ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 131I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
24 ta' Marzu 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 131 I/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Qafas Temporanju ta’ Kriżi għall-miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex jappoġġaw l-ekonomija wara l-aggressjoni kontra l-Ukrajna mir-Russja

1


MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 131/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Qafas Temporanju ta’ Kriżi għall-miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex jappoġġaw l-ekonomija wara l-aggressjoni kontra l-Ukrajna mir-Russja

(2022/C 131 I/01)

1.   L-AGGRESSJONI KONTRA L-UKRAJNA MIR-RUSSJA, L-EFFETT TAGĦHA FUQ L-EKONOMIJA TAL-UE U L-ĦTIEĠA TA’ MIŻURI TEMPORANJI TA’ APPOĠĠ GĦALL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

1.

Fit-22 ta’ Frar 2022, ir-Russja illegalment irrikonoxxiet iż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tar-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk fl-Ukrajna bħala entitajiet indipendenti. Fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Russja nediet aggressjoni militari mhux provokata u inġustifikata kontra l-Ukrajna. L-Unjoni Ewropea (UE) u s-sħab internazzjonali rreaġixxew minnufih għall-ksur serju tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna billi imponew miżuri restrittivi (sanzjonijiet). Ġew imposti wkoll sanzjonijiet kontra l-Belarussja, minħabba r-rwol tagħha fl-iffaċilitar tal-aggressjoni militari Russa. Matul il-ġimgħat ta’ wara ġew adottati aktar miżuri u oħrajn jistgħu jiġu adottati hekk kif tevolvi s-sitwazzjoni. Ir-Russja ddeċidiet li hi stess tieħu ċerti kontromiżuri ekonomiċi restrittivi (1).

2.

L-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna, is-sanzjonijiet imposti u l-kontromiżuri meħuda, pereżempju mir-Russja se jkollhom riperkussjonijiet ekonomiċi fuq is-suq intern kollu. L-impriżi fl-UE jistgħu jiġu affettwati b’diversi modi, kemm direttament kif ukoll indirettament. Dan jista’ jieħu l-forma ta’ tnaqqis fid-domanda, interruzzjoni ta’ kuntratti u proġetti eżistenti, b’telf konsegwenti ta’ fatturat, interruzzjonijiet fi ktajjen tal-provvista, b’mod partikolari ta’ materja prima u preprodotti, jew inputs oħra li ma għadhomx disponibbli jew li mhumiex ekonomikament affordabbli.

3.

L-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna rriżultat fi tfixkil fil-ktajjen tal-provvista għall-importazzjonijiet tal-UE mill-Ukrajna għal ċerti prodotti, speċjalment iċ-ċereali u ż-żjut veġetali, kif ukoll għall-esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Ukrajna. Is-suq tal-enerġija ġie affettwat b’mod sinifikanti b’żidiet fil-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass fl-UE. Il-probabbiltà ta’ aggressjoni militari mir-Russja kontra l-Ukrajna diġà kellha effetti fuq is-suq tal-enerġija fil-ġimgħat ta’ qabel l-aggressjoni fiżika. Il-prezzijiet għoljin tal-enerġija għandhom impatt fuq diversi setturi ekonomiċi, inklużi wħud minn dawk li ntlaqtu b’mod partikolari mill-pandemija tal-COVID-19, bħat-trasport u t-turiżmu. L-impatt inħass ukoll fis-swieq finanzjarji globali, partikolarment bi tħassib dwar il-likwidità, u l-volatilità tas-suq fin-negozju tal-komoditajiet. L-aggressjoni militari kontra l-Ukrajna mir-Russja wasslet ukoll għal spostament kbir ta’ ċittadini Ukreni kemm internament kif ukoll fil-pajjiżi ġirien, bi fluss bla preċedent ta’ refuġjati fl-UE, b’konsegwenzi umanitarji u ekonomiċi kbar.

4.

Il-kriżi ġeopolitika kkawżata mill-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna qed ikollha wkoll impatt partikolarment sever fuq is-setturi tal-agrikoltura, l-ipproċessar tal-ikel, is-sajd u l-akkwakultura. Il-prezzijiet għoljin tal-enerġija jikkontribwixxu għal prezzijiet għoljin tal-fertilizzanti. Il-provvista tal-fertilizzanti hija affettwata wkoll minn dawn ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet tal-fertilizzanti mir-Russja u l-Belarussja. Il-kriżi x’aktarx ikollha konsegwenzi serji fuq il-provvista ta’ qamħ (b’mod partikolari qamħirrum u qamħ) u żrieragħ taż-żejt (ġirasol, żerriegħa tal-kolza) jew derivattivi tal-lamtu mill-Ukrajna u r-Russja lejn l-UE, li jwasslu għal żieda qawwija fil-prezzijiet tal-għalf tal-bhejjem. L-impatt ikkombinat ta’ dawk iż-żidiet fl-ispejjeż fl-enerġija, il-fertilizzant, il-qmuħ u ż-żjut jinħass l-aktar fit-trobbija tal-bhejjem (2).. L-Ukrajna hija wkoll produttur u esportatur importanti taż-żjut veġetali (b’mod partikolari tal-ġirasol), għalhekk iż-żidiet fil-prezzijiet għal dawk il-prodotti qed jaffettwaw lill-operaturi fis-settur tal-ipproċessar tal-ikel u jisfurzawhom ifittxu alternattivi.

5.

It-tieni tħassib huwa l-impossibbiltà li l-prodotti tal-UE jkomplu jiċċirkolaw lejn l-Ukrajna u potenzjalment anke lejn ir-Russja u l-Belarussja minħabba s-sitwazzjoni tal-gwerra jew is-sanzjonijiet. Dan jaffettwa prinċipalment is-setturi tal-inbejjed u l-ispirti, l-ikel ipproċessat (inkluż il-frott u l-ħxejjex ipproċessati), iċ-ċikkulata, il-ħelu, il-formula tat-trabi, u l-ikel għall-annimali domestiċi fil-każ tar-Russja, il-frott u l-ħxejjex fil-każ tal-Belarussja, u l-biċċa l-kbira tal-prodotti agrikoli fil-każ tal-Ukrajna.

6.

Is-sitwazzjoni hija aggravata miż-żieda qawwija fl-ispejjeż tal-produzzjoni, parzjalment permezz taż-żieda fil-kostijiet tal-fertilizzanti tan-nitroġenu minħabba ż-żieda estrema fil-prezz tal-gass naturali, iżda wkoll bl-użu dirett tal-enerġija fil-proċessi ta’ produzzjoni agrikola. Minħabba li r-Russja u l-Belarussja huma produtturi u esportaturi importanti tat-tliet fertilizzanti ewlenin kollha (in-nitroġenu, il-fosforu, il-potassju), is-sanzjonijiet se jgħollu l-prezzijiet tal-fertilizzanti saħansitra aktar.

7.

Huwa f’dan l-isfond li l-Kummissjoni ddeċidiet li tadotta din il-Komunikazzjoni biex tispeċifika l-kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li l-Istati Membri jistgħu jieħdu biex jirrimedjaw l-effetti ekonomiċi wara l-aggressjoni kontra l-Ukrajna mir-Russja u s-sanzjonijiet li ġejjin imposti mill-UE u s-sħab internazzjonali u l-kontromiżuri meħuda, pereżempju mir-Russja (3). Rispons ekonomiku kkoordinat tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE huwa kruċjali biex jittaffew ir-riperkussjonijiet soċjali u ekonomiċi negattivi immedjati fl-UE, biex jiġu ppreservati l-attivitajiet ekonomiċi u l-impjiegi, u biex jiġu ffaċilitati l-aġġustamenti strutturali meħtieġa b’reazzjoni għas-sitwazzjoni ekonomika l-ġdida maħluqa mill-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna.

1.1.   Sanzjonijiet imposti mill-Unjoni Ewropea u s-sħab internazzjonali

8.

Wara l-agressjoni bla provokazzjoni u ġustifikazzjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qabel dwar diversi pakketti ta’ miżuri restrittivi.

9.

Fit-23 ta’ Frar 2022, il-Kunsill qabel dwar pakkett li jinkludi (i) sanzjonijiet immirati kontra t-351 membru tad-Duma tal-Istat Russu u 27 individwu addizzjonali, (ii) restrizzjonijiet fuq ir-relazzjonijiet ekonomiċi maż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tar-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk tal-Ukrajna, u (iii) restrizzjonijiet fuq l-aċċess tar-Russja għas-swieq u s-servizzi kapitali u finanzjarji tal-UE (4).

10.

Fil-25 ta’ Frar 2022, il-Kunsill qabel dwar aktar sanzjonijiet kontra r-Russja li għandhom fil-mira tagħhom: (i) is-settur finanzjarju, (ii) is-setturi tal-enerġija, l-ispazju u t-trasport (avjazzjoni), (iii) l-oġġetti b’użu doppju, (iv) il-kontroll tal-esportazzjoni u l-finanzjament tal-esportazzjoni, (v) il-politika dwar il-viżi, u (vi) sanzjonijiet addizzjonali kontra individwi Russi u oħrajn (inklużi Belarussi) (5).

11.

Fit-28 ta’ Frar 2022, il-Kunsill iddeċieda li jagħlaq l-ispazju tal-ajru Ewropew għall-inġenji tal-ajru Russi u adotta miżuri preventivi biex jiżgura li l-Bank Ċentrali Russu ma jkunx jista’ juża r-riżervi internazzjonali tiegħu b’modi li jimminaw l-impatt tal-miżuri meħuda (6). Il-Kunsill adotta wkoll sanzjonijiet addizzjonali kontra persuni Russi (7).

12.

