ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 121

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
16 ta' Marzu 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 121/01

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva (UE) 2022/431 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol — Pjan ta’ azzjoni u proposti leġiżlattivi

1

2022/C 121/02

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva (UE) 2022/431 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. — Prodotti mediċinali perikolużi

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 121/03

Rata tal-kambju tal-euro — Il-15 ta’ Marzu 2022

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 121/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10529 – HEIDELBERGCEMENT / THOMA BRAVO / COMMAND ALKON) ( 1 )

4

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 121/05

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

6


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/1


Stqarrija tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva (UE) 2022/431 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (1)

Pjan ta’ azzjoni u proposti leġiżlattivi

(2022/C 121/01)

L-obbligi imposti fuq il-Kummissjoni fl-Artikolu 18(a) ġdid rigward il-preżentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni u l-preżentazzjoni ta’ proposta leġiżlattiva ma jistgħux imorru kontra l-prerogattivi istituzzjonali tal-Kummissjoni u d-dritt ta’ inizjattiva tagħha li jirriżulta direttament mit-trattati.

L-Artikolu 18a, it-tielet paragrafu, jirreferi għall-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/37/KE, li jistabbilixxi obbligu li jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża data xjentifika u teknika, fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi kollha li għalihom dan huwa possibbli. Fl-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni hija mistiedna wkoll tippreżenta l-pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 18a, it-tielet paragrafu. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, dan il-pjan ta’ azzjoni se jikkonsisti f’elenkar tal-25 sustanza ġdida jew riveduta li jmiss li għandhom jiġu evalwati xjentifikament. L-evalwazzjonijiet tas-sustanzi elenkati se jiffurmaw parti mill-proċedura stabbilita inkluża l-konsultazzjoni tas-sħab soċjali, l-opinjoni tal-ACSH u l-valutazzjoni tal-impatt li tħejji kwalunkwe proposta leġiżlattiva meħtieġa fi żmien dovut.


(1)  ĠU L 88, 16.3.2022, p. 1.


16.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/2


Stqarrija tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva (UE) 2022/431 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (1).

Prodotti mediċinali perikolużi

(2022/C 121/02)

Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza li l-ħaddiema jiġu protetti mill-effetti negattivi fuq is-saħħa li jista’ jkollu l-esponiment okkupazzjonali għal ċerti prodotti mediċinali perikolużi.

F’dan ir-rigward, huwa rikonoxxut li ċerti prodotti mediċinali perikolużi li fihom sustanza waħda jew aktar li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniċi (kategoriji 1A jew 1B), mutaġeniċi (kategoriji 1A jew 1B) jew reprotossiċi (kategoriji 1A jew 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/37/KE.


(1)  ĠU L 88, 16.3.2022, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Marzu 2022

(2022/C 121/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0991

JPY

Yen Ġappuniż

129,67

DKK

Krona Daniża

7,4410

GBP

Lira Sterlina

0,84053

SEK

Krona Żvediża

10,5260

CHF

Frank Żvizzeru

1,0322

ISK

Krona Iżlandiża

144,90

NOK

Krona Norveġiża

9,8490

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,867

HUF

Forint Ungeriż

371,41

PLN

Zloty Pollakk

4,7355

RON

Leu Rumen

4,9482

TRY

Lira Turka

16,0968

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5234

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4099

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,6026

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6216

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4993

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 366,05

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,6249

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0117

HRK

Kuna Kroata

7,5750

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 710,44

MYR

Ringgit Malażjan

4,6239

PHP

Peso Filippin

57,536

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,842

BRL

Real Brażiljan

5,6385

MXN

Peso Messikan

22,9352

INR

Rupi Indjan

83,9555


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10529 – HEIDELBERGCEMENT / THOMA BRAVO / COMMAND ALKON)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 121/04)

1.   

