|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 168/01 |
||
|
2022/C 168/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10584 — LUFTHANSA / VW / JV) ( 1 ) |
|
|
2022/C 168/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10583 — CPP INVESTMENTS / VOTORANTIM / JV) ( 1 ) |
|
|
2022/C 168/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10636 — COVÉA / PARTNERRE) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 168/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.10674 — INTERPARKING SERVIZI / OSR / PARKING LOT JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 168/16 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/1 |
Data ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/467 li jipprevedi għajnuna ta’ aġġustament eċċezzjonali lill-produtturi fis-setturi agrikoli
(2022/C 168/01)
L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2022/467 (1) jipprevedi li r-Regolament għandu japplika mill-jum tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li t-trasferiment mir-riżerva għall-kriżijiet għal-linja baġitarja li tiffinanzja l-miżura eċċezzjonali sar f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (2).
It-trasferiment seħħ fil-20 ta’ April 2022 u għalhekk ir-Regolament (UE) 2022/467 huwa applikabbli mill-jum tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż.
(1) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/467 tat-23 ta’ Marzu 2022 li jipprevedi għajnuna ta’ aġġustament eċċezzjonali lill-produtturi fis-setturi agrikoli (ĠU L 96, 24.3.2022, p. 4).
(2) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10584 — LUFTHANSA / VW / JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 168/02)
Fit 6 ta’ April 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10584. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10583 — CPP INVESTMENTS / VOTORANTIM / JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 168/03)
Fit 8 ta’ April 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10583. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10636 — COVÉA / PARTNERRE)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 168/04)
Fit 12 ta’ April 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10636. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il–Kunsill
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/5 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2022/C 168/05)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1304 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1300 (5).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1 fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/661 (6), u mar-Regolament (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/659 (7).
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u fir-Regolament (UE) 2017/1509.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra relatata.
Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(3) ĠU L 283, 6.8.2021, p. 13.
(4) ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/7 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/669, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 401/2013, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/662 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma
(2022/C 168/06)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/669 (2), u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/662 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta’ persuni deżinjati, iddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jibqgħu jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif hemm indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4b tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li tinkludihom fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Dawn it-talbiet għandhom jintbagħtu qabel l-1 ta’ Frar 2023 fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK u l-Artikolu 4i(4) tar-Regolament (UE) Nru 401/2013.
L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tiġi ikkontestata d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75.
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/8 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(2022/C 168/07)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/660 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/658 (5).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1 fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/660, u bir-Regolament (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/658.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stipulati fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u r-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.
Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/9 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/660, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/658 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(2022/C 168/08)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, entitajiet u korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/660 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/658 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni, entitajiet u korpi jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Ir-raġunijiet li ddeterminaw id-deżinjazzjoni tal-persuni, entitajiet u korpi kkonċernati huma speċifikati fl-entrati korrispondenti fl-Annessi inkwistjoni.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel l-1 ta’ Ġunju 2022:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
L-attenzjoni tal-persuni, entitajiet u korpi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tiġi kkontestata d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/10 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma
(2022/C 168/09)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għall-ipproċessar tad-data huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/669 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/662 (5).
Il-kontrollur tal-ipproċessar tad-data huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
L-iskop tal-ipproċessar tad-data huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2013/184/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/669, u r-Regolament (UE) Nru 401/2013, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/662.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati fid-Deċiżjoni 2013/184/PESK u r-Regolament (UE) Nru 401/2013.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.
Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwieġeb f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75.
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/11 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/661, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/659 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2022/C 168/10)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, entitajiet u korpi li jidhru fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/661 (2), u fl-Annessi XV u XVI għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/659 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni, entitajiet u korpi jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u fir-Regolament (UE) Nru 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjonijiet ta’ dawk il-persuni, entitajiet u korpi huma speċifikati fl-entrati korrispondenti fl-Annessi inkwistjoni.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà ta’ rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 35 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel l-20 ta’ Mejju 2022, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Artikolu 47a(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1509.
L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p.79.
