l-ewwel jivverifika li l-estradizzjoni mhux se tippreġudika d-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 19 tal-Karta (66).

Skont l-Artikolu 19(2) tal-Karta, ħadd ma jista’ jitneħħa, jitkeċċa jew jkun estradit lejn Stat fejn hemm riskju serju li jkun soġġett għall-piena tal-mewt, għat-tortura jew għal pieni jew trattamenti oħra inumani jew degradanti.

Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat ukoll li s-sempliċi “eżistenza ta’ dikjarazzjonijiet u l-aċċettazzjoni ta’ trattati internazzjonali li jiggarantixxu, bħala prinċipju, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, waħedhom ma humiex biżżejjed sabiex tiġi żgurata protezzjoni xierqa mir-riskju ta’ trattamenti ħżiena meta sorsi affidabbli jkunu jindikaw prattiki tal-awtoritajiet – jew ittollerati minnhom – li manifestament imorru kontra l-prinċipji tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

Minn dan isegwi li, meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li ssirlu t-talba jkollha għad-dispożizzjoni tagħha provi li juru li hemm riskju reali ta’ trattament inuman jew degradanti ta’ persuni fl-Istat terz li jagħmel it-talba, hija għandha tevalwa l-eżistenza ta’ dan ir-riskju meta hija tiddeċiedi dwar l-estradizzjoni ta’ persuna lejn dak l-Istat (ara, f’dan is-sens, fir-rigward tal-Artikolu 4 tal-Karta, is-sentenza tal-5 ta’ April 2016, Aranyosi u Căldăraru, C-404/15 u C-659/15 PPU, EU:C:2016:198, punt 88).

Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest trid tiddependi fuq informazzjoni li tkun oġġettiva, affidabbli, speċifika u aġġornata kif xieraq. Dawn l-elementi jistgħu jirriżultaw b’mod partikolari minn deċiżjonijiet ġudizzjarji internazzjonali, bħalma huma s-sentenzi tal-Qorti EDB, minn deċiżjonijiet ġudizzjarji tal-Istat Membru emittenti kif ukoll minn deċiżjonijiet, minn rapporti u minn dokumenti oħra stabbiliti mill-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa jew li jaqgħu taħt is-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti” (ara s-sentenza tal-5 ta’ April 2016, Aranyosi u Căldăraru, C-404/15 u C-659/15 PPU, EU:C:2016:198, il-punt 89) (67).

3.1.2.   Applikazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali

Il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) tapplika għall-estradizzjoni minn Stati lejn Stati terzi f’sitwazzjonijiet li għalihom ma tapplikax il-Karta (68), bħall-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni li ma jkunx eżerċita d-dritt għal moviment liberu, jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz lejn Stat terz li l-Unjoni ma tkunx ikkonkludiet ftehim ta’ estradizzjoni miegħu.

L-Artikolu 3 u l-Artikolu 6 tal-KEDB huma rilevanti b’mod partikolari. L-Artikolu 3 tal-KEDB jipprovdi:

Ħadd ma għandu jkun assoġġettat għal tortura jew għal pieni jew trattamenti inumani jew degradanti.

L-Artikolu 6 tal-QEDB (id-dritt ta’ proċess ġust, il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-drittijiet tad-difiża) jipprevedi:

1.

Fid-determinazzjoni tad-drittijiet ċivili u tal-obbligi tiegħu jew ta’ xi akkuża kriminali kontra tiegħu, kulħadd huwa ntitolat għal smigħ imparzjali u pubbliku fi żmien raġonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqaf b’liġi. Is-sentenza għandha tingħata pubblikament iżda l-istampa u l-pubbliku jistgħu jiġu esklużi mill-proċeduri kollha jew minn parti minnhom fl-interess tal-morali, tal-ordni pubbliku jew tas-sigurtà nazzjonali f’soċjetà demokratika, meta l-interessi tal-minuri jew il-protezzjoni tal-ħajja privata tal-partijiet hekk teħtieġ, jew sa fejn ikun rigorożament meħtieġ fil-fehma tal-qorti f’ċirkostanzi speċjali meta l-pubbliċità tista’ tippreġudika l-interessi tal-ġustizzja.

2.

Kull min ikun akkużat b’reat kriminali għandu jiġi meqjus li jkun innoċenti sakemm ma jiġix pruvat ħati skont il-liġi.

3.

Kull min ikun akkużat b’reat kriminali għandu d-drittijiet minimi li ġejjin: a) li jkun infurmat minnufih, b’lingwa li jifhem u fid-dettall, dwar in-natura u r-raġuni tal-akkuża kontra tiegħu; b) li jkollu żmien u faċilitajiet xierqa għall-preparazzjoni tad-difiża tiegħu; c) li jiddefendi ruħu personalment jew permezz ta’ assistenza legali magħżula minnu stess jew, jekk ma jkollux mezzi biżżejjed li jħallas l-assistenza legali, din għandha tingħata lilu b’xejn meta l-interessi tal-ġustizzja jeħtieġu hekk; d) li jeżamina jew li jara li jiġu eżaminati xhieda kontra tiegħu u li jottjeni l-attendenza u l-eżami ta’ xhieda favur tiegħu taħt l-istess kundizzjonijiet bħax-xhieda kontra tiegħu; e) li jkollu assistenza b’xejn ta’ interpretu jekk ma jkunx jifhem jew jitkellem il-lingwa użata fil-qorti.

3.2.   Avviżi ħomor, mandati ta’ arrest u talbiet għal estradizzjoni infondati jew abbużivi, inklużi dawk motivati politikament

L-Istati kienu qed jiffaċċjaw każijiet ta’ talbiet għal estradizzjoni u avviżi ħomor paralleli tal-Interpol infondati jew abbużivi, inklużi dawk motivati politikament. Għalhekk, din it-taqsima diġà tista’ tapplika fi stadju fejn tkun għadha ma nħarġet l-ebda talba għal estradizzjoni jew fejn il-persuna tkun għadha ma ġietx arrestata abbażi ta’ avviż aħmar (eż. meta Stat ikun konxju minn avviżi ħomor tal-Interpol abbużivi, jista’ jinforma punti fokali oħra b’mod proattiv, anke qabel ma l-persuna tfittex li tmur fi Stat ieħor).

3.2.1.    Il-mekkaniżmu eżistenti tal-Interpol dwar l-użu ħażin tal-avviżi ħomor

Hemm sistema awtomatizzata ta’ skrinjar u detezzjoni ta’ avviżi ħomor (69) fis-seħħ fl-Interpol. Dan jippermetti li l-każijiet ta’ użu ħażin jiġu ffiltrati. Kull talba li tidħol tiġi vverifikata ma’ lista ta’ sorveljanza li jkun fiha talbiet li jkunu ġew miċħuda fil-passat sabiex jiġu miċħuda awtomatikament. L-Interpol qed taħdem sabiex tiżviluppa salvagwardji awtomatizzati ġodda tal-IT sabiex ittejjeb il-valutazzjoni ta’ talbiet li jidħlu għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi u diffużjonijiet.

Barra minn hekk, fis-Segretarjat Ġenerali tal-Interpol ġiet stabbilita Task Force speċjali, magħmula minn avukati u uffiċjali tal-pulizija minn Stati Membri differenti tal-Interpol. It-Task Force tivvaluta t-talbiet kollha li jidħlu għal pubblikazzjonijiet ta’ avviżi u diffużjonijiet mill-pajjiżi membri tal-Interpol fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħhom mal-qafas u r-rekwiżiti legali rispettivi.

L-avviżi ħomor tal-Interpol jistgħu jitneħħew għal għadd ta’ raġunijiet billi jsiru sottomissjonijiet lill-Kummissjoni indipendenti għall-Kontroll tal-Fajls (Commission for the Control of Files, CCF) li jiddikjaraw li huma jiksru l-Kostituzzjoni tal-Interpol u r-Regoli tagħha dwar il-Proċess tad-Data. L-Istati Membri jistgħu jagħtu pariri lill-individwu kkonċernat b’avviż aħmar abbużiv, b’mod partikolari b’avviż aħmar motivat politikament sabiex jeżerċita d-drittijiet tiegħu quddiem is-CCF u jwissuh minn qabel, jew jitolbu li l-avviżi jew id-diffużjoni jitħassru.

Grupp konsultattiv ta’ avviż permanenti jappoġġa dawn l-attivitajiet.

3.2.2.    Skambju ta’ informazzjoni minn punti fokali dwar talbiet għal estradizzjoni mingħajr bażi jew abbużivi, b’mod partikolari dawk b’motivi politiċi

L-Istat tan-nazzjonalità spiss ikollu informazzjoni ta’ importanza sostanzjali sabiex jiddeċiedi jekk talba għal estradizzjoni hijiex infondata jew abbużiva, b’mod partikolari politikament motivata. Għalhekk, il-kooperazzjoni mill-qrib u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istat tan-nazzjonalità tal-persuna rikjesta jistgħu jkunu essenzjali, meta Stat rikjest jevalwa talba għall-estradizzjoni rigward ċittadin ta’ Stat ieħor.

F’każijiet ta’ suspett raġonevoli li talba għal estradizzjoni tkun abbużiva, b’mod partikolari motivata politikament jew inkella infondata (illegali), il-punt fokali ta’ Stat li jkun irċieva talba għal estradizzjoni minn Stat terz rigward ċittadin ta’ Stat ieħor, jenħtieġ li dejjem jinforma lill-punt fokali tal-Istat tan-nazzjonalità. Dan se jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti sabiex tittieħed deċiżjoni infurmata dwar jekk it-talba għall-estradizzjoni hijiex motivata politikament jew inkella infondata (illegali) (c.f. L-Anness 3 - mudell u l-Anness 8 - mudell).

Barra minn hekk, f’każijiet ta’ suspett raġonevoli li talba għall-estradizzjoni tkun infondata jew abbużiva, b’mod partikolari politikament motivata, kwalunkwe punt fokali għandu jinforma minnufih u b’mod proattiv u jikkonsulta lil punti fokali oħra, kif ukoll lill-Eurojust, lill-Europol u lill-Interpol (c.f. Anness 8 - mudell).

Dan il-mekkaniżmu ta’ notifika fost il-punti fokali f’każijiet ta’ talbiet għal estradizzjoni infondati jew abbużivi, inklużi talbiet għal estradizzjoni motivati politikament japplika għaċ-ċittadini tal-Istati, kif ukoll għaċ-ċittadini ta’ Stati terzi u persuni mingħajr Stat.

4.   ASPETTI PRATTIĊI TAL-MEKKANIŻMU PETRUHHIN U TALBIET GĦAL ESTRADIZZJONI MOTIVATI POLITIKAMENT

4.1.   Punti fokali

Għall-finijiet tal-mekkaniżmu Petruhhin u talbiet għal estradizzjoni infondati jew illegali, b’mod partikolari motivati politikament, l-Istati nnominaw punti fokali (eż. awtoritajiet ċentrali).

Il-lista aġġornata tal-punti fokali hija disponibbli fuq:

https://www.ejn-crimjust.europa.eu/ejn/AtlasChooseCountry/MT

L-Istat jenħtieġ li jinforma malajr lin-NĠE dwar kwalunkwe bidla fil-punti fokali tagħhom.

Il-punti fokali jistgħu jikkonsultaw lill-Eurojust u lin-NĠE jekk ikollhom xi kwistjonijiet.

4.2.   Reġim tal-lingwa u spejjeż

Qed tiġi proposta lingwa uffiċjali tal-Istat tan-nazzjonalità bħala r-reġim tal-lingwa għad-dokumenti trażmessi bejn l-Istat rikjest u l-Istat tan-nazzjonalità.

L-Istati jistgħu jinnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni jekk jiddeċiedu li jaċċettaw traduzzjonijiet f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-UE, tal-Iżlanda jew tan-Norveġja.

L-Istat rikjest u l-Istat tan-nazzjonalità għandhom ikopru l-ispejjeż tagħhom stess (prinċipalment l-ispejjeż tat-traduzzjoni).

4.3.   Reġim tal-protezzjoni tad-data

Tapplika d-Direttiva (UE) 2016/680 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (70).


(1)  Il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-estradizzjoni (ETS Nru 24) u l-Protokoll addizzjonali tagħha (ETS Nru 086), it-tieni Protokoll addizzjonali (ETS Nru 098), it-tielet Protokoll addizzjonali (ETS Nru 209) u r-Raba’ Protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-estradizzjoni (ETS Nru 212).

(2)  L-obbligu li ssir estradizzjoni jew prosekuzzjoni.

(3)  Eż. Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10), jipprovdi obbligu espliċitu fir-rigward tal-prinċipju ta’ “aut dedere aut judicare” fl-Artikolu 603.

(4)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2016, Petruhhin, C-182/15, ECLI:EU:C:2016:630.

(5)  L-Artikolu 21(1) tat-TFUE jipprovdi li: “Kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju tal-Istati Membri, salvi l-limitazzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u d-dispożizzjonijiet meħuda sabiex dan jitwettaq.”

(6)  Abbażi tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità stabbilita skont l-Artikolu 18 tat-TFUE, li jipprevedi li: “Fil-kamp tal-applikazzjoni tat-Trattati, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali inklużi hemm kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza għandha tiġi projbita.”

(7)  Is-sentenza tal-10 ta’ April 2018, Pisciotti, C-191/16, ECLI:EU:C:2018:222; is-sentenza tat-13 ta’ Novembru 2018, Raugevicius, C-247/17, ECLI:EU:C:2018:898; is-sentenza tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija, C-897/19 PPU, ECLI:EU:C:2020:262 u s-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2020, Generalstaatsanwaltschaft Berlin, C-398/19, ECLI:EU:C:2020:1032.

(8)  Is-sentenza tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija, C-897/19 PPU, ECLI:EU:C:2020:262.

(9)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Vidjokonferenza informali tal-Ministri għall-Ġustizzja, tal-4 ta’ Ġunju 2020: Tħejjija - estradizzjoni taċ-ċittadini tal-UE lejn pajjiżi terzi - Dokument ta’ diskussjoni tal-Presidenza, Dokument WK 5231/2020 INIT.

