ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 119

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
14 ta' Marzu 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 119/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 119/02

Kawża C-594/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 – Deutsche Lufthansa AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Land Rheinland-Pfalz (Appell – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna favur ajruporti u linji tal-ajru – Deċiżjoni li tikklassifika l-miżuri favur l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn bħala għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern u li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat favur il-linji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport – Inammissibbiltà ta’ rikors għal annullament – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Persuna fiżika jew ġuridika mhux direttament u individwalment ikkonċernata mid-deċiżjoni inkwistjoni – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

2

2022/C 119/03

Kawża C-638/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Jannar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs European Food SA et (Appell – Għajnuna mill Istat – Artikoli 107 u 108 TFUE – Trattat bilaterali ta’ investiment – Klawżola ta’ arbitraġġ – Ir-Rumanija – Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea – Tħassir ta’ skema ta’ inċentivi fiskali qabel l-adeżjoni – Deċiżjoni ta’ arbitraġġ li tagħti l-ħlas ta’ danni wara l-adeżjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara li dan il-ħlas jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tiegħu – Kompetenza tal-Kummissjoni – Applikazzjoni ratione temporis tad-dritt tal-Unjoni – Determinazzjoni tad-data li fiha l-benefiċjarju jingħata d-dritt li jirċievi l-għajnuna – Artikolu 19 TUE – Artikoli 267 u 344 TFUE – Awtonomija tad-dritt tal Unjoni)

3

2022/C 119/04

Kawża C-788/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Jannar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 258 TFUE – Moviment liberu tal-kapital – Obbligu ta’ informazzjoni dwar il-beni jew id-drittijiet miżmuma fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) – Ksur ta’ dan l-obbligu – Preskrizzjoni – Sanzjonijiet)

3

2022/C 119/05

Kawża C-891/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Hubei Xinyegang Special Tube Co. Ltd, ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Válcovny trub Chomutov a.s., Vallourec Deutschland GmbH (Appell – Dumping – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/804 – Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri li joriġinaw miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Regolament (UE) 2016/1036 – Artikolu 3(2), (3) u (6), u Artikolu 17 – Determinazzjoni tad dannu – Eżami tal effett tal-importazzjonijiet li huma s suġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet tal-prodotti simili mibjugħa fis-suq tal-Unjoni Ewropea – Analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet – Applikazzjoni tal-metodu tan-numri ta’ kontroll tal-prodott (NKP) – Obbligu għall-Kummissjoni Ewropea li tieħu inkunsiderazzjoni d-diversi segmenti tas-suq relatati mal-prodott ikkunsidrat kif ukoll it-totalità tal-bejgħ ta’ prodotti simili tal-produtturi tal-Unjoni Ewropea inklużi fil-kampjun)

4

2022/C 119/06

Kawża C-899/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni Ewropea, L-Ungerija (Appell – Dritt istituzzjonali – Inizjattiva taċ-ċittadini – Regolament (UE) Nru 211/2011 – Artikolu 4(2)(b) – Reġistrazzjoni ta’ proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini – Kundizzjoni li tirrikjedi li din il-proposta ma tkunx taqa’ manifestament barra mill-ambitu tal-kompetenzi tal-Kummissjoni Ewropea li bis-saħħa tagħhom hija tista’ tissottometti proposta għal att legali għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati – Deċiżjoni (UE) 2017/652 – Inizjattiva taċ-ċittadini Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe – Reġistrazzjoni parzjali – Artikolu 5(2) TUE – Prinċipju ta’ attribuzzjoni ta’ kompetenzi – Artikolu 296 TFUE – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ kontradittorju)

5

2022/C 119/07

Kawża C-51/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern – Obbligu ta’ rkupru – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna illegali u inkompatibbli – Sanzjonijiet finanzjarji – Natura proporzjonata u dissważiva – Pagamenti ta’ penalità – Somma f’daqqa – Kapaċità ta’ ħlas – Ponderazzjoni tal-voti tal-Istat Membru fil-Parlament Ewropew)

5

2022/C 119/08

Kawża C-90/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret – id-Danimarka) – Apcoa Parking Danmark A/S vs Skatteministeriet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1)(ċ) – Kamp ta’ applikazzjoni – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Attivitajiet imwettqa minn kumpannija rregolata mid-dritt privat – Operat ta’ żoni ta’ parkeġġ fuq artijiet privati – Spejjeż ta’ kontroll miġbura minn din il-kumpannija fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza mis-sewwieqa tal-kundizzjonijiet ġenerali għall-użu ta’ dawn iż-żoni ta’ parkeġġ – Klassifikazzjoni – Realtà ekonomika u kummerċjali tat-tranżazzjonijiet)

6

2022/C 119/09

Kawża C-118/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – JY vs Wiener Landesregierung (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 20 u 21 TFUE – Kamp ta’ applikazzjoni – Rinunzja tan-nazzjonalità ta’ Stat Membru sabiex tinkiseb in-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor konformement mal-assigurazzjoni ta’ dan tal-aħħar li jinnaturalizza lill-persuna kkonċernata – Revoka ta’ din l-assigurazzjoni għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Sitwazzjoni ta’ persuna apolida)

7

2022/C 119/10

Kawża C-165/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – ET bħala amministratur għall-insolvenza ta’ Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Direttiva 2003/87/KE – Artikolu 3e – Inklużjoni ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni – Direttiva 2008/101/KE – Allokazzjoni u ħruġ mingħajr ħlas ta’ kwoti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru – Waqfien, minn tali operatur, tal-attivitajiet tiegħu minħabba insolvenza – Deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti li tirrifjuta li toħroġ kwoti lill-amministratur għall-insolvenza tal-kumpannija fi stralċ)

7

2022/C 119/11

Kawża C-179/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Fondul Proprietatea SA vs Guvernul României, SC Complexul Energetic Hunedoara SA, fi stralċ, SC Complexul Energetic Oltenia SA, Compania Naţională de Transport al Energiei Electrice Transelectrica SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq intern tal-elettriku – Direttiva 2009/72/KE – Artiklu 15(4) – Dispaċċ prijoritarju – Sigurtà fil-provvista – Artikolu 32(1) – Aċċess liberu tat-terzi – Aċċess iggarantit għan-networks ta’ trażmissjoni – Direttiva 2009/28/KE – Artiklu 16(2) – Aċċess iggarantit – Artikolu 107(1) TFUE – Artikolu 108(3) TFUE – Għajnuna mill-Istat)

8

2022/C 119/12

Kawża C-181/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – VYSOČINA WIND a.s. vs Česká republika – Ministerstvo životního prostředí (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2012/19/UE – Skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku – Obbligu ta’ finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi – Effett retroattiv – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Traspożizzjoni mhux korretta ta’ direttiva – Responsabbiltà tal-Istat Membru)

9

2022/C 119/13

Kawża C-234/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – Sātiņi-S SIA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) – Regolament (UE) Nru 1305/2013 – Appoġġ għall-iżvilupp rurali – Artikolu 30(6)(a) – Pagamenti taħt Natura 2000 – Kumpens għat-telf ta’ dħul fiż-żoni agrikoli u forestali – Art bil-pit – Projbizzjoni li jitħawlu kultivazzjonijiet ta’ cranberries – Assenza ta’ kumpens għal danni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 17 – Dritt għall-proprjetà)

10

2022/C 119/14

Kawża C-238/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – Sātiņi-S SIA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 17 – Dritt għall-proprjetà – Direttiva 2009/147/KE – Kumpens għad-danni kkawżati lill-akwakultura mill-għasafar selvaġġi protetti f’żona Natura 2000 – Kumpens inferjuri għad-danni realment imġarrba – Artikolu 107(1) – Għajnuna mill-Istat – Kunċett ta’ vantaġġ – Kundizzjonijiet – Regolament (UE) Nru 717/2014 – Regola de minimis)

11

2022/C 119/15

Kawża C-261/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Thelen Technopark Berlin GmbH vs MN (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Artikolu 49 TFUE – Direttiva 2006/123/KE – Artikolu 15 – Onorarji tal-arkitetti u tal-inġiniera – Tariffi obbligatorji minimi – Effett dirett – Sentenza għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li ngħatat fil-mori tal-kawża quddiem qorti nazzjonali)

11

2022/C 119/16

Kawża C-347/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – SIA Zinātnes parks vs Finanšu ministrija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Fondi strutturali – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Regolament (UE) Nru 1303/2013 – Programm ta’ Kofinanzjament – Għajnuna mill-Istat – Regolament (UE) Nru 651/2014 – Kamp ta’ applikazzjoni – Limiti – Kunċetti ta’ kapital azzjonarju sottoskritt u ta’ impriża f’diffikultà – Esklużjoni ta’ impriżi f’diffikultà mill-għajnuna tal-FEŻR – Modalitajiet ta’ dħul fis-seħħ ta’ żieda fil-kapital azzjonarju sottoskritt – Data tal-produzzjoni tal-provi ta’ din iż-żieda – Prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza)

12

2022/C 119/17

Kawża C-432/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wien – l-Awstrija) – ZK (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Politika tal-immigrazzjoni – Direttiva 2003/109/KE – Artikolu 9(1)(ċ) – Telf tal-istatus ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun residenti għal żmien twil – Assenza mit-territorju tal-Unjoni Ewropea matul perijodu ta’ tnax-il xahar konsekuttiv – Interruzzjoni ta’ dan il-perijodu ta’ assenza – Residenzi irregolari u għal żmien qasir fit-territorju tal-Unjoni)

13

2022/C 119/18

Kawża C-151/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – Servicio de Salud de Castilla-La Mancha (SESCAM) vs BF (Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Qasam tas-saħħa pubblika – Kalkolu tal-allowances għall-anzjanità – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta li tieħu inkunsiderazzjoni, għall-membri tal-persunal permanenti rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal, għall-finijiet tal-kalkolu tal-allowances tal-anzjanità, il-perijodi li jikkorrispondu mal-attivitajiet eżerċitati b’mod temporanju f’kategorija professjonali superjuri)

14

2022/C 119/19

Kawża C-226/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 1 de Toledo – Spanja) – KQ vs Servicio de Salud de Castilla-La Mancha (SESCAM) (Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Kunċett ta’ kundizzjonijiet ta’ impjieg – Eżenzjoni mis-servizz ta’ gwardja medika minħabba l-età mogħtija biss lill-ħaddiema għal żmien indeterminat)

14

2022/C 119/20

Kawża C-740/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – SN et vs Eurowings GmbH (Trasport bl-ajru – Kumpens tal-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ imbark miċħud – Passiġġieri li waslu l-ajruport fil-ħin – Titjira mitlufa minħabba ħin ta’ check-in inabitwalment twil – Nuqqasijiet ta’ organizzazzjoni jew tfixkil fl-ajruport)

15

2022/C 119/21

Kawża C-169/21 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2021 minn Sergio Spadafora mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-10 ta’ Frar 2021 fil-Kawża T-130/19, Spadafora vs Il-Kummissjoni

15

2022/C 119/22

Kawża C-514/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fl-20 ta’ Awwissu 2021 – LU vs Minister for Justice and Equality

16

2022/C 119/23

Kawża C-515/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fl-20 ta’ Awwissu 2021 – PH vs Minister for Justice and Equality

17

2022/C 119/24

Kawża C-518/21 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2021 minn FT et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-9 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-699/19, FT et vs Il-Kummissjoni

18

2022/C 119/25

Kawża C-713/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Novembru 2021 – A vs Finanzamt X

18

2022/C 119/26

Kawża C-741/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Diċembru 2021 – GP vs juris GmbH

19

2022/C 119/27

Kawża C-746/21 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2021 minn Altice Group Lux Sàrl, li kienet New Altice Europe BV, fi stralċ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-22 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-425/18, Altice Europe vs Il-Kummissjoni

19

2022/C 119/28

Kawża C-766/21 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2021 mill-Parlament Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-384/19, Il-Parlament vs Axa Assurances Luxembourg SA et

21

2022/C 119/29

Kawża C-788/21 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 minn Il-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-344/19 u T-356/19, Front Polisario vs Il-Kunsill

22

2022/C 119/30

Kawża C-779/21 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 minn Il-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-279/19, Front Polisario vs Il-Kunsill

23

2022/C 119/31

Kawża C-798/21 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-344/19 u T-356/19, Front Polisario vs Il-Kunsill

23

2022/C 119/32

Kawża C-799/21 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-279/19, Front Polisario vs Il-Kunsill

24

2022/C 119/33

Kawża C-822/21: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2021 – Ir-Repubblika tal-Latvja vs Ir-Renju tal-Isvezja

25

2022/C 119/34

Kawża C-832/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Diċembru 2021 – Beverage City & Lifestyle GmbH et vs Advance Magazine Publishers, Inc.

26

2022/C 119/35

Kawża C-7/22 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2022 minn RQ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-17 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-147/17, Anastassopoulos et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

27

2022/C 119/36

Kawża C-10/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Roma (l-Italja) fil-5 ta’ Jannar 2022 – Liberi editori e autori (LEA) vs Jamendo SA

28

2022/C 119/37

Kawża C-11/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Halduskohus (l-Estonja) fil-5 ta’ Jannar 2022 – Est Wind Power OÜ vs AS Elering

28

2022/C 119/38

Kawża C-20/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-10 ta’ Jannar 2022 – Syndicat Les Entreprises du Médicament (LEEM) vs Ministre des Solidarités et de la Santé

29

2022/C 119/39

Kawża C-46/22 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2022 minn Liam Jenkinson mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fl-10 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-602/15 RENV, Jenkinson vs Il-Kunsill et

30

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 119/40

Kawża T-303/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – Mylan IRE Healthcare vs Il-Kummissjoni (Mediċini għall-użu tal-bniedem – Mediċini orphelins – Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-mediċini Tobramycin VVB u denominazzjonijiet assoċjati – Deroga għall-esklusività kummerċjali ta’ Tobi Podhaler, li fiha s-sustanza attiva tobramycine – Artikolu 8(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 – Kunċett ta’ benefiċċju notevoli – Kunċett ta’ superjorità klinika – Artikolu 3(2) u (3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 847/2000 – Dmir ta’ diliġenza – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

31

2022/C 119/41

Kawża T-757/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2022 – Koinopraxia Touristiki Loutrakiou vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Każinos Griegi – Sistema li tipprevedi piż ta’ 80 % fuq id-drittijiet ta’ dħul ta’ ammonti differenti – Differenzazzjoni bejn każinos pubbliċi u privati – Ilment – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha – Annullamennt tad-deċiżjoni minn sentenza tal-Qorti Ġenerali – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza tal-għajnuna mill-Istat – Rikors għal annullament – Att li jista’ jiġi kkontestat – Ammissibbiltà – Drittijiet tad-difiża)

31

2022/C 119/42

Kawża T-610/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2022 – Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament u għad-danni – Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Suq Slovakk tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet broadband – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE – Sentenza li tannulla parzjalment id-deċiżjoni u li tnaqqas l-ammont tal-multa imposta – Rifjut tal-Kummissjoni li tħallas interessi moratorji – Artikolu 266 TFUE – Artikolu 90(4)(a) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 1268/2012 – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Ċaħda tat-tgawdija tal-ammont tal-multa mħallas indebitament – Lucrum cessans – Interessi moratorji – Rata – Dannu)

32

2022/C 119/43

Kawża T-325/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – Unger Marketing International vs EUIPO – Orben Wasseraufbereitung (Purifikaturi tal-ilma) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn li jirrappreżenta purifikatur tal-ilma – Raġuni għal invalidità – Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni – Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott iddettati biss mill-funzjoni teknika tiegħu – Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002 – Dikjarazzjoni ta’ invalidità)

33

2022/C 119/44

Kawża T-366/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2022 – 1031023 B.C. vs EUIPO – Bodegas San Valero (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku mpinġi b’pinzell) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ċirku mpinġi b’pinzell – Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti ORIGIUM 1944 – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

34

2022/C 119/45

Kawża T-483/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2022 – Tecnica Group vs EUIPO – Zeitneu (Forma ta’ żarbun) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali – Forma ta’ żarbun – Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Deċiżjonijiet ta’ qrati jew tribunali tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea li jiddeċiedu fuq azzjoni billi jiddikjaraw in-nuqqas ta’ ksur – Awtorità ta’ res judicata)

34

2022/C 119/46

Kawża T-570/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – Kedrion vs EMA (Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Ġbir u pproċessar tal-plażma – Plasma Master File – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz – Determinazzjoni żbaljata tas-suġġett tat-talba – Obbligu li r-rifjut ta’ aċċess ikun ibbażat fuq raġunijiet speċifiċi u konkreti)

35

2022/C 119/47

Kawża T-586/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – MN vs Europol (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien determinat li ma jiġġeddidx għal żmien indeterminat – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