(2) ĠU L 120, 21.4.2022, p. 14.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/12 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-21 ta’ April 2022
(2022/C 168/11)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0887 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
139,61 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4403 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,83523 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,2553 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0335 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
139,00 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5788 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,380 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
370,60 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6300 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9450 |
|
TRY |
Lira Turka |
15,9983 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4653 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3600 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,5406 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6053 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4820 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 348,33 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
16,5996 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,0228 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5635 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 624,02 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6716 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,081 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,891 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,0324 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,8836 |
|
INR |
Rupi Indjan |
82,9650 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/13 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 168/12)
|
Stat Membru |
Il-Finlandja |
|
Rotta kkonċernata |
Mariehamn – Stockholm Arlanda |
|
Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku |
29 ta’ Ottubru 2022 |
|
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja: Ålands Landskapsregering Indirizz: P.O.B. 1060 AX-22111 Mariehamn ÅLAND/FINLAND Tel. +358 1825000 Email: registrator@regeringen.ax Internet: https://www.e-avrop.com/portaler/Alandsportalen/Default.aspx |
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/14 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-obbligi ta’ servizz pubbliku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 168/13)
|
Stat Membru |
Il-Finlandja |
|||
|
Rotta kkonċernata |
Mariehamn – Stockholm Arlanda |
|||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
29.10.2022-30.9.2024 |
|||
|
Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti |
28 ta’ Ġunju 2022 |
|||
|
L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi ta’ servizz pubbliku |
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja: Ålands Landskapsregering Indirizz:
Tel. +358 1825000 Email: registrator@regeringen.ax Internet: https://www.e-avrop.com/portaler/Alandsportalen/Default.aspx |
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/15 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 168/14)
|
Stat Membru |
Spanja |
|||||
|
Rotot ikkonċernati |
Melilla – Almeria/Granada/Sevilla |
|||||
|
Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku |
1.01.2023 |
|||||
|
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Ministerio de Transportes, Movilidad y Agenda Urbana
Telefown: +34 915977837 Faks +34 915978643 Indirizz elettroniku: osp.dgac@mitma.es |
Ir-rotot suġġetti għall-obbligi tas-servizz pubbliku jistgħu jiġu operati abbażi ta’ aċċess ħieles għall-kompetizzjoni sa mill-1 ta’ Jannar 2023. F’każ li l-ebda trasportatur tal-ajru ma jissottometti programm ta’ servizzi li jkun konformi mal-obbligi imposti tas-servizz pubbliku, l-aċċess se jiġi ristrett għal trasportatur wieħed tal-ajru mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 permezz tal-proċedura tal-offerti pubbliċi korrispondenti, f’konformità mal-Artikolu 16(9) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.10674 — INTERPARKING SERVIZI / OSR / PARKING LOT JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 168/15)
1.
Fil-11 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Interparking Servizi S.r.l. (“Interparking”, l-Italja), proprjetà tal-Grupp Ageas, |
|
— |
Ospedale San Raffaele S.r.l. (“OSR”, l-Italja), proprjetà ta’ Gruppo San Donato (“GSD”), |
|
— |
Tliet parkeġġi li jinsabu fiż-żona ta’ San Raffaele f’Milan, wieħed li huwa propjetà ta’ OSR u t-tnejn l-oħra ta’ Universita Vita-Salute San Raffaele u MM S.pA (il-“Mira”, Milan). |
Interparking u OSR se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Mira permezz ta’ impriża konġunta li għadha kif inħolqot (“JV” - Joint Venture).
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta u permezz tax-xiri tal-assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Interparking hija attiva fil-ġestjoni ta’ parkeġġi bi ħlas fl-Italja. Interparking hija kkontrollata minn Ageas Group, li prinċipalment tipprovdi servizzi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja lil klijenti personali, kummerċjali u istituzzjonali, attivi fl-Ewropa u fl-Asja, |
|
— |
OSR huwa Istitut Xjentifiku għall-Isptarijiet u l-Kura, parti minn Gruppo San Donato, grupp ta’ sptar privat fl-Italja, |
|
— |
Il-mira tikkonsisti minn (i) parkeġġ off-street u assi relatati li jinsabu f’Milan, fiż-żona fil-qrib tal-Isptar San Raffaele, attwalment proprjetà ta’ OSR u ġestiti minn parti terza, kif ukoll (ii) żewġ parkeġġi (“P6 u P7”) li jinsabu fl-istess żona, proprjetà ta’ Universita Vita-Salute San Raffaele u MM S.pA, u ġestiti minn OSR. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10674 — INTERPARKING SERVIZI / OSR / PARKING LOT JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/18 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 168/16)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU
Costers del Segre
PDO-ES-A1523-AM03
Data tal-komunikazzjoni: 26.1.2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Bidla fil-kundizzjonijiet tal-użu tat-termini “barrica” (“bettija”) u “roble” (“ballut”)
DESKRIZZJONI:
Fir-rigward tat-terminu “barrica” (“bettija”), ittieħdet id-deċiżjoni li titneħħa r-referenza għall-ballut u li tiżdied il-kapaċità tal-kontenitur minn 330 litru għal 600 litru.
Fir-rigward tal-kapaċità massima tal-kontenituri tal-ballut għall-użu tat-terminu “roble” (“ballut”), ittieħdet id-deċiżjoni li tiżdied il-kapaċità minn 330 litru għal 600 litru.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2.5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard peress li ma tissodisfa l-ebda wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Il-kundizzjonijiet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-użu ta’ dawn it-termini kienu aktar stretti minn dawk fil-livell nazzjonali, li huma stabbiliti fl-Anness III (l-Artikolu 17) tad-Digriet Reġju 1363/2011 tas-7 ta’ Ottubru 2011 li jimplimenta r-regoli tal-UE dwar it-tikkettar, il-preżentazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-inbid. Din l-emenda tagħmilhom konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali.
