ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 167

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
21 ta' April 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 167/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10678 — AIP / MACQUARIE / ABERDEEN / ONIVIA) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2022/C 167/02

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-mobbiltà tal-għalliema u tal-ħarrieġa, b’mod partikolari l-mobbiltà Ewropea, matul l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali u kontinwi tagħhom

2

2022/C 167/03

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija Ewropea li ssaħħaħ l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għall-futur tal-Ewropa

9

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 167/04

Rata tal-kambju tal-euro — L-20 ta’ April 2022

18


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

2022/C 167/05

Avviż ta’ Kompetizzjoni ġenerali

19

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 167/06

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

20

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 167/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10634 – CVC / GAMING1) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

32

2022/C 167/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10571 – HSBC SINGAPORE / TEMASEK / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

34

2022/C 167/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10645 – ETEX / XI (INSMAT) HOLDINGS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

36

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 167/10

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

37


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10678 — AIP / MACQUARIE / ABERDEEN / ONIVIA)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 167/01)

Fit 7 ta’ April 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10678. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

21.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/2


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-mobbiltà tal-għalliema u tal-ħarrieġa, b’mod partikolari l-mobbiltà Ewropea, matul l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali u kontinwi tagħhom

(2022/C 167/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FIL-KUNTEST TA’:

1.   

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-għalliema u l-ħarrieġa Ewropej (1) għall-futur, li jistiednu lill-Istati Membri biex jimmotivaw lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex jinkorporaw il-mobbiltà tal-għalliema u tal-ħarrieġa (2) fl-istrateġiji tagħhom ta’ tagħlim, żvilupp u internazzjonalizzazzjoni.

2.   

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030), li tistabbilixxi bħala t-tieni prijorità strateġika tagħha li “t-tagħlim tul il-ħajja u l-mobbiltà jsiru realtà għal kulħadd”, inkluż għall-għalliema u għal min iħarreġ l-għalliema u bħala t-tielet prijorità strateġika tagħha li “jittejbu l-kompetenzi u l-motivazzjoni fil-professjoni tal-edukazzjoni”.

3.   

L-Impenn Soċjali ta’ Porto tas-7 ta’ Mejju 2021, li jibni fuq il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali pproklamat fis-Summit Soċjali ta’ Gothenburg tal-2017 u jappella għal investiment fil-ħiliet, tagħlim tul il-ħajja u taħriġ li jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-ekonomija u tas-soċjetà, sabiex sal-2030 tintlaħaq il-mira li, kull sena, mill-inqas 60 % tal-Ewropej jipparteċipaw f’xi taħriġ.

4.   

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-ekwità u l-inklużjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex jiġi promoss is-suċċess edukattiv għal kulħadd, li jistiednu lill-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqas ta’ għalliema b’mod partikolari fl-edukazzjoni għal persuni bi bżonnijiet speċjali u f’kuntesti multikulturali u multilingwi. Il-mobbiltà jista’ jkollha impatt pożittiv fuq in-nuqqas ta’ għalliema billi tagħmel il-professjoni aktar attraenti.

FILWAQT LI JFAKKAR fil-kuntest politiku deskritt fl-Anness,

FID-DAWL TA:’

5.   

The 2021 Eurydice report: “Teachers in Europe: Careers, Development and Well-being” (Ir-rapport tal-Eurydice għall-2021: “L-għalliema fl-Ewropa: karrieri, żvilupp u benessri”), b’mod partikolari s-sejbiet ewlenin li ġejjin:

a)

Il-mobbiltà tranżnazzjonali tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ firxa wiesgħa ta’ kompetenzi fost l-għalliema. “Madankollu, minoranza biss ta’ għalliema fl-Ewropa marru barra minn pajjiżhom għal skopijiet professjonali. Fl-2018, 40.9 % tal-għalliema fl-UE kienu mobbli mill-inqas darba bħala studenti, bħala għalliema, jew it-tnejn li huma” (3). Hemm differenzi sostanzjali fir-rata ta’ parteċipazzjoni bejn il-pajjiżi Ewropej, iżda wkoll bejn is-suġġetti mgħallma, peress li l-mobbiltà ħafna drabi tibqa’ l-prerogattiva tal-għalliema tal-lingwi. Ix-xejriet fil-mobbiltà tal-għalliema fi ħdan il-programm Erasmus+ juru wkoll li l-maġġoranza tal-għalliema jipparteċipaw f’korsijiet barra minn pajjiżhom, filwaqt li l-job shadowing fi skola u l-missjonijiet ta’ tagħlim jintużaw inqas minkejja l-impatt aktar qawwi tagħhom (4).

b)

Il-mobbiltà tranżnazzjonali bħala parti mill-edukazzjoni inizjali tal-għalliema hija importanti. Minbarra li tkun ta’ benefiċċju għall-għalliem prospettiv, tali mobbiltà żżid ukoll il-parteċipazzjoni fil-mobbiltà fi stadji tal-karriera aktar tard. Madankollu, il-mobbiltà tal-għalliema prospettivi matul l-istudji tagħhom mhijiex mifruxa. Fl-2018, madwar wieħed minn kull ħames għalliema tas-sekondarja tal-ewwel livell (20.9 %) fl-UE biss irrapportaw li marru barra minn pajjiżhom matul l-istudji tagħhom. Il-mobbiltà tal-għalliema u tal-ħarrieġa hija promossa u sponsorjata fil-livell tal-UE u tista’ tiġi appoġġata wkoll minn skemi ta’ finanzjament fil-livell nazzjonali.

6.   

L-ostakli ewlenin għall-mobbiltà tal-għalliema u l-ħarrieġa, li jinkludu kwistjonijiet finanzjarji u ta’ rikonoxximent.

a)

Fir-rigward tal-għalliema u l-ħarrieġa prospettivi, ta’ min jinnota li l-valur tal-iskemi ta’ mobbiltà xi drabi jitnaqqas minn għadd ta’ ostakli għar-rikonoxximent akkademiku tagħhom. Il-kurrikuli tal-edukazzjoni tal-għalliema mhux dejjem jippermettu perijodi ta’ mobbiltà barra mill-pajjiż. Barra minn hekk, il-ħarrieġa mhux dejjem ikunu involuti f’perijodi ta’ mobbiltà tul il-perkors tal-edukazzjoni tagħhom. L-assistenza għat-tagħlim u t-taħriġ f’pajjiżi Ewropej oħra, fejn possibbli, ma tistax tiġi rikonoxxuta bħala parti integrali mill-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-ħarrieġa, speċjalment bħala ekwivalenti għal taħriġ fl-iskola f’istituzzjoni nazzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

b)

Għall-għalliema u l-ħarrieġa prattikanti, l-ostakli jinkludu responsabbiltajiet tal-familja u diffikultajiet fl-arranġament ta’ għalliema u ħarrieġa supplenti.

c)

Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ kompetenzi lingwistiċi huwa kwistjoni trażversali.

d)

Barra minn hekk, hemm livell sinifikanti ta’ regolamentazzjoni fil-livell nazzjonali fi ħdan il-professjoni tat-tagħlim u hemm differenzi fl-istrutturar tas-snin skolastiċi bejn l-Istati Membri. Filwaqt li dan huwa sinjal tad-diversità u r-rikkezza tas-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE, dan jista’ jfixkel ukoll l-organizzazzjoni ta’ taħriġ fl-iskola bħall-job shadowing, l-assistenza fit-tagħlim jew missjonijiet ta’ tagħlim.

7.   

It-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19, li wriet il-ħtieġa li jiġu inklużi l-akkwist u l-użu tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali fit-tagħlim u l-apprendiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali u kontinwi tal-għalliema u l-ħarrieġa. Forom imħallta ta’ attività li jgħaqqdu l-mobbiltà fiżika ma’ tagħlim virtwali jew skambju online jippromwovu l-kundizzjonijiet għal tali żvilupp u jippermettu l-iskambju ta’ prattiki tajba.

JIRRIKONOXXI LI:

8.   

L-għalliema u l-ħarrieġa huma l-pedament taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u għandhom rwol kruċjali fis-soċjetà tagħna. L-għalliema u l-ħarrieġa jinkorporaw l-ideal tal-faċilitazzjoni tal-kisba tal-għarfien u l-valuri u l-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva għall-istudenti kollha. Sabiex jitrawmu l-inklużjoni, l-ekwità, l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ kwalità għolja, l-innovazzjoni pedagoġika u l-kisba aħjar tal-istudenti, l-għalliema u l-ħarrieġa jridu jkunu professjonisti bi kwalifiki għolja u motivati u appoġġati mill-amministrazzjoni tal-iskola.

9.   

L-iskambji ta’ fehmiet u esperjenzi fost il-pari u l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-għalliema u l-ħarrieġa, kif ukoll ix-xogħol waqt l-istudju u/jew l-esperjenza tax-xogħol barra mill-pajjiż jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-iżvilupp professjonali tal-għalliema u l-ħarrieġa fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

10.   

Il-mobbiltà hija waħda mill-elementi ewlenin kemm għall-għalliema u għall-ħarrieġa prattikanti kif ukoll dawk prospettivi. Dan jgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni li jiffaċċjaw l-Istati Membri fir-rigward tal-professjoni tat-tagħlim. B’mod partikolari, il-mobbiltà ta’ għalliema u ħarrieġa prospettivi jew prattikanti hija mistennija li:

a)

tikkontribwixxi għall-iżvilupp personali u akkademiku tal-għalliema u l-ħarrieġa, u fl-istess ħin trawwem il-fiduċja tagħhom fihom infushom;

b)

ittejjeb il-prattika professjonali u l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi pedagoġiċi, l-adattabbiltà, l-impjegabbiltà, u l-iżvilupp tal-karriera tal-għalliema u tal-ħarrieġa;

c)

tgħin lill-għalliema u lill-ħarrieġa jiżviluppaw il-kapaċità li jinfluwenzaw u jtejbu l-prattiki fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom stess, kif ukoll fis-sistema usa’ tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

d)

tikkontribwixxi għall-attraenza tal-professjoni tat-tagħlim.

11.   

Minbarra l-effetti pożittivi tagħha fuq il-motivazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi kif ukoll il-perkorsi professjonali tal-għalliema u l-ħarrieġa, il-mobbiltà tal-għalliema u l-ħarrieġa, speċjalment il-mobbiltà Ewropea, hija wkoll ta’ benefiċċju għas-sistemi nazzjonali ta’ edukazzjoni u taħriġ u tista’ ttejjibhom peress li:

a)

issaħħaħ il-kapaċità tal-għalliema u tal-ħarrieġa li jinnovaw u jirriflettu dwar prattiki bil-ħsieb li jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet tal-istudenti;

b)

tgħin fl-iżvilupp tas-sens ta’ appartenenza tal-għalliema u tal-ħarrieġa f’komunità Ewropea ta’ tagħlim u apprendiment permezz tar-rabtiet li jiġu ffurmati matul u wara l-esperjenzi ta’ mobbiltà, tinkoraġġixxi l-mobbiltà tal-istudenti u b’mod aktar ġenerali, tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ dimensjoni Ewropea fl-attivitajiet u l-proġetti tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom, kif ukoll fl-istrateġiji internazzjonali, u għalhekk għandha impatt fuq is-sistema kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

c)

il-mobbiltà hija esperjenza qawwija ta’ tagħlim, li potenzjalment tħalli impatt kbir fuq l-għalliema u l-ħarrieġa prospettivi kif ukoll dawk prattikanti. Huma għandhom ikunu konxji tal-opportunitajiet ta’ mobbiltà li huma disponibbli u għandhom jiġu mħeġġa jipparteċipaw fil-mobbiltà matul l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali u kontinwi tagħhom.

d)

tappoġġa l-iżvilupp tan-networks tal-għalliema u tal-ħarrieġa madwar l-Ewropa.

12.   

Il-mobbiltà tal-għalliema u tal-ħarrieġa fl-Ewropa hija element ewlieni biex tinbena l-fiduċja, tissaħħaħ il-kooperazzjoni u jiġu promoss il-fehim reċiproku fost l-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ xulxin. Hija wkoll kruċjali għat-trawwim ta’ valuri komuni Ewropej, kif ukoll għall-promozzjoni tal-multilingwiżmu u l-multikulturaliżmu.

JAQBEL LI:

13.   

Żona Ewropea tal-Edukazzjoni ambizzjuża għandha tkun ibbażata fuq għalliema u ħarrieġa kompetenti u motivati ħafna. Il-mobbiltà Ewropea għandha titqies bħala ta’ benefiċċju għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-għalliema u l-ħarrieġa sabiex jitwessa’ l-aċċess għad-diversità ta’ approċċi ta’ tagħlim ta’ kwalità u biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-istudenti. Id-dimensjoni Ewropea għandha l-potenzjal li ġġib valur miżjud għat-taħriġ u/jew il-prattika professjonali tal-għalliema jew il-ħarrieġa rispettivi fil-qafas tas-sistemi edukattivi nazzjonali.

14.   

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-għalliema u l-ħarrieġa prospettivi u l-aċċess tagħhom għall-mobbiltà, b’mod partikolari l-mobbiltà Ewropea, bħala parti mill-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali tagħhom f’konformità mas-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Dan iwitti wkoll it-triq għall-mobbiltà fi stadji aktar tard tal-karrieri tagħhom.

15.   

Sabiex iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni ssir realtà sal-2025 u biex l-opportunitajiet ta’ mobbiltà jsiru disponibbli għall-għalliema u l-ħarrieġa kollha, jeħtieġ li jitneħħew l-ostakli eżistenti, fejn xieraq u f’konformità mas-sistemi u l-politiki edukattivi nazzjonali.

16.   

Il-mobbiltà tal-għalliema u tal-ħarrieġa ser tibbenefika b’mod speċjali minn appoġġ minn:

a)

programmi ta’ finanzjament Ewropej bħal Erasmus+;

b)

il-Pjattaforma Ewropea tal-Edukazzjoni Skolastika futura, li ser tinkludi l-eTwinning u l-iSchool Education Gateway, EPALE kif ukoll kwalunkwe inizjattiva li tippromwovi sħubijiet tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE;

c)

l-Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+, li għandhom jiġu evalwati fid-dawl ta’ żviluppi ulterjuri wara l-2025;

d)

l-Inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, fejn rilevanti.

17.   

Il-mobbiltà għall-għalliema u l-ħarrieġa għandha tkompli tiġi promossa u estiża sabiex issir prattika komuni. Il-firxa tal-mobbiltà tal-għalliema u l-ħarrieġa fl-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali u kontinwi tista’ tiġi mmonitorjata fil-livell tal-Istati Membri u dak tal-UE. Il-Grupp Permanenti dwar l-Indikaturi u l-Punti ta’ Riferiment għandu jingħata l-mandat li jeżamina forom adatti ta’ ġbir ta’ data biex ikejjel il-mobbiltà tal-għalliema u l-ħarrieġa. Is-sejbiet tagħhom jeħtieġ li jitqiesu fir-rigward tar-rieżami ppjanat tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn minnha (5).

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, F’KONFORMITA MAĊ-ĊIRKOSTANZI NAZZJONALI U L-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX:

18.

