|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 185/01 |
||
|
2022/C 185/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10691 — CDP GROUP / FOMAS GROUP / PUNCH GROUP / JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 185/03 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2021 dwar abbozz ta’ deċiżjoni ta’ riżolviment relatata mal- każ COMP/AT.40135 — FOREX (Sterling Lads) Relatur: Il-Portugall ( 1 ) |
|
|
2022/C 185/04 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — AT.40135 - FOREX (Sterling Lads – proċedura ta’ riżolviment) ( 1 ) |
|
|
2022/C 185/05 |
Sommarju tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2021 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (KAŻ AT.40135 – FOREX – STERLING LADS) (notifikat bid-dokument nru C(2021)8613 final) ( 1 ) |
|
|
2022/C 185/06 |
||
|
2022/C 185/07 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — AT.40135 — FOREX (Sterling Lads – proċedura ordinarja) |
|
|
2022/C 185/08 |
||
|
2022/C 185/09 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 185/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10431 – ALI GROUP / WELBILT) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/1 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Approvazzjoni tal-kontenut ta’ abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014
(2022/C 185/01)
Fis-17 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni approvat il-kontenut ta’ abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014.
L-abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni huwa mehmuż bħala Anness ma’ din il-Komunikazzjoni. Se jkun miftuħ għal konsultazzjoni pubblika f’Jannar 2022 hawnhekk:
http://ec.europa.eu/competition/consultations/open.html
ANNESS
ABBOZZ TAR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) …/…
ta’ …
li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1), u b’mod partikolari l-punti (i), (vi) u (vii) tal-Artikolu 1(1) tiegħu,
Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament (2),
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,
Billi:
|
(1) |
Il-finanzjament mill-Istat li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u jirrikjedi notifika lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-Artikolu 108(3) tiegħu. Madankollu, skont l-Artikolu 109 tat-TFUE, il-Kunsill jista’ jiddetermina l-kategoriji tal-għajnuna li huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ta’ notifika. F’konformità mal-Artikolu 108(4) tat-TFUE, il-Kummissjoni tista’ tadotta regolamenti li jirrigwardjaw dawk il-kategoriji ta’ għajnuna. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2015/1588, li ħa post ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 (3), jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara, f’konformità mal-Artikolu 109 tat-TFUE, li ċerti kategoriji ta’ għajnuna jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika. Abbażi tar-Regolament (KE) Nru 994/98, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 (4) li stabbilixxa li, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-għajnuna lil intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, kif ukoll l-għajnuna mogħtija lil impriżi li huma attivi f’dawk l-oqsma indipendentement mid-daqs tal-benefiċjarju biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali huma kompatibbli mas-suq intern u mhumiex soġġetti għar-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Ir-Regolament (UE) Nru 1388/2014 japplika sal-31 ta’ Diċembru 2022. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għal impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura f’bosta deċiżjonijiet. Hija ddikjarat ukoll il-politika tagħha f’linji gwida speċifiċi għal dak is-settur. Fid-dawl tal-esperjenza tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, huwa xieraq li l-Kummissjoni tkompli tagħmel użu mis-setgħat mogħtija mir-Regolament (UE) 2015/1588 sabiex l-għajnuna lill-SMEs tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE taħt ċerti kundizzjonijiet. L-eżenzjoni għall-SMEs jenħtieġ li tiġi estiża għall-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn ċerti annimali protetti. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkompli jsir użu mis-setgħat mogħtija mir-Regolament (UE) 2015/1588 sabiex tiġi eżentata l-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali li tingħata lill-impriżi indipendentement mid-daqs tal-benefiċjarju. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2015/1588 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li teżenta l-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn ċerti kundizzjonijiet ħżiena tat-temp fis-sajd mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Abbażi ta’ tali għoti tas-setgħa, dan ir-Regolament jistabbilixxi kundizzjonijiet ċari ta’ kompatibbiltà għal din il-kategorija ta’ għajnuna u jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu biex jinkludi l-għajnuna li tingħata lill-impriżi indipendentement mid-daqs tal-benefiċjarju. |
|
(6) |
Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura tiġi vvalutata mill-Kummissjoni abbażi tal-objettivi kemm tal-Politika tal-Kompetizzjoni kif ukoll tal-Politika Komuni tas-Sajd (5). Fl-interess tal-koerenza mal-miżuri ta’ appoġġ iffinanzjati mill-Unjoni, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika permessa skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun ugwali għal dik stabbilita għall-istess tip ta’ għajnuna fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(7) |
Huwa essenzjali li ma tingħata l-ebda għajnuna f’ċirkostanzi fejn id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, ma jiġux irrispettati. Għalhekk, għajnuna tista’ tingħata biss minn Stat Membru fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, jekk il-miżuri ffinanzjati u l-effetti tagħhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat jikkonformaw mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. |
|
(8) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti li ssir prijoritizzazzjoni aħjar tal-attivitajiet ta’ infurzar tal-għajnuna mill-Istat u simplifikazzjoni akbar u jenħtieġ li jsaħħaħ it-trasparenza, l-evalwazzjoni effettiva u l-kontroll tal-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni, filwaqt li jippreserva l-kompetenzi istituzzjonali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
|
(9) |
Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu definiti abbażi ta’ sett ta’ prinċipji komuni li jiżguraw li l-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika, ikollha effett ta’ inċentiv ċar, tkun xierqa u proporzjonata, tingħata bi trasparenza sħiħa u tkun soġġetta għal mekkaniżmu ta’ kontroll u evalwazzjoni regolari, u ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal-punt li tmur kontra l-interess komuni. |
|
(10) |
L-għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, kemm dawk ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi għall-kategoriji rilevanti tal-għajnuna, jenħtieġ li titqies bħala kompatibbli mas-suq intern u tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika stipulat fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE. |
|
(11) |
L-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE mhux koperta minn dan ir-Regolament jew minn Regolamenti oħrajn adottati skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/1588 tibqa’ soġġetta għar-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jinnotifikaw l-għajnuna potenzjalment koperta minn dan ir-Regolament. Tali għajnuna jenħtieġ li tiġi vvalutata fid-dawl tal-Linji Gwida għall-eżami tal-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (7) jew kwalunkwe linji gwida sussegwenti. |
|
(12) |
Dan ir-Regolament ma jenħtieġx li japplika għall-għajnuna kontinġenti fuq l-użu ta’ prodotti domestiċi fuq dawk importati jew għall-għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni. B’mod partikolari, huwa ma jenħtieġx li japplika għal għajnuna li tiffinanzja l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ netwerk tad-distribuzzjoni fi Stati Membri oħrajn jew f’pajjiżi terzi. L-għajnuna għall-kost tal-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali jew tal-istudji jew tas-servizzi ta’ konsulenza meħtieġa għat-tnedija ta’ prodott ġdid jew eżistenti f’suq ġdid fi Stat Membru jew pajjiż terz ieħor, normalment ma jenħtieġx li tikkostitwixxi għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni. |
|
(13) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-għajnuna awtorizzata ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li tmur kontra l-interess komuni. Għalhekk, għajnuna favur benefiċjarju li huwa soġġett għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna bħala illegali u inkompatibbli mas-suq intern jenħtieġ li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ skemi ta’ għajnuna li jagħmlu tajjeb għall-ħsarat ikkawżati minn diżastri naturali jew minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali. |
|
(14) |
L-għajnuna mogħtija lil impriżi f’diffikultà jenħtieġ li fil-prinċipju tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, billi tali għajnuna jenħtieġ li tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (8). Bħala eċċezzjoni, tali għajnuna tista’ tingħata skont dan ir-Regolament sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew minn ċerti kundizzjonijiet ħżiena tat-temp. Sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali, ikun xieraq li jiġu stabbiliti kriterji ċari biex jiġi ddeterminat jekk impriża hijiex meqjusa li tinsab f’diffikultà għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. |
|
(15) |
L-infurzar tal-għajnuna mill-Istat jiddependi ħafna mill-kooperazzjoni tal-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża l-konformità ta’ għajnuna individwali mogħtija skont dan ir-Regolament. |
|
(16) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li jintlaħaq il-bilanċ xieraq bejn il-minimizzazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur megħjun u l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, dan ir-Regolament ma jenħtieġx li jeżenta għajnuna individwali li taqbeż ammont massimu fiss, kemm jekk magħmula taħt skema ta’ għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament kif ukoll jekk le. |
|
(17) |
Għall-fini ta’ trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għal għajnuna li fir-rigward tagħha jkun possibbli li tiġi kkalkolata bi preċiżjoni l-għotja grossa ekwivalenti ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”). |
|
(18) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom ċerti strumenti speċifiċi ta’ għajnuna, bħal self, garanziji, miżuri ta’ taxxa u, b’mod partikolari, avvanzi ripagabbli jistgħu jitqiesu trasparenti. L-għajnuna inkluża f’garanziji jenħtieġ li titqies bħala trasparenti, jekk l-ekwivalenti tal-għotja grossa tkun ġiet ikkalkolata abbażi ta’ primjums fil-limitu ta’ eżenzjoni stabbiliti għat-tip rispettiv ta’ impriża. Fil-każ tal-SMEs, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (9) jindika livelli ta’ primjum annwali li ’l fuq minnhom garanzija tal-Istat titqies li ma tikkostitwixxix għajnuna. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-injezzjonijiet ta’ kapital u l-miżuri ta’ kapital ta’ riskju ma jenħtieġx li jitqiesu bħala għajnuna trasparenti. |
|
(19) |
Sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna tkun neċessarja u taġixxi bħala inċentiv biex jiġu żviluppati aktar l-attivitajiet jew il-proġetti, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-għajnuna għal attivitajiet li fi kwalunkwe każ il-benefiċjarju jieħu sehem fihom anki fin-nuqqas tal-għajnuna. L-għajnuna jenħtieġ li tkun eżentata biss mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE f’konformità ma’ dan ir-Regolament, fejn l-attività jew il-ħidma fuq il-proġett megħjun tibda wara li l-benefiċjarju jkun issottometta applikazzjoni bil-miktub għall-għajnuna. |
|
(20) |
L-iskemi ta’ għajnuna awtomatiċi fil-forma ta’ vantaġġi fiskali jenħtieġ li jkomplu jkunu soġġetti għal kundizzjoni speċifika li tikkonċerna l-effett ta’ inċentiv, minħabba l-fatt li l-għajnuna ta’ dan it-tip tingħata taħt proċeduri differenti minn kategoriji oħrajn ta’ għajnuna. Tali skemi jenħtieġ li diġà jkunu ġew adottati qabel ma tkun bdiet il-ħidma fuq il-proġett jew l-attività megħjuna. Madankollu, din il-kundizzjoni ma jenħtieġx li tapplika fil-każ ta’ skemi fiskali suċċessivi, sakemm l-attività kienet diġà koperta mill-iskemi fiskali preċedenti fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa. Għall-valutazzjoni tal-effett ta’ inċentiv ta’ tali skemi, il-mument kruċjali huwa l-mument meta l-miżura tat-taxxa ġiet stabbilita għall-ewwel darba fl-iskema oriġinali, li mbagħad tiġi sostitwita mill-iskema suċċessiva. |
|
(21) |
Għall-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna, huma biss il-kostijiet eliġibbli li jenħtieġ li jiġu inklużi. Dan ir-Regolament ma jenħtieġx li jeżenta għajnuna li taqbeż l-intensità tal-għajnuna rilevanti bħala riżultat tal-inklużjoni tal-kostijiet ineliġibbli. L-identifikazzjoni tal-kostijiet eliġibbli jenħtieġ li tiġi appoġġata minn evidenza dokumentarja ċara, speċifika u aġġornata. Iċ-ċifri kollha użati jenħtieġ li jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħrajn. L-għajnuna pagabbli f’bosta pagamenti parzjali jenħtieġ li tiġi skontata għall-valur tagħha fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Il-kostijiet eliġibbli jenħtieġ li jiġu skontati wkoll għall-valur tagħhom fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għall-finijiet ta’ skontar u għall-kalkolu tal-ammont ta’ għajnuna fil-każ ta’ għajnuna li ma tiħux il-forma ta’ għotja jenħtieġ li tkun, rispettivament, ir-rata ta’ skont u r-rata ta’ referenza applikabbli fiż-żmien tal-għotja, kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jintuża sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta’ referenza u ta’ skont (10). Meta l-għajnuna tingħata permezz ta’ vantaġġi tat-taxxa, il-porzjonijiet ta’ għajnuna jenħtieġ li jiġu skontati abbażi tar-rati ta’ skont applikabbli fid-diversi dati meta l-vantaġġi tat-taxxa jsiru effettivi. L-użu ta’ għajnuna fil-forma ta’ ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli jenħtieġ li jiġi promoss, minħabba li tali strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju jwasslu għal effett ta’ inċentiv imsaħħaħ tal-għajnuna. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi stabbilit li fejn l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, l-intensitajiet tal-għajnuna applikabbli msemmija f’dan ir-Regolament jistgħu jiżdiedu. |
|
(22) |
Fil-każ tal-vantaġġi tat-taxxa fuq taxxi futuri, ir-rata ta’ skont applikabbli u l-ammont eżatt tal-porzjonijiet ta’ għajnuna ma jistgħux ikunu magħrufa minn qabel. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu minn qabel limitu massimu fuq il-valur skontat tal-għajnuna li jirrispetta l-intensità tal-għajnuna applikabbli. Sussegwentement, meta jsir magħruf l-ammont tal-porzjon ta’ għajnuna f’data partikolari, l-iskontar jista’ jsir abbażi tar-rata ta’ skont applikabbli f’dak iż-żmien. Il-valur skontat ta’ kull porzjon ta’ għajnuna jenħtieġ li jitnaqqas mill-ammont globali tal-limitu massimu (“l-ammont limitat”). |
|
(23) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-limiti ta’ notifika u l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament humiex irrispettati, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat l-ammont totali ta’ għajnuna mill-Istat għall-attività jew għall-proġett megħjuna. Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jiġu akkumulati kategoriji differenti ta’ għajnuna. L-għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament u kwalunkwe għajnuna kompatibbli oħra eżentata skont regolamenti oħrajn jew approvata mill-Kummissjoni jistgħu jiġu akkumulati, sakemm dawk il-miżuri jkunu jikkonċernaw kostijiet eliġibbli identifikabbli differenti. Meta sorsi differenti tal-għajnuna jkunu relatati mal-istess kostijiet eliġibbli identifikabbli – li jikkoinċidu parzjalment jew kompletament – jenħtieġ li tkun permessa akkumulazzjoni sal-ogħla intensità tal-għajnuna jew sal-ogħla ammont tal-għajnuna applikabbli għal dik l-għajnuna skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli speċjali għall-akkumulazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna mal-għajnuna de minimis. L-għajnuna de minimis ħafna drabi ma tingħatax jew ma tiġix attribwita għal kostijiet eliġibbli identifikabbli speċifiċi. F’każ bħal dan, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi akkumulata liberament l-għajnuna de minimis mal-għajnuna mill-Istat eżentata skont dan ir-Regolament. Madankollu, meta l-għajnuna de minimis tingħata għall-istess kostijiet eliġibbli identifikabbli bħala għajnuna mill-Istat eżentata skont dan ir-Regolament, l-akkumulazzjoni jenħtieġ li tkun permessa biss sal-intensità massima tal-għajnuna msemmija fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament. |
|
(24) |
Minħabba li, fil-prinċipju, l-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE hija pprojbita, huwa importanti li jkun jista’ jiġi vverifikat jekk għajnuna partikolari tingħatax f’konformità mar-regoli applikabbli. Għalhekk, it-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat hija essenzjali għall-applikazzjoni korretta tar-regoli tat-Trattat u twassal għal konformità aħjar, akkontabbiltà akbar, rieżami bejn il-pari u, fl-aħħar mill-aħħar, infiq pubbliku aktar effettiv. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jistabbilixxu siti web komprensivi dwar l-għajnuna mill-Istat, f’livell reġjonali jew nazzjonali, li jagħtu informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dak l-obbligu jkun kundizzjoni għall-kompatibbiltà tal-għajnuna individwali mas-suq intern. Skont il-prattika standard rigward il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fid-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jenħtieġ li jintuża format standard li jippermetti li l-informazzjoni tiġi mfittxija, titniżżel u tiġi ppubblikata faċilment fuq l-Internet. Il-links għas-siti web dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Istati Membri kollha jenħtieġ li jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni. F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/1588, jenħtieġ li tiġi ppubblikata informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura eżentata skont dan ir-Regolament fuq is-sit web tal-Kummissjoni. |
|
(25) |
Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv tal-miżuri ta’ għajnuna f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/1588, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti fir-rigward tar-rapportar mill-Istati Membri tal-miżuri ta’ għajnuna li jkunu ġew eżentati skont dan ir-Regolament u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar ir-rekords li l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu fir-rigward tal-għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament, fid-dawl tal-perjodu ta’ limitazzjoni stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (12). Fl-aħħar nett, kull għajnuna individwali jenħtieġ li jkun fiha referenza espliċita għal dan ir-Regolament. |
|
(26) |
Sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li tirtira l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija għall-miżuri ta’ għajnuna futuri fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun kapaċi tirrestrinġi l-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija għal ċerti tipi ta’ għajnuna, ċerti benefiċjarji jew miżuri ta’ għajnuna adottati minn ċerti awtoritajiet, fejn in-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament jaffettwa biss grupp limitat ta’ miżuri jew ċerti awtoritajiet. Tali rtirar immirat jenħtieġ li jipprovdi rimedju proporzjonat marbut direttament man-nuqqas ta’ konformità identifikat ma’ dan ir-Regolament. F’każ li ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà stabbiliti fil-Kapitoli I u III, l-għajnuna mogħtija mhux se tkun koperta minn dan ir-Regolament u, bħala konsegwenza, se tikkostitwixxi għajnuna illegali, li l-Kummissjoni se teżamina fil-qafas tal-proċedura rilevanti kif stabbilita fir-Regolament (UE) 2015/1588. F’każ li ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti tal-Kapitolu II, l-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija fir-rigward tal-miżuri ta’ għajnuna futuri ma jaffettwax il-fatt li l-miżuri tal-passat konformi ma’ dan ir-Regolament kienu soġġetti għal eżenzjoni ta’ kategorija. |
|
(27) |
Sabiex jiġu eliminati d-differenzi li jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn inizjattivi nazzjonali u tal-Unjoni differenti li jikkonċernaw l-SMEs, kif ukoll għal raġunijiet ta’ ċertezza amministrattiva u legali, id-definizzjoni ta’ SMEs użata għall-fini ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun ibbażata fuq id-definizzjoni fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (13). |
|
(28) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri t-tipi ta’ għajnuna mogħtija fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura li ġew approvati sistematikament mill-Kummissjoni fil-passat. Din l-għajnuna ma jenħtieġx li tkun tirrikjedi valutazzjoni każ b’każ tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern mill-Kummissjoni, sakemm tkun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 2021/1139 u mal-Politika Komuni tas-Sajd. |
|
(29) |
F’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 107(2) tat-TFUE, l-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali hija kompatibbli mas-suq intern. Sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali, huwa meħtieġ li jiġu definiti t-tipi ta’ avvenimenti li jistgħu jikkostitwixxu diżastru naturali eżentat minn dan ir-Regolament. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terremoti, l-uqigħ tal-art, l-għargħar, b’mod partikolari l-għargħar li jseħħ meta jfuru x-xmajjar jew l-għadajjar, il-valangi, it-trombi tal-arja, l-uragani, l-eruzzjonijiet vulkaniċi u n-nirien fil-foresti ta’ oriġini naturali jenħtieġ li jitqiesu bħala avvenimenti li jikkostitwixxu diżastru naturali. |
|
(30) |
Is-sajd u l-akkwakultura huma setturi li huma speċifikament esposti għal kundizzjonijiet ħżiena tat-temp u mard tal-annimali. L-esperjenza turi li dawn is-setturi huma affettwati b’mod straordinarju minn tali avvenimenti u li s-sajjieda jġarrbu dannu konsiderevoli minnhom. Il-miżuri maħsuba biex jassiguraw u jikkumpensaw b’mod adegwat għal tali dannu huma meqjusa bħala għodda adatta biex jgħinu lill-impriżi jirkupraw minn tali dannu u, b’hekk, biex jibqgħu fin-negozju u, b’dak il-mod, jiżguraw l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi f’dawk is-setturi. |
|
(31) |
Il-ħsara kkawżata minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, bħal maltempati, ġlata, silġ, xita jew nixfa, li jseħħu fuq bażi aktar regolari, ma jenħtieġx li titqies bħala diżastru naturali skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 107(2) tat-TFUE. Madankollu, sal-punt li l-impatt tagħhom fuq l-attività ekonomika jkun tali li dawn ikunu jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, l-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp jenħtieġ li titqies bħala kompatibbli mas-suq intern skont il-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE. |
|
(32) |
Sabiex jiġi żgurat li l-eżenzjoni tabilħaqq tkopri l-għajnuna mogħtija biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali u kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi, skont prattika stabbilita, il-kundizzjonijiet li taħthom tali skemi ta’ għajnuna jistgħu jibbenefikaw minn dik l-eżenzjoni ta’ kategorija. Dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jkunu jirrigwardjaw, b’mod partikolari, ir-rikonoxximent formali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri kompetenti tal-karattru tal-avveniment bħala diżastru naturali jew kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali u ma’ rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali u d-danni mġarrba mill-impriża benefiċjarja, li jistgħu jinkludu impriżi f’diffikultà, u jenħtieġ li jkun żgurat li jiġi evitat kumpens żejjed. Jenħtieġ li l-kumpens ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ sabiex il-benefiċjarju jkun jista’ jerġa’ lura għas-sitwazzjoni prevalenti qabel ma seħħ l-avveniment. |
|
(33) |
Is-sajd u l-akkwakultura huma setturi fejn ma hemmx inċentiv suffiċjenti biex isseħħ azzjoni individwali, minkejja l-fatt li r-riżultat ta’ azzjoni individwali kkombinata jikkorrespondi għall-ġid komuni tal-utenti kollha. Għal din ir-raġuni, l-għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar u l-iskemi ta’ kumpens fil-qafas tal-attivitajiet ta’ sajd sostenibbli, inkluż il-ġbir tal-iskart mill-baħar, jenħtieġ li titqies bħala kompatibbli mas-suq intern skont il-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE. |
|
(34) |
Fid-dawl tal-esperjenza tal-Kummissjoni f’dan il-qasam, il-politika dwar l-għajnuna mill-Istat jenħtieġ li tiġi riveduta perjodikament. Għalhekk, jenħtieġ li l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikun limitat u jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji. Wara li kkunsidrat il-fatt li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna skont dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib mal-kundizzjonijiet stabbiliti għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2021/1139 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2027, huwa xieraq li l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġi allinjat ma’ dak tal-FEMSA. |
|
(35) |
Jekk dan ir-Regolament jiskadi mingħajr ma jiġi estiż, l-iskemi ta’ għajnuna diġà eżentati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkomplu jiġu eżentati għal sitt xhur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna mogħtija lil intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-għajnuna mogħtija lil kwalunkwe intrapriża attiva fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali f’konformità mal-Artikolu 46 jew minn ċerti kundizzjonijiet ħżiena tat-temp f’konformità mal-Artikolu 47 indipendentement mid-daqs tal-benefiċjarju tal-għajnuna.
