ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 139

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
29 ta' Marzu 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 139/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10593 — DUSSUR / SeAH / JV) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 139/02

Rata tal-kambju tal-euro — It-28 ta’ Marzu 2022

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 139/03

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

3

2022/C 139/04

Proċedimenti ta’ stralċ — Deċiżjoni biex jinfetħu proċedimenti ta’ falliment għal Societatea de Asigurare-Reasigurare City Insurance SA (Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni (l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni)

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 139/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10636 — COVÉA / PARTNERRE) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2022/C 139/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10642 – CENTRAL / SIGNA / SELFRIDGES) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 139/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, fi Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10593 — DUSSUR / SeAH / JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 139/01)

Fit 16 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10593. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Marzu 2022

(2022/C 139/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0966

JPY

Yen Ġappuniż

135,93

DKK

Krona Daniża

7,4393

GBP

Lira Sterlina

0,83643

SEK

Krona Żvediża

10,4225

CHF

Frank Żvizzeru

1,0257

ISK

Krona Iżlandiża

142,80

NOK

Krona Norveġiża

9,5123

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,650

HUF

Forint Ungeriż

374,13

PLN

Zloty Pollakk

4,7180

RON

Leu Rumen

4,9483

TRY

Lira Turka

16,2750

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4590

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3702

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,5861

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5838

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4921

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 342,49

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

15,9925

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9862

HRK

Kuna Kroata

7,5735

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 737,77

MYR

Ringgit Malażjan

4,6238

PHP

Peso Filippin

57,080

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,027

BRL

Real Brażiljan

5,2133

MXN

Peso Messikan

21,9841

INR

Rupi Indjan

83,4825


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

29.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/3


Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

(2022/C 139/03)

Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 6(4) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

L-AMMONTI TA’ REFERENZA MEĦTIEĠA GĦALL-QSIM TAL-FRUNTIERA ESTERNA FFISSATI MILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI

L – E S T O N J A

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 178, 28.5.2020, p. 3

Skond il-liġi ta’ l-Estonja, persuni barranin li jaslu l-Estonja mingħajr ittra ta’ stedina, fuq talba ta’ xi gwardja uffiċjali tal-fruntiera, għandhom jipprovdu evidenza meta jidħlu fil-pajjiż li għandhom mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex ikopru l-ispejjeż taż-żjara tagħhom fl-Estonja u għal meta jħalluha. Mezzi finanzjarji suffiċjenti għall kull jum permess huma kkonsidrati li huma 0.2-il darba tas-salarju minimu fix-xahar implimentatati mill-Gvern tar-Repubblika, jiġifieri 130.80 EUR.

Inkella, il-persuna li tagħmel l-istedina jkollha tieħu r-responsabbiltà għall-ispejjeż taż-żjara tal-barrani u tat-tluq tiegħu mill-Estonja.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19.

ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11.

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22.

ĠU C 164, 18.7.2007, p. 45.

ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18.

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38.

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19.

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

ĠU C 33, 10.2.2009, p. 1.

ĠU C 36, 13.2.2009, p. 100.

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8.

ĠU C 98, 29.4.2009, p. 11.

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7.

ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5.

ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6.

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8.

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16.

ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13.

ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44.

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8.

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3.

ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13.

ĠU C 98, 5.4.2013, p. 3.

ĠU C 269, 18.09.2013, p. 2.

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 2.

ĠU C 152, 20.5.2014, p. 25.

ĠU C 224, 15.7.2014, p. 31.

ĠU C 434, 4.12.2014, p. 3.

ĠU C 447, 13.12.2014, p. 32.

ĠU C 38, 4.2.2015, p. 20.

ĠU C 96, 11.3.2016, p. 7.

ĠU C 146, 26.4.2016, p. 12.

ĠU C 248, 8.7.2016, p. 12.

ĠU C 111, 8.4.2017, p. 11.

ĠU C 21, 20.1.2018, p. 3.

ĠU C 93, 12.3.2018, p. 4.

ĠU C 153, 2.5.2018, p. 8.

ĠU C 186, 31.5.2018, p. 10.

ĠU C 264, 26.7.2018, p. 6.

ĠU C 366, 10.10.2018, p. 12.

ĠU C 459, 20.12.2018, p. 38.

ĠU C 140, 16.4.2019, p. 7.

ĠU C 178, 28.5.2020, p. 3.

ĠU C 102, 24.3.2021, p. 8.

ĠU C 486, 3.12.2021, p. 26.


29.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/5


Proċedimenti ta’ stralċ

Deċiżjoni biex jinfetħu proċedimenti ta’ falliment għal “Societatea de Asigurare-Reasigurare City Insurance SA”

(Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni (l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni)

(2022/C 139/04)

Impriża tal- assigurazzjoni

“Societatea de Asigurare-Reasigurare City Insurance S.A” bl-uffiċċju reġistrat tagħha f’Bukarest, settur 1, str. Emanoil Porumbaru, nr. 93-95, CP 011424, irreġistrat fl-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ taħt Nru J40/3150/1998, kodiċi ta’ reġistrazzjoni uniku 10392742, irreġistrat fir-Reġistratur tal-Assigurazzjoni taħt Nru RA-008 fl-10 ta’ April 2003.

Data, dħul fis-seħħ u natura tad-deċiżjoni

Id-Deċiżjoni Nru 1148/17.09.2021 dwar l-irtirar tal-liċenzja operattiva ta’ “City Insurance S.A”, id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tagħha u s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment kontriha;

Deċiżjoni provviżorja Nru 507 tal-Qorti ta’ Bukarest tad-9 ta’ Frar 2022 dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra l-kumpanija “City Insurance S.A.”

Awtoritajiet kompetenti

“Autoritatea de Supraveghere Financiară” (ASF) [Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja], bl-uffiċċju prinċipali tagħha fi Splaiul Independenței Nru 15, Settur 5, Bukarest, ir-Rumanija

Awtorità ta’ sorveljanza

“Autoritatea de Supraveghere Financiară” (ASF) [Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja], bl-uffiċċju prinċipali tagħha fi Splaiul Independenței Nru 15, Settur 5, Bukarest, ir-Rumanija

Likwidatur maħtur

Likwidatur maħtur mill-Qorti - CITR Filiala Cluj

Dettalji ta’ kuntatt tal-likwidatur maħtur mill-qorti: Bukarest, Strada Gara Herăstrău, nr. 4, Green Court, etaj 3, settur 2

Liġi applikabbli

Ir-Rumanija

Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 93/2012 dwar it-twaqqif, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Awtorità Superviżorja Finanzjarja, approvata b’emendi bil-Liġi Nru 113/2013, kif emendata;

il-Liġi Nru 503/2004 dwar l-irkupru finanzjarju, il-falliment, u x-xoljiment u l-istralċ volontarju fin-negozju tal-assigurazzjoni, ippubblikata mill-ġdid;

il-Liġi Nru 237/2015 dwar l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-assigurazzjoni, kif emendata;

il-Liġi Nru 85/2014 dwar il-prevenzjoni tal-insolvenza u l-proċeduri tal-insolvenza, kif emendata.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10636 — COVÉA / PARTNERRE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 139/05)

1.   

Fil-21 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Covéa Coopérations (“Covéa”, Franza) ikkontrollata minn Covéa SGAM (Franza),

PartnerRe Ltd (“PartnerRe”, Bermuda), ikkontrollata minn Exor N.V. (in-Netherlands).

Covéa se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ PartnerRe kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Covéa huwa grupp mutwu bil-kwartieri ġenerali fi Franza attiv fl-assikurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, u sa ċertu punt fir-riassikurazzjoni, id-distribuzzjoni tal-assikurazzjoni u l-ġestjoni tal-assi,

PartnerRe hija kumpanija globali tar-riassikurazzjoni li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Bermuda.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10636 — COVÉA / PARTNERRE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


29.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10642 – CENTRAL / SIGNA / SELFRIDGES)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 139/06)

1.   

Fil-21 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Harng Central Department Store Ltd (“Central”, it-Tajlandja),

SIGNA Holding GmbH (“SIGNA”, l-Awstrija),

SFP Holdings Limited, Selfridges Manchester Limited u SHEL Holdings Europe Limited (flimkien “Selfridges”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Selfridges Group Limited (il-Kanada).

Central u SIGNA se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Selfridges.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Central: hija attiva fid-dinja kollha fil-proprjetà immobbli, il-bejgħ bl-imnut, l-ospitalità u r-ristoranti primarjament fix-Xlokk tal-Asja. Fl-UE, Central hija attiva fis-settur tal-bejgħ bl-imnut fl-Italja bil-banner “la Rinascente”, fil-Ġermanja bil-banner “The KaDeWe Group” u fid-Danimarka bil-banner “Illum”. Twettaq ukoll attivitajiet ta’ żvilupp tal-proprjetà fil-Ġermanja, fid-Danimarka u fl-Italja,

SIGNA: hija primarjament attiva f’żewġ oqsma tan-negozju: kummerċ bl-imnut u proprjetà immobbli. Fil-kummerċ bl-imnut, hija tħaddem katina ta’ ħwienet ta’ prodotti mhux tal-ikel fil-Ġermanja (“GALERIA”) u fil-Belġju (“INNO”). Hija għandha wkoll ħwienet fiżiċi speċjalizzati ta’ prodotti sportivi, kif ukoll numru ta’ ħwienet online bil-banners “SportSCheck” u “SIGNA Sports United Group”. Barra minn hekk, hija tħaddem ħwienet tal-għamara fl-Awstrija, kif ukoll żewġt iħwienet tal-għamara online (“kika” u “Leiner”). Fil-proprjetà immobbli, SIGNA tiffoka fuq ix-xiri, il-kera, il-lokazzjoni u l-ġestjoni tal-art u l-bini kif ukoll l-iżvilupp tal-proġetti. Hija proprjetarja ta’ proprjetajiet immobbli primarjament fl-Awstrija, fil-Ġermanja, fit-Tramuntana tal-Italja u fl-Iżvizzera. Hija tħaddem ukoll lukandi lussużi fl-Awstrija u fl-Italja,

Selfridges: hija primarjament attiva fil-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti mhux tal-ikel inklużi prodotti tas-sbuħija, ħelwa tan-nisa, ħut ikħal, ilbies għar-riġlejn, ilbies għar-riġlejn, aċċessorji u homewares. In-negozju tal-bejgħ bl-imnut ta’ Selfridges jinkludi tliet banners operattivi separati: “Selfridges”, “De Bijenkorf” u “Brown Thomas and Arnotts” bi ħwienet li jinsabu fir-Renju Unit, l-Irlanda u n-Netherlands, pjattaformi diġitali assoċjati, u parteċipazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli fir-Renju Unit u fl-Irlanda.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10642 – CENTRAL / SIGNA / SELFRIDGES

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

29.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/10


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, fi Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 139/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI LI MA HIJIEX MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“Prosciutto di San Daniele”

Nru tal-UE: PDO-IT-0065-AM01 – 24.4.2020

PDO (X) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio del Prosciutto di San Daniele

Via Ippolito Nievo, 19

33038 San Daniele del Friuli (UD)

L-Italja

Tel. +39 0432 957515

Email: info@prosciuttosandaniele.it

Il-Consorzio del Prosciutto di San Daniele [“l-Assoċjazzjoni għall-Ħarsien tal-Prosciutto di San Daniele”] għandu d-dritt li jissottometti applikazzjoni għal emenda f’konformità mal-Artikolu 13(1) tad-Digriet tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: kontroll

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkunx ġie ppubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti) li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

5.1.   Bidla fl-abbozzar

It-titolu tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (“Prosciutto di San Daniele” denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta): Speċifikazzjoni Ġenerali) inbidel għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Prosciutto di San Daniele”. Il-werrej, l-annessi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-preambolu, bit-titolu Introduzzjoni u metodoloġija, tħassru.

5.2.   Emenda ta’ element essenzjali: isem il-prodott

It-Taqsimiet A u B tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (intitolati rispettivament L-isem tal-prodott kopert mid-denominazzjoni tal-oriġini u Deskrizzjoni tal-prodott, li tiddikjara l-materja prima u l-karatteristiċi organolettiċi, kimiċi u fiżiċi ewlenin – minn hawn ’il quddiem imqassra għal Deskrizzjoni tal-prodott), li kienu jiddefinixxu l-prodott imsemmi bl-isem protett, ġew strutturati mill-ġdid fl-Artikolu 1 (Isem) u fl-Artikolu 5.4 (Passi fl-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele”).

