ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 163

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
19 ta' April 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2022/C 163/01

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 163/02

Rata tal-kambju tal-euro — It-13 ta’ April 2022

2

2022/C 163/03

Rata tal-kambju tal-euro — L-14 ta’ April 2022

3

2022/C 163/04

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

4

2022/C 163/05

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

2022/C 163/06

Sejħa għal proposti GR/002/22 — Programm ta’ Riċerka Akkademika tal-EUIPO

6


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

19.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/1


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2022/C 163/01)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta’ Ali MAMLUK (nru 3), Ayman JABIR (nru 33), Ghassan BELAL (nru 59), Emad Abdul Ghani SABOUNI (nru 114), Faysal al-Abbas (nru 122), Maġġur Ġeneral Hussam LUQA (nru 139), Emad Hamcho (nru 204), Muhammad Yousef HASOURI (nru 245), Jayyiz Rayyan AL MUSA (nru 247), Hussam AL QATIRJI (nru 287), Khodr Ali TAHER (nru 294), Adel Anwar al-Olabi (nru 295), Al Qatarji Company (nru 77), Damascus Cham Holding Company, (magħruf ukoll bħala Damascus Cham Private Joint Stock Company (nru 78), persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1) u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmija hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati jew evidenza addizzjonali. Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet emendata proposta għaż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, sal-25 ta’ April 2022, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn, li d-deċiżjoni biex jinżammu fuq il-lista għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz jew fl-indirizz elettroniku pprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti.


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

19.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ April 2022

(2022/C 163/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0826

JPY

Yen Ġappuniż

136,26

DKK

Krona Daniża

7,4377

GBP

Lira Sterlina

0,83280

SEK

Krona Żvediża

10,3323

CHF

Frank Żvizzeru

1,0116

ISK

Krona Iżlandiża

140,20

NOK

Krona Norveġiża

9,5693

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,450

HUF

Forint Ungeriż

378,45

PLN

Zloty Pollakk

4,6453

RON

Leu Rumen

4,9415

TRY

Lira Turka

15,7992

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4603

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3700

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,4867

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5991

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4769

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 328,47

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

15,6820

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,8939

HRK

Kuna Kroata

7,5538

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 549,10

MYR

Ringgit Malażjan

4,5799

PHP

Peso Filippin

56,446

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,305

BRL

Real Brażiljan

5,0449

MXN

Peso Messikan

21,4170

INR

Rupi Indjan

82,4780


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ April 2022

(2022/C 163/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0878

JPY

Yen Ġappuniż

136,32

DKK

Krona Daniża

7,4389

GBP

Lira Sterlina

0,82908

SEK

Krona Żvediża

10,3008

CHF

Frank Żvizzeru

1,0189

ISK

Krona Iżlandiża

140,40

NOK

Krona Norveġiża

9,5313

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,420

HUF

Forint Ungeriż

376,57

PLN

Zloty Pollakk

4,6478

RON

Leu Rumen

4,9459

TRY

Lira Turka

15,9046

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4612

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3663

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,5298

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5957

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4732

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 334,71

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

15,9331

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9320

HRK

Kuna Kroata

7,5587

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 621,30

MYR

Ringgit Malażjan

4,6030

PHP

Peso Filippin

56,759

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,615

BRL

Real Brażiljan

5,1226

MXN

Peso Messikan

21,5941

INR

Rupi Indjan

82,8140


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/4


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 163/04)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni  (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2022) 2178

il-11 ta’ April 2022

4-(1,1,3,3-tetra metilbutil)fenol, etossilat

(4-tert-OPnEO)

Nru KE: -, Nru CAS:-

DIAGAST, Parc Eurasante 251, avenue Eugène Avinée, 59120 Loos, Franza

REACH/22/21/0

Użu industrijali ta’ 4-tert-OPnEO għall-proprjetajiet amfifiliċi, tensjoattivi u nonemolitiċi, għall-ħolqien ta’ tikek idrofiliċi kontrollati fuq membrani idrofobiċi porużi (forma solida) għal kittijiet dijanjostiċi in vitro għall-analiżi tad-demm via reazzjoni antiġen jew ta’ antikorpi fil-firxa ta’ prodotti li ġejjin: kards ta’ kontroll, pads manwali u ONYX awtomatizzati

l-4 ta’ Jannar 2033

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Authorisation (europa.eu)


19.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/5


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 163/05)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2022)2191

il-11 ta’ April 2022

4-(1,1,3,3-tetra metilbutil)fenol, etossilat

(4-tert-OPnEO)

Nru KE: -, Nru CAS:-

Hospira Zagreb d.o.o., a Pfizer company, Prudnicka cesta 60, 10291 Prigorje Brdovecko, il-Kroazja

REACH/22/23/0

Bħala tensjoattiv fil-manifattura ta’ proteina bijofarmaċewtika waħda, prodott bijosimili, użata fil-prevenzjoni ta’ deni neutropeniku u deni minn infezzjoni

l-4 ta’ Jannar 2033

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Authorisation (europa.eu)


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

19.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/6


SEJĦA GĦAL PROPOSTI GR/002/22

Programm ta’ Riċerka Akkademika tal-EUIPO

(2022/C 163/06)

1.   OBJETTIVI U DESKRIZZJONI

L-EUIPO għandu ambizzjoni li jiżviluppa rabtiet eqreb mal-akkademja sabiex irawwem ir-riċerka f’oqsma ta’ interess relatati mal-PI għall-Uffiċċju. Għal dak il-għan, l-Uffiċċju stabbilixxa Programm ta’ Riċerka Akkademika (ARP) tal-EUIPO.