Fis-7 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

HeidelbergCement AG (“HeidelbergCement”, il-Ġermanja);

Thoma Bravo, LLC (“Thoma Bravo”, l-Istati Uniti tal-Amerka);

Command Alkon, Inc. (“Command Alkon”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

HeidelbergCement jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Command Alkon.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

HeidelbergCement hija manifattur ta’ materjali tal-bini li joffri b’mod partikolari siment, gagazza u addittivi oħra tas-siment, aggregati, konkrit imħallat lest u prodotti oħra tal-konkrit, miksijin u asfalt,

Thoma Bravo hija ditta ta’ ekwità privata b’enfasi partikolari fuq l-applikazzjoni u s-software tal-infrastruttura u s-servizzi abilitati mit-teknoloġija,

Command Alkon tipprovdi soluzzjonijiet ta’ software ta’ awtomazzjoni fl-Istati Uniti tal-Amerka u fl-UE użati fl-industrija tal-materjali tal-bini tqil għal diversi skopijiet (ipprezzar u kwotazzjonijiet, teħid ta’ ordnijiet, skedar u konsenja, dispaċċ, lottijiet, biljetti, traċċar tat-trakkijiet u ġestjoni tat-trakkijiet, kontroll tal-kwalità, riċetti u produzzjoni).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10529 – HEIDELBERGCEMENT / THOMA BRAVO / COMMAND ALKON

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

16.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/6


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 121/05)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

Côtes de Provence

PDO-FR-A0392-AM04

Data tal-komunikazzjoni: 7 ta’ Jannar 2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żona tal-irqajja’ demarkata tal-isem ġeografiku komplementari Sainte-Victoire

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 2 - Żona tal-irqajja’ demarkata, hija speċifikata d-data tal-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti taż-żona tal-irqajja’ demarkata tal-isem ġeografiku komplementari Sainte-Victoire.

L-inbejjed ġejjin minn għeneb li ġej minn irqajja’ ta’ art li jinsabu fiż-żona tal-irqajja’ tal-produzzjoni kif approvata mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-Institut national de l’origine et de la qualité fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta’ Ġunju 2021.

Din il-preċiżazzjoni ma taffettwax id-Dokument Uniku.

2.   Varjetajiet tal-għeneb

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-Kapitolu I, it-Taqsima V, il-punt 1 - Varjetajiet tal-għeneb, tlestiet il-lista tal-varjetajiet inċidentali.

Għall-inbejjed ħomor u rożè

il-varjetajiet rousseli Rs, caladoc N, jiżdiedu sa 10 % tal-varjetajiet tal-għeneb.

il-varjetajiet agiorgitiko N, calabrese N, moschofilero Rs, verdejo B, xinomavro N huma limitati għal 5 % tal-varjetajiet tal-għeneb u 10 % fit-taħlitiet. L-ismijiet ta’ dawn il-varjetajiet ma jistgħux jidhru fuq it-tikkettar tal-inbejjed bid-denominazzjoni.

inbejjed bojod: tiżdied il-varjetà Verdejo B. Din hija limitata għal 5 % tal-varjetajiet tal-għeneb u 10 % fit-taħlitiet. L-isem ta’ din il-varjetà ma jistax jidher fuq it-tikkettar tal-inbejjed bid-denominazzjoni.

L-inklużjoni ta’ dawn il-varjetajiet hija waħda mis-soluzzjonijiet stabbiliti mid-denominazzjoni biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tal-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Dawn il-varjetajiet introdotti bħala varjetajiet sekondarji huma konformi mal-profil tal-inbejjed tad-denominazzjoni u jistgħu jadattaw għan-nixfa u għall-mard fungali. Dawn jeħtieġu użu inqas ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

Dan id-Dokument Uniku huwa komplut fil-punt “varjetajiet sekondarji tal-għeneb tal-inbid”.

Il-proporzjon tal-varjetajiet agiorgitiko N, calabrese N, moschofilero Rs, verdejo B, xinomavro N fil-varjetajiet tal-għeneb huwa speċifikat fit-Taqsima V, il-Punt (2) - Regoli dwar il-proporzjonijiet ikkultivati. Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Il-proporzjon ta’ varjetajiet agiorgitiko N, calabrese N, moschofilero Rs, verdejo B, xinomavro N fit-taħlitiet huwa speċifikat fi-Taqsima IX, il-Punt 1 - Taħlit tal-varjetajiet. Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

3.   Immaniġġjar tal-vinja

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-Kapitolu I, it-Taqsima VI - Tħarriġ tad-dwieli, fil-Punt 2 - Prattiki oħra tal-kultivazzjoni, żdiedu żewġ dispożizzjonijiet agroekoloġiċi. Dawn jipprovdu qafas għat-tneħħija tal-ħaxix ħażin mill-irqajja’ tal-art bi proċess kimiku kif ġej:

It-tneħħija tal-ħaxix ħażin minn żoni mad-dawra bi proċess kimiku hija pprojbita.

