ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 207

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
23 ta' Mejju 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 207/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 207/02

Kawża C-132/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – BN, DM, EN vs Getin Noble Bank S.A. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ammissibbiltà – Artikolu 267 TFUE – Kunċett ta’ qorti – Artikolu 19(1) TUE – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Stat tad-dritt – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Prinċipju ta’ indipendenza tal-imħallfin – Qorti stabbilita minn qabel bil-liġi – Korp ġudizzjarju li membru tiegħu nħatar għall-ewwel darba għal kariga ta’ mħallef minn korp politiku tal-poter eżekuttiv ta’ reġim mhux demokratiku – Mod ta’ funzjonament tal-Krajowa Rada Sądownictwa (il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura, il-Polonja) – Antikostituzzjonalità tal-liġi li abbażi tagħha ġie kompost dan il-Kunsill – Possibbiltà li dan il-korp jiġi kklassifikat bħala qorti imparzjali u indipendenti fis-sens tad-dritt tal-Unjoni)

2

2022/C 207/03

Kawża C-139/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija użati mill-impriżi b’konsum enerġetiku għoli – Id-Direttiva 2003/96/KE – Artikolu 17(1)(b) u (4) – Impriżi li jaqgħu taħt l-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa)

3

2022/C 207/04

Kawża C-472/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Lombard Pénzügyi és Lízing Zrt. vs PN (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti – Kuntratti ta’ kreditu – Self iddenominat f’munita barranija rimborsabbli fil-munita nazzjonali – Klawżola kuntrattwali li tqiegħed ir-riskju tal-kambju fuq il-konsumatur – Natura inġusta ta’ klawżola relatata mas-suġġett prinċipali tal-kuntratt – Effetti – Nullità tal-kuntratt – Dannu gravi għall-konsumatur – Effett utli tad-Direttiva 93/13 – Opinjoni mhux vinkolanti tal-qorti suprema – Possibbiltà li l-partijiet jerġgħu jitqiegħdu fis-sitwazzjoni li kienu jkunu fiha li kieku dan il-kuntratt ma kienx ġie konkluż)

3

2022/C 207/05

Kawża C-687/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2002/49/KE – Evalwazzjoni u ġestjoni tal-istorbju fl-ambjent – Agglomerazzjonijiet, toroq maġġuri u ferroviji maġġuri – Artikolu 7(2) – Mapep strateġiċi tal-ħsejjes – Artikolu 8(2) – Pjanijiet ta’ azzjoni – Artikolu 10(2) – Anness VI – Informazzjoni pprovduta mill-mapep strateġiċi tal-ħsejjes – Sommarji tal-pjanijiet ta’ azzjoni – Nuqqas ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea fit-termini previsti)

4

2022/C 207/06

Kawża C-96/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Bremen – il-Ġermanja) – DM vs CTS Eventim AG & Co. KGaA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2011/83/KE – Dritt ta’ reċess fir-rigward tal-kuntratti mill-bogħod u l-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju – Eċċezzjonijiet mid-dritt ta’ reċess – Artikolu 16(l) – Provvista ta’ servizzi marbuta ma’ attivitajiet ta’ divertiment – Kuntratt li jipprevedi data jew perijodu ta’ eżekuzzjoni speċifiku – Provvista ta’ servizzi ta’ biljetti – Intermedjarju li jaġixxi f’ismu iżda għan-nom tal-organizzatur ta’ attività ta’ divertiment – Riskju marbut mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess)

5

2022/C 207/07

Kawża C-195/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rayonen sad Lukovit – il-Bulgarija) – LB vs Smetna palata na Republika Bulgaria (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Applikabbiltà għal sitwazzjoni purament interna – Artikolu 58(1) u (4) – Kriterji ta’ selezzjoni – Kapaċitajiet tekniċi u professjonali tal-offerenti – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 – Artikolu 8(3) – Miżuri ta’ kontroll – Possibbiltà għal awtoritajiet nazzjonali li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jevalwaw b’mod differenti proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku)

5

2022/C 207/08

Kawża C-231/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – IA vs Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Sistema ta’ Dublin – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Artikolu 29(2) – Trasferiment tal-applikant għall-ażil lejn l-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Terminu ta’ trasferiment ta’ sitt xhur – Possibbiltà ta’ estensjoni ta’ dan it-terminu sa massimu ta’ sena fil-każ ta’ priġunerija – Kunċett ta’ priġunerija – Tqegħid tal-applikant għall-ażil taħt restrizzjoni f’dipartiment psikjatriku ta’ sptar bl-awtorizzazzjoni ta’ mħallef)

6

2022/C 207/09

Kawża C-287/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – EL, CP vs Ryanair DAC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 5(3) – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens – Kunċett ta’ ċirkustanzi straordinarji – Strajk tal-ekwipaġġ tal-kabina u tal-bdoti – Ċirkustanzi interni u esterni għall-attività tat-trasportatur bl-ajru li jopera – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 12 u 28 – Assenza ta’ ksur għal-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni tal-ħaddiema kif ukoll għad-dritt ta’ negozjar tat-trasportatur bl-ajru)

7

2022/C 207/10

Kawża C-467/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato) – l-Italja – Comune di Venezia vs Telecom Italia SpA, Infrastrutture Wireless Italiane SpA – Inwit SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Restrizzjonijiet għall-installazzjoni ta’ antenni ta’ telefonija mobbli imposti mill-awtoritajiet lokali – Assenza ta’ dettalji suffiċjenti dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali – Inammissibbiltà manifesta)

8

2022/C 207/11

Kawża C-505/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Liège – il-Belġju) – FU vs Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika tal-ażil – Kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Regolament (UE) Nru 604/2013 (Dublin III) – Artikolu 27 – Rimedji kontra d-deċiżjoni ta’ trasferiment – Assenza ta’ rabta bejn l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni u r-realtà jew is-suġġett tal-kawża prinċipali – Inammissibbiltà manifesta)

8

2022/C 207/12

Kawża C-89/22: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Passengers friend GmbH vs British Airways plc (Trasport bl-ajru – Kumpens tal-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira – Titjira ta’ konnessjoni maqsuma f’żewġ partijiet – Dewmien twil sad-destinazzjoni finali subit matul it-tieni parti magħmula minn kumpannija tal-ajru mhux Ewropea – Talba għal kumpens kontra l-kumpannija tal-ajru Ewropea li għamlet l-ewwel parti)

9

2022/C 207/13

Kawża C-305/21 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2021 minn João Miguel Barata mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fit-3 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża T-723/18, Barata vs Il-Parlament

9

2022/C 207/14

Kawża C-801/21 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2021 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-6 ta’ Ottubru 2021 fil-Kawża T-342/20 – Indo European Foods vs EUIPO

10

2022/C 207/15

Kawża C-19/22 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2022 minn Sanford LP mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) fl-10 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-443/20, Sanford vs EUIPO – Avery Zweckform (Labels)

11

2022/C 207/16

Kawża C-57/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-28 ta’ Jannar 2022 – YQ vs Ředitelství silnic a dálnic ČR

11

2022/C 207/17

Kawża C-66/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-2 ta’ Frar 2022 – Infraestruturas de Portugal, SA, Futrifer Indústrias Ferroviárias, SA vs Toscca Equipamentos de Madeira Lda

12

2022/C 207/18

Kawża C-88/22 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2022 minn QB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) fit-8 ta’ Dicembru 2021 fil-Kawża T-71/21, QB vs Il-Kummissjoni

13

2022/C 207/19

Kawża C-101/22 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2022 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-1 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-546/20, Sopra Steria Benelux u Unisys Belgium vs Il-Kummissjoni

14

2022/C 207/20

Kawża C-105/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-15 ta’ Frar 2022 – P.M. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie

14

2022/C 207/21

Kawża C-106/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-15 ta’ Frar 2022 – Xella Magyarország Építőanyagipari Kft. vs Innovációs és Technológiai Miniszter

15

2022/C 207/22

Kawża C-107/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Frar 2022 – X BV, Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane

15

2022/C 207/23

Kawża C-115/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängige Schiedskommission Wien (l-Awstrija) fis-17 ta’ Frar 2022 – E.N.

16

2022/C 207/24

Kawża C-122/22 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2022 minn Dyson Ltd, Dyson Technology Ltd, Dyson Operations Pte Ltd, Dyson Manufacturing Sdn Bhd, Dyson Spain, SL, Dyson Austria GmbH, Dyson sp. z o.o., Dyson Ireland Ltd, Dyson GmbH, Dyson, Dyson Srl, Dyson Sweden AB, Dyson Denmark ApS, Dyson Finland Oy, Dyson BVmis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-8 ta’ Dicembru 2021 fil-Kawża T-127/19, Dyson et vs Il-Kummissjoni

17

2022/C 207/25

Kawża C-132/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-25 ta’ Frar 2022 – BM, NP vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

18

2022/C 207/26

Kawża C-143/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-1 ta’ Marzu 2022 – Association Avocats pour la défense des droits des étrangers (ADDE) et vs Ministre de l’Intérieur

18

2022/C 207/27

Kawża C-148/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail de Liège (il-Belġju) fit-2 ta’ Marzu 2022 – OP vs Commune d’Ans

19

2022/C 207/28

Kawża C-201/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fil-15 ta’ Marzu 2022 – Kopiosto r.y. vs Telia Finland Oyi

19

2022/C 207/29

Kawża C-224/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2022 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

20

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 207/30

Kawża T-323/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Martinair Holland vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza tal-Kummissjoni – Ksur uniku u kontinwu – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni)

22

2022/C 207/31

Kawża T-324/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – SAS Cargo Group et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru (sovrataxxa għall-karburant, sovrataxxa għas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Drittijiet tad-difiża – Opportunitajiet ugwali għall-partijiet – Artikolu 266 TFUE – Restrizzjoni statali – Ksur uniku u kontinwu – Ammont tal-multa – Valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Parteċipazzjoni sostanzjalment ridotta – Ċirkustanzi aggravanti – Reċidiva – Ġurisdizzjoni sħiħa)

23

2022/C 207/32

Kawża T-325/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Koninklijke Luchtvaart Maatschappij vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza tal-Kummissjoni – Ksur uniku u kontinwu – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ammont tal-amenda – Valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi – Proporzjonalità – Ġurisdizzjoni sħiħa)

24

2022/C 207/33

Kawża T-326/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Air Canada vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza tal-Kummissjoni – Drittijiet tad-difiża – Assenza ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida – Ksur uniku u kontinwu – Irtirar tat-talba għall-klemenza – Ġurisdizzjoni sħiħa)

25

2022/C 207/34

Kawża T-334/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Cargolux Airlines vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza tal-Kummissjoni – Dritijiet tad-difiża – Assenza ta’ dikjarazzjoni ġdida tal-oġġezzjonijiet – Ksur uniku u kontinwu – Ammont tal-amenda – Valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur – Ammont addizzjonali – Ċirkustanzi attenwanti – Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi – Rwol segwaċi – Proporzjonalità – Ġurisdizzjoni sħiħa)

26

2022/C 207/35

Kawża T-337/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Air France-KLM vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tat-trasport tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera dwar it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru (sovrataxxa fuq il-karburant, sovrataxxa fuq is-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Ksur uniku u kontinwu – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju tal-immunità – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ammont tal-multa – Valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi – Proporzjonalità – Ġurisdizzjoni sħiħa)

27

2022/C 207/36

Kawża T-338/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Air France vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Ksur uniku u kontinwu – Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju tal-immunità – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ammont tal-multa – Valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Inkoraġġiment ta’ aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi – Proporzjonalità – Ġurisdizzjoni sħiħa)

28

2022/C 207/37

Kawża T-340/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Japan Airlines vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru (sovrataxxa għall-karburant, sovrataxxa għas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Artikolu 266 TFUE – Preskrizzjoni – Drittijiet tad-difiża – Nondiskriminazzjoni – Ksur uniku u kontinwu – Ammont tal-multa – Valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Ammont addizzjonali – Ċirkustanzi attenwanti – Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi – Parteċipazzjoni sostanzjalment ridotta – Proporzjonalità – Ġurisdizzjoni sħiħa)

28

2022/C 207/38

Kawża T-341/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – British Airways vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru (sovrataxxa għall-karburant, sovrataxxa għas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 266 TFUE – Restrizzjoni statali – Ksur uniku u kontinwu – Ammont tal-multa – Valur tal-bejgħ – Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi – Ġurisdizzjoni sħiħa)

29

2022/C 207/39

Kawża T-342/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Deutsche Lufthansa et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera dwar it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi tal-merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri – Limitazzjoni mill-Istat – Ksur uniku u kontinwu)

30

2022/C 207/40

Kawża T-343/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Drittijiet tad-difiża – Preskrizzjoni – Restrizzjoni tal-Istat – Ksur uniku u kontinwu – Ammont tal-multa – Valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Inkoraġġiment ta’ aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi – Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa – Proporzjonalità – Ġurisdizzjoni sħiħa)

31

2022/C 207/41

Kawża T-344/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Latam Airlines Group u Lan Cargo vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Iżvizzera dwar it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Preskrizzjoni – Prinċipju ne bis in idem – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Restrizzjoni mill-Istat – Ksur uniku u kontinwu – Ammont tal-multa – Valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa – Proporzjonalità – Ġurisdizzjoni sħiħa)

32

2022/C 207/42

Kawża T-350/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Singapore Airlines u Singapore Airlines Cargo vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru (sovrataxxa għall-karburant, sovrataxxa għas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Restrizzjoni statali – Ksur uniku u kontinwu – Ammont tal-multa – Valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Ġurisdizzjoni sħiħ)