Fl-1 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill adotta aktar miżuri: (i) it-tneħħija ta’ banek Russi magħżula mis-sistema ta’ messaġġi SWIFT (8), (ii) miżuri kontra d-diżinformazzjoni mxerrda mill-midja tal-Istat Russu Russia Today u Sputnik (9).

13.

Fit-2 ta’ Marzu 2022, minħabba r-rwol tagħha fl-iffaċilitar tal-aggressjoni militari, il-Kunsill iddeċieda li jintroduċi aktar sanzjonijiet kontra l-Belarussja relatati mal-kummerċ tal-oġġetti użati għall-produzzjoni jew il-manifattura ta’ prodotti tat-tabbakk, prodotti minerali, prodotti tal-klorur tal-potassju (“potash”), prodotti tal-injam, prodotti tas-siment, prodotti tal-ħadid u tal-azzar, u prodotti tal-lastiku. Ipprojbixxa wkoll l-esportazzjoni lejn il-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju, esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp militari, teknoloġiku, tad-difiża u tas-sigurtà, u l-esportazzjoni ta’ makkinarju, flimkien ma’ restrizzjonijiet fuq il-provvediment ta’ servizzi relatati (10). Il-Kunsill adotta wkoll miżuri individwali kontra 22 individwu Belarussu (11).

14.

Fid-9 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill adotta miżuri addizzjonali mmirati lejn is-settur finanzjarju Belarussu, inkluża projbizzjoni SWIFT għal tliet banek Belarussi, projbizzjoni fuq transazzjonijiet mal-Bank Ċentrali tal-Belarussja, limiti fuq l-influssi finanzjarji mill-Belarussja lejn l-UE u projbizzjoni fuq il-forniment ta’ karti tal-flus iddenominati f’euro lill-Belarussja (12). Il-Kunsill introduċa wkoll aktar miżuri restrittivi fir-rigward tal-esportazzjoni ta’ oġġetti tan-navigazzjoni marittima u teknoloġija tal-komunikazzjoni bir-radju lejn ir-Russja. Barra minn hekk, il-Kunsill impona miżuri restrittivi fuq 160 individwu addizzjonali (13). Fil-15 ta’ Marzu 2022 (14), il-Kunsill qabel dwar aktar miżuri settorjali u individwali kontra r-Russja. Il-Kunsill iddeċieda b’mod partikolari li: (i) jipprojbixxi t-tranżazzjonijiet kollha ma’ ċerti intrapriżi tal-Istat, (ii) jipprojbixxi l-għoti ta’ kwalunkwe servizz ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, kif ukoll l-aċċess għal kwalunkwe servizz ta’ abbonament relatati ma’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, lil kwalunkwe persuna jew entità Russa, (iii) jespandi l-lista ta’ persuni konnessi mal-bażi tad-difiża u industrijali tar-Russja, li fuqhom ġew imposti restrizzjonijiet aktar stretti b’rabta mal-esportazzjoni rigward l-oġġetti u t-teknoloġija b’użu doppju li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib teknoloġiku mir-Russja tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha, (iv) jipprojbixxi investimenti ġodda fis-settur tal-enerġija Russu, u jintroduċi restrizzjoni komprensiva fuq l-esportazzjoni fuq it-tagħmir, it-teknoloġija u s-servizzi għall-industrija tal-enerġija, u (v) jintroduċi aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċ rigward il-ħadid u l-azzar, kif ukoll fuq l-oġġetti lussużi (15). Barra minn hekk, il-Kunsill iddeċieda li jimponi sanzjonijiet fuq oligarki, lobbisti u propagandisti Russi ewlenin, kif ukoll kumpaniji ewlenin fis-setturi tal-avjazzjoni, militari u ta’ użu doppju, tal-bini tal-bastimenti u tal-bini tal-magni (16).

15.

F’kooperazzjoni mill-qrib mal-UE, ġew imposti wkoll sanzjonijiet minn sħab internazzjonali, b’mod partikolari l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, il-Kanada, in-Norveġja, il-Ġappun, il-Korea t’Isfel, l-Iżvizzera u l-Awstralja.

1.2.   Impriżi u unitajiet domestiċi affettwati minn prezzijiet għoljin tal-gass u tal-elettriku jew minn interruzzjonijiet fil-provvista tal-enerġija

16.

Il-kriżi attwali diġà għolliet il-prezzijiet għall-gass u l-elettriku ferm ogħla mil-livelli diġà għoljin osservati fil-perjodu qabel l-aggressjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tirreferi għas-sett ta’ għodod li diġà ppreżentat f’Ottubru 2021 (17) (il-“Komunikazzjoni ta’ Ottubru”) u l-Komunikazzjoni REPowerEU tat-8 ta’ Marzu 2022 (“il-Komunikazzjoni REPowerEU”) (18) , (19).

17.

Il-prezzijiet għoljin ħafna tal-enerġija qed jagħmlu ħsara lill-ekonomija kif ukoll lill-kapaċità tal-akkwist taċ-ċittadini tal-UE, b’mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli. Il-Bank Ċentrali Ewropew stima qabel l-aggressjoni Russa li x-xokkijiet fil-prezzijiet tal-enerġija se jnaqqsu t-tkabbir tal-PDG b’madwar 0,5 punt perċentwali fl-2022. Il-prezzijiet tal-enerġija li jibqgħu għoljin aktarx li jżidu l-faqar u jaffettwaw il-kompetittività tan-negozji. L-industriji intensivi fl-enerġija b’mod partikolari ffaċċjaw spejjeż tal-manifattura ogħla. Dawn iż-żidiet fl-ispejjeż jistgħu f’ċerti każijiet jixħtu dubju dwar jekk tistax tkompli l-attività ta’ impriżi li mod ieħor ikunu profittabbli, b’impatt probabbli fuq l-impjieg.

18.

Is-sett ta’ għodod ippreżentat mill-Kummissjoni f’Ottubru 2021 kien utli, u ġie applikat b’mod estensiv. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri adottaw miżuri f’konformità mas-sett ta’ għodod. Dawk il-miżuri taffew il-kontijiet tal-enerġija għal madwar 71 miljun unità domestika u bosta miljuni ta’ intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u mikrointrapriżi. Kollox ma’ kollox, l-ispejjeż ta’ dawn il-miżuri jammontaw għal aktar minn EUR 23 biljun.

19.

Il-Komunikazzjoni REPowerEU tipprovdi aktar gwida u azzjonijiet ġodda biex tiżdied il-produzzjoni tal-enerġija ekoloġika, jiġu diversifikati l-provvisti u titnaqqas id-domanda, inklużi miżuri ta’ tħejjija għax-xitwa li jmiss. L-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika se tnaqqas l-emissjonijiet, tnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili importati, u tipproteġi kontra ż-żidiet fil-prezzijiet. Għalhekk huwa kruċjali li tiġi rimedjata l-kriżi attwali. Madankollu, fuq medda qasira ta’ żmien, jista’ jkun meħtieġ appoġġ temporanju biex jgħin lill-kumpaniji li qed jiffaċċjaw prezzijiet għoljin tal-enerġija.

1.3.   Il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni Ewropea eqreb tal-miżuri nazzjonali ta’ għajnuna

20.

L-applikazzjoni mmirata u proporzjonata tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat tal-UE sservi biex tiżgura li l-miżuri ta’ appoġġ nazzjonali jkunu effettivi biex jgħinu lill-impriżi u ħaddiema affettwati mill-kriżi attwali. Il-kontroll tal-UE tal-għajnuna mill-Istat jiżgura li s-suq intern tal-UE ma jkunx frammentat u li l-kundizzjonijiet jibqgħu ekwi. L-integrità tas-suq intern hija importanti biex tirreżisti l-pressjoni esterna u biex tevita tlielaq ta’ sussidji, fejn Stati Membri aktar sinjuri jkunu jistgħu jonfqu aktar mill-ġirien tagħhom, għad-detriment tal-koeżjoni fl-Unjoni.

1.4.   Miżuri xierqa ta’ għajnuna mill-Istat

21.

Fl-isforz ġenerali tal-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ġeopolitika, din il-Komunikazzjoni tippreżenta l-possibbiltajiet li l-Istati Membri għandhom skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiżguraw il-likwidità u l-aċċess għall-finanzjament għall-impriżi, speċjalment l-SMEs li jiffaċċjaw sfidi ekonomiċi fil-kriżi attwali.

22.

Kif stipulat fil-Komunikazzjoni ta’ Ottubru, il-miżuri li minnhom jibbenefikaw il-konsumaturi mhux kummerċjali tal-enerġija ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat, dment li dawn ma jibbenefikawx lil xi settur jew impriża indirettament. Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu pagamenti soċjali speċifiċi lil dawk l-aktar f’riskju li jistgħu jgħinuhom jaffordjaw il-kontijiet tal-enerġija tagħhom fit-terminu l-qasir, jew jipprovdu appoġġ għal titjib marbut mal-effiċjenza enerġetika, filwaqt li jiżguraw li s-suq jaħdem b’mod effettiv.

23.

Il-miżuri mmirati lejn il-konsumaturi kummerċjali tal-enerġija ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat, dment li tali miżuri jkunu ta’ natura ġenerali. Tali miżuri mhux selettivi jistgħu, pereżempju, jieħdu l-forma ta’ tnaqqis ġenerali fit-taxxi jew imposti, rata mnaqqsa għall-provvista ta’ gass naturali, elettriku jew tisħin distrettwali jew spejjeż imnaqqsa tan-network. Sa fejn l-interventi nazzjonali jikkwalifikaw bħala għajnuna, dawn jistgħu jitqiesu kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jekk jissodisfaw ċerti rekwiżiti. Pereżempju, l-għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali armonizzati li jirrispettaw il-livelli minimi ta’ tassazzjoni u r-regoli stabbiliti fid-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija (20) u li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ Regolament ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija tista’ tiġi implimentata mill-Istati Membri mingħajr notifika minn qabel lill-Kummissjoni.