36

2022/C 119/48

Kawża T-630/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2022 – MW vs Il-Parlament (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Grupp politiku – Tkeċċija – Terminazzjoni tar-rabta ta’ fiduċja – Fastidju psikoloġiku – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Responsabbiltà)

36

2022/C 119/49

Kawża T-647/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta Jannar 2022 – Verelst vs Il-Kunsill (Dritt istituzzjonali – Kooperazzjoni msaħħa li tikkonċerna l-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Regolament (UE) 2017/1939 – Ħatra tal-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Ħatra ta’ wieħed mill-kandidati nnominati mill-Belġju – Regoli applikabbli għall-ħatra tal-prosekuturi Ewropej)

37

2022/C 119/50

Kawża T-76/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali fid-19 ta’ Jannar 2022 – Masterbuilders, Heiermann, Schmidtmann vs EUIPO – Cirillo (POMODORO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali POMODORO – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Risposta li tesponi l-motivi tar-rikors – Termini għall-preżentata – Artikolu 58(3) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2018/625 – Fatti invokati jew provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 27(4) tar-Regolament ta’ Delega 2018/625 – Provi ta’ użu ġenwin)

37

2022/C 119/51

Kawża T-99/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2022 – Construcciones Electromecánicas Sabero vs EUIPO – Magdalenas de las Heras (Heras Bareche) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Heras Bareche – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti MAGDALENAS DeLasHeras – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

38

2022/C 119/52

Kawża T-160/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2022 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Malpricht (APIRETAL) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali APIRETAL – Dikjarazzjoni ta’ revoka – Assenza ta’ użu ġenwin – Assenza ta’ raġunijiet iġġustifikati għan-nuqqas ta’ użu – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

39

2022/C 119/53

Kawża T-259/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2022 – Neolith Distribution vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetut ornamentali) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea ta’ disinn ripetut – Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetut ornamentali – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

39

2022/C 119/54

Kawża T-270/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2022 – Estetica Group Iwona Michalak vs EUIPO (PURE BEAUTY) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva PURE BEAUTY – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

40

2022/C 119/55

Kawża T-300/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – CNH Industrial vs EUIPO (SOILXPLORER) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SOILXPLORER – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

40

2022/C 119/56

Kawża T-301/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – CNH Industrial vs EUIPO (CROPXPLORER) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CROPXPLORER – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

41

2022/C 119/57

Kawża T-730/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Jannar 2022 – CR u CT vs BĊE (Politika ekonomika u monetarja – Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

41

2022/C 119/58

Kawża T-148/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2022 – FC vs EASO (Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Rifjut li jiġi pprovdut ċertifikat ta’ kondotta – Rifjut li tiġi aċċettata revoka tar-riżenja – Att purament konfermattiv – Terminu għat-tressiq ta’ lment – Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża – Inammissibbiltà – Rikors għad-danni – Rabta mill-qrib mat-talbiet għal annullament – Inammissibbiltà)

42

2022/C 119/59

Kawża T-571/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Luna Italia vs EUIPO – Luna (LUNA SPLENDIDA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea LUNA SPLENDIDA – Trade mark figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea Luna – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

43

2022/C 119/60

Kawża T-604/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Dicembru 2021 – Guangdong Haomei New Materials u Guangdong King Metal Light Alloy Technology vs Il-Kummissjoni (Dumping – Importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina – Att li jissuġġetta l-importazzjonijiet għal reġistrazzjoni – Dazju antidumping provviżorju – Tneħħija tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni – Dazju antidumping definittiv – Tmiem tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

43

2022/C 119/61

Kawża T-725/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2021 – Guangdong Haomei New Materials u Guangdong King Metal Light Alloy Technology vs Il-Kummissjoni (Dumping – Importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina – Att li jimponi dazju antidumping provviżorju – Att li ma jistax jiġi appellat – Att preparatorju – Inammissibbiltà – Dazju antidumping definittiv – Tmiem tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

44

2022/C 119/62

Kawża T-743/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2022 – Car-Master 2 vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tat-tiswija tal-vetturi bil-mutur fil-Polonja – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment – Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali – Rikors infondat fid-dritt)

45

2022/C 119/63

Kawżi T-161/21 u T-161/21 AJ I: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2021 – McCord vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni li jissuġġetta l-esportazzjoni barra mill-Unjoni ta’ ċerti prodotti għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni – Proposta tal-Kummissjoni li tissuġġetta l-esportazzjoni ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 lejn l-Irlanda ta’ Fuq għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika – Assenza ta’ politika ppubblikata taċ-ċirkustanzi li fihom l-Unjoni timplimenta l-Artikolu 16 tal-imsemmi protokoll – Inammissibbiltà manifesta parzjali – Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

45

2022/C 119/64

Kawża T-205/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Kewazo vs EUIPO (Liftbot) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Liftbot – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

46

2022/C 119/65

Kawża T-381/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2021 – D&A Pharma vs EMA (Rikors għal annullament – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Hopveus – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ grupp xjentifiki konsultattiv permanenti – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà)

46

2022/C 119/66

Kawża T-540/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Jannar 2022 – Vivostore vs EUIPO – Linda (VIVO LIFE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

47

2022/C 119/67

Kawża T-574/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2022 – Santos vs EUIPO (Forma ta’ pressa taċ-ċitru) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Għajbien tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

48

2022/C 119/68

Kawża T-665/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2021 – Civita Eesti vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri proviżorji – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Assistenza legali, soċjoekonomika u teknika fl-oqsma tal-Enerġija u l-Mobilità u t-Trasport – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza)

48

2022/C 119/69

Kawża T-717/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – ICA Traffic vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Provvista ta’ robots tad-diżinfezzjoni – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza)

49

2022/C 119/70

Kawża T-731/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2022 – Společnost pro eHealth databáze vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għall-Innovazzjoni u għall-Kompetittività (2007 sa 2013) – Irkupru tas-somom imħallsa – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

49

2022/C 119/71

Kawża T-14/22: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2022 – uwe JetStream vs EUIPO (JET STREAM)

50

2022/C 119/72

Kawża T-29/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta Jannar 2022 – Polynt vs ECHA

50

2022/C 119/73

Kawża T-30/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2022 – Sanoptis vs EUIPO – Synoptis Pharma (SANOPTIS)

51

2022/C 119/74

Kawża T-33/22: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2022 – Vallegre vs EUIPO – Joseph Phelps Vineyards (PORT INSÍGNIA)

52

2022/C 119/75

Kawża T-35/22: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2022 – Kaminski vs EUIPO – Polfarmex (SYRENA)

53

2022/C 119/76

Kawża T-43/22: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2022 – Sanrio vs EUIPO – Miroglio Fashion (SANRIO CHARACTERS)

54

2022/C 119/77

Kawża T-44/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2022 – International Masis Tabak vs EUIPO – Philip Morris Brands (Rappreżentazzjoni ta’ pakkett sigaretti)

54

2022/C 119/78

Kawża T-51/22: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2022 – Santos vs EUIPO (Forma ta’ pressa tal-frott taċ-ċitru)

55

2022/C 119/79

Kawża T-55/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2022 – Swords vs Il-Kummissjoni u ECDC

56

2022/C 119/80

Kawża T-57/22: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2022 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

57

2022/C 119/81

Kawża T-61/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2022 – OD vs Eurojust

57

2022/C 119/82

Kawża T-361/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Europull (GREEN COAST)

58

2022/C 119/83

Kawża T-724/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Senseon Tech vs EUIPO – Accuride International (SENSEON)

58

2022/C 119/84

Kawżi magħquda T-23/21, T-50/21 u T-51/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2022 – About You vs EUIPO – Safe-1 Immobilieninvest (Y/O/U), (Y/O/U YOUR ORIGINAL U) u (/Y/O/U YOUR ORIGINAL U)

59

2022/C 119/85

Kawża T-380/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2022 – Flybe vs Il-Kummissjoni

59

2022/C 119/86

Kawża T-488/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2022 – Tralux et vs Il-Parlament

59


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 119/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 109, 7.3.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 95, 28.2.2022

ĠU C 84, 21.2.2022

ĠU C 73, 14.2.2022

ĠU C 64, 7.2.2022

ĠU C 51, 31.1.2022

ĠU C 37, 24.1.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 – Deutsche Lufthansa AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Land Rheinland-Pfalz

(Kawża C-594/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur ajruporti u linji tal-ajru - Deċiżjoni li tikklassifika l-miżuri favur l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn bħala għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern u li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat favur il-linji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport - Inammissibbiltà ta’ rikors għal annullament - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Persuna fiżika jew ġuridika mhux direttament u individwalment ikkonċernata mid-deċiżjoni inkwistjoni - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

(2022/C 119/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Deutsche Lufthansa AG (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: T. Maxian Rusche u S. Noë, aġenti), Land Rheinland-Pfalz (rappreżentant: C. Koenig, professeur)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Deutsche Lufthansa AG għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, mil-Land Rheinland-Pfalz.


(1)  ĠU C 319, 23.09.2019.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Jannar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs European Food SA et

(Kawża C-638/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill Istat - Artikoli 107 u 108 TFUE - Trattat bilaterali ta’ investiment - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ir-Rumanija - Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea - Tħassir ta’ skema ta’ inċentivi fiskali qabel l-adeżjoni - Deċiżjoni ta’ arbitraġġ li tagħti l-ħlas ta’ danni wara l-adeżjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara li dan il-ħlas jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tiegħu - Kompetenza tal-Kummissjoni - Applikazzjoni ratione temporis tad-dritt tal-Unjoni - Determinazzjoni tad-data li fiha l-benefiċjarju jingħata d-dritt li jirċievi l-għajnuna - Artikolu 19 TUE - Artikoli 267 u 344 TFUE - Awtonomija tad-dritt tal Unjoni)

(2022/C 119/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: European Food SA, Starmill SRL, Multipack SRL, Scandic Distilleries SA, Ioan Micula (rappreżentanti: K. Struckmann, Rechtsanwalt, G. Forwood, avocat u A. Kadri, solicitor), Viorel Micula, European Drinks SA, Rieni Drinks SA, Transilvania General Import-Export SRL, West Leasing SRL, li kienet West Leasing International SRL (rappreżentanti: J. Derenne, D. Vallindas u O. Popescu, avocats), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment irrappreżentat minn S. Centeno Huerta, aġent, sussegwentement minn A. Gavela Llopis, aġent), l-Ungerija

Intervenjenti insostenn tal-appellant: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: D. Klebs, R. Kanitz u J. Möller, aġenti), ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentant: K. Pommere, aġent), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: D. Lutostańska, B. Majczyna u M. Rzotkiewicz, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Ġunju 2019, European Food et vs Il-Kummissjoni (T-624/15, T-694/15 u T-704/15, EU:T:2019:423), hija annullata.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar l-appell inċidentali.

3)

Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi fuq il-motivi u l-argumenti mqajma quddiemha li dwarhom il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma ħaditx deċiżjoni.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 348, 14.10.2019


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Jannar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-788/19) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Obbligu ta’ informazzjoni dwar il-beni jew id-drittijiet miżmuma fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) - Ksur ta’ dan l-obbligu - Preskrizzjoni - Sanzjonijiet)

(2022/C 119/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Perrin, N. Gossement u M. Jáuregui Gómez, aġenti, sussegwentement minn C. Perrin u N. Gossement, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: L. Aguilera Ruiz u S. Jiménez García, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi stabbilixxa li n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-osservanza imperfetta jew tardiva tal-obbligu ta’ informazzjoni dwar il-beni u d-drittijiet li jinsabu barra mill-pajjiż twassal għall-impożizzjoni ta’ dħul mhux iddikjarat li jikkorrispondi għall-valur ta’ dawn l-assi bħala “dħul patrimonjali mhux iġġustifikat”, mingħajr il-possibbiltà, fil-prattika, li wieħed jibbenefika mill-preskrizzjoni;

billi impona għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew għall-osservanza imperfetta jew tardiva tal-obbligu ta’ informazzjoni dwar il-beni u d-drittijiet li jinsabu barra mill-pajjiż multa proporzjonali ta’ 150 % tat-taxxa kkalkolata fuq is-somom li jikkorrispondu għall-valur ta’ dawn il-beni jew ta’ dawn id-drittijiet, li jistgħu jiġu akkumulati ma’ multi fissi, u

billi impona għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew għall-osservanza imperfetta jew tardiva tal-obbligu ta’ informazzjoni dwar il-beni u d-drittijiet li jinsabu barra mill-pajjiż multi fissi li l-ammont tagħhom huwa sproporzjonat meta mqabbel mas-sanzjonijiet previsti għal ksur simili f’kuntest purament nazzjonali u li l-ammont totali tagħhom ma huwiex limitat,

ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 432, 23.12.2019.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Hubei Xinyegang Special Tube Co. Ltd, ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Válcovny trub Chomutov a.s., Vallourec Deutschland GmbH

(Kawża C-891/19 P) (1)

(Appell - Dumping - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/804 - Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri li joriġinaw miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Regolament (UE) 2016/1036 - Artikolu 3(2), (3) u (6), u Artikolu 17 - Determinazzjoni tad dannu - Eżami tal effett tal-importazzjonijiet li huma s suġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet tal-prodotti simili mibjugħa fis-suq tal-Unjoni Ewropea - Analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet - Applikazzjoni tal-metodu tan-numri ta’ kontroll tal-prodott (NKP) - Obbligu għall-Kummissjoni Ewropea li tieħu inkunsiderazzjoni d-diversi segmenti tas-suq relatati mal-prodott ikkunsidrat kif ukoll it-totalità tal-bejgħ ta’ prodotti simili tal-produtturi tal-Unjoni Ewropea inklużi fil-kampjun)

(2022/C 119/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Maxian Rusche u N. Kuplewatzky, sussegwentement T. Maxian Rusche u A. Demeneix u, fl-aħħar nett, T. Maxian Rusche u K. Blanck, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Hubei Xinyegang Special Tube Co. Ltd (rappreżentanti: E. Vermulst u J. Cornelis, advocaten), ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Válcovny trub Chomutov a.s., Vallourec Deutschland GmbH, (rappreżentant: G. Berrisch, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2019, Hubei Xinyegang Special Tube vs Il-Kummissjoni (T-500/17, mhux ippubblikata, EU:T:2019:691), hija annullata.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni Ewropea, L-Ungerija

(Kawża C-899/19 P) (1)

(Appell - Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini - Regolament (UE) Nru 211/2011 - Artikolu 4(2)(b) - Reġistrazzjoni ta’ proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini - Kundizzjoni li tirrikjedi li din il-proposta ma tkunx taqa’ manifestament barra mill-ambitu tal-kompetenzi tal-Kummissjoni Ewropea li bis-saħħa tagħhom hija tista’ tissottometti proposta għal att legali għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati - Deċiżjoni (UE) 2017/652 - Inizjattiva taċ-ċittadini “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe” - Reġistrazzjoni parzjali - Artikolu 5(2) TUE - Prinċipju ta’ attribuzzjoni ta’ kompetenzi - Artikolu 296 TFUE - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ kontradittorju)

(2022/C 119/06)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Appellant: Ir-Rumanija (rappreżentanti: E. Gane, L. Liţu, M. Chicu u L.-E. Baţagoi, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn I. Martínez del Peral, H. Stancu u H. Krämer, sussegwentement minn I. Martínez del Peral u H. Stancu, aġenti), l-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Rumanija hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

L-Ungerija għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 54, 17.2.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-51/20) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ rkupru - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna illegali u inkompatibbli - Sanzjonijiet finanzjarji - Natura proporzjonata u dissważiva - Pagamenti ta’ penalità - Somma f’daqqa - Kapaċità ta’ ħlas - Ponderazzjoni tal-voti tal-Istat Membru fil-Parlament Ewropew)

(2022/C 119/07)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u B. Stromsky, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u A. Samoni-Rantou, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħaditx il-miżuri kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-481/16, mhux ippubblikata, EU:C:2017:845), ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 4 368 000 għal kull perijodu ta’ sitt xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza sad-data tal-eżekuzzjoni kompleta tas-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-485/16, mhux ippubblikata, EU:C:2017:845).

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 5 500 000.

4)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 87, 16.3.2020


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret – id-Danimarka) – Apcoa Parking Danmark A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-90/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ) - Kamp ta’ applikazzjoni - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Attivitajiet imwettqa minn kumpannija rregolata mid-dritt privat - Operat ta’ żoni ta’ parkeġġ fuq artijiet privati - Spejjeż ta’ kontroll miġbura minn din il-kumpannija fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza mis-sewwieqa tal-kundizzjonijiet ġenerali għall-użu ta’ dawn iż-żoni ta’ parkeġġ - Klassifikazzjoni - Realtà ekonomika u kummerċjali tat-tranżazzjonijiet)

(2022/C 119/08)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Apcoa Parking Danmark A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż ta’ kontroll miġbura minn kumpannija rregolata mid-dritt privat inkarigata mill-operat ta’ żoni ta’ parkeġġ privati f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza, mis-sewwieqa, tal-kundizzjonijiet ġenerali għall-użu ta’ dawn iż-żoni ta’ parkeġġ, għandhom jitqiesu li huma l-korrispettiv għal provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u suġġetti bħala tali għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).