33

2022/C 207/43

Kawża T-129/19 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2022 – Necci vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Sigurtà soċjali – RCAM – Ċaħda tal-applikazzjoni għal affiljazzjoni wara trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni – Kundizzjoni marbuta ma’ tul ta’ impjieg ta’ iktar minn tliet snin – Artikolu 95 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Artikolu 34(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Artikolu 45 TFUE)

33

2022/C 207/44

Kawża T-291/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Yanukovych vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

34

2022/C 207/45

Kawża T-292/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Yanukovych vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

35

2022/C 207/46

Kawża T-299/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – KF vs BEI (Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Ilment dwar fastidju psikoloġiku – Investigazzjoni amministrattiva – Deċiżjoni li tiċħad l-ilment – Żball ta’ evalwazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Responsabbiltà)

36

2022/C 207/47

Kawża T-720/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Perry Street Software vs EUIPO – Toolstream (SCRUFFS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali SCRUFFS – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001))

36

2022/C 207/48

Kawża T-30/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 30 ta’ Marzu 2022 – L’Oréal vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO COUTURE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SO COUTURE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea SO…? – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

37

2022/C 207/49

Kawża T-35/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – SFD vs EUIPO – Allmax Nutrition (ALLNUTRITION DESIGNED FOR MOTIVATION) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ALLNUTRITION DESIGNED FOR MOTIVATION – Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti ALLMAX NUTRITION – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

38

2022/C 207/50

Kawża T-36/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – PO vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/338/17 – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Artikolu 1(d)(1) u (4) tar-Regolamenti tal-Persunal – Akkomodazzjoni raġonevoli – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażat fuq id-diżabbiltà – Direttiva 2000/78/KE – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dmir ta’ premura – Responsabbiltà – Dannu materjali u morali)

38

2022/C 207/51

Kawża T-206/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Kalita u Haas vs EUIPO – Kitzbühel Tourismus (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ annimali) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta żewġ annimali – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta annimal – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

39

2022/C 207/52

Kawża T-264/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Établissement Amra vs EUIPO – eXpresio (Forma ta’ żarbun b’effett rebound) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali – Forma ta’ żarbun b’effett rebound – Raġuni assoluta għal rifjut – Sinjal kompost esklużivament mill-forma tal-prodott li huwa neċessarju għall-kisba ta’ riżultat tekniku – Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Preżenza ta’ elementi verbali – Assenza ta’ karatteristiċi essenzjali mhux funzjonali)

40

2022/C 207/53

Kawża T-451/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Hesse vs EUIPO – Wedl & Hofmann (Testa Rossa) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Testa Rossa – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea TESTA ROSSA – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

40

2022/C 207/54

Kawża T-17/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2022 – Miquel y Costas & Miquel vs EUIPO (Pure Hemp) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Għajbien tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

41

2022/C 207/55

Kawża T-232/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2022 – Saure vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Korrispondenza tal-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet u d-dewmien tal-provvista tal-vaċċini ta’ AstraZeneca kontra l-COVID-19 – Rifjut impliċitu ta’ aċċess – Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Talbiet għal adattament tat-talbiet – Lis pendens – Inammissibbiltà manifesta)

41

2022/C 207/56

Kawża T-431/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2022 – UNIS vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Sigurtà soċjali – Organi responsabbli għall-ġestjoni ta’ skemi legali ta’ assigurazzjoni għall-mard u ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija – Fond nazzjonali ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija – Attività ekonomika – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà)

42

2022/C 207/57

Kawża T-550/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2022 – Kalypso Media Group vs EUIPO (COMMANDOS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tal-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

42

2022/C 207/58

Kawża T-123/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2022 – Ecocert India vs Il-Kummissjoni

43

2022/C 207/59

Kawża T-156/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2022 – Hyundai Heavy Industries Holdings vs Il-Kummissjoni

44

2022/C 207/60

Kawża T-157/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2022 – Dehaen vs EUIPO – National Geographic Society (NATIONAL GEOGRAPHIC)

45

2022/C 207/61

Kawża T-158/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2022 – Dehaen vs EUIPO – National Geographic Society (NATIONAL GEOGRAPHIC)

46

2022/C 207/62

Kawża T-160/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2022 – 1906 Collins vs EUIPO – Peace United (bâoli BEACH)

47

2022/C 207/63

Kawża T-163/22: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2022 – Transformers Manufacturing Company vs EUIPO – H&F (TMC TRANSFORMERS)

47

2022/C 207/64

Kawża T-167/22: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2022 – Transformers Manufacturing Company vs EUIPO – H&F (TMC TRANSFORMERS)

48

2022/C 207/65

Kawża T-168/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2022 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Fontana Food (GRILLOUMI)

49

2022/C 207/66

Kawża T-170/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2022 – Telefónica de España vs Il-Kummissjoni

50

2022/C 207/67

Kawża T-171/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2022 – OR u OS vs Il-Kummissjoni

51

2022/C 207/68

Kawża T-172/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2022 – Gönenç vs EUIPO – Solar (termorad ALUMINIUM PANEL RADIATOR)

52

2022/C 207/69

Kawża T-174/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2022 – Novartis vs EUIPO – AstraZeneca (BREZTREV)

52

2022/C 207/70

Kawża T-175/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2022 – Novartis vs EUIPO – AstraZeneca (BREZTRI)

53

2022/C 207/71

Kawża T-178/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2022 – FA World Entertainment vs EUIPO (FUCKING AWESOME)

54

2022/C 207/72

Kawża T-179/22: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2022 – Farco-Pharma vs EUIPO – Infarco (FARCO)

54

2022/C 207/73

Kawża T-183/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2022 – Eggers & Franke vs EUIPO – E. & J. Gallo Winery (EF)

55

2022/C 207/74

Kawża T-184/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2022 – Eggers & Franke vs EUIPO – E. & J. Gallo Winery (E & F)

55


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 207/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 198, 16.5.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 191, 10.5.2022

ĠU C 171, 25.4.2022

ĠU C 165, 19.4.2022

ĠU C 158, 11.4.2022

ĠU C 148, 4.4.2022

ĠU C 138, 28.3.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – BN, DM, EN vs Getin Noble Bank S.A.

(Kawża C-132/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ammissibbiltà - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti” - Artikolu 19(1) TUE - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Stat tad-dritt - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Prinċipju ta’ indipendenza tal-imħallfin - Qorti stabbilita minn qabel bil-liġi - Korp ġudizzjarju li membru tiegħu nħatar għall-ewwel darba għal kariga ta’ mħallef minn korp politiku tal-poter eżekuttiv ta’ reġim mhux demokratiku - Mod ta’ funzjonament tal-Krajowa Rada Sądownictwa (il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura, il-Polonja) - Antikostituzzjonalità tal-liġi li abbażi tagħha ġie kompost dan il-Kunsill - Possibbiltà li dan il-korp jiġi kklassifikat bħala qorti imparzjali u indipendenti fis-sens tad-dritt tal-Unjoni)

(2022/C 207/02)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BN, DM, EN

Konvenut: Getin Noble Bank S.A.

Fil-preżenza ta’: Rzecznik Praw Obywatelskich

Dispożittiv

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-fatt li l-ewwel ħatra ta’ mħallef fi Stat Membru għal tali kariga jew il-ħatra sussegwenti tiegħu f’qorti superjuri tirriżulta minn deċiżjoni adottata minn korp ta’ reġim mhux demokratiku li kien fil-poter f’dan l-Istat Membru qabel l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea, inkluż meta l-ħatriet ta’ dan l-imħallef fi qrati wara t-tmiem ta’ dan ir-reġim kienu bbażati, fost l-oħrajn, fuq l-anzjanità miksuba mill-imsemmi mħallef matul il-perijodu li fih l-imsemmi reġim kien fil-poter jew meta huwa ħa l-ġurament ġudizzjarju biss fl-ewwel ħatra tiegħu inkwantu mħallef minn korp ta’ dan l-istess reġim, ma huwiex minnu nnifsu tali li jqajjem dubji leġittimi u serji, f’moħħ il-partijiet f’kawża, rigward l-indipendenza u l-imparzjalità ta’ dan l-istess imħallef, u lanqas, għaldaqstant, li jqiegħed f’dubju l-kwalità ta’ qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi, ta’ kulleġġ ġudikanti li fih dan l-imħallef huwa sedenti.

2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li jiġi kklassifikat bħala qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi, kulleġġ ġudikanti ta’ qorti ta’ Stat Membru li fih huwa sedenti mħallef li l-ewwel ħatra tiegħu għal kariga ta’ mħallef jew li l-ħatra sussegwenti tiegħu f’qorti superjuri tkun seħħet jew wara l-għażla tiegħu bħala kandidat għall-kariga ta’ mħallef minn korp kompost abbażi ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi li sussegwentement ġew iddikjarati li jmorru kontra l-Kostituzzjoni mill-qorti kostituzzjonali ta’ dan l-Istat Membru, jew wara l-għażla tiegħu bħala kandidat għall-kariga ta’ mħallef minn korp kompost b’mod regolari iżda wara proċedura li la kienet trasparenti, la pubblika u lanqas waħda li tista’ tkun is-suġġett ta’ azzjoni ġudizzjarja, sakemm tali irregolaritajiet ma jkunux ta’ natura u ta’ gravità tali li joħolqu riskju reali li fergħat oħra tal-poter, b’mod partikolari l-eżekuttiv, ikunu jistgħu jeżerċitaw setgħa diskrezzjonali indebita li tipperikola l-integrità tar-riżultat li jwassal għalih il-proċess ta’ ħatra u b’hekk jiżirgħu dubju leġittimu, f’moħħ il-partijiet f’kawża, fir-rigward tal-indipendenza u tal-imparzjalità tal-imħallef ikkonċernat.


(1)  ĠU C 209, 22.6.2020.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-139/20) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija użati mill-impriżi b’konsum enerġetiku għoli - Id-Direttiva 2003/96/KE - Artikolu 17(1)(b) u (4) - Impriżi li jaqgħu taħt l-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa)

(2022/C 207/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Siekierzyńska u A. Armenia, sussegwentement minn A. Armenia, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Lombard Pénzügyi és Lízing Zrt. vs PN

(Kawża C-472/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti - Kuntratti ta’ kreditu - Self iddenominat f’munita barranija rimborsabbli fil-munita nazzjonali - Klawżola kuntrattwali li tqiegħed ir-riskju tal-kambju fuq il-konsumatur - Natura inġusta ta’ klawżola relatata mas-suġġett prinċipali tal-kuntratt - Effetti - Nullità tal-kuntratt - Dannu gravi għall-konsumatur - Effett utli tad-Direttiva 93/13 - Opinjoni mhux vinkolanti tal-qorti suprema - Possibbiltà li l-partijiet jerġgħu jitqiegħdu fis-sitwazzjoni li kienu jkunu fiha li kieku dan il-kuntratt ma kienx ġie konkluż)

(2022/C 207/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Lombard Pénzügyi és Lízing Zrt.

Konvenut: PN

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandha tiġi interpretata fis-sens li l-effett utli tad-dispożizzjonijiet tagħha ma jistax, fl-assenza ta’ dispożizzjoni legali nazzjonali ta’ natura supplimentari li tirregola tali sitwazzjoni, jiġi żgurat unikament permezz ta’ opinjoni mhux vinkolanti tal-qorti suprema tal-Istat Membru kkonċernat li tindika lill-qrati inferjuri l-approċċ li għandu jiġi segwit sabiex kuntratt jiġi ddikjarat validu jew bħala li jkun ħoloq effetti bejn il-partijiet meta dan il-kuntratt ma jkunx jista’ jibqa’ fis-seħħ minħabba n-natura inġusta ta’ klawżola relatata mas-suġġett prinċipali tiegħu.

2)

Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix li l-qorti nazzjonali kompetenti tiddeċiedi li terġa’ tqiegħed il-partijiet f’kuntratt ta’ self fis-sitwazzjoni li kienu jkunu fiha li kieku dan il-kuntratt ma kienx ġie konkluż għar-raġuni li klawżola tal-imsemmi kuntratt relatata mas-suġġett prinċipali tiegħu għandha tiġi ddikjarata inġusta skont din id-direttiva, bil-kundizzjoni li, jekk dan ma jkunx possibbli, hija għandha tiżgura li l-konsumatur ikun jinsab finalment fis-sitwazzjoni li kien ikun fiha li kieku l-klawżola meqjusa inġusta qatt ma eżistiet.