Irawmu opportunitajiet għall-mobbiltà Ewropea tal-għalliema u l-ħarrieġa, pereżempju billi jneħħu l-ostakli eżistenti fejn xieraq, joffru appoġġ organizzattiv u finanzjarju meta jkun possibbli, jikkondividu soluzzjonijiet fir-rigward tal-arranġament ta’ għalliema u ħarrieġa supplenti, u jippromwovu programmi ta’ mobbiltà.

19.

Irawmu l-opportunitajiet u jinkoraġġixxu l-mobbiltà tal-mexxejja tal-iskejjel, għall-benefiċċji li ġġib għall-karrieri tagħhom stess, għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom, iżda wkoll bħala mezz ta’ appoġġ u promozzjoni tal-mobbiltà tal-għalliema u l-ħarrieġa.

20.

Jintegraw il-mobbiltà fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-għalliema u tal-ħarrieġa, fejn xieraq, kemm għall-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali kif ukoll kontinwi. Jippromwovu l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Erasmus+, eż. l-Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+ u l-Universitajiet Ewropej. L-esperjenzi ta’ kooperazzjoni bilaterali jistgħu jkunu punt tat-tluq u jipprovdu ispirazzjoni għal aktar żvilupp.

21.

Jiffaċilitaw, fejn xieraq, ir-rikonoxximent formali tal-eżiti tal-perijodi ta’ mobbiltà, b’mod partikolari tal-perijodi ta’ tagħlim u taħriġ barra mill-pajjiż, fl-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-ħarrieġa, għall-iżvilupp professjonali jew għall-progressjoni tal-karriera.

22.

Jesploraw modi biex irawmu l-apprendiment ta’ kwalità tal-lingwi barranin fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali kif ukoll kontinwi, fejn xieraq, bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi ta’ mobbiltà, għall-iżvilupp ta’ kompetenzi li huma meħtieġa għal ħidma b’riżorsi u materjali barranin.

23.

Sabiex l-għalliema u l-ħarrieġa li jixtiequ jkunu mobbli jkunu jistgħu jagħmlu dan, jidentifikaw u jippromwovu, fejn adatt u b’kont dovut għall-awtonomija tal-istituzzjonijiet, opportunitajiet ta’ mobbiltà kemm għal għalliema u ħarrieġa prattikanti kif ukoll dawk prospettivi, jiġifieri, perijodi rakkomandati fis-snin skolastiċi u/jew kurrikuli tal-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-ħarrieġa mfassla biex jippermettu l-parteċipazzjoni fil-mobbiltà. Dan jista’ jinkludi l-identifikazzjoni ta’ perijodi adatti biex l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ jospitaw attivitajiet ta’ taħriġ fl-iskola kemm għall-għalliema prattikanti kif ukoll għal dawk prospettivi u attivitajiet marbuta mal-perkors tal-edukazzjoni għall-ħarrieġa.

24.

Jippromwovu, fejn adatt, l-użu ta’ moduli ta’ taħriġ li huma rilevanti u ffukati fuq l-Ewropa, fi ħdan l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali u kontinwi tal-għalliema u l-ħarrieġa, li jistgħu jinkludu programmi bħal azzjonijiet Jean Monnet ukoll fir-rigward tal-edukazzjoni primarja u sekondarja.

25.

Irawmu, fejn adatt, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet billi jippromwovu forom differenti ta’ kooperazzjoni lokali u reġjonali, bħall-konsorzji tal-Erasmus+, immexxija minn awtoritajiet tal-iskejjel/istituzzjonijiet reġjonali li jiżguraw li l-proġetti ta’ mobbiltà jkollhom impatt usa’ u jappoġġaw il-parteċipazzjoni fiżika jew online tal-għalliema u l-ħarrieġa minn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ iżgħar jew remoti f’opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali barra mill-pajjiż.

26.

Jappoġġaw, fejn adatt, lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fit-titjib tal-kapaċità tagħhom li jospitaw u jibbenefikaw mill-attivitajiet ta’ mobbiltà kemm ta’ għalliema u ħarrieġa prattikanti kif ukoll dawk prospettivi.

27.

Jippromwovu l-użu ta’ għodod u pjattaformi diġitali, inkluż l-eTwinning u l-EPALE, biex jikkomplementaw u jħejju l-mobbiltà fiżika, itejbu l-ħiliet u l-kompetenzi diġitali u jippromwovu aktar kooperazzjoni tranżnazzjonali.

28.

Jinkoraġġixxu opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali fis-servizz ibbażati fuq l-evidenza għall-għalliema u l-ħarrieġa, li jistgħu jibbenefikaw minn attivitajiet ta’ mobbiltà, u jippromwovu studji relatati mal-isforzi tal-Istati Membri tal-UE fir-rigward tal-mobbiltà tal-għalliema, filwaqt li jfittxu aspetti oħra ta’ sinerġija mar-riċerka.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI, F’KONFORMITÀ MAT-TRATTATI U B’RISPETT SĦIĦ GĦAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX:

29.

Tippromwovi opportunitajiet għall-mobbiltà tal-għalliema u tal-ħarrieġa permezz tal-programm Erasmus+, inkluż billi toffri l-appoġġ meħtieġ għall-azzjoni tal-Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+, li għandha tiġi evalwata fid-dawl ta’ żviluppi ulterjuri wara l-2025.

30.

Timmappja l-għodod eżistenti biex tħeġġeġ il-mobbiltà għall-għalliema u l-ħarrieġa, u jiġu promossi dawn l-għodod billi jintużaw, pereżempju, pjattaformi bħall-Pjattaforma Ewropea tal-Edukazzjoni Skolastika futura, (li ser tinkludi l-eTwinning u l-iSchool Education Gateway attwali), u l-EPALE.

31.

F’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tesplora l-possibbiltà li jiġi żviluppat qafas ta’ politika fil-livell Ewropew biex jiżdiedu l-għadd u l-kwalità tal-opportunitajiet ta’ mobbiltà għat-tagħlim kemm għall-għalliema u l-ħarrieġa prospettivi kif ukoll għall-prattikanti fl-Ewropa abbażi tal-ħtiġijiet reali tagħhom ta’ mobbiltà. Qafas ta’ dan it-tip jista’ pereżempju jappoġġa l-indirizzar tal-ostakli għall-mobbiltà, jagħti lill-Istati Membri appoġġ għall-promozzjoni tal-mobbiltà u dimensjoni Ewropea tat-tagħlim fl-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali u kontinwi tal-għalliema, jiżviluppa aktar opportunitajiet ta’ mobbiltà għat-tagħlim, u jipprovdi informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ finanzjament u mobbiltà.

32.

Tindirizza l-mobbiltà fix-xogħol billi tesplora l-iżvilupp possibbli, fuq bażi volontarja, ta’ gwida Ewropea għall-iżvilupp ta’ oqfsa tal-karrieri nazzjonali u gwida tul il-ħajja, u b’hekk tappoġġa l-progressjoni tal-karriera tal-għalliema u l-ħarrieġa.

33.

Tkompli tippromwovi r-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki, u b’mod partikolari tal-perijodi ta’ mobbiltà barra mill-pajjiż fl-edukazzjoni u t-taħriġ tal-għalliema u l-ħarrieġa (6).

34.

Tikkoopera mal-Istati Membri dwar l-analiżi tal-fattibbiltà u l-valur miżjud tal-opportunitajiet ta’ mobbiltà fi programmi ta’ studju għal għalliema u ħarrieġa prospettivi.

35.

Tirrapporta lura lill-Kumitat tal-Edukazzjoni għal aktar deċiżjonijiet dwar ir-riżultati tal-ħidma tal-Grupp Permanenti dwar l-Indikaturi u l-Punti ta’ Riferiment fuq il-monitoraġġ tal-mobbiltà tal-għalliema u l-ħarrieġa, bil-ħsieb tal-promozzjoni u l-espansjoni tal-potenzjal għall-mobbiltà.

(1)  F’konformità mad-definizzjoni li tinsab fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-għalliema u l-ħarrieġa Ewropej għall-futur (ĠU C 193, 9.6.2020, p. 11), għall-finijiet tal-konklużjonijiet attwali, għalliem huwa persuna li hija rikonoxxuta li għandha l-istatus ta’ għalliem (jew ekwivalenti) skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali, filwaqt li ħarrieġ huwa xi ħadd li jwettaq attività waħda jew aktar marbuta mal-funzjoni ta’ taħriġ (teoretiku jew prattiku), jew f’istituzzjoni għall-edukazzjoni jew it-taħriġ jew fuq il-post tax-xogħol. Huma jinkludu għalliema fl-edukazzjoni ġenerali u l-edukazzjoni għolja, għalliema u ħarrieġa fl-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) inizjali u kontinwi, kif ukoll professjonisti fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u edukaturi għall-adulti.

L-isfond edukattiv u l-istrutturi tal-karriera tal-għalliema u l-ħarrieġa jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn oqsma differenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Bħala tali, ir-rilevanza ta’ xi elementi ta’ dawn il-konklużjonijiet tiddependi fuq l-istruttura tas-sistemi nazzjonali u s-setturi individwali tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

(2)  Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet, “mobbiltà” tikkorrispondi għall-kunċett ta’ “mobbiltà għat-tagħlim” kif definit fir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus +: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, jiġifieri ċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ jew tagħlim mhux formali jew informali. Dan jista’ jiġi kkombinat ma’ “tagħlim virtwali” li jfisser il-kisba ta’ għarfien, ħiliet u kompetenzi permezz tal-użu ta’ għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li jippermettu lill-parteċipanti jkollhom esperjenza ta’ tagħlim tranżnazzjonali jew internazzjonali sinifikanti.

(3)  Eurydice, “Teachers in Europe: Careers, Development and Well-being”, 2021, p. 21.

(4)  L-anness statistiku tar-Rapport Annwali 2019 tal-Erasmus+ juri li fi proġetti KA 101 (mobbiltà tal-persunal fl-edukazzjoni skolastika) li ngħata kuntratt għalihom fl-2019, il-korsijiet u l-avvenimenti ta’ taħriġ irrappreżentaw madwar 40 600 parteċipant previsti (madwar 75 % tal-attivitajiet ta’ mobbiltà), filwaqt li l-job shadowing irrappreżenta 13 209 parteċipanti (madwar 24 % tal-attivitajiet ta’ mobbiltà) u l-missjonijiet ta’ tagħlim irrappreżentaw 389 parteċipant (inqas minn 1 % tal-attivitajiet ta’ mobbiltà).

(5)  Kif enfasizzat fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030), fl-2025 il-Kummissjoni ser tippubblika rapport sħiħ dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. “Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kunsill għandu jirrevedi l-qafas strateġiku — inkluż il-miri fil-livell tal-UE, l-istruttura ta’ governanza, u l-metodi ta’ ħidma” (ĠU C 66, 26.2.2021, p. 10).

(6)  F’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perijodi ta’ apprendiment barra mill-pajjiż (ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1).


ANNEXE

Kuntest politiku

Kunsill Ewropew

Konklużjonijiet tal-Presidenza – Liżbona, 23 u 24 ta’ Marzu 2000

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar l-iżvilupp professjonali tal-għalliema u l-mexxejja tal-iskola (ĠU C 302, 12.12.2009, p. 6)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal: nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta’ għada (ĠU C 175, 15.6.2011, p. 8)

Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2014 dwar l-edukazzjoni effettiva tal-għalliema (ĠU C 183, 14.6.2014, p. 22)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti (ĠU C 421, 8.12.2017, p. 2)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2018, dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim (ĠU C 195, 7.6.2018, p. 1)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-mixja lejn viżjoni għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (ĠU C 195, 7.6.2018, p. 7)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perijodi ta’ apprendiment barra mill-pajjiż (ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2019 dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija ta’ Kwalità Għolja tat-Tfal (ĠU C 189, 5.6.2019, p. 4)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2019 dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi (ĠU C 189, 5.6.2019, p. 15)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jiġu appoġġati sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ orjentati lejn il-futur (ĠU C 389, 18.11.2019, p. 1)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-għalliema u l-ħarrieġa Ewropej għall-futur (ĠU C 193, 9.6.2020, p. 11)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) (ĠU C 66, 26.2.2021, p. 1)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-ekwità u l-inklużjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex jiġi promoss is-suċċess edukattiv għal kulħadd (ĠU C 221, 10.6.2021, p. 3)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej - Inqarrbu l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka, l-innovazzjoni u s-soċjetà: Inwittu t-triq għal dimensjoni ġdida fl-edukazzjoni għolja Ewropea (ĠU C 221, 10.6.2021, p. 14)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar aġenda Ewropea ġdida għat-tagħlim tal-adulti 2021-2030 (ĠU C 504, 14.12.2021, p. 9)

Kummissjoni Ewropea

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2020) 625 final)

Education and training monitor 2021: education and well-being (Il-Monitor tal-edukazzjoni u t-taħriġ 2021: edukazzjoni u benessri), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2021.


21.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/9


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija Ewropea li ssaħħaħ l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għall-futur tal-Ewropa

(2022/C 167/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JFAKKAR fl-isfond politiku ta’ din il-kwistjoni kif spjegat fl-Anness għal dawn il-konklużjonijiet,

FILWAQT LI JFAKKAR LI:

1.   

L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja (HEIs) (1) fl-Ewropa jipparteċipaw ħafna fil-ħolqien, id-distribuzzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-għarfien. Huma għandhom rwol insostitwibbli fil-kisba kemm taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni kif ukoll taż-Żona Ewropea ġdida tar-Riċerka (ŻER), f’sinerġija maż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja. L-HEIs huma kruċjali biex tintlaħaq il-mira stabbilita fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) – jiġifieri li s-sehem ta’ persuni bejn il-25 u l-34 sena bi kwalifika ta’ edukazzjoni terzjarja għandu jkun mill-inqas 45 % sal-2030.

2.   

Fis-snin li ġejjin, iż-żieda fir-reġistrazzjonijiet tal-edukazzjoni għolja – li kienet xejra globali fundamentali f’dawn l-aħħar deċennji – ser tintensifika. L-għadd ta’ persuni bejn il-25 u l-34 sena bi kwalifika terzjarja fil-pajjiżi tal-OECD u tal-G20 huwa mistenni li jilħaq 300 miljun sal-2030 (2).

3.   

L-iżvilupp futur tal-HEIs fl-Ewropa ser ikun influwenzat minn diversi opportunitajiet u sfidi. Ix-xejriet demografiċi dinjija u l-globalizzazzjoni ser jisfidaw il-pożizzjoni tal-Ewropa bħala ċentru prominenti għall-ħolqien tal-għarfien. It-tisħin globali u d-degradazzjoni ambjentali, l-aċċellerazzjoni tal-bidliet teknoloġiċi u t-tellieqa dejjem tikber tat-teknoloġiji diġitali diġà jaffettwaw l-istrateġiji u l-pożizzjonament tal-HEIs fl-Ewropa u fil-kuntest globali. Id-disponibbiltà ta’ riżerva kbira ta’ talent b’edukazzjoni u taħriġ eċċellenti ser ssir dejjem aktar kruċjali għall-Ewropa biex iżżomm u tasserixxi l-pożizzjoni tagħha bħala mexxejja dinjija f’kuntest ta’ kompetizzjoni globali akbar.

