ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 183

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
5 ta' Mejju 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 183/01

Rata tal-kambju tal-euro — L-4 ta’ Mejju 2022

1

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 183/02

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

2

2022/C 183/03

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

3

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

2022/C 183/04

Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

4

2022/C 183/05

Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

5

2022/C 183/06

Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/ta’ skont għall-Istati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022 (Ippubblikat f’konformità mar-regoli dwar ir-rati ta’ referenza u ta’ skont stabbiliti fil-Parti VII tal-Linji Gwida tal-ESA dwar l-Għajnuna mill-Istat u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-ESA Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004)

6

2022/C 183/07

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 183/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10598 – LGC/TORAY INDUSTRIES HUNGARY) ( 1 )

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 183/09

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

10

2022/C 183/10

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

19

2022/C 183/11

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

29


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta’ Mejju 2022

(2022/C 183/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0531

JPY

Yen Ġappuniż

136,84

DKK

Krona Daniża

7,4409

GBP

Lira Sterlina

0,84194

SEK

Krona Żvediża

10,3968

CHF

Frank Żvizzeru

1,0324

ISK

Krona Iżlandiża

137,20

NOK

Krona Norveġiża

9,9042

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,644

HUF

Forint Ungeriż

377,55

PLN

Zloty Pollakk

4,6875

RON

Leu Rumen

4,9470

TRY

Lira Turka

15,5769

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4780

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3498

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,2655

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6333

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4559

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 331,45

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,6489

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9594

HRK

Kuna Kroata

7,5499

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 201,44

MYR

Ringgit Malażjan

4,5847

PHP

Peso Filippin

55,260

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,137

BRL

Real Brażiljan

5,2400

MXN

Peso Messikan

21,2947

INR

Rupi Indjan

80,4035


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

5.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/2


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 183/02)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Le Puy-en-Velay - Pariġi (Orly)

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

1995

Data tad-dħul fis-seħħ tal-modifiki

L-14 ta’ Jannar 2023

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ordni tat-22 ta’ Marzu 2022 li timponi l-obbligu tas-servizz pubbliku fuq is-servizzi tal-ajru skedati bejn le Puy-en-Velay (Loudes) u Pariġi (Orly)

NOR : TRAA2201947A

http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do

Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja:

Direction Générale de l’Aviation Civile

DTA/SDS1

50 rue Henry Farman

75 720 Paris Cedex 15

FRANCE

Tél. +33 158094321


5.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/3


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 183/03)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Le Puy-en-Velay – Pariġi (Orly)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-14 ta’ Jannar 2023 sat-13 ta’ Jannar 2027

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

It-8 ta’ Lulju 2022 (fil-17:00, ħin ta’ Pariġi)

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja:

Syndicat Mixte de Gestion de l’Aérodrome Départemental Le Puy/Loudes

La Reilhade

43320 Chaspuzac

FRANCE

Tel. +33 471086576

Email: direction@aerolepuy.fr

Profil tax-xerrej (sit web): https://marchespublics.cdg43.fr


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

5.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/4


Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2022/C 183/04)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

Is-17 ta’ Diċembru 2021

Il-Każ Nru

87820

Id-Deċiżjoni Nru

300/21/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

It-titolu

Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali differenzjati b’mod reġjonali 2022-2027

Il-bażi ġuridika

Id-Deċiżjoni tal-Parlament annwali dwar ir-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali eċċ, u t-Taqsima 23-2 tal-Att Nru 19 tat-28 ta’ Frar 1997 dwar l-Iskema ta’ Assikurazzjoni Nazzjonali (Folketrygdloven)

It-tip ta’ miżura

Skema

L-għan

Għajnuna reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Tnaqqis fit-taxxa

L-intensità

Minn 3,1 % sa 12,4 %

Għal kemm żmien

1.1.2022-31.12.2027

Is-setturi ekonomiċi

Orizzontali. Is-setturi kollha huma koperti mil-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali 2022-2027

L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti

The Norwegian Tax Administration

Postboks 9200 – Grønland

N-0134 Oslo

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


5.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/5


Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2022/C 183/05)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

Il-21 ta’ Diċembru 2021

Il-Każ Nru

87966

Id-Deċiżjoni Nru

301/21/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

It-titolu

Estensjoni u emendi għall-iskema ta’ għajnuna marbuta mal-COVID-19 għall-impriżi li jsofru telf sostanzjali ta’ fatturat

Il-bażi ġuridika

L-att dwar l-iskema temporanja ta’ sussidju għall-intrapriżi bi tnaqqis sinifikanti fil-fatturat wara Awwissu 2020

It-tip ta’ miżura

Skema

L-għan

Tikkumpensa t-telf u b’hekk tillimita l-ħsara kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19

Il-forma tal-għajnuna

Għotjiet

Il-baġit

NOK 4,2 biljun

L-intensità

70 %-90 %

Għal kemm żmien

Sat-30 ta’ Ġunju 2022

Is-setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ħlief għall-kumpaniji involuti fl-estrazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, il-kumpaniji involuti fil-produzzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-kummerċ tal-enerġija elettrika, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-kumpaniji li l-għan ewlieni tagħhom huwa l-attivitajiet ta’ investiment

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li ħarġet l-għajnuna

The Brønnøysund Register Centre

Brønnøysundregistrene

Postboks 900

N-8910 Brønnøysund

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


5.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/6


Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/ta’ skont għall-Istati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022

(Ippubblikat f’konformità mar-regoli dwar ir-rati ta’ referenza u ta’ skont stabbiliti fil-Parti VII tal-Linji Gwida tal-ESA dwar l-Għajnuna mill-Istat u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-ESA Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (1))

(2022/C 183/06)

Ir-rati bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont tal-Linji Gwida tal-ESA dwar l-Għajnuna mill-Istat kif emendati mid-Deċiżjoni tal-ESA Nru 788/08/COL tas-17 ta’ Diċembru 2008. Biex jinkisbu r-rati ta’ referenza applikabbli, għandhom jiżdiedu marġini xierqa mar-rata bażi f’konformità mal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.

Ir-rati bażi ġew iddeterminati kif ġej:

 

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

1.1.2022 –

2,12

-0,57

0,66


(1)  ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment ŻEE tal-ĠU Nru 26/2006, 25.5.2006, p. 1.


5.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/7


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2022/C 183/07)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

Is-17 ta’ Diċembru 2021

Il-Każ Nru

87805

Id-Deċiżjoni Nru

299/21/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

It-titolu (u / jew isem il-benefiċjarju)

Emendi għall-iskema marbuta mal-COVID-19 għal avvenimenti kulturali kkanċellati jew imnaqqsa

Il-bażi ġuridika

Ir-Regolament dwar skema ta’ kumpens temporanju għal avvenimenti kulturali kkanċellati, magħluqa jew imnaqqsa fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Ottubru 2021 bħala konsegwenza tat-tifqigħa tal-COVID-19

It-tip ta’ miżura

Skema

L-għan

Bħala kumpens għall-ispejjeż eliġibbli kkawżati minn avvenimenti li jkunu qed jiġu kkanċellati jew imnaqqsa minħabba restrizzjonijiet jew rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet biex jitnaqqas it-tixrid tal-COVID-19.

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

Il-baġit

NOK 425 miljun (madwar EUR 41 miljun)

L-intensità

Għall-organizzaturi eliġibbli, għotja sa 95 % tal-ispejjeż inevitabbli relatati ma’ avvenimenti eliġibbli kkanċellati, magħluqa jew imnaqqsa fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Ottubru 2021.

Għas-sottokuntratturi eliġibbli, għotja ta’ 50 % ta’ telf ta’ dħul u spejjeż addizzjonali relatati ma’ avvenimenti eliġibbli kkanċellati, magħluqa jew imnaqqsa fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Ottubru 2021.

Għal kemm żmien

Sat-30 ta’ Ġunju 2022

Is-setturi ekonomiċi

Is-settur kulturali

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li ħarġet l-għajnuna

Arts Council Norway

P.O. Box 4808 Nydalen

N-0422 Oslo

NORWAY

Informazzjoni oħra

 

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10598 – LGC/TORAY INDUSTRIES HUNGARY)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 183/08)

1.   

Fis-27 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

LG Chem, Ltd (“LGC”, il-Korea t’Isfel),

Toray Industries Inc. (“Toray”, il-Ġappun),

Toray Industries Hungary Korlátolt Felelġsségű Társaság (l-Ungerija), ikkontrollata minn Toray.

LGC u Toray se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Toray Industries Hungary Korlátolt Felelġsségű Társaság kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

LGC hija kumpanija kimika attiva fin-negozju petrokimiku, in-negozju tal-materjal avvanzat, in-negozju tal-bijoxjenza u n-negozju tal-batteriji,

Toray hija kumpanija kimika attiva fil-manifattura, l-ipproċessar u l-bejgħ ta’ diversi materjali għal karozzi, inġenji tal-ajru, prodotti relatati mat-teknoloġija tal-informazzjoni u prodotti relatati max-xjenzi tal-ħajja.

3.   

Toray Industries Hungary Korlátolt Felelġsségű Társaság se tkun qed timmanifattura u tbigħ separaturi għall-batteriji tal-joni tal-litju.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10598 – LGC/TORAY INDUSTRIES HUNGARY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks, jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

5.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/10


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 183/09)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

ASTI

PDO-IT-A1396-AM06

Data tal-komunikazzjoni: 7.2.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Regoli dwar il-produzzjoni tal-inbid

Din hija emenda formali għad-deskrizzjoni ta’ kwalunkwe kwantità żejda ta’ nbid, li permezz tagħha l-kliem:

“Kwalunkwe kwantità żejda, sa massimu ta’ 5 %, mhix se tkun eliġibbli għall-istatus ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata u Ggarantita (DOCG). Kwantitajiet żejda ogħla minn hekk jirriżultaw fit-telf tad-dritt tal-użu tad-DOCG għall-prodott kollu kkonċernat.”