(1)  ĠU C 423, 7.12.2020.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-687/20) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2002/49/KE - Evalwazzjoni u ġestjoni tal-istorbju fl-ambjent - Agglomerazzjonijiet, toroq maġġuri u ferroviji maġġuri - Artikolu 7(2) - Mapep strateġiċi tal-ħsejjes - Artikolu 8(2) - Pjanijiet ta’ azzjoni - Artikolu 10(2) - Anness VI - Informazzjoni pprovduta mill-mapep strateġiċi tal-ħsejjes - Sommarji tal-pjanijiet ta’ azzjoni - Nuqqas ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea fit-termini previsti)

(2022/C 207/05)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Noll-Ehlers u G. Braga da Cruz, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: M. Pimenta, P. Barros da Costa, H. Almeida, J. Reis Silva u L. Inez Fernandes, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Portugiża, minn naħa, billi ma stabbilixxietx mapep strateġiċi tal-ħsejjes dwar it-toroq maġġuri PT_a_rd00410, PT_a_rd00458, PT_a_rd00460, PT_a_rd00462 u PT_a_rd00633 u lanqas pjanijiet ta’ azzjoni għall-agglomerazzjonijiet ta’ Amadora u ta’ Porto kif ukoll għat-toroq maġġuri u l-ferroviji maġġuri msemmija fl-anness ta’ din is-sentenza, u, min-naħa l-oħra, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni Ewropea l-informazzjoni pprovduta minn dawn il-mapep u lanqas is-sommarji ta’ dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni, naqset mill-obbligi imposti fuqha bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2), tal-Artikolu 8(2) u tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali, moqrija flimkien mal-Anness VI ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 62, 22.2.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Bremen – il-Ġermanja) – DM vs CTS Eventim AG & Co. KGaA

(Kawża C-96/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2011/83/KE - Dritt ta’ reċess fir-rigward tal-kuntratti mill-bogħod u l-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju - Eċċezzjonijiet mid-dritt ta’ reċess - Artikolu 16(l) - Provvista ta’ servizzi marbuta ma’ attivitajiet ta’ divertiment - Kuntratt li jipprevedi data jew perijodu ta’ eżekuzzjoni speċifiku - Provvista ta’ servizzi ta’ biljetti - Intermedjarju li jaġixxi f’ismu iżda għan-nom tal-organizzatur ta’ attività ta’ divertiment - Riskju marbut mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess)

(2022/C 207/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DM

Konvenut: CTS Eventim AG & Co. KGaA

Dispożittiv

L-Artikolu 16(l) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ reċess prevista f’din id-dispożizzjoni tista’ tiġi invokata kontra konsumatur li kkonkluda, ma’ intermedjarju li jaġixxi f’ismu, iżda għan-nom tal-organizzatur ta’ attività ta’ divertiment, kuntratt mill-bogħod li jirrigwarda l-akkwist ta’ dritt ta’ aċċess għal din l-attività, sakemm, minn naħa, ix-xoljiment permezz ta’ reċess, konformement mal-Artikolu 12(a) ta’ din id-direttiva, tal-obbligu ta’ eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt fir-rigward tal-konsumatur ipoġġi r-riskju marbut mar-reżervazzjoni tal-kapaċitajiet hekk illiberati fuq l-organizzatur tal-attività kkonċernata u, min-naħa l-oħra, l-attività ta’ divertiment li dan id-dritt jagħti aċċess għaliha tkun prevista li għandha sseħħ f’data jew f’perijodu speċifiku.


(1)  ĠU C 138, 19.4.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rayonen sad Lukovit – il-Bulgarija) – LB vs Smetna palata na Republika Bulgaria

(Kawża C-195/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Applikabbiltà għal sitwazzjoni purament interna - Artikolu 58(1) u (4) - Kriterji ta’ selezzjoni - Kapaċitajiet tekniċi u professjonali tal-offerenti - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 8(3) - Miżuri ta’ kontroll - Possibbiltà għal awtoritajiet nazzjonali li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jevalwaw b’mod differenti proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku)

(2022/C 207/07)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad Lukovit

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LB

Konvenut: Smetna palata na Republika Bulgaria

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 58(1) u (4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, kif emendata bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2365 tat-18 ta’ Diċembru 2017, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, awtorità kontraenti tkun tista’ timponi, skont kriterji ta’ selezzjoni relatati mal-kapaċitajiet tekniċi u professjonali tal-operaturi ekonomiċi, rekwiżiti iktar stretti mir-rekwiżiti minimi imposti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, sa fejn tali rekwiżiti jkunu xierqa sabiex jiżguraw li kandidat jew offerent ikollu kompetenzi tekniċi u professjonali neċessarji sabiex jeżegwixxi l-kuntratt li għandu jingħata, li jkunu relatati mas-suġġett tal-kuntratt u li jkunu proporzjonali miegħu.

2)

L-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, moqri flimkien mar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għall-prinċipju ta’ proporzjonalità, ma jipprekludix li awtoritajiet nazzjonali li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jevalwaw b’mod differenti l-istess ċirkustanzi fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku.


(1)  ĠU C 228, 14.6.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – IA vs Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

(Kawża C-231/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Sistema ta’ Dublin - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Artikolu 29(2) - Trasferiment tal-applikant għall-ażil lejn l-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Terminu ta’ trasferiment ta’ sitt xhur - Possibbiltà ta’ estensjoni ta’ dan it-terminu sa massimu ta’ sena fil-każ ta’ priġunerija - Kunċett ta’ “priġunerija” - Tqegħid tal-applikant għall-ażil taħt restrizzjoni f’dipartiment psikjatriku ta’ sptar bl-awtorizzazzjoni ta’ mħallef)

(2022/C 207/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IA

Konvenut: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

Dispożittiv

It-tieni sentenza tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “priġunerija”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, ma japplikax għat-tqegħid ex officio ta’ applikant għall-ażil f’dipartiment psikjatriku ta’ sptar, awtorizzat minn deċiżjoni ġudizzjarja għar-raġuni li, minħabba marda mentali, din il-persuna hija ta’ periklu serju għaliha nnifisha jew għas-soċjetà.


(1)  ĠU C 242, 21.6.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – EL, CP vs Ryanair DAC

(Kawża C-287/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(3) - Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet - Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens - Kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” - Strajk tal-ekwipaġġ tal-kabina u tal-bdoti - Ċirkustanzi “interni” u “esterni” għall-attività tat-trasportatur bl-ajru li jopera - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 12 u 28 - Assenza ta’ ksur għal-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni tal-ħaddiema kif ukoll għad-dritt ta’ negozjar tat-trasportatur bl-ajru)

(2022/C 207/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EL, CP

Konvenut: Ryanair DAC

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni industrijali wara s-sejħa ta’ sindakat tal-ekwipaġġ tal-kabina u tal-bdoti ta’ trasportatur bl-ajru li jopera u intiża sabiex jitressqu it-talbiet ta’ dawn il-ħaddiema ma taqax taħt il-kunċett ta’ “ċirkustanza straordinarja”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bl-eżistenza ta’ negozjati preliminari mar-rappreżentanti tal-ħaddiema tkun irrilevanti f’dan ir-rigward.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato) – l-Italja – Comune di Venezia vs Telecom Italia SpA, Infrastrutture Wireless Italiane SpA – Inwit SpA

(Kawża C-467/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Restrizzjonijiet għall-installazzjoni ta’ antenni ta’ telefonija mobbli imposti mill-awtoritajiet lokali - Assenza ta’ dettalji suffiċjenti dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali - Inammissibbiltà manifesta)

(2022/C 207/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Comune di Venezia

Konvenuti: Telecom Italia SpA, Infrastrutture Wireless Italiane SpA – Inwit SpA

fil-preżenza ta’: Regione Veneto

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (Il-Kunsill tal-Istat, l-Italja, permezz ta’ deċiżjoni tat-22 ta’ Lulju 2021, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 422, 18.10.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Liège – il-Belġju) – FU vs Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

(Kawża C-505/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika tal-ażil - Kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Regolament (UE) Nru 604/2013 (Dublin III) - Artikolu 27 - Rimedji kontra d-deċiżjoni ta’ trasferiment - Assenza ta’ rabta bejn l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni u r-realtà jew is-suġġett tal-kawża prinċipali - Inammissibbiltà manifesta)

(2022/C 207/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FU

Konvenut: Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail de Liège, division d’Arlon (it-Tribunal Industrijali ta’ Liège, Sezzjoni ta’ Arlon, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tas-17 ta’ Awwissu 2021, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 412, 11.10.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/9


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Passengers friend GmbH vs British Airways plc

(Kawża C-89/22) (1)

(Trasport bl-ajru - Kumpens tal-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira - Titjira ta’ konnessjoni maqsuma f’żewġ partijiet - Dewmien twil sad-destinazzjoni finali subit matul it-tieni parti magħmula minn kumpannija tal-ajru mhux Ewropea - Talba għal kumpens kontra l-kumpannija tal-ajru Ewropea li għamlet l-ewwel parti)

(2022/C 207/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Passengers friend GmbH

Konvenut: British Airways plc

Dispożittiv

Il-Kawża C-89/22 tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Data ta’ preżentata: 10.2.22.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/9


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2021 minn João Miguel Barata mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fit-3 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża T-723/18, Barata vs Il-Parlament

(Kawża C-305/21 P)

(2022/C 207/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: João Miguel Barata (rappreżentanti: G. Pandey, D. Rovetta, avocats, V. Villante, avvocato)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Permezz ta’ digriet tal-31 ta’ Marzu 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) iddeċidiet li l-appell jiġi miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat u li João Miguel Barata għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/10


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2021 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-6 ta’ Ottubru 2021 fil-Kawża T-342/20 – Indo European Foods vs EUIPO

(Kawża C-801/21 P)

(2022/C 207/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf, V. Ruzek, D. Gaja, E. Markakis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Indo European Foods Ltd, Hamid Ahmad Chakari

Talbiet

L-Appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza appellata fil-Kawża T-342/20;

tiddikjara li ma hemmx lok li tiddeċiedi fuq l-azzjoni miġjuba quddiem il-Qorti Ġenerali kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2020 (Kawża R 1079-4), u

tordna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza tħallas l-ispejjeż sostnuti mill-EUIPO relatati ma’ dan l-appell u mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant EUIPO jinvoka aggravju uniku, jiġifieri ksur tar-rekwiżit ta’ persistenza ta’ interess ġuridiku kif irrikonoxxut minn ġurisprudenza stabbilita, li tqajjem il-kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza u għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni.

L-ewwel aggravju jallega li l-Qorti Ġenerali kisret kundizzjoni fundamentali u awtonoma ta’ kull azzjoni ġudizzjarja – kif irrikonoxxuta minn ġurisprudenza stabbilita – ta’ persistenza ta’ interess ġuridiku, peress li rrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni motivi li daħlu fis-seħħ wara d-deċiżjoni kontenzjuża abbażi tas-sempliċi fatt li tali motivi ma setgħux jikkontestaw il-legalità tad-deċiżjoni kontenzjuża. Din l-interpretazzjoni mhux biss tħawwad ir-rekwiżit proċedurali preliminari u l-istħarriġ ulterjuri tal-legalità fuq il-merti. Hija ċċaħħad ukoll il-persistenza tal-interess ġuridiku mill-funzjoni indipendenti tiegħu stess.

It-tieni aggravju jallega li, konsegwentement, il-Qorti Ġenerali naqset milli tevalwa l-persistenza tal-interess ġuridiku tar-rikorrenti fl-ewwel istanza. Billi kkonċentrat fuq l-istħarriġ tal-legalità, il-Qorti Ġenerali ħalliet mingħajr risposta l-kwistjoni tar-rekwiżit preliminari mandatorju: liema vantaġġi r-rikorrenti fl-ewwel istanza setgħet tikseb mill-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża?

It-tielet aggravju jallega li l-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonkludi li r-rikorrenti fl-ewwel istanza ma kinitx osservat l-obbligu li turi l-persistenza tal-interess ġuridiku tagħha mit-tmiem tal-perijodu ta’ tranżizzjoni. Peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kienet ser tiġi rreġistrata biss wara t-tmiem tal-perijodu ta’ tranżizzjoni, jiġifieri, f’mument meta t-trade marks kunfliġġenti ma kinux ser jissodisfaw (u qatt ma ssodisfaw) il-funzjoni essenzjali tagħhom fl-istess ħin (1), l-EUIPO targumenta li l-ebda kunflitt ratione temporisratione loci ma seta’ possibilment iqum. Isegwi li r-rikorrenti fl-ewwel istanza ma setgħet tikseb ebda vantaġġ mill-proċedura u, għaldaqstant, ma turix persistenza tal-interess ġuridiku.

Ir-raba’ aggravju jallega li l-Qorti Ġenerali, bħala konsegwenza ta’ dawn l-iżbalji, kisret l-Artikolu 50(3) TEU, l-Artikoli 126 u 127 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ (2) u l-Artikolu 72(6) tar-Regolament 2017/1001, li huma espressjonijiet tal-prinċipju fundamentali ta’ territorjalità, li jimponi fuq l-EUIPO obbligu li jinjora l-konsegwenzi legali tat-tmiem tal-perijodu ta’ tranżizzjoni fuq dan il-każ.

Dan l-appell iqajjem kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza u għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni. Is-sentenza appellata tadotta interpretazzjoni stretta tal-portata tar-rekwiżit orizzontali tal-persistenza tal-interess ġuridiku. L-imsemmi rekwiżit jieħu ispirazzjoni mit-teorija ġenerali tal-liġi proċedurali komuni għall-Istati Membri, u l-interpretazzjoni pprovduta mill-qorti tal-Unjoni x’aktarx tinfluwenza b’mod sinjifikattiv il-mod kif dan ir-rekwiżit jiġi applikat mill-qrati nazzjonali. Dan l-appell iqajjem ukoll kwistjoni importanti ta’ natura proċedurali – li ma hija bl-ebda mod limitata għall-qasam tad-dritt tal-proprjetà intellettwali – jiġifieri l-konsegwenzi li għandhom jinsiltu mir-regola li l-awtur tal-att annullat għandu jagħti referenza tad-data li fiha huwa jkun adotta l-att sabiex jiġi adottat att ta’ sostituzzjoni. Il-kwistjoni tal-għajbien tad-dritt iktar bikri pendente lite ta lok għal sentenzi kontradittorji tal-Qorti Ġenerali, iżda l-Qorti tal-Ġustizzja kellha biss okkażjoni fil-qosor, permezz ta’ digriet motivat, sabiex tindirizza fil-qosor din il-kwistjoni. Dan l-appell qajjem ukoll il-kwistjoni ġenerali tal-konsegwenzi, fuq l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea, tal-ħruġ effetiv tar-Renju Unit mill-Unjoni.