Tneħħew ir-referenzi għall-isem “Prosciutto di San Daniele del Friuli” peress li dan l-isem ma kienx inkluż fl-applikazzjoni li saret mill-Italja skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/1992 jew fir-reġistrazzjoni sussegwenti permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/1996 u r-rettifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta’ Marzu 2015. Barra minn hekk, ir-referenzi kollha għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE tneħħew peress li huma skaduti u mhux meħtieġa.

5.3.   Bidla fl-abbozzar

Il-lista tad-dokumenti ta’ referenza relatati mat-Taqsima A tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tħassret.

5.4.   Bidla fl-abbozzar: Żona ġeografika, Metodu ta’ produzzjoni, Deskrizzjoni tal-prodott

Id-deskrizzjoni taż-żona ġeografika li fiha jridu jitwieldu, jitrabbew u jinqatlu l-ħnieżer li għandhom jintużaw biex isir il-“Prosciutto di San Daniele”, ipprovduta fit-Taqsima B tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Deskrizzjoni tal-prodott) u fil-punt 4 tad-Dokument Uniku ġiet emendata biex tispeċifika li l-karkassi jridu jitqattgħu f’dik iż-żona wkoll, kif diġà huwa l-każ fil-prattika. Din l-informazzjoni kollha issa tifforma parti mill-Artikolu 3 (Żona ta’ produzzjoni). Dan ma jaffettwax il-punt 3.4 tad-Dokument Uniku minħabba li dan jirreferi għall-istadji tal-proċess tal-produzzjoni tal-“Prosciutto San Daniele” li jibda bit-tirqim tal-koxox friski tal-majjal li diġà jkunu nqatgħu.

L-informazzjoni dwar il-projbizzjoni fuq l-użu ta’ fħula u ta’ majjali nisa pprovduta fit-Taqsima B tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Deskrizzjoni tal-prodott) ġiet emendata billi tneħħa r-rekwiżit li l-ħnieżer ikunu “perfettament f’saħħithom meta jinqatlu u jkunu msada kompletament”, peress li dan diġà huwa obbligatorju għal raġunijiet ta’ saħħa u iġjene, u ġie introdott metodu ta’ kalkolu biex ikun aktar faċli li wieħed ikun jaf l-età ta’ ħanżir. Din l-informazzjoni issa tinstab fl-Artikoli 5.1 (Karatteristiċi ġenetiċi) u 5.3 (Tbiċċir u tqattigħ). Il-punt 3.3 tad-Dokument Uniku sempliċiment ġie ristrutturat mingħajr ma nbidel il-kontenut.

Ir-rekwiżit li l-parti distali tar-riġel (trotter) titħalla fuq il-“Prosciutto di San Daniele” sakemm il-perżut jiġi mmarkat bil-logo, sa issa inkluż fit-Taqsima B tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Deskrizzjoni tal-prodott), ġie fformulat mill-ġdid u issa jinsab fl-Artikolu 2(Deskrizzjoni tal-prodott). It-test issa huwa aktar ċar dwar kemm it-trotter għandu jitħalla mal-perżut matul l-ipproċessar.

5.5.   Emenda ta’ element mhux essenzjali: metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni dwar il-materja prima – jiġifieri s-saqajn ta’ wara tal-ħnieżer – u d-deskrizzjoni tal-istadju ta’ tqattigħ tal-karkassa fil-proċess ta’ preparazzjoni, li jinsabu fit-Taqsima B tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Deskrizzjoni tal-prodott) u fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku, ġew emendati u issa jinstabu fl-Artikolu 5.1 (Karatteristiċi ġenetiċi) u 5.3 (Tbiċċir u tqattigħ). Żdiedet ukoll regola ġdida, li tillimita l-ammont ta’ muskolu espost għal 8 ċentimetri mill-ponta tal-għadma tal-koxxa.

Dan l-ammont ta’ muskolu espost imkejjel mill-ponta tal-għadma tal-koxxa huwa indikatur tal-kwalità biex jiġi mkejjel b’mod preċiż jekk sieq tal-majjal tkunx inqatgħet b’mod korrett. Din il-limitazzjoni l-ġdida ma tinvolvi l-ebda bidla fil-prodott finali.

Mal-punt 3.3 tad-Dokument Uniku żdiedet sinteżi tar-regoli għall-qtugħ tas-saqajn tal-majjal.

5.6.   Emenda ta’ element mhux essenzjali: Metodu ta’ produzzjoni

Dan li ġej żdied mal-Artikolu 5.3 (Tbiċċir u tqattigħ) u mal-punt 3.3 tad-Dokument Uniku: “Saqajn tal-majjal mingħajr trotter li jiżnu bejn 12-il kg u 17-il kg jistgħu jiġu pproċessati fi prieżet biss meta jkunu maħsuba għal ċerti pajjiżi mhux tal-UE li ma jippermettux li t-trotter jitħalla mqabbad.”

Din l-emenda tippermetti l-ipproċessar ta’ saqajn tal-majjal mingħajr trotter fi “Prosciutto di San Daniele” meta l-perżut ikun se jiġi esportat lejn ċerti pajjiżi mhux tal-UE – bħall-Istati Uniti u l-Awstralja – b’leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u l-iġjene li tirrikjedi t-tneħħija tat-trotter. Ir-rekwiżiti tal-piż għas-saqajn mingħajr trotter huma l-istess bħal dawk stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, aġġustati għat-tneħħija tat-trotter, li jiżen madwar 500 g, jiġifieri l-piż minimu jitnaqqas minn 12,5 kg għal 12-il kg u l-piż massimu jitnaqqas minn 17,5 kg għal 17-il kg.

5.7.   Emenda ta’ element essenzjali: Metodu ta’ produzzjoni

Id-deskrizzjoni tal-parametri tas-saqajn friski tal-majjal użati biex isir il-“Prosciutto di San Daniele” ipprovduta fit-Taqsima B tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Deskrizzjoni tal-prodott) u fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku issa tinstab fl-Artikolu 5.3 ( Tbiċċir u tqattigħ) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt, biż-żieda ta’ rekwiżit ta’ piż massimu ġdid.

Il-piż minimu tas-saqajn friski tal-majjal inbidel minn 11-il kg għal 12,5 kg minħabba li, fl-Ewropa kollha u fl-Italja b’mod partikolari, il-ħnieżer imrobbija u l-karkassi tagħhom qed isiru itqal. Ir-raġunijiet għal dan huma t-titjib ġenetiku fir-razez u fil-prattiki tal-biedja (iġjene u sanità, benesseri tal-annimali u nutrizzjoni). Is-saqajn tal-majjal li jiżnu bejn 11 u 12,5 kg ma għadhomx jintużaw biex jagħmlu l-“Prosciutto di San Daniele” minħabba li hemm ħafna inqas minnhom disponibbli fis-suq.

Il-piż massimu permess tas-saqajn friski tal-majjal li jintużaw biex isir il-“Prosciutto di San Daniele” inbidel għal 17,5 kg. It-tkabbir normali, l-iżvilupp korrett u l-kwalità tajba tal-karkassi tal-majjal għadhom kollha żgurati sa dan il-piż massimu ġdid.

Il-ħxuna tax-xaħam li tinsab madwar in-naħa ta’ barra ta’ sieq friska mirquma tal-majjal, imkejla vertikalment mill-ponta tal-għadma tal-koxxa u inkluża l-ġilda, inbidlet minn 15-il mm għal 17-il mm. Il-ħxuna tax-xaħam tal-wiċċ hija indikazzjoni tal-kwalità tas-sieq friska tal-majjal, li tippermetti li l-prieżet jiġu ppreservati għal żmien twil. Minħabba li issa qed jintużaw saqajn tal-majjal aktar tqal, dan il-parametru kellu jiġi aġġustat biex jiġi żgurat li l-prieżet li jirriżultaw ikollhom saff ta’ xaħam tal-wiċċ li jkun oħxon biżżejjed u fi proporzjon tajjeb mal-laħam dgħif.

L-istess bidliet saru wkoll fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.

5.8.   Emenda ta’ element mhux essenzjali: Metodu ta’ produzzjoni

Ir-regoli dwar il-ħżin ta’ saqajn friski tal-majjal ladarba jinqatgħu, kif previst fit-Taqsima B tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Deskrizzjoni tal-prodott) u fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku, ġew emendati u issa jinstabu fl-Artikolu 5.3 (Tbiċċir u tqattigħ). Ir-rekwiżiti għall-ħżin ta’ saqajn friski tal-majjal sempliċiment inkitbu mill-ġdid iżda l-kontenut proprju tagħhom ma nbidilx apparti ż-żmien mit-tbiċċir sal-ipproċessar: minflok “il-prodott ma jistax isir minn saqajn friski tal-majjal miksuba minn ħnieżer maqtula fl-aħħar 24 siegħa jew aktar minn 120 siegħa ilu”, ir-regola issa taqra “mhux aktar minn 5 (ħamest) ijiem mid-data tat-tbiċċir”.

Din l-emenda tneħħi r-restrizzjoni fuq l-ipproċessar ta’ saqajn friski tal-majjal fl-ewwel 24 siegħa wara t-tbiċċir, peress li ma tikkostitwixxix ħtieġa teknoloġika reali fl-interessi tal-produzzjoni jew tas-saħħa u tal-iġjene. Din ir-regola sempliċiment irriflettiet il-fatt li l-faċilitajiet ta’ refriġerazzjoni tal-biċċeriji kienu inqas effiċjenti fl-1993 meta tfasslet l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, milli huma llum.

5.9.   Bidla fl-abbozzar: deskrizzjoni tal-prodott

Id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi tal-“Prosciutto di San Daniele” ladarba jintemm il-proċess tal-preservazzjoni, ipprovduta fit-Taqsima B tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Deskrizzjoni tal-prodott) u fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku, iċċaqalqet għall-Artikolu 2 (Deskrizzjoni tal-prodott) u inkitbet parzjalment mill-ġdid biex jingħataw dettalji aktar kompluti u aktar preċiżi tal-karatteristiċi tal-“Prosciutto di San Daniele”, filwaqt li nżammet id-deskrizzjoni tal-prodott u d-dettalji kollha tar-rabta mal-ambjent. Saru bidliet simili fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku. Dawn l-emendi huma purament editorjali u ma għandhom l-ebda impatt fuq il-kontenut.

5.10.   Emenda ta’ elementi essenzjali: deskrizzjoni tal-prodott

Il-karatteristiċi kimiċi tal-“Prosciutto di San Daniele” ippreservat għalkollox deskritti fit-Taqsima B tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Deskrizzjoni tal-prodott) u fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku issa jinstabu fl-Artikolu 2 (Deskrizzjoni tal-prodott) u ġew emendati kif deskritt hawn taħt.

Filwaqt li qabel it-test kien jiddikjara li “il-proporzjon bejn il-perċentwal tal-kontenut ta’ klorur tas-sodju u l-perċentwal tal-kontenut ta’ ndewwa (espress bħala numri u mmultiplikat b’100) ma jridx ikun anqas minn 7,8 jew aktar minn 11,2”, issa jaqra: “Il-kontenut tal-melħ (klorur tas-sodju) ma jridx ikun anqas minn 4,3 % jew aktar minn 6,0 %”. Din l-emenda tagħmilha possibbli li l-klorur tas-sodju jiġi vvalutat fuq bażi awtonoma b’limiti minimi u massimi, kif diġà huwa l-każ għall-indewwa. Il-limiti li ġew stabbiliti jippermettu li jsiru prieżet b’ammont baxx ta’ melħ, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Il-valuri ddefiniti ma jbiddlux il-prodott lest jew il-karatteristiċi organolettiċi tal-perżut; minflok, dawn jagħmluha possibbli li jiġi indikat b’mod preċiż kwalunkwe eċċess jew nuqqas ta’ kontenut ta’ melħ.

Ir-regola li “il-proporzjon bejn il-perċentwal tal-kontenut ta’ ndewwa u l-perċentwal tal-kontenut totali ta’ proteina jrid ikun bejn 1,9 u 2,5” tħassret. Dan il-parametru wera li ma kienx effettiv għall-fini tal-verifika tal-kwalità tal-perżut, peress li l-kontenut ta’ proteina kif ivvalutat f’muskolu mingħajr ebda xaħam tal-wiċċ ftit li xejn għandu sinifikat xjentifiku.

Id-definizzjoni tal-indiċi tal-proteolisi (“nitroġenu li jinħall fl-aċidu trikloroaċetiku (TCA) bħala perċentwal tan-nitroġenu totali”) tħassret minħabba li dan huwa għarfien komuni. Għalhekk, dan it-test issa sar konformi mal-format użat għall-parametri fiżiċi u kimiċi l-oħra.