3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
|
(a) |
għajnuna li l-ammont tagħha jiġi ffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mqiegħda fis-suq; |
|
(b) |
għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u t-tħaddim ta’ network ta’ distribuzzjoni jew ma’ kostijiet kurrenti oħrajn marbuta mal-attività tal-esportazzjoni; |
|
(c) |
għajnuna li tiddependi mill-użu ta’ prodotti domestiċi minflok dawk importati; |
|
(d) |
għajnuna mogħtija lil impriżi f’diffikultà, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali; |
|
(e) |
skemi tal-għajnuna li ma jeskludux espliċitament il-ħlas ta’ għajnuna individwali favur impriża li tkun soġġetta għal ordni pendenti ta’ rkupru wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna bħala illegali u inkompatibbli mas-suq intern, bl-eċċezzjoni ta’ skemi tal-għajnuna li jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew minn kundizzjonijiet avversi tat-temp li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali; |
|
(f) |
għajnuna ad hoc favur impriża msemmija fil-punt (e); |
|
(g) |
għajnuna mogħtija għal operazzjonijiet li kieku kienu jkunu ineliġibbli għal appoġġ skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/1139; |
|
(h) |
għajnuna mogħtija lil impriżi li l-applikazzjoni tagħhom għall-appoġġ mill-EMFAF ma hijiex ammissibbli abbażi tar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/1139. |
4. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat, li minnhom infushom, mill-kundizzjonijiet marbuta magħhom jew mill-metodu ta’ finanzjament tagħhom jinvolvu ksur inseparabbli tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari:
|
(a) |
għajnuna fejn l-għoti tal-għajnuna jkun soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju jkollu l-kwartieri ġenerali tiegħu fl-Istat Membru rilevanti jew li huwa jkun stabbilit b’mod predominanti f’dak l-Istat Membru. Madankollu, ir-rekwiżit li wieħed ikollu sede jew fergħa fl-Istat Membru li jagħti l-għajnuna fil-mument tal-ħlas tal-għajnuna huwa permess; |
|
(b) |
għajnuna fejn l-għoti tal-għajnuna jkun soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju juża prodotti manifatturati fuq livell nazzjonali jew servizzi nazzjonali; |
|
(c) |
għajnuna li tillimita l-possibbiltà li l-benefiċjarji jisfruttaw ir-riżultati tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni fi Stati Membri oħrajn. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna mhux mogħtija abbażi ta’ skema ta’ għajnuna; |
|
(2) |
“għajnuna” tfisser kwalunkwe miżura li tissodisfa l-kriterja kollha stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE; |
|
(3) |
“intensità tal-għajnuna” tfisser l-ammont gross tal-għajnuna espress bħala persentaġġ tal-kostijiet eliġibbli, qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew imposta oħra; |
|
(4) |
“skema ta’ għajnuna” tfisser kwalunkwe att li abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri ta’ implimentazzjoni oħrajn, jistgħu jsiru għotjiet ta’ għajnuna individwali lill-impriżi li jkunu definiti fl-att b’mod ġenerali u astratt u kwalunkwe att li abbażi tiegħu tista’ tingħata għajnuna li ma tkunx marbuta ma’ proġett speċifiku lil impriża waħda jew bosta impriżi għal perjodu ta’ żmien indefinit u/jew għal ammont indefinit; |
|
(5) |
“data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-benefiċjarju jingħata d-dritt ġuridiku li jirċievi l-għajnuna skont l-iskema legali nazzjonali applikabbli. |
|
(6) |
“skema fiskali suċċessiva” tfisser skema fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa li tikkostitwixxi verżjoni emendata ta’ skema li kienet teżisti qabel fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa, u li tissostitwiha; |
|
(7) |
“prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser il-prodotti definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14); |
|
(8) |
“għotja grossa ekwivalenti” tfisser l-ammont tal-għajnuna kieku kienet ipprovduta fil-forma ta’ għotja lill-benefiċjarju, qabel kwalunkwe tnaqqis tat-taxxa jew ta’ imposti oħrajn; |
|
(9) |
“għajnuna individwali” tfisser:
|
|
(10) |
“diżastri naturali” tfisser terremoti, valangi, uqigħ tal-art, għargħar, trombi tal-arja, uragani, eruzzjonijiet vulkaniċi u nirien fil-foresti ta’ oriġini naturali; |
|
(11) |
“annimal protett” tfisser kwalunkwe annimal protett mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
|
(12) |
“ħlas bil-quddiem ripagabbli” tfisser self għal proġett li jitħallas f’pagament parzjali wieħed jew aktar u li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tiegħu jiddependu fuq l-eżitu tal-proġett; |
|
(13) |
“intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)” tfisser impriżi li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Anness I; |
|
(14) |
“bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-bidu tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni relatati mal-investiment, jew l-ewwel impenn legalment vinkolanti għall-ordni tat-tagħmir jew kwalunkwe impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. Ix-xiri tal-art u x-xogħlijiet preparatorji, bħall-kisba tal-permessi u t-twettiq ta’ studji tal-fattibbiltà, mhumiex meqjusa bħala l-bidu tax-xogħlijiet. Għall-akkwiżizzjonijiet, il-“bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-mument li fih jiġu akkwistati assi marbuta direttament mal-istabbiliment akkwistat; |
|
(15) |
“impriża f’diffikultà” tfisser impriża li fir-rigward tagħha sseħħ mill-inqas waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
Artikolu 3
Livell limitu ta’ notifika
1. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna individwali għal kwalunkwe proġett b’kostijiet eliġibbli ta’ aktar minn EUR 2 miljun, jew fejn l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna taqbeż EUR 1 miljun għal kull benefiċjarju fis-sena.
2. Il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu evitati permezz tal-qsim artifiċjali tal-iskemi ta’ għajnuna jew tal-proġetti ta’ għajnuna.
Artikolu 4
Il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni
1. L-iskemi ta’ għajnuna, l-għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskemi ta’ għajnuna u l-għajnuna ad hoc għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(2) jew (3) tat-TFUE u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, sakemm tali għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-kategorija rilevanti ta’ għajnuna stipulati fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-miżuri ta’ għajnuna għandhom ikunu eżentati biss skont dan ir-Regolament sa fejn jistabbilixxu espliċitament li, matul il-perjodu tal-għotja u sa ħames snin wara l-pagament finali, il-benefiċjarji tal-għajnuna għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Artikolu 5
It-trasparenza tal-għajnuna
1. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna li fir-rigward tagħha huwa possibbli li tiġi kkalkolata b’mod preċiż l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).
2. Il-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin għandhom jitqiesu bħala trasparenti:
|
(a) |
għajnuna li tikkonsisti f’għotjiet u sussidji fuq ir-rati tal-imgħax; |
|
(b) |
għajnuna li tikkonsisti f’self, fejn l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkolata abbażi tar-rata ta’ referenza prevalenti fiż-żmien tal-għotja; |
|
(c) |
għajnuna li tikkonsisti f’garanziji:
|
|
(d) |
għajnuna fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa, fejn il-miżura tipprevedi limitu massimu li jiżgura li l-limitu applikabbli ma jinqabiżx; |
|
(e) |
għajnuna fil-forma ta’ ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, jekk l-ammont nominali totali tal-ħlas bil-quddiem ripagabbli ma jaqbiżx il-limiti applikabbli skont dan ir-Regolament jew jekk, qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex tiġi kkalkolata l-għotja grossa ekwivalenti tal-ħlas bil-quddiem ripagabbli tkun ġiet aċċettata wara n-notifika tagħha lill-Kummissjoni. |
3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:
|
(a) |
għajnuna li tikkonsisti f’injezzjonijiet ta’ kapital; |
|
(b) |
għajnuna li tikkonsisti f’miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju. |
Artikolu 6
L-effett ta’ inċentiv
1. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna li għandha effett ta’ inċentiv.
2. L-għajnuna għandha titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk il-benefiċjarju jkun issottometta applikazzjoni bil-miktub għall-għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma jibda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività. L-applikazzjoni għall-għajnuna għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-isem u d-daqs tal-impriża; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-proġett jew tal-attività, inklużi d-dati tal-bidu u tat-tmiem tagħhom; |
|
(c) |
il-post tal-proġett jew tal-attività; |
|
(d) |
lista tal-kostijiet eliġibbli; |
|
(e) |
it-tip ta’ għajnuna (għotja, self, garanzija, ħlas bil-quddiem ripagabbli jew oħrajn) u l-ammont ta’ finanzjament pubbliku meħtieġ għall-proġett jew għall-attività. |
3. Il-miżuri fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa għandhom jitqiesu li għandhom effett ta’ inċentiv, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-miżura tistabbilixxi dritt għall-għajnuna f’konformità ma’ kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta’ diskrezzjoni mill-Istat Membru; u |
|
(b) |
il-miżura tkun ġiet adottata u tkun fis-seħħ qabel ma jkun beda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika fil-każ tal-iskemi fiskali suċċessivi, diment li l-attività tkun diġà ġiet koperta mill-iskemi preċedenti fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa. |
4. L-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali, minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li jistgħu jiġu assimilati għal diżastru naturali jew minn annimali protetti, ma għandhiex tkun meħtieġa li jkollha effett ta’ inċentiv jew għandha titqies li jkollha tali effett, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 44, 45 u 46.
Artikolu 7
L-intensità tal-għajnuna u l-kostijiet eliġibbli
1. Għall-fini tal-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna u tal-kostijiet eliġibbli, għandhom jittieħdu ċ-ċifri kollha użati qabel kwalunkwe tnaqqis tat-taxxa jew ta’ imposta oħra. Il-kostijiet eleġibbli għandhom ikunu appoġġati minn evidenza dokumentarja li għandha tkun ċara, speċifika u kontemporanja. It-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ma għandhiex tkun eleġibbli għall-għajnuna, ħlief fejn ma tkunx rekuperabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
2. Meta l-għajnuna tingħata f’forma oħra għajr għotja, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna.
3. L-għajnuna pagabbli f’bosta pagamenti parzjali għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Il-kostijiet eliġibbli għandhom jiġu skontati għall-valur tagħhom fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għall-finijiet ta’ skontar għandha tkun ir-rata ta’ skont applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna.
4. Meta l-għajnuna tingħata permezz ta’ vantaġġi tat-taxxa, l-iskontar tal-porzjonijiet ta’ għajnuna għandu jseħħ abbażi tar-rati ta’ skont applikabbli fid-diversi dati meta jidħol fis-seħħ il-vantaġġ tat-taxxa.
5. Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli li, fin-nuqqas ta’ metodoloġija aċċettata biex tiġi kkalkolata l-għotja grossa ekwivalenti tagħhom, jiġu espressi bħala persentaġġ tal-kostijiet eliġibbli u l-miżura tistabbilixxi li, fil-każ ta’ eżitu ta’ suċċess tal-proġett, kif definit abbażi ta’ ipoteżi raġonevoli u prudenti, il-ħlasijiet bil-quddiem jitħallsu lura b’rata tal-imgħax mill-inqas ugwali għar-rata ta’ skont applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stipulati fil-Kapitolu III jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali mingħajr ma tinqabeż rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni.
6. Il-kostijiet eliġibbli għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli minn 53 sa 57 tar-Regolament (UE) Nru 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).
Artikolu 8
Kumulazzjoni
1. Fid-determinazzjoni ta’ jekk il-limiti ta’ notifika stipulati fl-Artikolu 3 u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stipulati fil-Kapitolu III humiex irrispettati, għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni l-ammont totali tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat għall-attività jew għall-proġett jew għall-impriża megħjuna, irrispettivament minn jekk dik l-għajnuna tkunx iffinanzjata minn sorsi lokali, reġjonali, nazzjonali jew tal-Unjoni.
2. L-għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata ma’:
|
(a) |
kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, sakemm dawk il-miżuri jkunu jikkonċernaw kostijiet eliġibbli differenti li jistgħu jiġu identifikati; |
|
(b) |
kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, b’rabta mal-istess kostijiet eliġibbli, parzjalment jew kompletament imrikkba, biss jekk tali kumulazzjoni ma twassalx biex jinqabżu l-ogħla intensità ta’ għajnuna jew l-ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament. |
3. L-għajnuna mill-Istat eżentata skont dan ir-Regolament ma għandha tiġi akkumulata mal-ebda għajnuna de minimis fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli, jekk tali akkumulazzjoni tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna li taqbeż dawk imsemmija fil-Kapitolu III.
Artikolu 9
Pubblikazzjoni u informazzjoni
1. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura l-pubblikazzjoni fuq il-modulu tal-għoti tat-trasparenza tal-Kummissjoni jew fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livell nazzjonali jew reġjonali:
|
(a) |
tal-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11 fil-format standardizzat stipulat fl-Anness II jew link li tipprovdi aċċess għaliha; |
|
(b) |
tat-test sħiħ ta’ kull miżura ta’ għajnuna, kif imsemmi fl-Artikolu 11 jew link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ; |
|
(c) |
l-informazzjoni dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż EUR 10 000. |
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ) tal-ewwel paragrafu għandha tiġi ppubblikata f’konformità mal-Anness III.
2. Għall-iskemi fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ġew issodisfati jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti ta’ għajnuna individwali fil-meded li ġejjin (f’miljuni ta’ EUR):
|
(a) |
0,03-0,2; |
|
(b) |
0,2-0,4; |
|
(c) |
0,4-0,6; |
|
(d) |
0,6-0,8; |
|
(e) |
0,8-1. |
3. L-informazzjoni msemmija fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1 għandha tiġi organizzata u tkun aċċessibbli b’mod standardizzat, kif stabbilit fl-Anness III, u għandha tippermetti funzjonijiet effettivi ta’ tfittxija u tniżżil. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun ingħatat l-għotja, jew għal għajnuna fil-forma ta’ vantaġġ tat-taxxa, fi żmien sena mid-data li fiha tkun dovuta d-dikjarazzjoni tat-taxxa, u għandha tkun disponibbli għal mill-inqas 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna.
4. Kull skema ta’ għajnuna u għajnuna individwali għandu jkun fiha referenza espliċita għal dan ir-Regolament, billi tikkwota t-titolu u r-referenza tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Kapitolu III ikkonċernati minn dik l-għajnuna, jew fejn applikabbli, għal-liġi nazzjonali li tiżgura li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament jiġu rrispettati. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha u mill-emendi tagħha.
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha:
|
(a) |
il-links għas-siti web dwar l-għajnuna mill-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11. |
KAPITOLU II
IL-MONITORAĠĠ
Artikolu 10
L-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija
Meta Stat Membru jagħti għajnuna li hija allegatament eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika skont dan ir-Regolament mingħajr ma jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli I, II u III, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jesprimi l-fehmiet tiegħu, tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri ta’ għajnuna futuri kollha, jew xi wħud minnhom, adottati mill-Istat Membru kkonċernat, li altrimenti jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Il-miżuri li għandhom jiġu nnotifikati jistgħu jkunu limitati għall-miżuri li jagħtu ċerti tipi ta’ għajnuna favur ċerti benefiċjarji jew adottati minn ċerti awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 11
Ir-rapportar
1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni f’forma elettronika rapport annwali, kif imsemmi fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (17), dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ kull sena sħiħa jew ta’ kull parti tas-sena li matulha japplika dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu wkoll lill-Kummissjoni, permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika tal-Kummissjoni, l-informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament fil-format standardizzat stipulat fl-Anness II, flimkien ma’ link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna, inklużi l-emendi tagħha, fi żmien 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tagħha.
Artikolu 12
Il-monitoraġġ
L-Istati Membri għandhom iżommu rekords dettaljati bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dan ir-Regolament huma ssodisfati. Tali rekords għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna ad hoc jew li fiha tkun ingħatat l-aħħar għajnuna taħt l-iskema. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fi żmien 20 jum tax-xogħol jew f’tali perjodu itwal skont kif jiġi stabbilit fit-talba, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha li l-Kummissjoni tqis li huma meħtieġa biex timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL KATEGORIJI DIFFERENTI TA’ GĦAJNUNA
TAQSIMA 1
It-trawwim ta’ sajd sostenibbli u r-restawr u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi akkwatiċi
Artikolu 13
Kundizzjonijiet ġenerali
Kwalunkwe għajnuna taħt din it-Taqsima għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali li ġejjin:
|
(a) |
meta tingħata għajnuna fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni, dak il-bastiment ma għandux jiġi ttrasferit jew ikollu l-bandiera mibdula barra l-Unjoni matul mill-inqas il-ħames snin mill-pagament finali għall-operazzjoni appoġġata. Jekk bastiment jiġi ttrasferit jew ikollu l-bandiera mibdula f’dak il-perjodu ta’ żmien, is-somom indebitament imħallsin fir-rigward tal-operazzjoni għandhom jiġu rkuprati mill-Istat Membru, f’ammont proporzjonat għall-perjodu li matulu l-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt ma tkunx ġiet issodisfata; |
|
(b) |
il-kostijiet operatorji ma għandhomx ikunu eliġibbli, sakemm ma jkunx espliċitament previst mod ieħor f’din it-Taqsima. |
Artikolu 14
Għajnuna għall-innovazzjoni
1. L-għajnuna għall-innovazzjoni fis-sajd li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu diment li l-għajnuna jkollha l-għan li tiżviluppa jew li tintroduċi prodotti u tagħmir ġodda jew sostanzjalment imtejba, proċessi u tekniki ġodda jew imtejba, u sistemi ta’ ġestjoni u ta’ organizzazzjoni ġodda jew imtejba, inkluż fil-livell tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni.
2. L-operazzjonijiet iffinanzjati mill-għajnuna jitwettqu minn, jew f’kollaborazzjoni ma’, korp xjentifiku jew tekniku, rikonoxxut mill-Istat Membru jew mill-Unjoni. Dak il-korp xjentifiku jew tekniku għandu jivvalida r-riżultati ta’ tali operazzjonijiet.
3. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 15
Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza
1. L-għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna għandha l-għan li ttejjeb il-prestazzjoni ġenerali u l-kompetittività tal-impriżi u li tippromwovi sajd sostenibbli; |
|
(b) |
is-servizz ta’ konsulenza jieħu waħda mill-forom li ġejjin:
|
2. L-istudji ta’ fattibbiltà, is-servizzi ta’ konsulenza u l-pariri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti minn korpi xjentifiċi, akkademiċi, professjonali jew tekniċi, jew minn entitajiet li jipprovdu pariri ekonomiċi li għandhom il-kompetenza meħtieġa skont il-liġi nazzjonali.
3. L-appoġġ li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jingħata lil operaturi u lil organizzazzjonijiet ta’ sajjieda, inkluż lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi.
4. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-miżura. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 16
Għajnuna għas-sħubija bejn ix-xjenzati u s-sajjieda
1. L-għajnuna għas-sħubija bejn ix-xjenzati u s-sajjieda li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna jkollha l-għan li trawwem it-trasferiment tal-għarfien bejn ix-xjenzati u s-sajjieda; |
|
(b) |
l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:
|
2. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 17
Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali
1. L-għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:
|
(a) |
it-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja, il-proġetti konġunti, it-tixrid tal-għarfien ta’ natura ekonomika, teknika, regolatorja jew xjentifika u ta’ prattiki innovattivi, u l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda, b’mod partikolari dawk marbuta mal-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi tal-baħar, l-iġjene, is-saħħa, is-sikurezza, l-attivitajiet fis-settur marittimu, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija; |
|
(b) |
in-networking u l-iskambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn il-partijiet ikkonċernati, inkluż fost l-organizzazzjonijiet li jippromwovu opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa, jippromwovu r-rwol tan-nisa fil-komunitajiet tas-sajd u jippromwovu l-gruppi sottorappreżentati involuti fis-sajd kostali fuq skala żgħira jew fis-sajd bil-wieqfa; |
|
(c) |
id-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali jew lokali li jinvolvi lis-sajjieda, lis-sħab soċjali u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn. |
2. L-għajnuna għall-appoġġ tal-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 1 tista’ tingħata wkoll lil konjuġi ta’ sajjieda li jaħdmu għal rashom jew, fejn u sa fejn huma rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali, l-imsieħba għall-ħajja ta’ sajjieda li jaħdmu għal rashom, li mhumiex impjegati jew imsieħba fin-negozju, fejn abitwalment, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali, jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-persuna li taħdem għal rasha u jwettqu l-istess kompiti jew kompiti anċillari.
3. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 18
Għajnuna maħsuba biex tiffaċilita d-diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ introjtu
1. L-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita d-diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ introjtu li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna jkollha l-għan li tappoġġa l-investimenti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tal-introjtu tas-sajjieda permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet komplementari, inklużi l-investimenti abbord, it-turiżmu tas-sajd, ir-ristoranti, is-servizzi ambjentali relatati mas-sajd u ma’ attivitajiet edukattivi li jikkonċernaw is-sajd; |
|
(b) |
l-għajnuna tappoġġa lis-sajjieda li:
|
2. L-għajnuna msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tingħata biss jekk l-attivitajiet komplementari jkunu relatati man-negozju tas-sajd ewlieni tas-sajjieda.
3. L-ammont ta’ dik l-għajnuna ma għandux jaqbeż il-50 % tal-baġit previst fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għal kull operazzjoni, u ma għandux jaqbeż ammont massimu ta’ EUR 75 000 għal kull benefiċjarju.
Artikolu 19
Għajnuna maħsuba biex ittejjeb is-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għas-sajjieda
1. L-għajnuna maħsuba biex ittejjeb is-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għas-sajjieda li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna tingħata biss fir-rigward ta’ investimenti abbord jew f’tagħmir individwali u dawk l-investimenti jmorru lil hinn mir-rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali; |
|
(b) |
l-għajnuna ma tappoġġax operazzjonijiet li jżidu t-tunnellaġġ gross ta’ bastiment tas-sajd. |
2. Għal operazzjonijiet li huma maħsuba biex itejbu s-sikurezza għas-sajjieda abbord bastimenti tas-sajd, ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:
|
(a) |
ċattri tas-salvataġġ; |
|
(b) |
unitajiet ta’ rilaxx idrostatiku għaċ-ċattri tas-salvataġġ; |
|
(c) |
sinjali għal-lokalizzazzjoni personali bħal apparati li jittrażmettu sinjali bir-radju li jindikaw pożizzjoni ta’ emerġenza (“Emergency Position Indicating Radio Beacon” - EPIRB), li jistgħu jiġu integrati fil-ġkieket tas-salvataġġ u fil-ħwejjeġ tax-xogħol tas-sajjieda; |
|
(d) |
apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma (“Personal Flotation Devices” - PFD), b’mod partikolari lbiesi ta’ immersjoni jew ta’ sopravivenza, bagi u ġkieket tas-salvataġġ; |
|
(e) |
murtaletti ta’ emerġenza; |
|
(f) |
tagħmir għat-tfigħ tal-ħbula; |
|
(g) |
sistemi għall-irkupru ta’ persuni li jaqgħu l-baħar (“man-overboard” - MOB); |
|
(h) |
apparat għat-tifi tan-nar, bħal fire extinguishers, kutri tan-nar, detetturi tan-nar u tad-duħħan, apparat għat-teħid tan-nifs; |
|
(i) |
bibien għall-protezzjoni min-nirien; |
|
(j) |
valvi iżolanti tat-tankijiet tal-fjuwil; |
|
(k) |
detetturi tal-gass u sistemi ta’ allarm tal-gass; |
|
(l) |
pompi u sistemi ta’ allarm tas-sentina; |
|
(m) |
tagħmir għall-komunikazzjoni bir-radju u bis-satellita; |
|
(n) |
bokkaporti u bibien li ma jgħaddix ilma minnhom; |
|
(o) |
ilqugħ fuq il-makkinarju, bħal winċijiet jew winċijiet tax-xibka; |
|
(p) |
skali ta’ bastiment u slielem tal-aċċess; |
|
(q) |
dawl tat-tfittxija, tal-gverta jew ta’ emerġenza; |
|
(r) |
mekkaniżmu ta’ rilaxx tas-sikurezza għal każijiet fejn l-irkaptu tas-sajd jinqabad ma’ xi ostakolu taħt l-ilma; |
|
(s) |
kameras u skrins tas-sikurezza; |
|
(t) |
tagħmir u elementi meħtieġa biex tittejjeb is-sikurezza tal-gverta. |
3. Għall-operazzjonijiet jew għall-forniment ta’ tagħmir li huma maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa għas-sajjieda abbord bastimenti tas-sajd, l-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:
|
(a) |
ix-xiri u l-installazzjoni ta’ kaxxi għall-ewwel għajnuna; |
|
(b) |
ix-xiri ta’ mediċini u apparati għal trattament urġenti abbord; |
|
(c) |
il-forniment ta’ telemediċina, inklużi teknoloġiji elettroniċi, tagħmir u immaġnijiet mediċi applikati għall-konsultazzjoni mill-bogħod mill-bastimenti; |
|
(d) |
il-forniment ta’ gwidi u manwali biex tittejjeb is-saħħa abbord; |
|
(e) |
kampanji ta’ informazzjoni biex tittejjeb is-saħħa abbord. |
4. Għall-operazzjonijiet jew għall-forniment ta’ tagħmir li huma maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-iġjene għas-sajjieda abbord bastimenti tas-sajd, ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:
|
(a) |
faċilitajiet sanitarji, bħal tojlits u faċilitajiet tal-ħasil; |
|
(b) |
faċilitajiet tal-kċina u tagħmir għall-ħżin tal-provvisti tal-ikel; |
|
(c) |
apparat ta’ purifikazzjoni tal-ilma għall-ilma tax-xorb; |
|
(d) |
tagħmir tat-tindif biex jinżammu l-kundizzjonijiet sanitarji abbord; |
|
(e) |
gwidi u manwali dwar it-titjib tal-iġjene abbord, inklużi għodod tas-software. |
5. Għall-operazzjonijiet jew għall-forniment ta’ tagħmir li huma maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord bastimenti tas-sajd, ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:
|
(a) |
ilqugħ fuq il-gverta; |
|
(b) |
strutturi tal-gverta tal-kenn u l-modernizzazzjoni tal-kabini bil-ħsieb li tiġi pprovduta protezzjoni minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp; |
|
(c) |
oġġetti relatati mat-titjib tas-sikurezza tal-kabina u mal-forniment ta’ żoni komuni għall-ekwipaġġ; |
|
(d) |
tagħmir biex jitnaqqas l-irfigħ manwali tqil, minbarra magni li huma direttament relatati mal-operazzjonijiet tas-sajd, bħal winċijiet; |
|
(e) |
żebgħa u twapet tal-gomma kontra ż-żliq; |
|
(f) |
tagħmir ta’ iżolament kontra l-istorbju, is-sħana jew il-kesħa, u tagħmir biex tittejjeb il-ventilazzjoni; |
|
(g) |
ilbies tax-xogħol u tagħmir tas-sikurezza bħal bwiez tas-sikurezza li ma jgħaddix ilma minnhom, protezzjoni għall-għajnejn u għat-teħid tan-nifs, ingwanti u elmi protettivi, jew tagħmir protettiv kontra l-waqgħat; |
|
(h) |
sinjali ta’ twissija ta’ emerġenza u sikurezza; |
|
(i) |
analiżi u valutazzjonijiet tar-riskju biex jiġu identifikati r-riskji għas-sajjieda kemm fil-port kif ukoll fin-navigazzjoni sabiex jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tar-riskji; |
|
(j) |
gwidi u manwali dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord. |
6. L-għajnuna għandha tingħata lis-sajjieda jew lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd.
7. Meta l-operazzjoni tkun tikkonsisti f’investiment abbord, l-appoġġ ma għandux jingħata aktar minn darba matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2027 għall-istess tip ta’ investiment u għall-istess bastiment tas-sajd. Meta l-operazzjoni tkun tikkonsisti f’investiment f’tagħmir individwali, l-appoġġ ma għandux jingħata aktar minn darba matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2027 għall-istess tip ta’ tagħmir u għall-istess benefiċjarju.
8. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 20
Għajnuna għal fondi mutwi għal kriżijiet tas-saħħa pubblika, kundizzjonijiet ħżiena tat-temp u inċidenti ambjentali
1. L-għajnuna għal fondi mutwi għal kriżijiet tas-saħħa pubblika, kundizzjonijiet ħżiena tat-temp u inċidenti ambjentali, li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna jkollha l-għan li tikkontribwixxi għal fondi mutwi li jħallsu kumpens finanzjarju lis-sajjieda għal telf ekonomiku kkawżat minn kriżijiet tas-saħħa pubblika, kundizzjonijiet ħżiena tat-temp jew inċidenti ambjentali jew għall-kostijiet tas-salvataġġ għas-sajjieda jew għall-bastimenti tas-sajd fil-każ ta’ aċċidenti fuq il-baħar matul l-attivitajiet tas-sajd tagħhom; |
|
(b) |
il-kombinament ta’ kumpens finanzjarju mħallas minn fondi mutwi skont dan l-Artikolu ma’ strumenti nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn jew ma’ skemi privati tal-assigurazzjoni ma għandhiex twassal għal kumpens żejjed li jaqbeż it-telf ekonomiku mġarrab. |
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:
|
(a) |
il-kriżijiet tas-saħħa pubblika, il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, l-inċidenti ambjentali jew l-aċċidenti fuq il-baħar imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk li huma rikonoxxuti formalment mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru bħala li seħħew. |
|
(b) |
it-terminu “fond mutwu” jfisser skema akkreditata mill-Istat Membru, f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, li tippermetti lis-sajjieda affiljati jassiguraw lilhom infushom, fejn isiru pagamenti ta’ kumpens lis-sajjieda affiljati għat-telf ekonomiku kkawżat mill-eventi elenkati fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Il-fond mutwu għandu jkollu politika trasparenti lejn il-pagamenti fil-fond u l-irtirar minnu u għandu jkollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn imġarrab. |
3. Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu relatati biss mal-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lis-sajjieda u jistgħu jkopru sa 50 % tiegħu. Il-kostijiet amministrattivi tat-twaqqif tal-fondi mutwi ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ.
4. Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jingħataw biss biex ikopru t-telf ikkawżat minn kriżijiet tas-saħħa pubblika, kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, inċidenti ambjentali jew aċċidenti fuq il-baħar li jammonta għal aktar minn 30 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat abbażi tal-fatturat medju ta’ dak in-negozju matul it-tliet snin kalendarji ta’ qabel.
5. L-għajnuna ma għandhiex issir għall-istokk kapitali inizjali.
Artikolu 21
Għajnuna maħsuba biex tappoġġa s-sistemi ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
1. L-għajnuna maħsuba biex tappoġġa s-sistemi ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna jkollha l-għan li tappoġġa t-tfassil, l-iżvilupp, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tas-sistemi għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, sabiex l-attivitajiet tas-sajd jiġu adattati għall-opportunitajiet tas-sajd; |
|
(b) |
l-għajnuna għandha tingħata lil persuni ġuridiċi jew fiżiċi jew lil organizzazzjonijiet tas-sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru, inklużi organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti involuti fil-ġestjoni kollettiva tas-sistemi li jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd. |
2. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni.
Artikolu 22
Għajnuna maħsuba biex tillimita l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u biex is-sajd jiġi adattat għall-protezzjoni tal-ispeċijiet
1. L-għajnuna maħsuba biex tillimita l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u biex is-sajd jiġi adattat għall-protezzjoni tal-ispeċijiet li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna jkollha l-għan li tnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, li trawwem l-eliminazzjoni gradwali tal-qabdiet skartati tal-ħut u li tiffaċilita t-tranżizzjoni għal sfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(b) |
l-għajnuna tappoġġa l-investimenti li ġejjin:
|
2. L-għajnuna ma għandhiex tingħata aktar minn darba matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2027 għall-istess tip ta’ tagħmir fuq l-istess bastiment tas-sajd tal-Unjoni.
3. L-għajnuna għandha tingħata biss meta l-irkaptu tas-sajd jew tagħmir ieħor imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ikollu għażla tad-daqs evidentement aħjar jew impatt evidentement aktar baxx fuq l-ekosistema u fuq speċijiet mhux fil-mira mill-irkaptu standard jew minn tagħmir ieħor permess skont id-dritt tal-Unjoni, jew skont il-liġi nazzjonali rilevanti adottata fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
4. L-għajnuna għandha tingħata lil
|
(a) |
sidien ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li huwa reġistrati bħala bastimenti attivi u li wettqu attivitajiet tas-sajd fil-baħar għal mill-inqas 60 jum matul is-sentejn kalendarji ta’ qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal appoġġ; |
|
(b) |
sajjieda li huma s-sidien tat-tagħmir li għandu jiġi sostitwit u li ħadmu abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għal mill-inqas 60 jum matul is-sentejn kalendarji ta’ qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal appoġġ; |
|
(c) |
organizzazzjonijiet tas-sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru. |
5. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni.
Artikolu 23
Għajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar
1. L-għajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu, sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna jkollha l-għan li tikkontribwixxi għall-eliminazzjoni gradwali tal-qabdiet skartati u tal-qabdiet aċċessorji u li tiffaċilita t-tranżizzjoni għall-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u li tnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-impatt tal-predaturi protetti; |
|
(b) |
l-għajnuna tappoġġa operazzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp jew l-introduzzjoni ta’ għarfien tekniku jew organizzazzjonali ġdid li jnaqqas l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ambjent, inklużi tekniki tas-sajd imtejba u s-selettività tal-irkaptu, jew li huma mmirati lejn il-kisba ta’ użu aktar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-koeżistenza ma’ predaturi protetti; |
|
(c) |
l-operazzjonijiet appoġġati għandhom jitwettqu minn, jew f’kollaborazzjoni ma’, korp xjentifiku jew tekniku rikonoxxut mill-Istat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ tali operazzjonijiet; |
|
(d) |
ir-riżultati tal-operazzjonijiet appoġġati jingħataw pubbliċità adegwata mill-Istat Membru. |
2. Il-bastimenti tas-sajd involuti fi proġetti ffinanzjati skont dan l-Artikolu ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-għadd ta’ bastimenti tal-flotta nazzjonali jew 5 % tat-tunnellaġġ tal-flotta nazzjonali f’tunnellaġġ gross, ikkalkolat fiż-żmien tal-adozzjoni tal-istrument ta’ appoġġ.
3. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 24
Għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u skemi ta’ kumpens fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli
1. L-għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u l-iskemi ta’ kumpens fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu.
2. L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tappoġġa l-operazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-ġbir tal-iskart mill-baħar mis-sajjieda, bħall-ġbir passiv ta’ rkaptu tas-sajd mitluf u skart mill-baħar; l-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:
|
|
(b) |
il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jtejbu l-fawna u l-flora tal-baħar, inklużi t-tħejjija u l-evalwazzjoni xjentifiċi tagħhom; l-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:
|
|
(c) |
il-kontribuzzjonijiet għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar permezz tal-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin jew it-teħid tal-azzjonijiet u l-proġetti li ġejjin:
|
|
(d) |
skemi ta’ kumpens għad-danni lill-qabdiet ikkawżati minn mammiferi u għasafar protetti mid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE; |
|
(e) |
il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet oħrajn immirati lejn iż-żamma u t-titjib tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema, bħar-restawr ta’ ħabitats tal-baħar u kostali speċifiċi b’appoġġ għal stokkijiet ta’ ħut sostenibbli, inklużi t-tħejjija u l-evalwazzjoni xjentifiċi tagħhom; il-kostijiet relatati mal-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:
|
3. L-appoġġ skont il-punt (d) tal-paragrafu 2 għandu jkun soġġett għar-rikonoxximent formali ta’ tali skemi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li ma jseħħ l-ebda kumpens żejjed għad-danni bħala riżultat tal-kombinament ta’ skemi ta’ kumpens tal-Unjoni, nazzjonali u privati.
4. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni.
Artikolu 25
Għajnuna biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima
1. L-għajnuna biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna biex jiġu sostitwiti jew immodernizzati l-magni, li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3).
2. L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tappoġġa l-operazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-investimenti f’tagħmir jew abbord immirati biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa jew ta’ gassijiet serra u biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd. L-investimenti fl-irkaptu tas-sajd huma eliġibbli wkoll sakemm ma jimminawx is-selettività ta’ dak l-irkaptu tas-sajd.
|
|
(b) |
il-verifiki u l-iskemi tal-effiċjenza enerġetika; |
|
(c) |
l-istudji biex tiġi vvalutata l-kontribuzzjoni ta’ sistemi ta’ propulsjoni alternattivi u disinji tal-buq għall-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd. |
3. L-appoġġ għall-attivitajiet elenkati taħt il-paragrafu 2 għandu jingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd u ma għandux jingħata aktar minn darba għall-istess tip ta’ investiment matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2027 għall-istess bastiment tas-sajd.
4. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 26
Għajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa
1. L-għajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna jkollha l-għan li ttejjeb il-valur miżjud jew il-kwalità tal-ħut maqbud; |
|
(b) |
l-għajnuna tappoġġa l-investimenti li ġejjin:
|
2. L-appoġġ imsemmi fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1 għandu jkun kundizzjonali fuq l-użu ta’ rkaptu selettiv biex jiġu mminimizzati l-qabdiet mhux mixtieqa u għandu jingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu wettqu attività tas-sajf fuq il-baħar għal mill-inqas 60 ġurnata matul sentejn kalendarji qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-appoġġ.
3. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 27
Għajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet ta’ kenn
1. L-għajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet ta’ kenn li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna għandha l-għan li żżid il-kwalità, il-kontroll u t-traċċabbiltà tal-prodotti li jinħattu l-art, iżżid l-effiċjenza enerġetika, tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent u ttejjeb is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol; |
|
(b) |
l-għajnuna tappoġġa investimenti li:
|
2. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 28
Għajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u għall-fawna u l-flora akkwatiċi interni
1. L-għajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u għall-fawna u l-flora akkwatiċi interni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna jkollha l-għan li tnaqqas l-impatt tas-sajd fl-ilmijiet interni fuq l-ambjent, li żżid l-effiċjenza enerġetika, li żżid il-valur jew il-kwalità tal-ħut li jinħatt l-art, jew li ttejjeb is-saħħa, is-sikurezza, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-kapital uman u t-taħriġ.
2. L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tappoġġa l-investimenti li ġejjin:
|
(a) |
il-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali kif imsemmija fl-Artikolu 17 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; |
|
(b) |
abbord jew f’tagħmir individwali kif imsemmi fl-Artikolu 19 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; |
|
(c) |
f’tagħmir u f’tipi ta’ operazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 22 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; |
|
(d) |
it-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima kif imsemmija fl-Artikolu 25 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; |
|
(e) |
it-titjib tal-valur jew tal-kwalità tal-ħut maqbud kif imsemmi fl-Artikolu 26 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; |
|
(f) |
fil-portijiet tas-sajd, fil-postijiet ta’ kenn u fil-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art kif imsemmija fl-Artikolu 27 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu. |
3. L-għajnuna tista’ tipprovdi appoġġ għall-iżvilupp u għall-faċilitazzjoni tal-innovazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14, għas-servizzi ta’ konsulenza f’konformità mal-Artikolu 15 u għas-sħubijiet bejn ix-xjenzati u s-sajjieda f’konformità mal-Artikolu 16.
4. Sabiex tiġi promossa d-diversifikazzjoni mis-sajjieda fl-ilmijiet interni, l-għajnuna tista’ tappoġġa d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet interni għal attivitajiet komplementari skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18.