(1)  Artikoli 11, 51(1), 66(1) u 71(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1).

(2)  Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 2020, L 29, p. 7).


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/11


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2022 minn Sanford LP mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) fl-10 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-443/20, Sanford vs EUIPO – Avery Zweckform (Labels)

(Kawża C-19/22 P)

(2022/C 207/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Sanford LP (rappreżentant: J. Zecher, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Avery Zweckform GmbH

Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ April 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Sanford LP għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-28 ta’ Jannar 2022 – YQ vs Ředitelství silnic a dálnic ČR

(Kawża C-57/22)

(2022/C 207/16)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: YQ

Konvenut: Ředitelství silnic a dálnic ČR

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tgħid li ħaddiem li jkun tkeċċa b’mod illegali, u li sussegwentement ikun ġie rreintegrat skont id-dritt nazzjonali b’konsegwenza tat-tkeċċija tiegħu bis-saħħa ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, ma huwiex intitolat għal-leave annwali bil-ħlas għall-perijodu mid-data tat-tkeċċija sad-data tar-reintegrazzjoni minħabba l-fatt li, matul dak il-perijodu, dak il-ħaddiem ma wettaqx effettivament xogħol għall-persuna li timpjegah, u dan anki fil-każ fejn, skont id-dritt nazzjonali, il-ħaddiem imkeċċi illegalment, li mingħajr dewmien u bil-miktub informa lill-persuna li timpjegah li huwa jinsab lest jaħdem għaliha, ikun intitolat għal ekwivalenti fi flus għall-ammont tar-remunerazzjoni medja mill-jum li fih informa lill-persuna li timpjegah li huwa lest jaħdem għaliha sal-jum li fih il-persuna li timpjega ppermettietlu jkompli jaħdem jew sal-jum tat-terminazzjoni effettiva tar-relazzjoni ta’ xogħol?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-2 ta’ Frar 2022 – Infraestruturas de Portugal, SA, Futrifer Indústrias Ferroviárias, SA vs Toscca Equipamentos de Madeira Lda

(Kawża C-66/22)

(2022/C 207/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Infraestruturas de Portugal, SA, Futrifer Indústrias Ferroviárias, SA

Konvenut: Toscca Equipamentos de Madeira Lda

Domandi preliminari

1)

Ir-raġuni għal esklużjoni prevista fl-Artikolu 57(4)(d) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1) tikkostitwixxi “riżerva ta’ deċiżjoni” tal-awtorità kontraenti?

2)

Il-leġiżlatur nazzjonali jista’ jissostitwixxi kompletament id-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-awtorità kontraenti skont l-Artikolu 57(4)(d) tad-Diretiva 2014/24/UE b’deċiżjoni (jiġifieri, bl-effetti ta’ deċiżjoni) ġenerika tal-Awtorità għall-Kompetizzjoni li tapplika sanzjoni anċillari ta’ projbizzjoni minn parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi matul perijodu speċifiku, adottata fil-kuntest tal-impożizzjoni ta’ multa minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni?

3)

Id-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti dwar l-“affidabbiltà” tal-operatur ekonomiku fid-dawl tal-osservanza (jew in-nuqqas ta’ osservanza) tar-regoli tad-dritt dwar il-kompetizzjoni barra mill-proċedura konkreta ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għandha tinftiehem li teħtieġ evalwazzjoni bbażata fuq in-natura xierqa relattiva ta’ dan l-operatur ekonomiku, li tagħmel parti minn espressjoni konkreta tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, previst fl-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

4)

Tista’ titqies li hija konformi mad-dritt Ewropew u, b’mod partikolari, mal-Artikolu 57(4)(d) tad-Direttiva 2014/24/UE s-soluzzjoni adottata mid-dritt Portugiż fl-Artikolu 55(1)(f) tal-CCP (2) li tissuġġetta l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt, ibbażata fuq ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni li ma għandux x’jaqsam mal-proċedura konkreta ta’ għoti ta’ kuntratt inkwistjoni, għal dak li jiġi deċiż mill-Awtorità għall-Kompetizzjoni meta tapplika s-sanzjoni anċillari ta’ projbizzjoni minn parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, proċedura li fil-kuntest tagħha hija l-Awtorità għall-Kompetizzjoni li tevalwa r-rilevanza tal-miżuri ta’ self-cleaning adottati?

5)

Barra minn hekk, tista’ wkoll titqies bħala konformi mad-dritt Ewropew u, b’mod partikolari, mal-Artikolu 57(4)(d) tad-Direttiva 2014/24/UE s-soluzzjoni adottata mid-dritt Portugiż fl-Artikolu 70(2)(g) tal-CCP li jillimita l-possibbiltà ta’ esklużjoni ta’ offerta minħabba l-eżistenza ta’ indizji serji ta’ atti, ftehim, prattiki jew informazzjoni li tista’ toħloq distorsjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-proċedura konkreta ta’ għoti ta’ kuntratt li fiha jinstabu dawn il-prattiki?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 65; rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.

(2)  Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/13


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2022 minn QB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) fit-8 ta’ Dicembru 2021 fil-Kawża T-71/21, QB vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-88/22 P)

(2022/C 207/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: QB (rappreżentant: R. Wardyn, radca prawny)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata, fl-intier tagħha;

u, għalhekk

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tas-6 ta’ April 2020 u tat-3 ta’ Novembru 2020,

jew, fin-nuqqas ta’ dan,

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk tal-appellant taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju uniku bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u jsostni li l-Qorti Ġenerali:

wettqet żball meta ddeterminat li l-attività professjonali prinċipali tal-appellant peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni x-xogħol imwettaq mill-appellant għall-Istat tal-Polonja u l-istatus tiegħu ta’ Mħallef;

wettqet żball fid-definizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ “xogħol li sar [għal] Stat ieħor”;

injorat u naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni x-xogħol imwettaq mill-appellant għall-Istat tal-Polonja u l-istatus tiegħu ta’ Mħallef waqt li eżaminat l-eċċezzjoni ta’ “xogħol li sar [għal] Stat ieħor”.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/14


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2022 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-1 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-546/20, Sopra Steria Benelux u Unisys Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-101/22 P)

(2022/C 207/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. André, M. Ilkova, O. Verheecke, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Sopra Steria Benelux, Unisys Belgium

Talbiet

Tannulla l-punti 52 sa 57, 60, 61, 66, 68 u 69 tas-sentenza appellata;

Tiċħad it-talba għal annullament;

Tikkundanna lil Sopra Steria Benelux u Unisys Belgium għall-ispejjeż ta’ din il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-kuntest tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tqajjem tliet aggravji.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali billi kklassifikat l-ittra tal-partijiet rikorrenti fl-ewwel istanza tal-10 ta’ Lulju 2020 bħala “talba espressa” intiża biex jinkisbu r-raġunijiet li wasslu lill-awtorità kontraenti ma tqisx l-offerta magħżula bħala anormalment baxxa.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq żnaturament tal-fatti billi evalwat b’mod żbaljat il-kontenut tat-tweġiba tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2020.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq kunsiderazzjoni żbaljata tal-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-awtorità kontraenti bis-saħħa tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 170(3) tar-Regolament Finanzjarju meta l-awtorità kontraenti tqis li l-offerta magħżula ma hijiex anormalment baxxa.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-15 ta’ Frar 2022 – P.M. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie

(Kawża C-105/22)

(2022/C 207/20)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: P.M.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju li t-taxxa tas-sisa, bħala taxxa fuq il-konsum fattwali, tinġabar fi stadju wieħed u l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 107(1) tal-Ustawa z dnia 6 grudnia 2008 r. o podatku akcyzowym (il-Liġi tas-6 ta’ Diċembru 2008 dwar it-Taxxa tas-Sisa) inkwantu ma tippermettix ir-rimbors, lill-persuna taxxabbli, tat-taxxa tas-sisa fuq l-esportazzjoni ta’ karozza tal-passiġġieri rreġistrata, ikkalkolata proporzjonalment għall-perijodu tal-użu tagħha fit-territorju nazzjonali?


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-15 ta’ Frar 2022 – Xella Magyarország Építőanyagipari Kft. vs Innovációs és Technológiai Miniszter

(Kawża C-106/22)

(2022/C 207/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Xella Magyarország Építőanyagipari Kft.

Parti oħra fil-proċedura: Innovációs és Technológiai Miniszter

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-premessi 4 u 6 tar-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (1), u tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 4(2) TUE, l-Artikolu 65(1)(b) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-possibbiltà li tiġi stabbilita regola bħal dik fl-Artikolu 85 tal-a veszélyhelyzet megszűnésével összefüggő átmeneti szabályokról és a járványügyi készültségről szóló 2020. Évi LVIII. törvény (il-Liġi LVIII tal-2020, dwar ir-regoli tranżitorji relatati mat-tmiem tal-istat ta’ emerġenza u dwar il-kriżi epidemjoloġika), u b’mod partikolari bħal dik fl-Artikolu 276(1) u (2)(a) u l-Artikolu 283(1)(b) tagħha?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda preliminari, is-sempliċi fatt li l-Kummissjoni bdiet proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjonijiet, eżerċitat il-kompetenzi tagħha u awtorizzat konċentrazzjoni li tikkonċerna katina ta’ proprjetà ta’ investitur barrani indirett, jipprekludi l-eżerċizzju tas-setgħa deċiżjonali abbażi tad-dritt tal-Istat Membru applikabbli?


(1)  ĠU 2019, L 79I, p. 1.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Frar 2022 – X BV, Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane

(Kawża C-107/22)

(2022/C 207/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X BV, Inspecteur van de Belastingdienst

Domandi preliminari

1)

Ir-regola ġenerali dwar il-klassifikazzjoni 2(a) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tapplika għal elementi separati ta’ riċevitur tas-satellita li huma intiżi, wara r-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera tagħhom, li jiġu mmuntati f’riċevitur bis-satellita komplet, li jiġu ttrasportati f’kontenitur wieħed fl-istess jum, fl-istess post ta’ dwana, mill-istess persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni, f’isimha proprju u għan-nom tagħha, li huma s-suġġett ta’ żewġ dikjarazzjonijiet separati ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera u liema elementi, waqt ir-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera, jappartjenu lil żewġ impriżi konnessi?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, ir-regola ġenerali dwar il-klassifikazzjoni 2(a) għandha tiġi interpretata bħala li tapplika wkoll għall-elementi separati ta’ riċevitur bis-satellita, iddikjarati bl-għan tar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera tagħhom mill-istess persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni, f’isimha proprju u għan-nom tagħha, fl-istess jum u fl-istess post ta’ dwana bħal dak fejn l-elementi l-oħra ta’ dan ir-riċevitur bis-satellita jitqiegħdu taħt is-sistema ta’ tranżitu doganali Komunitarju estern, filwaqt li l-elementi, fil-mument meta jsiru d-dikjarazzjonijiet, jappartjenu lil żewġ impriżi konnessi, u li l-elementi kollha huma intiżi, wara r-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera tagħhom, li jiġu mmuntati f’riċevitur bis-satellita komplet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängige Schiedskommission Wien (l-Awstrija) fis-17 ta’ Frar 2022 – E.N.

(Kawża C-115/22)

(2022/C 207/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängige Schiedskommission Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E.N.

Partijiet oħra fil-proċedura: Nationale Anti-Doping Agentur Austria GmbH (NADA), Österreichischer Leichtathletikverband (ÖLV), Word Anti-Doping Agency (WADA)

Domandi preliminari

1.

L-informazzjoni li persuna speċifika wettqet ksur speċifiku tar-regoli antidoping u li, minħabba dan il-ksur, hija pprojbita milli tipparteċipa f’kompetizzjonijiet (nazzjonali u internazzjonali) hija “data dwar is-saħħa” fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data”)?

2.

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jipprekludi – b’mod partikolari fid-dawl tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) ta’ dan ir-regolament – leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-pubblikazzjoni tal-isem tal-persuna kkonċernata mid-deċiżjoni tal-Unabhängige Schiedskommission (il-Kummissjoni Indipendenti ta’ Arbitraġġ, l-Awstrija), tat-tul ta’ żmien tas-sospensjoni u tal-motivi għal din, mingħajr ma jkun possibbli li tiġi inferita d-data dwar is-saħħa ta’ din il-persuna? Huwa rilevanti f’dan ir-rigward li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi li l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni lill-pubbliku ġenerali tista’ tiġi ommessa biss jekk il-persuna kkonċernata tkun sportiv ta’ livell rikreattiv, persuna minuri jew persuna li tkun ikkontribwixxiet b’mod sinjifikattiv għas-sejbien ta’ ksur potenzjali tar-regoli antidoping billi kkomunikat informazzjoni jew indikazzjonijiet oħra?

3.

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jeżiġi – b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) u (c) – f’kull każ, qabel il-pubblikazzjoni, ibbilanċjar tal-interessi bejn, minn naħa, l-interessi personali tal-individwu kkonċernat li jistgħu jkunu affettwati minn pubblikazzjoni, u, min-naħa l-oħra, l-interessi tal-pubbliku li jiġi informat bi ksur tar-regoli antidoping imwettaq minn sportiv?

4.

L-informazzjoni li persuna speċifika wettqet ksur speċifiku tar-regoli antidoping u li, minħabba dan il-ksur, hija pprojbita milli tipparteċipa f’kompetizzjonijiet (nazzjonali u internazzjonali) tikkostitwixxi pproċessar ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati fis-sens tal-Artikolu 10 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data?

