ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 143

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
31 ta' Marzu 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 143/01

Komunikazzjoni dwar il-pubblikazzjoni tal-ammonti tal-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat kif imsemmi fl-Artikolu 149(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2022/C 143/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għaċ-Ċekja, Franza u l-Iżvezja

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 143/03

Rata tal-kambju tal-euro — It-30 ta’ Marzu 2022

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 143/04

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

6

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

2022/C 143/05

Il-valuri limitu msemmija fid-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE, 2014/25/UE u 2009/81/KE, espressi fil-muniti nazzjonali tal-Istati tal-EFTA

8

2022/C 143/06

L-ebda għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE

9

2022/C 143/07

Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

10

2022/C 143/08

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

11


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 143/09

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

12

2022/C 143/10

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

28


MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

31.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/1


Komunikazzjoni dwar il-pubblikazzjoni tal-ammonti tal-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat kif imsemmi fl-Artikolu 149(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

(2022/C 143/01)

Data annwali (1000 t)

Ammonti tal-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat  (*2) kif imsemmi fl-Artikolu 149(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

2020

Tal-baqra

Tan-nagħġa

Tal-mogħża

Tal-bufla

BE

4 449,00

0,00

45,00

0,00

BG

881,76

76,48

31,28

15,93

CZ

3 267,73

0,04  (*3)

0,10  (*3)

0,00

DK

5 666,00

0,00

0,00

0,00

DE

33 164,91

6,70

16,28

1,00

EE

848,30

0,00

0,70

0,00

IE

8 561,47

0,00

0,00

0,00

EL

683,46

945,43

361,35

0,09

ES

7 606,07

556,25

523,90

0,00

FR

25 147,31

325,50

679,30

0,00

HR

596,00

7,00

9,00

0,00

IT

12 712,48

481,97

61,24

253,83

CY

275,16

37,90

34,34

0,00

LV

988,20

0,00

1,90

0,00

LT

1 488,00

0,00

3,67

0,00

LU

447,34

0,12

3,08

0,00

HU

2 014,33

1,61

3,06

0,00 n

MT

42,11

1,91

0,92

0,00

NL

14 522,00

0,00

407,00

3,00

AT

3 815,47

11,42

25,37

0,00

PL

14 821,82

0,54

8,51

0,00

PT

1 993,61

74,31

31,20

0,00

RO

3 679,60

426,00

240,80

16,10

SI

630,65

0,49

2,06

0,00

SK

917,69

11,39

0,46

0,00

FI

2 406,52

0,00

0,00

0,00

SE

2 772,74

0,00

0,00

0,00

EU-27

154 399,73

2 965,06

2 490,52

289,95


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(*1)  0,00: żero jew anqas minn 5 t

(*2)  Il-Produzzjoni tal-Ħalib fl-irziezet għall-2020, EUROSTAT – NewCronos Products Obtained

(*3)  Kif irrappurtata mill-Istat Membru u/jew il-produzzjoni stmata/ikkalkulata


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

31.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Marzu 2022

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għaċ-Ċekja, Franza u l-Iżvezja

(2022/C 143/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-24 ta’ Frar 2022 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2022 sat-28 ta’ Frar 2025.

(2)

Il-gvernijiet taċ-Ċekja, Franza u l-Iżvezja ppreżentaw aktar nomini għal diversi postijiet li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-28 ta’ Frar 2025:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Stat Membru

Membru

Membri supplenti

Franza

Is-Sa Anne AUDIC

Is-Sur Nicolas BESSOT

Is-Sa Lucie MEDIAVILLA

l-Iżvezja

Is-Sa Anne-Sofie DALENG

Is-Sa Viktoria BERGSTRÖM

Is-Sur Magnus FALK

II.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE-UNIONS

Stat Membru

Membru

Membri supplenti

iċ-Ċekja

Is-Sur Jiří VAŇÁSEK

Is-Sa Radka SOKOLOVÁ

Franza

Is-Sur Abderrafik ZAIGOUCHE

Is-Sa Edwina LAMOUREUX

Is-Sur Jean-Paul ZERBIB

l-Iżvezja

Is-Sa Cyrene WAERN

Is-Sa Karin FRISTEDT

Is-Sa Ulrika HAGSTRÖM

III.   RAPPREŻENTANTI TA’ MIN IĦADDEM

Stat Membru

Membru

Membri supplenti

iċ-Ċekja

Is-Sur Miroslav HORKÝ

Is-Sur Martin RÖHRICH

Is-Sa Martina KROUPOVÁ

Franza

Is-Sur Franck GAMBELLI

Is-Sa Nathalie BUET

Is-Sur Patrick LEVY

l-Iżvezja

Is-Sa Cecilia ANDERSSON

Is-Sa Malin NILSSON

Is-Sur Tommy LARSSON

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TAQUET


(1)  ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 92, 25.2.2022, p. 1).


Il-Kummissjoni Ewropea

31.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta’ Marzu 2022

(2022/C 143/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1126

JPY

Yen Ġappuniż

135,47

DKK

Krona Daniża

7,4391

GBP

Lira Sterlina

0,84563

SEK

Krona Żvediża

10,3498

CHF

Frank Żvizzeru

1,0309

ISK

Krona Iżlandiża

142,20

NOK

Krona Norveġiża

9,6398

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,450

HUF

Forint Ungeriż

368,13

PLN

Zloty Pollakk

4,6679

RON

Leu Rumen

4,9477

TRY

Lira Turka

16,3296

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4809

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3891

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,7081

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5947

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5064

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 346,97

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,1288

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0666

HRK

Kuna Kroata

7,5720

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 957,24

MYR

Ringgit Malażjan

4,6779

PHP

Peso Filippin

57,906

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,144

BRL

Real Brażiljan

5,2808

MXN

Peso Messikan

22,1557

INR

Rupi Indjan

84,3800


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

31.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/6


Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2022/C 143/04)

Il-pubblikazzjoni tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 6(4) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fil-website tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

L-AMMONTI TA’ REFERENZA MEĦTIEĠA GĦALL-QSIM TAL-FRUNTIERA ESTERNA FFISSATI MILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI

SPANJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 486, 3.12.2021, p. 26.

L-Artikolu 1 tad-Digriet PRE/1282/2007, tal-10 ta’ Mejju 2007, dwar il-mezzi finanzjarji li ċ-ċittadini barranin iridu jippruvaw biex ikunu jistgħu jidħlu fi Spanja, jistabbilixxi li “l-ammont li għandu jiġi ppruvat irid jilħaq ammont li jirrappreżenta f’euro 10 % tal-minimu gross tas-salarju gross interprofessjonali jew l-ekwivalenti legali tiegħu f’munita barranija mmultiplikat bin-numru ta’ jiem li biħsiebhom joqogħdu fi Spanja u bin-numru ta’ persuni li jivvjaġġaw bi ħlas”.

Id-Digriet Irjali 152/2022 tat-22 ta’ Frar 2022, li jistabbilixxi l-paga minima interprofessjonali, ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat numru 46 tat-23 ta’ Frar 2022, jistabbilixxi l-ammont tal-paga interprofessjonali minima fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2022, billi jiffissaha għal EUR 33,33 kull ġurnata jew EUR 1 000 fix-xahar, skont jekk il-paga hijiex iffissata b’jiem jew b’xhur.

Skont l-aġġornament tal-ammont tal-paga minima interprofessjonali stabbilit mid-Digriet Irjali 152/2022 tat-22 ta’ Frar 2022 , il-barranin li beħsiebhom jidħlu fit-territorju nazzjonali jridu jkomplu jagħtu prova, li għandhom ammont minimu ta’ EUR 100 għal kull persuna kuljum, dawk li għandhom l-intenzjoni li joqogħdu fi Spanja b’minimu ta’ EUR 900 jew l-ekwivalenti legali tiegħu f’munita barranija, sakemm ikunu meħtieġa mill-uffiċjali inkarigati mill-kontroll tad-dħul fit-territorju Spanjol, u skont it-termini stabbiliti fl-imsemmi Ordni.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19.

ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11.

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22.

ĠU C 164, 18.7.2007, p. 45.

ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18.

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38.

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19.

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

ĠU C 33, 10.2.2009, p. 1.

ĠU C 36, 13.2.2009, p. 100.

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8.

ĠU C 98, 29.4.2009, p. 11.

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7.

ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5.

ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6.

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8.

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16.

ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13.

ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44.

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8.

ĠU C 298, 04.10.2012, p. 3.

ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13.

ĠU C 98, 05.04.2013, p. 3.

ĠU C 269, 18.09.2013, p. 2.

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 2.

ĠU C 152, 20.5.2014, p. 25.

ĠU C 224, 15.7.2014, p. 31.

ĠU C 434, 4.12.2014, p. 3.

ĠU C 447, 13.12.2014, p. 32.

ĠU C 38, 4.2.2015, p. 20.

ĠU C 96, 11.3.2016, p. 7.

ĠU C 146, 26.4.2016, p. 12.

ĠU C 248, 8.7.2016, p. 12.

ĠU C 111, 8.4.2017, p. 11.

ĠU C 21, 20.1.2018, p. 3.

ĠU C 93, 12.3.2018, p. 4.

ĠU C 153, 2.5.2018, p. 8.

ĠU C 186, 31.5.2018, p. 10.

ĠU C 264, 26.07.2018, p. 6.

ĠU C 366, 10.10.2018, p. 12.

ĠU C 459, 20.12.2018, p. 38.

ĠU C 140, 16.4.2019, p. 7.

ĠU C 178, 28.5.2020, p. 3.

ĠU C 102, 24.3.2021, p. 8.

ĠU C 486, 3.12.2021, p. 26.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

31.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/8


Il-valuri limitu msemmija fid-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE, 2014/25/UE u 2009/81/KE, espressi fil-muniti nazzjonali tal-Istati tal-EFTA

(2022/C 143/05)

Limiti f’EUR

Limiti fi NOK

Limiti fi CHF

Limiti fi ISK

80 000

835 914

86 501

12 023 995

140 000

1 462 850

151 377

21 041 991

215 000

2 246 520

232 472

32 314 487

431 000

4 503 489

466 025

64 779 274

750 000

7 836 697

810 949

112 724 954

1 000 000

10 448 930

1 081 265

150 299 939

5 382 000

56 236 143

5 819 373

808 914 275


31.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/9


L-ebda għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE

(2022/C 143/06)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA hija tal-fehma li l-miżura li ġejja ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

il-15 ta’ Diċembru 2021

Każ Nru

87779

Deċiżjoni Nru

288/21/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

The Ocean Space Centre

Bażi ġuridika

Il-baġit statali Norveġiż għall-2022

Tip ta’ miżura

Ad hoc

Objettiv

Riċerka, żvilupp u innovazzjoni

Forma tal-għajnuna

Għotja

Baġit

Sa NOK 8 154 miljun (stima P85)

Intensità

100 %

Tul ta’ żmien

2022-2029 (stima)

Setturi ekonomiċi

P.85.4-Edukazzjoni għolja

M.72.1-Riċerka u żvilupp sperimentali dwar xjenzi naturali u inġinerija

M.72.19-Riċerka u żvilupp esperimentali oħra dwar xjenzi naturali u inġinerija

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

The Ministry of Trade, Industry and Fisheries

PO Box 8090 Dep

0032 Oslo, Norway

The Ministry of Local Government and Modernisation

Postboks 8112 Dep

0032 Oslo, Norway

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


31.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/10


Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2022/C 143/07)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

l-14 ta’ Diċembru 2021

Każ Nru

87845

Deċiżjoni Nru

290/21/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

COVID-19 - Estensjoni u emendi għall-iskema umbrella Norveġiża għall-appoġġ ta’ likwidità għall-impriżi fil-muniċipalitajiet milquta mill-pandemija tal-COVID-19

Bażi ġuridika

Il-proposta tal-baġit tal-Gvern, Prop. 79 S (2020–2021) approvati fit-23 ta’ Frar 2021

It-termini u l-kundizzjonijiet għall-miżura huma deskritti fl-ittri ta’ assenjazzjoni lill-muniċipalitajiet, maħruġa mill-Ministeru tal-Gvern Lokali u l-Modernizzazzjoni.

Il-Kapitolu 6 tar-Regolament dwar il-ġestjoni ekonomika għall-awtoritajiet nazzjonali sanzjonati b’digriet Irjali mit-12 ta’ Diċembru 2003 huwa rilevanti

Tip ta’ miżura

Skema

Objettiv

Li jiġi żgurat aċċess għal-likwidità għall-impriżi li jiffaċċjaw nuqqas/indisponibbiltà f’daqqa ta’ likwidità minħabba l-impatt fuq l-ekonomija tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri lokali jew nazzjonali ta’ kontroll tal-infezzjonijiet li jirriżultaw

Forma tal-għajnuna

Għotjiet diretti

Baġit

Il-baġit massimu stmat huwa ta’ NOK 4.55 biljun

Intensità

Il-miżura tipprovdi lill-muniċipalitajiet/kontej reġjonali kollha b’qafas li fih jistgħu jgħinu impriżi lokali li jesperjenzaw kostijiet jew telf akbar. Il-ħtieġa għall-fondi tista’ għalhekk tvarja

Tul ta’ żmien

Sat-30 ta’ Ġunju 2022

Setturi ekonomiċi

Is-setturi jew l-impriżi jistgħu jvarjaw taħt l-iskemi muniċipali/tal-kontea differenti. Il-miżura ma tapplikax għal impriżi li huma kompletament iffinanzjati minn awtoritajiet pubbliċi u madankollu mhijiex miftuħa għas-settur finanzjarju

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

Il-Ministeru tal-Gvern Lokali u l-Modernizzazzjoni huwa l-awtorità responsabbli għall-miżura u għad-definizzjoni tal-qafas li fih il-muniċipalitajiet u l-kontej reġjonali jistgħu jadattaw u jagħtu prijorità lill-iskemi lokali

Informazzjoni oħra

 

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


31.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/11


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2022/C 143/08)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

is-16 ta’ Diċembru 2021

Każ Nru

87895

Deċiżjoni Nru

294/21/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Tiġdid tal-iskema ta’ garanzija tal-COVID-19

Bażi ġuridika

Forskrift om endring i forskrift 27. mars 2020 nr. 490 til lov om statlig garantiordning for lån til små og mellomstore bedrifter, FOR-2020-03-27-490

Tip ta’ miżura

Skema

Objettiv

Li jiġi żgurat l-aċċess għal-likwidità għal impriżi li jiffaċċjaw nuqqas f’daqqa ta’ likwidità minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19

Forma tal-għajnuna

Garanziji Pubbliċi

Baġit

NOK 50 biljun (għall-iskema kif emendata)

Tul ta’ żmien

Sat-30 ta’ Ġunju 2022

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

GIEK, The Norwegian Export Credit Guarantee Agency

Pb 1763 Vika

N-0122 Oslo

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

31.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/12


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 143/09)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Σαντορίνη (Santorini)

PDO-GR-A1065-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 31 ta’ Jannar 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   1. Fil-produzzjoni ta’ nbid abjad xott bid-DOP Santorini, il-kontenut minimu tal-varjetà tad-dwieli Assyrtiko żdied minn 75 % għal 85 %.

Il-perċentwal miżjud ta’ Assyrtiko itejjeb il-kwalità tal-inbid prodott. Speċifikament, jipproduċi nbejjed bojod ikkonċentrati ħafna, b’karattru delikat u minerali. L-inbejjed Vinsanto magħmulin minn għeneb imqadded, primarjament l-Assyrtiko, huma rikki, kumplessi u qawwija. Il-kwalità mtejba, u d-domandi varji tas-suq tal-lum, wasslu biex aktar vitikulturi bdew jużaw l-Assyrtiko fi kwantitajiet dejjem akbar. Fil-maġġoranza tal-każijiet, din taqbeż id-90 %. Barra minn hekk, il-vinji kollha mħawlin jew ristrutturati riċentement f’Santorini huma monovarjetali, bil-maġġoranza vasta jkunu Assyrtiko.

Il-kapitoli dwar il-“Prattiki tal-Produzzjoni tal-Inbid” u l-“Varjetajiet tad-Dwieli Awtorizzati” ġew emendati.

2.   Ir-rendiment massimu tal-vinji għall-inbid bid-DOP Santorini tnaqqas minn 8 000 kilogramma għal kull ettaru għal 6 500 kilogramma għal kull ettaru.

L-istatistika tal-produzzjoni tal-għeneb minn dawn l-aħħar snin turi li r-rendiment medju tal-vinji huwa ta’ madwar 3 000 kilogramma għal kull ettaru u li, bi prattiki moderni tal-produzzjoni tal-inbid, ir-rendimenti massimi ma jaqbżux is-6 500 kilogramma għal kull ettaru. Sabiex il-prodott jiġi mħares u mtejjeb, huwa meħtieġ li r-rendiment massimu għal kull ettaru jiġi adattat fid-dawl tad-data l-ġdida, u li jitnaqqas għal 6 500 kilogramma għal kull ettaru.

Il-kapitolu dwar ir-“Rendiment(i) massimu/i għal kull ettaru” ġie emendat.

3.   Il-kontenut taz-zokkor tal-inbejjed bojod xotti bid-DOP Santorini ma għandux jaqbeż l-4 grammi għal kull litru, jew id-9 grammi għal kull litru taħt ċerti kundizzjonijiet.

Il-kontenut taz-zokkor tal-inbejjed bojod xotti bid-DOP Santorini nġieb f’konformità mal-Parti B tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33. Speċifikament ma jaqbiżx “l-4 grammi għal kull litru, jew id-9 grammi għal kull litru, sakemm l-aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 2 grammi taħt il-kontenut ta’ zokkor residwu”. Il-pH eċċezzjonalment baxx tal-inbejjed bid-DOP Santorini spiss jirriżulta fi nbejjed b’togħma żbilanċjata. Il-kontenut taz-zokkor propost, bil-kundizzjoni ddikjarata hawn fuq, joħloq bilanċ tajjeb ta’ zokkrijiet u aċidità.

