|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
||
|
|
IL-PARLAMENT EWROPEW
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 14 ta’ Settembru 2021 |
|
|
2022/C 117/01 |
||
|
2022/C 117/02 |
||
|
2022/C 117/03 |
||
|
2022/C 117/04 |
||
|
|
Il-Ħamis 16 ta’ Settembru 2021 |
|
|
2022/C 117/05 |
||
|
2022/C 117/06 |
||
|
2022/C 117/07 |
||
|
2022/C 117/08 |
||
|
2022/C 117/09 |
||
|
2022/C 117/10 |
||
|
2022/C 117/11 |
||
|
2022/C 117/12 |
||
|
2022/C 117/13 |
||
|
2022/C 117/14 |
||
|
2022/C 117/15 |
||
|
2022/C 117/16 |
||
|
2022/C 117/17 |
||
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
Il-Ħamis 16 ta’ Settembru 2021 |
|
|
2022/C 117/18 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 14 ta’ Settembru 2021 |
|
|
2022/C 117/19 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 14 ta’ Settembru 2021 |
|
|
2022/C 117/20 |
||
|
2022/C 117/21 |
||
|
2022/C 117/22 |
||
|
2022/C 117/23 |
||
|
|
L-Erbgħa 15 ta’ Settembru 2021 |
|
|
2022/C 117/24 |
||
|
2022/C 117/25 |
||
|
2022/C 117/26 |
||
|
2022/C 117/27 |
||
|
2022/C 117/28 |
||
|
2022/C 117/29 |
||
|
|
Il-Ħamis 16 ta’ Settembru 2021 |
|
|
2022/C 117/30 |
||
|
2022/C 117/31 |
||
|
2022/C 117/32 |
||
|
2022/C 117/33 |
||
|
2022/C 117/34 |
|
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) Emendi tal-Parlament: Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. |
|
MT |
|
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2021–2022
Dati tas-seduti: 13–16 ta' Settembru 2021
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 14 ta’ Settembru 2021
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/2 |
P9_TA(2021)0366
Id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ fl-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2021 dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ fl-UE (2021/2679(RSP))
(2022/C 117/01)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 8, 10, 18 u 21 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), b'mod partikolari l-Artikoli 7, 9, 21, 24(2), 24(3) u 45 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari l-Artikolu 8 dwar id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-Artikolu 14 u l-Protokoll Nru 12 dwar il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea ffirmata f'Turin fit-18 ta' Ottubru 1961, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2239 (2018) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) tal-10 ta' Ottubru 2018 dwar il-ħajja privata u tal-familja: il-kisba tal-ugwaljanza irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2048 (2015) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) tat-22 ta' April 2015 dwar id-diskriminazzjoni kontra l-persuni transġeneru fl-Ewropa (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025” (COM(2020)0698), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2021 dwar il-proklamazzjoni tal-UE bħala Żona ta' Libertà LGBTIQ (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2019 dwar id-diskriminazzjoni pubblika u d-diskors ta' mibegħda kontra persuni LGBTI, inklużi żoni mingħajr LGBTI (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-futur tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI (2019-2024) (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (8), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tal-5 ta' Ġunju 2018 fil-każ Relu Adrian Coman u Oħrajn v Inspectoratul General pentru Imigrări u Ministerul Afacerilor Interne (9) u tat-23 ta' April 2020 fil-każ NH v Associazione Avvocatura per i diritti LGBTI – Rete Lenford (10), u l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott mogħtija fil-15 ta' April 2021 fil-kawża V.M.A. v Stolichna Obsthina, Rayon “Pancharevo” (11), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi Maruko, Römer u Hay tal-QĠUE (12) u s-sentenza Taddeucci & McCall tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) (13), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 227(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi d-drittijiet tal-LGBTIQ huma drittijiet tal-bniedem; |
|
B. |
billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva diversi petizzjonijiet li jqajmu tħassib dwar id-diskriminazzjoni li esperjenzaw persuni LGBTIQ fl-UE b'mod ġenerali u b'mod partikolari koppji tal-istess sess u familji qawsalla; |
|
C. |
billi dawn il-petizzjonijiet jitolbu, minn naħa waħda, li familji qawsalla jiġu ggarantiti l-istess drittijiet tal-familja bħall-familji ta' sess differenti u t-tfal tagħhom fl-Istati Membri kollha, u b'mod partikolari d-dritt għall-moviment liberu fi ħdan l-UE u r-rikonoxximent reċiproku tar-relazzjoni tagħhom u tal-istat ta' ġenitur, u, min-naħa l-oħra, miżuri kontra l-Polonja għall-ksur tal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza u l-libertà ta' espressjoni, inkluż fir-rigward ta' “Karti Reġjonali tad-Drittijiet tal-Familja” u riżoluzzjonijiet li jiddikjaraw muniċipalitajiet u reġjuni mingħajr “ideoloġija LGBTI” (l-hekk imsejħa “żoni ħielsa mil-LGBTI”; |
|
D. |
billi fit-22 ta' Marzu 2021 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet organizza sessjoni ta' ħidma dwar id-drittijiet tal-LGBTI + fl-UE, li matulha ġie ppreżentat l-istudju li d-Dipartiment Tematiku tal-Parlament Ewropew dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali kien ikkummissjona f'isem il-kumitat dwar “Ostakli għall-Moviment Liberu tal-Familji Qawsalla fl-UE”; |
|
E. |
billi l-istudju msemmi hawn fuq jikkonkludi li l-familji qawsalla għadhom iħabbtu wiċċhom ma' ostakli kbar għall-moviment liberu tagħhom fl-UE fl-2021 b'konsegwenzi negattivi għall-interessi tat-tfal tagħhom, u li billi jeżerċitaw il-kompetenza tal-UE fir-rigward tal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jaġixxu biex ineħħu dawn l-ostakoli; billi l-ġenituri transġeneru li d-dokumenti tal-identità tagħhom mhumiex rikonoxxuti wara li jaqsmu fruntiera jistgħu jitilfu r-rabtiet legali kollha ma' wliedhom, u dan iħalli impatt sever fuq l-aħjar interessi tat-tfal; |
|
F. |
billi l-Artikolu 21 tat-TFUE, jistabbilixxi li kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju tal-Istati Membri; |
|
G. |
billi l-Unjoni Ewropea għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni. |
|
H. |
billi d-dritt għal trattament indaqs u għan-nondiskriminazzjoni huwa dritt fundamentali minqux fit-Trattati u fil-Karta u għandu jiġi rispettat bis-sħiħ; billi l-ugwaljanza u l-protezzjoni tal-minoranzi huma fost il-valuri tal-UE minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE li l-UE qed tiżviluppa permezz tal-inizjattivi u l-azzjonijiet tal-“Unjoni tal-Ugwaljanza”; |
|
I. |
billi f'Settembru 2020, il-President tal-Kummissjoni von der Leyen, fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni, enfasizzat li “Jekk int ġenitur f'pajjiż wieħed, int ġenitur f'kull pajjiż”, filwaqt li rreferiet għall-ħtieġa ta' rikonoxximent reċiproku tar-relazzjonijiet familjari fl-UE; |
|
J. |
billi l-Istati Membri kollha impenjaw ruħhom li jonoraw l-obbligi u d-dmirijiet skont id-dritt internazzjonali u t-Trattati tal-UE li jirrispettaw, jiggarantixxu, jipproteġu u jissodisfaw id-drittijiet fundamentali; |
|
K. |
billi filwaqt li l-UE rat progress f'termini ta' żwieġ u unjonijiet ċivili, id-drittijiet ta' adozzjoni għall-persuni LGBTIQ u l-protezzjoni fil-liġi mid-diskriminazzjoni, id-diskors ta' mibegħda u r-reati ta' mibegħda, kien hemm ukoll passi lura, bħal retorika ostili minn politiċi eletti, mewġiet fil-vjolenza omofobika u transfobika u l-proklamazzjoni tal-hekk imsejħa “żoni ħielsa mil-LGBTI”; |
|
L. |
billi l-persuni LGBTIQ għadhom isofru diskriminazzjoni u vjolenza fl-Ewropa; billi r-Rainbow Europe Map tal-2021, l-għodda ta' valutazzjoni komparattiva annwali tal-ILGA-Europe, tiżvela staġnar fuq firxa wiesgħa u kważi totali dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTIQ, b'mod partikolari fir-rigward tar-rikonoxximent tal-leġiżlazzjoni tal-familja madwar l-Ewropa, u li din is-sena ma kien hemm l-ebda bidla legali jew politika waħda li taffettwa b'mod pożittiv lill-persuni LGBTIQ; |
|
M. |
billi fi stħarriġ tal-2019, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) sabet li d-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess kienet qed tiżdied fl-UE. |
|
N. |
billi l-persuni LGBTIQ għadhom iħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni f'xi Stati Membri fir-rigward tal-protezzjoni soċjali, is-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, u l-aċċess għal oġġetti u servizzi oħra li huma disponibbli għall-pubbliku, inkluża l-akkomodazzjoni, kif ukoll il-provvista tagħhom; billi d-direttiva orizzontali dwar in-nondiskriminazzjoni, li tista' telimina parzjalment din id-diskrepanza fil-protezzjoni lil hinn mill-impjieg, ilha imblukkata fil-Kunsill għal aktar minn 10 snin; |
|
O. |
billi mhux l-Istati Membri kollha tal-UE jipprovdu protezzjoni legali għall-persuni LGBTIQ kontra d-diskriminazzjoni; |
|
P. |
billi ma hemm l-ebda regola tal-UE dwar ir-rikonoxximent ta' sentenzi dwar l-istat ta' ġenitur bejn l-Istati Membri u l-ebda dispożizzjoni tal-UE mmirata biex issolvi l-kunflitti f'dan ir-rigward; billi xi Stati Membri ma jirrikonoxxux żwieġ bejn persuni tal-istess sess minn Stat Membru ieħor għal kwalunkwe skop tal-liġi nazzjonali għajr permess ta' residenza; billi xi Stati Membri li jippermettu lill-koppji tal-istess sess jiżżewġu jidhru li mhumiex lesti jirrikonoxxu sħab reġistrati tal-istess sess minn Stati Membri oħra; billi f'xi Stati Membri koppji tal-istess sess bit-tfal jistgħu jiġu rrifjutati li jiġu rikonoxxuti legalment bħala l-ġenituri konġunti ta' wliedhom (14); billi l-ġenituri transġeneru spiss jiġu miċħuda r-rikonoxximent tal-ġeneru legali tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri, u dan iwassal biex l-awtoritajiet tal-fruntieri ma jirrikonoxxuhomx bħala ġenituri ta' wliedhom stess; |
|
1. |
Jilqa' l-ewwel strateġija dwar l-ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 li qatt saret, adottata mill-Kummissjoni Ewropea fit-12 ta' Novembru 2020 (COM(2020)0698), li żewġ azzjonijiet ewlenin tagħha huma inizjattiva leġiżlattiva mmirata lejn il-protezzjoni tad-drittijiet tal-familji qawsalla u aġġornament tal-linji gwida tal-2009 dwar il-moviment liberu sal-2022; |
|
2. |
Jesprimi t-tħassib l-aktar serju tiegħu dwar id-diskriminazzjoni li jsofru l-familji qawsalla u t-tfal tagħhom fl-UE u l-fatt li huma mċaħħda mid-drittijiet tagħhom għal raġunijiet ta' orjentazzjoni sesswali jew identità tal-ġeneru, jew karatteristiċi tas-sess tal-ġenituri jew tas-sħab; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jegħlbu din id-diskriminazzjoni u jneħħu l-ostakli li jiffaċċjaw meta jeżerċitaw id-dritt fundamentali għal-libertà ta' moviment fi ħdan l-UE; |
|
3. |
Jissottolinja l-ħtieġa li ssir ħidma lejn it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet fundamentali mill-persuni LGBTIQ fl-Istati Membri kollha tal-UE u jfakkar li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għalhekk għandhom id-dmir li jiddefenduhom u jipproteġuhom f'konformità mat-Trattati u l-Karta, kif ukoll mad-dritt internazzjonali; |
|
4. |
Jinsisti li l-UE jeħtieġ li tieħu approċċ komuni għar-rikonoxximent taż-żwiġijiet u s-sħubijiet bejn persuni tal-istess sess; jistieden lill-Istati Membri biex b'mod speċifiku jintroduċu leġiżlazzjoni rilevanti biex jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-dritt għall-ħajja privata u tal-familja mingħajr diskriminazzjoni u l-moviment liberu tal-familji kollha, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-ġeneru legali tal-ġenituri transġeneru; |
|
5. |
Ifakkar li d-dritt tal-UE jipprevali fuq kwalunkwe tip ta' liġi nazzjonali, inkluż fuq dispożizzjonijiet kostituzzjonali konfliġġenti, u li għalhekk, l-Istati Membri ma jistgħu jinvokaw ebda projbizzjoni kostituzzjonali fuq żwieġ bejn persuni tal-istess sess jew protezzjoni kostituzzjonali ta' “morali” jew “ordni pubbliku” sabiex jostakolaw id-dritt fundamentali għall-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-UE bi ksur tad-drittijiet tal-familji qawsalla li jiċċaqilqu lejn it-territorju tagħhom; |
|
6. |
Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-fatt li l-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament indaqs bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (15), li tnediet fit-2 ta' Lulju 2008, għadha ma ġietx adottata. jistieden lill-Kunsill biex japprovaha. jissottolinja li dan l-imblukkar jibgħat messaġġ żbaljat mill-istituzzjonijiet tal-UE, jiġifieri li dawn jagħlqu għajnejhom għad-diskriminazzjoni serja li sseħħ fl-Istati Membri tal-UE, u jippermettu l-persistenza tagħha; |
|
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri kollha tal-UE jirrispettaw il-kontinwità fil-liġi fir-rigward tar-relazzjonijiet familjali tal-membri tal-familji qawsalla li jiċċaqilqu lejn it-territorju tagħhom minn Stat Membru ieħor, tal-inqas fiċ-ċirkostanzi kollha li fihom dan huwa meħtieġ skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni li tirrikjedi li l-Istati Membri kollha jirrikonoxxu, għall-finijiet tal-liġi nazzjonali, l-adulti msemmija fiċ-ċertifikat tat-twelid maħruġ fi Stat Membru ieħor bħala l-ġenituri legali tal-wild, irrispettivament mis-sess legali jew l-istat ċivili tal-adulti, u li tirrikjedi li l-Istati Membri kollha jirrikonoxxu, għall-finijiet tal-liġi nazzjonali, iż-żwiġijiet jew is-sħubijiet reġistrati ffurmati fi Stat Membru ieħor, fis-sitwazzjonijiet kollha li fihom il-konjuġi jew is-sħab reġistrati jkollhom dritt għal trattament indaqs skont il-ġurisprudenza tal-QEDB; jenfasizza l-importanza tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tat-twelid fl-Istati Membri kollha irrispettivament mis-sess tal-ġenituri, peress li dan jiżgura li l-ulied ma jsirux apolidi meta jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor; |
|
9. |
Jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni li tipproponi inizjattiva leġiżlattiva bil-għan li testendi l-lista ta' “reati tal-UE” għar-reati ta' mibegħda u d-diskors ta' mibegħda, inkluż meta jkunu immirati lejn persuni LGBTIQ, kif ukoll il-proposta dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-istat ta' ġenitur u miżuri possibbli biex jiġi appoġġjat ir-rikonoxximent reċiproku ta' sħubija bejn persuni tal-istess sess bejn l-Istati Membri; jistieden lill-presidenzi tal-Kunsill li ġejjin biex jagħmlu dawn il-kwistjonijiet prijoritajiet fl-aġendi tagħhom; |
|
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri konkreti biex tiżgura l-libertà ta' moviment għall-familji kollha, inklużi l-familji qawsalla, f'konformità mas-sentenza fil-każ Coman & Hamilton (16), li tiddikjara li t-terminu “konjuġi” kif użat fid-Direttiva dwar il-Moviment Liberu huwa applikabbli wkoll għas-sħab tal-istess sess; jitlob li l-Kummissjoni teżamina jekk l-Istati Membri jikkonformawx mas-sentenza Coman & Hamilton u tieħu azzjoni ta' infurzar skont l-Artikolu 258 tat-TFUE kontra dawk li ma jikkonformawx; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni ta' infurzar kontra r-Rumanija minħabba n-nuqqas kontinwu tagħha li tikkonforma ma' din is-sentenza u n-nuqqas ta' rimedju legali li ġiegħel lill-kwerelant jirrikorri għall-QEDB għal rimedju; |
|
11. |
Jitlob li l-Kummissjoni tinkludi fil-linji gwida futuri tagħha dwar il-moviment liberu kjarifika biex tiżgura li d-Direttiva 2000/78/KE tinqara, fid-dawl tas-sentenzi Maruko, Römer, u Hay tal-QĠUE u s-sentenza Taddeucci & McCall tal-QEDB, bħala li tirrikjedi lill-Istati Membri jipprojbixxu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra koppji tal-istess sess fl-impjieg, fit-taħriġ vokazzjonali, jew fi kwalunkwe qasam ieħor fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni materjali tad-direttiva; |
|
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għar-rieżami tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2004/38/KE, b'mod partikolari biex titneħħa l-kundizzjoni “jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti tikkonsidra bħala ugwali għal żwieġ l-unjonijiet reġistrati” sabiex tikkonforma mal-Artikolu 21 tal-Karta; |
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fil-linji gwida futuri tagħha dwar il-moviment liberu, tiżgura l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar il-moviment liberu, tħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod konsistenti d-Direttiva 2004/38/KE mingħajr diskriminazzjoni bejn il-benefiċjarji tad-direttiva, bħal koppji ta' sess differenti u tal-istess sess, biex tiċċara li kwalunkwe referenza għal “sieħeb”, “ġenitur”, “wild”, “dixxendent dirett”, jew “qarib dirett fil-linja axxendenti”, għandha tinkludi familji qawsalla, sabiex tiżgura li, meta jeżerċitaw id-drittijiet ta' moviment liberu tal-UE, huma jgawdu l-istess drittijiet ta' riunifikazzjoni tal-familja skont id-dritt tal-UE bħall-familji ffundati minn koppji ta' sess oppost u tiżgura li l-valutazzjoni taċ-ċirkostanzi personali tal-koppja mwettqa mill-Istati Membri għall-finijiet tal-“iffaċilitar” tal-ammissjoni tas-sieħeb mhux reġistrat taċ-ċittadin tal-Unjoni fit-territorju tagħhom ikun ħieles mid-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali; |
|
14. |
Jitlob li l-Kummissjoni tindirizza d-diskriminazzjoni mġarrba mill-komunità LGBTIQ fil-Polonja u fl-Ungerija sabiex tħeġġeġ lill-Istati Membri japplikaw b'mod korrett u jirrispettaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-Kunsill jerġa' jibda d-diskussjonijiet dwar il-proċedimenti kontra l-Polonja u l-Ungerija skont l-Artikolu 7 tat-TUE, inkluż dwar id-drittijiet tal-LGBTIQ; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-għodod disponibbli għaliha, biex tindirizza r-riskju ċar ta' ksur serju mill-Polonja u l-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, b'mod partikolari proċeduri ta' ksur imħaffa u applikazzjonijiet għal miżuri interim quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll għodod baġitarji; jistieden lill-Kummissjoni tkompli żżomm lill-Parlament infurmat regolarment u involut mill-qrib; |
|
15. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Ir-Riżoluzzjoni 2239 (2018) PACE.
(2) Ir-Riżoluzzjoni 2048 (2015) PACE.
(3) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(4) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(5) Testi adottati, P9_TA(2021)0089.
(6) ĠU C 255, 29.6.2021, p. 7.
(7) ĠU C 449, 23.12.2020, p. 146.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0225.
(9) Il-każ C 673/16, Coman, EU:C:218:385.
(10) Il-każ C-507/18, NH, EU:C:2020:289.
(11) Il-każ C-490/20, V.M.A, EU:C:2021:296.
(12) Il-Każ C-267/06, Maruko, EU:C:2008:179; il-Każ C-147/08, Römer, EU:C:2011:286; il-Każ C-267/12, Hay, EU:C:2013:823.
(13) QEDB Taddeucci u McCall vs L-Italja, Nru 51361/09.
(14) “Obstacles to the Free Movement of Rainbow Families in the EU” (Ostakli għall-Moviment Liberu ta' Familji Qawsalla fl-UE), studju kkummissjonat mid-Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew fuq talba tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, 2021. Obstacles to the Free Movement of Rainbow Families in the EU (europa.eu).
(15) COM(2008)0426.
(16) Is-Sentenza tal-5 ta' Ġunju 2018, Conan, C-673/16, EU:C:2013:385.
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/7 |
P9_TA(2021)0367
Lejn trasport fl-ilmijiet navigabbli interni adegwat għall-eżiġenzi futuri fl-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2021 Lejn Trasport fl-Ilmijiet Navigabbli Interni (IWT) adegwat għall-eżiġenzi futuri fl-Ewropa (2021/2015(INI))
(2022/C 117/02)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2021 intitolat “Evaluation of Directive 2005/44/EC on Harmonised River Information Services (RIS)” (Evalwazzjoni tad-Direttiva 2005/44/KE dwar Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS)) (SWD(2021)0050), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2021 intitolat “Evaluation of the 2013 Urban Mobility Package” (Evalwazzjoni tal-Pakkett dwar il-Mobilità Urbana tal-2013) (SWD(2021)0047), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2020 intitolata “Strateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur” (COM(2020)0789) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha (SWD(2020)0331), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2018 intitolat “Mid-term progress report on the implementation of the NAIADES II action programme for the promotion of inland waterway transport (covering the period 2014-2017)” (Rapport ta' progress ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni NAIADES II għall-promozzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (li jkopri l-perjodu 2014-2017)) (SWD(2018)0428), |
|
— |
wara li kkunsidra l-white paper tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2011 intitolata “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” (COM(2011)0144), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (3), u r-reviżjoni futura tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport (4) (ir-Regolament TEN-T), u r-reviżjoni futura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat ta' prodotti bejn Stati Membri (5), u r-reviżjoni futura tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar is-servizzi armonizzati ta' informazzjoni tax-xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2020 dwar konsiderazzjonijiet ta' politika għal pjan ta' kontinġenza għal pandemiji u kriżijiet kbar oħra għas-settur tat-trasport tal-merkanzija Ewropew, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2020 dwar is-Settur tat-Trasport fuq l-Ilma tal-UE – Prospettiva futura: lejn settur tat-trasport fuq l-ilma tal-UE b'livell newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, l-ebda aċċident, awtomatizzat u kompetittiv, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2018 dwar it-trasport bin-navigazzjoni interna – “Naraw il-potenzjal tiegħu u nippromwovuh”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2021 dwar miżuri tekniċi u operattivi għal trasport marittimu aktar effiċjenti u aktar nadif (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2019 dwar NAIADES II – Programm ta' azzjoni biex jappoġġja t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 dwar l-isfruttament tal-potenzjal tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0231/2021), |
|
A. |
billi s-settur tat-trasport fuq l-ilma tal-UE, inkluż it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, huwa ta' interess strateġiku għall-integrità tal-provvista tagħha u għall-kompetittività tal-portijiet tagħha; billi 75 % tan-navigazzjoni fl-ilmijiet interni sseħħ bejn pajjiż u ieħor u għaldaqstant il-koordinazzjoni hija essenzjali għas-suq uniku; |
|
B. |
billi l-pajjiżi Ewropej għandhom varjetà ta' ilmijiet navigabbli kbar u żgħar u flotot differenti ta' bastimenti interni, li jagħmlu t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni konvenjenti ħafna u utli għat-trasport ta' tipi differenti u kwantitajiet kbar ta' merkanzija lejn destinazzjonijiet differenti fuq l-ilma; |
|
C. |
billi t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni huwa pilastru essenzjali fil-bidla lejn trasport multimodali sostenibbli, iżda fl-istess waqt qiegħed jiffaċċja sfidi konsiderevoli; billi l-ilmijiet navigabbli interni attwalment jirrappreżentaw sehem żgħir ħafna mit-trasport tal-merkanzija fl-UE (6,1 %), filwaqt li t-toroq għandhom sehem ta' 76,3 % u l-ferroviji għandhom 17,6 %; billi s-sehem modali attwali tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni huwa żgħir wisq u hija meħtieġa żieda qawwija biex titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq, tissaħħaħ is-sikurezza, jitnaqqsu l-emissjonijiet u tiġi żgurata sistema tat-trasport aktar sostenibbli b'mod ġenerali; billi hija meħtieġa azzjoni ulterjuri b'mod urġenti biex jinkiseb l-objettiv li parti sostanzjali mis-76,3 % tal-merkanzija interna li llum tinġarr bit-triq, tiġi trasferita għal fuq il-ferroviji u fl-ilmijiet navigabbli interni; billi huwa kruċjali f'dan ir-rigward li jkun hemm rabta bejn swieq ċirkolari u tal-enerġija sostenibbli ġodda u t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni; |
|
D. |
billi l-iżvilupp ulterjuri tas-settur tal-ilmijiet navigabbli interni huwa ġebla tax-xewka għall-bini ta' network tat-trasport Ewropew intelliġenti, sostenibbli u kompetittiv; billi n-navigabilità attwali tal-ilmijiet navigabbli tal-Ewropa hija frammentata u l-bidla modali hija mxekkla minn konġestjonijiet, konnessjonijiet neqsin u nuqqas ta' affidabilità tal-ilmijiet navigabbli interni li jiċċirkolaw b'mod liberu; billi l-ilmijiet navigabbli interni, bħala wieħed mill-aktar modi ta' trasport favur l-ambjent b'potenzjal ulterjuri li fil-biċċa l-kbira ma ġiex sfruttat biex jiġu ttrasportati ammonti sostanzjali ta' merkanzija madwar l-Unjoni Ewropea, jista' jkollhom rwol fundamentali biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-UE; |
|
E. |
billi s-sehem totali tal-merkanzija transfruntiera trasportata fl-ilmijiet navigabbli interni tagħna huwa 54 % fuq il-kuritur tar-Renu-Alpin, 35 % fuq il-kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana-il-Mediterran u 38 % fuq il-kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana-il-Baltiku; billi huwa importanti li tiġi avvanzata t-tlestija tan-network ewlieni tal-ilmijiet navigabbli interni tat-TEN-T kif ukoll il-konnessjonijiet man-network komprensiv; |
|
F. |
billi t-traffiku fuq l-ilmijiet navigabbli Ewropej jiddependi fuq konnessjonijiet transfruntiera bla xkiel, u dan jagħmel it-tlestija tan-networks ewlenin tat-TEN-T sal-2030 kwistjoni tal-akbar importanza; |
|
G. |
billi l-white paper tal-Kummissjoni dwar it-trasport, li ilha ppubblikata mill-2011, enfasizzat il-fatt li s-sehem modali tal-ilmijiet navigabbli interni fl-Ewropa jeħtieġ li jiżdied u billi minn dak iż-żmien 'l hawn ma nkisibx biżżejjed progress; |
|
H. |
billi l-fehma prevalenti fis-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni hija li l-ekoloġizzazzjoni hija kruċjali biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tas-settur u tippermetti li jkollu rwol sinifikanti, affidabbli u kredibbli fil-bidla multimodali; billi bħalissa għaddejja riflessjoni vasta dwar kif għandha tiġi ffinanzjata din it-tranżizzjoni ekoloġika fis-settur; billi wasal iż-żmien biex aktar miżuri, għodod u mezzi konkreti jgħinu t-tqegħid fil-prattika ta' din l-ambizzjoni; |
|
I. |
billi investimenti infrastrutturali insuffiċjenti wasslu biex ix-xogħol waqa' lura; billi l-infrastruttura kwalitattiva hija l-bażi u s-sinsla ta' settur tal-ilmijiet navigabbli interni li jirnexxi; billi ż-żieda fil-kapaċità għandha l-limiti tagħha u l-enfasi għandha tkun ukoll fuq iż-żieda fil-prestazzjoni u l-iżgurar ta' affidabilità tas-settur f'kull mument; |
|
J. |
billi sehem sostanzjali mit-trasport tal-merkanzija fl-ilmijiet navigabbli interni tal-UE huwa relatat mal-portijiet marittimi; billi kemm il-portijiet tal-baħar kif ukoll dawk interni għandhom rwol importanti bħala ċentri multimodali, u jipprovdu konnessjonijiet ma' modi oħra ta' trasport li jistgħu wkoll jieħdu tagħbijiet tal-merkanzija; billi għaldaqstant huwa importanti u rikjest mil-linji gwida tat-TEN-T li l-portijiet tal-baħar u dawk interni għandhom ikunu konnessi sew flimkien u għandu jkollhom konnessjonijiet tajbin maż-żoni interni tal-pajjiż; jinnota li l-portijiet interni għandhom isiru ċentri tal-enerġija għal fjuwils alternattivi sostenibbli; |
|
K. |
billi n-nixfa u t-tibdil fil-klima huma tnejn mill-problemi maġġuri li t-trasport Ewropew fl-ilmijiet navigabbli interni qiegħed jiffaċċja; billi f'diversi reġjuni Ewropej, it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni ntlaqat ħażin ħafna mill-perjodu twil ta' nixfa fl-2018 minħabba l-livelli estremament baxxi tal-ilma; billi l-konsegwenzi kienu devastanti għar-Renu u t-tributarji tagħha, id-Danubju ta' Fuq u tan-Nofs u l-Elbe ta' Fuq u tan-Nofs; billi fil-Ġermanja dan wassal għal tnaqqis ta' EUR 5 biljun fil-produzzjoni industrijali; billi, barra minn hekk, iż-żoni tal-ilmijiet navigabbli interni fit-Tramuntana tal-Ewropa għandhom it-tendenza li jiffriżaw matul ix-xhur tax-xitwa li jkunu l-aktar severi, u dan ifixkel it-traffiku; |
|
L. |
billi l-bidla modali mit-triq għall-ilmijiet navigabbli interni ma tikkonċernax biss it-trasport tal-merkanzija iżda wkoll dak tal-passiġġieri, speċjalment f'żoni urbani; billi 50 % tal-popolazzjoni tal-UE tgħix qrib il-baħar u tul ix-xmajjar, it-trasport tal-passiġġieri fl-ilmijiet navigabbli interni joffri alternattiva favur l-ambjent f'termini kemm tal-konsum tal-enerġija kif ukoll tal-emissjonijiet tal-istorbju; billi dan jgħin ukoll biex titnaqqas il-konġestjoni tan-networks tat-toroq mgħobbija żżejjed u jipprovdi alternattiva għall-espansjoni tal-infrastruttura tat-toroq f'żoni b'densità għolja tal-popolazzjoni; |
|
M. |
billi l-kruċieri tax-xmajjar, il-bastiment ta' vjaġġi ta' ġurnata, il-laneċ, it-taxis tal-ilma u x-shuttles tal-ilma għandhom rwol importanti fit-turiżmu Ewropew u għandhom isiru għażla aktar nadifa għat-turiżmu u t-trasport pubbliku fir-reġjuni u l-bliet bi xmajjar, kanali u lagi aċċessibbli u navigabbli, li jagħmel ukoll il-mobilità urbana aktar sostenibbli u effettiva; billi dan għandu jiġi kkunsidrat fl-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti; |
|
N. |
billi, flimkien mal-ferroviji, it-trasport tal-merkanzija fl-ilmijiet navigabbli interni ser ikollu rwol kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku f'termini tal-bidla modali fit-trasport tal-merkanzija; billi ż-żewġ modi fil-ktajjen tal-provvista għandhom jiġu integrati u jsiru aktar aċċessibbli; |
|
O. |
billi t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni jista' jkollu rwol importanti għat-trasport marittimu f'termini tat-tisħiħ tad-diġitalizzazzjoni u l-ħolqien ta' skala fir-rigward ta' soluzzjonijiet ta' propulsjoni b'emissjonijiet żero, bħall-elettrifikazzjoni u l-idroġenu; |
|
P. |
billi l-proċeduri biex jinkiseb ċertifikat għal bastiment li jaħdem bl-idroġenu għadhom twal ħafna; billi għal serje ta' bastimenti li jaħdmu bl-idroġenu bl-istess karatteristiċi tekniċi eżatti, iridu jiġu ppreżentati applikazzjonijiet għal kull bastiment; billi dan it-tip ta' piż amministrattiv jiskoraġġixxi l-investiment privat u b'hekk joħnoq il-progress teknoloġiku u t-titjib tal-kosteffiċjenza; |