5. Għall-fini tal-paragrafu 2:
|
(a) |
ir-referenzi magħmula fl-Artikoli 19, 22, 25 u 26 għall-bastimenti tas-sajd għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-bastimenti li joperaw esklussivament fl-ilmijiet interni; |
|
(b) |
ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 22 għall-ambjent tal-baħar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-ambjent li fih jopera l-bastiment tas-sajd fl-ilmijiet interni. |
6. Sabiex jiġu protetti u żviluppati l-fawna u l-flora akkwatiċi, l-għajnuna tista’ tappoġġa:
|
(a) |
il-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ ta’ siti NATURA 2000 li huma affettwati mill-attivitajiet tas-sajd, u r-riabilitazzjoni tal-ilmijiet interni f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), inklużi ż-żoni ta’ riproduzzjoni u r-rotot ta’ migrazzjoni għall-ispeċijiet migratorji, mingħajr preġudizzju għall-punt (e) tal-Artikolu 24(2) ta’ dan ir-Regolament u, fejn rilevanti, bil-parteċipazzjoni tas-sajjieda fl-ilmijiet interni; |
|
(b) |
il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-installazzjoni ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora akkwatiċi, inklużi t-tħejjija xjentifika, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom. |
7. L-Istati Membri jiżguraw li l-bastimenti li jirċievu appoġġ skont dan l-Artikolu jkomplu joperaw esklussivament fl-ilmijiet interni.
8. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
TAQSIMA 2
It-trawwim ta’ attivitajiet tal-akkwakultura sostenibbli
Artikolu 29
Kundizzjonijiet ġenerali
1. Kwalunkwe għajnuna taħt din it-Taqsima għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali li ġejjin:
|
(a) |
hija għandha tkun limitata għall-intrapriżi tal-akkwakultura, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor f’dan ir-Regolament; |
|
(b) |
l-imprendituri li jidħlu fis-settur għandhom jipprovdu pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u, fejn l-ammont ta’ investimenti jkun aktar minn EUR 50 000, studju tal-fattibbiltà li jinkludi valutazzjoni ambjentali tal-operazzjonijiet; |
|
(c) |
fejn l-operazzjonijiet ikunu jikkonsistu f’investimenti f’tagħmir jew infrastruttura li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti futuri li jirrigwardjaw l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, l-iġjene jew il-benesseri tal-annimali skont id-dritt tal-Unjoni, jista’ jingħata appoġġ sad-data li fiha tali rekwiżiti jsiru obbligatorji għall-intrapriżi; |
|
(d) |
ma għandhiex tingħata għajnuna għat-trobbija ta’ organiżmi ġenetikament modifikati; |
|
(e) |
ma għandhiex tingħata għajnuna għall-operazzjonijiet tal-akkwakultura f’żoni protetti tal-baħar, jekk ikun ġie ddeterminat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt ambjentali, li l-operazzjoni tiġġenera impatt ambjentali negattiv sinifikanti li ma jistax jittaffa b’mod adegwat. |
2. L-appoġġ skont din it-Taqsima għandu jingħata biss meta jkun intwera b’mod ċar f’rapport ta’ kummerċjalizzazzjoni indipendenti li jeżistu prospetti tas-suq tajbin u sostenibbli għall-prodott.
Artikolu 30
Għajnuna għall-innovazzjoni fl-akkwakultura
1. L-għajnuna għall-innovazzjoni fl-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna tistimula l-innovazzjoni fl-akkwakultura; |
|
(b) |
l-għajnuna jkollha l-għanijiet li ġejjin:
|
2. L-operazzjonijiet skont dan l-Artikolu għandhom jitwettqu minn, jew f’kollaborazzjoni ma’, korpi xjentifiċi jew tekniċi pubbliċi jew privati, rikonoxxuti mill-Istat Membru, li għandhom jivvalidaw ir-riżultati ta’ tali operazzjonijiet.
3. Ir-riżultati tal-operazzjonijiet li jirċievu appoġġ għandhom jingħataw pubbliċità adegwata mill-Istat Membru.
4. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 31
Għajnuna għal investimenti li jżidu l-produttività fl-akkwakultura
1. L-għajnuna għal investimenti li jżidu l-produttività fl-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa:
|
(a) |
l-investimenti produttivi fl-akkwakultura; |
|
(b) |
id-diversifikazzjoni tal-produzzjoni fl-akkwakultura u l-ispeċijiet ikkultivati; |
|
(c) |
il-modernizzazzjoni tal-unitajiet tal-akkwakultura, inkluż it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sikurezza tal-ħaddiema fis-settur tal-akkwakultura; |
|
(d) |
it-titjib u l-modernizzazzjoni relatati mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, inkluż ix-xiri ta’ tagħmir li għandu l-għan li jipproteġi lill-farms tal-ħut mill-predaturi selvaġġi; |
|
(e) |
l-investimenti li jnaqqsu l-impatt negattiv jew isaħħu l-effetti pożittivi fuq l-ambjent u li jżidu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi; |
|
(f) |
l-investimenti fit-titjib tal-kwalità tal-prodotti tal-akkwakultura jew fiż-żieda fil-valur tagħhom; |
|
(g) |
ir-restawr tal-għadajjar jew tal-laguni tal-akkwakultura eżistenti permezz tat-tneħħija tal-ħama, jew investimenti mmirati lejn il-prevenzjoni tad-depożiti tal-ħama; |
|
(h) |
id-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-intrapriżi tal-akkwakultura permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet komplementari; |
|
(i) |
l-investimenti li jirriżultaw fi tnaqqis sostanzjali fl-impatt tal-intrapriżi tal-akkwakultura fuq l-użu u l-kwalità tal-ilma, b’mod partikolari permezz tat-tnaqqis tal-ammont ta’ ilma jew sustanzi kimiċi, antibijotiċi u mediċini oħrajn użati, jew permezz tat-titjib tal-kwalità tal-ilma prodott, inkluż permezz tal-użu ta’ sistemi tal-akkwakultura multitrofiċi; |
|
(j) |
il-promozzjoni ta’ akkwakultura b’sistemi magħluqa fejn il-prodotti tal-akkwakultura jitrabbew f’sistemi magħluqa ta’ riċirkolazzjoni, sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-użu tal-ilma; |
|
(k) |
l-investimenti li jżidu l-effiċjenza enerġetika u li jippromwovu l-konverżjoni tal-intrapriżi tal-akkwakultura għal sorsi rinnovabbli tal-enerġija. |
2. L-għajnuna skont il-punt (h) tal-paragrafu 1 għandha tingħata biss lill-intrapriżi tal-akkwakultura jekk l-attivitajiet komplementari jkunu relatati man-negozju prinċipali tal-intrapriża fis-settur tal-akkwakultura, inklużi t-turiżmu tas-sajd bil-qasba, is-servizzi ambjentali relatati mal-akkwakultura jew l-attivitajiet edukattivi dwar l-akkwakultura.
3. L-għajnuna elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tingħata għal investimenti li jżidu l-produzzjoni u/jew il-modernizzazzjoni tal-impriżi eżistenti fis-settur tal-akkwakultura, jew għall-kostruzzjoni ta’ kapaċità ta’ produzzjoni ġdida, sakemm l-iżvilupp ikun konsistenti mal-pjan għall-iżvilupp tal-akkwakultura msemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
4. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 32
Għajnuna għas-servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsulenza għall-farms fis-settur tal-akkwakultura
1. L-għajnuna għas-servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsulenza għall-farms fis-settur tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna ttejjeb il-prestazzjoni u l-kompetittività globali tal-farms tal-akkwakultura; |
|
(b) |
l-għajnuna tnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-farms tal-akkwakultura; |
|
(c) |
l-għajnuna tappoġġa x-xiri ta’ servizzi ta’ konsulenza għall-farms ta’ natura teknika, xjentifika, legali, ambjentali jew ekonomika. Hija għandha tingħata biss lill-SMEs fis-settur tal-akkwakultura jew lill-organizzazzjonijiet tal-akkwakultura, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-akkwakultura u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-akkwakultura. |
2. Is-servizzi ta’ konsulenza msemmija fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1 għandhom ikopru:
|
(a) |
il-ħtiġijiet ta’ ġestjoni sabiex il-farms tal-akkwakultura jkunu jistgħu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll mar-rekwiżiti tal-ippjanar tal-ispazju marittimu; |
|
(b) |
valutazzjoni tal-impatt ambjentali kif imsemmija fid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) u fid-Direttiva 92/43/KEE; |
|
(c) |
il-ħtiġijiet ta’ ġestjoni sabiex il-farms tal-akkwakultura jkunu jistgħu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali akkwatiċi jew is-saħħa pubblika; |
|
(d) |
standards ibbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni; |
|
(e) |
strateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ negozju. |
3. Dawk is-servizzi għandhom jiġu pprovduti minn korpi xjentifiċi jew tekniċi, kif ukoll minn entitajiet li jipprovdu pariri legali jew ekonomiċi bil-kompetenzi meħtieġa kif rikonoxxuti mill-Istat Membru.
4. Il-benefiċjarji ma għandhomx jirċievu għajnuna aktar minn darba fis-sena għal kull kategorija ta’ servizz ta’ konsulenza elenkata fil-paragrafu 2.
5. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 33
Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u tan-networking fis-settur tal-akkwakultura
1. L-għajnuna għall-kapital uman u n-networking fis-settur tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:
|
(a) |
it-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja, it-tixrid ta’ għarfien xjentifiku u tekniku u prattiki innovattivi, l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda fis-settur tal-akkwakultura u fir-rigward tat-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet fis-settur tal-akkwakultura; |
|
(b) |
it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-promozzjoni tas-sikurezza okkupazzjonali; |
|
(c) |
in-networking u l-iskambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki fost l-intrapriżi fis-settur tal-akkwakultura jew l-organizzazzjonijiet professjonali u partijiet ikkonċernati oħrajn, inklużi korpi xjentifiċi u tekniċi jew dawk li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa. |
2. L-għajnuna msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ma għandhiex tingħata lil intrapriżi kbar fis-settur tal-akkwakultura, sakemm ma jkunux involuti fil-kondiviżjoni tal-għarfien ma’ SMEs li joperaw fis-settur tal-akkwakultura.
3. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 34
Iż-żieda tal-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura
1. L-għajnuna għaż-żieda tal-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura fis-settur tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna tikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-iżvilupp tas-siti u l-infrastrutturi tal-akkwakultura u tnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-operazzjonijiet; |
|
(b) |
l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:
|
2. Il-benefiċjarji skont dan l-Artikolu għandhom ikunu biss dawk l-impriżi li jkunu ġew fdati mill-Istat Membru bil-kompiti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
3. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 35
L-inkoraġġiment ta’ akkwakulturisti ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli
1. L-għajnuna għall-inkoraġġiment ta’ akkwakulturisti ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna trawwem l-intraprenditorija fl-akkwakultura; |
|
(b) |
l-għajnuna tappoġġa t-twaqqif ta’ intrapriżi tal-akkwakultura sostenibbli minn akkwakulturisti ġodda. |
2. Għandu jingħata appoġġ lill-akkwakulturisti li jidħlu fis-settur sakemm dawn:
|
(a) |
ikollhom ħiliet u kompetenza professjonali adegwati; |
|
(b) |
jistabbilixxu għall-ewwel darba mikrointrapriża jew intrapriża żgħira tal-akkwakultura, bħala maniġers ta’ dik l-intrapriża; |
|
(c) |
jissottomettu pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura tagħhom. |
3. Sabiex jiksbu ħiliet professjonali adegwati, l-akkwakulturisti li jidħlu fis-settur jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ skont l-Artikolu 33(1).
4. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 36
Għajnuna għall-konverżjoni għal skemi ta’ ġestjoni u verifika ambjentali u akkwakultura organika
1. L-għajnuna għall-konverżjoni għal skemi ta’ ġestjoni u verifika ambjentali u akkwakultura organika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna tippromwovi l-iżvilupp ta’ akkwakultura organika jew effiċjenti fl-użu tal-enerġija; |
|
(b) |
l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:
|
2. L-għajnuna għandha tingħata biss fir-rigward tal-konverżjoni ta’ benefiċjarji li jimpenjaw ruħhom li jipparteċipaw fl-EMAS għal minimu ta’ tliet snin jew li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-produzzjoni organika għal minimu ta’ ħames snin.
3. L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ kumpens għal massimu ta’ tliet snin matul il-perjodu tal-konverżjoni tal-intrapriża għall-produzzjoni organika, jew matul it-tħejjija għall-parteċipazzjoni fl-EMAS. L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw dak il-kumpens abbażi ta’:
|
(a) |
it-telf ta’ dħul jew kostijiet addizzjonali mġarrba matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni minn produzzjoni konvenzjonali għal produzzjoni organika għal operazzjonijiet eliġibbli taħt il-punt (b)(i) tal-paragrafu 1; jew |
|
(b) |
il-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-applikazzjoni u t-tħejjija tal-parteċipazzjoni fl-EMAS għal operazzjonijiet eliġibbli taħt il-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1. |
4. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 37
Għajnuna għall-akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali
1. L-għajnuna għall-akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna trawwem l-iżvilupp tal-akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali; |
|
(b) |
l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:
|
2. L-għajnuna skont il-punt (b)(i) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tieħu l-forma ta’ kumpens annwali għall-kostijiet addizzjonali mġarrba u/jew għall-introjtu mitluf b’riżultat tar-rekwiżiti ta’ ġestjoni fiż-żoni kkonċernati, relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE jew 2009/147/KE.
3. L-għajnuna skont il-punt (b)(iii) tal-paragrafu 1 għandha tingħata biss lil benefiċjarji li jimpenjaw ruħhom għal perjodu minimu ta’ ħames snin li jissodisfaw ir-rekwiżiti akkwa-ambjentali li jmorru lil hinn mis-sempliċi applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali. Il-benefiċċji ambjentali tal-operazzjoni għandhom jintwerew permezz ta’ valutazzjoni minn qabel imwettqa minn korpi kompetenti nnominati mill-Istat Membru, sakemm il-benefiċċji ambjentali ta’ dik l-operazzjoni ma jkunux diġà rikonoxxuti.
4. L-għajnuna skont il-punt (b)(iii) tal-paragrafu 1 għandha tieħu l-forma ta’ kumpens annwali għall-kostijiet addizzjonali mġarrba u/jew għall-introjtu mitluf.
5. Ir-riżultati tal-operazzjonijiet li jirċievu l-għajnuna skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw pubbliċità adegwata mill-Istat Membru.
6. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni.
Artikolu 38
Għajnuna għall-miżuri tas-saħħa pubblika
1. L-għajnuna għal miżuri tas-saħħa pubblika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu, sakemm l-għajnuna tappoġġa skema ta’ kumpens li tikkumpensa lil dawk li jrabbu l-molluski għas-sospensjoni temporanja tal-ħsad tal-molluski mrobbija, fejn tali sospensjoni sseħħ esklussivament għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika.
2. Appoġġ taħt il-paragrafu 1 jista’ jingħata biss fejn l-għeluq tal-produzzjoni klassifikata jew taż-żona ta’ riinstallazzjoni, skont l-Artikolu 62 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 (27) ikun dovut għall-proliferazzjoni tal-plankton li jipproduċi t-tossini jew għall-preżenza tal-plankton li fih bijotossini li jaqbżu l-limiti stabbiliti fl-Anness III, it-Taqsima VII, il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), u diment li:
|
(a) |
il-kontaminazzjoni ddum għal aktar minn erba’ xhur konsekuttivi; jew |
|
(b) |
it-telf, li jirriżulta mis-sospensjoni tal-ħsad, jammonta għal aktar minn 25 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat abbażi tal-fatturat medju ta’ dak in-negozju matul it-tliet snin kalendarji ta’ qabel is-sena li fiha l-ħsad ikun ġie sospiż; |
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli speċjali ta’ kalkolu fir-rigward ta’ kumpaniji b’inqas minn tliet snin ta’ attività.
3. It-tul ta’ żmien li għalih jista’ jingħata l-kumpens għandu jkun massimu ta’ 12-il xahar bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2027. F’każijiet debitament ġustifikati, dan jista’ jiġi estiż darba għal massimu ta’ 12-il xahar addizzjonali sa massimu kkombinat ta’ 24 xahar.
4. L-għajnuna u kwalunkwe pagament ieħor riċevut biex jikkumpensaw għall-ħsara, inklużi l-pagamenti taħt il-poloz tal-assigurazzjoni, għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.
Artikolu 39
Għajnuna għal miżuri tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali
1. L-għajnuna għas-saħħa u l-benesseri tal-annimali f’impriżi tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm
|
(a) |
l-għajnuna jkollha l-għan li trawwem is-saħħa u l-benesseri tal-annimali fl-intrapriżi tal-akkwakultura, fost l-oħrajn, f’termini ta’ prevenzjoni u bijosigurtà; |
|
(b) |
l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:
|
2. L-għajnuna skont il-punt (b)(iv) tal-paragrafu 1 ma għandhiex tkopri x-xiri ta’ mediċini veterinarji.
3. Ir-riżultati tal-istudji ffinanzjati skont il-punt (b)(iv) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu rrapportati u rreklamati b’mod adegwat mill-Istat Membru.
4. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni.
Artikolu 40
Għajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura
1. L-għajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna tippromwovi s-salvagwardja tal-introjtu tal-produtturi tal-akkwakultura; |
|
(b) |
l-għajnuna tikkontribwixxi għal assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura li tkopri t-telf ekonomiku minħabba mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
2. L-okkorrenza taċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 fl-akkwakultura għandha tiġi rikonoxxuta formalment bħala tali mill-Istat Membru kkonċernat.
3. L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jistabbilixxu minn qabel kriterji li abbażi tagħhom għandu jitqies li ngħata r-rikonoxximent formali msemmi fil-paragrafu 2.
4. L-appoġġ għandu jingħata biss għal kuntratti ta’ assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura li jkopru t-telf ekonomiku, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li jaqbeż it-30 % tal-fatturat annwali medju tal-akkwakulturist, ikkalkolat abbażi tal-fatturat medju tal-akkwakulturist matul it-tliet snin kalendarji ta’ qabel is-sena li fiha jkun sar it-telf ekonomiku.
5. Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu relatati biss mal-ammonti mħallsa mill-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura bħala kumpens finanzjarju lil benefiċjarju u jistgħu jkopru sa 50 % tagħhom. Il-kostijiet amministrattivi tat-twaqqif tal-assigurazzjoni ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ.
TAQSIMA 3
Miżuri relatati mal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar
Artikolu 41
Għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni
1. L-għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-għajnuna tippromwovi miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; |
|
(b) |
l-għajnuna timmira lejn:
|
2. L-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-attivitajiet ta’ produzzjoni, ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni tul il-katina tal-provvista. L-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (b)(vii) tal-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu mmirati lejn marki kummerċjali.
3. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
Artikolu 42
Għajnuna għall-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura
1. L-għajnuna għall-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa l-investimenti fl-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.
2. L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha l-għan li tappoġġa miżuri li:
|
(a) |
jikkontribwixxu għall-iffrankar tal-enerġija jew għat-tnaqqis tal-impatt fuq l-ambjent, inkluż it-trattament tal-iskart; |
|
(b) |
itejbu s-sikurezza, l-iġjene, is-saħħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol; |
|
(c) |
jappoġġaw l-ipproċessar tal-qabdiet ta’ ħut kummerċjali li ma jistax ikun destinat għall-konsum mill-bniedem; |
|
(d) |
jirrigwardjaw l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji li jirriżultaw minn attivitajiet ewlenin ta’ pproċessar; |
|
(e) |
jirrigwardjaw l-ipproċessar ta’ prodotti organiċi tal-akkwakultura skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007; |
|
(f) |
iwasslu għal prodotti ġodda jew imtejba, proċessi ġodda jew imtejba, jew sistemi ta’ ġestjoni u organizzazzjoni ġodda jew imtejba. |
3. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.
TAQSIMA 4
Kategoriji oħrajn ta’ għajnuna
Artikolu 43
Għajnuna għall-ġbir, il-ġestjoni, l-użu u l-ipproċessar tad-data fis-settur tas-sajd
1. L-għajnuna għall-ġbir, il-ġestjoni, l-użu u l-ipproċessar ta’ data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika fis-settur tas-sajd li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data, kif previst fl-Artikolu 25(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat aktar fir-Regolament (KE) Nru 2017/1004.
2. It-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli:
|
(a) |
il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data għall-fini tal-analiżi xjentifika u l-implimentazzjoni tal-PKS; |
|
(b) |
programmi nazzjonali, tranżnazzjonali u subnazzjonali ta’ kampjunar pluriennali, sakemm dawn ikunu relatati mal-istokkijiet koperti mill-PKS; |
|
(c) |
il-monitoraġġ fuq il-baħar tas-sajd kummerċjali u rikreattiv, inkluż il-monitoraġġ tal-qabdiet aċċessorji ta’ organiżmi tal-baħar bħal mammiferi u għasafar tal-baħar; |
|
(d) |
l-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar; |
|
(e) |
it-titjib tas-sistemi ta’ ġbir tad-data u ta’ ġestjoni tad-data u l-implimentazzjoni ta’ studji pilota biex jittejbu s-sistemi eżistenti ta’ ġbir tad-data u ta’ ġestjoni tad-data. |
3. L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni.
Artikolu 44
Għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali
1. L-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 107(2) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tkun irrikonoxxiet formalment il-karattru tal-avveniment bħala diżastru naturali; u |
|
(b) |
ikun hemm rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali u l-ħsara mġarrba mill-impriża. |
2. L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata.
3. L-iskemi ta’ għajnuna relatati ma’ diżastru naturali speċifiku għandhom jiġu stabbiliti fi żmien tliet snin mid-data li fiha seħħ id-diżastru naturali. L-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data.
4. Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-ħsara mġarrba bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali, kif ivvalutata minn awtorità pubblika, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-għoti jew minn impriża tal-assigurazzjoni. Dik il-ħsara tista’ tinkludi dawn li ġejjin:
|
(a) |
ħsara materjali lil assi bħal bini, tagħmir, makkinarju, ħażniet u mezzi ta’ produzzjoni; |
|
(b) |
telf ta’ introjtu minħabba l-qerda sħiħa jew parzjali tal-produzzjoni tas-sajd jew tal-akkwakultura jew il-mezzi ta’ tali produzzjoni għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur mill-okkorrenza tad-diżastru. |
5. Il-kalkolu tal-ħsara materjali għandha tkun ibbażata fuq il-kost tat-tiswijiet jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwati qabel id-diżastru. Dan ma għandux jaqbeż il-kost tat-tiswijiet jew it-tnaqqis fil-valur ġust tas-suq ikkawżat mid-diżastru naturali, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi immedjatament qabel u immedjatament wara d-diżastru.
6. It-telf tal-introjtu għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:
|
(a) |
ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti fis-sena tad-diżastru naturali, jew f’kull sena sussegwenti affettwata mill-qerda sħiħa jew parzjali tal-mezzi ta’ produzzjoni, bil-prezz tal-bejgħ medju miksub matul dik is-sena; minn |
|
(b) |
ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti fil-perjodu ta’ tliet snin qabel id-diżastru naturali, jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-diżastru naturali, minbarra l-ogħla u l-inqas entrata, bil-prezz tal-bejgħ medju miksub. |
7. Il-ħsara għandha tiġi kkalkolata fil-livell tal-impriża individwali.
8. L-għajnuna u kwalunkwe pagament ieħor riċevut biex jikkumpensaw għall-ħsara, inklużi l-pagamenti taħt il-poloz tal-assigurazzjoni, għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.
Artikolu 45
Għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali
1. L-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu fejn tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 sa 11 ta’ dan l-Artikolu.
2. L-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali hija għodda xierqa biex tgħin lill-impriżi jikrupraw minn ħsara bħal din u biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi mingħajr ma jiġu affettwati b’mod avvers il-kundizzjonijiet kummerċjali sa ċertu punt li jmur kontra l-interess komuni, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tkun irrikonoxxiet formalment il-karattru tal-kundizzjoni ħażina tat-temp bħala kundizzjoni tat-temp li tista’ tiġi assimilata ma’ diżastru naturali; |
|
(b) |
ikun hemm rabta kawżali diretta bejn il-kundizzjoni ħażina tat-temp li tista’ tiġi assimilata ma’ diżastru naturali u l-ħsara mġarrba mill-impriża. |
3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, kundizzjoni ħażina tat-temp li tista’ tiġi assimilata ma’ diżastru naturali tfisser kundizzjonijiet tat-temp mhux favorevoli bħal ġlata, maltempati, silġ, xita qawwija u persistenti jew nixfa severa li jnaqqsu b’aktar minn 30 % il-medja tal-produzzjoni kkalkolata abbażi ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-perjodu ta’ tliet snin ta’ qabel; |
|
(b) |
medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta’ ħames snin ta’ qabel, minbarra l-ogħla u l-inqas entrata. |
4. L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata.
5. L-iskemi ta’ għajnuna għandhom jiġu stabbiliti fi żmien tliet snin mid-data li fiha seħħet il-kundizzjoni ħażina tat-temp li tista’ tiġi assimilata ma’ diżastru naturali. L-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data.
6. Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-ħsara mġarrba bħala konsegwenza diretta tal-kundizzjoni ħażina tat-temp li tista’ tiġi assimilata ma’ diżastru naturali, kif ivvalutata minn awtorità pubblika, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-għoti jew minn impriża tal-assigurazzjoni. Dik il-ħsara tista’ tinkludi dawn li ġejjin:
|
(a) |
ħsara materjali lil assi bħal bini, tagħmir, makkinarju, ħażniet u mezzi ta’ produzzjoni; |
|
(b) |
telf ta’ introjtu minħabba l-qerda sħiħa jew parzjali tal-produzzjoni tas-sajd jew tal-akkwakultura jew il-mezzi ta’ tali produzzjoni għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur mill-okkorrenza tal-kundizzjoni ħażina tat-temp li tista’ tiġi assimilata ma’ diżastri naturali. |
7. Il-kalkolu tal-ħsara materjali għandu jkun ibbażat fuq il-kost tat-tiswija jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel il-kundizzjoni ħażina tat-temp li tista’ tiġi assimilata ma’ diżastru naturali. Dan ma għandux jaqbeż il-kost tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur ġust tas-suq ikkawżat mill-kundizzjoni ħażina tat-temp li tista’ tiġi assimilata ma’ diżastru naturali, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi immedjatament qabel u immedjatament wara l-kundizzjoni ħażina tat-temp li tista’ tiġi assimilata ma’ diżastru naturali.
8. It-telf tal-introjtu għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:
|
(a) |
ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura manifatturati fis-sena tal-kundizzjoni ħażina tat-temp li tista’ tiġi assimilata ma’ diżastru naturali, jew f’kull sena sussegwenti affettwata mill-qerda totali jew parzjali tal-mezzi ta’ produzzjoni, mal-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena; minn |
|
(b) |
ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura manifatturati fil-perjodu ta’ tliet snin qabel il-kundizzjoni ħażina tat-temp li tista’ tiġi assimilata ma’ diżastru naturali, jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta’ ħames snin qabel il-kundizzjoni ħażina tat-temp li tista’ tiġi assimilata ma’ diżastru naturali, minbarra l-ogħla u l-inqas entrata, mal-prezz medju tal-bejgħ miksub. |
9. Il-ħsara għandha tiġi kkalkolata fil-livell tal-impriża individwali.
10. Fil-każ ta’ telf ikkawżat mill-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp imsemmija fl-Artikolu 20, l-Istat Membru għandu jiġġustifika għaliex għandu l-ħsieb li jagħti għajnuna, aktar milli jitħallas kumpens finanzjarju permezz ta’ fondi mutwi għal kundizzjonijiet ħżiena tat-temp.
11. L-għajnuna u kwalunkwe pagament ieħor riċevut biex jikkumpensaw għall-ħsara, inklużi l-pagamenti taħt il-poloz tal-assigurazzjoni, għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.
Artikolu 46
Għajnuna maħsuba biex tikkumpensa għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti
1. L-għajnuna maħsuba biex tikkumpensa għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
|
(a) |
ikun hemm rabta kawżali stabbilita diretta bejn il-ħsara mġarrba u l-imġiba tal-annimal protett; |
|
(b) |
il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet tal-ħsara mġarrba bħala konsegwenza diretta tal-avveniment li kkawża l-ħsara, kif ivvalutati minn awtorità pubblika, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-għoti jew minn impriża tal-assigurazzjoni. |
2. Il-ħsara li għandha tiġi kkumpensata tista’ tinkludi dawn li ġejjin:
|
(a) |
ħsara għall-annimali maqtula: il-kostijiet eliġibbli huma bbażati fuq il-valur tas-suq tal-annimal maqtul mill-annimali protetti; |
|
(b) |
il-ħsara materjali għall-assi li ġejjin: tagħmir, makkinarju, proprjetà; il-kalkolu tal-ħsara materjali jrid ikun ibbażat fuq il-kost tat-tiswija jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel l-avveniment li kkawża l-ħsara; dan ma jridx jaqbeż il-kost tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur ġust tas-suq ikkawżat mill-event li jikkawża l-ħsara, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi immedjatament qabel u immedjatament wara l-event. |
3. Huwa mitlub sforz raġonevoli mill-benefiċjarji biex jittaffa r-riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u biex jiġi pprovdut inċentiv sabiex ir-riskju jitnaqqas kemm jista’ jkun. Dan l-isforz għandu jieħu l-forma ta’ miżuri preventivi, bħal ċnut tas-sikurezza, li huma proporzjonati għar-riskju ta’ ħsara kkawżata minn annimali protetti fiż-żona kkonċernata, sakemm tali miżuri ma jkunux raġonevolment possibbli.
4. L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi li tagħhom dik l-impriża tkun membru. Meta l-għajnuna titħallas lil grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi, l-ammont ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ għajnuna li għalih tkun eliġibbli dik l-impriża.
5. L-iskema ta’ għajnuna għandha tiġi stabbilita fi żmien tliet snin mid-data tal-okkorrenza tal-event dannuż. L-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data.
6. L-għajnuna u kwalunkwe pagament ieħor riċevut biex jikkumpensaw għall-ħsara, inklużi l-pagamenti taħt il-poloz tal-assigurazzjoni, għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 47
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 1388/2014 għandu jitħassar.
Artikolu 48
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal għajnuna individwali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, jekk l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9.
2. Kwalunkwe għajnuna mhux eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament jew ta’ regolamenti oħrajn adottati skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/1588 li kienu fis-seħħ qabel għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni f’konformità mal-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.
3. Kwalunkwe għajnuna individwali mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2023 bis-saħħa ta’ kwalunkwe regolament adottat skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/1588 li kien fis-seħħ qabel fil-ħin tal-għoti tal-għajnuna għandha tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.
4. Fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe skema ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament għandha tibqa’ eżentata matul perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur.
Artikolu 49
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023.
Dan għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.
(2) ĠU C …
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 tas- 16 ta’ Diċembru 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 369, 24.12.2014, p. 37).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(6) Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1).
(8) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).
(9) ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.
(10) ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.
(11) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni).
(13) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).
(15) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(16) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(17) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(18) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(19) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(20) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, L-Infrastruttura Ħadra (“Green Infrastructure” - GI) — It-Tisħiħ tal-Kapital Naturali tal-Ewropa, Brussell, COM(2013) 249 final, 6 ta’ Mejju 2013.
(21) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(22) Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
(23) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).
(24) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).
(25) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-iffissar ta’ regoli ddettaljati dwar il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka tal-baħar (ĠU L 204, 6.8.2009, p. 15).
(26) Ir-Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).
(27) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51).
(28) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(29) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).
(30) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
ANNESS I
Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)
1. Intrapriża
Intrapriża hija meqjusa bħala kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha. Din tinkludi, b’mod partikolari, persuni li jaħdmu għal rashom u negozji tal-familja involuti fi snajja’ jew attivitajiet oħrajn, u sħubiji jew assoċjazzjonijiet involuti regolarment f’attività ekonomika.
2. L-għadd ta’ persunal u l-limiti finanzjarji li jiddeterminaw il-kategoriji tal-intrapriżi
|
2.1. |
Il-kategorija ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u medji (“SMEs”) hija magħmula minn intrapriżi li jimpjegaw inqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat annwali ta’ mhux aktar minn EUR 50 miljun u/jew total annwali tal-karta tal-bilanċ ta’ mhux aktar minn EUR 43 miljun. |
|
2.2. |
Fil-kategorija tal-SMEs, intrapriża żgħira hija definita bħala intrapriża li timpjega inqas minn 50 persuna u li għandha fatturat annwali u/jew total annwali tal-karta tal-bilanċ ta’ mhux aktar minn EUR 10 miljun. |
|
2.3. |
Fil-kategorija tal-SMEs, mikrointrapriża hija definita bħala intrapriża li timpjega inqas minn 10 persuni u li għandha fatturat annwali u/jew total annwali tal-karta tal-bilanċ ta’ mhux aktar minn EUR 2 miljun. |
3. Tipi ta’ intrapriżi meqjusin fil-kalkolu tal-għadd ta’ impjegati u tal-ammonti finanzjarji
|
3.1. |
“Intrapriża awtonoma” hija kwalunkwe intrapriża li mhijiex ikklassifikata bħala intrapriża msieħba skont it-tifsira tal-punt 3.2 jew bħala intrapriża assoċjata skont it-tifsira tal-punt 3.3. |
|
3.2. |
“Intrapriżi sħab” huma l-intrapriżi kollha li mhumiex ikklassifikati bħala intrapriżi assoċjati skont it-tifsira tal-punt 3.3 u li bejniethom hemm ir-relazzjoni li ġejja: intrapriża (intrapriża upstream) ikollha, weħidha jew flimkien ma’ intrapriża assoċjata waħda oħra jew aktar, skont it-tifsira tal-punt 3.3, 25 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ intrapriża oħra (intrapriża downstream).
Madankollu, intrapriża tista’ tiġi kklassifikata bħala awtonoma u, b’hekk, ma għandha l-ebda intrapriża msieħba, anki jekk dan il-limitu ta’ 25 % jintlaħaq jew jinqabeż mill-investituri segwenti, sakemm dawk l-investituri ma jkunux assoċjati, skont it-tifsira tal-paragrafu 3, individwalment jew flimkien mal-intrapriża inkwistjoni:
|
|
3.3. |
“Intrapriżi assoċjati” huma intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:
|
|
3.4. |
Ħlief fil-każijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-punt 3.2, intrapriża ma tistax titqies bħala SME jekk 25 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot tagħha jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati, flimkien jew individwalment, minn korp pubbliku wieħed jew aktar. |
|
3.5. |
L-intrapriżi jistgħu jiddikjaraw l-istatus tagħhom bħala intrapriża awtonoma, intrapriża msieħba jew intrapriża assoċjata, inkluża d-data rigward il-limiti stabbiliti fil-punt 2. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir anki jekk il-kapital ikun mifrux b’tali mod li ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat eżattament f’idejn min jinsab, f’liema każ l-intrapriża tista’ tiddikjara in bona fide li hija tista’ leġittimament tippreżumi li mhijiex il-proprjetà b’25 % jew aktar ta’ intrapriża waħda, jew b’mod konġunt minn intrapriżi assoċjati ma’ xulxin. Tali dikjarazzjonijiet isiru mingħajr preġudizzju għall-kontrolli u l-investigazzjonijiet previsti mir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni. |
4. Id-data użata għall-għadd ta’ persunal u l-ammonti finanzjarji u l-perjodu ta’ referenza
|
4.1. |
Id-data li għandha tiġi applikata għall-kalkolu tal-għadd ta’ persunal u tal-ammonti finanzjarji hija dik li tirrigwardja l-aħħar perjodu kontabilistiku approvat u din tiġi kkalkolata fuq bażi annwali. Din tiġi kkunsidrata mid-data tal-għeluq tal-kontijiet. L-ammont magħżul għall-fatturat jiġi kkalkolat billi jiġu esklużi t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi indiretti oħrajn. |
|
4.2. |
Meta, fid-data tal-għeluq tal-kontijiet, intrapriża ssib li, fuq bażi annwali, hija tkun qabżet il-limiti tal-għadd ta’ persunal jew il-limiti finanzjarji ddikjarati fil-punt 2, jew tkun niżlet taħthom, dan ma jirriżultax fit-telf jew fl-akkwist tal-istatus ta’ mikrointrapriża jew ta’ intrapriża ta’ daqs medju jew żgħir, sakemm dawk il-limiti ma jinqabżux fuq żewġ perjodi kontabilistiċi konsekuttivi. |
|
4.3. |
Fil-każ ta’ intrapriżi li jkunu għadhom kif twaqqfu u li l-kontijiet tagħhom ikunu għadhom ma ġewx approvati, id-data li għandha tiġi applikata għandha tittieħed minn stima magħmula in bona fide matul is-sena finanzjarja. |
5. L-għadd ta’ persunal
L-għadd ta’ persunal jikkorrespondi għall-għadd ta’ unitajiet ta’ xogħol annwali (AWU), jiġifieri l-għadd ta’ persuni li ħadmu full-time fl-intrapriża inkwistjoni jew f’isimha matul is-sena ta’ referenza sħiħa li tkun qed tiġi kkunsidrata. Ix-xogħol tal-persuni li ma jkunux ħadmu s-sena kollha, ix-xogħol ta’ dawk li jkunu ħadmu part-time, irrispettivament minn kemm ħadmu, u x-xogħol tal-ħaddiema staġjonali jingħaddu bħala frazzjonijiet tal-AWU. Il-persunal jikkonsisti f’dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-impjegati; |
|
(b) |
il-persuni li jaħdmu għall-intrapriża li jaqgħu taħtha u li jitqiesu bħala impjegati tagħha skont il-liġi nazzjonali; |
|
(c) |
is-sidien maniġers; |
|
(d) |
l-imsieħba li jwettqu attività regolari fl-intrapriża u li jibbenefikaw minn vantaġġi finanzjarji mill-intrapriża. L-apprendisti jew l-istudenti li jkunu qed jagħmlu taħriġ vokazzjonali skont kuntratt ta’ apprendistat jew ta’ taħriġ vokazzjonali mhumiex inklużi bħala parti mill-persunal. It-tul ta’ żmien tal-liv tal-maternità jew tal-ġenituri ma jingħaddx. |
6. Kif tiġi stabbilita d-data ta’ intrapriża
|
6.1. |
Fil-każ ta’ intrapriża awtonoma, id-data, inkluż l-għadd ta’ persunal, tiġi ddeterminata esklussivament abbażi tal-kontijiet ta’ dik l-intrapriża. |
|
6.2. |
Id-data, inkluż l-għadd ta’ persunal, ta’ intrapriża li għandha intrapriżi msieħba jew intrapriżi assoċjati, tiġi ddeterminata abbażi tal-kontijiet u ta’ data oħra tal-intrapriża jew, fejn ikunu jeżistu, abbażi tal-kontijiet konsolidati tal-intrapriża, jew tal-kontijiet konsolidati li fihom l-intrapriża tkun inkluża permezz ta’ konsolidazzjoni.
Mad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tiżdied id-data ta’ kwalunkwe intrapriża msieħba mal-intrapriża inkwistjoni li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha. L-aggregazzjoni ssir b’mod proporzjonat mal-persentaġġ tal-parteċipazzjoni fil-kapital jew fid-drittijiet tal-vot (skont liema minnhom ikun l-akbar). Fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet inkroċjati, għandu japplika l-akbar persentaġġ minn fost dawn it-tnejn. Mad-data msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu tiżdied 100 % tad-data ta’ kwalunkwe intrapriża li tkun assoċjata direttament jew indirettament mal-intrapriża inkwistjoni, meta d-data ma tkunx ġiet inkluża diġà permezz ta’ konsolidazzjoni fil-kontijiet. |
|
6.3. |
Għall-applikazzjoni tal-punt 6.2:
|
|
6.4. |
Meta fil-kontijiet konsolidati ma tkun tidher l-ebda data dwar il-persunal għal intrapriża partikolari, iċ-ċifri tal-persunal jiġu kkalkolati billi tiġi aggregata b’mod proporzjonat id-data mill-intrapriżi msieħba tagħha u billi tiżdied id-data mill-intrapriżi li magħhom l-intrapriża inkwistjoni tkun assoċjata. |
ANNESS II
Informazzjoni rigward l-għajnuna mill-Istat eżentata skont il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li għandha tiġi pprovduta permezz tal-applikazzjoni tal-IT tal-Kummissjoni stabbilita kif stipulata fl-Artikolu 11
|
Referenza għall-għajnuna |
(għandha timtela mill-Kummissjoni) |
|||
|
Stat Membru |
|
|||
|
Numru ta’ referenza tal-Istat Membru |
|
|||
|
Reġjun |
Isem ir-Reġjun(i) (NUTS (1)) |
|
||
|
Awtorità tal-għoti |
Isem |
|
||
|
Indirizz postali Indirizz tal-web |
|
|||
|
Titolu tal-miżura ta’ għajnuna |
|
|||
|
Il-bażi ġuridika nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali rilevanti) |
|
|||
|
Il-link tal-web għat-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna |
|
|||
|
Tip ta’ miżura |
|
|
||
|
Isem il-benefiċjarju u l-grupp (2) li għalih jappartjeni |
|||
|
Emenda ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti jew għajnuna ad hoc |
|
Referenza għall-għajnuna tal-Kummissjoni |
||
|
|
|||
|
|
|||
|
Durata (3) |
|
jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss |
|||||||||
|
Data tal-għotja |
|
jj/xx/ssss |
|||||||||
|
Is-settur(i) ekonomiku/ekonomiċi kkonċernat(i) |
|
|
|||||||||
|
|
||||||||||
|
Tip ta’ benefiċjarju |
|
|
|||||||||
|
|
||||||||||
|
Baġit |
Ammont annwali totali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema (5) |
Munita nazzjonali (ammonti sħaħ) |
|||||||||
|
Ammont globali tal-għajnuna ad hoc mogħtija lill-impriża (6) |
Munita nazzjonali (ammonti sħaħ) |
||||||||||
|
Munita nazzjonali ………………….. (ammonti sħaħ) |
||||||||||
|
Strument ta’ għajnuna |
|
||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|
|||||||||||
Indika f’liema kategorija wiesgħa hawn taħt toqgħod l-aktar f’termini tal-effett/funzjoni tagħha:
|
|||||||||||
|
Indika liema mill-Artikoli 14 sa 46 jintuża |
|
||||||||||||||||
|
Għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali (l-Artikolu 44) |
Tip ta’ diżastru naturali:
Id-data ta’ meta seħħ id-diżastru naturali jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss |
||||||||||||||||
|
Motivazzjoni |
Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat jew ingħatat għajnuna ad hoc, minflok assistenza taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA):
|
(1) NUTS – Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun huwa speċifikat fil-livell 2.