ġie sostitwit bil-kliem:

“Għat-tipi Asti / Asti Spumante, Asti / Asti Spumante Metodo Classico (metodu tradizzjonali) u Moscato d’Asti, jekk ir-rendiment jaqbeż il-limiti ta’ hawn fuq, iżda mhux b’aktar minn 80 %, il-kwantità żejda ma jkollhiex id-dritt tal-użu tal-istatus tad-DOCG. Jekk jinqabeż il-limitu ta’ 80 %, id-dritt tal-użu td-DOCG jintilef għal-lott kollu. Għal Moscato d’Asti Vendemmia Tardiva (ħsad tardiv), jekk ir-rendiment jaqbeż il-limitu ta’ hawn fuq, iżda b’mhux aktar minn 55 %, il-kwantità żejda ma jkollhiex id-dritt tal-użu tal-istatus tad-DOCG. Jekk jinqabeż il-limitu ta’ 55 %, id-dritt tal-użu td-DOCG jintilef għal-lott kollu.”

L-emenda tagħmilha possibbli li jiġi identifikat b’mod aktar ċar, għad-diversi tipi ta’ nbid, il-limitu massimu tar-rendiment li ’l fuq minnu ma jkunx possibbli li jikkwalifika għad-DOP, jiġifieri li ’l fuq minnu jintilef id-dritt għad-DOP għal-lott kollu tal-inbid.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5(4) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma għandha l-ebda impatt fuq id-Dokument Uniku.

2.   Tikkettar

Din l-emenda tneħħi l-paragrafu 5 li ġej, li jikkonċerna l-obbligu li jiġu inklużi ċerti dettalji fuq it-tikketta:

“Il-produttur/il-manifattur irid jiġi indikat fuq it-tikketta u l-preżentazzjoni tal-inbid tat-tipi spumanti. Din l-informazzjoni trid tkun:

inkluża fl-istess kamp viżiv bħall-informazzjoni obbligatorja kollha;

ripetuta, flimkien mal-indirizz rilevanti, f’kamp viżiv ieħor jekk l-isem jew l-isem tad-ditta tal-bejjiegħ/distributur li f’ismu jiġi prodott l-inbid jingħata hemmhekk. Jekk jingħata l-isem jew l-isem tad-ditta tal-bejjiegħ/distributur, l-isem u l-indirizz tal-produttur/manifattur iridu jidhru b’karattri li jidhru b’mod ċar ta’ mhux inqas minn 50 % tad-daqs tal-karattri użati għall-kelma Asti. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali li jeħtieġu tipa iżgħar jew l-użu ta’ kodiċi f’każijiet fejn l-isem jew l-indirizz tal-produttur ikun fih jew ikun magħmul minn isem ta’ DOP jew IĠP oħra.”

Raġuni: L-għan tal-emenda huwa li tissimplifika l-leġiżlazzjoni u li tevita strettezza eċċessiva fl-abbozzar fir-rigward tat-tikkettar, mingħajr preġudizzju għall-konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali fis-seħħ.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7(5) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma għandha l-ebda impatt fuq id-Dokument Uniku.

3.   Tikkettar

Din l-emenda tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-użu tal-marka kollettiva.

B’mod partikolari, huwa obbligatorju li l-inbejjed tad-DOP jiġu mmarkati esklussivament b’marka kollettiva tad-daqs u l-kulur deskritti fl-Anness A rilevanti għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din il-marka għandha tidher fil-kamp previst mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. L-utenti kollha tad-denominazzjoni, fl-istadju tad-denominazzjoni u tal-preżentazzjoni tal-inbejjed, huma intitolati wkoll li jużaw din il-marka, li titqassam esklużivament mill-assoċjazzjoni ta’ protezzjoni rilevanti taħt l-istess kundizzjonijiet ekonomiċi u ta’ użu bħal dawk riżervati għall-membri tagħha.

Raġunijiet: Biex tittejjeb ir-reputazzjoni tad-DOP Asti, isem ta’ ditta li jesprimi l-elementi storiċi u territorjali li jiddistingwu dawn l-inbejjed mill-oħrajn kollha. Għalhekk tqies xieraq li tiġi inkluża l-marka tad-denominazzjoni fuq it-tikketta tal-Istat, sabiex kull flixkun prodott ikun ambaxxatur tal-isforzi kollettivi profondi tat-territorju ta’ oriġini kollu. Il-marka kollettiva hija wkoll disponibbli għal użu ulterjuri, f’konformità mar-regoli ġenerali rilevanti, mill-utenti potenzjali kollha, kemm jekk huma assoċjati mal-assoċjazzjoni tal-protezzjoni tal-inbid Asti kif ukoll jekk le.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7(5) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku (“Rekwiżiti oħra applikabbli”).

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Asti

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

6.

Inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Asti / Asti Spumante u t-tipi speċifiċi għas-subreġjun Asti / Asti Spumante Santa Vittoria d’Alba u Asti / Asti Spumante Strevi

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Ragħwa: fina, dejjiema

 

Kulur: minn isfar lewn it-tiben għal dehbi ċar

 

Riħa: karatteristika, delikata

 

Togħma: karatteristika, ibbilanċjata, minn pas dosé għal ħelwa

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %, inkluż qawwa alkoħolika reali ta’ mill-inqas 6,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

6,00

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Asti / Asti Spumante Metodo Classico (metodu tradizzjonali) u t-tipi speċifiċi tas-subreġjun Asti / Asti Spumante Metodo Classico Santa Vittoria d’Alba u Asti / Asti Spumante Metodo Classico Strevi

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Ragħwa: fina, dejjiema

 

Kulur: minn isfar lewn it-tiben għal dehbi ċar ħafna

 

Riħa: karatteristika, qawwija, delikata

 

Togħma: karatteristika, ibbilanċjata, minn pas dosé għal ħelwa

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %, inkluż qawwa alkoħolika proprja ta’ mill-inqas 6,00 %

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

6,0

Aċidità totali minima

6,00 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Moscato d’Asti Vendemmia Tardiva (ħsad tardiv)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: isfar lewn id-deheb

Riħa: ta’ frott, intensa ħafna, karatteristika tal-għeneb imqadded, b’noti mħawra

Togħma: ħelwa, armonjuża, bellusija, b’noti tal-varjetà Moscato, li tfakkrek fix-xehda

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 14,00 %, inkluż qawwa alkoħolika proprja ta’ mill-inqas 11,00 %

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.   Moscato d’Asti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja

Riħa: aroma tfuħ karatteristika ta’ Moscato

Togħma: ħelwa, aromatika, karatteristika, tista’ tkun ftit spumanti

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %, inkluża qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ bejn 4,50 % u 6,50 %

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Moscato d’Asti Santa Vittoria d’Alba

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: isfar lewn it-tiben bi sfumaturi dehbiena

Riħa: eleganti, fina, friska u persistenti, anke bi ħjiel ta’ fjuri

Togħma: friska, armonjuża, ħelwa, karatteristika aromatika ta’ muskatell, kultant vivaċi

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %, inkluża qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ bejn 4,50 % u 6,50 %

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

6.   Moscato d’Asti Canelli

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Riħa: ta’ misk, distinta u bi fwieħa ta’ Moscato

Kulur: minn intensitajiet li jvarjaw ta’ isfar lewn it-tiben għal isfar lewn id-deheb

Togħma: ħelwa, aromatika, distintiva, b’aroma tal-għeneb Moscato, kultant vivaċi

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %, inkluża qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ bejn 4,5 % u 6,50 %

Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

7.   Moscato d’Asti Strevi

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: isfar lewn it-tiben b’intensità li tvarja għal lewn id-deheb

Riħa: distinta u bi fwieħa ta’ Moscato

Togħma: ħelwa, aromatika, distintiva, b’aroma tal-għeneb Moscato, kultant vivaċi

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %, inkluża qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ bejn 4,5 % u 6,50 %

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15 g/l

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

8.   Moscato d’Asti Santa Vittoria d’Alba Vendemmia Tardiva

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: isfar jgħajjat lewn id-deheb

Riħa: komposta, ta’ frott, intensa ħafna, karatteristika tal-għeneb imqadded, b’noti mħawra

Togħma: ħelwa, armonjuża, bellusija bi ħjiel ta’ għeneb Moscato, li tfakkar fl-għasel tax-xehda

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %, inkluż qawwa alkoħolika proprja ta’ mill-inqas 12,00 %

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Asti / Asti Spumante u Moscato d’Asti

10 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.

Asti / Asti Spumante Metodo Classico

10 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

3.

Moscato d’Asti Vendemmia Tardiva (ħsad tardiv)

6 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

4.

Moscato d’Asti Canelli u Moscato d’Asti Strevi

9 500 kilogramma għeneb għal kull ettaru

5.

Moscato d’Asti Canelli ttikkettat bit-terminu Vigna segwit minn post jew isem il-vinja

8 500 kilogramma għeneb għal kull ettaru

6.

Moscato d’Asti Strevi u Moscato d’Asti Santa Vittoria d’Alba

9 500 kilogramma għeneb għal kull ettaru

7.

Moscato d’Asti Vendemmia Tardiva Santa Vittoria d’Alba

5 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

8.

Asti Spumante Santa Vittoria d’Alba, Asti Spumante Metodo Classico Santa Vittoria d’Alba, Asti Spumante Strevi u Asti Spumante Metodo Classico Strevi

9 500 kilogramma għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-inbejjed Asti DOCG jistgħu jsiru b’għeneb imkabbar fiż-żona demarkata kif ġej:

Fil-provinċja ta’ Alessandria, il-muniċipalitajiet li ġejjin fl-intier tagħhom:

Acqui Terme, Alice Bel Colle, Bistagno, Cassine, Grognardo, Ricaldone, Strevi, Terzo u Visone.