|
Q. |
billi t-tranżizzjoni tal-enerġija hija wkoll sfida għas-settur tan-navigazzjoni interna minkejja li l-ilmijiet navigabbli huma wieħed mill-aktar modi ta' trasport favur l-ambjent; billi huwa importanti li jitqies ir-rwol tal-kuntratturi fil-katina tal-provvista kollha biex jittejjeb l-argument kummerċjali favur investimenti sostenibbli fis-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni; |
|
R. |
billi l-flotta fl-ilmijiet navigabbli interni jeħtieġ li tiġi modernizzata u adattata biex tirrifletti l-progress tekniku biex tkompli tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-bastimenti; billi t-teknoloġiji b'emissjonijiet żero għadhom mhumiex vijabbli fuq skala kbira fis-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni minħabba maturità teknika baxxa, nuqqas ta' infrastruttura u prezzijiet mhux kompetittivi; |
|
S. |
billi s-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni żgura d-distribuzzjoni kontinwa ta' oġġetti essenzjali matul il-pandemija tal-COVID-19, u ċerti partijiet tiegħu saħansitra esperjenzaw l-ogħla livelli fit-traffiku, li b'hekk wera l-flessibilità u r-reżiljenza tiegħu; |
Bidla modali fil-merkanzija: mit-toroq għall-ilmijiet navigabbli interni
|
1. |
Jappella lill-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva dwar it-tmexxija ekoloġika, effiċjenti u diġitali u tibni fuq programmi eżistenti bħal NAIADES, li għandhom jappoġġjaw u jinċentivaw lill-partijiet ikkonċernati kollha fis-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli kif ukoll modi oħra tat-trasport, b'mod partikolari l-ferroviji, biex jaħdmu flimkien lejn futur sostenibbli u soċjali, filwaqt li jappoġġjaw l-intraprenditorija, il-protezzjoni tal-ħaddiema u l-kompetittività tas-settur fl-intier tiegħu; jenfasizza li l-ilmijiet navigabbli interni huma mod ta' trasport eċċellenti għall-prodotti bażiċi li joriġinaw minn swieq ġodda tal-ekonomija ċirkolari u li l-koordinazzjoni tal-politiki tat-trasport, ambjentali u industrijali hija kruċjali biex jinħatfu dawn l-opportunitajiet; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu aħjar il-fatt li dawk li joperaw fis-settur tal-ilmijiet navigabbli interni spiss huma familji bit-tfal abbord u jinvestu f'faċilitajiet adegwati u regolari tul ir-rotot tal-ilmijiet navigabbli biex jipprovdu kundizzjonijiet ta' għajxien deċenti matul il-vjaġġ; |
|
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposti għal qafas regolatorju u ta' governanza f'konformità mal-programm ta' azzjoni NAIADES li jmiss, li jiżgura armonizzazzjoni u standardizzazzjoni fil-livell tal-UE għall-kwalità tan-navigabilità, il-bastimenti u l-kwalifiki tal-ekwipaġġi; jindika li dan il-qafas għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-investimenti, il-programmi ta' azzjoni u d-diversi korpi involuti fl-iżvilupp tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, inklużi l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, l-aġenziji tal-UE, il-koordinaturi tat-TEN-T, il-kummissjonijiet tax-xmajjar u l-kumitati tal-istandardizzazzjoni; jenfasizza l-opportunità li tiġi mfassla bidla modali potenzjali fit-trasport ta' merkanzija lejn l-ilmijiet navigabbli interni permezz tal-programm ta' azzjoni NAIADES III; jenfasizza li din il-bidla modali u koordinazzjoni aħjar bejn il-politiki industrijali u tat-trasport jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, li jirrikjedi li kważi s-setturi industrijali kollha jgħaddu minn trasformazzjoni sostenibbli u ċirkolari; |
|
4. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni espressa fl-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti li tittrasferixxi aktar merkanzija mit-toroq għall-ilmijiet navigabbli interni u t-trasport marittimu fuq distanzi qosra, inkluż it-trasport tal-merkanzija reġjonali, urban u interurban; jisħaq, madankollu, fuq il-potenzjal konsiderevoli mhux sfruttat u l-ambitu għall-espansjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni; jitlob lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex regolarment tevalwa u żżid l-ambizzjonijiet tagħha għall-għanijiet tal-bidla modali tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u biex tikseb il-benefiċċji tas-settur; jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tappoġġja l-użu tal-aħjar prattiki fl-integrazzjoni tas-servizzi tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni f'katini ta' loġistika multimodali; jisħaq li huma meħtieġa investimenti f'disinji ta' vapuri aktar flessibbli u innovattivi u fl-ekoloġizzazzjoni tal-flotta eżistenti tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, fl-iżvilupp inter alia ta' vapuri adattati għax-xmajjar u soluzzjonijiet oħra maturi u sostenibbli biex tiġi pprovduta alternattiva aktar kompetittiva u sostenibbli għat-trasport bit-triq; |
|
5. |
Jisħaq li aktar investiment u investiment regolari fl-espansjoni, l-aġġornament u t-titjib tal-infrastruttura fiżika u diġitali tal-ilmijiet navigabbli interni, bħal imgħalaq, pontijiet u l-introduzzjoni interoperabbli ta' teknoloġiji diġitali bejn il-fruntieri, huwa essenzjali biex tingħata spinta lill-kompetittività tas-settur, biex jiġi evitat it-tnaqqis fl-importanza tiegħu, biex jitjiebu l-prestazzjoni, l-affidabilità u l-prevedibilità fit-tul tiegħu bejn il-fruntieri, biex tkun possibbli navigabilità ta' kwalità u biex tiġi ffaċilitata l-bidla modali, filwaqt li jiġu rrispettati l-kwistjonijiet relatati mal-bijodiversità u l-liġi ambjentali applikabbli, bħad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (11) u d-Direttivi dwar in-Natura (12); jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri, b'attenzjoni partikolari li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-fawna u l-flora fi proġetti ta' infrastruttura; |
|
6. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligu tagħhom li jlestu n-network ewlieni tat-TEN-T tal-ilmijiet navigabbli interni sal-2030 u jistieden lill-Kummissjoni u lill-koordinaturi tat-TEN-T biex isaħħu s-sorveljanza tagħhom f'dan ir-rigward; jistieden lill-Istati Membri jeliminaw il-konnessjonijiet neqsin, jindirizzaw il-konġestjonijiet u jippromwovu infrastruttura fiżika u diġitali ta' kwalità; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jiżdiedu l-investimenti f'infrastruttura multimodali adegwata fil-portijiet u l-konnessjonijiet maż-żoni interni tal-portijiet interni, bħal konnessjonijiet ferrovjarji u terminals mingħajr xkiel, u li tiżdied il-kapaċità tal-ħżin tagħhom biex jiġi ffaċilitat it-trasport multimodali kompetittiv fl-Ewropa flimkien mat-titjib tal-prestazzjoni tal-katina tal-provvista tagħhom; |
|
7. |
Iqis li huwa meħtieġ li jiġi introdott approċċ ta' network fuq żewġ livelli, billi n-network ewlieni eżistenti tal-ilmijiet navigabbli interni jiġu kkomplementati b'network komprensiv ta' ilmijiet navigabbli interni, biex jingħata spinta t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni; jirrimarka li l-ilmijiet navigabbli interni li huma konnessi ma' portijiet tal-baħar u li m'għandhomx status ta' klassi IV iżda għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-esternalitajiet ambjentali negattivi, inkluż il-konġestjoni tat-toroq, għandhom jiġu kkunsidrati għan-network komprensiv; jisħaq fuq il-ħtieġa, għaldaqstant, li n-network TEN-T jiġi estiż biex jinkorpora sezzjonijiet ġodda ta' ilmijiet navigabbli interni fin-networks ewlenin u komprensivi biex jiġu stabbiliti ċentri tat-trasport multimodali ġodda; |
|
8. |
Iqis li huwa importanti li jiġi rikonoxxut il-potenzjal mhux sfruttat tal-ilmijiet navigabbli iżgħar biex tissaħħaħ il-kompetizzjoni diretta mat-trasport bit-triq, billi jiġi żgurat network dettaljat, komprensiv u kumpless li jinżamm aġġornat u navigabbli; jistieden lill-Kummissjoni biex fit-tranżizzjoni diġitali tagħti prijorità kemm lill-ilmijiet navigabbli kbar kif ukoll lill-ilmijiet navigabbli iżgħar; |
|
9. |
Jissottolinja l-potenzjal sinifikanti tar-riabilitazzjoni tal-ilmijiet navigabbli u l-kanali ta' konnessjoni, speċjalment f'reġjuni li għal għexieren ta' snin sofrew minn investiment insuffiċjenti fl-infrastruttura tal-ilmijiet navigabbli interni; |
|
10. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jkunu impenjati fil-proċess tal-ippjanar multidixxiplinari għal proġetti ta' navigazzjoni u miżuri ta' manutenzjoni biex jitfasslu soluzzjonijiet aċċettati b'mod komuni skont il-leġiżlazzjoni tal-UE; |
|
11. |
Jinnota li t-trasport fl-ilmijiet navigabbli jeħtieġ network ta' infrastruttura aktar effettiva, affidabbli, sikura u reżiljenti għat-tibdil fil-klima biex tiġi indirizzata aħjar il-problema tal-għargħar u l-livelli baxxi tal-ilma, li se tiggrava minħabba l-effetti tat-tibdil fil-klima; jiddeplora l-fatt li l-problemi li jaffettwaw is-settur tal-ilmijiet navigabbli interni, ikkawżati mill-għargħar u l-livelli baxxi tal-ilma, ma tqisux kif dovut u li huwa kruċjali li tiġi żgurata n-navigabilità; jisħaq fuq il-ħtieġa, għaldaqstant, li tittieħed azzjoni koerenti, bħall-adattament tal-flotot, inkluż it-tip ta' bastimenti, il-kwantità tal-flotta u l-kapaċità ta' riżerva, l-ottimizzazzjoni tad-disinn tal-bastimenti, filwaqt li titqies il-versatilità tal-bastimenti tal-ilmijiet navigabbli interni, jiġu żgurati ġestjoni u żvilupp aħjar tal-infrastruttura, tiġi pprovduta informazzjoni aktar preċiża dwar il-livelli tal-ilma u t-tbassir, ikun hemm kooperazzjoni mal-ferroviji waqt perjodi ta' ilma baxx, jiġu mfassla kuntratti ta' kiri għal perjodu ta' żmien speċifiku għal bastimenti li jistgħu joperaw matul perjodi tal-marea baxxa, jiġu implimentati għodod diġitali u tiżdied l-kapaċità ta' ħżin fil-portijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu pjanijiet ta' azzjoni għall-ġlieda kontra l-livelli baxxi tal-ilma u jisħaq fuq il-bżonn ta' koordinazzjoni għal dan il-għan; |
|
12. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-użu ta' data u servizzi spazjali għas-servizzi tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni biex jiġi żgurat settur aktar sikur, sostenibbli, effiċjenti u kompetittiv; iqis, b'mod partikolari, li servizzi ġodda fil-programmi Galileo u Copernicus u s-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) għandhom jiġu inklużi fir-rieżami tad-Direttiva ITS (13) u inizjattivi leġiżlattivi oħra dwar il-mobilità intelliġenti; |
Ekoloġizzazzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni
|
13. |
Jenfasizza l-importanza li tiġi indirizzata t-tranżizzjoni tal-enerġija b'mod kosteffiċjenti u aċċessibbli, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-firxa diversa fit-tipi ta' bastimenti, billi jiżdiedu malajr id-disponibilità u l-introduzzjoni ta' taħlita eteroġena ta' fjuwils alternattivi nodfa, infrastruttura ta' fjuwils alternattivi u metodi ta' propulsjoni għat-trasport marittimu b'approċċ ta' network u f'konformità mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika; jirrikonoxxi, barra minn hekk, l-użu tal-għażliet kollha li jistgħu jintużaw faċilment biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tan-navigazzjoni interna, inkluż it-tranżizzjoni bejn il-fjuwils u s-sistemi tranżizzjonali; jenfasizza, għal darb'oħra, li tranżizzjoni enerġetika fin-navigazzjoni interna hija essenzjali biex tinkiseb l-aġenda newtrali għall-klima sal-2050; |
|
14. |
Jindika li hemm nuqqas ta' soluzzjonijiet newtrali għall-klima li huma lesti għas-suq u li l-awtoritajiet għandhom għaldaqstant ikunu intitolati għal finanzjament għall-bini tal-kapaċitajiet biex jgħinu lis-settur jikseb aċċess għall-finanzjament u jappoġġawh fi triqtu lejn in-newtralità klimatika; jenfasizza l-importanza li jingħata aktar inċentiv għall-proġetti ta' riċerka u żvilupp għall-fjuwils u t-teknoloġiji li jnaqqsu b'mod konsiderevoli l-impatt fuq il-klima u l-ambjent biex il-flotot jiżdiedu malajr u jinbnew ktajjen ta' provvista u ekonomiji ta' skala; jirrikonoxxi l-potenzjal li s-settur tal-ilmijiet navigabbli interni jaġixxi bħala riżorsa tal-ittestjar u katalizzatur għal effetti konsegwenzjali pożittivi fis-settur tat-trasport marittimu; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tiżviluppa pjan direzzjonali realistiku biex is-sustanzi niġġiesa u l-emissjonijiet ta' gassijiet serra jkomplu jitnaqqsu b'tali mod li s-settur li jopera fl-ilmijiet navigabbli interni jkun dekarbonizzat, filwaqt li jitħarsu l-kompetittività, l-affidabilità u s-sikurezza; |
|
15. |
Jissottolinja r-rwol partikolari li l-ilmijiet navigabbli interni għandu jkollhom fl-Istrateġija tal-UE dwar l-Idroġenu, kemm f'termini ta' alimentazzjoni nadifa tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni kif ukoll għall-importanza kruċjali tal-ilmijiet navigabbli interni u l-portijiet tagħhom għad-distribuzzjoni nadifa u effiċjenti tal-idroġenu tul in-networks tat-trasport u r-raggruppamenti tal-industrija tal-UE; |
|
16. |
Jenfasizza li alternattivi li jnaqqsu b'mod konsiderevoli l-impatt fuq il-klima u l-ambjent għandhom isiru disponibbli b'mod mifrux, aktar ekonomikament aċċessibbli u finanzjarjament attraenti fil-konfront ta' propulsjonijiet konvenzjonali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi aċċelerat l-użu ta' dawn l-alternattivi billi, pereżempju, jiġi żgurat perċentwal realistiku ta' taħlit ibbażat fuq valutazzjoni tal-impatt li tkopri analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils u skont il-kriterji ta' sostenibilità tal-UE, kif ukoll permezz ta' stabilità regolatorja u appoġġ finanzjarju, inkluż l-għoti ta' inċentivi fiskali mill-Istati Membri; iqis, barra minn hekk, li l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li jistabbilixxu rata ta' taxxa dekrexxenti jew rata ta' taxxa żero għall-użu ta' elettriku minn fuq l-art u soluzzjonijiet sostenibbli oħra; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tappoġġja u tinċentiva b'mod sostanzjali l-użu tal-istrumenti finanzjarji rilevanti għall-adozzjoni ta' fjuwils u teknoloġiji alternattivi sostenibbli; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilità li tfassal skema tal-UE ta' tikkettar tal-emissjonijiet għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, li tipprovdi informazzjoni faċilment disponibbli dwar il-prestazzjoni enerġetika tal-bastimenti, tippromwovi l-effiċjenza enerġetika u toħloq ambjent stabbli għad-deċiżjonijiet ta' investiment u li għandha twassal għal argument kummerċjali vijabbli u redditu fuq l-investiment għall-ispedituri; jenfasizza li l-mira ta' din l-iskema trid tkun li l-emissjonijiet jitnaqqsu b'mod effettiv u li s-settur jingħata għajnuna permezz ta' aċċess aħjar għal finanzjament, self u garanziji bbażati fuq il-prestazzjoni tal-emissjonijiet tiegħu, jitjieb il-monitoraġġ tal-emissjonijiet, jinħolqu benefiċċji bl-għoti ta' inċentivi lill-awtoritajiet portwarji biex jagħmlu distinzjoni bejn in-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet, u b'hekk fl-aħħar mill-aħħar is-settur kollu kemm hu jsir aktar attraenti; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida prattika u sett ta' għodod dwar il-fjuwils sostenibbli u l-possibilitajiet teknoloġiċi għall-bastimenti tal-ilmijiet navigabbli interni u tal-baħar fuq distanzi qosra b'appoġġ għas-sidien tal-bastimenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom; jenfasizza li l-enfasi għandha tkun fuq it-tipi ta' bastimenti tal-ilmijiet navigabbli interni u dawk tal-baħar fuq distanzi qosra minħabba l-karatteristiċi tekniċi simili tagħhom; |
|
18. |
Jindika li l-kostruzzjoni modulari tal-bastimenti tipprovdi flessibilità, prevedibilità u ffrankar tal-ispejjeż; jisħaq, f'dan ir-rigward, li komponenti, disinn u żvilupp standardizzati tal-bastimenti joħolqu bażi tajba li tista' tintuża b'modi differenti (intermodalità), u barra minn hekk jiffaċilitaw il-modifika retroattiva ta' sistemi ta' propulsjoni aktar sostenibbli hekk kif jidħlu fis-suq; jaċċentwa li minbarra l-benefiċċji ambjentali, il-kostruzzjoni modulari tista' twassal għal iffrankar fl-ispejjeż u tgħin biex jitnaqqsu r-riskji bis-saħħa ta' proċess prevedibbli tal-produzzjoni u tal-kostruzzjoni, u għaldaqstant għandha tiġi inċentivata u promossa; |
|
19. |
Jemmen li, fid-dawl tal-għanijiet klimatiċi tagħna, is-settur tat-tbaħħir jista' joffri trasport aktar sostenibbli u li jibqa' validu fil-futur; jenfasizza li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom rwol ta' kollegament u koordinazzjoni f'din il-fażi ta' żvilupp u jikkomunikaw mal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-utenti tal-ilmijiet navigabbli interni u l-industrija tal-bini tal-bastimenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jvaraw proġetti pilota b'soluzzjonijiet innovattivi bħal kontenituri tal-batteriji skambjabbli; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-bżonn urġenti ta' appoġġ għall-innovazzjoni, pjan ta' finanzjament tal-UE, faċilitazzjoni taċ-ċertifikazzjoni u permessi ta' tbaħħir |
|
20. |
Jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tat-tranżizzjoni enerġetika tal-portijiet u t-tarzni speċjalizzati tagħhom, fejn isiru l-bini, il-konverżjoni u l-modifika retroattiva tal-bastimenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għaldaqstant, jallokaw finanzjament u investiment adegwat għall-iżgurar ta' kapaċità suffiċjenti u infrastruttura adegwata fil-portijiet sabiex jiġi ffaċilitat it-tiġdid tal-flotta u t-tranżizzjoni enerġetika tas-settur marittimu; jenfasizza, barra minn hekk, li l-iżvilupp ta' sorsi alternattivi ta' enerġija għall-bastimenti jirrikjedi provvista tal-enerġija u infrastruttura ta' riforniment xierqa fuq l-art; |
|
21. |
Jenfasizza li l-ekoloġizzazzjoni tal-flotta m'għandhiex tiffoka biss fuq l-indirizzar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, iżda timmira wkoll li tnaqqas it-tniġġis tax-xmajjar; jenfasizza l-importanza, għaldaqstant, li jiġu offruti faċilitajiet għar-rimi tal-iskart fil-portijiet u li jiġi promoss l-użu ta' żebgħa antifouling innovattiva u teknoloġiji avvanzati tal-manutenzjoni tal-buq, bħal pereżempju droni taħt l-ilma; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas ta' governanza għall-monitoraġġ tat-tniġġis tal-baċiri tax-xmajjar, li jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-miżuri, l-investimenti u l-programmi ta' azzjoni nazzjonali u tal-UE; |
|
22. |
Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata ġestjoni korretta u trażversali tar-riżorsi tal-ilma, li tinvolvi l-amministrazzjoni tas-sistemi idrawliċi, it-trawwim tal-iżvilupp tal-idroelettriku, il-garanzija tal-użi differenti tal-ilma u l-preservazzjoni tal-bijodiversità; jenfasizza, għalhekk, li l-ġestjoni tal-ilma għandha tinvolvi l-partijiet ikkonċernati tat-trasport, l-enerġija, l-agrikoltura, l-industrija u l-ambjent; |
Id-diġitalizzazzjoni u n-navigazzjoni awtonoma
|
23. |
Jinnota li d-diġitalizzazzjoni u l-ġbir ta' data estensivi jistgħu jikkontribwixxu għal ambjent aktar nadif u sikurezza mtejba abbord u jwasslu għal rotot aktar effiċjenti, inqas konġestjoni fil-portijiet u komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni aħjar bejn il-bastimenti, il-portijiet u l-infrastruttura; jindika li d-diġitalizzazzjoni tista' toffri benefiċċji sinifikanti f'termini ta' sikurezza u effiċjenza enerġetika għall-ġbir u l-analiżi ta' data dwar is-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, filwaqt li tikkontribwixxi għal aktar tnaqqis fl-emissjonijiet; jitlob li jkun hemm strateġija biex jiġu żviluppati u implimentati teknoloġiji diġitali u awtomatizzati fis-settur tal-ilmijiet navigabbli interni, li għandha tiddeskrivi kemm l-istandards interoperabbli bejn il-modi u l-fruntieri kif ukoll l-azzjonijiet u l-finanzjament tar-riċerka meħtieġa, inkluż permezz ta' sejħiet apposta fil-qafas ta' Orizzont Ewropa; jisħaq fuq il-ħtieġa, f'dan ir-rigward, li jiġu aġġornati l-istandards tekniċi fil-Kumitat Ewropew għat-Tfassil ta' Standards fin-Navigazzjoni Interna (CESNI) u li jkomplu jiġu armonizzati s-servizzi tal-informazzjoni tax-xmajjar (RIS), għax jekk dan isir, jiġu ssimplifikati l-proċeduri fil-qasam tar-regolamentazzjoni tan-navigazzjoni interna, jitnaqqsu l-problemi li jirriżultaw minn interpretazzjonijiet differenti tal-istandards tekniċi u min-nuqqas ta' data komparabbli, u jingħata lok għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni rapidi ta' soluzzjonijiet innovattivi; jissottolinja l-ħtieġa għat-tħejjija ta' qafas komuni għall-iskambju interoperabbli tad-data bejn il-modi tat-trasport; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura użu diġitali armonizzat u aċċettazzjoni tad-dokumenti elettroniċi tal-ekwipaġġ u l-bastimenti fl-UE kollha malajr kemm jista' jkun, li jsaħħu l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet soċjali u tal-impjiegi, itejbu l-effiċjenza u l-attraenza tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u l-interazzjoni u l-integrazzjoni bla xkiel tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni ma' modi oħra ta' trasport, u jagħtu spinta lill-interoperabilità tas-sistemi ta' skambju ta' data tul il-katina loġistika kollha; jenfasizza li n-nuqqas ta' mistrieħ xieraq għall-ħaddiema abbord jista' joħloq riskji konsiderevoli għas-sikurezza; jenfasizza, għalhekk, li kapaċità ta' kontroll diġitali affidabbli u f'ħin reali għall-qari, il-ħżin u l-ġenerazzjoni ta' data dwar il-ħinijiet tax-xogħol u tal-mistrieħ tal-ħaddiema abbord hija kruċjali; |
|
25. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa tal-implimentazzjoni rapida tar-Regolament dwar l-Informazzjoni Elettronika dwar it-Trasport tal-Merkanzija (eFTI) (14), biex l-operaturi tat-trasport ikunu jistgħu jikkondividu l-informazzjoni mal-awtoritajiet tal-infurzar b'mod rapidu, faċli u b'format diġitali; |
|
26. |
Jinnota li l-integrazzjoni u l-armonizzazzjoni tad-data huma għodda kruċjali tal-ġestjoni tar-riżorsi sabiex tissaħħaħ l-affidabilità tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u jiżdied l-użu tiegħu fil-ktajjen tal-loġistika; jinnota li d-data jeħtieġ tkun interkonnessa ma' infrastruttura intelliġenti biex tippermetti ppjanar effiċjenti u komunikazzjoni ma' mezzi oħra ta' trasport b'tali mod li jiġu ffaċilitati l-multimodalità u s-sistemi sinkromodali; jinnota l-potenzjal tal-pjattaformi tad-data integrati biex tiżdied it-trasparenza, bħal pereżempju fir-rigward tat-traċċar u tal-kontroll, u l-effiċjenza, bħal pereżempju fir-rigward tal-ippjanar tar-rotot u l-ġestjoni tal-assi; |
|
27. |
Jenfasizza l-importanza li tinġabar data dwar is-sistema loġistika Ewropea f'koordinazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti bi tħejjija għall-proposta ta' Direttiva dwar it-Trasport Ikkombinat (15) riveduta u miżuri oħra li jiżguraw aktar effiċjenza fl-ippjanar loġistiku u fl-użu tal-infrastruttura fiżika; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tħejji ħarsa ġenerali intermodali tal-fluss ta' merkanzija u kontejners li jidħlu fl-Ewropa u r-rotot segwiti mill-merkanzija sad-destinazzjoni finali tagħha, billi dan jista' jkun ta' benefiċċju għat-tfassil ta' politika effettiva dwar bidla modali; iqis li l-għoti ta' spinta lill-bidla modali għandu jitqies bħala prijorità peress li bħalissa l-kontejners marittimi mhux dejjem jiġu ttrasportati b'mod effiċjenti mill-portijiet marittimi għaż-żoni interni, u dan iwassal għal spejjeż ogħla u ħin itwal tal-ivvjaġġar; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-valur miżjud tal-algoritmi u l-intelliġenza artifiċjali fit-trasport tal-kontejners lejn iż-żoni interni sabiex jittejjeb l-ippjanar u l-ipproċessar f'dan ir-rigward; |
|
28. |
Jisħaq fuq l-importanza li jiġu konnessi l-oqfsa diġitali eżistenti tal-politika tat-trasport u li jiġi żgurat li d-data dwar it-trasport multimodali tkun disponibbli permezz ta' punt uniku ta' aċċess biex titjieb l-effiċjenza fit-trasport tal-merkanzija fuq l-ilma u tiġi żgurata l-interoperabilità tad-data ma' modi oħra ta' trasport; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, toħloq pjan ta' azzjoni tal-UE għall-infrastruttura diġitali tat-trasport multimodali li tippermetti l-kondiviżjoni u l-interoperabilità tad-data, bl-għan li tinkiseb sistema tat-trasport sinkromodali, konnessa u awtomatizzata sa mhux aktar tard mill-2035; iqis li hemm bżonn struttura ta' governanza speċifika għal monitoraġġ, evalwazzjoni u titjib kontinwu u regolari sabiex jintużaw l-aktar teknoloġiji u innovazzjonijiet aġġornati; |
|
29. |
Jindika l-ħtieġa ta' inċentivi għall-iżvilupp ta' pjattaformi diġitali multimodali fil-portijiet; jitlob, f'dan ir-rigward, il-ħolqien ta' proġett ta' valur miżjud Ewropew għan-navigabilità u l-konnessjoni multimodali tal-kurituri tal-ilmijiet navigabbli interni tat-TEN-T; |
|
30. |
Jenfasizza l-potenzjal kbir tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni għall-ivvjaġġar awtonomu fuq l-ilma u jenfasizza li aktar awtomatizzazzjoni tqarreb ir-realtà tat-trasport sinkromodali fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni biex, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt u konsultazzjoni miftuħa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, tikkunsidra r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni kollha relatata sabiex tiffaċilita l-adozzjoni tat-tbaħħir awtonomu, partikolarment fir-rigward tar-responsabilitajiet tal-ekwipaġġ f'emerġenzi jew f'każ ta' falliment tas-sistema, kjarifika tal-kwistjonijiet ta' responsabilità f'każ ta' danni u, b'mod aktar ġenerali, fir-rigward tal-aspetti tas-sikurezza tal-bastimenti awtonomi, sabiex jintlaħaq ċertu livell ta' armonizzazzjoni u tiżdied l-adozzjoni tat-teknoloġija fil-livell tal-UE; jinsisti, għaldaqstant, fuq il-ħolqien ta' pjan direzzjonali Ewropew għal sistemi ta' trasport intelliġenti u awtonomi fl-ilmijiet navigabbli interni li għandu jappoġġja l-leġiżlazzjoni orjentata lejn il-futur, ir-riċerka, l-iżvilupp, il-proġetti pilota, il-laboratorji fil-post u l-implimentazzjoni b'suċċess ta' vapuri awtonomi, portijiet intelliġenti u interoperabilità diġitali abbażi ta' sistemi ta' trasport intelliġenti, kif ukoll jiżgura l-adozzjoni ta' kontroll mill-bogħod tal-bastimenti u ġestjoni mill-bogħod tal-imgħalaq; jisħaq fuq il-ħtieġa, f'dan ir-rigward, ta' infrastruttura intelliġenti u taħriġ, titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid meħtieġa għall-ekwipaġġ, li jistgħu jiġu appoġġjati fl-ambitu tat-taqsima tal-investimenti soċjali u l-ħiliet tal-programm InvestEU; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-kontribut siewi tal-istandards tas-CESNI għall-ekwipaġġ, il-bastimenti u t-teknoloġija tal-informazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza d-diġitalizzazzjoni, l-armonizzazzjoni u l-benefiċċji rapidi (l-iskambju mingħajr karti) tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, filwaqt li tqiegħed is-sisien għal settur awtonomu; |
|
31. |
Jenfasizza li navigazzjoni awtonoma sikura u sigura tirrikjedi kondiviżjoni standardizzata tal-informazzjoni li tmur lil hinn mill-pożizzjoni tal-antenna tal-bastimenti, bħall-attitudni tal-bastimenti, il-kontorn tal-buq u modifiki fl-ilmijiet navigabbli sabiex jiġu ġestiti l-operazzjonijiet awtonomi, jiġu prevenuti l-kolliżjonijiet potenzjali bejn bastimenti li jużaw l-istess kanal navigabbli, u biex il-kaptani jingħataw l-aktar informazzjoni aġġornata dwar il-kanal navigabbli; jenfasizza l-potenzjal tas-soluzzjonijiet spazjali bħala faċilitaturi għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u l-kontribut siewi tal-assi spazjali tal-UE Galileo, EGNOS u Copernicus f'dan ir-rigward; |
Portijiet li jibqgħu validi fil-futur: ċentri enerġetiċi u ċirkolari
|
32. |
Jisħaq fuq ir-rwol tal-portijiet interni bħala nodi strateġiċi u multimodali fis-sistema loġistika; jenfasizza, għaldaqstant, li l-portijiet interni u l-portijiet tal-baħar għandu jkollhom konnessjonijiet effiċjenti maż-żoni interni, partikolarment mal-infrastrutturi ferrovjarji, u dawn għandhom jinkludu faċilitajiet tat-trażbord, b'enfasi fuq konnessjoni man-networks ewlenin u komprensivi tat-TEN-T fejn ikun possibbli; jappoġġja raggruppament u kooperazzjoni akbar bejn il-portijiet tal-baħar u dawk interni; |
|
33. |
Jenfasizza l-importanza tal-portijiet marittimi biex tkun tista' ssir bidla modali lejn it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni; jinnota li t-titjib tar-raggruppar tal-merkanzija fl-ilmijiet navigabbli interni jiffaċilita żieda fl-effiċjenza tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni lejn il-portijiet marittimi u mill-portijiet marittimi; jenfasizza li kooperazzjoni mill-qrib bejn id-diversi portijiet interni u tal-baħar u l-partijiet ikkonċernati kollha fil-katina loġistika, bħal fil-qasam tas-sostenibilità, toħloq aktar possibilitajiet għal titjib f'termini ta' kosteffiċjenza u effiċjenza operattiva u tibbenefika l-iżvilupp reġjonali u l-impjiegi; |
|
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-portijiet interni jżommu l-konnessjonijiet ferrovjarji eżistenti u li l-Istati Membri jagħtu prijorità lit-titjib tan-network tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija tagħhom sabiex jiżguraw il-flussi tat-trasport intermodali bejn l-ilmijiet navigabbli interni u l-ferroviji; |
|
35. |
Jenfasizza li l-ħolqien ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi għandha tqis id-domanda potenzjali u l-karatteristiċi tas-suq tal-portijiet meta jiġu mfassla l-mogħdijiet potenzjali lejn settur tal-ilmijiet navigabbli interni newtrali għall-klima; jisħaq, għaldaqstant, fuq il-fatt li strateġija Ewropea tal-introduzzjoni ta' fjuwils alternattivi għall-użu multimodali u industrijali permezz tar-reviżjoni tat-TEN-T u d-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi għandha ssegwi approċċ ta' network li joffri infrastruttura ppjanata b'mod effiċjenti, ibbażata fuq il-karatteristiċi potenzjali tad-domanda tas-suq ta' port u ż-żoni interni tiegħu, tul ir-rotot tal-ilma, skont il-prinċipju ta' newtralità teknoloġika; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-potenzjal ta' sistema ta' infrastruttura, flessibbli bħall-użu ta' ġeneraturi mobbli tal-enerġija, u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta soluzzjonijiet flessibbli għad-distribuzzjoni u l-provvista tal-fjuwil, pereżempju skemi ta' kiri għal bastimenti; |
|