24.

L-Istati Membri huma mistiedna jikkunsidraw, b’mod mhux diskriminatorju, li jistabbilixxu rekwiżiti relatati mal-protezzjoni ambjentali jew mas-sigurtà tal-provvista għall-għoti tal-għajnuna skont it-taqsima 2.4 ta’ din il-Komunikazzjoni. Dan jista’, pereżempju, jieħu l-forom li ġejjin (21):

a.

Il-ħtieġa li l-benefiċjarju jissodisfa ċertu sehem mill-ħtiġijiet tal-konsum tal-enerġija permezz ta’ enerġiji rinnovabbli, eż. permezz ta’ ftehimiet ta’ xiri ta’ enerġija jew investimenti diretti fil-ġenerazzjoni tal-enerġija minn enerġiji rinnovabbli;

b.

Il-ħtieġa ta’ investimenti fl-effiċjenza enerġetika, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija relattiv għall-produzzjoni ekonomika, eż. permezz ta’ tnaqqis fil-konsum għall-proċessi ta’ produzzjoni, it-tisħin jew it-trasportazzjoni;

c.

Il-ħtieġa ta’ investimenti biex jitnaqqas jew jiġi ddiversifikat il-konsum tal-gass naturali, eż. permezz ta’ miżuri ta’ elettrifikazzjoni bl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew soluzzjonijiet ċirkolari bħall-użu mill-ġdid ta’ gassijiet ta’ skart;

d.

Il-ħtieġa tal-flessibilizzazzjoni tal-investimenti, biex jiġu ffaċilitati adattamenti tal-proċessi tan-negozju biex jiġu pprezzati s-sinjali fis-swieq tal-elettriku;

25.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu għajnuna biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti eċċezzjonali skont l-Artikolu 107(2)(b) TFUE. Tali għajnuna mill-Istat immirata lejn il-mitigazzjoni tal-ħsara kkawżata direttament mill-okkorrenzi attwali u eċċezzjonali tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna tista’ tkopri wkoll ċerti effetti diretti tas-sanzjonijiet ekonomiċi imposti jew tal-kontromiżuri li jaffettwaw b’mod negattiv lill-benefiċjarju milli jopera l-attività ekonomika tiegħu jew parti speċifika u separabbli tal-attività ekonomika tiegħu.

26.

L-Istati Membri jridu jinnotifikaw miżuri ta’ għajnuna bħal dawn u l-Kummissjoni se tivvalutahom direttament skont l-Artikolu 107(2)(b) TFUE. Din l-għajnuna tista’ tingħata lil impriżi f’diffikultà.

27.

It-trasport tar-refuġjati u l-materjal umanitarju fil-prinċipju ma jaqax taħt ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, sakemm l-Istat ikun qed jaġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi (għall-kuntrarju tat-twettiq ta’ attività ekonomika) u sakemm is-servizzi tat-trasport ma jinxtrawx f’livell ogħla mill-prezz tas-suq.

28.

L-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri skont din il-Komunikazzjoni lill-impriżi, li tingħadda minn istituzzjoni ta’ kreditu bħala intermedjarji finanzjarji, għandha tibbenefika direttament lil dawn l-impriżi. Madankollu, tista’ tagħti vantaġġ indirett lill-intermedjarji finanzjarji. Madankollu, bis-salvagwardji tat-taqsimiet 2.2 u 2.3, tali vantaġġi diretti ma għandhomx l-għan li jippreservaw jew jirrestawraw il-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza tal-istituzzjonijiet tal-kreditu. B’riżultat ta’ dan, tali għajnuna ma tikkwalifikax bħala għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek - Bank Recovery and Resolution Directive, BRRD) (22) jew skont ir-Regolament 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni - ir-Regolament SRM, Single Resolution Mechanism) (23), u ma tkunx ivvalutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-settur bankarju (24).

29.

L-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lil istituzzjoni ta’ kreditu skont l-Artikolu 107(2)(b) TFUE biex tikkumpensa għall-ħsara diretta mġarrba bħala riżultat tal-kriżi attwali, li ma għandhiex l-għan li tippreserva jew tirrestawra l-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza ta’ istituzzjoni jew entità ma tkunx ikkwalifikata bħala għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja skont il-BRRD u lanqas skont ir-Regolament SRM, u lanqas ma tiġi vvalutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-settur bankarju (25).

30.

Jekk minħabba l-kriżi attwali u s-sanzjonijiet imposti b’rabta ma’ din l-aggressjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu jeħtieġu appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju (ara l-Artikolu 2(1)(28) tal-BRRD u l-Artikolu 3(1)(29) tar-Regolament SRM) fil-forma ta’ likwidità, rikapitalizzazzjoni jew miżura ta’ assi indeboliti, irid jiġi vvalutat jekk il-miżura tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 32(4)(d) (i), (ii) jew (iii) tal-BRRD u l-Artikolu 18(4)(d) (i), (ii) jew (iii) tar-Regolament SRM. Fil-każ li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-aħħar, l-istituzzjoni ta’ kreditu li jirċievi tali għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ma jitqiesx li jkun qiegħed ifalli jew li x’aktarx ifalli.

31.

Sa fejn tali miżuri jindirizzaw problemi marbuta mal-aggressjoni kontra l-Ukrajna mir-Russja u s-sanzjonijiet imposti b’rabta ma’ din l-aggressjoni, dawn jitqiesu li jaqgħu fil-punt 45 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 (26), li tistabbilixxi eċċezzjoni għar-rekwiżit tal-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti u l-kredituri subordinati.

32.

L-għajnuna mogħtija skont din il-Komunikazzjoni ma għandhiex tkun bil-kundizzjoni tar-rilokazzjoni ta’ attività tal-produzzjoni jew ta’ attività tal-benefiċjarju minn pajjiż ieħor fiż-ŻEE lejn it-territorju tal-Istat Membru li jagħti l-għajnuna. Jidher li din il-kundizzjoni tkun ta’ ħsara partikolari għas-suq intern. Dan huwa irrispettivament mill-għadd ta’ telf ta’ impjiegi li seħħ fl-istabbiliment inizjali tal-benefiċjarju fiż-ŻEE.

33.

L-għajnuna f’din il-Komunikazzjoni ma għandhiex tingħata lil impriżi taħt sanzjonijiet adottati mill-UE, inklużi iżda mhux limitati għal:

a.

persuni, entitajiet jew korpi speċifikament imsemmija fl-atti legali li jimponu dawk is-sanzjonijiet;

b.

impriżi li huma proprjetà ta’ persuni, entitajiet jew korpi jew ikkontrollati minnhom fil-mira ta’ sanzjonijiet adottati mill-UE; jew

c.

impriżi attivi f’industriji fil-mira ta’ sanzjonijiet adottati mill-UE, sa fejn l-għajnuna ddgħajjef l-objettivi tas-sanzjonijiet rilevanti.

1.5.   L-applikabbiltà tal-Artikolu 107(3)(b)tat-TFUE

34.

Skont l-Artikolu 107(3)(b) TFUE l-Kummissjoni tista’ tiddikjara li għajnuna li “tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru” tkun kompatibbli mas-suq intern. F’dan il-kuntest, il-qrati tal-Unjoni ddeċidew li t-tfixil irid ikun jaffettwa l-ekonomija kollha kemm hi jew inkella lil parti importanti tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat, u mhux biss l-ekonomija ta’ wieħed mir-reġjuni tiegħu jew ta’ partijiet mit-territorju tiegħu. Barra minn hekk, dan huwa konformi mal-ħtieġa ta’ interpretazzjoni stretta ta’ kwalunkwe dispożizzjoni eċċezzjonali bħall-Artikolu 107(3)(b) TFUE (27). Il-Kummissjoni applikat din l-interpretazzjoni b’mod konsistenti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha (28).

35.

Il-Kummissjoni tqis li l-aggressjoni kontra l-Ukrajna mir-Russja, is-sanzjonijiet imposti mill-UE jew is-sħab internazzjonali tagħha u l-kontromiżuri meħuda, pereżempju mir-Russja ħolqu inċertezzi ekonomiċi sinifikanti, fixklu l-flussi kummerċjali u l-ktajjen tal-provvista u wasslu għal żidiet eċċezzjonalment kbar u mhux mistennija fil-prezzijiet, speċjalment fil-gass naturali u l-elettriku, iżda wkoll f’bosta fatturi oħra ta’ input u materja prima u prodotti primarji, inkluż fis-settur agroalimentari. Dawn l-effetti flimkien ikkawżaw tfixkil serju tal-ekonomija fl-Istati Membri kollha. L-interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista u ż-żieda fl-inċertezza għandhom effetti diretti jew indiretti li jaffettwaw ħafna setturi. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew jaffettwaw prattikament kull attività ekonomika f’kull Stat Membru. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li firxa wiesgħa ta’ setturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha huma affettwati minn tfixkil ekonomiku serju. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kriterji għall-valutazzjoni ta’ miżuri tal-għajnuna mill-Istat li l-Istati Membri jistgħu jieħdu biex jirrimedjaw dan it-tfixkil serju.

36.

L-għajnuna mill-Istat hija b’mod partikolari ġustifikata u tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE, għal perjodu limitat, jekk isservi biex tirrimedja n-nuqqas ta’ likwidità ffaċċjat minn impriżi li huma affettwati direttament jew indirettament mit-taqlib serju tal-ekonomija kkawżat mill-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna, is-sanzjonijiet imposti mill-UE jew mis-sħab internazzjonali tagħha, kif ukoll il-kontromiżuri ekonomiċi meħuda mir-Russja.