(1)  ĠU C 161, 11.05.2020


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – JY vs Wiener Landesregierung

(Kawża C-118/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 20 u 21 TFUE - Kamp ta’ applikazzjoni - Rinunzja tan-nazzjonalità ta’ Stat Membru sabiex tinkiseb in-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor konformement mal-assigurazzjoni ta’ dan tal-aħħar li jinnaturalizza lill-persuna kkonċernata - Revoka ta’ din l-assigurazzjoni għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Sitwazzjoni ta’ persuna apolida)

(2022/C 119/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JY

Konvenut: Wiener Landesregierung

Dispożittiv

1)

Is-sitwazzjoni ta’ persuna li, peress li għandha n-nazzjonalità ta’ Stat Membru wieħed biss, tirrinunzja għal din in-nazzjonalità u titlef, minħabba f’hekk, l-istatus tagħha ta’ ċittadin tal-Unjoni, sabiex tikseb in-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor, wara l-assigurazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet ta’ dan l-aħħar Stat li din in-nazzjonalità tingħatalha, taqa’, min-natura u mill-konsegwenzi tagħha, taħt id-dritt tal-Unjoni meta din l-assigurazzjoni tiġi rrevokata, bl-effett li din il-persuna tiġi prekluża milli tirkupra l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni.

2)

L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u, jekk ikun il-każ, il-qrati nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti huma obbligati jivverifikaw jekk id-deċiżjoni li tiġi rrevokata l-assigurazzjoni li tirrigwarda l-għoti tan-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru, li tirrendi definittiv it-telf tal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni għall-persuna kkonċernata, hijiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-dawl tal-konsegwenzi li din tinvolvi fuq is-sitwazzjoni ta’ din il-persuna. Dan ir-rekwiżit ta’ kompatibbiltà mal-prinċipju ta’ proporzjonalità ma jkunx issodisfatt meta tali deċiżjoni tkun motivata minn reati amministrattivi fir-rigward tal-kodiċi tat-triq, li, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, jinvolvu sempliċi sanzjoni pekunjarja.


(1)  ĠU C 209, 22.06.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – ET bħala amministratur għall-insolvenza ta’ Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-165/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 3e - Inklużjoni ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni - Direttiva 2008/101/KE - Allokazzjoni u ħruġ mingħajr ħlas ta’ kwoti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru - Waqfien, minn tali operatur, tal-attivitajiet tiegħu minħabba insolvenza - Deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti li tirrifjuta li toħroġ kwoti lill-amministratur għall-insolvenza tal-kumpannija fi stralċ)

(2022/C 119/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ET bħala amministratur għal-insolvenza ta’ Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

L-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, kif emendata bir-Regolament (UE) Nru 2017/2392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017, għandu jiġi interpretat fis-sens li n-numru ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas lil operatur tal-inġenji tal-ajru għandu, fil-każ ta’ waqfien tal-attivitajiet tal-avjazzjoni ta’ dan l-operatur matul il-perijodu ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra inkwistjoni, jitnaqqas proporzjonalment għall-parti ta’ dan il-perijodu li matulu dawn l-attivitajiet ma jitwettqux iktar.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Fondul Proprietatea SA vs Guvernul României, SC Complexul Energetic Hunedoara SA, fi stralċ, SC Complexul Energetic Oltenia SA, Compania Naţională de Transport al Energiei Electrice “Transelectrica” SA

(Kawża C-179/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern tal-elettriku - Direttiva 2009/72/KE - Artiklu 15(4) - Dispaċċ prijoritarju - Sigurtà fil-provvista - Artikolu 32(1) - Aċċess liberu tat-terzi - Aċċess iggarantit għan-networks ta’ trażmissjoni - Direttiva 2009/28/KE - Artiklu 16(2) - Aċċess iggarantit - Artikolu 107(1) TFUE - Artikolu 108(3) TFUE - Għajnuna mill-Istat)

(2022/C 119/11)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fondul Proprietatea SA

Konvenuti: Guvernul României, SC Complexul Energetic Hunedoara SA, fi stralċ, SC Complexul Energetic Oltenia SA, Compania Naţională de Transport al Energiei Electrice “Transelectrica” SA

fil-preżenza ta’: Ministerul Economiei, Energiei şi Mediului de Afaceri

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-għoti minn Stat Membru ta’ dritt ta’ aċċess iggarantit għan-networks ta’ trażmissjoni lil ċerti produtturi tal-elettriku li l-installazzjonijiet tagħhom jużaw sorsi indiġeni ta’ karburant ta’ enerġija primarja sabiex jiggarantixxu s-sigurtà fil-provvista tal-elettriku, sakemm dan id-dritt ta’ aċċess iggarantit ikun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u raġonevoli, u jkun proporzjonat mal-għan leġittimu mfittex, u dan hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

2)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sensiela ta’ miżuri stabbilita b’deċiżjoni governattiva u li tikkonsisti f’dispaċċ prijoritarju mill-operatur tan-network, li l-kapital tiegħu huwa fil-parti l-kbira tiegħu miżmum mill-Istat, tal-elettriku prodott minn ċerti produtturi tal-elettriku li l-installazzjonijiet tagħhom jużaw sorsi indiġeni ta’ karburant ta’ enerġija primarja, f’aċċess iggarantit tal-elettriku prodott minn dawn l-installazzjonijiet tal-imsemmija produtturi għan-networks ta’ trażmissjoni u f’obbligu għal dawn l-istess produtturi li jipprovdu servizzi anċillari lill-operatur tan-network għal ċerta kwantità ta’ megawatts, li jirriżervalhom fir-rigward ta’ din il-kwantità dritt ta’ provvista bi prezzijiet stabbiliti minn qabel u meqjusa li jeċċedu lil dawk li jirriżultaw mis-suq, tista’ tiġi kklassifikata bħala “għajnuna mill-Istat” fis-sens ta’ dan l-Artikolu 107(1) TFUE. Fil-każ affermattiv, tali sensiela ta’ miżuri għandha titqies li hija għajnuna ġdida u hija, minħabba f’hekk, suġġetta għall-obbligu ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea, skont l-Artikolu 108(3) TFUE.


(1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – VYSOČINA WIND a.s. vs Česká republika – Ministerstvo životního prostředí

(Kawża C-181/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2012/19/UE - Skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku - Obbligu ta’ finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi - Effett retroattiv - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Traspożizzjoni mhux korretta ta’ direttiva - Responsabbiltà tal-Istat Membru)

(2022/C 119/12)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VYSOČINA WIND a.s.

Konvenut: Česká republika – Ministerstvo životního prostředí

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) huwa invalidu sa fejn din id-dispożizzjoni timponi fuq il-produtturi l-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq bejn it-13 ta’ Awwissu 2005 u t-13 ta’ Awwissu 2012.

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-utenti ta’ pannelli fotovoltajċi, u mhux fuq il-produtturi ta’ dawn il-pannelli, il-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart mill-imsemmija pannelli mqiegħda fis-suq mit-13 ta’ Awwissu 2012, data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva.

2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li Stat Membru jkun adotta leġiżlazzjoni kuntrarja għal direttiva tal-Unjoni qabel l-adozzjoni ta’ din id-direttiva ma jikkostitwixxix, fih innifsu, ksur tad-dritt tal-Unjoni, peress li l-kisba tar-riżultat previst mill-imsemmija direttiva ma tistax titqies li tkun serjament kompromessa qabel ma din tkun tifforma parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 222, 6.7.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – “Sātiņi-S” SIA

(Kawża C-234/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Regolament (UE) Nru 1305/2013 - Appoġġ għall-iżvilupp rurali - Artikolu 30(6)(a) - Pagamenti taħt Natura 2000 - Kumpens għat-telf ta’ dħul fiż-żoni agrikoli u forestali - Art bil-pit - Projbizzjoni li jitħawlu kultivazzjonijiet ta’ cranberries - Assenza ta’ kumpens għal danni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 17 - Dritt għall-proprjetà)

(2022/C 119/13)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Sātiņi S” SIA

Fil-preżenza ta’: Lauku atbalsta dienests

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 30(6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeskludix, bħala prinċipju, l-artijiet bil-pit mill-pagamenti taħt Natura 2000, sakemm dawn ikunu jinsabu f’żoni Natura 2000 indikati skont id-Direttivi “Habitat” u “Għasafar” u jkunu jaqgħu taħt il-kunċetti ta’ “żona agrikola” jew ta’ “foresta”, fis-sens, rispettivament, tal-punti (f) u (r) tal-Artikolu 2(1) jew tal-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-regolament, li jistgħu b’hekk jibbenefikaw mill-pagamenti msemmija fl-Artikolu 30(1) tiegħu inkwantu “żoni agrikoli u forestali tan-Natura 2000”, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 30(6)(a).

2)

L-Artikolu 30(6)(a) tar-Regolament Nru 1305/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil Stat Membru jeskludi minn ħlasijiet taħt Natura 2000, minn naħa, iż-“żoni agrikoli Natura 2000” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, inklużi, f’dan il-każ, l-art bil-pit li taqa’ taħt tali żoni, u, min-naħa l-oħra, u skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1305/2013, l-art bil-pit li tkun tinsab f’żoni Natura 2000 li taqa’ fil-prinċipju taħt il-kunċett ta’ “foresta”, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(r) ta’ dan ir-regolament, u, għalhekk, taħt dak ta’ “żoni forestali Natura 2000”, fis-sens tal-Artikolu 30(6)(a) tal-imsemmi regolament. Din l-aħħar dispożizzjoni għandha wkoll tiġi interpretata fis-sens li tippermetti lil Stat Membru jillimita l-ħlasijiet ta’ tali pagamenti għal żoni forestali Natura 2000 li jkunu jinkludu, jekk ikun il-każ, art bil-pit għas-sitwazzjonijiet fejn l-għażla ta’ dawn iż-żoni bħala “żoni Natura 2000” ikollha bħala effett li tostakola hemmhekk l-eżerċizzju ta’ tip speċifiku ta’ attività ekonomika, b’mod partikolari l-attività forestali.

3)

L-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 1305/2013, moqri flimkien mal-Artikolu 17 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li ħlas taħt Natura 2000 ma għandux jingħata lill-proprjetarju ta’ art bil-pit li taqa’ taħt dan in-network minħabba li tkun saret restrizzjoni għal attività ekonomika li tista’ titwettaq fuq tali art bil-pit, b’mod partikolari l-projbizzjoni li jitħawlu l-cranberries, filwaqt li, fil-mument li fih akkwista l-proprjetà immobbli kkonċernata, kien jaf b’tali restrizzjoni.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – “Sātiņi-S” SIA

(Kawża C-238/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 17 - Dritt għall-proprjetà - Direttiva 2009/147/KE - Kumpens għad-danni kkawżati lill-akwakultura mill-għasafar selvaġġi protetti f’żona Natura 2000 - Kumpens inferjuri għad-danni realment imġarrba - Artikolu 107(1) - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ “vantaġġ” - Kundizzjonijiet - Regolament (UE) Nru 717/2014 - Regola de minimis)

(2022/C 119/14)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Sātiņi-S” SIA

Fil-preżenza ta’: Dabas aizsardzības pārvalde

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-kumpens mogħti minn Stat Membru għat-telf imġarrab minn operatur ekonomiku minħabba miżuri ta’ protezzjoni applikabbli f’żona tan-network Natura 2000 skont id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi, ikun sensibbilment inqas mid-danni realment sostnuti minn dan l-operatur.

2)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpens mogħti minn Stat Membru fir-rigward tat-telf sostnut minn operatur ekonomiku minħabba miżuri ta’ protezzjoni applikabbli f’żona tan-network Natura 2000 skont id-Direttiva 2009/147 jagħti vantaġġ li jista’ jikkostitwixxi “għajnuna mill-Istat” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, peress li l-kundizzjonijiet l-oħra relatati ma’ tali klassifikazzjoni huma ssodisfatti.

3)

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 [TFUE] għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li kumpens bħal dak deskritt fil-punt 2 ta’ dan id-dispożittiv jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-limitu massimu tal-għajnuna de minimis ta’ EUR 30 000, previst fl-imsemmi Artikolu 3(2), huwa applikabbli għal dan il-kumpens.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2020


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Thelen Technopark Berlin GmbH vs MN

(Kawża C-261/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 49 TFUE - Direttiva 2006/123/KE - Artikolu 15 - Onorarji tal-arkitetti u tal-inġiniera - Tariffi obbligatorji minimi - Effett dirett - Sentenza għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li ngħatat fil-mori tal-kawża quddiem qorti nazzjonali)

(2022/C 119/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Thelen Technopark Berlin GmbH

Konvenut: MN

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali, adita b’tilwima esklużivament bejn individwi, ma hijiex obbligata, abbażi biss tal-imsemmi dritt, li ma tapplikax leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, bi ksur tal-Artikolu 15(1), (2)(g) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, ammonti minimi ta’ onorarji għas-servizzi tal-periti u tal-inġiniera u li tannulla l-ftehimiet li jidderogaw minn din il-leġiżlazzjoni, u dan mingħajr preġudizzju, minn naħa, għall-possibbiltà għal dik il-qorti li ma tapplikax il-leġiżlazzjoni msemmija abbażi tad-dritt intern fil-kuntest ta’ tali tilwima, u, min-naħa l-oħra, għad-dritt tal-persuna li sofriet dannu minħabba n-nuqqas ta’ konformità tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni li titlob kumpens għad-dannu li rriżulta min-nuqqas għaliha.


(1)  ĠU C 313, 21.09.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – SIA “Zinātnes parks” vs Finanšu ministrija

(Kawża C-347/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Fondi strutturali - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Regolament (UE) Nru 1303/2013 - Programm ta’ Kofinanzjament - Għajnuna mill-Istat - Regolament (UE) Nru 651/2014 - Kamp ta’ applikazzjoni - Limiti - Kunċetti ta’ “kapital azzjonarju sottoskritt” u ta’ “impriża f’diffikultà” - Esklużjoni ta’ impriżi f’diffikultà mill-għajnuna tal-FEŻR - Modalitajiet ta’ dħul fis-seħħ ta’ żieda fil-kapital azzjonarju sottoskritt - Data tal-produzzjoni tal-provi ta’ din iż-żieda - Prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza)

(2022/C 119/16)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā rajona tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SIA “Zinātnes parks”

Konvenut: Finanšu ministrija

Dispożittiv

1)

Il-punt 18(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 [TFUE], għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk kumpannija hijiex “f’diffikultà” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-espressjoni “kapital azzjonarju sottoskritt” għandha tinftiehem li tirreferi għall-kontribuzzjonijiet kollha li l-membri jew l-azzjonisti attwali jew futuri ta’ kumpannija jkunu wettqu jew impenjaw ruħhom irrevokabbilment sabiex iwettqu.

2)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira “l-iżvilupp ekonomiku u l-impjiegi”, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk offerent għandux jitqies li ma huwiex “f’diffikultà”, fis-sens tal-punt 18 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 651/2014, l-awtorità ta’ ġestjoni kompetenti għandha tieħu inkunsiderazzjoni biss il-provi konformi mar-rekwiżiti li ġew stabbiliti waqt l-istabbiliment tal-proċedura ta’ għażla tal-proġetti, sakemm dawn ir-rekwiżiti jkunu konformi mal-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza, mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħal, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità.

3)

L-Artikolu 125(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza li tirreferi għalihom din id-dispożizzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-applikazzjonijiet għall-proġett ma jistgħux jiġu speċifikati wara d-data ta’ skadenza għall-preżentata tal-imsemmija applikazzjonijiet. Madankollu, skont il-prinċipju ta’ ekwivalenza, din l-impossibbiltà, għall-offerenti, li jikkompletaw il-fajl tagħhom wara d-data ta’ skadenza għall-preżentata tal-applikazzjonijiet għall-proġett għandha tikkonċerna l-proċeduri kollha li jistgħu, jekk ikun il-każ, jiġu kkunsidrati bħala paragunabbli fir-rigward tas-suġġett tagħhom, tal-kawża tagħhom u tal-elementi essenzjali tagħhom għal dik prevista sabiex jibbenefikaw minn għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.