It-tneħħija tal-ħaxix ħażin mill-irqajja’ tal-art bi proċess totalment kimiku hija pprojbita.

Dawn l-emendi ġew inklużi wkoll fid-Dokument Uniku, taħt “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”.

4.   Kapaċità ġenerali tal-fabbriki tal-inbid

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-Kapitolu I, it-Taqsima IX - Ipproċessar, produzzjoni, maturazzjoni, ippakkjar, ħżin, jiġi emendat il-punt f) dwar il-kalkolu tal-kapaċità globali tal-fabbriki tal-inbid. L-operaturi kollha għandu jkollhom kapaċità globali tal-fabbriki tal-inbid daqs jew akbar mill-prodott tar-rendiment massimu msemmi fit-Taqsima VIII il-Punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, skont iż-żona tal-produzzjoni tal-vitikultura.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

5.   Tikkettar tal-ismijiet tal-varjetajiet tal-għeneb

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-Kapitolu I, it-Taqsima XII. - Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar ġew issupplimentati biex jispeċifikaw li l-varjetajiet sekondarji agiorgitiko N, calabrese N, moschofilero Rs, verdejo B, xinomavro N ma jistgħux jissemmew fuq it-tikkettar tal-inbejjed bid-denominazzjoni.

6.   Punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati u metodi ta’ evalwazzjoni

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-Kapitolu III, it-Taqsima I, il-punti ewlenin tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li għandhom jiġu vverifikati u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom ġew allinjati mal-pjan ta’ kontroll tad-denominazzjoni.

Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Côtes de Provence

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika:

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbejjed rożè mhux frizzanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 11 %.

Wara l-fermentazzjoni, l-inbejjed ikollhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 4 g/l jew inqas.

Il-kriterji analitiċi l-oħra huma konformi mar-regoli tal-UE.

L-inbejjed rożè għandhom kulur roża ċar. Skont l-oriġini tagħhom, dawn il-prodotti espressivi ħafna jippreżentaw firxa aromatika ta’ frott (frott abjad, frott taċ-ċitru, frott eżotiku, frott artab,...) jew ta’ fjuri, imħallta ma’ noti ta’ minerali jew empirewmatiċi, u sostnuta minn struttura bbilanċjata bejn il-maturità u l-vivaċità.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Inbejjed ħomor mhux frizzanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 11 %.

Fl-istadju tal-ibbottiljar, il-kontenut massimu ta’ aċidu maliku jkun ta’ 0,4 g/l.

Wara l-fermentazzjoni, l-inbejjed ħomor ikollhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ mhux aktar minn:

L-inbejjed ħomor b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ mhux aktar minn 14 %: 3g/l

L-inbejjed ħomor b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ aktar minn 14 %: 4 g/l

Il-kriterji analitiċi l-oħra huma konformi mar-regoli tal-UE.

L-inbejjed ħomor, ta’ kulur skur, ikopru żewġ tipi:

l-inbejjed ħomor b’togħma ta’ frott, prodotti minn maċerazzjoni qasira, li jiġu kkunsmati malajr;

l-inbejjed ħomor ippreżervati fit-tul, b’aromi kumplessi ta’ frott iswed, kawkaw, laħam taċ-ċerv, ħwawar u tannini qawwija u raffinati li jinkisbu permezz ta’ maċerazzjoni twila.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   inbejjed bojod mhux frizzanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 11 %.

Il-kriterji analitiċi l-oħra huma konformi mar-regoli tal-UE.

Wara l-fermentazzjoni, l-inbejjed ikollhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 4 g/l jew inqas

L-inbejjed bojod xotti għandhom kulur isfar bi sfumaturi ħodor, jgħajjat u ċar, b’aromi ta’ frott taċ-ċitru, ta’ fjuri (fjuri bojod), ta’ balsamina jew ta’ għasel.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattika enoloġika speċifika

Għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, l-użu tal-karbonju għall-użu enoloġiku huwa awtorizzat għall-most u għall-inbejjed ġodda li jkunu għadhom qegħdin jiffermentaw wara l-għasir, sal-limitu ta’ 20 % tal-volum tal-inbejjed rożè prodotti mill-produttur tal-inbid ikkonċernat, għall-ħsad inkwistjoni. Huwa pprojbit kull trattament termiku tal-ħsad fejn it-temperatura taqbeż l-40 °C.