Ġie introdott limitu ġdid: “L-attività tal-ilma (aw) ma tridx taqbeż iż-0,930”. L-attività tal-ilma hija parametru analitiku li huwa utli biex titkejjel l-istabbiltà mikrobijoloġika tal-“Prosciutto di San Daniele”. Il-verifika tal-attività tal-ilma hija kejl tas-saħħa u tal-iġjene użat internazzjonalment bl-istess limitu ta’ 0,930, u hija wkoll mod validu biex jiġi ċċertifikat li l-perżut huwa adattat għall-esportazzjoni lejn ċerti pajjiżi mhux tal-UE. Din l-emenda bl-ebda mod tbiddel il-karatteristiċi tal-perżut.

Dawn l-emendi kollha jagħmluha possibbli li jiġi vverifikat f’aktar dettall li l-“Prosciutto di San Daniele” għandu l-karatteristiċi kimiċi meħtieġa meta l-perżut jiġi mmarkat bil-logo u/jew jitwaħħal miegħu mezz ieħor ta’ identifikazzjoni. L-istess bidliet saru wkoll fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.

5.11.   Emenda ta’ elementi essenzjali: deskrizzjoni tal-prodott

Il-karatteristiċi applikabbli għall-prodotti maħsuba biex jiġu ppreżentati fi flieli ppakkjati minn qabel ġew miżjuda mal-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Deskrizzjoni tal-prodott) u mal-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.

L-ispeċifikazzjonijiet għall-perżut imqatta’ huma aktar restrittivi minn dawk għall-perżut sħiħ minħabba li l-“Prosciutto di San Daniele” imqatta’ fi flieli u ppakkjat minn qabel huwa aktar vulnerabbli għad-deterjorament potenzjali fil-kwalità fl-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni.

Żdiedu r-rekwiżiti l-ġodda li ġejjin għall-“Prosciutto di San Daniele” maħsuba għat-tqattigħ: irid ikun ġie ppreservat għal “mill-inqas 430 jum”; ma jrid ikun hemm “l-ebda marka kannella jew safra iżolata meta jinqata’” (dan il-parametru viżiv jippermetti l-identifikazzjoni preċiża ta’ difett fid-dehra tal-perżut imqatta’ mibjugħ ippakkjat fi trejs tal-plastik); il-kontenut tal-indewwa issa jrid ikun “mhux inqas minn 62 %”; u ġie miżjud parametru ġdid ta’ “attività tal-ilma (aw) li ma taqbiżx iż-0,920”. Dawn l-emendi huma meħtieġa biex jiggarantixxu l-proprjetajiet organolettiċi, il-kwalità u l-istabbiltà mikrobijoloġika tal-“Prosciutto di San Daniele” imqatta’ u ppakkjat minn qabel, li jeħtieġ li jkun “tari” iżda wkoll xott biżżejjed.

5.12.   Emenda ta’ elementi essenzjali: deskrizzjoni tal-prodott

Ir-regoli dwar il-piż tal-“Prosciutto di San Daniele” previsti fit-Taqsima B tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Deskrizzjoni tal-prodott) u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku issa jinstabu fl-Artikolu 2 (Deskrizzjoni tal-prodott) u ġew emendati kif deskritt hawn taħt.

Il-piż minimu tal-“Prosciutto di San Daniele” ladarba jitlesta l-ipproċessar inbidel minn “qatt inqas minn 7,5 kg” għal “piż mhux inqas minn 8,3 kg”. Dan il-piż minimu huwa marbut mal-piż minimu tas-saqajn friski tal-majjal fil-bidu tal-ipproċessar, li jitilfu madwar 30 % tal-piż inizjali tagħhom permezz ta’ deidratazzjoni waqt il-proċess tal-produzzjoni tal-perżut.

Ġie introdott ukoll piż massimu tal-“Prosciutto di San Daniele”, “li ma jaqbiżx it-12,8 kg” ladarba l-ipproċessar ikun lest. Dan il-limitu massimu huwa marbut mal-piż massimu tas-saqajn friski tal-majjal fil-bidu tal-ipproċessar, li jitilfu madwar 30 % tal-piż ta’ permezz ta’ deidratazzjoni matul il-proċess tal-produzzjoni tal-perżut.

It-test issa jispeċifika wkoll li l-perżut jintiżen meta jkun qed jiġi mmarkat bil-logo u/jew ikollu mezz ieħor ta’ identifikazzjoni mwaħħal miegħu. Dawn l-emendi jagħmluha possibbli li jiġu esklużi prieżet li ma jkunux nixfu biżżejjed sal-ħin li l-ipproċessar ikun komplut.

5.13.   Bidla fl-abbozzar: Tikkettar

Id-deskrizzjoni tal-modi kif għandu jiġi ppreżentat il-“Prosciutto di San Daniele” ipprovduta fit-Taqsima B tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Deskrizzjoni tal-prodott) ġiet emendata u issa tinsab taħt l-Artikoli 8.1 (Preżentazzjoni u bejgħ) u 8.2 (Riproduzzjoni tal-logo u użu tad-denominazzjoni). Din l-informazzjoni tinstab ukoll fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku. Dan it-test ġie miktub mill-ġdid mingħajr ma nbidel il-kontenut tiegħu, billi ġew iċċarati l-modi li bihom il-“Prosciutto di San Daniele” jiġi ppreżentat u ġew eliminati d-dettalji irrilevanti.

5.14.   Bidla fl-abbozzar: żona ġeografika

Saru bidliet fid-deskrizzjoni taż-żona li fiha l-prodott imqatta’ jista’ jiġi ppakkjat skont it-Taqsima B tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Deskrizzjoni tal-prodott) u fl-informazzjoni dwar iż-żona tal-produzzjoni u d-deskrizzjoni tat-tekniki tat-trobbija tal-ħnieżer li jridu jiġu pprattikati sabiex jiġu ggarantiti l-kwalitajiet tradizzjonali tal-“Prosciutto di San Daniele” li qabel kienu fit-Taqsima C (Definizzjoni taż-żona ġeografika u konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(4) – minn hawn ’il quddiem imqassra għal Żona ġeografika). Din l-informazzjoni issa tinstab fl-Artikoli 3 (Żona tal-produzzjoni) u 5.2 (Trobbija tal-ħnieżer) u ġiet emendata biex titjieb iċ-ċarezza filwaqt li jinżamm l-istess kontenut. L-istess bidliet saru fil-punti 3.4, 3.5 u 4 tad-Dokument Uniku, li issa jagħtu wkoll ir-raġunijiet għar-restrizzjoni tat-tqattigħ fi flieli u tal-ippakkjar tal-perżut imqatta’ għaż-żona ġeografika. Ir-regola dwar fejn għandhom ikunu jinsabu l-faċilitajiet tal-produzzjoni ma nbidlitx, iżda issa qed jiġi enfasizzat li l-istadji differenti tal-produzzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele” iridu jsiru fiż-żona ġeografika. Ir-regola dwar fejn għandhom ikunu jinsabu l-azjendi agrikoli u l-biċċeriji ma nbidlitx: il-ħnieżer iridu jkunu twieldu, trabbew u nqatlu u l-karkassi tagħhom ikunu tqattgħu fiż-żona ġeografika.

5.15.   Emenda ta’ elementi essenzjali: metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni dwar ir-razez awtorizzati ta’ ħnieżer ipprovduta fit-Taqsima C tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Żona ġeografika) u fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku issa tinstab fl-Artikolu 5.1 (Karatteristiċi ġenetiċi) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt.

L-informazzjoni dwar l-oriġini tal-materja prima relatata mat-tipi ġenetiċi ta’ nissiela, kemm l-ommijiet kif ukoll il-missirijiet, saret aktar ċara. It-test issa jagħti dettalji preċiżi tal-kombinazzjonijiet kollha possibbli ta’ inkroċjar tar-razez u huwa aktar restrittiv mill-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li kienet tgħid li “razez, inkroċji u ibridi oħra huma aċċettati sakemm ikunu r-riżultat programm ta’ għażla jew ta’ inkroċjar tar-razez li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Ktieb tal-Merħla Taljana għall-ħnieżer tqal”.

It-tipi ġenetiċi ta’ ħnieżer li minnhom jista’ jsir il-“Prosciutto di San Daniele” issa huma ċari mal-ewwel, u t-test issa jispeċifika u jinkludi tabella li turi l-uniċi kombinazzjonijiet possibbli ta’ inkroċjar tar-razez permessi. Sabiex jiġu żgurati ċarezza u trasparenza massimi, il-punt 3.3 tad-Dokument Uniku ġie emendat ukoll biex jagħti l-lista sħiħa tal-karatteristiċi ġenetiċi meħtieġa mill-ħnieżer.

It-test emendat jipprevedi li hija meħtieġa valutazzjoni tar-razza u tat-tip ġenetiku kemm tal-omm kif ukoll tal-missier biex jiġi vverifikat li huma kompatibbli mal-għażla tat-tliet razez ta’ referenza fil-Ktieb tal-Merħla Taljana. Peress li l-ommijiet jagħtu wkoll kontribut ġenetiku importanti, il-majjala issa wkoll trid tiġi vvalutata biex jiġi żgurat li jinżammu l-karatteristiċi tradizzjonali.

Issa qed issir referenza għal-lista ta’ tipi ġenetiċi approvati sabiex jitjieb il-kontroll fuq il-katina tal-produzzjoni. Din il-lista se tiġi ppubblikata u tinżamm aġġornata mill-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali.

Ir-razez li qabel kienu jissejħu “Bajda Kbira”, “Landrace kif imtejba mill-Ktieb tal-Merħla Taljana” u “Duroc kif imtejba mill-Ktieb tal-Merħla Taljana”, issa jissejħu “Bajda Kbira Taljana”, “Landrace Taljana” u “Duroc Taljana” fil-verżjoni l-ġdida tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. It-tifsira baqgħet l-istess.

5.16.   Bidla fl-abbozzar: Metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni dwar ċerti tipi ta’ ħnieżer li ma jistgħux jintużaw ipprovduta fit-Taqsima C tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Żona ġeografika) u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku issa tinstab fl-Artikolu 5.1 (Karatteristiċi ġenetiċi). Din l-informazzjoni ġiet emendata biex jitneħħew ir-referenzi ġeneriċi għall-karatteristiċi ġenetiċi tal-ħnieżer ipprojbiti, minħabba li t-test issa fih lista tat-tipi ġenetiċi approvati u l-kombinazzjonijiet ta’ tgħammir permessi. Din hija biss bidla strutturali – ir-regoli dwar dak li ma huwiex permess baqgħu l-istess.

5.17.   Bidla essenzjali: Metodu ta’ produzzjoni

Ir-regoli li jeskludu ċerti piżijiet ta’ ħnieżer li jinsabu fit-Taqsima C tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Żona ġeografika) u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku issa jinstabu fl-Artikolu 5.3 (Tbiċċir u tqattigħ) u ġew emendati kif deskritt hawn taħt.

Din l-emenda tiċċara l-kunċetti ġeneriċi ta’ “piżijiet għoljin” u “ħnieżer tqal” użati fil-verżjoni preċedenti, li jistabbilixxu medda ta’ piż tal-karkassa (f’kg). It-test ma għadux jirreferi għal “piż medju tal-lott (piż ħaj) ta’ 160 kg (10 % inqas jew aktar)” iżda pjuttost “piż tal-karkassa li jvarja minn minimu ta’ 110,1 kg sa massimu ta’ 168 kg”.

F’din l-emenda, ir-referenza għall-piż ħaj medju ta’ lott ta’ ħnieżer tneħħiet u ġiet issostitwita bil-parametru tal-piż tal-karkassa individwali, ivverifikat b’mod oġġettiv u preċiż għal kull ħanżir waqt it-tbiċċir. Din il-bidla tagħmilha possibbli li jiġi vverifikat b’mod aktar preċiż li kull ħanżir imbiċċer jissodisfa r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà; ma kien hemm l-ebda bidla fil-karatteristiċi li l-ħnieżer huma meħtieġa li jkollhom biex jintużaw bħala materja prima. L-għan ta’ din l-emenda huwa li l-kwalità tal-materja prima ssir saħansitra aktar uniformi, u dan jillimita wkoll il-possibbiltà ta’ varjazzjoni fil-piż tal-ħnieżer u tal-karkassi u s-saqajn tal-majjal li jirriżultaw.