2. Tneħħija tal-qawwa alkoħolika naturali minima tal-għeneb għall-inbid u l-inbid likur
DESKRIZZJONI:
Ittieħdet id-deċiżjoni li titneħħa l-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum għall-inbejjed u l-inbejjed likuri.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 3.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard peress li ma tissodisfa l-ebda wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Din l-emenda twieġeb għall-ħtiġijiet tal-kantini tal-inbid tagħna bħala riżultat tal-effetti tat-tibdil fil-klima, li qed jikkawża avvenimenti ta’ temp estrem b’varjabbiltà kbira bejn sena u oħra. L-għan aħħari huwa li jinkisbu nbejjed tal-ogħla kwalità, b’bilanċ pjaċevoli bejn l-alkoħol u l-aċidità.
3. Espansjoni taż-żona demarkata
DESKRIZZJONI:
Żdiedu żewġ muniċipalitajiet ġodda, u tliet muniċipalitajiet oħra li kienu inklużi biss parzjalment ġew miżjuda fl-intier tagħhom.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 6 tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard peress li ma tissodisfa l-ebda wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
It-tkabbir taż-żona tal-produzzjoni ntalab mill-partijiet ikkonċernati. Bħala riżultat ta’ dawn it-talbiet, l-amministrazzjoni tad-DOP ħarġet rapporti dwar l-aspetti agronomiċi, tal-ħamrija u tal-klima, u ambjentali tal-irqajja’ sabiex tivverifika jekk iż-żoni koperti mit-tkabbir jaqblux mal-profil taż-żona tad-DOP, u jekk iva, biex tivverifika l-lok eżatt tagħhom fi ħdan is-subżona rilevanti.
L-art kollha li qed tiġi inkluża ġiet iċċekkjata fir-rigward ta’:
|
— |
il-karatteristiċi tat-tħawwil; |
|
— |
il-lok tal-muniċipalità u l-prossimità tagħha għal irqajja’ eżistenti u muniċipalitajiet eżistenti koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini Costers del Segre; |
|
— |
il-karatteristiċi klimatiċi u tal-ħamrija tal-irqajja’. |
Il-konklużjoni kienet li l-muniċipalitajiet il-ġodda jaqblu mal-karatteristiċi tal-klima u tal-ħamrija tad-denominazzjoni ta’ oriġini Costers del Segre u għalhekk setgħu jsiru parti minnha mingħajr ma jiġu affettwati l-kwalità u l-karatteristiċi tal-inbid prodott taħt id-DOP.
4. Żieda ta’ tliet varjetajiet
DESKRIZZJONI:
Żdiedu l-varjetajiet Garnacha Peluda, Gonfaus u Sumoll Tinto.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 7 tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard peress li ma tissodisfa l-ebda wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Ittieħdet id-deċiżjoni li jiġu inklużi dawn il-varjetajiet abbażi tat-talbiet u l-interess minn diversi kantini tal-inbid inklużi f’din id-DOP, li jqisuhom bħala varjetajiet adattati meta jitqiesu r-riżultati eċċellenti miksubin minn studji li saru fuq kull varjetà, b’kont meħud tal-ħamrija u l-klima.
Sumoll Tinto: varjetà tal-inbid aħmar reżistenti għan-nixfa li toriġina mill-Katalonja. Varjetà ta’ ċiklu medju li tipproduċi għeneb ellittiku minn medju sa kbir. L-inbid aħmar magħmul bil-varjetà Sumoll Tinto għandu aċidità tajba u struttura tannika, u aroma friska ta’ frott aħmar b’intensità tonali medja. L-inbejjed magħmulin mill-varjetà Sumoll Tinto jżommu l-karattru u t-togħmiet tipiċi taż-żona mingħajr ma jaffettwaw il-kwalità tal-inbejjed.
Garnacha Peluda: varjetà li toriġina mill-Katalonja, vigoruża u pjuttost produttiva. Għeneb tal-inbid aħmar f’għenieqed kompatti, l-għeneb innifsu huwa ta’ daqs medju, sferiku u griż, b’weraq oħxon bil-pil. Il-varjetà Garnacha Peluda tipproduċi nbid ta’ kwalità. L-inbejjed prodotti huma tajbin ħafna, jippreżentaw l-aromi u l-karatteristiċi tal-varjetà, u jsaħħu l-karatteristiċi tal-inbejjed ħomor tad-DOP Costers del Segre filwaqt li jżommu l-karattru u t-togħmiet tipiċi taż-żona.