Fil-provinċja ta’ Asti, il-muniċipalitajiet li ġejjin fl-intier tagħhom: Bubbio, Calamandrana, Calosso, Canelli, Cassinasco, Castagnole Lanze, Castel Boglione, Castelletto Molina, Castelnuovo Belbo, Castel Rocchero, Cessole, Coazzolo, Costigliole d’Asti, Fontanile, Incisa Scapaccino, Loazzolo, Maranzana, Mombaruzzo, Monastero Bormida, Montabone, Nizza Monferrato, Quaranti, San Marzano Oliveto, Moasca, Sessame, Vesime, Rocchetta Palafea u San Giorgio Scarampi.

Fil-provinċja ta’ Cuneo, il-muniċipalitajiet ta’ Castiglione Tinella, Cossano Belbo, Mango, Neive, Neviglie, Rocchetta Belbo, Serralunga d’Alba, S. Stefano Belbo, S. Vittoria d’Alba, Treiso, Trezzo Tinella, Castino u Perletto fl-intier tagħhom u s-subdiviżjonijiet li ġejjin tal-muniċipalità ta’ Alba: Como u San Rocco Senodelvio.

Is-subreġjun ta’ Canelli huwa ffurmat mill-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Asti: Calamandrana, Calosso, Canelli, Cassinasco, Castagnole Lanze, Coazzolo, Costigliole d’Asti, San Marzano Oliveto u Moasca fl-intier tagħhom, flimkien mat-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Loazzolo u Bubbio li jinsabu fuq ix-xellug tax-xmara Bormida.

Il-Provinċja ta’ Cuneo: Castiglione Tinella, Cossano Belbo, Mango, Neive, Neviglie, Rocchetta Belbo, Serralunga d’Alba, S. Stefano Belbo, Treiso u Trezzo Tinella fl-intier tagħhom u s-subdiviżjonijiet li ġejjin tal-muniċipalità ta’ Alba: Como u San Rocco Senodelvio.

Is-subreġjun ta’ Santa Vittoria d’Alba jikkonsisti fil-muniċipalità ta’ Santa Vittoria d’Alba fil-provinċja ta’ Cuneo.

Is-subreġjun Strevi jikkonsisti fil-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Alessandria fl-intier tagħhom: Acqui Terme, Cassine, Ricaldone, Strevi, Terzo, Alice Bel Colle, Bistagno, Grognardo u Visone.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Moscato Bianco B. – Moscato reale

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

ASTI DOCG

ASTI DOCG

Asti u Moscato d’Asti huma nbejjed ta’ varjetà waħda magħmulin esklussivament mill-għeneb Moscato Bianco, li għandhom profil aromatiku distintiv u eċċellenti. Il-kwalitajiet distintivi li din il-varjetà tislef lid-diversi tipi ta’ nbejjed, inklużi l-verżjonijiet frizzanti u dawk li jinħasdu tard, huma marbuta mill-qrib mal-kultivazzjoni esperta tad-dwieli mill-kultivaturi u ma’ tekniki tal-produzzjoni tal-inbid li xi drabi jkunu innovattivi, inkluż l-iżvilupp f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin ta’ firxa ta’ nbejjed aktar xotti li huma bbażati fuq il-Moscato kemm f’forma frizzanti kif ukoll f’forma mingħajr gass.

L-adattabbiltà tal-vitikultura tal-art, bil-morfoloġija u l-kompożizzjoni kimika partikolari tagħha, u l-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona u l-ħiliet u t-tradizzjonijiet lokali tal-produzzjoni tal-inbid, għamluha possibbli, matul is-snin, li l-Moscato Bianco “jintgħażel” bħala l-aktar varjetà tad-dwieli adatta għall-ambjent.

Fis-seklu 18, serje ta’ artikli ppubblikati f’Lausanne dwar l-inbid u l-vinji madwar id-dinja jirreferu speċifikament għall-Moscato Bianco tal-Piemonte, bi klassifikazzjoni għolja, u fl-aħħar tas-seklu, is-Società di Agricoltura di Torino prestiġjuża ddikjarat il-Moscato bħala waħda mill-varjetajiet tal-għeneb tal-Piemonte bl-akbar probabbiltà li tipproduċi nbejjed apprezzati ħafna. Fis-seklu 19, il-Piemonte kien qed jiddistingwi ruħu b’mod ċar mir-reġjuni Taljani l-oħra għall-kultivazzjoni mifruxa tiegħu tal-Moscato Bianco. Fl-aħħar tas-seklu dsatax, bdew jiġu prodotti ammonti sinifikanti ta’ nbejjed frizzanti mill-għeneb Moscato, b’fermentazzjoni mill-ġdid tal-inbid ta’ bażi fil-flixkun. Sal-1895, il-metodu Charmat (li nħoloq fil-Piemonte) kien ġie rfinat u l-għeneb Moscato kien qed jintuża l-aktar biex jipproduċi nbid frizzanti. Diġà kien hemm domanda konsiderevoli, anke minn barra l-pajjiż, għall-inbid abjad frizzanti fragranti, magħruf fil-kummerċ bħala Moscato d’Asti jew Moscato di Canelli. Permezz tal-għażla tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti, il-Piemonte b’mod ċar iddistingwa ruħu mir-reġjuni l-oħrajn fejn il-Moscato kien preżenti wkoll (għalkemm b’mod ferm inqas). Barra mir-reġjun tal-Piemonte, il-biċċa l-kbira tal-inbejjed Moscato kienu kklassifikati bħala nbejjed lussużi “likuri”. L-għeneb Moscato kien jintuża biex isir l-inbid spumanti fil-Piemonte biss, fiż-żoni ta’ Asti, Alessandria u Cuneo. L-istess perjodu ra l-ewwel esperimenti bl-inbejjed xotti u frizzanti bbażati fuq il-Moscato (Asti Champagne fil-bidu tas-seklu għoxrin). Madankollu, dawn ma kellhomx wisq suċċess kummerċjali, minħabba li għarfien enoloġiku limitat kien ifisser li ma kienx possibbli li titnaqqas it-togħma morra ikkawżata mit-terpeni ta’ nbid Moscato meħud għal fermentazzjoni sħiħa. Iż-żieda taz-zokkor għall-fermentazzjoni mill-ġdid fil-flixkun, li naqqset it-togħma morra, ħolqot pressjoni żejda għall-fliexken użati dak iż-żmien. Il-produtturi tal-Asti DOCG komplew jaħdmu fuq l-iżvilupp ta’ verżjonijiet xotti tal-inbejjed varji tagħhom (kemm frizzanti kif ukoll mingħajr gass jew ftit frizzanti). Fis-snin tmenin, l-istituti tar-riċerka tal-Piemonte bdew jippubblikaw dokumenti dwar il-karatteristiċi kimiċi u aromatiċi tal-inbejjed xotti magħmulin mill-għeneb Moscato Bianco u dwar l-iżvilupp tal-komposti tat-terpina fl-għeneb Moscato sabiex tiġi ottimizzata t-teknoloġija tal-produzzjoni. Dawk is-snin raw l-iżvilupp tal-kunċett ta’ “enoloġija varjetali”, jiġifieri approċċ teknoloġiku dejjem aktar irfinat li jfittex li jtejjeb il-karatteristiċi tal-għeneb fil-kwalità finali tal-inbid. Fil-każ speċifiku tal-Moscato, l-iżviluppi tekniċi ppermettew li l-fermentazzjoni tiġi mtawwla, u b’hekk tnaqqsu n-noti morri li xekklu t-tentattivi tal-produtturi fil-bidu tas-seklu għoxrin. Dan il-progress fl-għarfien ingħadda lill-produtturi tal-inbid li, matul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, żviluppaw inbejjed ibbażati fuq il-Moscato b’inqas zokkor, kemm fil-forma frizzanti kif ukoll mingħajr gass.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Fid-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tal-inbejjed li jkollhom id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata u ggarantita Asti jew Asti Spumante, il-kontenut taz-zokkor ma għandux jintwera fuq l-istess linja bħall-isem; din l-informazzjoni trid tkun ukoll b’tipa differenti u l-ittri jridu jkunu iżgħar minn dawk użati għall-isem.

Deroga fuq il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga fuq il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Minbarra fiż-żona tat-tkabbir tal-għeneb, l-operazzjonijiet tal-vinifikazzjoni involuti fil-produzzjoni tal-inbejjed Asti DOCG (inkluż it-tnixxif tal-għeneb għall-kategorija Vendemmia Tardiva u l-proċess tal-vinifikazzjoni frizzanti) jistgħu jsiru wkoll f’kull post fil-provinċji ta’ Alessandria, Asti u Cuneo u fi Pressione, subdiviżjoni tal-muniċipalità ta’ Chieri (Turin) li tmiss maż-żona tat-tkabbir tal-għeneb.

Imballaġġ fiż-żona demarkata

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed Asti DOCG jridu jiġu bbottiljati fiż-żona tat-tkabbir tal-għeneb. Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33, l-ibbottiljar irid isir fiż-żona ġeografika demarkata speċifikata hawn fuq sabiex jiġu ssalvagwardjati l-kwalità u r-reputazzjoni, tiġi ggarantita l-oriġini u tiġi żgurata l-effettività tal-kontrolli.

Marka kollettiva

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-inbejjed tad-DOP huma mmarkati b’marka kollettiva tad-daqs u l-kulur deskritti fl-Anness A xieraq tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din il-marka għandha tidher fil-kamp previst mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. L-utenti kollha tad-denominazzjoni, fl-istadju tad-denominazzjoni u tal-preżentazzjoni tal-inbejjed, huma intitolati wkoll li jużaw din il-marka, li titqassam esklużivament mill-organizzazzjoni ta’ protezzjoni rilevanti taħt l-istess kundizzjonijiet ekonomiċi u ta’ użu riżervati għall-membri tagħha.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/17758


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


5.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/19


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 183/10)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

BOLGHERI

PDO-IT-A1348-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 8.2.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Bolgheri Bianco - Indikazzjoni tal-varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid

DESKRIZZJONI

Taħlita ta’ varjetà għat-tip Bolgheri Bianco [abjad]:

 

Vermentino: 0-70 %;

 

Sauvignon: 0-40 %;

 

Trebbiano Toscano: 0-40 %.

