ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 182

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
4 ta' Mejju 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 182/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija 2022-2024

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 182/02

Rata tal-kambju tal-euro — It-3 ta’ Mejju 2022

13

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2022/C 182/03

Opinjoni n°1/2022 skont l-Artikolu 287(4) tat-TFUE) dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

14

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2022/C 182/04

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar iż-żewġ Proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill li jawtorizzaw lill-Istati Membri biex jiffirmaw u jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità dwar kooperazzjoni msaħħa u żvelar ta’ evidenza elettronika (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinsab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

15


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 182/05

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

20

2022/C 182/06

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

25


MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija 2022-2024

(2022/C 182/01)

1.   Introduzzjoni

It-tensjonijiet fis-suq tal-enerġija li sabet ruħha fihom l-UE f’dawn l-aħħar xhur huma tfakkira qawwija tar-riskji u tal-kostijiet li għandhom it-tendenza li jiġu b’dipendenza estensiva fuq il-fjuwils fossili importati, aggravati mill-attakk tar-Russja fuq l-Ukrajna. Il-prezzijiet tal-enerġija huma għal darba oħra fiċ-ċentru tal-attenzjoni politika, minħabba l-impatt reali ħafna li għandhom fuq iċ-ċittadini u fuq in-negozji tal-Ewropa. Madankollu, din ma hijiex l-ewwel kriżi enerġetika tal-Ewropa, u lanqas ma hija probabbli li tkun l-aħħar waħda sakemm ma nżidux ir-reżiljenza billi nżidu l-investimenti fit-tranżizzjoni ekoloġika u, b’hekk, inpoġġu l-effiċjenza enerġetika l-ewwel (1). Il-kapaċitajiet attwali tal-enerġija dekarbonizzata huma ’l bogħod milli jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet kollha tal-enerġija u l-konsum aktar baxx tal-enerġija jista’ jagħmel kontribut immedjat f’dawn iċ-ċirkostanzi. Jekk wieħed iħares lejn il-futur, l-iffrankar tal-enerġija huwa parti intrinsika mill-iżvilupp ta’ sistema tal-enerġija kostottimali u reżiljenti li kapaċi tipprovdi servizzi tal-enerġija affordabbli lil kulħadd u tindirizza l-faqar enerġetiku (2). L-effiċjenza enerġetika se tkun ukoll komponent ewlieni tal-pjan RePowerEU li l-mexxejja tal-UE inkarigaw lill-Kummissjoni biex tippreżenta sa Mejju.

Il-politiki tal-UE dwar l-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija huma parti ewlenija minn din l-aġenda. Dawn huma regoli tas-Suq Uniku li jagħmluha aktar faċli u anqas għalja għan-negozji, għaċ-ċittadini u għall-gvernijiet biex jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jwettqu l-effiċjenza enerġetika tal-UE u l-objettivi aktar wiesgħa tal-“Patt Ekoloġiku Ewropew”, inkluża l-aġenda għal Ekonomija Ċirkolari. Huma joħolqu opportunitajiet ta’ negozju u jżidu r-reżiljenza billi jistabbilixxu regoli armonizzati għal “prodotti relatati mal-enerġija” dwar aspetti bħall-konsum tal-enerġija, il-konsum tal-ilma, il-livelli ta’ emissjonijiet u l-effiċjenza tal-materjali, jistimulaw kemm id-domanda għal prodotti aktar sostenibbli kif ukoll il-provvista tagħhom filwaqt li jnaqqsu b’mod sinifikanti n-nefqa tal-utenti tal-enerġija: l-istimi jindikaw li l-iffrankar fl-2021 qabeż EUR 120 biljun u jista’ jilħaq id-doppju fl-2022 (3).

Fi ħdan il-possibbiltajiet tar-regoli eżistenti tal-UE dwar l-ekodisinn u f’sinerġija mal-enfasi fuq l-effiċjenza enerġetika, dan il-pjan ta’ ħidma jsaħħaħ il-fokus fuq l-aspetti taċ-ċirkolarità tal-ekodisinn, skont l-eżempju stabbilit fil-Pjan ta’ Ħidma9 preċedenti u f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari 2020 (4). Bħala tali, diġà qabel ma jidħol fis-seħħ ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli u jissostitwixxi d-Direttiva dwar l-Ekodisinn attwali, jistgħu u se jiġu esplorati rekwiżiti ġodda speċifiċi għall-prodott dwar aspetti tal-effiċjenza tal-materjali. Dan għandu jirriżulta f’aktar ċirkolarità mtejba u tnaqqis ġenerali tal-impronti ambjentali u klimatiċi tal-prodotti relatati mal-enerġija, kif ukoll reżiljenza aktar b’saħħitha tal-UE.

Kemm id-Direttiva dwar l-Ekodisinn (5) kif ukoll ir-Regolament Qafas dwar it-Tikkettar tal-Enerġija (6) jistabbilixxu kriterji għall-adozzjoni ta’ miżuri għal gruppi speċifiċi ta’ prodotti. Huma jirrikjedu wkoll li l-prijoritajiet jiġu stabbiliti permezz ta’ Pjanijiet ta’ Ħidma kontinwi aġġornati b’mod regolari li jqisu l-progress li jkun sar u jinkludu prijoritajiet indikattivi għal gruppi ta’ prodotti ġodda relatati mal-enerġija li għandhom jiġu kkunsidrati.

Dan il-pjan jibni fuq il-ħidma li saret mill-adozzjoni tal-ewwel Direttiva dwar l-Ekodisinn u l-Pjanijiet ta’ Ħidma preċedenti (li jkopru l-perjodi 2009-2011 (7), 2012-2014 (8) u 2016-2019 (9)), iżda jkopri wkoll il-ħidma meħtieġa skont ir-Regolament Qafas dwar it-Tikkettar tal-Enerġija, li jistabbilixxi skadenzi għar-riklassifikazzjoni tat-tikketti eżistenti, u jqis il-progress li sar bir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (EPREL). Fl-aħħar nett, il-pjan ikopri wkoll ħidma simili fuq it-tikkettar tat-tajers għalkemm huwa bbażat fuq bażi ġuridika speċifika (10).

Ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli adottat fl-istess ħin ta’ dan il-pjan ta’ ħidma se jissostitwixxi d-Direttiva dwar l-Ekodisinn b’Regolament applikabbli għal firxa aktar wiesgħa ta’ prodotti u jagħmilha possibbli li jiġu estiżi aktar ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà għall-prodotti regolati. Sakemm jidħol fis-seħħ dan ir-regolament il-ġdid, l-implimentazzjoni se tkompli fi ħdan id-Direttiva attwali. Dan id-dokument jiffoka fuq il-prodotti relatati mal-enerġija (“ErPs”) u jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-ippjanar għal dawn. Huwa jippreżenta l-ħidma speċifika għall-prodott u orizzontali involuta fl-implimentazzjoni, il-konsolidazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta’ dan il-korp ewlieni ta’ leġiżlazzjoni tal-UE direttament applikabbli. Fil-futur, ladarba jiġi adottat ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli (ESPR), il-ħidma fuq l-ErPs se tiġi integrata fi Pjanijiet ta’ Ħidma aktar wiesgħa tal-ESPR u tibqa’ fokus prominenti.

Attwalment, madwar 30 grupp ta’ prodotti “ErP” huma regolati permezz ta’ xi 50 miżura. Dawn japplikaw għal biljuni ta’ prodotti (11) mqiegħda fis-suq kull sena, u għandhom implikazzjonijiet diretti għall-fornituri, għall-bejjiegħa bl-imnut, għan-negozji u għall-konsumaturi fuq bażi ta’ kuljum. Madwar nofs l-użu finali totali tal-enerġija tal-UE jiġi kkunsmat fi prodotti li huma soġġetti għal din il-leġiżlazzjoni.

It-tħejjija tal-pjan ta’ ħidma wriet li għad hemm potenzjal għal iffrankar sostanzjali u kosteffettiv mill-espansjoni tal-ambitu għal ErPs ġodda. Fl-istess ħin, lezzjoni ewlenija meħuda mill-implimentazzjoni tal-aħħar pjan ta’ ħidma hija li l-ħsad tal-benefiċċji sħaħ ta’ dan il-qasam ta’ politika se jirrikjedi tqabbil aħjar bejn l-ambizzjoni u r-riżorsi, kemm għall-implimentazzjoni tal-politika fil-livell tal-UE kif ukoll fir-rigward tal-isforzi tal-Istati Membri fis-sorveljanza tas-suq.

2.   L-impatti stmati tal-politiki

L-aħħar rapport dwar il-Kontabbiltà tal-Impatt tal-Ekodisinn (12) jistma li l-effett kumulattiv tar-regoli tal-UE dwar l-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija fl-2020 naqqas id-domanda għall-enerġija primarja tal-UE b’7 % jew 1 037 TWh/sena (tnaqqis fil-GHG ta’ madwar 170 Mt ekwivalenti ta’ CO2) inkluż madwar 16-il biljun metru kubu ta’ gass. L-iffrankar tal-enerġija mill-miżuri attwalment fis-seħħ se jiżdied b’mod sostanzjali fis-snin li ġejjin, b’mod partikolari bis-saħħa tar-rotazzjoni tal-istokk, b’medja li taqbeż l-1 500 TWh/sena matul il-perjodu 2021-2030. Aktar minn 60 % tal-iffrankar tal-enerġija fl-2020 ġie mis-settur residenzjali, 24 % mis-settur terzjarju u 10 % mis-settur tal-industrija. Ir-regoli tal-UE fl-2020 taw benefiċċji lill-konsumaturi tal-enerġija li jammontaw għal EUR 60 biljun/sena (madwar 0,4 % tal-PDG tal-UE) – EUR 210/sena għal kull unità domestika. Bl-istess mod, meta mqabbel ma’ xenarju ta’ ebda politika, ġie ġġenerat dħul kummerċjali addizzjonali ta’ madwar EUR 21 biljun/sena fl-2020 u huwa stmat li se jikber għal EUR 29 biljun/sena sal-2030. Dan jikkorrispondi għal żieda ta’ aktar minn 320 000 impjieg ġdid dirett fl-2020 (430 000 sal-2030). Dawn l-istimi huma bbażati fuq il-livelli tal-prezzijiet tal-enerġija qabel iż-żidiet fil-prezzijiet fl-2021 (ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal għad-dettalji).

B’mod aktar ġenerali, studju reċenti mill-IEA (13) wera li f’pajjiżi b’politiki li ilhom għaddejjin, l-apparat issa tipikament jikkonsma 30 % anqas enerġija milli kieku kien jagħmel. L-itwal programmi operattivi, bħal dawk fl-Istati Uniti u fl-UE, huma stmati li jwasslu tnaqqis annwali ta’ madwar 15 % tal-użu totali tal-elettriku (li għall-programm tal-UE huwa madwar daqs il-produzzjoni totali preżenti tal-UE mill-enerġija mir-riħ, jew 2-3 darbiet dik tal-pannelli solari).

Stħarriġ tal-Ewrobarometru wera li l-maġġoranza l-kbira tal-konsumaturi tal-UE (93 %) jagħrfu t-tikketta tal-enerġija u 79 % huma influwenzati minnha meta jixtru l-apparat (14). Riċerka xjentifika reċenti (15) tikkonferma li tikketti kklassifikati bħat-tikketta tal-enerġija tal-UE għandhom effett akbar fuq l-imġiba tal-konsumatur minn disinji alternattivi.

3.   Is-sitwazzjoni attwali u l-lezzjonijiet meħuda mill-pjanijiet ta’ ħidma preċedenti

Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri fis-seħħ hija disponibbli online (16). Mill-1 ta’ Marzu 2022, ir-Regolamenti dwar l-Ekodisinn huma fis-seħħ għal 29 grupp ta’ prodotti, filwaqt li r-Regolamenti dwar it-Tikkettar tal-Enerġija japplikaw għal 15-il grupp ta’ prodotti. Ftehimiet Volontarji mill-industrija ġew rikonoxxuti għall-Consoles tal-Logħob u għat-Tagħmir tal-Immaġni. Fl-2020, il-partijiet itterminaw ftehim aktar antik dwar is-Set Top Boxes Kumplessi minħabba tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-prodotti kkonċernati (dawn il-prodotti jibqgħu soġġetti għal regoli orizzontali dwar il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby u mitfi (17)).

Dan il-pjan ta’ ħidma huwa akkumpanjat minn status dettaljat għall-progress li sar fil-prijoritajiet u l-ħidma identifikati fl-aħħar pjan ta’ ħidma mill-2016 (18). Sar ħafna, inkluża l-modernizzazzjoni tat-tikketti tal-enerġija għal prodotti ewlenin għall-konsumatur bħall-friġġijiet ħfief, il-magni tal-ħasil, is-settijiet tat-televiżjoni u s-sorsi tad-dawl u l-adozzjoni ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal diversi prodotti li jvarjaw minn servers għal muturi elettriċi. Madankollu, madwar 40 % għadu għaddej u se jiġi riportat għall-perjodu ta’ ppjanar attwali. Fost il-flussi ta’ ħidma konklużi, ħafna ma wasslux għall-adozzjoni ta’ regoli ġodda iżda ntemmu minħabba li l-Kummissjoni ddeċidiet li twaqqaf ix-xogħol jew tal-anqas li ma twettaqx il-leġiżlazzjoni għalissa, jew minħabba li investigazzjonijiet dettaljati wrew li l-potenzjali kienu iżgħar jew aktar diffiċli biex jiġu sfruttati milli kien maħsub inizjalment jew minħabba li kien hemm prijoritajiet oħra fil-kuntest ta’ riżorsi limitati tal-persunal - jew kombinazzjoni ta’ dawn it-tnejn. It-twieqi, l-apparat li jnixxef l-idejn, il-pakketti tal-kompressuri u l-ktieli tal-elettriku huma kollha eżempji ta’ tali flussi ta’ ħidma mwaqqfa li jirrappreżentaw potenzjali li huma limitati jew kumplessi biex jiġu sfruttati u li ma kienx possibbli li jiġu segwiti bir-riżorsi amministrattivi disponibbli.

Il-ħtieġa għal rieżami u adattament regolari tar-regoli eżistenti, biex jiġi żgurat li jibqgħu rilevanti, effettivi u adatti għall-iskop tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, hija prinċipju fundamentali ta’ Regolamentazzjoni Aħjar. B’rikonoxximent ta’ dan il-fatt, ir-regolamenti kollha dwar l-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija kif ukoll il-leġiżlazzjoni qafas fihom klawżoli speċifiċi ta’ rieżami bi skadenzi legali biex il-Kummissjoni tippreżenta rieżamijiet jew tadotta regolamenti riveduti. Biex jiġi evitat dewmien bla bżonn, il-Kummissjoni minn issa ’l quddiem se tadotta miżuri individwali għal gruppi ta’ prodotti speċifiċi kull meta jkunu lesti, sakemm ċirkostanzi eċċezzjonali ma jkunux jitolbu mod ieħor (19).