(1)  ĠU C 339, 12.10.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wien – l-Awstrija) – ZK

(Kawża C-432/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika tal-immigrazzjoni - Direttiva 2003/109/KE - Artikolu 9(1)(ċ) - Telf tal-istatus ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun residenti għal żmien twil - Assenza mit-territorju tal-Unjoni Ewropea matul perijodu ta’ tnax-il xahar konsekuttiv - Interruzzjoni ta’ dan il-perijodu ta’ assenza - Residenzi irregolari u għal żmien qasir fit-territorju tal-Unjoni)

(2022/C 119/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZK

fil-preżenza ta’: Landeshauptmann von Wien

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul għandu jiġi interpretat fis-sens li kull preżenza fiżika ta’ resident għal żmien twil fit-territorju tal-Unjoni Ewropea matul perijodu ta’ tnax-il xahar konsekuttiv, anki jekk tali preżenza ma taqbiżx, matul dan il-perijodu, żmien totali ta’ ftit jiem biss, hija biżżejjed sabiex tipprekludi t-telf, minn dan ir-resident, tad-dritt tiegħu għall-istatus ta’ resident għal żmien twil, taħt din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 390, 16.11.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – Servicio de Salud de Castilla-La Mancha (SESCAM) vs BF

(Kawża C-151/21) (1)

(Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Qasam tas-saħħa pubblika - Kalkolu tal-allowances għall-anzjanità - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta li tieħu inkunsiderazzjoni, għall-membri tal-persunal permanenti rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal, għall-finijiet tal-kalkolu tal-allowances tal-anzjanità, il-perijodi li jikkorrispondu mal-attivitajiet eżerċitati b’mod temporanju f’kategorija professjonali superjuri)

(2022/C 119/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Servicio de Salud de Castilla-La Mancha (SESCAM)

Konvenut: BF

Dispożittiv

Il-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim Qafas dwar Xogħol għal Żmien Fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, fil-każ ta’ ħaddiem għal żmien indeterminat li jeżerċita, b’mod provviżorju, funzjonijiet f’kategorija professjonali superjuri għal dik li huwa jaqa’ fiha, l-allowances ta’ anzjanità li jingħataw kull tliet snin li huwa għandu dritt għalihom huma dawk li jikkorrispondu ma’ din il-kategorija tal-aħħar, minkejja li, għal ħaddiem għal żmien determinat li qiegħed fl-istess sitwazzjoni, l-allowances ta’ anzjanità li jingħataw kull tliet snin jikkorrispondu ma’ dawk tal-kategorija professjonali li fiha ġew realment eżerċitati l-funzjonijiet tiegħu.


(1)  Data ta’ preżentata: 9.3.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 1 de Toledo – Spanja) – KQ vs Servicio de Salud de Castilla-La Mancha (SESCAM)

(Kawża C-226/21) (1)

(Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Kunċett ta’ “kundizzjonijiet ta’ impjieg” - Eżenzjoni mis-servizz ta’ gwardja medika minħabba l-età mogħtija biss lill-ħaddiema għal żmien indeterminat)

(2022/C 119/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 1 de Toledo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KQ

Konvenut: Servicio de Salud de Castilla-La Mancha (SESCAM)

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha d-dritt li tingħata eżenzjoni mis-servizzi ta’ gwardja huwa mogħti lill-ħaddiema għal żmien indeterminat, bl-esklużjoni tal-ħaddiema għal żmien determinat.


(1)  Data tal-preżentata: 8.4.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/15


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – SN et vs Eurowings GmbH

(Kawża C-740/21) (1)

(Trasport bl-ajru - Kumpens tal-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ imbark miċħud - Passiġġieri li waslu l-ajruport fil-ħin - Titjira mitlufa minħabba ħin ta’ check-in inabitwalment twil - Nuqqasijiet ta’ organizzazzjoni jew tfixkil fl-ajruport)

(2022/C 119/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SN, DR, GI, irrappreżentat legalment minn SN u DR

Konvenut: Eurowings GmbH

Dispożittiv

Il-Kawża C-740/21 għandha titħassar mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Data tal-preżentata: 1.12.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/15


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2021 minn Sergio Spadafora mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-10 ta’ Frar 2021 fil-Kawża T-130/19, Spadafora vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-169/21 P)

(2022/C 119/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Sergio Spadafora (rappreżentant: G. Belotti, avvocato)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, CC

B’digriet tal-25 ta’ Jannar 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) iddikjarat li l-appell huwa miċħud inkwantu parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat, u kkundannat lil Sergio Spadafora jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fl-20 ta’ Awwissu 2021 – LU vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-514/21)

(2022/C 119/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: LU

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Domandi preliminari

1)

a)

Meta l-konsenja tal-persuna rikjesta hija mitluba għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ priġunerija li kienet sospiża ab initio, iżda li l-eżekuzzjoni tagħha ġiet ordnata sussegwentement minħabba l-kundanna tal-persuna rikjesta għal reat kriminali ġdid, u meta dan id-digriet ta’ eżekuzzjoni ngħata mill-qorti li kkundannat lill-persuna rikjesta u imponitilha piena għal dan ir-reat kriminali ġdid, il-proċedura li wasslet għal din il-kundanna u dan id-digriet ta’ eżekuzzjoni sussegwenti tagħmel parti mill-“proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” fis-sens tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1)[, kif emendat bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009]?

b)

Sabiex tingħata risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda iktar ’il fuq, huwa rilevanti li wieħed ikun jaf jekk il-qorti li tat id-digriet ta’ eżekuzzjoni kinitx ukoll obbligata li tagħti dan id-digriet jew jekk hija kellhiex marġni ta’ diskrezzjoni sabiex tagħmel dan?

2)

Fiċ-ċirkustanzi esposti fl-ewwel domanda iktar ’il fuq, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha d-dritt li teżamina jekk il-proċedura li wasslet għall-kundanna u għad-digriet ta’ eżekuzzjoni sussegwenti, li seħħet fl-assenza tal-persuna rikjesta, seħħitx konformement mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u, b’mod partikolari, li teżamina jekk l-assenza, f’din il-proċedura, tal-persuna rikjesta kkostitwixxietx ksur tad-drittijiet tad-difiża u/jew tad-dritt tagħha għal smigħ xieraq?

3)

a)

Fiċ-ċirkustanzi esposti fl-ewwel domanda iktar ’il fuq, jekk l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tasal għall-konklużjoni li l-proċedura li wasslet għall-kundanna u għad-digriet ta’ eżekuzzjoni sussegwenti ma saritx konformement mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u, b’mod partikolari, li l-assenza tal-persuna rikjesta kkostitwixxiet ksur tad-drittijiet tad-difiża u/jew tad-dritt tagħha għal smigħ xieraq, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha d-dritt u/jew l-obbligu a) li tirrifjuta l-konsenja tal-persuna rikjesta għar-raġuni li din il-konsenja tkun kuntrarja għall-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u/jew għall-Artikolu 47 kif ukoll għall-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u/jew b) li teżiġi mill-awtorità ġudizzjarja emittenti, bħala kundizzjoni tal-konsenja, li hija tiggarantixxi li l-persuna rikjesta jkollha d-dritt, wara l-konsenja tagħha, għal proċess ġdid jew għal proċedura ta’ appell, li hija jkollha d-dritt li tipparteċipa fiha u li tippermettilha teżamina mill-ġdid il-kawża fil-mertu, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni provi ġodda, li jista’ jwassal għal treġġigħ lura tad-deċiżjoni inizjali, f’dak li jirrigwarda l-kundanna li wasslet għad-digriet ta’ eżekuzzjoni?

b)

Għall-finijiet tal-punt (a) tat-tielet domanda iktar ’il fuq, il-kriterju li għandu jiġi applikat huwa dak dwar jekk il-konsenja tal-persuna rikjesta tkunx tippreġudika l-kontenut essenzjali tad-drittijiet fundamentali li jagħtuha l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u/jew l-Artikolu 47 kif ukoll l-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u, fl-affermattiv, il-fatt li l-proċedura li wasslet għall-kundanna u għad-digriet ta’ eżekuzzjoni sussegwenti seħħet f’kontumaċja u li, fil-każ ta’ konsenja, il-persuna rikjesta ma jkollhiex id-dritt għal proċess ġdid jew għal proċedura ta’ appell, huwa biżżejjed sabiex l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tkun tista’ tikkonkludi li l-konsenja tkun ta’ preġudizzju għall-kontenut essenzjali ta’ dawn id-drittijiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fl-20 ta’ Awwissu 2021 – PH vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-515/21)

(2022/C 119/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: PH

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Domandi preliminari

1)

Meta l-konsenja tal-persuna rikjesta hija mitluba għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ priġunerija li kienet sospiża ab initio, iżda li l-eżekuzzjoni tagħha ġiet ordnata sussegwentement minħabba l-kundanna sussegwenti tal-persuna rikjesta għal reat kriminali ġdid, f’ċirkustanzi fejn id-digriet ta’ eżekuzzjoni kien obbligatorju minħabba din il-kundanna, il-proċedura li wasslet għal din il-kundanna sussegwenti u/jew dik li wasslet għall-adozzjoni tad-digriet ta’ eżekuzzjoni jagħmlu parti mill-“proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” fis-sens tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1)[, kif emendat bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009]?

2)

Fiċ-ċirkustanzi esposti fl-ewwel domanda iktar ’il fuq, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha d-dritt u/jew l-obbligu li teżamina jekk il-proċedura li wasslet għall-kundanna sussegwenti u/jew dik li wasslet għad-digriet ta’ eżekuzzjoni, li t-tnejn li huma seħħew fl-assenza tal-persuna rikjesta, seħħewx konformement mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u, b’mod partikolari, li teżamina jekk l-assenza, f’dawn il-proċeduri, tal-persuna rikjesta kkostitwixxietx ksur tad-drittijiet tad-difiża u/jew tad-dritt tagħha għal smigħ xieraq?

3)

a)

Fiċ-ċirkustanzi esposti fl-ewwel domanda iktar ’il fuq, jekk l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tasal għall-konklużjoni li l-proċeduri li wasslu għall-kundanna u għad-digriet ta’ eżekuzzjoni sussegwenti ma sarux konformement mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u, b’mod partikolari, li l-assenza tal-persuna rikjesta kkostitwixxiet ksur tad-drittijiet tad-difiża u/jew tad-dritt tagħha għal smigħ xieraq, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha d-dritt u/jew l-obbligu a) li tirrifjuta l-konsenja tal-persuna rikjesta għar-raġuni li din il-konsenja tkun kuntrarja għall-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u/jew għall-Artikolu 47 kif ukoll għall-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u/jew b) li teżiġi mill-awtorità ġudizzjarja emittenti, bħala kundizzjoni tal-konsenja, li hija tiggarantixxi li l-persuna rikjesta jkollha d-dritt, wara l-konsenja tagħha, għal proċess ġdid jew għal proċedura ta’ appell, li hija jkollha d-dritt li tipparteċipa fiha u li tippermettilha teżamina mill-ġdid il-kawża fil-mertu, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni provi ġodda, li jista’ jwassal għal treġġigħ lura tad-deċiżjoni inizjali, f’dak li jirrigwarda l-kundanna li wasslet għad-digriet ta’ eżekuzzjoni?

b)

Għall-finijiet tal-punt (a) tat-tielet domanda iktar ’il fuq, il-kriterju li għandu jiġi applikat huwa dak dwar jekk il-konsenja tal-persuna rikjesta tkunx tippreġudika l-kontenut essenzjali tad-drittijiet fundamentali li jagħtuha l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u/jew l-Artikolu 47 kif ukoll l-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u, fl-affermattiv, il-fatt li l-proċeduri li wasslu għall-kundanna u għad-digriet ta’ eżekuzzjoni sussegwenti seħħew f’kontumaċja u li, fil-każ ta’ konsenja, il-persuna rikjesta ma jkollhiex id-dritt għal proċess ġdid jew għal proċedura ta’ appell, huwa biżżejjed sabiex l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tkun tista’ tikkonkludi li l-konsenja tkun ta’ preġudizzju għall-kontenut essenzjali ta’ dawn id-drittijiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/18


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2021 minn FT et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-9 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-699/19, FT et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-518/21 P)

(2022/C 119/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: FT, FU, FV, FY, FZ, GA, GB, GC, GD, GG, GE, GF, GH, GI, GJ, GK, GL, GM, GN, GO, GP, GQ, GR, GS, GT, GU (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tas-27 ta’ Jannar 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament inammissibbli u kkundannat lill-appellanti jbatu l-ispejjeż tagħhom.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Novembru 2021 – A vs Finanzamt X

(Kawża C-713/21)

(2022/C 119/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: Finanzamt X

Domandi preliminari

Fir-rigward tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-10 ta’ Novembru 2016, Baštová (2):

Il-proprjetarju ta’ stalla ta’ taħriġ taż-żwiemel tal-kompetizzjoni jkun qiegħed jipprovdi provvista waħda lill-proprjetarju ta’ żiemel, li tikkonsisti fl-akkomodazzjoni, fit-taħriġ u fil-parteċipazzjoni taż-żwiemel f’kompetizzjonijiet, ukoll sa fejn il-proprjetarju taż-żiemel jagħti remunerazzjoni għal dan is-servizz billi jassenja nofs il-premju fi flus li jkollu dritt għalih fil-każ ta’ parteċipazzjoni b’suċċess f’kompetizzjoni?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(2)  C-432/15, EU:C:2016:855.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Diċembru 2021 – GP vs juris GmbH

(Kawża C-741/21)

(2022/C 119/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Saarbrücken

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GP

Konvenut: juris GmbH

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ dannu morali fis-sens tal-Artikolu 82(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (1), ikkunsidrat fid-dawl tal-premessa 85 u tat-tielet sentenza tal-premessa 146, għandu jinftiehem fis-sens li jkopri kull preġudizzju għall-pożizzjoni legali protetta, irrispettivament mill-effetti l-oħra ta’ dan il-preġudizzju u mir-rilevanza tiegħu?

2)

Ir-responsabbiltà għad-danni għandha tkun eskluża taħt l-Artikolu 82(3) tar-Regolament 2016/679 meta fil-każ ineżami l-ksur legali jirriżulta minn żball uman imwettaq minn persuna li taġixxi taħt l-awtorità tal-kontrollur jew tal-proċessur fis-sens tal-Artikolu 29 tar-Regolament 2016/679?

3)

Fl-evalwazzjoni tad-dannu morali, il-kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi previsti fl-Artikolu 83 tar-Regolament 2016/679, b’mod partikolari fil-paragrafi 2 u 5 tiegħu, jistgħu jew għandhom jintużaw bħala gwida?

4)

Il-kumpens għandu jiġi ddeterminat għal kull ksur individwali jew meta jkun hemm diversi każijiet ta’ ksur – jew minn tal-inqas diversi każijiet ta’ ksur tal-istess tip – dawn għandhom jiġu ssanzjonati b’kumpens ġenerali li ma jkunx iddeterminat billi jingħaddu flimkien l-ammonti individwali iżda jkun ibbażat fuq evalwazzjoni globali?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/19


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2021 minn Altice Group Lux Sàrl, li kienet New Altice Europe BV, fi stralċ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-22 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-425/18, Altice Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-746/21 P)

(2022/C 119/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Altice Group Lux Sàrl, li kienet New Altice Europe BV, fi stralċ (rappreżentanti: R. Allendesalazar Corcho, H. Brokelmann, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tannulla l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2418 finali tal-24 ta’ April 2018 li timponi multa għall-implimentazzjoni ta’ konċentrazzjoni bi ksur tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (1) (Kawża M. 7993-Altice vs PT Portugal, Artikolu 14(2) proċedura) (“id-deċiżjoni kkontestata”);

Sussidjarjament, teżerċita l-ġurisdizzjoni bla limiti tagħha biex tnaqqas sostanzjalment il-multi imposti fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, din tal-aħħar kif emendata mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

B’mod iktar sussidjarju, li tirreferi l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali biex tiddeċiedi, marbuta bid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq punti ta’ liġi;

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti, kemm fl-appell kif ukoll fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: is-sentenza taħt appell żbaljat fil-liġi meta ċaħdet l-oġġezzjoni ta’ Altice dwar l-illegalità

Is-sentenza taħt appell żbaljat fil-liġi u kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-projbizzjoni ta’ pieni doppji bl-għeruq fil-prinċipji ġenerali komuni għas-sistemi legali tal-Istati Membri li jirregolaw il-qbil ta’ liġijiet, billi ċaħdet l-oġġezzjoni ta’ illegalità ta’ Altice (Artikolu 277 TFUE) fir-rigward tal-Artikolu 14(2)(a) flimkien mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament 139/2004 (EUMR). Ma hemmx “obbligu ta’ notifika” fl-Artikolu 4(1) distint mill- “obbligu ta’ waqfien totali” tal-Artikolu 7(1) EUMR, billi l-ksur tal-Artikolu 4(1) jeħtieġ neċessarjament l- “implimentazzjoni” ta’ konċentrazzjoni. L-Artikolu 4(1) u l-ewwel parti tal-Artikolu 7(1) japplikaw għall-istess aġir u jsegwu l-istess interess legali. Il-possibbiltà li jiġu imposti żewġ multi kumulattivi taħt is-subparagrafi (a) u (b) tal-Artikolu 14(2) EUMR għalhekk tikser l-imsemmija prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE.