37.

F’din il-Komunikazzjoni l-Kummissjoni qed tistabbilixxi l-kriterji għall-valutazzjoni ta’ kompatibbiltà li se tapplika fil-prinċipju għall-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri f’dan il-kuntest skont l-Artikolu 107(3)(b) TFUE. Għaldaqstant, l-Istati Membri jridu juru li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u li jidħlu fl-ambitu ta’ din il-Komunikazzjoni jkunu meħtieġa, xierqa u proporzjonati biex jirrimedjaw tħarbit serju fl-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat u li r-rekwiżiti kollha f’din il-Komunikazzjoni jiġu ssodisfatti.

38.

Il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat notifikati u vvalutati skont din il-Komunikazzjoni huma maħsuba biex jappoġġaw impriżi attivi fl-UE li huma affettwati mill-aggressjoni militari Russa u/jew il-konsegwenzi tas-sanzjonijiet ekonomiċi imposti u tal-kontromiżuri ta’ ritaljazzjoni meħuda, pereżempju mir-Russja. Il-miżuri ta’ għajnuna ma jistgħu bl-ebda mod jintużaw biex jimminaw l-effetti intenzjonati tas-sanzjonijiet imposti mill-UE jew mis-sħab internazzjonali tagħha u jridu jkunu f’konformità sħiħa mar-regoli kontra ċ-ċirkomvenzjoni tar-regolamenti applikabbli (29). B’mod partikolari, għandu jiġi evitat li persuni fiżiċi jew entitajiet soġġetti għas-sanzjonijiet jibbenefikaw direttament jew indirettament minn kwalunkwe miżura bħal din (30).

39.

Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni jistgħu jiġu akkumulati ma’ xulxin skont ir-rekwiżiti fit-taqsimiet speċifiċi ta’ din il-Komunikazzjoni. Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat koperti minn din il-Komunikazzjoni jistgħu jiġu akkumulati ma’ għajnuna skont Regolamenti de minimis (31) jew ma’ għajnuna oħra skont ir-Regolamenti ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija (32) dment li jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet u r-regoli ta’ akkumulazzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti. Il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat koperti minn din il-Komunikazzjoni jistgħu jiġu akkumulati ma’ għajnuna mogħtija fil-Qafas Temporanju għall-COVID-19 (33), dment li jiġu rispettati r-regoli ta’ akkumulazzjoni rispettivi. Meta l-Istati Membri jagħtu lill-istess benefiċjarju self jew garanziji fil-Qafas Temporanju tal-COVID-19 u skont din il-Komunikazzjoni u meta l-ammont globali tal-kapital tas-self jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet ta’ likwidità awtodikjarati tal-benefiċjarju, l-Istati Membri jridu jiżguraw li dawk il-ħtiġijiet ta’ likwidità jiġu koperti darba biss bl-għajnuna. Bl-istess mod, l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna skont l-Artikolu 107(2)(b) TFUE iżda ma jista’ jkun hemm l-ebda kumpens żejjed għad-dannu mġarrab mill-benefiċjarju.

2.   Miżuri temporanji ta’ għajnuna mill-Istat

2.1.   Ammonti limitati ta’ għajnuna

40.

Lil hinn mill-possibbiltajiet eżistenti bbażati fuq l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, ammonti temporanji limitati ta’ għajnuna lill-impriżi affettwati mill-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u / jew mis-sanzjonijiet imposti jew mill-kontromiżuri ta’ ritaljazzjoni meħuda b’reazzjoni jistgħu jkunu soluzzjoni xierqa, neċessarja u mmirata matul il-kriżi attwali.

41.

Il-Kummissjoni se tqis tali għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin (id-dispożizzjonijiet speċifiċi għas-setturi primarji tal-agrikoltura, tas-sajd u tal-akkwakultura huma stabbiliti fil-punt 42):

a.

L-għajnuna globali ma taqbiżx l-EUR 400 000 għal kull impriża fi kwalunkwe mument partikolari (34). L-għajnuna tista’ tingħata fil-forma ta’ għotjiet diretti, benefiċċji fuq it-taxxa u fuq il-pagamenti jew f’forom oħra bħalma huma ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, garanziji (35), self (36) u ekwità dment li l-valur nominali totali ta’ dawn il-miżuri ma jeċċedix il-limitu globali ta’ EUR 400 000 għal kull impriża; iċ-ċifri kollha użati jridu jkunu grossi, jiġifieri, qabel kull tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra;

b.

l-għajnuna tingħata fuq il-bażi ta’ skema b’estimu baġitarju;

c.

l-għajnuna tingħata mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022 (37);

d.

l-għajnuna tingħata lil impriżi affettwati mill-kriżi;

e.

l-għajnuna mogħtija lill-impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli (38) hija bil-kundizzjoni li ma tiġix mgħoddija parzjalment jew kompletament lil produtturi primarji u ma tkunx iffissata fuq il-bażi tal-prezz jew tal-kwantità ta’ prodotti mqiegħda fis-suq mill-impriżi kkonċernati jew mixtrija minn produtturi primarji, sakemm, fil-każ tal-aħħar, il-prodotti ma jkunux tqiegħdu fis-suq jew ikunu ntużaw għal skopijiet mhux tal-ikel bħad-distillazzjoni, il-metanizzazzjoni jew l-ikkompostjar mill-impriżi kkonċernati.

42.

B’deroga mill-punt 41 (a), il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin japplikaw għal għajnuna mogħtija lil impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli (39), setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (40), flimkien mal-kundizzjonijiet tal-punt 41Error! No bookmark name given.minn (b) sa (d):

a.

l-għajnuna ġenerali ma tkunx teċċedi EUR 35 000 għal kull impriża (41); l-għajnuna tista’ tingħata fil-forma ta’ għotjiet diretti, benefiċċji fuq it-taxxa u fuq il-pagamenti jew f’forom oħra bħalma huma ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, garanziji (42), self (43) u ekwità dment li l-valur nominali totali ta’ dawn il-miżuri ma jeċċedix il-limitu globali ta’ EUR 35 000 għal kull impriża; iċ-ċifri kollha użati jridu jkunu grossi, jiġifieri, qabel kull tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra;

b.

l-għajnuna lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli mhijiex stabbilita fuq il-bażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti li jitqiegħdu fis-suq;

c.

l-għajnuna lill-impriżi attivi fis-sajd u fl-akkwakultura ma tkun tikkonċerna l-ebda waħda mill-kategoriji ta’ għajnuna li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) minn (a) sa (k) tar-Regolament (UE) Nru 717/2014 (44);

43.

Meta impriża tkun attiva f’diversi setturi li għalihom ikunu japplikaw ammonti massimi differenti f’konformità mal-punti 41Error! No bookmark name given.(a) u 42Error! No bookmark name given.(a), l-Istat Membru kkonċernat irid jiżgura, b’mezzi xierqa, bħalma huma s-separazzjoni tal-kontijiet, li jiġi rispettat il-limitu relevanti għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet u li ma jeċċedix l-ammont massimu globali ta’ EUR 400 000 għal kull impriża. Meta impriża tkun attiva fis-setturi koperti mill-punt 42Error! No bookmark name given.(a), jenħtieġ li l-ammont massimu globali ta’ EUR 35 000 ma jinqabiżx għal kull impriża.

44.

Miżuri mogħtija f’din il-Komunikazzjoni fil-forma ta’ self bil-quddiem ripagabbli, garanziji, self jew strumenti oħra ripagabbli tista’ tiġi kkonvertita f’forom oħra ta’ għajnuna bħal għotjiet, sakemm il-konverżjoni sseħħ sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023 u tkun konformi mal-kundizzjonijiet f’din it-Taqsima.

2.2.   Appoġġ ta’ likwidità fil-forma ta’ garanziji

45.

Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal-likwidità għal impriżi li affettwati mill-kriżi attwali, il-garanziji pubbliċi fuq is-self għal perjodu u għal ammont tas-self limitati jistgħu jkunu soluzzjoni xierqa, meħtieġa u mmirata matul iċ-ċirkostanzi attwali.

46.

Għall-istess kapital tas-self sottostanti, il-garanziji mogħtija f’din it-taqsima ma jistgħux jiġu akkumulati ma’ għajnuna mogħtija fit-taqsima2.3 ta’ din il-Komunikazzjoni u viċi versa jew ma’ għajnuna mogħtija fit-Taqsimiet 3.2 jew 3.3 tal-Qafas Temporanju tal-COVID-19. Il-garanziji mogħtija f’din it-taqsima jistgħu jiġu akkumulati għal self differenti sakemm l-ammont globali tas-self għal kull benefiċjarju ma jaqbiżx il-limiti massimi stabbiliti fil-punt 47(e) ta’ din il-Komunikazzjoni. Benefiċjarju jista’ jibbenefika b’mod parallel minn miżuri multipli f’din it-Taqsima dment li l-ammont globali tas-self għal kull benefiċjarju ma jeċċedix il-limiti stabbiliti fil-punt 47(e).

47.

Il-Kummissjoni se tikkunsidra tali għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji pubbliċi bħala kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE dment li:

a.

Il-garanziji pubbliċi huma pprovduti fuq selfiet ġodda li jsiru lill-impriżi;

b.