Lezzjoni ewlenija meħuda hija li maż-żmien l-isforz aggregat meħtieġ għal tali sforzi kritiċi ta’ “manutenzjoni” jsir sinifikanti hekk kif il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni jiżdied (f’termini ta’ prodotti u tipi ta’ rekwiżiti), u li dan ix-xogħol jeħtieġ li jiġi kkunsidrat aħjar meta jiġu stabbiliti l-prijoritajiet. Inkella, dan ikun jinvolvi dewmien li jkollu konsegwenzi importanti f’termini ta’ benefiċċji mitlufa. Din kienet sejba ewlenija tal-awditu mwettaq fl-2019 mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) (20). Għal tliet prodotti magħżula, l-awditu sab li l-proċess preparatorju ħa 8, 7 u 6 snin rispettivament, minflok it-3,5 snin mistennija. Għalhekk, ix-xogħol ta’ “manutenzjoni” huwa karatteristika prominenti ħafna fil-pjan ta’ ħidma. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni se timmira li tissimplifika l-proċess billi tintegra l-istudji ta’ rieżami f’evalwazzjonijiet/valutazzjonijiet tal-impatt “konsekuttivi”, u tallinja aħjar id-diskussjonijiet fil-Forum Konsultattiv mal-proċess ġenerali għal Regolamentazzjoni Aħjar.

Lezzjoni ewlenija oħra tal-aħħar perjodu hija r-rwol kritiku tal-ħidma ta’ standardizzazzjoni teknika għall-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija. Id-deċiżjoni (21) tal-Qorti Ġenerali tal-2018 li tannulla r-regolament dwar it-tikketta tal-enerġija tal-vacuum cleaners uriet li r-regolamenti jistgħu jkunu vulnerabbli għal-litigazzjoni jekk ikun hemm dubji dwar jekk il-kundizzjonijiet tal-ittestjar ikunux rappreżentattivi tal-kundizzjonijiet reali tal-użu. Fl-istess ħin, deċiżjoni aktar reċenti u relatata (22) affermat mill-ġdid b’mod ċar il-ħtieġa li t-testijiet ikunu wkoll akkurati u riproduċibbli. Minħabba d-diversità tat-teknoloġiji u l-imġiba tal-utenti, l-iżvilupp f’waqtu ta’ standards armonizzati b’metodi li jirrappreżentaw kompromess tajjeb bejn dawn il-kriterji huwa sfida inerenti u ħafna drabi diffiċli u intensiva fl-użu tar-riżorsi. L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Istandardizzazzjoni (23) tipproponi sett ta’ azzjonijiet biex is-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni ssir aktar funzjonali u aġli, l-istandards jitpoġġew lura fil-qalba ta’ suq uniku tal-UE reżiljenti, ekoloġiku u diġitali u jissaħħaħ ir-rwol globali tas-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni.

4.   Prijoritajiet speċifiċi għall-prodott fis-snin li ġejjin

4.1.   Rieżamijiet tal-miżuri eżistenti

Il-Kummissjoni hija mistennija tippreżenta jew tadotta 38 rieżami qabel tmiem l-2024, u 8 oħra fl-2025 li konsegwentement se jkun jeħtieġ li jinbdew minn qabel (ara l-lista fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal). Dawn ir-rieżamijiet flimkien jikkostitwixxu opportunitajiet sinifikanti għal aktar iffrankar tal-enerġija u ta’ effiċjenza fil-materjali: l-ewwel stima approssimattiva tissuġġerixxi potenzjal ta’ mill-anqas 170 TWh (madwar 600 petajoute (PJ), jew id-domanda għas-sħana ta’ madwar 15-il miljun residenza) ta’ ffrankar addizzjonali fil-fażi tal-użu, ikkomplementat minn benefiċċji addizzjonali relatati mal-effiċjenza tal-materjali/l-ekonomija ċirkolari iżda se jirrappreżentaw ukoll sforz kbir u jiddominaw il-ħidma mwettqa skont il-pjan ta’ ħidma attwali.

Il-Kummissjoni beħsiebha tagħti prijorità lill-ħidma fuq ir-rieżamijiet fi tliet gruppi ewlenin, abbażi tal-ġustifikazzjonijiet li ġejjin:

Apparat tat-tisħin u tat-tkessiħ; fil-kuntest tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, il-Kunsill appella lill-Kummissjoni biex “taċċellera l-ħidma li għaddejja fuq l-apparati tat-tisħin u t-tkessiħ billi tirriklassifika t-tikketti tal-enerġija malajr kemm jista’ jkun” (24). Din il-ħidma se tkun tabilħaqq kontribut kritiku għad-dekarbonizzazzjoni tal-bini u l-pjan ta’ azzjoni għal Tniġġis Żero (25) bħala parti mill-objettivi ġenerali tal-Patt Ekoloġiku, u dawn il-prodotti huma dawk bl-ogħla konsum ta’ enerġija mill-prodotti regolati kollha.

Gruppi oħra ta’ prodotti b’tikketti tal-enerġija għar-riklassifikazzjoni (26); il-konsumaturi jeħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu jafdaw it-tikketta tal-Enerġija tal-UE bħala għodda rilevanti u aġġornata biex tiggwida l-għażliet; ir-riklassifikazzjoni u l-aġġornament f’waqthom tat-tikketti tal-enerġija l-“qodma” li fadal huma għalhekk importanti, kif ukoll meħtieġa biex jittieħed il-vantaġġ sħiħ mill-karatteristiċi l-ġodda offruti mill-EPREL.

Il-konklużjoni ta’ ċerti rieżamijiet oħra li jirrappreżentaw potenzjal ta’ ffrankar addizzjonali sinifikanti f’termini ta’ ffrankar tal-enerġija jew tal-materjali, li ilhom żmien twil mistennija, jew fejn ċirkustanzi partikolari jimplikaw ħtieġa ċara u urġenti għal reviżjonijiet (eż. pompi tal-ilma, fannijiet, provvisti tal-elettriku esterni).

4.2.   Miżuri ġodda mibdija fl-ambitu ta’ pjanijiet ta’ ħidma preċedenti li għandhom jitlestew

Il-pjanijiet ta’ ħidma preċedenti identifikaw prodotti li għalihom il-miżuri tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija dehru mill-aktar promettenti, abbażi ta’ studji dwar l-ambitu u stimi preliminari. Uħud minn dawn il-flussi ta’ ħidma għadhom għaddejjin u qed jiġu riportati għall-pjan ta’ ħidma attwali minħabba l-benefiċċji addizzjonali mistennija.

Ix-xogħol avvanza b’mod sinifikanti fil-valutazzjoni tal-fattibbiltà tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u ta’ skema ta’ tikkettar tal-enerġija għall-mowbajls u t-tablets. Ir-rekwiżiti se jkunu qed jaffettwaw l-effiċjenza enerġetika kif ukoll aspetti tal-effiċjenza tal-materjali (id-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija, it-titjib fil-kwalità u r-riċiklaġġ). Ir-regolamenti huma mistennija li jiġu adottati qabel tmiem l-2022.

Bl-istess mod, ix-xogħol huwa avvanzat sew biex tiġi vvalutata l-fattibbiltà tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija għall-moduli, l-invertituri u s-sistemi fotovoltajċi solari, inklużi r-rekwiżiti possibbli dwar l-impronta tal-karbonju.

Fir-rigward tat-tagħmir tal-immaġni, il-Kummissjoni vvalutat ir-reviżjoni tal-Ftehim Volontarju propost mir-rappreżentanti tas-settur u tikkonkludi li l-aċċettazzjoni ta’ din ir-reviżjoni ma tilħaqx l-objettivi kkunsidrati fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari (CEAP), u ma tistax titqies konformi mal-linji gwida dwar l-istrumenti awtoregolatorji (27) b’mod partikolari fir-rigward tal-użu mill-ġdid possibbli ta’ oġġetti tal-konsum. Kif imħabbar fis-CEAP, il-Kummissjoni se tniedi t-tħejjija ta’ miżuri regolatorji għal dan il-grupp ta’ prodotti.

Il-Kummissjoni qed tkompli l-ħidma orizzontali fuq il-prodotti tal-ICT kif imħabbar fil-Pjan ta’ Ħidma 2016-2019 permezz ta’ studju ddedikat dwar l-ICT (28). L-ewwel parti pprovdiet evidenza għall-istudju preparatorju li tlesta qabel dan il-pjan ta’ ħidma dwar il-prestazzjoni u l-iffrankar potenzjali ta’ diversi gruppi ta’ prodotti tal-ICT (29). It-tieni parti se tindirizza l-konsum ġenerali tal-enerġija tal-prodotti tal-ICT (inkluż minħabba l-konnettività u t-trażmissjoni tad-data tagħhom), l-effiċjenza tal-materjali u aspetti tal-imġiba bil-għan li jiġu identifikati l-aktar modi effiċjenti biex jiġu regolati fejn ikun xieraq. Il-valutazzjoni għandha tikkunsidra l-pass tal-iżviluppi teknoloġiċi f’kull kategorija ta’ gruppi ta’ prodotti.

B’mod parallel, il-Kummissjoni qed tkompli l-ħidma fuq l-Apparat Intelliġenti tal-Enerġija biex tiżviluppa l-potenzjal għall-flessibbiltà min-naħa tad-domanda fis-setturi residenzjali jew tas-servizzi. Peress li l-kwistjoni ewlenija identifikata fl-istudji preċedenti kienet l-interoperabbiltà, il-Kummissjoni beħsiebha trawwem l-iżvilupp koerenti fis-suq u l-adeżjoni tal-industrija mal-istandards miftuħa permezz ta’ approċċ volontarju (30). Din il-ħidma għandha rabtiet ma’ diversi oqsma oħra ta’ azzjoni, inklużi xi wħud li se jiġu indirizzati f’aktar dettall fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Enerġija li jmiss (31).

4.3.   Kompiti speċifiċi meħtieġa fl-ambitu tat-tikkettar tat-tajers

Skont ir-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tajers, il-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq għadd ta’ kompiti speċifiċi, inkluż li:

tadotta Att Delegat li jintroduċi rekwiżiti ġodda ta’ informazzjoni għat-tajers miksijin mill-ġdid sa Ġunju 2022 dment li jkun disponibbli metodu ta’ ttestjar xieraq. Madankollu, għadu ma huwiex disponibbli metodu iżda għaddej xogħol biex jiġi stabbilit wieħed. Il-kisi mill-ġdid tat-tajers jirrappreżenta potenzjal importanti ta’ ffrankar fuq iż-żejt u materjali oħra;

tadotta Att Delegat dwar it-tikkettar għall-brix/kilometraġġ dment li jkun disponibbli metodu ta’ ttestjar xieraq, li jikkontribwixxi għal azzjoni aktar wiesgħa tas-CEAP dwar il-mikroplastiks. Madankollu, għadu ma huwiex disponibbli metodu iżda għaddej xogħol biex jiġi stabbilit wieħed;

tikkoordina x-xogħol relatat mal-allinjament interlaboratorji tal-ittestjar skont ir-regolament dwar it-tikkettar tat-tajers, li għandu wkoll implikazzjonijiet importanti għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi ħfief u vetturi heavy-duty. L-aħħar rapport ġie ppubblikat f’Diċembru 2021 (32).

Għalkemm ir-rieżami tar-Regolament huwa previst sal-2025, l-industrija indikat il-ħtieġa li dan jiġi avvanzat peress li r-riklassifikazzjoni, oriġinarjament proposta mill-Kummissjoni iżda ma nżammitx mill-Parlament u mill-Kunsill fl-aħħar rieżami, issa hija meħtieġa b’mod ċar.

4.4.   Lista indikattiva ta’ gruppi ta’ prodotti ġodda relatati mal-enerġija li għandhom jiġu studjati

Dan il-Pjan ta’ Ħidma tħejja wara studju preparatorju dettaljat bi skrinjar ta’ diversi oqsma potenzjali ta’ sforz u konsultazzjonijiet estensivi maċ-ċittadini u mal-partijiet ikkonċernati. Aktar dettalji huma disponibbli fid-dokument tal-persunal li jakkumpanjah.

Lista tal-31 kandidat l-aktar promettenti għal aktar ħidma (inklużi prodotti diġà studjati fil-passat iżda li s’issa ma humiex regolati) identifikati fl-istudju preparatorju. Flimkien dawn jirrappreżentaw, abbażi tal-istimi preliminari, iffrankar potenzjali ġdid fil-fażi tal-użu fl-2030 ta’ madwar 1 000 PJ, jew 278 TWh, jiġifieri madwar 2 % tal-użu tal-enerġija primarja tal-UE fl-2020 (33). Il-potenzjal stmat relatat mal-enerġija inkorporata fil-materjali huwa tal-istess ordni ta’ kobor (u dipendenti ħafna fuq is-suppożizzjonijiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni u l-istrettezza tal-miżuri orizzontali dwar id-durabbiltà iżda assoċjat ukoll ma’ benefiċċji oħra). B’mod importanti, l-impatt se jiżdied maż-żmien bis-sostituzzjoni gradwali tal-istokk ta’ prodotti b’unitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda. Mis-sett ta’ 31 prodott, ġiet identifikata lista aktar limitata (mogħtija fit-tabella ta’ hawn taħt), bi prodotti li dwarhom il-Kummissjoni tipprevedi li tibda studji esploratorji. Ingħatat prijorità lil dawk il-prodotti li għandhom l-ogħla potenzjal għall-effiċjenza enerġetika u/jew tal-materjali, u fl-istess ħin ġabu punteġġ tajjeb fuq kriterji oħra u fejn il-feedback tal-partijiet ikkonċernati ma xeħetx dubji sinifikanti dwar il-prospetti għas-suċċess, kif stabbilit hawn taħt.

Grupp ta’ prodotti

Potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija għall-2030 (relatat mal-fażi tal-użu jew mal-effiċjenza tal-materjali)

Kunsiderazzjonijiet (34)

Emittenti ta’ temperatura baxxa (radjaturi, konvetturi..)

170 petajoule (PJ) (fażi tal-użu)

L-ogħla potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija, importanti għall-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni/dekarbonizzazzjoni tal-bini

Apparat professjonali tal-ħasil tal-ħwejjeġ

33 PJ (fażi tal-użu)

Studjati fil-passat (35) u issa meqjusa aktar maturi fid-dawl tal-progress fl-istandardizzazzjoni teknika

Magni professjonali tal-ħasil tal-platti

20 PJ (fażi tal-użu)

Studjati fil-passat (36) u issa meqjusa aktar maturi fid-dawl tal-progress fl-istandardizzazzjoni teknika

Provvisti tal-Elettriku Esterni Universali (EPS)

12-27 PJ (inkorporat)

Ir-rabta mal-inizjattiva taċ-Ċarġer Komuni, se ssir bħala parti mir-rieżami tar-regolament eżistenti dwar l-EPS (37)

Ċarġers tal-vetturi elettriċi

11 PJ (fażi tal-użu)

Wara l-2030, l-iffrankar potenzjali jiżdied, għal kważi 76 PJ kull sena fl-2050. Għalhekk, huwa raġonevoli li jiġi kkunsidrat l-istabbiliment ta’ rekwiżiti qabel ma jiġu installati volumi kbar ta’ ċarġers potenzjalment ineffiċjenti.

5.   Aspetti orizzontali

5.1.   Il-kontribut għall-ekonomija ċirkolari

Filwaqt li l-effiċjenza enerġetika naturalment kienet il-fokus ewlieni tal-ħidma tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija, aspetti oħra qed jiġu kkunsidrati u integrati dejjem aktar maż-żmien, speċjalment mill-ewwel Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari (38). Minbarra ċerti rekwiżiti eżistenti dwar id-durabbiltà, diversi miżuri adottati fl-2019 (39) jinkludu elementi ġodda tal-ekonomija ċirkolari b’rekwiżiti dwar il-possibbiltà ta’ tiswija, ir-riċiklabbiltà, il-faċilità taż-żarmar u l-użu mill-ġdid fi tmiem il-ħajja (ara l-eżempji fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja).