Gonfaus: toriġina mid-distrett ta’ Osona (il-Katalonja), din il-varjetà għandha riżorsi inerenti biex tkampa f’kundizzjonijiet ta’ nixfa. L-inbejjed magħmulin minn din il-varjetà għandhom aromi ta’ frott, qawwija u aċidużi. Skont l-istudji, din il-varjetà għandha ħafna potenzjal biex tipproduċi nbid ta’ kwalità mingħajr ma tnaqqas il-karattru u t-togħmiet tipiċi taż-żona.
5. Bidliet fil-formulazzjoni tar-rekwiżiti tat-tikkettar
DESKRIZZJONI:
L-informazzjoni obbligatorja li għandha tiġi inkluża fuq it-tikketta tal-inbid tneħħiet, u issa huwa speċifikat li “Denominación de Origen Protegida” (“Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta”) u “Denominación de Origen” (“Denominazzjoni ta’ Oriġini”) jistgħu jintużaw b’mod sinonimu.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8.4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard peress li ma tissodisfa l-ebda wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Din il-bidla hija ġġustifikata minn xewqa li jiġi ssimplifikat il-kontenut tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u li jiġu evitati l-ineżattezzi jew il-kontenut skadut li jistgħu jirriżultaw mir-riproduzzjoni tad-dispożizzjonijiet Ewropej jew nazzjonali li japplikaw għall-inbejjed Katalani f’każ ta’ bidliet leġiżlattivi.
Barra minn hekk, l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet ġenerali dwar it-tikkettar ġenerali ta’ nbejjed jew ta’ kwalunkwe nbid kopert minn DOP jew IĠP fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-DOP Costers del Segre kienet irrilevanti u bla bżonn, meta jitqies li l-għan tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott huwa li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet rilevanti tal-produzzjoni relatati mad-Denominazzjoni ta’ Oriġini u mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Għalhekk, fid-dawl tal-prinċipji tas-simplifikazzjoni u tal-kwalità regolatorja, huwa rrakkomandat li jitħassru l-elementi inkwistjoni.
Fl-aħħar nett, analiżi komparattiva ta’ diversi denominazzjonijiet ta’ oriġini Franċiżi, Spanjoli u Taljani żvelat li qed tfeġġ karatteristika komuni: dik li ma ssir l-ebda referenza għall-informazzjoni obbligatorja relatata mat-tikkettar tal-inbejjed, iżda minflok issir referenza għall-informazzjoni fakultattiva permessa taħt id-DOP inkwistjoni.
6. Bidliet fil-formulazzjoni b’rabta mal-mezz ta’ garanzija fuq kull pakkett
DESKRIZZJONI:
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tistabbilixxi sistema ta’ garanzija li għandha titwaħħal ma’ kull pakkett ta’ nbid tad-DOP. Il-formulazzjoni nbidlet biex tippermetti kwalunkwe mezz ieħor li l-amministrazzjoni ta’ din id-Denominazzjoni ta’ Oriġini tista’ taqbel li tuża fil-futur.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8.5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard peress li ma tissodisfa l-ebda wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Wara l-implimentazzjoni tal-użu tas-siġill ta’ garanzija bħala sistema ta’ identifikazzjoni ta’ użu ta’ darba fl-2019, ittieħdet id-deċiżjoni li s-sistemi ta’ kontroll l-oħra (l-alternattivi għas-siġill ta’ garanzija) jiġu ssostitwiti b’għażla alternattiva aktar ġenerika li tista’ tissodisfa kwalunkwe ħtieġa li tista’ tinqala’ fil-futur.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Costers del Segre
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
3. |
Inbid likur |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
|
8. |
Inbid semispumanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. INBID – abjad u rożè
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Abjad:
Trasluċidu, bi sfumatura tagħti fl-isfar jew fl-aħdar, kultant b’oranġjo jew kannella fil-wiċċ
L-inbejjed għandhom jikkonformaw mal-firxiet/valuri li ġejjin:
Assorbenza f’420 nm ikbar minn jew ugwali għal 0,05, inqas minn jew ugwali għal 1,4 u akbar mill-assorbiment f’520 nm
Assorbenza f’520 nm inqas minn jew ugwali għal 0,4
Assorbenza f’620 nm inqas minn jew ugwali għal 0,1
Intensità tal-kulur akbar minn jew ugwali għal 0,05 u inqas minn jew ugwali għal 2
Turbidità ta’ inqas minn 30 NTU
Aromi tal-varjetà ta’ frott u/jew ħaxix, aromi ta’ fjuri u ħwawar b’aromi terzjarji possibbli. Bla difetti.