Il-primjums ta’ garanzija jkunu stabbiliti għal kull self individwali f’livell minimu, li għandu jiżdied progressivament hija u jiżdied iż-żmien ta’ idum is-self garantit, kif stabbilit f’din it-tabella:

Tip ta’ riċevitur

Għall-ewwel sena

Għat-tieni u tielet sena

Għar-raba’, il-ħames u s-sitt sena

SMEs

25bps

50bps

100bps

Intrapriżi kbar

50bps

100bps

200bps

c.

Bħala alternattiva, l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw skemi, b’kunsiderazzjoni tat-tabella ta’ hawn fuq bħala bażi, iżda fejn it-tul ta’ żmien tal-garanzija, il-primjums tal-garanzija u l-kopertura tal-garanzija jistgħu jiġu modulati għal kull ammont tal-kapital tas-self individwali sottostanti (pereżempju, kopertura tal-garanzija aktar baxxa tista’ tibbilanċja żmien itwal jew tista’ tippermetti primjums tal-garanzija aktar baxxi); jista’ jintuża primjum fiss għal kemm iddum il-garanzija, jekk dan ikun ogħla mill-primjums minimi għall-ewwel sena stabbiliti fit-tabella ta’ hawn fuq għal kull tip ta’ benefiċjarju, kif aġġustati skont kemm iddum il-garanzija u l-kopertura tal-garanzija skont dan il-paragrafu;

d.

Il-garanzija tingħata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022;

e.

L-ammont globali ta’ self għal kull benefiċjarju, li għalih tingħata garanzija f’din it-taqsima, ma għandux jaqbeż:

(i)

il-15 % tal-fatturat annwali totali medju tal-benefiċjarju matul l-aħħar tliet perjodi kontabilistiċi magħluqa ; jew

(ii)

il-50 % tal-ispejjeż tal-enerġija matul it-12-ilxahar ta’ qabel ix-xahar li fih tkun ippreżentata l-applikazzjoni għall-għajnuna;

(iii)

b’ġustifikazzjoni xierqa li trid tiġi pprovduta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni tagħha (pereżempju b’rabta mal-isfidi affaċċjati mill-benefiċjarju matul il-kriżi attwali) (45), l-ammont tas-self ikun jista’ jiżdied biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ likwidità mill-mument tal-għoti għat-12-il xahar segwenti għall-SMEs (46) u għas-sitt (6) xhur segwenti fil-każ ta’ impriżi kbar. Il-ħtiġijiet ta’ likwidità diġà koperti minn miżuri ta’ għajnuna fil-Qafas Temporanju tal-COVID-19 ma jistgħux jiġu koperti minn miżuri adottati skont din il-Komunikazzjoni. Il-ħtiġijiet ta’ likwidità jenħtieġ li jiġu stabbiliti permezz ta’ awtoċertifikazzjoni mill-benefiċjarju (47);

f.

Iż-żmien ta’ kemm iddumil-garanzija huwa limitat għal massimu ta’ sitt snin, sakemm ma tiġix modulata skont il-punt 47(c)u l-garanzija pubblika ma tistax teċċedi:

(i)

90 % tal-kapital tas-self meta t-telf jiġġarrab b’mod proporzjonali u bl-istess kundizzjonijiet mill-istituzzjoni ta’ kreditu u mill-Istat; jew

(ii)

il-35 % tal-kapital tas-self, meta t-telf jiġi l-ewwel attribwit lill-Istat u jkun biss wara dan li jiġi attribwit lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (jiġifieri, garanzija kontra l-ewwel telf); kif ukoll

(iii)

fiż-żewġ każijiet ta’ hawn fuq, jekk id-daqs tas-self jonqos maż-żmien, pereżempju għax is-self jibda’ jitħallas lura, l-ammont garantit ikollu jitnaqqas proporzjonalment;

g.

Il-garanzija għandha tkun tirrigwarda self għall-investiment u/jew għall-kapital operatorju;

h.

Il-garanziji jistgħu jiġu pprovduti direttamentlill-benefiċjarji finali jew lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra bħala intermedjarji finanzjarji. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra, sa fejn ikun assolutament possibbli, jgħaddu l-vantaġġi tal-garanziji pubbliċi lill-benefiċjarji finali. L-intermedjaru finanzjarju jrid ikun fil-pożizzjoni li juri li huwa jħaddem mekkaniżmu li jiggarantixxi li l-vantaġġi jgħaddu sa fejn ikun assolutament possibbli għand il-benefiċjarji finali fil-forma ta’ volumi akbar ta’ ffinanzjar, portafolli aktar riskjużi, rekwiżiti iċken ta’ garanziji, primjums iżgħar ta’ garanzija jew rati tal-imgħax aktar baxxi milli mingħajr tali garanziji pubbliċi.

2.3.   Appoġġ ta’ likwidità fil-forma ta’ selfiet sussidjati

48.

Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal-likwidità għall-impriżi affettwati mill-kriżi attwali, ir-rati tal-imgħax sussidjati għal perjodu u għal ammont ta’ self li jkunu limitati jistgħu jkunu soluzzjoni xierqa, meħtieġa u mmirata matul iċ-ċirkostanzi attwali.

49.

Għall-istess kapital tas-self sottostanti, is-selfiet mogħtija f’din it-taqsima ma għandhomx jiġu kumulati ma’ għajnuna mogħtija fit-taqsima 2.2 ta’ din il-Komunikazzjoni u viċi versa. Is-selfiet u l-garanziji mogħtija skont din il-Komunikazzjoni jistgħu jiġu kumulati għal selfiet differenti dment li l-ammont globali ta’ selfiet għal kull benefiċjarju ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fil-punt 47(d) jew fil-punt 50(e). Benefiċjarju jista’ jibbenefika b’mod parallel minn diversi selfiet sussidjati multipli f’din it-Taqsima dment li l-ammont globali tas-self għal kull benefiċjarju ma jeċċedix il-limiti stabbiliti fil-punt 50(e).

50.

Il-Kummissjoni se tikkunsidra l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ selfiet sussidjati b’reazzjoni għall-kriżi attwali bħala kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a.

Is-selfiet ma jingħatawx lil istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra;

b.

Is-selfiet jistgħu jingħataw b’rati tal-imgħax imnaqqsa, li jkunu tal-anqas ugwali għar-rata bażi (IBOR ta’ sena (1) jew ekwivalenti, kif ippubblikat mill-Kummissjoni (48)) disponibbli jew fl-1 ta’ Frar 2022 jew fil-mument tan-notifika, flimkien mal-marġni tar-riskju ta’ kreditu kif stabbilit fit-tabella hawn taħt:

Tip ta’ riċevitur

Marġni ta’ riskju ta’ kreditu għall-ewwel sena

Marġni ta’ riskju ta’ kreditu għat-tieni u t-tielet sena

Marġni ta’ riskju ta’ kreditu għar-raba, il-ħames u s-sitt sena

SMEs

25 bps (49)

50 bps (49)

100 bps

Intrapriżi kbar

50 bps

100 bps

200 bps

c.

Bħala alternattiva, l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw skemi, b’kunsiderazzjoni tat-tabella ta’ hawn fuq bħala bażi, iżda fejn il-maturità tas-self u l-marġnijiet ta’ riskju ta’ kreditu jistgħu jiġu modulati, pereżempju jista’ jintuża marġni ta’ riskju ta’ kreditu fiss għal kemm idum is-self, jekk dan ikun ogħla mill-marġni ta’ riskju ta’ kreditu minimu għall-ewwel sena għal kull tip ta’ benefiċjarju, kif aġġustat skont il-maturità tas-self skont dan il-paragrafu (50);

d.

Il-kuntratti tas-self jiġu ffirmati mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022 u jkunu limitati għal massimu ta’ sitt snin, sakemm ma jiġux modulati skont il-punt 50(c);

e.

L-ammont globali tas-self għal kull benefiċjarju ma għandux jaqbeż:

(i)

il-15 % tal-fatturat annwali totali medju tal-benefiċjarju matul l-aħħar tliet perjodi kontabilistiċi magħluqa; jew

(ii)

il-50 % tal-ispejjeż tal-enerġija matul it-12-il xahar ta’ qabel ix-xahar li fih tkun ippreżentata l-applikazzjoni għall-għajnuna;

(iii)

b’ġustifikazzjoni xierqa pprovduta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni (pereżempju b’rabta mal-isfidi affaċċjati mill-benefiċjarju matul il-kriżi attwali) (51), l-ammont tas-self ikun jista’ jiżdied biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ likwidità mill-mument tal-għoti għat-12-il xahar segwenti għall-SMEs (52) u għas-sitt (6) xhur segwenti fil-każ ta’ impriżi kbar. Il-ħtiġijiet ta’ likwidità diġà koperti minn miżuri ta’ għajnuna fil-Qafas Temporanju tal-COVID-19 ma għandhomx ikunu koperti mill-Komunikazzjoni attwali. Il-ħtiġijiet ta’ likwidità jenħtieġ li jiġu stabbiliti permezz ta’ awtoċertifikazzjoni mill-benefiċjarju (53);

f.

Is-selfiet għandhom jirrigwardaw l-investiment u / jew il-bżonnijiet tal-kapital operatorju;

g.

Is-selfiet jistgħu jingħataw direttament lill-benefiċjarji finali jew permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra bħala intermedjarji finanzjarji. Fit-tali każ, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja oħra, jgħaddu l-vantaġġi tar-rati tal-imgħax issussidjati, kemm jista’ jkun possibbli, fuq is-selfiet lill-benefiċjarji finali. L-intermedjarju finanzjarju jrid ikun kapaċi juri li jopera mekkaniżmu li jiżgura li l-vantaġġi jiġu mgħoddija, kemm jista’ jkun possibbli, lill-benefiċjarji finali mingħajr ma jiġi kkundizzjonat l-għoti ta’ selfiet sussidjati f’din it-taqsima għar-rifinanzjament ta’ selfiet eżistenti.