Il-punt 3.3 tad-Dokument Uniku ma għadux jeħtieġ “piż medju għal kull lott (piż ħaj) ta’ 160 kg jew 10 % aktar jew inqas”; dan ġie ssostitwit b’rekwiżit speċifiku tal-piż applikabbli għal kull karkassa tal-majjal.

5.18.   Bidla essenzjali: Metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni dwar id-dieta tal-ħnieżer ipprovduta fit-Taqsima C tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Żona ġeografika) u fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku issa tinstab fl-Artikolu 5.2 (Trobbija tal-ħnieżer) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt.

Tal-anqas 50 % tal-konsum ta’ għalf niexef annwali mill-ħnieżer irid jiġi prodott fiż-żona ġeografika. F’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014, il-materja prima tal-għalf tiġi miż-żona ġeografika li fiha jitrabbew il-ħnieżer użati biex isir il-“Prosciutto di San Daniele”. Il-karatteristiċi tal-kwalità ta’ dik il-materja prima huma ideali biex jiġi żgurat li l-ħnieżer jieklu dieta tajba u tajba għas-saħħa.

Fi kwalunkwe każ, il-kwalitajiet tal-“Prosciutto di San Daniele” u r-rabta tiegħu maż-żona ddefinita huma ggarantiti mill-preżenza minima ta’ 50 % fuq bażi annwali ta’ materja niexfa fir-razzjon tal-għalf, magħmula, fi proporzjonijiet li jvarjaw, minn ċereali bħall-qamħirrum, dqiq taż-żerriegħa tal-qamħirrum u/jew taħlita ta’ qamħirrum, sorgu, xgħir, qamħ u tritikal, iżda wkoll ċereali żgħar, ċiċri u prodotti sekondarji oħra tal-ipproċessar tal-qamħ.

Wara l-emenda, ir-regoli dwar l-għalf issa huma strutturati fl-ordni kronoloġiku tal-istadji differenti tat-trobbija, bil-materja prima permessa murija f’tabella waħda.

Il-punt 3.3. tad-Dokument Uniku ġie emendat ukoll biex jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-materja prima permessa, kif ukoll biex jispeċifika li, f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 664/2014, mill-inqas 50 % tal-konsum annwali ta’ materja niexfa tal-ħnieżer irid jiġi miż-żona ġeografika li fiha jitrabbew, minħabba li, għal raġunijiet relatati mal-klima u kummerċjali, mhux dejjem ikun teknikament possibbli li tinkiseb il-materja prima lokalment. Minkejja dan, il-kwalità u r-rabta maż-żona lokali huma ggarantiti.

L-ewwel stadji tat-trobbija, sa piż ħaj ta’ 40 kg, ma jaffettwawx il-karatteristiċi finali tal-“Prosciutto di San Daniele”. Matul dawk l-istadji, il-ħnieżer għandhom jiġu mitmugħa bil-materja prima kollha permessa mil-leġiżlazzjoni attwali sabiex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet nutrizzjonali, tal-benesseri u tas-saħħa tagħhom.

It-tabella tal-għalf turi l-materja prima permessa fl-istadji sussegwenti, it-tkabbir u l-irfinar, li ġew emendati kif ġej:

It-terminoloġija użata għall-materjali tal-għalf ġiet magħmula konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1017. Din ir-reviżjoni tat-terminoloġija kienet meħtieġa biex tingħata indikazzjoni aktar ċara tat-tip ta’ materja prima li qed issir referenza għaliha.

Il-lista ta’ materja prima permessa għall-għalf tal-ħnieżer u r-rekwiżiti assoċjati ġew riveduti kif ġej:

L-imżiewed tal-ħarrub mingħajr żerriegħa, il-frakass tal-laħam, il-lisati tal-proteina, il-ħafur, il-patata mnixxfa, il-manjoka, il-polpa tal-pitravi ppressata maħżuna fis-silos, il-pasta taż-żejt tal-ġunġlien, id-dqiq tal-kopra, u l-prodotti sekondarji tad-distillazzjoni flimkien max-xorrox jew ix-xorrox tal-butir tneħħew minħabba li bilkemm jitkabbru fiż-żona tat-trobbija tal-ħnieżer, jew ma għadhomx jitkabbru, minħabba li ġew ipprojbiti minn leġiżlazzjoni ġdida (il-frakass tal-laħam), minħabba li diffiċilment jinstabu, minħabba li huma ta’ kwalità nutrizzjonali fqira, jew minħabba li l-użu tagħhom huwa evitat għal raġunijiet tekniċi u ta’ kwalità. Din l-emenda tneħħi l-possibbiltà li tintuża materja prima minn barra ż-żona tat-trobbija li ma baqgħetx tintuża jew li tintuża biss f’ammonti negliġibbli, u tissostitwiha b’materja prima oħra miż-żona lokali. B’riżultat ta’ dan, ir-rabta maż-żona ġeografika hija msaħħa, mingħajr ebda impatt fuq il-kwalità tal-perżut lest.

Żdiedet il-materja prima li ġejja: is-silaġġ tal-qamħirrum (li issa żdied mad-dieta tal-irfinar ukoll), id-dqiq tal-glutina tal-qamħirrum u/jew għalf tal-glutina tal-qamħirrum (li issa żdied mad-dieta tal-ifrinar ukoll), id-dqiq tas-sbula sħiħa tal-qamħirrum, ħbub imnixxfa tad-distillaturi u sustanzi li jinħallu (li issa żdiedu mad-dieta tal-irfinar ukoll), id-dqiq tal-lift, lipidi b’punt tat-tidwib ogħla minn 36 °C (li issa żdiedu mad-dieta tal-ifrinar ukoll) u l-fażola tas-sojja sħiħa mixwija u/jew l-espellent tas-sojja (miżjudin mad-dieta tat-tkabbir biss).

Din l-emenda kienet meħtieġa minħabba li din il-materja prima titkabbar fiż-żona li fiha jitrabbew il-ħnieżer, normalment mill-bdiewa tal-ħnieżer stess, u wkoll minħabba li, bis-saħħa tar-riċerka u t-titjib ġenetiku, il-valuri nutrizzjonali tagħha tjiebu. Din issaħħaħ ukoll ir-rabta bejn il-“Prosciutto di San Daniele” u ż-żona ġeografika.

Saru bidliet fil-kwantitajiet permessi tal-materja prima li ġejja: ix-xorrox tal-butir (tkabbir biss), id-dqiq tal-glutina tal-qamħirrum u/jew l-għalf tal-glutina tal-qamħirrum, il-qamħirrum, is-sorgu, ix-xgħir, il-qamħ, it-tritikal, il-polpa tal-pitravi disidratata, in-nifel (imnixxef b’temperatura għolja), il-prodotti miksuba waqt l-estrazzjoni tal-fażola tas-sojja, il-prodotti miksuba waqt l-estrazzjoni taż-żrieragħ tal-ġirasol, taċ-ċiċri, u ta’ żrieragħ ta’ legumi oħrajn.

Din l-emenda saret b’kunsiderazzjoni tad-disponibbiltà ta’ din il-materja prima fiż-żona tal-produzzjoni u s-sejbiet xjentifiċi magħmula mill-industrija tal-għalf matul l-aħħar għaxar snin. L-ammonti żdiedu minħabba li dawn huma ingredjenti tal-għalf li dejjem kienu l-pedament tad-dieti tradizzjonali tal-ħnieżer u minħabba li ġeneralment jitkabbru fiż-żona ġeografika, normalment mill-bdiewa tal-ħnieżer għall-użu tagħhom stess. Dawn jgħinu wkoll biex itejbu l-konsum tal-fibra u l-funzjonijiet vitali tal-ħnieżer. L-użu ta’ dawn il-materjali fi kwantitajiet akbar ma jbiddilx il-kwalitajiet tal-prodott tad-DOP, iżda jsaħħaħ ir-rabta maż-żona.

It-tolleranza ta’ 10 % applikabbli għall-kwantitajiet tal-materja prima differenti li tinsab fl-għalf ġiet aġġustata b’referenza għall-Artikolu 17(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, biex it-test isir konformi mal-leġiżlazzjoni attwali dwar l-għalf tal-bhejjem.

Il-limiti l-ġodda li ġejjin ġew introdotti f’din l-emenda: l-ammont ta’ xaħam nej minn prodotti miksuba waqt l-estrazzjoni tal-fażola tas-sojja, taż-żerriegħa tal-ġirasol u taż-żerriegħa tal-lift ma jistax jaqbeż it-2,5 % tal-konsum ta’ materja niexfa ta’ kuljum, u l-kontenut ta’ xaħam huwa limitat għal 5 % tal-konsum ta’ materja niexfa ta’ kuljum. Dawn il-limiti jirriżultaw f’kopertura tax-xaħam ta’ kwalità tajba fis-saqajn tal-majjal.

5.19.   Bidla mhux essenzjali: Metodu ta’ produzzjoni

Id-definizzjoni tal-istadji fit-trobbija tal-ħnieżer stabbilita fit-Taqsima C tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Żona ġeografika) issa tinstab fl-Artikolu 5.2 (Trobbija tal-ħnieżer) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt.

It-tul massimu tal-istadju tat-treddigħ tal-qżieqeż inbidel minn 30 jum għal 28 jum, kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE, Anness I, Kapitolu II, punt C.

It-tul tal-istadju tal-qżieqeż tal-ftama żdied minn 80 jum għal tliet xhur u issa qed jingħata piż massimu ta’ 40 kg għall-qżieqez tal-ftama. Dawn iż-żewġ parametri, li jridu jiġu rrispettati fl-istess ħin, jiżguraw it-tkabbir gradwali u bbilanċjat tal-ħnieżer f’dan l-istadju, li huwa wieħed mill-karatteristiċi ewlenin tat-trobbija tal-ħnieżer “tqal” fiż-żona tal-produzzjoni.

L-istadju tat-tkabbir issa jintemm mhux aktar tard minn ħames xhur sabiex jiġi żgurat tkabbir ibbilanċjat qabel l-istadju tal-irfinar. Il-piż massimu tal-ħnieżer fi tmiem l-istadju tat-tkabbir żdied ukoll minn 80 kg għal 85 kg, abbażi tal-iżviluppi fil-ġenetika u fin-nutrizzjoni u l-applikazzjoni ta’ standards tal-benesseri tal-annimali li wasslu għal titjib ġeneralizzat fil-kapaċità tal-ħnieżer għat-tkabbir.

It-test ma għadux jagħti firxa ta’ piż għall-istadju tal-irfinar, iżda minflok jispeċifika l-piż eżatt tal-karkassi tal-ħnieżer għall-istadju li jmiss fil-proċess, jiġifieri t-tbiċċir.

5.20.   Bidla fl-abbozzar: Metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-karkassi u l-benesseri tal-annimali pprovduta fit-Taqsima C tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Żona ġeografika) issa tinstab fl-Artikoli 5.2 (Trobbija tal-ħnieżer) u 5.3 (Tbiċċir u tqattigħ) u ġiet emendata bit-tħassir tad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-benesseri tal-annimali u l-infrastruttura tal-azjendi agrikoli minħabba li diġà jinstabu fil-leġiżlazzjoni tal-UE (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE).

5.21.   Bidla fl-abbozzar: prova tal-oriġini

Saru bidliet fl-informazzjoni dwar il-kontroll tal-azjendi agrikoli ipprovduta fit-Taqsima C tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Żona ġeografika). Din l-informazzjoni issa tinstab fl-Artikolu 4 (Prova tal-oriġini) u t-test ġie rivedut mingħajr ma nbidel il-kontenut. Issa jidentifika l-kategoriji kollha ta’ operaturi tul il-katina sabiex jiġu żgurati t-traċċar u r-rintraċċabbiltà għall-“Prosciutto di San Daniele”.

5.22.   Bidla mhux essenzjali: tikkettar

L-informazzjoni dwar l-immarkar tal-ħnieżer prevista fit-Taqsima C tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Żona ġeografika) u fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku issa tinstab fl-Artikolu 5.2 (Trobbija tal-ħnieżer) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt.

L-iskadenza għall-immarkar slap inbidlet minn “30 jum” għal “sal-ftim” sabiex jiġi żgurat li l-materja prima tkun tista’ tiġi traċċata lura għall-merħla li fiha jkun twieled il-ħanżir.

Sabiex jittejjeb l-infurzar tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, żdiedet deskrizzjoni tal-informazzjoni li jeħtieġ li jkun fiha l-marka slap tal-merħla tal-oriġini. L-għodod li bħalissa qed jintużaw diġà jikkonformaw ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet il-ġodda.