(10)  Rapport konġunt tal-Eurojust u tan-Network Ġudizzjarju Ewropew dwar l-estradizzjoni ta’ ċittadini tal-UE lejn pajjiżi terzi: https://www.eurojust.europa.eu/joint-report-eurojust-and-ejn-extradition-eu-citizens-third-countries

(11)  ĠU C 419, 4.12.2020, p. 23.

(12)  Id-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2017, Schotthöfer & Steiner vs Adelsmayr, C-473/15, ECLI:EU:C:2017:633, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ April 2018, Pisciotti, C-191/16, ECLI:EU:C:2018:222; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Novembru 2018, Raugevicius, C-247/17, ECLI:EU:C:2018:898; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija, C-897/19 PPU, ECLI:EU:C:2020:262 u s-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2020, Generalstaatsanwaltschaft Berlin, C-398/19, ECLI:EU:C:2020:1032.

(13)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2016, Petruhhin, C-182/15, ECLI:EU:C:2016:630.

(14)  Is-sentenza tat-13 ta’ Novembru 2018, Raugevicius, C-247/17, ECLI:EU:C:2018:898.

(15)  Il-Kawża C-237/21, Generstaatsanwaltschaft München.

(16)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2016, Petruhhin, C-182/15, ECLI:EU:C:2016:630.

(17)  ĠU C 202, 7.6.2016, p. 389.

(18)  L-Artikolu 19(2) tal-Karta jipprovdi: “Ħadd ma jista’ jitneħħa, jitkeċċa jew jkun estradit lejn Stat fejn hemm riskju serju li jkun soġġett għall-piena tal-mewt, għat-tortura jew għal pieni jew trattamenti oħra inumani jew degradanti.”

(19)  Id-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2017, Schotthöfer & Steiner vs Adelsmayr, C-473/15, ECLI:EU:C:2017:633.

(20)  L-Artikolu 47 tal-Karta jipprovdi: “Kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha garantiti mil-liġi tal-Unjoni jiġu vjolati għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Kull persuna għandha d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi. Kull persuna għandu jkollha l-possibbiltà li tieħu parir, ikollha difiża u tkun irrappreżentata.

Għandha tingħata għajnuna legali lil dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed, fil-każijiet fejn din l-għajnuna hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja.”

(21)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ April 2018, Pisciotti, C-191/16, ECLI:EU:C:2018:222.

(22)  Il-ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 27).

(23)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija, C-897/19 PPU, ECLI:EU:C:2020:262.

(24)  ĠU L 292, 21.10.2006, p. 2.

(25)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2020, Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukrajna), C-398/19, ECLI:EU:C:2020:1032.

(26)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 2021, WS, C-505/19, ECLI:EU:C:2021:376.

(27)  Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19).

(28)  L-Artikolu 54 tal-KIFS jipprovdi: “Persuna li l-każ tagħha jkun inqata’ b’mod finali f’waħda mill-Partijiet Kontraenti ma tistax tiġi suġġetta għall-prosekuzzjoni f’Parti Kontraenti oħra għall-istess azzjonijiet sakemm, jekk tkun ġiet imposta penali, din tkun ġiet infurzata, tkun preżentament fil-proċess li tiġi infurzata jew ma tkunx tista’ tiġi infurzata iżjed taħt il-liġijiet tal-Parti Kontraenti fejn tkun ingħatat is-sentenza.”

(29)  L-Artikolu 50 tal-Karta jipprovdi: ““L-ebda persuna ma tista’ terġa’ tkun ipproċessata jew ikkundannata għal reat li għalih tkun diġà instabet mhux ħatja jew ikkundannata fl-Unjoni b’sentenza li daħlet in ġudikat skont il-liġi.”

(30)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 2021, WS, C-505/19, ECLI:EU:C:2021:376, il-punt 84.

(31)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Novembru 2018, Raugevicius, C-247/17, ECLI:EU:C:2018:898.

(32)  Peress li l-persuna rikjesta kienet diġà kkundannata fl-Istat terz.

(33)  Il-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kundannati (ETS Nru 112).

(34)  Il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni (ETS Nru 24)

(35)  Cf. Il-Finlandja għamlet id-dikjarazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni: “Skont it-tifsira ta’ din il-Konvenzjoni, it-terminu ‘ċittadini’ għandu jindika ċittadini tal-Finlandja, tad-Danimarka, tal-Iżlanda, tan-Norveġja u tal-Iżvezja kif ukoll barranin iddomiċiljati f’dawn l-Istati.”

(36)  ĠU L 181, 19.7.2003, p. 27.

(37)  ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.

(38)  L-Artikolu 614(1) u (3) tal-FKK jipprovdi: 1. Jekk żewġ Stati jew aktar ikunu ħarġu mandat ta’ arrest Ewropew jew mandat ta’ arrest għall-istess persuna, id-deċiżjoni dwar liema minn dawk il-mandati ta’ arrest għandha tiġi esegwita għandha tittieħed mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni b’konsiderazzjoni debita taċ-ċirkostanzi kollha u speċjalment is-serjetà relattiva u l-post tar-reati, id-dati rispettivi tal-mandat ta’ arrest jew il-mandat ta’ arrest Ewropew u jekk inħarġux għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni jew għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, u ta’ obbligi legali ta’ Stati Membri dwar il-libertà ta’ moviment u ta’ nondiskriminazzjoni u b’mod partikolari għal raġunijiet ta’ nondiskriminazzjoni abbażi ta’ ċittadinanza. 3. Fil-każ ta’ kunflitt bejn mandat ta’ arrest u talba għall-estradizzjoni ppreżentata minn pajjiż terz, id-deċiżjoni dwar jekk il-mandat ta’ arrest jew it-talba għall-estradizzjoni tiħux preċedenza għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni bil-kunsiderazzjoni xierqa taċ-ċirkustanzi kollha, b’mod partikolari dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u dawk imsemmija fil-konvenzjoni applikabbli.”

(39)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Novembru 2018, Raugevicius, C-247/17, ECLI:EU:C:2018:898, il-punt 29 u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2020, Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukrajna), C-398/19, ECLI:EU:C:2020:1032, il-punt 32.

(40)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2020, Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukrajna), C-398/19, ECLI:EU:C:2020:1032, il-punt 31.

(41)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija, C-897/19 PPU, ECLI:EU:C:2020:262.

(42)  L-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jipprovdi li: “Fi ħdan il-kamp tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, u, mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjonijiet speċjali fil-Ftehim, hi pprojbita kull diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ cittadinanza.”

(43)  L-Artikolu 36(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jipprovdi li: “Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ma għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni għal-libertà li wieħed jipprovdi servizzi fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti rigward ċittadini tal-Istati Membri tal-KE u l-Istati tal-EFTA li huma stabbiliti fi Stat Membru tal-KE jew Stat tal-EFTA ħlief dawk tal-persuna li għaliha s-servizzi huma intenzjonati.”

(44)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija, C-897/19 PPU, ECLI:EU:C:2020:262, il-punti 52-55.

(45)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ April 2018, Pisciotti, C-191/16, ECLI:EU:C:2018:222, il-punt 34.

(46)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija, C-897/19 PPU, ECLI:EU:C:2020:262, il-punt 54.

(47)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2016, Petruhhin, C-182/15, ECLI:EU:C:2016:630, il-punt 41.

(48)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2020, Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukrajna), C-398/19, ECLI:EU:C:2020:1032, il-punti 49-50.

(49)  Lista ta’ punti fokali nazzjonali nnominati mis-27 Stat Membru tal-UE, min-Norveġja u mill-Iżlanda tiġi ppubblikata fuq is-sit web tan-NĠE, cf. 4.1.

(50)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2020, Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukrajna), C-398/19, ECLI:EU:C:2020:1032, il-punt 48.

(51)  Idem.

(52)  Idem, il-punt 49.

(53)  Idem, il-punt 51.

(54)  Idem, il-punt 48.

(55)  Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1).

(56)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2020, Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukrajna), C-398/19, ECLI:EU:C:2020:1032, il-punt 55.

(57)  Kif indikat skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-MAE jew skont l-Artikolu 9(1) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-proċedura ta’ konsenja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda u n-Norveġja.

(58)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ April 2018, Pisciotti, C-191/16, ECLI:EU:C:2018:222, il-punt 54.

(59)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2020, Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukrajna), C-398/19, ECLI:EU:C:2020:1032, il-punti 53 u 54.

(60)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Novembru 2018, Raugevicius, C-247/17, ECLI:EU:C:2018:898, il-punt 46.

(61)  Idem, il-punt 48.

(62)  Il-Kawża C-237/21, Generalstaatsanwaltschaft München.

(63)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2016, Petruhhin, C-182/15, ECLI:EU:C:2016:630, il-punti 52 u 53 u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija, C-897/19 PPU, ECLI:EU:C:2020:262, il-punt 63. L-Artikolu 51(1) tal-Karta jipprovdi: “1. Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Karta huma intiżi għall-istituzzjonijiet, għall-korpi u għall-aġenziji tal-Unjoni fir-rispett tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà u għall-Istati Membri wkoll biss meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni. Huma għandhom għaldaqstant jirrispettaw id-drittijiet, josservaw il-prinċipji u jippromwovu l-applikazzjoni tagħhom, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom u fir-rispett tal-limiti tal-kompetenzi tal-Unjoni kif mogħtija lilha fit-Trattati.”

(64)  ĠU L 181, 19.7.2003, p. 27.

(65)  ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.

(66)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2016, Petruhhin, C-182/15, ECLI:EU:C:2016:630, il-punt 60, id-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2017, Schotthöfer & Steiner vs Adelsmayr, C-473/15, ECLI:EU:C:2017:633, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Novembru 2018, Raugevicius, C-247/17, ECLI:EU:C:2018:898, il-punt 49, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija, C-897/19 PPU, ECLI:EU:C:2020:262, il-punti 63 sa 68.

(67)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2016, Petruhhin, C-182/15, ECLI:EU:C:2016:630, il-punti 57, 58 u 59.

(68)  Ara 3.1.1. supra.

(69)  Avviż Aħmar la huwa talba għall-estradizzjoni, u lanqas mandat ta’ arrest internazzjonali. Hija twissija għall-infurzar tal-liġi madwar id-dinja sabiex persuna tiġi lokalizzata u arrestata b’mod proviżorju sakemm issir estradizzjoni, il-konsenja, jew azzjoni legali simili. Madankollu, avviż aħmar jirreferi għal mandat ta’ arrest internazzjonali jew deċiżjoni ġudizzjarja, jappoġġa l-proċedimenti ta’ estradizzjoni u fih data dwar il-kriminalità nazzjonali (ħlief jekk l-avviż aħmar jinħareġ minn tribunal internazzjonali). Skont l-Artikolu 82 tar-Regoli tal-INTERPOL dwar l-Ipproċessar tad-Data [IRPD, III/IRPD/GA/2011(2019)], “L-avviżi l-ħomor jiġu ppubblikati fuq talba ta’ Bureau Ċentrali Nazzjonali jew ta’ entità internazzjonali b’setgħat ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni f’materji kriminali sabiex ifittxu l-post ta’ persuna mfittxija u d-detenzjoni, l-arrest jew ir-restrizzjoni tal-moviment tiegħu jew tagħha għall-finijiet ta’ estradizzjoni, konsenja, jew azzjoni legali simili.”

(70)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).


ANNESS 1

Illustrazzjoni tal-passi li għandhom jittieħdu fir-rigward tat-talbiet għall-estradizzjoni għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni – passi ewlenin tal-mekkaniżmu Petruhhin

Image 1


ANNESS 2

Ħarsa ġenerali lejn l-eċċezzjonijiet tan-nazzjonalità (informazzjoni kif ipprovduta mill-Istati)

AT:

Il-Liġi Federali tal-4 ta’ Diċembru, 1979 dwar l-Estradizzjoni u l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali (il-Liġi dwar l-Estradizzjoni u l-Assistenza Reċiproka (ARHG)), Taqsima 12.

BE:

Il-Liġi tal-15 ta’ Marzu 1874 dwar l-estradizzjonijiet, l-Artikoli 1 u 2.

BG:

Il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 25(4).

CY:

Il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 11(f) (l-estradizzjoni ta’ ċittadin hija permessa biss skont trattat internazzjonali li jorbot lir-Repubblika, bil-kundizzjoni li tali trattat jiġi applikat rispettivament mill-kontroparti u fir-rigward ta’ atti li seħħew wara d-dħul fis-seħħ tal-ħames emenda tal-Kostituzzjoni fl-2006).

CZ:

Il-Karta tad-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali bħala parti mill-ordni kostituzzjonali tar-Repubblika Ċeka, l-Artikolu 14(4). L-estradizzjoni ta’ ċittadin Ċek lejn pajjiż terz hija possibbli jekk iċ-ċittadin jagħti l-kunsens tiegħu għall-estradizzjoni lejn dak l-Istat (it-Taqsima 91(1)(a) tal-Att dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali fi Kwistjonijiet Kriminali).

DE:

Il-Liġi Bażika għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Artikolu 16(2).

EE:

Il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 36 (sakemm l-estradizzjoni ma tiġix ammessa fuq il-bażi ta’ trattat internazzjonali).

EL:

Il-Kodiċi Penali Proċedurali, l-Artikolu 438.

ES:

Il-Liġi dwar l-Estradizzjoni Passiva, 1985, l-Artikolu 3 (sakemm ma jkunx previst fi trattat, f’konformità mal-prinċipju tar-reċiproċità).

FI:

Il-Kostituzzjoni, it-Taqsima 9(3) (jista’ jiġi stipulat permezz ta’ Att li minħabba att kriminali, għall-fini ta’ proċedimenti legali, ċittadin Finlandiż jista’ jiġi estradit lejn pajjiż fejn jiġu ggarantiti d-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni legali tiegħu). It-Taqsima 2 tal-Att dwar l-Estradizzjoni (456/1970) (rigward il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi oħra għajr l-Istati Membri tal-UE; Ċittadin Finlandiż ma jistax jiġi estradit. L-istess japplika għar-Renju Unit).

FR:

Il-Kodiċi Penali Proċedurali, l-Artikolu 696-4.

HR:

Il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 9 (sakemm l-estradizzjoni ma tiġix ammessa fuq il-bażi ta’ trattat).

HU:

L-Att XXXVIII, 1996, dwar l-Assistenza Legali Internazzjonali f’Materji Kriminali, it-Taqsima 13.