B’mod parallel, wara t-talba ta’ standardizzazzjoni tal-Kummissjoni M/543 (40), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettrika (CEN-CENELEC) iffinalizzaw standards orizzontali dwar aspetti tal-effiċjenza tal-materjali għall-prodotti relatati mal-enerġija. Dawn jinkludu standards orizzontali (41) dwar id-durabbiltà, ir-riċiklabbiltà, il-kapaċità ta’ tiswija, l-użu mill-ġdid u t-titjib fil-kwalità, il-kontenut riċiklat eċċ. Huma jistgħu jkunu l-bażi għall-iżvilupp ta’ standards tal-effiċjenza tal-materjali speċifiċi għall-prodott għall-prodotti relatati mal-enerġija.

Abbażi tal-istandard dwar il-kapaċità ta’ tiswija, użu mill-ġdid u titjib fil-kwalità (EN 45554), iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni żviluppa sistema ta’ punteġġ tat-tiswija. Il-Kummissjoni qed tesplora l-possibbiltà li tintroduċiha għal prodotti rilevanti, possibbilment bħala informazzjoni dwar it-tikketta tal-enerġija għal prodotti speċifiċi bħall-ismart phones u t-tablets. Dan ix-xogħol huwa innovattiv u huwa probabbli li jinfluwenza l-prattiki tal-industrija globalment għall-aħjar.

Barra minn hekk, il-Metodoloġija għall-Ekodisinn tal-Prodotti relatati mal-Enerġija (MEErP – ara fl-Anness) bħalissa qed tiġi riveduta biex tintroduċi mod aktar sistematiku biex jiġu koperti l-aspetti tal-ekonomija ċirkolari meta jitwettqu studji preparatorji jew ta’ rieżami dwar gruppi speċifiċi ta’ prodotti.

Fil-ħidma li jmiss, ix-xejra lejn enfasi akbar fuq l-ekonomija ċirkolari se tkompli billi jiġu integrati r-rekwiżiti rilevanti bbażati fuq l-esperjenzi miġbura sa issa, b’mod partikolari bl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-2019. Tali rekwiżiti jkunu appoġġati minn titjib fil-metodoloġija u l-possibbiltajiet għall-istandardizzazzjoni, u għandhom jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni għall-qafas leġiżlattiv il-ġdid dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli.

’Il quddiem, il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll il-possibbiltà u l-adegwatezza li jiġu stabbiliti aktar rekwiżiti speċifiċi għall-prodott dwar l-aspetti li ġejjin:

Tipoloġija tar-rekwiżit

Potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija għall-2030 (relatat mal-użu jew mal-effiċjenza tal-materjali)

Il-kontenut riċiklat

160 PJ (kontenut ta’ materjal)

Id-durabbiltà, il-firmware u s-software

Mill-anqas 175-1 052  PJ (kontenut ta’ materjal)

Materja prima skarsa, ambjentalment rilevanti u kritika

Potenzjal għoli ta’ riżorsi

Ir-rekwiżiti huma teoretikament applikabbli għall-prodotti kollha relatati mal-enerġija; se jkunu meħtieġa studji preparatorji ddedikati biex jgħinu fl-identifikazzjoni tal-kategoriji ta’ prodotti li huma l-aktar rilevanti għal approċċi regolatorji potenzjali.

5.2.   Xogħol ta’ standardizzazzjoni

L-infurzar tar-rekwiżiti tal-ekodisinn jew it-tikkettar tal-prodotti abbażi tal-karatteristiċi rispettivi tagħhom jirrikjedi definizzjonijiet ċari ta’ kif tiġi definita l-prestazzjoni u tista’ tiġi ttestjata għal kwalunkwe prodott partikolari. Għal dan il-għan, standards tekniċi armonizzati li jiddefinixxu metodi ta’ ttestjar xierqa jistgħu jgħinu lill-manifatturi – jekk japplikaw il-metodi previsti fihom - igawdu “preżunzjoni ta’ konformità” biex juru l-konformità mar-rekwiżiti legali. Ix-xogħol ta’ standardizzazzjoni teknika huwa parti vitali iżda spiss injorata tal-implimentazzjoni, u l-esperjenza reċenti turi l-importanza li dan ix-xogħol jinbeda kemm jista’ jkun kmieni b’mod parallel mat-tħejjija tar-regolamenti l-ġodda jew riveduti. It-talbiet għall-istandardizzazzjoni jistgħu jiġu finalizzati u adottati biss ladarba jiġu adottati r-regolamenti korrispondenti dwar l-ekodisinn jew it-tikkettar. Idealment, l-elaborazzjoni tagħhom tibda qabel dan, sabiex ikunu jistgħu jitlestew fil-ħin mal-adozzjoni tar-regolamenti fid-dawl tal-madwar 27 xahar tipikament meħtieġa għall-iżvilupp ta’ standard innifsu. Il-proċess ġenerali għandu t-tendenza li jieħu ħafna aktar fit-tul, inkluża wkoll l-adozzjoni minn qabel tat-talba għall-istandardizzazzjoni u l-valutazzjoni u l-approvazzjoni sussegwenti tal-istandards għar-referenzjar tal-Ġurnal Uffiċjali. Meta ma jkunux disponibbli standards Ewropej armonizzati li jkopru l-aspetti rilevanti kollha fil-mument tal-adozzjoni, il-miżuri ta’ implimentazzjoni jista’ jkollhom bżonn jinkorporaw metodi tranżizzjonali.

Jeħtieġ li jinkitbu talbiet ġodda ta’ standardizzazzjoni għall-biċċa l-kbira jekk mhux għar-regolamenti l-ġodda kollha li qed jiġu żviluppati. Dan l-aħħar saru talbiet, jew bħalissa qed jiġu żviluppati talbiet, għad-dawl, għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi, għar-refriġerazzjoni kummerċjali u għar-refriġerazzjoni domestika. Ġew żviluppati abbozzi ta’ standards għal diversi gruppi oħra ta’ prodotti bbażati fuq mandati aktar antiki.

5.3.   Ir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (EPREL)

Ir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (EPREL) huwa bażi tad-data stabbilita u mħaddma mill-Kummissjoni. Mill-1 ta’ Jannar 2019, il-fornituri (il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati) kellhom obbligu legali li jirreġistraw kwalunkwe prodott soġġett għar-regoli dwar it-tikkettar tal-enerġija fl-EPREL qabel ma jqegħduh fis-suq Ewropew.

Skont il-leġiżlazzjoni, l-EPREL iservi l-għanijiet li ġejjin:

li jipprovdi lill-pubbliku b’informazzjoni dwar il-prodotti mqiegħda fis-suq u t-tikketti tal-enerġija tagħhom, u Skedi Informattivi dwar il-Prodott;

li jappoġġa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-leġiżlazzjoni dwar it-tikkettar tal-enerġija (u tat-tajers), inkluż l-infurzar tagħha;

li jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni aġġornata dwar l-effiċjenza enerġetika għall-prodotti għall-analiżi tat-tikketti tal-enerġija.

Wara t-tnedija reċenti f’Marzu 2022 tal-“verżjoni beta” tal-interfaċċa pubblika tagħha (42), l-informazzjoni mill-EPREL se tappoġġa wkoll dejjem aktar l-implimentazzjoni ta’ politiki oħra tal-Patt Ekoloġiku. Fil-fatt, id-data tal-EPREL minn issa ’l quddiem hija l-punt tat-tluq naturali għal kwalunkwe valutazzjoni ta’ liema klassijiet tat-tikketta tal-enerġija huma “l-aktar żewġ klassijiet popolati b’mod sinifikanti”, jew klassijiet ogħla, għal kwalunkwe prodott partikolari. Dan huwa kriterju li issa jintuża biex jiġu operazzjonalizzati diversi politiki tal-UE, inkluż fir-rigward ta’ inċentivi pubbliċi (43), investimenti sostenibbli fis-settur privat (44), akkwist pubbliku ekoloġiku (45) u rati mnaqqsa tal-VAT għal ċerti prodotti b’tikketta tal-enerġija li jissodisfaw tikketta tal-enerġija speċifika u, fejn applikabbli, kriterji ta’ emissjonijiet baxxi ta’ partikolati (46).

L-EPREL jipprovdi wkoll karatteristiċi li jiffaċilitaw il-konformità mill-fornituri u mill-bejjiegħa bl-imnut. Il-fornituri jistgħu jagħżlu li jibbażaw fuq il-ġeneratur integrat tat-tikketti biex jiksbu immaġni tat-tikketti grafiċi f’formati konformi bbażati fuq il-valuri ddikjarati għall-prestazzjoni u l-karatteristiċi tal-prodott. Il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jagħmlu referenza għall-EPREL, inkluż permezz ta’ interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (APIs), meta juru tikketti jew skedi ta’ informazzjoni dwar il-prodott online, u b’hekk jimminimizzaw l-isforz biex jippreżentaw informazzjoni aġġornata, koerenti u multilingwi.

Għalkemm l-EPREL qed jopera, hemm funzjonalitajiet importanti li jeħtieġ li jiġu indirizzati fl-2022 biex jintlaħqu l-objettivi msemmija hawn fuq. Dawn jinkludu:

Portal web iddedikat li se jkun il-punt uniku ta’ aċċess, li jipprovdi informazzjoni mmirata għaċ-ċittadini, l-awtoritajiet nazzjonali, il-fornituri, in-negozjanti u dawk li jfasslu l-politika (Q2/Q3).

It-titjib tal-interfaċċa tal-utent u tal-għodod disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jissimplifikaw aħjar l-attivitajiet tagħhom (Q3).

It-trasformazzjoni tal-istruttura tad-dokumentazzjoni teknika biex tiġi ssimplifikata l-attività tar-reġistrazzjoni mill-fornituri u tiġi faċilitata l-analiżi tagħha mill-awtoritajiet tal-konformità (Q1 sa Q3).

Tinbeda l-implimentazzjoni ta’ regolamenti riveduti għal xi gruppi ta’ prodotti u possibbilment jiżdiedu oħrajn ġodda (PVs, smartphones/tablets) (Q4).

Barra minn hekk, se jkun meħtieġ li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tal-għoti tal-aċċess għall-EPREL jew għal xi wħud mill-karatteristiċi tiegħu lill-operaturi u possibbilment lill-awtoritajiet minn pajjiżi terzi speċifiċi, b’mod partikolari dawk li huma parti mill-unjoni doganali jew mill-Komunità tal-Enerġija. Madankollu, il-modalitajiet u l-implikazzjonijiet konkreti ta’ tali żviluppi se jkunu jridu jiġu analizzati, ippreparati, u - eventwalment – implimentati bir-reqqa u ma jistgħux isiru fi żmien qasir ħafna.

5.4.   Is-sorveljanza tas-suq u l-appoġġ lill-operaturi ekonomiċi

Is-sorveljanza effettiva tas-suq hija kruċjali biex jiġi żgurat li r-regoli jiġu infurzati kif suppost, li l-benefiċċji mistennija jimmaterjalizzaw, li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għan-negozji, li tiġi pprovduta informazzjoni affidabbli dwar il-prodott lill-konsumaturi, u li l-qafas ikun fdat kemm miċ-ċittadini, kemm mir-regolaturi kif ukoll min-negozji.

Is-sorveljanza tas-suq hija kompetenza nazzjonali, u d-data dwar l-infurzar u l-konformità hija skarsa minħabba li bħalissa ma hemm l-ebda obbligu ta’ rappurtar. Abbażi tal-evidenza disponibbli, u kif ikkonfermat mill-awditu tal-ekodisinn tal-QEA tal-2020, in-nuqqas ta’ konformità huwa problema sinifikanti. Fi proġetti ta’ sorveljanza tas-suq iffinanzjati mill-UE, huwa komuni li jiġi osservat perċentwal b’żewġ ċifri għoli ta’ prodotti li juru kwistjonijiet ta’ konformità (kemm dwar aspetti formali kif ukoll ta’ sustanza) (47) iżda dawn jinkludu nuqqasijiet ta’ konformità formali relattivament minuri li jistgħu jiġu kkoreġuti permezz ta’ azzjoni volontarja (eż. valur ħażin fl-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott) u mhux biss kwistjonijiet severi bħan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit minimu tal-ekodisinn. B’mod ġenerali, huwa stmat li mill-anqas 10 % tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija li jirriżulta mill-ekodisinn u mit-tikkettar tal-enerġija jintilef minħabba nuqqas ta’ konformità, li jirrappreżenta 15,3 Mtoe ta’ enerġija primarja kull sena fl-2020 (jew 178 TWh) u nefqa annwali ta’ EUR 6,4 biljun għall-konsumaturi fuq il-kontijiet tal-enerġija (abbażi tal-livelli tal-prezzijiet tal-enerġija tal-2020). Dan jikkorrispondi għal 31 Mt CO2eq ta’ emissjonijiet addizzjonali fis-sena u jinvolvi telf sinifikanti ta’ dħul u ta’ impjiegi għall-industrija. Dawn iċ-ċifri jissuġġerixxu li kwalunkwe żieda fir-riżorsi modesti minfuqa mill-Istati Membri fuq is-sorveljanza tas-suq nazzjonali għall-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija tkun kosteffettiva ħafna f’termini tar-redditi ġġenerati.

Fil-perjodu li ġej, il-Kummissjoni se żżid l-appoġġ tagħha lill-Istati Membri biex jikkontribwixxu għal applikazzjoni aktar effettiva u uniformi tas-sorveljanza tas-suq fil-qasam tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija. Dan se jinkludi:

It-titjib kontinwu ta’ għodod tal-IT bħas-Sistema ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (48) (ICSMS) u l-EPREL u l-appoġġ għal għodod oħra, pereżempju dawk li jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mas-sorveljanza tas-suq għall-kummerċ elettroniku u ktajjen tal-provvista ġodda.

L-appoġġ tekniku u loġistiku lill-Gruppi ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva (AdCos).

Il-finanzjament ta’ azzjonijiet u kampanji konġunti jew miftiehma.

L-impenn tagħha mal-Istati Membri fil-livell politiku dwar modi kif tittejjeb is-sorveljanza tas-suq, inkluż il-livell ta’ riżorsi li jagħmlu disponibbli.

Il-proposta ta’ dispożizzjonijiet legali ġodda li se jtejbu s-sorveljanza tas-suq, fil-qafas tar-Regolament propost dwar l-Ekodisinn (ara l-SPI).

Attivitajiet rilevanti oħra, kif ippjanat fil-Programm ta’ Ħidma tan-Network Ewropew għall-Konformità tal-Prodotti (EUPCN) għall-perjodu 2021-22, inkluż l-involviment tal-awtoritajiet doganali.

Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa wkoll l-isforzi tal-operaturi ekonomiċi biex jikkonformaw b’modi differenti, pereżempju permezz tal-operazzjoni ta’ kaxxi postali funzjonali fejn jistgħu jiġu indirizzati l-mistoqsijiet, b’dokumenti ta’ gwida speċifiċi, FAQs, informazzjoni fuq is-sit web tal-Kummissjoni eċċ. Hija se tikkunsidra wkoll li tipprovdi finanzjament mill-UE biex tiġi stabbilita faċilità ta’ appoġġ għall-konformità mmexxija mill-industrija li tagħti spinta lil azzjonijiet proattivi ta’ sensibilizzazzjoni u tipprovdi assistenza f’waqtha u mmirata biex tgħin lill-fornituri u lill-bejjiegħa bl-imnut jifhmu u jissodisfaw b’mod aktar faċli l-obbligi tagħhom.

5.5.   Aspetti internazzjonali u kooperazzjoni

Il-miżuri ta’ politika tal-UE dwar l-ekodisinn u, b’mod partikolari, it-tikkettar tal-enerġija, u l-istandards tekniċi u l-proċeduri ta’ ttestjar relatati għall-prodotti regolati, kellhom influwenza pożittiva estensiva f’pajjiżi terzi ferm lil hinn mill-fruntieri tal-UE (49).