4.   

Sadanittant, id-domanda dejjem tikber għal edukazzjoni ta’ kwalità għolja u inklużiva kif ukoll għal riċerka u innovazzjoni eċċellenti fil-pajjiżi emerġenti qed iżżid in-networking globali, filwaqt li qed jitfaċċa theddid ġdid għall-valuri u l-prinċipji fundamentali li d-demokraziji Ewropej għandhom l-għan li jirrispettaw. Fil-livell Ewropew u globali, l-inugwaljanzi li qed jiżdiedu u l-isfidi kkawżati minn soċjetajiet li qed jixjieħu ser jittrasformaw is-suq tax-xogħol u jintensifikaw il-ħtieġa għall-inklużjoni u għall-kisba ta’ edukazzjoni għolja, u dan ser jinvolvu aspettattivi ġodda għat-tagħlim tul il-ħajja.

5.   

L-irkupru ekonomiku wara l-pandemija u l-evoluzzjoni rapida tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi relatati mat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika ser jirrikjedu li l-HEIs jikkunsidraw li jkomplu jiżviluppaw l-infrastruttura tagħhom, jadottaw għodod pedagoġiċi ġodda, jipprovdu esperjenzi ta’ apprendiment flessibbli u qosra, iħejju lill-istudenti għall-ambjent dejjem jinbidel tas-soċjetà u tas-suq tax-xogħol u jippermettu lir-riċerkaturi jaħdmu flimkien biex isibu soluzzjonijiet innovattivi għall-isfidi globali attwali.

6.   

Il-kisba tal-inklużjoni u l-eċċellenza teħtieġ investiment ġenerali sinifikanti fis-settur tal-edukazzjoni għolja tal-UE, meta jitqies l-infiq medju attwali għall-edukazzjoni terzjarja fl-UE, u fid-dawl tal-għadd dejjem jikber ta’ studenti u persuni oħra li qed jitgħallmu, kif ukoll l-isfidi ffaċċjati mill-HEIs.

7.   

Il-pożizzjoni unika tal-edukazzjoni għolja biex taqdi l-missjonijiet intersezzjonali tal-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u s-servizz għas-soċjetà hija opportunità unika biex jiġi sfruttat il-potenzjal għal sinerġiji bejn dawn l-erba’ missjonijiet.

8.   

L-isfruttar ta’ dawk is-sinerġiji huwa essenzjali biex jiġu indirizzati l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Ser ikun meħtieġ li jitrawmu sħubijiet bejn diversi partijiet ikkonċernati u kooperazzjoni bejn l-HEIs u magħhom.

9.   

F’dan il-kuntest, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) appellat għall-istabbiliment ta’ “aġenda għat-trasformazzjoni tal-edukazzjoni għolja, b’enfasi fuq l-inklużjoni, l-innovazzjoni, il-konnettività, it-tħejjija diġitali u ekoloġika u l-kompetittività internazzjonali, kif ukoll valuri akkademiċi fundamentali u prinċipji etiċi għoljin, u anki l-impjiegi u l-impjegabbiltà”.

10.   

F’dan l-istess kuntest, il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar iż-Żona Ewropea Ġdida tar-Riċerka identifikaw “trasformazzjonijiet istituzzjonali, il-karrieri fir-riċerka, l-edukazzjoni fix-xjenza, it-taħriġ, il-kooperazzjoni internazzjonali u ċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien bħala oqsma possibbli ta’ kooperazzjoni aktar determinata” bejn iż-Żona Ewropea tar-Riċerka, iż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja u d-dimensjoni tal-edukazzjoni għolja taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Il-Kunsill ħa nota wkoll tal-“proposta tal-Kummissjoni biex jiġi żviluppat pjan direzzjonali ta’ azzjonijiet għall-ħolqien ta’ sinerġiji bejn l-edukazzjoni għolja u r-riċerka” u esprima appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri tal-“‘Alleanzi Universitarji Ewropej’ bħala eżempju ewlieni għall-istituzzjonijiet moderni u inklużivi tal-edukazzjoni għolja tal-futur fl-Ewropa”. L-aġenda ta’ politika taż-ŻER għall-perijodu 2022-2024 annessa mal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-governanza futura taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) identifikat azzjonijiet indirizzati lill-HEIs.

11.   

Fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej - Inqarrbu l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka, l-innovazzjoni u s-soċjetà: Inwittu t-triq għal dimensjoni ġdida fl-edukazzjoni għolja Ewropea, il-Kunsill irrikonoxxa li “l-Universitajiet Ewropej” għandhom jiġu ggwidati biex “jikkontribwixxu għat-tisħiħ tad-dimensjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa billi jiżviluppaw aġenda komuni, infrastrutturi u riżorsi kondiviżi” kif ukoll biex “jistabbilixxu alleanzi dejjem aktar b’saħħithom billi jesploraw il-fattibbiltà ta’ reġistrazzjoni konġunta ta’ studenti u reklutaġġ konġunt ta’ akkademiċi u riċerkaturi, fi ħdan is-sistemi nazzjonali differenti, biex jagħmlu l-karrieri tagħhom fl-edukazzjoni u fir-riċerka aktar attraenti, sostenibbli u flessibbli fi ħdan l-alleanzi”. Stieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex “jikkunsidraw strumenti ta’ finanzjament aktar sostenibbli għall-‘Universitajiet Ewropej’, inkluż permezz tal-isfruttar ta’ sinerġiji ta’ skemi reġjonali u nazzjonali ma’ skemi Ewropej, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-istrateġija ambizzjuża tagħhom” kif ukoll biex jiżviluppaw proposti, mill-2022 ’il quddiem, biex “jgħinu jitneħħew l-ostakli għall-kooperazzjoni fil-livell Ewropew, billi jesploraw, pereżempju, il-ħtieġa u l-fattibbiltà ta’ lawrji Ewropej konġunti fi ħdan l-alleanzi tal-‘Universitajiet Ewropej’.”

12.   

Fil-konklużjonijiet tiegħu dwar “Approfondiment taż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Nagħtu lir-riċerkaturi karrieri u kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti u sostenibbli u nagħmlu ċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ realtà”, il-Kunsill appella lill-Kummissjoni “biex tappoġġa lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ miżuri ta’ politika għal kooperazzjoni tranżnazzjonali kontinwa u ambizzjuża bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa b’mod partikolari fil-qasam tal-karrieri akkademiċi u tar-riċerka li spiss huma marbuta waħda mal-oħra, li jippromwovu l-inklużività, jixprunaw l-eċċellenza u jtejbu l-kompetittività internazzjonali tas-settur tal-edukazzjoni għolja Ewropew, u b’hekk jinġibdu aktar talenti minn ġewwa u minn barra l-Ewropa”. Qabel ukoll li l-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej u s-sħubijiet tagħhom mal-ekosistemi lokali kienu “pjattaformi xierqa biex jittestjaw mudelli possibbli li jrawmu l-interoperabbiltà tal-karrieri fir-riċerka, u biex jesploraw possibbiltajiet li jkun hemm skemi konġunti ta’ reklutaġġ, sistemi ta’ taħriġ u ta’ żvilupp tal-karriera li jaqdu kemm l-aspetti tar-riċerka kif ukoll tat-tagħlim, kif ukoll li jiġu ttestjati sistemi ġodda ta’ premjazzjoni u valutazzjoni, inkluż għal tagħlim ibbażat fuq ir-riċerka”.

JIKKUNSIDRA LI:

13.   

Il-kooperazzjoni tranżnazzjonali bejn l-HEIs madwar l-Ewropa tkompli tissaħħaħ, tiġi approfondita u ssimplifikata jekk l-isfidi msemmija hawn fuq ikunu jistgħu jiġu indirizzati b’mod effettiv fil-livell Ewropew. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ressqet strateġija Ewropea ambizzjuża għall-universitajiet, li għandha l-għan li ssaħħaħ u tappoġġa lil dawn l-istituzzjonijiet fil-missjonijiet kollha tagħhom biex itejbu l-kooperazzjoni tagħhom u jisfruttaw l-aspetti qawwija tagħhom, bil-ħsieb tal-kontribut kritiku tagħhom għar-rispons tal-Ewropa għall-isfidi li ġejjin. It-tipi differenti ta’ kollaborazzjoni kontinwa għandhom jiżdiedu, u l-eżiti u l-aħjar prattiki relatati għandhom jiġu kondiviżi biex jispiraw lis-settur kollu tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa, filwaqt li jiġu rispettati l-kompetenzi tal-Istati Membri, il-libertà akkademika u l-awtonomija istituzzjonali tal-HEIs.

14.   

Għal dan il-għan, għandhom jiġu segwiti erba’ objettivi ewlenin ugwalment importanti bħala parti minn sforz konġunt fil-livell istituzzjonali, nazzjonali u dak Ewropew:

it-tisħiħ tad-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll is-sinerġiji bejniethom;

l-ixprunar tar-rwol u l-leadership tal-Ewropa fil-livell globali;

it-tisħiħ tal-irkupru u r-rispons tal-Ewropa għat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika;

l-approfondiment tas-sens ta’ appartenenza Ewropew ibbażat fuq valuri komuni.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI U LILL-ISTATI MEMBRI, F’KONFORMITÀ MAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM U B’KONT DOVUT GĦALL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX JINVOLVU RUĦHOM MAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-EDUKAZZJONI GĦOLJA U PARTIJIET IKKONĊERNATI BIL-ĦSIEB LI JINKISBU L-OBJETTIVI EWLENIN LI ĠEJJIN:

Tisħiħ tad-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll is-sinerġiji bejniethom

15.

Kooperazzjoni tranżnazzjonali aktar profonda tikkontribwixxi għall-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u ż-Żona Ewropea ġdida tar-Riċerka f’sinerġija sħiħa, permezz ta’ HEIs aktar b’saħħithom u billi tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa kollha kemm hi. Permezz ta’ dimensjonijiet, formati u opportunitajiet ġodda għal mobbiltà bejn id-dixxiplini u s-setturi u bejn il-fruntieri, flimkien ma’ karrieri akkademiċi u ta’ riċerka attraenti u sostenibbli kif ukoll edukazzjoni miftuħa u xjenza miftuħa, ikun possibbli li dawn jindirizzaw aħjar l-isfidi tas-soċjetà u jgħammru lill-istudenti, lill-persuni li jibqgħu jitgħallmu tul il-ħajja u lir-riċerkaturi bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi adatti għall-iżvilupp professjonali u personali futur tagħhom. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-istudenti u lir-riċerkaturi żgħażagħ li raw l-istudji u l-karrieri tagħhom affettwati bil-kbir mill-pandemija, kif ukoll dawk minn żoni rurali u remoti, bħar-reġjuni ultraperiferiċi.

16.

L-alleanzi tal-HEIs, bħall-“Universitajiet Ewropej”, jistgħu juru l-potenzjal ta’ kooperazzjoni istituzzjonali estensiva u fit-tul fl-edukazzjoni għolja. Alleanzi bħal dawn għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw valur miżjud Ewropew reali billi jiksbu massa kritika fuq skala Ewropea permezz tal-impenn fit-tul tal-partijiet kollha involuti. Huma jiffaċilitaw il-moviment liberu madwar l-Ewropa għal finijiet ta’ studju, xogħol u riċerka bbażati fuq interessi komuni. Permezz ta’ livell qawwi ta’ integrazzjoni, trasparenza u aċċessibbiltà, dawn jista’ jkollhom impatt trasformattiv fl-Ewropa u għaliha. Il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà ma’ inizjattivi u networks Ewropej, nazzjonali, reġjonali, lokali u, fejn rilevanti, oħrajn internazzjonali, ser isaħħu l-impatt trasformattiv tagħhom.

17.

L-isfruttar tal-valur miżjud sħiħ tal-alleanzi tal-HEIs bħall-“Universitajiet Ewropej” jitlob aktar appoġġ fil-livell Ewropew u, fejn xieraq, fil-livell nazzjonali permezz ta’ approċċ gradwali. Bħala katalisti tat-trasformazzjoni istituzzjonali, dawn l-alleanzi għandhom, fejn xieraq, jiġu appoġġati fl-iżvilupp ta’ dimensjoni b’saħħitha ta’ riċerka u innovazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ programmi edukattivi konġunti innovattivi fil-livelli kollha, b’approċċ iċċentrat fuq l-istudenti u xprunat mir-riċerka u l-innovazzjoni, li jkunu jistgħu possibbilment jagħtu lawrji konġunti bbażati fuq kriterji Ewropej imfasslin b’mod konġunt mal-Istati Membri u partijiet ikkonċernati rilevanti, f’konformità mal-istrumenti tal-Proċess ta’ Bolonja. Dawn l-alleanzi għandhom jiġu appoġġati wkoll, fejn xieraq, fit-titjib tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, f’termini ta’ reklutaġġ konġunt possibbli ta’ akkademiċi u riċerkaturi; fil-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ karrieri attraenti u sostenibbli; u fil-mutwalizzazzjoni tar-riżorsi u l-istrutturi, pereżempju laboratorji u pjattaformi.

18.

Filwaqt li jiġi rikonoxxut bis-sħiħ il-valur tat-tagħlim wiċċ imb’ wiċċ u tal-mobbiltà fiżika, kif ukoll il-ħtieġa għal ċirkolazzjoni bbilanċjata tal-imħuħ, l-HEIs għandhom jiġu mħeġġa jappoġġaw aktar it-tipi kollha ta’ mobbiltà tal-istudenti, il-persunal u r-riċerkaturi, li jikkontribwixxu għas-suċċess akkademiku u personali billi jagħmluha possibbli li l-istudenti, il-persunal u r-riċerkaturi kollha jkunu jistgħu jiksbu kompetenzi internazzjonali u interkulturali permezz tal-internazzjonalizzazzjoni tal-kurrikuli jew il-parteċipazzjoni f’ambjenti internazzjonali innovattivi fl-istituzzjonijiet domestiċi tagħhom.

19.

Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ għandha rwol abilitanti f’dan ir-rigward. Ta’ min ifakkar fil-mira li mill-inqas 20 % tal-gradwati fiż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja kellhom jesperjenzaw perijodu ta’ studju jew taħriġ barra mill-pajjiż, kif ġie riaffermat fil-Komunikat Ministerjali ta’ Ruma tad-19 ta’ Novembru 2020, u fl-appoġġ li għandu jingħata lill-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej biex tintlaħaq il-mira ambizzjuża ta’ 50 % ta’ studenti mobbli, kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej – Inqarrbu l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka, l-innovazzjoni u s-soċjetà: Inwittu t-triq għal dimensjoni ġdida fl-edukazzjoni għolja Ewropea.

20.