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu s-sinerġiji bejn l-infrastruttura tal-ilmijiet navigabbli interni u n-Networks Trans-Ewropej tal-Enerġija, u dan jiffaċilita it-tranżizzjoni enerġetika tan-navigazzjoni interna u jappoġġja l-iżvilupp tal-portijiet bħala hubs tal-enerġija; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa ta' integrazzjoni aħjar tal-infrastruttura tal-ilmijiet navigabbli interni fil-grilja tal-enerġija Ewropea biex jiġi ffaċilitat l-użu tal-provvista tal-enerġija fuq l-art; jenfasizza, barra minn hekk, il-potenzjal tal-ilmijiet navigabbli interni għat-trasport ta' fjuwils alternattivi; jenfasizza l-ħtieġa li tinbena infrastruttura elettrika fil-portijiet interni Ewropej sabiex jiġu akkomodati bastimenti b'sorsi ta' enerġija elettrika fil-futur u li jiżdiedu u jittejbu l-faċilitajiet u t-tagħmir ipprovduti fl-irmiġġ u jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u t-tniġġis tal-arja fil-portijiet u ż-żoni ta' madwarhom, f'konformità mal-objettiv ta' tniġġis żero fl-irmiġġ; |
|
37. |
Jisħaq fuq l-importanza li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-fluwidità fil-portijiet billi tiġi żgurata biżżejjed kapaċità ta' rmiġġ u żoni ta' stennija għall-bastimenti interni; |
|
38. |
Jenfasizza l-potenzjal tal-ilmijiet navigabbli interni għat-trasport ta' oġġetti u skart perikolużi, li jirrikjedi investimenti f'infrastruttura u bastimenti adegwati u sikuri u forza tax-xogħol b'ħiliet speċjalizzati; jenfasizza r-rwol promettenti tal-portijiet fl-ekonomija ċirkolari u l-potenzjal speċjali tal-ilmijiet navigabbli interni għat-trasport ta' prodotti bażiċi li joriġinaw minn swieq ċirkolari ġodda; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tistabbilixxi rabta aktar soda bejn il-politika tagħha dwar l-ekonomija ċirkolari u l-politika dwar it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tiżviluppa miżuri li jappoġġjaw l-attivitajiet tal-ekonomija ċirkolari fil-portijiet u biex tippromwovi l-kunċett ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja bil-għan li jingħata bidu għal djalogu u biex il-portijiet interni jiġu mħeġġa jfasslu sistemi ta' ġestjoni integrati, fost l-oħrajn għall-ilma, l-enerġija, l-iskart, is-siti ta' kostruzzjoni, l-ippjanar tal-ispazju u ż-żoni ekoloġiċi urbani sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tagħhom li jsiru ċentri tal-enerġija ċirkolari u tal-enerġija nadifa; |
L-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, u r-riċerka u l-innovazzjoni
|
39. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu mmodernizzati l-edukazzjoni u t-taħriġ fin-navigazzjoni interna, b'enfasi fuq l-iżvilupp ta' ħiliet ekoloġiċi u diġitali u li jiġu megħluba l-ostakli lingwistiċi, biex b'hekk jinħolqu impjiegi attraenti għaż-żgħażagħ u għan-nisa, b'attenzjoni kif jixraq fuq livelli għoljin u armonizzati ta' kwalifiki u standards soċjali u tas-sikurezza; jappoġġja, f'dan ir-rigward, l-iżvilupp ulterjuri tal-istandards tas-CESNI biex jiġu żgurati l-ħiliet meħtieġa għall-membri tal-ekwipaġġ ta' bastimenti tan-navigazzjoni interna; jenfasizza l-bżonn ta' skemi ta' taħriġ obbligatorji, kontinwi u regolari għall-membri kollha tal-ekwipaġġ, inklużi korsijiet ta' skambju internazzjonali, sabiex jiġi promoss it-titjib tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid, il-mobilità ottimali tal-ħaddiema u s-sikurezza fis-settur kollu; jenfasizza l-ħtieġa ta' standards ta' saħħa u sikurezza f'konformità mal-prinċipju li ma jkunx hemm aċċident; jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, biex jimplimentaw kif jixraq id-Direttiva (UE) 2017/2397 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna sas-17 ta' Jannar 2022; |
|
40. |
Jissottolinja l-importanza li jiġu ggarantiti kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin u salarji deċenti fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni; jitlob kopertura tas-sigurtà soċjali adegwata għall-ħaddiema kollha abbord biex jiġi indirizzat kwalunkwe tidwir mal-leġiżlazzjoni soċjali tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta' liġi tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali ċara fis-settur tat-trasport bl-ilmijiet navigabbli interni; jenfasizza l-bżonn li jiġu salvagwardjati l-protezzjoni soċjali u d-drittijiet tal-membri tal-ekwipaġġi Ewropej u minn pajjiżi terzi; |
|
41. |
Jindika l-importanza ta' aktar kooperazzjoni u sinerġiji bejn l-inizjattivi u l-istituti differenti ta' riċerka u innovazzjoni billi jiġu kondiviżi l-għarfien, id-data, l-għarfien espert u l-aħjar prattiki u billi fuq pjattaforma pubblika titqiegħed għad-dispożizzjoni ħarsa ġenerali tal-proġetti li għaddejjin; |
|
42. |
Jenfasizza l-bżonn li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp ta' proġetti ta' bastimenti innovattivi għall-ilmijiet navigabbli interni u l-infrastruttura portwarja korrispondenti fl-ambitu tas-sħubija Orizzont Ewropa dwar it-trasport fuq l-ilma mingħajr emissjonijiet; |
Pjan ta' finanzjament tal-UE
I. Possibilitajiet ta' finanzjament permezz ta' strumenti ta' finanzjament eżistenti tal-UE
|
43. |
Jenfasizza l-possibilità ta' strumenti ta' finanzjament eżistenti tal-UE għall-ekoloġizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tas-settur Ewropew tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), Orizzont Ewropa u l-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni, u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF); jenfasizza l-ħtieġa li dawn l-istrumenti jiġu mmobilizzati biex jitlestew in-networks ewlenin u komprensivi tat-TEN-T, jiġu ffinanzjati l-investimenti fl-iżvilupp u l-adozzjoni ta' fjuwils alternattivi sostenibbli u sistemi ta' propulsjoni alternattivi għall-bastimenti u l-infrastruttura meħtieġa, biex ikunu possibbli sinerġiji intelliġenti bejn it-trasport, l-enerġija, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, u d-diġitalizzazzjoni, u biex jiġu żgurati l-modernizzazzjoni u r-reżiljenza tal-ilmijiet navigabbli interni; jenfasizza, madankollu, li dawn l-istrumenti ta' finanzjament mhux dejjem ikunu adatti għall-SMEs, negozji tal-familja u intrapriżi mikro oħra, għax proġetti iżgħar jissograw li ma jkunux eliġibbli għall-finanzjament; jenfasizza l-ħtieġa, barra minn hekk, li tingħata ċarezza dwar il-finanzjament sostenibbli u l-investimenti privati fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni; |
|
44. |
Ifakkar li t-tranżizzjoni enerġetika lejn in-newtralità klimatika hija sfida teknoloġika u finanzjarja għas-settur tan-navigazzjoni interna, li tirrikjedi l-appoġġ xieraq; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-Istati Membri jeħtiġilhom jaħtfu l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza bħala opportunità ta' finanzjament unika għall-ilmijiet navigabbli interni, li tgħaqqad l-effetti ta' rkupru ekonomiku b'terminu qasir mal-benefiċċji fit-tul ta' investimenti mmirati fl-infrastruttura u t-trasport marittimu; |
|
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-riżorsi interni tagħha għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u l-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni NAIADES, inklużi r-riżorsi umani, u ġġibhom konformi mal-ambizzjonijiet għas-settur fl-ambitu tal-Patt Ekoloġiku, il-bidla modali u l-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti; |
|
46. |
Jissottolinja, barra minn hekk, li l-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni fil-portijiet marittimi u madwar il-portijiet marittimi huma ta' importanza kbira ħafna; iqis il-bżonn ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn il-partijiet ikkonċernati kollha tal-katina tal-valur tal-loġistika; |
II. Il-ħtieġa ta' fond tal-UE għall-ilmijiet navigabbli interni
|
47. |
Jenfasizza li t-triq lejn settur tal-ilmijiet navigabbli interni newtrali għall-klima u t-tranżizzjoni enerġetika mixtieqa se toħloq diskrepanza ta' kważi EUR 10 biljun (16) fil-finanzjament, li ma tistax tiġi ffinanzjata biss mis-settur; jenfasizza, barra minn hekk, in-nuqqas ta' argument kummerċjali għas-sidien ta' bastimenti privati biex jinvestu f'teknoloġiji ta' propulsjoni li jnaqqsu b'mod konsiderevoli l-impatt fuq il-klima u l-ambjent; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu mobilizzati l-appoġġ pubbliku u investimenti privati għal dan il-għan; |
|
48. |
Jenfasizza li s-settur tal-ilmijiet navigabbli interni jikkonsisti l-aktar f'SMEs, negozji tal-familja u portijiet iżgħar, li jagħmilha diffiċli għalihom li jagħmlu investimenti kbar biex jikkonformaw mal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku; iqis, għaldaqstant, li l-iskalabilità tal-investimenti meħtieġa għandha tittejjeb, il-piżijiet amministrattivi għandhom jitnaqqsu, u l-aċċess għall-finanzjament għandu jissaħħaħ; |
|
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tistabbilixxi fond tal-UE tal-ilmijiet navigabbli interni speċifiku għat-tranżizzjoni sostenibbli, inkluża sistema ta' punt uniku ta' servizz li tkun faċilment aċċessibbli għall-għajnuna u l-assistenza u li jkollha l-possibilità li tikkombina l-proġetti f'applikazzjoni waħda, u b'hekk iżżid il-possibilitajiet għal finanzjament; jenfasizza li l-fond għandu jikkomplementa l-fondi ta' riżerva eżistenti maħluqa fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 546/2014 (17) b'kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali sinifikanti minn strumenti ta' finanzjament nazzjonali u tal-UE kif ukoll minn investimenti privati u pubbliċi, sabiex isir l-aħjar użu mill-investimenti ulterjuri mill-industrija u tiġi indirizzata d-diskrepanza attwali fl-investiment fil-finanzjament tat-tranżizzjoni sostenibbli; jenfasizza li dan il-fond għandu wkoll jipprevedi l-possibilità ta' taħlit mal-FNE, u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment, inkluż il-Fond ta' Koeżjoni, u strumenti ta' finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment; |
|
50. |
Jenfasizza li dan il-Fond apposta għandu jiffoka fuq il-modifika retroattiva u t-tiġdid tal-bastimenti bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti u jiġu appoġġjati l-investimenti f'teknoloġiji innovattivi u li jiffrankaw l-enerġija kif ukoll fl-infrastruttura tal-portijiet, partikolarment l-użu ta' fjuwils alternattivi, u b'hekk jiġu megħjuna l-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, irkupru sostenibbli u sistema tat-trasport aktar sostenibbli b'mod ġenerali; |
|
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-vijabilità tal-inklużjoni ta' skema Ewropea ġdida tal-iskrappjar u t-tiġdid tal-flotta bħala parti mill-fond, filwaqt li jitqiesu kif jixraq l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bastimenti kkonċernati, sabiex tiġi ffaċilitata bidla rapida lejn in-newtralità klimatika; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet li fihom iseħħ l-iskrappjar u jenfasizza li ċ-ċirkolarità hija kruċjali; |
III. Finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment
|
52. |
Ifakkar li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jipprovdi finanzjament għal self kapitali attraenti, inkluż għall-industrija tal-bini tal-vapuri; iqis, madankollu, li t-twettiq u l-effikaċja tal-finanzjament tal-BEI jiddependu fuq l-aċċessibilità tiegħu, għaldaqstant jinsisti fuq:
|
|
53. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw bir-reqqa l-investimenti minn pajjiżi terzi fil-portijiet Ewropej, minħabba r-rwol tagħhom fl-infrastruttura strateġika tal-Ewropa bħala ċentri multimodali, nodi ewlenin tal-enerġija u raggruppamenti tal-industrija; |
Trasport tal-passiġġieri, mobilità urbana, loġistika urbana u turiżmu fuq l-ilma
|
54. |
Jilqa' l-evalwazzjoni reċenti tal-Kummissjoni tal-Pakkett dwar il-Mobilità Urbana tal-2013 (18); jaċċentwa, f'dan ir-rigward, li r-riżultati mistennija tal-Pakkett dwar il-Mobilità Urbana, jiġifieri tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 u ta' sustanzi li jniġġsu fl-arja, inqas konġestjoni u inqas korrimenti fit-toroq f'żoni urbani, ma twettqux b'mod konsistenti fl-UE kollha; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-bliet biex jinkludu, fejn ikun possibbli, it-trasport pubbliku, il-loġistika urbana u d-distribuzzjoni tal-merkanzija fil-livell lokali fuq l-ilma bħala mezz ta' trasport sikur, sostenibbli u effettiv fl-ippjanar tal-mobilità urbana sostenibbli tagħhom u biex itejbu l-ġbir tad-data dwar il-mobilità urbana tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa, barra minn hekk, li fi pjattaformi tal-mobilità diġitali, bħall-mobilità bħala servizz, jiġu inklużi mezzi tat-trasport pubbliku fuq l-ilma, u anke f'applikazzjonijiet tal-konsenja tal-merkanzija; |
|
55. |
Jenfasizza l-potenzjal mhux sfruttat tal-ilmijiet navigabbli interni fiż-żoni urbani, kif jidher fl-Istrateġija Komprensiva għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti; jenfasizza li ż-żoni urbani qed isiru dejjem aktar fgati bit-traffiku u li l-bini ta' infrastruttura tat-toroq ġdid mhux dejjem ikun kosteffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi t-trasport fuq l-ilma fl-għan tal-Istrateġija Komprensiva għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti li jsir użu aħjar mill-ilmijiet navigabbli interni fil-bliet u biex toħroġ bi proposti konkreti li għandhom l-għan li jagħtu spinta lil-loġistika fl-ilmijiet navigabbli interni tagħna u jqisu l-konsenja finali permezz ta' roti tal-merkanzija, u b'hekk tingħata spinta lill-bidla modali; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, ittejjeb il-ġbir tagħha ta' data dwar il-mobilità urbana għat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija fuq l-ilma, u jenfasizza l-potenzjal tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni għall-aħħar mil fil-loġistika urbana sostenibbli; |
|
56. |
Jenfasizza l-fatt li ċ-ċifri tal-2019 għad-domanda tat-trasport tal-passiġġieri wrew li s-settur Ewropew tal-kruċieri fuq ix-xmajjar, inklużi l-bastimenti għal vjaġġi ta' ġurnata u s-servizzi ta' laneċ, kien fi stat b'saħħtu qabel il-pandemija tal-COVID-19; jinnota, madankollu, li s-settur waqaf kważi għalkollox fl-ewwel nofs tal-2020 minħabba s-sitwazzjoni sanitarja li għaddejja bħalissa, u dan kellu impatt ekonomiku negattiv u kkawża diffikultajiet finanzjarji għall-kumpaniji, u li għadu inċert jekk it-traffiku tal-passiġġieri hux se jerġa' lura għan-normal fl-2021 (19); jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tinkludi t-turiżmu fl-ilmijiet navigabbli interni fl-Aġenda Ewropea għat-Turiżmu 2050 sabiex tippromwovi argumenti kummerċjali favur irkupru sostenibbli, innovattiv u reżiljenti tat-turiżmu tax-xmajjar, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji ekonomiċi tat-turiżmu tax-xmajjar fir-reġjuni portwarji f'termini ta' valur miżjud, ħolqien ta' impjiegi u introjtu tal-portijiet; |
|
57. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkompli jiġi esplorat il-potenzjal tal-ilmijiet navigabbli interni għan-navigazzjoni rikreattiva u attivitajiet oħra max-xtut, għax jekk dan jitwettaq, tingħata spinta lit-tkabbir, jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' xogħol u jissaħħaħ it-turiżmu fir-reġjuni kkonċernati; |
|
58. |
Jistieden lill-Istati Membri japprovaw iċ-Ċertifikat Internazzjonali għall-Operaturi ta' Opri tal-Baħar għar-Rikreazzjoni billi jadottaw ir-riżoluzzjoni Nru 40 tal-Kumitat għat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika tal-Ewropea fi ħdan in-NU sabiex ikun possibbli r-rikonoxximent transfruntier tal-liċenzji u tiġi faċilitata n-navigazzjoni rikreattiva fl-Ewropa; |
o
o o
|
59. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 345, 27.12.2017, p. 53.
(2) ĠU L 252, 16.9.2016, p. 118.
(3) ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1.
(4) ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38.
(6) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152.
(7) Testi adottati, P9_TA(2021)0131.
(9) ĠU C 449, 23.12.2020, p. 154.
(10) ĠU C 224, 27.6.2018, p. 29.
(11) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(12) Id-Direttiva dwar il-Ħabitats (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7) u d-Direttiva dwar l-Għasafar (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(13) Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1).
(14) ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33.
(15) ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38.
(16) Development Centre for Ship Technology and Transport Systems (DST), Assessment of technologies in view of zero-emission IWT, parti mill-istudju ġenerali tal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ix-Xmara Renu bit-titlu Financing the energy transition towards a zero-emission European IWT sector, Rapport Nru 2293, p. 95.
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 546/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar il-politika ta' kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex jiġi ppromoss it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 163, 29.5.2014, p. 15).
(18) Dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2021 (SWD(2021)0047).
(19) Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ix-Xmara Renu, Market observation report 2020: inland navigation in Europe, Settembru 2020.
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/18 |
P9_TA(2021)0368
Lejn sħubija aktar b'saħħitha mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2021 lejn sħubija aktar b'saħħitha mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE (2020/2120(INI))
(2022/C 117/03)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, kif ukoll l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), kif adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim adottat fit-12 ta' Diċembru 2015 f'Pariġi fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) (“il-Ftehim ta' Pariġi”), b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 11(2) tiegħu, li jirrikonoxxu d-dimensjonijiet lokali, sottonazzjonali u reġjonali tat-tibdil fil-klima u tal-azzjoni klimatika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) dwar it-tisħin globali ta' 1,5o C, il-ħames rapport ta' valutazzjoni tiegħu (AR5) u r-rapport ta' sinteżi tiegħu dwaru, kif ukoll ir-rapport speċjali tiegħu dwar it-tibdil fil-klima u l-art, u r-rapport speċjali tiegħu dwar l-oċean u l-krijosfera fi klima li qed tinbidel, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim konkluż fil-15 ta' April 2021 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) l-ġdid tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2021-2027, approvat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f'Diċembru 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2021 bit-titolu “Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima – L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima” (COM(2021)0082) u l-valutazzjoni tal-impatt u tal-vulnerabbiltà tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea li takkumpanjaha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna” (COM(2020)0380), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment tat-23 ta' Marzu 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (COM(2020)0104), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 bit-titolu “Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (COM(2017)0623), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ġunju 2012 bit-titolu “Ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea: lejn sħubija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (COM(2012)0287), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2008 bit-titolu “Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda: vantaġġ għall-Ewropa” (COM(2008)0642), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2007 bit-titolu “Strateġija għall-ibgħad reġjuni: Kisbiet u Prospettivi fil-Ġejjieni” (COM(2007)0507), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Mejju 2004 bit-titolu “Sħubija aktar b'saħħitha għar-reġjuni ultraperiferiċi” (COM(2004)0343), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2019 dwar l-oċeani u l-ibħra, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-10 ta' Diċembru 2020 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tas-sħubija strateġika mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE (2021/C 37/10), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-presidenti tar-reġjuni ultraperiferiċi, u b'mod partikolari d-dikjarazzjoni adottata fil-XXV Konferenza tal-Presidenti tar-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea li saret f'Mayotte fis-26 u s-27 ta' Novembru 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Konferenza tal-Presidenti tar-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea, b'segwitu għal-laqgħa intersessjonali tat-3 ta' Mejju 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2018 dwar il-politika ta' koeżjoni u l-ekonomija ċirkolari, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar it-tibdil fil-klima – viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Parlament Ewropew ippubblikat fl-2021 bit-titolu “Il-Politika ta' Koeżjoni u t-Tibdil fil-Klima”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2017 dwar il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE: l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar il-ġestjoni tal-flotot tas-sajd fir-Reġjuni Ultraperiferiċi (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-ottimizzazzjoni tal-potenzjal tar-Reġjuni Ultraperiferiċi permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji bejn il-fondi strutturali tal-UE u programmi oħra tal-UE (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2012 dwar ir-rwol tal-politika ta' koeżjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-Istrateġija UE 2020 (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0241/2021), |
|
A. |
billi l-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u l-Ftehim ta' Pariġi huma importanti ħafna; |
|
B. |
billi l-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inkluż il-kontribut tiegħu għall-eliminazzjoni tal-inugwaljanzi, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-ġeneri, huma importanti ħafna; |
|
C. |
billi jfakkar li r-reġjuni ultraperiferiċi (RUP) jappartjenu għal tliet Stati Membri, u attwalment hemm disgħa minnhom – il-Guyana Franċiża, Guadeloupe, Réunion, Mayotte, Martinique u Saint Martin (Franza), l-Azores u Madeira (il-Portugall) u l-Gżejjer Kanarji (Spanja) – mifruxa fuq żewġ oċeani, l-Oċean Atlantiku u l-Oċean Indjan, u li għandhom aktar minn 4,8 miljun abitant; |
|
D. |
billi jenfasizza li 80 % tal-bijodiversità Ewropea tinsab fir-RUP u fil-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej (PTEE) u li dawn it-territorji għandhom valur strateġiku mill-perspettiva ġeopolitika f'termini tal-konservazzjoni tal-bijodiversità globali; |
|
E. |
billi jenfasizza li r-RUP ikabbru d-dimensjoni marittima tal-Unjoni Ewropea, billi permezz tagħhom għandha l-akbar spazju marittimu fid-dinja b'aktar minn 25 miljun km2 ta' żona ekonomika esklużiva (ŻEE), u b'opportunitajiet ekonomiċi kbar; |
|
F. |
billi huwa mħasseb li r-RUP huma affettwati aktar mit-tniġġis tal-baħar minn kwalunkwe reġjun kontinentali ieħor tal-Ewropa minħabba l-insularità tagħhom, u dan għandu riperkussjonijiet fuq l-iżvilupp tagħhom minn perspettiva ambjentali u ekonomika; |
|
G. |
billi jiddispjaċih li r-rata tat-tluq bikri mill-iskola fost iż-żgħażagħ bejn 18-il sena u 24 sena fir-RUP taqbeż l-20 %, rata li hija ferm ogħla mill-medja ta' 10 % rreġistrata fl-Unjoni Ewropea (9); |
|
H. |
billi jistma li r-RUP għandhom rikkezza kulturali straordinarja li tikkontribwixxi għall-influwenza tal-Ewropa u ssaħħaħ is-setgħa ta' persważjoni tagħha fid-dinja, u li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni adottata fl-2017 identifikat il-kultura bħala aspett importanti u element ta' differenzjazzjoni tar-RUP; |
|
I. |
billi jiddeplora l-fatt li l-kriżi attwali tal-COVID-19, b'mod preokkupanti, xeħtet dawl fuq l-ekonomiji diġà vulnerabbli tar-RUP, u li din il-kriżi kif ukoll il-Brexit se jkollhom konsegwenzi fit-tul fil-livell soċjali, ekonomiku, ambjentali, territorjali u kulturali; |
|
J. |
billi jistma li l-kriżi tas-saħħa aggravat ukoll id-dgħufijiet tas-servizzi reġjonali tas-saħħa tar-RUP, u imponiet miżuri pjuttost stretti biex tiġi miġġielda l-pandemija f'dawn ir-reġjuni; |
|
K. |
billi huwa mħasseb li diversi setturi tal-ekonomija blu, b'mod partikolari t-turiżmu kostali u marittimu, jistgħu jiġu affettwati mill-kriżi attwali minħabba l-pandemija; |
TITOLU 1: Il-konsolidazzjoni tal-progress, l-indirizzar tad-dgħufijiet u t-tisħiħ tal-vantaġġi biex ir-RUP jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-azzjoni Ewropea
|
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport tal-Kummissjoni ta' Marzu 2020 li jfassal valutazzjoni inizjali tal-implimentazzjoni tas-sħubija strateġika mġedda u msaħħa mar-RUP, varata f'Ottubru 2017, u l-isforzi li saru kemm fir-RUP u fl-Istati Membri kkonċernati kif ukoll fl-istituzzjonijiet Ewropej biex din tiġi implimentata; jitlob li dawn l-avvanzi jiġu kkonsolidati fl-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni għal dawn ir-reġjuni; |
|
2. |
jenfasizza l-bosta avvanzi li saru għar-RUP fl-ambitu tal-QFP 2021-2027 il-ġdid, kemm fil-livell baġitarju kif ukoll f'dak leġiżlattiv permezz ta' aġġustamenti speċifiċi fil-fondi strutturali u fil-programmi orizzontali, u jfaħħar il-miżuri addizzjonali għar-RUP meħuda fl-ambitu tal-Pjan Ewropew ta' Rkupru intitolat “Next Generation EU”; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Artikolu 349 TFUE jinqara flimkien mal-Artikolu 7 biex, fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE, ikun jista' jiġi applikat approċċ differenzjat għar-RUP li jqis bis-sħiħ il-karatteristiċi speċifiċi u r-restrizzjonijiet strutturali tagħhom, f'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Diċembru 2015; |
|
3. |
Jinnota b'sodisfazzjon l-estensjoni u ż-żamma sal-2027 ta' diversi derogi fiskali għar-RUP (taxxa AIEM (“Arbitrio sobre Importaciones y Entregas de Mercancías en las Islas Canarias”, applikabbli għall-Gżejjer Kanarji), ħlas tal-użu ta' baċir, rati tat-taxxa mnaqqsa għal-likuri, ir-rum u l-eaux-de-vie mill-Azores u minn Madeira, kif ukoll ir-rums tradizzjonali mid-dipartimenti ekstra-Ewropej (DEE); ifakkar fl-importanza li jinżammu l-mekkaniżmi bbażati fuq l-Artikolu 349 tat-TFUE għar-RUP li għandhom jirrikonċiljaw il-ħtieġa doppja tal-protezzjoni tal-produzzjoni lokali u tal-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja, filwaqt li jiżguraw li ċ-ċittadini tar-RUP ikunu infurmati sew dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-mekkaniżmi; |
|
4. |
Iħeġġeġ lis-servizzi tal-Kummissjoni, iżda anki lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, biex isibu bilanċ bejn il-kontroll leġittimu u indispensabbli tal-użu tal-fondi Ewropej u s-simplifikazzjoni u l-flessibbiltà tar-regoli amministrattivi meħtieġa għall-modernizzazzjoni u l-ottimizzazzjoni tagħhom, u dan sabiex jinkoraġġixxu l-inizjattivi lokali; |
A. Is-sistematizzazzjoni ta' “rifless Ewropew tar-RUP”
|
5. |
Jixtieq jara sistematizzazzjoni ta' “rifless tar-RUP” fl-istituzzjonijiet Ewropej, ibbażata fuq l-adozzjoni ta' approċċ trażversali u integrat għar-realtà u l-isfidi tar-RUP fil-politiki pubbliċi Ewropej kollha; |
|
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, f'konformità mar-rwol tagħha ta' “gwardjan tat-trattati”, tagħmel l-unità tar-RUP fid-DĠ REGIO l-“gwardjan tal-applikazzjoni xierqa tal-Artikolu 349 tat-TFUE” u tikkunsidra li toħloq direttorat sħiħ, b'rabta diretta ma' “korrispondenti tar-RUP”, fid-direttorati ġenerali l-oħra; |
|
7. |
Jistieden lill-Kunsill joħloq kumitat speċifiku għar-RUP, ibbażat fuq il-mudell tal-Kumitat Speċjali dwar l-Agrikoltura, li l-objettiv tiegħu jkun li jiżgura l-integrazzjoni tal-prijoritajiet u r-realtajiet tar-RUP fid-diversi inizjattivi u liġijiet Ewropej; |
|
8. |
Jappella għall-ħolqien ta' pożizzjoni ta' “rapporteur permanenti għar-RUP” biex tissaħħaħ is-sorveljanza tal-Parlament Ewropew tal-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 349 tat-TFUE fil-politiki pubbliċi Ewropej; |
B. Komunikazzjoni u informazzjoni aħjar
|
9. |
Jitlob l-implimentazzjoni ta' strateġija vera ta' komunikazzjoni li jkollha l-għan li tinvolvi b'mod partikolari liż-żgħażagħ u tinfurmahom bl-opportunitajiet offruti mill-Unjoni u tgħarrafhom dwar l-utilità tal-Ewropa fil-ħajja ta' kuljum; jitlob li jiġi stabbilit uffiċċju tal-Kummissjoni f'kull RUP, minħabba n-natura arċipelaġika ta' ħafna minn dawn ir-reġjuni, il-multipliċità tat-territorji tagħhom u l-fatt li jinsabu 'l bogħod minn xulxin; |
|
10. |
Jirrakkomanda li jsir użu aħjar mill-pjattaformi differenti ta' skambju bejn l-amministrazzjonijiet, bħall-programm TAIEX-REGIO PEER 2 PEER għall-fondi ta' koeżjoni, jew TAIEX-EIR PEER 2 PEER fi kwistjonijiet ambjentali jew il-Pjattaforma Ewropea tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari; |
|
11. |
Jipproponi l-ħolqien ta' “Erasmus” għall-amministrazzjonijiet li jimmaniġġjaw il-fondi Ewropej fir-RUP, biex tiġi żgurata kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u ta' eżempji biex jiġi ottimizzat l-użu tal-fondi ta' koeżjoni; |
|
12. |
Jinsisti fuq l-importanza tal-paġna web (10) iddedikata għad-data statistika tar-reġjuni ultraperiferiċi (Eurostat), imwettqa b'kooperazzjoni mas-servizzi tal-istatistika tal-Portugall, ta' Spanja u ta' Franza u tar-RUP; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' data eżawrjenti dwar Saint Martin, li jagħmilha impossibbli li jitwettqu analiżijiet kompleti u komparattivi tar-RUP kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, u b'mod partikolari lill-Eurostat, biex jiġbru data affidabbli, aggregata u aġġornata mir-RUP kollha, li tagħmilha possibbli li jitwettqu analiżijiet settorjali, kif ukoll li jiġi vvalutat l-impatt tal-implimentazzjoni tal-politiki Ewropej fir-RUP; |
C. Nibnu l-futur
|
13. |
Jitlob li r-RUP jiġu integrati aħjar fid-diskussjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, b'mod partikolari permezz tal-Konferenza tal-Presidenti tar-RUP, sabiex tiġi arrikkita b'perspettiva ultraperiferika u tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-Artikolu 349 TFUE fid-diversi programmi u politiki futuri tal-Unjoni Ewropea; |
|
14. |