Togħma u sensazzjoni fil-ħalq ibbilanċjati, bla difetti u b’togħma li ddum tintiegħem għal aktar minn 5 sekondi
Rożè:
Trasluċidu, bi sfumaturi roża, ħamranin u/jew fil-blu. L-inbejjed għandhom jikkonformaw mal-firxiet/valuri li ġejjin:
Assorbenza f’420 nm akbar minn jew ugwali għal 0,1 u inqas minn jew ugwali għal 2,5
Assorbenza f’520 nm akbar minn jew ugwali għal 0,1 u inqas minn jew ugwali għal 3
Intensità tal-kulur akbar minn jew ugwali għal 0,1 u inqas minn jew ugwali għal 5,7
Turbidità ta’ inqas minn 30 NTU
Aromi tal-varjetà ta’ frott u/jew ħaxix, aromi ta’ fjuri u ħwawar b’aromi terzjarji possibbli. Bla difetti.
Togħma u sensazzjoni fil-ħalq ibbilanċjati, bla difetti u b’togħma li ddum tintiegħem għal aktar minn 5 sekondi
Fl-inbejjed crianza, l-aċidità volatili massima permessa hija ta’ 15 meq/l
Id-diossidu tal-kubrit massimu huwa 250 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ≥ 5 g/l.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
10 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
2. INBID – aħmar
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Limpidu, bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar u/jew vjola sa kannella jew kulur il-brikks għall-inbejjed crianza. L-inbejjed għandhom jikkonformaw mal-firxiet/valuri li ġejjin:
Assorbenza f’420 nm akbar minn jew ugwali għal 0,1
Assorbenza f’520 nm akbar minn jew ugwali għal 0,1
Intensità tal-kulur aktar minn jew ugwali għal 3
Turbidità ta’ inqas minn 80 NTU
Bla difetti, aromi tal-varjetà ta’ frott u/jew ħaxix, aromi ta’ fjuri u ħwawar, possibbilment b’aromi terzjarji
Togħma u sensazzjoni fil-ħalq ibbilanċjati, bla difetti u b’togħma li ddum tintiegħem għal aktar minn 5 sekondi
Fl-inbejjed crianza, l-aċidità volatili massima tista’ tiżdied b’1 meq/l għal kull grad ta’ alkoħol ogħla minn vol. ta’ 11 % u kull sena ta’ maturazzjoni, sa massimu ta’ 20 meq/l
Id-diossidu tal-kubrit massimu huwa 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ≥ 5 g/l.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
3. INBID LIKUR
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Sfumatura tagħti fl-isfar u/jew fl-aħdar, kultant b’oranġjo jew lewn id-deheb qadim fil-wiċċ fil-każ tal-inbejjed magħmulin bl-użu ta’ varjetajiet tal-inbid abjad. Sfumaturi li jvarjaw minn ħomor u/jew vjola għal possibbilment oranġjo, kannella jew ram fil-każ tal-inbejjed magħmulin bl-użu ta’ varjetajiet tal-inbid aħmar. L-inbejjed għandhom jikkonformaw mal-firxiet/valuri li ġejjin:
Assorbenza f’420 nm akbar minn jew ugwali għal 0,1 u inqas minn jew ugwali għal 20
Assorbenza f’520 nm akbar minn jew ugwali għal 0,1 u inqas minn jew ugwali għal 20
Assorbenza f’620 nm akbar minn jew ugwali għal 0,1 u inqas minn jew ugwali għal 10
Intensità tal-kulur inqas minn jew ugwali għal 50
Turbidità ta’ inqas minn 80 NTU
Bla difetti, aromi tal-varjetà ta’ frott u/jew ħaxix, aromi ta’ fjuri u ħwawar b’aromi terzjarji possibbli
Togħma u sensazzjoni fil-ħalq ibbilanċjati, bla difetti
Id-diossidu tal-kubrit massimu huwa 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ≥ 5 g/l.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
15 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
4. INBID SPUMANTI TA’ KWALITÀ
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Trasluċidu, bi sfumatura tagħti fl-isfar u/jew fl-aħdar, kultant b’oranġjo jew lewn id-deheb qadim fil-wiċċ. Preżenza persistenti ta’ sensiela ta’ bżieżaq. L-inbejjed għandhom jikkonformaw mal-firxiet/valuri li ġejjin:
Assorbenza f’420 nm akbar minn jew ugwali għal 0,05 u inqas minn jew ugwali għal 1,4
Assorbenza f’520 nm inqas minn jew ugwali għal 2
Assorbenza f’620 nm inqas minn jew ugwali għal 1
Intensità tal-kulur akbar minn jew ugwali għal 0,05 u inqas minn jew ugwali għal 2
Turbidità ta’ inqas minn 30 NTU
Bla difetti. Aroma ta’ frott frisk u/jew aromi ta’ ħaxix u/jew tal-fjuri bil-preżenza possibbli ta’ aromi terzjarji li joriġinaw mit-tqaddim tiegħu fil-flixkun.