2.   Distanza bejn ir-ringieli

Prattika tal-kultivazzjoni

L-erja massima disponibbli għal kull pjanta hija ta’ 2,50 metru kwadru. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati d-distanzi bejn ir-ringieli u l-ispazju bejn il-pjanti. L-ispazju bejn ir-ringieli ma jistax jaqbeż 2,50 metri, u l-ispazju bejn dielja u oħra fl-istess ringiela ma jistax ikun inqas minn 0,80 metru.

3.   Żbir

Prattika tal-kultivazzjoni

Iż-żbir għandu jsir sa mhux aktar tard mill-istadju fenoloġiku E, jiġifieri 3 werqiet mifruxa fuq l-ewwel żewġ rimjiet.

Żbir bi friegħi qosra (gobelet jew Cordon de Royat), b’massimu ta’ 6 friegħi għal kull pjanta u massimu ta’ 2 rimjiet/fergħa.

Għad-dwieli li għandhom ’il fuq minn 25 sena (weraq tas-26 sena), waħda mill-friegħi jista’ jkollha massimu ta’ 5 rimjiet (limitu ta’ 12-il rimja/pjanta).

Bl-eċċezzjoni tad-dwieli maħsuba għall-produzzjoni tad-denominazzjonijiet ġeografiċi “Sainte-Victoire”, “Fréjus”, “La Londe” u “Pierrefeu”, il-varjetajiet cabernet-sauvignon N u syrah N jistgħu jkunu soġġetti għal żabra twila ta’ Guyot sempliċi (massimu ta’ 8 rimjiet/pjanta, li minnhom mhux aktar minn 6 jkunu fuq iz-zokk it-twil).

4.   Tisqija

Prattika tal-kultivazzjoni

It-tisqija hija permessa.

5.   Tneħħija tal-ħaxix ħażin - Dispożizzjonijiet agroekoloġiċi

Prattika tal-kultivazzjoni

It-tneħħija tal-ħaxix ħażin minn żoni mad-dawra bi proċess kimiku hija pprojbita.

It-tneħħija tal-ħaxix ħażin mill-irqajja’ tal-art bi proċess totalment kimiku hija pprojbita.

5.2.   Rendimenti massimi

1.

66 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona ġeografika tkopri 84 muniċipalità, fosthom 68 fid-département ta’ Var, 15 fid-département ta’ Bouches-du-Rhône u waħda fid-département ta’ Alpes-Maritimes.

Fid-département ta’ Alpes-Maritimes: Villars-sur-Var;

Fid-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône: Allauch, Bouc-Bel-Air, Ceyreste, Châteauneuf-le-Rouge, La Ciotat, Cuges-les-Pins, Meyreuil, Mimet, Peynier, Puyloubier, Roquefort-la-Bédoule, Rousset, Simiane-Collongue, Le Tholonet, Trets ;

Fid-département ta’ Var: Les Arcs, Bagnols-en-Forêt, Le Beausset, Besse-sur-Issole, Bormes-les-Mimosas, Cabasse, La Cadière-d’Azur, Callas, Le Cannet-des-Maures, Carcès, Carnoules, Carqueiranne, Le Castellet, Cavalaire-sur-Mer, Cogolin, Collobrières, Correns, Cotignac, La Crau, La Croix-Valmer, Cuers, Draguignan, Entrecasteaux, Evenos, La Farlède, Figanières, Flassans-sur-Issole, Flayosc, Fréjus, La Garde, La Garde-Freinet, Gassin, Gonfaron, Grimaud, Hyères, La Londe-les-Maures, Lorgues, Le Luc, Les Mayons, Montfort-sur-Argens, La Môle, La Motte, Le Muy, Pierrefeu-du-Var, Pignans, Plan-de-la-Tour, Pourcieux, Pourrières, Le Pradet, Puget-sur-Argens, Puget-Ville, Ramatuelle, Roquebrune-sur-Argens, Saint-Antonin-du-Var, Saint-Cyr-sur-Mer, Sainte-Maxime, Saint-Paul-en-Forêt, Saint-Raphaël, Saint-Tropez, Sanary-sur-Mer, Seillans, Six-Fours-les-Plages, Solliès-Pont, Taradeau, Le Thoronet, Trans-en-Provence, La Valette-du-Var, Vidauban.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Carignan N