Jenfasizza li d-djalogu maċ-ċittadini huwa element fundamentali fit-tħeġġiġ tal-prossimità u l-bini ta' pontijiet bejn ir-RUP u l-istituzzjonijiet Ewropej; f'dan il-kuntest, jitlob lill-Kummissjoni tintensifika dan id-djalogu, b'mod partikolari fir-RUP; |
|
15. |
jappella lill-Kummissjoni tibni b'mod konġunt strateġija ġdida għar-RUP u magħhom, li twieġeb għar-realtajiet lokali u għall-ħtiġijiet u tirrifletti r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tkun ibbażata fuq ir-rispett tal-ispeċifiċitajiet, il-konsolidazzjoni tal-kisbiet u l-ottimizzazzjoni tal-mekkaniżmi eżistenti, fuq l-innovazzjoni u fuq il-valorizzazzjoni tar-RUP bħala “territorji ta' soluzzjonijiet”; |
|
16. |
Jirrakkomanda li jitfassal pjan ta' azzjoni veru għal din is-sħubija strateġika ġdida, li jinvolvi l-partijiet ikkonċernati ewlenin, b'mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali u lokali, l-atturi ekonomiċi u soċjali, is-soċjetà ċivili, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi; |
|
17. |
Jitlob li l-istrateġija l-ġdida u l-pjan ta' azzjoni tagħha jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun biex jikkontribwixxu għall-irkupru ekonomiku u soċjali fir-RUP; |
TITOLU 2: Ninvestu f'impjiegi deċenti, insaħħu s-solidarjetà u naġixxu primarjament għaż-żgħażagħ
|
18. |
Huwa konxju li r-RUP joffru lill-Unjoni opportunitajiet biex tfassal proġetti pilota b'risposta għall-isfidi soċjoekonomiċi u klimatiċi, iżda li din id-dinamika tirrikjedi li jitħaffef ix-xogħol b'lura marbut mal-iżvantaġġi strutturali, kif ukoll il-konsolidazzjoni u s-salvagwardja tal-għodod biex jiġu kkumpensati dawn l-iżvantaġġi strutturali marbuta mad-distanza u l-insularità, li huma indispensabbli għall-integrazzjoni sħiħa u ekwa tar-RUP fl-ispazju Ewropew; |
A. It-tisħiħ tas-solidarjetà
|
19. |
Jappella lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-RUP jagħmlu l-ġlieda kontra l-faqar, il-qgħad u l-esklużjoni soċjali – inklużi l-persuni b'diżabbiltà – il-prijoritajiet tas-solidarjetà Ewropea, filwaqt li jinvestu fl-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll proġetti futuri li jiffukaw fuq l-innovazzjoni, b'mod partikolari l-innovazzjoni soċjali, it-taħriġ mill-ġdid ta' ħiliet u d-diversifikazzjoni; |
|
20. |
iqis li l-politika ta' koeżjoni għandha tkun aktar effettiva għan-nisa li jgħixu fir-RUP u għandha tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-RUP; |
|
21. |
Jenfasizza r-rwol importanti tal-ekonomija soċjali u solidali fir-RUP, sieħba tal-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u lokali fil-ġlieda kontra r-restrizzjonijiet marbuta mar-reġjuni ultraperiferiċi, il-faqar u l-esklużjoni soċjali, u fil-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp ta' inizjattivi f'dawn ir-reġjuni, f'konformità mad-diversi strateġiji Ewropej; huwa favur ir-rikonoxximent ta' din ir-realtà fil-livell Ewropew u l-aċċess dirett ta' dan is-settur, mingħajr skop ta' qligħ, għas-sussidji Ewropej; |
B. Il-protezzjoni tas-saħħa
|
22. |
Jenfasizza li l-ispeċifiċitajiet tar-RUP jagħmluhom aktar vulnerabbli għall-avvenimenti globali, bħall-pandemija tal-COVID-19; jitlob, għalhekk, li jittieħdu l-aħjar tagħlimiet minn din il-kriżi u li titqies is-sitwazzjoni partikolari tar-RUP fid-dawl ta' avvenimenti futuri ta' din in-natura; |
|
23. |
Jipproponi l-ħolqien ta' ċentru ta' riċerka ddedikat għall-mard tropikali infettiv u għall-mard partikolarment preżenti fir-RUP, bħad-dijabete, l-obeżità jew ċerti tipi ta' kanċer, u l-użu tal-fondi meħtieġa biex jiġi indirizzat is-sottożvilupp tal-kura tas-saħħa fir-RUP; |
|
24. |
Jissuġġerixxi l-varar ta' proġett pilota fuq il-mudell tal-azzjoni preparatorja BEST biex tiġi appoġġjata l-ħidma fuq l-impjanti mediċinali fir-RUP; |
C. Iż-żgħażagħ: prijorità f'termini ta' azzjonijiet u riżultati
|
25. |
Itenni li, fir-RUP, il-forza taż-żgħażagħ hija vantaġġ kbir li spiss ma jkunx apprezzat biżżejjed u li għandha tkun prijorità għall-bini ta' soluzzjonijiet konkreti billi jiġu mobilizzati fondi Ewropej kbar għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-appoġġ, l-akkomodazzjoni u l-impjiegi deċenti u ta' kwalità għaż-żgħażagħ; |
|
26. |
Jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-investiment fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja jsir prijorità fir-RUP, sabiex jiġi miġġieled it-tluq bikri mill-iskola; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra l-edukazzjoni bħala “objettiv prijoritarju” tal-iżvilupp tar-RUP, billi tgħin lill-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u lokali jfasslu politiki pubbliċi li jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ u joffrulhom opportunitajiet ġodda attraenti ta' edukazzjoni, taħriġ f'ħiliet, u taħriġ mill-ġdid ta' ħiliet fil-livell lokali u reġjonali, inklużi l-ħiliet diġitali, kemm permezz ta' tagħlim wiċċ imb wiċċ jew ta' tagħlim mill-bogħod, sabiex ikunu jistgħu jibnu sett ta' ħiliet rikonoxxuti; |
|
27. |
Iħeġġeġ il-mobilizzazzjoni ta' fondi Ewropej biex jinħolqu, minn naħa waħda, “Campus ta' Eċċellenza” fiż-żoni ġeografiċi tar-RUP billi tiġi promossa l-interkonnessjoni bejn l-iskejjel, l-universitajiet u ċ-ċentri ta' taħriġ tar-RUP u, min-naħa l-oħra, ċentri ta' riċerka biex tiġi studjata u magħrufa aħjar il-bijodiversità tar-RUP; |
|
28. |
ifakkar, fid-dawl tar-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fir-RUP, fil-ħtieġa li jinħolqu mekkaniżmi speċifiċi, b'mod partikolari permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jilqa', f'dan ir-rigward, il-ħolqien ta' allokazzjoni addizzjonali għar-RUP fl-ambitu tal-FSE+ 2021-2027, u jitlob lir-reġjuni kkonċernati jisfruttaw dan is-sors ġdid ta' finanzjament biex jappoġġjaw l-impjegabbiltà, il-mobbiltà u t-taħriġ fir-RUP; |
|
29. |
jappella lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-impjieg taż-żgħażagħ fir-RUP, billi toħloq punt uniku ta' servizz diġitali flimkien mas-settur privat, l-universitajiet u l-awtoritajiet lokali biex tappoġġja t-tfittxija għall-ewwel impjieg, l-istabbiliment jew l-akkwiżizzjoni ta' negozji fir-RUP; |
D. It-tisħiħ tal-integrazzjoni tar-realtà tar-RUP f'ERASMUS+
|
30. |
Jitlob, matul l-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+, li tingħata l-għajnuna massima lill-istudenti mir-RUP, b'żieda finanzjarja jekk ikun meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż reali tal-ivvjaġġar, u li tiġi promossa l-mobbiltà fil-pajjiżi terzi taż-żona ġeografika, kulturali u storika ta' kull RUP kif ukoll l-iskambji intra-RUP; |
|
31. |
Jinsisti wkoll fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tar-RUP fl-azzjonijiet kollha tal-programm Erasmus+ u li jiġu promossi skambji b'saħħithom ta' kooperazzjoni u mobbiltà bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, soċjali u sportivi; |
TITOLU 3: L-iżvilupp ta' tkabbir sostenibbli u ekwu, l-implimentazzjoni ta' ekonomija ekoloġika u blu u l-ħolqien ta' professjonijiet ġodda favur in-newtralità klimatika sal-2050
|
32. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu inkoraġġiti l-inizjattivi lokali billi jiġu appoġġjati l-intrapriżi kollha ta' produzzjoni tar-RUP, b'attenzjoni partikolari tingħata lill-intrapriżi żgħar ħafna, żgħar u ta' daqs medju kif ukoll lis-setturi tat-turiżmu, tal-artiġjanat, tal-kultura, tal-industrija u tal-bini, u lis-settur diġitali; jinsisti fuq il-ħtieġa ta' investimenti innovattivi sostenibbli u reżiljenti; |
|
33. |
Iħeġġeġ lir-RUP jissieħbu man-network “Local2030” u jfasslu rendikonti tar-riżultati tal-iżvilupp sostenibbli biex ikunu jistgħu jikkondividu aħjar is-soluzzjonijiet tagħhom; |
|
34. |
Itenni l-ħtieġa li tissaħħaħ l-attraenza tal-impjiegi marbuta mal-agrikoltura, it-trobbija tal-bhejjem, is-sajd, il-baħar u l-ambjent fir-RUP, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, minħabba l-importanza strutturali tagħhom f'termini ekonomiċi, soċjali u ambjentali; |
A. Il-politika agrikola u l-ekonomija ħadra
|
35. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inkorporati l-ispeċifiċitajiet u l-mudelli agrikoli tar-RUP fil-pjanijiet strateġiċi u l-ġestjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali tal-PAK għal approċċ aktar reġjonalizzat u aktar flessibbli; |
|
36. |
Jeżiġi li jinżammu, jew saħansitra li jissaħħu, il-miżuri speċifiċi u l-allokazzjonijiet finanzjarji tal-iskema POSEI biex jintlaħqu l-objettivi ta' awtonomija alimentari, tranżizzjoni agroekoloġika, tkabbir ekoloġiku, diversifikazzjoni u rispons għall-kriżijiet tas-suq fir-RUP; ifakkar li, għall-kuntrarju ta' pagamenti oħra li saru fl-ambitu tal-PAK, l-ammonti tal-iskema POSEI ma ġewx aġġornati fid-dawl tal-inflazzjoni; |
|
37. |
Jafferma li l-iskema POSEI hija essenzjali għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni, għaż-żamma tal-ambjent rurali u għall-ġlieda kontra d-depopolazzjoni fir-RUP, u jenfasizza f'dan ir-rigward l-evalwazzjoni pożittiva tal-iskema POSEI mwettqa mill-Kummissjoni; |
|
38. |
Jinnota li t-tneħħija tal-kwoti u tal-prezzijiet garantiti, li bdiet bir-riforma tal-2005 tal-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor, għamlet lill-produtturi taz-zokkor tal-kannamieli fir-RUP vulnerabbli; jinsisti fuq il-ħtieġa li jinżammu l-mekkaniżmi speċifiċi kollha stabbiliti fl-ambitu tal-Artikolu 349 TFUE biex tiġi żgurata l-kompetittività sostenibbli ta' din l-industrija; jitlob l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' appoġġ għal dawk li jkabbru l-kannamieli f'każ ta' tnaqqis fil-prezzijiet dinjija taz-zokkor; |
|
39. |
jistieden lill-Kummissjoni żżid il-baġits previsti għall-kampanji ta' promozzjoni, ta' sensibilizzazzjoni u ta' valorizzazzjoni tal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni, b'mod partikolari:
|
|
40. |
Jappoġġja l-istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”, li tillimita aktar l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-Unjoni, iżda jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-għelejjel tropikali u subtropikali fir-RUP u l-ħtieġa li tiġi akkumpanjata t-tranżizzjoni; |
|
41. |
itenni, finalment, l-importanza li r-rata ta' kofinanzjament tibqa' 85 % għar-RUP fl-ambitu tal-FAEŻR, biex b'mod partikolari tiġi restawrata, ippreservata u msaħħa l-bijodiversità fl-agrikoltura u l-forestrija, u li jiġi promoss l-iżvilupp taż-żoni rurali fir-RUP; |
B. Il-politika tas-sajd u l-ekonomija blu
|
42. |
Jafferma mill-ġdid ir-rwol fundamentali tal-ekonomija blu fir-RUP u għalihom; jitlob li jiġu stabbiliti soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rrispettat il-bilanċ bejn ir-riżorsi tal-oċeani u l-iżvilupp tal-attivitajiet marittimi; |
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni toħloq proġetti pilota fir-RUP li jiffukaw fuq l-ekonomija u t-taħriġ blu, sabiex dawn ir-reġjuni jingħataw pożizzjoni ta' tmexxija fil-governanza tal-oċeani, u biex tappoġġja l-innovazzjoni u r-riċerka, inklużi materjali idrobijodegradabbli bil-ħsieb tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, mingħajr, madankollu, ma tqis dawn il-materjali bħala rimedju għat-tniġġis tal-baħar; |
|
44. |
Jitlob it-tisħiħ ta' miżuri speċifiċi fl-ambitu tal-politika komuni tas-sajd permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) biex jintlaħaq l-objettiv tal-awtonomija alimentari u jiġi appoġġjat it-tkabbir blu tar-RUP, speċjalmentbilli jiġu pprovduti soluzzjonijiet effettivi u prammatiċi għat-trasport tal-prodotti tas-sajd tar-RUP, sabiex jaslu malajr u bl-aħjar mod possibbli fis-swieq ewlenin; |
|
45. |
Jinsab imħasseb li, f'ċerti każijiet, il-flotot tas-sajd fir-RUP jkunu degradati u qodma u jikkostitwixxu periklu għas-sajjieda u l-ambjent; jirrimarka li, f'dawn ir-reġjuni, l-attività tas-sajd hija fil-biċċa l-kbira bbażata fuq prattiki tradizzjonali, u għalhekk jiddispjaċih li t-tiġdid tal-flotot artiġjanali tar-RUP ma jistax jiġi appoġġjat taħt il-FEMSA għall-perjodu 2021-2027, dment li jkun hemm bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd fir-RUP (ir-rispett tar-rendiment massimu sostenibbli); |
|
46. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri sabiex itejbu l-ġbir tad-data xjentifika meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għall-għajnuna mill-Istat għat-tiġdid tal-flotot tas-sajd fir-RUP; |
|
47. |
Ifakkar li, skont l-Artikolu 29d tar-Regolament FEMSA, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tippreżenta rapport ta' nofs it-terminu dwar il-kapitolu tar-RUP (Kapitolu V) u li tanalizza l-ħtieġa ta' regolament awtonomu dwar is-sajd fir-RUP; |
|
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jistabbilixxu, mill-2027, strument ta' appoġġ simili għall-POSEI għas-settur marittimu u tas-sajd fir-RUP, bil-għan li jiġi żgurat finanzjament biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet speċifiċi ta' dawn ir-reġjuni; |
|
49. |
Ifakkar fil-ħtieġa li r-RUP jiġu protetti waqt il-konklużjoni ta' ftehimiet tas-sajd ma' pajjiżi terzi; |
C. Lejn turiżmu sostenibbli
|
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw bis-sħiħ is-settur tat-turiżmu fir-RUP sabiex jippromwovu l-irkupru u t-tkabbir sostenibbli, u biex jiksbu t-trasformazzjoni soċjali, ambjentali u diġitali meħtieġa tas-settur, b'mod partikolari fl-SMEs; |
|
51. |
Itenni l-ħtieġa li ssir enfasi fuq it-turiżmu sostenibbli billi jiġu appoġġjati proġetti pilota innovattivi għall-promozzjoni ta' soluzzjonijiet aktar ekoloġiċi u diġitali, b'enfasi fuq l-isfruttament u r-rispett tal-potenzjal naturali tar-reġjuni permezz ta' proġetti tal-ekoturiżmu; |
|
52. |
Jitlob, fit-tul, li tinħoloq tikketta Ewropea unika għat-turiżmu sostenibbli, li tinkorpora wkoll dimensjonijiet ta' kwalità, aċċessibbiltà u inklużjoni, b'attenzjoni partikolari għar-RUP; |
D. Ambjent, bijodiversità, klima u enerġija
|
53. |
Jilqa' l-fatt li l-Patt Ekoloġiku u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2030 iqisu l-potenzjal eċċezzjonali tal-bijodiversità tar-RUP; |
|
54. |
Jappoġġja bil-qawwa l-promozzjoni tal-SDGs tan-NU u l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 (11) dwar it-tassonomija; |
|
55. |
Jinsab imħasseb dwar iż-żieda fil-frekwenza u l-vjolenza tal-fenomeni tat-temp fir-RUP, li huma marbuta direttament mat-tibdil fil-klima, u jtenni l-ħtieġa ta' azzjoni b'saħħitha fil-livelli kollha biex jiġu kkoordinati l-investimenti meħtieġa għall-adattament, ir-reżiljenza u l-prevenzjoni fir-rigward ta' dawn it-theddidiet klimatiċi akbar; jirrakkomanda mobilizzazzjoni akbar tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili; |
|
56. |
Ifakkar li l-isfidi speċifiċi li qed jiffaċċjaw ir-RUP, bħaż-żieda fil-livelli tal-baħar, iż-żieda fit-temperaturi tal-baħar u ż-żieda fil-frekwenza tat-terremoti u l-għargħar, jirrikjedu li l-qafas leġiżlattiv tal-UE jqis dawn l-ispeċifiċitajiet u, jekk ikun meħtieġ, jipprevedi derogi u inċentivi finanzjarji u tekniċi; |
|
57. |
Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-bijodiversità fir-RUP għandha tkun ikkoordinata mal-isforzi għall-iżvilupp sostenibbli tas-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija, tas-sajd u tal-akkwakultura f'dawn ir-reġjuni; |
|
58. |
Jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' professjonijiet ġodda marbuta mal-ambjent u l-appoġġ għall-atturi lokali li jaħdmu għall-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ambjent, b'mod partikolari l-assoċjazzjonijiet u l-NGOs u, f'dak ir-rigward, it-tisħiħ tal-prinċipju ta' sħubija; |
|
59. |
Jitlob biex iċ-Ċentru l-ġdid tal-Għarfien dwar il-Bijodiversità previst fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2030 itejjeb l-inklużjoni tad-data tal-entitajiet barranin Ewropej kollha u jiżviluppa approċċ ultramarin għall-pjan ta' rkupru tan-natura tal-UE; |
|
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati jippromwovu u jappoġġjaw b'mod attiv l-objettivi tal-protezzjoni u l-irkupru tan-natura fir-RUP, u jitlob ukoll il-ħolqien ta' network trans-RUP tan-natura; |
|
61. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżodu taż-żgħażagħ mill-aktar postijiet iżolati tar-RUP għandu impatt negattiv fuq il-kapaċitajiet tal-ġestjoni tal-foresti u jżid ir-riskju ta' nirien minħabba ġestjoni inadegwata ta' dawn ir-riżorsi u l-iżvilupp ta' pjanti invażivi; jitlob mekkaniżmi li jipproteġu l-ambjent tagħna, b'mod partikolari permezz tal-ġlieda kontra d-depopolazzjoni, l-attrazzjoni u l-lokalizzazzjoni ulterjuri tal-popolazzjoni f'dawn il-postijiet u l-istimolu ta' attivitajiet relatati mal-agrikoltura u n-natura sostenibbli; |
|
62. |
Jilqa' l-fatt li l-programm LIFE jintegra l-inizjattiva BEST; jitlob li mill-inqas EUR 8 miljun jiġu allokati kull sena lill-inizjattiva BEST biex tgħin lit-territorji fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Bijodiversità, li teħtieġ li mill-inqas 30 % taż-żoni terrestri u marittimi jkunu protetti; jissuġġerixxi li titwettaq valutazzjoni tal-impatt dwar l-applikazzjoni possibbli tal-programm Natura 2000 għar-RUP Franċiżi, sabiex jiġu identifikati l-aktar għodod xierqa għall-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ambjent f'dawn ir-reġjuni; |
|
63. |
Jafferma mill-ġdid l-objettiv li tinkiseb l-awtonomija enerġetika tar-RUP u jappoġġja bis-sħiħ l-objettiv li tintlaħaq enerġija 100 % rinnovabbli fir-RUP billi jitneħħa gradwalment l-użu tal-fjuwils fossili u jiżdied il-potenzjal dejjem jikber tal-enerġija sostenibbli u rinnovabbli, inkluż fl-ibħra miftuħa, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-impenn Ewropew li tinkiseb newtralità tal-karbonju sa mhux aktar tard mill-2050 u l-objettivi klimatiċi sal-2030; |
|
64. |
Jitlob appoġġ għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika tad-djar fir-RUP; jenfasizza l-ispeċifiċitajiet u r-restrizzjonijiet f'termini ta' aċċess għal materjali ċċertifikati; jikkonferma l-importanza tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u tal-istrument REACT-EU, li jiffinanzjaw it-tranżizzjonijiet fir-RUP; |
E. Ekonomija ċirkolari integrata u valorizzata
|
65. |
Jenfasizza li l-ekonomija ċirkolari, l-objettiv ta' tniġġis żero, l-effiċjenza enerġetika u l-preservazzjoni tal-bijodiversità għandhom ikunu prinċipji fundamentali ta' din l-istrateġija l-ġdida mar-RUP u għandhom iwasslu għal prattiki aktar sostenibbli għall-preservazzjoni tat-territorji, l-iżvilupp ekonomiku, l-impjiegi u l-koeżjoni; |
|
66. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi li jingħata appoġġ qawwi lir-RUP sabiex tappoġġja mudell ekonomiku sostenibbli ġdid, b'inizjattivi strutturali għall-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari u l-promozzjoni ta' impjiegi u impjiegi “ekoloġiċi” ġodda; |
|
67. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-ekonomija ċirkolari tiġi integrata fil-politiki tal-ġestjoni tal-iskart fir-RUP; jitlob li jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għat-tnaqqis u l-irkupru tal-iskart fir-RUP; iwissi dwar il-kumplessità u l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-iskart fir-RUP, li jeħtieġu appoġġ għall-investimenti fl-infrastruttura biex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; |
|
68. |
Jistieden ukoll lill-Kummissjoni twaqqaf ċentru għall-kontroll tat-tniġġis tal-baħar fir-RUP biex tappoġġja l-ħolqien ta' infrastruttura għall-ġbir u t-trattament tal-iskart fil-baħar; |
|
69. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, fl-ambitu tal-programm Orizzont Ewropa, tniedi sejħiet għal applikazzjonijiet għal proġetti ta' riċerka xjentifika mmirati lejn ir-RUP f'konformità mar-riżultati miksuba mill-programm Orizzont 2020; |
TITOLU 4: Nadattaw għall-isfidi u l-opportunitajiet ta' dinja globalizzata
|
70. |
Jirrimarka li r-RUP għandhom potenzjal kbir u assi speċifiċi li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-Unjoni kollha u li l-Ewropa għandha tiddependi fuq ir-RUP, u fuq il-kooperazzjoni tagħhom mal-pajjiżi fil-viċinat tagħhom, sabiex jiġu promossi l-valuri demokratiċi u l-objettivi ambjentali u soċjali tagħha; |
|
71. |
Jistieden lill-Kummissjoni tfassal u tippromwovi strateġiji makroreġjonali għar-RUP fiż-żoni ġeografiċi rispettivi tagħhom, filwaqt li tesplora l-possibbiltajiet kollha għal koordinazzjoni aħjar fil-prattika tal-interventi simultanji tad-diversi fondi tal-UE (jiġifieri l-FEŻR, id-Deċiżjoni PTEE u l-Ewropa Globali (Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali); |
|
72. |
Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tqis ir-RUP fl-istrateġija makroreġjonali tal-Atlantiku u tinkludi temi li huma aktar adattati għal dawn ir-reġjuni; |
|
73. |
Iħeġġeġ l-użu tal-komponent il-ġdid iddedikat għall-kooperazzjoni mar-RUP fil-programm il-ġdid INTERREG; |
|
74. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ, jiġi stimulat u promoss l-iżvilupp ta' proġetti ta' kooperazzjoni bejn id-diversi RUP, sabiex tissaħħaħ is-sitwazzjoni ġeostrateġika u ġeoekonomika tagħhom u biex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki; |
A. Politika tal-kompetizzjoni ġusta u xierqa
|
75. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-ekonomiji tar-RUP jiġu protetti minn prattiki kummerċjali aggressivi, bħal swieq fejn il-provvista tinżamm daqs id-domanda u l-abbuż ta' pożizzjonijiet ta' monopolju; |
|
76. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis kif xieraq is-sitwazzjoni speċifika tar-RUP, u b'mod partikolari l-periferiċità tagħhom għall-kontinent Ewropew u s-swieq żgħar tagħhom, meta timplimenta l-politika tal-kompetizzjoni tagħha u jenfasizza l-utilità tad-derogi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għar-RUP; |
|
77. |
Jilqa' l-adattament tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għas-sitwazzjoni tal-kriżi tal-COVID-19; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li żżomm xi wħud minn dawn il-miżuri eċċezzjonali għar-RUP, filwaqt li żżomm il-miżuri eżistenti għal dawn ir-reġjuni fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER) (12) u l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat; |
|
78. |
Jitlob il-ħolqien ta' status speċifiku għall-intrapriżi fir-RUP sabiex tiżdied il-kompetittività tagħhom, b'mod partikolari fiż-żona reġjonali tagħhom; |
B. It-trasport u aċċess aħjar
|
79. |
Isostni li hemm restrizzjonijiet serji fuq ir-RUP marbuta mad-distanza, il-konnettività batuta, id-dipendenza fuq il-portijiet u l-ajruporti u l-orografija; iqis li huwa neċessarju li tiġi stabbilita politika tat-trasport kompletament adattata għar-realtà tar-RUP fil-qafas tal-FEŻR u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF); jistieden ukoll lill-Kummissjoni timplimenta programm tat-trasport POSEI bħala għodda addizzjonali sabiex tikkumpensa għal dawn l-iżvantaġġi u t-telf akkumulati; |
|
80. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu kkonsolidati u żviluppati l-konnessjonijiet marittimi u tal-ajru bejn ir-RUP, u anki mal-kontinent Ewropew u l-pajjiż terzi tal-viċinat sabiex jiġi appoġġjat l-aċċess aħjar tagħhom; |
|
81. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li f'dawn ir-reġjuni jitħeġġeġ l-użu ta' mezzi tat-trasport aktar sostenibbli u li jniġġsu inqas billi jiġu promossi alternattivi għall-fjuwils fossili; |
|
82. |
Jappoġġja l-impenn Ewropew favur trasport marittimu ekoloġiku u attivitajiet portwarji innovattivi sabiex titnaqqas l-impronta tal-karbonju u ambjentali fl-UE u jitlob li r-RUP jibbenefikaw minn dan; |
|
83. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport, kemm jekk tal-passiġġieri kif ukoll jekk tal-merkanzija, sabiex jiġi garantit il-prinċipju ta' kontinwità u koeżjoni territorjali, kif ukoll opportunitajiet indaqs għaċ-ċittadini kollha; jitlob li l-prezzijiet tat-trasport bl-ajru (lejn dawn ir-reġjuni u minnhom), fuq l-art (trasport intern, bejn il-bliet) u marittimu (bejn ir-reġjuni u l-gżejjer) jinżammu; iqis, f'dan ir-rigward, li għandhom jiġu kkunsidrati d-derogi għar-RUP fl-iskema għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet tas-CO2 kemm għat-trasport marittimu kif ukoll għat-trasport bl-ajru, u, fejn xieraq, inċentivi finanzjarji u tekniċi; |
|
84. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fl-ambitu tal-FNE, tniedi sejħa għall-offerti speċifika u tadatta l-kriterji ta' eliġibbiltà għar-RUP sabiex tipprovdi qafas ta' appoġġ għal infrastruttura tal-provvista tal-fjuwil alternattiv u sostenibbli fil-portijiet ewlenin ta' dawn ir-reġjuni, fil-mobbiltà urbana u fl-avjazzjoni; |
|
85. |
Jistieden ukoll lill-Kummissjoni, meta tkun qed tirrevedi r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 dwar in-network trans-Ewropew tat-trasport (13), biex tinkorpora d-dimensjoni tar-RUP billi tiżgura interkonnessjoni bejn in-network ewlieni u n-network komprensiv u billi tillaxka l-qafas kunċettwali għall-awtostradi tal-baħar; |
|
86. |
Iqis li huwa neċessarju li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ tekniku sabiex tiffaċilita l-aċċess tar-RUP għall-finanzjament Ewropew, b'mod partikolari għal proġetti marbuta mal-Patt Ekoloġiku u l-kostruzzjoni ta' infrastrutturi maġġuri taħt il-programm InvestEU; |
C. Is-settur diġitali u l-ispazju
|
87. |
Jilqa' l-proposta tal-Programm Ewropa Diġitali għall-promozzjoni ta' aktar konnettività u ħiliet diġitali aħjar fir-RUP; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi l-appoġġ tekniku meħtieġ għall-ħolqien ta' Ċentri Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali fir-RUP, kif previst fil-Programm Ewropa Diġitali; |
|
88. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-konnettività diġitali tar-RUP tiġi ggarantita fl-Aġenda Diġitali bħala għodda għall-iżvilupp ekonomiku u l-opportunitajiet indaqs fl-era tal-globalizzazzjoni u f'dinja dejjem aktar diġitali; |
|
89. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-satelliti jipprovdu konnettività mingħajr interruzzjoni u b'kapaċità għolja ħafna, li hija essenzjali biex jitnaqqas id-distakk diġitali, b'mod partikolari fir-RUP; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni taġġorna l-Istrateġija Spazjali Ewropea billi tadotta miżuri speċifiċi għar-RUP; |
D. Politika kummerċjali
|
90. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-RUP jibbenefikaw bis-sħiħ mill-ftehimiet internazzjonali (il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (FSE), il-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles (FTAs), eċċ.) konklużi bejn l-UE u pajjiżi terzi billi tistabbilixxi task force dwar l-impatt tal-politika kummerċjali fuq ir-RUP, li tinvolvi b'mod effettiv lir-RUP, inklużi r-rappreżentanti tas-setturi tar-RUP; |
|
91. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju li jkejjel l-effetti kumulattivi tal-ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku tar-RUP; |
|
92. |
Jitlob li jkun hemm konformità mal-istandards ambjentali u soċjali Ewropej fil-ftehimiet kummerċjali konklużi ma' pajjiżi terzi u jitlob li l-konformità ma' dawn il-ftehimiet tiġi żgurata permezz ta' miżuri effiċjenti u operattivi; |
|
93. |
Jinnota li l-proliferazzjoni ta' ftehimiet kummerċjali konklużi ma' pajjiżi terzi li jipproduċu l-istess prodotti agrikoli għall-esportazzjoni bħar-RUP, iżda b'kundizzjonijiet soċjali u ambjentali differenti, tista' tfixkel il-kompetizzjoni u tbiddel id-distribuzzjoni tas-suq billi thedded il-kompetittività tal-produtturi Komunitarji ta' tali prodotti; |
|
94. |
Jitlob li jkun hemm trattament preferenzjali għall-prodotti tar-RUP fin-negozjati mill-ġdid kollha tal-FSE u l-FTA sabiex jinstab bilanċ ġust bejn il-protezzjoni ta' prodotti agrikoli sensittivi u d-difiża tal-interessi offensivi tal-Unjoni, billi jiġu kkunsidrati klawżoli ta' salvagwardja, perjodi tranżizzjonali u kwoti xierqa għal prodotti mir-RUP u, f'xi każijiet, l-esklużjoni ta' prodotti l-aktar sensittivi, bħaz-zokkor speċjali; |
|
95. |
Ifakkar fid-dikjarazzjoni konġunta tat-tliet istituzzjonijiet annessa mar-Regolament dwar il-Mekkaniżmu ta' Stabbilizzazzjoni li ġie rivedut meta l-Ekwador issieħeb fil-Ftehim bejn l-UE u l-Perù u l-Kolombja, li tiddikjara li l-Kummissjoni se tanalizza l-iżviluppi tas-suq wara l-iskadenza tal-mekkaniżmu u li, jekk is-sitwazzjoni tal-produtturi Ewropej tal-banana tiddeterjora, se tintervjeni, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati; |
|
96. |
Jirrakkomanda kontrolli speċifiċi mill-Uffiċjal Kap Ewropew tal-Infurzar għall-Kummerċ (Chief Trade Enforcement Officer), sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet diskriminatorji għar-RUP, u jitlob li l-prinċipju ta' “konformità” jiġi applikat għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' prodotti organiċi; |
E. Promozzjoni tal-iżvilupp kulturali
|
97. |
Jenfasizza li r-RUP huma ambaxxaturi għat-tkabbir tal-isfera ta' influwenza tal-UE u li jirrappreżentaw opportunità reali għall-politiki esterni tal-Unjoni minħabba l-prossimità u r-relazzjoni diretta tagħhom ma' għadd kbir ta' pajjiżi terzi; |
|
98. |
Jenfasizza l-vantaġġi li joffru l-pożizzjonijiet ġeostrateġiċi u r-relazzjonijiet storiċi ta' diversi RUP tal-Atlantiku mal-kontinent Amerikan u l-istati gżejjer tal-Karibew; jirrakkomanda li tiġi sfruttata l-pożizzjoni privileġġata ta' dawn it-territorji sabiex jiġu stimulati r-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea fir-reġjun; |
|
99. |
Ifakkar li l-kultura hija pilastru tal-iżvilupp personali u tal-arrikkiment reċiproku; iqis li huwa neċessarju li jiġu appoġġjati aħjar l-iskambji kulturali; |
|
100. |
Jitlob il-protezzjoni u l-appoġġ tal-lingwi reġjonali tar-RUP, li huma kemm assi kulturali kif ukoll mezzi ta' integrazzjoni u kondiviżjoni makroreġjonali; |
F. Politika migratorja
|
101. |
Jinnota bi tħassib l-impatt tal-flussi migratorji fir-RUP; jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-migranti minorenni mhux akkumpanjati fir-RUP u jitlob l-applikazzjoni tal-ogħla standards ta' akkoljenza umanitarja adattati għal dawn il-minorenni; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ uman li jkun kapaċi jiżgura ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji f'konformità mal-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u mal-valuri tal-UE; |
|
102. |
Jitlob il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u għal fondi addizzjonali speċifiċi biex jingħata aktar appoġġ lill-Istati Membri li r-RUP tagħhom jinsabu taħt pressjoni migratorja qawwija; |
o
o o
|
103. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, lill-Istati Membri u lil-Konferenza tal-Presidenti tar-RUP. |
(3) ĠU C 28, 27.1.2020, p. 40.