Il-kapitolu dwar id-“Deskrizzjoni tal-inbejjed”, speċifikament il-parti dwar il-“Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi tal-inbid abjad xott”, ġie emendat.

4.   Il-forma tat-terminu tradizzjonali “Νυχτέρι” bil-karattri Rumani ġiet sostitwita bit-terminu “Nykteri”-“NYKTERI”

L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 235309/7.2.2002, li tapprova t-termini tradizzjonali għall-inbejjed, (Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 179/19.2.2002), jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tat-terminu tradizzjonali “ΝΥΧΤΕΡΙ-Nykteri” għall-inbejjed bojod xotti bid-“Denominazzjoni ta’ Oriġini ta’ Kwalità Superjuri Santorini”. L-emenda tagħmel l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Il-kapitolu dwar ir-“Rekwiżiti applikabbli”, speċifikament it-taqsima dwar it-“Termini tradizzjonali”, ġie emendat.

5.   Kliem imħassar mill-kapitolu dwar il-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

Fil-kapitlu dwar il-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid għall-inbid abjad xott, tneħħiet id-deskrizzjoni li ġejja ta’ metodu ta’ vinifikazzjoni: “prodott permezz ta’ tgħaffiġ qabel il-fermentazzjoni, segwit minn perjodu fejn jitħalla joqgħod u inokulazzjoni bi ħmira pura magħżula li tesprimi t-tipiċità aromatika”. Din tneħħiet għax ma tirrappreżentax prattika enoloġika speċifika.

Il-kapitolu dwar il-“Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” ġie emendat.

6.   Aġġornament tal-fajl tekniku tad-DOP Santorini

Fil-kuntest tal-aġġornament tal-fajls tekniċi, saru l-bidliet li ġejjin fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

i)

ir-rabta maż-żona ġeografika għall-inbid likur minn għeneb imqadded ingħaqdet mar-rabta maż-żona ġeografika għall-inbid ħelu/imqadded b’mod naturali peress li ma hemm l-ebda differenza bejniethom;

ii)

żdiedu u ġew sostitwiti dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti u l-kontrolli applikabbli għall-inbejjed ta’ DOP u IĠP;

iii)

inbidlu d-dettalji tal-awtoritajiet kompetenti ta’ kontroll.

Il-kapitli dwar ir-“Rabta maż-żona ġeografika għall-inbid ħelu/imqadded b’mod naturali” u r-“Rabta maż-żona ġeografika għall-inbid likur mill-għeneb imqadded” ingħaqdu flimkien.

Il-kapitli dwar ir-“Rekwiżiti applikabbli” u d-“Dettalji tal-awtoritajiet u l-korpi ta’ kontroll” ġew emendati.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Σαντορίνη (Santorini)

2.   Tip ta’ indikazzjoni Ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

15.

Inbid minn għeneb imqadded

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid abjad xott

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dehra: kulur isfar jgħajjat jagħti fl-aħdar.

Aroma: riħa kumplessa b’aromi ta’ frott taċ-ċitru, noti ta’ qxur tal-larinġ u tal-lumi u noti sekondarji minerali karatteristiċi.

Togħma: togħma rikka b’aċidità li tibbilanċja li tagħti struttura, filwaqt li tiżgura togħma friska li tibqa’ fil-ħalq fit-tul.

Qawwa alkoħolika naturali minima: 12 %

Qawwa alkoħolika totali minima: 12 %

Kontenut ta’ zokkor totali: Kontenut ta’ zokkor totali: 0-4 grammi għal kull litru, jew sa 9 grammi għal kull litru, sakemm l-aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 2 grammi taħt il-kontenut ta’ zokkor residwu.

- Fir-rigward tal-qawwa alkoħolika totali massima, japplikaw il-valuri previsti fil-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

5,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

200

2.   Inbid likur minn għeneb imqadded

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dehra: oranġjo fl-isfar bi sfumaturi dehbin li jiskuraw lejn il-kannella bit-tqaddim. Fi nbejjed li jitqaddmu għal żmien twil, il-kulur jiskura għal sfumaturi ta’ kannella ħamrani.

Aroma: aroma qawwija u kumplessa, b’noti ta’ ħwawar, għasel u żbib u noti sussegwenti ta’ nwar tal-lumi. Waqt it-tqaddim, l-aromi jsiru aktar qawwija u kumplessi.

Togħma: togħma bbilanċjata b’mod effettiv bl-aċidità tal-varjetà tad-dwieli. Inbid b’palat mimli, bellusi, rikk b’noti ta’ għasel u lumi. It-togħma li tibqa’ fil-ħalq iddum ħafna u hi aromatika ħafna.

Qawwa alkoħolika totali minima: 21 % tal-volum

Qawwa alkoħolika proprja massima: 22 % tal-volum

Il-kontenut massimu permess ta’ diossidu tal-kubrit huwa ta’ 400 milligramma għal kull litru għall-inbejjed ħelwin prodotti minn għeneb imqadded b’kontenut ta’ zokkor residwu, espress bħala zokkor, ugwali għal jew aktar minn 45 gramma għal kull litru (f’konformità mal-Parti B tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934).

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

5,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

30

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

400

3.   Inbid abjad ħelu/imqadded b’mod naturali

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dehra: oranġjo fl-isfar bi sfumaturi dehbin li jiskuraw lejn il-kannella bit-tqaddim.

Aroma: aroma qawwija u kumplessa, b’noti ta’ ħwawar, għasel u żbib u noti sussegwenti ta’ nwar tal-lumi.

Togħma: togħma ħelwa bbilanċjata b’mod effettiv bl-aċidità tal-varjetà tad-dwieli. Inbid b’palat mimli, bellusi, rikk b’noti ta’ għasel u lumi. It-togħma li tibqa’ fil-ħalq iddum ħafna u hi aromatika ħafna.

Qawwa alkoħolika naturali minima qabel it-tqaddid: 15 % tal-volum

Qawwa alkoħolika naturali minima wara t-tqaddid: 21 % vol.

Qawwa alkoħolika totali minima: 21 % tal-volum

Fir-rigward tal-qawwa alkoħolika totali massima, japplikaw il-valuri previsti fil-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti.

Il-kontenut massimu permess ta’ diossidu tal-kubrit huwa ta’ 400 milligramma għal kull litru għall-inbejjed ħelwin prodotti minn għeneb imqadded b’kontenut ta’ zokkor residwu, espress bħala zokkor, ugwali għal jew aktar minn 45 gramma għal kull litru (f’konformità mal-Parti B tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934).

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

5,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

30

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

400

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Produzzjoni ta’ nbejjed bojod xotti

Restrizzjonijiet li jappartjenu għall-vinifikazzjoni

Inbid abjad xott bid-DOP Santorini jiġi prodott b’mill-inqas 85 % għeneb Assyrtiko. Il-perċentwal li jifdal huwa magħmul minn għeneb Aidani u Athiri. Jintuża l-metodu ta’ vinifikazzjoni klassiku għall-inbid abjad. It-temperatura waqt il-fermentazzjoni alkoħolika ma għandhiex taqbeż l-20 °C.

2.   Produzzjoni ta’ nbid likur minn għeneb imqadded

Restrizzjonijiet li jappartjenu għall-vinifikazzjoni

L-inbid likur minn għeneb imqadded bid-DOP Santorini huwa magħmul minn inbid ħelu/imqadded b’mod naturali biż-żieda ta’:

alkoħol newtrali li ġej mid-dwieli, inkluż alkoħol miksub mid-distillazzjoni tal-għeneb imqadded, li għandu qawwa alkoħolika proprja ta’ mhux inqas minn 96 % vol.;

inbid jew distillat ta’ għeneb imqadded, b’qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ mhux inqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 86 % vol.;

prodotti tat-tnejn t’hawn fuq biż-żieda tal-most ta’ għeneb imqadded tal-istess varjetajiet użati biex isir l-inbid ħelu b’mod naturali;

spirtu distillat mill-inbid b’qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ mhux inqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 86 % vol.;

spirtu taż-żbib b’qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ mhux inqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 94,5 % vol.

Il-prodotti msemmija hawn fuq jiżdiedu sal-31 ta’ Mejju tas-sena eżatt wara s-sena tal-produzzjoni.

3.   Sistemi ta’ tħarriġ tad-dwieli

Metodu tal-kultivazzjoni

Id-dwieli jitħarrġu bl-użu tal-forom gobelet tradizzjonali ta’ Santorini, gobelet koljata, imsejjaħ wkoll forma ta’ kuruna, u gobelet b’qasab li jifforma ħolqa u qasab dritt.

4.   Inbid abjad ħelu/imqadded b’mod naturali

Restrizzjonijiet li jappartjenu għall-vinifikazzjoni

L-inbid abjad ħelu/imqadded b’mod naturali bid-DOP Santorini jiġi prodott b’mill-inqas 51 % għeneb tal-varjetà Assyrtiko. Il-bqija tiegħu jikkonsisti minn varjetajiet ta’ għeneb Aidani u Athiri b’ammonti żgħar ta’ varjetajiet bojod “barranin” tradizzjonalment imkabbra fil-grupp tal-gżejjer ta’ Santorini u Thirasia. Speċifikament, dawn il-varjetajiet huma Gaidouria, Katsano, Moschato abjad, Monemvassia, Platani, Potamissi u l-varjetà ħamra Roditis. L-għeneb jinħasad meta jkun misjur iżżejjed u jitħalla fix-xemx biex jinxef parzjalment. Qabel it-tqaddid, il-kontenut taz-zokkor tal-most irid ikun mill-inqas 260 gramma għal kull litru. Wara t-tqaddid, huwa 370 gramma għal kull litru. Iz-zokkrijiet u l-alkoħol fl-inbid lest huma derivati kompletament mill-għeneb vinifikat. Mhijiex permessa ż-żieda qabel, waqt jew wara l-fermentazzjoni ta’ dawn li ġejjin: most ikkonċentrat, most ikkonċentrat rettifikat, alkoħol u prodotti tad-distillazzjoni.

5.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

Prattika enoloġika speċifika

Sabiex jużaw l-indikazzjoni “Επιλεγμένος” jew “Réserve”, l-inbejjed bojod xotti bid-DOP Santorini jridu jkunu għaddew minn proċess ta’ tqaddim totali ta’ mill-inqas sena, li 6 xhur minnhom iridu jkunu fi btieti tal-ballut u 3 xhur fil-flixkun.

Sabiex jużaw l-indikazzjoni “Ειδικά Επιλεγμένος” jew “Grande Réserve”, l-inbejjed bojod xotti bid-DOP Santorini jridu jkunu għaddew minn proċess ta’ tqaddim totali ta’ mill-inqas sentejn, li 12-il xahar minnhom iridu jkunu fi btieti tal-ballut u 6 xhur fil-flixkun.

Għall-inbejjed Vinsanto, jiġifieri “inbid ħelu/imqadded b’mod naturali” jew “inbid likur minn għeneb imqadded”, hemm perjodu minimu obbligatorju ta’ 24 xahar għat-tqaddim ossidattiv, li jseħħ waqt li l-inbid ikun fi btieti tal-ballut. Il-perjodu kollu tat-tqaddim ossidattiv, idum kemm idum snin, iseħħ esklussivament fil-gżejjer ta’ Santorini u Thirasia.

L-indikazzjonijiet tat-tqaddim tal-inbejjed Vinsanto huma indikati:

“Vendemmja [sena]”, li tfisser li l-għeneb inħasad kollu fis-sena ddikjarata, u r-rekwiżit minimu ta’ sentejn ta’ tqaddim ossidattiv ġie ssodisfat.

“Imqaddem għal x snin”, fejn x tirreferi għall-għadd ta’ snin ta’ tqaddim ossidattiv fakultattiv minimu, stabbiliti bħala 4, 8, 12, 16, eċċ., b’4 snin bejniethom.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Rendiment massimu f’ettolitri tal-prodott finali għal kull ettaru

50 ettolitru għal kull ettaru

2.

Rendiment massimu f’kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

6 500 kilogramma għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni demarkata għall-inbejjed tad-DOP tkopri l-gżejjer ta’ Santorini u Thirasia.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

Aidani Aspro B

 

Athiri Β

 

Assyrtiko B

 

Gaidouria B

 

Katsano B

 

Monemvassia B - Monovassia, Monomvassitiko

 

Moschato Aspro B

 

Platani B

 

Potamissi B

 

Roditis Rs - Alepou

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Rabta relatata mal-kwalità, storika, kulturali u soċjali u l-ambjent ġeografiku tal-inbid abjad

a. Kwalità

Il-vinji ta’ Santorini huma fost l-eqdem fid-dinja kollha, u jmorru lura għaż-żminijiet preistoriċi. It-tradizzjoni tal-vitikultura ilha teżisti għal mill-inqas 3 500 sena. Il-klima unika, flimkien mal-kompożizzjoni tal-ħamrija, tfisser li l-varjetajiet tad-dwieli użati fil-vinifikazzjoni jipproduċu nbejjed b’karattru eċċellenti. Hemm deskrizzjonijiet minn vjaġġaturi tas-seklu 19 li jitkellmu dwar il-karatteristiċi organolettiċi eċċellenti tal-inbid. Dawn il-karatteristiċi huma dovuti għall-effett tal-ambjent naturali fuq l-għeneb u, b’estensjoni ta’ dan, fuq l-inbejjed ta’ Santorini. Dak iż-żmien, l-inbid ta’ Santorini kien imfittex ħafna f’pajjiżi oħra. Minħabba l-qawwa alkoħolika għolja tiegħu, għal ħafna snin kien jinbiegħ biex isaħħaħ inbejjed minn żoni oħrab’kontenut alkoħoliku baxx.

Minbarra s-sinifikat storiku tagħhom, il-vinji llum huma magħrufin għall-produzzjoni ta’ nbejjed uniċi ta’ kwalità għolja li, meta jitqaddmu, jesprimu proprju l-ħamrija ta’ Santorini, u dak it-territorju uniku tal-vinji tal-gżira.

Illum il-ġurnata, il-produtturi tal-inbid jagħmlu l-aħjar użu mill-għeneb lokali, u jonoraw il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu. Jipproduċu nbejjed ta’ kwalità, rikonoxxuti f’kompetizzjonijiet internazzjonali, kemm fil-Greċja kif ukoll f’pajjiżi oħra.

Sabiex tiġi ssalvagwardjata r-rabta bejn l-inbejjed tad-DOP Santorini u l-kwalità tagħhom, kull sena l-inbejjed jiġu soġġetti għal eżaminazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi minn kumitat stabbilit. L-inbejjed li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ma jistgħux jitpoġġew disponibbli bħala nbejjed tad-DOP Santorini.

Studju mill-Università Agrikola ta’ Ateni wera li l-inbejjed ta’ Santorini huma speċjalment rikki fil-fenoli bijoattivi, minħabba l-metodu ta’ tħarriġ uniku li juża l-forma tradizzjonali ta’ basket. Dan il-metodu karatteristiku tal-kultivazzjoni tad-dwieli ilu jintuża f’Santorini minn żmien il-qedem, u huwa kompletament konsistenti mal-karatteristiċi l-oħra tal-kultivazzjoni, kif ġej: I) il-ħamrija karatteristika, li hija ramlija, taħlita ta’ ġebla ħaffiefa u rmied, u rikka fil-manjeżju, il-kalċju u l-ħadid, b’kapaċità sinifikanti li tassorbi l-ilma; II) il-klima Mediterranja bi xtiewi moderati u sjuf friski, meta ż-żiffiet mill-baħar mit-Tramuntana jkessħu l-vinji; u III) id-differenza sinifikanti fit-temperatura bejn binhar u billejl, flimkien maċ-ċpar mill-baħar li jinżel fuq il-vinji, iżommu lid-dwieli friski u jipproteġuhom mix-xemx qawwija, u b’hekk huma ta’ benefiċċju għall-iżvilupp tal-kwalità tal-għeneb.

8.2.   Rabta relatata mal-kwalità, storika, kulturali u soċjali u l-ambjent ġeografiku tal-inbid abjad

b. Rabta storika

Fil-vjaġġ tagħna tul l-istorja tat-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-inbid ta’ Santorini, immorru lura fiż-żmien, għat-tielet millennju QK. Fl-iskavar ta’ Akrotiri, instabu affarijiet bħal faħam minn injam tad-dwieli u għenieqed ta’ għeneb bħala motifi dekorattivi fit-tpittir tal-vażuni minn dak iż-żmien, li juru li l-vitikultura kienet waħda mill-attivitajiet prinċipali tal-popolazzjoni. Il-vinji preistoriċi inqerdu mill-iżbruffar qawwi tal-vulkan, madwar l-1650 QK, li qered minn wiċċ id-dinja kull traċċa tal-ħajja umana u tal-pjanti mill-gżira għal madwar tliet sekli.

Il-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid bilfors li kienu komponent ewlieni tal-ekonomija ta’ Akrotiri meta nqerdet. Dan huwa kkonfermat mill-preżenza fiżika tal-faħam mill-injam tad-dwieli u taż-żerriegħa tal-għeneb, kif ukoll mis-sistema speċjali għat-tisħiq tal-għeneb u l-ġbir tal-most. Il-ħawt tat-tisħiq u l-bittija ta’ hawn taħt huma tagħmir essenzjali. Basket kbir mimli lajm, li nstab fil-ħawt tat-tisħiq, wassal lill-arkeologi biex jikkonkludu li l-lajm seta’ serva bħala tip ta’ filtru biex jitneħħa l-most.