Ġiet miżjuda tabella ta’ referenza li turi liema ittra għandha tintuża biex tirrappreżenta x-xahar tat-twelid – informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-marka slap – biex jiġu żgurati ċarezza u trasparenza massimi fit-traċċar u fir-rintraċċabbiltà tal-“Prosciutto di San Daniele”.

Żdiedet il-possibbiltà li jintużaw mezzi oħra ta’ identifikazzjoni minbarra jew minflok l-immarkar slap biex jitqiesu l-iżviluppi fit-teknoloġija.

Ir-regola biex wieħed jikkalkula l-età ta’ ħanżir f’xhur ġiet iċċarata sabiex ikun possibbli li jiġi vverifikat li l-limitazzjonijiet relatati mal-istadji differenti tat-trobbija qed jiġu rrispettati mingħajr ebda dubju.

Ir-referenza għall-marki tal-bidwi tneħħiet mill-punt 3.6 tad-Dokument Uniku peress li dan jirrigwarda l-kontrolli u s-sistema ta’ traċċabbiltà u mhux it-tikkettar tal-prodott.

5.23.   Bidla fl-abbozzar: Kontroll

Saru bidliet fl-informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll fis-seħħ għat-trasferimenti tal-ħnieżer, il-marki u ċ-ċertifikati pprovduta fit-Taqsima C tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Żona ġeografika). Din l-informazzjoni issa tinstab fl-Artikolu 4 (Prova tal-oriġini). It-test il-ġdid issa jidentifika l-kategoriji kollha ta’ operaturi tul il-katina sabiex jiġu żgurati t-traċċar u r-rintraċċabbiltà għall-“Prosciutto di San Daniele”.

5.24.   Bidla mhux essenzjali: Tikkettar

L-informazzjoni dwar l-immarkar tas-saqajn tal-majjal fil-biċċerija pprovduta fit-Taqsima C tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Żona ġeografika) u fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku issa tinstab fl-Artikolu 5.3 (Tbiċċir u tqattigħ) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt.

L-emenda ttejjeb iċ-ċarezza billi tissostitwixxi t-termini “l-immarkar tal-bidwi” b’“marka tal-oriġini slap” u “t-timbru li ma jitħassarx tal-biċċerija” b’“timbru ta’ identifikazzjoni tal-biċċerija”.

Biex jittejjeb l-infurzar tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ir-rekwiżiti għat-timbru ta’ identifikazzjoni tal-biċċerija issa huma deskritti b’mod aktar ċar. It-timbri li qed jintużaw bħalissa fil-biċċeriji diġà jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti. Żdiedet il-possibbiltà li jintużaw mezzi oħra ta’ identifikazzjoni minbarra jew minflok it-timbru ta’ identifikazzjoni tal-biċċerija biex jitqiesu l-iżviluppi fit-teknoloġija.

Ir-referenza għat-timbru tal-biċċerija tneħħiet mill-punt 3.6 tad-Dokument Uniku peress li din tirrigwarda l-kontrolli u s-sistema ta’ traċċabbiltà u mhux it-tikkettar tal-prodott.

5.25.   Bidla fl-abbozzar: metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni relatata mal-faċilitajiet tat-tqattigħ ipprovduta fit-Taqsima C tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Żona ġeografika) issa tinstab fl-Artikolu 5.3 (Tbiċċir u tqattigħ) u ġiet emendata biex tagħmilha ċara li l-karkassi jistgħu wkoll jitqattgħu f’faċilitajiet apposta għat-tqattigħ tal-laħam irreġistrati mas-sistema ta’ kontroll, kif diġà kien il-każ taħt il-verżjoni preċedenti.

5.26.   Bidla fl-abbozzar: Żona ġeografika

Il-mapep taż-żona ġeografika ipprovduti fit-Taqsima C (Żona ġeografika) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti u l-lista tad-dokumenti ta’ referenza relatati ma’ dik it-taqsima tħassru.

5.27.   Bidla fl-abbozzar: Rabta

Saru bidliet fit-Taqsima D tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Oriġini tal-prodott b’rabta maż-żona ġeografika), li qassru l-kontenut filwaqt li żammew id-dettalji storiċi essenzjali. Din l-informazzjoni issa tinstab fl-Artikolu 6 (Rabta mal-ambjent).

5.28.   Bidla fl-abbozzar: metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni dwar l-istadji differenti tal-proċess tal-produzzjoni li tinsab fit-taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Metodu ta’ produzzjoni) issa tinstab fl-Artikolu 5.4 (Passi fl-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele”) u ġiet emendata biex tinkludi lista tal-passi differenti involuti fil-proċess tal-produzzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele”, li issa jinkludu wkoll il-proċessi tal-“ittimbrar bid-data tal-bidu tal-preservazzjoni” u l-“immarkar bil-logo”, li diġà kienu previsti fil-verżjoni preċedenti. It-terminu Taljan li jintuża biex jirreferi għall-istadju tad-dendil tal-prieżet biex jinxfu inbidel minn stagionatura (“tqaddim” jew “maturazzjoni”) għal affinamento (“irfinar”) sabiex dan il-pass fl-ipproċessar jiġi identifikat b’mod preċiż mingħajr ebda ambigwità.

5.29.   Bidla mhux essenzjali: Metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni dwar l-istadji tat-twarrib, tat-tkessiħ u tat-tirqim fil-proċess tal-produzzjoni li tinsab fit-taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Metodu ta’ produzzjoni) issa tinstab fl-Artikolu 5.4 (Passi fl-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele” – Twarrib, tkessiħ u tirqim) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt.

Il-limitu massimu ta’ żmien għall-konsenja tas-saqajn tal-majjal mill-biċċerija għall-faċilità tal-preservazzjoni nbidel minn “120 siegħa” għall-“ħamest ijiem” ekwivalenti.

It-tqegħid tas-saqajn tal-majjal f’maħżen kiesaħ qabel il-preservazzjoni sar fakultattiv. Din l-emenda tqis it-titjib fil-prestazzjoni tat-tagħmir tat-tkessiħ fil-biċċeriji u fil-vetturi.

Il-possibbiltà tat-tirqim mill-ġdid ta’ perżut mirqum issa ġiet magħmula espliċita. Dan il-proċess ma jbiddilx il-karatteristiċi tal-prodott lest.

Ġiet introdotta regola li biha l-faċilitajiet tal-preservazzjoni rreġistrati fis-sistema ta’ kontroll huma pprojbiti milli jaħdmu bis-saqajn tal-majjal bit-trotter li jkun għadu mwaħħal li ma jkunux ġew approvati għall-proċess tal-produzzjoni tal-perżut tad-DOP. Din il-miżura hija meħtieġa biex tiġi żgurata separazzjoni ċara bejn il-“Prosciutto di San Daniele” u prodotti simili oħra fil-faċilitajiet tal-produzzjoni biex jiġi ffaċilitat it-traċċar immirat lejn il-prevenzjoni tal-użu frawdolenti tad-DOP.

5.30.   Bidla mhux essenzjali: Metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni dwar l-istadji tat-tmelliħ u tal-ippressar fil-proċess tal-produzzjoni li tinsab fit-taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Metodu ta’ produzzjoni) issa tinstab fl-Artikolu 5.4 (Passi fl-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele” – Tmelliħ u ppressar) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt. L-ebda waħda minn dawn il-bidliet ma taffettwa l-kwalitajiet tal-prodott lest.

L-emenda tintroduċi l-possibbiltà ta’ perjodu iqsar ta’ tmelliħ minn “jum għal kull kilogramma ta’ piż” meta l-preservatur ewlieni, abbażi tal-esperjenza taż-żminijiet attwali ta’ tmelliħ/tneħħija tal-melħ jew il-kontenut ta’ ndewwa jew il-piż tas-saqajn tal-majjal, iqis li l-istadju tat-tmelliħ dam biżżejjed biex jagħti lill-perżut il-karatteristiċi tipiċi tal-“Prosciutto di San Daniele”.

Ir-referenza ġenerika għal “indewwa għolja” ġiet issostitwita bl-ispeċifikazzjoni li l-indewwa trid tkun “mill-inqas 65 %”.

Il-medda tat-temperatura żdiedet minn “0-3 °C” għal “0-5 °C” minħabba li l-valuri preċedenti kienu restrittivi ħafna u setgħu jiġu miksura meta wieħed jidħol fil-maħżen kiesaħ. Dan ma jaffettwax it-temperatura attwali tas-saqajn tal-majjal.

Ir-ripetizzjoni tal-immassaġġjar u l-ippressar tal-laħam ma għadhiex trid issir “f’nofs il-perjodu ta’ tmelliħ stabbilit minn qabel”, peress li dan ir-rekwiżit li l-immassaġġjar isir fin-nofs eżatt tal-perjodu ta’ tmelliħ huwa diffiċli li jiġi osservat u ma huwiex iġġustifikat mil-lat tekniku. L-ippressar issa jista’ jsir billi jiġu mmassaġġjati s-saqajn tal-majjal diversi drabi u/jew billi tiġi applikata pressjoni kostanti; din l-għażla titħalla għad-diskrezzjoni tal-“preservatur ewlieni”, li, mill-esperjenza, jista’ jkejjel l-aħjar metodu abbażi tal-karatteristiċi tal-prodott.

Fl-interess taċ-ċarezza, ġew speċifikati l-kundizzjonijiet ta’ ndewwa u tat-temperatura għall-imħażen kesħin li fihom issir l-ippressar.

5.31.   Bidla mhux essenzjali: Metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni dwar l-istadju tal-mistrieħ fil-proċess tal-produzzjoni li tinsab fit-taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Metodu ta’ produzzjoni) issa tinstab fl-Artikolu 5.4 (Passi fl-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele” – Mistrieħ, tindif u żieda fit-temperatura) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt.

Il-perjodu minimu ta’ mistrieħ żdied minn 60 għal 75 jum. Din l-emenda hija meħtieġa minħabba li qed jintużaw saqajn friski tal-majjal aktar tqal.

Il-perjodu ta’ mistrieħ ma għadux limitat għal 90 jum. Din l-emenda hija meħtieġa biex tippermetti lill-“preservatur ewlieni”, jiddeċiedi mill-esperjenza, meta għandu jtemm il-perjodu ta’ mistrieħ abbażi tal-karatteristiċi speċifiċi tas-saqajn tal-majjal.

Il-limiti minimi u massimi ta’ ndewwa applikabbli għall-kamra li fiha jseħħ il-mistrieħ inbidlu minn 70 % għal 45 % u minn 80 % għal 90 % rispettivament, u t-temperatura minima f’dik il-kamra nbidlet minn 4 °C għal 1 °C. Din il-bidla ma taffettwax il-karatteristiċi tal-prodott lest; din għandha l-għan li tottimizza l-proċess tat-tnixxif u tipprevjeni d-dehra ta’ difetti.

5.32.   Bidla mhux essenzjali: Metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni dwar l-istadju tal-ħasil fil-proċess tal-produzzjoni li tinsab fit-taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Metodu ta’ produzzjoni) issa tinstab fl-Artikolu 5.4 (Passi fl-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele” – Ħasil) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt.

Din l-emenda tipprovdi definizzjoni preċiża tal-istadju tat-“temperatura dejjem tiżdied” li jiġi qabel il-ħasil, minħabba li huwa importanti ħafna li t-temperatura tal-prodott tiżdied gradwalment qabel ma jinħasel.

Il-possibbiltà li jintużaw l-ixkupilji għall-ħasil tneħħiet minħabba li dawn ma jistgħux jibqgħu jintużaw għal raġunijiet ta’ iġjene. Għal din l-istess raġuni, il-ħasil ma għadux strettament obbligatorju.

5.33.   Bidla mhux essenzjali: Metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni dwar l-istadju tat-tnixxif tal-prieżet li tinsab fit-taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Metodu ta’ produzzjoni) issa tinstab fl-Artikolu 5.4 (Passi fl-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele” – Tnixxif u preparazzjoni għad-dendil biex jinxef) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt.

It-test ma għadux jistabbilixxi limiti fuq il-perċentwal tal-indewwa, it-temperatura jew id-durata tal-istadju tat-tnixxif, minflok dan jitħalla għall-ġudizzju attent tal-“preservatur ewlieni”. Dan il-fattur uman tradizzjonali huwa kruċjali fl-ipproċessar tipiku tal-“Prosciutto di San Daniele”.

It-terminu Taljan użat għall-pass li fih il-prieżet jiġu mħejjija biex jiddendlu biex jinxfu nbidel minn prestagionatura għal pre-affinamento minħabba li stagionatura – u għalhekk anke prestagionatura – jista’ joħloq konfużjoni u nuqqas ta’ ftehim.