(4) ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28.
(5) ĠU C 334, 19.9.2018, p. 168.
(6) ĠU C 298, 23.8.2018, p. 92.
(7) ĠU C 285, 29.8.2017, p. 58.
(8) ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 1.
(9) https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/demography_report_2020_n.pdf
(10) https://ec.europa.eu/eurostat/cache/RCI/#?vis=outermost.population=en
(11) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/30 |
P9_TA(2021)0369
Approċċ ġdid tal-istrateġija marittima għall-Atlantiku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2021 dwar approċċ ġdid tal-istrateġija marittima għall-Atlantiku (2020/2276(INI))
(2022/C 117/04)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 174, 225 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2020 bit-titolu “Approċċ ġdid tal-istrateġija marittima għall-Atlantiku – Pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku 2.0: Pjan ta' azzjoni aġġornat għal ekonomija blu sostenibbli, reżiljenti u kompetittiva fiż-żona tal-Atlantiku tal-Unjoni Ewropea”(COM(2020)0329), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna” (COM(2020)0380), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 21) f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi) (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ewwel pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku tat-13 ta' Mejju 2013 (COM(2013)0279) u r-rieżami ta' nofs it-terminu tat-23 ta' Frar 2018 dwaru (SWD(2018)0049), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istrateġiji tal-UE tal-10 ta' Ġunju 2009 għar-reġjun tal-Baħar Baltiku (COM(2009)0248), tat-8 ta' Diċembru 2010 għar-Reġjun tad-Danubju (COM(2010)0715), tat-28 ta' Lulju 2015 għar-Reġjun tal-Alpi (COM(2015)0366) u tas-17 ta' Ġunju 2014 għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (COM(2014)0357), u r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar dawk l-istrateġiji (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (id-Direttiva dwar il-Ħabitats) (5) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (id-Direttiva dwar l-Għasafar) (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar il-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP15) għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2018 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0390), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tad-19 ta' Marzu 2021 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Approċċ ġdid tal-istrateġija marittima għall-Atlantiku – Pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku 2.0: Pjan ta' azzjoni aġġornat għal ekonomija blu sostenibbli, reżiljenti u kompetittiva fiż-żona tal-Atlantiku tal-Unjoni Ewropea”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-istabbiliment ta' strateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord tal-Missjoni tal-Kummissjoni dwar l-Oċeani, Ibħra, Ilmijiet Kostali u Interni f'Saħħithom tal-21 ta' Settembru 2020 bit-titolu “Mission Starfish 2030: Restore our Ocean and Waters” (Missjoni Stilla tal-Baħar 2030: Nirrestawraw l-Oċean u l-Ilmijiet Tagħna), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Makroreġjonali tal-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Atlantiku (13), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2012 dwar l-istrateġija għar-reġjun tal-Atlantiku fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni (14), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2014 dwar il-governanza tal-istrateġiji makroreġjonali (COM(2014)0284), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2011 dwar politika reġjonali li tikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa 2020 (COM(2011)0017), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (15), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2021 bit-titolu “Approċċ ġdid għal ekonomija blu sostenibbli fl-UE – It-trasformazzjoni tal-Ekonomija Blu tal-UE għal Futur Sostenibbli” (COM(2021)0240), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (16), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (17), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (18), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu (Dipartiment Tematiku B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni) tal-15 ta' Jannar 2015 bit-titolu “Rwol ġdid tal-Makroreġjuni fil-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kif ukoll dik tal-Kumitat għas-Sajd, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0243/2021), |
|
A. |
billi ż-żona tal-Atlantiku hija affettwata serjament mill-impatt soċjoekonomiku tal-COVID-19 u l-effetti negattivi tal-Brexit; |
|
B. |
billi ż-żona tal-Atlantiku hija l-akbar baċir tal-baħar fl-Unjoni Ewropea; |
|
C. |
billi t-turiżmu kostali u marittimu huwa sors ewlieni ta' impjiegi għar-reġjuni tal-Atlantiku u qed isofri b'mod partikolari mill-kriżi soċjoekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19; |
|
D. |
billi l-kriżi klimatika u ż-żieda fil-livelli tal-baħar għandhom konsegwenzi kbar għall-kosti marittimi u l-gżejjer kollha fiż-żona tal-Atlantiku, li l-ambjent tagħhom, kemm dak tal-art kif ukoll dak tal-baħar, huwa fraġli u uniku; |
|
E. |
billi ż-żona tal-Atlantiku tal-UE tinkludi Madeira, l-Azores, il-Gżejjer Kanarji, il-Gujana Franċiża, Martinique, Guadeloupe u Saint Martin bħala reġjuni ultraperiferiċi (ORs), u billi l-pjan ta' azzjoni l-ġdid għall-Atlantiku għandu jkun immirat lejn dawn ir-reġjuni kollha filwaqt li titrawwem kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCTs) tal-Atlantiku u l-pajjiżi tal-Atlantiku li mhumiex fl-UE u r-reġjuni tagħhom; |
|
F. |
billi fl-2015, il-PDG totali taż-żona tal-Atlantiku kien ta' EUR 2 175 biljun, li jirrappreżenta 15 % tal-PDG tal-UE (19); |
|
G. |
billi l-istrateġija għall-Atlantiku għandha tinkludi flussi ta' skambju tanġibbli u intanġibbli mal-OCTs tal-Atlantiku u pajjiżi mhux tal-UE, filwaqt li r-reġjuni tal-Atlantiku tal-UE, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, jittieħdu bħala l-bażi tagħha; |
|
H. |
billi l-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-bijodiversità għall-2030, ir-rieżami tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (20) u l-ekonomija blu huma elementi ewlenin fit-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u bbażata għalkollox fuq sorsi rinnovabbli, inklużi kriterji ta' sostenibbiltà msaħħa; |
|
I. |
billi l-oċeani għandhom rwol fundamentali fl-adattament għat-tibdil fil-klima; |
|
J. |
billi oċeani b'saħħithom u l-preservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tagħhom huma essenzjali għall-bniedem bħala regolaturi klimatiċi, produtturi ta' mill-inqas nofs l-ossiġenu fl-atmosfera tad-dinja, ospitanti tal-bijodiversità, riżorsa għas-sigurtà globali tal-ikel u għas-saħħa tal-bniedem, u riżorsa ta' attivitajiet ekonomiċi inklużi s-sajd, it-trasport, il-bini tal-bastimenti, il-kummerċ, it-turiżmu, il-gastronomija, l-enerġija rinnovabbli, ir-riċerka u l-prodotti tas-saħħa; |
|
K. |
billi l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għandha l-għan li timplimenta sistema alimentari ġusta, sana u tajba għall-ambjent; |
|
L. |
billi l-portijiet u t-trasport għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u għat-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr karbonju u bbażata fuq l-enerġija rinnovabbli; |
|
M. |
billi s-settur marittimu tal-UE għandu jikkontribwixxi wkoll biex jiġu indirizzati t-telfien tal-bijodiversità u d-degradazzjoni ambjentali, u għall-objettivi tal-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-bijodiversità għall-2030; |
|
N. |
billi l-Pjan ta' Azzjoni għall-Atlantiku 2.0 rivedut għandu jisfrutta l-potenzjal tal-ekonomija blu fir-reġjun tal-Atlantiku, filwaqt li jippreserva l-ekosistemi marini u jikkontribwixxi għall-għall-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; |
|
O. |
billi l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' ħiliet blu, proġetti ta' riċerka konġunti, u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-potenzjal u l-fraġilità tal-oċean bħala ambjent naturali se jikkontribwixxu għas-suċċess tal-istrateġija; |
|
P. |
billi l-pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku 2.0 ma fih l-ebda referenza għall-ORs tal-Atlantiku li ssaħħaħ id-dimensjoni tal-baħar u dik Atlantika tal-Unjoni Ewropea; |
Evalwazzjoni tal-Istrateġija għall-Atlantiku mill-2013
|
1. |
Jenfasizza x-xogħol li twettaq mill-atturi lokali, reġjonali, u nazzjonali, u tal-UE kollha, b'mod partikolari l-ħidma tal-Atlantic Strategy Group; |
|
2. |
Jinnota bi tħassib l-effetti tal-Brexit u tal-pandemija tal-COVID-19, f'żoni marittimi u kostali Atlantiċi; josserva li, bħala konsegwenza, il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali f'dawn it-territorji tista' tiġi pperikolata, b'riskju kbir li jiġu aċċellerati x-xejriet tad-depopolazzjoni; |
|
3. |
Iqis li l-pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku tal-2013 ikkontribwixxa għall-iżvilupp ta' stampa aktar komprensiva ta' x'inhu jiġri fl-Atlantiku, iżda li minħabba l-kamp ta' applikazzjoni wiesa' tiegħu, il-kontribut kien limitat fir-rigward tal-influwenza fuq il-prijoritajiet u l-appoġġ għall-iżvilupp ta' proġetti rilevanti; |
|
4. |
Jenfasizza l-isforzi biex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-istrateġija għall-Atlantiku, b'mod partikolari permezz tas-suċċess tad-Dikjarazzjoni ta' Galway dwar il-Kooperazzjoni dwar l-Oċean Atlantiku tal-24 ta' Mejju 2013 u d-Dikjarazzjoni ta' Belém dwar il-Kooperazzjoni fir-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Atlantiku tal-14 ta' Lulju 2017; ifakkar li d-dimensjoni internazzjonali tal-pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku tal-2013 u l-appoġġ għall-implimentazzjoni tiegħu jgħinu biex jinftiehmu l-isfidi kontinwi fl-Oċean Atlantiku, kif ukoll l-effetti tagħhom fuq il-komunitajiet kostali differenti; |
|
5. |
Jinnota b'dispjaċir li r-riżultati ġenerali kienu 'l bogħod mill-potenzjal tal-pjan ta' azzjoni, u jiddeplora n-nuqqas ta' allokazzjoni baġitarja għall-pjan ta' azzjoni u l-kumplessità tas-sistema ta' governanza tiegħu; |
|
6. |
Jirrimarka li l-1 200 proġett marittimu ġdid u l-kważi EUR 6 biljun f'investimenti indikati mill-Kummissjoni (21) ma jirriżultawx bis-sħiħ mill-pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku tal-2013, iżda jilqa' l-fatt li l-istrateġija għall-Atlantiku attirat jew ispirat uħud minn dawk l-investimenti u l-proġetti; jiddispjaċih, barra minn hekk, li madwar 30 % biss tal-proġetti indikati kienu transnazzjonali (22) u li r-rieżami ta' nofs it-terminu ma jipprovdix ħarsa ġenerali reali tal-proġetti mwettqa permezz tal-istrateġija; huwa tal-fehma li r-reġjuni tal-Atlantiku ma kinux involuti biżżejjed fil-governanza tal-istrateġija; |
|
7. |
Jiddeplora l-fatt li għalkemm ġew inklużi fl-istrateġija għall-Atlantiku tal-2013, is-setturi tas-sajd u l-akkwakultura sostenibbli fil-biċċa l-kbira tħallew barra mill-valutazzjoni tar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Kummissjoni tal-2017; |
IL-PJAN TA' AZZJONI L-ĠDID 2.0: RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAL TITJIB
Kummenti ġenerali
|
8. |
Jilqa' r-reviżjoni tiegħu u jirrikonoxxi l-progress li sar fir-rigward tal-governanza; jiddispjaċih, madankollu, dwar il-persistenza ta' diversi nuqqasijiet; |
|
9. |
Jilqa' s-selettività akbar tal-prijoritajiet fil-pjan ta' azzjoni l-ġdid, meta mqabbel mal-pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku 2013-2020, u jitlob l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet konkreti, li jirriżultaw direttament mill-istrateġija; jissuġġerixxi li pjanijiet direzzjonali jew stadji importanti speċifiċi jiġu inklużi għal kull għan sabiex l-azzjonijiet definiti jkunu aktar speċifiċi u jkun aktar faċli li dawn jiġu evalwati; |
|
10. |
Jiddeplora l-fatt li ma ġie allokat l-ebda finanzjament fil-baġit tal-Unjoni għall-Pjan ta' Azzjoni għall-Atlantiku; jirrakkomanda li l-opportunitajiet ta' finanzjament u l-programmi eżistenti taħt il-QFP 2021-2027, bħall-Interreg, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u Orizzont Ewropa, jippromwovu sejħiet għal proġetti sabiex jindirizzaw l-isfidi u l-opportunitajiet multidimensjonali tar-reġjuni tal-Atlantiku; |
|
11. |
Jisħaq li tenħtieġ żieda fis-sinerġiji bejn il-fondi u l-programmi Ewropej differenti, b'mod partikolari programmi ġestiti direttament, u programmi nazzjonali u reġjonali, sabiex isostnu ekonomija blu sostenibbli, reżiljenti u kompetittiva fir-reġjuni tal-Atlantiku; jistieden lill-Kummissjoni tqis li tittikketta proġetti li jissodisfaw id-diversi prijoritajiet u objettivi tal-istrateġija l-ġdida, sabiex ikun aktar faċli li dawn jiġu ffinanzjati skont il-programmi u l-fondi tal-UE rilevanti; jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni involuti jsemmu l-istrateġija fil-programmi u l-fondi tal-politika ta' koeżjoni rilevanti għal dawn ir-reġjuni; |
|
12. |
Jemmen li l-istrateġija tista' tħeġġeġ l-ippjanar konġunt u l-iżvilupp ta' setturi tal-ekonomija blu fiż-żona tal-Atlantiku, billi ssegwi l-aħjar prattiki ta' ppjanar spazjali marittimu kollaborattiv, inklużiv u transsettorjali u billi tpoġġi t-tħassib ambjentali, dwar il-bijodiversità u dwar il-klima fil-qalba tagħha, u b'hekk tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-UE dwar il-klima u l-enerġija u tippromwovi teknoloġiji ta' ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, bħall-enerġija mill-marea, mill-mewġ, mix-xemx u mir-riħ; |
|
13. |
Jenfasizza l-importanza li l-programmi ta' finanzjament tal-UE jsiru magħrufa b'mod wiesa' mal-benefiċjarji potenzjali u jistieden lill-Kummissjoni toħroġ gwida ċara u simplifikata dwar dawn l-opportunitajiet kollha; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra proġetti ta' tikkettar biex id-dimensjoni Ewropea ssir viżibbli għall-pubbliku; |
Reġjuni ultraperiferiċi u gżejjer
|
14. |
Jiddeplora l-fatt li fl-istrateġija għall-Atlantiku l-ġdida hemm biss referenza qasira għall-gżejjer tal-Istati Membri fl-Atlantiku, b'mod partikolari l-ORs, minkejja li dawn iż-żoni jiddependu ħafna fuq l-ekonomija blu għas-sostenibbiltà soċjoekonomika tagħhom u jospitaw proporzjon sinifikanti tal-bijodiversità fl-UE; |
|
15. |
Ifakkar li l-ORs jagħtu dimensjoni Atlantika reali lill-UE u li l-integrazzjoni sħiħa tagħhom f'din l-istrateġija hija fundamentali għas-suċċess tagħha u għalhekk għandha tissaħħaħ; ifakkar li l-insularità, id-distanza u ċ-ċokon tagħhom għandhom jitqiesu, skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għall-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali, ekonomika u territorjali reali, iżda wkoll biex jiġu enfasizzati l-potenzjal uniku u l-assi distintivi tagħhom, bħall-pożizzjoni ġeostrateġika tagħhom; |
|
16. |
Jissottolinja l-importanza li jiġu żviluppati strateġiji għall-ġlieda kontra l-limitazzjonijiet tar-reġjuni tal-Atlantiku dovuti għad-distanza jew id-densità baxxa tal-popolazzjoni, b'mod partikolari fil-gżejjer tal-Istati Membri u l-ORs, billi jiġu promossi konnessjonijiet tat-trasport aktar sostenibbli, tintemm id-dipendenza enerġetika billi jitħaddnu l-enerġiji rinnovabbli, bħall-enerġija solari, mill-marea u mir-riħ, u billi jiġu żviluppati networks ta' informazzjoni kkoordinati; |
Industrija u impjiegi
|
17. |
Jirrakkomanda li tiġi żviluppata strateġija industrijali fil-livell Atlantiku, b'komponent qawwi ta' ekonomija blu ambjentali u soċjoekonomika sostenibbli, u jissuġġerixxi li l-pjan ta' azzjoni għandu jiffoka fuq l-iżvilupp ta' industriji ewlenin, kif ukoll fuq politiki settorjali rilevanti speċifiċi għaż-żona jew żoni tal-Atlantiku fejn l-isforzi addizzjonali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-livell tal-baċiri tal-baħar għandhom l-akbar potenzjal; |
|
18. |
Jitlob li l-istrateġija tpoġġi enfasi qawwija fuq il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità; iqis li l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali mhumiex salvagwardjati biżżejjed fil-pjan ta' azzjoni l-ġdid għall-Atlantiku u huwa għalhekk tal-fehma li jeħtieġ li tiġi inkluża dimensjoni soċjali aktar b'saħħitha fl-istrateġija; jitlob li jkun hemm dimensjoni soċjali ambizzjuża li tiġġieled kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u li tippromwovi l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u, b'mod partikolari, it-taħriġ u l-aċċess għaż-żgħażagħ għal professjonijiet marittimi, f'oqsma bħall-bini u t-tiswija tal-bastimenti, l-akkwakultura u s-sajd; |
Sajd sostenibbli
|
19. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-istrateġija ma ssemmix is-sajd u l-akkwakultura sostenibbli, anki jekk dawn l-industriji għandhom rwol soċjoekonomiku u ambjentali vitali tul il-kosta tal-Atlantiku u fl-ORs tal-UE; jitlob li dan is-settur ewlieni tal-ekonomija blu jkun inkluż fl-istrateġija l-ġdida, f'konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2021 dwar approċċ ġdid għal ekonomija blu sostenibbli fl-UE; iqis li referenzi għal dawn l-industriji dejjem għandhom jalludu għall-implimentazzjoni ta' approċċ ekosistemiku għall-ġestjoni marittima; |
|
20. |
Iwissi kontra l-effetti negattivi ta' sajd eċċessiv u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri u r-reġjuni taż-żona tal-Atlantiku jikkooperaw b'mod effikaċi kontra sajd illegali mhux irrapportat; |
|
21. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-istati kostali tal-Atlantiku u l-aġenziji fir-rigward tal-protezzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, il-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli u t-tmiem tas-sajd eċċessiv; |
|
22. |
Jisħaq li l-pjan ta' azzjoni l-ġdid għall-Atlantiku għandu jippromwovi sinerġiji akbar mal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u l-istrateġija għall-bijodiversità għall-2030 sabiex tiġi appoġġjata ekonomija blu ambjentalment, soċjalment u ekonomikament sostenibbli, soda u kompetittiva, fiż-żona tal-Atlantiku; |
|
23. |
Jinnota li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jaf ibiddel il-mod li bih il-bastimenti tal-UE jwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-Oċean Atlantiku u d-dinamika storika li teżisti fir-reġjun; |
Turiżmu sostenibbli
|
24. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat turiżmu ta' kwalità għolja, intelliġenti u sostenibbli billi dan hu settur kruċjali tal-ekonomija blu, u jistenna li l-Parlament u l-Kummissjoni jvaraw proġetti pilota f'dan il-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku 2.0 ikun allinjat sewwa mal-istrateġija għat-turiżmu kostali u marittimu u jitlob rivalutazzjoni immedjata ta' din tal-aħħar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw ukoll forom ġodda ta' turiżmu marittimu u kostali sostenibbli li jżidu l-valur taż-żoni kostali bid-diversifikazzjoni tal-attivitajiet offruti, filwaqt li jippreservawhom billi jiġġieldu l-effetti dannużi tat-turiżmu tal-massa fuq il-kosta, l-ambjent u l-wirt kulturali; jenfasizza l-importanza tal-ekonomija ċirkolari fis-settur turistiku bl-iżvilupp ta' prattiki aktar sostenibbli li jkunu ta' benefiċċju għall-iżvilupp u l-impjiegi lokali tul is-sena kollha; jinnota l-potenzjal sinifikanti tat-turiżmu gastronomiku marbut partikolarment ma' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura; |
|
25. |
Jisħaq fuq l-importanza ta' REACT-EU, li tista' tagħti lir-reġjuni tal-Atlantiku bidu ġdid permezz ta' turiżmu kostali, innovazzjoni u infrastruttura portwarja sostenibbli; ifakkar li jeħtieġ jinħolqu, jiġu adattati u mmodernizzati infrastrutturi marittimi eżistenti speċifiċi, bħal faċilitajiet ta' navigazzjoni u ta' appoġġ rikreattiv; |
Pilastru I – Il-portijiet tal-Atlantiku bħala portali u ċentri tal-ekonomija blu
|
26. |
Jenfasizza l-importanza li jissaħħaħ ir-rwol tal-portijiet tal-Atlantiku u l-ħtieġa ta' investimenti f'infrastruttura intelliġenti, kif ukoll l-importanza tal-iżvilupp u l-ġestjoni sostenibbli tal-portijiet, inklużi portijiet ekoloġiċi; jissottolinja r-rwol fundamentali u strateġiku tal-portijiet bħala portali għall-Ewropa, pjattaformi tal-loġistika, hotspots għat-turiżmu, riżorsi tal-produzzjoni tal-enerġija, ċentri tal-ħżin u hubs industrijali; jinnota l-ħtieġa li, f'qasir żmien, jiġu adottati miżuri sabiex il-portijiet jingħataw il-possibbiltà li jipproteġu ruħhom mill-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, partikolarment iż-żieda fil-livell tal-baħar; |
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni tagħhom irawmu proġetti ambjentali u soċjoekonomiċi innovattivi sostenibbli fis-setturi marittimi tal-Atlantiku, ġewwa u madwar il-portijiet, tul il-kosta tal-Atlantiku u fit-territorji marittimi, bħall-installazzjoni ta' infrastruttura marittima “ekoloġika” għat-tagħbija; |
|
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex fil-pjan ta' azzjoni l-ġdid għall-Atlantiku tinkludi aktar miżuri għall-promozzjoni tal-konnettività bejn il-portijiet u l-ajruporti, meta jkun applikabbli, billi tiżdied is-sostenibbiltà tagħhom, u l-iżvilupp taż-żoni interni permezz ta' konnessjonijiet multimodali; jiddeplora l-problemi persistenti dwar l-interoperabbiltà tat-trasport ferrovjarju fil-Kuritur tal-Atlantiku; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jlestu l-proġetti prijoritarji inklużi fin-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-Kuritur tal-Atlantiku, speċjalment fiż-żoni transfruntiera u fil-kuntest tal-linji gwida futuri tat-TEN-T u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (2021-2027), u jippromwovu l-iżvilupp tal-Awtostradi tal-Baħar tat-TEN-T u jinvestu fihom, filwaqt li joħolqu konnessjonijiet bejn il-gżejjer u l-kontinent; |
|
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lir-reġjuni tal-Atlantiku jiżviluppaw strateġiji biex jeliminaw il-konġestjonijiet ferrovjarji, ikomplu bl-iżvilupp ta' konnessjonijiet ferrovjarji ta' veloċità għolja u jtejbu b'mod parallel il-linji konvenzjonali, jipprovdu kontinwità transfruntiera, ifasslu pjanijiet għat-trasferiment multimodali lejn mezzi ta' trasport sostenibbli, jappoġġjaw l-iżvilupp tal-awtostrada ferrovjarja tal-Atlantiku, itejbu l-konnessjonijiet bejn il-portijiet ferrovjarji u jorbtuhom ma' kurituri ewlenin oħra tat-TEN-T, partikolarment il-Kuritur tal-Mediterran, il-Kuritur ta' bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Mediterran u l-Kuritur ta' bejn ir-Renu u l-Alpi, kif ukoll il-linji l-oħra fil-Kuritur tal-Atlantiku, fid-dawl tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030; jinnota b'sodisfazzjon ir-riallinjament li hemm ippjanat għall-kurituri marittimi bejn l-Ewropa kontinentali u l-Irlanda wara l-Brexit, u partikolarment l-integrazzjoni tal-Irlanda fil-Kuritur tal-Atlantiku; |
|
31. |
Jilqa' l-ħidma tal-partijiet ikkonċernati nazzjonali u reġjonali fil-preservazzjoni u t-titjib tal-livelli ta' sikurezza tal-infrastruttura bl-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni xierqa, il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki; |
|
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti spinta lid-dekarbonizzazzjoni tat-trasport marittimu bħala mod kif jiġu promossi l-investimenti li jtejbu s-sostenibbiltà; jistieden lill-Kummissjoni u lill-industrija tat-trasport marittimu jevalwaw il-benefiċċju li titwaqqaf sħubija għat-trasport marittimu fil-livell tal-UE biex titrawwem l-innovazzjoni fis-settur, jingħata kontribut għad-dekarbonizzazzjoni, jinħolqu infrastrutturi għat-tagħbija, il-ħżin u l-provvista ta' fjuwils alternattivi fil-portijiet u t-terminals tal-merkanzija u jiġu żviluppati pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-iskart għall-portijiet tal-Atlantiku; |
Pilastru II – Ħiliet blu tal-futur u litteriżmu dwar l-oċeani
|
33. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħolqu networks bejn universitajiet u ċentri tat-tagħlim fil-qasam tar-riċerka u t-taħriġ dwar suġġetti blu, u jinnota b'interess l-opportunitajiet offruti mill-programm Erasmus+ 2021-2027 permezz tal-inizjattivi ġodda ta' alleanzi ta' universitajiet Ewropej u Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ulterjuri tal-Iskejjel Blu Ewropej; jenfasizza li edukazzjoni u taħriġ speċifiċi dwar l-ekonomija blu, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni dwar l-ekosistemi marini u dwar il-ħtieġa li jiġu protetti billi tiġi indirizzata l-problema tal-iskart fil-baħar; |
|
34. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-ġlieda kontra t-tluq bikri mill-iskola u tal-edukazzjoni formali u mhux formali għat-titjib tal-ħiliet tal-popolazzjonijiet marittimi u jinkoraġġixxi sforzi għall-koordinazzjoni ta' miżuri mid-diversi setturi rilevanti għall-promozzjoni ta' tkabbir blu inklużiv u kompetittiv; |
|
35. |
Jisħaq fuq l-importanza li jitnedew proġetti pilota fir-reġjun tal-Atlantiku fil-qasam tal-governanza tal-oċeani u l-għarfien dwarhom, fir-reġjuni ultraperiferiċi u fi bnadi oħra, bl-involviment tal-universitajiet, iċ-ċentri ta' riċerka u l-kulleġġi marittimi; |
|
36. |