(2) Għall-finijiet tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stipulati fit-Trattat u għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, impriża hija kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif tkun iffinanzjata. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-entitajiet li huma kkontrollati (fuq bażi ġuridika jew fuq bażi de facto) mill-istess entità jenħtieġ li jitqiesu bħala impriża waħda
(3) Il-perjodu li matulu l-awtorità tal-għoti tista’ timpenja ruħha li tagħti l-għajnuna.
(4) NACE Rev. 2 – Klassifikazzjoni statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea. Tipikament, is-settur għandu jiġi speċifikat fil-livell tal-grupp.
(5) Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna: Indika l-ammont globali annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema jew it-telf ta’ taxxa stmat fis-sena għall-istrumenti ta’ għajnuna kollha inklużi fl-iskema.
(6) Fil-każ ta’ għotja ta’ għajnuna ad hoc: Indika l-ammont globali ta’ għajnuna/it-telf ta’ taxxa.
(7) Għall-garanziji, indika l-ammont (massimu) ta’ self garantit.
(8) Fejn xieraq, referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-metodoloġija għall-kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti, f’konformità mal-Artikolu 5(2)(ċ).
ANNESS III
Dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)
L-Istati Membri għandhom jorganizzaw is-siti web komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat, li fuqhom għandha tiġi ppubblikata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), b’mod li jippermetti aċċess faċli għall-informazzjoni.
L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata f’format ta’ spreadsheet data, li jippermetti li d-data tiġi mfittxija, estratta u ppubblikata faċilment fuq l-Internet, pereżempju, f’format CSV jew XML. L-aċċess għas-sit web għandu jingħata lil kwalunkwe parti interessata mingħajr restrizzjonijiet. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda reġistrazzjoni minn qabel tal-utenti biex jiġi aċċessat is-sit web.
Għandha tiġi ppubblikata l-informazzjoni li ġejja dwar l-għotjiet ta’ għajnuna individwali msemmija fil-punt (ċ) tal-Artikolu 9(1):
|
— |
L-isem tal-benefiċjarju; |
|
— |
L-identifikatur tal-benefiċjarju; |
|
— |
It-tip ta’ intrapriża (SME/kbira) fid-data tal-għotja; |
|
— |
Ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju, fil-livell II ta’ NUTS (1); |
|
— |
Is-settur ta’ attività fil-livell tal-grupp NACE (2); |
|
— |
Element tal-għajnuna, espress bħala ammont sħiħ fil-munita nazzjonali (3); |
|
— |
Strument għall-għajnuna (4) (għotja/sussidju tar-rata tal-imgħax, self/ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli/għotja rimborżabbli, garanzija, vantaġġ tat-taxxa jew eżenzjoni mit-taxxa, oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)); |
|
— |
Data tal-għotja; |
|
— |
Objettiv tal-għajnuna; |
|
— |
Awtorità tal-għoti. |
(1) NUTS – Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun huwa speċifikat fil-livell 2.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1).
(3) Għotja grossa ekwivalenti. Għall-iskemi fiskali, dan l-ammont jista’ jiġi pprovdut skont il-meded stabbiliti fl-Artikolu 9(2).
(4) Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ diversi strumenti ta’ għajnuna, għandu jiġi pprovdut l-ammont ta’ għajnuna għal kull strument.
ANNESS IV
Rati massimi speċifiċi ta’ intensità tal-għajnuna
|
Ringiela |
Kategorija speċifika ta’ operazzjoni |
Rata massima tal-intensità tal-għajnuna |
||||||
|
|
|
|
||||||
|
1 |
L-operazzjonijiet li ġejjin li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 |
|
||||||
|
100 % |
|||||||
|
75 % |
|||||||
|
75 % |
|||||||
|
2 |
Operazzjonijiet immirati biex itejbu s-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord bastimenti tas-sajd |
75 % |
||||||
|
3 |
Operazzjonijiet li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi |
85 % |
||||||
|
4 |
Operazzjonijiet li jinsabu fil-gżejjer Griegi li skont il-liġi nazzjonali ġew ikkwalifikati bħala remoti u fil-gżejjer Kroati ta’ Dugi Otok, Vis, Mljet u Lastovo |
85 % |
||||||
|
5 |
Operazzjonijiet relatati mas-sajd kostali fuq skala żgħira |
100 % |
||||||
|
6 |
Operazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
|
100 % |
||||||
|
7 |
Operazzjonijiet implimentati minn organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali |
75 % |
||||||
|
8 |
Operazzjonijiet li jappoġġaw l-akkwakultura sostenibbli |
60 % |
||||||
|
9 |
Operazzjonijiet li jappoġġaw prodotti, proċessi jew tagħmir innovattivi fis-sajd, fl-akkwakultura u fl-ipproċessar abbażi tal-Artikoli 14, 23, 26, 28, 30, 31 u 3 |
75 % |
||||||
|
10 |
Operazzjonijiet implimentati minn organizzazzjonijiet tas-sajjieda jew benefiċjarji kollettivi oħrajn |
60 % |
||||||
|
11 |
Strumenti finanzarji |
100 % |
|
6.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/46 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10691 — CDP GROUP / FOMAS GROUP / PUNCH GROUP / JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 185/02)
Fit 2 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fit-Taljan u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10691. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/47 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2021 dwar abbozz ta’ deċiżjoni ta’ riżolviment relatata mal- każ COMP/AT.40135 — FOREX (Sterling Lads) Relatur: Il-Portugall
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 185/03)
1.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ riżolviment (jiġifieri skambji ta’ informazzjoni, astensjoni minn attività u l-fehim sottostanti) tikkostitwixxi fi ftehimiet u / jew prattiċi miftiehma bejn l-impriżi fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.
2.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ riżolviment ipparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, kif inhu miktub fl-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ riżolviment.
3.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehimiet u / jew tal-prattiċi miftiehma kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.
4.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kemm dam għaddej il-ksur.
5.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ riżolviment, bl-eċċezzjoni tal-applikant għall-immunità.
6.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-kalkolu tal-valur indikatur għall-bejgħ biex ikunu jistgħu jiġu applikati l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu tal-iffissar tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.
7.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-iffissar tal-ammonti bażiċi tal-multi u l-korrezzjonijiet applikati għas-sovrapożizzjonijiet.
8.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni għar-rigward tat-tnaqqis tal-multi fuq il-bażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 u l-Avviż ta’ Riżolviment tal-2008.
9.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.
10.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
6.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/48 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
AT.40135 - FOREX (Sterling Lads – proċedura ta’ riżolviment)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 185/04)
1. INTRODUZZJONI
|
1. |
Il-każ FOREX (AT.40135) jikkonċerna mġiba li seħħet f’diversi chatrooms separati [...] relatati man-negozjar tal-munita (FX) immedjat ta’ muniti G10. Fis-16 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni adottat żewġ deċiżjonijiet ta’ riżolviment, FOREX (Three-way banana split) (2) u FOREX (Essex Express) dwar l-imġiba f’xi wħud minn dawn iċ-chatrooms (3). |
|
2. |
Dan ir-rapport jikkonċerna l-imġiba f’chatroom partikolari, Sterling Lads (4), u speċifikament l-abbozz ta’ deċiżjoni dwar ir-riżolviment indirizzat lil UBS (5), RBS (6), Barclays (7) u HSBC (8) (flimkien “il-Partijiet fir-Riżolviment”) li qablu li jidħlu għal riżolviment bis-saħħa tal-Artikolu 10a tar-Regolament 773/2004 (9) (“l-abbozz ta’ deċiżjoni dwar ir-riżolviment”). Abbozz separat ta’ deċiżjoni dwar projbizzjoni dwar l-imġiba fiċ-chatroom Sterling Lads, li huwa relatat ma’ proċedura ordinarja, huwa indirizzat lil [nondestinatarju] (il-“Parti li ma għażlitx ir-Riżolviment”) (u flimkien mal-Partijiet għar-Riżolviment, il- “Partijiet”) (10). |
2. PROĊEDURA
|
3. |
L-investigazzjoni bdiet wara applikazzjoni għal markatur minn UBS fis-27 ta’ Settembru 2013 skont il-punti 14 u 15 tal-Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell (“Avviż ta’ Klemenza”) (11). F’Ottubru 2013, Barclays u RBS ippreżentaw applikazzjonijiet għal tnaqqis tal-multi skont l-Avviż ta’ Klemenza. Il-Kummissjoni tat l-immunità kondizzjonali lil UBS fit-2 ta’ Lulju 2014. HSBC ippreżenta applikazzjoni għal tnaqqis tal-multi skont l-Avviż ta’ Klemenza f’Lulju 2015. Bejn Lulju 2014 u April 2016 il-Kummissjoni bagħtet talbiet għal informazzjoni lill-Partijiet. |
|
4. |
Fis-27 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament 1/2003 (12) u ffissat skadenza għall-Partijiet biex juru l-interess tagħhom li jinvolvu ruħhom f’diskussjonijiet dwar riżolviment. Il-Partijiet kollha inizjalment esprimew l-interess tagħhom li jinvolvu ruħhom f’diskussjonijiet dwar riżolviment. Saru laqgħat bilaterali dwar ir-riżoluzzjoni mal-Partijiet bejn id-9 ta’ Novembru 2016 u s-7 ta’ Frar 2018. |
|
5. |
Bejn [...] u [...], il-Partijiet fir-Riżolviment ippreżentaw it-talbiet formali għar-riżolviment tagħhom lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10a (2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004. Fid-19 ta’ Frar 2018, il-Parti li ma għażlitx ir-Riżolviment infurmat lill-Kummissjoni li ma kinitx se jkompli tipparteċipa fil-proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim. Għalhekk, il-proċedimenti saru “ibridi” minħabba li l-Kummissjoni reġgħet lura għall-proċedura ordinarja għal [nondestinatarju], f’konformità mal-paragrafu 19 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar it-tmexxija ta’ proċeduri ta’ riżolviment (13), filwaqt li kompliet bil-proċedura ta’ riżolviment fil-konfront tal-Partijiet fir-Riżolviment. |
|
6. |
Fl-24 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet (“DO”) indirizzata lill-Partijiet. Dakinhar stess, il-Kummissjoni adottat ukoll dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet indirizzata lill-Parti li ma għażlitx ir-Riżolviment skont il-proċedura ordinarja. |
|
7. |
Fir-risposti rispettivi tagħhom għad-DO, il-Partijiet fir-Riżolviment ikkonfermaw skont l-Artikolu 10a(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 li d-DO irriflettiet il-kontenut tas-sottomissjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni tagħhom u li għalhekk baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura ta’ konċiljazzjoni. |
3. TALBA MILL-PARTIJIET FIR-RIŻOLVIMENT BIEX JIPPARTEĊIPAW FIS-SEDUTA TA’ SMIGĦ ORALI MITLUBA MILL-PARTI LI MA GĦAŻLITX IR-RIŻOLVIMENT
|
8. |
Xi wħud mill-Partijiet fir-Riżolviment staqsew jekk kinux se jiġu mistiedna jattendu s-seduta orali mitluba mill-Parti li ma għażlitx ir-Riżolviment fit-tweġiba tagħha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tal-24 ta’ Lulju 2018 (“Seduta Orali”), jew talbu li jiġu mistiedna. L-Uffiċjal tas-Seduta dak iż-żmien ċaħad dawn it-talbiet, abbażi ta’: (a) id-dispożizzjonijiet tan-Notifika ta’ Riżolviment, li jipprevedu li l-partijiet fir-riżolviment jikkonfermaw li ma jipprevedux li jitolbu seduta ta’ smigħ orali; u (b) l-għan tas-seduta ta’ smigħ orali skont ir-Regolament 773/2004, jiġifieri li jippermetti lill-partijiet jesprimu l-fehmiet tagħhom fil-proċedimenti tal-Kummissjoni u li jgħinu lill-Kummissjoni tilħaq id-deċiżjoni korretta fi tmiem il-proċedimenti tagħha. |
|
9. |
L-uffiċjal tas-Seduta rrifjuta wkoll talba minn waħda mill-Partijiet għar-Riżolviment biex jingħata aċċess għal traskrizzjoni tas-Seduta ta’ Smigħ Orali, peress li s-seduti orali mhumiex pubbliċi (l-Artikolu 14(6) tar-Regolament 773/2004) u r-recordings tas-seduti ta’ smigħ għandhom ikunu disponibbli għall-persuni li attendew għas-seduti ta’ smigħ (l-Artikolu 14(8) tar-Regolament 773/2004). |
4. KONKLUŻJONI
|
10. |
L-abbozz ta’ deċiżjoni dwar ir-riżolviment tikkonċerna ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fir-rigward tan-negozjar immedjat tal-muniti tal-G10 bejn il-25 ta’ Mejju 2011 u l-12 ta’ Lulju 2012 (14). Skont l-abbozz tad-deċiżjoni ta’ saldu, billi skambjaw informazzjoni kummerċjali sensittiva u kultant ikkoordinaw l-attivitajiet ta’ negozjar tagħhom skont fehim sottostanti, il-Partijiet tar-Riżolviment involvew ruħhom fi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma li meħuda flimkien jikkostitwixxu ksur uniku u kontinwu l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fir-rigward tan-negozjar immedjat tal-muniti tal-G10 li jkopru ż-ŻEE kollha. |
|
11. |
F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-abbozz ta’ deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li l-Partijiet fir-Riżolviment ingħataw l-opportunità jesprimu l-fehmiet tagħhom dwarhom. Ikkonkludejt li dan seħħ. |
|
12. |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u meta nqis li l-Partijiet fir-Riżolviment ma indirizzaw l-ebda lment lill-Uffiċjal tas-Seduta (15), inqis li f’dan il-każ, l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom ġie rrispettat f’dan il-każ. |
Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.
Dorothe DALHEIMER
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(4) Sterling Lads huwa l-isem taċ-chatroom [...] li fiha seħħet l-imġiba inkwistjoni.
(5) UBS AG.
(6) Royal Bank of Scotland Group plc (bħalissa magħruf bħala NatWest Group plc) u The Royal Bank of Scotland plc (bħalissa magħruf bħala NatWest Markets Plc).
(7) Barclays PLC, Barclays Execution Services Limited, u Barclays Bank PLC.
(8) HSBC Holdings plc u HSBC Bank plc.
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18). (“Ir-Regolament 773/2004”).
(10) [nondestinatarju]. Rapport separat tal-Uffiċjal tas-Seduta skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE jkopri l-proċedimenti ordinarji.
(11) ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17.
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1). (“Ir-Regolament 1/2003”).
(13) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 f’każijiet ta’ kartelli (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1) (“l-Avviż dwar ir-Riżolviment”).
(14) It-tul tal-ksur huwa iqsar għal RBS u HSBC.
(15) Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet fil-proċedimenti f’każijiet ta’ kartelli li jinvolvu ruħhom f’diskussjonijiet għar-riżolviment skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura għar-riżolviment jistgħu jitolbu mill-uffiċjal tas-seduta li l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom ikun żgurat. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 167/01 dwar kif jitmexxew il-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni f’kunsiderazzjoni tal-adozzjoni ta’ Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 għall-każijiet ta’ kartelli (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1).