Il-firxa ta’ temperaturi li fihom il-perżut jitħejja biex jiddendel u jinxef (l-istadju tal-pre-affinamento) ġiet estiża minn “12 °C – 14 °C inizjalment u 14 °C – 19 °C fl-aħħar” għal “11 °C – 20 °C”. Din l-emenda tissimplifika aspett tekniku, mingħajr ebda impatt fuq il-karatteristiċi tal-prodott lest.

5.34.   Bidla mhux essenzjali: Metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni dwar l-istadju tad-dendil tal-prieżet biex jinxfu fil-proċess tal-produzzjoni li tinsab fit-taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Metodu ta’ produzzjoni) u fil-punt 5.3 tad-Dokument Uniku, issa tinstab fl-Artikolu 5.4 (Passi fl-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele” – Id-dendil biex jinxef u l-illardjar) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt.

It-terminu Taljan użat biex jirreferi għall-istadju tad-dendil tal-prieżet biex jinxfu nbidel minn stagionatura għal affinamento minħabba li tal-ewwel jista’ jikkawża konfużjoni u nuqqas ta’ ftehim.

Ir-regola li tispeċifika kif il-prieżet għandhom jitqiegħdu fir-rigward tat-twieqi tħassret, peress li ċ-ċirkolazzjoni tal-arja fil-kmamar tal-preservazzjoni tiżgura li l-prieżet kollha jinxfu gradwalment, u b’hekk jinkiseb l-istess riżultat. Din l-emenda saret ukoll f’5.3 tad-Dokument Uniku. Ir-referenza għat-tip ta’ sistemi ta’ arja kondizzjonata li jistgħu jintużaw fil-faċilitajiet tal-produzzjoni nbidlet biex tingħata definizzjoni aktar xierqa.

It-test ma għadux jiddikjara li dan l-istadju “normalment jieħu tmien xhur” minħabba li din hija dikjarazzjoni ġenerika. Iż-żmien minimu l-ġdid tal-ipproċessar huwa ta’ 400 jum, ekwivalenti għal 13-il xahar u erbat ijiem, inkluż l-istadju msemmi qabel li l-prieżet jiġu mdendla biex jinxfu, li xorta jdum madwar tmien xhur.

Il-prieżet issa jistgħu jiġu llardjati aktar minn darbtejn: l-illardjar jikkontribwixxi għall-iżvilupp u ż-żamma tal-karatteristiċi tal-kwalità li huma tipiċi tal-“Prosciutto di San Daniele”, iżommu artab u jipprevjeni milli tifforma qoxra fuq il-wiċċ.

Fl-interess tas-saħħa u tal-iġjene, it-test issa jispeċifika li l-ħasil jista’ jsir biss qabel id-dissussar.

Id-dikjarazzjoni li “l-proċessi kollha ta’ tnixxif artifiċjali” huma pprojbiti tneħħiet minħabba li kienet ġenerika u mhux ċara.

5.35.   Bidla essenzjali: Metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni dwar it-tul tal-proċess tal-produzzjoni li tinsab fit-taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Metodu ta’ produzzjoni) u fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku issa tinstab fl-Artikoli 2 (Deskrizzjoni tal-prodott) u 5.4 (Passi fl-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele” – Immarkar bil-logo) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt.

Din l-emenda żżid iż-żmien minimu tal-ipproċessar minn 12-il xahar għal “mhux inqas minn 400 jum”. Din il-bidla kienet meħtieġa minħabba li l-użu ta’ saqajn friski tal-majjal aktar tqal jeħtieġ żmien minimu itwal ta’ preservazzjoni biex jiġi żgurat li dawn jinxfu kif suppost. Barra minn hekk, il-perjodi itwal ta’ preservazzjoni jkomplu jtejbu l-karatteristiċi organolettiċi tal-“Prosciutto di San Daniele”.

Għal dawn ir-raġunijiet, tneħħiet il-possibbiltà li jitnaqqas il-perjodu minimu ta’ pproċessar għas-saqajn li jkunu ftit aktar mill-piż minimu permess.

Il-perjodu minimu ta’ preservazzjoni issa huwa speċifikat ukoll bħala karatteristika tal-prodott taħt il-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.

5.36.   Bidla mhux essenzjali: Metodu ta’ produzzjoni

L-informazzjoni dwar il-proċess tal-immarkar tal-prieżet bil-logo li tinsab fit-taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Metodu ta’ produzzjoni) u fil-punti 3.2 u 3.6 tad-Dokument Uniku issa tinstab fl-Artikolu 5.4 (Passi fl-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele” – Immarkar bil-logo) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt.

It-test issa jagħti deskrizzjoni tal-għażliet ta’ mmarkar, billi jiddikjara li perżuta tista’ tiġi mmarkata aktar minn darba, u jagħti speċifikazzjonijiet għal-logo. L-emenda tejbet id-deskrizzjoni tal-logo tal-“Prosciutto di San Daniele”, li, fil-każ ta’ prieżet f’porzjonijiet, irid jiġi mmarkat fuq kull porzjon.

Għall-finijiet tat-traċċar u tar-rintraċċabbiltà tal-“Prosciutto di San Daniele”, ir-referenza għall-kodiċi ta’ identifikazzjoni fuq il-logo issa hija aktar ċara: dan irid jidentifika l-produttur li jkun lesta l-proċess tal-produzzjoni.

Il-logo mmarkat fuq il-prieżet issa jista’ jinkludi marki ta’ identifikazzjoni addizzjonali żgħar li ma jbiddlux id-dehra tal-kompożizzjoni ġenerali tal-logo iżda jippermettu li dan jiġi identifikat bħala marka oriġinali magħmula bl-użu ta’ ħadida tal-immarkar iċċertifikata u mhux kopja frawdolenti.

Kif diġà kien il-każ fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-Assoċjazzjoni, bħala sidt il-ħadidiet tal-immarkar, tippermetti lil kwalunkwe produttur irreġistrat mas-sistema ta’ kontroll tad-DOP li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-“Prosciutto di San Daniele” – irrispettivament minn jekk dak il-produttur jagħmilx parti mill-assoċjazzjoni nnifisha – li juża dawk il-ħadidiet biex jiċċertifika l-prodott tad-DOP.

Żdiedet il-possibbiltà li jintużaw mezzi oħra ta’ identifikazzjoni minbarra jew minflok l-immarkar biex jitqiesu l-iżviluppi fit-teknoloġija. Din id-dispożizzjoni żdiedet ukoll fil-punt 3.2 u 3.6 tad-Dokument Uniku.

5.37.   Bidla fl-abbozzar: Kontroll

Ir-referenzi għall-kontroll tal-faċilitajiet tal-preservazzjoni li jinsabu fit-Taqsima E tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Metodu ta’ produzzjoni) tneħħew.

5.38.   Bidla mhux essenzjali: Kontroll

L-informazzjoni dwar it-trasferimenti tal-prieżet matul il-proċess tal-preservazzjoni pprovduta fit-taqsima E tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Metodu ta’ produzzjoni) issa tinstab fl-Artikolu 5.5 (It-trasferiment tal-prieżet waqt il-preservazzjoni) u ġiet emendata permezz ta’ abbozzar mill-ġdid tal-parti dwar it-trasferiment tal-prieżet qabel ma jkunu għaddew 180 jum. Din il-bidla ttejjeb iċ-ċarezza iżda ma tbiddilx it-tifsira.

5.39.   Bidla mhux essenzjali: Tikkettar

Id-dettalji dwar kif ir-rintraċċabbiltà hija ggarantita mill-bidu tal-proċess ta’ preservazzjoni li jinsabu fit-taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Metodu ta’ produzzjoni) u l-punt 3.6 tad-Dokument Uniku issa jinstabu fl-Artikolu 5.4 (Passi fl-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele” – Ittimbrar bid-data tal-bidu tal-preservazzjoni) u ġew emendati biex jagħtu deskrizzjoni mtejba tar-rekwiżiti tat-timbru tad-data tal-bidu tal-preservazzjoni.

It-timbri użati għall-immarkar tal-prieżet ma għadhomx meħtieġa li jkun fihom l-akronimu “D.O.T.”, li kien ifisser terminu li ma għadux jintuża, jiġifieri Denominazione di Origine Tutelata (“Denominazzjoni ta’ Oriġini Mħarsa”). Minflok, għandu jintuża l-akronimu “P.S.D.” – “Prosciutto di San Daniele” – peress li dan jirreferi għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta li ġiet irreġistrata. Sabiex jittejbu t-traċċar u r-rintraċċabbiltà tal-“Prosciutto di San Daniele”, it-timbru tad-data tal-bidu tal-preservazzjoni jrid jiddikjara wkoll in-numru tal-lott tal-prodott.

Żdiedet il-possibbiltà li jintużaw mezzi oħra ta’ identifikazzjoni minbarra jew minflok it-timbru tad-data tal-bidu tal-preservazzjoni biex jitqiesu l-iżviluppi fit-teknoloġija.

Ir-referenza għall-ittimbrar tas-saqajn friski tal-majjal tneħħiet mill-punt 3.6 tad-Dokument Uniku peress li dan jirrigwarda l-kontrolli u s-sistema ta’ traċċabbiltà u mhux it-tikkettar.

5.40.   Bidla fl-abbozzar: Prova tal-oriġini

L-informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ kontroll relatati mat-timbri tad-data tal-bidu tal-preservazzjoni u l-logos immarkati fuq il-prieżet li kienet tifforma parti mit-taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Metodu ta’ produzzjoni) issa tinstab fl-Artikolu 4 (Prova tal-oriġini).

Il-lista tad-dokumenti ta’ referenza relatati mat-Taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tħassret.

5.41.   Bidla fl-abbozzar: Rabta

Saru bidliet fl-informazzjoni fit-taqsima F tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Rabta mal-ambjent ġeografiku) u fil-punt 5 tad-Dokument Uniku. Verżjoni emendata ta’ din l-informazzjoni, li żżomm biss il-kontenut li juri r-rabta mat-territorju, issa tinstab fl-Artikolu 6 (Rabta mal-ambjent). F’din il-verżjoni mqassra, ma sar l-ebda tibdil fl-elementi ewlenin li juru r-rabta bejn il-“Prosciutto di San Daniele” u ż-żona ġeografika. Bl-istess mod, il-punt 5 tad-Dokument Uniku nkiteb mill-ġdid, b’mod li jippreżenta l-informazzjoni ewlenija aktar fil-qosor u jinkludi referenza għall-elementi tradizzjonali li jagħmlu t-tekniki tal-ħnieżer u tal-produzzjoni tal-perżut uniċi.

5.42.   Bidla fl-abbozzar: Kontroll

Saru bidliet fit-taqsima G tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Struttura ta’ spezzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92). Din l-informazzjoni issa tinstab fl-Artikolu 4 (Prova tal-oriġini) u 7 (Kontroll). L-informazzjoni dwar il-korp ta’ kontroll ġiet aġġornata.

5.43.   Bidla fl-abbozzar: tikkettar

L-informazzjoni dwar is-sekwenza tas-simboli li jidentifikaw il-materja prima u l-prodott lest matul l-ipproċessar li tinsab fit-taqsima H tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Informazzjoni speċifika dwar it-tikkettar marbuta mat-terminu “DOP” u termini nazzjonali ekwivalenti – minn hawn ’il quddiem imqassra għal Tikkettar) u fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku issa tinstab fl-Artikoli 5 (Metodu ta’ produzzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele”) u 8 (Preżentazzjoni, kummerċjalizzazzjoni u tikkettar). Dan il-kontenut ġie emendat biex jagħti deskrizzjoni dettaljata tas-simboli u l-marki użati għall-identifikazzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele”, skont l-ordni kronoloġiku tal-ipproċessar. Din l-informazzjoni tneħħiet mill-punt 3.6 tad-Dokument Uniku peress li hija relatata mal-kontrolli u mar-rintraċċabbiltà u mhux mat-tikkettar. Dawn l-emendi għandhom l-għan li jtejbu s-sistema ta’ traċċar u rintraċċabbiltà tal-“Prosciutto di San Daniele”.

5.44.   Bidla mhux essenzjali: Tikkettar

L-informazzjoni dwar il-preżenza tal-logo fuq il-formati differenti kollha ta’ preżentazzjoni li jinsabu fit-taqsima H tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Tikkettar) u fil-punti 3.2 u 3.6 tad-Dokument Uniku issa tinstab fl-Artikolu 8 (Preżentazzjoni, kummerċjalizzazzjoni u tikkettar) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt.