It-tieni aggravju: Is-sentenza taħt appell żbaljat fil-liġi billi ċaħdet li, billi jiġu imposti żewġ multi kumulattivi għall-istess aġir, id-Deċiżjoni kkontestata kisret il-prinċipji ta’ proporzjonalità u l-projbizzjoni ta’ pieni doppji.

Il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja teħtieġ li, fejn il-prinċipju ta’ ne bis in idem ma jipprekludix l-impożizzjoni ta’ żewġ multi fuq impriża f’deċiżjoni waħda għall-istess fatti, l-awtorità “madankollu għandha tiżgura li l-multi huma proporzjonati man-natura tal-ksur”. Is-sentenza taħt appell ma twettaqx dan il-mandat. Multa waħda biss imposta skont l-Artikolu 14(2)(b) EUMR għall-ksur tal-Artikolu 7(1) EUMR tista’ tkun kompatibbli mar-rekwiżit ta’ proporzjonalità. It-tieni multa imposta skont l-Artikolu 14(2)(a) EUMR hija, b’definizzjoni, eċċessiva u għalhekk sproporzjonata kif ukoll tmur kontra l-projbizzjoni ta’ piena doppja b’għeruq fil-prinċipji ġenerali komuni għas-sistemi legali tal-Istati Membri li jirregolaw il-qbil ta’ liġijiet.

It-tielet aggravju: Is-sentenza taħt appell żbaljat fil-liġi meta interpretat il-kunċett ta’ “implimentazzjoni” tal-Artikoli 4(1) u 7(1) EUMR.

Billi sostniet li l- “possibbiltà li teżerċita influwenza deċiżiva” diġà tammonta għall-implimentazzjoni ta’ konċentrazzjoni, is-sentenza taħt appell żbaljat fil-liġi billi ħawdet il-kunċetti ta’ “konċentrazzjoni” u “implimentazzjoni”, u bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza tal-31 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża C-633/16, Ernst & Young, li ċċarat li tranżazzjonijiet li mhumiex neċessarji biex jiksbu tali bdil ta’ kontroll ma jaqgħux taħt l-Artikolu 7(1) EUMR għaliex ma jippreżentawx rabta funzjonali mal-implimentazzjoni tagħha.

Ir-raba’ aggravju: Is-sentenza taħt appell żbaljat fil-liġi meta interpretat il-kunċett ta’ “dritt ta’ veto” għall-iskopijiet tal-Artikoli 3(2), 4(1) u 7(1) EUMR jew, sussidjarjament żnaturat is-SPA billi interpretat li tagħti “drittijiet ta’ veto”.

Jekk wieħed jassumi -quod non- li s-sempliċi “possibbiltà li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva” tammonta għal “implimentazzjoni” ta’ konċentrazzjoni, l-Artikolu 3(2) EUMR taħtieġ bdil ta’ kontroll fuq bażi dejjiema li jirriżulta minn mezzi li jagħtu “drittijiet ta’ veto fuq deċiżjonijiet ta’ negozju strateġiku”, jiġifieri, “is-setgħa li timblokka” l-aġir strateġiku ta’ impriża. Is-sentenza taħt appell żbaljat fil-liġi billi estendiet il-kunċett ta’ “drittijiet ta’ veto” lil sitwazzjonijiet li ma jagħtux is-setgħa li timblokka deċiżjonijiet strateġiċi. Sussidjarjament, is-sententenza taħt appell żnaturat is-SPA billi interpretat l-arranġamenti preċedenti bħala li jagħtu “drittijiet ta’ veto” lil Altice.

Il-ħames aggravju: Il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi meta kkonkludiet li l-iskambji ta’ informazzjoni jammontaw għal “implimentazzjoni” ta’ konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikoli 4(1) u 7(1) EUMR.

Is-sentenza taħt appell żbaljat fil-liġi meta qieset l-iskambji ta’ informazzjoni fil-kuntest ta’ niżla fil-konċentrazzjoni skont l-Artikoli 4(1) u 7(1) EUMR, waqt li l-Artikolu 101 TFUE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (2) jippresupponi mekkaniżmu ex-post. Dan huwa inkonsistenti mas-sentenza fil-Kawża C-633/16 u jnaqqas il-portata tar-Regolament (KE) 1/2003. Is-sentenza taħt appell tiżnatura wkoll id-Deċiżjoni kkontestata meta tikkonstata li tinterpreta li l-iskambji ta’ informazzjoni fihom infushom ma kisrux l-Artikoli 4(1) u 7(1) EUMR iżda sempliċement “ikkontribwixxew” biex juru il-ksur.

Is-sitt aggravju: Il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi meta ċaħdet l-eċċezzjonijiet ta’ illegalità ta’ Altice u n-nuqqas ta’ proporzjonalità tal-multi.

Is-sentenza taħt appell żbaljat fil-liġi billi qieset li Altice kienet negliġenti. Barra minn hekk, il-livell ta’ multi li jirriżultaw mis-sentenza taħt appell ma huwiex biss mhux xieraq, iżda wkoll eċċessiv sal-punt li jkun sproporzjonat. Għalhekk il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi billi ma naqsitx sostanzjalment l-ammont tal-multi fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni bla limiti.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/21


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2021 mill-Parlament Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-384/19, Il-Parlament vs Axa Assurances Luxembourg SA et

(Kawża C-766/21 P)

(2022/C 119/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Paladini u B. Schäfer, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Axa Assurances Luxembourg SA, Bâloise Assurances Luxembourg SA, La Luxembourgeoise SA, Nationale-Nederlanden Schadeverzekering Maatschappij NV

Talbiet

tannulla t-tieni u r-raba’ punt tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;

tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali;

tirriżerva l-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jiffurmaw is-suġġett tat-tielet paragrafu tad-dispożittiv tas-sentenza appellata.

Sussidjarjament,

tannulla t-tieni u r-raba’ punt tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;

tikkonferma l-konklużjonijiet ippreżentati mill-Parlament Ewropew fl-ewwel istanza fir-rigward ta’ Axa Assurances Luxembourg SA, Bâloise Assurances Luxembourg SA u La Luxembourgeoise SA.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, il-Parlament Ewropew iqajjem tliet aggravji.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li jikkonsisti fil-ksur tal-prinċipji ta’ interpretazzjoni fid-dritt Ewropew. Il-Parlament iqis li l-Qorti Ġenerali b’mod partikolari injora r-regola ta’ interpretazzjoni li tikkonsisti fit-teħid inkunsiderazzjoni tal-għan tal-kuntratt u tal-kuntest li fih jidhru t-termini tiegħu, u b’mod aktar speċifiku t-terminu “għargħar”. Sussidjarjament, il-Parlament iqis li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-klawżola ta’ esklużjoni dwar l-għargħar.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball relatat mal-motivazzjoni tas-sentenza appellata, li hija, skont il-Parlament, ivvizzjata minn kontradizzjoni fir-raġunament tal-Qorti Ġenerali dwar l-interpretazzjoni tat-terminu “għargħar”.

It-tielet, il-Parlament iqis li s-sentenza appellata fiha diversi distorsjonijiet tal-fatti u tal-provi: il-Qorti Ġenerali żnaturat il-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-interpretazzjoni tat-terminu “għargħar”, hija evalwat is-sitwazzjoni tas-sit ta’ kostruzzjoni fil-mument tad-dannu b’mod manifestament żbaljat, u żnaturat ukoll il-konstatazzjonijiet tal-perizja dwar il-kawżi tad-dannu.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/22


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 minn Il-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-344/19 u T-356/19, Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża C-788/21 P)

(2022/C 119/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, F. Castillo de la Torre, A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja, Ir-Repubblika Franċiża, Chambre des pêches maritimes de la Méditerranée, Chambre des pêches maritimes de l’Atlantique Nord, Chambre des pêches maritimes de l’Atlantique Centre, Chambre des pêches maritimes de l’Atlantique Sud

Talbiet

tannulla l-punti 1 u 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata u konsegwentement:

tiċħad ir-rikors imressaq fl-ewwel istanza mill-Front Polisario, jew, jekk il-Qorti Ġenerali tqis li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża, li tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Front Polisario għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: żbalji ta’ liġi bbażati fuq in-nuqqas ta’ kapaċità tal-Front Polisario li il-locus standi in judicio tal-Front Polisario;

It-tieni aggravju: żbalji ta’ liġi bbażati fuq l-assenza ta’ interess dirett fuq il-Front Polisario;

It-tielet aggravju:: żbalji ta’ liġi bbażati fuq l-assenza ta’ inċidenza individwali du Front Polisario;

Ir-raba’ aggravju: żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju, il-marġni ta’ evalwazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-ħtieġa li jinstab żball manifest; dwar l-assenza ta’ rekwiżit għall-kunsens tal-poplu tas-Saħara tal-Punent; fir-rigward tal-fatt li l-kunċett ta’ kunsens adottat huwa strett u teoretiku wisq, li s-suffiċjenza tal-konsultazzjoni li tkun irċeviet l-opinjoni favorevoli hija miċħuda u li l-eżami tal-benefiċċji jitwarrab; dwar l-identifikazzjoni tal-Front Polisario bħala l-entità li tkun inkarigata li tagħti dan il-kunsens, minħabba l-istatus limitat u r-rappreżentattività tiegħu;

Il-ħames aggravju: żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-invokazzjoni tad-dritt internazzjonali konswetudinarju meta tiġi eżaminata l-validità ta’ att tal-Unjoni.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/23


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 minn Il-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-279/19, Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża C-779/21 P)

(2022/C 119/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, F. Castillo de la Torre, F. Clotuche-Duvieusart, B. Eggers, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Confédération marocaine de l’agriculture et du développement rural (Comader)

Talbiet

tannulla s-sentenza kkontestata u konsegwentement:

tiċħad ir-rikors imressaq fl-ewwel istanza mill-Front Polisario, jew, jekk il-Qorti Ġenerali tqis li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża, li tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Front Polisario għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: żbalji ta’ liġi bbażati fuq in-nuqqas ta’ kapaċità tal-Front Polisario li il-locus standi in judicio tal-Front Polisario;

It-tieni aggravju: żbalji ta’ liġi bbażati fuq l-assenza ta’ interess dirett fuq il-Front Polisario;

It-tielet aggravju:: żbalji ta’ liġi bbażati fuq l-assenza ta’ inċidenza individwali du Front Polisario;

Ir-raba’ aggravju: żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju, il-marġni ta’ evalwazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-ħtieġa li jinstab żball manifest; dwar l-assenza ta’ rekwiżit għall-kunsens tal-poplu tas-Saħara tal-Punent; fir-rigward tal-fatt li l-kunċett ta’ kunsens adottat huwa strett u teoretiku wisq, li s-suffiċjenza tal-konsultazzjoni li tkun irċeviet l-opinjoni favorevoli hija miċħuda u li l-eżami tal-benefiċċji jitwarrab; dwar l-identifikazzjoni tal-Front Polisario bħala l-entità li tkun inkarigata li tagħti dan il-kunsens, minħabba l-istatus limitat u r-rappreżentattività tiegħu;

Il-ħames aggravju: żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-invokazzjoni tad-dritt internazzjonali konswetudinarju meta tiġi eżaminata l-validità ta’ att tal-Unjoni.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/23


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-344/19 u T-356/19, Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża C-798/21 P)

(2022/C 119/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert, V. Piessevaux, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario), Ir-Renju ta’ Spanja, Ir-Repubblika Franċiża, Il-Kummissjoni Ewropea, Chambre des pêches maritimes de la Méditerranée, Chambre des pêches maritimes de l’Atlantique Nord, Chambre des pêches maritimes de l’Atlantique Centre, Chambre des pêches maritimes de l’Atlantique Sud

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata sa fejn tannulla d-Deċiżjoni 2019/441 (1);

tiddeċiedi b’mod definittiv fuq il-kwistjonijiet li huma s-suġġett tal-appell u tiċħad l-appell ippreżentat mill-Front Polisario fil-kawża T-344/19;

tikkundanna lill-Front Polisario għall-ispejjeż tal-appell u tal-kawża T-344/19;

Sussidjarjament: iżżomm l-effetti tad-Deċiżjoni 2019/441 għal perijodu ta’ tnax-il xahar mid-data tal-għoti tas-sentenza li għandha tingħata.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u jirreferi għas-sentenza appellata sa fejn tiddeċiedi li l-Front Polisario għandu l-locus standi in judicio quddiem qorti tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u ksur ta’ fiduċja minħabba atti, u intiż s-sentenza appellata sa fejn tiddeċiedi li l-Front Polisario huwa kkonċernat direttament u individwalment mid-deċiżjoni kkontestata.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-invokabbiltà ta’ normi tad-dritt internazzjonali u tirreferi għas-sentenza appellata sa fejn tiddeċiedi li l-Front Polisario jista’ jinvoka l-prinċipju tal-awtodeterminazzjoni u l-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati.

4.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ġenerali effett relattiv tat-trattati u d-dritt għall-awtodeterminazzjoni, ksur tal-fidi minħabba atti, rappreżentazzjoni ħażina tal-argument tal-Kunsill u l-ksur tal-Artikolu 36, moqri flimkien mal-ewwel paragrafu Artikolu 53, tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa jirrigwarda s-sentenza appellata sa fejn tiddeċiedi li l-poplu tas-Saħara tal-Punent ma tax il-kunsens tiegħu għall-ftehimiet li għalihom tirreferi d-Deċiżjoni 2019/441.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/441 tal-4 ta’ Marzu 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu u tal-iskambju ta’ ittri li jakkumpanja l-Ftehim (ĠU 2019, L 77, p. 4).


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/24


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-279/19, Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża C-799/21 P)

(2022/C 119/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert, V. Piessevaux, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario), Ir-Repubblika Franċiża, Il-Kummissjoni Ewropea, Confédération marocaine de l’agriculture et du développement rural (Comader)

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

tagħti deċiżjoni finali dwar il-kwistjonijiet li huma s-suġġett tal-appell u tiċħad ir-rikors ippreżentat mill-Front Polisario;

tikkundanna l-Front Polisario għall-ispejjeż tal-appell u tal-kawża T-279/19;

sussidjarjament, iżżomm l-effetti tad-Deċiżjoni 2019/217 (1) għal perjodu ta’ tnax-il xahar mid-data tal-għoti tas-sentenza li għandha tingħata.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u jirreferi għas-sentenza appellata sa fejn tiddeċiedi li l-Front Polisario għandu l-locus standi in judicio quddiem qorti tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u ksur ta’ fiduċja minħabba atti, u intiż s-sentenza appellata sa fejn tiddeċiedi li l-Front Polisario huwa kkonċernat direttament u individwalment mid-deċiżjoni kkontestata.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-invokabbiltà ta’ normi tad-dritt internazzjonali u tirreferi għas-sentenza appellata sa fejn tiddeċiedi li l-Front Polisario jista’ jinvoka l-prinċipju tal-awtodeterminazzjoni u l-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati.

4.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ġenerali effett relattiv tat-trattati u d-dritt għall-awtodeterminazzjoni, ksur tal-fidi minħabba atti, rappreżentazzjoni ħażina tal-argument tal-Kunsill u l-ksur tal-Artikolu 36, moqri flimkien mal-ewwel paragrafu Artikolu 53, tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa jirrigwarda s-sentenza appellata sa fejn tiddeċiedi li l-poplu tas-Saħara tal-Punent ma tax il-kunsens tiegħu għall-ftehimiet li għalihom tirreferi d-Deċiżjoni 2019/217.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/217 tat-28 ta' Jannar 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU 2019, L 34, p. 1).


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/25


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2021 – Ir-Repubblika tal-Latvja vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-822/21)

(2022/C 119/33)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: K. Pommere, J. Davidoviča u I. Romanovska)

Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja

Talbiet

Ir-Repubblika tal-Latvja titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li r-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt:

l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (1), sa fejn, billi rrifjuta li jittrasferixxi għall-FGD (il-Fond ta’ Garanzija tad-Depożiti) tal-Latvja l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-fergħa Latvjana ta’ Nordea Bank AB ikkalkolati għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni konformement mal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE, ir-Renju tal-Isvezja aġixxa b’mod kuntrarju għall-għan tad-Direttiva 2019/49/UE u ma żgurax l-effett utli tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva;

l-Artikolu 4(3) TUE, sa fejn, billi rrifjuta li jittrasferixxi għall-FGD tal-Latvja l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-fergħa Latvjana ta’ Nordea Bank AB ikkalkolati għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni konformement mal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE, ir-Renju tal-Isvezja jaffettwa negattivament l-integrazzjoni tas-suq uniku u jippreġudika għalhekk il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, li hija prerekwiżit għall-integrazzjoni transkonfinali.