L-inbejjed kienu jinħażnu f’pithoi (vażetti) li kienu jiġu ssiġillati bix-xama’. Fil-fatt, fuq l-għonq ta’ dan ir-reċipjent, hemm simboli minquxa bis-sistema tal-kitba Lineari A li ntgħarfu li jirreferu għall-inbid. B’mod ġenerali, il-multipliċità tar-reċipjenti għall-ħżin, flimkien mal-vażetti b’żennuna minnhom falza (stirrup jars), li nstabu f’Akrotiri tissuġġerixxi mhux biss produzzjoni sinifikanti tal-inbid, iżda wkoll kummerċ żviluppat tal-inbid. L-għenieqed tal-għeneb kienu jintużaw bħala motifi dekorattivi fit-tpittir tal-vażuni f’dak iż-żmien. Hemm evidenza tal-produzzjoni u l-kummerċ tal-inbid fil-forma ta’ ċerti tipi ta’ reċipjenti b’żennuni qrib il-bażijiet dojoq tagħhom, kif ukoll l-ammont varjat ta’ vażetti b’żennuna minnhom falza: vażetti magħmulin primarjament biex iġorru l-likwidi. Sa issa Santorini pprovdiet mill-inqas 50 % tal-eżempji kollha ta’ dan it-tip bikri ta’ reċipjent li nstab fir-reġjun tal-Eġew.

Skont Erodotu, il-Feniċi kienu l-ewwel nies li bbażaw ruħhom fil-post wara d-diżastru. Kemm huma kif ukoll dawk li ġew warajhom kellhom ikampaw mal-ambjent estrem biex jibqgħu ħajjin. Sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet nutrittivi tagħhom, ippruvaw jikkultivaw speċijiet differenti ta’ pjanti li ġabu magħhom u li kienu familjari magħhom. Id-dielja biss irnexxielha tissopravvivi tul is-sekli fl-ambjent ostili ta’ Santorini. Hija pjanta li kapaċi tadatta u hija speċjalment reżistenti għall-kundizzjonijiet sħan u xotti tal-gżira, b’sistema ta’ għeruq robusti u żviluppati sew li jippenetraw il-ħamrija ta’ Santorini. Aspa huwa l-isem użat min-nies tal-lokal għall-ħamrija iebsa u kumpatta ffurmata minn bosta saffi ta’ materjal vulkaniku: irmied, lava, ħaffiefa u radam. Din l-aspa għattiet is-sottoswol tal-ġebla tal-ġir u l-ġebla tal-lavanja wara bosta żbruffaturi vulkaniċi. Il-pajsaġġ tal-gżira huwa mmarkat minn sekli ta’ xogħol tal-bniedem u huwa xhieda tal-isforzi tan-nies ta’ Santorini tul iż-żmien biex jiddominaw l-art tagħhom.

Mill-perjodi arkajċi u klassiċi, ma għandniex evidenza diretta tal-kultivazzjoni tad-dwieli. Madankollu tkun ħaġa stramba jekk l-abitanti ta’ Santorini ma kinux jipprattikawha f’art daqshekk ideali. Huwa diffiċli li wieħed jimmaġina l-preżenza tal-proprjetarji sinjuri tal-art f’Santorini jekk ma kinux qed ikabbru prodott li kien irendilhom qligħ kbir. U, sal-lum, l-evidenza turi li dan il-prodott ma kien xejn ħlief l-inbid.

Mis-seklu 12 sas-seklu 17, Santorini kienet maħkuma mill-Venezjani. Mill-bidu nett, l-Ewropej apprezzaw l-inbejjed Griegi, mhux biss għall-kwalità tagħhom, iżda wkoll għax setgħu jifilħu għal vjaġġi twal bil-baħar. Għalhekk, il-bastimenti Franki u Venezjani bdew iġorru dejjem aktar inbid minn Santorini. L-aqwa żmien għall-inbejjed ta’ Santorini taħt il-ħakma Venezjana wasal fi tmiemu bil-konkwista finali mit-Torok. L-inbejjed kellhom karriera straordinarja, b’mumenti illustrużi, bħall-fama tagħhom f’Pariġi.

8.3.   Rabta relatata mal-kwalità, storika, kulturali u soċjali u l-ambjent ġeografiku tal-inbid abjad

Rabtiet kulturali, soċjali u ekonomiċi

Id-dwieli u l-inbid ilhom marbuta b’mod inseparabbli mal-ħajja kulturali, soċjali u ekonomika tan-nies ta’ Santorini minn żmien il-qedem.

Santorini dejjem għaqqdet il-produttività kbira mal-kwalità u ma’ dispożizzjoni li tħares ’il barra. Taħt il-ħakma Torka, in-nuqqas ta’ raba’ estensiv wassal biex il-popolazzjonijiet Musulmani ma bbażawx ruħhom fil-post. In-nies ta’ Santorini kienu jorganizzaw il-komunitajiet tagħhom b’mod demokratiku u, filwaqt li ħadu vantaġġ sħiħ mill-paċi li kienet issaltan fl-Eġew wara l-konkwista Ottomana, żviluppaw il-kummerċ u t-tbaħħir, bħal fiż-żminijiet preistoriċi. Lixandra, Taganrog u Kostantinopli kienu l-aktar ċentri importanti għall-esportazzjoni ta’ kwantitajiet kbar ta’ nbid minn Santorini. Huwa magħruf li, storikament, kien hemm esportazzjonijiet lejn ir-Russja mill-inqas mill-1786. Tabilħaqq, l-ekonomija ta’ Santorini ċkienet meta l-esportazzjonijiet lejn ir-Russja waqfu minħabba r-Rivoluzzjoni ta’ Ottubru.

Illum l-evidenza tal-passat qadim tal-gżira hija ppreservata fis-siti arkeoloġiċi ta’ Akrotiri u Mesa Vouno, fil-mużewijiet arkeoloġiċi ta’ Santorini u Ateni, u fiċ-Ċentru Kulturali Gyzi Megaron. Fil-fatt, il-gżira kollha, bil-kaldera, il-blat vulkaniku, l-irħula tradizzjonali, it-torrijiet u l-għerien tagħha, hija monument tal-istorja ħajja tagħha.

Illum il-ġurnata, insibu kantini tal-inbid b’tagħmir ta’ teknoloġija avvanzata, iddedikat kompletament għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità.

Din ir-rabta kulturali, soċjali u ekonomika ġiet ikkonfermata f’dawn l-aħħar snin minn sensiela ta’ avvenimenti fil-gżira, bħas-simpożji ta’ Ampelos (“Dielja”). Santorini ntgħażlet bħala l-post għal dawn is-simpożji internazzjonali tad-dwieli peress li, minbarra li hija fost l-aktar postijiet sbieħ u uniċi fid-dinja, għandha tradizzjoni ta’ 3 500 sena ta’ kultivazzjoni tad-dwieli u produzzjoni tal-inbid. Din it-tradizzjoni ġiet imrawma mill-ekosistema unika ta’ din il-gżira vulkanika fl-Eġew.

L-għan tal-ewwel simpożju, “Ampelos 2003” (il-5-7 ta’ Ġunju), kien li jagħti kontribut materjali biex tiġi stabbilita l-orjentazzjoni t-tajba għall-vitikultura fil-Greċja, u li jagħti lill-vitikulturi kemm jista’ jkun “għodod” għal vitikultura moderna u effiċjenti. L-organizzaturi tas-simpożju stiednu lill-vitikulturi, lill-produtturi tal-inbid, lill-esperti, lir-riċerkaturi u lid-diretturi tan-negozju fis-settur biex jaqsmu l-għarfien u l-fehmiet tagħhom dwar is-suġġett. Ġew mistiedna wkoll igawdu l-programm soċjali għani tas-simpożju fl-ambjent perfett: il-gżira famuża ta’ Santorini!

L-għan tat-tieni simpożju, “Ampelos 2006” (bejn l-1 u t-3 ta’ Ġunju), kien li jippreżenta l-aħħar żviluppi xjentifiċi u tekniċi lill-parteċipanti, flimkien mal-aħħar aħbarijiet tas-suq. Ipprovda opportunità għal diskussjoni siewja bejn esperti minn madwar id-dinja, flimkien ma’ rappreżentanti mill-industrija tal-inbid, ġurnalisti li jiktbu dwar l-inbid u enofilji li attendew is-simpożju. Objettiv bażiku tas-simpożju kien li jevalwa t-taħlita tal-ħamrija, il-klima u l-varjetà tad-dwieli fil-każ ta’ kull dielja, u li jqis kif jista’ jsir l-aħjar użu mill-materja prima bl-użu tal-firxa kollha ta’ tekniki tal-produzzjoni tal-inbid. Dan jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-aromi speċifi u mixtieqa, flimkien mat-togħma, tal-inbejjed ta’ kull reġjun. Fl-aħħarnett, ingħatat attenzjoni speċjali għall-istrateġiji tas-suq li setgħu jiġu adottati.

It-tielet simpożju internazzjonali, “Ampelos 2013”, sar f’Santorini fit-30 u l-31 ta’ Mejju 2013. L-objettivi kienu: żviluppi fl-adattament tal-vitikultura fil-kuntest tat-tibdil fil-klima; il-progress u l-innovazzjoni fil-produzzjoni tal-inbid; strateġiji ġodda għall-promozzjoni tal-prodotti tal-inbid fil-kundizzjonijiet ekonomiċi ġodda li kienu daħlu fis-seħħ fil-livell globali; u x-xejriet ġodda fl-implimentazzjoni ta’ prattika tajba fil-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid.

It-tema tar-raba’ simpożju internazzjonali “Ampelos” (mit-12 sal-14 ta’ Mejju) kienet “Il-vinja tal-Mediterran u t-tibdil fil-klima”. Il-preżentazzjonijiet ikkonfermaw l-effett sinifikanti tat-tibdil fil-klima, u speċjalment iż-żieda fit-temperaturi atmosferiċi medji, fuq l-iżvilupp fenoliku, il-fiżjoloġija u l-perjodi ta’ sajran tal-għeneb. Kien innutat li, matul l-aħħar 40 sena, ġiet osservata xejra fil-vinji Ewropej. Skont ir-reġjun u l-varjetà tad-dwieli, il-feġġ tal-weraq, il-fjoritura u s-sajran tal-għeneb bdew iseħħu bejn ġimagħtejn u 3 ġimgħat qabel. Fl-istess ħin, l-għeneb qed isir bis-sħiħ f’temperaturi ħafna ogħla. Il-parametri klimatiċi ewlenin huma t-temperatura, ix-xita u d-dawl tax-xemx. Kien innutat li, irrispettivament mill-mudelli ta’ tbassir għal dawk il-parametri, il-mappa Ewropea tad-dwieli u l-inbid se tinbidel b’mod sinifikanti. Il-bidla se taffettwa kemm il-mudell tal-varjetajiet tad-dwieli kif ukoll l-elementi strutturali tal-mappa. Ir-riżultati se jkunu pjuttost negattivi għall-kwalità tal-inbejjed, speċjalment dawk magħmula minn varjetajiet ta’ għeneb abjad.

8.4.   Rabta relatata mal-kwalità, storika, kulturali u soċjali u l-ambjent ġeografiku tal-inbid abjad

L-ambjent ġeografiku u l-oriġini ġeografika

Fiż-żona tal-produzzjoni għall-inbejjed bid-DOP Santorini, id-dwieli jkopru madwar 12 000 stremmata. Jibdew mil-livell tal-baħar u jestendu sa terrazzi li huma twal sa 300 metru.

Ir-reġjun għandu klima tipika Mediterranja b’xemx qawwija, sjuf sħan u xotti u xtiewi moderati. It-temperatura massima annwali medja hija ta’ 23 °C, filwaqt li dik minima hija ta’ 14-il °C. L-ammont medju annwali ta’ xita huwa bejn 250 u 370 millimetru.

Santorini hija prinċipalment iffurmata minn depożiti ta’ ħamrija lokali mill-perjodu Terzjarju, ħaffiefa u lava. Il-ħamrija ta’ Santorini hija ramlija b’ammonti żgħar ħafna ta’ tafal. Hija wkoll baxxa fil-materja organika u, bl-eċċezzjoni ta’ żona żgħira madwar l-għolja Profitis Ilias, ma fihiex karbonat tal-kalċju. Għal dawn ir-raġunijiet, minkejja l-fatt li l-art hija rikka fil-potassju, il-pjanti ma jistgħux jassorbu l-kwantitajiet meħtieġa biex jinnewtralizzaw l-aċidu tartariku fi kwalunkwe grad sinifikanti. Din hija r-raġuni għal-livell għoli ta’ aċidità tal-inbejjed ta’ Santorini. Il-klima, bl-iskarsezza tax-xita, tikkontribwixxi wkoll għall-assorbiment baxx tal-potassju, bħalma jagħmel il-fatt li l-vinji mhumiex irrigati.

Il-gżira hija eċċezzjonalment xotta. Matul ix-xhur tas-sajf, meta l-għeneb ikun qed isir, it-temperaturi matul il-ġurnata huma għoljin ħafna. Matul dan il-perjodu xott twil, il-ħtiġijiet tal-idratazzjoni tal-pjanti huma fornuti miċ-ċpar li jirriżulta mill-evaporazzjoni tal-baħar. Dan jitla’ mill-kaldera u jgħatti l-gżira.

Fl-istess ħin, matul ix-xhur tas-sajf, il-gżira tintlaqat kontinwament bla ħniena mill-irjieħ mit-Tramuntana, magħrufa bħala “Meltemi”, li jipprevjenu l-akkumulazzjoni tal-umdità fuq l-għeneb binhar. Billejl, madankollu, meta t-temperaturi jonqsu u l-kundizzjonijiet klimatiċi jsiru relattivament niedja, il-ħamrija vulkanika tal-gżira tassorbi l-umdità u, b’dan il-mod, issostni d-dwieli.

F’postijiet fejn l-art għandha inklinazzjoni wieqfa, in-nies ta’ Santorini bnew il-famużi pezoules (tarġiet). Fi kliem ieħor, iffurmaw l-art f’terrazzi sabiex jiffaċilitaw il-kultivazzjoni u jillimitaw it-telf tal-ilma.

B’riżultat ta’ din it-taħlita unika ta’ klima u ħamrija, l-għeneb ta’ Santorini jsir malajr u jżomm l-aċidità tiegħu.

Bħal kull ħaġa oħra fil-gżira ta’ Santorini li hija tant milquta mill-irjieħ, anke d-dwieli għandhom forma unika. Bejn il-pjanti, li huma baxxi, hemm spazji wisgħin. Sabiex jipproteġu l-għeneb mill-irjieħ bla heda li jolqtu l-gżira fix-xitwa, in-nies ta’ Santorini għandhom metodu ta’ rmondar tad-dwieli f’forom ta’ kuruna fejn l-għeneb jikber fuq ġewwa.

Huwa rari li jiġu affettwati b’mod sever mill-insetti jew mill-mard. L-uniku intervent tal-protezzjoni tal-pjanti huwa l-applikazzjoni preventiva darba jew darbtejn tal-kubrit fir-rebbiegħa.

Il-vinji ta’ Santorini huma l-eqdem fost dawk tal-Greċja. Xi dwieli jista’ jkollhom sa 300 sena. Id-dwieli għandhom l-għeruq tagħhom stess. Ma jitlaqqmux fuq riżomi Amerikani. Dan għaliex il-phylloxera, l-insett qerried li għadu jeqred il-vinji madwar id-dinja, qatt ma wasal hawn. B’xorti tajba, il-ħamrija vulkanika tal-gżira, bl-iskarsezza ta’ tafal u l-kontenut għoli ħafna ta’ ramel (93-97 %) tagħha, ma ssostnihx.

Konsegwentement, numru ta’ fatturi joħolqu mikroklima bħal ebda oħra fid-dinja. Din tgħin lill-għeneb isir kompletament, u tagħtih karatteristiċi speċjali bħall-aċidità għolja rifreskanti u l-qawwa alkoħolika għolja.

8.5.   Rabta relatata mal-kwalità, storika, kulturali u soċjali u l-ambjent ġeografiku tal-inbid abjad

Dettalji tal-prodott

Il-vinji tal-gżejjer ta’ Santorini u Thirasia huma punti ta’ osservazzjoni ta’ veru fuq il-Baħar Eġew. Matul is-sajf, l-irjieħ mit-Tramuntana, il-famużi Meltemi, jipprevjenu temperaturi għoljin, u b’hekk joħolqu mikroklima partikolari. Dan isaħħaħ il-maturazzjoni tal-għeneb u l-kompożizzjoni tiegħu matul l-istadju “analitiku” tas-sajran, jiġifieri billi jitqiesu l-aċidità, il-kulur, l-aromi, iz-zokkrijiet, eċċ. Ir-riżultat huwa nbejjed ta’ kwalità eċċezzjonali. L-inbejjed bid-DOP Santorini huma magħmula mill-varjetajiet ta’ għeneb lokali Assyrtiko, Athiri u Aidani.

B’mod partikolari, l-inbid abjad xott bid-DOP Santorini jiġi prodott b’mill-inqas 85 % għeneb Assyrtiko. Il-perċentwal li jifdal huwa magħmul minn għeneb Aidani u Athiri.

It-taħlita tal-klima, il-kompożizzjoni tal-ħamrija tal-gżejjer, il-varjetajiet tad-dwieli mkabbra, l-attenzjoni mogħtija lid-dwieli u t-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid użati tikkontribwixxi għall-karatteristiċi tal-kwalità tal-inbejjed tad-DOP Santorini. Din it-taħlita tippermettilhom jitqaddmu u jtejbu l-karatteristiċi tagħhom maż-żmien. L-inbid abjad xott imqaddem għandu kulur isfar dehbi skur bi sfumaturi oranġjo. L-aromi tiegħu huma fil-biċċa l-kbira tal-fjuri u ta’ frott aħdar, bħal sfarġel u bosta frottiet li jagħtu l-ġamm. Huma preżenti wkoll noti ta’ġewż bħal lewż u ġellewż inkaljat. Spiss jinstabu noti ta’ ħwawar, bħall-kemmun u l-kosbor, ħxejjex aromatiċi bħall-ġeranju, is-sagħtar, is-salvja, il-kamumella u finitura ta’ tin imqadded. L-aromi huma preżenti wkoll bħala togħmiet, flimkien mal-għasel u l-frott imqadded. L-inbejjed imqaddmin għandhom ukoll konsistenza qisha butir. Minħabba dan t’hawn fuq, dawn l-inbejjed għandhom palat rikk u kumplessi, u togħma li tibqa’ fil-ħalq li hi saħansitra itwal.