Minn naħa, bosta mis-sħab kummerċjali sinifikanti tal-UE japplikaw b’mod sistematiku r-regoli tal-UE dwar l-ekodisinn u/jew it-tikkettar fil-kuntest tad-diversi relazzjonijiet tagħhom mal-UE. Dan huwa partikolarment il-każ fil-qafas taż-ŻEE, l-Unjoni Doganali mat-Turkija u l-Komunità tal-Enerġija. Min-naħa l-oħra, il-manifatturi f’pajjiżi esportaturi ewlenin oħra xorta jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-UE biex ikunu jistgħu jqiegħdu oġġetti fis-suq tal-UE, li min-naħa tiegħu jista’ jimmotiva u jiffaċilita l-istabbiliment ta’ rekwiżiti domestiċi li jkunu allinjati b’mod sħiħ jew parzjali ma’ dawk tal-UE. Fl-istess ħin, huwa importanti li l-UE tkompli tkun konformi mar-regoli applikabbli f’dan ir-rigward fil-livell tad-WTO.

Il-kooperazzjoni internazzjonali dwar l-effiċjenza tal-prodotti hija wkoll fattur fil-ħeffa u d-direzzjoni tal-iżviluppi tal-programmi madwar id-dinja. Xi ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi jqisu li huwa ta’ benefiċċju li jiġu applikati rekwiżiti simili jew identiċi biex jittieħed vantaġġ mill-ħidma konsiderevoli li diġà saret fl-iżvilupp tar-regoli tal-UE. Fl-istess ħin, l-UE għadha ’l bogħod milli tmexxi fuq il-kontijiet jew il-prodotti kollha, u għalhekk tista’ tibbenefika u titgħallem ukoll mill-isforzi li jsiru xi mkien ieħor. Il-konverġenza regolatorja tista’ ttaffi wkoll il-kostijiet tal-konformità u tal-valutazzjoni tal-konformità li jiffaċċjaw il-kumpaniji tal-UE li jservu kemm swieq importanti tal-esportazzjoni kif ukoll is-suq tal-UE. Biex tippromwovi dawn l-iskambji ta’ benefiċċju reċiproku, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa u tipparteċipa f’fora multilaterali internazzjonali stabbiliti sewwa tal-politika dwar il-prodotti bħall-Programm ta’ Kollaborazzjoni dwar it-Teknoloġija tat-Tagħmir tal-Użu finali Effiċjenti fl-Użu tal-Enerġija (4E) tal-AIE (50) u l-Inizjattiva għall-Użu ta’ Tagħmir u Apparat Supereffiċjenti (SEAD) (51). Il-kooperazzjoni bilaterali se tintuża wkoll biex tiġi aċċellerata l-adozzjoni tal-aqwa prattiki tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija fil-pajjiżi sħab u biex tissaħħaħ aktar il-konverġenza regolatorja fuq livell globali.

6.   Konklużjoni

Il-programm tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija tal-UE huwa wieħed mill-akbar programmi tal-apparat u li ilu għaddej fid-dinja, li jingrana s-saħħa tas-suq uniku fl-UE u barra minnha, għall-benefiċċju tal-konsumaturi, tan-negozji u tal-ambjent.

L-ekodisinn/it-tikkettar tal-enerġija jagħtu kontribut vitali u li qed jikber għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” u għall-konsumaturi li qed jiffaċċjaw prezzijiet għoljin tal-enerġija li l-kontijiet tagħhom kieku kienu jkunu ferm ogħla: fil-livelli tal-prezzijiet attwali, il-politiki eżistenti huma stmati li jiffrankaw lill-utenti tal-enerġija tal-UE nefqa ta’ aktar minn EUR 250 biljun/sena.

L-investiment fit-twettiq u t-tisħiħ ta’ dan il-programm biex jitqabblu aħjar l-ambizzjonijiet u r-riżorsi huwa wkoll investiment f’reżiljenza aktar b’saħħitha tal-UE biex tiflaħ aħjar għall-kriżijiet futuri tal-prezzijiet tal-enerġija u għall-isfidi għas-sigurtà tal-provvista relatati mad-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili importati. Bl-istess mod, l-enfasi dejjem akbar fuq l-effiċjenza tal-materjali, pereżempju r-riċiklabbiltà, tikkontribwixxi għal reżiljenza akbar tal-katina tal-provvista fl-UE.

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali, kemm fil-livell multilaterali kif ukoll f’dak bilaterali, huwa neċessarju biex tiġi aċċellerata l-adozzjoni ta’ programmi għall-effiċjenza enerġetika tal-prodotti madwar id-dinja u jista’ jgħin ukoll biex tittejjeb il-konverġenza regolatorja għall-benefiċċju tal-UE u tal-pajjiżi sħab.

Ir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija, EPREL, jipprovdi trasparenza tas-suq mingħajr preċedenti u jiftaħ opportunitajiet ġodda ta’ għoti tas-setgħa lill-konsumaturi tal-UE u ta’ involviment magħhom. Se jkun ukoll dejjem aktar għodda prattika biex jiġu operazzjonalizzati l-kondizzjonalitajiet introdotti reċentement dwar il-prestazzjoni tal-prodotti f’politiki oħra tal-UE (it-tassonomija ekoloġika, l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, l-inċentivi pubbliċi, id-Direttiva dwar il-VAT).

Dan il-qasam ta’ politika għadu jirrappreżenta potenzjal sostanzjali għat-twassil ta’ benefiċċji addizzjonali u kosteffettivi ħafna għall-konsumaturi tal-UE, tnaqqis fit-tniġġis tal-arja, u ffrankar tal-enerġija/CO2 li altrimenti jista’ jkollhom jiġu pprovduti minn politiki oħra fil-livell tal-UE jew f’dak nazzjonali. Madankollu, ir-rieżamijiet f’waqthom tar-regoli eżistenti, l-appoġġ għal applikazzjoni/infurzar korretti, l-iżvilupp tal-EPREL u l-esplorazzjoni tar-regolamentazzjoni ta’ prodotti ġodda relatati mal-enerġija jirrikjedu sforzi sostanzjali.

Għalhekk, fil-kuntest tal-pakkett ta’ politika dwar il-prodotti sostenibbli, il-Kummissjoni indikat b’mod ċar il-ħtieġa li jiżdiedu b’mod sinifikanti r-riżorsi allokati għall-implimentazzjoni tal-politika tal-ekodisinn bħala parti minn politika aktar ambizzjuża dwar il-prodotti sostenibbli u tistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu l-istess fir-rigward tal-isforzi nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq.


(1)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1749 tat-28 ta’ Settembru 2021 dwar l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel: minn prinċipji għall-prattika — Linji gwida u eżempji għall-implimentazzjoni tagħha fit-teħid tad-deċiżjonijiet fis-settur tal-enerġija u lil hinn minnu (ĠU L 350, 4.10.2021, p. 9).

(2)  Ara wkoll COM(2021) 801 - Proposta għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika.

(3)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal.

(4)  https://ec.europa.eu/environment/strategy/circular-economy-action-plan_it

(5)  Id-Direttiva 2009/125/KE al-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

(7)  COM(2008)0660 final.

(8)  SWD(2012) 434 final.

(9)  COM(2016) 773 final.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 1).

(11)  Fl-2020, huwa stmat li nbiegħu madwar 3 biljun prodott soġġetti għall-miżuri fl-EU27, li minnhom 1,5 biljun kienu sorsi tad-dawl, 880 miljun kienu prodotti tal-elettronika, 350 miljun kienu tajers u 240 miljun kienu prodotti oħra

(12)  Ir-rapport dwar il-Kontabbiltà tal-Impatt tal-Ekodisinn (“EIA”) tal-2020: https://data.europa.eu/doi/10.2833/72143

L-EIA tagħmel użu mid-data tal-Eurostat, inklużi l-karti tal-Bilanċ tal-Enerġija (nrg_bal_c) u l-konsum finali diżaggregat tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi - kwantitajiet (nrg_d_hhq).

(13)  “Achievements of Energy Efficiency Appliance and Equipment Standards and Labelling Programs: 2021 update”: https://www.iea-4e.org/projects/eesl-achievements-reports/

(14)  Ewrobarometru Nru 492, Mejju 2019: https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/2238

(15)  https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC127006

(16)  https://ec.europa.eu/info/energy-climate-change-environment/standards-tools-and-labels/products-labeling-rules-and-requirements/energy-label-and-ecodesign_mt

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas- 17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45).

(18)  (SWD(2022) 101).

(19)  Ara wkoll l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(20)  Ir-Rapport Speċjali Nru 01/2020: L-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija: il-kontribut importanti għal effiċjenza akbar fl-enerġija tnaqqas minn dewmien sinifikanti u nuqqas ta’ konformità (ĠU C 18, 20.1.2020, p. 2).

(21)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-544/13 RENV.

(22)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-127/19.

(23)  COM(2022) 31 final, 2 ta’ Frar 2022.

(24)  https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/eu_renovation_wave_strategy.pdf

(25)  COM(2021) 400 final, 12 ta’ Mejju 2021.

(26)  Magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ, unitajiet ta’ ventilazzjoni, apparat tat-tisjir domestiku.

(27)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2125 tat-30 ta’ Novembru 2016 dwar il-linji gwida għall-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni konklużi mill-industrija skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 329, 3.12.2016, p. 109).

(28)  https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau//product-groups/522/home

(29)  Pereżempju, dwar it-tagħmir ta’ network tal-intrapriżi, it-tagħmir ta’ network żgħir għall-użu fid-dar u fl-uffiċċju, l-awdjo u l-vidjo domestiċi interkonnessi.

(30)  https://ses.jrc.ec.europa.eu/development-of-policy-proposals-for-energy-smart-appliances

(31)  https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13141-Digitalising-the-energy-sector-EU-action-plan_mt

(32)  https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/energy_climate_change_environment/standards_tools_and_labels/documents/egla_report_2021_final.pdf

(33)  Innota li dan l-iffrankar ma għandux jiġi akkumulat maċ-ċifri mogħtija fil-Pjan ta’ Ħidma 2016-2019 għall-istess sena.

(34)  Jekk jogħġbok irreferi għad-dokument ta’ ħidma tal-persunal għal aktar dettalji.

(35)  Imsemmija l-ewwel darba fil-Pjan ta’ Ħidma tal-2012.

(36)  Ibid.

(37)  Minkejja li l-provvisti tal-elettriku esterni diġà huma regolati, dawk “universali” huma indikati bħala grupp ta’ prodotti ġdid, minħabba r-rilevanza u l-ispeċifiċità tal-analiżi meħtieġa biex jinkisbu l-kriterji/karatteristiċi neċessarji. Ara l-informazzjoni dwar ir-rieżami li għaddej bħalissa minn: https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13351-External-power-supplies-ecodesign-&-information-requirements-review-_mt

(38)  COM (2015) 614

(39)  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/IP_19_5895

(40)  https://ec.europa.eu/growth/tools-databases/mandates/index.cfm?fuseaction=search.detail&id=564

(41)  https://standards.cencenelec.eu/dyn/www/f?p=205:32:0::::FSP_ORG_ID,FSP_LANG_ID:2240017.25&cs=10B7B067CC7107748A52C1C034BB4CFD3

(42)  https://eprel.ec.europa.eu

(43)  Ara l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE)2017/1369

(44)  Ara t-Tassonomija tal-UE għal attivitajiet sostenibbli u l-inizjattiva pilota tal-Garanzija tas-Sostenibbiltà tal-FEI taħt it-tieqa InvestEU SME

(45)  Ara l-Anness IV tar-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika

(46)  Ara l-punt (22) il-ġdid miżjud mal-Anness III fid-Direttiva 2006/112/KE https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-14754-2021-INIT/mt/pdf

(47)  Dan kien il-każ, pereżempju, għall-friġġijiet spezzjonati taħt il-proġett EEPLIANT2 fl-2018-2019. Ir-riżultati preliminari tal-proġett EEPLIANT3 f’Novembru 2021 fil-biċċa l-kbira jikkonfermaw dan, 75 % tal-prodotti spezzjonati għandhom kwistjonijiet bid-dokumentazzjoni teknika jew bir-rekwiżiti tat-tikkettar online, filwaqt li madankollu jinnotaw li ċ-ċifri jistgħu ma jkunux kompletament rappreżentattivi minħabba l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju li ġeneralment jintuża fil-kampjunar tal-prodotti

(48)  https://ec.europa.eu/growth/single-market/goods/building-blocks/information-and-communication-system-market-surveillance_en

(49)  Study on Impacts of the EU’s Ecodesign and Energy/Tyre Labelling Legislation on Third Jurisdictions, Waide et al, https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/201404_ieel_third_jurisdictions.pdf

(50)  https://www.iea-4e.org/

(51)  https://www.superefficient.org/


ANNESS

Metodoloġija għall-Ekodisinn tal-Prodotti relatati mal-Enerġija (MEErP)

Il-Metodoloġija għall-Ekodisinn tal-Prodotti relatati mal-Enerġija (MEErP) ġiet żviluppata biex tipprovdi gwida operazzjonali lill-Kummissjoni Ewropea u lill-kuntratturi li jipprovduha b’assistenza teknika fit-twettiq tal-istudju preparatorju għall-Ekodisinn ta’ prodott. Ir-rapporti sħaħ tal-metodoloġija u l-mudell tal-kalkolu huma disponibbli online (1). L-MEErP evolviet maż-żmien bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati. L-istadji amministrattivi u legali ta’ wara l-istudju preparatorju mhumiex koperti mill-MEErP Madankollu, l-MEErP hija mfassla b’tali mod li r-riżultati tagħha jkunu jistgħu jiġu integrati f’Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea.

L-MEErP hija magħmula minn seba’ kompiti. L-ewwel erba’ kompiti jinvolvu l-ġbir ta’ data u t-twettiq ta’ analiżi inizjali. Dawn jindirizzaw:

Kompitu 1 – Kamp ta’ applikazzjoni (definizzjonijiet tal-prodotti, standards u leġiżlazzjoni);

Kompitu 2 – Swieq (analiżi ekonomika u tas-suq, inklużi l-volumi u l-prezzijiet)

Kompitu 3 – Utenti (id-domanda għall-prodotti, l-imġiba tal-konsumaturi u l-infrastruttura lokali);

Kompitu 4 – Teknoloġiji (il-provvista tal-prodotti, li tinkludi l-Aqwa Teknoloġija Disponibbli (BAT) u l-Aqwa Teknoloġija li Għadha Mhux Disponibbli (BNAT));

Minbarra li jikkontribwixxu għall-Kompiti 5 sa 7, il-Kompiti 1 sa 4 għandhom l-iskop addizzjonali li jibnu l-kapaċità. Ir-rapporti tal-Kompiti 1 sa 4 jipprovdu lil dawk li jfasslu l-politika u lill-partijiet ikkonċernati l-isfond li jippermettilhom jifhmu l-problemi ta’ xulxin u jipparteċipaw fi djalogu.

Kompitu 5 – Ambjent u Ekonomija (Każ bażi (2) Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja u Kost taċ-Ċiklu tal-Ħajja);

Kompitu 6 – Għażliet ta’ disinn (potenzjal ta’ titjib);

Kompitu 7 – Xenarji (Analiżi tal-politika, tax-xenarju, tal-impatt u tas-sensittività).