Biex jintlaħqu dawn il-miri, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-HEIs, għandhom jistinkaw ukoll biex jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi għall-istituzzjonijiet, inkluż billi jwessgħu aktar l-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-Kard Ewropea tal-Istudenti u billi jimplimentaw aktar ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki akkademiċi u tal-perijodi ta’ studju barra l-pajjiż, f’kooperazzjoni maċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent Akkademiku (NARIC). L-HEIs għandhom jiġu mħeġġa jagħmlu użu sħiħ mill-għodod diġitali għall-mobbiltà u r-rikonoxximent, jippromwovu l-multilingwiżmu, l-interkulturalità u l-inklużjoni ta’ studenti b’inqas opportunitajiet fil-kampusijiet tagħhom, u jinkorporaw il-mobbiltà fil-kurrikuli tagħhom.

Xprunar tar-rwol u l-leadership tal-Ewropa fil-livell globali

21.

L-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja u r-riċerka għandha importanza ġeopolitika strateġika għall-Ewropa, kif deskritt fil-komunikazzjoni konġunta dwar “Il-Portal Globali”. Il-kollaborazzjoni globali fl-edukazzjoni għolja teħtieġ li tkun ibbażata fuq valuri u prinċipji fundamentali, bil-libertà akkademika, l-awtonomija istituzzjonali, l-edukazzjoni miftuħa u x-xjenza miftuħa fil-qalba tagħhom. Il-prinċipji ta’ reċiproċità u ta’ kondizzjonijiet ekwivalenti għandhom ikunu prerekwiżit għall-kooperazzjoni internazzjonali. Il-prinċipju gwida “miftuħ kemm jista’ jkun, magħluq kemm meħtieġ” għandu jiġi segwit fir-relazzjonijiet u fin-negozjati tar-riċerka u l-innovazzjoni mas-sħab globali. L-HEIs għandhom jiġu appoġġati permezz ta’ approċċ Ewropew ikkoordinat sabiex dawn il-valuri u l-prinċipji Ewropej jiġu promossi fil-livell globali bil-ħsieb li tinkiseb kollaborazzjoni bilanċjata u ta’ benefiċċju reċiproku, li hija parti mis-setgħa u l-kapaċità ta’ persważjoni tal-Ewropa bħala entità li tistabbilixxi standards globali. Jeħtieġ li l-kollaborazzjoni ma’ pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u r-riċerka tkun ibbażata fuq fehim u kondiviżjoni komuni ta’ dawn il-valuri u l-prinċipji promossi fil-livell Ewropew f’konformità ma’ interessi strateġiċi oħra tal-Unjoni f’konformità mal-Konferenza ta’ Marsilja dwar l-Approċċ Globali.

22.

Kooperazzjoni Ewropea aktar profonda tista’ tkun ta’ benefiċċju biex tappoġġa lill-HEIs u tgħammar lir-riċerkaturi, lil min iħarreġ, lill-istudenti u lill-persunal bl-għodod meħtieġa biex jindirizzaw l-isfidi għall-kollaborazzjoni globali ġusta, bħall-inugwaljanza, l-interferenza barranija, u l-ostakli għax-xjenza miftuħa. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi promoss fehim infurmat u indipendenti tal-kontropartijiet f’pajjiżi terzi. Sabiex l-Unjoni Ewropea tkun ippożizzjonata bħala rifuġju sikur għal-libertà tar-riċerka xjentifika u l-valuri demokratiċi, l-HEIs għandhom jiġu appoġġati permezz ta’ skemi Ewropej u nazzjonali, li jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipju tal-eċċellenza, biex jilqgħu studenti, riċerkaturi u akkademiċi li l-libertà tagħhom hija mhedda.

23.

Sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tagħhom fil-livell globali, l-HEIs għandhom jiġu mħeġġa jimmobilizzaw l-ekosistemi lokali jew reġjonali, biex b’hekk titrawwem il-koeżjoni territorjali, permezz ta’ sħubijiet b’saħħithom mal-organizzazzjonijiet tar-riċerka, l-atturi tal-innovazzjoni, il-finanzjaturi u s-sħab ekonomiċi u soċjali, filwaqt li jissaħħu l-interazzjonijiet mill-qrib mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali. Sabiex jiġu promossi d-diversità u l-eċċellenza tal-HEIs Ewropej fil-livell globali, għandha titwettaq aktar ħidma u jingħata aktar appoġġ fil-livell Ewropew lill-Istati Membri biex jippromovu politiki nazzjonali, pereżempju permezz ta’ inizjattivi ta’ eċċellenza u ċentri reġjonali u lokali.

24.

Il-kooperazzjoni tranżnazzjonali bejn l-HEIs Ewropej iżżid l-attraenza tagħhom għall-istudenti, ir-riċerkaturi u s-sħab globali internazzjonali u żżid il-kwalità tal-offerti edukattivi u l-potenzjal tar-riċerka u l-innovazzjoni. Il-programmi Ewropej eżistenti, bħall-Erasmus+, l-istrumenti ta’ azzjoni esterna tal-Unjoni u Orizzont Ewropa, għandhom jintużaw fl-ambitu tal-azzjonijiet inklużi fil-bażijiet ġuridiċi tagħhom u evalwati skont il-kriterji ta’ evalwazzjoni rispettivi tagħhom biex jappoġġaw alleanzi tal-HEIs bħall-“Universitajiet Ewropej” u l-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) fl-iżvilupp ta’ attivitajiet u strateġiji konġunti ta’ internazzjonalizzazzjoni fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Dan jgħinhom jipproġettaw lilhom infushom internazzjonalment, jibnu networks ma’ sħab ewlenin madwar id-dinja, isaħħu l-kapaċitajiet tas-sħab f’pajjiżi terzi u jsaħħu l-mobbiltà internazzjonali (’il ġewwa u ’l barra) tal-istudenti, ir-riċerkaturi, l-akkademiċi u l-persunal. Għandu jittieħed vantaġġ sħiħ mill-Konvenzjoni Globali tal-UNESCO tal-2019 dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki li jikkonċernaw l-Edukazzjoni Għolja peress li din tiffaċilita l-mobbiltà internazzjonali tal-istudenti u b’hekk twitti t-triq tal-potenzjal għall-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja Ewropea. L-isforzi komuni Ewropej lejn pajjiżi terzi jistgħu wkoll, permezz ta’ approċċ ta’ “Tim Ewropa”, jippromwovu aktar l-offerta tal-edukazzjoni għolja Ewropea u jrawmu attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità li jkunu ta’ benefiċċju reċiproku.

Tisħiħ tal-irkupru u r-rispons tal-Ewropa għat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika

25.

L-HEIs għandhom jiġu mħeġġa aktar biex jittrasformaw l-għarfien f’ħiliet, kompetenzi u innovazzjoni. Dan jista’ jsir b’rispett sħiħ tal-libertà akkademika billi tiġi żviluppata kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab ekonomiċi, soċjali u industrijali fi ħdan l-ekosistemi tar-riċerka u l-innovazzjoni lokali u reġjonali, u billi tiġi ffaċilitata l-mobbiltà intersettorjali bejn l-HEIs u sħab oħra, filwaqt li jibnu b’mod partikolari fuq strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-KKI. Din il-kooperazzjoni tista’ tkun ukoll ta’ benefiċċju kbir għan-negozji lokali u l-SMEs u tagħti lill-istudenti, lir-riċerkaturi, lill-akkademiċi, lil min iħarreġ u lill-persunal, l-opportunità li jitħarrġu, eż. fil-ġestjoni tal-proprjetà intellettwali, it-trasferiment tal-għarfien u l-intraprenditorija, inkluż l-aċċess għal finanzi, fi kwalunkwe stadju tal-karrieri tagħhom. Il-varjetà sħiħa ta’ attivitajiet tal-akkademiċi kemm fi ħdan id-dinja akkademika kif ukoll lil hinn minnha, fuq id-dimensjonijiet kollha tal-missjonijiet tal-HEIs, jeħtieġ li titqies fil-valutazzjonijiet tal-karriera tagħhom. L-HEIs għandhom itejbu wkoll il-kapaċità tagħhom li jinvolvu ruħhom mal-ekosistemi tagħhom billi jrawmu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa, speċjalment għal setturi industrijali strateġiċi u billi jrawmu t-trasferimenti tal-għarfien u t-teknoloġija u l-ħolqien ta’ spin-offs.

26.

L-HEIs jistgħu jiġu appoġġati biex issaħħu l-apprendiment iċċentrat fuq l-istudenti u bbażat fuq ir-riċerka, li għandu l-għan li jipprovdi lill-istudenti b’kompetenzi, ħiliet u għarfien aġġornati u jiżviluppa l-ħiliet u l-esperjenza tar-riċerka tagħhom. L-istudenti għandhom jiġu appoġġati wkoll biex jaħdmu f’dixxiplini differenti f’approċċi bbażati fuq l-isfidi.

27.

L-HEIs jista’ jkollhom rwol essenzjali fit-tagħlim tul il-ħajja u fir-rispons għat-trasformazzjoni tas-suq tax-xogħol billi jiftħu l-aċċess għat-tipi kollha ta’ studenti u jrawmu l-impjegabbiltà tagħhom, inkluż permezz ta’ taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet. Għal dak il-għan, l-HEIs għandhom jiġu appoġġati fl-użu tagħhom tad-diġitalizzazzjoni biex irawmu metodi innovattivi ta’ apprendiment u tagħlim, u fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ perkorsi ta’ apprendiment flessibbli u mfassla apposta, inkluż, fejn xieraq, korsijiet iqsar jew esperjenzi ta’ apprendiment li jistgħu jwasslu għal mikrokredenzjali, mingħajr iddevjar mill-prinċipju ċentrali ta’ programmi ta’ lawrja sħiħa. Sabiex jiġu żviluppati l-ħiliet, il-kompetenzi, l-attitudnijiet u l-ispirtu intraprenditorjali rilevanti tal-istudenti, l-HEIs għandhom jiġu mħeġġa jikkooperaw mal-ekosistemi tagħhom, jippromwovu esperjenzi bbażati fuq ix-xogħol bħal internships, apprendistati u opportunitajiet ta’ volontarjat u, fejn ikun adatt, jiżviluppaw aktar linji intraprenditorjali li jippermettu lill-istudenti jwettqu proġetti intraprenditorjali matul l-istudji tagħhom.

28.

L-HEIs għandhom rwol essenzjali x’jaqdu fl-appoġġ tat-tranżizzjoni ekoloġika u l-indirizzar tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli bħala karatteristika distintiva tal-kwalità fil-livell globali. F’dan ir-rigward, l-HEIs madwar l-Ewropa għandhom jiġu appoġġati biex jintroduċu approċċi ta’ sostenibbiltà u ekoloġiċi bl-użu ta’ approċċ ta’ istituzzjoni sħiħa bħala parti mill-missjonijiet, l-infrastrutturi u l-operazzjonijiet tagħhom, fejn dan ikun rilevanti.

29.

Sabiex tiġi indirizzata t-tranżizzjoni ekoloġika, l-HEIs għandhom ikunu mħeġġa jiżviluppaw għarfien, ħiliet u kompetenzi interdixxiplinari, jappoġġaw l-akkwist u l-użu tal-għarfien dwar is-sostenibbiltà fost l-istudenti u l-komunitajiet kollha, u jinkorporaw l-edukazzjoni dwar is-sostenibbiltà bħala parti mill-kurrikuli fis-setturi kollha rilevanti. Għandhom jiġu mħeġġa jikkummissjonaw u jwettqu riċerka li tibni fuq il-bażi tal-għarfien marbuta mas-sostenibbiltà.

30.

Kif irriżulta matul il-pandemija tal-COVID-19, it-teknoloġiji diġitali huma għodda b’saħħitha ta’ trasformazzjoni għas-sistemi tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa, u l-HEIs min-naħa tagħhom huma strumentali biex titħaffef it-tranżizzjoni diġitali fl-Ewropa.

31.

Jeħtieġ li l-HEIs jingħataw infrastrutturi u servizzi diġitali ta’ konnettività u prestazzjoni għolja, li kemm jista’ jkun għandhom ikunu interoperabbli u kondiviżi madwar l-Ewropa, iserrħu fuq standards Ewropej (3) u jużaw teknoloġiji fdati skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-HEIs, pereżempju data sigura.

32.

It-tħaffif tat-tranżizzjoni diġitali tal-Ewropa jimplika l-għoti ta’ kompetenza diġitali u litteriżmu fid-data lill-istudenti, il-ħarrieġa, il-persunal, l-akkademiċi u r-riċerkaturi kollha, u, fejn japplika, lill-pubbliku ġenerali. L-HEIs għandhom rwol essenzjali biex jinkiseb dak il-għan billi jattrezzaw lill-istudenti bil-kompetenzi diġitali emerġenti u l-komponent etiku tagħhom – bħall-amministrazzjoni tad-data, l-intelliġenza artifiċjali, il-computing ta’ prestazzjoni għolja u ċ-ċibersigurtà – u bit-twettiq ta’ riċerka u innovazzjoni.

33.

Filwaqt li jagħrfu bis-sħiħ il-valur tat-tagħlim wiċċ imb’wiċċ, l-HEIs għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-mezzi diġitali sabiex itejbu l-kwalità tal-esperjenza tat-tagħlim għall-istudenti, il-persunal, l-akkademiċi u r-riċerkaturi u jindirizzaw l-inugwaljanzi soċjali. Sabiex jingħalaq id-distakk diġitali, għandu jingħata appoġġ lil inizjattivi li jipprovdu aċċess indaqs għal opportunitajiet ta’ apprendiment individwalizzat bl-użu, pereżempju, ta’ tagħlim virtwali jew ibridu f’postijiet ta’ apprendiment remoti. L-HEIs għandhom ikunu akkumpanjati fl-isforzi tagħhom biex jikkondividu pjattaformi u għodod interoperabbli li jippermettu l-iskambju tad-data filwaqt li jipprovdu riżorsi edukattivi ta’ kwalità għolja u faċli biex jintużaw bħalma huma korsijiet online.

Approfondiment tas-sens ta’ appartenenza Ewropew ibbażat fuq valuri komuni

34.

Biex napprofondixxu s-sens ta’ appartenenza Ewropew u nippromwovu l-istil ta’ ħajja Ewropew tagħna, huwa essenzjali li nħarsu u nipproteġu l-valuri demokratiċi Ewropej, inrawmu d-diversità, l-inklużività u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u nsaħħu l-kwalità u r-rilevanza tal-edukazzjoni għolja għal ħiliet li jibqgħu validi fil-futur. L-HEIs huma awtonomi u l-libertà akkademika u xjentifika hija prinċipju ċentrali tal-missjoni u l-attivitajiet tagħhom.

35.

L-HEIs għandhom jiġu appoġġati fl-isforzi tagħhom biex jipproteġu l-edukazzjoni u x-xjenza kontra d-diżinformazzjoni, biex jappoġġaw ix-xjenza miftuħa u jiddefendu l-valuri demokratiċi. F’dak ir-rigward, l-HEIs huma salvagwardja għad-demokrazija u forum primarju għax-xjenza taċ-ċittadini, u jħejju lill-istudenti għaċ-ċittadinanza attiva u l-impenn pubbliku.

36.