8.6.   Rabta relatata mal-kwalità, storika, kulturali u soċjali u l-ambjent ġeografiku tal-inbid abjad

Interazzjonijiet kawżali

Kif ġie spjegat fid-dettall fit-taqsimiet ta’ hawn fuq, l-uniċità tal-inbejjed bid-DOP Santorini hija dovuta għall-karatteristiċi speċifiċi tal-gżira u t-tekniki speċifiċi tal-kultivazzjoni. Dawn jinkludu:

1.

It-tħarriġ f’forma ta’ “basket”. Il-metodu karatteristiku tal-kultivazzjoni tad-dwieli użat f’Santorini, prattika lokali li baqgħet ħajja minn żminijiet imgħoddija sal-lum. Biex jiffurmaw il-“basktijiet”, il-vitikulturi esperjenzati ta’ Santorini jgħawġu l-qasab flimkien biex jiffurmaw kuruni kbar, bħal basktijiet naturali, li jistrieħu fuq il-ħamrija vulkanika tal-gżira. L-għeneb isir ġewwa l-protezzjoni tal-basktijiet, fejn ma jkunx f’riskju. Fl-istess ħin, id-dwieli kapaċi jifilħu għall-kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi partikolarment diffiċli ta’ Santorini. Dawn huma kif ġej:

irjieħ qawwija ħafna, speċjalment fir-rebbiegħa, l-istaġun li fih jidhru r-rimjiet il-ġodda;

ramel li jtir bis-saħħa mill-ħamrija vulkanika, minħabba r-riħ;

xemx tiżreġ matul is-sajf;

nuqqas ta’ ilma (ħlief għaċ-ċpar mill-baħar billejl);

2.

Il-ħamrija karatteristika, li hija ramlija, taħlita ta’ ġebla ħaffiefa u rmied, u rikka fil-manjeżju, il-kalċju u l-ħadid, b’kapaċità sinifikanti li tassorbi l-ilma;

3.

Il-klima Mediterranja bi xtiewi moderati u sjuf friski, meta ż-żiffiet mill-baħar mit-Tramuntana jkessħu l-vinji; u

4.

Id-differenza sinifikanti fit-temperatura bejn binhar u billejl, flimkien maċ-ċpar mill-baħar li jinżel fuq il-vinji, iżommu lid-dwieli friski u jipproteġuhom mix-xemx qawwija, u b’hekk huma ta’ benefiċċju għall-iżvilupp tal-kwalità tal-għeneb.

Il-mikroklima distintiv tal-gżejjer fiż-żona demarkata tinteraġixxi mar-riljiev tal-art, u l-varjetajiet tad-dwieli taż-żona jipproduċu inbejjed b’kumplessità aromatika kbira. Jiddomina l-frott taċ-ċitru, speċjalment il-fjuri taċ-ċitru, bħas-citron, il-lumi, it-tronġ u l-larinġ tad-demm. Il-frott b’polpa bajda wkoll huwa speċjalment prevalenti, u l-istess jgħodd għall-frott aħdar bħal-lanġas u t-tuffieħ aħdar. Imbagħad hemm il-frott tal-għadma bħall-ħawħ abjad, il-berquq u n-naspli. U wara nsibu l-frott tropikali, pereżempju l-mango, l-ananas, il-liċċi u l-bettieħ. Bħala togħma, l-impressjoni inizjali hija sens qawwi ta’ aċidità bbilanċjat bis-sensazzjoni sħuna u ħelwa tal-livell għoli ta’ alkoħol. Il-frott taċ-ċitru, u speċjalment il-fjuri, jiddominaw mas-citron, il-lumi, il-lajm, it-tronġ u l-larinġ tad-demm, flimkien mal-frott b’polpa bajda bħal-lanġas, li huwa prinċipju karatteristiku ta’ Assyrtiko, u t-tuffieħ aħdar, u l-frott tal-għadma bħall-ħawħ abjad, il-berquq u l-frott aħdar (liċċi, naspli). Skont il-kwantitajiet ta’ Athiri u Aidani, nistgħu nsibu wkoll frott tropikali bħal mango u ananas. Karatteristika oħra misjuba f’Santorini hija t-togħma mielħa qawwija. Din ma għandhiex x’taqsam mal-varjetà tad-dwieli iżda pjuttost mal-prossimità tal-vinji għall-baħar. Saħansitra karatteristika oħra qawwija tat-togħma hija l-mineralità, jiġifieri t-togħma ta’ ġebel imxarrab.

Minħabba dan ta’ hawn fuq, l-inbejjed ta’ Santorini huma rikki, korpużi, u jħallu togħma li tippersisti għal diversi sekondi.

8.7.   Rabta relatata mal-kwalità, storika u kulturali mal-ambjent ġeografiku tal-inbid ħelu/imqadded b’mod naturali u l-inbid likur minn għeneb imqadded

Kwalità

Il-vinji ta’ Santorini huma fost l-eqdem fid-dinja kollha, u jmorru lura għaż-żminijiet preistoriċi. It-tradizzjoni tal-vitikultura ilha teżisti għal mill-inqas 3 500 sena. Il-klima unika, flimkien mal-kompożizzjoni tal-ħamrija, tfisser li l-varjetajiet tad-dwieli użati fil-vinifikazzjoni jipproduċu nbejjed b’karattru eċċellenti. Il-vjaġġaturi tas-seklu 19 jiddeskrivu l-karatteristiċi organolettiċi eċċellenti tal-inbid. Dawn il-karatteristiċi huma dovuti għall-effett tal-ambjent naturali fuq l-għeneb u, konsegwentement, fuq l-inbejjed ta’ Santorini. Dak iż-żmien, l-inbid ta’ Santorini kien imfittex ħafna f’pajjiżi oħra. Minħabba l-qawwa alkoħolika għolja tiegħu, għal ħafna snin kien jinbiegħ biex isaħħaħ inbejjed b’kontenut alkoħoliku baxx minn żoni oħra.

Minbarra s-sinifikat storiku tagħhom, il-vinji llum huma magħrufin għall-produzzjoni ta’ nbejjed uniċi ta’ kwalità għolja li, meta jitqaddmu, jesprimu proprju l-ħamrija ta’ Santorini, u dak it-territorju uniku tal-vinji tal-gżira.

Illum il-ġurnata, il-produtturi tal-inbid jagħmlu l-aħjar użu mill-għeneb lokali, u jonoraw il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu. Jipproduċu nbejjed ta’ kwalità, rikonoxxuti f’kompetizzjonijiet internazzjonali, kemm fil-Greċja kif ukoll f’pajjiżi oħra.

Sabiex tiġi ssalvagwardjata r-rabta bejn l-inbejjed tad-DOP Santorini u l-kwalità tagħhom, kull sena l-inbejjed jiġu soġġetti għal eżaminazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi minn kumitat stabbilit. L-inbejjed li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ma jistgħux ikunu disponibbli bħala nbejjed tad-DOP Santorini.

Studju mill-Università Agrikola ta’ Ateni wera li l-inbejjed ta’ Santorini huma speċjalment rikki fil-fenoli bijoattivi, minħabba l-metodu ta’ tħarriġ uniku li juża l-forma tradizzjonali ta’ basket. Dan il-metodu karatteristiku tal-kultivazzjoni tad-dwieli ilu jintuża f’Santorini minn żminijiet il-qedem, u huwa kompletament konsistenti mal-karatteristiċi l-oħra tal-kultivazzjoni, kif ġej.

I)

il-ħamrija karatteristika, li hija ramlija, taħlita ta’ ġebla ħaffiefa u rmied, u rikka fil-manjeżju, il-kalċju u l-ħadid, b’kapaċità sinifikanti li tassorbi l-ilma;

II)

il-klima Mediterranja bi xtiewi moderati u sjuf friski, meta ż-żiffiet mill-baħar mit-Tramuntana jkessħu l-vinji;

III)

id-differenza sinifikanti fit-temperatura bejn binhar u billejl, flimkien maċ-ċpar mill-baħar li jinżel fuq il-vinji, iżommu lid-dwieli friski u jipproteġuhom mix-xemx qawwija, u b’hekk huma ta’ benefiċċju għall-iżvilupp tal-kwalità tal-għeneb.

8.8.   Rabta relatata mal-kwalità, storika u kulturali mal-ambjent ġeografiku tal-inbid ħelu/imqadded b’mod naturali u l-inbid likur minn għeneb imqadded

Rabta storika

Fil-vjaġġ tagħna tul l-istorja tat-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-inbid ta’ Santorini, immorru lura fiż-żmien għat-tielet millennju QK. Fl-iskavar ta’ Akrotiri, instabu affarijiet bħal faħam minn injam tad-dwieli u għenieqed ta’ għeneb bħala motifi dekorattivi fit-tpittir tal-vażuni minn dak iż-żmien, li juru li l-vitikultura kienet waħda mill-attivitajiet prinċipali tal-popolazzjoni. Il-vinji preistoriċi inqerdu mill-iżbruffar qawwi tal-vulkan, madwar l-1650 QK, li qered minn wiċċ id-dinja kull traċċa tal-ħajja umana u tal-pjanti mill-gżira għal madwar tliet sekli.

Il-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid bilfors li kienu komponent ewlieni tal-ekonomija ta’ Akrotiri meta nqerdet. Dan huwa kkonfermat mill-preżenza fiżika tal-faħam mill-injam tad-dwieli u taż-żerriegħa tal-għeneb, kif ukoll mis-sistema speċjali għat-tisħiq tal-għeneb u l-ġbir tal-most. Il-ħawt tat-tisħiq u l-bittija t’hawn taħt huma t-tagħmir essenzjali. Fl-istess ħin, basket kbir mimli lajm, li nstab fil-ħawt tat-tisħiq, wassal lill-arkeologi biex jikkonkludu li l-lajm seta’ serva bħala tip ta’ filtru biex jitneħħa l-most.

L-inbejjed kienu jinħażnu f’pithoi (vażetti) li kienu jiġu ssiġillati bix-xama’. Fil-fatt, fuq l-għonq ta’ dan ir-reċipjent, hemm simboli minquxa bis-sistema tal-kitba Lineari A li ntgħarfu li jirreferu għall-inbid. B’mod ġenerali, il-multipliċità tar-reċipjenti għall-ħżin, flimkien mal-vażetti b’żennuna minnhom falza (stirrup jars), li nstabu f’Akrotiri tissuġġerixxi mhux biss produzzjoni sinifikanti tal-inbid, iżda wkoll kummerċ żviluppat tal-inbid. L-għenieqed tal-għeneb kienu jintużaw bħala motifi dekorattivi fit-tpittir tal-vażuni f’dak iż-żmien. Hemm evidenza tal-produzzjoni u l-kummerċ tal-inbid fil-forma ta’ ċerti tipi ta’ reċipjenti b’żennuni qrib il-bażijiet dojoq tagħhom, kif ukoll l-ammont varjat ta’ vażetti b’żennuna minnhom falza: vażetti magħmulin primarjament biex iġorru l-likwidi. Sa issa Santorini pprovdiet mill-inqas 50 % tal-eżempji kollha ta’ dan it-tip bikri ta’ reċipjent li nstab fir-reġjun tal-Eġew.

Skont Erodotu, il-Feniċi kienu l-ewwel nies li bbażaw ruħhom fil-post wara d-diżastru. Kemm huma kif ukoll dawk li ġew warajhom kellhom ikampaw mal-ambjent estrem biex jibqgħu ħajjin. Sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet nutrittivi tagħhom, ippruvaw jikkultivaw speċijiet differenti ta’ pjanti li ġabu magħhom u li kienu familjari magħhom. Id-dielja biss irnexxielha tissopravvivi tul is-sekli fl-ambjent ostili ta’ Santorini. Hija pjanta li kapaċi tadatta u hija speċjalment reżistenti għall-kundizzjonijiet sħan u xotti tal-gżira, b’għeruq robusti u żviluppati sew li jippenetraw il-ħamrija ta’ Santorini. Aspa huwa l-isem użat min-nies tal-lokal għall-ħamrija iebsa u kumpatta ffurmata minn bosta saffi ta’ materjal vulkaniku: irmied, lava, ħaffiefa u radam. Din l-aspa għattiet is-sottoswol tal-ġebla tal-ġir u l-ġebla tal-lavanja wara bosta żbruffaturi vulkaniċi. Il-pajsaġġ tal-gżira huma mmarkat minn sekli ta’ xogħol tal-bniedem u huwa xhieda tal-isforzi tan-nies ta’ Santorini tul iż-żmien biex jiddominaw l-art tagħhom.

Mill-perjodi arkajċi u klassiċi, ma għandniex evidenza diretta tal-kultivazzjoni tad-dwieli. Madankollu tkun ħaġa stramba jekk l-abitanti ta’ Santorini ma kinux jipprattikawha f’art daqshekk ideali. Huwa diffiċli li wieħed jimmaġina l-preżenza tal-proprjetarji sinjuri tal-art f’Santorini jekk ma kinux qed ikabbru prodott li kien irendilhom qligħ kbir. U, sal-lum, l-evidenza turi li dan il-prodott ma kien xejn ħlief l-inbid.

Mis-seklu 12 sas-seklu 17, Santorini kienet maħkuma mill-Venezjani. Mill-bidu nett, l-Ewropej apprezzaw l-inbejjed Griegi, mhux biss għall-kwalità tagħhom, iżda wkoll għax setgħu jifilħu għal vjaġġi twal bil-baħar. Għalhekk, il-bastimenti Franki u Venezjani bdew iġorru dejjem aktar inbid minn Santorini. L-aqwa żmien għall-inbejjed ta’ Santorini taħt il-ħakma Venezjana wasal fi tmiemu bil-konkwista finali mit-Torok. L-inbejjed kellhom karriera straordinarja, b’mumenti illustrużi, bħall-fama tagħhom f’Pariġi.

8.9.   Rabta relatata mal-kwalità, storika u kulturali mal-ambjent ġeografiku tal-inbid ħelu/imqadded b’mod naturali u l-inbid likur minn għeneb imqadded

Rabtiet kulturali, soċjali u ekonomiċi

Id-dwieli u l-inbid ilhom marbuta b’mod inseparabbli mal-ħajja kulturali, soċjali u ekonomika tan-nies ta’ Santorini minn żmien il-qedem.

Il-Vinsanto jkompli t-tradizzjoni tal-passos, l-isem għall-inbid imqadded ta’ żmien il-qedem li għalih kienu magħrufa l-gżejjer tal-Eġew.

Ftit hemm inbejjed illum li żammew l-istess forma u metodi ta’ produzzjoni bħal fi żmien il-Greċja tal-qedem. B’togħma ħelwa fuq l-ilsien, Esjodu, fis-seba’ seklu QK, kiteb: “Uri l-għeneb lix-xemx għal 10 ijiem u ljieli, u ħallih fid-dell għal ħamsa”. B’dan il-mod, jagħtina r-riċetta antika għall-produzzjoni tal-inbid.

Il-Vinsanto jpaxxina bl-istess togħma tal-inbejjed li jinxtorbu mhux dilwiti fis-simpożji ta’ Platun u Sokrate.

Fis-seklu 12, il-konkwistaturi Venezjani taw isem ġdid lil dan l-inbid, u sejħulu “Vino di Santorini” (inbid ta’ Santorini). Dan sar “Vino Santo” u sussegwentement “Vinsanto”. Taħt l-isem “Vinsanto”, wasal fil-portijiet ta’ Kostantinopli, ir-Russja, Trieste, Ancona u Venezja. Dan l-inbid ħelu famuż, li jimmanifesta l-uniċità ta’ Santorini, ikkumplimenta ċ-ċeni stravaganti tal-ħakkiema medjevali. Għal ħafna sekli, kien jintuża bħala l-inbid tat-tqarbin fil-kalċi tal-Knisja Ortodossa tar-Russja kollha.

L-ewwel referenza magħrufa għall-isem “Vinsanto” tmur lura għall-1729. F’ittra lill-Isqof Kattoliku tal-gżira, xi kaptani baħrin kitbu li bastiment tal-pirati kien seraq minn żewġ bastimenti minn Santorini u ħa għaxar btieti nbid u ħamsa Vinsanto.

Santorini dejjem għaqqdet il-produttività kbira mal-kwalità u ma’ dispożizzjoni li tħares ’il barra. L-esportazzjonijiet tal-Vinsanto laħqu l-ogħla livell tagħhom matul il-ħakma Venezjana u dik Torka, u għal darba oħra fis-seklu 19 meta Santorini esportat aktar inbejjed mill-bqija tal-Greċja f’daqqa. Taħt il-ħakma Torka, in-nuqqas ta’ raba’ estensiv wassal biex il-popolazzjonijiet Musulmani ma bbażawx ruħhom fil-post. In-nies ta’ Santorini kienu jorganizzaw il-komunitajiet tagħhom b’mod demokratiku u, filwaqt li ħadu vantaġġ sħiħ mill-paċi li kienet issaltan fl-Eġew wara l-konkwista Ottomana, żviluppaw il-kummerċ u t-tbaħħir, bħal fiż-żminijiet preistoriċi. Lixandra, Taganrog u Kostantinopli kienu l-aktar ċentri importanti għall-esportazzjoni ta’ kwantitajiet kbar ta’ nbid minn Santorini. Huwa magħruf li, storikament, il-Vinsanto ilu jiġi esportat lejn ir-Russja mill-inqas mill-1786. Tabilħaqq, l-ekonomija ta’ Santorini ċkienet meta l-esportazzjonijiet ta’ Vinsanto lejn ir-Russja waqfu minħabba r-Rivoluzzjoni ta’ Ottubru.