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li r-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE u taħt l-Artikolu 4(3) TUE:

timponi fuq ir-Renju tal-Isvezja l-obbligu li jirrimedja l-ksur billi jittrasferixxi għall-FGD tal-Latvja l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-fergħa Latvjana ta’ Nordea Bank AB ikkalkolati għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2019/49/UE;

fil-każ li l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE jista’ jiġi interpretat b’mod strett, tiddikjara l-kompatibbiltà tiegħu mal-għan tad-Direttiva 2014/49/UE u l-obbligu tal-FDG tal-Isvezja li jittrasferixxi għall-FGD tal-Latvja l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-fergħa Latvjana ta’ Nordea Bank AB;

tikkundanna lir-Renju tal-Isvezja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi bbażati fuq il-ksur tal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE u tat-Trattat UE (prinċipju ta’ kooperazzjoni leali).

1.

Billi rrifjuta li jittrasferixxi għall-FGD tal-Latvja l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-fergħa Latvjana ta’ Nordea Bank AB ikkalkolati għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE, ir-Renju tal-Isvezja aġixxa b’mod kuntrarju għall-għanijiet tad-Direttiva 2014/49/UE.

2.

Billi rrifjuta li jittrasferixxi għall-FGD tal-Latvja l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-fergħa Latvjana ta’ Nordea Bank AG ikkalkolati għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE, ir-Renju tal-Isvezja jaffettwa b’mod negattiv l-integrazzjoni tas-suq uniku u jippreġudika għalhekk il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, li hija prerekwiżit għall-integrazzjoni transkonfinali. B’dan il-mod, ir-Renju tal-Isvezja jikser l-Artikolu 4(3) TUE.

3.

Ir-Repubblika tal-Latvja tallega li, billi rrifjuta li jittrasferixxi l-kontribuzzjonijiet imħallsa u billi jibbaża formalment ir-rifjut tiegħu fuq id-data li fiha fil-fatt tħallsu l-kontribuzzjonijiet, ir-Renju tal-Isvezja kiser id-Direttiva 2014/49/UE, ksur li jimmina l-ilħiq tal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea u jċaħħad lil-Latvja mid-dritt li tirċievi l-kontribuzzjonijiet li jikkumpensawha għar-riskju assoċjat mad-depożiti ggarantiti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu ttrasferiti taħt ir-responsabbiltà tagħha, bi ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE u tal-għanijiet tad-Direttiva 2014/49/UE.


(1)  ĠU 2014, L 173, p. 149, u rettifiki fil-ĠU 2014, L 212, p. 47, u fil-ĠU 2014, L 309, p. 37.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Diċembru 2021 – Beverage City & Lifestyle GmbH et vs Advance Magazine Publishers, Inc.

(Kawża C-832/21)

(2022/C 119/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Beverage City & Lifestyle GmbH, MJ, Beverage City Polska Sp.z.o.o., FE

Konvenut: Advance Magazine Publishers, Inc.

Domanda preliminari

L-Oberlandesgericht Düsseldorf tagħmel din it-talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 122 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1) flimkien mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (2):

It-talbiet huma “marbuta tant strettament” ma’ xulxin li hemm lok li jinstemgħu u jiġu deċiżi fl-istess ħin sabiex jiġu evitati sentenzi irrikonċiljabbli, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1215/2012, fejn, fil-kuntest ta’ azzjoni għal kontrafazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, ir-rabta tikkonsisti fil-fatt li l-konvenut stabbilit fi Stat Membru (fil-każ ineżami, il-Polonja) ipprovda l-prodotti li jiksru trade mark tal-Unjoni lil konvenut stabbilit fi Stat Membru ieħor (fil-każ ineżami, il-Ġermanja), li r-rappreżentant legali tiegħu, li fil-konfront tiegħu tressqu wkoll proċeduri ta’ kontrafazzjoni, huwa l-konvenut ta’ ankraġġ, fil-każ fejn il-partijiet huma marbuta ma’ xulxin b’sempliċi relazzjoni ta’ provvista u ma hemmx, fid-dritt jew fil-fatt, rabta li tmur lil hinn?


(1)  ĠU 2017 L 154, p. 1

(2)  ĠU 2012, L 351, p. 1


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/27


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2022 minn RQ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-17 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-147/17, Anastassopoulos et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża C-7/22 P)

(2022/C 119/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: RQ (rappreżentanti: M. Meng-Papantoni, H. Tagaras, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Tilqa’ l-appell u tannulla s-sentenza appellata;

Tiddeċiedi dwar il-kors sussegwenti tal-proċedura skont il-liġi;

Tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel lok, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali żnaturat ir-rikors tiegħu fir-rigward tal-att dannuż.

Fit-tieni lok, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi:

Fir-rigward, qabelxejn, tar-responsabbiltà tal-Unjoni minħabba aġir illegali, il-Qorti Ġenerali injorat il-prinċipji tal-Istat tad-dritt u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali meta qieset li l-atti u l-ommissjonijiet tal-Eurogroupe ma setgħu fl-ebda każ iwasslu għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni. Il-Qorti Ġenerali injorat ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta qieset li s-sempliċi kisba ta’ bonds, sussegwentement skontati, minn persuni fiżiċi u ġuridiċi, kienet suffiċjenti sabiex dawn jitqiesu bħala li huma f’sitwazzjoni identika jew paragunabbli fis-sens tal-ġurisprudenza.

Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi fir-rigward tar-responsabbiltà mingħajr nuqqas. L-ewwel nett, skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali eskludiet, b’mod żbaljat, l-eżistenza stess ta’ responsabbiltà mingħajr nuqqas. It-tieni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha tan-natura “anormali” tad-dannu.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Roma (l-Italja) fil-5 ta’ Jannar 2022 – Liberi editori e autori (LEA) vs Jamendo SA

(Kawża C-10/22)

(2022/C 119/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Liberi editori e autori (LEA)

Konvenut: Jamendo SA

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2014/26/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-aċċess għas-suq tal-intermedjar tad-drittijiet tal-awtur, jew, fi kwalunkwe każ, il-konċessjoni ta’ liċenzji lill-utenti, biss lill-persuni li jistgħu jiġu kklassifikati, skont id-definizzjoni tal-istess direttiva, bħala organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, bl-esklużjoni ta’ dawk li jistgħu jiġu kklassifikati bħala entità ta’ mmaniġġjar indipendenti, stabbiliti kemm fl-istess Stat kif ukoll fi Stati Membri oħrajn?


(1)  ĠU 2014, L 84, p. 72.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Halduskohus (l-Estonja) fil-5 ta’ Jannar 2022 – Est Wind Power OÜ vs AS Elering

(Kawża C-11/22)

(2022/C 119/37)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tallinna Halduskohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Est Wind Power OÜ

Konvenut: AS Elering

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari l-ewwel alternattiva prevista taħt id-definizzjoni tal-kunċett “bidu tax-xogħlijiet” mogħtija fil-punt 19(44) tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020” (1), jiġifieri “il-bidu ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq l-investiment”, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirreferu għall-bidu tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni marbuta ma’ kwalunkwe proġett ta’ investiment jew bħala li jirreferu biss għall-bidu ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni marbuta mal-implimentazzjoni tal-proġett ta’ investiment li ser jipproduċi enerġija rinnovabbli?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari l-ewwel alternattiva prevista taħt id-definizzjoni tal-kunċett “bidu tax-xogħlijiet” mogħtija fil-punt 19(44) tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020”, jiġifieri “il-bidu ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq l-investiment”, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tkun ikkonstatat il-bidu tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni marbuta ma’ proġett ta’ investiment, din l-awtorità għandha, konformement mal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, tevalwa wkoll l-istadju li fih ikun wasal il-proġett ta’ investiment u l-probabbiltà li dan il-proġett jitlesta?

3)

Fil-każ li d-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv: ċirkustanzi oġġettivi oħra, bħalma huma proċeduri pendenti li jipprekludu t-tkomplija tal-proġett ta’ investiment, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-istadju li fih ikun wasal il-proġett ta’ investiment?

4)

Għall-finijiet ta’ din il-kawża, huwa rilevanti li, fil-punti 61 u 68 tas-sentenza tagħha tal-5 ta’ Marzu 2019, Eesti Pagar (2), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonstatat li l-kwistjoni ta’ jekk jeżistix jew le effett ta’ inċentiv ma tistax titqies li hija kriterju ċar u faċilment applikabbli mill-awtoritajiet nazzjonali għaliex il-verifika tal-eżistenza ta’ dan l-effett teħtieġ li jitwettqu, każ b’każ, evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, bil-konsegwenza li tali kriterju ma jkunx konformi mar-rekwiżit li l-kriterji għall-applikazzjoni ta’ eżenzjoni għandhom ikunu ċari u faċilment applikabbli mill-awtoritajiet nazzjonali?

5)

Fil-każ li d-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv: id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari n-nota ta’ qiegħ il-paġna 66 fil-punt 126 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020”, ikkunsidrata flimkien mal-punt 19(44) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità nazzjonali ma hijiex meħtieġa twettaq evalwazzjoni ekonomika tal-proġett ta’ investiment, każ b’każ, meta teżamina l-kriterju tal-bidu tax-xogħlijiet?

6)

Fil-każ li d-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv: id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari l-aħħar alternattiva prevista taħt id-definizzjoni tal-kunċett “bidu tax-xogħlijiet” mogħtija fil-punt 19(44) tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020”, jiġifieri “impenn [ieħor] li jagħmel l-investiment irriversibbli”, għandhom jiġu interpretati fis-sens li kwalunkwe impenn ieħor, ħlief għax-xiri tal-art u xogħlijiet preparatorji (bħalma hija l-kisba ta’ permessi), jagħmel l-investiment irriversibbli, irrispettivament min-nefqa marbuta mal-impenn?

7)

Id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari l-kunċett ta’ “bidu tax-xogħlijiet” previst fil-punt 19(44) tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020”, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżistenza ta’ dritt ta’ użu fuq l-art miżmum mill-produttur tal-enerġija u l-eżistenza ta’ awtorizzazzjoni mill-Istat għall-implimentazzjoni tal-proġett ta’ investiment huma kundizzjonijiet essenzjali għall-bidu tax-xogħlijiet?

8)

Fil-każ li d-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv: il-kunċett ta’ “awtorizzazzjoni mill-Istat għall-implimentazzjoni tal-proġett ta’ investiment” għandu jiġi interpretat fid-dawl tad-dritt nazzjonali, u din l-awtorizzazzjoni tista’ tkun biss l-awtorizzazzjoni li abbażi tagħha jitwettaq ix-xogħol ta’ kostruzzjoni marbut mal-proġett ta’ investiment?


(1)  ĠU 2014, C 200, p. 1.

(2)  C-349/17, EU:C:2019:172.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-10 ta’ Jannar 2022 – Syndicat Les Entreprises du Médicament (LEEM) vs Ministre des Solidarités et de la Santé

(Kawża C-20/22)

(2022/C 119/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syndicat Les Entreprises du Médicament (LEEM)

Konvenut: Ministre des Solidarités et de la Santé

Domanda preliminari

L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta’ prodotti mediċinali” japplika għal miżura li l-għan tagħha huwa li jiġu kkontrollati l-prezzijiet tal-prodotti mediċinali iżda li tikkonċerna biss ċerti prodotti mediċinali kkunsidrati individwalment, u ma hijiex intiża li tapplika għall-prodotti mediċinali kollha, u lanqas għal ċerti kategoriji fosthom u għalhekk li l-garanziji li dan l-artikolu jorbot mal-eżistenza ta’ miżura ta’ friża kif jiddefiniha jidhru, għal tali miżura, imċaħħda mill-kontenut jew mill-għan?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol. 1, p. 345.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/30


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2022 minn Liam Jenkinson mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fl-10 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-602/15 RENV, Jenkinson vs Il-Kunsill et

(Kawża C-46/22 P)

(2022/C 119/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Liam Jenkinson (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Eulex Kosovo

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ l-appell u tannulla s-sentenza appellata;

tiddeċiedi l-kawża u tilqa’ t-talbiet tar-rikorrent fl-ewwel istanza;

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għad-deċiżjoni;

tikkundanna lill-konvenuti fl-appell għall-ispejjeż kollha esposti fil-kuntest tal-proċedura appellata kif ukoll f’kull waħda mill-proċeduri preċedenti (T-602/15; C-43/17 P; T-602/15 RENV).

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tat-talbiet u tal-motivi mressqa, sa fejn il-Qorti Ġenerali eskludiet mill-istħarriġ tagħha kull kap tat-talba bbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità.

It-tieni aggravju bbażat fuq it-tnaqqis tal-kunsiderazzjonijiet fattwali u legali mressqa mir-rikorrent, u b’hekk, tas-suġġett tar-rikors, sa fejn il-Qorti Ġenerali evalwat biss l-aħħar pożizzjoni tar-rikorrent fi ħdan il-Missjoni Eulex Kosovo.

It-tielet aggravju huwa dirett kontra s-sentenza appellata sa fejn din tiċħad l-ewwel kap tat-talbiet imressqa b’mod prinċipali.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament bejn membri tal-persunal tal-Unjoni u fuq il-ksur tal-Artikolu 336 TFUE, peress li l-Qorti Ġenerali naqqset għal xejn l-intenzjoni tal-leġiżlatur Ewropew li joffri kopertura soċjali minima lill-impjegati kollha. Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali kisret ukoll il-kunċett ta’ stat tad-dritt billi eskludiet kull possibbiltà mhux kuntrattwali tal-appellati.

Il-ħames aggravju huwa dirett kontra ċ-ċaħda, abbażi tal-inammissibbiltà, tat-tielet kap tat-talbiet imressaq sussidjarjament fl-ewwel istanza. F’kull każ, il-Qorti Ġenerali kellha tqajjem ex officio ċerti motivi ta’ ordni pubbliku u tanalizza l-mertu tal-proċess.


Il-Qorti Ġenerali

14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – Mylan IRE Healthcare vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-303/16) (1)

(“Mediċini għall-użu tal-bniedem - Mediċini orphelins - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-mediċini Tobramycin VVB u denominazzjonijiet assoċjati - Deroga għall-esklusività kummerċjali ta’ Tobi Podhaler, li fiha s-sustanza attiva tobramycine - Artikolu 8(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 - Kunċett ta’ ‘benefiċċju notevoli’ - Kunċett ta’ ‘superjorità klinika’ - Artikolu 3(2) u (3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 847/2000 - Dmir ta’ diliġenza - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2022/C 119/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mylan IRE Healthcare Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: I. Vernimme, M. Campolini u D. Gillet, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u A. Sipos, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: UAB VVB (Kaunas, il-Litwanja) (rappreżentanti: E. Rivas Alba, V. Horcajuelo Rivera u M. Martens, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 2083 finali, tal-4 ta’ April 2016, dwar, fil-kuntest tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq tal-mediċini għall-użu tal-bnidedem “Tobramycin VVB u denominazzjonijiet assoċjati” li fihom is-sustanza attiva “tobramycine”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mylan IRE Healthcare Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn UAB VVB, inklużi dawk relatati għall-proċedura ta’ sostituzzjoni.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2022 – Koinopraxia Touristiki Loutrakiou vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-757/18) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Każinos Griegi - Sistema li tipprevedi piż ta’ 80 % fuq id-drittijiet ta’ dħul ta’ ammonti differenti - Differenzazzjoni bejn każinos pubbliċi u privati - Ilment - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha - Annullamennt tad-deċiżjoni minn sentenza tal-Qorti Ġenerali - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza tal-għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Drittijiet tad-difiża)

(2022/C 119/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE (Loutraki, il-Greċja) (rappreżentanti: S. Pappas u A. Pappas, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki AE (Maroussi, il-Greċja), Elliniko Kazino Parnithas AE (Maroussi) (rappreżentanti: N. Niejahr, B. Hoorelbeke, I. Drillerakis u E. Rantos, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1575 tad-9 ta’ Awwissu 2018 dwar il-miżuri għal ċerti każinojiet Griegi SA.28973 – C 16/2010 (ex NN 22/2010, ex CP 318/2009) implimentati mill-Greċja (ĠU 2018, L 262, p. 61).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 72, 25.2.2019.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2022 – Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-610/19) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq Slovakk tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet broadband - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE - Sentenza li tannulla parzjalment id-deċiżjoni u li tnaqqas l-ammont tal-multa imposta - Rifjut tal-Kummissjoni li tħallas interessi moratorji - Artikolu 266 TFUE - Artikolu 90(4)(a) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 1268/2012 - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Ċaħda tat-tgawdija tal-ammont tal-multa mħallas indebitament - Lucrum cessans - Interessi moratorji - Rata - Dannu”)

(2022/C 119/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Deutsche Telekom AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Linsmeier, U. Soltész, C. von Köckritz u P. Lohs, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u L. Wildpanner, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2019 li tirrifjuta li tħallas interessi moratorji lir-rikorrenti fuq l-ammont prinċipali tal-parti mill-multa rrimborsata wara s-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2018, Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni (T-827/14, EU:T:2018:930), u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għal lucrum cessans minħabba ċ-ċaħda tat-tgawdija ta’ dan l-ammont prinċipali jew, sussidjarjament, għad-dannu li jirriżulta mir-rifjut tal-Kummissjoni li tħallas interessi moratorji fuq dan l-ammont.