L-HEIs jistgħu jħeġġu d-dibattitu pubbliku b’informazzjoni bbażata fuq il-fatti u utli, permezz ta’ aċċess aktar miftuħ għal pubblikazzjonijiet u data ta’ riċerka u billi jorganizzaw attivitajiet pubbliċi biex ixandru r-riżultati tar-riċerka u ssir diskussjoni dwarhom. L-HEIs jistgħu jkunu atturi ewlenin fil-ġlieda kontra l-użu qarrieqi tar-riċerka u jirrappreżentaw l-interfaċċa bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili. Dan ir-rwol jista’ jkompli jissaħħaħ u jintuża mill-HEIs biex jinvolvu ruħhom b’mod aktar sistematiku mal-atturi tas-soċjetà kollha, inkluż l-innovaturi pubbliċi u privati, l-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u lokali, inkluż l-iskejjel, il-mezzi tal-informazzjoni, l-organizzazzjonijiet tal-popolarizzazzjoni tax-xjenza, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħalma huma l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, tal-utenti jew tal-pazjenti.

37.

L-HEIs għandhom jiżguraw li l-istudenti, l-akkademiċi, ir-riċerkaturi u l-persunal jipparteċipaw fil-governanza tagħhom, bħala membri sħaħ u sħab kostruttivi tal-komunità tal-edukazzjoni għolja. F’dak ir-rigward, l-istudenti jistgħu jkunu involuti f’mekkaniżmi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, inkluż fir-rigward tal-kurrikuli, bħala aspett tal-valuri akkademiċi fundamentali, sinjal ta’ demokrazija u kultura ta’ djalogu fl-HEIs.

38.

L-HEIs għandhom jiġu appoġġati u mħeġġa fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw l-inklużjoni u s-suċċess tal-istudenti, l-akkademiċi, ir-riċerkaturi u l-persunal tagħhom, u biex jippromwovu opportunitajiet indaqs, irrispettivament mill-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-isfond soċjali u ekonomiku, is-saħħa, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, l-isfond ta’ migrazzjoni u l-pożizzjoni ġeografika. Għal dawn il-finijiet, l-HEIs għandhom ikunu appoġġati sabiex jiżguraw il-benesseri ta’ kulħadd f’konformità ma’ diversità soċjali akbar. F’dan ir-rigward, l-HEIs għandhom jiġu mħeġġa jilħqu gruppi sottorappreżentati sabiex itejbu l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni għolja u jgħinuhom ilestu l-istudji tagħhom, filwaqt li jqisu kif xieraq l-istudenti u r-riċerkaturi żgħażagħ li kellhom l-istudji u l-karrieri tagħhom affettwati ħafna mill-pandemija kif ukoll dawk minn żoni rurali u remoti, bħar-reġjuni ultraperiferiċi.

39.

L-HEIs għandhom jiġu appoġġati u mħeġġa jieħdu azzjonijiet rilevanti biex itejbu l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-korpi tal-istudenti u tal-persunal tagħhom, inkluż fil-kuntest tal-avvanz fil-karriera akkademika.

40.

L-HEIs jistgħu jużaw għodod tat-tagħlim u pedagoġiji innovattivi, inkluż għodod diġitali, sabiex joffru approċċ għall-apprendiment iffukat fuq l-istudenti irrispettivament mill-isfond soċjoekonomiku jew tal-apprendiment. Biex inaqqsu l-inugwaljanza u jippromwovu s-suċċess personali, l-HEIs għandhom jiġu mħeġġa jipprovdu gwida u servizzi ta’ appoġġ personalizzati, b’mod partikolari lil studenti ġodda, u jqisu l-istil u l-perkors tal-apprendiment kif ukoll l-isfond soċjoekonomiku ta’ kull student.

B’MOD AKTAR SPEĊIFIKU JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX, SKONT IL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM U BIR-RISPETT DOVUT GĦALL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, JAPPOĠĠAW ALLEANZI TA’ ISTITUZZJONIJIET TAL-EDUKAZZJONI GĦOLJA BĦALL-“UNIVERSITAJIET EWROPEJ”:

41.

Kull tip ta’ alleanza tal-HEIs għandhom jiġu appoġġati aktar bil-mezzi xierqa u rilevanti kollha sabiex jiffaċilitaw attivitajiet ta’ kooperazzjoni bbażati fuq kwalità għolja, eċċellenza, impatt, inklużività u bilanċ ġeografiku, u biex jiġu identifikati ostakli u soluzzjonijiet li jistgħu jkunu komuni għall-alleanzi kollha. B’mod aktar speċifiku, abbażi tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-ewwel alleanzi pilota, l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej għandha tkompli tiġi mnedija aktar. Dan ikun jippermetti wkoll li l-attivitajiet jiġu raggruppati sabiex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki dwar l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni u s-servizz lis-soċjetà.

42.

L-ewwel nett, l-alleanzi tal-HEIs għandhom jiġu mħeġġa jagħmlu użu sħiħ mill-programmi ta’ finanzjament eżistenti kif ukoll mill-għodod abilitanti fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali bil-ħsieb li tiżdied u tiġi approfondita l-kooperazzjoni tagħhom.

43.

Fejn ikun rilevanti u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali, l-alleanzi tal-HEIs u l-partijiet ikkonċernati, għandhom jittieħdu passi biex jingħelbu l-ostakli għal kooperazzjoni tranżnazzjonali aktar profonda, fit-tul u flessibbli u jitfasslu strumenti ta’ kooperazzjoni istituzzjonalizzati, abbażi ta’ valutazzjoni preliminari bir-reqqa tan-neċessità, il-benefiċċji u l-fattibbiltà tagħhom. L-għan huwa li, fuq bażi volontarja, l-alleanzi, jingħataw il-libertà li jaġixxu flimkien, jieħdu deċiżjonijiet strateġiċi komuni, jippruvaw l-esperiment tar-reklutaġġ konġunt, ifasslu kurrikuli konġunti jew jgħaqqdu r-riżorsi u l-kapaċitajiet umani, tekniċi, tad-data, tal-edukazzjoni, tar-riċerka u tal-innovazzjoni.

44.

Filwaqt li ssir enfasi fuq l-implimentazzjoni tal-Approċċ Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità ta’ Programmi Konġunti, għandhom jittieħdu aktar passi biex jiġi rikonoxxut il-valur ta’ esperjenzi ta’ apprendiment tranżnazzjonali innovattivi u biex programmi konġunti bħal dawn ipprovduti minn alleanzi ta’ HEIs isiru aktar viżibbli u attraenti u titjieb ir-reputazzjoni tagħhom, kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha. Għandhom jiġu esplorati kriterji komuni li jistgħu jwasslu għal tikketta Ewropea potenzjali għal programmi konġunti. Aktar tard, jistgħu jiġu kkunsidrati, fuq bażi volontarja, it-tfassil u t-twettiq possibbli, f’livell nazzjonali, reġjonali jew istituzzjonali, ta’ lawrji konġunti fil-livelli kollha, ibbażati fuq dawn il-kriterji Ewropej maħluqa b’mod konġunt, f’konformità mal-istrumenti eżistenti tal-Proċess ta’ Bolonja. Dan il-proċess għandu jseħħ f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali, l-alleanzi tal-HEIs u l-partijiet ikkonċernati.

45.

Ir-riżultati tal-proċessi esploratorji msemmija fil-paragrafi 43 u 44, f’kull pass, jiġu rrappurtati lill-Kunsill għal deċiżjoni ulterjuri.

46.

Għandhom jiġu abilitati proċessi effiċjenti u effettivi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità fil-livell nazzjonali biex jiffaċilitaw approċċ Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għal programmi konġunti, skont l-Istandards u Linji Gwida għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fiż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja (ESG), filwaqt li titqies l-importanza tal-kwalità, ir-riċerka u l-impjegabbiltà.

47.

Sabiex l-alleanzi tal-HEIs ikunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom billi jindirizzaw l-ispejjeż finanzjarji tal-kooperazzjoni tranżnazzjonali biex ikopru l-missjonijiet kollha tagħhom f’perijodu itwal ta’ żmien, għandhom jittieħdu passi lejn perspettiva ta’ finanzjament tal-UE li tkun aktar sostenibbli, olistika u integrata. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tipprova approċċi pilota għal soluzzjonijiet possibbli f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti sal-2024, li jkunu segwiti minn eżerċizzju ta’ rappurtar lill-Kunsill għal deċiżjoni ulterjuri.

BĦALA PASSI LI JMISS, B’RISPETT DOVUT GĦALL-PRINĊIPJI TAS-SUSSIDJARJETÀ U L-AWTONOMIJA ISTITUZZJONALI, U SKONT IĊ-ĊIRKOSTANZI NAZZJONALI:

48.

JAPPELLA lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu u jipproteġu l-valuri akkademiċi fundamentali, inkluż il-libertà u l-integrità akkademiċi f’konformità mal-Komunikat Ministerjali ta’ Ruma tal-2020 u d-Dikjarazzjoni ta’ Bonn dwar il-Libertà tar-Riċerka Xjentifika.

49.

JISTIEDEN lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, f’kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, flimkien imexxu ’l quddiem azzjonijiet għall-ħolqien ta’ sinerġiji bejn l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni fi ħdan il-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-istrutturi ta’ governanza taż-Żona Ewropea tar-Riċerka. Dawn l-azzjonijiet għandhom juru valur miżjud reali fil-livell Ewropew u jaħdmu lejn l-objettivi ewlenin imsemmija hawn fuq, u jitwettqu mill-Kummissjoni u, fuq bażi volontarja, mill-Istati Membri bi kwalunkwe mezz xieraq skont il-kuntesti nazzjonali.

50.

JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Kunsill, għal informazzjoni u deċiżjoni ulterjuri, pjan direzzjonali sa nofs l-2022 biex jitfasslu b’mod konġunt l-istrumenti l-ġodda. Il-pjan direzzjonali jkun jindika l-istadji prinċipali u l-gruppi ta’ esperti involuti. Fl-implimentazzjoni tal-objettivi ewlenin, ser jitqiesu dawn li ġejjin: azzjonijiet identifikati mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija Ewropea għall-universitajiet; ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030); u l-azzjonijiet rilevanti identifikati fl-aġenda ta’ politika taż-Żona Ewropea tar-Riċerka 2022-2024 annessa mal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-governanza futura taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) kif ukoll il-valuri u l-prinċipji definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Patt għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Ewropa.

51.

JISTIEDEN lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati biex jimpenjaw ruħhom f’kooperazzjoni msaħħa sabiex jimplimentaw dawn is-sinerġiji, filwaqt li jibnu fuq l-istrutturi ta’ governanza eżistenti tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka, f’sinerġija mill-qrib maż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja, u billi jikkapitalizzaw fuq l-aħjar prattiki tal-HEIs. F’dan ir-rigward, meta jkun rilevanti, jistgħu jiġu kkunsidrati laqgħat konġunti tad-Diretturi Ġenerali għall-edukazzjoni għolja u l-Kumitat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni, b’suġġetti ta’ interess konġunt u objettiv komuni ddefiniti b’mod ċar.

52.

JISTIEDEN lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu lejn dawn l-objettivi ewlenin permezz ta’ kollaborazzjoni mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet umbrella fil-livell tal-UE u internazzjonali, jew organizzazzjonijiet adatti oħra li huma rilevanti fil-livell tal-UE, u rappreżentattivi tal-partijiet ikkonċernati, bħalma huma: HEIs, inklużi alleanzi tal-HEIs Ewropej, assoċjazzjonijiet ta’ studenti, aġenziji tal-assigurazzjoni tal-kwalità, organizzazzjonijiet ta’ riċerka u teknoloġija, negozji intensivi fir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż SMEs, riċerkaturi u innovaturi individwali, infrastrutturi ta’ riċerka, organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni u akkademji xjentifiċi. Jistgħu jiġu kkunsidrati laqgħat regolari bħalma huwa l-Forum tal-Universitajiet għall-futur tal-Ewropa sabiex tiġi diskussa l-implimentazzjoni tal-istrateġija u titrawwem il-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba. Ir-riżultati ta’ dak il-Forum għandhom jispiraw aktar żviluppi u ħidma mill-gruppi rilevanti tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka, f’sinerġija maż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja.

53.

JISTIEDEN lill-Istati Membri biex jagħmlu użu minn skambji multilaterali bl-appoġġ tal-Kummissjoni sabiex irawmu l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba u t-tagħlim bejn il-pari minn Stati Membri oħra.

54.

JINNOTA l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrazzjonalizza l-għodod ta’ monitoraġġ tal-edukazzjoni għolja. Dan jista’ jsaħħaħ il-potenzjal u r-rilevanza tagħhom għal min ifassal il-politika, l-HEIs, l-istudenti u r-riċerkaturi, mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri jew l-HEIs, sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea li ssaħħaħ l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u jgħinu lill-Istati Membri li jixtiequ jibnu l-azzjonijiet li għandhom l-intenzjoni jikkontribwixxu għalihom fuq evidenza u data solidi. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f’dan il-proċess hija volontarja. JIPPROPONI li jiġu bbażati aktar diskussjonijiet fuq studju ta’ mmappjar rigward il-qafas legali u potenzjali tal-għodod ta’ monitoraġġ rilevanti. JENFASIZZA li dan il-kompitu għandu jiġi żviluppat f’sinerġija mal-proċess ta’ koordinazzjoni u monitoraġġ tal-politika taż-ŻER, inkluż it-tabella tal-indikaturi taż-ŻER.

55.

JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex tippreżenta aġġornamenti regolari lill-Istati Membri dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imsemmija hawn fuq, u biex tippreżenta perspettiva komprensiva fir-rapport sħiħ mill-Kummissjoni dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni fl-2025, waqt li tqis ukoll il-progress magħmul fl-implimentazzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(1)  Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet, it-terminu “istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja” jintuża bħala referenza għas-settur sħiħ, li jirrappreżenta l-qasam kollu tal-edukazzjoni terzjarja, u b’hekk jinkludi t-tipi kollha ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, inkluż, f’konformità mal-liġi jew il-prattika nazzjonali, universitajiet tar-riċerka, kulleġġi universitarji, universitajiet tax-xjenzi applikati, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali għolja, u istituzzjonijiet għolja tal-arti.

(2)  OECD (2020), Resourcing Higher Education: Challenges, Choices and Consequences, (Ir-Riżorsi tal-Edukazzjoni Għolja: Sfidi, Għażliet u Konsegwenzi), Edukazzjoni Għolja, Pubblikazzjoni tal-OECD, Pariġi.

(3)  Carretero Gomez, S., Vuorikari, R. u Punie, Y., DigComp 2.1: The Digital Competence Framework for Citizens with eight proficiency levels and examples of use (Il-qafas tal-kompetenza diġitali għaċ-ċittadini bi tmien livelli ta’ ħila u eżempji ta’ użu), L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Lussemburgu, 2017.