Illum l-evidenza tal-passat qadim tal-gżira hija ppreservata fis-siti arkeoloġiċi ta’ Akrotiri u Mesa Vouno, fil-mużewijiet arkeoloġiċi ta’ Santorini u Ateni, u fiċ-Ċentru Kulturali Gyzi Megaron. Fil-fatt, il-gżira kollha, bil-kaldera, il-blat vulkaniku, l-irħula tradizzjonali, it-torrijiet u l-għerien tagħha, hija monument tal-istorja ħajja tagħha.

Illum il-ġurnata, insibu kantini tal-inbid b’tagħmir ta’ teknoloġija avvanzata, iddedikat kompletament għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità.

Din ir-rabta kulturali, soċjali u ekonomika ġiet ikkonfermata f’dawn l-aħħar snin minn sensiela ta’ avvenimenti fil-gżira, bħas-simpożji ta’ Ampelos (“Dielja”). Santorini ntgħażlet bħala l-post għal dawn is-simpożji internazzjonali tad-dwieli peress li, minbarra li hija fost l-aktar postijiet sbieħ u uniċi fid-dinja, għandha tradizzjoni ta’ 3 500 sena ta’ kultivazzjoni tad-dwieli u produzzjoni tal-inbid. Din it-tradizzjoni ġiet imrawma mill-ekosistema unika ta’ din il-gżira vulkanika fl-Eġew.

8.10.   Rabta relatata mal-kwalità, storika u kulturali mal-ambjent ġeografiku tal-inbid ħelu/imqadded b’mod naturali u l-inbid likur minn għeneb imqadded

L-ambjent ġeografiku u l-oriġini ġeografika

Fiż-żona tal-produzzjoni għall-inbejjed bid-DOP Santorini, id-dwieli jkopru madwar 12 000 stremmata. Jibdew mil-livell tal-baħar u jestendu sa terrazzi li huma twal sa 300 metru.

Ir-reġjun għandu klima tipika Mediterranja b’xemx qawwija, sjuf sħan u xotti u xtiewi moderati. It-temperatura massima annwali medja hija ta’ 23 °C, filwaqt li dik minima hija ta’ 14-il °C. L-ammont medju annwali ta’ xita huwa bejn 250 u 370 millimetru.

Santorini hija prinċipalment iffurmata minn depożiti ta’ ħamrija lokali mill-perjodu Terzjarju, ħaffiefa u lava. Il-ħamrija ta’ Santorini hija ramlija b’ammonti żgħar ħafna ta’ tafal. Hija wkoll baxxa fil-materja organika u, bl-eċċezzjoni ta’ żona żgħira madwar l-għolja Profitis Ilias, ma fihiex karbonat tal-kalċju. Għal dawn ir-raġunijiet, minkejja l-fatt li l-art hija rikka fil-potassju, il-pjanti ma jistgħux jassorbu l-kwantitajiet meħtieġa biex jinnewtralizzaw l-aċidu tartariku fi kwalunkwe grad sinifikanti. Din hija r-raġuni għal-livell għoli ta’ aċidità tal-inbejjed ta’ Santorini. Il-klima, bl-iskarsezza tax-xita, tikkontribwixxi wkoll għall-assorbiment baxx tal-potassju, bħalma jagħmel il-fatt li l-vinji mhumiex irrigati.

Il-gżira hija eċċezzjonalment xotta. Matul ix-xhur tas-sajf, meta l-għeneb ikun qed isir, it-temperaturi matul il-ġurnata huma għoljin ħafna. Matul dan il-perjodu xott twil, il-ħtiġijiet tal-idratazzjoni tal-pjanti huma fornuti miċ-ċpar li jirriżulta mill-evaporazzjoni tal-baħar. Dan jitla’ mill-kaldera u jgħatti l-gżira.

Fl-istess ħin, matul ix-xhur tas-sajf, il-gżira tintlaqat kontinwament bla ħniena mill-irjieħ mit-Tramuntana, magħrufa bħala “Meltemi”, li jipprevjenu l-akkumulazzjoni tal-umdità fuq l-għeneb binhar. Billejl, madankollu, meta t-temperaturi jaqgħu u l-kundizzjonijiet klimatiċi jsiru relattivament niedja, il-ħamrija vulkanika tal-gżira tassorbi l-umdità u, b’dan il-mod, issostni d-dwieli.

F’postijiet fejn l-art għandha inklinazzjoni wieqfa, in-nies ta’ Santorini bnew il-famużi pezoules (tarġiet). Fi kliem ieħor, iffurmaw l-art f’terrazzi sabiex jiffaċilitaw il-kultivazzjoni u jillimitaw it-telf tal-ilma.

B’riżultat ta’ din it-taħlita unika ta’ klima u ħamrija, l-għeneb ta’ Santorini jsir malajr u jżomm l-aċidità tiegħu.

Bħal kull ħaġa oħra fil-gżira ta’ Santorini li hija tant milquta mill-irjieħ, anke d-dwieli għandhom forma unika. Bejn il-pjanti, li huma baxxi, hemm spazji wesgħin. Sabiex jipproteġu l-għeneb mill-irjieħ bla heda li jolqtu l-gżira fix-xitwa, in-nies ta’ Santorini għandhom metodu ta’ rmondar tad-dwieli f’forom ta’ kuruna fejn l-għeneb jikber fuq ġewwa.

Huwa rari li jiġu affettwati b’mod sever mill-insetti jew mill-mard. L-uniku intervent tal-protezzjoni tal-pjanti huwa l-applikazzjoni preventiva darba jew darbtejn tal-kubrit fir-rebbiegħa.

Il-vinji ta’ Santorini huma l-eqdem fost dawk tal-Greċja. Xi dwieli jistgħu jkun li għandhom anke sa 300 sena. Id-dwieli għandhom l-għeruq tagħhom stess. Ma jitlaqqmux fuq riżomi Amerikani. Dan għaliex il-phylloxera, l-insett qerried li għadu jeqred il-vinji madwar id-dinja, qatt ma wasal hawn. B’xorti tajba, il-ħamrija vulkanika tal-gżira, bl-iskarsezza ta’ tafal u l-kontenut għoli ħafna ta’ ramel (93-97 %) tagħha, ma ssostnihx.

Konsegwentement, għadd ta’ fatturi joħolqu mikroklima unika fid-dinja, li tgħin lill-għeneb jimmatura bis-sħiħ. Flimkien mal-effetti tal-esponiment għax-xemx u tat-tqaddim, dawn il-fatturi jirriżultaw fil-produzzjoni ta’ nbejjed ħelwin bil-karatteristiċi konċentrati tagħhom u sensazzjoni bellusija mill-isbaħ fil-ħalq.

8.11.   Rabta relatata mal-kwalità, storika u kulturali mal-ambjent ġeografiku tal-inbid ħelu/imqadded b’mod naturali u l-inbid likur minn għeneb imqadded

Dettalji tal-prodott

Il-vinji tal-gżejjer ta’ Santorini u Thirasia huma punti ta’ osservazzjoni ta’ veru fuq il-Baħar Eġew. Matul is-sajf, l-irjieħ mit-Tramuntana, il-famużi Meltemi, jipprevjenu temperaturi għoljin, u b’hekk joħolqu mikroklima partikolari. Dan isaħħaħ il-maturazzjoni tal-għeneb u l-kompożizzjoni tiegħu matul l-istadju “analitiku” tas-sajran, jiġifieri billi jitqiesu l-aċidità, il-kulur, l-aromi, iz-zokkrijiet, eċċ. Ir-riżultat huwa nbejjed ta’ kwalità eċċezzjonali.

Barra minn hekk, it-taħlita tal-klima, il-kompożizzjoni tal-ħamrija tal-gżejjer, il-varjetajiet tad-dwieli mkabbra, l-attenzjoni mogħtija lid-dwieli u t-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid użati tikkontribwixxi għall-karatteristiċi tal-kwalità tal-inbejjed tad-DOP Santorini.

L-inbid abjad ħelu/imqadded b’mod naturali u l-inbid likur minn għeneb imqadded bid-DOP Santorini jiġu prodotti b’mill-inqas 51 % għeneb tal-varjetà Assyrtiko. Il-bqija tagħhom jikkonsistu minn varjetajiet ta’ għeneb Aidani u Athiri b’ammonti żgħar ta’ varjetajiet bojod “barranin” imkabbra bil-mod tradizzjonali fil-grupp tal-gżejjer ta’ Santorini u Thirasia. Speċifikament, dawn il-varjetajiet huma Gaidouria, Katsano, Moschato abjad, Monemvassia, Platani, Potamissi u l-varjetà ħamra Roditis.

Wara l-ħsad, l-għeneb maħsub għall-produzzjoni tal-Vinsanto jitħalla jinxef fix-xemx sħuna tal-Eġew, filwaqt li l-proprjetajiet tal-iskular tal-ħamrija jipproteġuh mit-taħsir. Wara bejn 7 ijiem u 12-il jum, l-għeneb ikun tilef il-maġġoranza tal-umdità tiegħu filwaqt li l-karatteristiċi kollha jkunu kisbu konċentrazzjoni. L-għeneb imbagħad jitgħaffeġ u jingħasar bil-galbu, u tibda l-fermentazzjoni bil-mod, li tiġi mmonitorjata kuljum. Minħabba l-kontenut għoli ta’ zokkor, il-fermentazzjoni tieqaf b’mod prematur. Ir-riżultat huwa nbid ħelu naturali mingħajr iż-żieda ta’ alkoħol qawwi. L-inbid imbagħad jiġi mmaturat fil-btieti tal-ballut għal mill-inqas 24 xahar. Iż-żmien huwa ħanin mal-Vinsanto, u ta’ valur inkalkulabbli fl-għoti ta’ aromi u togħma hekk kif l-inbid jistrieħ seren fil-kantini mudlama tal-gżejjer. Iż-żmien jikkonċentra l-karatteristiċi tal-Vinsanto, jagħtih sensazzjoni bellusija mill-isbaħ fil-ħalq, u jagħmel it-tqaddim parti integrali mill-produzzjoni tiegħu.

Il-produzzjoni tal-Vinsanto teħtieġ madwar 6 kilogrammi għeneb għal kull litru. Dan jista’ jitla’ anke sa 10, skont l-evaporazzjoni waqt it-tqaddim fit-tul. Għalhekk huwa rari immens, bħal kull ħaġa ta’ valur kbir.

Il-varjetajiet tal-għeneb lokali imsemmija qabel użati biex jipproduċu l-Vinsanto jikkontribwixxu bil-modi tagħhom għall-kobor tiegħu. Assyrtiko jikkontribwixxi għall-aċidità qawwija, in-nobbiltà u n-noti minerali; Aidani, il-palat u l-profondità, u l-aroma tiegħu; u Athiri l-finezza u l-karattru delikat. Flimkien, ilkoll jikkontribwixxu għall-kumplessità tal-Vinsanto.

8.12.   Rabta relatata mal-kwalità, storika u kulturali mal-ambjent ġeografiku tal-inbid ħelu/imqadded b’mod naturali u l-inbid likur minn għeneb imqadded

f. Interazzjoni kawżali

Kif ġie spjegat fid-dettall fit-taqsimiet ta’ hawn fuq, l-uniċità tal-inbejjed bid-DOP Santorini hija dovuta għall-karatteristiċi speċifiċi tal-gżejjer u t-tekniki speċifiċi tal-kultivazzjoni. Speċifikament:

1.

It-tħarriġ f’forma ta’ “basket”. Il-metodu karatteristiku tal-kultivazzjoni tad-dwieli użat f’Santorini, prattika lokali li baqgħet ħajja minn żminijiet imgħoddija sal-lum. Biex jiffurmaw il-“basktijiet”, il-vitikulturi esperjenzati ta’ Santorini jgħawġu l-qasab flimkien biex jiffurmaw kuruni kbar, bħal basktijiet naturali, li jistrieħu fuq il-ħamrija vulkanika tal-gżira. L-għeneb isir ġewwa l-protezzjoni tal-basktijiet, fejn ma jkunx f’riskju. Fl-istess ħin, id-dwieli kapaċi jifilħu għall-kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi partikolarment diffiċli ta’ Santorini. Dawn huma kif ġej:

irjieħ qawwija ħafna, speċjalment fir-rebbiegħa, l-istaġun li fih jidhru r-rimjiet il-ġodda;

ramel li jtir bis-saħħa mill-ħamrija vulkanika, minħabba r-riħ;

xemx tiżreġ matul is-sajf;

nuqqas ta’ ilma (ħlief għaċ-ċpar mill-baħar billejl);

2.

Il-ħamrija karatteristika, li hija ramlija, taħlita ta’ ġebla ħaffiefa u rmied, u rikka fil-manjeżju, il-kalċju u l-ħadid, b’kapaċità sinifikanti li tassorbi l-ilma;

3.

Il-klima Mediterranja bi xtiewi moderati u sjuf friski, meta ż-żiffiet mill-baħar mit-Tramuntana jkessħu l-vinji; u

4.

Id-differenza sinifikanti fit-temperatura bejn binhar u billejl, flimkien maċ-ċpar mill-baħar li jinżel fuq il-vinji, iżommu lid-dwieli friski u jipproteġuhom mix-xemx qawwija, u b’hekk huma ta’ benefiċċju għall-iżvilupp tal-kwalità tal-għeneb.

L-interazzjoni ta’ dawn il-fatturi kollha, flimkien mal-effett li l-għeneb jitħalla fix-xemx, jipproduċi nbejjed b’aroma qawwija u kumplessa. Hemm noti ta’ ħwawar, ġulepp taż-żbib, ċikkulata, kafè, te, ċirasa qarsa, pruni u tin, ġamm taċ-ċirasa u taċ-ċirasa qarsa, u xehda. Waqt it-tqaddim, l-aromi jsiru aktar qawwija u kumplessi. It-togħma hija rikka, b’aċidità sorprendenti li tibbilanċja l-ħlewwa. Inbid b’palat mimli, bellusi, rikk b’noti ta’ għasel u lumi. Inbid b’kumplessità unika ta’ aromi u togħma, struttura eċċellenti u togħma li ddum.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

 

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar tal-inbid

 

Qafas legali:

 

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

 

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

 

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

 

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

1.   Termini li jirreferu għal ċerti metodi ta’ produzzjoni

Fid-Deċiżjoni Ministerjali Nru 280557/9.6.2005 li tistabbilixxi ż-żmien għas-sajran, it-tqaddim u t-tqegħid fis-suq ta’ nbejjed b’Denominazzjoni ta’ Oriġini ta’ Kwalità Superjuri u Nbejjed Lokali, u t-termini użati fuq it-tikkettar ta’ nbejjed bħal dawn relatati mal-metodu tal-produzzjoni jew il-metodi tal-preparazzjoni tagħhom (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 818/15.6.2005), l-Artikolu 1 jirreferi għall-kundizzjonijiet għall-użu tal-indikazzjoni li ġejjin:

“ΝΕΟΣ ΟΙΝΟΣ” jew “ΝΕΑΡΟΣ ΟΙΝΟΣ” (INBID ĠDID)

“ΩΡΙΜΑΝΣΗ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” jew “ΩΡΙΜΑΣΕ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” (IMMATURAT FIL-BITTIJA)

“ΠΑΛΑΙΩΜΕΝΟΣ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” jew “ΠΑΛΑΙΩΣΗ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” (IMQADDEM FIL-BITTIJA)

2.   Id-dikjarazzjoni tal-vendemmja fuq it-tikkettar

Meta jintużaw it-termini “ΝΕΟΣ ΟΙΝΟΣ” jew “ΝΕΑΡΟΣ ΟΙΝΟΣ” (“INBID ĠDID”) fuq it-tikkettar tal-inbejjed, huwa obbligatorju li tiġi stampata s-sena inizjali, f’konformità mal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 280557/9.6.2005 li tistabbilixxi ż-żmien għas-sajran, it-tqaddim u t-tqegħid fis-suq ta’ nbejjed b’Denominazzjoni ta’ Oriġini ta’ Kwalità Superjuri u Nbejjed Lokali, u t-termini użati fuq it-tikkettar ta’ nbejjed bħal dawn relatati mal-metodu tal-produzzjoni jew il-metodi tal-preparazzjoni tagħhom (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 818/15.6.2005).

3.   Termini tradizzjonali

It-termini tradizzjonali f’konformità mad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 235309/7.2.2002 li tapprova t-termini tradizzjonali għall-inbejjed marbuta mad-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 179/6.2005).

Skont din id-Deċiżjoni Ministerjali, it-termini tradizzjonali li jistgħu jintużaw fuq it-tikkettar tal-inbejjed bid-DOP Santorini huma: ΛΕΥΚΟΣ ΑΠΟ ΛΕΥΚΑ ΣΤΑΦΥΛΙΑ / Blanc de blancs, ΑΠΟ ΝΗΣΙΩΤΙΚΟ(ΟΥΣ) ΑΜΠΕΛΩΝΑ(ΕΣ) / Vin de vignoble(s) insulaire(s) [Inbid minn vinji fuq gżejjer], ΑΠΟ ΑΜΠΕΛΩΝΑ(ΕΣ) ΣΕ ΠΕΖΟΥΛΕΣ / Vin de vignobles en terrasses [Inbid minn vinji fuq terrazzi], ΟΙΝΟΣ ΛΟΦΩΝ / Vin de collines [Inbid mill-ġnub tal-għoljiet], ΟΙΝΟΣ ΠΛΑΓΙΩΝ / Vin de coteaux [Inbid mill-għoljiet], Λιαστός [Imqadded], VINSANTO, ΝΥΧΤΕΡΙ/Nykteri.

L-indikazzjoni tat-termini tradizzjonali, kif imsemmija fl-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li huma marbuta ma’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika.