IC:

L-Att Nru 13 tal-1984, l-Estradizzjoni ta’ Kriminali u Assistenza Oħra fl-Att dwar il-Proċedimenti Kriminali (mhux applikabbli għal talbiet mid-Danimarka, mill-Finlandja, min-Norveġja u mill-Iżvezja).

IE:

F’konformità mal-Att dwar l-Estradizzjoni tal-Irlanda tal-1965, l-Irlanda tista’ testradixxi ċ-ċittadini tagħha stess fejn ikun hemm ftehim ta’ estradizzjoni fis-seħħ ma’ pajjiż terz u dak il-pajjiż jista’ jestradixxi ċ-ċittadini tiegħu stess lejn l-Irlanda.

IT:

Il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 26(1) (sakemm l-estradizzjoni ma tiġix aċċettata abbażi ta’ trattat).

LT:

Il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 13 (sakemm l-estradizzjoni ma tiġix aċċettata abbażi ta’ trattat).

LU:

Liġi mmodifikata tal-20 ta’ Ġunju 2001, l-Artikolu 7.

LV:

Il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 98 (sakemm l-estradizzjoni ma tiġix aċċettata abbażi ta’ trattat).

MT:

Il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 43 (sakemm l-estradizzjoni ma tiġix aċċettata abbażi ta’ trattat).

NL:

Uitleveringswagswatt, l-Artikolu 4 (l-estradizzjoni hija aċċettata għall-prosekuzzjoni meta jingħataw garanziji).

NO:

Att Nru 39 tal-13. Ġunju 1975 dwar l-Estradizzjoni ta’ Trasgressuri (mhux applikabbli għal talbiet minn Stati fl-Unjoni Ewropea u mill-Iżlanda).

PL:

Il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 55.

PT:

Il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 33(1) (sakemm l-estradizzjoni ma tiġix aċċettata abbażi ta’ trattat jew taħt garanziji u biss għall-prosekuzzjoni).

RO:

Il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 19(2) (sakemm ma tiġix aċċettata estradizzjoni bbażata fuq ftehimiet internazzjonali, ir-Rumanija hija parti għal, skont il-liġi u fuq bażi reċiproka).

SE:

L-Att (1957:668) dwar l-Estradizzjoni, it-Taqsima 2.

SI:

Il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 47.

SK:

Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, it-Taqsima 501 (ħlief għal każijiet fejn obbligu ta’ estradizzjoni huwa pprovdut bil-liġi, trattat internazzjonali, jew id-deċiżjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali li biha r-Repubblika Slovakka hija marbuta).

 

Stat li ma jipprovdix espliċitament għal eċċezzjoni tan-nazzjonalità:

DK:

L-att Daniż dwar l-Estradizzjoni, l-Artikolu 18 (madankollu jipprovdi regoli aktar stretti għall-estradizzjoni ta’ ċittadini proprji milli għal ċittadini oħra).


ANNESS 3

Mudell biex jinforma lill-Istat tan-nazzjonalità

Għall-attenzjoni tal-awtorità kompetenti ta’: … [Stat(i)]

Dan id-dokument għandu jinnotifikak u jinfurmak li mandat ta’ arrest/talba għall-estradizzjoni għall-finijiet ta’ [immarka l-kaxxa]

prosekuzzjoni

eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ priġunerija jew ordni ta’ detenzjoni

inħarġet minn Stat terz fir-rigward ta’ ċittadin li huwa ċittadin tal-Istat tiegħek.

Informazzjoni dwar l-identità tal-persuna rikjesta

Kunjom:

Isem/Ismijiet:

Kunjom qabel iż-żwieġ, fejn applikabbli:

Psewdonimi, fejn applikabbli:

Sess:

Nazzjonalità:

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Residenza u/jew indirizz magħruf:

Lingwa/i li l-persuna rikjesta affettwata tifhem (jekk magħrufa):

Marki distintivi/deskrizzjoni tal-persuna rikjesta:

Informazzjoni dwar l-awtorità tal-Istat terz rikjedenti

Stat terz emittenti:

Awtorità (ġudizzjarja) li ħarġet il-mandat ta’ arrest/talba għall-estradizzjoni:

Isem ir-rappreżentant tagħha:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Referenza tal-fajl:

Indirizz:

Id-dettalji ta’ kuntatt:

L-informazzjoni dwar ir-reati li l-persuna kkonċernata tiġi akkużata bihom

It-talba għall-estradizzjoni hija relatata ma’ total ta’ … [numru] reati.

Deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom twettaq/twettqu ir-reat(i), inkluż il-ħin, il-post u l-grad ta’ parteċipazzjoni fir-reat(i) mill-persuna rikjesta:

 

In-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i), inkluż id-dispożizzjoni/kodiċi statutorja/u applikabbli:

 

Aktar informazzjoni pprovduta mill-Istat terz (jekk ikun possibbli, id-dokumenti pprovduti mill-Istat terz jiġu mehmuża ma’ din il-formola bħala Annessi):

 

Fuq il-bażi tal-informazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tan-nazzjonalità huma mistiedna jieħdu deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew/mandat ta’ arrest UE-IŻ/NO kontra l-persuna kkonċernata bil-ħsieb li titmexxa l-prosekuzzjoni relatata mal-istess reat(i)/att(i) li huma s-suġġett tat-talba għall-estradizzjoni.

Din l-awtorità tqis … [perjodu ta’ żmien] bħala żmien raġonevoli li għandu jiġi infurmat bid-deċiżjoni sa … [data rilevanti].

Wara dan il-perjodu ta’ żmien, jekk ma tasal l-ebda tweġiba mill-Istat tan-nazzjonalità, l-Istat rikjest jipproċedi bil-proċediment ta’ estradizzjoni.

Dwar it-talba għal estradizzjoni sabiex tiġi eżegwita sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti:

 

Inkella, jekk jogħġbok indika u ssostanzja jekk jeżistix suspett raġonevoli li t-talba għal estradizzjoni hija motivata politikament:

 

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti li tibgħat informazzjoni dwar it-talba għal estradizzjoni

Stat:

Awtorità kompetenti:

Persuna ta’ kuntatt:

Kariga miżmuma:

Referenza tal-fajl:

Dettalji ta’ kuntatt (indirizz elettroniku/numri tat-telefown):

Data u firma


ANNESS 4

Mudell biex tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali lill-Istat tan-nazzjonalità

Għall-attenzjoni tal-awtorità kompetenti ta’: …

Wara n-notifika mibgħuta fi … [data], skont l-obbligu li tinbeda proċedura ta’ konsultazzjoni stabbilita fis-sentenza Petruhhin (1) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dan l-Istat qed jibgħat informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun utli fid-dawl tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew/tal-mandat ta’ arrest UE-IŻ/NO.

Informazzjoni dwar l-identità tal-persuna rikjesta

Kunjom:

Isem/Ismijiet:

Kunjom qabel iż-żwieġ, fejn applikabbli:

Psewdonimi, fejn applikabbli:

Sess:

Nazzjonalità:

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Residenza u/jew indirizz magħruf:

Lingwa/i li l-persuna rikjesta affettwata tifhem (jekk magħrufa):

Marki distintivi/deskrizzjoni tal-persuna rikjesta:

Informazzjoni dwar l-awtorità tal-Istat terz rikjedenti

Stat terz emittenti:

Awtorità (ġudizzjarja) li ħarġet il-mandat ta’ arrest/talba għall-estradizzjoni:

Isem ir-rappreżentant tagħha:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Referenza tal-fajl:

Indirizz:

Id-dettalji ta’ kuntatt:

Aktar informazzjoni rilevanti:

 

Dettalji ta’ kuntatt tal-Istat li jibgħat informazzjoni dwar it-talba għal estradizzjoni

Stat:

Awtorità kompetenti:

Persuna ta’ kuntatt:

Kariga miżmuma:

Referenza tal-fajl:

Dettalji ta’ kuntatt (indirizz elettroniku/numri tat-telefown):

L-awtorità ċentrali:

Data u firma


(1)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2016, Petruhhin, C-182/15, ECLI:EU:C:2016:630.


ANNESS 5

Mudell sabiex tintalab estensjoni tal-limitu ta’ żmien sabiex l-awtorità rikjesta tiġi infurmata skont il-mekkaniżmu Petruhhin

Wara n-notifika riċevuta minn … fi … [data], dwar it-talba għall-estradizzjoni għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni kontra ċ-ċittadin ta’ dan l-Istat… [isem tal-persuna kkonċernata] u maħruġa minn… [Stat terz], dan l-Istat qed jitlob estensjoni tal-limitu ta’ żmien ipprovdut mill-Istat rikjest sabiex jiġi infurmat dwar id-deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew/mandat ta’ arrest UE-IŻ/NO skont l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu Petruhhin.

B’mod partikolari, hija mitluba testendi l-limitu ta’ żmien għal… [perjodu ta’ żmien/jiem] u għalhekk sabiex l-Istat rikjest jiġi infurmat dwar tali deċiżjoni sa… [data].

Jekk jogħġbok ipprovdi aktar informazzjoni dwar il-ħtieġa għall-estensjoni:

 

Dettalji ta’ kuntatt rilevanti

Stat:

Awtorità kompetenti:

Persuna ta’ kuntatt:

Kariga miżmuma:

Referenza tal-fajl:

Dettalji ta’ kuntatt (indirizz elettroniku/numri tat-telefown):

Data u firma


ANNESS 6

Mudell għat-tweġiba għal talba għal estensjoni tal-limitu ta’ żmien

Wara t-talba tal-Istat tiegħek sabiex jestendi l-limitu ta’ żmien sabiex tingħata informazzjoni dwar deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew/UE-IŻ/NO skont l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu Petruhhin fir-rigward tan-notifika mibgħuta minn dan l-Istat fi … [data], dwar it-talba għall-estradizzjoni għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni kontra… [isem tal-persuna kkonċernata] u maħruġa minn … [stat terz],

l-Istat rikjest [immarka l-kaxxa]:

☐ a)

jaċċetta li jestendi l-limitu ta’ żmien kif propost mill-Istat tan-nazzjonalità;

☐ b)

jaċċetta li jestendi l-limitu ta’ żmien għal … [perjodu ta’ żmien/jiem]: l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta minn … [data];

☐ c)

ma jistax jestendi l-limitu ta’ żmien kif indikat mill-Istat tan-nazzjonalità.

Jekk c), jekk jogħġbok spjega r-raġunijiet għaliex ma ngħatatx l-estensjoni:

 

Dettalji ta’ kuntatt rilevanti

Stat:

Awtorità kompetenti:

Persuna ta’ kuntatt:

Kariga miżmuma:

Referenza tal-fajl:

Dettalji ta’ kuntatt (indirizz elettroniku/numri tat-telefown):

Data u firma


ANNESS 7

Mudell għall-Istat tan-nazzjonalità sabiex jipprovdi tweġiba lill- Istat rikjest

Wara n-notifika li waslet minn … fi … [data] dwar it-talba għall-estradizzjoni għall-fini ta’ prosekuzzjoni u maħruġa minn … [Stat terz] kontra ċittadin ta’ dan l-Istat, u l-informazzjoni li tinsab fih, dan l-Istat [immarka l-kaxxa]:

☐ a.

ħareġ mandat ta’ arrest Ewropew/mandat ta’ arrest UE-IŻ/NO kontra l-persuna kkonċernata relatat mal-istess reat(i)/att(i) bħat-talba għall-estradizzjoni;

☐ b.

mhux sejjer joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew/mandat ta’ arrest UE-IŻ/NO kontra l-persuna kkonċernata;

☐ c.

qiegħed jipprovdi informazzjoni peress li t-talba għall-estradizzjoni hija infondata/abbużiva/politikament motivata:

 

Dettalji tal-persuna kkonċernata

Kunjom:

Isem/Ismijiet:

Kunjom qabel iż-żwieġ, fejn applikabbli:

Psewdonimi, fejn applikabbli:

Sess:

Nazzjonalità:

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Residenza u/jew indirizz magħruf:

Dettalji tal-awtorità kompetenti

Stat Emittenti:

Awtorità kompetenti:

Isem ir-rappreżentant tagħha:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Referenza tal-fajl:

Indirizz:

Id-dettalji ta’ kuntatt:

Awtorità ġudizzjarja emittenti kompetenti, jekk applikabbli

Isem ir-rappreżentant tagħha:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Referenza tal-fajl:

Indirizz:

Id-dettalji ta’ kuntatt:

Id-deċiżjoni formali dwar il-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew / mandat ta’ arrest UE-IŻ/NO (mehmuż bħala anness jekk diġà nħareġ):

 

Informazzjoni ulterjuri:

 

Dettalji ta’ kuntatt rilevanti

Stat:

Awtorità kompetenti:

Persuna ta’ kuntatt:

Kariga miżmuma:

Referenza tal-fajl:

Dettalji ta’ kuntatt (indirizz elettroniku/numri tat-telefown):

Data u firma


ANNESS 8

Mudell sabiex tiġi nnotifikata jew mitluba informazzjoni dwar talbiet għall-estradizzjoni infondati, abbużivi, b’mod partikolari politikament motivati u/jew talbiet, li jqajmu t-tħassib tal-Karta/tal-KEDB

Għall-attenzjoni ta’ [immarka l-kaxxa]:

il-punt fokali maħtur ta’ …[Stat(i)];

id-29 punt fokali kollha;

l-Eurojust;

l-Europol;

l-Interpol.

Dan id-dokument għandu jitlob informazzjoni jew jinnotifika l-eżistenza ta’ talba għal estradizzjoni minn Stat terz, li titqies bħala infondata, abbużiva, b’mod partikolari politikament motivata.

Informazzjoni dwar l-identità tal-persuna rikjesta

Kunjom:

Isem/Ismijiet:

Kunjom qabel iż-żwieġ, fejn applikabbli:

Psewdonimi, fejn applikabbli:

Sess:

Nazzjonalità:

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Residenza u/jew indirizz magħruf:

Lingwa/i li l-persuna rikjesta affettwata tifhem (jekk magħrufa):

Marki distintivi/deskrizzjoni tal-persuna rikjesta:

Informazzjoni dwar l-awtorità tal-Istat terz rikjedenti u t-talba għal estradizzjoni

1.   Stat terz emittenti:

Awtorità (ġudizzjarja) li ħarġet il-mandat ta’ arrest/talba għall-estradizzjoni:

Isem ir-rappreżentant tagħha:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Referenza tal-fajl:

Indirizz:

Id-dettalji ta’ kuntatt:

2.   Talba għal estradizzjoni [immarka l-kaxxa]:

Għall-fini ta’ prosekuzzjoni;

Għall-fini tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza jew ordni ta’ detenzjoni.