5.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda: l-Unabhängige Schiedskommission (il-Kummissjoni Indipendenti ta’ Arbitraġġ) maħluqa skont l-Artikolu 8 tal-Anti-Doping-Bundesgesetz 2021 [il-Liġi Federali dwar il-Ġlieda kontra d-Doping tal-2021] hija awtorità pubblika fis-sens tal-Artikolu 10 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/17


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2022 minn Dyson Ltd, Dyson Technology Ltd, Dyson Operations Pte Ltd, Dyson Manufacturing Sdn Bhd, Dyson Spain, SL, Dyson Austria GmbH, Dyson sp. z o.o., Dyson Ireland Ltd, Dyson GmbH, Dyson, Dyson Srl, Dyson Sweden AB, Dyson Denmark ApS, Dyson Finland Oy, Dyson BVmis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-8 ta’ Dicembru 2021 fil-Kawża T-127/19, Dyson et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-122/22 P)

(2022/C 207/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Dyson Ltd, Dyson Technology Ltd, Dyson Operations Pte Ltd, Dyson Manufacturing Sdn Bhd, Dyson Spain, SL, Dyson Austria GmbH, Dyson sp. z o.o., Dyson Ireland Ltd, Dyson GmbH, Dyson, Dyson Srl, Dyson Sweden AB, Dyson Denmark ApS, Dyson Finland Oy, Dyson BV (rappreżentanti: E. Batchelor, T. Selwyn Sharpe u M. Healy, solicitors u avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha;

tiddikjara li l-Kummissjoni wettqet ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u tirrinvija r-rikors għad-danni quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni kemm għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll għall-ispejjeż ta’ Dyson marbuta ma’ dawn il-proċeduri u mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel, il-Qorti Ġenerali kklassifikat b’mod żbaljat il-motivi ta’ Dyson u naqset milli tagħti l-motivazzjoni tagħha. Il-motiv ta’ Dyson kien jirrigwarda biss l-iżball serju u manifest tal-Kummissjoni fl-għażla tal-uniku metodu ta’ ttestjar li kien b’mod ċar lil hinn mid-diskrezzjoni tagħha, jiġifieri l-ittestjar mingħajr ebda trab. Il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx dan il-motiv;

It-tieni, il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza fuq ksur suffiċjentement serju, meta naqset milli tagħti piż determinanti għall-konklużjoni tagħha li l-Kummissjoni kisret rekwiżit mhux diskrezzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva Bażi;

It-tielet, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-liġi dwar ksur suffiċjentement serju u applikat klassifikazzjoni legali żbaljata tal-provi meta kkonkludiet li l-ispeċifikazzjoni “matul l-użu” inkluża fid-Direttiva Bażi tat lok għal diffikultajiet ta’ interpretazzjoni;

Ir-raba’, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-liġi dwar ksur suffiċjentement serju u applikat klassifikazzjoni legali żbaljata tal-provi meta kkonkludiet li l-ispeċifikazzjoni “matul l-użu” inkluża fid-Direttiva Bażi tat lok għal kumplessità regolatorja;

Il-ħames, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-liġi dwar ksur suffiċjentement serju meta kkonkludiet li ma kienx hemm żball serju u manifest f’dak li jirrigwarda l-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju fundamentali ta’ ugwaljanza fit-trattament;

Is-sitt, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-liġi dwar ksur suffiċjentement serju meta kkonkludiet li ma kienx hemm żball serju u manifest f’dak li jirrigwarda l-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipji fundamentali ta’ amministrazzjoni tajba u/jew ta’ diliġenza;

Is-seba’, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-liġi dwar ksur suffiċjentement serju meta kkonkludiet li ma kienx hemm żball serju u manifest f’dak li jirrigwarda l-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju fundamentali ta’ dritt għal twettiq ta’ negozju jew kummerċ.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-25 ta’ Frar 2022 – BM, NP vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

(Kawża C-132/22)

(2022/C 207/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BM, NP

Konvenut: Minnistero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

Domanda preliminari

L-Artikolu 45(1), l-Artikolu 45(2) TFUE u l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1) għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu regola bħal dik prevista fl-Artikolu 1(655) tal-Liġi Nru 205/2017, li tgħid li, għal sehem fi proċedura ta’ inklużjoni fil-listi għall-konklużjoni ulterjuri ta’ kuntratti ta’ tagħlim għal żmien determinat fl-istabbilimenti Taljani tal-AFAM, titqies biss l-esperjenza professjonali miksuba mill-kandidati f’dawn l-istabbilimenti nazzjonali, u mhux dik li jkunu kisbu fi stabbilimenti tal-istess livell f’pajjiżi Ewropej oħra, peress li l-proċedura inkwistjoni għandha l-għan partikolari li tiġġieled il-fenomenu tax-xogħol prekarju fl-Italja; fil-każ li din il-leġiżlazzjoni Taljana ma tkunx ikkunsidrata mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala f’kunflitt b’mod astratt mal-qafas leġiżlattiv Ewropew, il-miżuri li hija tipprevedi jistgħu jitqiesu proporzjonati, fil-konkret, mal-għan ta’ interess ġenerali msemmi iktar 'il fuq?


(1)  ĠU 2011, L 141, p. 1.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-1 ta’ Marzu 2022 – Association Avocats pour la défense des droits des étrangers (ADDE) et vs Ministre de l’Intérieur

(Kawża C-143/22)

(2022/C 207/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association Avocats pour la défense des droits des étrangers (ADDE), Association nationale d’assistance aux frontières pour les étrangers (ANAFE), Association de recherche, de communication et d’action pour l’accès aux traitements (ARCAT), Comité inter-mouvements auprès des évacués (CIMADE), Fédération des associations de solidarité avec tou-te-s les immigré-e-s (FASTI), Groupe d’information et de soutien des immigré.e.s (GISTI), Ligue des droits de l’homme (LDH), Le paria, Syndicat des avocats de France (SAF), SOS – Hépatites Fédération

Konvenut: Ministre de l’Intérieur

Domanda preliminari

Fil-każ ta’ introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni, taħt il-kundizzjonijiet previsti fil-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1), barrani li jkun ġej direttament mit-territorju ta’ Stat li huwa parti għall-Ftehim iffirmat f’Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 jista’ jiġi suġġett għal deċiżjoni ta’ rifjut ta’ dħul, fil-mument tal-verifiki mwettqa f’din il-fruntiera, fuq il-bażi tal-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament mingħajr ma d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (2) tkun applikabbli?


(1)  ĠU 2016, L 77, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2020, L 245, p. 32).

(2)  ĠU 2008, L 348, p. 98).


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail de Liège (il-Belġju) fit-2 ta’ Marzu 2022 – OP vs Commune d’Ans

(Kawża C-148/22)

(2022/C 207/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OP

Konvenut: Commune d’Ans

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) jista’ jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lil amministrazzjoni pubblika li torganizza ambjent amministrattiv kompletament newtrali u b’hekk li tipprojbixxi l-ilbies ta’ simboli ta’ twemmin mill-membri kollha tal-persunal, irrispettivament minn jekk dawn ikunux f’kuntatt dirett mal-pubbliku jew le?

2)

L-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78 jista’ jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lil amministrazzjoni pubblika li torganizza ambjent amministrattiv kompletament newtrali u b’hekk li tipprojbixxi l-ilbies ta’ simboli ta’ twemmin mill-membri kollha tal-persunal, irrispettivament minn jekk dawn ikunux f’kuntatt dirett mal-pubbliku jew le, anki jekk din il-projbizzjoni newtrali tidher li taffettwa l-iktar lin-nisa, u għalhekk x’aktarx tikkostitwixxi diskriminazzjoni moħbija bbażata fuq il-ġeneru?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fil-15 ta’ Marzu 2022 – Kopiosto r.y. vs Telia Finland Oyi

(Kawża C-201/22)

(2022/C 207/28)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kopiosto r.y.

Konvenut: Telia Finland Oyi

Domandi preliminari

1)

Fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet ta’ liċenzjar kuntrattwali, li kollettivament jimmaniġġjaw drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-locus standi għad-difiża ta’ dawn id-drittjiet, li jingħata mill-Artikolu 4[1](ċ) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (1), li huwa bbażat fuq leġittimità attiva preżunta, jirreferi esklużivament għal-locus standi in judicio ġenerali, jew jeħtieġ dritt espressament irrikonoxxut mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali sabiex titressaq azzjoni f’isem il-parti stess għad-difiża tad-drittijiet inkwistjoni?

2)

F’interpretazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 4[1](ċ) tad-Direttiva 2004/48, it-terminu “interess dirett fid-difiża tal-drittijiet tal-awtur tad-detenturi li lilhom tirrappreżenta” għandu jiġi interpretat uniformement fl-Istati Membri kollha fir-rigward ta’ dritt ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv fis-sens tal-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (2) sabiex titressaq azzjoni għal ksur tad-drittijiet tal-awtur f’isem il-parti stess, fejn

(i)

jikkonċerna użu ta’ xogħlijiet li fir-rigward tagħhom organizzazzjoni għandha dritt, bħala organizzazzjoni ta’ liċenzjar kuntrattwali fis-sens tat-Tekijänoikeuslaki (il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur), li tagħti liċenzji kollettivi estiżi li jippermettu lill-persuna li għandha liċenzja li tuża wkoll xogħlijiet minn awturi f’dak is-settur li ma jkunux taw mandat lill-organizzazzjoni sabiex timmaniġġja d-drittijiet tagħhom;

(ii)

jikkonċerna użu ta’ xogħlijiet li fir-rigward tagħhom l-awturi jkunu awtorizzaw lill-organizzazzjoni sabiex timmaniġġja d-drittijiet tagħhom permezz ta’ kuntratt jew permezz ta’ mandat, mingħajr ma jkunu ġew assenjati drittijiet tal-awtur lill-organizzazzjoni?

3)

Jekk l-organizzazzjoni, fil-kapaċità tagħha ta’ organizzazzjoni ta’ liċenzjar kuntrattwali, hija preżunta li għandha interess dirett u leġittimità attiva sabiex tressaq azzjoni f’isimha stess: fl-evalwazzjoni tal-leġittimità attiva sabiex tressaq proċeduri fid-dawl ta’, fejn applikabbli, l-Artikoli 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, x’tifsira għandha tingħata għall-fatt li l-organizzazzjoni, bħala organizzazzjoni ta’ liċenzjar kuntrattwali, tirrappreżenta wkoll awturi li ma jkunux awtorizzawha timmaniġġja d-drittijiet tagħhom, u li d-dritt tal-organizzazzjoni li tressaq azzjoni sabiex tiddefendi d-drittijiet ta’ dawk l-awturi ma hijiex irregolata mid-dritt?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.

(2)  ĠU 2014, L 84, p. 72.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/20


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2022 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-224/22)

(2022/C 207/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. Rodríguez de la Rúa Puig, aġent)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 (1), sa fejn dan jagħmel riferiment għall-istabbiliment (i) tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli għal bastimenti tas-sajd bil-konz għal merluzz (Merluccius merluccius) u trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (Subżoni Ġeografiċi 1, 2, 5, 6 u 7) inklużi fit-Taqsima C tal-Anness III; u (ii) tal-limiti massimi ta’ qabdiet ta’ gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Alboran, il-Gżejjer Baleariċi, it-Tramuntana ta’ Spanja u l-Golf tal-Iljuni (GSA 1, 2, 5, 6 u 7), inkluż fit-Taqsima E tal-Anness III.

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-ewwel motiv:

L-istabbiliment tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli għal bastimenti tas-sajd bil-konz għal merluzz u trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi (iktar ’il quddiem, il-“GSA”) 1, 2, 5, 6 u 7:

1)

ma huwiex immotivat skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7(5) tar-Regolament 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (2) għaliex ma ġewx iddeterminati l-opinjonijiet xjentifiċi li minnhom jirriżulta li huma qabdiet sinjifikattivi ta’ stokk partikolari;

2)

sussidjarjament: (i) huwa kuntrarju għall-Artikolu 7(5) tar-Regolament 2019/1022, għaliex l-opinjonijiet xjentifiċi eżaminati mir-Renju ta’ Spanja ma jindikawx qabdiet sinjifikattivi ta’ stokk partikolari; u (ii) huwa sproporzjonat, għaliex huwa manifestament mhux xieraq sabiex jintlaħaq l-għan tar-Regolament 2019/1022 għaliex ma josservax ir-rekwiżit ta’ opinjonijiet xjentifiċi jew l-iżvilupp koerenti tal-politika komuni tas-sajd fid-dimensjoni trippla ambjentali, ekonomika u soċjali tagħha; u ma huwiex neċessarju għaliex hemm miżuri alternattivi oħrajn implimentati sabiex jintlaħaq dan l-għan (għeluq tas-sajd u żieda fis-selettività tal-irkaptu rmunkat).

It-tieni motiv:

L-istabbiliment ta’ limitu massimu ta’ qabdiet speċifiku għall-gamblu aħmar tal-Mediterran fil-GSA 1, 2, 5, 6 u 7;

1)

ma huwiex immotivat b’konformità mar-rekwiżit tal-Artikolu 7(3)(b) tar-Regolament 2019/1022 għaliex ma ġewx iddeterminati l-opinjonijiet xjentifiċi li minnhom ġiet inferita l-ħtieġa li tiġi adottata din il-miżura ta’ konservazzjoni;

2)

sussidjarjament: (i) huwa kuntrarju għall-Artikolu 7(3)(b) tar-Regolament 2019/1022, sa fejn l-użu tal-miżura ma kienx previst fl-imsemmi regolament u sa fejn l-opinjonijiet xjentifiċi eżaminati mir-Renju ta’ Spanja ma jistabbilixxux il-ħtieġa li tiġi adottata din il-miżura ta’ konservazzjoni; u (ii) huwa sproporzjonat, għaliex huwa manifestament mhux xieraq sabiex jintlaħaq l-għan tar-Regolament 2019/1022 billi ma josservax ir-rekwiżit ta’ opinjonijiet xjentifiċi u jikkoinċidi ma’ miżuri ta’ konservazzjoni oħrajn; u għaliex ma huwiex neċessarju peress li hemm miżuri alternattivi oħrajn implimentati sabiex jintlaħaq tali għan (għeluq tas-sajd, daqsijiet minimi u żieda fis-selettività tal-irkaptu rmunkat.