2.4.   Għajnuna għal spejjeż addizzjonali minħabba żieda eċċezzjonalment qawwija fil-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku

51.

Lil hinn mill-possibbiltajiet eżistenti bbażati fuq l-Artikolu 107(3)(c) TFUE u l-possibbiltajiet imsemmija hawn fuq, appoġġ temporanju jista’ jtaffi żidiet eċċezzjonalment severi fil-prezz tal-gass naturali u tal-elettriku, li l-impriżi jistgħu ma jkunux kapaċi jgħaddu jew jadattaw għalihom fit-terminu l-qasir. Dan jista’ jtaffi l-konsegwenzi għall-impriżi u jgħinhom biex ilaħħqu maż-żidiet qawwija tal-ispejjeż bħala konsegwenza tal-kriżi attwali, u jista’ jnaqqas ukoll il-pressjoni inflazzjonarja miż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija. Appoġġ addizzjonali jista’ ikun iġġustifikat biex jippermetti l-attività kontinwa ta’ impriżi li jużaw ħafna enerġija.

52.

Il-Kummissjoni se tqis tali għajnuna mill-Istat bħala kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a.

L-għajnuna tingħata mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022;

b.

L-għajnuna tista’ tingħata fil-forma ta’ għotjiet diretti, benefiċċji fuq it-taxxa (54) u fuq il-pagamenti, jew f’forom oħra bħalma huma ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, garanziji (55), selfiet (56) u ekwità dment li l-valur nominali totali ta’ dawn il-miżuri ma jeċċedix l-intensità u l-limiti applikabbli tal-għajnuna. Iċ-ċifri kollha użati jridu jkunu grossi, jiġifieri, qabel kull tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra;

c.

L-għajnuna mogħtija fil-forma ta’ avvanzi ripagabbli, garanziji, selfiet jew strumenti oħra ripagabbli tista’ tiġi kkonvertita f’forom oħra ta’ għajnuna bħal għotjiet, dment li l-konverżjoni sseħħ mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023 u tkun konformi mal-kundizzjonijiet f’din it-Taqsima;

d.

L-għajnuna tingħata fuq il-bażi ta’ skema b’estimu baġitarju; L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-għajnuna għal attivitajiet li jappoġġaw setturi ekonomiċi speċifiċi ta’ importanza partikolari għall-ekonomija jew għas-sigurtà u r-reżiljenza tas-suq intern. Madankollu, limiti bħal dawn jeħtieġ li jitfasslu b’mod wiesa’ u ma jkunux iwasslu għal limitazzjoni artifiċjali ta’ benefiċjarji potenzjali;

e.

L-ispejjeż eliġibbli f’din il-miżura huma kkalkulati fuq il-bażi taż-żieda fl-ispejjeż tal-gass naturali u tal-elettriku marbuta mal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. L-ispiża eliġibbli hija l-prodott tal-għadd ta’ unitajiet ta’ gass naturali u elettriku akkwistati mill-impriża mingħand fornituri esterni bħala konsumatur finali (57) f’perjodu bejn l-1 ta’ Frar 2022 u l-31 ta’ Diċembru 2022 (“perjodu eliġibbli”) u ċerta żieda fil-prezz li l-impriża tħallas għal kull unità kkunsmata (imkejla pereżempju f’EUR/MWh). Din iż-żieda fil-prezz għandha tiġi kkalkulata bħala d-differenza bejn il-prezz unitarju imħallas mill-impriża f’xahar partikolari fil-perjodu eliġibbli u d-doppju (200 %) tal-prezz unitarju mħallas mill-impriża bħala medja għall-perjodu ta’ referenza mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (58);

f.

L-għajnuna globali għal kull impriża ma taqbiżx it-30 % tal-ispejjeż eliġibbli sa massimu ta’ EUR 2 miljun fi kwalunkwe mument partikolari;

g.

L-awtorità tal-għoti tista’ tagħmel pagament bil-quddiem lill-impriża meta l-għajnuna tingħata qabel ma jkunu ġġarrbu l-ispejjeż eliġibbli. Meta tagħmel dan, l-awtorità awtorizzanti tista’ sserraħ fuq stimi tal-ispiża eliġibbli sakemm il-limiti massimi tal-għajnuna fil-punt 52 (f) jiġu rispettati. L-awtorità awtorizzanti hija meħtieġa tivverifika l-limiti massimi rilevanti ex post fuq il-bażi tal-ispiża reali mġarrba u tirkupra kwalunkwe pagament ta’ għajnuna li jaqbeż dawk il-limiti massimi mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jkun intemm il-perjodu eliġibbli;

h.

L-għajnuna mogħtija skont dan il-punt 52 tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna mogħtija skont it-Taqsima 2.1, sakemm ma jinqabiżx ammont totali ta’ EUR 2 miljun.

53.

F’ċerti sitwazzjonijiet tista’ tkun meħtieġa aktar għajnuna biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni ta’ attività ekonomika. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna li taqbeż il-valuri kkalkolati skont il-punt 52(e) u (f), meta, barra l-issodisfar tal-kundizzjonijiet fil-punt minn 52(a) sa (d) u (g), ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a.

L-impriża hija eliġibbli jekk tkun “negozju intensiv fl-enerġija” fis-sens tal-ewwel parti tal-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija (59), jiġifieri meta x-xiri ta’ prodotti tal-enerġija (inklużi prodotti tal-enerġija għajr il-gass naturali u l-elettriku) jammonta għal mill-inqas 3,0 % tal-valur tal-produzzjoni (60);

b.

L-impriża tkun eliġibbli jekk iġġarrab telf operattiv (61) fejn iż-żieda fl-ispiża eliġibbli kif definit fil-punt 52(e), trid jammonta għal mill-inqas 50 % tat-telf operatorju fil-perjodu eliġibbli kif definit fil-punt 52(e);

c.

L-għajnuna globali ma taqbiżx il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli u tammonta għal massimu ta’ 80 % tat-telf operatorju tal-impriża;

d.

L-għajnuna globali ma taqbiżx il-EUR 25 miljun għal kull impriża fi kwalunkwe mument partikolari;

e.

Għal impriżi li jużaw ħafna enerġija attivi f’settur jew sottosettur elenkat fl-Anness I, l-għajnuna globali tista’ tiżdied sa massimu ta’ 70 % tal-ispejjeż eliġibbli relatati mal-produzzjoni tal-prodotti fis-setturi jew sottosetturi elenkati fl-Anness I u tista’ tammonta għal massimu ta’ 80 % tat-telf operattiv ta’ dawn l-attivitajiet. L-għajnuna globali ma tistax taqbeż EUR 50 miljun għal kull impriża fi kwalunkwe mument partikolari, fejn attivitajiet mhux elenkati fl-Anness I ma jistgħux jirċievu aktar minn EUR 25 miljun. Meta impriża tkun attiva f’diversi setturi li għalihom ikunu japplikaw ammonti massimi differenti f’konformità ma’ dan il-punt 53, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura, b’mezzi xierqa, bħalma huma s-separazzjoni tal-kontijiet, li jiġi rispettat il-limitu relevanti għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet u li ma jeċċedix l-ammont massimu globali ta’ EUR 50 miljun għal kull impriża;

f.

L-għajnuna f’dan il-punt 53 tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna fit-Taqsima 2.1, sakemm il-limiti massimi speċifikati fil-punti 53(d) jew 53(e), skont liema jkun japplika, ma jinqabżux.

3.   MONITORAĠĠ U RAPPORTAR

54.

L-Istati Membri jridu jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti dwar kull għajnuna individwali ta’ aktar minn EUR 100 000 (62) li tingħata f’din il-Komunikazzjoni, u ta’ aktar minn EUR 10 000 (63) fis-setturi tal-agrikoltura u tas-sajd, fis-sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat jew fl-għodda tal-IT tal-Kummissjoni (64) fi żmien 12-il xahar mill-mument tal-għoti.

55.

L-Istati Membri jridu jippreżentaw rapporti annwali lill-Kummissjoni (65).

56.

L-Istati Membri jridu jiggarantixxu li tinżamm dokumentazzjoni dettaljata rigward l-għoti tal-għajnuna prevista f’din il-Komunikazzjoni. Tali dokumentazzjoni, li jrid ikun fiha l-informazzjoni kollha neċessarja biex ikun jista’ jiġi stabbilit li jkunu ġew osservati l-kundizzjonijiet neċessarji, trid tinżamm għal 10 snin wara li tkun ingħatat l-għajnuna u tingħata lill-Kummissjoni meta tintalab.

57.

Il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali rigward l-għajnuna mogħtija, b’mod partikolari, sabiex tivverifika jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-miżura ta’ għajnuna ikunux issodisfati.

58.

Sabiex tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni aggregata dwar l-użu ta’ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jirrimedjaw it-taqlib serju tal-ekonomija minħabba l-kriżi attwali u l-miżuri restrittivi relatati.

4.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

59.

Il-Kummissjoni tapplika din il-Komunikazzjoni mill-1 ta’ Frar 2022, wara li kkunsidrat l-impatt ekonomiku tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u s-sanzjonijiet sussegwenti. Din il-Komunikazzjoni hija ġustifikata miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali preżenti u mhux se tibqa’ tiġi applikata wara d-dati speċifikati hawnhekk.

60.

Il-Kummissjoni se tirrevedi t-taqsimiet kollha f’din il-Komunikazzjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2022 fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet importanti ta’ kompetizzjoni jew ekonomiċi, kif ukoll l-iżviluppi internazzjonali. Meta jkun ta’ għajnuna, il-Kummissjoni tista’ wkoll tipprovdi kjarifiki ulterjuri dwar il-metodu tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet partikolari.