Il-kunċett tal-programm għandu l-għan li jiżgura li:

il-programm jipproduċi riċerka ta’ rilevanza għall-EUIPO u għall-partijiet ikkonċernati tiegħu.

l-akkademiċi jqisu l-programm bħala ffokat fuq proġetti ta’ kwalità għolja u bbażat fuq regoli tal-għażla ġusti u trasparenti.

il-programm huwa mistenni li jrawwem il-ħolqien, madwar l-EUIPO, ta’ komunità vibranti ta’ akkademiċi ta’ livell għoli (tal-PI iżda wkoll ta’ dixxiplini differenti) fl-Ewropa kollha.

il-programm għandu jżid l-interess tal-komunità akkademika f’suġġetti rilevanti għall-kariga.

il-programm huwa viżibbli ħafna fil-komunità akkademika u lil hinn minnha.

Ir-riżultat ta’ proġett appoġġat minn din is-Sejħa għall-Proposti se jkun studju tas-suġġett rilevanti (kif definit fis-Sejħa), fi ħdan l-iskeda ta’ żmien u l-baġit speċifikati fil-proposta.

Se jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ kontroll, li jikkonsisti f’laqgħat online interim, biex jimmonitorja l-progress tar-riċerka u biex jiżgura li jkun konformi mad-deskrizzjoni tal-proġett sottomess fis-sejħa għall-proposti. Mill-inqas laqgħa waħda se ssir matul l-ewwel tliet xhur wara l-iffirmar tal-ftehim dwar l-għotja. Skont ir-riżultati tal-ewwel laqgħa ta’ progress u d-durata tal-proġett ta’ riċerka jistgħu jissejħu laqgħat addizzjonali.

Ser jiġi organizzat workshop tal-Programm ta’ Riċerka Akkademika fl-EUIPO mhux aktar tard minn 11-il xahar mill-iffirmar tal-Ftehim dwar l-għotja. L-ispiża għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni tal-parteċipanti se tkun koperta mill-EUIPO.

Il-proġetti kollha mogħtija għandhom jippreżentaw ir-riżultati tar-riċerka tagħhom fil-workshop.

Għandu jiġi stabbilit perjodu ta’ żmien ta’ mhux anqas minn xahar, minn tmiem il-workshop sad-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tad-dokument ta’ riċerka finali biex ir-riċerki jkunu jistgħu jinkorporaw kwalunkwe feedback jew aġġustament issuġġerit li jirriżultaw mid-diskussjonijiet matul il-workshop.

Il-ħlas finali tal-għotja se jkun kundizzjonali fuq il-validazzjoni tal-karta ta’ riċerka finali.

Il-programm ta’ Riċerka Akkademika tal-EUIPO jimmira lejn ir-riċerka fl-ekonomija, il-liġi, it-teknoloġija u l-ġestjoni. L-akkademiċi u l-ekonomisti legali huma primarjament interessati fil-PI f’perspettiva ta’ politika pubblika. Ser jingħataw preferenzi għal proposti ta’ riċerka li għandhom l-għan li juru l-implikazzjonijiet ekonomiċi, soċjetali, jew politiċi tas-sejbiet. L-istudji għandhom preferibbilment jiffokaw fuq suġġetti relatati ma’ Trademarks u disinni, għalkemm suġġetti oħra, bħall-indikazzjonijiet ġeografiċi, l-SMEs, l-approċċi tal-klijenti jew it-taħriġ u l-edukazzjoni tal-PI, jistgħu wkoll ikunu fil-kamp ta’ applikazzjoni.

L-Uffiċċju jistenna li jiffinanzja sa mhux aktar minn tliet proġetti.

Il-proposti huma mistiedna fl-oqsma/it-temi li ġejjin:

(1)

Trademarks bħala indikatur tal-innovazzjoni u attività ekonomika oħra

(2)

Disinni bħala indikatur tal-innovazzjoni u attività ekonomika oħra

(3)

L-użu tad-drittijiet tal-PI minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju biex jingħelbu l-ostakli għat-tkabbir

DIKJARAZZJONI TA’ ĊAĦDA TA’ RESPONSABBILTÀ: Kwalunkwe talba għal riċerka/suġġett jeħtieġ li tkun konnessa ma’ mill-inqas wieħed mit-tliet oqsma ġenerali msemmija hawn fuq. L-għażla tas-suġġetti finali mill-EUIPO se tkun dwar is-suġġetti tal-interess maġġuri għall-Uffiċċju (anki jekk dawn huma konnessi ma’ wieħed biss mit-tliet oqsma).