It-test issa jispeċifika fid-dettall kif għandhom jiġu ppreżentati u kkummerċjalizzati l-formati differenti tal-“Prosciutto di San Daniele”. Issa jagħti dettalji wkoll dwar kif għandhom jintwerew l-isem tal-prodott u l-immaġni tal-logo, kif ukoll jispeċifika informazzjoni obbligatorja dwar it-tikkettar għall-formati differenti ta’ preżentazzjoni.

It-test issa jispeċifika l-elementi ta’ identifikazzjoni li dejjem iridu jinżammu fuq il-“Prosciutto di San Daniele” bl-għadma u mingħajr għadma, fl-interessi tat-traċċar u tar-rintraċċabbiltà u biex tiġi evitata t-tneħħija tagħhom fl-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni.

It-test issa jiddeskrivi b’mod ċar kif għandu jiġi kkalkolat it-tul tal-perjodu tal-preservazzjoni (f’xhur) għall-perżut bl-għadma u mingħajr għadma. Din l-emenda hija meħtieġa biex jiġi żgurat li kwalunkwe operatur jew awtorità superviżorja tikkalkula l-perjodu tal-preservazzjoni b’mod korrett u mingħajr ambigwità.

Ġie speċifikat li meta l-“Prosciutto di San Daniele” jinbiegħ fi flieli ppakkjati minn qabel, dan irid jiġi dissussat fiż-żona ġeografika ddefinita. L-uniċi għanijiet ta’ dan ir-rekwiżit huma li tiġi ppreservata l-kwalità tal-prodott fi flieli ppakkjat minn qabel u li tiġi evitata l-frodi. Dan diġà kien indirettament implikat fit-Taqsima C tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li kienet tgħid li l-faċilitajiet tat-tqattigħ iridu jkunu fiż-żona tal-produzzjoni u li l-operazzjonijiet kollha li għandhom jitwettqu minn tali faċilitajiet kellhom jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita.

Issa huwa speċifikat li, qabel it-tqattigħ, il-perżut mingħajr għadma jista’ jitkessaħ għal inqas minn 0 °C minħabba li dan jgħin biex jiġu ppreservati l-karatteristiċi tipiċi tal-“Prosciutto di San Daniele” u biex jiġi evitat li joħorġu difetti waqt it-tqattigħ u l-ippakkjar.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-logo issa huma deskritti b’mod preċiż u murija b’immaġni tal-logo nnifsu. Din l-emenda tiċċara aktar din l-informazzjoni, li hija meħtieġa għar-rappreżentazzjoni korretta tal-immaġnijiet. Il-punt 3.6 tad-Dokument Uniku ġie rivedut ukoll biex jinkludi l-immaġni tal-logo.

Issa huwa speċifikat li l-isem “Prosciutto di San Daniele” għandu jitħalla bit-Taljan biex jiġi żgurat li l-prodott ikun rikonoxxut minnufih fi kwalunkwe post fid-dinja.

5.45.   Bidla fl-abbozzar: Kontroll

L-informazzjoni dwar il-kontrolli fis-seħħ għall-ħadidiet tal-immarkar, l-importanza tal-logos għall-prodott lest, u l-ksur tar-regoli li tinsab fit-taqsima H tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Tikkettar) issa tinstab fl-Artikoli 5.4 (Passi fl-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele” – Immarkar bil-logo) u 8.2 (Riproduzzjoni tal-logo u użu tad-denominazzjoni). Din l-informazzjoni jew tħalliet l-istess jew ġiet emendata biex jiġu eliminati dettalji irrilevanti għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

5.46.   Bidla fl-abbozzar: Tikkettar

L-informazzjoni dwar is-simboli tar-rintraċċabbiltà ttimbrati fuq il-laħam fil-biċċerija u fil-faċilità tal-preservazzjoni li tinsab fit-taqsima H tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Tikkettar) issa tinstab fl-Artikoli 5.3 (Tbiċċir u tqattigħ) u 5.4 (Passi fl-ipproċessar tal-“Prosciutto di San Daniele”) u ġiet strutturata mill-ġdid fl-ordni tal-passi differenti tal-ipproċessar, mingħajr ma nbidel il-kontenut.

5.47.   Bidla mhux essenzjali: Tikkettar

L-informazzjoni dwar it-tikkettar tal-“Prosciutto di San Daniele” bl-għadma, mingħajr għadma u ppakkjat minn qabel, li tinsab fit-taqsima H tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Tikkettar) u fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku issa tinstab fl-Artikolu 8.3 (Tikkettar) u ġiet emendata kif deskritt hawn taħt.

Għall-formati kollha użati għall-bejgħ tal-“Prosciutto di San Daniele”, l-informazzjoni dwar it-tikkettar ġiet riveduta sabiex tiġi standardizzata l-preżentazzjoni tat-tikketta fis-suq u tgħin biex il-prodott isir aktar rikonoxxibbli.

Il-punt 3.6 tad-Dokument Uniku ġie emendat u issa fih sommarju tar-rekwiżiti ewlenin tat-tikkettar.

5.48.   Bidla fl-abbozzar: Tikkettar

Id-dettalji tal-informazzjoni addizzjonali fit-tikkettar mit-taqsima H tal-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Tikkettar) issa jinsabu fl-Artikolu 8.3 (Tikkettar) u ġew emendati, billi nżammu l-kunċetti stabbiliti fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda b’distinzjoni aktar ċara bejn it-termini li jistgħu jintużaw u li ma jistgħux jintużaw u bl-eliminazzjoni ta’ kontenut irrilevanti.

5.49.   Bidla fl-abbozzar

It-Taqsima I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti (Kundizzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li għandhom jiġu rrispettati) tħassret.

5.50.   Bidla fl-abbozzar

L-annessi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (“Direttiva 14/1992”, “DAR 03/04 tad-9 ta’ Novembru 2004” u Tariffi tas-sħubija, tariffi ordinarji u titjib ordinarju”) tħassru.

DOKUMENT UNIKU

“Prosciutto di San Daniele”

Nru tal-UE: PDO-IT-0065-AM01 – 24.4.2020

PDO (X) IĠP ( )

1.   Isem

“Prosciutto di San Daniele”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott [elenkat fl-Anness XI]

Klassi 1.2: Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott

Il-“Prosciutto di San Daniele” huwa prosciutto crudo li jkun ġie mmellaħ u ppreservat fin-niexef għal mill-inqas 400 jum mid-data tal-bidu tal-preservazzjoni. Il-“Prosciutto di San Daniele” għandu forma karatteristika ta’ kitarra u jinkludi l-parti distali tar-riġel (trotter). “Prosciutto di San Daniele” sħiħ bl-għadma ma għandux ikun jiżen inqas minn 8,3 kg u lanqas iktar minn 12,8 kg. Il-laħam huwa tari u x-xaħam huwa abjad u fi proporzjon tajjeb mad-dgħif, li huwa aħmar u roża b’xi vini ta’ xaħam. Għandu togħma delikata, b’bilanċ tajjeb ta’ togħma kompluta u b’togħma ta’ wara aktar qawwija. Għandu aroma tfuħ ta’ perżut ippreservat minħabba ż-żmien twil ta’ preservazzjoni.

Il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tal-“Prosciutto di San Daniele”, kif ittestjati fuq il-biceps femoris qabel ma l-perżut jiġi mmarkat bil-logo, huma kif ġej:

kontenut ta’ ndewwa mhux inqas minn 57,0 % jew aktar minn 63,0 %;

kontenut ta’ melħ (klorur tas-sodju) mhux inqas minn 4,3 % jew aktar minn 6,0 %;

indiċi tal-proteolisi ta’ mhux aktar minn 31 %;

attività tal-ilma (aw) li ma taqbiżx iż-0,930.

Il-“Prosciutto di San Daniele” jista’ jinbiegħ sħiħ bl-għadma jew mingħajr għadma, u jista’ jinqata’ wkoll f’porzjonijiet ta’ forom u piżijiet differenti. Irrispettivament mill-format, il-perżut irid ikollu logo fuq il-ġilda u/jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni li jiżgura jew jiggarantixxi li l-materja prima u l-prieżet ikunu traċċabbli u rintraċċabbli.

Il-“Prosciutto di San Daniele” jinbiegħ ukoll bħala perżut imqatta’ ppakkjat minn qabel. Għall-perżut li jrid jitqatta’ u jiġi ppakkjat, il-perjodu minimu ta’ preservazzjoni huwa ta’ 430 jum, il-kontenut ta’ ndewwa huwa limitat għal 62,0 % u l-attività tal-ilma (aw) ma tistax taqbeż iż-0,920.

3.3.   Għalf u materja prima

Annimali ħajjin

Is-saqajn friski tal-majjal li jintużaw għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele” iridu joriġinaw fiż-żona tat-trobbija tal-ħnieżer definita fil-punt 4 u jiġu mill-wild ta’:

a)

fħula tar-razez tradizzjonali Bajda Kbira Taljana, Landrace Taljana u Duroc Taljana, kif imtejba mill-Ktieb tal-Merħla Taljana, jew ta’ razza pura jew inkroċjati bejniethom, u majjali nisa tar-razez tradizzjonali Bajda Kbira Taljana u Landrace Taljana, jew ta’ razza pura jew inkroċjati bejniethom;

b)

fħula tar-razez tradizzjonali msemmija f’a) u majjali nisa inkroċjati jew majjali nisa ta’ tipi ġenetiċi oħra sakemm dawn jiġu mrobbija taħt skemi ta’ għażla u/jew ta’ inkroċjar tar-razez li jinvolvu r-razez Bajda Kbira, Landrace jew Duroc għall-produzzjoni ta’ ħnieżer tqal, li l-għanijiet tagħhom huma kompatibbli ma’ dawk tal-Ktieb tal-Merħla Taljana;

c)

fħula u majjali nisa ta’ tipi ġenetiċi oħra sakemm dawn jiġu mrobbija taħt skemi ta’ għażla u/jew ta’ inkroċjar tar-razez li jinvolvu r-razez Bajda Kbira, Landrace jew Duroc għall-produzzjoni ta’ ħnieżer tqal, li l-għanijiet tagħhom huma kompatibbli ma’ dawk tal-Ktieb tal-Merħla Taljana;

d)

fħula tat-tipi ġenetiċi l-oħra msemmija f’c), u majjali nisa tar-razez tradizzjonali msemmija f’a).

Is-saqajn friski tal-majjal użati biex isir il-prodott ma jistgħux jiġu minn:

ħnieżer b’karatteristiċi mhux favorevoli, b’mod partikolari s-suxxettibbiltà għall-istress (PSS);

fħula jew majjali nisa.

Għalf

L-għalf tal-ħnieżer irid joriġina fiż-żona ġeografika li fiha jitrabbew. Madankollu, f’ċerti snin jista’ jkun teknikament impossibbli li l-materjali tal-għalf kollha jinkisbu lokalment għal raġunijiet relatati mal-klima jew għal raġunijiet kummerċjali, f’liema każ ir-rabta maż-żona lokali trid tiġi ggarantita, f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 664/2014, billi jiġi żgurat li mill-inqas 50 % tal-konsum annwali ta’ materja niexfa tal-ħnieżer jiġi miż-żona ġeografika li fiha jitrabbew. L-għalf jista’ jingħata kemm f’forma likwida kif ukoll f’forma xotta.

Id-dieta li tingħata lill-ħnieżer tal-ħalib għandha tikkonsisti mill-materja prima permessa mil-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar l-għalf tal-bhejjem. Id-dieta tal-ħnieżer tista’ tiġi ssupplimentata b’vitamini, minerali u amminoaċidi, u jistgħu jintużaw addittivi skont il-leġiżlazzjoni attwali.