61.

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati, tiżgura li l-miżuri se jiġu vvalutati malajr malli jkun hemm in-notifika ċara u kompleta tal-miżuri koperti minn din il-Komunikazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħhom u jinnotifikaw il-pjanijiet tagħhom li jintroduċu tali miżuri mill-aktar fis possibbli u bil-mod l-aktar komprensiv possibbli. Il-Kummissjoni se tipprovdi gwida u assistenza lill-Istati Membri f’dan il-proċess.

(1)  Pereżempju fis-6 ta’ Marzu 2022, il-Gvern tal-Federazzjoni Russa adotta d-Digriet Nru 299 li jemenda l-paragrafu 2 tal-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-ammont tal-kumpens li għandu jitħallas lid-detentur tal-privattiva meta jiddeċiedi dwar l-użu tal-invenzjoni, il-mudell ta’ utilità, id-deċiżjoni dwar l-użu tal-invenzjoni, mingħajr il-kunsens tiegħu, u l-proċedura għall-ħlas tagħha. Din l-emenda tipprevedi “l-ebda kumpens għall-użu ta’ invenzjoni, mudell ta’ utilità jew disinn industrijali tad-‘detenturi ta’ privattivi’ minn Stati barranin li jwettqu ‘atti mhux amikevoli’”.

(2)  L-Ukrajna hija r-raba’ l-akbar fornitur estern tal-ikel tal-UE u fornitur ewlieni taċ-ċereali (52 % tal-importazzjonijiet tal-qamħirrum fl-UE, 19 % tal-qamħ artab), iż-żjut veġetali (23 %) u ż-żrieragħ żejtnin (22 %, speċjalment iż-żerriegħa tal-kolza: 72 %). Il-prezzijiet globali tal-ikel diġà huma għoljin u xorta jistgħu jiżdiedu fid-dawl tas-sitwazzjoni.

(3)  Pereżempju skont id-WIPO Global Brand Database, il-Bażi tad-Data tad-Disinji Globali tal-WIPO, il-bażi tad-data PatentSight rispettivament, f’Marzu 2022, kien hemm madwar 150 000 trademark, 2 000 disinn industrijali u 44 000 privattiva miżmuma mid-ditti tal-UE fis-seħħ fir-Russja. It-trademarks tal-kumpaniji tal-UE protetti fir-Russja jikkonċernaw prinċipalment is-setturi li ġejjin: Pharma, kosmetiċi, oġġetti awtomobilistiċi, kimiċi u għall-konsumatur, prodotti tal-moda u ta’ lussu. Minħabba t-terminoloġija vaga tal-emenda tal-metodoloġija ta’ kumpens li għandha titħallas lid-detentur ta’ privattiva permezz tad-Digriet Nru 299 tas-6 ta’ Marzu 2022 (ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna) adottata mill-Gvern Russu u l-esponiment ekonomiku tal-impriżi tal-UE u l-assi intanġibbli tagħhom miżmuma fir-Russja, tali kontromiżura jista’ jkollha impatt potenzjalment wiesa’ u dannuż fuq l-impriżi tal-UE.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/259 tat-23 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 42 I, 23.2.2022, p. 1); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/260 u 2022/261 tat-23 ta’ Frar 2022, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 42 I, 23.2.2022, p. 3; ĠU L 42 I, 23.2.2022, p. 15); Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/262 tat-23 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 42 I, 23.2.2022, p. 74); Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/263 tat-23 ta’ Frar 2022 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukraina ta’ Donetsk u Luhansk u l-ordni tal-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni (ĠU L 42 I, 23.2.2022, p. 77); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/264 tat-23 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 42 I, 23.2.2022, p. 95; Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/265 u 2022/267 tat-23 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 42 I, 23.2.2022, p. 98; ĠU L 42 I, 23.2.2022, p. 114); u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/266 tat-23 ta’ Frar 2022 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u l-ordni tal-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni (ĠU L 42 I, 23.2.2022, p. 109).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/327 tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 48, 25.2.2022, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/328 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 49, 25.2.2022, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 50, 25.2.2022, p. 1); ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 51, 25.2.2022, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/331 tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 52, 25.2.2022, p. 1); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/332 tas-25 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 53, 25.2.2022, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/333 tal-25 ta’ Frar 2022 dwar is-sospensjoni parzjali tal-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa (ĠU L 54, 25.2.2022, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/334 tat-28 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 57, 28.2.2022, p. 1), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/335 tat-28 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 57, 28.2.2022, p. 4).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/336 tat-28 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 58, 28.2.2022, p. 1), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/337 tat-28 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 59, 28.2.2022, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/345 tal-1 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 63, 2.3.2022, p. 1), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/346 tal-1 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 63, 2.3.2022, p. 5).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/350 tal-1 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 65, 2.3.2022, p. 1), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/351 tal-1 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 65, 2.3.2022, p. 5).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/355 tat-2 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 67, 2.3.2022, p. 1), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/356 tat-2 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 67, 2.3.2022, p. 103).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/345 tal-1 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 63, 2.3.2022, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/354 tat-2 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 63, 2.3.2022, p. 5).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/398 tad-9 ta’ Marzu li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 82, 9.3.2022, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/394 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 81, 9.3.2022, p. 1).

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/427 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 87, 15.3.2022, p. 1); ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/428 tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 87I, 15.3.2022, p. 13).

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/428 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 87I , 15.3.2022, p. 13), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/430 tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 87I, 15.3.2022, p. 56).

(16)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/427 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 87I , 15.3.2022, p. 1), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/429 tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 87I, 15.3.2022, p. 44).

(17)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat Tar-Reġjuni, COM(2021) 660 final tat-13 ta’ Ottubru 2021 - L-indirizzar taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija: sett ta’ għodod għall-azzjoni u l-appoġġ.

(18)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat Tar-Reġjuni, COM(2022) 108 final tat-8 ta’ Marzu 2022 – REPowerEU: Azzjoni Ewropea konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli

(19)  Permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1), il-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri fuq talba fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ riformi li għandhom l-għan li jiżguraw enerġija aktar affordabbli, sigura u sostenibbli.

(20)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).

(21)  L-Istati Membri huma mistiedna jagħmlu użu mill-possibbiltajiet għall-għoti ta’ għajnuna approvata skont il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-protezzjoni ambjentali u Enerġija 2022, b’mod partikolari fir-rigward tal-enerġiji rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika jew miżuri oħra ta’ dekarbonizzazzjoni.

(22)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190, ara l-Artikolu 2(1)(28) tal-BRRD.

(23)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1, ara l-Artikolu 3(1)(29) tar-Regolament SRM.

(24)  Komunikazzjoni dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja attwali: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux mistħoqqa (ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-trattament ta’ assi indeboliti fis-settur finanzjarju tal-Komunità (ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1); Komunikazzjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2011, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 329, 7.12.2010, p. 7); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7); u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“Komunikazzjoni Bankarja tal-2013”) (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).

(25)  Kwalunkwe miżura ta’ appoġġ għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, li ma taqax taħt din il-Komunikazzjoni trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u se tiġi vvalutata skont ir-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat

(26)  Kif iddefinit fin-nota f’qiegħ il-paġna24.

(27)  Il-Kawżi Magħquda T-132/96 u T-143/96 Freistaat Sachsen u oħrajn vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:1999:326, il-paragrafu 167.

(28)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/490/EC fil-Każ C 47/96 Crédit Lyonnais (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 28), il-punt 10.1; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/345/EC fil-Każ C 28/02 Bankgesellschaft Berlin (ĠU L 116, 4.5.2005, p. 1), il-punti 153 u ta’ wara; u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/263/EC fil-Każ C 50/06 BAWAG (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 7), il-punt 166. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża NN 70/07 Northern Rock (ĠU C 43, 16.2.2008, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża NN 25/08 Għajnuna ta’ salvataġġ lil Risikoabschirmung WestLB (ĠU C 189, 26.7.2008, p. 3); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 9/08 SachsenLB (ĠU L 104, 24.4.2009, p. 34); u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2017 fil-każ SA.32544 (2011/C) Ristrutturar ta’ TRAINOSE S.A (ĠU L 186, 24.7.2018, p. 25).

(29)  Pereżempju, l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1).

(30)  Meta titqies is-sitwazzjoni speċifika ta’ żewġ kriżijiet sussegwenti li affettwaw lill-impriżi b’diversi modi, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jipprovdu għajnuna skont din il-Komunikazzjoni wkoll lil impriżi f’diffikultà.

(31)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013 p. 9); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45); u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8).

(32)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1); u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 369, 24.12.2014, p. 37).

(33)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata appoġġ lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19, (ĠU C 91I, 20.3.2020, p. 1), kif emendata mill-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni C (2020) 2215 (ĠU C 112 I, 4 ta’ April 2020, p. 1), C (2020) 3156 (ĠU C 164, 13.5.2020, p. 3), C (2020) 4509 (ĠU C 218, 2.7.2020, p. 3), (C (2020) 7127 (ĠU C 340 I, 13 ta’ Ottubru 2020, p. 1), C (2021) 564 (ĠU C 34, 1.2.2021, p. 6) u C (2021) 8442 (ĠU C 473, 24.11.2021, p. 1).

(34)  Għajnuna mogħtija fuq il-bażi ta’ skemi approvati f’din it-taqsima li tkun ġiet rimborżata qabel ma tingħata għajnuna ġdida f’din it-taqsima mhijiex se titqies fid-determinazzjoni ta’ jekk il-limitu rilevanti jinqabiżx.