Jilqa' ż-żieda fl-iżvilupp tar-riċerka fil-bijoteknoloġija marina l-ġdida minħabba l-użu potenzjali tagħha f'applikazzjonijiet industrijali u mediċi; ifakkar li proġetti u inizjattivi ta' innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' riċerka, in-networking u l-iskambju tal-aħjar prattiki; |
Pilastru III – Enerġija rinnovabbli mill-baħar
|
37. |
Jilqa' l-inizjattivi biex jitħaffef l-adattament għat-tibdil fil-klima u biex jintlaħaq l-objettiv li nsiru kontinent newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju sal-2050, bħall-Alleanza tal-Ħiliet Trans-Atlantika u l-ħolqien ta' inċentivi għall-promozzjoni tal-installazzjoni ta' faċilitajiet tal-enerġija rinnovabbli fuq l-art u lil hinn mill-kosta; jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni fost l-istati kostali tal-Atlantiku dwar ir-riċerka u l-iżvilupp f'enerġiji rinnovabbli emerġenti bħall-enerġija mix-xemx, mill-mewġ, mill-marea u mir-riħ; jiddispjaċih li l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fir-reġjun tal-Atlantiku għadha sottożviluppata; |
|
38. |
Jirrimarka li r-riforma tal-ekonomija blu fiż-żona tal-Atlantiku tista' tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, billi tisfrutta l-potenzjal dejjem akbar tal-enerġiji rinnovabbli lil hinn mill-kosta u l-ġestjoni aktar sostenibbli tal-ispazju marittimu f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jenfasizza r-rwol essenzjali tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima; |
Pilastru IV – Oċeani b'saħħithom u kosti reżiljenti
|
39. |
Jiddispjaċih li l-pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku 2.0 u l-pilastri tiegħu ma jsemmux l-implimentazzjoni tal-approċċ ekosistemiku għall-ġestjoni tal-baħar kif mitlub mid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (23) u li dan l-approċċ għandu japplika għall-attivitajiet kollha li huma parti mill-Ekonomija Blu; |
|
40. |
Jappoġġja r-riċerka dwar l-oċeani u jistieden lill-Kummissjoni u lir-reġjuni tal-Atlantiku biex, fl-ambitu tal-Pilastru IV tal-Pjan ta' Azzjoni, jippromwovu proġett konġunt kbir ta' tindif mit-tniġġis għall-Oċean Atlantiku u l-qiegħ tiegħu, jappoġġjaw ir-riċerka oċeanografika u l-osservazzjoni dwar qiegħ il-baħar u jippromwovu miżuri sostenibbli għall-prevenzjoni tat-tniġġis; jappella, f'dan il-kuntest, biex jiġu żviluppati azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-protezzjoni u d-dekarbonizzazzjoni ta' sorsi marittimi, bħall-karbonju ġġenerat mill-bastimenti; |
|
41. |
Huwa tal-fehma li l-ekonomija ċirkolari għandha titwessa' permezz tal-ġbir tal-iskart fil-baħar u r-riintroduzzjoni tiegħu fl-ekonomija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja l-bini ta' ċentri għall-ġbir u t-trattament ta' plastik u skart ieħor tal-baħar, b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Atlantiku, li huma affettwati ħafna mill-iskart li jinġarr mill-kurrenti tal-baħar; jissuġġerixxi li jitwaqqaf ċentru għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-tniġġis tal-baħar f'wieħed mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Atlantiku; |
|
42. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u lir-reġjuni tagħhom jiżviluppaw kapaċitajiet aħjar ta' prevenzjoni u ġestjoni tar-riskju biex jittrattaw inċidenti fuq l-art u fil-baħar u diżastri naturali; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima biex tappoġġja lill-Istati Membri fil-mitigazzjoni tar-riskji ambjentali relatati mat-tbaħħir u fit-titjib tas-sostenibbiltà u s-sikurezza ġenerali tas-settur marittimu; |
|
43. |
Jilqa' r-riferiment għall-immappjar u l-preservazzjoni jew ir-rikostituzzjoni tal-artijiet mistagħdra kostali fil-pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku 2.0 bħala parti mill-Għan 6 dwar il-kisba ta' reżiljenza kostali aktar b'saħħitha; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dawn l-oqsma jkollhom pjanijiet ta' ġestjoni effettivi; |
|
44. |
Jenfasizza l-importanza ta' programmi ddedikati tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali/Interreg immirati b'mod speċjali lejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, u lejn il-valutazzjoni u l-prevenzjoni tar-riskji idroġeoloġiċi fiż-żoni kostali u l-artijiet mistagħdra; |
|
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'kollaborazzjoni mal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, tfassal inizjattivi ambizzjużi u pjan direzzjonali għad-dekarbonizzazzjoni tal-bastimenti abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt fil-fond; |
|
46. |
Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu żoni marittimi kbar protetti, u jenfasizza l-importanza li jiġu protetti l-ispeċijiet kollha tal-baħar; jissottolinja l-fatt li ż-żoni protetti tal-baħar mhux biss jipproteġu l-ekosistemi tal-baħar iżda jaqdu wkoll rwol fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u jikkontribwixxu għal oċeani b'saħħithom u reżiljenti; itenni t-talba li għamlet il-Kummissjoni fl-istrateġija tagħha għall-bijodiversità għall-2030 li mill-inqas 30 % taż-żona tal-baħar fl-UE tkun protetta, anke permezz ta' żoni ta' rkupru tal-istokkijiet tal-ħut, kif previst fil-Politika Komuni tas-Sajd, u li tal-anqas 10 % tal-ibħra tal-UE jkunu kklassifikati bħala żoni protetti strettament (24); |
|
47. |
Jisħaq fuq l-importanza li l-isforzi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri jkunu allinjati sabiex jittejbu s-saħħa u l-amministrazzjoni tal-oċean u l-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tiegħu, kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni ta' Galway u fid-Dikjarazzjoni ta' Belém; |
|
48. |
Jissottolinja l-importanza tar-rapport “Missjoni Starfish 2030: Nirrestawraw l-Oċean u l-Ibħra tagħna” għall-pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku u jitlob miżuri ta' appoġġ u koordinazzjoni mal-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fl-implimentazzjoni ta' politiki biex jintlaħqu l-ħames objettivi ġenerali tiegħu: għarfien, riġenerazzjoni, tniġġis żero, dekarbonizzazzjoni u governanza; |
Governanza
|
49. |
Jilqa' l-fatt li r-reġjuni tal-Atlantiku issa huma involuti aktar mill-qrib fil-governanza tal-istrateġija għall-Atlantiku, li d-delegazzjonijiet nazzjonali huma liberi li jistiednu rappreżentanti mir-reġjuni tagħhom jipparteċipaw fil-kumitat strateġiku għall-ħidma fuq ir-reġjun tal-Atlantiku u li l-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi Marittimi ntalbet tieħu rwol ta' konsulenza; jirrimarka, b'rabta ma' dan, li r-reġjuni, l-irħula, l-ibliet u l-muniċipalitajiet kostali jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-implimentazzjoni ta' dan il-pjan ta' azzjoni; |
|
50. |
Jappella biex fid-delegazzjonijiet nazzjonali jiġu inklużi rappreżentanti mir-reġjuni kollha kkonċernati u li pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej u pajjiżi terzi tal-Atlantiku jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-istrateġija; |
|
51. |
Jiġbed l-attenzjoni għas-suċċess tal-istruttura ta' governanza tal-istrateġija għall-Alpi; |
|
52. |
Jipproponi li jsiru laqgħat tal-anqas fuq bażi annwali jew aktar frekwenti bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni involuti fl-istrateġija, il-Kummissjoni, il-Parlament u l-partijiet ikkonċernati kollha sabiex jiġu promossi koordinazzjoni aħjar u monitoraġġ frekwenti tal-miżuri introdotti minn kull reġjun; jemmen li għandha tingħata aktar viżibbiltà lill-istruttura l-ġdida ta' governanza u lil-laqgħat li se jsiru fil-futur; |
|
53. |
Jirrakkomanda li l-partijiet fl-istrateġija għall-Atlantiku u l-membri tal-Kumitat ta' Monitoraġġ ta' Interreg għaż-Żona tal-Atlantiku jistabbilixxu objettivi u proċeduri deċiżjonali komuni, biex jiġu implimentati aħjar soluzzjonijiet sabiex jiġu indirizzati sfidi reġjonali fl-oqsma tal-innovazzjoni, l-effiċjenza fir-riżorsi, l-ambjent u l-kultura, filwaqt li jiġu appoġġjati l-iżvilupp reġjonali u t-tkabbir sostenibbli; jenfasizza li l-programm Interreg għaż-żona tal-Atlantiku m'għandux il-kapaċità amministrattiva u finanzjarja li jkun l-uniku sors ta' finanzjament għal proġetti li jaqgħu taħt l-istrateġija għall-Atlantiku; |
|
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest tal-miri speċifiċi tal-istrateġija għall-Atlantiku, tiffoka fuq l-inqas reġjuni żviluppati fiż-żona tal-Atlantiku; iqis li hu fundamentali li jiżdied l-għadd ta' sejħiet speċifiċi għal proġetti fir-reġjuni tal-Atlantiku, inkluż għal proġetti transatlantiċi żgħar, medji u fuq skala kbira, dwar il-prijoritajiet soċjoekonomiċi inqas żviluppati tal-istrateġija għall-Atlantiku; ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-importanza li jiġi implimentat bis-sħiħ il-prinċipju tas-sħubija, bl-involviment tas-sħab soċjoekonomiċi u ta' partijiet ikkonċernati oħra fit-tfassil tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni fir-reġjuni tal-Atlantiku, anke sabiex jiġu żgurati ppjanar u implimentazzjoni aħjar tal-proġetti fuq il-post; |
|
55. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, kif ukoll ma' partijiet ikkonċernati oħrajn, iżidu l-impenn tagħhom u jimplimentaw proġetti strateġiċi komuni; jenfasizza l-importanza tas-setturi strateġiċi koperti f'dan il-pjan ta' azzjoni, bħat-trasport, l-enerġija, it-turiżmu sostenibbli, il-ħarsien tal-ambjent u l-użu sostenibbli tar-riżorsi, ir-riċerka u l-edukazzjoni; |
|
56. |
Huwa tal-fehma li l-organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi li l-attivitajiet tagħhom huma direttament relatati mal-baħar għandhom ikunu involuti b'mod aktar attiv fil-ħolqien, il-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġetti ġodda, fl-edukazzjoni u f'setturi oħra, bħall-protezzjoni tal-ekosistemi u l-bijodiversità tal-Atlantiku; |
|
57. |
Jistieden lill-partijiet fl-istrateġija għall-Atlantiku biex, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jiżviluppaw pjattaforma ta' informazzjoni speċifika għall-iskambju ta' esperjenzi u l-aħjar prattiki ta' rilevanza għall-pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku 2.0; |
|
58. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fid-dawl tan-nuqqasijiet serji identifikati, tagħmel rieżami tal-istrateġija attwali; |
Lejn makroreġjun fiż-żona tal-Atlantiku
|
59. |
Ifakkar li l-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE, baqa' miftuħ għall-ħolqien ta' makroreġjuni ġodda; jistieden lill-Kunsill Ewropew jagħti mandat lill-Kummissjoni biex toħloq mudell makroreġjonali tal-Atlantiku li jsaħħaħ l-inklużjoni tal-awtoritajiet reġjonali u r-rwol tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Atlantiku fil-governanza tal-istrateġija għall-Atlantiku, imexxi proġetti ambizzjużi għaż-żona tal-Atlantiku, jikkoordina aħjar l-użu tal-fondi tal-UE fir-reġjuni u jaħdem b'mod integrat, filwaqt li jiffoka fuq is-sinerġiji bejn id-dimensjoni marittima u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; |
|
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi fil-fond dwar il-benefiċċji tal-implimentazzjoni ta' makroreġjun tal-Atlantiku għall-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom, li jindirizza l-isfidi komuni li jiffaċċjaw dawn ir-reġjuni; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-pjan ta' azzjoni u fl-analiżi tal-ħolqien ta' makroreġjun tal-Atlantiku u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-ispeċifiċitajiet tagħhom jiġu kkunsidrati kif xieraq billi għal kull baċir – il-baċir tal-Karibew, il-baċir tal-Amażonja u l-baċir tal-Makaroneżja – jiġu żviluppati strateġiji dedikati li jiffukaw fuq l-isfidi partikolari tar-reġjuni ultraperiferiċi, u b'hekk jiġi ggarantit li l-ebda reġjun ma jitħalla jibqa' lura; |
o
o o
|
61. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-parlamenti reġjonali ta' Franza, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja involuti fl-istrateġija, kif ukoll lill-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
(1) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(3) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni għar-reġjun tad-Danubju (ĠU C 188 E, 28.6.2012, p. 30); ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2016 dwar Strateġija tal-UE għar-reġjun Alpin (ĠU C 204, 13.6.2018, p. 57); u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar strateġija tal-UE dwar strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku (ĠU C 355, 20.10.2017, p. 23).
(5) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
(7) ĠU C 270, 7.7.2021, p. 94.
(8) ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.
(9) ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94.
(10) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(11) ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28.
(12) Testi adottati, P9_TA(2021)0109.
(13) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 95.
(14) ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 122.
(15) ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1.
(16) ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.
(17) ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27.
(18) ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.
(19) Studju tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2017 bit-titolu “Study input for the term review of the implementation of the Atlantic Action Plan” (Studju li jikkontribwixxi għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Atlantiku).
(20) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(21) Il-Kummissjoni Ewropea, “L-Istrateġija Atlantika u l-Pjan ta' Azzjoni 2013-2020”, paġna kkonsultata fl-20 ta' Lulju 2021, disponibbli fuq: https://atlanticstrategy.eu/en/atlantic-strategy-glance/atlantic-strategy.
(22) Studju tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2017 bit-titolu “Study input for the term review of the implementation of the Atlantic Action Plan” (Studju li jikkontribwixxi għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Atlantiku).
(23) Fl-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva tgħid li l-approċċ ekosistemiku għandu jiġi applikat b'mod li jiżgura li “l-pressjoni kollettiva ta' tali attivitajiet tinżamm f'livelli kompatibbli mal-kisba ta' status ambjentali tajjeb u li l-kapaċità tal-ekosistemi marini li jirrispondu għal bidliet ikkawżati mill-bniedem ma tiġix kompromessa, filwaqt li jippermettu l-użu sostenibbli ta' prodotti u servizzi marini minn ġenerazzjonijiet preżenti u futuri”.
(24) L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 tistabbilixxi l-objettivi għall-protezzjoni legali ta' minimu ta' 30 % tal-art u 30 % tal-baħar tal-UE u l-integrazzjoni ta' kurituri ekoloġiċi (li jfisser żieda ta' 4 % f'żoni terrestri u 19 % f'żoni marittimi meta mqabbel mal-lum). Barra minn hekk titlob li 10 % tal-art u 10 % tal-baħar fl-UE għandhom ikunu żoni protetti strettament (illum 3 % biss tal-art u inqas minn 1 % tal-baħar huma taħt protezzjoni stretta).
Il-Ħamis 16 ta’ Settembru 2021
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/40 |
P9_TA(2021)0382
Strateġija UE-Ċina ġdida
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar strateġija UE-Ċina ġdida (2021/2037(INI))
(2022/C 117/05)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-12 ta' Marzu 2019 bit-titolu “UE-Ċina: Perspettiva strateġika” (JOIN(2019)0005), |
|
— |
wara li kkunsidra d-djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem, imniedi fl-1995, u s-37 sessjoni tiegħu, li saret fi Brussell fl-1 u t-2 ta' April 2019, |
|
— |
wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u ċ-Ċina varata fl-2003, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda Strateġika għall-Kooperazzjoni UE-Ċina 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ta' Ġunju 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (1) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (2) tas-7 ta' Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Hong Kong tat-28 ta' Lulju 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b'mod partikolari dawk tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar ix-xogħol furzat u s-sitwazzjoni tal-Ujguri fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang (3), tat-18 ta' April 2019 dwar iċ-Ċina, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-minoranzi reliġjużi u etniċi (4), tal-4 ta' Ottubru 2018 dwar id-detenzjoni arbitrarja tal-massa tal-Ujguri u l-Każaki fir-Reġjun Awtonomu Ujgur ta' Xinjiang (5), tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-qagħda tar-relazzjonijiet UE-Ċina (6), u tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar il-każijiet tal-Akkademja Buddista Tibetana ta' Larung Gar u Ilham Tohti (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Hong Kong, b'mod partikolari dawk tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-liġi tal-PRC dwar is-sigurtà nazzjonali għal Hong Kong u l-ħtieġa li l-UE tiddefendi l-livell għoli ta' awtonomija ta' Hong Kong (8), tal-21 ta' Jannar 2021 dwar ir-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika f'Hong Kong (9), u tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'Hong Kong, 20 sena wara t-trasferiment (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2020 dwar ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali tal-UE (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2021 dwar il-kontrosanzjonijiet Ċiniżi fuq entitajiet tal-UE, Membri tal-PE u Deputati nazzjonali (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 dwar il-konnettività u r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Asja (13), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) u trattati u strumenti oħra tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1948 dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tal-1930 dwar ix-Xogħol Furzat, li ma ġiex iffirmat miċ-Ċina, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Ftehim ta' Pariġi, li daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS) konkluża fl-10 ta' Diċembru 1982 u li ilha fis-seħħ mis-16 ta' Novembru 1994, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Riflessjoni Maħtur mis-Segretarju Ġenerali tan-NATO tal-25 ta' Novembru 2020 bit-titolu “NATO 2030: United for a New Era” (NATO 2030: Magħquda għal Era Ġdida), |
|
— |
wara li kkunsidra l-14-il Pjan ta' Ħames Snin taċ-Ċina u l-prinċipji ta' “ċirkolazzjoni doppja” u “ktajjen tal-provvista sikuri”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 36 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jiggarantixxi liċ-ċittadini kollha d-dritt għal-libertà tat-twemmin reliġjuż, u l-Artikolu 4 tagħha, li jiddefendi d-drittijiet tan-“nazzjonalitajiet f'minoranza”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0252/2021), |
|
A. |
billi, fil-qafas strateġiku tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, l-UE twiegħed li se tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, u l-istat tad-dritt “fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna tagħha, mingħajr eċċezzjoni” u li se “tqiegħed id-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tar-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi kollha, inklużi s-sħab strateġiċi tagħha”; |
|
B. |
billi permezz tat-tkabbir ekonomiku qawwi u l-aġenda assertiva tal-politika barranija tagħha, b'mod partikolari l-istrateġija ta' investiment tagħha, il-politiki “Going Global” u “Made in China 2025”, u l-Inizjattiva “Belt and Road” (BRI), iċ-Ċina qed timplimenta rwol globali aktar b'saħħtu kemm bħala setgħa ekonomika kif ukoll bħala attur fil-politika barranija, li jippreżenta sfidi politiċi, ekonomiċi, ta' sigurtà u teknoloġiċi serji għall-UE, li mbagħad joħloq konsegwenzi sinifikanti u fit-tul għall-ordni dinji u jhedded serjament il-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli u l-valuri demokratiċi ewlenin; |
|
C. |
billi r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina hija Stat unitarju, komunista b'partit wieħed, irregolat mill-Partit Komunista taċ-Ċina (CPC), li huwa impenjat favur il-Marxiżmu-Leniniżmu; billi ma taqsam l-ebda valur demokratiku bħal-libertà individwali, il-libertà tal-kelma u l-libertà tar-reliġjon; |
|
D. |
billi ċ-Ċina qed taspira dejjem aktar għal rwol aktar globali, hekk kif il-President Ċiniż Xi Jinping pubblikament wiegħed fir-rapport tiegħu li sar fid-19-il Kungress tal-Partit Komunista fl-2017 li sal-2049 iċ-Ċina se ssir protagonista globali f'termini ta' saħħa nazzjonali komposta u influwenza internazzjonali; |
|
E. |
billi t-tradizzjoni fit-tul tad-demokrazija f'Hong Kong, fil-Macau u fit-Tajwan turi li d-demokrazija hija apprezzata mill-poplu Ċiniż; |
|
F. |
billi fil-Macau, wara l-projbizzjoni taċ-ċerimonji li jfakkru l-anniversarju tal-massakru Tiananmen u li jagħmlu pressjoni fuq l-organizzazzjonijiet tal-media biex jadottaw linja editorjali favur iċ-Ċina, dan is-sajf, l-awtoritajiet Ċiniżi eskludew 21 kandidat, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma membri ta' movimenti favur id-demokrazija, milli jipparteċipaw fl-elezzjonijiet leġiżlattivi li jmiss; |
|
G. |
billi ċ-Ċina għandha rekord ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jevita l-impenji bilaterali u multilaterali tal-pajjiż f'dawn l-oqsma; billi ċ-Ċina ppreżentat regolarment riżoluzzjonijiet lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU bil-għan li l-prinċipji tas-“sovranità, in-nuqqas ta' indħil u r-rispett reċiproku” isiru prinċipji fundamentali mhux negozjabbli li jiġu qabel il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-individwi; billi ċ-Ċina qed twettaq il-persekuzzjoni sistemika tal-poplu Ujgur, it-Tibetani, il-Mongoli u minoranzi etniċi oħra, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti soċjali, il-gruppi reliġjużi, il-ġurnalisti, u l-petizzjonanti u d-dimostranti kontra l-inġustizzji, kif ukoll ir-repressjoni dejjem tikber tal-ilħna kollha li ma jaqblux u ta' oppożizzjoni, speċjalment f'Hong Kong; billi l-miżuri ta' avvjament u l-impenji mhux vinkolanti ma kinux biżżejjed biex iżidu l-impenn taċ-Ċina għal valuri li huma fundamentali għall-UE; |
|
H. |
billi t-tluq reċenti ta' korrispondenti barranin miċ-Ċina u t-tikkettar mill-awtoritajiet Ċiniżi tal-Klabb tal-Korrispondenti Barranin bħala “organizzazzjoni illegali” huma l-aħħar f'serje twila u li qed tiżdied ta' każijiet ta' fastidju u ta' tfixkil kontra ġurnalisti barranin, li fl-aħħar mill-aħħar qed jitilqu miċ-Ċina; billi dan huwa parti minn sforz biex fid-dinja kollha jiġi kkontrollat id-diskors dwar iċ-Ċina u biex jiġi ddeterminat x'tip ta' diskors u diskussjonijiet jistgħu jsiru b'mod globali, u jqis dan l-isforz bħala parti minn theddida totalitarja; |
|
I. |
billi l-istrateġija eżistenti tal-UE dwar iċ-Ċina żvelat il-limitazzjonijiet tagħha fid-dawl tal-iżviluppi reċenti u tal-isfidi globali maħluqa miċ-Ċina u jeħtieġ li tiġi aġġornata; |
|
J. |
billi l-Parlament appella lill-Kummissjoni għal eżerċizzju esplorattiv u valutazzjoni tal-impatt sabiex tibda formalment in-negozjati mat-Tajwan mill-aktar fis possibbli; |
|
K. |
billi mit-tnedija tal-kampanja tal-Gvern Ċiniż fl-2014 bl-isem “Strike hard against violent terrorism” (Niġġieldu sew kontra t-terroriżmu vjolenti), is-sitwazzjoni tal-Ujguri u minoranzi etniċi primarjament Musulmani oħra fir-Reġjun Awtonomu ta' Xinjiang Uyghur marret għall-agħar malajr; billi aktar minn miljun persuna jinsabu l-ħabs f'kampijiet ta' detenzjoni, imsejħa ċentri ta' “edukazzjoni politika mill-ġdid” jew ta' “taħriġ”, li fihom l-Ujguri huma soġġetti għal xogħol sistemiku furzat, tortura, għajbien furzat, sorveljanza tal-massa, tħassir kulturali u reliġjuż, l-isterilizzazzjoni furzata tan-nisa, vjolenza sesswali, ksur tad-drittijiet riproduttivi u separazzjoni tal-familja; billi l-analiżi legali kkonkludiet li dawn ir-reati jikkostitwixxu reati kontra l-umanità, anki allegat ġenoċidju, fi ħdan il-qafas legali internazzjonali; billi diversi parlamenti nazzjonali adottaw pożizzjonijiet ta' dan it-tip; |
|
L. |
billi r-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jippermetti lill-UE timponi miżuri restrittivi fuq individwi, entitajiet u korpi fil-mira, inklużi stati u atturi mhux statali, li jkunu responsabbli għal, involuti fi jew assoċjati ma' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u abbużi; billi fit-22 ta' Marzu 2021 ġew inklużi erba' individwi Ċiniżi u entità waħda direttament responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Reġjun Awtonomu ta' Xinjiang Uyghur fil-lista ta' persuni fiżiċi u entitajiet soġġetti għal dawn il-miżuri restrittivi; billi b'reazzjoni għal dawn il-miżuri, iċ-Ċina imponiet kontrosanzjonijiet fuq għaxar individwi Ewropej u erba' entitajiet, inklużi ħames Membri tal-Parlament Ewropew u żewġ korpi istituzzjonali tal-UE, is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll żewġ akkademiċi Ewropej, żewġ gruppi ta' riflessjoni fil-Ġermanja u l-Fondazzjoni tal-Alleanza tad-Demokraziji fid-Danimarka; billi s-sanzjonijiet Ċiniżi ma kellhomx ġustifikazzjoni legali u bażi legali u kienu mmirati direttament mhux biss lejn l-individwi u l-entitajiet ikkonċernati iżda wkoll lejn l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi; billi s-sanzjonijiet huma tentattiv ċar biex jiskoraġġixxu lill-UE milli tkompli bil-ħidma u l-azzjoni tagħha kontra l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina; |
1.