(1)  ĠU 2022, L 21, p. 165, u rettifika fil-ĠU 2022, L 108, p. 68.

(2)  ĠU 2019, L 172, p. 1.


Il-Qorti Ġenerali

23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Martinair Holland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-323/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza tal-Kummissjoni - Ksur uniku u kontinwu - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2022/C 207/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Martinair Holland NV (Haarlemmermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Smeets, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali, tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Kawża AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.

3)

Martinair Holland NV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – SAS Cargo Group et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-324/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru (sovrataxxa għall-karburant, sovrataxxa għas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni - Drittijiet tad-difiża - Opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Artikolu 266 TFUE - Restrizzjoni statali - Ksur uniku u kontinwu - Ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Parteċipazzjoni sostanzjalment ridotta - Ċirkustanzi aggravanti - Reċidiva - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 207/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SAS Cargo Group A/S (Kastrup, id-Danimarka), Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden (Stokkolma, l-Isvezja), SAS AB (Stokkolma) (rappreżentanti: B. Creve, M. Kofmann, J. Killick u G. Forwood, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti A. Dawes u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, essenzjalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 1742 final, tas-17 ta’ Marzu 2017, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ AT.39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru) sa fejn hija intiża għar-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1)(o), (p) u (q), 2(o) u (p), 3(o)u (p) u 4(o), (p) u (q) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 1742 final, tas-17 ta’ Marzu 2017, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ AT.39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru) huwa annullat sa fejn jikkonstata l-parteċipazzjoni ta’ SAS AB, SAS Cargo Group A/S u Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden fil-komponent tal-ksur uniku u kontinwu relatat mar-rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjonijiet fuq is-sovrataxxi.

2)

L-Artikolu 1(2)(o) u (p), sa fejn jikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE fuq it-titjiriet li jitilqu mit-Tajlandja lejn l-Unjoni Ewopea bejn l-20 ta’ Lulju 2005 u l-14 ta’ Frar 2006 fir-rigward tal-komponet relatat mas-sovrataxxi, kif ukoll l-Artikolu 1(3)(o) u (p), sa fejn jikkonstata ksur tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fuq it-titjiriet li jitilqu mit-Tajlandja lejn iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn l-20 ta’ Lulju 2005 u l-14 ta’ Frar 2006 fir-rigward tal-komponent relatat mas-sovrataxxi, huma annullati.

3)

L-Artikolu 3(n) sa (r) huwa annullat.

4)

L-ammont tal-multa imposta fuq Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden huwa stabbilit għal EUR 7 030 618, dak tal-multa imposta fuq SAS Cargo Group u fuq Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden in solidum għal EUR 5 937 909, dak tal-multa imposta fuq SAS Cargo Group, Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden u SAS in solidum għal EUR 6 314 572, dak tal-multa imposta fuq SAS Cargo Group u SAS in solidum għal EUR 29 045 427 u dak tal-multa imposta fuq SAS Cargo Group għal EUR 21 687 090.

5)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ SAS Cargo Group, Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden u SAS.

7)

SAS Cargo Group, Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden u SAS għandhom ibati kwart tal-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Koninklijke Luchtvaart Maatschappij vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-325/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza tal-Kummissjoni - Ksur uniku u kontinwu - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ammont tal-amenda - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 207/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV (Amstelveen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Smeets, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali, tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Kawża AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarament, għall-annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha.

3)

Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Air Canada vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-326/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza tal-Kummissjoni - Drittijiet tad-difiża - Assenza ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Ksur uniku u kontinwu - Irtirar tat-talba għall-klemenza - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 207/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Air Canada (Saint-Laurent, Québec, il-Kanada) (rappreżentanti: T. Soames, I.-Z. Prodromou-Stamoudi, avukati, u J. Joshua, barrister)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u H. Leupold, aġenti, assistiti minn G. Peretz, QC)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, essenzjalment, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali, tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Kawża AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarament, għat-tħassir tal-multa li ġiet imposta fuqha, jew għat-tnaqqis tal-ammont tagħha.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1)(a), (2)(a), (3)(a) u (4)(a) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali, tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Kawża AT.39258 – Trasport bl-ajru) hija annullata sa fejn issostni l-parteċipazzjoni ta’ Air Canada għall-komponent tal-ksur uniku u kontinwu li żżomm ir-rifjut tal-ħlas tal-kummissjonijiet fuq is-soprataxxi.

2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Air Canada fl-Artikolu 3(a) tad-deċiżjoni C(2017) 1742 finali hija stabbilita għal EUR 17 952 000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll terz tal-ispejjeż ta’ Air Canada.

5)

Air Canada għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Cargolux Airlines vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-334/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza tal-Kummissjoni - Dritijiet tad-difiża - Assenza ta’ dikjarazzjoni ġdida tal-oġġezzjonijiet - Ksur uniku u kontinwu - Ammont tal-amenda - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur - Ammont addizzjonali - Ċirkustanzi attenwanti - Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi - Rwol segwaċi - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 207/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Cargolux Airlines International SA (Sandweiler, il-Lussemburgu) (rappreżentant: E. Aliende Rodríguez, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u A. Dawes, aġenti, assistiti minn E. MacKenzie, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali, tas 17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Kawża AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarament, għat-tħassir ta’ multa li ġiet imposta fuqha jew it-tnaqqis tal-ammont tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha.

3)

Cargolux Airlines International SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Air France-KLM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-337/17) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-trasport tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera dwar it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru (sovrataxxa fuq il-karburant, sovrataxxa fuq is-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni - Ksur uniku u kontinwu - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju tal-immunità - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa)

(2022/C 207/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Air France-KLM (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Wachsmann, A. de La Cotardière u A.-E. Herrada, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u C. Giolito, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukata)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 final, tas-17 ta’ Marzu 2017, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ AT.39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni kif ukoll tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha.

3)

Air-France-KLM għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi mill-ispejjeż tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Air France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-338/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni - Ksur uniku u kontinwu - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju tal-immunità - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Inkoraġġiment ta’ aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 207/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Société Air France (Tremblay-en-France, Franza) (rappreżentanti: A. Wachsmann u A. de La Cotardière, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u C. Giolito, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Każ AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.

3)

Société Air France għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Japan Airlines vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-340/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru (sovrataxxa għall-karburant, sovrataxxa għas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni - Artikolu 266 TFUE - Preskrizzjoni - Drittijiet tad-difiża - Nondiskriminazzjoni - Ksur uniku u kontinwu - Ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Ammont addizzjonali - Ċirkustanzi attenwanti - Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi - Parteċipazzjoni sostanzjalment ridotta - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 207/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Japan Airlines Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u K. Van Hove, avukati, u R. Burton, solicitor)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, G. Koleva u C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti minn J. Holmes, QC)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 1742 final, tas-17 ta’ Marzu 2017, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ AT.39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru) sa fejn hija intiża għar-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1)(h) u 4(h) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 1742 final, tas-17 ta’ Marzu 2017, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ AT.39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru) huwa annullat.

2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Japan Airlines Co. Ltd, fl-Artikolu 3(h) tal-imsemmija deċiżjoni, huwa stabbilit għal EUR 28 875 000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Japan Airlines għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha stess.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Japan Airlines.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – British Airways vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru (sovrataxxa għall-karburant, sovrataxxa għas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 266 TFUE - Restrizzjoni statali - Ksur uniku u kontinwu - Ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 207/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: British Airways plc (Harmondsworth, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Turner, R. O’Donoghue, QC, u A. Lyle-Smythe, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u A. Dawes, aġenti, assistiti minn A. Bates, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 1742 final, tas-17 ta’ Marzu 2017, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ AT.39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru) sa fejn hija intiża għar-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-kanċellazzjoni jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1)(e), (2)(e), u (3)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 1742 final, tas-17 ta’ Marzu 2017, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ AT.39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), huwa annullat sa fejn jikkonstata l-parteċipazzjoni ta’ British Airways plc fil-komponent tal-ksur uniku u kontinwu relatat mar-rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjonijiet fuq is-sovrataxxi.

2)

L-Artikolu 1(4)(e) tad-Deċiżjoni C(2017) 1742 final huwa annullat.

3)

L-ammont tal-multa imposta fuq British Airways fl-Artikolu 3(e) tad-Deċiżjoni C(2017) 1742 final, huwa stabbilit għal EUR 84 456 000.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll terz tal-ispejjeż ta’ British Airways.

6)

British Airways għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Deutsche Lufthansa et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-342/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera dwar it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi tal-merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Limitazzjoni mill-Istat - Ksur uniku u kontinwu”)

(2022/C 207/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja), Lufthansa Cargo AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja), Swiss International Air Lines AG (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Völcker, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u H. Leupold, aġenti)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Każ AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.

3)

Deutsche Lufthansa AG, Lufthansa Cargo AG, Swiss International Air Lines AG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-343/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni - Drittijiet tad-difiża - Preskrizzjoni - Restrizzjoni tal-Istat - Ksur uniku u kontinwu - Ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Inkoraġġiment ta’ aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi - Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 207/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Cathay Pacific Airways Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Kreisberger, QC, N. Grubeck, barrister, M. Rees, solicitor, u E. Estellon, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti minn J. Holmes, QC)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Każ AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1)(g) u l-Artikolu 4(g) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Każ AT.39258 – Trasport bl-ajru) huma annullati.

2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Cathay Pacific Airways Ltd, fl-Artikolu 3(g) tal-imsemmija deċiżjoni, huwa stabbilit għal EUR 47 040 000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Cathay Pacific Airways għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Cathay Pacific Airways.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Latam Airlines Group u Lan Cargo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Iżvizzera dwar it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni - Preskrizzjoni - Prinċipju ne bis in idem - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Restrizzjoni mill-Istat - Ksur uniku u kontinwu - Ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 207/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Latam Airlines Group SA (Santiago, iċ-Ċilì), Lan Cargo SA (Santiago) (rappreżentanti: B. Hartnett, barrister, O. Geiss u W. Sparks, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, H. Leupold u G. Koleva, aġenti, assistiti minn G. Peretz, QC)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Każ AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1)(i) u (j), l-Artikolu 3(i) u (j) u l-Artikolu 4(i) u (j) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Każ AT.39258 – Trasport bl-ajru) huma annullati.

2)

L-Artikolu 1(2)(i) u (j) tal-imsemmija deċiżjoni huwa annullat sa fejn tikkonstata l-parteċipazzjoni ta’ Latam Airlines Group SA u ta’ Lan Cargo SA, minn naħa, fil-komponenti tal-ksur uniku u kontinwu relatati għas-soprataxxa tas-sigurtà u għar-rifjut li jitħallsu kummissjonijiet u, min-naħa l-oħra, għall-komponent tal-ksur uniku u kontinwu li jirrigwarda s-soprataxxa tal-fjuwil qabel it-22 ta’ Lulju 2005.

3)

L-Artikolu 3(i) ta’ din id-deċiżjoni huwa annullat.

4)

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Latam Airlines Group u Lan Cargo huwa stabbilit għal EUR 2 244 000.

5)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Singapore Airlines u Singapore Airlines Cargo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-350/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru (sovrataxxa għall-karburant, sovrataxxa għas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Restrizzjoni statali - Ksur uniku u kontinwu - Ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħ”)

(2022/C 207/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Singapore Airlines Ltd (Singapor, Singapor), Singapore Airlines Cargo Pte Ltd (Singapor) (rappreżentanti: J. Kallaugher, J. P. Poitras, solicitors, u J. Ruiz Calzado, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti minn C. Brown, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 1742 final, tas-17 ta’ Marzu 2017, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ AT.39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru) sa fejn hija intiża għar-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.

3)

Singpore Airline u Singapore Airlines Cargo għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2022 – Necci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-129/19 RENV) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Sigurtà soċjali - RCAM - Ċaħda tal-applikazzjoni għal affiljazzjoni wara trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni - Kundizzjoni marbuta ma’ tul ta’ impjieg ta’ iktar minn tliet snin - Artikolu 95 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 34(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Artikolu 45 TFUE”)

(2022/C 207/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Claudio Necci (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u T. Bohr, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u I. Terwinghe, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Alver, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ April 2018 li impliċitament tiċħad it-talba teigħu għal affiljazzjoni fis-sistema komuni ta’ assigurazzjoni medika tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej (RCAM) imressqa fit-18 ta’ Diċembru 2017.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk esposti minn Claudio Necci marbuta mal-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-Kawża C-202/20 P.

3)

C. Necci huwa kkundannat għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura ta’ rinviju quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-Kawża T-129/19 RENV, kif ukoll mal-proċedura inizjali quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-Kawża T-129/19.

4)

Il-Parlement Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mal-Kawża T-129/19 u mal-proċedura preżenti wara rinviju.