Numru ta’ referenza tat-talba għall-estradizzjoni:

3.   Informazzjoni dwar ir-reati li l-persuna kkonċernata tiġi akkużata bihom:

It-talba għall-estradizzjoni hija relatata ma’ total ta’ … [numru] reati.

Deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom twettaq/twettqu ir-reat(i), inkluż il-ħin, il-post u l-grad ta’ parteċipazzjoni fir-reat(i) mill-persuna rikjesta:

 

In-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i), inkluż id-dispożizzjoni/kodiċi statutorja/u applikabbli:

 

Raġunijiet sabiex it-talba għall-estradizzjoni titqies bħala infondata, abbużiva, b’mod partikolari motivata politikament u/jew talbiet, li jqajmu t-tħassib tal-Karta jew tal-KEDB:

(speċifika):

 

Dettalji ta’ kuntatt tal-Istat li jibgħat informazzjoni dwar it-talba għal estradizzjoni

Stat:

Awtorità kompetenti:

Persuna ta’ kuntatt:

Kariga miżmuma:

Referenza tal-fajl:

Dettalji ta’ kuntatt (indirizz elettroniku/numri tat-telefown):

Data u firma


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/36


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta’ Ġunju 2022

(2022/C 223/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0662

JPY

Yen Ġappuniż

141,66

DKK

Krona Daniża

7,4395

GBP

Lira Sterlina

0,85365

SEK

Krona Żvediża

10,5039

CHF

Frank Żvizzeru

1,0423

ISK

Krona Iżlandiża

138,90

NOK

Krona Norveġiża

10,1843

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,739

HUF

Forint Ungeriż

389,33

PLN

Zloty Pollakk

4,5813

RON

Leu Rumen

4,9426

TRY

Lira Turka

17,8702

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4884

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3437

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,3656

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6582

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4685

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 340,75

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,4059

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1146

HRK

Kuna Kroata

7,5244

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 412,37

MYR

Ringgit Malażjan

4,6865

PHP

Peso Filippin

56,421

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,768

BRL

Real Brażiljan

5,1256

MXN

Peso Messikan

20,8435

INR

Rupi Indjan

82,8730


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/37


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antisussidji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ xi prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2022/C 223/03)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antisussidji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba ġiet ippreżentata fid-9 ta’ Marzu 2022 mill-EUROFER, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar, (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ xi prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 10(6) tar-Regolament bażiku.

Verżjoni pubblika tat-talba u l-analiżi tal-grad ta’ sostenn għat-talba mill-produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-file li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-file mill-partijiet interessati.

2.   Prodott taħt rieżami

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huma xi prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f’koljaturi jew le (inklużi prodotti “cut-to-length” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b’laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin (“HRF” jew “il-prodott li qed jiġi rieżaminat”).

Il-prodotti li ġejjin mhumiex koperti minn dan ir-rieżami:

(i)

prodotti tal-azzar inossidabbli u azzar elettriku tas-siliċju bil-granijiet orjentati,

(ii)

prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar li jintuża f’veloċità għolja,

(iii)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, u

(iv)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar.

Il-prodott li qed jiġi rieżaminat attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (il-kodiċijiet TARIC 7226191091, 7226191095), 7226 91 91 u 7226 91 99. Dawn il-kodiċijiet NM u TARIC jingħataw għall-informazzjoni biss, mingħajr preġudizzju għall-emenda possibbli tagħhom f’passi futuri tal-proċediment.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri li hemm fis-seħħ bħalissa huma dazji definittivi ta’ antisussidji imposti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/969 (3).

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija msejsa fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li tirriżulta fil-kontinwazzjoni jew rr-rikorrenza ta’ sussidjar u fir-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ sussidjar

L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li turi li l-biċċa l-kbira tal-iskemi ta’ sussidju kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali għadhom fis-seħħ u li l-produtturi tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernat ibbenefikaw u x’aktarx se jkomplu jibbenefikaw minn għadd ta’ sussidji mogħtija mill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fil-livell nazzjonali u provinċjali.

L-applikant identifika wkoll programm ta’ sussidju addizzjonali, jiġifieri programmi ta’ skambju ta’ dejn għal ekwità li ma kienx investigat fl-investigazzjoni oriġinali. Din l-iskema tidher li hija kumpensabbli.

L-applikant ma kkwantifikax b’mod preċiż il-livell attwali ta’ sussidjar għas-sussidji kollha. Madankollu, abbażi tal-evidenza fit-talba, jidher li l-livell ta’ sussidjar għadu sostanzjali.

Il-prattiki tas-sussidji allegati jikkonsistu, fost l-oħrajn, minn (i) trasferiment dirett ta’ fondi; (ii) dħul tal-gvern mitluf jew mhux miġbur; (iii) provvista mill-gvern ta’ prodotti jew servizzi għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata; u (iv) pagamenti lil mekkaniżmu ta’ finanzjament jew li korp privat jiġi fdat jew inkarigat biex iwettaq funzjoni waħda jew iktar mill-funzjonijiet ta’ hawn fuq. Fost l-oħrajn, l-applikant allega l-eżistenza, pereżempju, ta’ self u għotjiet preferenzjali u eżenzjonijiet tat-taxxa diretta. Huma allegaw ukoll il-provvista ta’ art mill-gvern għal remunerazzjoni inqas minn adegwata u l-użu potenzjali tal-programm ta’ tpartit ta’ dejn/ekwità (DES). Xi wħud mill-prattiki ta’ sussidjar allegati diġà ġew ikkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali filwaqt li oħrajn huma addizzjonali jew huma sussidji ġodda li ma kinux ġew eżaminati fl-investigazzjoni oriġinali.

L-applikant jallega li l-miżuri deskritti huma sussidji billi jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-pajjiż ikkonċernat u jikkonferixxu benefiċċju lill-produtturi tal-prodott taħt rieżami. Huwa allegat li dawk is-sussidji huma speċifiċi għal intrapriża jew industrija li l-attività tagħha hija mħeġġa u għalhekk kumpensabbli.

Fid-dawl tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħejjiet memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza, li jinkludi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha u li fuq il-bażi tagħha l-Kummissjoni tibda din l-investigazzjoni. Dan il-memorandum jinsab fil-file li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tinvestiga prattiki oħrajn ta’ sussidju rilevanti li jistgħu jiġu żvelati matul l-investigazzjoni.

4.2.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu

L-applikant jallega probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu mill-pajjiż ikkonċernat. F’dan ir-rigward, l-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rivedut mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni x’aktarx li jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità sostanzjali mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat. Dan huwa wkoll minħabba l-attraenza tas-suq tal-Unjoni Ewropea f’termini ta’ daqs u f’termini ta’ prezzijiet peress li l-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħra waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

L-applikant jallega li t-tneħħija tad-dannu seħħet l-aktar minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li żieda fl-importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx twassal għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Proċedura

Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament bażiku, ġie determinat li jeżistu provi biżżejjed ta’ probabbiltà ta’ sussidjar u ta’ dannu biex tiġi ġustifikata t-tnedija ta’ rieżami tal-iskadenza, u b’dan il-Kummissjoni tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami ta’ skadenza jiddetermina jekk l-iskadenza tal-miżuri hix probabbli li twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ sussidjar tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

Il-Gvern tal-pajjiż ikkonċernat ġie mistieden għal konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet għan-Notifika ppubblikata (4), dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u kontra s-sussidji li jistgħu jkunu applikabbli għal dan il-proċediment.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet għall-investigazzjoni anti-dumping separata li tinsab għaddejja u li tkopri l-istess prodott (5). Il-produtturi esportaturi, l-industrija tal-Unjoni, u l-partijiet interessati kollha f’dik l-investigazzjoni anti-dumping huma mistiedna jirreġistraw separatament għal din l-investigazzjoni u jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti skont il-modalitajiet u l-iskedi ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika mingħajr ma titqies l-informazzjoni possibbilment ippreżentata fil-kuntest tal-investigazzjoni anti-dumping. L-informazzjoni jew il-kummenti ppreżentati fil-kuntest tal-investigazzjoni anti-dumping mhux se jitqiesu awtomatikament f’din l-investigazzjoni, u l-partijiet jridu jippreżentaw, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, l-informazzjoni kollha li tikkonċerna din l-investigazzjoni b’mod separat fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

5.1.    Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ sussidjar se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu se jkopri l-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Kummenti dwar it-talba u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar it-talba (inklużi l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mar-rikorrenza tad-dannu u mal-kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għat-talba) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6).

Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.    Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ sussidjar

F’rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u li jbigħu l-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernat hijiex tali li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet issussidjati lejn l-Unjoni x’aktarx li jitkomplew jew jirrikorru jekk il-miżuri jiskadu.

Għalhekk, il-produtturi kollha (7) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat

Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex il-Kummissjoni tlesti l-investigazzjoni sal-limiti ta’ żmien statutorji, hija tista’ tillimita l-produtturi li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għar-rieżami preżenti, huma b’dan mitluba li jersqu ’l quddiem u jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej:

https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R770_SAMPLING_FORM_FOR_EXPORTING_PRODUCER

L-informazzjoni dwar l-aċċess għal TRON tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.9 ta’ hawn taħt.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk dawn humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni żżid nota fil-file li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat hija disponibbli fil-file għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2594

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw.

5.3.2.   L-importaturi mhux relatati suġġetti għall-investigazzjoni (8) (9)

L-importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma jkunux ikkooperaw fl-investigazzjoni li tkun wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistednin jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 7 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ importaturi kollha dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-file li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Sabiex tikseb informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati hija disponibbli fil-file li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2594

5.4.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Il-produtturi tal-Unjoni suġġetti għall-investigazzjoni

Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjun isir f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-file li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati.

Il-partijiet interessati huma b’dan mistednin jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, li jqisu li hemm raġunijiet għaliex jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tinnotifika lill-produtturi u/jew lill-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufin kollha bil-kumpaniji li finalment ikunu ntgħażlu biex ikunu parti mill-kampjun.

Il-produtturi tal-Unjoni li jkunu parti mill-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-file li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2594

5.5.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ sussidjar u ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu, se tittieħed deċiżjoni skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri kumpensatorji tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.

Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew f’format ħieles jew inkella billi jiġi komplut il-kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni.

Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott taħt rieżami, hija disponibbli fil-file li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2594. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Bażiku titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali li tissostanzja l-validità tagħha.

5.6.    Partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott soġġett għal rieżami.

Il-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li rendew disponibbli informazzjoni f’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3.1, 5.3.2 u 5.4 jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Partijiet oħra jkunu jistgħu jipparteċipaw biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-file li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna sabiex ikollok aċċess (10).

5.7.    Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tali informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.8.    Possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-file. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.

5.9.    Struzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, fosthom l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (Sensittiva) (11). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Sensitive” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għal spezzjoni minn partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi d-dokumenti ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni skennjati. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ) ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi vverifikat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni oħra dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bi TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate G

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi

Indirizzi tal-Email:

TRADE-R770-HRF-SUBSIDY@ec.europa.eu

TRADE-R770-HRF-INJURY@ec.europa.eu

6.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, u f’kull każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku.

7.   Preżentazzjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsima 5 ta’ din in-Notifika.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.

8.   Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien ħamest (5) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti mressqa minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri jsiru fi żmien ġurnata (1) mill-iskadenza għall-kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-qafas ta’ żmien deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni tal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

L-estensjonijiet tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jistgħu jingħataw fuq talba min-naħa tal-partijiet interessati li jkollhom raġuni valida.

Jenħtieġ li kull estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jiġu rikjesti f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni u jingħataw biss jekk ikunu debitament ġustifikati. Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tat-tweġiba għall-kwestjonarji se tkun limitata għal tlett (3) ijiem, u bħala regola ma taqbiżx is-sebat (7) ijiem. Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett (3) ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nonkooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.

11.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti tal-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-file, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kwalunkwe talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-oqfsa ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

12.   Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jinbeda skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jiġu revokati jew jinżammu f’konformità mal-Artikolu 22(3) tar-Regolament bażiku.

Jekk kwalunkwe parti interessata tqis li jkun ġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

13.   Ipproċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/.


(1)  ĠU C 372, 16.9.2021, p. 10.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).

(4)  Dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

(5)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52022XC0405%2801%29&from=MT

(6)  Ir-referenzi kollha għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika se jkunu referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

(7)  Produttur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.

(8)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(9)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, għajr biex jiġi determinat l-interess tal-Unjoni.

(10)  F’każ ta’ problemi tekniċi kkuntattja lit-Trade Service Desk permezz ta’ email lil trade-service-desk@ec.europa.eu jew ċempel +32 22979797.

(11)  Dokument “Sensitive” (Sensittiv) huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji (il-Ftehim dwar l-SCM). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Verżjoni “Sensitive”

Verżjoni “Version for inspection by interested parties”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

RIEŻAMI TA’ SKADENZA TAL-MIŻURI ANTISUSSIDJI APPLIKABBLI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET TA’ XI PRODOTTI ĊATTI B’LAMINAZZJONI TERMALI TAL-ĦADID, AZZAR MHUX ILLIGAT JEW AZZAR ILLIGAT IEĦOR LI JORIĠINAW MIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

INFORMAZZJONI DWAR L-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni marbuta mal-kampjunar li saret fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ bidu.

Jenħtieġ li kemm il-verżjoni “Sensitive” u kemm il-verżjoni “For inspection by interested parties” intbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-notifika ta’ bidu.

1.   DETTALJI TA’ KUNTATT U IDENTITÀ

Agħti dawn id-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

Isem tal-kumpanija

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

 

Email:

 

Numru tat-telefown

 

2.   FATTURAT U VOLUM TAL-BEJGĦ

Indika l-fatturat totali f’euro (EUR) tal-kumpanija, il-valur f’euro (EUR) u l-volum f’tunnellati tal-importazzjonijiet u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami tal-prodott taħt rieżami kif definit fin-Notifika ta’ bidu.