Varjetajiet oħra tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid abjad adattati għall-kultivazzjoni fir-Reġjun tat-Toskana jistgħu jintużaw ukoll fid-dwieli, jew waħedhom jew flimkien, sa massimu ta’ 30 %.

Din ġiet emendata kif ġej:

Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Bolgheri Bianco hija riservata għall-inbid miksub minn għeneb li joriġina minn vinji fejn, f’kull azjenda, jitkabbru l-varjetajiet li ġejjin:

 

Vermentino: 0-100 %;

 

Sauvignon: 0-100 %;

 

Viognier: 0-100 %.

Varjetajiet oħra tad-dwieli li minnhom jinkiseb inbid abjad adattati għall-kultivazzjoni fir-Reġjun tat-Toskana jistgħu jintużaw ukoll fid-dwieli, jew waħedhom jew flimkien, sa massimu ta’ 40 %.

RAĠUNIJIET:

It-taħlita tal-varjetajiet ġiet aġġornata biex tirrifletti s-sitwazzjoni attwali u reali u biex tippermetti l-iżvilupp ta’ tip bħall-Bolgheri Bianco.

Speċifikament, il-varjetà Trebbiano ilha snin ma titħawwel f’Bolgheri, filwaqt li s-Sauvignon Blanc u l-Viognier saru ż-żewġ varjetajiet tal-għeneb prinċipali li minnhom jinkiseb inbid abjad wara l-Vermentino. Għalhekk, wara li saru provi li pproduċew riżultati ta’ kwalità eċċellenti, iż-żewġ varjetajiet ta’ għeneb Sauvignon Blanc u Viognier ġew miżjuda mat-taħlita ta’ varjetajiet tad-dwieli għat-tip “Bianco”.

TAQSIMA TAD-DOKUMENT UNIKU U SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT AFFETTWAT MILL-EMENDA:

DOKUMENT UNIKU: Taqsima 7 - Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed.

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT: Artikolu 2 - Taħlita ta’ varjetajiet - Punt 1.

2.   Varjetajiet tad-dwieli addizzjonali

DESKRIZZJONI:

Il-paragrafu li ġej u l-lista korrispondenti ta’ varjetajiet tad-dwieli addizzjonali li jistgħu jintużaw biex jiġu prodotti nbejjed bid-DOP Bolgheri tħassru.

“L-Anness 1 jelenka l-varjetajiet addizzjonali li jistgħu jintużaw biex jiġu prodotti l-inbejjed imsemmija hawn fuq, kif imdaħħla fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet tad-dwieli għall-għeneb tal-inbid approvat permezz tad-Digriet Ministerjali tas-7 ta’ Mejju 2004 (ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Taljana Nru 242 tal-14 ta’ Ottubru 2004), kif emendat.”

RAĠUNIJIET:

Peress li l-varjetajiet tad-dwieli addizzjonali li jistgħu jintużaw biex jiġu prodotti nbejjed bid-DOP Bolgheri huma dawk elenkati bħala adattati għall-kultivazzjoni fir-Reġjun tat-Toskana, il-lista ta’ dawn il-varjetajiet sekondarji tħassret mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

TAQSIMA TAD-DOKUMENT UNIKU U SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT AFFETTWAT MILL-EMENDA:

DOKUMENT UNIKU: Ma hija affettwata l-ebda taqsima mill-emenda.

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT: Artikolu 2 - Taħlita ta’ varjetajiet - Punt 5.

3.   Rendiment massimu tal-inbid mill-għeneb ipproċessat

DESKRIZZJONI:

Il-paragrafu li ġej huwa dwar il-perċentwal ta’ għeneb ipproċessat fi nbid:

“Ir-rendiment massimu tal-inbid lest mill-għeneb ma għandux jaqbeż il-65 % għall-Bolgheri Bianco, il-Vermentino u s-Sauvignon. Jekk jaqbeż dan il-limitu, iżda ma jaqbiżx is-70 %, l-ammont żejjed ma jkunx intitolat għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata. ’Il fuq minn 70 %, id-dritt għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jintilef għall-ħsad kollu.”

Din ġiet emendata kif ġej:

“Ir-rendiment massimu tal-inbid lest mill-għeneb ma għandux jaqbeż il-70 % għall-Bolgheri Bianco, il-Vermentino u s-Sauvignon. Jekk jaqbeż dan il-limitu, iżda ma jaqbiżx il-75 %, l-ammont żejjed ma jkunx intitolat għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata. ’Il fuq minn 75 %, id-dritt għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jintilef għal-lott kollu.”

RAĠUNIJIET:

Iż-żieda tar-rendiment minn 65 % għal 70 % għat-tipi bojod tirrikonoxxi r-realtà li l-għeneb huwa produttiv ħafna, b’mod partikolari l-Vermentino, kif attestat minn bosta studji u riċerka, li wrew ukoll li l-kwalità tal-prodott ma hijiex affettwata mir-rendiment ogħla. Ir-rendiment tal-ipproċessar ta’ 70 % huwa l-istess bħar-rendiment stabbilit għal denominazzjonijiet ewlenin oħra li jużaw l-istess varjetajiet tad-dwieli bħal dawk użati għall-produzzjoni tal-inbejjed bid-DOP Bolgheri.

TAQSIMA TAD-DOKUMENT UNIKU U SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT AFFETTWAT MILL-EMENDA:

DOKUMENT UNIKU: Taqsima 5 - Subtaqsima 5.2. - Rendimenti massimi.

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT: Artikolu 5 - Standards tal-enoloġija - Punt 5 (l-aħħar paragrafu).

4.   Karatteristiċi organolettiċi

DESKRIZZJONI:

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi, b’mod speċifiku l-kulur, tat-tipi li ġejjin meta jiġu rilaxxati għall-konsum:

“Bolgheri Bianco [abjad]:

 

Kulur: isfar lewn it-tiben;

Bolgheri Vermentino:

 

Kulur: isfar lewn it-tiben;

Bolgheri Sauvignon:

 

Kulur: isfar lewn it-tiben.”

Dawn jiġu emendati kif ġej:

“Bolgheri Bianco [abjad]:

 

Kulur: minn isfar lewn it-tiben għal isfar lewn id-deheb ta’ intensità li tvarja;

Bolgheri Vermentino:

 

Kulur: minn isfar lewn it-tiben għal isfar lewn id-deheb ta’ intensità li tvarja;

Bolgheri Sauvignon:

 

Kulur: minn isfar lewn it-tiben għal isfar lewn id-deheb ta’ intensità li tvarja.”

RAĠUNIJIET:

Matul is-snin, il-prattika tas-soltu għall-ipproċessar tal-inbejjed kienet li jiġu ffavoriti perjodi qosra ħafna f’kontenituri tal-azzar, sabiex l-inbejjed ikunu lesti fis-sena ta’ wara l-ħsad. Reċentement, b’mod partikolari għal Bolgheri Bianco u tipi oħra b’indikazzjoni ta’ varjetà tad-dwieli li minnha jinkiseb l-inbid abjad, prattiki bħall-maċerazzjoni bil-qxur u t-tqaddim fl-injam, inkluż għal perjodi itwal ta’ żmien, saru dejjem aktar mifruxa. Dan wassal mhux biss għal konċentrazzjoni ogħla ta’ kulur, iżda wkoll għal sfumaturi aktar skuri ta’ isfar. Fid-dawl ta’ dan kif ukoll tal-użu akbar ta’ varjetajiet oħra fit-taħlita, prinċipalment Viognier, ma deherx xieraq li l-ispettru tal-kulur jiġi limitat għal isfar lewn it-tiben biss; dan ikun restrittiv ħafna fiċ-ċirkostanzi attwali.

TAQSIMA TAD-DOKUMENT UNIKU U SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT AFFETTWAT MILL-EMENDA:

DOKUMENT UNIKU: Taqsima 4 - Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed.

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT: Artikolu 6 - Karatteristiċi tal-inbejjed għall-konsum

5.   Unità ġeografika akbar li fiha tinsab iż-żona tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta - Tikkettar

DESKRIZZJONI:

L-obbligu li l-isem tal-unità ġeografika akbar “Toscana” [it-Toskana] jitqiegħed fuq it-tikketta flimkien mad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Bolgheri ġie miżjud bil-formulazzjoni li ġejja:

“It-tikketti fuq il-fliexken jew kontenituri oħra li fihom jiġu ppakkjati l-inbejjed Bolgheri għandu jkollhom it-terminu ġeografiku ‘Toscana’ [Toskana] kif ġej:

a)

Il-kelma ‘Toscana’ trid tidher b’ittri mhux akbar minn nofs dawk użati għad-denominazzjoni Bolgheri;

b)

Il-kelma ‘Toscana’:

trid tidher fl-istess kamp viżiv bħall-informazzjoni obbligatorja, immedjatament taħt id-denominazzjoni Bolgheri, it-terminu tradizzjonali speċifiku ‘denominazione di origine controllata’ [denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata] u t-terminu rilevanti li jindika t-tip (Superiore/Rosso/ Vermentino/Bianco/Sauvignon);

fejn barra minn hekk tidher – b’għażla – barra mill-kamp viżiv imsemmi hawn fuq, trid madankollu tkun assoċjata mad-denominazzjoni Bolgheri u tintwera taħt l-isem Bolgheri u kwalunkwe terminu ieħor (it-terminu tradizzjonali speċifiku ‘denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata’ u termini li jindikaw it-tip).

Madankollu, ditti li, fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni nazzjonali ta’ emenda, ikun għad għandhom stokk ta’ tikketti li ma jkollhomx it-terminu ‘Toscana’ jistgħu jużaw dawn it-tikketti għall-ippakkjar ta’ lottijiet ta’ nbid miksuba mill-ħsad tal-2021 u qabel.”