(1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-291/20) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

(2022/C 207/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Viktor Fedorovych Yanukovych (Rostov-na-Donou, ir-Russja) (rappreżentanti: M. Anderson, solicitor, E. Dean u J. Marjason-Stamp, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Haas, P. Mahnič, S. Van Overmeire u A. Boggio-Tomasaz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 10), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 1), sa fejn dawn l-atti jżommu isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESKdwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati sa fejn isem Viktor Fedorovych Yanukovych inżamm fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 6.7.2020.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-292/20) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

(2022/C 207/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Sankt-Peterburg, ir-Russja) (rappreżentanti: M. Anderson, solicitor, E. Dean u J. Marjason-Stamp, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Haas, P. Mahnič, S. Van Overmeire u A. Boggio-Tomasaz,)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 10), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 1), sa fejn dawn l-atti jżommu isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESKdwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati sa fejn isem Oleksandr Viktorovych Yanukovych inżamm fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 6.7.2020.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – KF vs BEI

(Kawża T-299/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Ilment dwar fastidju psikoloġiku - Investigazzjoni amministrattiva - Deċiżjoni li tiċħad l-ilment - Żball ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Responsabbiltà”)

(2022/C 207/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: KF (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: K. Carr u J. Pawlowicz, aġenti, assistiti minn J. Currall u B. Wägenbaur, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BEI tas-27 ta’ Jannar 2020 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar fastidju psikoloġiku u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu materjali u morali li hija allegatament sofriet bħala riżultat ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tas-27 ta’ Jannar 2020 hija annullata.

2)

Il-BEI huwa kkundannat iħallas lil KF is-somma ta’ EUR 3 000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-BEI huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn KF.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2020.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Perry Street Software vs EUIPO – Toolstream (SCRUFFS)

(Kawża T-720/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali SCRUFFS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2022/C 207/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Perry Street Software, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hawkins, solicitor, u T. Dolde, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Toolstream Ltd (Yeovil, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Hourigan, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2020 (Każ R 550/2020-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Perry Street Software u Toolstream.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Perry Street Software, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 8.2.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 30 ta’ Marzu 2022 – L’Oréal vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO COUTURE)

(Kawża T-30/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SO COUTURE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea SO…? - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2022/C 207/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Clichy, Franza) (rappreżentanti: M. Treis u E.-M. Strobel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, agent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Debonair Trading Internacional Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: J. Quirin u J.-P. Jacquey, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Novembru 2020 (Każ R 158/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Debonair Trading Internacional u L’Oréal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 128, 12.4.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – SFD vs EUIPO – Allmax Nutrition (ALLNUTRITION DESIGNED FOR MOTIVATION)

(Kawża T-35/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ALLNUTRITION DESIGNED FOR MOTIVATION - Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti ALLMAX NUTRITION - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2022/C 207/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SFD S.A. (Opole, il-Polonja) (rappreżentant: T. Grucelski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Allmax Nutrition Inc. (North York, Ontario, il-Kanada)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2020 (Każ R 511/2020-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Allmax Nutrition u SFD.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SFD S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 98, 22.3.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – PO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/338/17 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Artikolu 1(d)(1) u (4) tar-Regolamenti tal-Persunal - Akkomodazzjoni raġonevoli - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażat fuq id-diżabbiltà - Direttiva 2000/78/KE - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà - Dannu materjali u morali”)

(2022/C 207/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PO (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Melo Sampaio u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu ppreżentat abbażi tal-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tad-29 ta’ April 2020, meħuda fi tmiem eżami mill-ġdid, dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/338/17 kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta’ Ottubru 2020 dwar iċ-ċaħda tal-ilment tiegħu, u min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li allegatament ġarrab minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 110, 29.3.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Kalita u Haas vs EUIPO – Kitzbühel Tourismus (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ annimali)

(Kawża T-206/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta żewġ annimali - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta annimal - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 207/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Oliver Kalita (Jochberg, l-Awstrija), Christian Haas (Kitzbühel, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Donath, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Graul u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kitzbühel Tourismus, Körperschaft des öffentlichen Rechts (Kitzbühel) (rappreżentant: M. Horak, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Frar 2021 (Każ R 863/2020-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Kitzbühel Tourismus u, min-naħa l-oħra, O. Kalita u C. Haas.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Frar 2021 (Każ R 863/2020-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Oliver Kalita u Christian Haas.

3)

Kitzbühel Tourismus, Körperschaft des öffentlichen Rechts, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs dawk sostnuti minn O. Kalita u C. Haas.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Établissement Amra vs EUIPO – eXpresio (Forma ta’ żarbun b’effett rebound)

(Kawża T-264/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ żarbun b’effett rebound - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal kompost esklużivament mill-forma tal-prodott li huwa neċessarju għall-kisba ta’ riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Preżenza ta’ elementi verbali - Assenza ta’ karatteristiċi essenzjali mhux funzjonali”)

(2022/C 207/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Établissement Amra (Vaduz, il-Liechtenstein) (rappreżentant: M. Gómez Calvo, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: eXpresio, estudio creativo, SL (La Nucia, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Marzu 2021 (Każ R 1083/2020-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Establishment Amra u eXpresio, estudio creativo.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Marzu 2021 (Każ R 1083/2020-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 263, 5.7.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Hesse vs EUIPO – Wedl & Hofmann (Testa Rossa)

(Kawża T-451/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Testa Rossa - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea TESTA ROSSA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2022/C 207/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Kurt Hesse (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u E. Markakis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wedl & Hofmann GmbH (Mils/Hall in Tirol, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Raubal, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Mejju 2021 (Każ R 878/2020-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wedl & Hofmann u M. Hesse.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kurt Hesse huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 368, 13.9.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2022 – Miquel y Costas & Miquel vs EUIPO (Pure Hemp)

(Kawża T-17/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Għajbien tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 207/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Miquel y Costas & Miquel, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Mora Cortés, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ottubru 2020 (Każ R853/2020-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Pure Hemp bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

M għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat kemm għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn Miquel y Costas & Miquel, SA.


(1)  ĠU C 72, 1.3.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2022 – Saure vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-232/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Korrispondenza tal-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet u d-dewmien tal-provvista tal-vaċċini ta’ AstraZeneca kontra l-COVID-19 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Talbiet għal adattament tat-talbiet - Lis pendens - Inammissibbiltà manifesta”)

(2022/C 207/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hans-Wilhelm Saure (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Partsch, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, K. Herrmann u A. Spina, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita, tat-30 ta’ April 2021, kif ukoll, wara adattament tat-talbiet, tad-deċiżjoni espliċita, tat-13 ta’ Lulju 2021, li permezz tagħhom il-Kummissjoni ċaħdet it-talba konfermatorja tiegħu għal aċċess għal ċerti dokumenti.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ April 2021 dwar iċ-ċaħda tat-talba konfermatorja ta’ aċċess għal ċerti dokumenti.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk ta’ Hans-Wilhelm Saure marbuta mar-rikors u mat-talba għall-konstatazzjoni li ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni.

4)

H-W. Saure huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk tal-Kummissjoni marbuta mat-talba għall-adattament tar-rikors.


(1)  ĠU C 242, 21.6.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2022 – UNIS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-431/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Sigurtà soċjali - Organi responsabbli għall-ġestjoni ta’ skemi legali ta’ assigurazzjoni għall-mard u ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija - Fond nazzjonali ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija - Attività ekonomika - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

(2022/C 207/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Union nationale des indépendants solidaires (UNIS) (Lorient, Franza) (rappreżentant: F. Ortega, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, H. van Vliet, T. Baumé u A. Boitos, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha, ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, li hija organizzazzjoni professjonali rregolata mid-dritt Franċiż u maħluqa fil-21 ta’ Frar 2020, titlob l-annullament ta’ ittra tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Mejju 2021 li permezz tagħha ddikjarat li hija ma kinitx kompetenti sabiex teżamina l-kwistjonijiet imqajma mir-rikorrenti fl-ilment tagħha tas-7 ta’ April 2021.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Union nationale des indépendants solidaires (UNIS) għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 422, 18.10.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2022 – Kalypso Media Group vs EUIPO (COMMANDOS)

(Kawża T-550/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 207/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Kalypso Media Group GmbH (Worms, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1864/2020-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali COMMANDOS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Kalypso Media Group GmbH.


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/43


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2022 – Ecocert India vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-123/22)

(2022/C 207/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ecocert India Pte Ltd (Gurugram, l-Indja) (rappreżentanti: Y. Martinet, D. Todorova u J. Sohm, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1 flimkien mal-punt 5 tal-Anness I, fir-rigward tal-Indja, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-lista ta’ pajjiżi terzi u l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll li ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni (1), sa fejn din id-dispożizzjoni tneħħi lil Ecocert India Private Limited mill-korpi ta’ kontroll irrikonoxxuti li jidhru fil-lista għall-Indja, li huma akkreditati għat-twettiq ta’ kontrolli u ta’ ħruġ ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni li jawtorizzaw ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea, bħala prodotti organiċi, ta’ prodotti importati mill-Indja, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq allegata inkompetenza tal-konvenuta fir-rigward tat-tneħħija mil-lista ta’ korpi ta’ kontroll Indjani rrikonoxxuti.

Skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 (2), u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 (3), il-konvenuta għandha l-kompetenza li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi rrikonoxxuti, li hija stabbilita fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Mandankollu, hija biss l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li tista’ takkredita jew tneħħi mil-lista korpi ta’ kontroll. Billi neħħiet lir-rikorrenti mil-lista ta’ korpi ta’ kontroll irrikonoxxuti, il-konvenuta eċċediet il-limiti tal-kompetenza tagħha u kisret l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru1235/2008. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet li fuqhom ir-rikorrenti bbażat ir-Regolament (UE) 2021/2325, jiġifieri l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1342 tas-27 ta’ Mejju 2021 (4), ma kinux għadhom daħlu fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar 2022.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur mill-konvenuta tar-rekwiżiti formali essenzjali.

Billi ddeċidiet li tneħħi lir-rikorrenti mil-lista ta’ korpi ta’ kontroll Indjani abbażi tal-lista ppubblikata fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (lista ta’ pajjiżi terzi rrikonoxxuti), ir-rikorrenti tqis li l-konvenuta ċaħditha minn kwalunkwe garanziji proċedurali, peress li taħt din il-bażi legali ma hemm ebda possibbiltà għal korpi ta’ kontroll individwali li jinstemgħu qabel ma tittieħed deċiżjoni negattiva fil-konfront tagħhom.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq allegat żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti u verifika tal-evidenza; żball ta’ evalwazzjoni mill-konvenuta fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2325.

L-ewwel parti tat-tielet motiv: il-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti ma kellhiex għarfien tal-użu tal-ossidu etiliniku (EtO) bħala fumigant kontra s-salmonella, fi żmien meta seħħew il-fatti.

It-tieni parti tat-tielet motiv: il-konvenuta ma siltitx il-konklużjonijiet korretti mill-fatt li r-rikorrenti ħadet il-miżuri rimedjali neċessarji kollha.

It-tielet parti tat-tielet motiv: il-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni s-sanzjonijiet adottati mill-awtorità kompetenti Indjana APEDA.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-prinċipji ġenerali legali ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni.

L-ewwel parti tar-raba’ motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li t-tneħħija tar-rikorrenti mil-lista ta’ korpi ta’ kontroll iċċertifikati kienet sproporzjonata mal-iskoperta ta’ irregolaritajiet u naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni d-dewmien u miżuri korrettivi adatti.

It-tieni parti tar-raba’ motiv: ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, peress li l-konvenuta ddeċidiet b’mod diskriminatorju li tiddeċertifika biss ċerti korpi ta’ kontroll, għalkemm twettqu l-istess irregolaritajiet minn entitajiet oħra, u għalhekk kien hemm kompetizzjoni żleali bejn korpi ta’ kontroll barranin.

It-tielet parti tar-raba’ motiv: ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, peress li l-inklużjoni repetittiva tar-rikorrenti fil-lista ta’ korpi ta’ kontroll, mill-2006, ħolqot sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal aspettattivi leġittimi li nkisru mill-konvenuta; id-dispożizzjoni legali inċerta u imprevidibbli serviet bħala bażi għat-tneħħija tar-rikorrenti mil-lista ta’ korpi ta’ kontroll Indjani.


(1)  ĠU 2021, L 465, p. 8.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (ĠU 2007 L 189, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU 2008 L 334, p. 25).

(4)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1342 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-pajjiżi terzi u mill-awtoritajiet ta’ kontroll u mill-korpi ta’ kontroll għall-finijiet tas-superviżjoni tar-rikonoxximent tagħhom skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-prodotti organiċi importati u l-miżuri li għandhom jittieħdu fl-eżerċizzju ta’ dik is-superviżjoni (ĠU 2021 L 292, p. 20).