Il-materja prima li ġejja hija permessa fl-istadju tat-tkabbir: qamħirrum (sa 65 % tal-konsum ta’ materja niexfa); sorgu, xgħir, qamħ, tritikal, dqiq taż-żerriegħa tal-qamħirrum u/jew taħlita tal-qamħirrum (sa 55 % tal-konsum ta’ materja niexfa); ċereali żgħar, ċiċri (sa 25 % tal-konsum ta’ materja niexfa); dqiq tas-sbula sħiħa tal-qamħirrum, nuħħala tal-qamħ u prodotti sekondarji oħra tal-ipproċessar tal-qamħ, prodotti miksuba waqt l-estrazzjoni tal-fażola tas-sojja (sa 20 % tal-konsum ta’ materja niexfa); silaġġ tal-qamħirrum, dqiq tal-glutina tal-qamħirrum jew għalf tal-glutina tal-qamħirrum, polpa tal-pitravi disidratati, prodotti miksuba waqt l-estrazzjoni taż-żrieragħ tal-ġirasol, pasta taż-żerriegħa tal-lift, żerriegħa ta’ legumi oħra, fażola tas-sojja sħiħa mixwija u/jew espellent tas-sojja (sa 10 % tal-konsum ta’ materja niexfa); pasta tar-raħs tal-qamħirrum, melassa (sa 5 % tal-konsum ta’ materja niexfa); nifel (imnixxef f’temperatura għolja) (sa 4 % tal-konsum ta’ materja niexfa); ħbub imnixxfa tad-distillaturi u sustanzi li jinħallu (sa 3 % tal-konsum ta’ materja niexfa); polpa tal-frott u polpa tat-tadam (lbieba tat-tadam) bħala trasportaturi tat-taħlitiet lesti minn qabel, espellent tal-kittien, għalf tal-espellent tal-kittien, pasta tal-kittien, għalf tal-pasta tal-kittien, lipidi b’punt tat-tidwib ta’ aktar minn 36 °C, ħmira (sa 2 % tal-konsum ta’ materja niexfa); frakass tal-fdal tal-ħut (sa 1 % tal-konsum ta’ materja niexfa); xorrox (sa 15 l għal kull ħanżir kuljum); u xorrox tal-butir (sa 250 g tal-konsum ta’ materja niexfa għal kull ħanżir kuljum).

Il-kriterji li ġejjin iridu jitqiesu wkoll fl-istadju tat-tkabbir: id-dieta tista’ tiġi ssupplimentata b’vitamini u minerali, u jistgħu jintużaw addittivi f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE; sabiex tiġi żgurata kopertura tax-xaħam ta’ kwalità tajba, il-kontenut tal-aċidu linoleiku huwa limitat għal 2 % tal-konsum ta’ materja niexfa u x-xaħam huwa limitat għal 5 % tal-konsum ta’ materja niexfa; u ċ-ċereali jridu jkunu tal-anqas 45 % tal-konsum globali ta’ materja niexfa.

L-istess regoli għall-istadju tat-tkabbir japplikaw ukoll fl-istadju tal-irfinar, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin: iċ-ċereali jridu jammontaw għal mill-inqas 55 % tal-konsum globali ta’ materja niexfa u l-ħnieżer li jkunu fil-fażi tal-irfinar ma jistgħux jingħataw frakass tal-fdal tal-ħut jew żerriegħa sħiħa tas-sojja mixwija u/jew espellent tas-sojja.

Saqajn friski

Is-saqajn tal-majjal li jintużaw fil-produzzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele” iridu jiġu minn karkassi kklassifikati taħt il-kategorija “H” (tqal) li jiżnu bejn minimu ta’ 110,1 kg u massimu ta’ 168 kg u li jaqgħu taħt il-klassijiet “U”, “R”, jew “O” fuq l-iskala tal-Unjoni Ewropea għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal. Is-saqajn ma għandhomx jiżnu inqas minn 12,5 kg jew aktar minn 17,5 kg, u dawk maħsuba għal pajjiżi mhux tal-UE li ma jippermettux li t-trotter jitħalla mas-sieq tal-perżut ma jistgħux jiżnu inqas minn 12-il kg jew aktar minn 17-il kg.

Is-saqajn tal-majjal iridu jinqatgħu skont l-istandard stabbilit fl-użu u jkollhom saff estern tax-xaħam li jkun oħxon mill-inqas 17-il mm, inkluża l-ġilda. Dan ix-xaħam irid ikun sod biżżejjed, jiġifieri b’valur ta’ jodju ta’ mhux aktar minn 70 jew b’kontenut ta’ aċidu linoleiku ta’ mhux aktar minn 15 %.

Ma jistgħux jintużaw saqajn minn ħnieżer b’mijopatiji PSE jew DFD evidenti jew b’effetti sekondarji ovvji ta’ kundizzjonijiet infjammatorji u trawmatiċi preċedenti.

Is-saqajn minn ħnieżer maqtula aktar minn ħamest ijiem qabel ma jistgħux jiġu pproċessati f’perżut.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi kollha involuti fil-produzzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele”, mit-tirqim tas-saqajn friski tal-majjal sat-tlestija tal-proċess tat-tnixxif, iridu jsiru fiż-żona ta’ produzzjoni identifikata, li tikkonsisti fit-territorju fi ħdan il-konfini amministrattivi tal-muniċipalità ta’ San Daniele del Friuli fil-provinċja ta’ Udine fir-Reġjun Awtonomu ta’ Friuli-Venezia Giulia.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ u l-ippakkjar

Sabiex tiġi ggarantita l-awtentiċità tal-“Prosciutto di San Daniele” mibjugħ bħala flieli ppakkjati minn qabel u b’hekk jiġu protetti l-konsumaturi, it-tqattigħ u l-ippakkjar iridu jsiru fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni. Dan huwa meħtieġ biex tiġi ggarantita l-oriġini tal-prodott imqatta’ u ppakkjat minn qabel minħabba li l-perżut imqatta’ ma jibqax ikollu l-marki ta’ identifikazzjoni jidhru fuq il-ġilda tal-“Prosciutto di San Daniele”. Dan jirriżulta wkoll mill-ħtieġa li jiġi żgurat li t-tqattigħ u l-ippakkjar isiru b’mod li jiġu evitati d-deidratazzjoni, l-ossidazzjoni jew kwalunkwe difett fil-karatteristiċi organolettiċi oriġinali tal-“Prosciutto di San Daniele”. Meta jitqatta’ fi flieli l-perżut jitlef il-protezzjoni naturali li tipprovdi l-ġilda u jispiċċa aktar espost għall-ambjent.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-“Prosciutto di San Daniele” irid ikollu logo mmarkat fuq il-ġilda u/jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni li jiżgura jew jiggarantixxi li l-materja prima u l-prieżet ikunu traċċabbli u rintraċċabbli.

Il-logo immarkat fuq il-prieżet huwa kif ġej:

Image 1

It-tikkettar tal-“Prosciutto di San Daniele” bl-għadma jew mingħajr għadma, kemm jekk jinbiegħ sħiħ jew imqatta’ f’porzjonijiet, irid jinkludi d-dettalji li ġejjin:

“Prosciutto di San Daniele” (bit-Taljan), segwit mill-kliem Denominazione di Origine Protetta (Denominazzjoni ta’ oriġini protetta) jew DOP;

l-isem jew it-trademark tal-kumpanija u l-indirizz tal-produttur tal-perżut irreġistrat fis-sistema ta’ monitoraġġ li jiffinalizza l-proċess tal-produzzjoni jew jikkumerċjalizza l-perżut.

L-imballaġġ tal-“Prosciutto di San Daniele” imqatta’ fi flieli jrid jinkludi “Prosciutto di San Daniele” (bit-Taljan) segwiti mill-kliem Denominazione di Origine Protetta jew DOP, il-logo muri hawn fuq, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ min jippakkja, u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni, kontroll u ċertifikazzjoni ta’ kull pakkett individwali.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-“Prosciutto di San Daniele” irid ikun prodott fil-konfini amministrattivi tal-muniċipalità ta’ San Daniele del Friuli fil-provinċja ta’ Udine fir-Reġjun Awtonomu ta’ Friuli-Venezia Giulia.

Il-majjal li jintuża biex minnu jsir il-“Prosciutto di San Daniele” irid jiġi minn ħnieżer li jkunu twieldu, trabbew u nqatlu u l-karkassi tagħhom ikunu tqattgħu fiż-żona ġeografika li tinkludi t-territorju tar-reġjuni li ġejjin: Friuli-Venezia Giulia, Veneto, Lombardia, Piemonte, Emiglia-Romagna, Umbria, Toscana, Marche, Abruzzo u Lazio.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-“Prosciutto di San Daniele” hija l-muniċipalità ta’ San Daniele del Friuli fiċ-ċentru ta’ Friuli, tul ix-xmara Tagliamento, li warajha jibdew l-ewwel għoljiet tal-Prealpi Karniċi.

It-topografija partikolari taż-żona tinteraġixxi ma’ sistema ta’ riħ li fiha, tul il-passaġġ tax-xmara Tagliamento, irjieħ sħan li jitilgħu mill-Baħar Adrijatiku jiltaqgħu ma’ rjieħ aktar kesħin li jinżlu mill-Alpi, fi fluss dritt mill-Canale del Ferro del Tarvisano. Dan joħloq mikroklima speċifika li tiżgura ċirkolazzjoni ta’ arja kalma u ambjent b’umdità baxxa li huma ideali għall-preservazzjoni xotta fit-tul tal-perżut.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-fatt li l-perżut jibqa’ bit-trotter, kif ukoll il-logo mmarkat fuq il-ġilda u/jew l-użu ta’ mezz ta’ identifikazzjoni alternattiv, huma karatteristika tal-“Prosciutto di San Daniele”. Il-fatt li t-trotter jitħalla mas-sieq jgħin biex il-perżut jiġi ppreservat matul l-ipproċessar u jgħin lill-konsumaturi jgħarfu minnufih il-“Prosciutto di San Daniele”. Barra minn hekk, il-forma karatteristika ta’ kitarra, it-togħma delikata b’bilanċ tajjeb ta’ togħma kompluta, u l-aroma tfuħ tal-“Prosciutto di San Daniele” huma karatteristiċi distintivi u ġejjin mit-tirqim u l-ippressar tas-saqajn, iż-żieda ta’ melħ tal-baħar biss u xejn aktar fil-bidu tal-proċess ta’ produzzjoni, u ż-żmien twil li fih il-laħam idum imdendel biex jinxef.

Is-saqajn tal-majjal miż-żona stabbilita tat-trobbija tal-ħnieżer, li ġejjin mir-razez speċifikati fil-punt 3, imrobbija kif speċifikat fl-istess punt, għandhom kopertura ta’ laħam u karatteristiċi ta’ togħma li jagħmluhom naturalment adattati biex isiru prieżet ippreservati fit-tul.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott

Il-kwalità tal-“Prosciutto di San Daniele” hija dovuta għaż-żona ġeografika ta’ produzzjoni u l-karatteristiċi ambjentali u umani tagħha. Il-“Prosciutto di San Daniele” jikseb il-karatteristiċi distintivi tiegħu mill-ammont ġust ta’ xaħam tal-ogħla kwalità li jinsab fil-“ħnieżer tqal” tipiċi tal-Wied tal-Po. Din il-kopertura ta’ xaħam hija garantita mill-għażla tar-razza ġenetika u mill-klima taż-żona ġeografika li fiha jitrabbew il-ħnieżer u li minnha tittieħed il-materja prima li tintuża bħala għalf għalihom.

Il-mikroklima partikolari taż-żona ġeografika ta’ produzzjoni għandha rwol fil-perjodu twil ta’ preservazzjoni u tgħin biex jiżviluppaw it-togħma u l-aroma tal-“Prosciutto di San Daniele”. Minħabba l-kundizzjonijiet tal-ħamrija lokali u tal-klima, il-produzzjoni dejjem kienet iffukata esklussivament fuq il-muniċipalità li tat l-isem lill-perżut, u l-ipproċessar tas-saqajn tal-majjal, li tradizzjonalment jinkisbu miż-żona deskritta fil-punt 4, isir minn ħaddiema tas-sengħa speċjalizzati.

L-esperjenza tal-“preservaturi ewlenin”, li jużaw it-tekniki speċifiċi għall-produzzjoni tal-perżut mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra, hija essenzjali. Dawn jirregolaw il-parametri differenti involuti fl-istadji tal-produzzjoni tal-perżut skont il-kundizzjonijiet tal-klima u l-karatteristiċi tas-saqajn tal-majjal, billi jużaw kmamar tat-tnixxif b’ħafna twieqi li fihom jesponu l-prieżet għall-kurrenti naturali li jgħinu t-tnixxif gradwali u fit-tul tal-“Prosciutto di San Daniele” u jgħinuh jiżviluppa l-aroma karatteristika tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

Il-Ministeru nieda l-proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni permezz tal-pubblikazzjoni tal-proposta għal emenda tad-DOP “Prosciutto di San Daniele” fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 299 tal-21 ta’ Diċembru 2019. It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa disponibbli fuq is-sit web li ġej:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella:

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (http://www.politicheagricole.it), jikklikkja fuq “Qualità” (fl-istrixxa orizzontali fil-parti ta’ fuq tal-iskrin) u fl-aħħar nett jikklikkja fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.