 

Volum f’tunnellati

Valur f’euro (EUR)

Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR)

 

 

L-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

 

 

Importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami (minn kullimkien)

 

 

Bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tal-prodott taħt rieżami

 

 

3.   ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)

Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u / jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u / jew domestiku) tal-prodott taħt rieżami. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott taħt rieżami, il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

L-isem u l-lokalità tal-kumpanija

Attivitajiet

Tip ta’ relazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   INFORMAZZJONI OĦRA

 

Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

5.   ĊERTIFIKAZZJONI

Billi tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u li taċċetta żjara fil-post fejn tinsab sabiex jiġi vverifikat ir-rispons tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din se titqies li ma kkoperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:


(1)  F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/48


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10762 – H&F / IRI)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 223/04)

1.   

Fl-24 ta’ Mejjy 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Hellman & Friedman Capital Partners X, L.P. u l-fondi paralleli tagħha (“H&F”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

NPD Group, L.P., kumpanija tal-portafoll ikkontrollata minn Hellman & Friedman (“NPD”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Information Resources, Inc. (“IRI”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

H&F takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv indirett ta’ IRI permezz ta’ ftehim ta’ fużjoni ta’ IRI ma’ NPD.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

H&F: ditta ta’ ekwità privata;

NPD: kumpanija ta’ riċerka tas-suq,

IRI: kumpanija tar-riċerka tas-suq li tipprovdi informazzjoni u analiżi tal-konsumaturi, tax-xerrejja u tas-suq bl-imnut iffokati fuq oġġetti ppakkjati għall-konsumatur.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10762 - H&F / IRI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


8.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/50


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10664 — XLCEE / DEROT / BLACK RED WHITE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 223/05)

1.   

Fil-25 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

XLCEE-Holding GmbH (“XLCEE”, l-Awstrija), li tappartjeni għal XXXLutz Group (“XXXLutz”, l-Awstrija),

Derot Fund S.À R.L. (“Derot”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn ċertu Formela,

BLACK RED WHITE S.A. (“BRW”, il-Polonja), ikkontrollata minn Derot.

XLCEE u Derot jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ BRW kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

XLCEE hija kumpanija azzjonista ta’ investiment fl-XXXLutz Group. XXXLutz huwa primarjament attiv fl-operat ta’ ħwienet tradizzjonali u online ta’ għamara, tagħmir u oġġetti tad-dar fl-Ewropa.

Derot hija kumpanija azzjonista ta’ investiment, ikkontrollata minn ċertu Formela. Formela jikkontrolla wkoll lil BRW Trading Company (il-Belarussja) li tħaddem erba’ ħwienet bl-imnut ta’ għamara, tagħmir u oġġetti tad-dar fil-Bjelorussja,

BRW hija kumpanija li timmanifattura u tbigħ l-għamara li hija attiva fil-manifattura tal-għamara u fl-operat tal-ħwienet li jbigħu bl-imnut tal-għamara, it-tagħmir u l-oġġetti tad-dar prinċipalment fil-Polonja u - sa ċertu punt - fis-Slovakkja u l-Belarussja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10664 XLCEE / DEROT / BLACK RED WHITE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


8.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/52


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10575 – BOUYGUES / EQUANS)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 223/06)

1.   

Fit-30 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bouygues S.A. (“Bouygues”, Franza),

Equans S.A.S. (“Equans”, Franza).

Bouygues takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Equans kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Bouygues hija kumpanija azzjonista ta’ grupp industrijali diversifikat attiv fis-setturi tal-kostruzzjoni, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport, l-iżvilupp tal-proprjetà immobbli, il-media u t-telekomunikazzjoni. Bouygues tipprovdi wkoll servizzi ta’ inġinerija elettrika permezz ta’ Colas Rail, sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Colas. Colas Rail tipprovdi servizzi ta’ inġinerija elettrika għall-infrastrutturi ferrovjarji, inklużi l-elettrifikazzjoni ferrovjarja (l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ katenarji u linji ta’ kuntatt fl-għoli) u s-sinjalar ferrovjarju.

Equans hija kumpanija globali attiva fis-settur tas-servizzi multitekniċi. L-attivitajiet ta’ Equans jiffukaw fuq soluzzjonijiet tal-inġinerija marbuta ma’ sistemi elettriċi u mekkaniċi u sistemi tas-sħana, ta’ ventilazzjoni u tal-arja kondizzjonata, soluzzjonijiet ta’ tkessiħ, ġestjoni ta’ faċilitajiet, u fuq id-diġitalizzazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni tal-Komunikazzjoni. Equans tipprovdi wkoll servizzi ta’ elettrifikazzjoni ferrovjarja (installazzjoni u manutenzjoni ta’ katenarji u linji ta’ kuntatt fl-għoli) permezz ta’ Powerlines, Ineo SCLE Ferroviaire u Fabricom.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10575 – BOUYGUES / EQUANS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

8.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/54


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2022/C 223/07)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Aceite Campo de Calatrava”

Nru tal-UE: PDO-ES-0642-AM01 – 10.1.2022

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/ismijiet

“Aceite Campo de Calatrava”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Żejt taż-żebbuġa ekstra verġni mill-frott tas-siġra taż-żebbuġ (Olea europea L.) tal-varjetajiet Cornicabra jew Picual, waħedhom jew imħallta flimkien, mal-varjetajiet Arbosana, Hojiblanca, Arbequina, Koroneiki u Lecciana bħala varjetajiet sekondarji possibbli fi proporzjon li ma jaqbiżx il-15 %, miksub b’mezzi mekkaniċi jew mezzi fiżiċi oħra li ma jbiddlux iż-żejt u li jippreservaw it-togħma, l-aroma u l-karatteristiċi tal-frott li minnu jiġi prodott.

Iż-żebbuġ jinqata’ direttament minn fuq is-siġra meta l-grad ta’ maturità tiegħu jkun bejn 3 u 6.

Parametri massimi permessi għaż-żjut taż-żebbuġa ekstra verġni bid-denominazzjoni tal-oriġini “Aceite Campo de Calatrava”

Kontenut minimu ta’ aċidu olejku: 70 %.

Aċidità: Mhux aktar minn 0,5 °.

Valur tal-perossidu: Mhux aktar minn 15 meq O2/kg.

K232: Massimu ta’ 2

K270: Mhux aktar minn 0,15 °.

Evalwazzjoni organolettika:

Medjan tad-difetti: Md = 0

Valur medju tat-togħma ta’ frott: Mf > 3

Minn perspettiva organolettika, iż-żjut jirriflettu l-kontribut ta’ kull waħda mill-varjetajiet inklużi, li joffri profili sensorjali b’togħmiet ta’ frott kumplessi u b’intensitajiet nettament perċepibbli. Dan ifisser li l-valur tal-aroma ta’ frott taż-żjut ta’ Campo de Calatrava għandu jkollu intensità minima ta’ 3 punti. It-togħmiet morri u pikkanti għandhom ikunu perċepibbli u bbilanċjati, bil-valuri tal-intensità jvarjaw bejn 3 u 6 punti u ma jvarjawx b’aktar minn 2 punti mill-valur tal-aroma tal-frott.

Iż-żjut taż-żebbuġa ekstra verġni prodotti f’Campo de Calatrava għandhom togħmiet qawwija ta’ frott aħdar taż-żebbuġ u ta’ frott frisk ieħor. Bħala minimu, dawn id-deskritturi pożittivi jridu jkunu preżenti.

Il-kontenut ta’ aċidu xaħmi olejku taż-żjut ta’ Campo de Calatrava huwa 79,64 %, meta mqabbel ma’ żoni oħra li jipproduċu ż-żejt, fejn il-valuri jvarjaw bejn 56,9 % u 78,4 % (Uceda, El cultivo del olivo [Il-kultivazzjoni taż-żebbuġ]). Il-valur minimu aċċettat huwa 70 %.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

3.5.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi tipiċi tal-prodott fl-istadji kollha u biex tkun żgurata l-kwalità taż-żjut koperti bid-denominazzjoni, il-proċess tal-ippakkjar għandu jsir fiż-żona ġeografika demarkata. Dan jagħti lill-korpi ta’ kontroll, kontroll sħiħ fuq il-produzzjoni u jiżgura li l-istadji finali fl-immaniġġjar tal-prodott jitwettqu minn produtturi b’esperjenza fid-distrett. Dawn in-nies jafu aktar minn kulħadd kif dawn iż-żjut huma affettwati mid-diversi proċessi tal-ippakkjar, bħall-ħin u l-metodu tad-dikantar, il-proċeduri u l-materjali tal-filtrazzjoni (biċċiet magħmulin mit-tessuti, il-fibri, il-karta, iċ-ċelluloża, il-ħamrija filtranti, il-perlit u t-trab tad-diatomi), it-temperaturi tal-ippakkjar u kif iż-żejt jirreaġixxi għall-kesħa u l-ħażna. L-għan aħħari huwa li jkunu ppreżervati l-karatteristiċi tipiċi tal-prodott. Permezz ta’ filtrazzjoni xierqa jiġi żgurat li l-prodott jiġi ppreżentat kif suppost għall-bejgħ lill-konsumaturi u li l-kundizzjonijiet ta’ konservazzjoni jibqgħu ottimali. Il-filtrazzjoni tneħħi s-solidi maħlula u l-indewwa li kieku jwasslu għal prattiki kulinarji mhux xierqa u l-preżenza ta’ traċċi ta’ sustanzi li jwasslu għall-fermentazzjoni anaerobika tal-karboidrati u tal-proteini.

Il-faċilitajiet tal-ippakkjar għandu jkollhom sistemi separati sabiex iż-żjut koperti mid-DOP jiġu ppakkjati separatament minn oħrajn.

Bl-istess mod, għandu jkollhom sistemi tat-tip approvat għall-kejl taż-żejt.

Iż-żejt għandu jiġi ppakkjat f’kontenituri tal-ħġieġ, PET, metall miksi, Tetra-Brik jew ċeramika vitrifikata.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra l-isem kummerċjali, it-tikketti fuq il-kontenituri taż-żejt għandhom jinkludu l-logo tad-denominazzjoni protetta bil-kliem “Denominación de Origen Protegida (jew D.O.P.)” Aceite Campo de Calatrava [Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (jew DOP) “Aceite Campo de Calatrava”].

Il-kontenituri li fihom iż-żejt protett jiġi kkonsenjat lill-konsumaturi jrid ikollhom tikketta ta’ ċertifikazzjoni flimkien mat-tikketta ewlenija, li trid tispeċifika d-denominazzjoni ta’ oriġini protetta. It-tikketti ta’ ċertifikazzjoni għandhom jiġu nnumerati, maħruġa u mmonitorjati mill-korp ta’ kontroll b’tali mod li jiġi żgurat li ma jistgħux jerġgħu jintużaw. L-għadd ta’ tikketti nnumerati maħruġa lill-produtturi mill-korp ta’ kontroll, huwa biżżejjed biss għall-kwantità ta’ żejt taż-żebbuġa ċċertifikat u rreġistrat għall-ippakkjar.

It-tikkettar għandu jikkonforma mar-regoli ġenerali dwar it-tikkettar.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-ippakkjar tinsab fin-Nofsinhar ta’ Castile-La Mancha u tokkupa l-parti ċentrali tal-provinċja ta’ Ciudad Real u tifforma unità morfoloġika, ġeografika u storika totalment omoġenja. Din iż-żona hija komposta mid-distetti muniċipali ta’ Aldea del Rey, Almagro, Argamasilla de Calatrava, Ballesteros de Calatrava, Bolaños de Calatrava, Calzada de Calatrava, Cañada de Calatrava, Carrión de Calatrava, Granátula de Calatrava, Miguelturra, Moral de Calatrava, Pozuelo de Calatrava, Torralba de Calatrava, Valenzuela de Calatrava, Villanueva de San Carlos u Villar del Pozo.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Ir-reġjun ta’ Campo de Calatrava jinsab fil-parti tan-Nofsinhar tal-pjanura ċentrali tal-peniżola Iberika, b’altitudnijiet medji ta’ aktar minn 600 m.

Is-sistemi frekwenti ta’ pressjoni għolja u l-effett kontinentali għandhom impatt kbir fuq il-klima. Filwaqt li l-antiċikluni li jiffurmaw fix-xitwa jikkawżaw temperaturi baxxi ħafna, l-istess fenomenu fis-sajf iwassal għal temperaturi għoljin ħafna.

Ix-xita ma hijiex partikolarment abbundanti minħabba li ż-żona tinsab f’pożizzjoni marġinali relattiva għaż-żona li jgħaddu minnha l-fronti u d-depressjonijiet li ġejjin mil-Lbiċ jew mill-Istrett ta’ Ġibiltà (li jiġġeneraw il-biċċa l-kbira tax-xita). Ix-xita rari tilħaq 500 mm f’Campo de Calatrava.

Il-ħamrija hija alkalina u għandha fond medju.

Il-materja volkanika fiż-żona hija alkalina. Din il-karatteristika tal-ħamrija hija partikolarità oħra li filwaqt, li tiddistingwi din iż-żona minn reġjuni oħra li jipproduċu ż-żejt u tinfluwenza l-karatteristiċi ta’ ċerti żjut.

Il-kulur skur tal-ħamrija tar-reġjun ta’ Campo de Calatrava jassorbi kwantità ikbar ta’ radjazzjoni solari u jgħolli t-temperatura tal-ħamrija. Mil-lat agronomiku, il-ħamrija tiffavorixxi l-iżvilupp bikri taż-żebbuġ.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-karatteristiċi tal-“Aceite Campo de Calatrava” għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Mill-inqas 85 % taż-żejt għandu jiġi mill-varjetà Cornicabra u/jew Picual, u fejn applikabbli, il-15 % li jifdal mill-varjetajiet Arbosana, Hojiblanca, Arbequina, Koroneiki u Lecciana;

Kontenut għoli ta’ aċidu olejku, b’valuri minimi ta’ 70 % għal dawn iż-żjut;

Valur tat-togħma tal-frott ta’ aktar minn 3, bil-preżenza tad-deskritturi taż-żebbuġ aħdar u ta’ frott frisk ieħor bħala rekwiżit minimu;

Il-profil sensorjali għandu jkun ibbilanċjat b’togħmiet morri u pikkanti li jvarjaw bejn 3 u 6 punti u ma jvarjawx b’aktar minn 2 punti mill-valur tal-aroma tal-frott.