Cinsaut N - Cinsault

Clairette B

Grenache N

Mourvèdre N - Monastrell

Semillon B

Syrah N - Shiraz

Tibouren N

Ugni blanc B

Vermentino B - Rolle

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Iż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Côtes de Provence testendi mill-ġebla tal-franka tan-naħa t’isfel ta’ Provence, lejn il-Punent u lejn it-Tramuntana, sal-kristallina tan-naħa t’isfel ta’ Provence, lejn in-Nofsinhar u lejn il-Lvant (Maures u Esterel). Din tibqa’ sejra tul il-bajjiet tal-Mediterran, tgħaddi mill-widien, tinfirex fuq il-blat li jara ħafna xemx, u tieqaf fit-trufijiet tal-foresti tal-arżnu, f’ċerti muniċipalitajiet tad-départements ta’ Var, ta’ Bouches-du-Rhône u ta’ Alpes-Maritimes.

Ir-rikkezza tal-vinja ta’ Côtes de Provence tinsab fid-diversità tas-sitwazzjonijiet ġeopedoloġiċi u fid-diversità tal-meżoklima moderata. Din id-diversità imponiet fuq il-komunità tal-produtturi l-adozzjoni tal-għodod li jippermettulha tikseb l-aħjar oriġinalità, kemm f’termini tal-għażla tal-varjetajiet, li jisfruttaw dan id-disinn naturali, kif ukoll f’termini tal-adattament tal-metodi ta’ ġestjoni (il-ħrit tal-ħamrija, id-densità, il-metodu taż-żbir li jippermetti li ssir il-produzzjoni filwaqt li l-vinja tiġi protetta min-nixfa tas-sajf) u l-adattament tal-kundizzjonijiet tal-vinifikazzjoni b’investimenti materjali u teknikċi importanti fl-aħħar seklu.

Għalkemm l-inbejjed li ġejjin minn varjetajiet differenti u minn ambjenti differenti għandhom id-differenzi tagħhom, huma jesprimu l-identità u l-oriġinalità tagħhom billi, fi ħdan il-komunità tal-produtturi, jinqasmu l-użanzi u l-għarfien espert, b’mod partikolari għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè.

Billi l-pajsaġġ li ra ħafna ċaqliq tal-bniedem, iż-żona ġeografika saret art ta’ taħlit tal-varjetajiet tal-għeneb adattati tul il-ġenerazzjonijiet, u b’hekk ipprovdiet kwalità u identità lill-inbejjed. Għalhekk, il-varjetajiet grenache N u tibouren N għandhom kontenut għoli ta’ alkoħol u huma maturi, il-varjetà cinsaut N hija fina u eleganti, il-varjetà syrah N għandha aromi ta’ frott u l-varjetà mourvèdre N għandha kapaċità ta’ maturazzjoni tajba tal-inbejjed.

L-aħjar kundizzjonijiet għall-maturazzjoni marbuta mal-perjodi ta’ xita u mat-temperaturi, l-effetti tal-konċentrazzjoni tal-materja prima u s-saħħa tal-materja prima minħabba l-irjieħ dominanti, jikkontribwixxu wkoll għall-kwalità u l-oriġinalità tal-inbejjed prodotti. Għalhekk, il-bilanċ bejn l-aċidità u l-maturità, l-istabbiltà tal-kulur, u l-espressjoni aromatika eleganti tal-inbejjed, huwa r-riżultat tal-produzzjoni tal-għeneb li jinqata’ b’kontenut għoli ta’ zokkor u ta’ polifenoli.

Skont l-użanzi, l-irqajja’ ta’ art demarkati speċifikament għall-ħsad tal-għeneb iserrħu fuq ħamrija baxxa b’sistema idroloġika tajba.

Wara 2 600 sena ta’ tradizzjoni tal-produzzjoni tal-inbid, mill-1980 ’il quddiem ir-reġjun ta’ “Côtes de Provence” esperjenza qawmien mill-ġdid, b’mod partikolari bil-produzzjoni tiegħu tal-inbejjed rożè.