Jirrakkomanda li l-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u l-Kunsill:|
(a) |
jiżviluppa strateġija UE-Ċina aktar assertiva, komprensiva u konsistenti li tgħaqqad l-Istati Membri kollha u tifforma relazzjonijiet ma' Beijing fl-interess tal-UE kollha kemm hi, bid-difiża tal-valuri tagħna fil-qalba tagħha u tippromwovi ordni multilaterali bbażat fuq ir-regoli; jissottolinja li l-istrateġija jeħtieġ li tqis in-natura multidimensjonali tar-relazzjoni tal-UE maċ-Ċina; jenfasizza li ċ-Ċina hija sieħeb ta' kooperazzjoni u negozjar għall-UE, iżda hija wkoll kompetitur ekonomiku u rivali sistemiku f'għadd dejjem akbar ta' oqsma; |
|
(b) |
jipproponi li din l-istrateġija tkun ibbażata fuq sitt pilastri:
|
Djalogu miftuħ u kooperazzjoni dwar l-isfidi globali
|
2. |
Jistieden lill-VP/RGħ biex jiżgura li l-istrateġija UE-Ċina l-ġdida tinvolvi liċ-Ċina fi djalogu bbażat fuq il-prinċipji u orjentat lejn l-interessi dwar l-isfidi globali, bħad-drittijiet tal-bniedem, billi jiżviluppa strateġija tal-UE ambizzjuża, olistika u orjentata lejn ir-riżultati għad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina bħala parti minn din l-istrateġija UE-Ċina l-ġdida, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, id-diżarm nukleari, il-promozzjoni tal-irkupru ekonomiku mill-COVID-19, il-ġlieda kontra l-kriżijiet tas-saħħa globali, u r-riforma ta' organizzazzjonijiet multilaterali speċifiċi; jappella li dan id-djalogu jkun xprunat mill-prinċipji u l-interessi fundamentali tal-UE u li jsegwi l-objettivi ewlenin tal-involviment estern tal-UE; jisħaq li hija meħtieġa kooperazzjoni tajba bejn iż-żewġ sħab biex jiġu indirizzati l-problemi globali; itenni li ċ-Ċina tibqa' sieħeb importanti għall-UE; |
|
3. |
Jappoġġja djalogu u kooperazzjoni akbar maċ-Ċina dwar il-paċi u s-sigurtà; jirrikonoxxi l-importanza tal-kooperazzjoni maċ-Ċina biex tipprevjeni lill-Afganistan milli jsir bażi terroristika ġdida u tiskoraġġixxi lill-Korea ta' fuq milli tkompli l-programm nukleari tagħha; japprova t-tiftix ta' kooperazzjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli, il-kontributi għall-assistenza umanitarja u l-għajnuna għad-diżastri, il-kwistjonijiet ambjentali, spazjali u ajruspazjali, ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni, filwaqt li jinsisti bis-sħiħ fuq il-libertà tar-riċerka; jisħaq li dawn id-djalogi u l-kooperazzjoni jridu jkunu bbażati fuq impenn kondiviż għall-ftuħ u l-ħidma flimkien b'mod trasparenti, ġust u ekwu bħala parti minn sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli, filwaqt li jiġi żgurat is-salvagwardjar tal-interessi u l-valuri Ewropej u l-iżvilupp tal-kapaċità tal-Ewropa li tikkompeti maċ-Ċina kull fejn ikun meħtieġ; |
|
4. |
Jindika li xi oqsma ta' kooperazzjoni bħall-ICT, l-ispazju u l-ajruspazju jista' jkollhom applikazzjoni b'użu doppju u jistgħu jintużaw kontra ċ-ċittadini Ċiniżi u l-Punent; |
|
5. |
Jissottolinja l-importanza li jiġi mħeġġeġ l-impenn taċ-Ċina biex tindirizza t-tibdil fil-klima u kwistjonijiet ambjentali oħra billi ssaħħaħ sħubija bejn l-UE u ċ-Ċina f'dan il-qasam u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li kemm l-UE kif ukoll iċ-Ċina jaderixxu mal-impenji rispettivi tagħhom fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi; jisħaq fuq l-importanza li l-UE timplimenta mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri; jinnota li matul l-aħħar tliet deċennji ċ-Ċina ttriplat l-emissjonijiet tal-karbonju tagħha u issa qed tarmi 27 % tal-gassijiet serra tad-dinja; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza bejn l-ambizzjonijiet globali mħabbra miċ-Ċina fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-impatti ambjentali tal-istrateġiji ta' investiment tagħha fuq livell lokali u barra mill-pajjiż; jistieden lill-Gvern Ċiniż iżomm lura milli jesporta l-kapaċità tal-faħam tiegħu lejn pajjiżi terzi, b'mod partikolari fil-qafas tal-BRI; |
|
6. |
Jappella li d-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem orjentati lejn ir-riżultati jsiru fuq bażi annwali u jiġu evalwati regolarment u jitlob li jsir parametraġġ referenzjarju solidu tal-progress li sar fid-djalogi bilaterali b'mod aktar ġenerali biex jiġi żgurat li dawn l-iskambji jipproduċu eżiti pożittivi ġenwini għad-drittijiet tal-bniedem u għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina; jitlob li r-riżultati tal-valutazzjoni komparattiva u kwalunkwe progress, staġnar jew deterjorament jiġu diskussi b'mod trasparenti; jitlob li d-drittijiet tal-bniedem jitqajmu b'mod regolari fl-ogħla livell politiku, kemm fis-Summits bejn l-UE u ċ-Ċina kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri; jappella, barra minn hekk, għal djalogu parallel dwar id-drittijiet tal-bniedem, li jinvolvi d-diplomatiċi tal-UE u tal-Istati Membri, id-dijaspora Ċiniża, l-NGOs, l-akkademiċi u l-leġiżlaturi liberi u indipendenti, immirati lejn il-ħolqien ta' fehim aħjar tas-sistema Ċiniża u t-tfassil ta' strateġiji aħjar biex jiġi influwenzat il-progress tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina; jissottolinja li dawn id-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jeħtieġ li jinkludu, iżda ma jridux ikunu limitati għal, il-kwistjonijiet li ġejjin: il-libertà tal-media u l-libertà tal-istampa, id-drittijiet tal-minoranzi, inkluż fir-reġjuni ta' Xinjiang, il-Mongolja Interna u t-Tibet, u aċċess liberu għal dawn ir-reġjuni inkluż għad-diplomatiċi u l-ġurnalisti, is-sitwazzjoni ta' Hong Kong, il-libertà tal-kelma, id-drittijiet tax-xogħol, id-dritt ta' għaqda, il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, u l-istat tad-dritt fiċ-Ċina b'mod ġenerali; jilqa' l-ħatra ta' Mibgħut Speċjali ġdid tal-UE għall-Promozzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin Barra mill-Unjoni, u jitlob li l-Mibgħut Speċjali l-ġdid ikun involut b'mod attiv fl-appoġġ tas-sitwazzjoni tal-gruppi u l-entitajiet reliġjużi kollha, inklużi l-Musulmani, l-Insara u l-Buddisti, li jiffaċċjaw persekuzzjoni fiċ-Ċina kontinentali u f'Hong Kong; jitlob lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE biex jużaw dawn id-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ħalli jressqu każijiet individwali; għadu mħasseb ħafna dwar id-detenzjoni kontinwa taċ-ċittadin u pubblikatur Żvediż Gui Minhai; iħeġġeġ intervent mill-UE u mill-Istati Membri fl-ogħla livell biex jiġi żgurat il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha; jesprimi tħassib dwar il-ksur sistemiku tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina u jikkundanna l-każijiet kollha ta' arresti arbitrarji u soppressjoni tal-fluss liberu tal-informazzjoni u l-libertà tal-espressjoni; |
|
7. |
Jitlob lill-UE tinvolvi ruħha fi djalogu maċ-Ċina dwar modi possibbli biex ittejjeb, b'mod trasparenti, il-kapaċitajiet ta' rispons inizjali għall-mard infettiv li għandhom il-potenzjal li jiżviluppaw f'epidemiji jew pandemiji, inkluż ir-rikonoxximent, l-immappjar tar-riskji u s-sistemi ta' twissija bikrija biex tiġi żgurata tħejjija globali aħjar għar-rispons għall-pandemiji; jistieden ukoll liċ-Ċina tikkoopera bis-sħiħ f'investigazzjoni indipendenti dwar l-oriġini tas-SARS-COV-2; |
|
8. |
Jappoġġja l-espansjoni tal-kuntatti bejn il-popli fuq iż-żewġ naħat kif ukoll iż-żjarat reċiproċi ta' skambju tal-istudenti, iżda jħeġġeġ lill-Istati Membri jimmonitorjaw aħjar l-impatt tal-interferenza tal-Gvern Ċiniż fil-libertà akkademika; |
Involviment imsaħħaħ dwar il-valuri universali, in-normi internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem
|
9. |
Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli s-sanzjonijiet bla bażi u arbitrarji imposti mill-awtoritajiet Ċiniżi, li huma ekwivalenti għal attakk fuq il-libertà tal-kelma, fuq il-libertà akkademika u fuq l-impenn internazzjonali favur id-drittijiet universali tal-bniedem u l-fehim tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jneħħu dawn il-miżuri mhux ġustifikati; iqis li s-sanzjonijiet imposti mill-awtoritajiet Ċiniżi jkomplu jnaqqsu l-fiduċja u jxekklu l-kooperazzjoni bilaterali; |
|
10. |
Jissottolinja li l-proċess ta' kunsiderazzjoni u ta' ratifika għall-Ftehim Komprensiv dwar l-Investiment (CAI) bejn l-UE u ċ-Ċina ma jistax jibda qabel ma jitneħħew is-sanzjonijiet Ċiniżi kontra l-Membri tal-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet tal-UE; |
|
11. |
Jenfasizza, f'dan il-kuntest, ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2021 dwar il-kontrosanzjonijiet Ċiniżi; jistieden lill-Kummissjoni, f'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Mejju 2021 dwar il-kontrasanzjonijiet Ċiniżi u mal-Artikolu 21(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), biex tuża l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha kif ukoll id-dibattitu dwar is-CAI bħala lieva biex ittejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u ssostni s-soċjetà ċivili fiċ-Ċina; iħeġġeġ liċ-Ċina tieħu miżuri konkreti biex ittemm ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, bħal xogħol furzat u l-persekuzzjoni sistematika tal-Ujguri u ta' gruppi oħra ta' minoranzi Musulmani Turkiċi, Tibetani, Insara u ta' komunitajiet u ta' knejjes reliġjużi oħra, u li tirrispetta l-impenji internazzjonali tagħha fil-konfront ta' Hong Kong fl-ambitu tad-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Brittanika u l-Liġi Bażika ta' Hong Kong permezz tas-sospensjoni tar-riformi ppjanati għas-sistema elettorali tal-belt u r-rilaxx ta' leġiżlaturi u attivisti favur id-demokrazija; jistieden ukoll liċ-Ċina tirrispetta l-Liġi Bażika tal-Macau, li se tkun fis-seħħ sal-2049, u d-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Portugiża (14) li jipprevjenu kwalunkwe interferenza fil-proċessi elettorali tal-pajjiż u l-funzjonament tal-media; |
|
12. |
Jissottolinja li l-Parlament iqis is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, inkluż f'Hong Kong, qabel ma jiddetermina l-pożizzjoni tiegħu; itenni t-tħassib serju ħafna tiegħu rigward d-diversi abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina u jfakkar li huwa essenzjali r-rispett sħiħ tal-valuri universali, indipendentement mid-differenzi bejn iż-żewġ sistemi; |
|
13. |
Jistieden liċ-Ċina tosserva l-istandards internazzjonali, inkluż fir-rigward tal-impatt tagħha fuq il-klima, l-ambjent, il-bijodiversità, il-faqar, is-saħħa, id-drittijiet relatati max-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ liċ-Ċina, fil-kuntest tal-promozzjoni tal-kummerċ u tal-iżvilupp sostenibbli, tieħu azzjoni konkreta favur ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-erba' Konvenzjonijiet fundamentali pendenti tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) u tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; jesprimi dispjaċir għall-fatt li diversi kumpaniji internazzjonali, b'mod partikolari fis-settur tal-ħwejjeġ u tat-tessuti, kienu suġġetti għal bojkott estensiv u mifrux wara li esprimew tħassib dwar ir-rapporti ta' xogħol furzat fix-Xinjiang u ħadu d-deċiżjoni li jaqtgħu r-rabtiet tal-ktajjen ta' provvista max-Xinjiang, u jikkundanna bil-qawwa l-koerċizzjoni politika eżerċitata kontrihom mill-Gvern Ċiniż; itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS) jiffinalizzaw malajr gwida dwar il-ktajjen ta' provvista indirizzata lill-kumpaniji li tagħtihom konsulenza dwar l-espożizzjoni għar-riskji li jisfruttaw ix-xogħol furzat tal-Ujguri u li tipprovdi appoġġ fl-identifikazzjoni urġenti ta' sorsi ta' provvista alternattivi; |
|
14. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tas-suq intern, kif ukoll kwalunkwe qafas ta' diliġenza dovuta jew projbizzjoni furzata fuq l-importazzjoni tax-xogħol, jintużaw b'mod effiċjenti u effettiv sabiex jiġu esklużi entitajiet li joperaw fis-suq intern tal-UE li huma direttament jew indirettament involuti f'abbużi tad-drittijiet tal-bniedem f'Xinjiang; jistieden ukoll lill-kumpaniji Ewropej fiċ-Ċina, bħala parti mir-responsabbiltà korporattiva tagħhom, iwettqu investigazzjoni bir-reqqa dwar l-użu tax-xogħol furzat fil-ktajjen tal-provvista tagħhom; |
|
15. |
Iħeġġeġ lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem biex tniedi investigazzjonijiet legali indipendenti dwar allegat ġenoċidju, allegati reati kontra l-umanità u ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi programmi ta' xogħol furzat li jseħħu f'diversi reġjuni fiċ-Ċina, u jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprovdu l-appoġġ politiku tagħhom u jagħtu appoġġ internazzjonali lil din l-investigazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jippermettu aċċess liberu, sinifikanti u mingħajr xkiel għar-reġjun; huwa mħasseb ħafna dwar ir-rapporti tal-programmi tax-xogħol fit-Tibet, li qed jiġu ttikkettati wkoll “kampijiet ta' taħriġ vokazzjonali” mill-awtoritajiet Ċiniżi; jistieden liċ-Ċina tikkonforma mal-obbligi tagħha fl-ambitu tad-dritt nazzjonali u internazzjonali għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi f'Xinjiang, fit-Tibet u fil-Mongolja Interna; |
|
16. |
Jikkundanna l-fatt li l-libertà tal-espressjoni, il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà tal-istampa huma ristretti ħafna fiċ-Ċina; jiddeplora l-persekuzzjoni politika li għaliha ġew soġġetti ħafna ġurnalisti, li issa jinsabu f'eżilju; jistieden liċ-Ċina tiżgura li l-ġurnalisti kollha jkunu jistgħu jwettqu xogħolhom b'mod liberu, mingħajr kiel u biża' ta' ritaljazzjoni; jisħaq li għandha tiġi żgurata l-libertà tal-istampa u tal-media; jitlob li l-UE tappoġġja l-libertà tal-kelma u l-media ħielsa fiċ-Ċina billi tistabbilixxi Fond Ewropew għall-Media Demokratika biex jappoġġja l-ġurnaliżmu indipendenti; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq 'il quddiem il-Qafas ta' Diliġenza Dovuta Obbligatorju propost għad-Drittijiet tal-Bniedem bħala kwistjoni ta' urġenza u tappoġġja l-isforzi biex tinkiseb l-adozzjoni ta' strument simili fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tesprimi t-tħassib tagħha dwar l-Ordni 15 il-ġdida, li tkompli tirrestrinġi n-nies reliġjużi u l-mexxejja tagħhom, lill-awtoritajiet Ċiniżi; |
|
19. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-pakkett ta' miżuri li ntlaħaq qbil dwaru wara l-introduzzjoni tal-Liġi Nazzjonali dwar is-Sigurtà għal Hong Kong f'Lulju 2020 u jirrieżaminaw il-politiki tagħhom dwar l-ażil, il-migrazzjoni, il-viża u r-residenza għan-nies ta' Hong Kong; iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Kunsill jipproponu u jadottaw konklużjonijiet dwar Hong Kong; jappella għal miżuri mmirati fl-ambitu tar-Reġim Globali tal-UE dwar is-Sanzjonijiet fuq id-Drittijiet tal-Bniedem, kif meħtieġ, sabiex tiġi indirizzata r-repressjoni f'Hong Kong; jappella wkoll għat-tħassir miċ-Ċina tal-Liġi Nazzjonali dwar is-Sigurtà imposta fuq Hong Kong f'Ġunju 2020; jistieden lil dawk l-Istati Membri li għad għandhom fis-seħħ trattati ta' estradizzjoni maċ-Ċina u Hong Kong jissospendu l-estradizzjoni individwali kull meta l-estradizzjoni ta' individwu tpoġġihom f'riskju ta' tortura jew ta' trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti, fejn dak l-individwu jkun qed jiffaċċja akkużi għal raġunijiet politikament motivati, f'sitwazzjonijiet oħra fejn il-minoranzi etniċi, ir-rappreżentanti tal-oppożizzjoni favur id-demokratika f'Hong Kong u d-dissidenti b'mod ġenerali jkunu mmirati, u kull meta dan ikun qed jikser l-obbligi tal-UE fl-ambitu tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
20. |
Jirrakkomanda li t-tmexxija tal-UE u tal-Istati Membri tirrifjuta l-istediniet għall-Olimpijadi tax-Xitwa ta' Beijing f'każ li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina u f'Hong Kong ma titjiebx u ma jseħħ l-ebda Summit/Djalogu ta' livell għoli bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-Drittijiet tal-Bniedem b'eżitu tanġibbli qabel l-avveniment; |
|
21. |
Jesprimi dispjaċir għall-appoġġ taċ-Ċina għar-reġimi l-aktar oppressivi fid-dinja, b'mod partikolari fis-Sirja, fl-Iran u fil-Korea ta' Fuq, iżda wkoll fil-Venezwela u f'Kuba; |
L-analiżi u l-identifikazzjoni tar-riskji, il-vulnerabbiltajiet u l-isfidi
|
22. |
Jemmen li l-istrateġija futura tal-UE dwar iċ-Ċina għandha tipprovdi l-għodod u d-data meħtieġa biex jiġu indirizzati t-theddidiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u teknoloġiċi li jirriżultaw miċ-Ċina, inkluż permezz tal-BRI tagħha, l-Istrateġija ta' Ċirkolazzjoni Doppja, l-14-il Pjan ta' Ħames Snin, u Made in China 2025, China Standards 2035 u l-politiki 16+1, inklużi l-modernizzazzjoni militari tagħha u l-bini tal-kapaċitajiet, u l-implikazzjonijiet ta' dan għall-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni u għall-ordni multilaterali bbażata fuq ir-regoli; jinnota li hemm ħtieġa urġenti li jiġu żgurati r-rieda politika u r-riżorsi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Konnettività tal-UE; jappella għal koordinazzjoni akbar bejn l-Istrateġija ta' Konnettività tal-UE u n-Network Blue Dot sabiex tiġi pprovduta alternattiva sostenibbli għall-BRI; jilqa' l-ftehim tal-mexxejja tal-G7 biex tiġi żviluppata sħubija għal bini mill-ġdid aħjar għad-dinja – l-inizjattiva “Build Back Better World” (B3W) – bħala alternattiva għall-BRI taċ-Ċina; jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jħaddnu l-inizjattiva u jikkontribwixxu għaliha; |
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkummissjona awditu madwar l-UE kollha, imqassam skont l-Istat Membru, tad-dipendenza tal-UE miċ-Ċina f'ċerti setturi strateġikament importanti u kritiċi, inklużi l-provvisti farmaċewtiċi, jekk possibbli kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak sottonazzjonali, filwaqt li tibni fuq l-analiżi komprensiva reċenti tagħha bit-titolu “Strategic dependencies and capacities” (Dipendenzi u kapaċitajiet strateġiċi) (SWD(2021)0352), li tistabbilixxi pjanijiet biex jitnaqqsu r-riskji relatati ma' dipendenzi mhux mixtieqa, filwaqt li jinżammu r-relazzjonijiet ġenerali maċ-Ċina, li għandhom ikunu kemm jista' jkun reċiproċi u bbilanċjati u allinjati mal-valuri u l-prijoritajiet strateġiċi tal-UE; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jelaboraw mekkaniżmi biex jindirizzaw dan it-theddid b'mod koerenti, b'mod partikolari permezz ta':
|
|
25. |
Jissottolinja li l-involviment bilaterali u mhux koordinat ta' xi Stati Membri maċ-Ċina, u n-nuqqas ta' informazzjoni lill-Kummissjoni meta tiffirma Memoranda ta' Qbil ma' pajjiżi terzi, ikun kontroproduttiv u ta' ħsara għall-pożizzjoni globali tal-UE u għall-vantaġġ li l-Istati Membri tagħha għandhom fin-negozjati meta jaġixxu bħala Unjoni aktar milli atturi indipendenti tal-Istat; jitlob lill-Istati Membri jżommu lura milli jiffirmaw kwalunkwe memorandum bħal dan mingħajr ma jikkonsultaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; jappella għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' koordinazzjoni fil-livell tal-UE biex jittratta kwistjonijiet bħal dawn; ifakkar fl-Artikolu 24 TUE, li jgħid li “l-Istati Membri għandhom isostnu l-politika esterna u ta' sigurtà tal-Unjoni attivament u mingħajr riserva fi spirtu ta' lealtà u solidarjetà reċiproka” u li “għandhom joqgħodu lura minn kull azzjoni li tkun kontra l-interessi tal-Unjoni jew li x'aktarx tagħmel ħsara għall-effettività tagħha bħala forza b'koeżjoni fir-relazzjonijiet internazzjonali”; |
|
26. |
Jisħaq li l-implimentazzjoni tal-istrateġija UE-Ċina u tal-istrateġiji u l-politiki nazzjonali fil-konfront taċ-Ċina għandha tiġi kkoordinata regolarment bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, id-Direttorati Ġenerali differenti tal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew, sabiex tiġi żgurata politika komprensiva u konsistenti li tevita l-kompartimentalizzazzjoni ta' oqsma ta' politika separati; jemmen li l-politiki għandhom jiġu kkoordinati wkoll ma' atturi reġjonali u lokali li jiżviluppaw u jżommu rabtiet maċ-Ċina; |
|
27. |
Jesprimi tħassib dwar l-inċidenza dejjem akbar ta' attakki ibridi, spjunaġġ industrijali miċ-Ċina u serq ċibernetiku kontra kumpaniji Ewropej; jisħaq fuq l-importanza tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ċibernetiċi privati u pubbliċi; jappella għal kooperazzjoni aktar b'saħħitha u l-istabbiliment ta' sistema mmirata lejn it-tmiem ta' atti malizzjużi fl-ispazju ċibernetiku min-naħa taċ-Ċina, inklużi attakki ċibernetiċi, trasferimenti teknoloġiċi furzati, spjunaġġ ċibernetiku u serq ta' proprjetà intellettwali ffaċilitat miċ-ċibernetika; jissottolinja l-ħtieġa li titrawwem kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-pajjiżi tan-NATO u tal-G7 fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu, inklużi l-attakki ċibernetiċi, u l-kampanji ta' diżinformazzjoni li jirriżultaw miċ-Ċina, inkluż billi l-Istati Membri jitħallew jimponu kontromiżuri kollettivi fuq bażi volontarja, anki jekk in-natura tal-attakki ma tkunx serja biżżejjed biex tiskatta l-Artikolu 5 tat-Trattat tan-NATO jew l-Artikolu 42(7) TUE; |
|
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ u tikkoordina azzjonijiet immirati lejn il-ġlieda kontra l-finanzjament barrani tal-proċessi demokratiċi tagħna min-naħa taċ-Ċina, inkluża l-istrateġija ta' distribuzzjoni inġusta tal-benefiċċji tal-ġestjoni konġunta u t-teknika ta' co-opting ta' ħaddiema taċ-ċivil tal-ogħla livell u eks politiċi tal-UE; |
|
29. |
Jinsab imħasseb dwar il-pressjoni diplomatika assertiva u, xi drabi, aggressiva mill-awtoritajiet Ċiniżi, pereżempju fil-konfront tal-President tas-Senat Ċiniż; jisħaq li l-istituzzjonijiet tal-UE ma jistgħu bl-ebda mod iċedu għal pressjoni jew ċensura mill-mezzi Ċiniżi; jinsab imħasseb dwar pressjoni żejda mill-uffiċjali Ċiniżi fuq ir-riċerkaturi u l-akkademiċi li jaħdmu fuq suġġetti relatati maċ-Ċina madwar l-UE, inklużi l-attivitajiet tal-istituti Confucius fl-UE; |
Il-bini ta' sħubijiet ma' sħab tal-istess fehma
|
30. |
Jistieden lill-VP/RGħ jikkoordina l-azzjonijiet tal-Unjoni ma' sħab tal-istess fehma dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-appoġġ għan-nies fiċ-Ċina u Hong Kong u l-Macau, u għad-dijaspora Ċiniża madwar id-dinja, kif ukoll id-difiża tad-demokrazija liberali fid-dinja, b'mod partikolari f'Hong Kong u t-Tajwan, u bil-ħsieb li ċ-Ċina timpenja ruħha li tirrispetta d-dritt internazzjonali, id-dritt għal dimostrazzjonijiet pubbliċi bħala eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà ta' għaqda, il-libertà ta' navigazzjoni, inkluż fl-Ibħra taċ-Ċina tan-Nofsinhar u taċ-Ċina tal-Lvant, it-titjiriet li jgħaddu minn fuq iċ-Ċina u s-soluzzjoni paċifika għat-tilwim; jissottolinja, barra minn hekk, li tali sħubijiet u kooperazzjoni multilaterali ma' sħab tal-istess fehma għandhom jinkludu l-elementi u l-miżuri kollha deskritti fl-istrateġija UE-Ċina l-ġdida; |
|
31. |
Jesprimi tħassib serju dwar il-politiki assertivi u espansjonisti taċ-Ċina fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar, fil-Baħar taċ-Ċina tal-Lvant u fl-Istrett tat-Tajwan, speċjalment il-provokazzjoni militari kontinwa taċ-Ċina mmirata lejn it-Tajwan; jissottolinja li l-istatus quo fl-Istrett tat-Tajwan u l-libertà tan-navigazzjoni fir-reġjun Indo-Paċifiku huma ta' importanza kritika għall-UE u għall-Istati Membri tagħha; itenni l-oppożizzjoni tiegħu għal kwalunkwe azzjoni unilaterali li tista' żżid it-tensjonijiet u ddgħajjef l-istatus quo; jinkoraġġixxi l-iżvilupp kostruttiv tar-relazzjonijiet bejn l-istretti u jisħaq fuq kwalunkwe bidla fir-relazzjonijiet bejn l-istretti ma tridx issir kontra r-rieda taċ-ċittadini tat-Tajwan; jesprimi t-tħassib espress mill-Ġappun u mill-Istati Uniti dwar liġi ġdida fiċ-Ċina li tawtorizza lill-bastimenti tal-gwardja tal-kosta Ċiniżi jużaw armi kontra bastimenti barranin li jiksru dak li ċ-Ċina tikkunsidra li huwa t-territorju tagħha; jitlob lill-UE tindirizza dawn il-kwistjonijiet kemm fl-istrateġija UE-Ċina l-ġdida kif ukoll fl-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku, u żżid l-iskambji diplomatiċi multilaterali sabiex tinkiseb is-soluzzjoni paċifika tat-tilwim u l-kontroversji f'konformità mad-dritt internazzjonali, inkluża l-UNCLOS; |
|
32. |
Jitlob lill-Istati Membri jinvestu f'kooperazzjoni aktar b'saħħitha ma' sħab demokratiċi u tal-istess fehma bħall-Istati Uniti, il-Kanada, ir-Renju Unit, il-Ġappun, l-Indja, il-Korea t'Isfel, l-Awstralja, New Zealand u t-Tajwan, u jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jagħtu prijorità u jsaħħu s-Sħubijiet Strateġiċi mal-ASEAN u mal-Unjoni Afrikana; |
|
33. |
Jikkunsidra li huwa ta' importanza primarja li l-UE tiżviluppa u tippromwovi relazzjoni transatlantika ambizzjuża u dinamika mal-Gvern tal-Istati Uniti, ibbażata fuq l-istorja, il-valuri u l-interessi kondiviżi tagħna, fil-qafas ta' djalogu Trans-Atlantiku dwar iċ-Ċina, inkluża dimensjoni parlamentari; jissottolinja l-importanza tas-sħubija bejn l-UE u l-Istati Uniti fiż-żamma u fid-dimostrazzjoni tas-saħħa magħquda tad-demokraziji liberi globali, inkluż permezz tal-ħidma tagħna f'organizzazzjonijiet multilaterali; jenfasizza f'dan ir-rigward li d-djalogu l-ġdid bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar iċ-Ċina għandu jkun wieħed mill-mekkaniżmi għall-avvanz tal-interessi kondiviżi tagħna u għall-ġestjoni tad-differenzi tagħna, u għar-riforma tal-organizzazzjonijiet multilaterali fil-qafas tal-ordni bbażata fuq ir-regoli; jemmen li l-UE għandha tkompli ssaħħaħ l-awtonomija operazzjonali u r-reżiljenza tal-Unjoni lejn it-theddid estern; |
|
34. |
Jissottolinja l-importanza li l-UE tibqa' attenta fir-rigward tar-rwol li qiegħed jinbidel taċ-Ċina u l-influwenza dejjem tikber tagħha fl-organizzazzjonijiet multilaterali, inkluż fin-NU, li għalihom iċ-Ċina hija t-tieni l-akbar kontributur finanzjarju, u tiżgura koordinazzjoni aħjar fost l-Istati Membri u sħab bl-istess tal-istess fehma lejn il-punt li s-saħħa tad-demokraziji liberali globali tingħaqad flimkien sabiex ikun hemm rispons għal dan l-iżvilupp; jinnota li l-involviment akbar tal-Gvern Ċiniż ma' istituzzjonijiet internazzjonali u multilaterali, bħan-NU, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), l-Interpol, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), inklużi korpi li jistabbilixxu l-istandards, għandu l-għan li jfassal mill-ġdid in-normi, l-istandards u l-prattiki fuq livell globali sabiex titrawwem l-istrateġija ġeopolitika fit-tul u l-interessi ekonomiċi taċ-Ċina; jesprimi dispjaċir li ċ-ċensura domestika Ċiniża, li issa qed tiġi eżerċitata, fost l-oħrajn, fin-NU, għandha l-għan li timmanipula l-proċeduri biex jiġi mminimizzat l-iskrutinju tal-imġiba taċ-Ċina, b'mod partikolari fil-każ tas-sitwazzjoni tal-minoranzi tal-Musulmani Ujguri u ta' Musulmani Turkiċi etniċi oħra; jistieden lill-UE taħdem ma' sħab tal-istess fehma biex tiġġieled dawn l-iżviluppi; |
|
35. |
Jisħaq li ċ-Ċina hija l-akbar fornitur ta' gwardjani tal-paċi fost il-ħames membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, iżda rrifjutat li tadotta taqsimiet mill-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU u l-pilastru tar-Responsabbiltà għall-Protezzjoni (R2P); jissottolinja li l-UE integrat l-R2P fl-azzjoni esterna tagħha; |
|
36. |
Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni aktar b'saħħitha tal-UE man-NATO dwar l-isfidi tas-sigurtà taċ-Ċina; jappoġġja l-proposta tan-NATO li tiġi żviluppata strateġija politika biex tiġi indirizzata dinja li fiha ċ-Ċina se tkun superpotenza globali; jitlob li din l-istrateġija tkun ibbażata fuq xenarji differenti għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet maċ-Ċina, inkluża l-possibbiltà ta' aktar deterjorament tas-sigurtà fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar, u jappella għal djalogu u koordinazzjoni mal-pajjiżi tad-Djalogu dwar is-Sigurtà Kwadrilaterali; jilqa' l-isforzi tan-NATO biex timmonitorja bir-reqqa l-implikazzjonijiet tas-sigurtà taż-żieda fil-preżenza fiżika taċ-Ċina fl-Artiku, kif ukoll fl-Afrika; jirrakkomanda li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO dwar l-isfidi ta' sigurtà relatati maċ-Ċina titqies b'mod suffiċjenti filwaqt li jiġi elaborat il-Forum Strateġiku tal-UE u jiġi rieżaminat il-kunċett Strateġiku tan-NATO; |