Il-Kompiti 5 sa 7 huma maħsuba biex jipprovdu analiżi dwar jekk u, jekk iva, liema rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti għall-prodott relatat mal-enerġija inkwistjoni. Fil-Kompitu 5, il-“każ bażi” huwa identifikat permezz ta’ sinteżi tar-riżultati tal-Kompiti 1 sa 4. Il-każ bażi huwa astrazzjoni konxja tar-realtà u l-punt ta’ referenza għall-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ titjib u għall-analiżi tal-politika, tax-xenarju, tal-impatt u tas-sensittività.

L-għażliet tad-disinn, il-konsegwenzi tagħhom f’termini tal-Kost taċ-Ċiklu tal-Ħajja għall-konsumatur, il-kostijiet u l-benefiċċji ambjentali tagħhom, is-soluzzjoni bl-Anqas Kostijiet taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LLCC) u l-BAT jiġu identifikati fil-Kompitu 6. Aktar milli rekwiżiti minimi obbligatorji, il-BAT tindika mira fuq terminu medju li tista’ tkun xierqa għal miżuri promozzjonali. Il-BNAT tindika possibbiltajiet fit-tul u tgħin biex jiġu definiti eżattament il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjoni ta’ miżuri possibbli.

Fil-Kompitu 7 l-eżiti tal-kompiti preċedenti jinġabru flimkien biex jiġu esplorati mezzi ta’ politika xierqa biex jitwettaq il-potenzjal ta’ titjib. Dan joħloq xenarji b’diversi projezzjonijiet sal-2050 li jikkwantifikaw it-titjib li jista’ jinkiseb meta mqabbel max-xenarju ta’ żamma tal-istatus quo. L-eżiti jitqabblu mal-miri tal-UE u mal-kost soċjetali meħtieġ biex jinkiseb il-benefiċċju b’mod ieħor. L-impatti fuq il-konsumaturi (il-kapaċità tal-akkwist, il-kostijiet soċjetali) u l-industrija (l-impjiegi, il-profittabbiltà, il-kompetittività, il-livell ta’ investiment) jiġu stmati, fejn jiġi deskritt u meqjus b’mod espliċitu ċ-ċiklu tipiku tad-disinn fis-settur tal-prodotti. Fl-aħħar nett, ir-robustezza tal-eżiti tiġi esplorata permezz ta’ analiżi tas-sensittività tal-parametri ewlenin.

Għall-validità tal-valutazzjonijiet u għall-valur miżjud tal-proposta leġiżlattiva li tirriżulta minnhom huwa importanti li l-metodoloġija tinżamm aġġornata. Il-metodoloġija attwali evolviet gradwalment maż-żmien permezz ta’ rieżamijiet perjodiċi, li kienu jinvolvu l-kontribut tal-partijiet ikkonċernati, u wasslu għal adattamenti perjodiċi.

Il-verżjoni attwali tal-MEErP ilha tintuża mill-2013 (3) u l-verżjoni attwali 3.06 tal-għodda Ecoreport ilha tintuża mill-2014 (4). Bħalissa għaddejja ħidma fuq rieżami li, fejn meħtieġ, se taġġorna d-data użata fl-analiżi u tiżgura li tibqa’ adatta għall-iskop tagħha, f’konformità mal-iżviluppi reċenti tal-politika. Il-proċess tar-reviżjoni qed jiġi ġestit miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u d-dettalji tal-proċess li għaddej u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati se jiġu ppubblikati (5).


(1)  Methodology for Ecodesign of Energy-related Products - MEErP 2011 - Methodology Report - Part 1: Methods, https://ec.europa.eu/docsroom/documents/26525, Methodology for Ecodesign of Energy-related Products - MEErP 2011 - Methodology Report - Part 2: Environmental policies and data, https://ec.europa.eu/docsroom/documents/26526, EcoReport Calculations’ template: https://ec.europa.eu/docsroom/documents/5308/attachments/1/translations

(2)  Prodott medju tal-UE wieħed jew aktar jew kategorija ta’ prodotti rappreżentattiva għandhom jintgħażlu bħala l-“każ bażi” għall-EU-27 kollha

(3)  SWD(2012) 434 final:https://ec.europa.eu/docsroom/documents/9952/attachments/1/translations/en/renditions/pdf

(4)  Studju dwar l-effiċjenza tal-materjali għall-MEErP (ippubblikat f’Diċembru 2013) disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/growth/industry/sustainability/sustainable-product-policy-ecodesign_en, Għodda Ecoreport disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/docsroom/documents/5308/attachments/1/translations

(5)  https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/product-groups/521/home


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/13


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-3 ta’ Mejju 2022

(2022/C 182/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0556

JPY

Yen Ġappuniż

137,06

DKK

Krona Daniża

7,4403

GBP

Lira Sterlina

0,84130

SEK

Krona Żvediża

10,3978

CHF

Frank Żvizzeru

1,0272

ISK

Krona Iżlandiża

137,60

NOK

Krona Norveġiża

9,9090

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,662

HUF

Forint Ungeriż

382,15

PLN

Zloty Pollakk

4,6925

RON

Leu Rumen

4,9475

TRY

Lira Turka

15,6941

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4825

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3570

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,2838

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6366

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4605

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 335,64

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,8303

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9759

HRK

Kuna Kroata

7,5555

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 288,47

MYR

Ringgit Malażjan

4,5956

PHP

Peso Filippin

55,455

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,387

BRL

Real Brażiljan

5,3143

MXN

Peso Messikan

21,5025

INR

Rupi Indjan

80,8420


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

4.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/14


Opinjoni n°1/2022

skont l-Artikolu 287(4) tat-TFUE)

dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

(2022/C 182/03)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat l-Opinjoni n°1/2022 tagħha “(skont l-Artikolu 287(4) tat-TFUE) dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej”.

L-Opinjoni tista’ tiġi kkonsultata direttament jew imniżżla mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri:

https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=61068


Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

4.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/15


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar iż-żewġ Proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill li jawtorizzaw lill-Istati Membri biex jiffirmaw u jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità dwar kooperazzjoni msaħħa u żvelar ta’ evidenza elettronika

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinsab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

(2022/C 182/04)

Fil-25 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni adottat żewġ Proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill, skont l-Artikoli 16, 82(1) u 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-ewwel waħda li tawtorizza lill-Istati Membri biex jiffirmaw u l-oħra biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni ta’ Budapest dwar iċ-Ċiberkriminalità. L-Anness għall-Prosposti jistabbilixxi d-direttivi tal-Kunsill għar-riżervi, id-dikjarazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet, waqt l-iffirmar u r-ratifika tal-Protokoll.

L-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-kriminalità hija objettiv leġittimu, u l-kooperazzjoni internazzjonali inkluż l-iskambju tal-informazzjoni saru iktar importanti minn qatt qabel. Kif l-EDPS ilu jargumenta, l-UE teħtieġ arranġamenti sostenibbli għall-kondiviżjoni tad-data personali ma’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi, kompatibbli b’mod sħiħ mat-Trattati tal-UE u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Anke fl-investigazzjoni ta’ każijiet domestiċi, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi aktar ta’ spiss qed isibu lilhom infushom f’“sitwazzjonijiet transfruntiera” minħabba li l-informazzjoni tiġi maħżuna elettronikament f’pajjiż terz. Il-volum dejjem jikber ta’ talbiet u l-volatilità tal-informazzjoni diġitali joħolqu strapazz fuq mudelli ta’ kooperazzjoni eżistenti, bħall-MLATs. L-EDPS jifhem li l-awtoritajiet jaffaċċjaw ġlieda kontra l-ħin biex jiksbu d-data għall-investigazzjonijiet tagħhom u jappoġġja sforzi biex jinħolqu mudelli ta’ kooperazzjoni ġodda, inklużi fil-kuntest ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

Il-Protokoll għandu l-għan li jtejjeb il-mezzi tradizzjonali ta’ kooperazzjoni u jinkludi dispożizzjonijiet biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-fornituri ta’ servizz f’kuntest transfruntier. B’mod partikolari, il-Protokoll isaħħaħ il-kooperazzjoni dwar iċ-ċiberkriminalità u l-ġbir ta’ evidenza f’forma elettronika li tikkonċerna reati kriminali għall-finijiet ta’ investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali speċifiċi.

Filwaqt li jirrikonoxxi li mhuwiex possibbli li jiġu replikati għal kollox it-terminoloġija u d-definizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fi ftehim internazzjonali multilaterali, l-EDPS jissottolinja li s-salvagwardji xierqa għall-individwi għandhom ikunu żgurati sabiex jikkonformaw kompletament mad-dritt tal-Unjoni.

Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data inklużi l-ekwità, l-akkuratezza u r-rilevanza tal-informazzjoni, is-sorveljanza indipendenti u d-drittijiet individwali tal-individwi huma rilevanti għall-korpi pubbliċi daqs kemm huma rilevanti għall-kumpaniji privati. Dawn il-prinċipji bażiċi huma aktar importanti meta wieħed jikkunsidra s-sensittività tad-data meħtieġa għall-investigazzjonijiet kriminali.

Din l-Opinjoni għandha l-għan li tipprovdi analiżi oġġettiva u parir kostruttiv lill-istituzzjonijiet tal-UE hekk kif il-Kunsill qed jeżamina l-Proposti tal-Kummissjoni biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Protokoll u qabel jiġi msejjaħ il-Parlament Ewropew biex jipprovdi l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll.

L-EDPS jilqa’ l-fatt li l-ebda dispożizzjoni dwar aċċess dirett għad-data mill-awtoritarijiet tal-infurzar tal-liġi ma ġiet inkluża fit-test finali tal-Protokoll. Jilqa’ l-fatt ukoll li l-Protokoll jinkludi Artikolu dedikat dwar il-protezzjoni ta’ data personali. Barra minn hekk, l-EDPS jinnota b’mod pożittiv id-diversi salvagwardji li ġew inklużi fil-Protokoll.

L-EDPS jifhem li huwa kkonfermat li l-Ftehim Komprensiv bejn l-UE u l-Istati Uniti japplika għal trasferimenti mill-UE lejn l-Istati Uniti tal-Amerka fil-qafas tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll relatat mal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet. L-EDPS jiddispjaċih għal tali eżitu.

Jekk tiġi adottata Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex, rispettivament jiffirmaw u jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll, l-EDPS jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni għall-Istati Membri li jagħmlu, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, id-dikjarazzjoni, in-notifika u l-komunikazzjoni skont l-Artikoli 7(2)(b), 5(a) u (e) tal-Protokoll. Dawn il-proposti jiżguraw li l-fornituri ta’ servizz fl-Unjoni jkunu jistgħu jintalbu jittrasferixxu data personali biss fuq bażi ta’ ordnijiet maħruġa, fil-Parti għall-Protokoll tal-pajjiż terz rikjedenti, minn, jew taħt is-superviżjoni ta’, prosekutur jew awtorità ġudizzjarja oħra, jew taħt superviżjoni indipendenti u taħt il-kontroll ta’ awtorità kompetenti fi ħdan l-Istat Membru rikjest.

L-EDPS jinnota b’mod pożittiv ukoll il-proposta li l-Istati Membri jagħmlu d-dikjarazzjoni skont l-Artikolu 8(4) tal-Protokoll (dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti biex jagħtu effett lill-ordnijiet ta’ produzzjoni għal informazzjoni dwar l-abbonati u data dwar it-traffiku), sabiex ikun żgurat li tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali ta’ appoġġ biex jingħata effett lil ordnijiet skont din id-dispożizzjoni.

Barra minn hekk, l-EDPS għandu r-rakkomandazzjonjiet li ġejjin b’rabta mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill futuri, jekk il-Protokoll ikun iffirmat u ratifikat mill-Istati Membri, fl-interess tal-Unjoni Ewropea:

Ċerta data inkluża fil-kategorija ta’ informazzjoni dwar l-abbonati fis-sens tal-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità, tista’ titqies skont id-Dritt tal-Unjoni bħala data dwar it-traffiku li timplika interferenza serja mad-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data, li l-aċċess għaliha jista’ jkun ġustifikat biss bil-ġlieda kontra kriminalità serja. Għalhekk, l-EDPS jirrakkomanda lill-Istati Membri, għall-kuntrarju tal-proposta tal-Kummissjoni, biex jirriżervaw id-dritt li ma japplikawx l-Artikolu 7 tal-Protokoll dwar l-iżvelar ta’ data dwar l-abbonati mill-fornituri ta’ servizz direttament lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż ieħor b’rabta ma’ ċerti tipi ta’ numri ta’ aċċess, skont l-Artikolu 7(9)(b);

L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw, skont l-Artikolu 7(5)(e) tal-Protokoll, awtorità ġudizzjarja jew awtorità indipendenti oħra;

Il-komunikazzjoni proposta mill-Istati Membri lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, fil-ħin tal-iffirmar jew meta jiddepożitaw l-istrument ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni jew ta’ approvazzjoni tagħhom, b’rabta mal-Ftehim Komprensiv bejn l-UE u l-Istati Uniti għandha tkun kjarifikata;

Il-kunsiderazzjoni proposta, b’rabta ma’ ftehimiet jew arranġamenti oħrajn skont l-Artikolu 14(1)(c) tal-Protokoll li tista’ tissostitwixxi d-dispożizzjoni dwar il-protezzjoni tad-data tal-Protokoll (Artikolu 14), għandha tiġi emendata.

1.   INTRODUZZJONI U SFOND

1.

F’Ġunju 2017, il-Kumitat tal-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa approva t-Termini ta’ Referenza għat-tħejjija tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità matul il-perjodu minn Settembru 2017 sa Diċembru 2019 (1).

2.

Fil-5 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni (2) għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tipparteċipa, f’isem l-Unjoni Ewropea, fin-negozjati dwar it-Tieni Protokoll Addizzjonali (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) (3) għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar kooperazzjoni internazzjonali msaħħa dwar iċ-ċiberkriminalità u l-evidenza elettronika (minn hawn ’il quddiem “il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità”) (CETS Nru 185) (4).

3.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (minn hawn ’il quddiem “l-EDPS”) adotta Opinjoni rigward ir-Rakkomandazzjoni fit-2 ta’ April 2019 (5). B’Deċiżjoni tas-6 ta’ Ġunju 2019, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea awtorizza lill-Kummissjoni biex tipparteċipa, f’isem l-Unjoni Ewropea, fin-negozjati fid-dawl tal-Protokoll (6).

4.

Il-Kumitat tal-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità estenda t-termini ta’ referenza darbtejn, sa Diċembru 2020 u sussegwentement sa Mejju 2021. Il-Protokoll ġie ppreparat mill-Kumitat tal-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità (T-CY) bejn Settembru 2017 u Mejju 2021. F’dan il-perjodu saru ’l fuq minn disgħin sessjoni tal-Plenarja tal-Abbozzar tal-Protokoll T-CY, tal-Gruppi tal-Abbozzar u tas-Sub-gruppi kif ukoll sitt ċikli ta’ konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati.

5.

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ikkontribwixxa għall-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-abbozz tal-Protokoll fit-13 ta’ Novembru 2019, fit-2 ta’ Frar 2021 u fl-4 ta’ Mejju 2021 (7).

6.

Il-Parlament Ewropew irrikonoxxa l-ħtieġa li jikkonkludi x-xogħol fuq il-Protokoll fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali (8).

7.

Fis-17 ta’ Novembru 2021, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa adotta l-Protokoll. Għandu jkun miftuħ għall-iffirmar f’Mejju 2022. L-emendi fih għandhom għalhekk ikunu proposti biss minn Parti għall-Protokoll u adottati mill-Kumitat tal-Ministri. Il-Protokoll jeħtieġ l-aċċettazzjoni tal-Partijiet kollha għall-emendi biex jidħlu fis-seħħ (9).