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/44


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2022 – Hyundai Heavy Industries Holdings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-156/22)

(2022/C 207/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hyundai Heavy Industries Holdings Co. Ltd (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentanti: S. Völcker, J. Ruiz Calzado, H. Armengod Suarez, J.-B. Douchy, lawyers, u D. Little, Solicitor)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Jannar 2022 fil-Kawża M.9343 – Hyundai Heavy Industries Holdings vs Daewoo Shipbuilding & Marine Engineering fl-intier tagħha (id-Deċiżjoni); u

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha u tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi fir-rigward tat-tentattiv tal-Kummissjoni li turi l-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti fuq il-bażi tal-analiżi tal-mertu li ma huwiex konness mat-test legali li d-Deċiżjoni ssostni li qed tapplika.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni u nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni kkontestata kienet toħloq pożizzjoni dominanti li tirriżulta f’impediment sostanzjali għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern minħabba (a) id-dipendenza fuq l-ishma tas-suq bħala prova “prima facie” tal-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti minkejja marġini persistenti baxxi, kapaċità żejda strutturali u sejħiet għall-offerti mhux frekwenti, (b) in-nuqqas li jiġu rrikonoxxuti r-restrizzjonijiet kompetittivi eżerċitati mill-kompetituri u evalwazzjoni żbaljata taċ-ċentralità, (ċ) it-tkeċċija tal-klijenti setgħa ovvja tax-xerrej f’suq ikkaratterizzat minn kapaċità żejda u offerti mhux frekwenti u ta’ valur għoli, (d) in-nuqqas li jiġi stabbilit kif it-tranżazzjoni kkontestata twassal għal ostaklu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva fis-suq intern, u (e) l-evalwazzjoni żbaljata tal-firxa ta’ riżultati possibbli li kienu jipprevalu mingħajr it-tranżazzjoni kkontestata.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt tad-difiża u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tadotta dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet supplimentari biex tirrimedja għan-nuqqas ta’ ċarezza dwar l-aspetti ewlenin tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-dipendenza fuq provi mhux inklużi fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ diliġenza minħabba l-fatt li ħafna mill-provi tad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni kienu skaduti saż-żmien meta l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tagħha, u li hija naqset milli tinvestiga bir-reqqa u b’imparzjalità l-iktar fatti kritiċi, u b’hekk ippreġudikat l-eżitu tat-tranżazzjoni kkontestata.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/45


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2022 – Dehaen vs EUIPO – National Geographic Society (NATIONAL GEOGRAPHIC)

(Kawża T-157/22)

(2022/C 207/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Karolien Dehaen (Schilde, il-Belġju) (rappreżentanti: T. van Innis u A. Van der Planken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: National Geographic Society (Washington, District of Columbia, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NATIONAL GEOGRAPHIC – trade mark tal-Unjoni Nru 2 148 799

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 972/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/46


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2022 – Dehaen vs EUIPO – National Geographic Society (NATIONAL GEOGRAPHIC)

(Kawża T-158/22)

(2022/C 207/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Karolien Dehaen (Schilde, il-Belġju) (rappreżentanti: T. van Innis u A. Van der Planken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: National Geographic Society (Washington, District of Columbia, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NATIONAL GEOGRAPHIC – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 419 731

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 975/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/47


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2022 – 1906 Collins vs EUIPO – Peace United (bâoli BEACH)

(Kawża T-160/22)

(2022/C 207/62)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: 1906 Collins LLC (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Mateu, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Peace United Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bâoli BEACH – Trade mark tal-Unjoni Nru 16 552 333

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Jannar 2022 fil-Każ R 223/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddeċiedi li t-trade mark tal-Unjoni Ewropea bâoli BEACH Nru 16 552 333 hija invalida abbażi tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2001;

tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Nru 16 552 333 sa mill-jum tal-applikazzjoni għaliha;

tikkundanna lill-kumpannija Peace United għar-rimbors tal-ispejjeż imġarrba minn 1906 COLLINS fil-kuntest ta’ din il-proċedura, inklużi l-ispejjeż iddikjarati mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u mill-Bord tal-Appell tal-EUIPO, konformement mal-Artikoli 134(1) u 190 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/47


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2022 – Transformers Manufacturing Company vs EUIPO – H&F (TMC TRANSFORMERS)

(Kawża T-163/22)

(2022/C 207/63)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Transformers Manufacturing Company Pty Ltd (Melbourne, l-Awstralja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: H&F Srl (Milan, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TMC TRANSFORMERS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 262 668

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2022 fil-Każ R 1211/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirrikonoxxi b’mod preliminari u preproċesswali n-nuqqas ta’ leġittimità ta’ H&F Srl u tiddikjara inammissibbli l-proċedura tal-ewwel u t-tieni istanza quddiem l-EUIPO;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata peress li hija infondata fil-fatt u fil-liġi u nieqsa minn motivazzjoni;

sussidjarjament, tħassar id-deċiżjoni kkontestata permezz ta’ rinviju bħala infondata fil-fatt u fil-liġi;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti jħallsu l-ispejjeż tal-kawżi tat-tliet istanzi ġudizzjarji.

Motivi invokati

Nuqqas ta’ leġittimità biex taġixxi minn H&F Srl li dwaru l-EUIPO ma ddeċidiex jew ma tax motivazzjoni;

Evalwazzjoni mhux korretta tal-probbabiltà ta’ konfużjoni (l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009) fil-fatt u fil-liġi;

Assenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjużi.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/48


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2022 – Transformers Manufacturing Company vs EUIPO – H&F (TMC TRANSFORMERS)

(Kawża T-167/22)

(2022/C 207/64)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Transformers Manufacturing Company Pty Ltd (Melbourne, l-Awstralja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: H&F Srl (Milan, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TMC TRANSFORMERS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 264 664

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 1212/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirrikonoxxi b’mod preliminari u preproċesswali n-nuqqas ta’ leġittimità ta’ H&F Srl u tiddikjara inammissibbli l-proċedura tal-ewwel u t-tieni istanza quddiem l-EUIPO;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata peress li hija infondata fil-fatt u fil-liġi u nieqsa minn motivazzjoni;

sussidjarjament, tħassar id-deċiżjoni kkontestata permezz ta’ rinviju bħala infondata fil-fatt u fil-liġi;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti jħallsu l-ispejjeż tal-kawżi tat-tliet istanzi ġudizzjarji.

Motivi invokati

Nuqqas ta’ leġittimità biex taġixxi minn H&F Srl li dwaru l-EUIPO ma ddeċidiex jew ma tax motivazzjoni;

Evalwazzjoni mhux korretta tal-probbabiltà ta’ konfużjoni (l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009) fil-fatt u fil-liġi;

Assenza ta’ motivazzjoni fid-deċiżjoni.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/49


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2022 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Fontana Food (GRILLOUMI)

(Kawża T-168/22)

(2022/C 207/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister-at-law, u C. Milbradt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fontana Food AB (Tyresö, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “GRILLOUMI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 963 291

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Jannar 2022 fil-Każ R 1612/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-appell tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

L-analiżi tal-Bord tal-Appell tal-karattru distintiv żbaljat sostanzjalment;

Il-Bord tal-Appell wettaq żball billi naqas milli jikkonstata probabbiltà ta’ konfużjoni;

Il-Bord tal-Appell wettaq żball billi naqas milli jagħti smigħ xieraq lir-rikorrenti fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/50


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2022 – Telefónica de España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-170/22)

(2022/C 207/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Telefónica de España, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz, avukat, P. Stuart, Barrister-at-Law u J. Blanco Carol, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Jannar 2022 dwar is-Sejħa għal Offerti DIGIT/A3/PR/2019/RP/010 – Servizzi Trans-Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (TESTA);

tagħti kwalunkwe rimedju ieħor li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa fiċ-ċirkustanzi;

u, fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u taxxi u spejjeż oħra tar-rikorrenti inkorsi b’konnessjoni ma’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta żbaljat fil-liġi, u wettqet żbalji ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni, billi ppenalizzat lill-konsorzju (1) talli naqas milli jipprovdi informazzjoni li qatt ma kienet rikjesta fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti, bi ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta żbaljat fil-liġi, u wettqet żbalji ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni, billi naqset milli tagħti marka għall-offerta (2) skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti, bi ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ċertezza legali.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta żbaljat fil-liġi, u wettqet żbalji ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni, billi naqset milli tistabbilixxi kriterji ta’ attribuzzjoni ċari u mhux ambigwi, u naqset milli tipprovdi l-informazzjoni neċessarja sabiex jiġi evalwat kif tingħata marka għall-offerta, bi ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ċertezza u d-drittijiet tad-difiża.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta żbaljat fil-liġi, u wettqet żbalji ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni, billi naqset milli tfittex kjarifiki meta possibbli u utli, bi ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ekwità proċedurali.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti kienet ivvizzjata b’sensiela ta’ istanzi ta’ ksur ta’ prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta żbaljat fil-liġi meta naqset milli timponi xi miżuri sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tal-Istati Membri taħt l-Artikolu 346 TFUE li ma jiżvelawx informazzjoni kuntrarja għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom, u kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.


(1)  Il-“konsorzju”, kif iddefinit fir-rikors, huwa kompost minn Telefonica de España, ir-rikorrenti, flimkien ma’ żewġ entitajiet oħrajn.

(2)  Permezz ta’ “l-offerta” huwa mifhum l-offerta ta’ prezz tal-konsorzju.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/51


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2022 – OR u OS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-171/22)

(2022/C 207/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: OR u OS (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2021 li permezz tagħha l-PMO ċaħdet it-talba tar-rikorrenti tat-18 ta’ Marzu 2021 ippreżentata fuq il-bażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal li tipproponi l-ħlas tad-drittijiet tal-pensjoni akkumulati mill-mejjet missierhom taħt l-Iskema tal-Pensjoni tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“IPIUE”) u d-drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tiegħu;

tannulla, sa fejn jitqies li tipprovdi motivazzjoni addizzjonali, id-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2021 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti tal-20 ta’ Settembru 2021;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lura lir-rikorrenti l-ammont ta’ drittijiet li jikkorrispondu għall-kontribuzzjonijiet tal-mejjet lill-IPIUE u l-ammont tad-drittijiet tal-pensjoni nazzjonali tiegħu ttrasferiti lill-IPIUE;

tikkundanna lill-konvenuta għall-interessi dovuti fuq is-somom li għandhom jitħallsu lura bir-rata tal-interessi tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti mid-data tat-trasferiment u l-kontribuzzjonijiet ta’ kull xahar;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed ibbażat fuq arrikkiment indebitu tal-Unjoni. Ir-rikorrenti jsostnu f’dan ir-rigward li missierhom kien kiseb, qabel mewtu, id-dritt li jittrasferixxi l-pagamenti annwali tiegħu miksuba taħt ir-RPIUE kif ukoll dawk akkwistati taħt id-drittijiet nazzjonali tal-pensjoni tiegħu u enfasizzaw li dan id-dritt ma huwiex suġġett għal ebda perijodu ta’ limitazzjoni. Ir-rikorrenti jżidu li peress li missierhom ma kienx laħaq, qabel il-mewt tiegħu, l-għaxar snin ta’ servizz effettiv li jippermettulu jibbenefika mill-ħlas ta’ pensjoni tal-irtirar taħt ir-RPIUE, is-somom ikkontribwiti jikkostitwixxu arrikkiment indebitu tal-Unjoni.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/52


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2022 – Gönenç vs EUIPO – Solar (termorad “ALUMINIUM PANEL RADIATOR”)

(Kawża T-172/22)

(2022/C 207/68)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Salim Selahaddin Gönenç (Konya, it-Turkija) (rappreżentant: V. Martín Santos, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Solar A/S (Vejen, id-Danimarka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva termorad “ALUMINIUM PANEL RADIATOR” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 027 358

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2022 fil-Każ R R 770/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sabiex it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 027 358 tingħata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-intervenjenti u/jew lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’rabta ma’ dan ir-rikors u l-ispejjeż proċedurali kollha kkawżati mid-deċiżjonijiet tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/52


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2022 – Novartis vs EUIPO – AstraZeneca (BREZTREV)

(Kawża T-174/22)

(2022/C 207/69)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Nordemann-Schiffel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AstraZeneca AB (Södertälje, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “BREZTREV” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 088 373

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2022 fil-Każ R 738/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/53


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2022 – Novartis vs EUIPO – AstraZeneca (BREZTRI)

(Kawża T-175/22)

(2022/C 207/70)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Nordemann-Schiffel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AstraZeneca AB (Södertälje, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “BREZTRI” – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 816 687

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2022 fil-Każ R 737/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 27(3)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1430;

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/54


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2022 – FA World Entertainment vs EUIPO (FUCKING AWESOME)

(Kawża T-178/22)

(2022/C 207/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: FA World Entertainment Inc. (Los Angeles, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Breuer, I. Dimitrov u C. Tenbrock, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni fir-rigward tat-trade mark verbali “FUCKING AWESOME” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 564 573

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2022 fil-Każ R 1131/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ċaħdet l-appell quddiem il-Bord tal-Appell; jiġifieri sa fejn il-Bord tal-Appell assuma ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/54


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2022 – Farco-Pharma vs EUIPO – Infarco (FARCO)

(Kawża T-179/22)

(2022/C 207/72)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Farco-Pharma GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Schoene, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Infarco, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FARCO bil-kuluri aħmar, abjad u iswed – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 838 178

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Jannar 2022 fil-Każ R 172/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Bord tal-Appell ikkonferma li l-oppożizzjoni Nru B 3 054 342 kontra t-trade mark figurattiva Nru 17 838 178 intlaqgħet, u tibgħat lura l-każ quddiem l-EUIPO għal eżami mill-ġdid.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/55


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2022 – Eggers & Franke vs EUIPO – E. & J. Gallo Winery (EF)

(Kawża T-183/22)

(2022/C 207/73)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eggers & Franke Holding GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Ebert-Weidenfeller u H. Förster, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: E. & J. Gallo Winery (Modesto, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni “EF” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17927 894

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2022 fil-Każ R 729/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u fil-każ ta’ intervent lill-intervenjent għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/55


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2022 – Eggers & Franke vs EUIPO – E. & J. Gallo Winery (E & F)

(Kawża T-184/22)

(2022/C 207/74)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eggers & Franke Holding GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Ebert-Weidenfeller u H. Förster, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: E. & J. Gallo Winery (Modesto, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “E & F” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 037 083

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2022 fil-Każ R 730/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u fil-każ ta’ intervent lill-intervenjent għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.