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas kumpens ta’ ammont ta’ EUR 1 750 522,83 lil Deutsche Telekom AG bħala kumpens għad-dannu mġarrab.

2)

Il-kumpens previst fil-punt 1 għandu jiżdied b’interessi moratorji, sa mill-għoti ta’ din is-sentenza u sal-ħlas sħiħ, bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid, b’żieda ta’ tliet punti perċentwali u nofs.

3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2019 li tirrifjuta li tħallas interessi moratorji lil Deutsche Telekom, għall-perijodu bejn is-16 ta’ Jannar 2015 u d-19 ta’ Frar 2019, fuq l-ammont prinċipali tal-multa rrimborsat wara s-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2018, Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni (T-827/14, EU:T:2018:930), hija annullata.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Deutsche Telekom.

6)

Deutsche Telekom hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – Unger Marketing International vs EUIPO – Orben Wasseraufbereitung (Purifikaturi tal-ilma)

(Kawża T-325/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn li jirrappreżenta purifikatur tal-ilma - Raġuni għal invalidità - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni - Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott iddettati biss mill-funzjoni teknika tiegħu - Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002 - Dikjarazzjoni ta’ invalidità”)

(2022/C 119/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Unger Marketing International, LLC (Bridgeport, Connecticut, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Schulte, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Hanne, D. Hanf u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Orben Wasseraufbereitung GmbH & Co. KG

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2020 (Każ R 740/2018-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Orben Wasseraufbereitung u Unger Marketing International.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Unger Marketing International, LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2022 – 1031023 B.C. vs EUIPO – Bodegas San Valero (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku mpinġi b’pinzell)

(Kawża T-366/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ċirku mpinġi b’pinzell - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti ORIGIUM 1944 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 119/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: 1031023 B.C. Ltd (Richmond, British Columbia, il-Kanada) (rappreżentant: M. González Gordon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bodegas San Valero, S. Coop. (Cariñena, Spanja) (rappreżentant: J. García Domínguez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2020 (Kawża R 2142/2019-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas San Valero u 1031023 B.C.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

1031023 B.C. Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Bodegas San Valero, S. Coop.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2022 – Tecnica Group vs EUIPO – Zeitneu (Forma ta’ żarbun)

(Kawża T-483/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ żarbun - Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Deċiżjonijiet ta’ qrati jew tribunali tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea li jiddeċiedu fuq azzjoni billi jiddikjaraw in-nuqqas ta’ ksur - Awtorità ta’ res judicata)

(2022/C 119/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tecnica Group SpA (Giavera del Montello, l-Italja) (rappreżentant: C. Sala, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zeitneu GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: K. Dumoulin, F. Hagemann, M. Giorcelli u M. Venturello, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Mejju 2020 (Każ R 1093/2019-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Zeitneu u Tecnica Group.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tecnica Group SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Zeitneu GmbH.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – Kedrion vs EMA

(Kawża T-570/20) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Ġbir u pproċessar tal-plażma - Plasma Master File - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Determinazzjoni żbaljata tas-suġġett tat-talba - Obbligu li r-rifjut ta’ aċċess ikun ibbażat fuq raġunijiet speċifiċi u konkreti”)

(2022/C 119/46)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Kedrion SpA (Barga, l-Italja) (rappreżentant: V. Salvatore, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: S. Marino u C. Schultheiss, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Baxter AG (Vjenna, l-Awstrija), Baxter Manufacturing SpA (Cittaducale, l-Italja) (rappreżentanti: F. Borrás Pieri, avukata, A. Denoon, solicitor, u C. Thomas, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EMA tal-10 ta’ Lulju 2020 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għal-lista taċ-ċentri ta’ ġbir u ta’ pproċessar tad-demm li tinsab fil-Plasma Master File tal-kumpannija farmaċewtika Takeda.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tal-10 ta’ Lulju 2020 li tirrifjuta lil Kedrion SpA l-aċċess għal-lista taċ-ċentri ta’ ġbir u ta’ pproċessar tad-demm li tinsab fil-Plasma Master File tal-kumpannija farmaċewtika Takeda hija annullata.

2)

L-EMA hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Kedrion.

3)

Baxter AG u Baxter Manufacturing SpA għandhom ibatu kull waħda l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 371, 3.11.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – MN vs Europol

(Kawża T-586/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat li ma jiġġeddidx għal żmien indeterminat - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2022/C 119/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: MN (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (rappreżentanti: A. Nunzi, O. Sajin u C. Falmagne, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol tas-6 ta’ Marzu 2020 li l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent ma jiġġeddidx għal żmien indeterminat u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu morali li huwa allegatament sofra konsegwentement.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

MN huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 433, 14.12.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2022 – MW vs Il-Parlament

(Kawża T-630/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Grupp politiku - Tkeċċija - Terminazzjoni tar-rabta ta’ fiduċja - Fastidju psikoloġiku - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà”)

(2022/C 119/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: MW (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Lázaro Betancor u N. Scafarto, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2019 li l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju jiġi xolt abbażi tal-Artikolu 2(c) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, għal ksib ta’ kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

MW hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta Jannar 2022 – Verelst vs Il-Kunsill

(Kawża T-647/20) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Kooperazzjoni msaħħa li tikkonċerna l-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew - Regolament (UE) 2017/1939 - Ħatra tal-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew - Ħatra ta’ wieħed mill-kandidati nnominati mill-Belġju - Regoli applikabbli għall-ħatra tal-prosekuturi Ewropej”)

(2022/C 119/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Michel Verelst (Éghezée, il-Belġju) (rappreżentant: C. Molitor, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Pleśniak, R. Meyer u K. Kouri, agenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, M. Van Regemorter u M. Jacobs, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1117 tas-27 ta’ Lulju 2020 li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU 2020, L 244, p. 18), sa fejn taħtar lil Yves van den Berge bħala prosekutur Ewropew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-Michel Verelst għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali fid-19 ta’ Jannar 2022 – Masterbuilders, Heiermann, Schmidtmann vs EUIPO – Cirillo (POMODORO)

(Kawża T-76/21) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali POMODORO - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Risposta li tesponi l-motivi tar-rikors - Termini għall-preżentata - Artikolu 58(3) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2018/625 - Fatti invokati jew provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 27(4) tar-Regolament ta’ Delega 2018/625 - Provi ta’ użu ġenwin)

(2022/C 119/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Masterbuilders, Heiermann, Schmidtmann GbR (Tubingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Hillers, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Francesco Cirillo (Berlin, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2020 (Każ R 715/2020-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Masterbuilders, Heiermann, Schmidtmann u F. Cirillo.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Masterbuilders, Heiermann, Schmidtmann GbR għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 110, 29.3.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2022 – Construcciones Electromecánicas Sabero vs EUIPO – Magdalenas de las Heras (Heras Bareche)

(Kawża T-99/21) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Heras Bareche - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti MAGDALENAS DeLasHeras - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(2022/C 119/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Construcciones Electromecánicas Sabero, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, P. Román Maestre u D. Liern Cendrero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Magdalenas de las Heras, SA (Aranda de Duero, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra l-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2020 (Każ R 1019/2020-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Magdalenas de las Heras u Construcciones Electromecánicas Sabero.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Construcciones Electromecánicas Sabero, SL huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 138, 19.4.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2022 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Malpricht (APIRETAL)

(Kawża T-160/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali APIRETAL - Dikjarazzjoni ta’ revoka - Assenza ta’ użu ġenwin - Assenza ta’ raġunijiet iġġustifikati għan-nuqqas ta’ użu - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 119/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: T. González Martínez, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Frydendahl u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ingrid Malpricht (Ludwigshafen-sur-le-Rhin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukata)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Jannar 2021 (Każ R 1004/2020-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn I. Malpricht u Laboratorios Ern.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laboratorios Ern, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 206, 31.5.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2022 – Neolith Distribution vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetut ornamentali)

(Kawża T-259/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea ta’ disinn ripetut - Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetut ornamentali - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 119/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Neolith Distribution, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Marzu 2021 (Każ R 2155/2020-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta‘ sinjal b’disinn ripetut li jirrappreżenta disinn ripetut ornamentali bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Neolith Distribution, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2022 – Estetica Group Iwona Michalak vs EUIPO (PURE BEAUTY)

(Kawża T-270/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva PURE BEAUTY - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 119/54)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Estetica Group Iwona Michalak (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: P. Gutowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2021 (Każ R 1456/2020-5), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattivi PURE BEAUTY bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Estetica Group Iwona Michalak hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 278, 12.7.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – CNH Industrial vs EUIPO (SOILXPLORER)

(Kawża T-300/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SOILXPLORER - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 119/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: CNH Industrial NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: L. Axel Karnøe Søndergaard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2021 (Każ R 386/2021-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SOILXPLORER bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CNH Industrial NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 26.7.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – CNH Industrial vs EUIPO (CROPXPLORER)

(Kawża T-301/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CROPXPLORER - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 119/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CNH Industrial NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: L. Axel Karnøe Søndergaard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, agent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2021 (Każ R 387/2021-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CROPXPLORER bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CNH Industrial NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 26.7.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Jannar 2022 – CR u CT vs BĊE

(Kawża T-730/19) (1)

(“Politika ekonomika u monetarja - Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 119/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CR, CT (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Koupepidou, A. Lefterov u F. Bonnard, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-evalwazzjoni tal-BĊE tal-15 ta’ Awwissu 2019 li fiha huwa qies li kienet falliet jew kien prevedibbli li tfalli PNB Banka AS, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika tal-Latvja.

3)

CR u CT għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), minbarra dawk relatati mat-talba għal intervent.

4)

CR u CT, il-BĊE u r- Repubblika tal-Latvja għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2022 – FC vs EASO

(Kawża T-148/20) (1)

(Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Rifjut li jiġi pprovdut ċertifikat ta’ kondotta - Rifjut li tiġi aċċettata revoka tar-riżenja - Att purament konfermattiv - Terminu għat-tressiq ta’ lment - Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Rabta mill-qrib mat-talbiet għal annullament - Inammissibbiltà)

(2022/C 119/58)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: FC (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (rappreżentanti: P. Eyckmans u M. Stamatopoulou, aġenti, assistiti minn A. Guillerme u T. Bontinck, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EASO ta’ [kunfidenzjali], li tirrifjuta li tiġi aċċettata r-revoka tar-riżenja mir-rikorrenti u li tiċħad it-talba għall-għoti ta’ ċertifikat ta’ kondotta, kif ukoll id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti intiż kontra din u, min-naħa l-oħra talba għad-danni materjali u morali allegatament sostnuti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

FC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 25.5.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Luna Italia vs EUIPO – Luna (LUNA SPLENDIDA)

(Kawża T-571/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea LUNA SPLENDIDA - Trade mark figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea Luna - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2022/C 119/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Luna Italia Srl (Cantù, l-Italja) (rappreżentant: N. Papakostas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Luna AE (Agios Stefanos, il-Greċja) (rappreżentant: M. Sioufas, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 1895/2019-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Luna u Luna Italia.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Luna Italia Srl hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Luna AE.


(1)  ĠU C 44, 8.2.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Dicembru 2021 – Guangdong Haomei New Materials u Guangdong King Metal Light Alloy Technology vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-604/20) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina - Att li jissuġġetta l-importazzjonijiet għal reġistrazzjoni - Dazju antidumping provviżorju - Tneħħija tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni - Dazju antidumping definittiv - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 119/60)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Guangdong Haomei New Materials Co. Ltd (Qingyuan, iċ-Ċina), Guangdong King Metal Light Alloy Technology Co. Ltd (Yuan Tan Town, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Maresca, C. Malinconico, D. Maresca, A. Cerruti, A. Malinconico, G. La Malfa Ribolla, D. Guardamagna u M. Guardamagna, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, P. Němečková u F. Tomat, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 26 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1215 tal-21 ta’ Awwissu 2020 li jagħmel importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU 2020, L 275, p. 16).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Guangdong Haomei New Materials Co. Ltd u Guangdong King Metal Light Alloy Technology Co. Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Guangdong Haomei New Materials, Guangdong King Metal Light Alloy Technology, il-Kummissjoni u Airoldi Metalli SpA għandhom kull wieħed minnhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 390, 16.11.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2021 – Guangdong Haomei New Materials u Guangdong King Metal Light Alloy Technology vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-725/20) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina - Att li jimponi dazju antidumping provviżorju - Att li ma jistax jiġi appellat - Att preparatorju - Inammissibbiltà - Dazju antidumping definittiv - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 119/61)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Guangdong Haomei New Materials Co. Ltd (Qingyuan, iċ-Ċina), Guangdong King Metal Light Alloy Technology Co. Ltd (Yuan Tan Town, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Maresca, C. Malinconico, D. Guardamagna, M. Guardamagna, D. Maresca, A. Cerruti, A. Malinconico u G. La Malfa Ribolla, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, P. Němečková u F. Tomat, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, prinċipalment, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1428 tat-12 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2020, L 336, p. 8), u, sussidjarjament, tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Guangdong Haomei New Materials Co. Ltd u Guangdong King Metal Light Alloy Technology Co. Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 8.2.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2022 – Car-Master 2 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-743/20) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-tiswija tal-vetturi bil-mutur fil-Polonja - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali - Rikors infondat fid-dritt”)

(2022/C 119/62)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Car-Master 2 sp. z o.o. sp.k. (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: M. Miśkowicz, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Meessen, J. Szczodrowski u I. Zaloguin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 7369 final tat-22 ta’ Ottubru 2020 (Każ AT.40665 – Toyota Motor Poland), li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti dwar l-allegati ksur tal-Artikolu 101 TFUE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Car-Master 2 sp. z o.o. sp.k. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 72, 1.3.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2021 – McCord vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-161/21 u T-161/21 AJ I) (1)

(“Rikors għal annullament - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni li jissuġġetta l-esportazzjoni barra mill-Unjoni ta’ ċerti prodotti għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni - Proposta tal-Kummissjoni li tissuġġetta l-esportazzjoni ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 lejn l-Irlanda ta’ Fuq għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika - Assenza ta’ politika ppubblikata taċ-ċirkustanzi li fihom l-Unjoni timplimenta l-Artikolu 16 tal-imsemmi protokoll - Inammissibbiltà manifesta parzjali - Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

(2022/C 119/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Raymond Irvine McCord (Belfast, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq) (rappreżentant: C. O’Hare, solicitor)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta Jannar 2021 intiża b’mod partikolari sabiex jissuġġetta l-esportazzjoni ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 lejn l-Irlande ta’ Fuq għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 2020, L 29, p. 7), u tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippubblikax politika taċ-ċirkustanzi li fihom hija timplimenta l-Artikolu 16 tal-imsemmi protokoll u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset b’mod illegali milli tadotta u tippubblika tali politika.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli u manifestament infondat fid-dritt.

2)

It-talba għall-għajnuna legali hija miċħuda.

3)

Raymond Irvine McCord huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Kewazo vs EUIPO (Liftbot)

(Kawża T-205/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Liftbot - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2022/C 119/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Kewazo GmbH (Garching, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Baronikians, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Frar 2021 (Każ R 1160/2020-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Liftbot bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kewazo GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2021 – D&A Pharma vs EMA

(Kawża T-381/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Hopveus - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ grupp xjentifiki konsultattiv permanenti - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

(2022/C 119/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Debregeas et associés Pharma (D&A Pharma) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: N. Viguié u D. Krzisch, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: C. Bortoluzzi, H. Kerr, S. Marino u S. Drosos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EMA li ma ġġeddidx il-grupp xjentifiku konsultattiv dwar il-psikjatrija tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem, żvelata impliċitament mis-sejħa pubblika għal espressjoni ta’ interess għall-esperti sabiex isiru membri tal-gruppi xjentifiċi konsultattivi tal-EMA u tal-istqarrija għall-istampa tal-EMA tal-5 ta’ Mejju 2021.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa mill-Parlament Ewropew.

3)

Debregeas et associés Pharma (D & A Pharma) hija kkundannata għall-ispejjeż.

4)

Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talba għal intervent tiegħu.