Il-valutazzjoni ta’ kull proposta se tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u standard definiti minn qabel (eż. il-kwalità tal-proposta, il-kwalità tal-kandidati, l-impatt mistenni, il-kredibbiltà tal-proposta tal-baġit).

Proġetti li jippreżentaw l-ogħla rilevanza għall-Uffiċċju se jiġu kkunsidrati. Dan jinkludi pereżempju proġetti li jiġġeneraw evidenza empirika rilevanti għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-politika u fin-negozju, fi proġetti rilevanti differenti ffokati fuq il-PI, jew inizjattivi relatati mad-data, kif ukoll il-programm tal-SMEs.

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għall-Kapitolu I tal-Linji gwida għall-applikanti.

2.   ELIĠIBBILTÀ

2.1   Applikanti eliġibbli

Din is-sejħa hija miftuħa biss għal riċerkaturi akkademiċi affiljati ma’ universitajiet jew istituzzjonijiet ta’ riċerka li jinsabu fi Stat Membru tas-27 Stat Membru tal-UE. Huma eliġibbli għall-programm, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom (li jkunu madankollu residenti fl-UE).

Ir-riċerkaturi jistgħu jkunu kandidati tal-PhD, riċerkaturi wara d-Dottorat (post-doc), membri ta’ fakultà jew kwalunkwe tip ieħor ta’ riċerkaturi fil-qasam akkademiku.

2.2   Attivitajiet Eliġibbli

Id-durata massima tal-proġetti hija ta’ 12-il xahar.

Studji ta’ riċerka dwar suġġetti relatati mal-Proprjetà Intellettwali, kif definit fid-deskrizzjoni tas-suġġett tas-sejħa għall-proposti.

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għall-Kapitolu II tal-Linji gwida għall-applikanti.

3.   KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI U TAL-GĦAŻLA

L-applikanti ma jistgħux ikunu f’sitwazzjoni li teskludihom mill-parteċipazzjoni u/jew mill-għoti kif iddefinit mir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u mir-regoli ta’ applikazzjoni tiegħu.

L-applikanti jrid ikollhom il-kapaċità finanzjarja u operazzjonali biex iwettqu bis-sħiħ l-attivitajiet proposti.

Jekk jogħġbok irreferi għall-Kapitolu II tal-Linji gwida għall-applikanti għal aktar dettalji dwar id-dokumenti ta’ sostenn li għandhom jiġu pprovduti.

4.   KRITERJI GĦALL-GĦOTI

Il-kriterji għall-għoti għall-valutazzjoni tal-proposti eliġibbli jiġu allokati minn total ta’ 100 abbażi tal-ponderazzjoni li ġejja:

Kriterji tal-għoti

Punteġġ minimu

Punteġġ massimu

Eċċellenza

20

40

Impatt

15

30

Il-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni

15

30

Punteġġi (meħtieġa) globali

50

100

Sabiex il-proposti jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, dawn għandhom iġibu l-punteġġ ta’:

mill-inqas 50 punt b’mod ġenerali

u

mill-inqas il-punti minimi f’kull wieħed mill-kriterji

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għall-Kapitolu II tal-Linji gwida għall-applikanti.

5.   BAĠIT

Il-baġit totali disponibbli għall-finanzjament ta’ azzjonijiet skont din is-sejħa għal proposti huwa stmat għal EUR 60 000. Dan l-ammont se jitqassam fuq żewġ annwalitajiet tal-baġit u d-disponibbiltà tal-fondi korrispondenti għall-baġit 2023 se tkun soġġetta għall-adozzjoni tal-baġit mill-awtorità baġitarja tal-Uffiċċju.

L-għotja minima u massima għal kull proġett se tkun ta’ EUR 10 000 sa 30 000.

L-Uffiċċju jirriżerva d-dritt li ma jqassamx il-fondi disponibbli kollha.

6.   DATA TA’ SKADENZA GĦAS-SOTTOMISSJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET

Il-pakkett tal-applikazzjoni huwa disponibbli fuq l-Internet fl-indirizz li ġej: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/grants

L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi lill-EUIPO bl-użu tal-formola ta’ applikazzjoni online (Formola elettronika) mhux aktar tard minn is-19 Mejju 2022 fis-13:00 (ħin lokali).

Mhu ser jiġi aċċettat l-ebda metodu ieħor ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni.

L-applikanti għandhom jiżguraw li jiġu pprovduti d-dokumenti kollha mitluba u msemmija fil-Formola elettronika.

L-applikazzjonijiet li ma jinkludux id-dokumenti mehmuża kollha stipulati u li ma jiġux sottomessi qabel l-iskadenza mhumiex se jiġu kkunsidrati.

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għall-Kapitolu IV tal-Linji gwida għall-applikanti.

7.   DETTALJI SĦAĦ

Il-kundizzjonijiet dettaljati ta’ din is-sejħa għal proposti jistgħu jinstabu fil-linji gwida għall-applikanti fl-indirizz tal-internet li ġej: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/grants

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mat-termini kollha tal-linji gwida u għandhom jiġu sottomessi fuq il-formoli pprovduti.

8.   KUNTATT

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja l-indirizz elettroniku li ġej: grants@euipo.europa.eu