8.

L-Unjoni Ewropea ma tistax issir Parti għall-Protokoll, peress li kemm il-Protokoll kif ukoll il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità huma miftuħa għall-Istati biss (10).

9.

Fil-25 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni adottat żewġ Proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill, skont l-Artikoli 16, 82(1) u 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (11).

10.

Skont dawn il-Proposti (12), il-Protokoll jaqa’ f’qasam kopert estensivament minn regoli komuni fis-sens tal-Artikolu 3(2) TFUE. Il-Kummissjoni tfittex li tikseb, b’dawn il-Proposti, żewġ Deċiżjonijiet mill-Kunsill li jawtorizzaw lill-Istati Membri biex rispettivament jiffirmaw u jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll. Iż-żewġ Proposti huma akkumpanjati minn Anness (minn hawn ’il quddiem “l-Anness”) li jipprovdi struzzjonijiet għall-Istati Membri, fir-rigward tar-riżervi, id-dikjarazzjonijiet, in-notifiki jew il-komunikazzjonijiet u kunsiderazzjonijiet oħrajn li jridu jsiru, meta jiffirmaw jew jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll. Il-Proposta relatata mar-ratifika hija wkoll akkumpanjata mit-test tal-Protokoll fl-Anness.

11.

Sabiex il-ftehim ikun konkluż, jekk il-Kunsill jiddeċiedi li jawtorizza l-iffirmar tiegħu mill-Istati Membri, fl-interess tal-Unjoni, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istati Membri, fl-interess tal-Unjoni, biex jirratifikaw il-ftehim, wara li jiksbu l-kunsens tal-Parlament Ewropew. Il-Protokoll se jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ tliet xhur mid-data li fiha ħames Partijiet għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità jesprimu l-kunsens tagħhom li jintrabtu mill-Protokoll skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(1) u (2) tal-Protokoll (13).

12.

L-EDPS ġie kkonsultat fuq iż-żewġ Proposti mill-Kummissjoni Ewropea wara l-adozzjoni tagħhom, skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 (14). Issir referenza għal din l-Opinjoni fil-Premessi 12 u 13 tal-Proposti dwar ir-ratifika u l-iffirmar tal-Protokoll rispettivament. Hu jixtieq jissottolinja li din l-Opinjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kumment addizzjonali li l-EDPS jista’ jagħmel fuq il-bażi ta’ informazzjoni ulterjuri disponibbli.

7.   KONKLUŻJONIJIET

129.

B’kunsiderazzjoni tal-proliferazzjoni taċ-ċiberkriminalità u l-importanza dejjem akbar tal-evidenza elettronika għall-investigazzjonijiet kriminali, fid-dawl tal-kumplessità għall-kisba ta’ tali evidenza meta ma tkunx fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, l-EDPS jifhem il-ħtieġa għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jiksbu evidenza elettronika malajr u b’mod effettiv sabiex ikunu żguri li jistgħu jiġġieldu l-kriminalità b’mod effettiv.

130.

L-EDPS huwa għalhekk favur li jinstab rispons internazzjonali b’salvagwardji xierqa għal kwistjonijiet eżistenti f’dan il-kuntest.

131.

Il-Protokoll għandu l-għan kemm li jtejjeb il-mezzi tradizzjonali ta’ kooperazzjoni kif ukoll li jipprevedi l-kooperazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-fornituri ta’ servizz transfruntiera. Ma jinkludix dispożizzjonijiet dwar aċċess dirett għad-data mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, li l-EDPS jilqa’.

132.

Filwaqt li jirrikonoxxi li mhuwiex possibbli li jiġu replikati għal kollox it-terminoloġija u d-definizzjonijiet tad-dritt tal-UE fi ftehim internazzjonali multilaterali, l-EDPS jissottolinja li s-salvagwardji xierqa tal-protezzjoni tad-data għall-individwi għandhom ikunu żgurati sabiex jikkonformaw kompletament mad-dritt tal-UE.

133.

L-EDPS huwa sodisfatt li l-Protokoll jinkludi Artikolu dedikat dwar il-protezzjoni tad-data personali. L-EDPS jinnota b’mod pożittiv ukoll id-diversi salvagwardji li ġew inklużi fil-Protokoll.

134.

L-EDPS jifhem li huwa kkonfermat li l-Ftehim Komprensiv japplika għal trasferimenti mill-UE lejn l-Istati Uniti tal-Amerka fil-qafas tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll relatat mal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet. L-EDPS jiddispjaċih għal tali eżitu.

135.

Jekk tiġi adottata Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex, rispettivament jiffirmaw u jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni, il-Protokoll, l-EDPS jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni għall-Istati Membri li jagħmlu, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, id-dikjarazzjoni, in-notifika u l-komunikazzjoni skont l-Artikoli 7(2)(b), 5(a) u (e) tal-Protokoll. Dawn il-proposti jiżguraw li l-fornituri ta’ servizz fl-Unjoni jkunu jistgħu jintalbu jitrasferixxu data personali biss fuq bażi ta’ ordnijiet maħruġa fil-Parti għall-Protokoll tal-pajjiż terz rikjedenti minn, jew taħt is-superviżjoni ta’, prosekutur jew awtorità ġudizzjarja oħra, jew taħt superviżjoni indipendenti u taħt il-kontroll ta’ awtorità kompetenti fi ħdan l-Istat Membru rikjest.

136.

Huwa jinnota b’mod pożittiv ukoll il-proposta li l-Istati Membri jagħmlu d-dikjarazzjoni skont l-Artikolu 8(4) tal-Protokoll (dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti biex jagħtu effett lill-ordnijiet ta’ produzzjoni għal informazzjoni dwar l-abbonati u data dwar it-traffiku), sabiex ikun żgurat li tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali ta’ appoġġ biex jingħata effett lil ordnijiet skont din id-dispożizzjoni.

137.

L-EDPS għandu r-rakkomandazzjonjiet li ġejjin b’rabta mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill futuri, jekk il-Protokoll ikun iffirmat u ratifikat mill-Istati Membri, fl-interess tal-Unjoni:

Ċerta data inkluża fil-kategorija ta’ informazzjoni dwar l-abbonati fis-sens tal-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità, tista’ titqies skont id-Dritt tal-Unjoni bħala data dwar it-traffiku li timplika interferenza serja mad-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data, li l-aċċess għaliha jista’ jkun ġustifikat biss bil-ġlieda kontra kriminalità serja. Għalhekk, l-EDPS jirrakkomanda lill-Istati Membri, għall-kuntrarju tal-Proposti tal-Kummissjoni, biex jirriżervaw id-dritt li ma japplikawx l-Artikolu 7 tal-Protokoll dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar l-abbonati mill-fornituri ta’ servizz direttament lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż ieħor b’rabta ma’ ċerti tipi ta’ numri ta’ aċċess, skont l-Artikolu 7(9)(b);

L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw, skont l-Artikolu 7(5)(e) tal-Protokoll, awtorità ġudizzjarja jew awtorità indipendenti oħra;

Il-komunikazzjoni proposta mill-Istati Membri lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, fil-ħin tal-iffirmar jew meta jiddepożitaw l-istrument ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni jew ta’ approvazzjoni tagħhom, b’rabta mal-Ftehim Komprensiv bejn l-UE u l-Istati Uniti għandha tkun kjarifikata;

Il-kunsiderazzjoni proposta b’rabta ma’ ftehimiet jew arranġamenti oħrajn skont l-Artikolu 14(1)(c) tal-Protokoll li tista’ tissostitwixxi d-dispożizzjoni dwar il-protezzjoni tad-data tal-Protokoll (Artikolu 14), għandha tiġi emendata.

138.

L-EDPS finalment jissottolinja li prosekutur ta’ Stat Membru u għalhekk ukoll l-UPPE għandhom jkunu jistgħu jissottomettu ordni jew jittrasferixxu data abbażi tal-ordni ta’ Parti oħra skont l-Artikolu 8 biss meta jkun żgurat li tali ordni tkun soġġetta għal reviżjoni minn awtorità ġudizzjarja jew korp indipendenti fis-sens tal-ġurisprudenza tal-QĠUE.

139.

L-EDPS jibqa’ għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew biex jipprovdi pariri ulterjuri matul il-proċess. Din l-Opinjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kumment addizzjonali li l-EDPS jista’ jagħmel fuq il-bażi ta’ informazzjoni ulterjuri disponibbli.

Brussell, l-20 ta’ Jannar 2022

Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI


(1)  https://rm.coe.int/t-cy-terms-of-reference-protocol/1680a03690

(2)  Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-parteċipazzjoni fin-negozjati tat-tieni Protokoll Addizzjonali lill-Kunsill tal-Ewropa għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità (CETS Nru 185), COM(2019) 71 finali.

(3)  https://rm.coe.int/1680a49dab (verżjoni proviżorja kif approvata mill-Kumitat tal-Ministri).

(4)  https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=0900001680081561

(5)  Opinjoni 3/2019 tal-EDPS dwar il-parteċipazzjoni fin-negozjati fid-dawl tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità ta’ Budapest tat-2 ta’ April 2019.

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill adottata fis-6 ta’ Ġunju 2019 li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tipparteċipa, f’isem l-Unjoni Ewropea, fin-negozjati tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità (CETS Nru 185).

(7)  “Il-kontribut tal-EDPB għall-konsultazzjoni dwar abbozz tat-tieni protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità (il-Konvenzjoni ta’ Budapest) tat-13 ta’ Novembru 2019”; “Dikjarazzjoni 02/201 dwar abbozzi ta’ dispożizzjoniiet ġodda tat-tieni protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità (il-Konvenzjoni ta’ Budapest) kif adottata fit-2 ta’ Frar 2021”; “Il-kontribut tal-EDPB għas-sitt ċiklu ta’ konsultazzjoni dwar l-abbozz tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni ta’ Budapest tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-4 ta’ Mejju 2021”

(8)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali.

(9)  L-Artikolu 21 tal-Protokoll.

(10)  Il-Premessa 10 tal-Proposti għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jiffirmaw u jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità dwar kooperazzjoni msaħħa u żvelar ta’ evidenza elettronika.

(11)  Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jiffirmaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità dwar kooperazzjoni msaħħa u żvelar ta’ evidenza elettronika (COM(2021)718 finali).

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità dwar kooperazzjoni msaħħa u żvelar ta’ evidenza elettronika (COM(2021)719 finali).

Skont il-Premessi 14 u 15 tal-Proposta dwar l-iffirmar u l-Premessi 13 u 14 tal-Proposta dwar ir-ratifika, l-Irlanda għandha l-għażla li tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni u d-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(12)  Premessa 3 tal-Proposti.

(13)  Artikolu 16(1). “[...][Il-Partijiet għall-Konvenzjoni] jistgħu jesprimu l-kunsens tagħhom li jintrabtu permezz ta’:

a.

il-firma mingħajr riżerva dwar ir-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni; jew

b.

il-firma bla ħsara għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni, segwita mir-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni”.

2. L-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa.

(14)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

4.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/20


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 182/05)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Alubia de Anguiano”

Nru tal-UE: PDO-ES-02642 – 14.10.2020

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet [tad- DOP jew tal-IĠP]

“Alubia de Anguiano”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-prodott kopert bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Alubia de Anguiano” huwa magħmul miż-żerriegħa niexfa u mfesdqa tal-ispeċi Phaseolus vulgaris L li tifforma parti mill-familja Fabaceae, varjetà li tixxeblek assoċjata mal-fażola mxebilka ma’ lasta “El Encinar”, prodotta u mballata fil-muniċipalità ta’ Anguiano.

Il-kultivar “El Encinar” ġiet iffurmata minn firxa ta’ ekotipi lokali magħżula tul is-sekli mill-bdiewa li jfittxu li jtejbu l-produttività u l-karatteristiċi kwalitattivi tagħha. Ix-xejra tat-tkabbir tagħha hija indeterminata b’internodi twal u għalhekk jeħtieġ li tintrabat ma’ lasta biex tiżviluppa kif suppost. Iċ-ċiklu tat-tkabbir tagħha jvarja bejn 120 u 180 jum.

L-“Alubia de Anguiano” hija legum bil-karatteristiċi li ġejjin: ta’ daqs medju, b’forma ovali, vjola jew kulur l-inbid, b’luminożità u saturazzjoni baxxa, b’qoxra rqiqa, b’kontenut baxx ta’ aċidu ossaliku (madwar 625 mg/kg) u b’perċentwal għoli ta’ assorbiment tal-ilma (mill-inqas 95 %) meta titħalla fl-ilma qabel ma tissajjar. Dan għandu l-effett li jrattab il-fażola u jnaqqas il-ħin tat-tisjir, u b’hekk isir prodott kulinarju ta’ kwalità għolja.

Daqs

Medju

Wisa’

5,80  mm ±0,5  mm

Tul

10,95  mm ±1  mm

Ħxuna

5,10  mm ±0,5  mm

Piż ta’ 100 żerriegħa (g)

38,36 ±1,19

Densità g/cm3

1,37 ±0,03

Ebusija (test tal-kompressjoni) (N/mm2)

0,58 ±0,10

% ta’ assorbiment tal-ilma

≥ 98 ±3,29

Ebusija wara li titħalla fl-ilma (test tal-kompressjoni) (N/mm2)

0,07 ±0,02

Ebusija (test tat-titqib) (N/mm2)

6,41 ±1,25

Ebusija wara li titħalla fl-ilma (test tat-titqib) (N/mm2)

0,3 ±0,03

Forma

Ovali

Luminożità

Tleqq

Kulur

Fil-vjola/kulur l-inbid

Dbabar

Xejn

Disinn

Ebda disinn

Meta ppakkjata, il-fażola trid tkun sħiħa, f’saħħitha u mingħajr tbajja’ ħlief għal xi dbabar żgħar ħafna fil-wiċċ li ma jridux ikunu ta’ detriment għall-apparenza jew il-kwalità ġenerali jew għall-preżentazzjoni tal-imballaġġ. Il-kontenut ta’ ndewwa taż-żrieragħ ma jistax jaqbeż is-17 %. Id-daqs taż-żerriegħa jrid ikun akbar mill-għarbiel tal-klassifikazzjoni ta’ 5 mm.

Il-kwalità kulinarja tal-“Alubia de Anguiano”, marbuta ma’ kif tirrispondi matul il-proċess tat-tisjir, għandha impatt dirett fuq it-togħma karatteristika tagħha meta tissajjar. Il-fażola ma tifformax għoqiedi iżda tibqa’ sħiħa u intatta b’konsistenza lixxa qisha butir. Il-qoxra hija imperċettibbli u s-sensazzjoni fil-ħalq pjaċevoli ħafna.

Dawn il-karatteristiċi jfissru li l-fażola hija mfittxija ħafna fis-suq u adattabbli ħafna u adattata sew għall-kċina kreattiva. Il-fażola “Alubia de Anguiano” hija faċli ħafna biex tissajjar u ssir malajr, u l-ħbub ma jinqasmux meta tissajjar iżżejjed.

3.3.   Għalf u materja prima

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-proċessi kollha involuti fil-produzzjoni, it-tfesdiq, it-tnixxif, il-preservazzjoni u l-preparazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Alubia de Anguiano” iridu jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Għalkemm iseħħu wara l-produzzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettar fis-sors jitwettqu mill-operaturi rreġistrati bid-denominazzjoni u jitqiesu kruċjali fl-iżgurar tal-kwalità u l-garanzija ta’ traċċabilità u monitoraġġ adegwati. Dan minħabba li l-fażola hija prodott li faċilment tista’ titħallat ma’ fażola oħra minn sorsi oħrajn, fażola żgħira, varjetajiet oħrajn jew fażola li ma tkunx ġiet ippreservata kif suppost. Dan jipproteġi wkoll ir-reputazzjoni tal-prodott.