RAĠUNIJIET:

Ġiet applikata l-possibbiltà offruta mill-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2019/33. Iż-żieda tagħmilha possibbli li l-konsumatur finali jiġi pprovdut b’informazzjoni preċiża dwar l-oriġini ġeografika tal-inbejjed. Ġie deċiż li l-użu tat-terminu ġeografiku “Toscana” isir obbligatorju sabiex jiġi ggarantit li l-prodotti jkunu ttikkettati b’mod konsistenti.

TAQSIMA TAD-DOKUMENT UNIKU U SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT AFFETTWAT MILL-EMENDA:

DOKUMENT UNIKU: Taqsima 9 - Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali).

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT: Artikolu 7 - Tikkettar, isem u preżentazzjoni - Punt 5.

6.   Korp ta’ kontroll

DESKRIZZJONI:

Il-korp ta’ kontroll inbidel u issa huwa dan li ġej:

Isem u indirizz:

VALORITALIA s.r.l

Via Venti Settembre 98/G

00185 Ruma (RM)

ITALY

Uffiċċju tal-operazzjonijiet għall-attivitajiet tal-kontroll inkwistjoni:

Via Salita del Presidio 2

58054 Scansano (GR)

ITALY

RAĠUNIJIET:

Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-assoċjazzjoni tal-produtturi tad-DOP Bolgheri u ġiet adottata skont id-dritt tal-UE u dak nazzjonali.

TAQSIMA TAD-DOKUMENT UNIKU U SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT AFFETTWAT MILL-EMENDA:

DOKUMENT UNIKU: Ma hija affettwata l-ebda taqsima mill-emenda.

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT: Artikolu 10 - Referenzi għall-korp ta’ kontroll.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Bolgheri

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Bolgheri Bianco [abjad]

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: minn isfar lewn it-tiben għal isfar lewn id-deheb ta’ intensità li tvarja;

Aroma: fina, delikata;

Togħma: xotta, armonjuża, tajba;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Bolgheri Vermentino

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

 

Kulur: minn isfar lewn it-tiben għal isfar lewn id-deheb ta’ intensità li tvarja;

 

Aroma: delikata, distintiva;

 

Togħma: xotta, armonjuża, ratba;

 

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %;

 

Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

 

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Bolgheri Sauvignon

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: minn isfar lewn it-tiben għal isfar lewn id-deheb ta’ intensità li tvarja;

Aroma: delikata, distintiva, kemxejn aromatika;

Togħma: xotta, armonjuża;

Qawwa alkoħolika totali massima: 10,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.   Bolgheri Rosato [rożè]

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: roża;

Aroma: vinuża, bi fwieħa delikata;

Togħma: xotta, armonjuża;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Bolgheri Rosso [aħmar]

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

 

Kulur: aħmar lewn ir-rubin li jxaqleb lejn il-granata;

 

Aroma: vinuża ħafna;

 

Togħma: xotta, armonjuża;

 

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %;

 

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

6.   Bolgheri Rosso Superiore u Bolgheri bl-indikazzjoni “vigna”

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

 

Kulur: aħmar lewn ir-rubin skur jew lewn il-granata;

 

Aroma: vinuża, rikka u eleganti;

 

Togħma: xotta, mimlija, robusta u armonjuża, bi struttura eleganti tajba;

 

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 %;

 

Estratt minimu mingħajr zokkor: 24,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru:

1.

Bolgheri Bianco, Bolgheri Vermentino u Bolgheri Sauvignon

12 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.

Bolgheri Bianco, Bolgheri Vermentino u Bolgheri Sauvignon

84 ettolitru għal kull ettaru

3.

Bolgheri Rosso, Bolgheri Rosato

9 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

4.

Bolgheri Rosso, Bolgheri Rosato

63 ettolitru għal kull ettaru

5.

Bolgheri Rosso Superiore u Bolgheri bl-indikazzjoni “vigna”

8 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

6.

Bolgheri Rosso Superiore u Bolgheri bl-indikazzjoni “vigna”

56 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-għeneb użat għall-produzzjoni ta’ nbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Bolgheri jrid jitkabbar fil-fruntieri amministrattivi tal-muniċipalità ta’ Castagneto Carducci, b’mod aktar speċifiku fiż-żona ta’ Bolgheri, fil-Provinċja ta’ Livorno, ir-Reġjun tat-Toskana, bl-eċċezzjoni taż-żona fil-Punent tal-awtostrada nazzjonali Aurelia (ir-rotta l-qadima).

7.   Varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid

Cabernet Franc N. - Cabernet

Cabernet Sauvignon N. - Cabernet

Merlot N.

Sangiovese N.

Sangiovese N. - Sangioveto

Sauvignon B.

Syrah N. - Shiraz

Vermentino B.

Viogner B.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

BOLGHERI

Analiżi tal-ħamrija u l-indiċijiet bijoklimatiċi turi li Bolgheri tinsab fuq l-istess livell mal-aqwa terroirs fid-dinja. Iż-żona hija mifruxa tul il-Kosta tat-Tirrenu u hija mdawra b’serbut għoljiet f’forma ta’ anfiteatru li joffri protezzjoni mill-kesħa fix-xitwa u jtejjeb l-effett mitiganti tal-baħar fis-sajf. Il-ħamrija hija kkaratterizzata minn varjabbiltà għolja, b’27 tip ta’ ħamrija differenti, li tagħti lill-inbejjed kumplessità distinta.

Għalkemm id-dwieli ilhom jitkabbru f’din iż-żona għal millenji sħaħ, il-prattiki enoloġiċi tal-lum bdew jikkonsolidaw ruħhom fis-snin tmenin, prinċipalment ibbażati fuq il-kultivazzjoni tad-dwieli Franċiżi miġjuba fir-reġjun fl-1944 mill-Markiż Mario Incisa della Rocchetta.

L-attivitajiet tal-bniedem fiż-żona ta’ Bolgheri ppermettew li tiġi ottimizzata l-għażla tal-“varjetà ta’ dwieli għal kull unità bażika tat-terroir għal kull tip ta’ ħamrija”. F’dan ir-rigward, il-varjetajiet inklużi fit-taħlita ta’ varjetajiet ta’ dwieli fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li minnhom jinkiseb inbid kemm abjad kif ukoll aħmar, urew li huma l-aħjar għażla għaż-żona f’termini tal-kwalità. Barra minn hekk, il-fattur uman influwenza l-għażliet kollha tal-kultivazzjoni, jiġifieri: is-sistema ta’ tħarriġ ma għandhiex tkun estensiva, iżda pjuttost għandha tinvolvi tħarriġ fuq il-kannizzati b’żabra spurred cordon jew guyot; id-distanzi bejn it-tħawwil iridu jiżguraw densità li hija għolja biżżejjed biex trażżan il-produzzjoni żejda, u l-istess il-metodu taż-żbir; il-materjal ġenetiku jintgħażel b’kont meħud tal-karatteristiċi tal-ħamrija u l-mikroklima; jintużaw prattiki ta’ kultivazzjoni awtentiċi u li ma jvarjawx ta’ vitikultura ta’ kwalità; u, abbażi tal-esperjenza, tista’ ssir biss irrigazzjoni ta’ emerġenza. L-inbid isir permezz tal-prattiki tradizzjonali li stabbilew ruħhom sew tul iż-żmien fiż-żona lokali għall-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor, b’distinzjoni xierqa bejn il-Bolgheri bażiku u l-inbejjed aktar strutturati tat-tip Superiore, li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi perjodi speċifiċi ta’ tqaddim u raffinar fi btieti u fliexken. L-inbejjed bojod u rożè jsiru bl-użu ta’ prattiki xierqa biex jinkisbu nbejjed friski, mimlija togħma u armonjużi.

It-topografija speċifika taż-żona ta’ Bolgheri u l-karatteristiċi agroklimatiċi li jirriżultaw jippermettu li l-għeneb isir kompletament u b’rata regolari. Il-varjabbiltà tal-ħamrija hija l-fattur ewlieni biex jiġi żgurat li l-inbejjed prodotti jkollhom il-kumplessità u l-persistenza li jindikaw inbejjed ta’ kwalità għolja.

Il-kwalità tal-inbejjed miż-żona ta’ Bolgheri hija dejjem ir-riżultat tal-azzjoni mħallta ta’ diversi fatturi ta’ produzzjoni li joperaw f’livelli differenti. Meta jintgħażlu ż-żoni tal-produzzjoni, issir distinzjoni bejn l-art l-aktar adattata għall-produzzjoni tal-inbejjed ħomor u dik l-aktar adattata għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod. Il-fatturi konnessi mal-latitudni u l-effetti tagħha fuq iċ-ċikliċità ta’ kuljum u r-radjazzjoni solari jingħaqdu ma’ fatturi orografiċi (l-inklinazzjoni, l-esponiment l-aspett) biex joħolqu t-topoklima.

L-interazzjoni bejn il-fattur uman u l-ambjent għalhekk hija kkonfermata, peress li l-inbejjed prodotti huma r-riżultat ta’ dak li jinkiseb fil-vinji u ma humiex affettwati minn ipproċessar sussegwenti li għandu tendenza li jistandardizza l-prodotti irrispettivament mill-ambjent.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-operazzjonijiet tal-ibbottiljar iridu jitwettqu fit-territorju amministrattiv tal-muniċipalità ta’ Castagneto Carducci. L-ibbottiljar għandu jsir fiż-żona ġeografika msemmija hawn fuq sabiex jiġu ssalvagwardjati l-kwalità u r-reputazzjoni, tiġi ggarantita l-oriġini tal-prodott u tiġi żgurata l-effettività tal-kontrolli.

Sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet stabbiliti minn qabel tal-operaturi li tradizzjonalment wettqu l-ibbottiljar barra mill-muniċipalità ta’ Castagneto Carducci, jistgħu jingħataw permessi individwali taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Isem tal-unità ġeografika akbar li fiha tinsab iż-żona tad-denominazzjoni tal-oriġini

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

“It-tikketti fuq il-fliexken jew kontenituri oħra li fihom jiġu ppakkjati l-inbejjed tal-DOP Bolgheri għandu jkollhom it-terminu ġeografiku “Toscana” [Toskana] kif ġej:

a)

Il-kelma “Toscana” trid tidher b’ittri mhux akbar minn nofs dawk użati għad-denominazzjoni Bolgheri;

b)

Il-kelma “Toscana”:

trid tidher fl-istess kamp viżiv bħall-informazzjoni obbligatorja, immedjatament taħt id-denominazzjoni Bolgheri, it-terminu tradizzjonali speċifiku “denominazione di origine controllata” [denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata] u t-terminu rilevanti li jindika t-tip (Superiore/Rosso/ Vermentino/Bianco/Sauvignon);

fejn barra minn hekk tidher – b’għażla – barra mill-kamp viżiv imsemmi hawn fuq, trid madankollu tkun assoċjata mad-denominazzjoni Bolgheri u tintwera taħt l-isem Bolgheri u kwalunkwe terminu ieħor (it-terminu tradizzjonali speċifiku “denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata” u termini li jindikaw it-tip).

Is-sena li fiha ġie prodott l-għeneb

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Is-sena tal-produzzjoni tal-għeneb trid tiġi stampata fuq it-tikketta tal-fliexken jew kontenituri oħra li jkun fihom inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Bolgheri.

Kontenituri u għeluq

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

1 -   KONTENITURI:

L-inbid Bolgheri jista’ jinbiegħ biss lill-konsumatur f’kontenituri bil-kapaċitajiet li ġejjin (f’litri): 0,375, 0,750, 1,500, 3,000, 6,000, 9,000 u 12,000.

Iridu jintużaw fliexken tal-ħġieġ tat-tip Bordeaux ta’ kulur skur għall-inbejjed Rosso u Rosso Superiore Bolgheri.

Fliexken jew kontenituri oħra b’kapaċità ta’ inqas minn 5 litri li jintużaw għall-ippakkjar meta l-inbejjed Bolgheri jinbiegħu lill-konsumatur iridu jkunu denji għall-inbid fin, inkluż f’termini tal-preżentazzjoni.

GĦELUQ:

Il-kontenituri li jintużaw għall-bejgħ tal-inbejjed Rosso Superiore Bolgheri lill-konsumatur iridu jingħalqu b’tappijiet tas-sufra standard.

Għat-tipi l-oħra kollha, huma permessi s-sistemi ta’ għeluq previsti fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/17797


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


5.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/29


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 183/11)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

Neszmély / Neszmélyi

PDO-HU-A1335-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 9.2.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

Espansjoni taż-żona demarkata – l-inklużjoni tal-muniċipalitajiet ta’ Bana u Bokod fir-reġjun tal-inbid

a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

IV. Żona demarkata

VIII. Rekwiżiti oħra, 4. Unitajiet ġeografiċi iżgħar li jistgħu jiġu indikati fuq it-tikketta

b)

L-intestaturi tad-Dokument Uniku affettwati:

Kapitolu 6: Definizzjoni taż-żona demarkata

Kapitolu 9: Rekwiżiti oħra applikabbli, regoli dwar l-indikazzjonijiet, muniċipalitajiet li jistgħu jiġu indikati

c)

Ġustifikazzjoni:

Iż-żewġ muniċipalitajiet kienu jagħmlu parti mir-reġjun storiku tal-vitikultura, fejn għadhom jeżistu tradizzjonijiet tal-vitikultura. Il-vitikulturi fil-muniċipalitajiet jixtiequ jerġgħu jingħaqdu maż-żona tal-produzzjoni. L-eżaminazzjonijiet stabbilew li l-ħamrija, il-kundizzjonijiet klimatiċi, il-karatteristiċi vitikulturali u tal-produzzjoni tal-inbid taż-żoni ta’ produzzjoni ta’ dawn il-muniċipalitajiet ma jvarjawx minn dawk taż-żona tal-produzzjoni tad-DOP Neszmély. Il-karatteristiċi tal-prodotti tal-inbid magħmulin minn għeneb minn din iż-żona jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Neszmély

Neszmélyi

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid spumanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

1.   Inbid – Abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed ivarjaw fil-kulur minn aħdar ċar għal isfar lewn it-tiben. Inbejjed bojod xotti, ħelwin mezzani jew ħelwin, b’aċidità vivaċi, aroma sekondarja bi ftit jew ebda traċċa ta’ tqaddim fil-btieti. Il-karatteristika li tiddefinixxihom hija aroma pikkanti, ta’ fjuri jew ta’ frott. Minbarra l-inbejjed imħalltin, l-inbejjed dejjem jirriflettu b’mod ċar il-karatteristiċi distinti ta’ kull varjetà. Il-kontenut massimu ta’ zokkor totali tal-inbejjed huwa ta’ 263 g/litru. Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,5  g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Inbejjed – Rożè

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Inbejjed ta’ kulur roża ċar, roża, vjola jew salamun (lewn il-ġilda tal-basla), b’aċidità qawwija, aroma u togħma ta’ frott, u l-ebda traċċa ta’ tqaddim fil-btieti. Il-kontenut massimu ta’ zokkor totali tal-inbejjed huwa ta’ 263 g/litru. Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,5  g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Inbid – Aħmar

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed ħomor huma ta’ kulur vjola skur għal lewn ir-rubin għal lewn ir-rubin aktar qawwi u għandhom karattru sempliċi ta’ frott artab aħmar u aċidità vivaċi. Huma nbejjed mhux imqaddma, b’aromi minimi ta’ ballut u tannini. Tipikament jiġu prodotti biex jiġu kkunsmati mill-ewwel. Il-kontenut massimu ta’ zokkor totali tal-inbejjed huwa ta’ 263 g/litru. Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,5  g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.   Inbid spumanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Ta’ kulur isfar lewn it-tiben, b’aċidità qawwija u mmarkata u riħa varjata, iżda prinċipalment karattru ta’ frott b’polpa bajda. Intensità medja, idum ifexfex. Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

5  g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattiki enoloġiċi mhux permessi

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

It-taħlil jista’ jsir, minbarra għall-inbid spumanti, bil-most ikkonċentrat jew bil-most ikkonċentrat rettifikat prodott fir-reġjun tal-inbid Neszmély.

Huwa pprojbit li jsir l-arrikkiment jew it-taħlil tal-inbejjed bl-indikazzjoni tal-espressjoni “töppedt szőlőből készült bor” [inbid magħmul minn għeneb imqadded] jew “késői szüretelésű bor” [inbid bi ħsad tardiv].

L-inbid spumanti jista’ jiġi prodott biss f’konformità mal-metodi ġenerali tat-tqaddim tradizzjonali fil-fliexken.

Il-kontenut taz-zokkor tal-inbid spumanti jista’ jkun brut, xott, nofsu misjur jew ħelu mezzan.

2.   Regoli dwar il-vitikultura (1)

Prattika ta’ kultivazzjoni

1.

Regoli dwar l-għoti tal-forma lid-dwieli:

a.

Fil-każ tal-vinji mħawla qabel l-1 ta’ Awwissu 2010, il-prodotti tal-fabbrika tal-inbid bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Neszmély jistgħu jiġu prodotti minn għeneb maqtugħ minn vinji bi kwalunkwe densità ta’ tħawwil jew metodu ta’ kultivazzjoni awtorizzat qabel, sakemm il-produzzjoni tibqa’ għaddejja fil-vinja.

b.

Għall-vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2010:

i.

Umbrella

ii.

Moser

iii.

Sylvoz

iv.

Bil-kurdun fil-baxx, f’għoli medju u fl-għoli

v.

Guyot

vi.

tħarriġ forma ta’ sġajriet baxxi

vii.

Tħarriġ gobelet

2.

Regoli dwar id-densità tad-dwieli fil-vinja:

a.

Għall-vinji mħawla qabel l-1 ta’ Awwissu 2010, il-prodotti tal-fabbrika tal-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Neszmély jistgħu jiġu prodotti minn għeneb maqtugħ minn vinji bi kwalunkwe densità ta’ pjantaġġun awtorizzata qabel, sakemm il-produzzjoni tibqa’ għaddejja fil-vinja.

b.

Għall-vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2010: minimu ta’ 3 333 dielja għal kull ettaru

3.   Regoli dwar il-vitikultura (2)

Prattika ta’ kultivazzjoni

3.

Limiti tar-rendiment

a.

Għall-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOP Neszmélyi II/1 u l-inbejjed spumanti Neszmélyi II/2, jista’ jintuża għeneb mill-vinji b’rendiment massimu ta’ 100 hl/ha ta’ nbid ġdid fuq il-karfa. Għall-għeneb maħsub għall-bejgħ, ir-rendiment massimu huwa ta’ 14-il t/ha.

b.

L-inbejjed tad-DOP Neszmély II/1 li huma distinti b’indikazzjoni tal-muniċipalità jistgħu jiġu prodotti minn inbid ġdid fuq il-karfa b’rendiment massimu ta’ 100 hl/ha miksub minn għeneb b’rendiment massimu ta’ 14-il t/ha.

c.

It-tipi kollha ta’ nbid Neszmély taħt il-punt II/1 jistgħu jiġu prodotti b’indikazzjoni tal-ismijiet tal-inklinazzjonijiet elenkati taħt il-punt 4.2, sakemm ir-rendiment ma jaqbiżx it-80 hl/ha ta’ nbid ġdid fuq il-karfa, jew 11,5 t/ha fil-każ tal-għeneb għall-bejgħ.

d.

Meta tintuża l-espressjoni “töppedt szőlőből készült bor” [inbid magħmul minn għeneb imqadded] jew “késői szüretelésű bor” [inbid bi ħsad tardiv], jista’ jintuża nbid ġdid fuq il-karfa b’rendiment massimu ta’ 50 hl/ha miksub minn għeneb b’rendiment massimu ta’ 7 t/ha.

4.