ANNESS

Kuntest politiku

Kunsill Ewropew

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, 14 ta’ Diċembru 2017 (EUCO 19/1/17 REV 1)

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2122 tas-26 ta’ Novembru 2021 dwar Patt għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Ewropa (ĠU L 431, 2.12.2021, p. 1)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-governanza futura taż-żona Ewropea tar-riċerka (ŻER) (14308/21, 26 ta’ Novembru 2021)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Approċċ globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni L-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f’dinja li qed tinbidel (12301/21, 28 ta’ Settembru 2021)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej – Inqarrbu l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka, l-innovazzjoni u s-soċjetà: Inwittu t-triq għal dimensjoni ġdida fl-edukazzjoni għolja Ewropea (ĠU C 221, 10.6.2021, p. 14)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Approfondiment taż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Nagħtu lir-riċerkaturi karrieri u kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti u sostenibbli u nagħmlu ċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ realtà” (9138/21, 28 ta’ Mejju 2021)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) (ĠU C 66, 26.2.2021, p. 1)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka l-Ġdida (13567/20, 1 ta’ Diċembru 2020)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perjodi ta’ apprendiment barra mill-pajjiż (ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-mixja lejn viżjoni ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (ĠU C 195, 7.6.2018, p. 7)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim (ĠU C 195, 7.6.2018, p. 1)

Kummissjoni Ewropea

Nindirizzaw l-Interferenza Barranija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni (SWD(2022) 12 final) (traduzzjoni mhux uffiċjali)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar strateġija Ewropea għall-universitajiet (COM(2022) 16 final)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Approċċ Globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – L-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f’dinja li qed tinbidel (COM(2021) 252 final/2)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2020) 628 final)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2020) 625 final)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (COM(2020) 274 final)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u Politika ta’ Sigurtà

Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment – Il-Portal Globali (JOIN(2021) 30 final)

Dikjarazzjonijiet

Komunikat Ministerjali ta’ Ruma (19 ta’ Novembru 2020)

Dikjarazzjoni ta’ Bonn dwar il-Libertà tar-Riċerka Xjentifika (20 ta’ Ottubru 2020)


Il-Kummissjoni Ewropea

21.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/18


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ April 2022

(2022/C 167/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0830

JPY

Yen Ġappuniż

138,53

DKK

Krona Daniża

7,4405

GBP

Lira Sterlina

0,82965

SEK

Krona Żvediża

10,2300

CHF

Frank Żvizzeru

1,0254

ISK

Krona Iżlandiża

139,20

NOK

Krona Norveġiża

9,5443

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,409

HUF

Forint Ungeriż

371,36

PLN

Zloty Pollakk

4,6338

RON

Leu Rumen

4,9436

TRY

Lira Turka

15,8892

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4581

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3579

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,4940

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5950

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4779

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 337,89

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,3019

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9448

HRK

Kuna Kroata

7,5610

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 537,05

MYR

Ringgit Malażjan

4,6415

PHP

Peso Filippin

56,747

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,567

BRL

Real Brażiljan

5,0481

MXN

Peso Messikan

21,6392

INR

Rupi Indjan

82,6348


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

21.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/19


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

(2022/C 167/05)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qiegħed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:

EPSO/AST/152/22 - Assistenti Lingwistiċi (AST 1) għal-lingwi li ġejjin:

l-Estonjan (ET), il-Kroat (HR), it-Taljan (IT), l-Olandiż (NL), il-Pollakk (PL), il-Portugiż (PT)

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 167 A tal-21 ta’ April 2022.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: https://epso.europa.eu/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/20


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2022/C 167/06)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “RPĊ”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba tressqet fid-19 ta’ Jannar 2022 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Fibra tal-Ħġieġ (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

Verżjoni pubblika tat-talba u l-analiżi tal-grad ta’ sostenn għat-talba mill-produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl għall-partijiet interessati.

2.   Prodott taħt rieżami

Il-prodott taħt rieżami huwa trofof tal-fibra tal-ħġieġ imqattgħin, mhux itwal minn 50mm; faxex tal-fibra tal-ħġieġ, esklużi l-faxex tal-fibra tal-ħġieġ li huma mimlija jew miksija u li għandhom telf mat-tqabbid tan-nar ta’ aktar minn 3 % (kif determinat mill-Istandard ISO 1887); u twapet magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra twapet tas-suf tal-ħġieġ (“il-prodott taħt rieżami”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 (kodiċijiet TARIC 7019120022, 7019120025, 7019120026, 7019120039) u 7019 14 00 u 7019 15 00 (3). Il-kodiċijiet NM u TARIC qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri li hemm fis-seħħ bħalissa huma d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/724 (4).

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija msejsa fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta fil-kontinwazzjoni ta’ dumping u fil-kontinwazzjoni tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping

4.1.1.   Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping mir-RPĊ

L-applikant sostna li mhux xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Biex jissostanzja l-allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti, l-applikant qagħad fuq l-informazzjoni fir-rapport tal-pajjiż prodott mis-servizzi tal-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru 2017 li jiddeskrivi ċ-ċirkustanzi speċifiċi tas-suq fir-RPĊ (5). B’mod partikolari, l-applikant irrefera għal distorsjonijiet bħall-intervent mill-Istat fl-ekonomija b’mod ġenerali u b’mod aktar speċifiku fis-settur tal-prodott taħt rieżami u għal distorsjonijiet li jikkonċernaw l-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol.

Barra minn hekk, l-applikant qagħad fuq informazzjoni disponibbli pubblikament, b’mod partikolari fit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin ta’ Żvilupp għall-Industrija tal-Materjali tal-Bini, Pjan ta’ Żvilupp tal-Manifattura Intelliġenti, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-RPĊ, fl-14-il Pjan ta’ Ħames Snin kif ukoll fl-inizjattiva Made in China 2025. Skont l-applikant, dawn il-pjanijiet iħeġġu lill-awtoritajiet tal-gvern fil-livelli kollha u lill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat irawmu l-avvanz tal-industrija tal-GFR fir-RPĊ. L-applikant għamel referenza wkoll għall-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-investigazzjoni antisussidji preċedenti dwar il-GFR mir-RPĊ, l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji dwar il-materjali tal-fibra tal-ħġieġ mir-RPĊ (6) u mill-Eġittu (7) fir-rigward tad-distorsjonijiet speċifiċi fis-settur tal-GFR.

Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed provi skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, li jissuġġerixxu li, minħabba li hemm distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu ta’ prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż ikkonċernat mhuwiex xieraq, u dan jirrikjedi li jingħata bidu għal investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Ir-rapport tal-pajjiż huwa disponibbli fil-fajl tal-konsultazzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ (8).

B’riżultat ta’ dan, fid-dawl tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, l-allegazzjoni ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping mir-RPĊ hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Il-marġnijiet tad-dumping ikkalkulati fuq din il-bażi huma sinifikanti, li juru kontinwazzjoni ta’ dumping.

4.2.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dannu

L-applikant allega l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dannu. F’dan ir-rigward, l-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni baqgħu kbar biżżejjed f’termini assoluti u f’termini ta’ ishma mis-suq.

L-evidenza pprovduta mill-applikant turi li l-volum tal-prodott importat taħt rieżami kellu, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwalitajiet mibjugħa u l-livell tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni, li wassal għal effetti avversi sostanzjali fuq il-prestazzjoni kumplessiva, u s-sitwazzjoni finanzjarja u tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni.

L-applikant allega wkoll li x’aktarx id-dannu se jkompli fil-futur. F’dan ir-rigward, l-applikant ipprovda wkoll evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fir-RPĊ.

Barra minn hekk, l-applikant jallega li kwalunkwe żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx li twassal għal dannu ulterjuri għall-industrija tal-Unjoni, jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Proċedura

Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku u ġie determinat li teżisti biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ dumping u dannu biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni qiegħda b’dan tagħti bidu għal rieżami f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami ta’ skadenza jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping tal-prodott soġġett għal rieżami li joriġina mir-RPĊ u għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet għan-Notifika ppubblikata (9), dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji li jistgħu jkunu applikabbli għal dan il-proċediment.

5.1.    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Kummenti dwar it-talba u bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar it-talba (inklużi l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kontinwazzjoni tad-dannu u mal-kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-grad ta’ sostenn għat-talba) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (10).

Kull talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping

F’rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u li jbigħu l-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernat hijiex tali li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni x’aktarx li jitkomplew jew jirrikorru jekk il-miżuri jiskadu.

Għalhekk, il-produtturi kollha (11) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li wasslet/wasslu għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi fir-RPĊ li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ kampjunar, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għar-rieżami preżenti, huma b’dan mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom fi żmien 7 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R767_SAMPLING_FORM_FOR_EXPORTING_PRODUCER

L-informazzjoni dwar l-aċċess għal TRON tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.9 ta’ hawn taħt.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-pajjiż ikkonċernat.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa tal-pajjiż ikkonċernat, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji li jintgħażlu għall-kampjun.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk dawn humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni żżid nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien 3 ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Il-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat huwa disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2595

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw.

5.3.2.   Proċedura addizzjonali fir-rigward tar-RPĊ li hija soġġetta għal distorsjonijiet sinifikanti

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati kollha biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-inputs u l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ipprovduti fit-talba, jipproponu pajjiż(i) rappreżentattiv(i) xieraq/xierqa u jipprovdu l-identità tal-produtturi tal-prodott taħt rieżami f’dawk il-pajjiżi. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Skont il-punt (e) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, ftit wara l-bidu tal-investigazzjoni, permezz ta’ nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, tinforma lill-partijiet fl-investigazzjoni dwar is-sorsi rilevanti li beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali fil-PRC skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dan ikun ikopri s-sorsi kollha, inkluża l-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv adegwat fejn ikun xieraq. Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jingħataw 10 ijiem mid-data meta din in-nota tiżdied fil-fajl, sabiex iressqu l-kummenti.

Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, pajjiżi rappreżentattivi possibbli għar-RPĊ f’dan il-każ huma l-Brażil u t-Turkija. Bil-għan li finalment tagħżel pajjiż rappreżentattiv adegwat, il-Kummissjoni teżamina jekk hemmx pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, li fihom isiru l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami u li għandhom data rilevanti disponibbli minnufih. Jekk ikun hemm aktar minn pajjiż wieħed bħal dan, tingħata preferenza, fejn ikun xieraq, lill-pajjiżi b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

Fir-rigward tas-sorsi rilevanti, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi kollha fil-PRC biex jipprovdu informazzjoni dwar il-materji (primi u dawk ipproċessati) u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R767_INFO_ON_INPUTS_FOR_EXPORTING_PRODUCER_FORM

L-informazzjoni dwar l-aċċess għal TRON tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.9 ta’ hawn taħt.

Barra minn hekk, kwalunkwe preżentazzjoni ta’ informazzjoni fattwali biex jiġu vvalutati l-kostijiet u l-prezzijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku trid tiġi ppreżentata fi żmien 65 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni fattwali jenħtieġ li tittieħed esklużivament minn sorsi disponibbli għall-pubbliku.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li għandha bżonn għall-investigazzjoni fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli wkoll kwestjonarju għall-Gvern tar-RPĊ.

5.3.3.   Investigazzjoni tal-importaturi mhux relatati (12) (13)

Il-produtturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ, inklużi dawk li ma kkoperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi mhux relatati u li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 7 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat fl-Unjoni li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tinnotifika lill-importaturi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi magħrufin u mhux relatati kollha dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu biex ikunu fil-kampjun.

Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien 3 ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Sabiex tikseb informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati huwa disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2595

5.4.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

5.4.1.   Investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti taż-żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati.

Il-partijiet interessati huma b’dan mistednin jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma jkunux ikkooperaw fl-investigazzjoni(jiet) li tkun wasslet/jkunu wasslu għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għaliex jenħtieġ li jkunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 7 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien 7 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tinnotifika lill-produtturi u/jew lill-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha bil-kumpaniji li finalment ikunu ntgħażlu biex ikunu parti mill-kampjun.

Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni huwa disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2595

5.5.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi mistednin jipprovdu informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni lill-Kummissjoni.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta f’format ħieles jew inkella billi jiġi komplut il-kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni.

Il-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott taħt rieżami, huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2595.

Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali li tissostanzja l-validità tagħha.

5.6.    Partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Il-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li jagħmlu disponibbli informazzjoni f’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3.1, 5.3.3 u 5.4.1 jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Partijiet oħrajn ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-investigazzjoni biss bħala parti interessata mill-mument meta jippreżentaw ruħhom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Segwi l-istruzzjonijiet f’dik il-paġna biex ikollok aċċess (14).

5.7.    Preżentazzjonijiet bil-miktub oħrajn

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.8.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.

5.9.    Struzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment għad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, fosthom l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (15) (Sensittivi). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistednin jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Sensitive” (“Sensittiva”) huma mitlubin jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (Għall-spezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfornix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi t-talbiet biex il-partijiet interessati jiġu rreġistrati bħala tali kif ukoll il-prokuri u d-dokumenti ta’ ċertifikazzjoni skennjati. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf . Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz tal-posta elettronika tax-xogħol uffiċjali li jiffunzjona u li jiġi vverifikat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmijin hawn fuq.

Indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat Ġ

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Brussell

IL-BELĠJU

TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi

Posta elettronika għall-kwistjonijiet relatati mad-dumping:

TRADE-R767-GFR-DUMPING@ec.europa.eu

Posta elettronika għall-kwistjonijiet relatati mad-dannu u mal-interessi tal-Unjoni:

TRADE-R767-GFR-INJURY@ec.europa.eu

6.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.

7.   Preżentazzjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fit-taqsima 5 ta’ din in-Notifika.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta aktar preżentazzjonijiet mill-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.

8.   Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħrajn

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħrajn. Meta jagħmlu hekk, il-partijiet interessati jistgħu jindirizzaw biss kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħrajn u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħrajn b’reazzjoni għall-iżvelar tal-konstatazzjonijiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien 5 ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar il-konstatazzjonijiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduti minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri jsiru fi żmien ġurnata (1) mill-iskadenza għal kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-perjodu ta’ żmien indikat huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob informazzjoni addizzjonali mill-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni tal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

Estensjonijiet tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jistgħu jingħataw fuq talba mill-partijiet interessati li jkollhom raġuni valida.

Jenħtieġ li kull estensjoni tal-limiti ta’ żmien prevista f’din in-Notifika tintalab biss f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni u tingħata biss jekk tkun debitament ġustifikata. Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tat-tweġiba għall-kwestjonarji tkun limitata għal 3 ijiem, u bħala regola ma taqbiżx is-7 ijiem. Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet ikunu limitati għal 3 ijiem sakemm ma jintweriex li hemm ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nonkooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konstatazzjonijiet, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Meta jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u, għaldaqstant, il-konstatazzjonijiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma għandux jitqies bħala nonkooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitluba tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost żejjed mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.