L-imballaġġ jista’ jsir bl-idejn jew bl-użu ta’ magni tal-użin awtomatiċi jew semiawtomatiċi. Jintużaw pakketti b’piżijiet netti ta’ 0,5, 1, 2 u 3 kg. Jistgħu jintużaw ukoll basktijiet ta’ 5, 10 u 20 kg għall-bejgħ fis-settur tal-catering.

Hija permessa l-possibbiltà ta’ ppakkjar mill-ġdid u produtturi individwali jistgħu jagħmlu kunsinni bl-ingrossa b’tikketti li jitwaħħlu wara, bil-kundizzjoni li ssir referenza għad-DOP u li jkun hemm fis-seħħ sistema ta’ monitoraġġ adegwata biex tiġi garantita t-traċċabilità tal-prodott għall-konsumatur aħħari. Meta applikabbli, it-tali prattiki jridu jiġu nnotifikati lill-korp ta’ ġestjoni jew b’xi mod ieħor lill-awtorità kompetenti.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketta fuq kull pakkett trid tkun innummerata u jkollha dan li ġej: l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Alubia de Anguiano”, il-logo tagħha u (f’kamp viżiv differenti) is-sena li fiha nħasdet il-fażola.

Il-produtturi u l-proċessuri kollha li jissodisfaw din l-ispeċifikazzjoni għandu jkollhom aċċess għal-logo speċifiku li se jidentifika l-prodott.

Image 1

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika definita hija magħmula mill-muniċipalità ta’ Anguiano (erja totali ta’ 90,89 km2), li tinsab fid-distrett ta’ Sierra fir-reġjun ta’ Rioja Alta.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija speċifiċi fiż-żona ġeografika demarkata u l-għarfien espert tal-produtturi u l-proċessuri lokali jiżguraw li hemm rabta kawżali bejn il-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott u l-ambjent ġeografiku.

Kwalità jew karatteristiċi tal-prodott

Il-fażola “Alubia de Anguiano” tinkiseb esklussivament mill-varjetà “El Encinar” u hija differenti mill-fażola miksuba minn varjetajiet oħra minħabba l-karatteristiċi fiżiċi speċifiċi ddefiniti fit-taqsima 3.2. Madankollu, hija wkoll differenti ħafna mill-fażola mkabbra fiż-żoni tal-madwar. Il-fażola mkabbra fiż-żona ġeografika hija magħrufa għall-piż, id-densità u l-kapaċità reoloġika (ir-reżistenza għad-deformazzjoni jew it-tixqiq) konsiderevoli tagħha u l-kapaċità kbira tagħha li tassorbi l-ilma meta titħalla fl-ilma qabel ma tissajjar.

Il-kapaċità kbira tagħha li tassorbi l-ilma tagħmel possibbli li l-ebusija tal-ħabba mkejla bl-użu tat-test tat-titqib tonqos minn 6,4 N/mm2 għal 0,30 N/mm2, u b’hekk jitħaffu l-proċessi tal-ġelatinizzazzjoni u d-denaturazzjoni tal-proteini u jitnaqqas il-ħin tat-tisjir. Il-ħbub tal-“Alubia de Anguiano” ma jinqasmux lanqas meta jissajru żżejjed. Din il-karatteristika għandha impatt dirett fuq it-togħma u flimkien ma’ attributi oħrajn, hija responsabbli għall-kwalità kulinarja għolja tal-prodott.

Fatturi naturali

Orografija

Il-muniċipalità ta’ Anguiano tinsab fil-kors tan-nofs/ta’ fuq tax-xmara Najerilla. L-altitudni fiż-żona protetta tvarja bejn 600 m fis-sezzjoni l-aktar baxxa tax-xmara Najerilla u 750 m fiż-żoni muntanjużi, fejn hemm ostakli ċari biex titkabbar din l-għalla. Ir-riżalt jikkonsisti f’sensiela ta’ għoljiet u qċaċet ta’ muntanji, li ħafna drabi jwasslu għal differenzi kbar fl-altitudni li jipprevjenu l-erożjoni tal-ħamrija (evoluzzjoni).

Ir-rampi weqfin u l-kompożizzjoni tal-blat kalkarju żiedu d-depożiti ta’ mases ta’ frammenti tal-ġebel taħt nett tal-irdum fejn il-ħamrija bilkemm żviluppat. Dawn iż-żoni jissejħu “ħamrija fqira” u hawn il-fażola “Alubia de Anguiano” titkabbar b’mod differenti mill-metodi użati fiż-żoni tal-madwar li m’għandhomx l-istess karatteristiċi.

Kundizzjonijiet tal-ħamrija

Din il-ħamrija tipika tal-muntanji (fqira u mhux żviluppata sew) tmur lura għall-perjodu Terzjarju u prinċipalment tikkonsisti minn konglomerati, lavanja u blat ramli. Ir-reżistenza tad-depożiti ta’ mases ta’ frammenti tal-ġebel taħt nett tal-irdum hija riflessa fl-għelejjel, li jipproduċu ħsad iżgħar ta’ żrieragħ li huma iżgħar fid-daqs iżda ogħla fil-kwalità.

Il-ħamrija tiskula tajjeb ħafna. Dan huwa kruċjali għall-iżvilupp korrett tal-fażola “Alubia de Anguiano”, li għandha bżonn l-indewwa bħala fattur ta’ limitazzjoni. Madankollu, l-ilma eċċessiv huwa wkoll ta’ detriment kbir peress li jista’ jinkoraġġixxi t-tixrid ta’ ħafna mard.

Il-ħamrija aċiduża u mingħajr ġir fiż-żona tfisser li l-fażola “Alubia de Anguiano” għandha qoxra aktar irqiqa u kontenut baxx ta’ aċidu ossaliku (madwar 625 mg/kg) f’ċelloli li jinsabu taħt l-epiderme. Dan itejjeb il-kapaċità tagħha li tassorbi l-ilma matul l-istadju li titħalla fl-ilma u jnaqqas il-ħin tat-tisjir.

Klima

It-temperatura medja annwali fiż-żona ġeografika koperta mid-DOP hija 9,7 oC. It-temperatura massima medja hija 13,8 oC u x-xhur l-aktar sħan huma Lulju, Awwissu u Ġunju (f’dik l-ordni). It-temperatura minima medja hija 6 oC u x-xhur l-aktar kesħin huma Frar u Jannar. It-temperatura taqbeż il-25 oC f’37 jum, u taqa’ taħt iż-0 oC fi 58 jum (f’sena). Hemm ukoll varjazzjonijiet sinifikanti fit-temperatura bi ljieli kesħin ħafna u aktar sħana matul il-jum. Dan iwassal ukoll għal ħsad iżgħar iżda fażola ta’ kwalità aħjar.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi taż-żona muntanjuża huma ideali biex il-fażola “Alubia de Anguiano” tiżviluppa kif suppost. Tinżera’ fir-rebbiegħa u tinħasad bejn is-sajf u l-ħarifa. It-temperatura minima għat-tkabbir hi madwar 8 oC. It-temperatura minima għall-ġerminazzjoni hi 12 oC. Peress li l-pjanta tista’ tmut jekk it-temperatura taqa’ taħt it-3 oC, hija suxxettibbli ħafna għall-ġlata.

Il-fażola “Alubia de Anguiano” għandha bżonn ukoll l-indewwa għall-iżvilupp kif suppost. L-għadd ta’ jiem b’xita apprezzabbli, jiġifieri aktar minn litru/m2, huwa 80. Il-preċipitazzjoni akkumulata hija 39,06 l/m2. Ix-xhur bl-aktar xita huma Marzu, Ġunju u Ottubru u x-xhur bl-inqas xita huma Diċembru, Jannar u Mejju. Il-valur referenzjarju tal-evapotraspirazzjoni huwa 913,9 mm. L-umdità relattiva tal-arja hija 68,33 % u l-irradjanza ġenerali medja hija 185,44 W/m2. It-temperatura medja tal-ħamrija hi 15,03 oC.

Minbarra x-xita, l-għalla tibbenefika wkoll mil-livelli għoljin ta’ umdità relattiva fir-rebbiegħa u anke fis-sajf. Din l-umdità hi ġġenerata fiż-żoni tal-wied minħabba l-varjazzjoni fit-temperaturi matul il-jum u billejl, kif ukoll il-prossimità tax-xmajjar.

Fattur uman

Hemm ukoll prattiki soċjali u kulturali distinti fiż-żona ġeografika. Pereżempju, il-mod kif il-bdiewa ilhom jagħżlu l-varjetajiet minn żmien twil ilu, l-aqwa prattiki ta’ tkabbir biex joħorġu l-aħjar kwalitajiet, il-lasti meħtieġa għall-varjetà tal-fażola mxebilka, l-għarfien eżatt meta tinħasad il-fażola u l-proċess naturali użat biex din tinxef, inkisbu kollha u ġew mgħoddija matul iż-żminijiet. Dan huwa wkoll fattur importanti fil-produzzjoni ta’ fażola ta’ kwalità tajba u l-preservazzjoni tal-karatteristiċi intrinsiċi kollha għall-itwal żmien possibbli.

Biex tikkwalifika bħala fażola “Alubia de Anguiano”, iż-żrieragħ iridu jiġu esklussivament mill-varjetà lokali tal-fażola mxebilka ma’ lasta “El Encinar” u trid tkun f’kundizzjoni perfetta. L-għarfien espert tal-produtturi lokali huwa importanti ħafna f’dan ir-rigward, peress li ilhom jagħżlu ż-żrieragħ għal snin twal bil-ħsieb li jtejbu l-kwalità u l-kapaċità tagħhom li jadattaw għall-ambjent ġeografiku demarkat, u b’hekk jiġi żgurat li huma differenzjati mill-istess varjetà mkabbra f’żoni oħra (inkluż dawk tal-madwar).

Dan l-għarfien miksub mill-produtturi li kienu qed jieħdu ħsieb u jagħżlu l-aħjar pjanti ħajjithom kollha, huwa essenzjali wkoll biex jiġi ddeterminat l-aħjar żmien għall-ħsad tal-fażola, skont il-maturità tal-pjanti u l-kulur tal-imżiewed.

L-għarfien espert tekniku tal-produtturi huwa importanti fl-applikazzjoni tat-tekniki t-tajba biex il-pjanta tkun tista’ tinxef b’mod naturali wara li tinqala’ mill-għeruq u tinfirex. Jekk dan isir fl-għalqa, hemm bżonn attenzjoni speċjali għad-dris, li jrid ukoll jitwettaq fiż-żmien it-tajjeb skont il-kontenut ta’ ndewwa tal-fażola. Huwa wkoll kruċjali fl-għażla tal-aħjar fażola matul il-proċess kollu, peress li fażola ta’ kwalità tajba biss tista’ tiġi introdotta fis-suq. Dan jirreferi kemm għall-istatus ta’ saħħitha (il-fażola mxaqqa jew imtebba’ titneħħa) kif ukoll għall-fatt li l-fażola fl-istess lott għandha titnixxef b’mod ugwali u jkollha l-istess kontenut ta’ ndewwa.

Minħabba li l-fażola “Alubia de Anguiano” hija pjanta li tixxeblek u tista’ tikber fid-direzzjonijiet kollha, l-art trid tkun ippreparata b’lasti biex jiġi żgurat li l-pjanta tiżviluppa kif suppost. Il-lasti jridu jiddaħħlu u jitwaħħlu kif suppost. Hija meħtieġa ħila konsiderevoli peress li l-ħsara mir-riħ tista’ twassal għal telf sinifikanti jekk il-pjanti jitwaqqgħu, jinkisru jew jitħabblu. Dan ikun jeħtieġ ukoll l-inserzjoni ta’ lasti ġodda, bl-ispejjeż tax-xogħol addizzjonali involuti.

Fis-snin reċenti, iż-żona devota għall-fażola ħamra li tixxebblek jew imxebilka ma’ lasta (bħalma hi magħrufa wkoll l-“Alubia de Anguiano”) tnaqqset b’mod sinifikanti. Dan wassal għal tnaqqis fir-rendiment, mhux biss minħabba l-kompetizzjoni minn għelejjel oħra aktar profittabbli, iżda wkoll għaliex varjetajiet oħrajn li jixxebilku ġew sostitwiti minn varjetajiet żgħar, li għandhom spejjeż tal-produzzjoni aktar baxxi u jippermettu l-mekkanizzazzjoni sħiħa tal-prattiki kollha tat-tkabbir.

Jeżisti riskju ġenwin li t-tip ta’ żerriegħa tal-fażola li tixxeblek se jsir omoġenizzat iżżejjed u li se jkollhom jiġu introdotti żrieragħ oħra minn bnadi oħra, li ma jikkondividux l-istess kwalitajiet organolettiċi tal-varjetajiet tradizzjonali. Problema oħra li qed tinħoloq hija l-kompetizzjoni inġusta, fejn il-varjetajiet ta’ fażola żgħira qed jinbiegħu daqslikieku huma varjetajiet li jixxebilku, abbażi tas-similarità apparenti tagħhom u minkejja l-kwalità inferjuri tagħhom. Huwa kruċjali li ssir ħidma konġunta biex jiġu ppreservati r-riżorsi tal-ġene tal-pjanta u tiġi ssalvagwardjata l-bijodiversità tal-varjetà tal-fażola “Alubia de Anguiano” billi jsir riforniment tal-ħażniet tal-varjetà “El Encinar” li tradizzjonalment ġiet żviluppata u mkabbra fiż-żona ġeografika protetta.

Huwa wkoll fatt magħruf li l-protezzjoni tal-varjetajiet nattivi hija ta’ benefiċċju kbir għall-ambjenti rurali, b’mod partikolari f’żoni remoti u żvantaġġati bħaż-żona ġeografika fejn titkabbar il-fażola “Alubia de Anguiano”. Hemm raġunijiet ġenetiċi, soċjali, kulturali, ambjentali u ekonomiċi inkontestabbli biex jiġu appoġġati r-riforniment, il-konservazzjoni u l-iżvilupp tal-varjetajiet ta’ pjanti nattivi. Dan huwa partikolarment minnu għal territorji li jinsabu f’żoni muntanjużi, bħal Anguiano. Dawk li jkabbru f’din il-muniċipalità huma konxji li l-enfasi fuq l-ispeċifiċità ta’ prodotti bħal dan hija bażikament l-unika għażla tagħhom jekk iridu jikkompetu ma’ reġjuni produtturi oħra aktar speċjalizzati.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Fit-taqsima tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

https://www.larioja.org/agricultura/es/calidad-agroalimentaria


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


4.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/25


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2022/C 182/06)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni

DOKUMENT UNIKU

“LILIPUTAS”

Nru tal-UE: PGI-LT-00868-AM02 – 28.10.2021

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Liliputas”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Litwanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Liliputas” huwa ġobon magħmul bl-idejn, b’kontenut għoli ta’ xaħam (50 % f’materja niexfa), semiiebes bl-għamla ta’ ċilindru bit-trufijiet ittundjati. Huwa twil bejn 5,0 u 15,0 cm, b’dijametru ta’ bejn 7,0 u 8,5 cm u piż ta’ bejn 0,25 u 0,7 kg. Dan il-ġobon jinħadem fil-villaġġ ta’ Belvederis minn ħalib tal-baqar standardizzat u pasturizzat, billi jiġi kkoagulat il-ħalib u mbagħad il-koagulat jiġi pproċessat, bil-massa ġobnija li titgeżwer fi mkatar tal-qoton minsuġ u li mbagħad tiġi ppressata fil-forom ċilindriċi tradizzjonali. Il-ġobon jiġi mmaturat bejn 20 u 30 jum permezz ta’ mikroflora interna u mikroflora esterna, li hija l-moffa mikroskopika Penicillium pallidum Smith, li tikber b’mod naturali fil-kantini tal-ġobon fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt 4.