L-hekk imsejjaħ “Re Twajjeb” RENE D’ANJOU, il-Konti ta’ Provence diġà kellu għal qalbu l-inbejjed ta’ Provence u billi għamel Marsilja port ħieles, huwa ppromwova l-produzzjoni u l-kummerċ tal-inbejjed. Huwa introduċa wkoll il-proċess tal-produzzjoni tal-“inbid ċar” u tal-inbid rożè. Fuq insistenza ta’ ambaxxatriċi ta’ livell għoli, ELEONORE de PROVENCE, li saret ir-Reġina tal-Ingilterra, dawn l-inbejjed ġew ippreżentati wkoll fil-Qorti ta’ Londra. Fis-sekli XVII u XVIII, dawn kienu apprezzati ħafna fil-Qorti ta’ Franza, fejn ir-reputazzjoni tagħhom dehret ukoll fil-kitbiet tas-Sinjura SEVIGNE, il-Kontessa ta’ Grignan.

Din ir-reputazzjoni kompliet fl-2010. Il-produtturi tal-inbid, il-kooperattivi u n-negozjanti qegħdin ikomplu bl-isforzi tagħhom billi jtejbu r-regoli kollettivi biex jippromwovu d-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Côtes de Provence”, il-wirt komuni tagħhom, u jfittxu li jiżguraw li jikkonformaw mal-isem u l-personalità.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed, tikkonsisti mit-territorju ta’ 10 muniċipalitajiet fid-département ta’ Bouches-du-Rhône u 41 muniċipalità fid-département ta’ Var.

Fid-département ta’ Bouches du Rhône: Aubagne, Auriol, La Bouilladisse, Cassis, La Destrousse, Fuveau, Gardanne, Gémenos, Peypin, Roquevaire.

Fid-département ta’ Var: Bandol, Barjols, Belgentier, Bras, Brignoles, Brue-Auriac, Camps-la-Source, La Celle, Châteauvert, Fayence, Forcalqueiret, Garéoult, Le Lavandou, Mazaugues, Méounes-lès-Montrieux, Nans-les-Pins, Néoules, Ollières, Ollioules, Plan-d’Aups-Sainte-Baume, Pontevès, Rayol-Canadel-sur-Mer, Le Revest-les-Eaux, Riboux, Rocbaron, La Roquebrussanne, Rougiers, Saint-Mandrier-sur-Mer, Saint-Maximim-la-Sainte-Baume, Saint-Zacharie, Sainte-Anastasie-sur-Issole, Sillans-la-Cascade, Seillons-Source-d’Argens, La Seyne-sur-Mer, Signes, Solliès-Ville, Toulon, Tourves, Le Val, Villecroze, Vins-sur-Caramy.

Tikkettar: Denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Id-DOK Côtes de Provence tista’ tiġi ssupplimentata bid-denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali “Fréjus”; “Sainte-Victoire”, “Pierrefeu” u “Notre-Dame des Anges” għall-inbejjed ħomor u rożè.

Id-DOK Côtes de Provence tista’ tiġi ssupplimentata bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “La Londe” għall-inbejjed ħomor, rożè u bojod.

L-inbejjed jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fir-rigward, b’mod partikolari, taż-żona ġeografika li fiha joriġina l-għeneb, tal-vinifikazzjoni u, xi kultant, il-maturazzjoni tal-inbejjed, il-varjetajiet tal-għeneb, ir-rendimenti, il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli u l-metodi ta’ produzzjoni.

Tikkettar: Unità ġeografika usa’

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-tikkettar tal-inbejjed li jibbenefikaw mid-DOK, issupplimentat minn Denominazzjoni Ġeografika (DĠ) jew le, jista’ jispeċifika l-unità ġeografika usa’ “Vin de Provence”. Id-daqs tal-ittri ta’ din l-unità ġeografika usa’ ma għandux ikun akbar, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, minn dak tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-DOK, kemm jekk issupplimentata b’DĠ kif ukoll jekk le. L-unità ġeografika usa’ “Vin de Provence” għandha tidher fl-istess kamp viżiv bħall-isem tad-DOK u tad-DĠ.

Tikkettar Isem tal-varjetajiet

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Il-varjetajiet sekondarji agiorgitiko N, calabrese N, moschofilero Rs, verdejo B, xinomavro N ma jistgħux jissemmew fuq it-tikkettar tal-inbejjed bid-denominazzjoni.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-04ce000c-981e-4fb0-8009-c0266d331c79


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.