F’konformità mal-Artikolu 113 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u kif iddefiniti u rreġistrati fil-bażi tad-data tal-e-Ambrosia, it-termini tradizzjonali li jistgħu jintużaw fit-tikkettar tal-inbejjed bid-DOP ta’ Santorini, soġġetti għall-konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE u nazzjonali, huma kif ġej:

Ονομασία Προέλευσης Ανωτέρας Ποιότητας (ΟΠΑΠ) (Denominazzjoni ta’ Oriġini ta’ Kwalità Superjuri (DOKS)) minflok id-DOP, Αγρέπαυλη (Agrepavlis), Αμπέλι (Ampeli), Αμπελώνας (ες) (Ampelonas(es)), Αρχοντικό (Archontiko), Ειδικά επιλεγμένος (Magħżul b’mod speċjali), Επιλογή jew Επιλεγμένος (Għażla jew Magħżul), Κάστρο (Kastro), Κτήμα (Ktima), Μετόχι (Metochi), Μοναστήρι (Monastiri), Πύργος (Pyrgos) u Λιαστός (Imqadded).

Barra minn hekk:

Νυχτέρι (Nykteri): l-isem tradizzjonali rriżervat għall-inbejjed bojod xotti bid-DOP Santorini, b’qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 13,5 %, iffermentati jew f’tankijiet jew fi btieti u li mbagħad ikunu tħallew jimmaturaw fi btieti tal-injam għal mill-inqas tliet xhur.

Vinsanto: isem tradizzjonali riżervat għall-inbejjed ħelwin bid-DOP Santorini magħmulin minn għeneb imqadded.

Derogi

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.minagric.gr/images/stories/docs/agrotis/POP-PGE/TEXNIKOI%20FAKELOI%20OINON%20POP-PGE%20ENGLISH/PDO%2031/prodiagrafi_POPSantorini_201221.pdf


(1)  OJ L 9, 11.1.2019, p. 2.


31.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/28


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

(2022/C 143/10)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Άγιο Όρος / Agio Oros

PGI-GR-A0873-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 31 ta’ Diċembru 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żieda ta’ kliem li jispeċifika li, għall-produzzjoni tal-inbid imqadded aħmar u abjad, l-għeneb irid jitħalla jinxef għal bejn 10 ijiem u 15-il jum.

Raġuni: Dan huwa ż-żmien meħtieġ biex l-għeneb, li jkun diġà misjur iżżejjed meta jinqata’ (kontenut ta’ zokkor ogħla minn 270 g/l), jilħaq il-kontenut ta’ zokkor mixtieq (350-370 g/l) filwaqt li jibqa’ jżomm karatteristiċi oħra, bħal li jibqa’ intatt, f’saħħtu u mmerraq, li jippermettulu li jiġi ppressat faċilment u li jipproduċi kwantità suffiċjenti ta’ meraq tal-għeneb.

It-taqsima “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” ġiet emendata.

2.   Sostituzzjoni tal-punt (b) fit-taqsima “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid speċifiċi”

Il-punt (b) taħt “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid speċifiċi” fit-taqsima “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” ġie sostitwit kif ġej:

“(b)

Id-dwieli jitħarrġu jew f’forma goblet jew f’cordon waħdieni jew doppju bl-użu ta’ cordon permanenti jew qasba ta’ sostituzzjoni.”

Raġuni: Il-kultivazzjoni tad-dwieli fiż-żona tal-Muntanja Athos tmur lura għas-seklu 10 AD, fejn il-vitikulturi inizjalment kienu jħarrġu d-dwieli f’forom tradizzjonali bħal goblets iżda wkoll f’forom aktar liberi (inklużi kannizzati minn fuq jew bħala creepers imkabbra fil-livell tal-art, eċċ.). Maż-żmien, hekk kif il-kultivazzjoni tad-dwieli saret dejjem aktar mekkanizzata, ġew adottati sistemi ta’ tħarriġ aktar moderni u effiċjenti, bħall-Cordon de Royat b’cordon permanenti f’żoni aktar xotti u mhux irrigati, jew Guyot b’qasba ta’ sostituzzjoni f’żoni aktar fertili u irrigati. Naturalment, minħabba t-tradizzjoni vitikulturali qadima, il-forma ta’ goblet (għalkemm inqas produttiva) għadha tintuża b’suċċess f’diversi partijiet tal-Muntanja Athos, anke minħabba li, fid-dawl tal-vokazzjoni spiritwali partikolari taż-żona, il-valur kummerċjali mhuwiex il-kunsiderazzjoni primarja.

Il-punt dwar il-“Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid speċifiċi” fit-taqsima “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” ġie emendat.

3.   Żdiedu varjetajiet ġodda mat-taħlita tal-varjetajiet għall-inbid abjad u l-inbid imqadded

(a)

Għall-inbid abjad (xott, nofsu misjur, ħelu), il-varjetajiet ta’ għeneb abjad Malagouzia u Muscat ta’ Lixandra żdiedu mat-taħlita tal-varjetajiet, fi kwalunkwe proporzjon.

(b)

Għall-inbid imqadded, il-varjetajiet ta’ għeneb abjad Malagouzia u Muscat ta’ Lixandra żdiedu mat-taħlita tal-varjetajiet, fi kwalunkwe proporzjon.

Raġuni: Wara l-1990, Malagouzia feġġet bħala varjetà tad-dwieli mkabbra b’mod intensiv u tħawlet għall-ewwel darba fuq skala kbira fil-peniżola li hemm fil-qrib, Sitonja. Malajr saret waħda mill-varjetajiet l-aktar popolari fil-vinji Griegi u ilha titkabbar fuq il-Muntanja Athos għal dawn l-aħħar 15-il sena. Hija varjetà vigoruża u produttiva. Peress li hija sensittiva għall-botrytis u l-umdità żejda, titkabbar fil-livelli tan-nofs u għoljin tal-vinja, ġeneralment fuq art inklinata fejn hemm skular aħjar. Dawn il-kundizzjonijiet huma karatteristiċi tal-Muntanja Athos, li tiġi kkultivata bl-akbar attenzjoni, inkluż fir-rigward tal-fertilizzazzjoni, l-irrigazzjoni u d-defoljazzjoni mwettqa fis-sajf (qtugħ tar-rimjiet, qtugħ tal-weraq). Tintuża jew bħala varjetà waħedha jew flimkien ma’ varjetajiet oħra b’karatteristiċi differenti (eż. Asyrtiko) biex tipproduċi nbejjed bojod xotti, nofshom misjurin u ħelwin. L-inbejjed huma kkaratterizzati minn aċidità moderata u aromi predominanti tal-lajm u tal-ħawħ jekk id-dwieli jitkabbru fi rqajja’ qrib il-baħar, b’noti ħodor addizzjonali ta’ ħabaq u ħxejjex aromatiċi oħra jekk il-vinji jkunu jinsabu f’altitudni ogħla.

Il-Muscat ta’ Lixandra x’aktarx wasal fil-Muntanja Athos wara l-1922, meta r-refuġjati ġabu l-varjetà magħhom u ħawluha prinċipalment fit-Tramuntana tal-Greċja u f’Limnos. Fl-1934, Eulogios Kourilas, li kien patri, kiteb li l-Monasteru tal-Lavra l-Kbira kellu “Lixandrina sabiħa”. Il-Monasteru ta’ Simonos Petra kien fornut mhux biss bl-għeneb mill-artijiet tiegħu f’Limnos (fi snin meta l-ħsad tal-għeneb fuq il-Muntanja Athos ma kienx biżżejjed biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-patrijiet), iżda wkoll bil-materjal tal-propagazzjoni. Il-varjetà finalment ġiet irreġistrata uffiċjalment fl-1960. Peress li ilha titkabbar fil-peniżola Athos għal xi 100 sena, adattat perfettament għall-klima partikolari taż-żona.

Il-varjetà tistagħna fil-ħamrija tat-trab tafli ramli b’sawra medja tal-Muntanja Athos, li għandha pH ta’ 6-8. Hija moderatament vigoruża, produttiva u reżistenti għan-nixfa u tipproduċi għeneb kbir b’qoxra safra ċara. Il-ħsad jibda bejn l-aħħar ta’ Awwissu u l-10 ta’ Settembru, skont is-sena. Bħala medja, il-varjetà timmatura kemxejn qabel fil-vinji tal-Muntanja Athos milli f’partijiet oħra tal-Greċja fejn titkabbar.

Il-Muscat ta’ Lixandra jipproduċi nbejjed ta’ kulur isfar ċar b’leqqiet dehbin u ħodor, u b’aromi fejn jiddominaw il-ward, il-ġiżimin, il-frott tal-għadma u l-għeneb, b’noti ta’ nagħniegħ. Dawn huma nbejjed ta’ korpożità u aċidità medji b’finitura tajba (medja+) minħabba l-potenzjal aromatiku rikk tagħhom. Minħabba l-volum u l-aċidità medji tagħhom, l-inbejjed jintużaw f’taħlitiet ma’ varjetajiet oħra, bħal Asyrtiko, li għandhom aċidità ikbar. Għandhom potenzjal ta’ tqaddim ta’ mhux aktar minn 4 snin, ħlief fi ftit każijiet, u għalhekk huma maħsuba biex jiġu kkunsmati żgħar.

It-taqsimiet “Varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid awtorizzati” u “Rabta maż-żona ġeografika” ġew emendati biż-żieda ta’ informazzjoni taħt “Dettalji taż-żona ġeografika”, “Dettalji tal-prodott” u “Interazzjoni kawżali”.

4.   Żdiedu varjetajiet ġodda mat-taħlita tal-varjetajiet għall-inbid aħmar, l-inbid rożè, l-inbid likur aħmar u l-inbid imqadded

(a)

Għall-inbid aħmar (xott, nofsu misjur, ħelu), il-varjetajiet ta’ għeneb aħmar Merlot, Cabernet Franc, Agiorgitiko u Muscat ta’ Hamburg żdiedu mat-taħlita tal-varjetajiet, fi kwalunkwe proporzjon.

(b)

Għall-inbid rożè (xott u nofsu misjur), il-varjetajiet ta’ għeneb aħmar Merlot, Cabernet Franc, Agiorgitiko u Muscat ta’ Hamburg żdiedu mat-taħlita tal-varjetajiet, fi kwalunkwe proporzjon.

(c)

Għall-inbid likur aħmar, il-varjetajiet ta’ għeneb aħmar Merlot, Cabernet Franc, Agiorgitiko u Muscat ta’ Hamburg żdiedu mat-taħlita tal-varjetajiet, fi kwalunkwe proporzjon.

(d)

Għall-inbid imqadded, il-varjetajiet ta’ għeneb aħmar Merlot, Cabernet Franc, Agiorgitiko u Muscat ta’ Hamburg żdiedu mat-taħlita tal-varjetajiet, fi kwalunkwe proporzjon.

Raġuni: Merlot u Cabernet Franc, li huma varjetajiet polivalenti internazzjonali, ilhom jitkabbru fuq il-Muntanja Athos għal bosta snin u sa issa adattaw b’mod sodisfaċenti ħafna għall-kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimaċi tagħha. L-għeneb isir sew, u jiżviluppa kulur uniformi u konċentrazzjoni tajba ta’ zokkrijiet. L-inbejjed magħmulin mill-għeneb Merlot huma ta’ kulur aħmar skur, b’palat sħiħ u qawwa alkoħolika għolja, filwaqt li l-inbejjed Cabernet Franc huma tanniċi, b’kontenut tajjeb ta’ alkoħol u adattati għat-tqaddim għal perjodi twal. Agiorgitiko hija varjetà Griega polivalenti. Bdiet tiġi kkultivata fit-Tramuntana tal-Greċja relattivament riċenti u tidher li tippreserva sew il-karatteristiċi tiegħu f’Halkidiki u b’mod partikolari fuq il-Muntanja Athos. Hija varjetà produttiva u aromatika li tipproduċi nbejjed b’tannini rotob bellusija, u b’hekk tarrikkixxi (flimkien mal-Muscat ta’ Hamburg) it-taħlita ta’ varjetajiet użati għall-produzzjoni tal-inbejjed ħomor tal-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros, li huma ddominati minn varjetajiet aktar robusti u tanniċi. Fl-aħħar nett, il-Muscat ta’ Hamburg hija varjetà mkabbra madwar il-Greċja kollha. Fl-aħħar nett, il-Muscat ta’ Hamburg hija varjetà mkabbra madwar il-Greċja kollha. Fuq il-Muntanja Athos tintuża l-aktar fl-inbejjed rożè xotti u nofshom misjura u fl-inbejjed ħomor nofshom misjura, ħelwin u mqaddin. Tagħti rendimenti iżgħar mill-produzzjonijiet tipiċi ta’ din iż-żona, u tirriżulta fi nbejjed speċjali b’qawwa alkoħolika għolja, tannini rotob ħafna u finitura pjaċevoli u aromatika.

It-taqsimiet “Varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid awtorizzati” u “Rabta maż-żona ġeografika” ġew emendati biż-żieda ta’ informazzjoni taħt “Dettalji taż-żona ġeografika”, “Dettalji tal-prodott” u “Interazzjoni kawżali”.

5.   Introduzzjoni tat-terminu tradizzjonali “Nama”

Raġuni: “Nama” huwa l-isem tal-inbid aħmar ħelu (imqadded jew likur) użat tradizzjonalment fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Huwa tip ta’ nbid magħmul apposta b’aċidità baxxa u kontenut ta’ alkoħol baxx li ilu tradizzjonalment prodott fiż-żona tal-Muntanja Athos għal sekli sħaħ.

It-taqsima “Termini tradizzjonali” ġiet emendata.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Άγιο Όρος / Agio Oros

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika:

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

15.

Inbid minn għeneb imqadded

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid aħmar xott

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dehra: kulur aħmar skur b’leqqiet lewn ir-rubin.

Fwieħet l-inbid: aroma qawwija ta’ frott tal-foresta u ħwawar, iżda wkoll b’noti ta’ vanilla jew tabakk skont għal kemm żmien jiġi mqadded.

Togħma: palat sħiħ bi struttura eċċellenti, aċidità tajba u tannini rotob.

Qawwa alkoħolika totali minima: 11,0 % vol.

Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,5 % vol.

Kontenut ta’ zokkor totali (g/l): mhux aktar minn 9,0

Aċidità massima totali: 7,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku.

Il-qawwa alkoħolika massima trid tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Fejn il-kontenut taz-zokkor jaqbeż l-4 g/l, japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

4,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

150

2.   Inbid aħmar nofsu misjur

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dehra: kulur aħmar skur b’leqqiet lewn ir-rubin.

Fwieħet l-inbid: aroma pjaċevoli ta’ frott aħmar (ċirasa, ċirasa qarsa).

Togħma: ta’ frott u ratba fuq il-palat b’konsistenza bellusija u finitura pjaċevoli.

Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,5 % vol.

Kontenut ta’ zokkor totali (g/l): min. 4,5 – mass. 17,5

Aċidità massima totali: 7,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku.

Il-qawwa alkoħolika massima trid tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Fejn il-kontenut taz-zokkor jaqbeż it-12-il12 g/l, japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

Il-kontenut massimu permess ta’ diossidu tal-kubrit huwa ta’ 200 milligramma għal kull litru għall-inbejjed ħomor b’kontenut ta’ zokkor, espress bħala t-total ta’ glukożju u fruttożju, ta’ mill-inqas 5 grammi għal kull litru (f’konformità mad-deroga stabbilita fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/934).

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

200

3.   Inbid aħmar ħelu

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dehra: kulur aħmar skur b’leqqiet vjola, rubin, jew jagħtu fil-blu, li kultant isir aħmar lewn il-briks bit-tqaddim.

Fwieħet l-inbid: riħa kumplessa u b’aroma qawwija b’noti predominanti ta’ għasel jew frott imqadded.

Togħma: palat rikk u ħelu b’aċidità bbilanċjata.

Qawwa alkoħolika totali minima: 15,0 % vol.

Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,5 % vol.

Kontenut ta’ zokkor totali (g/l): min. 45

Aċidità massima totali: 7,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku.

Il-qawwa alkoħolika massima trid tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Il-kontenut massimu permess ta’ diossidu tal-kubrit huwa ta’ 300 milligramma għal kull litru għall-inbejjed ħelwin b’qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 15 % vol. jew aktar u kontenut taz-zokkor ta’ 45 g/l (f’konformità mad-deroga stabbilita fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/934).

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

300

4.   Inbid rożè xott

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dehra: kulur roża ċar, kultant b’leqqiet oranġjo.

Fwieħet l-inbid: irwejjaħ ta’ frott aħmar u ward, iżda wkoll b’noti ħodor (bżar) skont il-varjetà użata.

Togħma: Fwieħet l-inbid hija riflessa fit-togħma, li għandha finitura twila, b’palat pjaċevoli u ta’ frott, u għandha aċidità rifreskanti.

Qawwa alkoħolika totali minima: 11,0 % vol.

Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,0 % vol.

Kontenut ta’ zokkor totali (g/l): mhux aktar minn 9,0

Aċidità massima totali: 7,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku.

Il-qawwa alkoħolika massima trid tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Fejn il-kontenut taz-zokkor jaqbeż l-4 g/l, japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

5.   Inbid rożè nofsu misjur

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dehra: kulur roża skur jew oranġjo, skont il-grad tal-estrazzjoni.

Fwieħet l-inbid: aromi karatteristiċi ta’ frott aħmar ħelu (frawli, lampun u ċiras ħelu).

Togħma: korpożità medja kkaratterizzata minn sensazzjoni żejtnija, b’mod ġenerali bbilanċjata minħabba l-aċidità ratba bbilanċjata bil-ħlewwa.

Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,0 % vol.

Kontenut ta’ zokkor totali (g/l): min. 4,5 – mass. 17,5

Aċidità massima totali: 7,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku.

Il-qawwa alkoħolika massima trid tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Fejn il-kontenut taz-zokkor jaqbeż it-12-il g/l, japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

Il-kontenut massimu permess ta’ diossidu tal-kubrit huwa ta’ 250 milligramma għal kull litru għall-inbejjed rożè b’kontenut ta’ zokkor, espress bħala t-total ta’ glukożju u fruttożju, ta’ mill-inqas 5 grammi għal kull litru (f’konformità mad-deroga stabbilita fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/934).

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

250

6.   Inbid abjad xott

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dehra: kristallina, ta’ kulur isfar ċar b’leqqiet ħodor.

