|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 118/01 |
||
|
2022/C 118/02 |
||
|
2022/C 118/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10566 — P66 / H2 EE / JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 118/04 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/1 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet għal kull Stat Membru u reġjun dwar l-aġġornament tar-rapporti tal-2018 tal-Artikoli, 8, 9 u 10 tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (2008/56/KE)
(2022/C 118/01)
1) INTRODUZZJONI
Id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD, 2008/56/KE) (1) hija politika olistika għall-protezzjoni tal-ambjent marin tal-ibħra madwar l-Ewropa filwaqt li tippermetti l-użu sostenibbli ta’ prodotti u servizzi marini. Hi teħtieġ lill-Istati Membri jivvalutaw l-istatus tal-kwalità tal-ambjent marin, jiddeterminaw status ambjentali tajjeb, jistabbilixxu miri ambjentali xierqa u jfasslu programmi xierqa ta’ monitoraġġ u jimplimentaw miżuri biex jintlaħaq l-għan ewlieni tad-Direttiva li jiġi żgurat l-“istatus ambjentali tajjeb” tal-ibħra marini kollha tal-UE sal-2020. Dan l-għan ma ntlaħaqx fl-ilmijiet kollha tal-UE fid-deskritturi kollha tad-Direttiva (2).
Matul it-tieni ċiklu ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva, l-Istati Membri kellhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Ottubru 2018 ir-rapporti aġġornati tagħhom għall-Artikoli 8, 9 u 10 tad-Direttiva (3). Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dawn ir-rapporti tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikoli 12 u 17 (4) tad-Direttiva.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu rapporti bbażati fuq it-test, strutturati skont il-ħtiġijiet nazzjonali, biex jissodisfaw l-obbligu legali tagħhom li jirrappurtaw skont l-MSFD. Permezz tal-Istrateġija Komuni ta’ Implimentazzjoni tal-MSFD, l-Istati Membri qablu wkoll li jipprovdu rapporti elettroniċi b’informazzjoni strutturata li hija xierqa għall-finijiet tal-valutazzjonijiet tal-Artikolu 12 għad-disseminazzjoni fil-livell Ewropew permezz ta’ WISE Marine (4).
Mit-23 Stat Membru li għandhom ilmijiet marini (5), u għalhekk jenħtieġ li jirrapportaw skont l-Artikolu 17, 22 kienu pprovdew rapporti testwali sa Settembru 2020. L-Istati Membri li ma kinux irrapportaw sal-iskadenza ta’ Ottubru 2018 ġew imfakkra perjodikament dwar l-obbligu ta’ rapportar tagħhom fil-laqgħat tal-Istrateġija Komuni ta’ Implimentazzjoni tal-MSFD. Infetħu każijiet ta’ ksur għan-nuqqas ta’ rapportar kontra l-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja u r-Renju Unit (6). Il-każijiet kollha ngħalqu, wara li waslu r-rapporti, ħlief għall-Bulgarija li r-rapporti tagħha ma waslux sa Novembru 2021.
Sa Ottubru 2020, 20 Stat Membru kienu pprovdew rapporti elettroniċi, u għalhekk ġew inklużi f’din il-valutazzjoni tal-Artikolu 12. Minbarra l-komunikazzjonijiet permezz tal-Istrateġija Komuni ta’ Implimentazzjoni tal-MSFD, kien hemm komunikazzjoni diretta mal-Bulgarija u l-Greċja li titlob is-sottomissjoni ta’ rapporti elettroniċi (7). Ir-rapportar elettroniku tard mill-Istati Membri għaldaqstant wassal għad-dewmien fit-twettiq ta’ din il-valutazzjoni tal-Artikolu 12.
Il-valutazzjoni wasslet għal rapport nazzjonali għal kull Stat Membru (8) u għal rapport reġjonali dwar il-koerenza għal tlieta (9) mill-erba’ reġjuni marini MSFD (il-Baħar Baltiku, l-Oċean Atlantiku tal-Grigal, u l-Baħar Mediterran) (10).
Barra minn hekk, il-valutazzjoni wasslet għal sett ta’ rakkomandazzjonijiet għal kull Stat Membru u għal kull reġjun (li huma ġeneralment applikabbli għall-Istati Membri kollha f’dawk ir-reġjuni). Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom l-għan li jidentifikaw il-modi li bihom ir-rapporti għall-Artikoli 8, 9 u 10 għandhom jittejbu meta jiġu aġġornati f’Ottubru 2024.
B’mod parallel mal-analiżi tar-rapporti tal-Istati Membri għal din il-valutazzjoni tal-Artikolu 12 tal-MSFD, li jipprovdu feedback dwar ir-rapportar għal kull Stat Membru, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea analizza r-rapporti minn perspettiva xjentifika u teknika. Dan irriżulta f’sensiela ta’ 11-il rapport tekniku li jipprovdu ħarsa ġenerali Ewropea biex tappoġġa l-proċess ta’ implimentazzjoni tal-MSFD (11).