Togħma u sensazzjoni fil-ħalq ibbilanċjati, bla difetti u b’togħma li ddum tintiegħem għal aktar minn 5 sekondi
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,8 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
185 |
5. INBID SEMISPUMANTI
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Gass tad-diossidu tal-karbonju li jidher fil-forma ta’ bżieżaq iżda mingħajr ragħwa; kulur li jaqbel mal-firxiet ta’ assorbenza deskritti fit-taqsimiet preċedenti għal kull tip ta’ nbid (abjad, aħmar, rożè)
Aromi tal-varjetà tal-frott u/jew tal-fjuri. Bla difetti.
Kontenut tad-diossidu tal-karbonju perċettibbli fuq il-palat, b’togħma u sensazzjoni fil-ħalq ibbilanċjati, bla difetti u b’togħma li ddum tintiegħem għal aktar minn 5 sekondi
Kontenut tad-diossidu tal-kubrit ugwali għal dak ta’ nbejjed bojod, rożè u ħomor
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
10 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1. Prattika enoloġika speċifika
Tiġi applikata pressjoni xierqa sabiex jiġi estratt il-most jew l-inbid u dan jiġi separat mill-karfa, sabiex ma jkunx hemm rendiment ogħla minn 75 litru ta’ nbid minn kull 100 kg ta’ għeneb miġbur.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
|
16 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru
|
2. |
|
120 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona DOP Costers del Segre hija magħmula minn subżoni:
Is-subżona Artesa de Segre: magħmula mill-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
— |
Algerri |
|
— |
Alòs de Balaguer |
|
— |
Artesa de Segre |
|
— |
Balaguer |
|
— |
Castelló de Farfanya |
|
— |
Foradada |
|
— |
Menàrguens |
|
— |
Id-distrett ta’ Montclar fil-muniċipalità ta’ Agramunt |
|
— |
Poligoni katastali 5 (irqajja’ 399, 400, 401 u 402) u 7 (roqgħa 90) fil-muniċipalità ta’ Cubells |
|
— |
Os de Balaguer |
|
— |
Vilanova de Meià |
|
— |
La Sentiu de Sió |
Is-subżona Urgell: magħmula mill-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
— |
Penelles |
|
— |
Preixens |
|
— |
Poligoni katastali 2 (roqgħa 7), 3 (roqgħa 75), 4 (roqgħa 25) u 13 (roqgħa 93) fil-muniċipalità ta’ Ivars d’Urgell |
Is-subżona Garrigues: magħmula mill-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
— |
Albi |
|
— |
Arbeca |
|
— |
Bellaguarda |
|
— |
Cervià de les Garrigues |
|
— |
L’Espluga Calba |
|
— |
Fulleda |
|
— |
La Floresta |
|
— |
La Pobla de Cérvoles |
|
— |
Els Omellons |
|
— |
Tarrés |
|
— |
Vinaixa |
|
— |
El Vilosell |
|
— |
Poligoni katastali 5 (roqgħa 487), 12 (irqajja’ 14, 15, 16, 33, 34 u 37) u 13 (irqajja’ 3, 4, u 5) fil-muniċipalità ta’ Juneda |
|
— |
Poligoni katastali 9 (irqajja’ 30 u 96), 21 (irqajja’ 114, 165 u 167) u 22 (irqajja’ 118, 119 u 120) fil-muniċipalità ta’ Borges Blanques |
|
— |
L’Albagés |
|
— |
Poligoni katastali 2 (irqajja’ 57, 66, 499 u 9002) u 6 (irqajja’ 317, 318, 319, 320 u 597) fil-muniċipalità ta’ Juncosa |
|
— |
Poligoni katastali 1 (roqgħa 27) u 3 (irqajja’ 97 u 222) fil-muniċipalità ta’ Llardecans |
Is-subżona Pallars: magħmula mill-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
— |
Tremp (eks muniċipalità), kif ukoll Gurb, Palau de Noguera, Puigcercós, Suterranya u Vilamitjana (distretti ta’ Tremp) |
|
— |
Poligoni katastali 1 (irqajja’ 509 u 556), 3 (irqajja’ 37, 190, 191, 219, 222, 226, 233, 248, 315 u 318), 12 (irqajja’ 146, 151, 161, 163 u 175), 13 (irqajja’ 17, 93, 127 u 204) u 17 (roqgħa 212) fil-muniċipalità ta’ Conca de Dalt |
|
— |
Iż-żona ta’ Castell de Mur, is-subdistretti ta’ Cellers u Guàrdia de Tremp |
|
— |