Fwieħet l-inbid: irwejjaħ prinċipalment ta’ frott taċ-ċitru u frott b’polpa bajda (ħawħ, tuffieħ).

Togħma: tipikament friska u bbilanċjata b’finitura twila.

Qawwa alkoħolika totali minima: 11,0 % vol.

Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,0 % vol.

Kontenut ta’ zokkor totali (g/l): mhux aktar minn 9,0

Aċidità massima totali: 7,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku.

Il-qawwa alkoħolika massima trid tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Fejn il-kontenut taz-zokkor jaqbeż l-4 g/l, japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

200

7.   Inbid abjad nofsu misjur

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dehra: kulur isfar dehbi jgħajjat.

Fwieħet l-inbid: vivaċi u tal-frott, b’aromi prinċipalment ta’ fjuri.

Togħma: ibbilanċjata, b’aċidità pronunzjata u struttura tajba fil-palat.

Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,0 % vol.

Kontenut ta’ zokkor totali (g/l): min. 4,5 – mass. 17,5

Aċidità massima totali: 7,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku.

Il-qawwa alkoħolika massima trid tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Fejn il-kontenut taz-zokkor jaqbeż it-12-il g/l, japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

Il-kontenut massimu permess ta’ diossidu tal-kubrit huwa ta’ 250 milligramma għal kull litru għall-inbejjed bojod b’kontenut ta’ zokkor, espress bħala t-total ta’ glukożju u fruttożju, ta’ mill-inqas 5 grammi għal kull litru (f’konformità mad-deroga stabbilita fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/934).

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

250

8.   Inbid abjad ħelu

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dehra: kulur isfar b’leqqiet ħodor, li jista’ jsir isfar skur bit-tqaddim.

Fwieħet l-inbid: riħa kumplessa u qawwija b’noti ta’ frott, ta’ fjuri, jew ħelwin pikkanti, skont il-varjetajiet użati.

Togħma: togħma bbilanċjata u ħelwa b’palat sħiħ u finitura aromatika twila.

Qawwa alkoħolika totali minima: 15,0 % vol.

Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,0 % vol.

Kontenut ta’ zokkor totali (g/l): min. 45

Aċidità massima totali: 7,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku.

Il-qawwa alkoħolika massima trid tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Il-kontenut massimu permess ta’ diossidu tal-kubrit huwa ta’ 300 milligramma għal kull litru, u l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum taqbeż il-15 % (f’konformità mad-deroga stabbilita fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/934).

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

300

9.   Inbid likur aħmar

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dehra: kulur vjola skur b’leqqiet ta’ rubin.

Fwieħet l-inbid: riħa qawwija ta’ ġewż, frott aħmar imqadded, xama’ u ċikkulata skura.

Togħma: palat vivaċi, eżuberanti u mimli b’togħma ħelwa bbilanċjata.

Qawwa alkoħolika proprja massima: 22,0 % vol.

Qawwa alkoħolika totali minima: 17,5 % vol.

Kontenut minimu ta’ zokkor: min. 221 g/l fil-most

Aċidità massima totali: 7,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku.

Il-qawwa alkoħolika massima trid tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Il-kontenut massimu permess ta’ diossidu tal-kubrit tal-inbejjed likuri huwa ta’ 200 milligramma għal kull litru, u l-kontenut taz-zokkor huwa mill-inqas 5 grammi għal kull litru (f’konformità mad-deroga stabbilita fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/934).

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

200

10.   Inbid abjad minn għeneb imqadded

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dehra: kulur isfar skur b’riflessjonijiet lewn il-kafè, skont il-perjodu tat-tqaddim.

Fwieħet l-inbid: riħa kumplessa fejn il-ħwawar ħelwin, bħall-kannella u l-ward, jingħaqdu ma’ frott imqadded bħal berquq u żbib.

Togħma: palat artab u ħelu b’aċidità ppronunzjata u struttura tajba ħafna.

Qawwa alkoħolika naturali minima: 16,0 % vol.

Kontenut ta’ zokkor totali minimu (g/l): 45

Aċidità massima totali: 7,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku.

Il-qawwa alkoħolika massima trid tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Il-kontenut massimu permess ta’ diossidu tal-kubrit tal-inbejjed ħelwin magħmulin minn għeneb imqadded huwa ta’ 400 milligramma għal kull litru, u l-kontenut taz-zokkor residwu, espress bħala zokkrijiet, huwa mill-inqas 45 g/l (f’konformità mad-deroga fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/934).

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

30

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

400

11.   Inbid aħmar minn għeneb imqadded

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dehra: kulur il-karamella skur b’leqqiet ta’ qroll aħmar.

Fwieħet l-inbid: fwieħa kumplessa ta’ frott imqadded - tin, berquq, żbib - u ħwawar ħelwin.

Togħma: palat sħiħ kumpless b’togħma ħelwa bbilanċjata u rwejjaħ ta’ frott imqadded bħal berquq u tin.

Qawwa alkoħolika naturali minima: 16,0 % vol.

Kontenut minimu ta’ zokkor: 140 g/l

Aċidità massima totali: 7,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku.

Il-qawwa alkoħolika massima trid tikkonforma mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Il-kontenut massimu permess ta’ diossidu tal-kubrit tal-inbejjed ħelwin magħmulin minn għeneb imqadded huwa ta’ 400 milligramma għal kull litru, u l-kontenut taz-zokkor residwu, espress bħala zokkrijiet, huwa mill-inqas 45 g/l (f’konformità mad-deroga fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/934).

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

30

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

400

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki speċifiċi tal-produzzjoni tal-inbid

1.   Sistemi ta’ tħarriġ tad-dwieli

Teknika ta’ kultivazzjoni

Id-dwieli jitħarrġu jew f’forma goblet jew f’cordon waħdieni jew doppju bl-użu ta’ cordon permanenti jew qasba ta’ sostituzzjoni.

2.   Produzzjoni ta’ nbejjed bojod u nbejjed imqaddin bojod

Restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni tal-inbid

(a)   Inbejjed bojod

L-inbid abjad tal-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros huwa prodott permezz ta’ tekniki moderni tal-produzzjoni tal-inbid. Waqt il-fermentazzjoni alkoħolika t-temperatura ma tistax taqbeż l-20 °C.

(b)   Inbejjed imqaddin bojod

L-għeneb jinħasad misjur iżżejjed (kontenut ta’ zokkor >270 g/l) u mbagħad jitħalla jinxef fix-xemx għal bejn 10 ijiem u 15-il jum sakemm jintlaħaq il-kontenut taz-zokkor mixtieq ta’ 350-370 g/l. L-għeneb imbagħad jingħasar biex jinġabar il-most, segwit minn fermentazzjoni alkoħolika f’temperaturi kkontrollati ta’ 16-18 °C.

3.   Produzzjoni ta’ nbejjed ħomor, inbejjed imqaddin ħomor, inbejjed likuri ħomor u nbejjed rożè

Restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni tal-inbid

(a)   Inbejjed ħomor

L-inbid aħmar tal-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros huwa prodott permezz ta’ metodi tradizzjonali tal-produzzjoni tal-inbid għall-inbid aħmar.

(b)   Inbejjed imqaddin ħomor

L-għeneb jinħasad misjur iżżejjed (kontenut ta’ zokkor >270 g/l) u mbagħad jitħalla jinxef fix-xemx għal bejn 10 ijiem u 15-il jum sakemm jintlaħaq il-kontenut taz-zokkor mixtieq ta’ 350 -370 g/l. L-għeneb imbagħad jingħasar u jitqiegħed f’tank tal-fermentazzjoni fejn issir il-fermentazzjoni alkoħolika f’temperaturi kkontrollati ta’ 20-22 °C.

(c)   Inbejjed likuri ħomor

Wara li jitneħħielu iz-zokk u jingħasar ftit, l-għeneb jitqiegħed f’tank tal-fermentazzjoni fejn tibda l-fermentazzjoni alkoħolika. Il-fermentazzjoni alkoħolika ssir f’temperaturi kkontrollati ta’ 20-22 °C. L-inbid jiġi separat mill-ilbieba ladarba jkun kiseb il-karatteristiċi organolettiċi mixtieqa. Jiżdied alkoħol newtrali li ġej mid-dwieli b’qawwa alkoħolika ta’ mill-inqas 96 % vol. biex iwaqqaf il-fermentazzjoni alkoħolika, u l-ħmira titneħħa bil-filtrazzjoni.

(d)   Inbejjed rożè

L-inbid rożè tal-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros huwa prodott permezz ta’ tekniki moderni tal-produzzjoni tal-inbid. Waqt il-fermentazzjoni alkoħolika t-temperatura ma tistax taqbeż l-20 °C.

4.   Prattiki speċifiċi tal-produzzjoni tal-inbid fil-produzzjoni tal-inbejjed

Prattika speċifika tal-produzzjoni tal-inbid

(a)

Fil-produzzjoni ta’ nbejjed nofshom misjura, ħelwin mezzani u ħelwin, huwa permess it-taħlil f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti (il-Parti D tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 2019/934).

(b)

L-inbid likur huwa prodott minn most li jkun għadda minn fermentazzjoni parzjali, b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ mill-inqas 12 %, jew minn inbid, jew minn taħlita tat-tnejn, li miegħu jkun ġie miżjud alkoħol newtrali li ġej mid-dwieli jew waħdu jew f’taħlita, inkluż alkoħol miksub mid-distillazzjoni ta’ għeneb imqadded b’qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ mhux inqas minn 96 %, jew inbid jew distillat ta’ għeneb imqadded b’qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ mhux inqas minn 52 % u mhux aktar minn 86 %.

(c)

L-inbid imqadded huwa prodott minn most li jitħalla fix-xemx jew fid-dell għal deidratazzjoni parzjali għal bejn 10 ijiem u 15-il jum. Dan il-most jiġi vinifikat mingħajr ma jiżdied – qabel, waqt jew wara l-fermentazzjoni alkoħolika – most jew most tal-għeneb ikkonċentrat rettifikat jew alkoħol ta’ oriġini agrikola jew distillat, u mingħajr ma jiġi kkonċentrat bl-ebda mod il-most minn għeneb imqadded. Il-kontenut taz-zokkor u tal-alkoħol tal-prodott finali jiġi esklussivament mill-għeneb vinifikat.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.   Rendiment(i) massimu/i f’ettolitri tal-prodott finali għal kull ettaru

96 ettolitru għal kull ettaru

2.   Rendiment massimu f’kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

12 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni demarkata tal-inbejjed tal-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros, li tinsab f’altitudni ta’ bejn 10 u 400 metru, tinkludi ż-żona amministrattiva tal-Muntanja Athos u l-lokalità biswit ta’ Ouranoupoli fil-muniċipalità ta’ Stageira-Akanthos, fil-Prefettura ta’ Halkidiki.

7.   Varjetajiet ewlenin tal-għeneb tal-inbid

Cabernet Franc N

Cabernet Sauvignon N

Chardonnay B

Grenache Rouge N

Merlot N

Sauvignon Blanc B

Syrah N

Agiorgitiko N

Athiri Β

Asyrtiko B

Limnio Ν

Malagouzia B

Muscat of Alexandria B

Hamburg Muscat N

Xinomavro N – Xinogaltso, Popolka, Mavro Naoussa

Roditis Rs – Alepou

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Rabta storika, kulturali u soċjali

1.   Rabta storika

Il-vinji kienu żviluppati sew fiż-żona tal-Muntanja Athos, kif jixhdu diversi testimonjanzi bil-miktub mill-patrijiet. Hemm bosta referenzi għall-kultivazzjoni tad-dwieli fi ktieb miktub minn Eulogios Kourilas Lauriotis, li kien patri. Il-firxa tal-kultivazzjoni tad-dwieli mill-monasteri tal-Muntanja Athos, li kollha, sal-lum, għad għandhom il-kantini tal-inbid proprji tagħhom, tidher mir-rekords storiċi. Ta’ min jinnota li kull monasteru kien jipproduċi madwar 80-100 tunnellata nbid fis-sena. Minbarra l-20 monasteru tagħha, il-Muntanja Athos fiha wkoll dipendenzi – magħrufa bħala skites qaddisin, jew komunitajiet axxetiċi, u kantini qaddisin – bil-kultivazzjoni tad-dwieli u l-konsum tal-inbid proprji tagħhom. Il-varjetajiet li tradizzjonalment kienu jitkabbru hawnhekk huma Limnio, Fokianos, Mavroudi, Roditis u Muscat ta’ Lixandra. Mis-snin 90 “l hawn bdew jiġu kkultivati varjetajiet barranin bħal Merlot, Cabernet Sauvignon u Syrah. Barra minn hekk, fl-aħħar 15-il sena tħawlu diversi pjanti ġodda bil-varjetajiet Malagouzia, Agiorgitiko, Muscat ta’ Hamburg u Cabernet Franc. Dawn jidhru li akklimatizzaw tajjeb ħafna u bdew jipproduċu l-inbejjed eċċellenti tipiċi taż-żona.

It-twaqqif tal-monasteri tal-Muntanja Athos wassal għal kultivazzjoni organizzata tad-dwieli u produzzjoni tal-inbid fuq skala kbira. ‘Konvenzjoni’ kummerċjali li tmur lura għad-972 WK stabbiliet għall-ewwel darba r-regoli għall-kummerċ tal-inbid fi ħdan il-konfini tal-Muntanja Athos, iżda l-inbejjed tal-monasteri malajr bdew jinbiegħu anke lil hinn minn dawk il-konfini. Tul il-millennju ta’ wara, f’ħafna partijiet tal-Greċja, il-monasteri kellhom ir-rwol tal-kustodji tal-vitikultura u, bħala parti minn dan ir-rwol, operaw kantini tal-inbid organizzati.

2.   Rabta storika għall-inbejjed likuri u l-inbejjed imqaddin

L-inbejjed likuri u l-inbejjed imqaddin tradizzjonalment ilhom jiġu prodotti f’din iż-żona sa 1 000 sena ilu, meta l-patrijiet, minbarra l-inbejjed xotti, kienu jipproduċu wkoll kwantità ta’ nbid ħelu. Dan kien inbid uniku użat biex jakkumpanja l-ikliet li jimmarkaw ċelebrazzjonijiet u festivalli Nsara ewlenin.

It-temperaturi għoljin u s-sigħat twal ta’ xemx f’din iż-żona jiffavorixxu l-akkumulazzjoni taz-zokkrijiet fl-għeneb, li tagħtihom il-qawwa alkoħolika xierqa u l-komponenti aromatiċi meħtieġa biex jiġu prodotti nbejjed ta’ kwalità (likur u mqaddin).

Maż-żmien, dawn l-inbejjed saru famużi anke barra ż-żona tal-produzzjoni u saru magħrufin fil-Greċja kollha għall-kwalità u l-karatteristiċi organolettiċi uniċi tagħhom.

Madwar 20 sena ilu, il-kantini tal-inbid lokali bdew il-produzzjoni u d-distribuzzjoni sistematiċi ta’ dawn l-inbejjed, bl-użu ta’ tekniki tradizzjonali flimkien mat-teknoloġija moderna.

Matul dan il-perjodu l-fama tagħhom kompliet tinfirex u l-ismijiet tagħhom saru marbuta b’mod inseparabbli maż-żona tal-produzzjoni, peress li l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom huma dovuti għall-varjetajiet użati flimkien mal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima u mal-metodu tal-produzzjoni.

3.   Rabtiet kulturali, soċjali u ekonomiċi

Il-vinji u l-inbid ilhom minn żmien il-qedem marbuta b’mod inseparabbli mal-ħajja kulturali, soċjali u ekonomika tan-nies tal-lokal. Din ir-rabta għadha teżisti sal-lum, kif juru l-avvenimenti u l-konferenzi organizzati biex jippromwovu l-inbid, kif ukoll it-tradizzjonijiet kulturali lokali. L-inbejjed imqaddin u likuri għandhom rwol uniku f’ċerti avvenimenti soċjali, kulturali u reliġjużi.

8.2.   Ambjent ġeografiku

1.   L-ambjent ġeografiku u l-oriġini ġeografika

Ir-reġjun tal-vitikultura li fih jista’ jiġi prodott l-inbid bl-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros jinsab fi ħdan il-konfini amministrattivi tal-peniżola ta’ Athos. Il-vinji jinsabu l-aktar ħdejn il-baħar jew fuq għoljiet sa altitudni ta’ 400 metru. Il-ħamrija għandha livelli tajbin ta’ pH u sawra medja, tipikament bejn tafal ramli u ramel tafli, u, f’xi postijiet, trab ġulġlieni ramli mingħajr salinità żejda, b’kontenut għoli ta’ ħadid, ram u manjeżju u kontenut suffiċjenti ta’ fosforu u manganiż.

Ġeoloġikament, il-peniżola Athos hija kontinwazzjoni tal-formazzjoni ġeoloġika ta’ Rhodope, bi predominanza ta’ blat kristallizzat metamorfiku (gness, blat aħdar, ġebel tal-ġir, ġebel tal-ġir kristallin u rħam) u blat ignew (granit, grandjoriti u ofitoliti).

F’termini ta’ morfoloġija jiddistingwuha l-għoljiet weqfin tul il-kosta, it-tlajja” u nżul u l-preżenza tal-Muntanja Athos, li titla’ f’daqqa bħal piramida sa altitudni ta’ 2 033 metru. Il-klima tal-peniżola Athos hija ffurmata minn dan it-terren mimli tlajja’ u nżul, flimkien mal-kosta wieqfa u l-kurrenti tal-baħar fil-ponta tan-Nofsinhar tagħha.