Il-ġobon ħa l-isem “Liliputas” minħabba d-daqs tiegħu u jieħu l-karatteristiċi organolettiċi tiegħu mill-maturazzjoni f’tundjaturi żgħar fil-preżenza tal-moffa mikroskopika Penicillium pallidum Smith.

Tabella 1.

Indikaturi organolettiċi tal-ġobon “Liliputas”

Indikatur

Deskrizzjoni

Dehra

Il-qoxra hija lixxa, bla saff massiċċ taħtha, u hija miksija b’paraffin/polimeru jew xi kisja kompożita oħra. Jaf ikollha fuqha l-istampar ta’ għafset il-maktur u tal-forma li fiha jinħadem il-ġobon.

Togħma u aroma

Togħma u aroma friski ta’ aċidu lattiku, karatteristiċi tal-ġobon iffermentat. Jaf ikun kemxejn pikkanti u mielaħ.

Sawra

Omoġenja, pjuttost soda, elastika, li ċċedi mal-magħad.

Sezzjoni mal-qatgħa

Il-qatgħa ġieli tiżvela toqob żgħar, ovali, angolari jew kemxejn iċċattjati li jaf ikunu mifruxin sproporzjonalment.

Kulur

Ivarja minn lewn il-krema sa isfar, uniformi mal-ġobna kollha.


Tabella 2.

Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tal-ġobon “Liliputas”

Indikatur

Ammont (%)

Kontenut ta’ xaħam f’materja niexfa

50,0±5

Kontenut minimu ta’ materja niexfa

56,0

Kontenut ta’ melħ komuni

1,3–3,0


Tabella 3.

Il-valur nutrizzjonali medju ta’ 100 g ġobon “Liliputas”

Xaħam (g)

Proteini (g)

Karboidrati (g)

Valur tal-enerġija

Kcal

KJ

30,0

23,5

364

1 510

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

ħalib tal-baqar,

kulturi ta’ aċidu lattiku u ta’ batterja aromatika li jibdew il-fermentazzjoni,

enzimi tal-koagulazzjoni tal-ħalib,

melħ komuni.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Preparazzjoni u koagulazzjoni enzimatika tal-ħalib. Il-ħalib għall-produzzjoni tal-ġobon jiġi ppasturizzat u standardizzat b’tali mod li l-kontenut ta’ xaħam fil-materja niexfa tal-ġobon matur jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3.2. Il-ħalib jiġi kkoagulat billi tiżdied l-enzima, il-kulturi li jibdew il-fermentazzjoni u l-klorur tal-kalċju.

Ipproċessar tal-boċċi tal-koagulat u tal-baqta. Il-koagulat jiġi pproċessat b’mod mekkaniku sakemm il-boċċi jilħqu d-daqs meħtieġ u mbagħad jitħawdu. Matul il-formazzjoni tal-boċċi tal-baqta, terz tax-xorrox jiskula, u mbagħad jissaħħnu l-boċċi tal-baqta. Wara li jissaħħnu, il-boċċi tal-baqta jitħawdu sakemm isiru ta’ daqs bejn 4 u 5 mm, u ma jibqgħux iwaħħlu u jsiru nexfin u solidi. Il-kontenut ta’ ndewwa fil-ġobon ma għandux ikun ogħla minn 44 %.

Iffurmar u ppressar tal-ġobon. Il-ġobon jiġi fformat mis-saff tal-baqta. Il-proċess jieħu bejn 20 u 25 minuta, u wara jinqata’ s-saff tal-baqta f’biċċiet, li jitqiegħdu fil-forom ċilindriċi bl-idejn biex jiġu ppressati bil-piż tagħhom stess. Waqt l-awtoppressar, il-ġobniet jiddawru darbtejn jew tlieta. L-awtoppressar jieħu bejn 20 u 25 minuta.

Wara l-awtoppressar, il-ġobniet jinħarġu mill-forom, jitgeżwru fi mkatar niedja li jippermettu li tifforma l-qoxra u jitpoġġew lura fil-forom qabel ma dawn jingħalqu bl-għotjien. Il-forom bil-ġobniet fihom jitqiegħdu fil-pressi u jiġu ppressati għal bejn siegħa u nofs u sagħtejn. Wara l-ippressar, il-ġobniet jinħarġu mill-forom, l-imkatar jitneħħew u kwalunkwe qxur li jaf ikunu ffurmaw bejn il-forom tal-ġobon u l-għotjien waqt l-ippressar jitneħħew.

Tmelliħ tal-ġobon. Il-ġobniet jintiżnu u jitpoġġew fis-salmura. Wara bejn 36 u 48 siegħa (determinati abbażi tal-progress u l-kapaċitajiet tal-proċess teknoloġiku), il-ġobniet jitneħħew mis-salmura, jitqiegħdu fuq l-ixkafef, jitnixxfu u mbagħad jitqiegħdu fuq l-ixkafef tal-maturazzjoni fil-kantina, li tinżamm f’temperatura ta’ bejn 10 u 14 °C u f’umdità ta’ bejn 85 u 94 % u fejn il-moffa mikroskopika Penicillium pallidum Smith tikber b’mod naturali.

Maturazzjoni tal-ġobon. Il-ġobniet fuq l-ixkafef jiddawru mill-inqas kull ħamest ijiem, kif deskritt mill-ewwel produtturi tal-ġobon, sabiex jiġi evitat li jistrieħu fuq il-ġnub u allura sabiex iżommu l-forma tagħhom. Matul il-proċess tal-maturazzjoni, il-ġobon jitgħatta b’kisja ta’ moffa mikroskopika, li tinħasel wara 20-30 jum, perjodu ddeterminat abbażi ta’ spezzjoni viżwali u wara li ssir valutazzjoni tal-parametri organolettiċi tal-ġobon (togħma, aroma, konsistenza). Ladarba l-kisja tal-moffa tinħasel minn fuq wiċċ il-ġobon, dan jitnixxef u jitgħatta b’kisja ta’ xama’.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Sabiex ma jintilfux il-karatteristiċi uniċi tal-ġobon, biex ma jitħalliex jinxef jekk is-saff ta’ paraffin protettiv jinkiser, u minħabba ċkunitu (piż bejn 0,25 u 0,7 kg), jinbiegħ biss sħiħ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketta trid turi b’mod ċar isem il-prodott, jiġifieri “Liliputas”, isem il-manifattur, u s-simbolu tal-UE.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-ġobon “Liliputas” jinħadem fil-villaġġ ta’ Belvederis, li huwa raħal ċkejken Litwan fil-Muniċipalità Distrettwali ta’ Jurbarkas li tinsab fil-Park Reġjonali ta’ Panemunė, fuq ix-xatt tal-lemin tax-xmara Nemunas, 1 km fil-Punent ta’ Seredžius.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Belvederis huwa n-nieqa storika tal-ispeċjalisti tal-prodotti tal-ħalib fil-Litwanja. Fl-1921, twaqqfet skola agrikola fid-dar amministrattiva tal-post, fejn is-suġġetti mgħallma kienu jinkludu s-sengħa tal-prodotti tal-ħalib. Wara xi snin, issawret mill-ġdid bħala kulleġġ tal-prodotti tal-ħalib, u fl-1944, saret kulleġġ tekniku tal-prodotti tal-ħalib. Għal bosta snin, fiha trawmu t-tradizzjonijiet tat-tagħlim dwar il-prodotti tal-ħalib fil-Litwanja. Matul l-34 sena tal-eżistenza tiegħu, il-kulleġġ/kulleġġ tekniku ħarreġ aktar minn 800 speċjalista tal-prodotti tal-ħalib, li l-biċċa l-kbira minnhom kisbu l-esperjenza tagħhom fl-aktar fabbrika antika tal-ġobon fil-Litwanja, li nbniet fl-1928 u li fiha jinħadem il-“Liliputas”. Il-ħalib użat fil-produzzjoni tal-ġobniet kien jissaħħan ġo bettija f’forn imsaħħan bl-injam. Is-separatur kien manwali, u l-forom għall-ġobon kienu tal-injam. Il-ġobniet kienu jinħaslu bi broxki tal-idejn, fix-xitwa fil-kantina u fis-sajf fil-miftuħ. Il-fabbrika tal-ġobon kienet biswit dar tas-silġ, li kienet tintuża biex fiha jinħażnu blokok tas-silġ miġjuba mix-xmara Nemunas. Is-silġ kien jintuża biex jiffriska l-kantini tal-ġobon. Fil-bidu, il-fabbrika tal-ġobon ta’ Belvederis kienet tipproduċi ġobniet akbar (2,5-3,0 kg), tondi semiiebsin, iżda, mill-1958, meta l-fabbrika tkabbret, bdiet tipproduċi ġobniet żgħar ta’ 0,4-0,7 kg, u f’kemm ilna ngħidu l-isem “Liliputas” sar popolari. L-imgħallem tal-ġobon Jonas Jarušaitis kien l-ewwel li rnexxielu jipproduċi dan il-ġobon b’suċċess. Fl-ewwel sena li fiha beda jinħadem, qajla ġew immaturati 8 tunnellati ta’ dan il-ġobon, iżda, 40 sena wara, il-produzzjoni żdiedet għal 130 tunnellata. Il-forom għall-ġobon l-antiki tal-injam inżammu bħala rikordju fil-fabbrika tal-ġobon ta’ Belvederis, flimkien ma’ xi kaxxi tal-kartun għall-ippakkjar u kartolina min-nofs is-seklu 20, li turi l-ġobniet qegħdin jinħaslu f’bettija u tistieden lil dak li jkun biex jattendi festa rjali u jduq il-ġobniet magħmulin bl-idejn ta’ Belvederis u ikel tipiku ieħor.

Illum il-ġurnata, il-“Liliputas” għadu jinħadem permezz tat-teknoloġija unika u awtentika tal-1958. Il-ħiliet u l-għarfien tal-produzzjoni li ngħaddew minn ġenerazzjoni għal oħra mill-impjegati tal-fabbrika tal-ġobon għamluha possibbli li jitħarsu d-daqs distintiv, il-karatteristiċi organolettiċi u l-kwalità tal-prodott.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Karatteristika speċifika tal-ġobon “Liliputas” hija li dan huwa ċkejken, b’piż ta’ bejn 0,25 u 0,7 kg biss, u huwa miksi b’kisja xama’ li tipproteġih mill-ħsara. Il-ġobon “Liliputas” jikseb it-togħma u l-aroma friska ta’ aċidu lattiku tiegħu mill-maturazzjoni f’għamla ta’ blalen żgħar f’kantina friska u umda, miksija bl-ispori tal-moffa mikroskopika Penicillium pallidum Smith. Ma jidhru l-ebda traċċi tal-moffa mikroskopika fuq il-ħitan, l-ixkafef jew is-saqaf tas-sala tal-maturazzjoni, iżda, xi jiem wara li l-ġobniet “Liliputas” jitmellħu u jitqiegħdu fuq l-ixkafef, dawn jieħdu d-dehra ta’ fosdqiet tad-dud tal-ħarir. Sabiex il-moffa mikroskopika ma titħalliex tippenetra l-ġobon matul il-maturazzjoni, tingħata protezzjoni mill-qoxra li tifforma matul l-ippressar. Sabiex tifforma l-qoxra, il-ġobniet jinħarġu mill-forom ċilindriċi wara l-awtoppressar u jitgeżwru fi mkatar tal-qoton minsuġ qabel ma jitqiegħdu lura fil-forom ċilindriċi u ppressati fil-pressi.

Il-ġobniet huma mmanifatturati bil-metodu tradizzjonali, kważi mill-bidu sal-aħħar bl-idejn, jiġifieri s-saff tal-baqta jinqata’ u jitpoġġa fil-forom u l-ġobniet jitgeżwru fl-imkatar, jinqalbu, jinħaslu, jintmesħu u jingħataw ix-xama’ bl-idejn, li huwa proċess li matulu kull ġobna individwali tiġi trattata bl-idejn aktar minn 50 darba.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DOP) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP)

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta hija msejsa fuq it-tradizzjoni, il-metodu speċifiku ta’ produzzjoni u r-reputazzjoni.

F’moħħ in-nies, Belvederis, li huwa n-nieqa tax-xjenza tal-prodotti mill-ħalib fil-Litwanja, huwa marbut direttament mal-ġobon “Liliputas” li ma hemmx ieħor bħalu, u li ilu jiġi prodott bl-istess mod sa mill-1958. Il-fabbrika tal-ġobon ta’ Belvederis bħalissa hija l-uniku produttur ta’ dan il-ġobon uniku magħmul bl-idejn.

Il-ġobon “Liliputas” jikseb it-togħma u l-aroma speċifiċi tiegħu billi jiġi mmaturat f’għamla ta’ blalen żgħar permezz ta’ mikroflora interna u l-moffa mikroskopika Penicillium pallidum Smith, li tikber fil-kantini taż-żona ġeografika msemmija fil-punt 4 fejn dawn jinżammu f’temperatura kostanti ta’ bejn 10 °C u14 °C u umdità ta’ bejn 85 % u 94 %.

Il-ġobon “Liliputas” intwera f’bosta esebizzjonijiet, kemm fil-Litwanja u kemm barra ’l pajjiż, u ntlaqa’ tajjeb ferm f’esebizzjonijiet f’Leipzig, Poznań, Zagreb, Londra, Pariġi, Copenhagen, Vjenna u bnadi oħra. Il-“Liliputas” rebaħ midalja tad-deheb fl-esebizzjoni “Agra-76” f’dik li dak iż-żmien kienet tissejjaħ ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja. Ingħata diploma tal-ewwel klassi fil-kompetizzjoni/stħarriġ tal-kwalità tal-1984 f’Uglich, l-Unjoni Sovjetika, u rebaħ midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni “Il-Prodott Litwan għas-Sena 2002”, li ttellgħet mill-Konfederazzjoni Litwana tal-Industrijalisti. Fl-esebizzjoni internazzjonali tal-ikel u x-xorb “World Food Moscow 2005”, rebaħ midalja tal-bronż, u, fl-esebizzjoni internazzjonali għall-industriji agrikoli u tal-ipproċessar “Zolotaya osen 2008”, dejjem f’Moska, il-“Liliputas” kien preżenti fl-istand nazzjonali Litwan imtella’ mill-Ministeru tal-Agrikoltura Litwan. Waqt l-“AgroBalt 2010”, wirja internazzjonali speċjalizzata għall-kumpaniji fl-industriji agrikoli, tal-ikel u tal-imballaġġ, il-ġobon “Liliputas” rebaħ premju għall-kwalitajiet naturali u ekoloġiċi tiegħu. Kemm il-“Liliputas” u kemm il-produtturi dedikati tiegħu spiss feġġew kitbiet dwarhom fl-istampa Litwana (1999-2003).

Minkejja li l-“Liliputas” jiswa d-doppju tal-ġobon maħdum f’fabbrika mekkanizzata, xorta għandu klijentela fidila li tapprezza l-prodotti maħduma bl-idejn li jkunu ta’ kwalità u naturali. Il-volumi tal-produzzjoni baqgħu stabbli tul is-snin.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Speċifikazzjoni tal-prodott


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.