Il-kwalità tal-għeneb (kontenut ta’ zokkor naturali (g/l) u qawwa alkoħolika potenzjali tal-għeneb (tf%)):

Għall-inbejjed, minimu ta’ 153 g/l – 9 vol%, massimu ta’ 263 g/l – 15,5 vol%

Għall-inbejjed spumanti, minimu ta’ 153 g/l – 9 vol%, massimu ta’ 190 g/l – 11 vol%

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Inbid

100 ettolitru għal kull ettaru

2.

Inbejjed li jindikaw l-isem tal-inklinazzjoni

80 ettolitru għal kull ettaru

3.

Inbid

14 000 kg għeneb għal kull ettaru

4.

Inbejjed li jindikaw l-isem tal-inklinazzjoni

11 500 kg għeneb għal kull ettaru

5.

Inbid spumanti

100 ettolitru għal kull ettaru

6.

Inbid spumanti

14 000 kg għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Deskrizzjoni taż-żona demarkata:

Iż-żoni fil-muniċipalitajiet li ġejjin ikklassifikati bħala Klassi I u Klassi II skont il-katast tal-vinji: Ászár, Baj, Bajót, Bana, Bársonyos, Bokod, Császár, Csép, Dunaalmás, Dunaszentmiklós, Esztergom, Ete, Kerékteleki, Kesztölc, Kisbér, Kocs, Lábatlan, Mocsa, Mogyorósbánya, Nagyigmánd, Neszmély, Nyergesújfalu, Süttő, Szomód, Tata, Tát, Tokod, Vérteskethely u Vértesszőlős.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

cabernet franc – cabernet

cabernet franc – carbonet

cabernet franc – carmenet

cabernet franc – gros cabernet

cabernet franc – gros vidur

cabernet franc – kaberne fran

cabernet sauvignon

chardonnay – chardonnay blanc

chardonnay – kereklevelű

chardonnay – morillon blanc

chardonnay – ronci bilé

cserszegi fűszeres

ezerjó – kolmreifler

ezerjó – korponai

ezerjó – szadocsina

ezerjó – tausendachtgute

ezerjó – tausendgute

ezerjó – trummertraube

hárslevelű – feuilles de tilleul

hárslevelű – garszleveljü

hárslevelű – lindeblättrige

hárslevelű – lipovina

irsai olivér – irsai

irsai olivér – muskat olivér

irsai olivér – zolotis

irsai olivér – zolotisztüj rannüj

juhfark – fehérboros

juhfark – lämmerschwantz

juhfark – mohácsi

juhfark – tarpai

királyleányka – dánosi leányka

királyleányka – erdei sárga

királyleányka – feteasca regale

királyleányka – galbena de ardeal

királyleányka – königliche mädchentraube

királyleányka – königstochter

királyleányka – little princess

kékfrankos – blauer lemberger

kékfrankos – blauer limberger

kékfrankos – blaufränkisch

kékfrankos – limberger

kékfrankos – moravka

leányka – dievcenske hrozno

leányka – feteasca alba

leányka – leányszőlő

leányka – mädchentraube

merlot

olasz rizling – grasevina

olasz rizling – nemes rizling

olasz rizling – olaszriesling

olasz rizling – riesling italien

olasz rizling – risling vlassky

olasz rizling – taljanska grasevina

olasz rizling – welschriesling

ottonel muskotály – miszket otonel

ottonel muskotály – muscat ottonel

ottonel muskotály – muskat ottonel

pinot blanc – fehér burgundi

pinot blanc – pinot beluj

pinot blanc – pinot bianco

pinot blanc – weissburgunder

pinot noir – blauer burgunder

pinot noir – kisburgundi kék

pinot noir – kék burgundi

pinot noir – kék rulandi

pinot noir – pignula

pinot noir – pino csernüj

pinot noir – pinot cernii

pinot noir – pinot nero

pinot noir – pinot tinto

pinot noir – rulandski modre

pinot noir – savagnin noir

pinot noir – spätburgunder

rajnai rizling – johannisberger

rajnai rizling – rheinriesling

rajnai rizling – rhine riesling

rajnai rizling – riesling

rajnai rizling – riesling blanc

rajnai rizling – weisser riesling

rizlingszilváni – müller thurgau

rizlingszilváni – müller thurgau bijeli

rizlingszilváni – müller thurgau blanc

rizlingszilváni – rivaner

rizlingszilváni – rizvanac

sauvignon – sauvignon bianco

sauvignon – sauvignon bijeli

sauvignon – sauvignon blanc

sauvignon – sovinjon

szürkebarát – auvergans gris

szürkebarát – grauburgunder

szürkebarát – graumönch

szürkebarát – pinot grigio

szürkebarát – pinot gris

szürkebarát – ruländer

sárga muskotály – moscato bianco

sárga muskotály – muscat blanc

sárga muskotály – muscat bélüj

sárga muskotály – muscat de frontignan

sárga muskotály – muscat de lunel

sárga muskotály – muscat lunel

sárga muskotály – muscat sylvaner

sárga muskotály – muscat zlty

sárga muskotály – muskat weisser

sárga muskotály – weiler

sárga muskotály – weisser

tramini – gewürtztraminer

tramini – roter traminer

tramini – savagnin rose

tramini – tramin cervené

tramini – traminer

tramini – traminer rosso

zenit

zweigelt – blauer zweigeltrebe

zweigelt – rotburger

zweigelt – zweigeltrebe

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Inbejjed u nbejjed spumanti (1)

1.   Deskrizzjoni taż-żona demarkata

a)   Fatturi naturali

Il-klima u l-kundizzjonijiet tat-temp fir-reġjun tal-inbid huma bbilanċjati. L-għadd ta’ sigħat ta’ xemx huwa bejn 1 950 u 2 000 siegħa u tagħmel bejn 550 u 650 mm xita. Il-ħamrija hija prinċipalment ħamrija tal-foresti kannella b’bażi ta’ lom fiż-żona ta’ art baxxa ta’ Ászár, u loess, ġebla tal-ġir, dolomit u blat ramli fir-reġjun bl-għoljiet ta’ Neszmély. Il-loess tipproduċi nbid ta’ kwalità għolja. Abbażi tal-kundizzjonijiet ekoloġiċi, il-maġġoranza vasta tal-vinji fir-reġjun tal-inbid jappartjenu għall-Klassi I tal-katast. Iż-żona bl-ogħla valur tinsab f’Dunaszentmiklós (366).

Ħafna mill-vinji jinsabu fil-parti tal-Punent ta’ Gerecse. Id-Danubju tinsab fit-Tramuntana, il-Pjanura Ungeriża ż-Żgħira fil-Punent. Id-Danubju ħolqot mikroklima fuq l-inklinazzjonijiet aktar moderati fit-Tramuntana. Id-dawl tax-xemx li jirrifletti minn fuq il-wiċċ tax-xmara, speċjalment waranofsinhar, huwa tajjeb għall-produzzjoni tal-għeneb.

L-għoljiet pjuttost baxxi u t-temp moderat frisk u umduż – kemxejn inqas xemxi mill-medja Ungeriża – immodifikat b’mod favorevoli mill-mikroklima tad-Danubju, jiffavorixxu l-produzzjoni ta’ nbejjed rikki fl-aromi u t-togħmiet.

b)   Fatturi umani

Id-Danubju kienet isservi bħala l-fruntiera tal-Imperu Ruman. Fis-seklu 2 W.K., l-Imperatur Probus ordna lis-suldati stazzjonati hawn biex iħawlu dwieli fuq l-għoljiet tal-Gerecse li jħarsu lejn id-Danubju. L-istorja tar-reġjun tal-inbid tmur lura għal dak iż-żmien. Lapida li nstabet fil-vinja ta’ Szaller fuq l-għolja Ispita f’Esztergom hija evidenza tal-vitikultura. Il-lapida turi suldat Ruman u mara, b’tifel bejniethom, iżommu kalċi. L-immaġni mnaqqxa hija mdawra b’girlanda ta’ dwieli.

Skont artefatti miktuba kontemporanji, ir-reġjun madwar Neszmély u Dunaalmás gawda l-aqwa żmien tiegħu wara l-konkwista Ungeriża u wara li twaqqaf l-Istat, meta Esztergom saret il-belt kapitali tal-pajjiż. Fl-1422, Neszmély kienet għadha belt. Il-vinji, il-ġonna tas-siġar tal-frott u l-foresti tal-madwar attiraw lil ħafna viżitaturi, inklużi r-rejiet Ungeriżi. L-ewwel proponent veru tal-inbejjed Neszmély kien ir-Re Sigismund, li kien jixrob l-inbejjed tar-reġjun anke meta kien ikun nieqes għal perjodi twal.

Il-vinikultura reġgħet bdiet tiffjorixxi wara t-tmiem tal-okkupazzjoni Ottomana. Taħt it-tmexxija ta’ Maria Theresa, kien hemm kummerċ vivaċi fl-inbejjed fiż-żona. L-inbejjed ta’ Neszmély, li anke dak iż-żmien kienu l-inbejjed l-aktar sodi u ta’ karattru wara l-inbejjed ta’ Somló, kienu kapaċi jifilħu għat-trasport bl-ilma, u b’hekk saru magħrufa kważi madwar l-Ewropa kollha. L-abbazija ta’ Klosterneuburg kellha l-fabbrika tal-inbid u l-vinji tagħha stess f’Dunaalmás, u l-inbid mir-reġjun kien saħansitra jisserva lill-Papa.