Dan iż-żejt jiddistingwi ruħu minn żjut oħra bid-denominazzjoni tal-oriġini protetta minħabba li huwa l-uniku żejt prodott fil-biċċa l-kbira mill-varjetajiet Cornicabra u/jew Picual.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DOP) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-ħamrija b’ħafna ġir ta’ profondità medja, il-materja volkanika, il-livell baxx tal-ilma b’ammont baxx ta’ xita, is-sjuf sħan, il-perjodi twal ta’ ġlata fix-xitwa u l-ħamrija li tisħon malajr, jiffurmaw ekosistema li għandha xejra arida u li permezz tagħha, matul is-sekli, il-varjetajiet Cornicabra u Picual adattaw ruħhom perfettament għal dan l-ambjent permezz ta’ għażla naturali. B’hekk jiġi żgurat prodott finali b’katteristiċi distinti li jiddistingwuh minn prodotti li ġejjin minn żoni oħra li jikkultivaw iż-żebbuġ. Dawn il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima joħolqu konċentrazzjoni ogħla ta’ aċidu xaħmi olejku (Civantos, 1999), li l-valur minimu tiegħu huwa ta’ 70 %, u b’hekk jagħtu liż-żejt stabbiltà ossidattiva ikbar.

Minħabba l-ħamrija xotta u alkalina u l-ammont baxx ta’ xita, iż-żejt ta’ Campo de Calatrava għandu profili sensorjali ta’ frott, b’togħma ta’ frott aħdar taż-żebbuġ u ta’ frott frisk ieħor, li jilħqu minimu ta’ 3 punti.

L-istress idriku fil-fażi tal-maturazzjoni tal-frott, ikkawżat min-nuqqas ta’ xita, jagħti togħma morra u pikkanti perċepibbli u bbilanċjata, li l-intensità tagħha tvarja bejn 3 u 6 punti li ma jvarjawx b’iktar minn 2 punti mill-valur tat-togħma ta’ frott.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/PC_AM01_AceiteCC.pdf


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.


8.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/58


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2022/C 223/08)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Chorizo Riojano”

Nru tal-UE: PGI-ES-0654-AM01 — 27.10.2021

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Chorizo Riojano”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Iċ-“Chorizo Riojano” huwa zalzett taċ-chorizo forma ta’ nagħla mingħajr addittivi miżjudin tal-klassi tal-kwalità “Extra” magħmul fil-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja. Għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

3.3   Karatteristiċi morfoloġiċi

Iċ-chorizos tal-IĠP għandhom forma ta’ nagħla u huma xi ftit jew wisq ċilindriċi, b’dijametru ta’ 30-40 mm u piż ta’ mill-inqas 200 g. Il-konsistenza tagħhom hija soda u kompatta u d-dehra tagħhom tkun ġeneralment imkemmxa. Iċedu faċilment għas-sikkina meta jinqatgħu, u l-kontenut tagħhom huwa mħallat sew. Ma għandhomx kuluri mhux tas-soltu u l-biċċiet tal-laħam u tax-xaħam jistgħu jintgħarfu minn xulxin faċilment.

Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi

Umdità

Mass. ta’ 45 %

Proporzjon ta’ kollaġen/proteini

Mass. ta’ 14 %

Kontenut tax-xaħam f’materja niexfa

Mass. ta’ 57,0 %

Nitrati mogħtija bħala NaNO3

Mass. ta’ 100 ppm

Nitriti mogħtija bħala NaNO2

Mass. ta’ 20 ppm

Fosfati totali mogħtija bħala P2O5

Mass. ta’ 7 500  ppm

(il-kontenut naturali tal-majjal, mingħajr fosfati miżjuda)

Karatteristiċi organolettiċi

L-aroma – prinċipalment tal-paprika b’noti ta’ tewm – hija bbilanċjata, qawwija u persistenti. Ma hemmx irwejjaħ imranġta jew punġenti. It-togħma hija qawwija u persistenti, b’bilanċ tajjeb bejn il-laħam dgħif u x-xaħam. Ftit li xejn hemm qrusa u ma hemmx togħmiet imranġta jew abnormali. Iċ-chorizos magħmulin mill-paprika taħraq huma pikkanti. Iċ-chorizos għandhom sawra bilanċjata, iżommu tajjeb flimkien u jintmagħdu faċilment, u ma tantx jiġġebbdu.

Materja prima

Il-laħam u x-xaħam tal-majjal li huma partikolarment tajbin għall-preservazzjoni, inkluż majjal dgħif, mingħajr tessut konnettiv, minn ħnieżer irġiel mhux sħaħ jew min-nisa, u żaqq tal-majjal mingħajr ġilda jew biċċiet dgħif tal-laħam lardeo [l-isem użat għall-qatgħat tal-majjal użati biex isiru prodotti preservati], imħawra b’melħ fin niexef, paprika tal-klassi tal-kwalità “Extra” u tewm imqaxxar frisk u mbagħad imdaħħlin f’budellati naturali magħmula mill-imsaren tal-majjal.

Ix-xaħam tal-majjal li jiżdied mat-taħlita jrid ikun sod. Dan il-prodott ma jistax isir b’xaħam taż-żaqq tal-majjal artab u żejtni li meta jitqatta’ f’kubi jsir viskuż u jikkawża t-tnixxija ta’ xaħam miċ-chorizos waqt il-proċess tal-maturazzjoni u l-preservazzjoni. Barra minn hekk l-ammont ta’ xaħam miżjud irid ikun limitat, u qatt ma għandu jaqbeż is-57 % ta’ materja niexfa. Dan huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jiddistingwi ċ-“Chorizo Riojano” minn chorizos oħra, li jesperjenzaw bidla f’daqqa fil-pH li tagħmilha aktar diffiċli biex dawn jimmaturaw kif suppost u aktar tard jiġu ppreservati.

3.4.   Għalf u materja prima

3.5.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Preparazzjoni tal-materja prima:

L-impjanti tal-ipproċessar tal-laħam li jagħmlu ċ-“Chorizo Riojano” għandhom ikunu kapaċi jaċċettaw kunsinna ta’ karkassi u/jew qatgħat tal-laħam u jimmaniġġjawhom kif xieraq, filwaqt li jevitaw kwalunkwe tnaqqis fil-pH jew tibdil fil-kulur u/jew fis-sawra, u filwaqt li jeżaminaw u jittestjaw il-karkassa. jew il-qatgħa meta tiġi kkunsinnata biex jiġi żgurat li tkun bla ħsara.

It-tqattigħ fi kwarti, id-dissussar u t-tqattigħ iridu jsiru kemm jista’ jkun malajr, biex jiġi żgurat li l-laħam ma jakkumulax fiż-żona fejn isiru dawn l-operazzjonijiet.

Il-kamra li fiha jiġi mmaniġġjat il-laħam għandu jkollha arja kondizzjonata għal temperatura li ma taqbiżx it-12 oC.

It-tkessiħ tal-laħam u tax-xaħam qabel l-ikkapuljar:

Il-kmamar imkessħin li fihom jinħażnu l-karkassi mkessħa għandu jkollhom tagħmir li jdendel il-laħam li jwaqqaf il-karkassi milli jmissu.

L-ikkapuljar tal-laħam u x-xaħam għad-daqs meħtieġ għal kull prodott:

Iċ-“Chorizo Riojano” jrid jiġi magħmul f’ħin u post differenti mill-prodotti l-oħrajn kollha, inklużi kategoriji oħrajn taċ-chorizo.

Meta jkun lest biex jiġi pproċessat, il-laħam irid ikun matur, aċidifikat u mhux iffriżat, b’pH inqas minn 6,3, biex b’hekk ikun jista’ jiġi ppreservat faċilment u jiġi żgurat li l-mili fiċ-ċentru taż-zalzett ikun jista’ jinxef.

Huwa daqstant ieħor importanti li jiġi żgurat li l-laħam ma jkunx niedi, billi l-meraq jitħalla jinxef mill-qatgħat tal-majjal jekk ikun neċessarju.

Ladarba l-laħam u x-xaħam ikunu lesti, isegwi proċess relattivament intensiv ta’ kkapuljar u tqattigħ f’kubi. Il-laħam u x-xaħam iridu jitqattgħu b’mod pulit, għax dan jimminimizza l-ħsara lill-ktajjen tal-proteini u ċ-ċelloli xaħmin, li jgħin lill-biċċiet tal-laħam jeħlu flimkien b’mod koeżiv, jiżgura t-tnixxif xieraq u fl-aħħar mill-aħħar jagħti liċ-chorizo d-dehra karatteristika tiegħu u l-kulur li jiġi osservat meta jinfetaħ.

Il-bini kollu tal-produzzjoni għandu jkollu arja kondizzjonata, b’umdità relattiva u ċirkolazzjoni tal-arja u kundizzjonijiet ta’ tiġdid xierqa kemm mill-perspettiva teknoloġika kif ukoll minn dik tas-saħħa u l-iġjene.

It-taħwir bil-melħ, b’ingredjenti u ħwawar oħra:

Jiġu miżjuda melħ fin niexef, tewm imqaxxar frisk u paprika tal-klassi tal-kwalità “Extra”, flimkien mal-bżar cayenne fil-każ taċ-chorizos pikkanti, mal-laħam u x-xaħam wara l-ikkapuljar.

It-taħlit u l-għaġna tal-ingredjenti:

Ladarba l-materja prima tkun ġiet ikkapuljata u l-ingredjenti l-oħra jkunu ġew miżjuda, l-ingredjenti kollha jitħalltu flimkien, filwaqt li kemm jista’ jkun ma titħalla l-ebda arja maqbuda biex l-ingredjenti jkunu jistgħu jeħlu flimkien u ċ-chorizo li jirriżulta ma jitfarrakx meta jinqata’.

Il-pass li jmiss, l-għaġna f’tumbler tal-vakwu, huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-ikkapuljat jiġi infuż biżżejjed mat-taħwir.

It-tqegħid u t-tkessiħ tat-taħlita:

Wara l-ikkapuljar, it-taħlit u l-għaġna, it-taħlita trid titħalla toqgħod għal bejn 12-il siegħa u 24 siegħa qabel ma tiddaħħal fil-budellati.

It-tagħmir tat-tkessiħ użat għal dan il-għan għandu jkun separat mill-bqija tat-tagħmir u jkun issettjat għal temperatura ta’ 0-6 oC.

Id-dħul fil-budellati naturali magħmula mill-imsaren tal-majjal:

Ladarba t-taħlita tkun lesta, tiddaħħal f’budellati naturali magħmula mill-imsaren tal-majjal. Iż-żennuni għandhom ikunu lixxi u mhux twal wisq sabiex jiġi evitat li tiżdied it-temperatura. Għall-istess raġuni, trid tintuża pressjoni biżżejjed waqt il-mili tal-budellati, inkella fiz-zlazet jibqgħu bwiet vojta li jistgħu jwasslu biex it-taħlita titlef il-kulur jew trabbi l-moffa.

Il-budellati naturali għandhom ikunu perfettament nodfa, mingħajr sinjali ta’ ħsara, korriment jew mard li ma jagħmluhomx tajbin għall-użu għall-ikel tal-bniedem.

Il-budellati jridu jinħaslu minn qabel biex isiru aktar elastiċi u biex jiġu megħjuna jeħlu mal-mili mingħajr ma jinfirdu minn miegħu jew ma jitkemmxu.

L-irbit:

Ladarba l-budellat ikun imtela bit-taħlita tal-laħam, jintrabat bi spaga bajda tal-qoton għall-imballaġġ – jew waħda ħamra għaċ-chorizos pikkanti.

Il-maturazzjoni għal perjodu relattivament twil:

Għall-istadju tal-maturazzjoni, iċ-chorizos iridu jitħallew imdendlin f’bini ventilat b’temperatura ta’ 16 oC jew inqas u b’livelli ta’ umdità u ventilazzjoni relattivi xierqa biex il-prodott jinxef gradwalment u jikseb il-konsistenza, l-aroma, il-kulur u t-togħma karatteristiċi tiegħu; it-temperatura tista’ titla’ sa 20 oC jekk il-maturazzjoni ssir f’secadero natural (bini ddisinjat biex juża l-kundizzjonijiet ambjentali naturali għal skopijiet ta’ preservazzjoni niexfa).

L-użu ta’ bini speċjali fejn il-kundizzjonijiet ta’ maturazzjoni (it-temperatura, l-umdità relattiva u l-ventilazzjoni) jistgħu jiġu aġġustati awtomatikament għal-livell mixtieq, huwa permess għall-finijiet tal-kontroll ta’ dawn il-kundizzjonijiet u biex jitwaqqfu milli jvarjaw.

Iridu jkunu disponibbli spazju viżibbli u aċċessibbli u tagħmir ta’ monitoraġġ fil-bini biex jippermettu li l-livelli tat-temperatura u l-umdità jiġu ċċekkjati u l-progress tal-prodott jiġi mmonitorjat fi kwalunkwe punt waqt il-fermentazzjoni jew il-maturazzjoni.

Il-preservazzjoni niexfa fi kmamar bl-arja kundizzjonata jew f’ambjenti naturali:

Għall-istadju ta’ wara l-maturazzjoni u tal-preservazzjoni nixefa, ladarba titlesta l-maturazzjoni, iċ-chorizos jitmexxew lejn il-post tad-dendil jew tat-tnixxif, fejn iridu jibqgħu sa tmiem dan l-istadju finali, fejn jitkomplew il-proċessi mikrobjali u enzimatiċi tal-maturazzjoni, li jippermettu li l-kulur u l-aroma taċ-chorizo jistabbilizzaw. Il-perjodu tal-preservazzjoni għaċ-“Chorizo Riojano” jvarja skont it-tul u/jew id-dijametru. Kull chorizo li jkun tkemmex, ikun fih arja maqbuda jew juri xi difett ieħor, irid jintrema.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-prodott irid ikollu tikketta ta’ ċertifikazzjoni numerata maħruġa mill-Bord Regolatorju, bil-kliem Indicación Geográfica Protegida [indikazzjoni ġeografika protetta] “Chorizo Riojano” u l-logo tal-prodott. It-tikketta taċ-ċertifikazzjoni trid titwaħħal fl-impjant tal-produzzjoni reġistrat b’tali mod li ma tkunx tista’ terġa’ tintuża.