|
6.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/50 |
SOMMARJU TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Diċembru 2021
li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(KAŻ AT.40135 – FOREX – STERLING LADS)
(notifikat bid-dokument nru C(2021)8613 final)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 185/05)
Fit-2 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposti, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. L-oġġett tal-ksur kien ir-restrizzjoni u/jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-settur tan-negozjar immedjat ta’ muniti G10 fis-suq tal-muniti barranin (“Forex” jew “FX”) (2). |
|
(2) |
Il-muniti tal-G10 ikkonċernati minn din id-Deċiżjoni jinkludu d-Dollari tal-Istati Uniti, tal-Kanada, tal-Awstralja u ta’ New Zealand (USD, CAD, AUD u NZD rispettivament), il-Yen Ġappuniż (JPY), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Lira Sterlina (GBP), l-Euro (EUR), u l-Kroni Żvediżi, Norveġiżi u Daniżi (SEK, NOK u DKK rispettivament) (jiġifieri 11-il munita b’kollox, li jikkorrispondu għall-konvenzjoni tas-suq għall-muniti koperti mid-deżinjazzjoni G10). |
|
(3) |
L-attività ta’ negozjar immedjat tal-muniti tal-G10 tinkludi kemm (i) il-ġenerazzjoni tas-suq (jiġifieri l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijent biex jiġi skambjat ammont tal-munita bl-ekwivalenti tiegħu f’munita oħra); u (ii) in-negozjar f’isimhom stess (jiġifieri l-eżekuzzjoni ta’ kambju ta’ muniti oħra sabiex tiġi ġestita l-iskopertura li tirriżulta mit-tranżazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq jew biex tiġi mmodifikata skopertura tal-munita indipendentement minn kwalunkwe ordni tal-klijent). |
|
(4) |
Il-postijiet tan-negozjar immedjat ta’ muniti G10 tal-impriżi rilevanti kienu disposti li jinnegozjaw kwalunkwe munita minn dawn skont id-domanda tas-suq. Filwaqt li n-negozjanti parteċipi stess kienu primarjament responsabbli mill-ġenerazzjoni tas-suq fir-rigward ta’ muniti jew pari ta’ muniti speċifiċi, il-mandat tagħhom awtorizzahom li jinnegozjaw ulterjorjment f’isem l-impriża tagħhom stess fir-rigward ta’ kwalunkwe munita G10 disponibbli fil-kotba tagħhom, xi ħaġa li għamlu fil-perjodu rilevanti sa gradi differenti, biex jimmassimizzaw il-valur tal-parteċipazzjonijiet rispettivi tagħhom. |
|
(5) |
It-tliet tipi ta’ ordnijiet li ġejjin, li jikkaratterizzaw l-attività ta’ negozjar mwettaq fuq l-ordni tal-klijenti (ġenerazzjoni tas-suq) tan-negozjanti parteċipi huma pertinenti fil-ksur:
|
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1 PROĊEDURA
|
(6) |
L-investigazzjoni ġiet skattata permezz ta’ applikazzjoni għall-immunità minn UBS fis-27 ta’ Settembru 2013. Sussegwentement, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet inizjali għall-klemenza mingħand Barclays fil-11 ta’ Ottubru 2013, mingħand RBS fl-14 ta’ Ottubru 2013 u mingħand HSBC fis-17 ta’ Lulju 2015. L-applikazzjonijiet kollha ġew segwiti minn bosta sottomissjonijiet minn kull parti. [...] ma applikatx għall-klemenza. Fit-2 ta’ Lulju 2014 il-Kummissjoni tat immunità kundizzjonali lil UBS. |
|
(7) |
Fis-27 ta’ Ottubru 2016 tnedew proċedimenti kontra l-partijiet bil-ħsieb li jsiru diskussjonijiet dwar ir-riżolviment. Bejn Novembru 2016 u Frar 2018, il-Kummissjoni kellha laqgħat bilaterali u kienet f’kuntatt ma’ kull waħda mill-partijiet, inkluż [....] fi tliet ċikli ta’ riżolviment, f’konformità mal-Avviż ta’ Riżolviment (3). |
|
(8) |
Fit-22 ta’ Jannar 2018, il-Kulleġġ tal-Kummissarji approva l-firxiet tal-multi li x’aktarx japplikaw. Fid-19 ta’ Frar 2018, [...] infurmat lill-Kummissjoni li ma kinitx se tkompli tipparteċipa fil-proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim. Il-Kummissjoni għalhekk marret lura għall-proċedura ordinarja għal [...] f’konformità mal-paragrafu 19 tal-Avviż dwar ir-Riżolviment. Bejn [...] u [...], il-partijiet ressqu t-talba formali għar-riżolviment tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a (2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (4). |
|
(9) |
Fl-24 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni adottat b’mod parallel Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) indirizzata lill-erba’ partijiet involuti fir-riżolviment u DO ordinarja ssimplifikata indirizzata lil [...]. Id-destinatarji kollha wieġbu għad-DO billi kkonfermaw kienet tikkorrispondi mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom ta’ riżolviment u li għalhekk huma baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura tar-riżolviment. |
|
(10) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fit-30 ta’ Novembru 2021. Fl-1 ta’ Diċembru 2021, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu. Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fit-2 ta’ Diċembru 2021. |
2.2 SOMMARJU TAL-KSUR
|
(11) |
Id-Deċiżjoni tikkonċerna l-imġiba li seħħet fi [...] chatroom imsejħa Sterling Lads (jew “STG Lads”), bejn UBS, Barclays, RBS, HSBC (“l-erba’ partijiet li għażlu r-riżolviment”) u [...]. L-imġiba seħħet mill-25 ta’ Mejju 2011 sat-12 ta’ Lulju 2012. [...] ipparteċipat fil-ksur minn [...] sa [...]. Il-kartell affettwa mill-inqas liż-ŻEE. |
|
(12) |
Il-kartell huwa ddokumentat f’komunikazzjonijiet li seħħew fiċ-chatroom STG Lads bejn ċerti kummerċjanti individwali awtorizzati li jinnegozjaw muniti tal-G10 fi tranżazzjonijiet ta’ kambju barrani immedjati f’isem u għan-nom tal-impriżi rispettivi li jimpjegawhom tagħhom fil-post tan-negozjar ta’ tranżazzjonijiet ta’ kambju barrani ta’ muniti G10. |
|
(13) |
Il-kartell kien jikkonsisti fi ksur uniku u kontinwu kkaratterizzat mill-iskambju bejn il-kummerċjanti – f’chatroom privata u multilaterali u fuq bażi estensiva u rikorrenti – ta’ ċerta informazzjoni kummerċjalment sensittiva attwali jew li tħares ’il quddiem dwar l-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-iskambji tal-informazzjoni kienu mmirati li jaffetwaw żewġ parametri bażiċi tal-kompetizzjoni fl-attività ta’ negozjar immedjat ta’ muniti tal-G10: il-prezzijiet u l-ġestjoni esperta tar-riskji. |
|
(14) |
Minflok ma kkompetew b’mod awtonomu fir-rigward ta’ dawn il-parametri, fid-deċiżjonijiet tagħhom relatati mas-suq in-negozjanti bbażaw fuq informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet, l-intenzjonijiet u r-restrizzjonijiet tal-kompetituri tagħhom. L-iskambji ta’ informazzjoni soġġetti għal din id-Deċiżjoni kienu jikkonċernaw:
|
|
(15) |
Barra minn hekk, l-erba’ partijiet fir-riżolviment irrikonoxxew li dawn l-iskambji estensivi u rikorrenti ta’ informazzjoni sensittiva attwali jew li tħares’ il quddiem seħħew skont sett ta’ regoli taċiti li: (i) tali informazzjoni setgħet tintuża għall-benefiċċju rispettiv tan-negozjanti u sabiex tidentifika okkażjonijiet biex tikkoordina l-kummerċ tagħhom; (ii) tali informazzjoni tkun kondiviża fiċ-chatroom privata; (iii) in-negozjanti ma jiżvelawx din l-informazzjoni kondiviża li jirċievu minn parteċipanti oħra taċ-chatrooms lil partijiet barra miċ-chatrooms privati; u (iv) tali informazzjoni kondiviża ma tintużax kontra n-negozjanti li jaqsmuha (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-fehim sottostanti”). |
|
(16) |
Skont l-erba’ partijiet fir-riżolviment, u skont il-fehim sottostanti u bil-ħsieb li jiksbu vantaġġ fuq kompetituri li ma kinux fiċ-chatroom, in-negozjanti kull tant żmien ikkoordinaw l-attivitajiet ta’ negozjar tagħhom fir-rigward tan-negozjar immedjat ta’ muniti tal-G10 billi żammew lura milli jinnegozjaw kif ippjanat tul perjodu ta’ żmien minħabba pożizzjoni jew attività ta’ negozjar imħabbra ta’ negozjant ieħor. Din il-prattika hija magħrufa bħala “standing down” (astensjoni minn attività). |
2.3 DESTINATARJI
|
(17) |
Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-entitajiet legali li ġejjin (“id-destinatarji”):
|
|
(18) |
UBS, Barclays, RBS, HSBC u l-impriża parteċipanti l-oħra, [...], ħadu sehem fl-imġiba msemmija qabel fil-perjodi indikati fit-tabella li ġejja:
Tabella 1: involviment tal-Partijiet fiċ-chatroom
|
2.4 RIMEDJI
|
(19) |
Id-Deċiżjoni applikat il-Linji Gwida tal-Kummissjoni tal-2006 dwar il-Multi. Il-metodoloġija u l-parametri tal-immultar ġew deċiżi mill-Kulleġġ tal-Kummissarji fit-22 ta’ Jannar 2018 fil-kuntest tal-proċedura ta’ riżolviment. Skont il-ġurisprudenza, il-prinċipju ta’ trattament ugwali japplika għall-parametri tal-multi għall-partijiet kollha għall-istess ksur irrispettivament minn jekk jsegwux il-proċedura ta’ riżolviment inkella dik ordinarja. Għalhekk, l-istess metodu għall-kalkolu tal-multi ġie applikat biex jiġu kkalkulati l-multi tad-destinatarji u l-multa ta’ [...]. |
2.4.1 Ammont bażiku tal-multa
|
(20) |
Kif inhu l-każ ta’ każijiet finanzjarji oħrajn, it-tranżazzjonijiet immedjati ta’ muniti G10 ma jiġġenerawx bejgħ fis-sens normali tat-terminu: Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tapplika indikatur speċifiku għall-valur tal-bejgħ bħala punt tat-tluq għad-determinazzjoni tal-multi. Fid-dawl tad-differenzi fid-durata tal-involviment ta’ partijiet differenti u tad-daqs tas-suq li jvarja tan-negozji immedjati tal-muniti G10 matul il-perjodu tal-ksur, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tibbaża l-indikatur għall-valur tal-bejgħ direttament fuq il-valur tal-bejgħ li fil-fatt sar mill-impriżi matul ix-xhur li jikkorrispondu għall-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom fil-ksur, li sussegwentement jiġi annwalizzat. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-indikatur għall-valuri rilevanti tal-bejgħ kif ġej:
|
|
(22) |
L-indikatur tal-valur tal-bejgħ kien ibbażat direttament fuq il-valur tal-bejgħ effettivament imwettaq mill-impriżi matul ix-xhur li jikkorrispondu għall-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom fil-ksur, li sussegwentement ġie annwalizzat. Minħabba li l-ksur kopra ż-ŻEE kollha, l-indikatur għall-valur tal-bejgħ ġie ddeterminat fuq tranżazzjonijiet tal-muniti immedjati ta’ muniti G10 li daħlu fihom ma’ kontropartijiet li jinsabu fiż-ŻEE. |
2.4.2 Aġġustamenti għall-ammont bażiku
|
(23) |
Il-Kummissjoni applikat għall-ammonti nozzjonali fattur uniformi xieraq ibbażat fuq il-livelli tal-firxa bejn it-talba u l-offerta osservati fl-evidenza. |
2.4.3 Ċirkustanzi aggravanti u mitiganti
|
(24) |
L-ebda ċirkostanzi aggravanti jew mitiganti ma ġew applikati f’dan il-każ. |
2.4.4 Żieda speċifika bħala deterrent
|
(25) |
Sabiex jiġi żgurat li l-multi jkollhom effett ta’ deterrent suffiċjenti, il-Kummissjoni tista’ żżid il-multi imposti fuq impriżi li għandhom fatturat lil hinn mill-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi li l-ksur ikun marbut magħhom (5). |
|
(26) |
F’dan il-każ huwa xieraq li jiġi applikat fattur multiplikanti ta’ deterrenza fuq il-multi li għandhom jiġu imposti fuq HSBC. |
2.4.5 Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
|
(27) |
L-ammont tal-multa kien inqas mil-limitu massimu tal-fatturat dinji ta’ 10 % stabbilit fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
2.4.6 Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006: tnaqqis ta’ multi
|
(28) |
UBS ingħatat immunità mill-multi u Barclays ibbenefikat minn perjodi ta’ immunità parzjali. Barra minn hekk, Barclays, RBS u HSBC ingħataw tnaqqis tal-multi fi ħdan il-faxex diġà attribwiti lilhom. |
2.4.7 Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Riżolviment
|
(29) |
Il-partijiet kollha fir-riżolviment irċevew tnaqqis ta’ 10 % għar-riżolviment. |
2.5 KONKLUŻJONI
|
(30) |
Il-multi li ġejjin ġew imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
|
(31) |
Tabella 2: Ammonti tal-multi għall-ksur |
|
(32) |
|
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1)
(2) Il-każ ma jikkonċernax in-negozjar fil-pront elettroniku tal-FX, skont it-tifsira tan-negozji immedjati ta’ muniti li jiġu awtomatikament irreġistrati mill-pjattaformi ta’ negozjar elettroniċi jew mill-algoritmi tal-kompjuter proprjetarji tal-banek rilevanti jew jiġu eżegwiti fuqhom.
(3) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 f’każijiet ta’ kartelli, ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1 (“l-Avviż dwar ir-Riżolviment”).
(4) ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.
(5) Il-punt 30 fil-Linji Gwida tal-2006 dwar il-multi.
|
6.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/55 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-30 ta’ novembru 2021 dwar abbozz ta’ deċiżjoni ordinarja b’rabta mal-KAŻ AT.40135 — FOREX (Sterling Lads)
Relatur: il-Portugall
(2022/C 185/06)
1.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni ordinarja (jiġifieri skambji ta’ informazzjoni) tikkostitwixxi fi ftehimiet u / jew prattiċi miftiehma bejn l-impriżi fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.
2.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriża kkonċernata mill-abbozz ta’ deċiżjoni ordinarja pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, kif inhu miktub fl-abbozz ta’ deċiżjoni ordinarja.
3.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehimiet u / jew tal-prattiċi miftiehma kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.
4.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kemm dam għaddej il-ksur.
5.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni ordinarja.
6.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-kalkolu tal-valur indikatur għall-bejgħ biex f’dan il-każ ikunu jistgħu jiġu applikati l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu tal-iffissar tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.
7.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa stabbilita.
8.
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
6.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/56 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
AT.40135 — FOREX (Sterling Lads – proċedura ordinarja)
(2022/C 185/07)
I. INTRODUZZJONI
|
1. |
Il-każ FOREX (AT.40135) jikkonċerna mġiba li seħħet f’diversi chatrooms separati [...] relatati man-negozjar tal-munita (FX) immedjat ta’ muniti G10. Fis-16 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni adottat żewġ deċiżjonijiet ta’ riżolviment, FOREX (Three-way banana split) (2) u FOREX (Essex Express) dwar l-imġiba f’xi wħud minn dawn iċ-chatrooms (3). |
|
2. |
Dan ir-rapport jikkonċerna l-imġiba f’chatroom partikolari, Sterling Lads (4), u speċifikament l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni skont proċedura ordinarja, indirizzata lil Credit Suisse Group AG, Credit Suisse Securities (Europe) Limited u Credit Suisse AG (flimkien “Credit Suisse”). Erba’ impriżi oħra (5) huma involuti fi proċedimenti paralleli ta’ riżolviment (flimkien il- “Partijiet fir-Riżolviment”) u huma destinatarji ta’ abbozz separat ta’ deċiżjoni ta’ riżolviment (6). |
II. PROĊEDURA
|
3. |
L-investigazzjoni bdiet wara applikazzjoni għal markatur minn [nondestinatarju] fis-27 ta’ Settembru 2013 skont il-punti 14 u 15 tal-Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell (“Avviż ta’ Klemenza”) (7). F’Ottubru 2013, [nondestinatarju] u [nondestinatarju] ippreżentaw applikazzjonijiet għal tnaqqis tal-multi skont l-Avviż ta’ Klemenza. Il-Kummissjoni tat l-immunità kondizzjonali lil [nondestinatarju] fit-2 ta’ Lulju 2014. [nondestinatarju] ippreżenta applikazzjoni għal tnaqqis tal-multi skont l-Avviż ta’ Klemenza f’Lulju 2015. Bejn Lulju 2014 u April 2016 il-Kummissjoni bagħtet talbiet għal informazzjoni lil Credit Suisse u lill-Partijiet fir-Riżolviment (“il-Partijiet” flimkien). |
|
4. |
Fis-27 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament 1/2003 (8) kontra l-partijiet u ffissat skadenza għall-Partijiet biex juru l-interess tagħhom li jinvolvu ruħhom f’diskussjonijiet dwar riżolviment. Il-Partijiet kollha esprimew l-interess tagħhom li jinvolvu ruħhom f’diskussjonijiet dwar riżolviment. Saru laqgħat bilaterali dwar ir-riżoluzzjoni mal-Partijiet bejn id-9 ta’ Novembru 2016 u s-7 ta’ Frar 2018. |
|
5. |
Fid-19 ta’ Frar 2018, Credit Suisse infurmat lill-Kummissjoni li ma kinitx se tkompli tipparteċipa fil-proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim. Għalhekk, il-proċedimenti saru “ibridi” minħabba li l-Kummissjoni reġgħet lura għall-proċedura ordinarja għal Credit Suisse, f’konformità mal-paragrafu 19 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar it-tmexxija ta’ proċeduri ta’ riżolviment (9), filwaqt li kompliet bil-proċedura ta’ riżolviment fil-konfront tal-Partijiet fir-Riżolviment. |
III. DIKJARAZZJONI TAL-OĠĠEZZJONIJIET U L-EWWEL SEDUTA ORALI
|
6. |
Fl-24 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) kontra Credit Suisse. Fid-DO, il-Kummissjoni waslet għall-opinjoni preliminari li Credit Suisse pparteċipat, flimkien mal-Partijiet fir-Riżolviment, f’imġiba li tikser l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi skambjat informazzjoni kummerċjalment sensittiva f’chatroom privat u multilaterali bl-isem “Sterling Lads”. Skont id-DO, il-parteċipanti fiċ-chatroom ta’ Sterling Lads involvew ruħhom fi skambji estensivi u rikorrenti ta’ ċerta informazzjoni attwali jew li tħares’ il quddiem dwar l-attivitajiet ta’ negozjar tagħhom relatati ma’ aspetti differenti tan-negozjar immedjat tal-muniti tal-G10, skont fehim sottostanti. Skont id-DO, l-iskambji ta’ informazzjoni okkażjonalment kienu wkoll jippermettu lin-negozjanti jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom permezz ta’ “standing down”. |
|
7. |
Fid-DO, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-imġiba li Credit Suisse kienet involuta fiha kienet tikkostitwixxi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma li kellhom l-għan li jfixklu u/jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset b’mod preliminari li l-aġir ta’ Credit Suisse kien jagħti lok għal ksur uniku u kontinwu bejn is-7 ta’ Frar 2012 u t-12 ta’ Lulju 2012. |
|
8. |
Credit Suisse ngħatat aċċess għall-fajl fil-25 ta’ Lulju 2018. L-Uffiċjal tas-Seduta ma rċieva l-ebda lment jew talba ulterjuri fir-rigward ta’ dan l-aċċess. |
|
9. |
Id-DĠ Kompetizzjoni inizjalment ta tmien ġimgħat biex Credit Suisse twieġeb għad-DO. Wara talba għal estensjoni minn Credit Suisse, id-DĠ Kompetizzjoni estenda l-limitu ta’ żmien b’ġimagħtejn. |
|
10. |
Fil-15 u d-29 ta’ Awwissu 2018, Credit Suisse talbet estensjoni oħra ta’ bejn ġimagħtejn sa tliet ġimgħat lid-DĠ Kompetizzjoni, abbażi ta’ allegati diffikultajiet u dewmien fl-aċċess għall-fajl. Id-DĠ Kompetizzjoni ċaħad it-talba fit-30 ta’ Awwissu 2018. Fl-4 ta’ Settembru 2018, Credit Suisse rreferiet il-kwistjoni lill-Uffiċjal tas-Seduta skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE. Wara eżami tal-argumenti ta’ Credit Suisse u fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha, b’mod partikolari l-limitu ta’ żmien inizjali stabbilit mid-DĠ Kompetizzjoni u d-daqs u l-kumplessità tal-fajl, l-Uffiċjal tas-Seduta ċaħad it-talba ta’ Credit Suisse b’deċiżjoni tat-12 ta’ Settembru 2018. |
|
11. |
Credit Suisse ppreżentat it-tweġiba tagħha għad-DO fl-4 ta’ Ottubru 2018 qabel l-iskadenza. Fir-risposta tiegħu, Credit Suisse talbet li tinstema’ oralment. Is-seduta orali (“l-ewwel seduta orali”) saret fis-7 ta’ Diċembru 2018. L-ewwel seduta ta’ smigħ orali mxiet bla xkiel u ma kien hemm l-ebda lment proċedurali. |
IV. TALBA MILL-PARTIJIET GĦAR-RIŻOLVIMENT BIEX JIPPARTEĊIPAW FL-EWWEL SEDUTA TA’ SMIGĦ ORALI
|
12. |
Xi wħud mill-Partijiet fir-Riżolviment staqsew jekk humiex se jiġu mistiedna jattendu l-ewwel seduta ta’ smigħ orali jew talbu li jiġu mistiedna. L-Uffiċjal tas-Seduta dak iż-żmien ċaħad dawn it-talbiet, abbażi ta’: (a) id-dispożizzjonijiet tan-Notifika ta’ Riżolviment, li jipprevedu li l-partijiet fir-riżolviment jikkonfermaw li ma jipprevedux li jitolbu li jerġgħu jinstemgħu f’seduta ta’ smigħ orali; u (b) l-għan tas-seduta ta’ smigħ orali skont ir-Regolament 773/2004, jiġifieri li jippermetti lill-partijiet jesprimu l-fehmiet tagħhom fil-proċedimenti tal-Kummissjoni u li jgħinu lill-Kummissjoni tilħaq id-deċiżjoni korretta fi tmiem il-proċedimenti tagħha. |
|
13. |
L-uffiċjal tas-Seduta rrifjuta wkoll talba minn waħda mill-Partijiet għar-Riżolviment biex jingħata aċċess għal traskrizzjoni tas-Seduta ta’ Smigħ Orali, peress li s-seduti orali mhumiex pubbliċi (l-Artikolu 14(6) tar-Regolament 773/2004) u r-recordings tas-seduti ta’ smigħ għandhom ikunu disponibbli għall-persuni li attendew għas-seduti ta’ smigħ (l-Artikolu 14(8) tar-Regolament 773/2004). |
V. TALBA GĦAL AĊĊESS ULTERJURI GĦALL-FAJL MINN CREDIT SUISSE
|
14. |
Fit-3 ta’ Novembru 2020, Credit Suisse indirizzat ittra (“l-Ittra tat-3 ta’ Novembru 2020”) lid-DĠ Kompetizzjoni fejn talbet aċċess għal ċerta informazzjoni fil-fajl tal-Kummissjoni, inklużi komunikazzjonijiet ta’ saldu bejn il-Partijiet fir-Riżolviment u l-Kummissjoni f’dan il-każ u għal indiċi ta’ dokumenti miżjuda mal-fajl tal-Kummissjoni peress li Credit Suisse ngħatat l-aħħar aċċess għaliha (l-“indiċi”) (10). |
|
15. |
Fl-1 ta’ Diċembru 2020, id-DĠ Kompetizzjoni wieġeb għall-Ittra tat-3 ta’ Novembru 2020, fejn qabel li jipprovdi aċċess għad-dokumenti mitluba minn Credit Suisse, sa fejn dawn kienu relatati (jew ma kinux mhux relatati) maċ-chatroom Sterling Lads. Id-DĠ Kompetizzjoni ma laqax it-talba għall-indiċi u, wara aktar korrispondenza minn Credit Suisse, fl-aħħar ċaħad din it-talba fid-9 ta’ Diċembru 2020. |
|
16. |
Fit-23 ta’ Jannar 2021, Credit Suisse indirizzat ittra lill-Uffiċjal tas-Seduta li fiha talbet aċċess għal ċerti dokumenti fil-fajl tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni u għall-indiċi (“it-Talba”). Fis-26 ta’ Jannar 2021, id-DĠ Kompetizzjoni informa lil Credit Suisse li kien qed iħejji Dikjarazzjoni Supplimentari tal-Oġġezzjonijiet (“DSO”) fil-proċedimenti u li kien se jingħata aċċess addizzjonali għall-fajl u l-indiċi kien flimkien mad-DSO. Fid-dawl ta’ din il-korrispondenza mid-DĠ Kompetizzjoni, l-Uffiċjal tas-Seduta ta’ dak iż-żmien informa lil Credit Suisse li, skont l-Artikolu 3(7) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, huwa qies li t-Talba kienet prematura u li ma kienx se jkompli jittrattaha. |
VI. DIKJARAZZJONI SUPPLIMENTARI TAL-OĠĠEZZJONIJIET U T-TIENI SEDUTA ORALI
|
17. |
Fit-18 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni adottat id-DSO, li ġie nnotifikat lil Credit Suisse fid-19 ta’ Marzu 2021. Fid-DSO, il-Kummissjoni elaborat u espandiet fuq ċerti elementi fid-DO, speċifikament fuq il-kuntest ekonomiku u tas-suq u l-analiżi tal-evidenza. Barra minn hekk, id-DSO ċċara l-fehma preliminari tal-Kummissjoni li l-arranġamenti fi ħdan iċ-chatroom Sterling Ladsli jinkludu (i) l-iskambji estensivi u rikorrenti ta’ informazzjoni, (ii) il-każijiet okkażjonali ta’ koordinazzjoni u (iii) il-fehim sottostanti, kienu jikkostitwixxu ftehimiet u/jew prattiki miftiehma separati li kull wieħed minnhom jirrestrinġi l-kompetizzjoni bl-iskop iżda li, meħuda flimkien, kienu jikkostitwixxu wkoll ksur uniku u kontinwu skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Id-DSO pprovda wkoll aktar dettalji dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tal-indikatur għall-valur tal-bejgħ li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tuża f’każ li tiġi imposta multa. |
|
18. |
L-aċċess għal parti mill-fajl ingħata permezz ta’ DVD fit-23 ta’ Marzu 2021 u l-aċċess addizzjonali għal materjali relatati mas-saldu, li kienu jinkludu komunikazzjonijiet ta’ riżolviment bejn il-Kummissjoni u l-Partijiet tar-Riżolviment relatati (jew li mhumiex mhux relatati) ma’ Sterling Lads, ġie pprovdut fil-bini tal-Kummissjoni bejn l-24 u s-26 ta’ Marzu 2021. |
|
19. |
L-uffiċjal tas-Seduta ma rċieva l-ebda talba oħra rigward l-aċċess għall-fajl. |
|
20. |
L-iskadenza inizjali stabbilita mid-DĠ Kompetizzjoni għal Credit Suisse biex jissottometti tweġiba għad-DSO (“rispons tal-SSO”) kienet it-22 ta’ April 2021. Fl-1 ta’ April 2021, Credit Suisse kitbet lid-DĠ Kompetizzjoni fejn talbet estensjoni ta’ din l-iskadenza b’erba’ ġimgħat. Id-DĠ Kompetizzjoni ċaħad it-talba fis-7 ta’ April 2021. |
|
21. |
Fit-8 ta’ April 2021, Credit Suisse indirizzat lill-Uffiċjal tas-Seduta, u talbet estensjoni ta’ erba’ ġimgħat għall-iskadenza tar-rispons għad-DSO. Fit-12 ta’ April 2021, l-Uffiċjal tas-Seduta, wara li kkunsidra l-argumenti li saru minn Credit Suisse u mid-DĠ Kompetizzjoni, ta estensjoni ta’ ġimagħtejn lil Credit Suisse biex tissottometti t-tweġiba tad-DSO, jiġifieri sas-6 ta’ Mejju 2021. Credit Suisse ppreżentat it-tweġiba għad-DSO f’dik id-data. |
|
22. |
Fir-risposta għad-DSO, Credit Suisse talbet li tinstema’ oralment. Is-seduta orali (“it-tieni seduta orali”) saret fit-8 ta’ Ġunju 2021 (11). It-tieni seduta ta’ smigħ orali mxiet bla xkiel u ma kien hemm l-ebda lment proċedurali. |
VII. KONKLUŻJONI
|
23. |
L-abbozz ta’ deċiżjoni jsib lil Credit Suisse responsabbli għall-ksur tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipat mis-7 ta’ Frar 2012 sat-12 ta’ Lulju 2012, fi skambji estensivi u rikorrenti ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva attwali jew li tħares ’il quddiem li jikkostitwixxu ftehimiet u/jew prattiki miftiehma (fi ħdan ksur uniku u kontinwu usa’) li għandhom l-għan li jirrestrinġu u/jew jgħawġu l-kompetizzjoni fir-rigward tan-negozjar immedjat ta’ muniti tal-G10 li jkopru ż-ŻEE kollha. Meta mqabbel mad-DO u d-DSO, l-abbozz ta’ deċiżjoni ma jżommx lil Credit Suisse responsabbli għall-istanzi okkażjonali ta’ koordinazzjoni jew għall-fehim sottostanti. |
|
24. |
Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jindirizzax biss l-oġġezzjonijiet li Credit Suisse ngħatat l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha dwarhom, u wasalt għal konklużjoni pożittiva. |
|
25. |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, inqis li Credit Suisse setgħet teżerċita b’mod effettiv id-drittijiet proċedurali tagħha f’din il-kawża. |
Brussell, 1 ta’ Diċembru 2021.