Skont id-data meteoroloġika mill-istazzjon meteoroloġiku ta’ Arnaia, Neos Marmaras u Stratoni, il-klima fiż-żona tal-Muntanja Athos tvarja minn klima tal-kosta tal-Mediterran fiż-żoni l-baxxi sa klima Mediterranja kontinentali aktar fl-għoli u kontinentali umda fil-muntanji. Din il-klima Mediterranja tranżizzjonali hija kkaratterizzata minn xtiewi moderati u sjuf friski. Kemm l-artijiet fil-baxx kif ukoll iż-żoni muntanjużi jgawdu minn mikroklima fejn il-ġlata li tikkawża l-ħsara u t-temperaturi eċċessivament għoljin huma rari.

L-aktar xhur sħan huma Lulju u Awwissu, b’temperaturi massimi medji matul il-ġurnata ta’ madwar 31 °C. L-aktar xhur kesħin huma Jannar u Frar, meta t-temperaturi medji matul il-ġurnata jkunu madwar 8 °C, iżda dan ma jikkawża l-ebda problema peress li t-temperaturi minimi medji jibqgħu ogħla minn 0 °C.

L-ammont medju annwali ta’ xita jvarja minn 470 mm (fil-pjanuri) sa 850 mm (fil-muntanji), u x-xhur minn Ottubru sa April huma meta tagħmel l-aktar xita.

L-irjieħ jiġu l-aktar mit-Tramuntana u mill-Grigal, ħlief fis-sajf meta jiddominaw l-irjieħ min-Nofsinhar. Hija karatteristika eċċezzjonali tal-klima ta’ Halkidiki li, għalkemm tinsab fit-Tramuntana tal-Greċja, tinsab fuq l-istess kurvi iżotermiċi għat-temperaturi minimi u massimi bħar-reġjuni aktar fin-Nofsinhar, bħal Messinia, Etoloakarnania u Attika, minħabba l-kosta twila tagħha mal-Eġew (630 kilometru).

2.   L-ambjent ġeografiku u l-oriġini ġeografika – inbid likur u mqadded

Il-ħamrija ramlija mżerżqa, xotta u ħafifa, flimkien mal-klima Mediterranja lokali bix-xtiewi friski tagħha, il-kurrenti tal-arja friska u x-xemx abbundanti fis-sajf, joħolqu kundizzjonijiet li huma ideali għat-tkabbir ta’ għeneb ta’ kwalità ogħla li jsir aktar malajr, b’kontenut ogħla ta’ zokkor u kulur aħjar, sajran fenoliku sodisfaċenti u kontenut għoli ta’ alkoħol, li huma karatteristiċi enoloġiċi essenzjali biex isir l-inbid likur jew imqadded.

It-temperaturi għoljin lejn l-aħħar tas-sajf, li jiffavorixxu t-tqaddid tal-għeneb, jingħaqdu max-xemx abbundanti biex joħolqu kundizzjonijiet ideali għall-produzzjoni ta’ nbejjed imqaddin u likuri ta’ kwalità eċċellenti u valur kummerċjali għoli.

8.3.   Dettalji tal-prodotti

1.   Dettalji tal-prodotti

Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-inbejjed tal-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros jirriżultaw mill-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona u t-tipi differenti ta’ ħamrija, flimkien mal-varjetajiet tad-dwieli mkabbra, il-metodi użati biex jittieħed ħsieb id-dwieli u t-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid.

2.   Dettalji tal-prodott għall-kategorija “inbid”

L-inbejjed bojod tal-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros huma ta’ kulur isfar ċar b’leqqiet jagħtu fl-aħdar, jew isfar dehbi qawwi jekk l-inbid ikun tqaddem fi btieti tal-ballut. L-aromi tagħhom ivarjaw skont it-tip, il-varjetà u t-tqaddim iżda huma kkaratterizzati minn noti ta’ frott eżotiku u tas-sajf, ġiżimin, ċitru u vanilla. L-inbejjed għandhom palat ibbilanċjat b’aċidità rinfreskanti u għandhom togħma kumplessa u rikka u finitura twila, skont kif isiru.

L-inbejjed ħomor tal-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros għandhom kulur aħmar qawwi b’leqqiet jagħtu fil-blu u aromi ta’ frott aħmar, ħwawar, frott imqadded u vanilla. Għandhom korpożità strutturata b’togħma bbilanċjata u tannini rotob bellusija bis-saħħa tal-kundizzjonijiet klimatiċi ideali li jiddominaw fiż-żona, li jiżguraw sajran fiżjoloġiku u fenoliku tajjeb.

L-inbejjed rożè tal-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros huma minn lewn il-ward jew ir-rubin għal aħmar ċar b’leqqiet jagħtu fil-blu jew oranġjo u aromi ta’ frott aħmar. Huma kkaratterizzati mill-freskezza tagħhom, minn togħma bbilanċjata u mill-aċidità.

3.   Dettalji tal-prodott għall-inbejjed likuri u mqaddin

Fil-każ tal-inbejjed imqaddin ħomor u bojod tal-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros, l-għeneb jinqata’ mid-dwieli fi stadju avvanzat ta’ sajran u mbagħad jitħalla jinxef fix-xemx għal bejn 10 ijiem u 15-il jum biex jilħaq konċentrazzjoni ogħla ta’ zokkrijiet. Il-fermentazzjoni alkoħolika ssir bil-mod u tieqaf waħedha, u tħalli ammont suffiċjenti ta’ zokkrijiet residwi biex tagħti lill-inbid it-togħma ħelwa karatteristika tiegħu. L-inbid jiġi mmaturat fi btieti tal-ballut għal bejn sena u sentejn, li tagħtih palat rikk u artab u togħma kumplessa. L-irwejjaħ ewlenin huma ta’ ħwawar, frott imqadded, ġewż, tin, żbib u berquq.

Il-proċess huwa kemxejn differenti għall-inbejjed likuri tal-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros. Fi snin meta l-kundizzjonijiet tat-temp ikunu favorevoli, l-għeneb jitħalla jimmatura żżejjed fuq id-dielja biex jiżdied il-kontenut taz-zokkor tiegħu, u l-fermentazzjoni alkoħolika tiġi interrotta billi jiżdied l-alkoħol sabiex tintlaħaq il-qawwa alkoħolika mixtieqa. Ġeneralment dawn ikunu nbejjed ħomor ta’ qawwa alkoħolika minn baxxa sa moderata, b’palat dens u żejtni u riħa rikka b’aromi prinċipalment ta’ żbib, ċikkulata skura u frott imqadded.

8.4.   Interazzjoni kawżali

1.   Interazzjoni kawżali

In-natura unika tal-inbejjed tal-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros hija dovuta għall-karatteristiċi distinti taż-żona (il-ħamrija, il-klima u l-effett tal-irjieħ fis-sajf), flimkien mal-varjetajiet imkabbra u t-tekniki ta’ kultivazzjoni użati.

2.   Interazzjoni kawżali għall-kategoija “inbid”

Il-varjetajiet kollha adattaw perfettament għaż-żona tal-Muntanja Athos, u pproduċew inbejjed bi fwieħa rikka ta’ aromi karatteristiċi taż-żona u togħma sħiħa u bbilanċjata. Il-kundizzjonijiet sħan u xotti prevalenti fiż-żona, flimkien mat-tip ta’ ħamrija, jippermettu li l-għeneb isir bejn nofs Awwissu u nofs Settembru, skont il-varjetà.

Minbarra l-varjetajiet tradizzjonali ta’ għeneb abjad imkabbra fiż-żona (Roditis, Asyrtiko, Athiri) u l-varjetajiet barranin li ġew ippruvati b’suċċess (Chardonnay u Sauvignon Blanc), il-varjetà Malagouzia li ġiet introdotta riċentement wkoll akklimatizzat sew għaż-żona. Peress li hija sensittiva għall-umdità żejda, titkabbar fil-livelli tan-nofs u għoljin tal-vinja. L-għeneb isir fl-aħħar ta’ Awwissu, u jagħti nbejjed ta’ qawwa alkoħolika ogħla, aċidità tajba u aromi ta’ frott tropikali, frott taċ-ċitru (prinċipalment lajm) u ħabaq.

Il-varjetajiet tal-għeneb aħmar jitkabbru fl-aktar partijiet wefqin tal-vinji biex ikun hemm skular aħjar. Minħabba dan, id-dwieli jżommu inqas ilma, li jagħmilha possibbli li jinkiseb sajran alkoħoliku u fenoliku aħjar tal-għeneb. L-għeneb imkabbar fuq ħamrija ramlija jipproduċi nbejjed b’aromi delikati, filwaqt li l-ħamrija prinċipalment taflija tirriżulta fi nbejjed b’karattru fenoliku distintiv.

Il-varjetà tal-għeneb aħmar li tradizzjonalment tintuża għall-produzzjoni ta’ Άγιο Όρος / Agio Oros hija Limnio, li hija wkoll meqjusa bħala l-eqdem varjetà tad-dwieli Griega rreġistrata. Minbarra Limnio, madankollu, jitkabbru wkoll fuq skala sinifikanti Xinomavro, Cabernet Sauvignon, Grenache Rouge u Syrah, li jrendu nbejjed ħomor tanniċi ta’ kwalità għolja b’kontenut għoli ta’ alkoħol u finitura twila. F’dawn l-aħħar snin ġew ippruvati wkoll varjetajiet addizzjonali bħal Merlot, Cabernet Franc, Agiorgitiko u Muscat ta’ Hamburg. Dawn jipproduċu nbejjed bi struttura tajba u aromi varjetali qawwija ta’ frott aħmar. L-għeneb jibda jsir fit-tieni nofs ta’ Awwissu fil-każ ta’ Merlot, Cabernet Sauvignon, Grenache Rouge u Cabernet Franc, filwaqt li Syrah, Limnio, Agiorgitiko, Xinomavro u Muscat ta’ Hamburg isiru matul l-ewwel 10 ijiem ta’ Settembru.

Merlot jrendi nbejjed ta’ qawwa alkoħolika għolja b’tannini rotob u rwejjaħ taċ-ċirasa u tal-lampun, filwaqt li Cabernet Franc, li jdum aktar biex isir, irendi nbejjed bi struttura robusta, kulur skur u adattati għal tqaddim fit-tul. Cabernet Franc jipproduċi nbejjed b’noti pikkanti u aromi karatteristiċi (prinċipalment ta’ frott aħmar żgħir flimkien ma’ bżar) bi profondità u konċentrazzjoni tajbin u b’kontenut totali ta’ antoċjanini partikolarment għoli.

Agiorgitiko jrendi nbejjed ta’ qawwa alkoħolika għolja, b’aromi ħfief ta’ ċirasa, ċikkulata u ħwawar u aptitudni għal tqaddim fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil.

Muscat ta’ Hamburg irendi nbejjed b’aromi qawwija tipiċi tal-varjetà, li jfakkru fil-ward. Huwa kkultivat fl-aktar ħamrija fertili u fonda, fejn l-għeneb jiżviluppa bl-aħjar mod il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu u l-kulur, id-daqs u r-riħa tiegħu.

3.   Interazzjoni kawżali għall-inbejjed likuri u mqaddin

L-inbejjed likuri u mqaddin prodotti fuq il-Muntanja Athos huma uniċi minħabba l-ħamrija u speċjalment il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona fejn jiġu prodotti, li jingħaqdu biex joħolqu ambjent ideali. Il-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed bħalissa tammonta għal 10-15 % tal-produzzjoni totali tal-inbid taż-żona.

Jistgħu jintużaw diversi varjetajiet għall-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, skont liema karatteristiċi organolettiċi jixtiequ joħorġu fil-prodott tagħhom il-vitikulturi. Il-varjetajiet użati l-aktar jinkludu dawk aromatiċi ħafna bħal Malagouzia u Muscat ta’ Hamburg, filwaqt li, tradizzjonalment, tipikament jintużaw varjetajiet ta’ għeneb aħmar bħal Merlot, Limnio, Xinomavro u Grenache Rouge, li jirriżultaw fi nbejjed likuri jew imqaddin ta’ kulur minn karamella sa aħmar, finitura rikka u fwieħa kumplessa ta’ frott imqadded u ħwawar ħelwin.

Dawn l-inbejjed jiddaħħlu f’kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali tal-inbid.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Derogi

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-Artikolu 4(c) tad-Deċiżjoni Ministerjali Konġunta Nru 392169/20.10.1999 li tistabbilixxi regoli ġenerali dwar l-użu tat-terminu “Inbid Lokali” fid-deskrizzjoni tal-inbid tal-mejda (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 1985/8.11.99), kif emendat bid-Deċiżjoni Ministerjali Konġunta Nru 321813/29.8.2007, jgħid:

“It-terminu ‘Inbid Lokali’ jista’ jintuża ma’ indikazzjoni ġeografika li tirreferi għal provinċja, prefettura jew reġjun tal-vitikultura li huwa iżgħar minn prefettura għall-inbejjed tal-mejda prodotti f’kantini tal-inbid li joperaw f’dik il-prefettura jew fi prefetturi ġirien.”

Derogi

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar tal-inbid

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet supplimentari dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

A.   Termini relatati ma’ ċerti metodi ta’ produzzjoni

L-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 280557/9.6.2005 li tistabbilixxi ż-żmien għas-sajran, it-tqaddim u t-tqegħid fis-suq ta’ nbejjed b’Denominazzjoni ta’ Oriġini ta’ Kwalità Superjuri u Nbejjed Lokali, u t-termini użati fuq it-tikkettar ta’ nbejjed bħal dawn relatati mal-metodu tal-produzzjoni jew il-metodi tal-preparazzjoni tagħhom (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 818/15.6.2005) jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-użu tat-termini li ġejjin:

“ΝΕΟΣ ΟΙΝΟΣ” / “ΝΕΑΡΟΣ ΟΙΝΟΣ” (inbid ġdid);

“ΩΡΙΜΑΝΣΗ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” / “ΩΡΙΜΑΣΕ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” (immaturat fil-bittija);

“ΠΑΛΑΙΩΜΕΝΟΣ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” jew “ΠΑΛΑΙΩΣΗ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” (imqaddem fil-bittija);

“ΟΙΝΟΠΟΙΗΘΗΚΕ ΚΑΙ ΩΡΙΜΑΣΕ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” / “ΟΙΝΟΠΟΙΗΣΗ ΚΑΙ ΩΡΙΜΑΝΣΗ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” (vinifikat u mmaturat fil-bittija);

“ΟΙΝΟΠΟΙΗΣΗ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” / “ΟΙΝΟΠΟΙΗΘΗΚΕ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” (vinifikat fil-bittija).

B.   Stampar tas-sena inizjali fuq it-tikkettar

Meta jintuża t-terminu “ΝΕΟΣ ΟΙΝΟΣ” / “ΝΕΑΡΟΣ ΟΙΝΟΣ” (“inbid ġdid”) fuq it-tikkettar tal-inbejjed, huwa obbligatorju li tiġi stampata s-sena inizjali, f’konformità mal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 280557/9.6.2005 li tistabbilixxi ż-żmien għas-sajran, it-tqaddim u t-tqegħid fis-suq ta’ nbejjed b’Denominazzjoni ta’ Oriġini ta’ Kwalità Superjuri u Nbejjed Lokali, u t-termini użati fuq it-tikkettar ta’ nbejjed bħal dawn relatati mal-metodu tal-produzzjoni jew il-metodi tal-preparazzjoni tagħhom (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 818/15.6.2005).

C.   Termini tradizzjonali

Termini tradizzjonali f’konformità mad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 235309/7.2.2002 dwar l-approvazzjoni ta’ termini tradizzjonali użati għall-inbejjed (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 179/19.2.2002) li huma marbuta mad-denominazzjoni ta’ oriġini jew mal-indikazzjoni ġeografika.

F’konformità ma’ din id-Deċiżjoni Ministerjali, it-termini tradizzjonali li jistgħu jintużaw fuq it-tikkettar tal-inbejjed tal-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros huma:

ΛΕΥΚΟΣ ΑΠΟ ΛΕΥΚΑ ΣΤΑΦΥΛΙΑ / Blanc de blancs (Abjad minn għeneb abjad), ΛΕΥΚΟΣ ΑΠΟ ΕΡΥΘΡΑ ΣΤΑΦΥΛΙΑ / Blanc de noir (Abjad minn għeneb aħmar), ΛΕΥΚΟΣ ΑΠΟ ΕΡΥΘΡΩΠΑ ΣΤΑΦΥΛΙΑ / ΛΕΥΚΟΣ ΑΠΟ ΓΚΡΙΖΑ ΣΤΑΦΥΛΙΑ / Blanc de gris (Abjad minn għeneb rożè jew abjad minn għeneb griż), ΚΟΚΚΙΝΕΛΙ / kokineli (Kokineli), ΟΙΝΟΣ ΛΟΦΩΝ / Vin de collines (Inbid mill-għoljiet), ΟΙΝΟΣ ΠΛΑΓΙΩΝ / Vin de coteaux (Inbid mit-tlajja’ tal-għoljiet).

Termini tradizzjonali f’konformità mal-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li huma marbuta mad-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika.

F’konformità mal-Artikolu 113 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u kif iddefinit u rreġistrat fil-bażi tad-data elettronika “e-Ambrosia”, it-termini tradizzjonali li ġejjin jistgħu jintużaw u jiġu protetti fir-rigward tal-IĠP Άγιο Όρος / Agio Oros, sakemm il-kundizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE u nazzjonali jiġu osservati:

Τοπικός Οίνος (Inbid Lokali) minflok l-IĠP

Αγρέπαυλη (Agrepavlis), Αμπέλι (Ampeli), Αμπελώνας (ες) (Ampelonas(es)), Αρχοντικό (Archontiko), Κάβα (Cava), Κάστρο (Kastro), Κτήμα (Ktima), Μετόχι (Metochi), Μοναστήρι (Monastiri), Πύργος (Pyrgos), u Νάμα (Nama) għall-inbejjed ħelwin, l-inbejjed magħmulin minn għeneb imqadded u l-inbejjed likuri.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.minagric.gr/images/stories/docs/agrotis/POP-PGE/TEXNIKOI%20FAKELOI%20OINON%20POP-PGE%20ENGLISH/PGI%202/prodiagrafi_PGEAgio_Oros_201221.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.