L-impjanti tal-ipproċessar awtorizzati biex jagħmlu l-prodotti tal-IĠP “Chorizo Riojano” jridu jiġu elenkati fir-reġistri rilevanti u fl-aħħar mill-aħħar huma responsabbli għall-konformità mar-regoli kollha stabbiliti għall-prodott.

Il-Bord Regolatorju huwa responsabbli li jżomm dan ir-reġistru aġġornat f’kull mument.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni, ta’ maturazzjoni, ta’ preservazzjoni niexfa u ta’ tikkettar tal-prodott hija l-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Fatturi naturali: Tliet tipi differenti ta’ klima jikkonverġu fiż-żona ġeografika ddefinita. Din it-taħlita ta’ klimi tagħmel lil La Rioja l-post ideali għall-maturazzjoni naturali u għall-preservazzjoni niexfa taċ-chorizo, u tippermettilu jgħaddi mill-proċess korrett ta’ trasformazzjoni fiżika u kimika gradwali, li jtejjeb id-dehra taċ-chorizo imqatta’ u t-togħma u l-aroma ferm karatteristika tiegħu.

Dan il-fattur klimatiku huwa inqas kruċjali llum il-ġurnata għaliex l-aħħar stadji fil-proċess tal-produzzjoni jsiru fi kmamar bil-klima kkontrollata fejn jistgħu jiġu rregolati l-ventilazzjoni, l-umdità u t-temperatura. Il-kundizzjonijiet tat-temp prevalenti, madankollu, dejjem jitqiesu f’dan il-proċess, u għalhekk il-klima tkompli taqdi rwol importanti ħafna.

Fattur uman: Dak li verament jiddistingwi ċ-“Chorizo Riojano” minn chorizos oħrajn huwa l-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali qadim li ġie mgħoddi b’suċċess lill-impjanti tal-ipproċessar tal-laħam li jagħmlu ċ-“Chorizo Riojano”.

Speċifiċità tal-prodott

L-indikazzjoni ġeografika protetta “Chorizo Riojano” tista’ tintuża biss għal chorizos tal-klassi tal-kwalità “Extra” magħmulin b’mod tradizzjonali f’faċilitajiet reġistrati li fihom ikun hemm kontrolli effettivi li jkopru kull stadju tal-produzzjoni, il-maturazzjoni, il-preservazzjoni u t-tikkettar kif ukoll il-kwalità u l-immaniġġar tal-materja prima kollha. Iċ-chorizos li jgħaddu mill-kontrolli kollha fis-seħħ matul il-proċess kollu biss jistgħu jiġu kkummerċjalizzati bħala “Chorizo Riojano”, bis-simbolu tal-IĠP bħala garanzija tal-oriġini.

Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika, il-kwalità u r-reputazzjoni

It-tradizzjoni storika u r-reputazzjoni tal-prodott: Storikament, meta t-temp kien jiksaħ fl-għoljiet ta’ La Rioja, kien ikun wasal iż-żmien għat-tradizzjoni annwali tat-tbiċċir tal-ħnieżer u l-produzzjoni taċ-chorizo mil-laħam, biżżejjed chorizo għas-sena kollha, li kapaċi jdum sal-ħsad tal-inbid fil-ħarifa ta’ wara. L-għarfien espert tan-nies lokali biex jagħmlu u jimmaturaw dan il-prodott – wieħed tant diffiċli biex isir u jiġi ppreservat b’mod korrett – kien għalhekk ta’ importanza essenzjali. Hemm enklavi mifruxa madwar La Rioja, b’mod partikolari fl-għoljiet, fejn dawn il-prattiki għadhom komuni sal-lum.

Kien fis-seklu dsatax li l-produzzjoni taċ-chorizo ġiet industrijalizzata għall-ewwel darba f’La Rioja bil-feġġ tal-ewwel negozji tal-familja li kienu jbigħu l-prodott tagħhom fil-belt tagħhom u fl-inħawi tal-madwar. L-ewwel referenza għal “fabbrika taz-zalzett f’Logroño” fl-“Arkivju Storiku Muniċipali” tmur lura għall-1890. F’dokument mill-istess sena, industrijalist u avukat bl-isem ta’ Julio Farias jiddeskrivi l-bgħit taċ-chorizos minn La Rioja lejn Kuba “f’laned ippreparati bir-reqqa bix-xaħam u ssiġillati f’banjumarija biex ikunu jistgħu jifilħu għal dawk it-temperaturi mingħajr l-iċken ħsara għall-kontenut tagħhom”, biex jiġi żgurat li jaslu f’kundizzjoni tajba, peress li kien diġà ħejja l-materjal tar-reklamar (jirreferi għal “fuljetti, ċirkolari u reklami oħra”) u kien kunfidenti fil-kwalità taċ-chorizos tiegħu: “[...] anke fil-konfront tal-kompetizzjoni ħarxa fil-prezzijiet mill-Istati Uniti, il-kwalità tal-prodott tagħna hija aħjar bla qies, kif jidher mill-fatt li huwa ppreferut anke mill-ifqar minkejja li jiswa aktar”.

Eżempju ieħor jinsab fil-ktieb ta’ Javier Herce Galarreta li jiġbor diversi artikli ppubblikati fil-gazzetta La Gaceta del Norte fl-1979. Fil-Kapitlu VII, li jirrigwarda l-laħam tal-majjal, jikteb: Il-majjal huwa importanti ħafna għal La Rioja, u mhux biss il-majjal frisk: il-perżut, iċ-chorizo u l-mazzit għandhom post permanenti fil-firxa ta’ prodotti tipiċi taż-żona, simili fil-forma għal dawk minn reġjuni oħra iżda b’togħmiet u użi differenti. Iċ-“Chorizo Riojano” huwa forsi l-isem l-aktar ovvju li naħsbu fih: chorizo lixx u aromatiku bi ħjiel ta’ ħwawar u kulur qawwi li huwa pjuttost distint minn dak li jsir f’postijiet oħra. L-importanza tal-majjal u l-prodotti tal-majjal f’La Rioja tidher ċara min-numru ta’ impjanti tal-ipproċessar tal-laħam u taz-zalzett ippreservat mifruxa madwar ir-reġjun, fejn xi postijiet – bħal Baños de Río Tobía, Laguna de Cameros, u, aktar reċentement, Albelda de Iregua – saru verament “ċentri” li huma importanti, relattivament, daqs l-industriji tal-inbid u tal-preservazzjoni tal-prodotti friski. Bl-industrija gastronomika tagħha fuq tliet livelli – iz-zalzett ippreservat fiż-żona tas-Sierra, l-inbid f’Rioja Alta u l-prodotti friski ppreservati f’Rioja Baja – La Rioja tista’ titqies bħala tliet reġjuni f’ambjent uniku wieħed.

Ir-riċessjoni ekonomika tas-snin tletin u n-nuqqas kostanti tal-klijenti li jħallsu l-kontijiet tagħhom wasslu biex ħafna fabbriki għalqu, bir-referenzi fir-reġistri tat-taxxa industrijali muniċipali jibqgħu bħala l-unika prova li qatt eżistew. Wara din il-bidla ekonomika, Baños de Río Tobía sar iċ-ċentru ewlieni ta’ din l-industrija. Għalkemm jistgħu jiġu offruti ħafna raġunijiet biex jispjegaw għaliex id-dixxendenti tal-industrijalisti bikrin iddeċidew li jistabbilixxu l-impjanti tagħhom stess hemmhekk, jidher li l-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli tal-belt kienu influwenti. Skont Miguel Ángel Villoslada: Fil-bidu l-fabbriki kienu jinsabu fejn il-klima kienet xierqa – xotta u kiesħa iżda mingħajr bidliet kbar fit-temperatura. Huwa għalhekk li hemm tant minnhom f’Baños [de Río Tobía]. Il-belt tagħna tinsab 500 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar, eżatt fid-daħla għas-serbut tal-muntanji Sierra de la Demanda u ż-żona kollha ta’ Urbión. Hija protetta mill-irjieħ kesħin iżżejjed tal-muntanji Sierra de Herrera u ma hemm l-ebda tibdil f’daqqa fit-temperatura jew fl-umdità.

It-tbiċċir annwali tradizzjonali tal-majjali u l-produzzjoni artiġjanali u l-preservazzjoni taċ-chorizo huma prattiki li għadhom ħajjin sal-lum, iżda fuq skala żgħira, bil-produzzjoni taċ-chorizo u prodotti oħra tal-laħam titħalla l-aktar f’idejn impjanti tal-ipproċessar tal-laħam – li normalment jinsabu fiż-żona – li, mingħajr ma jinsew il-proċess tal-manifattura tradizzjonali qadim, għandhom bini u installazzjonijiet iddisinjati apposta, jiġifieri li jistgħu jimmaturaw il-prodott anke meta l-kundizzjonijiet atmosferiċi ma jkunux tajbin.

Baños de Río Tobía għad għandu l-akbar konċentrazzjoni ta’ impjanti tal-ipproċessar tal-laħam tar-reġjun. Peress li l-klima issa għandha rwol ferm inqas deċiżiv, din il-konċentrazzjoni hija prinċipalment dovuta għat-tradizzjoni tal-preservazzjoni tal-laħam li ġiet mgħoddija mill-antenati: “l-industrijalisti ta’ hawnhekk kważi kollha jiġu minn xulxin, għax għandhom għeruq komuni”. Madankollu, l-impjant tal-ipproċessar tal-laħam bl-ogħla fatturat f’La Rioja jinsab f’Albelda de Iregua. Beda bħala ħanut tal-laħam lokali fl-1960, imbagħad fetħet l-ewwel fabbrika fl-1983, li kienet tbigħ biss iċ-chorizo f’forma ta’ nagħla, u malajr sar il-produttur ewlieni fil-pajjiż.

Negozji kbar tal-ipproċessar tal-laħam minn barra La Rioja jippruvaw jikkapitalizzaw fuq il-prestiġju tal-prodott billi jittikkettaw iċ-chorizos bħala “Chorizo Riojano” meta ma jkunu xejn bħall-prodott li din l-indikazzjoni ġeografika protetta hija maħsuba li tindika.

Barra minn hekk, it-tradizzjoni u l-prestiġju li bihom iċ-“Chorizo Riojano” kiseb ir-reputazzjoni formidabbli tiegħu huma riflessi wkoll fi wħud mill-aktar platti magħrufa tar-reġjun tagħna, bħall-patatas con chorizo (patata u chorizo), il-calderete (stuffat tal-ħaruf), iċ-choricillo asado al sarmiento (chorizos grilljati fuq qatgħat tad-dwieli) u l-preñaditos (bziezen mimlijin biċ-chorizo), mingħajr ma ninsew il-fatt li ċ-chorizo huwa wkoll ingredjent fi kważi kull stuffat ibbażat fuq il-legumi.

Fl-aħħar nett, ta’ min isemmi li ċ-“Chorizo Riojano” jidher fil-paġni 110 u 111 tal-Inventario Español de Productos Tradicionales [L-Inventarju Spanjol tal-Prodotti Tradizzjonali].

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Taħt Pliegos de condiciones [Speċifikazzjonijiet tal-Prodotti] fuq:

https://www.larioja.org/agricultura/es/calidad-agroalimentaria


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.


8.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/63


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 223/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Bardejovský Med / Med z Bardejova”

Nru tal-UE: PDO-SK-02778 – 28.6.2021

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet [tad-DOP jew tal-IĠP]

“Bardejovský Med / Med z Bardejova”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Repubblika Slovakka

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Bardejovský Med”/“Med z Bardejova” ikopri tliet prodotti separati:

 

Għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar taż-żnuber;

 

Għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar tal-lajm; u

 

Għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar.

Dan jiġi ppreżentat lis-suq f’forma likwida jew kristallizzata.

Għasel tal-qtar tal-għasel tas-siġar taż-żnuber

Karatteristiċi fiżikokimiċi

Kontenut ta’ ilma: mhux aktar minn 18 % tas-superfiċje fir-reċipjent wara li joqgħod

Kontenut ta’ idrossimetilfurfural (HMF):

 

għall-għasel mhux maħlul wara ċ-ċentrifugazzjoni, mhux aktar minn 5 mg/kg

 

għall-għasel maħlul wara l-kristallizzazzjoni, mhux aktar minn 15-il mg/kg

Kontenut ta’ sukrożju: mhux aktar minn 5 g/100 g

Kontenut ta’ glukożju u fruttożju: mill-anqas 60 %

Kontenut ta’ oligoelementi: aktar minn 1 %

Konduttività elettrika: mill-anqas 100 mS/m

Fih kwantitajiet għoljin ħafna ta’ minerali u oligoelementi.