11.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u ta’ terzi li jistgħu jirriżultaw matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Dawn is-seduti ta’ smigħ jenħtieġ li jsiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u bla dewmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta malajr kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għal seduti jiġu ppreżentati barra mill-perjodi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għala dawn it-talbiet ikunu saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li debitament iqis l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija f’waqtha tal-investigazzjoni.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fis-sit tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

12.   Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jinbeda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-konstatazzjonijiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jiġu revokati jew jinżammu f’konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk kwalunkwe parti interessata tqis li jkun ġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

13.   Ipproċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet għad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing- markets/trade-defence/


(1)  ĠU C 311, 3.8.2021, p. 5.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Mill-1 ta’ Jannar 2022, il-klassifikazzjoni tat-twapet inbidlet minn kodiċi NM 7019 31 00 għal kodiċijiet NM 7019 14 00 u 7019 15 00. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-kodiċijiet TARIC applikabbli kienu 7019310010 u 7019310090. Mill-1 ta’ Jannar 2022, dawn ġew sostitwiti bil-kodiċijiet TARIC 7019140010, 7019140090, 7019150010 u 7019150090.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/724 tal-24 ta’ April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 107, 25.4.2017, p. 4).

(5)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2, disponibbli hawnhekk: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/328 tal-24 ta’ Frar 2021 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 65, 25.2.2021, p.1)

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 tal-1 ta’ April 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L108, 6.4.2020, p.1)

(8)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2, disponibbli hawnhekk: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf.

(9)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52020XC0316%2802%29

(10)  Ir-referenzi kollha għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika se jkunu referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

(11)  Produttur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.

(12)  Huma biss l-importaturi mhux relatati ma’ produtturi fil-pajjiż(i) ikkonċernat(i) li jistgħu jintgħażlu għall-kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(13)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni apparti milli biex jiġi ddeterminat id-dumping.

(14)  F’każ ta’ problemi tekniċi kkuntattja lit-Trade Service Desk permezz tal-posta elettronika lil trade-service-desk@ec.europa.eu jew ċempel +32 22979797.

(15)  Dokument “Sensitive” (Sensittiv) huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Verżjoni “sensittiva”

Verżjoni “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

PROĊEDIMENT ANTI-DUMPING DWAR L-IMPORTAZZJONIJIET TAL-PRODOTTI TAL-FIBRA TAL-ĦĠIEĠ BIL-FILAMENT KONTINWU LI JORIĠINAW MIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TAL-IMPORTATURI MHUX RELATATI

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni rigward il-kampjunar li saret fil-punt 5.3.3 tan-notifika ta’ bidu.

Jenħtieġ li kemm il-verżjoni “Sensitive” (Sensittiva) u kemm il-verżjoni “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati) jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-notifika ta’ bidu.

1.   DETTALJI TA’ KUNTATT U IDENTITÀ

Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

Isem il-kumpanija

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

 

Indirizz tal-posta elettronika

 

Numru tat-telefon

 

2.   FATTURAT U VOLUM TAL-BEJGĦ

Indika l-fatturat totali tal-kumpanija f’euro (EUR), u l-valur f’euro (EUR) u l-volum f’tunnellati tal-importazzjonijiet u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-RPĊ, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, tal-prodott taħt rieżami kif definit fin-notifika ta’ bidu.

 

Tunnellati

Valur f’euro (EUR)

Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR)

 

 

Importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ

 

 

Importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami (minn kullimkien)

 

 

Bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-RPĊ tal-prodott taħt rieżami

 

 

3.   ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)

Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott taħt rieżami. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott taħt rieżami, il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

Isem u lokalità tal-kumpanija

Attivitajiet

Tip ta’ relazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   INFORMAZZJONI OĦRA

Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis li tista’ tkun utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

5.   ĊERTIFIKAZZJONI

Billi tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fuq il-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u kariga tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:


(1)  F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/32


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10634 – CVC / GAMING1)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 167/07)

1.   

Fil-11 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A (“CVC”, il-Lussemburgu),

Ċerti entitajiet li jappartjenu għall-grupp Gaming1 (il-“mira”, il-Belġju).

CVC takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-intier tal-impriża fil-mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CVC: Fond ta’ ekwità privata li jipprovdi pariri dwar l-investiment lil fondi ta’ investiment u jimmaniġġja investimenti f’isimhom. CVC tippossjedi interessi f’kumpaniji f’diversi industriji, inklużi dawk konnessi mas-sustanzi kimiċi, mal-utilitajiet, il-manifattura, il-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni.

Il-kumpanija fil-mira hija s-sid ta’ każinos tradizzjonali, swali tal-logħob u aġenziji tal-imħatri fil-Belġju, fi Franza u fl-Iżvizzera, u hija attiva fl-operat ta’ siti web tal-logħob tal-azzard online (każinos u mħatri fuq l-isports) u applikazzjonijiet mobbli fil-Belġju, Malta, il-Portugall, Franza, l-Iżvizzera, Spanja, is-Serbja, il-Kolombja u l-Istati Uniti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10634 – CVC / GAMING1

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).


21.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/34


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10571 – HSBC SINGAPORE / TEMASEK / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 167/08)

1.   

Fil-11 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

HSBC Bank (Singapore) Limited (“HSBC Singapore”, Singapore), posseduta totalment minn HSBC Holdings plc (“HSBC”, ir-Renju Unit),

Kovan Investments Pte. Ltd. (“Kovan”, Singapore), posseduta totalment minn Temasek Holdings (Private) Limited (“Temasek”, Singapore),

Sustainable Infrastructure Capital PTE. Ltd (“Impriża Konġunta”, Singapore).

HSBC Singapore u Kovan se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Impriża Konġunta b’funzjoni sħiħa.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

HSBC hija kumpanija ta’ servizzi bankarji u finanzjarji li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Londra, ir-Renju Unit. HSBC hija maqsuma fi tliet linji operatorji primarji: Servizzi Bankarji tal-Ġid Personali (WPB); Servizzi Bankarji Kummerċjali (CMB) u Servizzi Bankarji u Swieq Globali (GBM). Kemm CMB kif ukoll GBM joffru servizzi bankarji korporattivi lil klijenti korporattivi u istituzzjonali ta’ daqsijiet differenti.

Temasek hija kumpanija ta’ investiment li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Singapore, prinċipalment attiva f’Singapore u fil-bqija tal-Asja. Il-portafoll globali ta’ Temasek ikopri firxa wiesgħa ta’ industriji: servizzi finanzjarji; it-telekomunikazzjoni, il-midja u t-teknoloġija; it-trasport u l-industrija; il-konsumatur u l-proprjetà immobbli; kif ukoll ix-xjenzi tal-ħajja u agroalimentari.

L-Impriża Konġunta hija impriża konġunta b’funzjoni sħiħa f’żona ġdida li għandha tiġi stabbilita f’Singapore li se tipprovdi finanzjament b’dejn għal proġetti ta’ infrastruttura sostenibbli f’setturi bħall-enerġija rinnovabbli, il-ħażna tal-enerġija, l-ilma u l-iskart (il-ġestjoni tal-ilma mormi u tal-iskart solidu) u t-trasport sostenibbli fl-Asja, b’enfasi inizjali fuq ix-Xlokk tal-Asja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10571 – HSBC SINGAPORE / TEMASEK / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


21.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/36


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10645 – ETEX / XI (INSMAT) HOLDINGS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 167/09)

1.   

Fil-11 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Etex NV (“Etex”, il-Belġju),

URSA Deutschland GmbH u URSA Insulation, S.A. (“Ursa”, Spanja), ikkontrollata minn Lone Star Fund X (l-Istati Uniti) L.P. u Lone Star Fund X (Bermuda) L.P.

Etex takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Ursa.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Etex hija kumpanija internazzjonali tal-materjali tal-bini b’portafoll ta’ prodotti varjat,

Ursa huwa fornitur ta’ materjali ta’ iżolament li l-prodotti ewlenin tiegħu jinkludu s-suf tal-ħġieġ u l-polisterin estruż użat għall-iżolament ta’ bini -residenzjali u mhux residenzjali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10645 – ETEX / XI (INSMAT) HOLDINGS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

21.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/37


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 167/10)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Vallegarcía

PDO-ES-02085-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 25.1.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Allinjament tat-terminoloġija użata għall-parametru analitiku taz-“zokkor residwu” mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ

DESKRIZZJONI:

Il-parametru analitiku taz-“zokkor residwu” ngħata l-isem ġdid ta’ “zokkor totali espress bħala glukożju u fruttożju”.

Din l-emenda taffettwa l-punt 2.1.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda mhux id-Dokument Uniku.

L-emenda tadatta t-terminoloġija użata għall-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi. Ma tinvolvix emenda sostanzjali għall-prodott finali, li jżomm il-karatteristiċi u l-profil li jirriżultaw mill-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani, kif deskritti fir-rabta. Għalhekk inqisu li hija emenda standard, peress li ma tikkorrispondi għall-ebda wieħed mit-tipi elenkati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Għamilna din l-emenda għall-konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018, li jispeċifika li għandu jitkejjel iz-zokkor totali espress f’termini tal-fruttożju u l-glukożju.

2.   Reviżjoni tal-parametri analitiċi

DESKRIZZJONI:

Il-limitu minimu tal-kulur għall-inbejjed ħomor tnaqqas minn 12 għal 10 AU.

Il-punti 2 u 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 8 tad-Dokument Uniku ġew emendati skont dan.

L-emenda ma tinvolvix emenda sostanzjali għall-prodott finali, li jżomm il-karatteristiċi u l-profil li jirriżultaw mill-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani, kif deskritti fir-rabta. Għalhekk inqisu li hija emenda standard, peress li ma tikkorrispondi għall-ebda wieħed mit-tipi elenkati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Varjetajiet ta’ għeneb differenti jikbru flimkien fiż-żona tal-produzzjoni għad-DO Vallegarcía. Minn naħa, hemm il-Cabernet Sauvignon, li b’mod naturali jipproduċi nbejjed b’potenzjal ta’ kulur għoli ħafna, filwaqt li, min-naħa l-oħra, hemm il-Monastrell u l-Garnacha Tinta, li jipproduċu nbejjed inqas aċidużi b’intensità medja tal-kulur.

Ġeneralment, matul dawn l-aħħar għaxar snin, is-swieq kienu qed jitolbu nbejjed b’aktar togħma ta’ frott, li jattiraw ġenerazzjonijiet ġodda ta’ konsumaturi li qed jiffamiljarizzaw ruħhom mal-inbid.

L-enoloġisti jrid ikollhom l-għodda meħtieġa biex jipproduċu nbejjed li jattiraw swieq nazzjonali u internazzjonali filwaqt li jżommu l-karatteristiċi offruti miż-żona tal-produzzjoni u l-varjetajiet tagħna.

It-tnaqqis tal-limitu minimu tal-intensità tal-kulur għall-inbejjed ħomor ma jwassalx għal tnaqqis fil-kwalità; għall-kuntrarju, iwessa’ l-firxa ta’ għażliet ipprovduti mill-varjetajiet differenti ta’ għeneb taż-żona, u b’hekk tippermetti li jiġu prodotti inbejjed aktar sottili, kumplessi u attraenti.

Peress li l-intensità tal-kulur u l-limitu tal-intensità tal-kulur jissemmew fit-taqsima dwar ir-rabta, dan il-kliem kellu wkoll jiġi emendat bħala riżultat tal-bidla fil-limitu.

3.   Żieda ta’ varjetajiet

DESKRIZZJONI:

Il-varjetajiet tal-għeneb li ġejjin użati għall-produzzjoni tal-inbejjed ġew miżjuda mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: Garnacha Tinta, Mazuela jew Cariñena u Monastrell.

L-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 7 tad-Dokument Uniku ġew emendati skont dan.

L-emenda ma tinvolvix emenda sostanzjali għall-prodott finali, li jżomm il-karatteristiċi u l-profil li jirriżultaw mill-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani, kif deskritti fir-rabta. Għalhekk inqisu li hija emenda standard, peress li ma tikkorrispondi għall-ebda wieħed mit-tipi elenkati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Il-varjetajiet imsemmija hawn fuq ilhom jitkabbru f’Vallegarcía għal numru ta’ snin, u ntwera li dawn il-varjetajiet jipproduċu nbejjed ta’ kwalità għolja. Il-kumitat tad-dewqan għad-DO Vallegarcía ilu snin jimmonitorja l-iżvilupp u l-kwalità ta’ dawn l-inbejjed. Intwera li dawn il-varjetajiet tal-għeneb jipproduċu nbejjed li jilħqu l-kwalità meħtieġa mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tagħna, jiġifieri jistgħu jiġu inklużi fost il-varjetajiet permessi għad-DO Vallegarcía.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Vallegarcía

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Inbid abjad ta’ lewn isfar qawwi u aromi ta’ frott tal-għadma, frott tropikali u fjur abjad, ta’ intensità bejn medja u qawwija. Fl-isfond għandu aromi ta’ ħwawar ifuħu – lavanda u klin – b’laqta aħħarija ta’ xiwi. L-inbid jinżel ħarir, jagħti sensazzjoni żejtnija fil-palat, mhux imxewwek, u jintiegħem frisk u mirqum. Sensazzjoni pjaċevoli f’nofs il-palat, b’aromi ta’ frott tal-għadma, u b’laqta aħħarija ta’ xiwi u kemxejn morra.

*

Il-qawwa alkoħolika totali massima skont il-volum għandha tkun fil-limiti legali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,5

Aċidità totali minima

4,1 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

12,5

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

160

2.   Inbid aħmar

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Inbid aħmar ta’ lewn aħmar qawwi, b’wiċċ lewn il-granata jew bejn granata u rubin u b’kulur konsistenti. Intensità bejn medja u qawwija, b’aromi ta’ frott aħmar u xagħri Mediterranju u minerali jew ħjiliet balsamiċi tal-lavanda u aromi ta’ xiwi ta’ njam. It-togħma tinħass mirquma, tinżel ħarir, hija bbilanċjata u kemxejn tannika.

*

Il-qawwa alkoħolika totali massima skont il-volum għandha tkun fi ħdan il-limiti legali stabbiliti il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4,2 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattika ta’ kultivazzjoni

L-għeneb jinħasad kollu bl-idejn, u jitqiegħed f’kannestri. Issir selezzjoni tal-għeneb l-ewwel fil-vinja meta jinqatgħu l-għenieqed, u għat-tieni darba fuq mejda apposta fejn jasal l-għeneb fil-fabbrika tal-inbid.

2.   Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

L-għeneb jidħol f’livell ’il fuq mid-daħla ta’ fuq tat-tank, li tfisser li ma jkun hemm ebda pressjoni fil-pajpijiet, u l-għeneb jiġi ttrattat b’mod inqas aggressiv.

Waqt l-ittankjar, il-polpa tgħaddi minn skambjatur tas-sħana tubulari, fejn it-temperatura titbaxxa. Dan iħalli t-tankijiet kesħin għal ċertu żmien, li jista’ jvarja skont il-ġudizzju tat-tim ta’ enologi, fejn meħtieġ. Din il-maċerazzjoni ta’ qabel il-fermentazzjoni tippermetti li l-aromi kollha fl-għeneb jinsiltu f’soluzzjoni milwiema, u dan iwassal għal kulur aktar stabbli.