Ferenc Schams (1780–1839) kien l-ewwel wieħed li kiteb monografija komprensiva dwar ir-reġjuni tal-inbid Ungeriżi. Dak iż-żmien, kien jingħad li l-inbejjed ta’ Neszmély jimmaturaw perfettament wara biss 4 jew 5 snin, u mbagħad aktar ma jitqaddmu, aktar isir ċar il-kulur dehbi tagħhom. Fl-1832, Ferenc Schams kiteb dan li ġej: “L-inbid ta’ Neszmély huwa bla dubju l-aqwa inbid tad-distrett Komárom, l-aqwa inbid abjad tal-mejda tal-Ungerija, u huwa magħruf kemm fil-pajjiż kif ukoll barra mill-pajjiż għat-tjubija u l-persistenza tiegħu kif ukoll għat-togħma delikatament pjaċevoli tiegħu.” Fit-tieni nofs tas-seklu 19, il-vinja u l-fabbrika tal-inbid tal-proprjetà ta’ Eszterházy f’Ászár iffurmaw il-bażi tar-reġjun tal-inbid Neszmély, li ġie stabbilit fl-1897.

Fl-1905, il-Konti Ferenc Eszterházy stabbilixxa fabbrika rjali tal-inbid spumanti fil-fabbrika tal-inbid li nbniet fil-ġnien Ingliż f’Tata fl-1772.

L-epidemija tal-phylloxera waqqfet il-produzzjoni tal-għeneb u l-inbid li kienet qed tiffjorixxi. L-erja mgħottija bid-dwieli naqset għal kważi terz, u l-kwalità wkoll naqset drastikament bl-isfruttament ta’ żoni ramlija. Fuq nota pożittiva, wara l-epidemija tal-phylloxera, il-varjetà Olaszrizling ta’ oriġini Franċiża nfirxet madwar ir-reġjun tal-inbid u kibret sew hawnhekk. Il-varjetajiet tal-għeneb preċedenti ġew sostitwiti b’oħrajn ġodda; Kadarka u Rácfekete ġew emarġinati u sostitwiti minn Olaszrizling, Mézesfehér u Góhér, Piros veltelíni, Zöldszilváni u Ezerjó li huma stabbiliti sew. Kékfrankos u Oportó kienu wkoll fost il-varjetajiet ta’ għeneb aħmar prodotti hawnhekk.

2.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

L-ambjent naturali u t-tradizzjonijiet storiċi deskritti hawn fuq, u l-bidla fil-varjetajiet tal-għeneb fl-aħħar 15-il sena, jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed bi stili differenti fir-reġjun ta’ Neszmély. Din id-diversità hija bbażata fuq l-aċidità sabiħa u karatteristika li tirriżulta mill-kundizzjonijiet klimatiċi tar-reġjun tal-inbid. It-togħma qawwija mimlija tibni fuq is-sinsla aċiduża, li tippermetti tqaddim itwal u hija r-riżultat tal-kundizzjonijiet varji tal-ħamrija. It-tekniki moderni tal-produzzjoni tal-inbid jiffavorixxu wkoll il-produzzjoni ta’ nbejjed vivaċi u friski rikki b’aromi tal-frott u togħmiet primarji magħmulin minn għeneb bil-karatteristiċi ta’ hawn fuq.

L-inbejjed tad-DOP Neszmély tar-reġjun huma nbejjed bojod li jirriflettu l-karatteristiċi distinti ta’ kull varjetà, rikki fl-aromi u t-togħmiet, b’aċidità fina, u magħmulin għall-konsum fi żmien sena jew sentejn.

L-inbejjed ta’ dan l-istil huma magħmulin l-aktar mill-varjetajiet Chardonnay, Szürkebarát, Irsai Olivér, Cserszegi fűszeres, Sauvignon u Királyleányka.

Varjetajiet tradizzjonali bħal Olaszrizling, Szürkebarát, Ezerjó u Rizlingszilváni jagħtu nbejjed tajbin ħafna fl-istil ta’ hawn fuq, iżda fiż-żoni ċatti tar-reġjun tal-inbid, l-inbejjed ifuħu inqas u għandhom aktar mill-aromi distinti ta’ kull varjetà, u huma aktar sħaħ.

8.2.   Inbejjed u nbejjed spumanti (2)

3.   Ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni, il-fatturi umani u l-prodott

It-tipi kollha ta’ nbid Neszmély huma kkaratterizzati minn sinsla aċiduża sabiħa u distinta. It-temp ibbilanċjat u moderatament umdu jippromwovi l-formazzjoni ta’ aċidi qawwija. Il-produtturi tal-inbid fir-reġjun fittxew l-għoljiet, l-inklinazzjonijiet li jħarsu lejn id-Danubju, u żoni b’kundizzjonijiet tajbin tal-ħamrija, fejn, minbarra l-aċidità distinta, setgħu jiżviluppaw ukoll togħmiet u aromi sbieħ.

Il-produtturi ta’ Neszmély dejjem ħadu vantaġġ mill-aċidità għolja u r-rikkezza tal-inbejjed.

Fil-Medju Evu, kien hemm kummerċ tal-inbid vivaċi, minħabba li l-inbejjed Neszmély kienu kapaċi jifilħu għal perjodi twal ta’ trasport bl-ilma (fuq id-Danubju) u fuq l-art.

Meta kien hemm domanda pubblika għal perjodu twil ta’ tqaddim, inbejjed bħal Neszmélyi Olaszrizling jew Etei Ezerjó kienu jiġu kkummerċjalizzati wara perjodu twil ta’ tqaddim fil-btieti tal-injam, wara li żviluppaw aromi speċjali relatati mal-età.

Fiż-żoni fejn hemm kundizzjonijiet tal-ħamrija u post favorevoli, l-inbejjed ħelwin kienu magħmulin minn għeneb imqadded li jdum biex isir, bħall-Ászári Szürkebarát.

Is-sinsla aċiduża distinta tippermetti wkoll il-produzzjoni tal-inbid Neszmély frisk u vivaċi b’aroma qawwija li tirrifletti l-karatteristiċi distinti ta’ kull varjetà. Illum, f’konformità mad-domanda tas-suq, huma prinċipalment dawn l-inbejjed ta’ Neszmély li jinbiegħu.

Bħala rikonoxximent tal-inbejjed ta’ Neszmély, produttur tal-inbid mir-reġjun rebaħ il-premju tal-Produttur tal-Inbid tas-Sena fir-Renju Unit fl-1997 u fl-Ungerija fl-1999. Il-fabbriki tal-inbid ta’ Neszmély ingħataw it-titlu “Fabbrika tal-Inbid tas-Sena” fl-2004 u fl-2009.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Regoli dwar l-indikazzjonijiet (1)

Qafas legali:

Mill-organizzazzjoni responsabbli li tiġġestixxi d-DOP/l-IĠP, fejn stabbilit mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

a)

Għall-inbejjed Neszmély II/1 li jindikaw l-isem tal-muniċipalità fuq it-tikketta, mill-inqas 85 % tal-għeneb irid joriġina minn vinji kklassifikati fil-klassi I jew II f’dik il-muniċipalità, u sa 15 % tal-għeneb ipproċessat jista’ joriġina minn partijiet oħra taż-żona ta’ produzzjoni demarkata ta’ Neszmély.

b)

Għall-inbejjed li jindikaw l-isem tal-inklinazzjoni, 100 % tal-għeneb ipproċessat irid joriġina minn dik l-inklinazzjoni.

ċ)

Ma hemm l-ebda rekwiżiti obbligatorji għat-tikketti minbarra dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ u fil-punt (h) hawn taħt.

d)

L-espressjonijiet tradizzjonali, espressjonijiet ristretti oħra jew espressjonijiet oħra li jirreferu għall-metodu ta’ preparazzjoni li ġejjin jistgħu jintużaw biex jiddeskrivu kull tip ta’ nbid:

Inbid abjad: “késői szüretelésű bor” [inbid bi ħsad tardiv], “muzeális bor” [inbid storiku], “primőr” [primeur] jew “újbor” [inbid ġdid], “virgin vintage” jew “első szüretelésű bor” [inbid tal-ewwel ħsad], “hordóban erjesztett bor” [inbid iffermentat fil-bittija], “hordóban érlelt bor” [inbid imqaddem fil-bittija], “barrique bor” [inbid barrique], “töppedt szőlőből készült bor” [inbid magħmul minn għeneb imqadded], “prémium bor” [inbid premium], “Cuvée” jew “Küvé”

Inbid rożè: “Cuvée” jew “Küvé”

Inbid aħmar: “muzeális bor” [inbid storiku], “virgin vintage” jew “első szüretelésű bor” [inbid tal-ewwel ħsad], “hordóban erjesztett bor” [inbid iffermentat fil-bittija], “hordóban érlelt bor” [inbid imqaddem fil-bittija], “barrique bor” [inbid barrique], “prémium bor” [inbid premium], “Cuvée” jew “Küvé”

Regoli dwar l-indikazzjonijiet (2)

Qafas legali:

Mill-organizzazzjoni responsabbli li tiġġestixxi d-DOP/l-IĠP, fejn stabbilit mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-ismijiet tal-muniċipalitajiet li jistgħu jiġu indikati:

Muniċipalitajiet fil-Kontea Komárom-Esztergom:

Ászár, Baj, Bajót, Bana, Bársonyos, Bokod, Császár, Csép, Dunaalmás, Dunaszentmiklós, Esztergom, Ete, Kerékteleki, Kesztölc, Kisbér, Kocs, Lábatlan, Mocsa, Mogyorósbánya, Nagyigmánd, Neszmély, Nyergesújfalu, Süttő, Szomód, Tata, Tát, Tokod, Vérteskethely, Vértesszőlős

Huma biss l-inbejjed prodotti esklussivament minn għeneb imkabbar ġewwa l-konfini amministrattivi ta’ muniċipalità li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati taħt l-isem ta’ dik il-muniċipalità.

L-ismijiet tal-inklinazzjonijiet li jistgħu jiġu indikati:

Dunaszentmiklós: Bokrosi-dűlő

Neszmély: Előharaszt, Gőte-oldal, Határszél, Korma föle, Madari-hát, Meleges-hegy, Pap-hegy, Páskom, Pörösök, Sós-hegy, Ürge-hegy, Várhegy

Szomód: Borsos-diós, Kalács-hegy

Tata: Grébics-hegy, Látó-hegy, Látó-hegy föle

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://boraszat.kormany.hu/neszmely


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.