(1)  ĠU C 329, 16.8.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Jannar 2022 – Vivostore vs EUIPO – Linda (VIVO LIFE)

(Kawża T-540/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 119/66)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Vivostore Ltd (Winscombe, ir-Renju Unit) (rappreżentant: T. Urek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u E. Markakis, agenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Linda AG (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Jung, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1587/2020-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Linda u Vivostore

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Vivostore Ltd u Linda AG huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2022 – Santos vs EUIPO (Forma ta’ pressa taċ-ċitru)

(Kawża T-574/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Għajbien tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 119/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Santos (Vaulx-en-Velin, Franza) (rappreżentant: C. Bey, avocate)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Lulju 2021 (Każ R 281/2020-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit minn forma ta’ pressa taċ-ċitru bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk imġarrba minn Santos.


(1)  ĠU C 462, 15.11.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/48


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2021 – Civita Eesti vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-665/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri proviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Assistenza legali, soċjoekonomika u teknika fl-oqsma tal-Enerġija u l-Mobilità u t-Trasport - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2022/C 119/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Civita Eesti (Tartu, l-Estonja) (rappreżentant: C. Ginter, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. André u S. Romoli, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2021 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti għal-lott 5 tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti MOVE/2020/OP/0008, għas-sospensjoni tal-iffirmar tal-kuntratti li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni u l-offerenti l-oħra għal-lott 5 tal-imsemmija proċedura u, fejn applikabbli, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ dawn il-kuntratti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tat-22 ta’ Ottubru 2021, Civitta Eesti/Commission (T-665/21 R) huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/49


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – ICA Traffic vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-717/21 R)

(“Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Provvista ta’ robots tad-diżinfezzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2022/C 119/69)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ICA Traffic GmbH (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hertwig u C. Vogt, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Mantl, B. Araujo Arce u M. Ilkova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata ma tkomplix bl-akkwist, imħabbar mill-istqarrija għall-istampa tagħha tal-21 ta’ Settembru 2021, ta’ 100 robot ta’ diżinfezzjoni addizzjonali abbazi tal-konklużjoni ta’ wieħed mill-kuntratti qafas li jirrigwardaw il-kunsinna ta’ numru massimu ta’ 200 robot ta’ diżinfezzjoni u, min-naħa l-oħra, għall-għoti ta’ kwalunkwe miżura provviżorja neċessarja għas-salvagwarda tal-istatu quo.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/49


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2022 – Společnost pro eHealth databáze vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-731/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għall-Innovazzjoni u għall-Kompetittività (2007 sa 2013) - Irkupru tas-somom imħallsa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2022/C 119/70)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Společnost pro eHealth databáze, a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Konečný, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà, B. Araujo Arce u J. Hradil, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 6597 final tat-2 ta’ Settembru 2021 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti tas-somma ta’ EUR 861 263 flimkien mal-interessi moratorji kif ukoll ta’ ammont għal kull jum ta’ dewmien b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2021.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/50


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2022 – uwe JetStream vs EUIPO (JET STREAM)

(Kawża T-14/22)

(2022/C 119/71)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: uwe JetStream GmbH (Schwäbisch Gmünd, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schneider, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “JETSTREAM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 20 809 111

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 1092/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll id-deċiżjoni tal-ewwel istanza tal-15 ta’ Diċembru 2020 u tad-29 ta’ April 2021;

tawtorizza l-estensjoni tal-protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 0809111 fid-dawl tar-reġistrazzjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/50


Rikors ippreżentat fit-18 ta Jannar 2022 – Polynt vs ECHA

(Kawża T-29/22)

(2022/C 119/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Polynt SpA (Scanzorosciate, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu u S. Abdel-Qader, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ECHA tad-9 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża A-009-2020;

tiddikjara – jew tikkundanna lill-ECHA tadotta deċiżjoni ġdida li tiddikjara – li r-rikorrenti hija eżentata mill-obbligu li tipprovdi kwalunkwe informazzjoni ulterjuri lill-ECHA wara l-waqfien tal-produzzjoni minħabba forza maġġuri; u

tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż kollha tal-kawża kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell u għar-rimbors tal-ispejjeż imħallsa waqt dik il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi, meta ddeċieda li l-waqfien ta’ manifattura tas-sustanza 1,3-dioxo-2-benzofuran-5-aċidu karbossiliku ma’ nonan-1-ol (KE Nru 941-303-6) (minn issa ’il quddiem “is-sustanza”) minħabba raġunijiet ta’ forza maġġuri ma jeżentax lir-rikorrenti mill-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni mitluba fid-deċiżjoni inizjali ta’ kontroll tal-konformità dwar is-sustanza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell żnatura l-provi u li abbażi ta’ dan (i) laħaq konklużjoni legali żbaljata u (ii) talab lir-rikorrenti tipprovdi evidenza b’referenza għal ipoteżi li ma hijiex issostanzjata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell interpreta u applika b’mod żbaljat l-Artikoli 42(1) u 50(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament REACH”) (1).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell interpreta u applika b’mod żbaljat l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament REACH.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li l-gwida pprovduta fis-sit internet tal-ECHA dwar il-konsegwenzi tal-waqfien ta’ manifattura ma kinitx tagħti lir-rikorrenti assigurazzjonijiet preċiżi u li l-ECHA ma kisritx il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell interpreta u applika b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ proporzjonalità u d-dritt għal amministrazzjoni tajba.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 136, p. 3, fil-ĠU 2008, L 141, p. 22, u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84).


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/51


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2022 – Sanoptis vs EUIPO – Synoptis Pharma (SANOPTIS)

(Kawża T-30/22)

(2022/C 119/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sanoptis Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Rost, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Synoptis Pharma sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “SANOPTIS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 934 770

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 850/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/52


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2022 – Vallegre vs EUIPO – Joseph Phelps Vineyards (PORT INSÍGNIA)

(Kawża T-33/22)

(2022/C 119/74)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vallegre, Vinhos do Porto, SA (Sabrosa, il-Portugall) (rappreżentanti: E. Armero Lavie u G. Marín Raigal, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joseph Phelps Vineyards LLC (St. Helena, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “PORTO INSÍGNIA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 393 688

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 894/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-evalwazzjoni żbaljata tat-trade marks konfliġġenti.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/53


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2022 – Kaminski vs EUIPO – Polfarmex (SYRENA)

(Kawża T-35/22)

(2022/C 119/75)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Arkadiusz Kaminski (Etobicoke, Ontario, il-Kanada) (rappreżentanti: W. Trybowski, E. Pijewska u M. Mazurek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Polfarmex S.A. (Kutno, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SYRENA”/ Trade mark tal-Unjoni Nru 9 262 767

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ottubru 2021 fil-Każijiet R 1952/2020-1 u R 1953/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda l-parti tad-deċiżjoni kkontestata relatata mar-rikors fil-Każ R 1952/2020-1, jiġifieri fir-rigward tal-punti 2, 3, 4 u 6 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata, billi: tiċħad l-appell fil-Każ R 1952/2020-1, tiddikjara li t-trade mark “SYRENA” (Trade mark tal-Unjoni Nruo9 262 767) tibqa rreġistrata għall-“vetturi” fil-klassi 12 u tikkundanna lill-Polfarmex S.A. għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-proċedimenti ta’ appell fil-Każ R 1952/2020-1;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-Polfarmex S.A. għall-ispejjeż;

sussidjarjament:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-parti msemmija iktar ’il fuq, jiġifieri sa fejn il-Bord tal-Appell rrevoka r-reġistrazzjoni tat-trade mark “SYRENA” (Trade mark tal-Unjoni Nru 9 262 767) fir-rigward ta’ “vetturi” minbarra “vetturi għat-tiġrijiet” fil-klassi 12;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-Polfarmex S.A. għall-ispejjeż

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikoli 18(1), 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikoli 18(1), 58(1)(a) u (2), u 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/54


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2022 – Sanrio vs EUIPO – Miroglio Fashion (SANRIO CHARACTERS)

(Kawża T-43/22)

(2022/C 119/76)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sanrio Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: V. Schmitz-Fohrmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miroglio Fashion Srl (Alba, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “SANRIO CHARACTERS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 565 974

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 2460/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-oppożizzjoni ntlaqgħet u l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 565 974 ġiet miċħuda u tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Il-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni globali żbaljata tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/54


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2022 – International Masis Tabak vs EUIPO – Philip Morris Brands (Rappreżentazzjoni ta’ pakkett sigaretti)

(Kawża T-44/22)

(2022/C 119/77)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: International Masis Tabak LLC (Masis, l-Armenja) (rappreżentanti: C. Bercial Arias u K. Dimidjian-Lecompte, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Philip Morris Brands Sàrl (Neuchâtel, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ pakkett sigaretti) – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 434 506 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 261/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ l-appell u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, jekk kien il-każ, għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/55


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2022 – Santos vs EUIPO (Forma ta’ pressa tal-frott taċ-ċitru)

(Kawża T-51/22)

(2022/C 119/78)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Santos (Vaulx-en-Velin, Franza) (rappreżentant: C. Bey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ pressa tal-frott taċ-ċitru) bil-kuluri (isfar Pantone 1235 C; aħdar NCS S 3050-G50Y) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 005 754.

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 281/2020-1.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedura quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 165(2) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 u tal-Artikolu tad-Deċiżjoni 2020-7 Presidju tal-Bordijiet tal-Appell dwar l-organizzazzjoni tal-Bordijiet.

Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/56


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2022 – Swords vs Il-Kummissjoni u ECDC

(Kawża T-55/22)

(2022/C 119/79)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Patrick Swords (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: G. M. Byrne, Barrister-at-law)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-evalwazzjoni tar-riskji tal-ECDC tal-24 ta’ Novembru 2021, l-istqarrija tal-ECDC tal-24 ta’ Novembru 2021, il-valutazzjonijiet tat-theddid tal-ECDC tas-26 ta’ Novembru 2021 u tat-2 ta’ Diċembru 2021 u l-evalwazzjoni tar-riskji tal-ECDC tal-15 ta’ Diċembru 2021;

tiddikjara li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta’ Diċembru 2021 kif ukoll l-approċċ ikkoordinat tal-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa tal-10 ta’ Diċembru 2021 huma inapplikabbli skont l-Artikolu 277 TFUE; u

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-ECDC naqas milli jsegwi rekwiżiti proċedurali essenzjali, inkluż ir-regolament intern u l-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba tiegħu stess. Qiegħed jiġi argumentat li l-ECDC injora metodoloġija ta’ evalwazzjoni tar-riskju rrikonoxxuta, naqas milli jikkonforma mal-istandards meħtieġa, inkluż dak ta’ eċċellenza xjentifika u indipendenza, u naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu fil-produzzjoni u l-pubblikazzjoni tal-atti kkontestati. Qiegħed jiġi argumentat ukoll li r-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-riskju kkontestati huma qarrieqa u allarmisti ħafna, l-effetti ta’ liema kienu prevedibbli għall-ECDC u konklużjoni mistennija minħabba d-dipendenza fuq dawn ir-rapporti kemm mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Istati Membri.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-ECDC kiser it-Trattati tal-Unjoni, injora l-istat tad-dritt, kiser id-drittijiet fundamentali tiegħu billi naqas milli jissodisfa d-dmirijiet u l-obbligi tiegħu stabbiliti fit-Trattati tal-Unjoni fil-produzzjoni u l-pubblikazzjoni tal-atti kkontestati.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi pproduċa u ppubblika l-atti kkontestati, l-ECDC kiser prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji ta’ proporzjonalità, ċertezza legali u aspettattivi leġittimi, kif ukoll kiser id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-ECDC uża l-poter tiegħu b’mod ħażin.

5.

Ir-rikorrent iqajjem ukoll eċċezzjoni ta’ inapplikabbiltà, skont l-Artikolu 277 TFUE, fir-rigward tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta’ Diċembru 2021 kif ukoll l-approċċ ikkoordinat tal-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa tal-10 ta’ Diċembru 2021. Qiegħed jiġi argumentat li, peress li dawn l-atti ġew ifformulati u ppubblikati fuq il-bażi tal-evalwazzjonijiet tar-riskju tal-ECDC, isegwi li dawn saru illegali.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/57


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2022 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-57/22)

(2022/C 119/80)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u G. Koós, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2020 tas-17 ta’ Novembru 2021 li teskludi mill-finanzjament mill-Unjoni Ewropea ċertu nefqa imġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), sa fejn tikkonċerna lill-Ungerija u teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-għajnuna finanzjarja stabbilita għas-sena finanzjarja tal-Unjoni Ewropea l-għajnuna finanzjarja stabbilita għas-sena finanzjarja 2018-2019 fir-rigward ta’ nuqqasijiet fil-funzjonament tal-kontrolli fundamentali “kontrolli sabiex jiġi stabbilit l-aċċess għall-għajnuna mitluba” u “kalkolu korrett tal-għajnuna, inkluż it-tnaqqis u l-penali amministrattivi”.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Gvern Ungeriż isostni li l-Ungerija ma kisritx id-dispożizzjonijiet relatati mal-kontrolli sabiex jiġi ddeterminat l-aċċess għall-għajnuna mitluba u li ma ġiex ikkalkolat b’mod żbaljat il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni ta’ produtturi. Il-prattika segwita mill-Ungerija hija bi qbil mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 42 u tal-Artikolu 50(7) tar-Regolament 543/2011 (2). Lanqas ma jeżistu nuqqasijiet marbuta mal-kontroll tal-eliġibbiltà għal sussidju tal-programmi operattivi u l-awtorità Ungeriża aġixxiet b’konformità mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 104(2) tar-Regolament 543/2011.

L-Ungerija applikat miżuri korrettivi adegwati relatati mal-evalwazzjonijiet dwar it-tieni nuqqas fil-funzjonament tal-kontroll fundamentali (“kalkolu korrett tal-għajnuna, inklużi t-tnaqqis u s-sanzjonijiet amministrattivi”) u, għal dan il-għan, ma hijiex iġġustifikata l-applikazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja fir-rigward tal-ispejjeż relatati mas-snin finanzjarji tal-2018 u l-2019.


(1)  ĠU 2021 L 413, p. 10.

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU 2011, L 157, p. 1).


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/57


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2022 – OD vs Eurojust

(Kawża T-61/22)

(2022/C 119/81)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OD (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Ġunju 2021;

tannulla, sa fejn huwa meħtieġ, inkwantu tagħti motivazzjoni addizzjonali, id-deċiżjoni tal-21 ta’ Ottubru 2021;

tikkundanna lill-Aġenzija tikkumpensa lir-rikorrenti fl-ammont ta’ EUR 35 000ex aequo et bono għad-danni psikoloġiċi, materjali u morali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-deċiżjoni ta’ riassenzjazzjoni, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità marbut mat-talba għal assistenza u mal-assenza ta’ apparenza ta’ imparzjalità fl-ipproċessar tal-fajl tagħha minn Eurojust.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-inkompetenza tad-direttur amministrattiv li jieħu d-deċiżjoni kkontestata, minħabba s-sitwazzjoni tiegħu ta’ kunflitt ta’ interess, tan-nuqqas ta’ imparzjalità tiegħu fil-konfront tar-rikorrenti, jew tal-inqas tal-assenza ta’ apparenza ta’ imparzjalità, u fuq il-ksur tar-regoli ta’ sostituzzjoni ta’ awtorità li għandha s-seta’ li tikkonkludi kuntratti ta’ impenn f’każ ta’ nuqqas ta’ kapaċità ta’ intervent.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-abbuż ta’ proċedura u ta’ użu ħażin ta’ poter min-naħa tad-direttur amministrattiv.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li r-riassenjazzjoni fl-allegat interess tas-servizz saret bi ksur tad-dmir ta’ premura, mingħajr ma ttieħed inkunsiderazzjoni l-interess tal-membru tal-persunal u lanqas l-interess tas-servizz, mingħajr l-osservanza tad-dritt għal smiegħ u tal-bżonn li tiġi mmotivata d-deċiżjoni li taffettwa l-interessi tal-membru tal-persunal ikkonċernat.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Europull (GREEN COAST)

(Kawża T-361/20) (1)

(2022/C 119/82)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Senseon Tech vs EUIPO – Accuride International (SENSEON)

(Kawża T-724/20) (1)

(2022/C 119/83)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 44, 8.2.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2022 – About You vs EUIPO – Safe-1 Immobilieninvest (Y/O/U), (Y/O/U YOUR ORIGINAL U) u (/Y/O/U YOUR ORIGINAL U)

(Kawżi magħquda T-23/21, T-50/21 u T-51/21) (1)

(2022/C 119/84)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 79, tat-8.3.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2022 – Flybe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-380/21) (1)

(2022/C 119/85)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-Presidenta tas-Sitt Awla ordnat it-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 338, 23.8.2021.


14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2022 – Tralux et vs Il-Parlament

(Kawża T-488/21) (1)

(2022/C 119/86)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 422, 18.10.2021.