Karatteristiċi organolettiċi

Dehra

Kulur

:

ċar, minn skur għal iswed, bi ħjiel żgħir ta’ aħdar wara l-kristallizzazzjoni

95-114 mm fuq l-iskala Pfund

Kristallizzazzjoni

:

il-kristallizzazzjoni tipproduċi kristalli fini ħafna li jinħallu malajr f’temperatura baxxa meta l-għasel jinħall

Aroma

:

aroma mhux qawwija, mhux immarkata żżejjed, u delikata ħelwa ta’ butir

Togħma

:

togħma delikata ħelwa b’togħma mhux qawwija u mhux immarkata żżejjed ta’ butir

Għasel tal-qtar tal-għasel tas-siġar tat-tilju

Karatteristiċi fiżikokimiċi

Kontenut ta’ ilma: mhux aktar minn 18 % tas-superfiċje fir-reċipjent wara li joqgħod

Kontenut ta’ idrossimetilfurfural (HMF):

 

għall-għasel mhux maħlul wara ċ-ċentrifugazzjoni, mhux aktar minn 5 mg/kg

 

għall-għasel maħlul wara l-kristallizzazzjoni, mhux aktar minn 15-il mg/kg

Kontenut ta’ sukrożju: mhux aktar minn 5 g/100 g

Kontenut ta’ glukożju u fruttożju: tal-anqas 60 %;

Kontenut ta’ oligoelementi: aktar minn 1 %;

Konduttività elettrika: mill-anqas 90 mS/m

Karatteristiċi organolettiċi

Dehra

Kulur

:

ċar, minn kannella skur għal iswed, bi traċċa ħafifa ta’ aħdar wara l-kristallizzazzjoni

95-110 mm fuq l-iskala Pfund

Kristallizzazzjoni

:

il-kristallizzazzjoni tal-qtar tal-għasel tas-siġar tal-lajm hija relattivament rapida meta mqabbla ma’ dik ta’ speċijiet oħrajn; il-kristalli huma pjuttost kbar u jixbhu l-frak oħxon tar-ramel

Aroma

:

pikkanti b’aroma qawwija ta’ żahar tal-lajm

Togħma

:

kemxejn pikkanti b’togħma distintiva simili għall-mentol

Għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar

Karatteristiċi fiżikokimiċi

Kontenut ta’ ilma: mhux aktar minn 18 % tas-superfiċje fir-reċipjent wara li joqgħod

Kontenut ta’ idrossimetilfurfural (HMF):

 

għall-għasel mhux maħlul wara ċ-ċentrifugazzjoni, mhux aktar minn 5 mg/kg

 

għall-għasel maħlul wara l-kristallizzazzjoni, mhux aktar minn 15-il mg/kg

Kontenut ta’ sukrożju: mhux aktar minn 5 g/100 g

Kontenut ta’ glukożju u fruttożju: tal-anqas 60 %;

Kontenut ta’ oligoelementi: aktar minn 1 %;

Konduttività elettrika: mill-anqas 95 mS/m

Karatteristiċi organolettiċi

Dehra

Kulur

:

ċar, aħmar jagħti fil-kannella, kannella għal kannella skur

95-110 mm fuq l-iskala Pfund

Kristallizzazzjoni

:

rapida, tifforma kristalli pjuttost ħoxnin

Aroma

:

kemxejn pikkanti

Togħma

:

kemxejn ta’ butir u pikkanti b’togħma karatteristika ta’ qtar tal-għasel tas-siġar

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi kollha fil-produzzjoni tal-“Bardejovský Med”/“Med z Bardejova”, mit-tqegħid tal-kaxxi tan-naħal sal-mili tal-vażetti, iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-“Bardejovský Med”/“Med z Bardejova” irid jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fil-punt 4 sabiex tiġi protetta aħjar l-awtentiċità u l-kwalità tal-prodott u tiġi żgurata t-traċċabbiltà u s-sorveljanza tal-prodott.

Dan huwa l-uniku mod kif tiġi ppreservata l-kwalità u kif tiġi evitata kwalunkwe bidla fil-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi. It-trasport tal-merkanzija lejn post ġdid iwassal għal bidliet fit-temperatura u fl-umdità, l-assorbiment ta’ rwejjaħ estranji, żieda fil-kwantità ta’ HMF u tnaqqis fid-dijastażi. L-ippakkjar tal-prodott fiż-żona ddefinita jnaqqas ir-riskju li jitħallat ma’ għasel minn barra ż-żona ddefinita fil-punt 4.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-“Bardejovský Med”/“Med z Bardejova” isir fiż-żona tal-Muntanji Čergov fid-distrett ta’ Bardejov, fil-muniċipalitajiet ta’ Hertník, Šiba, Hervartov, Richvald, Kríže, Tarnov, Rokytov u Mokroluh, u fil-partijiet li ġejjin tal-belt Bardejov: Koligrund, Bardejovská zábava, Poštárka u Bardejov-Mihaľov.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Bardejovský Med”/“Med z Bardejova” hija bbażata biss fuq il-kwalità u fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott, li jirriżultaw mill-fatturi naturali u umani preżenti fiż-żona ġeografika.

Il-Muntanji Čergov jinsabu fil-Grigal tas-Slovakkja. Il-medda fformat fuq bażi ta’ flysch bi blat ramli u bi blat tafli. Il-wiċċ huwa miksi b’foresti mħalltin fejn jiddominaw il-fagu, iż-żnuber u l-prinjol. Is-sezzjoni tal-għoljiet ta’ Bardejov għandha siġar omoġenji taż-żnuber li f’żona waħda f’nofshom hemm ukoll siġar tal-lajm ta’ weraq żgħar u siġar tal-fagu. Il-proporzjon ta’ siġar taż-żnuber fil-foresti ta’ din iż-żona ġeografika ddefinita huwa għoli ħafna – stmat għal 70 %. Madwar 6 000 ettaru tal-erja tal-foresti huma miksija biż-żnuber, u l-kaxxi tan-naħal jinsabu f’dawk iż-żoni f’siti permanenti jew nomadiċi.

Il-medda kollha ta’ Čergov tinsab fiż-żona klimatika friska, b’temperaturi medji ta’ bejn -3 u -6 °C fix-xitwa u ta’ bejn 14 u 16 °C fis-sajf, u bis-silġ li jinżel bejn 120 u 160 jum fis-sena. It-temperatura fiż-żona tilħaq 25 °C jew aktar f’bejn 10 ijiem u 30 jum fis-sena. Il-klima hija pjuttost friska u umda, u din toħloq kundizzjonijiet xierqa għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-afidi taż-żnuber bi strixxi ħodor (Cinara pectinatae) fil-familja Lachnidea, u għall-proliferazzjoni tal-afidi f’kolonji kbar. L-afidi jnixxi l-qtar tal-għasel tas-siġar u dan huwa riżorsa bażika għall-produzzjoni ta’ “Bardejovský Med”/“Med z Bardejova”.

L-afidi jieklu billi jtaqqbu l-friegħi tas-siġar taż-żnuber jew il-weraq ta’ siġar oħra li jwaqqgħu l-weraq jew ta’ siġar koniferi u jixorbu s-sugu tagħhom. Il-metaboliżmu tagħhom ma jistax jipproċessa wħud mill-komponenti tas-sugu u għalhekk jarmuhom fil-forma ta’ qtar ħelu, li n-naħal jieħduh fil-kaxxi tagħhom u jarrikkixxuh b’sustanzi speċifiċi (enzimi); iħaxxnuh, jaħżnuh fix-xehda tal-għasel fil-kaxxi tan-naħal tagħhom u jipproduċu l-għasel minnu. In-naħal tal-għasel Karnjolana (Apis mellifera carnica) ilu jinżamm f’din iż-żona għal ħafna żmien, u adatta għall-kundizzjonijiet klimatiċi lokali u għall-ħsad tal-qtar tal-għasel tas-siġar.

In-naħal jipproduċi l-“Bardejovský Med”/“Med z Bardejova” f’kaxxi tan-naħal li jinsabu b’mod permanenti f’imġiebaħ jew f’kaxxi tan-naħal nomadiċi fi ħdan il-konfini ddeterminati b’mod preċiż tal-muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika ddefinita. Il-kaxxi tan-naħal iridu jkunu magħmulin minn materjal naturali: l-injam. In-naħal ma jistax jinżamm f’assemblaġġi ta’ kaxxi tan-naħal tal-plastik jew tal-polistiren.

L-għasel jinkiseb minn xehdiet tal-għasel permezz taċ-ċentrifugazzjoni f’estratturi tal-għasel. Iċ-ċentrifugazzjoni ssir meta l-għasel ikun misjur u l-kontenut tal-ilma ma jkunx jaqbeż 18 %. Ix-xehda tad-duqqas ma tistax tiġi ċċentrifugata. Waqt l-istaġun tat-trobbija tan-naħal, ma jistgħux jintużaw prodotti mediċinali kimiċi fil-kaxxi tan-naħal. Il-kontenut tal-ilma tal-għasel ma jistax jitnaqqas permezz ta’ evaporazzjoni teknika. Wara ċ-ċentrifugazzjoni, l-għasel jiġi ffiltrat bl-użu ta’ skrins biex jitneħħew l-impuritajiet (ix-xama’, in-naħal, eċċ.). Mill-għasel jistgħu jitneħħew biss l-impuritajiet, u ma jista’ jiżdied xejn miegħu. L-għasel imbagħad jinħażen f’kontenituri maħsuba għal dak il-għan jew jista’ jiġi ppakkjat immedjatament f’vażetti tal-ħġieġ maħsuba għall-bejgħ finali lill-konsumatur. Wara ċ-ċentrifugazzjoni, jekk l-għasel ikun inħażen f’kontenituri, jista’ jinħall biss f’temperaturi taħt il-45 °C. Il-proċess kollu taċ-ċentrifugazzjoni u l-ippakkjar tal-għasel jista’ jsir biss f’impjant iddeżinjat għal dak il-għan u approvat mill-amministrazzjoni veterinarja u tal-ikel reġjonali rilevanti, u li jrid ikun jinsab fit-territorju definit.

Dawk li jrabbu n-naħal jiġbru l-għasel b’mod tradizzjonali u artiġjanali, li huwa marbut mill-qrib maż-żona. Il-ħila tal-persuni tal-lokal li jrabbu n-naħal tinsab fl-għażla tagħhom tal-postijiet fejn ipoġġu l-imġiebaħ, il-mod kif jinkiseb l-għasel, iċ-ċentrifugazzjoni tiegħu u l-prinċipji tal-ħżin u d-dikantar tal-għasel. Fit-tagħmir tal-affumikazzjoni jintuża biss injam qadim li jkun qed jitmermer minn siġar lokali, li jipproduċi duħħan li ma jikkawżax ħsara jew irritazzjoni. Matul l-istaġun tat-trobbija tan-naħal, in-naħal ma jistax jiġi mitmugħ iz-zokkor jew għalf ieħor. Ix-xehdiet jinfetħu b’mod tradizzjonali bl-użu ta’ furketta. L-għasel jiġi estrattat mill-qafas permezz taċ-ċentrifugazzjoni, mingħajr l-użu tas-sħana. Ma jiġix pasturizzat.

L-ispeċifiċità tal-“Bardejovský Med / Med z Bardejova” tinsab primarjament fil-fatt li kemm l-għasel mill-qtar tas-siġar tal-lajm u l-għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar ukoll fihom l-għasel mill-qtar tas-siġar taż-żnuber, u dan jinfluwenza l-kulur tiegħu, minn kannella skur għal iswed; il-kompożizzjoni toħloq togħma delikata ħafna. Din il-kwalità speċifika hija dovuta għall-kompożizzjoni tagħha u għall-kontenut għoli ta’ flavonojdi, minerali u oligoelementi. L-għasel li joriġina b’dan il-mod huwa kkaratterizzat minn konsistenza pjuttost ħoxna, togħma delikata, kulur skur u aroma. Fih kwantitajiet għoljin ħafna ta’ minerali u oligoelementi.

Il-“Bardejovský Med / Med z Bardejova” ta’ kwalità, prodott f’siti nodfa u naturali rebaħ bosta premjijiet f’fieri globali prestiġjużi. Il-kwalità tal-prodott intweriet ukoll f’test ippubblikat fil-gazzetta Pravda fil-5 ta’ Lulju 2016: “Pereżempju, ftit taż-żmien ilu l-għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar minn Bardejov ġie ddikjarat il-prodott referenzjarju tat-tip tiegħu.” Artiklu fil-gazzetta Nový čas datat l-14 ta’ Ottubru 2012 kellu t-titlu “L-għasel ta’ Bardejov huwa l-aqwa fid-dinja: l-apikultur Jozef jirbaħ il-medalja tad-deheb”.

Il-Bardejovský Med / Med z Bardejova” għandu rabtiet mill-qrib maż-żona tal-oriġini tiegħu. Il-kwalitajiet speċifiċi tal-prodott huma marbuta maż-żona ġeografika. Is-siġar omoġenji taż-żnuber jikbru biss f’ambjent favorevoli u nadif ħafna. Il-kundizzjonijiet mikroklimatiċi, l-elevazzjoni ’l fuq mil-livell tal-baħar, il-klima u l-umdità taż-żona ddefinita joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għar-riproduzzjoni tal-afidi, li min-naħa tagħhom jaffettwaw il-produzzjoni tal-qtar tal-għasel tas-siġar. Il-kaxxi tal-għasel jinsabu f’foresti densi taż-żnuber.

Il-konduttività elettrika tal-għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar fiż-żona ġeografika ddefinita hija ħafna ogħla mill-konduttività tas-soltu tal-għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar f’żoni oħra. Il-konduttività elettrika tirriżulta f’kontenut għoli ta’ oligoelementi u minerali, bħall-manjeżju, il-manganiż, il-ħadid, ir-ram, il-kobalt, il-kalċju, il-fosfru u oħrajn. Hija l-preżenza ta’ dawn il-minerali u mikrominerali fis-sottoswol lokali fejn jikber iż-żnuber li jagħti lill-“Bardejovský Med / Med z Bardejova” l-karatteristiċi speċifiċi u l-kwalità tiegħu. Dawn is-sustanzi rari, jidħlu fil-fergħat tas-siġar taż-żnuber permezz tas-sistema tax-xniexel u mbagħad jiġu mnixxija mill-afidi li jieklu s-sugu tagħhom. Imbagħad in-naħal jittrasferihom għall-kaxxi tiegħu, fejn jiġi prodott l-għasel. Dawn il-fatti għandhom impatt fuq il-kompożizzjoni u l-kwalità tal-għasel u jagħtu lill-għasel ta’ Bardejov il-proprjetajiet karatteristiċi tiegħu.

L-għasel mis-siġar taż-żnuber ilu jiġi prodott f’din iż-żona għal perjodu twil ħafna mingħajr waqfien. L-esperjenza u l-ħila ta’ dawk li jrabbu n-naħal lokali huma riflessi fil-metodu ta’ kif jiġi prodott l-għasel. Bis-saħħa tal-livell għoli ta’ ħila tagħhom, il-persuni tal-lokal li jrabbu n-naħal jistgħu wkoll jikkonformaw mal-ħafna rekwiżiti imposti fuq il-produzzjoni tal-għasel u jipproduċu għasel bil-karatteristiċi speċifiċi li jirriżultaw min-natura eċċezzjonali ta’ din iż-żona ġeografika.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://www.indprop.gov.sk/swift_data/source/pdf/specifikacie_op_oz/Specifikacia_Bardejov.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.