Dan l-avviż, flimkien mad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjah (12), jippreżenta r-rakkomandazzjonijiet għall-pajjiżi u r-reġjuni kollha vvalutati sa issa. Dawn huma espressi fir-rigward tat-tliet Artikoli (8, 9 u 10) li dwarhom sar rapport, u fir-rigward tad-deskritturi identifikati fl-Anness I tal-MSFD u l-kriterji identifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848.
Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja (13) dan l-avviż fih ir-rakkomandazzjonijiet nazzjonali u reġjonali speċifiċi għall-pajjiżi u r-reġjuni kollha vvalutati sa issa.
2) RAKKOMANDAZZJONIJIET NAZZJONALI U REĠJONALI:
|
Artikolu |
Suġġetti |
Nru ta’ rakkomandazzjonijiet |
||||||||||
|
Artikolu 8 |
|
Nazzjonali - 5 |
||||||||||
|
Reġjonali - 4 |
|||||||||||
|
Artikolu 9 |
|
Nazzjonali - 7 |
||||||||||
|
Reġjonali - 7 |
|||||||||||
|
Artikolu 10 |
|
Nazzjonali - 5 |
||||||||||
|
Reġjonali - 1 |
|||||||||||
|
Total |
|
29 |
3) KONKLUŻJONI
Il-konsiderazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri, b’mod partikolari fejn huma meħtieġa armonizzazzjoni addizzjonali u rapportar koerenti, se teħtieġ aktar kollaborazzjoni fost l-Istati Membri f’livell tekniku fil-kuntest tal-Istrateġija Komuni ta’ Implimentazzjoni tal-MSFD (14), bħal fil-Gruppi Tekniċi tal-MSFD u n-Networks ta’ Esperti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.
(1) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(2) COM/2020/259 final
(3) F’konformità mal-Artikolu 17(2)(a) u 17(2)(b)
(4) GD14: gwida għar-rapportar tal-2018 dwar l-aġġornamenti tal-Art. 8, 9 &10; Anness 2 eżempji maħduma.
(5) L-ilmijiet marini huma definiti fl-Artikolu 3(1) tal-MSFD. L-Awstrija, iċ-Ċekja, l-Ungerija, il-Lussemburgu u s-Slovakkja huma pajjiżi mingħajr kosta u ma jirrapportawx skont l-Artikolu 17.
(6) Ir-Renju Unit kien għadu Stat Membru tal-UE fiż-żmien tal-obbligu ta’ rapportar fl-2018, iżda ma kienx lesta r-rapportar elettroniku tiegħu fil-ħin għal din il-valutazzjoni.
(7) Iż-żewġ Stati Membri li jifdal (il-Bulgarija, il-Greċja) se jiġu vvalutati meta r-rapporti elettroniċi tagħhom isiru disponibbli.
(8) Il-valutazzjonijiet tekniċi speċifiċi għall-pajjiż tħejjew għall-Kummissjoni minn konsulent estern – ara https://circabc.europa.eu/ui/group/326ae5ac-0419-4167-83ca-e3c210534a69/library/31bf127a-ca1f-483e-a34e-e0243754ef81?p=1&n=10&sort=modified_DESC.
(9) Ir-raba’ reġjun marin, il-Baħar l-Iswed, għandu biss żewġ Stati Membri (il-Bulgarija u r-Rumanija) u ma jistax jiġi vvalutat għall-koerenza sakemm il-Bulgarija tipprovdi r-rapporti elettroniċi tagħha.
(10) Il-valutazzjonijiet tekniċi speċifiċi għar-reġjun tħejjew għall-Kummissjoni minn konsulent estern – ara https://circabc.europa.eu/ui/group/326ae5ac-0419-4167-83ca-e3c210534a69/library/31bf127a-ca1f-483e-a34e-e0243754ef81?p=1&n=10&sort=modified_DESC.
(11) 9 Reviżjonijiet tal-JRC: https://mcc.jrc.ec.europa.eu/main/dev.py?N=18&O=460.
(12) SWD(2022)55
(13) SWD(2022)55
(14) L-istrateġija ta’ implimentazzjoni komuni hija programm ta’ koordinazzjoni informali stabbilit mill-Kummissjoni, bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri, il-konvenzjonijiet reġjonali dwar il-baħar u l-partijiet ikkonċernati oħra
|
14.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/4 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
(2022/C 118/02)
Il-kapitali Ewropej tal-Kultura 2026 huma Oulu (fil-Finlandja) u Trenčín (fis-Slovakkja).
|
14.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/5 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10566 — P66 / H2 EE / JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 118/03)
Fit 4 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10566. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/6 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-11 ta’ Marzu 2022
(2022/C 118/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0990 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,46 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4402 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,83970 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,6460 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0230 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
144,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,8033 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,213 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
380,92 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,7820 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9490 |
|
TRY |
Lira Turka |
16,2554 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5017 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4024 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,6007 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6053 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4949 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 354,04 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
16,4896 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,9633 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5713 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 696,64 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6098 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,461 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,542 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,5077 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,9524 |
|
INR |
Rupi Indjan |
83,9875 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.