Dorothe DALHEIMER
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(4) Sterling Lads huwa l-isem taċ-chatroom [...] li fiha seħħet l-imġiba inkwistjoni.
(5) [nondestinatarju]; [nondestinatarju], [nondestinatarju] u [nondestinatarju].
(6) Rapport separat tal-Uffiċjal tas-Seduta skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE jkopri l-proċedimenti ordinarji.
(7) ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17.
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1). (“Ir-Regolament 1/2003”).
(9) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 f’każijiet ta’ kartelli (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1) (“l-Avviż dwar ir-Riżolviment”).
(10) Credit Suisse bbażat it-talba tagħha fuq id-digriet tal-10 ta’ Settembru 2019, Lantmännen vs Il-Kummissjoni, C-318/19 P (R), EU:C:2019:698, li (fi stadju ta’ proċedura interim) ikkonferma d-deċiżjoni tal-Uffiċjal tas-Seduta li jiżvela l-aċċess għall-komunikazzjonijiet ta’ riżolviment kollha bejn parti li qed tagħmel ir-riżolviment u l-Kummissjoni, qabel id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.
(11) Minħabba l-pandemija tal-coronavirus li għaddejja, it-tieni seduta orali saret mill-bogħod permezz ta’ vidjokonferenza kriptata sikura kif ukoll permezz ta’ kamra tas-smigħ virtwali protetta (b’xandira fuq l-internet) għal persuni li ma kellhomx għalfejn jitkellmu fit-tieni seduta orali.
|
6.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/60 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-2 ta’ Diċembru 2021
li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Każ AT.40135 – FOREX – Sterling Lads)
(notifikat bid-dokument nru C(2021)8612 final
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2022/C 185/08)
Fit-2 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposti, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. L-oġġett tal-ksur kien ir-restrizzjoni u/jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-settur tan-negozjar immedjat ta’ muniti G10 fis-suq tal-muniti barranin (“Forex” jew “FX”) (2). |
|
(2) |
Il-muniti tal-G10 ikkonċernati minn din id-Deċiżjoni jinkludu d-Dollari tal-Istati Uniti, tal-Kanada, tal-Awstralja u ta’ New Zealand (USD, CAD, AUD u NZD rispettivament), il-Yen Ġappuniż (JPY), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Lira Sterlina (GBP), l-Euro (EUR), u l-Kroni Żvediżi, Norveġiżi u Daniżi (SEK, NOK u DKK rispettivament) (jiġifieri 11-il munita b’kollox, li jikkorrispondu għall-konvenzjoni tas-suq għall-muniti koperti mid-deżinjazzjoni G10). |
|
(3) |
L-attività ta’ negozjar immedjat tal-muniti tal-G10 tinkludi kemm (i) il-ġenerazzjoni tas-suq (jiġifieri l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijent biex jiġi skambjat ammont tal-munita bl-ekwivalenti tiegħu f’munita oħra); u (ii) in-negozjar f’isimhom stess (jiġifieri l-eżekuzzjoni ta’ kambju ta’ muniti oħra sabiex tiġi ġestita l-iskopertura li tirriżulta mit-tranżazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq jew biex tiġi mmodifikata skopertura tal-munita indipendentement minn kwalunkwe ordni tal-klijent). |
|
(4) |
Il-postijiet tan-negozjar immedjat ta’ muniti G10 tal-impriżi rilevanti kienu disposti li jinnegozjaw kwalunkwe munita minn dawn skont id-domanda tas-suq. Filwaqt li n-negozjanti parteċipi stess kienu primarjament responsabbli mill-ġenerazzjoni tas-suq fir-rigward ta’ muniti jew pari ta’ muniti speċifiċi, il-mandat tagħhom awtorizzahom li jinnegozjaw ulterjorjment f’isem l-impriża tagħhom stess fir-rigward ta’ kwalunkwe munita G10 disponibbli fil-kotba tagħhom, xi ħaġa li għamlu fil-perjodu rilevanti sa gradi differenti, biex jimmassimizzaw il-valur tal-parteċipazzjonijiet rispettivi tagħhom. |
|
(5) |
It-tliet tipi ta’ ordnijiet li ġejjin, li jikkaratterizzaw l-attività ta’ negozjar mwettaq fuq l-ordni tal-klijenti (ġenerazzjoni tas-suq) tan-negozjanti parteċipi huma pertinenti fil-ksur:
|
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
|
(6) |
L-investigazzjoni ġiet skattata permezz ta’ applikazzjoni għall-immunità minn [nondestinatarju] fis-27 ta’ Settembru 2013. Il-Kummissjoni sussegwentement irċeviet applikazzjonijiet inizjali għall-klemenza minn [nondestinatarju] fil-11 ta’ Ottubru 2013, [nondestinatarju] fl-14 ta’ Ottubru 2013 u [nondestinatarju] fis-17 ta’ Lulju 2015. L-applikazzjonijiet kollha ġew segwiti minn bosta sottomissjonijiet minn kull parti. Credit Suisse ma applikatx għall-klemenza. Fit-2 ta’ Lulju 2014 il-Kummissjoni tat immunità kundizzjonali lil [nondestinatarju]. |
|
(7) |
Fis-27 ta’ Ottubru 2016 tnedew proċedimenti kontra l-partijiet bil-ħsieb li jsiru diskussjonijiet dwar ir-riżolviment. Bejn Novembru 2016 u Frar 2018, il-Kummissjoni kellha laqgħat bilaterali u kienet f’kuntatt ma’ kull parti, inkluż Credit Suisse, fi tliet ċikli ta’ riżolviment, skont l-Avviż dwar ir-Riżolviment (3). |
|
(8) |
Fit-22 ta’ Jannar 2018, il-Kulleġġ tal-Kummissarji approva l-firxiet tal-multi li x’aktarx japplikaw. Fid-19 ta’ Frar 2018, Credit Suisse infurmat lill-Kummissjoni li ma kinitx se tkompli jipparteċipa fil-proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim. Il-Kummissjoni għalhekk marret lura għall-proċedura ordinarja għas-Suisse ta’ Kreditu f’konformità mal-paragrafu 19 tal-Avviż dwar ir-Riżolviment. Bejn [...] u [...], il-partijiet ressqu t-talba formali għar-riżolviment tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a (2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (4). |
|
(9) |
Fl-24 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni adottat b’mod parallel id-Dikjarazzjoni ordinarja ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) indirizzata lil Credit Suisse u dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet (DO) dwar ir-riżolviment simplifikata indirizzata lill-erba’ partijiet l-oħra tal-ksur. Credit Suisse ppreżentat l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha dwar id-DO fit-4 ta’ Ottubru 2018 u talbet li tinstema’ oralment. Is-seduta ta’ smigħ saret fis-7 ta’ Diċembru 2018. |
|
(10) |
Fit-18 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni Supplimentari ta’ Oġġezzjonijiet (“DSO”) indirizzata lil Credit Suisse. Credit Suisse ppreżentat l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha lid-DSO fis-6 ta’ Mejju 2021 u t-tieni seduta saret fit-8 ta’ Ġunju 2021. Credit Suisse wieġbet għall-mistoqsijiet pendenti mis-seduta orali tal-25 ta’ Ġunju 2021. |
|
(11) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fit-30 ta’ Novembru 2021. Fl-1 ta’ Diċembru 2021, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu. Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fit-2 ta’ Diċembru 2021. |
2.2. Sommarju tal-ksur
|
(12) |
Id-Deċiżjoni tikkonċerna l-imġiba li seħħet fi [...] chatroom imsejħa Sterling Lads (jew “STG Lads”), bejn [nondestinatarju], [nondestinatarju], [nondestinatarju], [nondestinatarju] (l-“erba’ partijiet fir-riżolviment”) u Credit Suisse. L-imġiba seħħet mill-25 ta’ Mejju 2011 sat-12 ta’ Lulju 2012. Credit Suisse pparteċipat fil-ksur mis-7 ta’ Frar 2012 sat-12 ta’ Lulju 2012. Il-kartell affettwa mill-inqas liż-ŻEE. |
|
(13) |
Il-kartell huwa ddokumentat f’komunikazzjonijiet li seħħew fiċ-chatroom STG Lads bejn ċerti kummerċjanti individwali awtorizzati li jinnegozjaw muniti tal-G10 fi tranżazzjonijiet ta’ kambju barrani immedjati f’isem u għan-nom tal-impriżi rispettivi li jimpjegawhom tagħhom fil-post tan-negozjar ta’ tranżazzjonijiet ta’ kambju barrani ta’ muniti G10. |
|
(14) |
Il-kartell kien jikkonsisti fi ksur uniku u kontinwu kkaratterizzat mill-iskambju bejn il-kummerċjanti – f’chatroom privata u multilaterali u fuq bażi estensiva u rikorrenti – ta’ ċerta informazzjoni kummerċjalment sensittiva attwali jew li tħares ’il quddiem dwar l-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-iskambji tal-informazzjoni kienu mmirati li jaffetwaw żewġ parametri bażiċi tal-kompetizzjoni fl-attività ta’ negozjar immedjat ta’ muniti tal-G10: il-prezzijiet u l-ġestjoni esperta tar-riskji. |
|
(15) |
Minflok ma kkompetew b’mod awtonomu fir-rigward ta’ dawn il-parametri, id-deċiżjonijiet tan-negozjanti parteċipi kienu informati mill-pożizzjonijiet, l-intenzjonijiet u r-restrizzjonijiet tal-kompetituri tagħhom. L-iskambji ta’ informazzjoni soġġetti għal din id-Deċiżjoni kienu jikkonċernaw:
|
|
(16) |
L-erba’ partijiet fir-riżolviment irrikonoxxew li dawn l-iskambji estensivi u rikorrenti ta’ informazzjoni sensittiva attwali jew li tħares’ il quddiem seħħew skont sett ta’ regoli taċiti li: (i) in-negozjanti parteċipanti jinġabru fiċ-chatroom privata STG Lads biex jiżvelaw u jiskambjaw informazzjoni matul il-jum ta’ negozjar; (ii) l-informazzjoni skambjata fiċ-chatroom ma tiġix żvelata min-negozjanti li jkunu rċevewha lil negozjanti kompetituri oħra barra miċ-chatroom privata; (iii) l-informazzjoni skambjata tista’ tintuża għall-benefiċċju tan-negozjanti parteċipanti inkluż biex jiġu identifikati okkażjonijiet xierqa għall-koordinazzjoni; u, (iv) din l-informazzjoni ma tintużax kontra dawk li kkondiviwha (flimkien imsejħa l-“fehim sottostanti”). Credit Suisse ma rrikonoxxietx l-eżistenza ta’ fehim sottostanti. |
|
(17) |
Skont l-erba’ partijiet fir-riżolviment, in-negozjanti kull tant żmien ikkoordinaw l-attivitajiet ta’ negozjar tagħhom fir-rigward tan-negozjar immedjat ta’ muniti tal-G10 billi żammew lura milli jinnegozjaw kif ippjanat tul perjodu ta’ żmien minħabba pożizzjoni jew attività ta’ negozjar ta’ negozjant ieħor. Din il-prattika hija magħrufa bħala “standing down” (astensjoni minn attività). Madankollu, matul il-perjodu ta’ parteċipazzjoni ta’ Credit Suisse fil-ksur, ma kienx hemm każijiet effettivi ta’ standing down. |
|
(18) |
Credit Suisse nżammet responsabbli għall-parteċipazzjoni tagħha fl-iskambji estensivi u rikorrenti ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva attwali jew li tħares ’il quddiem li seħħew fiċ-chatroom STG Lads, li jikkostitwixxu prattiki miftiehma u/jew ftehimiet li jirrestrinġu l-kompetizzjoni bi skop fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Credit Suisse ma nżammitx responsabbli fir-rigward tal-fehim sottostanti u l-każijiet okkażjonali ta’ koordinazzjoni. |
2.3. Destinatarji
|
(19) |
Id-Deċiżjoni kienet indirizzata lill-entitajiet li ġejjin: Credit Suisse Group AG, Credit Suisse Securities (Europe) Limited u Credit Suisse AG (flimkien “Credit Suisse” jew “id-destinatarji”). |
2.4. Rimedji
|
(20) |
Id-Deċiżjoni applikat il-Linji Gwida tal-Kummissjoni tal-2006 dwar il-Multi. Il-metodoloġija u l-parametri tal-immultar ġew deċiżi mill-Kulleġġ tal-Kummissarji fit-22 ta’ Jannar 2018 fil-kuntest tal-proċedura ta’ riżolviment. Skont il-ġurisprudenza, il-prinċipju ta’ trattament ugwali japplika għall-parametri tal-multi għall-partijiet kollha għall-istess ksur irrispettivament minn jekk jsegwux il-proċedura ta’ riżolviment inkella dik ordinarja. Għalhekk, l-istess metodu għall-kalkolu tal-multi ġie applikat għall-kalkolu tal-multa ta’ Credit Suisse u tal-multi għall-erba’ partijiet fir-riżolviment. |
2.4.1. Ammont bażiku tal-multa
|
(21) |
Il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tapplika indikatur speċifiku għall-valur tal-bejgħ. It-tranżazzjonijiet tal-munita immedjati ta’ muniti G10 ma jiġġenerawx bejgħ fis-sens normali tat-terminu: dawn jinvolvu l-iskambju ta’ ammont nozzjonali ta’ flus espress f’ċerta munita fl-ammont nozzjonali ekwivalenti espress f’munita oħra, li l-prezz tiegħu huwa inkorporat fil-“firxa bejn it-talba u l-offerta” (jiġifieri d-differenza bejn il-prezz tal-offerta u l-prezz tat-talba) applikata min-negozjant tat-tranżazzjonijiet tal-munita immedjati. Iż-żewġ fatturi — l-ammonti nozzjonali skambjati u l-firxiet bejn it-talba u l-offerta applikati — huma għalhekk parametri essenzjali tal-valur tal-bejgħ relatat mal-ksur. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni stabbiliet l-indikatur għall-valuri rilevanti tal-bejgħ kif ġej:
|
|
(23) |
L-indikatur tal-valur tal-bejgħ kien ibbażat direttament fuq il-valur tal-bejgħ effettivament imwettaq mill-impriżi matul ix-xhur li jikkorrispondu għall-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom fil-ksur, li sussegwentement ġie annwalizzat. Minħabba li l-ksur kopra ż-ŻEE kollha, l-indikatur għall-valur tal-bejgħ ġie ddeterminat fuq tranżazzjonijiet tal-muniti immedjati ta’ muniti G10 li daħlu fihom ma’ kontropartijiet li jinsabu fiż-ŻEE. |
2.4.2. Aġġustamenti għall-ammont bażiku
|
(24) |
Il-Kummissjoni applikat għall-ammonti nozzjonali fattur uniformi xieraq ibbażat fuq il-livelli tal-firxa bejn it-talba u l-offerta osservati fl-evidenza. |
2.4.3. Ċirkustanzi aggravanti u mitiganti
|
(25) |
F’dan il-każ ma ġewx applikati ċirkustanzi aggravanti. Madankollu, billi qieset li Credit Suisse ma nżammitx responsabbli għall-astensjoni mill-attività jew għall-fehim sottostanti, il-Kummissjoni tat tnaqqis tal-multa. |
2.4.4. Żieda speċifika bħala deterrent
|
(26) |
F’dan il-każ ma ġiex applikat multiplikatur tad-deterrenza. |
2.4.5. Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
|
(27) |
L-ammont tal-multa kien inqas mil-limitu massimu tal-fatturat dinji ta’ 10 % stabbilit fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
3. KONKLUŻJONI
|
(28) |
Il-multa li ġejja ġiet imposta lil Credit Suisse bis-saħħa tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003: EUR 83 294 000. |
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1)
(2) Il-każ ma jikkonċernax in-negozjar fil-pront elettroniku tal-FX, skont it-tifsira tan-negozji immedjati ta’ muniti li jiġu awtomatikament irreġistrati mill-pjattaformi ta’ negozjar elettroniċi jew mill-algoritmi tal-kompjuter proprjetarji tal-banek rilevanti jew jiġu eżegwiti fuqhom.
(3) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 f’każijiet ta’ kartelli, ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1-6 (“l-Avviż dwar ir-Riżolviment”).
|
6.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/65 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-5 ta’ Mejju 2022
(2022/C 185/09)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0568 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
137,18 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4405 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85190 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,3748 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0355 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
138,00 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,8463 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,606 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
378,65 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6673 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9485 |
|
TRY |
Lira Turka |
15,7051 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4669 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3483 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,2948 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6273 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4561 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 330,89 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
16,5862 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,9944 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5398 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 250,92 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5955 |
|
PHP |
Peso Filippin |
55,364 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,026 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,2192 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,2069 |
|
INR |
Rupi Indjan |
80,6185 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/66 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10431 – ALI GROUP / WELBILT)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 185/10)
1.
Fit-28 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ali Holding S.r.l. (“Ali Group”, l-Italja), |
|
— |
Welbilt, Inc. (“Welbilt”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Ali Group se jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Welbilt kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Ali Group: il-korporazzjoni Taljana tiddisinja, timmanifattura, tikkummerċjalizza u tipprovdi servizzi ta’ firxa wiesgħa ta’ tagħmir kummerċjali u istituzzjonali għas-servizzi tal-ikel, inklużi magni għall-produzzjoni tas-silġ u fran, użati f’postijiet kummerċjali u pubbliċi ewlenin. Għandha faċilitajiet ta’ manifattura kif ukoll sussidjarji tal-bejgħ u tas-servizzi madwar id-dinja, inkluża l-Ewropa. Ali Group huwa wieħed mill-akbar gruppi fid-dinja f’din l-industrija u jopera bi 80 marka tad-ditta globali bħal Baron, Olis, Lainox, Menumaster, XpressChef u Scotsman, |
|
— |
Welbilt: il-korporazzjoni Amerikana li toffri tagħmir li kapaċi jaħżen, isajru, iżomm, juri, iferrex u jservi prodotti tal-ikel u tax-xorb. Hija tiddisinja, timmanifattura u tforni tagħmir użat minn operaturi ta’ servizzi kummerċjali u istituzzjonali. Welbilt għandha faċilitajiet ta’ manifattura li joperaw madwar l-Ameriki (fejn il-kumpanija hija l-aktar attiva), fl-Ewropa u fl-Asja. Hija toffri prodotti tal-marki tad-ditta bħal Merrychef, Convotherm u Manitowoc. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10431 – ALI GROUP / WELBILT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).