(35)  Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ garanziji f’din it-taqsima, japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali fil-punt 47(h...).

(36)  Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’self f’din it-taqsima, japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali fil-punt 50(g).

(37)  Meta l-għajnuna tiġi konċessa fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, l-obbligazzjoni ta’ taxxa li fir-rigward tagħha jkun ġie konċess dak il-benefiċċju trid tkun seħħet mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022.

(38)  Kif stabbilit fl-Artikolu 2(6) u l-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).

(39)  Kif stabbilit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).

(40)  Kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimisfis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).

(41)  Għajnuna mogħtija fuq il-bażi ta’ skemi approvati f’din it-taqsima li tkun ġiet rimborżata qabel ma tingħata għajnuna ġdida f’din it-taqsima ma għandhiex titqies fid-determinazzjoni ta’ jekk il-limitu rilevanti jinqabiżx.

(42)  Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ garanziji f’din it-taqsima, japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali fil-punt 47(h...).

(43)  Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’self f’din it-taqsima, japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali fil-punt 50(g...).

(44)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 90, 28.6.2014, p. 45).

(45)  Ġustifikazzjoni rilevanti tista’ tkun relatata ma’ benefiċjarji attivi f’setturi li huma partikolarment affettwati mill-effetti diretti jew indiretti tal-aggressjoni, inklużi sanzjonijiet imposti mill-UE, is-sħab internazzjonali tagħha, kif ukoll kontromiżuri meħuda, pereżempju mir-Russja. Dawn l-effetti jistgħu jinkludu interruzzjonijiet fil-ktajjen tal-provvista jew pagamenti pendenti mir-Russja jew mill-Ukrajna, riskji akbar ta’ attakki ċibernetiċi, jew żieda fil-prezzijiet għal inputs jew materja prima speċifiċi affettwati mill-kriżi attwali.

(46)  Kif definit fl-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

(47)  Il-pjan ta’ likwidità jista’ jinkludi kemm il-kapital operatorju kif ukoll l-ispejjeż tal-investiment.

(48)  Ir-rati bażi kkalkulati f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6) u ppubblikati fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni fuq https://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/reference_rates.html.

(49)  Ir-rata minima tar-rata tal-imgħax totali (ir-rata bażi flimkien mal-marġni ta’ riskju ta’ kreditu) jenħtieġ li tkun ta’ mill-anqas 10 bps fis-sena.

(50)  Ir-rata minima tar-rata tal-imgħax totali (ir-rata bażi flimkien mal-marġni ta’ riskju ta’ kreditu) jenħtieġ li tkun ta’ mill-anqas 10 bps fis-sena.

(51)  Ġustifikazzjoni rilevanti tista’ tkun relatata ma’ benefiċjarji attivi f’setturi li huma partikolarment affettwati mill-effetti diretti jew indiretti tal-aggressjoni Russa, inklużi miżuri ekonomiċi restrittivi meħuda mill-UE, is-sħab internazzjonali tagħha, kif ukoll kontromiżuri meħuda mir-Russja. Dawn l-effetti jistgħu jinkludu interruzzjonijiet fil-ktajjen tal-provvista jew pagamenti pendenti mir-Russja jew mill-Ukrajna, riskji akbar ta’ attakki ċibernetiċi, jew żieda fil-prezzijiet għal inputs jew materja prima speċifiċi affettwati mill-kriżi attwali.

(52)  Kif definit fl-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

(53)  Il-pjan ta’ likwidità jista’ jinkludi kemm il-kapital operatorju kif ukoll l-ispejjeż tal-investiment.

(54)  Meta l-għajnuna tiġi konċessa fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, l-obbligazzjoni ta’ taxxa li fir-rigward tagħha jkun ġie konċess dak il-benefiċċju trid tkun seħħet mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022.

(55)  Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ garanziji f’din it-taqsima, japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali fil-punt 47(h).

(56)  Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’self f’din it-taqsima, japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali fil-punt 50(g).

(57)  Kif muri mill-impriża pereż. fuq il-bażi tal-kont rispettiv. Il-konsum finali biss se jingħadd, il-bejgħ u l-produzzjoni proprja huma esklużi.

(58)  (p(t) - p(ref) * 2) * q(t), fejn p tirrappreżenta l-prezz unitarju, q (quantity) il-kwantità kkonsmata, ref il-perjodu ta’ referenza mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021, u l-perjodu partikolari fil-perjodu mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Diċembru 2022.

(59)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).

(60)  Fuq il-bażi tar-rapporti tal-kontabbiltà finanzjarja għas-sena kalendarja 2021 jew l-aħħar kontijiet annwali disponibbli.

(61)  L-impriża titqies li għandha telf operatorju meta l-EBITDA (earnings before interest, taxes, depreciation, and amortisation), il-qligħ qabel l-imgħax, it-taxxi, id-deprezzament u l-amortizzament, esklużi l-indebolimenti ta’ darba) għall-perjodu eliġibbli jkun negattiv.

(62)  Tirreferi għall-informazzjoni meħtieġa fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 u tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014. Għall-ħlas bil-quddiem ripagabbli, għall-garanziji, għas-self, għas-self subordinat u għal forom oħra, għandu jiddaħħal il-valur nominali tal-istrument sottostanti għal kull benefiċjarju. Għall-benefiċċji fuq it-taxxa u fuq il-pagamenti, l-ammont tal-għajnuna individwali jista’ jiġi indikat f’firxiet.

(63)  Tirreferi għall-informazzjoni meħtieġa fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 u tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014. Għall-ħlas bil-quddiem ripagabbli, għall-garanziji, għas-self, għas-self subordinat u għal forom oħra, għandu jiddaħħal il-valur nominali tal-istrument sottostanti għal kull benefiċjarju. Għall-benefiċċji fuq it-taxxa u fuq il-pagamenti, l-ammont tal-għajnuna individwali jista’ jiġi indikat f’firxiet.

(64)  It-tiftix pubbliku dwar it-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat jagħti aċċess għal data dwar għotjiet individwali ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Istati Membri f’konformità mar-rekwiżiti Ewropej ta’ trasparenza għall-għajnuna mill-Istat, u huwa disponibbli fuq https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency/public?lang=mt.

(65)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

Setturi u sottosetturi affettwati b’mod partikolari

 

Kodiċi NACE

Deskrizzjoni

1.

14.11

Manifattura ta’ ħwejjeġ tal-ġilda

2.

24.42

Produzzjoni tal-aluminju

3.

20.13

Manifattura ta’ kimiċi bażiċi oħra mhux organiċi

4.

24.43

Produzzjoni ta’ ċomb, żingu u landa

5.

17.11

Manifattura tal-polpa

6.

07.29

Estrazzjoni minn minjieri ta’ minerali oħra tal-metall mhux ferrużi

7.

17.12

Manifattura ta’ karti u kartun

8.

24.10

Manifattura ta’ ħadid u azzar bażiċi u ta’ ligi tal-ħadid

9.

20.17

Manifattura ta’ lastiku sintetiku fil-forom primarji

10.

24.51

Fonduti ta’ ħadid

11.

20.60

Manifattura ta’ fibri magħmulin mill-bniedem

12.

19.20

Manifattura ta’ prodotti taż-żejt raffinat

13.

24.44

Produzzjoni tar-ram

14.

20.16

Manifattura ta’ plastik f’forom primarji

15.

13.10

Preparazzjoni u għażil ta’ fibri tat-tessuti

16.

24.45

Produzzjoni ta’ metall ieħor mhux tal-ħadid

17.

23.31

Manifattura ta’ madum u ċangaturi taċ-ċeramika

18.

13.95

Manifattura ta’ oġġetti mhux minsuġa u oġġetti magħmula minn oġġetti mhux minsuġa, għajr ilbies

19.

23.14

Manifattura tal-fibri tal-ħġieġ

20.

20.15

Manifattura ta’ fertilizzanti u komposti tan-nitroġenu

21.

16.21

Manifattura ta’ injam foljat u pannelli tal-injam

22.

23.11

Manifattura ta’ ħġieġ ċatt

23.

23.13

Manifattura ta’ ħġieġ inkavat

24.

 

Is-subsetturi li ġejjin fis-settur tal-gassijiet industrijali (20.11):

 

20.11.11.50

20.11.12.90

Idroġenu

Komposti inorganiċi tal-ossiġnu ta’ non-metalli

25.

 

Is-sottosetturi li ġejjin fil-manifattura ta’ settur ieħor tal-kimiċi bażiċi organiċi (20.14):

 

20.14.12.13

20.14.12.23

20.14.12.25

20.14.12.43

20.14.12.45

20.14.12.47

20.14.12.50

20.14.12.60

20.14.12.70

20.14.12.90

20.14.23.10

20.14.63.33

20.14.63.73

20.14.73.20

20.14.73.40

Ċikloeksin

Benżen

Toluwen

o-Ksilin

p-Ksilin

m-Ksilen u iżomeri tal-ksilen imħallta

Stirin

Etilbenżin

Kumin

Idrokarburi ċikliċi oħrajn

Glikol etiliniku (etanedjol)

2,2-Ossidietanol (djetilin glikol; digol)

Oksiran (ossidu etiliniku)

Benżol (benżen), toluol (toluwen) u ksilol (ksilen)

Naftalina u taħlitiet idrokarboniċi aromatiċi oħrajn (esklużi benżol, tolwol, gżajlol)

26.

 

Is-sottosettur li ġej fil-manifattura ta’ prodotti minerali n.e.c. mhux mettaliċi oħra (23.99):

 

23.99.19.10

Suf tal-gagazza, suf tal-blat u suf minerali simili u t-taħlitiet tagħhom, fi kwantitajiet kbar, folji jew rombli