Wara l-proċess ta’ maċerazzjoni fil-kesħa, l-għeneb abjad jingħasar, u l-most li jirriżulta jitħalla joqgħod sakemm jilħaq turbidità xierqa ta’ 400-800 NTU. Ladarba tkun bdiet il-fermentazzjoni, proporzjon varjabbli tal-most jiġi ttrasferit għal btieti tal-ballut Franċiż li jkunu għadhom ma ntużawx. Fihom dan il-most jiffermenta u jiġi mmaturat fuq il-karfa għal bejn 4 u 6 xhur. Fil-fermentazzjoni alkoħolika tal-inbejjed bojod u ħomor, jintużaw kemm il-ħmira naturali kif ukoll il-ħmira selezzjonata. L-inbejjed bojod jiffermentaw f’temperaturi baxxi: min. 15 oC, mass. 26 oC. Jitqies ukoll il-proporzjon tal-most li jkun qed jiffermenta fil-btieti. L-inbejjed ħomor jiffermentaw f’temperatura minima ta’ 15 °C u f’temperatura massima ta’ 30 °C. Id-dewmien tal-ittankjar u dak tal-maċerazzjoni jvarjaw skont il-valutazzjoni teknika tat-tim ta’ enologi, iżda jkunu ta’ bejn 7 ijiem u 28 jum.

3.   Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

It-tbattil tal-inbejjed ħomor mill-btieti jsir bl-idejn. Il-karfa tal-għeneb tiddaħħal fi pressa pnewmatika permezz tal-gravità, mingħajr l-użu ta’ pompi, u tiġi ttrasferita għal btieti użati sakemm isir id-dewqan. Ladarba jkunu nkisbu t-tipi kollha ta’ nbid, kemm dak ippressat u kemm dak ħieles, u ladarba tkun tlestiet il-fermentazzjoni malolattika, l-inbejjed kollha jiddewqu mill-kumitat ta’ enologi, u jitħejjew it-taħlitiet differenti. Wara dan, l-inbejjed jiġu mmaturati fi btieti tal-ballut Franċiż.

L-inbejjed jiġu mmaturati fil-flixkun għal tul ta’ żmien varjabbli, qabel ma jitqiegħdu fis-suq.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Il-varjetajiet Viognier, Cabernet Franc, Garnacha Tinta, Mazuela jew Cariñena u Monastrell

11 500 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.

 

75 ettolitru għal kull ettaru

3.

Il-varjetà Syrah

9 250 kilogramma għeneb għal kull ettaru

4.

 

60 ettolitru għal kull ettaru

5.

Il-varjetajiet Merlot u Cabernet Sauvignon

8 500 kilogramma għeneb għal kull ettaru

6.

 

55 ettolitru għal kull ettaru

7.

Il-varjetà Petit Verdot

14 600 kilogramma għeneb għal kull ettaru

8.

 

95 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona ġeografika tikkorrispondi għar-roqgħa katastali 448 fiż-żona 9 tal-muniċipalità ta’ Retuerta del Bullaque, li tinsab fil-provinċja ta’ Ciudad Real. Tkopri 1 521 ettaru.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

CABERNET FRANC

 

CABERNET SAUVIGNON

 

GARNACHA TINTA

 

MAZUELA – CARIÑENA

 

MERLOT

 

MONASTRELL

 

PETIT VERDOT

 

SYRAH

 

VIOGNIER

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Ambjent (fatturi naturali u umani)

Il-karatteristiċi taż-żona ġeografika li għandhom influwenza deċiżiva fuq il-kwalità tal-inbejjed huma kif ġej:

a)

Is-substrat ġeoloġiku li fuqu hija mħawla l-vinja, magħruf bħala Raña del Fresno, huwa formazzjoni unika fid-dinja u esklużiva għal din iż-żona. B’riżultat ta’ dan, l-għeneb li jikber fiż-żona għandu għadd ta’ karatteristiċi uniċi (intensità qawwija, kwalità aromatika, u effett fit-tul fil-palat). Barra minn hekk, l-aċidità għolja u l-pH baxx tal-ħamrija ta’ Vallegarcía ma humiex tas-soltu meta mqabbla ma’ ta’ żoni klimatiċi simili. Vallegarcía hija vinja mħawla f’ħamrija bi klassifikazzjoni edafoloġika unika meta mqabbla ma’ ta’ vinji oħra ta’ Kastilja-La Mancha. Fi proġett ta’ riċerka mill-Università ta’ Kastilja-La Mancha (UCLM) bit-titolu “Winegrowing soils in Castile-La Mancha: influence on the composition of the grape”, il-profili studjati f’Vallegarcía kienu kklassifikati bħala Typic Palexerult skont it-Tassonomija tal-Ħamrija (Soil Survey Staff, 2006), u l-ordni tal-Ultisol instabet li hija tipika tal-ħamrija raña (Vidal et al., 2004). Fost it-tipi ta’ ħamrija għat-tkabbir tad-dwieli studjati fil-proġett ta’ riċerka, tliet profili biss ta’ Vallegarcía huma ta’ dik l-ordni. Skont is-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-FAO (2007), P1, P2 u P3 – it-tliet profili analizzati fir-rapport tal-UCLM – ġew ikklassifikati bħala Cutanic Alisol (Ferric, Chromic), Cutanic Alisol (Ferric, Skeletic) u Cutanic Alisol (Ferric, Skeletic), rispettivament.

Barra minn hekk, il-varjazzjoni kbira fil-pH tal-ħamrija tagħmilha unika. Meta wieħed jara l-pH ta’ kull profil, l-ewwel ħaġa li tispikka hija l-varjazzjoni mmarkata bejn il-valuri tal-pH. Din hija riflessa fil-livelli ta’ pH tal-inbejjed u fil-bilanċ tagħhom fil-palat.

Il-kontenut baxx tal-kalċju u l-kontenut għoli ta’ siliċe, ħadid u aluminju huma għalkollox mhux karatteristiċi tal-ħamrija tat-tkabbir tad-dwieli ta’ Kastilja-La Mancha. Huwa interessanti t-tqabbil ta’ dawn il-livelli ma’ dawk tal-ħamrija tal-ġebla tal-ġir taż-żona, li s-soltu tintuża għat-tkabbir tad-dwieli. Skont data minn Amorós et al. (2012b), il-kontenut ta’ kalċju tal-ħamrija ta’ Vallegarcía’s huwa ferm differenti mil-livelli li jinsabu fis-safef ta’ fuq tal-ħamrija tal-ġebla tal-ġir (10,4 g•kg-1 kontra 230 g•kg-1). Mill-banda l-oħra, il-livelli ta’ siliċju (345,9 g•kg-1) u ta’ ħadid (26,5 g•kg-1) huma konsiderevolament ogħla fil-ħamrija taż-żona demarkata meta mqabbla ma’ tal-ħamrija għat-tkabbir tad-dwieli tal-ġebla tal-ġir ta’ Kastilja-La Mancha (127,5 u 16,65 g•kg-1, rispettivament). Il-livell ta’ aluminju preżenti fis-saff ta’ fuq ta’ ħamrija tal-ġebla tal-ġir ikun ta’ madwar 33,4 g•kg-1, filwaqt li fil-ħamrija ta’ Vallegarcía l-livell huwa ta’ 57,8 g•kg-1. Il-kontenut baxx ta’ kalċju fil-ħamrija huwa karatteristika distintiva tal-inbejjed ta’ Vallegarcía, u jagħtihom bixra differenti minn inbejjed oħra ta’ Kastilja-La Mancha.

Ta’ min wieħed jinnota l-kwantità medja għolja ta’ elementi klassifikati bħala elementi terrestri rari (iċ-ċerju, il-lantanju u n-neodimju) fil-ħamrija ta’ Vallegarcía (83,5, 44,5 u 36,5 mg•kg-1, rispettivament), meta mqabbla ma’ tal-livelli medji reġjonali (57,7, 23,5 u 21,6 mg•kg-1, rispettivament) u globali (55, 35,5 u 30,5 mg•kg-1, rispettivament). B’mod ġenerali, il-livelli ta’ dawn l-elementi huma ogħla f’tipi ta’ ħamrija aċidużi milli fil-ħamrija tal-ġebla tal-ġir (Amorós et al., 2012a).

b)

L-influwenza tax-xmara Bullaque, kif ukoll tan-nixxigħat li jiżbukkaw fiha u li jiċċirkondaw iż-żona demarkata, l-ambjent frisk tal-widien u l-ħarsien mill-irjieħ tat-Tramuntana bis-saħħa tal-muntanji, lill-vinja joħolqulha mikroklima li ttaffi l-kundizzjonijiet estremi fix-xitwa u fis-sajf. Dan jgħin biex l-għeneb isir kif suppost u bis-sħiħ.

c)

Id-differenza kbira bejn it-temperaturi ta’ binhar u dawk ta’ billejl, li hija dovuta għall-altitudni ta’ Vallegarcía ’l fuq mil-livell tal-baħar, flimkien max-xita abbondanti fiż-żona meta mqabbel ma’ naħat oħra tar-reġjun, jgħinu biex l-għeneb ikollu struttura tannika eċċellenti, li min-naħa tagħha trendi l-inbejjed aktar xierqa għall-maturazzjoni fil-bettija u fil-flixkun.

8.2.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

L-inbejjed ta’ Vallegarcía huma kkaratterizzati mit-togħma mirquma tagħhom, u min-nuqqas ta’ xtur. Għandhom ukoll struttura tannika eċċellenti li tagħtihom kapaċità liema bħalha biex maż-żmien jevolvu u jżommu. Jistgħu jilħqu valuri ta’ polifenoli ogħla minn 50 meq/l, u intensità tal-kulur ogħla minn 10 AU.

L-intensità u l-kwalità aromatika tal-inbejjed huma ddefiniti minn aromi qawwija tax-xagħri Mediterranju (ċistu, ħaxixet il-mikinsa) u balsamiċi (sagħtar, klin, lavanda), kif ukoll minn livell għoli ta’ minerali (lavanja sewda, kwarzit). Iħallu togħma sekondarja morra fuq wara tal-ġriżmejn, li ttawwal id-dewqan tal-inbid.

8.3.   Rabta

Is-substrat ġeoloġiku li fuqu hija mħawla l-vinja, magħruf bħala raña, huwa formazzjoni unika fid-dinja. L-aċidità qawwija u l-pH baxx tal-ħamrija taż-żona demarkata ma humiex tas-soltu lanqas. Din il-kombinazzjoni tagħti lill-inbejjed togħma sekondarja morra fuq wara tal-ġriżmejn, li ttawwal id-dewqan tal-inbid.

L-ambjent frisk tal-widien, u l-ħarsien mill-irjieħ tat-Tramuntana bis-saħħa tal-muntanji, għandhom effett ta’ taffija tal-kundizzjonijiet estremi, u jgħinu biex l-inbejjed jiksbu t-togħma mirquma u mhux imxewka tagħhom. Id-differenza kbira bejn it-temperaturi ta’ binhar u dawk ta’ billejl, li hija dovuta għall-altitudni taż-żona demarkata ’l fuq mil-livell tal-baħar, flimkien max-xita abbondanti, lill-għeneb jagħtuh struttura tannika eċċellenti li tippermetti li l-inbejjed jilħqu valuri ta’ polifenoli ogħla minn 50 meq/l u intensità tal-kulur ogħla minn 10 AU.

Minkejja li ż-żona demarkata hija mdawra miż-żona tal-IĠP Castilla, il-karatteristiċi taż-żona huma ferm differenti minn taż-żona demarkata tal-madwar, minħabba l-fatturi li ġejjin:

FATTURI NATURALI:

Is-substrat ġeoloġiku ta’ raña, li huwa uniku fid-dinja, huwa karatterizzat mill-aċidità għolja u l-pH baxx tiegħu, kif ukoll mill-ambjent frisk tal-widien, mix-xita abbondanti u mill-ħarsien mill-irjieħ tal-Tramuntana bis-saħħa tal-muntanji, li flimkien joħolqu mikroklima ferm differenti mill-klima taż-żona tal-madwar.

Il-varjazzjoni wiesgħa fil-pH tas-saff ta’ fuq, u s-safef ta’ taħt il-wiċċ tal-ħamrija, li tinkludi varjazzjoni massima ta’ 4,1 punti fil-profil 2 (pH = 8,9 f’Ap u pH = 4,8 fi Btg1), kif ukoll il-kontenut baxx ta’ kalċju; il-kontenut għoli ta’ siliċe, ħadid u aluminju; u l-preżenza ta’ kwantitajiet kbar ta’ elementi terrestri rari, flimkien jagħmlu lill-Vallegarcía differenti mill-bqija tal-Kastilja-La Mancha.

FATTURI UMANI:

L-iktar differenzi evidenti bejn il-metodu ta’ produzzjoni tal-inbejjed Vallegarcía u dawk użati fiż-żoni fil-madwar koperti mill-IĠP Castilla huma dawn li ġejjin:

IĠP CASTILLA

VALLEGARCÍA

DIFFERENZI

Inbejjed bojod: ≥ 9 % vol.

≥ 12 % vol.

Kontenut ta’ alkoħol ogħla

Inbejjed ħomor: ≥ 10 % vol.

≥ 12 % vol.

Kontenut ta’ alkoħol ogħla

Inbejjed ħomor: ≤ 18 meq/l

≤ 20 meq/l

Aċidità volatili ogħla

Inbejjed bojod: ≤ 16 000  kg/ha

≤ 11 500  kg/ha

Produzzjoni iktar baxxa għal kull ettaru

Inbejjed ħomor: ≤ 16 000  kg/ha

≤ 14 600  kg/ha

Produzzjoni iktar baxxa għal kull ettaru

---

> 50 meq/l

Iktar polifenoli

---

> 10 AU

Iktar kulur

Iż-żona ġiet iddemarkata abbażi tal-ambjent tagħha (is-substrat ġeoloġiku magħruf bħala raña, bl-aċidità għolja u l-pH baxx tiegħu, kif ukoll il-protezzjoni pprovduta mill-muntanji). Fiż-żona hemm fabbrika tal-inbid waħda biss, li hija proprjetà tal-applikant.

Ta’ min jinnota li ż-żona demarkata tkopri 1 521 ettaru u l-uniċi dwieli u fabbriki tal-inbid li jinsabu fiha huma dawk li jappartjenu lill-applikant.

Barra minn hekk, produtturi oħra jistgħu jużaw l-isem reġistrat jekk jibdew joperaw fiż-żona ġeografika demarkata fil-futur, dejjem jekk jilħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Ispeċifikazzjoni. Dan ix-xenarju huwa perfettament possibbli, billi ż-żona demarkata tkopri 1 521 ettaru u għalhekk hemm spazju għal aktar fabbriki tal-inbid.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed għandhom jiġu bbottiljati fiż-żona ta’ produzzjoni peress li fil-każijiet kollha l-proċess tal-produzzjoni jikkonkludi bit-tieni stadju ta’ tqaddim fil-flixkun. F’dan il-perjodu jseħħ proċess ta’ tqaddim, li jtejjeb il-kwalità tal-inbejjed u jibbilanċja t-togħma tagħhom. Ikunu lesti għall-konsum meta jiksbu l-karatteristiċi organolettiċi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott għal kull tip ta’ nbid.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/AM_01_PC_Vallegarcia_20210820.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.