Iż-żona ta’ Gavet de la Conca, is-subdistretti ta’ Sant Cristòfol de la Vall, Sant Martí de Barcedana u Sant Miquel de la Vall |
|
— |
Is-subdistretti ta’ Conques, Figuerola d’Orcau, Orcau-Basturs u Sant Romà d’Abella fil-muniċipalità ta’ Isona i Conca Dellà |
|
— |
Poligonu katastali 4 (irqajja’ 24, 25, 26, 29, 42, 43, 45, 46, 49, 50 u 65) fil-muniċipalità ta’ Pobla de Segur |
|
— |
Poligoni katastali 1, 2, 3, 4, 5 u 6 fil-muniċipalità ta’ Llimiana |
|
— |
Poligonu katastali 3 (irqajja’ 17, 28, 29, 37, 300 u 301) fil-muniċipalità ta’ Rialp |
|
— |
Salàs de Pallars |
|
— |
Poligoni katastali 3, 4, 5 u 6 fil-muniċipalità ta’ Talarn |
|
— |
Poligoni katastali 3 (irqajja’ 201, 202, 203, 220, 223, 225, 325 u 330) u 2 (irqajja’ 273, u 276) fil-muniċipalità ta’ Sort |
Is-subżona Raimat: magħmula mill-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
— |
L-unità tal-popolazzjoni magħrufa bħala Raimat, fiż-żona muniċipali ta’ Lleida |
|
— |
Poligoni katastali 1 (irqajja’ 162 u 181) u 2 (roqgħa 143) fil-muniċipalità ta’ Almacelles |
Is-subżona Segrià: magħmula mill-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
— |
Alcarràs: Poligoni katastali 6 (irqajja’ 9017, 9022, u 9005) u 15 (irqajja’ 3, 57, 9001, 9003, 9004, 9007 u 2027) |
|
— |
Alfarràs |
|
— |
Poligonu katastali 5 (irqajja’ 25, 180, 181, 193, 196 u 280) fil-muniċipalità ta’ Almacelles |
|
— |
Almenar |
|
— |
Gimenells i el Pla de la Font |
|
— |
Poligoni katastali 1, 2, 7 (irqajja’ 230, 231, 232, 307, 309, 310 u 311) u 8 (irqajja’ 337) fil-muniċipalità ta’ Lleida |
|
— |
Poligoni katastali 11 (irqajja’ 6, 7, 8 u 9005) u 12 (roqgħa 9006) fil-muniċipalità ta’ Torrefarrera |
Is-subżona Valls del Riu Corb: magħmula mill-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
— |
L’Ametlla |
|
— |
Belianes |
|
— |
Ciutadilla |
|
— |
Granyanella |
|
— |
Granyena de Segarra |
|
— |
Guimerà |
|
— |
Maldà |
|
— |
Montoliu de Segarra |
|
— |
Montornès de Segarra |
|
— |
Nalec |
|
— |
Omells de Na Gaia |
|
— |
Preixana |
|
— |
Sant Martí de Riucorb |
|
— |
Tàrrega |
|
— |
Vallbona de les Monges |
|
— |
Vallfogona de Riucorb |
|
— |
Verdú |
|
— |
Poligoni katastali 4 (roqgħa 92) u 6 (irqajja’ 42, 43, 44, 45, 46, 47 u 48) fil-muniċipalità ta’ Vilagrassa |
L-ebda waħda mill-irqajja’ li jiffurmaw iż-żona ġeografika tad-DOP Costers del Segre ma hi se tiġi eskluża fil-każ ta’ riżonar, esproprjazzjoni jew bidliet fil-konfini muniċipali mwettqa f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar is-suġġett tal-gvern lokali.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
|
|
AGUDELO – CHENIN BLANC |
|
|
ALARIJE – SUBIRANT PARENT |
|
|
ALBARIÑO |
|
|
CABERNET FRANC |
|
|
CABERNET SAUVIGNON |
|
|
CHARDONNAY |
|
|
GARNACHA BLANCA |
|
|
GARNACHA PELUDA |
|
|
GARNACHA TINTA |
|
|
GARNACHA TINTORERA |
|
|
GEWÜRZTRAMINER |
|
|
GODELLO |
|
|
GONFAUS |
|
|
MACABEO – VIURA |
|
|
MALBEC |
|
|
MAZUELA – SAMSÓ |
|
|
MERLOT |
|
|
MONASTRELL |
|
|
MOSCATEL DE ALEJANDRÍA |
|
|
MOSCATEL DE GRANO MENUDO |
|
|
PARELLADA |
|
|
PETIT VERDOT |
|
|
PINOT NOIR |
|
|
RIESLING |
|
|
SAUVIGNON BLANC |
|
|
SUMOLL TINTO |
|
|
SYRAH |
|
|
TEMPRANILLO – ULL DE LLEBRE |
|
|
TREPAT |
|
|
VERDEJO |
|
|
VIOGNIER |
|
|
XARELLO |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Inbid
Il-karatteristiċi speċifiċi u ddefiniti sew tad-DOP Costers del Segre, bħall-post ġeografiku tal-oriġini u d-distanza għall-Baħar Mediterran u l-Pirenej joħolqu klima kontinentali b’varjazzjonijiet staġunali u ta’ kuljum ewlenin fit-temperatura u perjodi taċ-ċiklu tat-tkabbir li huma speċifiċi għaż-żona, li jirriżultaw fi ħsad karatteristiku.
Il-fatturi naturali taż-żona jippermettu li jiġu ppreservati varjetajiet tradizzjonali u li jiġu pperfezzjonati varjetajiet mhux indiġeni – introdotti wara l-wasla tal-phylloxera. Għalhekk hemm diversità kbira fil-varjetajiet tal-għeneb, li jfisser li l-prodotti jista’ jkollhom kompożizzjonijiet varjetali differenti ħafna.
Fir-rigward tal-fatturi umani, hemm tradizzjoni ta’ vitikultura fiż-żona, kif attestat minn referenzi storiċi fil-forma ta’ dokumentazzjoni u strutturi fiżiċi, u entużjażmu għal tekniki ġodda innovattivi.
It-temperaturi matul il-lejl waqt il-proċess ta’ maturazzjoni huma eċċezzjonalment baxxi – normalment madwar 15 °C matul il-proċess ta’ maturazzjoni, li jinżlu għal 2-10 °C fl-aħħar stadji fiż-żona tad-DOP Costers del Segre. Dan jipproduċi nbejjed b’aċidu għoli u togħmiet intensi li jispikkaw minn dawk prodotti f’reġjuni oħra. L-aromi primarji tal-inbejjed bojod huma infużi b’riħa ta’ frott meta jkunu minn subżoni b’għoljiet ġentili u fwejjaħ tal-fjuri fis-subżoni aktar fl-għoli. Għall-inbejjed ħomor, l-influwenza naturali hija riflessa fil-fwejjaħ, it-togħmiet u l-qawwa alkoħolika attwali. Dawn il-fatturi kollha jippreservaw il-kwalità karatteristika konferita fuq l-inbejjed bit-temperaturi kesħin tal-lejl. Huwa impossibbli li jiġu prodotti nbejjed b’dawn il-karatteristiċi f’reġjuni oħra.
8.2. Inbid spumanti ta’ kwalità
L-inbid spumanti ilu jsir bl-użu tal-metodu tradizzjonali f’ċerti kantini tal-inbid mill-bidu tas-seklu li għadda.
L-aromi primarji tal-inbejjed bojod użati fil-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed spumanti huma infużi b’riħa ta’ frott meta jkunu minn subżoni b’għoljiet ġentili u fwejjaħ tal-fjuri fis-subżoni tal-għoljiet.
Il-varjazzjoni sinifikanti ta’ kuljum fit-temperatura matul iċ-ċiklu ta’ maturazzjoni tipproduċi inbejjed b’karatteristiċi distintivi, livelli ogħla ta’ aċidità u aromi ta’ fjuri intensi. Dawn il-fatturi, flimkien mal-fattur uman – l-użu kontinwu ta’ metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali – u l-fattur naturali – li jippermetti l-preservazzjoni ta’ varjetajiet indiġeni u l-adattament ta’ varjetajiet barranin – jgħinu biex jiffurmaw l-inbejjed spumanti ta’ kwalità speċifiċi ta’ din id-DOP.
8.3. Inbid likur
Il-produzzjoni tal-inbejjed likuri tad-DOP Costers del Segre: It-temperaturi ogħla matul il-ġurnata flimkien mal-ammont baxx ta’ xita baxxa fil-ħarifa jippermettu li l-ħsad jiġi ttardjat, li jirriżulta f’uċuħ tar-raba li huma għonja ħafna fiz-zokkor. Bis-saħħa ta’ dawn il-karatteristiċi klimatiċi speċjali ħafna, hemm tradizzjoni li tipproduċi nbejjed likuri bl-użu ta’ għeneb maħsud tard parzjalment imqadded. It-tip ta’ ħamrija tippermetti li l-varjetajiet użati għal dawn l-inbejjed jinġabru fl-aħjar kundizzjoni, mingħajr ma jilħqu jsiru wisq misjurin.
8.4. Inbid semispumanti
L-aċidità għolja u l-aromi qawwkma tal-fjuri tal-inbejjed semispumanti tad-DOP Costers del Segre huma dovuti għall-varjazzjoni enormi fit-temperatura matul il-proċess tas-sajran tal-għeneb, li ħafna drabi tista’ taqbeż il-15 °C.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Metodu ta’ identifikazzjoni ta’ użu wieħed għandu jintuża fuq l-imballaġġ użat għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti koperti mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Costers del Segre. Dan jista’ jkun siġill ta’ garanzija jew is-sistema ta’ kontroll magħżula mill-amministrazzjoni tad-DOP. Ma jimpurtax liema sistema tingħażel, it-traċċabilità għandha tkun garantita permezz ta’ proċedura stabbilita mill-korp ta’ ġestjoni.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://incavi.gencat.cat/.content/005-normativa/plecs-condicions-do-catalanes/Arxius-plecs/PC-Costers-del-Segre-2020-control-canvis-AM04.pdf