|
37. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-Kunsill li jsaħħaħ l-enfasi strateġika, il-preżenza u l-azzjoni tal-UE fir-reġjun Indo-Paċifiku billi jniedi strateġija ġdida tal-UE għall-kooperazzjoni fir-reġjun Indo-Paċifiku, kif ukoll strateġija ġdida għall-konnettività; jinnota li kwalunkwe strateġija ġdida bħal din għandha tkun konformi mal-istrateġija UE-Ċina; |
|
38. |
Jidhirlu pertinenti li l-Kummissjoni tforni rapporti puntwali u komprensivi dwar is-Sħubija Ekonomika Reġjonali Komprensiva (RCEP) – l-akbar ftehim ta' kummerċ ħieles fid-dinja – bil-għan li tivvaluta l-iżviluppi fil-post; huwa partikolarment interessat fl-implikazzjonijiet għall-interessi strateġiċi tal-UE ta' temi bħall-iffissar ta' standards fir-reġjun Asja-Paċifiku kif ukoll dispożizzjonijiet dwar ir-regoli tal-oriġini; josserva li għad li l-UE mhijiex parti tal-RCEP, il-ftehim se jkollu implikazzjonijiet għall-UE; jenfasizza l-assenza ta' dispożizzjonijiet fl-RCEP dwar il-kummerċ u s-sostenibbiltà, inklużi l-istandards fil-qasam soċjali u tax-xogħol kif ukoll l-objettivi klimatiċi u ambjentali; |
|
39. |
Ifakkar, fil-kuntest tad-dinamika reġjonali, fl-importanza tal-kummerċ u tar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-UE u t-Tajwan, anki dwar aspetti relatati mal-multilateraliżmu u mad-WTO, mat-teknoloġija u mas-saħħa pubblika, kif ukoll mal-kooperazzjoni essenzjali f'dawk li huma provvisti kritiċi bħas-semikondutturi; josserva li t-Tajwan huwa membru sħiħ tad-WTO; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill favur ftehim bilaterali ta' investiment mat-Tajwan u jħeġġiġhom jagħmlu passi 'l quddiem f'dan is-sens, kif ukoll jibdew, b'urġenza, il-valutazzjoni tal-impatt, il-konsultazzjoni pubblika u l-eżerċizzju esplorattiv mal-awtoritajiet tat-Tajwan; |
|
40. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposti u azzjonijiet konkreti biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni sħiħa tat-Tajwan bħala osservatur fil-laqgħat, fil-mekkaniżmu u fl-attivitajiet tad-WHO, tal-ICAO u tal-UNFCCC; |
It-trawwim ta' awtonomija strateġika miftuħa, inkluż fir-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment
|
41. |
Jissottolinja li l-kundizzjonalità tal-investiment u tal-kummerċ fiha nnifisha mhijiex biżżejjed biex tilqa' għall-assertività Ċiniża; isib li l-UE għandha żżid l-awtonomija strateġika billi tindirizza dimensjonijiet oħra tar-relazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina, b'mod partikolari s-sovranità diġitali u teknoloġika; jissottolinja, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jsir investiment fl-innovazzjoni u fir-riċerka u li tiġi żviluppata strateġija industrijali kompetittiva u sovrana f'oqsma li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għal, il-produzzjoni tal-mikroċipep u s-semikondutturi, l-estrazzjoni tal-materjali tal-art rari, il-cloud computing u t-teknoloġija tat-telekomunikazzjoni, sabiex titnaqqas id-dipendenza tal-UE miċ-Ċina, dejjem bil-ħsieb li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar ta' dawk il-politiki ma' dawk ta' demokraziji liberi oħra tal-istess fehma, filwaqt li jiġi esplorat il-potenzjal li r-riżorsi jinġabru flimkien u jinħolqu sinerġiji ġodda; |
|
42. |
Josserva li, fl-2020, fil-kuntest tal-COVID-19, iċ-Ċina għall-ewwel darba kklassifikat ruħha bħala l-akbar sieħeb tal-UE fil-kummerċ ta' merkanzija, b'bilanċ kummerċjali dejjem aktar negattiv għall-UE; ifakkar, madankollu, li l-Istati Uniti għadhom l-ewwel sieħeb tal-UE f'termini ta' kummerċ fil-merkanzija u s-servizzi meqjusin flimkien; jemmen li l-qawmien ekonomiku taċ-Ċina u t-tkabbir imbassar se jħallu impatt notevoli fuq l-iżviluppi ekonomiċi globali fl-għaxar snin li ġejjin; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, għal raġunijiet differenti, il-livelli ta' investiment reċiproku għadhom taħt il-potenzjal tagħhom u jirrikonoxxi l-opportunitajiet ekonomiċi li jikkaratterizzaw ir-reġjun f'sens usa'; iqis li l-volum kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-UE se jirrikjedi qafas ibbażat fuq regoli u mmexxi mill-valuri li jeħtieġ ikun radikat fin-normi internazzjonali; jisħaq fuq il-fatt li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem huwa rekwiżit preliminari għall-impenn fir-relazzjonijiet fil-qasam tal-kummerċ u tal-investimenti mal-UE u jħeġġeġ liċ-Ċina tikkonforma mal-obbligi internazzjonali tagħha u timpenja ruħha tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem; |
|
43. |
Jissottolinja r-rwol fundamentali li jiżvolġi l-Parlament Ewropew fil-politika kummerċjali komuni tal-UE, fin-negozjati internazzjonali kif ukoll fis-sorveljanza, fl-iskrutinju, fir-ratifika u fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' kummerċ u investiment; jenfasizza l-bżonn li l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jiġi kkonsultat fil-pront u b'mod adegwat u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iżommu djalogu frekwenti u jirrapportaw b'mod komprensiv, bil-għan li l-iżviluppi jiġu riflessi fl-aġenda fil-qasam tal-kummerċ u tal-investimenti bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina; |
|
44. |
Jissottolinja l-importanza tar-relazzjoni strateġika tal-UE fil-qasam tal-kummerċ u tal-investimenti maċ-Ċina u jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jindirizzaw ruħhom liċ-Ċina b'vuċi waħda u b'mod koordinat; iqis li l-inizjattivi ta' investiment fl-ambitu tal-format 16+1 la jridu jikkompromettu l-għaqda tal-UE u lanqas ikunu kontroproduċenti għall-isforzi tal-UE biex titkellem b'vuċi waħda; |
|
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza d-dipendenzi ekonomiċi tal-UE fis-setturi strateġiċi, bħall-materja prima kritika, uħud minnhom jinsabu esklużivament fiċ-Ċina, u jenfasizza l-bżonn urġenti li titqawwa r-reżiljenza tal-ktajjen ta' provvista Ewropej; jappella għal sforzi għal diversifikazzjoni u konsolidament tal-aċċess tal-UE għar-riżorsi strateġiċi kruċjali neċessarji biex iħaddmu ż-żewġ magni tat-tkabbir, b'enfasi partikolari fuq it-30 element li huma inklużi fir-raba' lista aġġornata ta' materja prima kritika fl-2020; ifakkar fl-objettiv ġenerali tal-UE biex tinbena l-awtonomija strateġika miftuħa tagħha fl-ambitu tal-politika kummerċjali komuni; itenni l-importanza dejjem akbar tar-rabta bejn il-kummerċ u s-sigurtà fil-politika kummerċjali internazzjonali tal-UE; |
|
46. |
Jappella għal iżjed trasparenza, koerenza u koordinament bejn l-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati ma' proġetti u ftehimiet ta' investiment bilaterali, b'mod partikolari dwar l-investiment dirett barrani fl-assi strateġiċi u fl-infrastrutturi kritiċi; jiġbed l-attenzjoni għar-rabtiet bejn id-dipendenzi ekonomiċi u l-influwenza politika esterna fil-livell tal-Istati Membri; ifakkar fl-importanza li jissaħħaħ ir-Regolament tal-UE dwar l-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fil-futur sabiex ikun żgurat li jiġi mblukkat kwalunkwe investiment potenzjali li jista' joħloq theddida għas-sigurtà u għall-ordni pubbliku tal-UE, b'mod partikolari mill-impriżi kkontrollati mill-Istat; jistieden lill-Istati Membri jadottaw b'urġenza mekkaniżmu ta' skrinjar nazzjonali jekk għadhom ma għandhomx, bi qbil mal-gwida tal-Kummissjoni minn Marzu 2020; |
|
47. |
Jinsab konvint li r-relazzjoni bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina fil-qasam tal-kummerċ u tal-investimenti hija strateġikament importanti u għandha tkun ibbażata fuq ir-regoli, u fil-qalba tagħha għandu jkun hemm sistema kummerċjali multilaterali u l-prinċipju ta' reċiproċità; itenni li filwaqt li hemm tendenzi preokkupanti lejn diżakkoppjament ekonomiku, infurzar u rispett aktar assertivi tal-impenji huma neċessarji fil-qafas tar-relazzjoni globali fil-qasam tal-kummerċ u tal-investimenti; jappella liċ-Ċina tiżvolġi parti aktar attiva u responsabbli fid-WTO u f'inizjattivi multilaterali oħra, biex is-saħħa ekonomika tagħha tikkorrispondi għal-livell ta' żvilupp tagħha, u tirrispetta bis-sħiħ l-obbligi kollha tagħha bl-ambitu internazzjonali u tad-WTO; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Ċiniżi jikkooperaw mill-qrib favur ir-riforma tal-ġabra ta' regoli tad-WTO biex jitrawwem żvilupp aktar sostenibbli, jiġu promossi t-tranżizzjoni ekoloġika u r-rivoluzzjoni diġitali kif ukoll jinġiebu l-istabbiltà u ċ-ċertezza tad-dritt fix-xenarju tal-kummerċ internazzjonali; |
|
48. |
Jesprimi tħassib bir-relazzjoni kummerċjali u ekonomika bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina dejjem aktar żbilanċjata; jisħaq fuq il-fatt li r-riekwilibriju u aktar parità fil-kundizzjonijiet huma fundamentali għall-interessi tal-UE; jemmen li ċ-Ċina u l-UE jeħtiġilhom jiżviluppaw parità fil-kundizzjonijiet u jsawru relazzjoni produttiva minkejja d-differenzi bejn is-sistemi ekonomiċi rispettivi tagħhom; jissottolinja, f'dan ir-rigward, il-ħidma ma taqta' qatt tal-UE fit-tisħiħ tal-pakkett ta' strumenti kummerċjali tagħha, filwaqt li tirrikonoxxi l-bżonn li żżomm djalogu miftuħ dwar l-isfidi komuni, ngħidu aħna l-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima; jisħaq fuq il-bżonn urġenti li l-UE tlesti l-firxa tagħha ta' miżuri awtonomi, inkluż Regolament tal-UE dwar l-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin li jkun aktar rigoruż, leġiżlazzjoni dwar il-sussidji barranin li jgħawġu s-suq intern, l-adozzjoni rapida ta' strument ta' akkwist internazzjonali assertiv u effikaċi, miżuri dwar l-esportazzjoni tat-teknoloġija b'użu doppju, strument effikaċi kontra l-koerċizzjoni, pakkett leġiżlattiv dwar il-governanza korporattiva sostenibbli u leġiżlazzjoni dwar il-ktajjen ta' provvista b'rekwiżiti relatati mad-diliġenza dovuta, li għandhom ukoll jipprevedu projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti magħmulin minn xogħol furzat; jemmen li miżuri mmirati oħra fl-ambitu tar-reġim globali tas-Sanzjonijiet fuq id-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE għandhom jiġu kkunsidrati bħala meħtieġa; |
|
49. |
Itenni t-tħassib kbir tiegħu dwar il-ħafna ostakli li l-impriżi Ewropej isibu quddiemhom huma u jaċċedu għas-suq Ċiniż u joperaw fih; jesprimi tħassib li l-“istrateġija taċ-ċirkolazzjoni doppja” taċ-Ċina msemmija fl-Erbatax-il Pjan Kwinkwennali tagħha se tikkawża deterjorament ulterjuri tal-ambjent tan-negozju lill-kumpaniji tal-UE; jenfasizza għal darb'oħra t-tħassib partikolari tiegħu dwar il-prattiki ta' distorsjoni tas-suq bħal, iżda mhux biss, is-sussidji industrijali lill-impriżi statali Ċiniżi u t-trattament privileġġjat mogħti lilhom, is-serq ta' proprjetà intellettwali, trasferimenti furzati tat-teknoloġiji u l-lokalizzazzjoni tad-data, l-eċċess fil-kapaċità industrijali f'setturi bħall-azzar u d-dumping relatat tal-esportazzjonijiet kif ukoll prattiki kummerċjali żleali oħrajn u l-indħil politiku ġenerali dejjem akbar fl-ambjent tan-negozju, anki fis-settur privat; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom mas-sħab tal-istess fehma fid-WTO, bil-għan li jiżviluppaw approċċ konġunt biex jindirizzaw dawn il-prattiki kummerċjali żleali taċ-Ċina; jilqa' pożittivament id-djalogu bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar iċ-Ċina bħala mezz ta' kooperazzjoni dwar temi bħar-reċiproċità, il-multilateraliżmu, il-prattiki ta' distorsjoni tas-suq u l-ekonomija kif ukoll ta' kwistjonijiet strutturali oħra li fihom il-koordinament bejn l-UE u l-Istati Uniti jista' jwassal għal valur miżjud; jinsab konvint dwar l-importanza vitali ta' informazzjoni adegwata dwar l-iżviluppi leġiżlattivi u regolatorji fis-suq Ċiniż, fid-dawl tan-natura ftit li xejn trasparenti tagħha u mmexxija mill-Istat; ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-importanza ta' diskussjonijiet frekwenti u skjetti mal-istituzzjonijiet tal-UE, mal-Kamra tal-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċina u mas-sħab kollha tagħna fil-post; |
|
50. |
Iqis li huwa pertinenti li jsiru diskussjonijiet speċifiċi dwar l-effetti negattivi relatati mal-kummerċ tad-distorsjonijiet ikkawżati mill-kapaċità eċċessiva fl-azzar u fl-aluminju, kif ukoll dwar ir-rimedji possibbli għalihom, flimkien mal-importanza li jiġu indirizzati s-sussidji industrijali fid-WTO; iħeġġeġ liċ-Ċina terġa' timpenja ruħha fil-ħidma tal-Forum Globali dwar il-Kapaċità Eċċessiva tal-Azzar ħalli telimina l-kapaċità eċċessiva u terġa' tinġieb il-parità fil-kundizzjonijiet; josserva li, minkejja l-pjanijiet taċ-Ċina li tagħlaq is-siti ta' produzzjoni skaduti u timmodernizza l-produzzjoni, il-produzzjoni annwali tagħha f'termini ta' azzar grezz stabbiliet rekord għal erba' snin infila; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Ċiniżi jagħtu segwitu lill-wegħdiet tagħhom biex inaqqsu l-produzzjoni tal-azzar grezz; |
|
51. |
Ifakkar, f'dan ir-rigward, fir-rabtiet bejn il-kummerċ, il-privattivi u l-istandards; jemmen li l-istandardizzazzjoni u l-elementi normattivi tal-kompetizzjoni internazzjonali dejjem akbar huma essenzjali għall-politika kummerċjali tal-UE u għandhom ikunu wieħed mill-pilastri fundamentali tal-politika industrijali strateġika tagħha; ifakkar li r-rapporti dwar l-istandardizzazzjoni qegħdin jirreferu għal din tal-aħħar bħala qasam ta' riskju li fih iċ-Ċina tista' twettaq diverġenza u diżakkoppjament; jenfasizza li l-kontrafazzjoni hija prijorità assoluta tal-isforzi tal-UE fl-aspetti kummerċjali tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali; jinsab imħasseb dwar il-fatt li ċ-Ċina għadha l-għajn ta' parti dominanti ta' prodotti kontrafatti u piratati li jaslu fl-UE f'termini kemm ta' valur kif ukoll ta' volum; jissottolinja l-mod kif l-Ftehim bejn l-UE u ċ-Ċina dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (IĠ) jirrappreżenta l-ewwel pass fil-ġlieda kontra l-kontrafazzjoni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha biex tipproteġi l-proprjetà intellettwali tal-UE, inklużi l-privattivi; jinsab imħasseb dwar il-prattika emerġenti li qegħdin iħaddnu l-qrati Ċiniżi, li jirrivendikaw il-ġuriżdizzjoni dinjija għad-definizzjoni ta' kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-liċenzji ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji għall-privattivi essenzjali u li jimpedixxu lill-kumpaniji milli jikkontestaw id-deċiżjonijiet tagħhom; jissottolinja li din il-prattika hija ekwivalenti għall-fatt li l-kumpaniji Ċiniżi jitħallew ma jħallsux prezz ġust għall-użu ta' privattivi essenzjali, barra milli tpoġġi f'riskju r-riċerka Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni tqajjem il-kwistjoni mal-awtoritajiet Ċiniżi; jitlob li tingħata attenzjoni aktar mill-qrib lill-ksur fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni u tal-komunikazzjonijiet fi ħdan l-organi rilevanti kollha, fosthom l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, flimkien mas-sħab li jaħsbuha bħall-UE, b'mod partikolari l-Istati Uniti; jitlob li jsiru aktar diskussjonijiet politiċi dwar l-implikazzjonijiet tal-inizjattivi Ċiniżi bħal “Made in China 2025” jew ta' “China Standards 2035” b'pertinenza dejjem akbar; huwa mħasseb, f'dan il-kuntest, bl-awtoritariżmu diġitali dejjem akbar min-naħa taċ-Ċina u bl-isforzi tagħha bit-tir li tippromwovi mad-dinja kollha l-mudell ta' governanza diġitali tagħha; jenfasizza fuq il-bżonn li jiġi konkluż il-Ftehim tad-WTO dwar il-Kummerċ Elettroniku fl-ambitu tal-Inizjattiva tad-Dikjarazzjoni Konġunta bil-għan li jiġu promossi livell bażiku ta' ftuħ u parità fil-kundizzjonijiet maċ-Ċina; |
|
52. |
Jitlob li tingħata attenzjoni akbar lill-SMEs Ewropej li jidħlu f'relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment maċ-Ċina u jilqa' pożittivament is-sostenn taċ-Ċina għall-inizjattivi favur l-SMEs, bħall-portal Access2Markets, l-għodda ta' Awtovalutazzjoni tar-Regoli tal-Oriġini (Rules of Origin Self-Assessment – ROSA) jew il-helpdesk tal-SMEs dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (DPI) fiċ-Ċina; |
|
53. |
Jieħu nota tal-konklużjoni fil-prinċipju, fil-livell politiku, tas-CAI bejn l-UE u ċ-Ċina, filwaqt li jirrikonoxxi l-isforzi li għamlet il-Kummissjoni biex tindirizza n-nuqqasijiet marbuta mal-asimmetriji fl-aċċess għas-suq, mal-parità fil-kundizzjonijiet u mal-iżvilupp sostenibbli permezz ta' impenn ibbażat fuq ir-regoli; ifakkar, iżda, li r-relazzjonijiet kummerċjali ma jsirux b'mod iżolat mill-kuntest ġenerali; |
|
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta lill-Parlament qabel ma tieħu kwalunkwe azzjoni favur il-konklużjoni u l-iffirmar tal-Ftehim Komprensiv dwar l-Investiment (CAI); iħeġġeġ liċ-Ċina tieħu azzjonijiet konkreti favur ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet fundamentali Nri 29 u 105 tal-ILO dwar ix-xogħol furzat; jenfasizza li ċ-Ċina impenjat ruħha timplimenta b'mod effettiv il-Konvenzjonijiet tal-ILO ratifikati u taħdem biex tirratifika l-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO “aġġornati” l-oħra; |
|
55. |
Josserva li s-26 Stat Membru tal-UE għandhom trattati bilaterali ta' investiment qodma maċ-Ċina; |
|
56. |
Ifakkar, madankollu, li s-CAI waħdu ma jistax isolvi l-problemi kollha li jolqtu r-relazzjoni ekonomika u politika tagħna, u għaldaqstant irid jiġi kkunsidrat fil-kuntest ta' pakkett imsaħħaħ u aktar assertiv ta' miżuri unilaterali tal-UE; jissottolinja li l-Parlament Ewropew jiskrutinizza l-ftehim bir-reqqa, inkluża t-taqsima dwar l-iżvilupp sostenibbli; |
|
57. |
Jisħaq li l-implimentazzjoni adegwata u l-infurzar effikaċi jkunu fatturi determinanti fundamentali tal-utilità u tas-suċċess tal-ftehim biex jikkoreġi l-asimmetriji strutturali fir-relazzjoni kummerċjali u ta' investiment; jenfasizza r-rwol u r-rilevanza tal-iskambji strutturati u frekwenti mal-uffiċċju tal-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ (CTEO) tal-Kummissjoni fl-isforzi biex issir evalwazzjoni tal-implimentazzjoni futura tal-Ftehim Komprensiv dwar l-Investiment (CAI) kemm-il darba jiġi adottat; ifakkar u jsaħħaħ, f'dan il-kuntest, l-importanza tad-diplomazija parlamentari biex jiġu aġevolati l-fehim reċiproku, il-komunikazzjoni trasparenti u d-djalogu sinċier; |
|
58. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar l-IĠ bejn l-UE u ċ-Ċina, u jtenni l-importanza tal-implimentazzjoni effettiva tiegħu u l-infurzar fis-swieq taż-żewġ partijiet; jilqa' l-espansjoni antiċipata tal-ftehim attwali biex jiżdiedu 350 denominazzjoni IĠ oħrajn miż-żewġ naħat; jissottolinja li dan il-ftehim limitat dwar l-IĠ jista' jservi ta' mudell u bażi għal ftehimiet dwar l-IĠ futuri; jenfasizza r-rwol kruċjali li se jiżvolġi s-CTEO fil-monitoraġġ u fit-titjib tal-konformità mal-ftehim; jistieden lis-CTEO jirreaġixxi minnufih jekk il-ftehim ma jkunx implimentat korrettament; |
|
59. |
Jenfasizza li ċ-Ċina għad għandha triq twila qabel ma ssir ekonomija orjentata lejn is-suq, minħabba l-influwenza estrema li l-Istat għandu fuq l-ekonomija u fuq id-deċiżjonijiet tan-negozji relatati mal-prezzijiet, mal-ispejjeż, mal-produzzjoni u mal-inputs; jistieden, għalhekk, liċ-Ċina tieħu miżuri aktar miftuħa fir-rigward tad-ditti tagħha stess u ta' ditti barranin li joperaw fil-pajjiż; |
|
60. |
Jappella għal aktar finanzjament għall-proġetti tal-introduzzjoni tal-5G u għar-riċerka dwar is-6G, l-intelliġenza artifiċjali (AI) u t-teknoloġija tal-big data, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà futura tan-network u ż-żieda fis-sovranità diġitali li se jkunu vitali għad-diġitalizzazzjoni u għat-tkabbir ekonomiku, iżda wkoll biex jingħalaq id-distakk teknoloġiku maċ-Ċina u jiġu eliminati r-riskji li l-membri tan-NATO u s-sħab tagħha jistgħu jkunu esposti għalihom bl-integrazzjoni tat-teknoloġija 5G taċ-Ċina fin-networks tat-telekomunikazzjoni, peress li tali azzjoni tista' tnaqqar mill-futur tal-governanza demokratika; jappella wkoll għal strateġija kkoordinata tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà u għal żieda fil-kapaċitajiet tal-Istati Membri f'dan il-qasam, sabiex, fost l-oħrajn, tissaħħaħ il-protezzjoni kontra t-theddid għall-infrastruttura kritika tal-UE li toħroġ minn pajjiżi terzi, inkluża ċ-Ċina; |
|
61. |
Jissottolinja l-importanza tal-ħidma fuq ir-regolamentazzjoni tal-IA u fuq qafas ta' responsabbiltà etika u ċivili għas-sistemi tal-IA u t-teknoloġiji affiljati li jagħtu spinta lill-innovazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem u li tkun sensittiva għall-privatezza, bi sħubija ma' sħab strateġiċi ewlenin li jaqsmu l-valuri liberali u demokratiċi tal-UE; jissottolinja li s-sistemi ta' punteġġ soċjali mhumiex konformi mal-valuri fundamentali tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tippreserva d-drittijiet tal-individwu; jisħaq, għalhekk, li politiki u għodod ta' sorveljanza bħal dawn ma għandhom fl-ebda ċirkostanza jintużaw fl-UE; jissottolinja, għalhekk, li l-UE jeħtiġilha taħdem biex tillimita u tiġġieled il-firxa transnazzjonali tar-repressjoni diġitali; |
Difiża u promozzjoni tal-interessi u l-valuri Ewropej ewlenin billi l-UE tinbidel f'attur ġeopolitiku aktar effettiv
|
62. |
Jemmen li l-UE għandha tkompli taħdem lejn it-trasformazzjoni tagħha f'attur ġeopolitiku aktar effettiv billi tiżgura approċċ ġeopolitiku aktar magħqud tal-Istati Membri tagħha, kif ukoll billi trawwem l-awtonomija u l-kapaċità strateġika tagħha, billi taħdem flimkien mal-Istati Uniti u sħab oħra tal-istess fehma; |
|
63. |
Jenfasizza li s-suċċess tal-politika Ewropea tal-viċinat jiddetermina l-kapaċità tal-UE li tassumi r-rwol tal-attur globali; iwissi dwar ir-rwol dejjem akbar taċ-Ċina fil-viċinat immedjat tal-UE, inklużi l-pajjiżi kandidati; jappella għal approċċ strateġiku fil-livell tal-UE biex jiġu miġġielda l-azzjonijiet Ċiniżi permezz ta' investimenti, self u attivitajiet ta' negozju fil-pajjiżi ġirien, b'mod partikolari fil-Balkani tal-Punent; jitlob b'mod partikolari impenn attiv tal-UE biex dawn il-pajjiżi jiġu pprovduti b'alternattiva vijabbli għall-investimenti Ċiniżi; |
|
64. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jissaħħu l-għodod tal-UE biex tiddefendi lilha nnifisha, iżżid il-kapaċità tagħha li tipproteġi l-interessi tagħha lil hinn minn xtutha, taqdi rwol aktar proattiv, konsistenti u strateġiku fil-viċinat dirett tagħha u tiżgura li l-Istati Membri jkunu magħquda fl-approċċ ġeopolitiku tagħhom; |
|
65. |
Jemmen li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa għandha tipprovdi forum għal dibattitu dwar l-azzjoni esterna tal-UE, bħal dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u li tiddiskuti kif tista' tinkiseb awtonomija strateġika miftuħa; jissottolinja l-importanza li jiġu diskussi kwistjonijiet marbuta mat-titjib u t-tisħiħ tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni tal-UE, pereżempju billi l-VP/RGħ jingħata mandat aktar b'saħħtu biex jaġixxi f'isem l-UE fi kwistjonijiet ta' politika barranija u jieħu l-passi meħtieġa biex jintroduċi votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata f'ċerti oqsma tal-affarijiet barranin; jappella għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża fost l-Istati Membri, bil-għan li jissaħħu l-kapaċitajiet strateġiċi Ewropej tad-difiża, kif ukoll li tinħoloq Unjoni Ewropea tad-Difiża żviluppata bis-sħiħ, li tkun tinkludi l-kapaċitajiet militari Ewropej; |
|
66. |
Jindika l-ħtieġa li s-SEAE jiġi mgħammar b'mandat u bir-riżorsi meħtieġa għall-monitoraġġ u għall-indirizzar tal-operazzjonijiet ta' diżinformazzjoni Ċiniżi, inkluż il-ħolqien ta' Task Force StratCom għal-Lvant Imbiegħed li tiffoka fuq id-diżinformazzjoni li toriġina miċ-Ċina; jistieden liċ-Ċina toqgħod lura milli tuża mezzi moħbija ta' manipulazzjoni tad-diskors pubbliku fl-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema regolatorja madwar l-UE kollha biex tipprevjeni lill-kumpaniji tal-media ffinanzjati jew ikkontrollati minn gvernijiet ta' pajjiżi terzi milli jakkwistaw kumpaniji tal-media Ewropej, sabiex jinżamm rapportar indipendenti u liberu dwar il-media fl-UE; jissuġġerixxi d-diversifikazzjoni tal-media tal-lingwa Ċiniża fl-Ewropa billi tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni bejn il-media Ewropea u s-sħab internazzjonali, bħat-Tajwan; jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa urġenti li tingħata spinta sinifikanti lill-kapaċità tal-esperti fiċ-Ċina fis-SEAE u fil-Kummissjoni b'mod ġenerali; |
|
67. |
Jindika l-importanza ta' studji u riċerka indipendenti dwar iċ-Ċina fl-universitajiet, fil-gruppi ta' riflessjoni, fl-istituzzjonijiet ta' riċerka u fl-iskejjel madwar l-UE, mingħajr appoġġ jew influwenza finanzjarja Ċiniża, filwaqt li jiġu żgurati l-integrità akkademika u l-libertà tal-kelma; jistieden lill-UE, għalhekk, tiżviluppa programm biex tiffinanzja r-riċerka relatata maċ-Ċina u t-taħriġ fil-lingwi fl-UE; |
|
68. |
Jindika l-ħtieġa li jiġu introdotti, indipendentement mill-influwenza tas-CPC, programmi għall-istudju tal-kultura, il-lingwa u l-politika Ċiniżi, pereżempju permezz ta' kuntatti aktar mill-qrib mal-akkademja u s-soċjetà tat-Tajwan; |
|
69. |
Jistieden lill-Kummissjoni tqis u tinkludi fl-istrateġija tagħha l-interess u l-involviment taċ-Ċina li qed jikbru malajr fl-Artiku; jappella li jkun hemm tħejjija biex tiġi żgurata l-libertà tan-navigazzjoni fir-Rotta tal-Baħar tat-Tramuntana tal-Artiku; jieħu nota tal-investimenti taċ-Ċina fir-riċerka u fl-infrastruttura strateġika fl-Artiku u jinnota li l-UE ma għandhiex taqa' lura f'dan ir-reġjun importanti; |
o
o o
|
70. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
(1) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.
(2) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0375.
(4) ĠU C 158, 30.4.2021, p. 2.
(5) ĠU C 11, 13.1.2020, p. 25.
(6) ĠU C 433, 23.12.2019, p. 103.
(7) ĠU C 238, 6.7.2018, p. 108.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0174.
(9) Testi adottati, P9_TA(2021)0027.
(10) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 156.
(11) Testi adottati, P9_TA(2020)0337.
(12) Testi adottati, P9_TA(2021)0255.
(13) Testi adottati, P9_TA(2021)0016.
(14) Dikjarazzjoni Konġunta bejn iċ-Ċina u l-Portugall tat-13 ta' April 1987 dwar il-kwistjoni tal-Macau.
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/53 |
P9_TA(2021)0385
Kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi, drittijiet u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema tal-pjattaformi – Forom ġodda ta' impjieg marbuta mal-iżvilupp diġitali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi, drittijiet u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema tal-pjattaformi – forom ġodda ta' impjieg marbuta mal-iżvilupp diġitali (2019/2186(INI))
(2022/C 117/06)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, GDPR) (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2019 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2019 dwar “Il-Futur tax-Xogħol: l-Unjoni Ewropea tippromwovi d-Dikjarazzjoni Ċentinarja tal-ILO” (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2019 dwar “Id-dinja tax-xogħol li qed tinbidel: riflessjonijiet fuq forom ġodda ta' xogħol u l-implikazzjonijiet għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema” (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2020 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Suq Uniku Għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (COM(2020)0825), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2020 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (COM(2020)0842), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2021 bit-titolu “Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (COM(2021)0102), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 bit-titolu “Strateġija Ewropea għad-data” (COM(2020)0066), |
|
— |
wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 bit-titolu “White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali – Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja” (COM(2020)0065), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2020 bit-titolu “Ewropa soċjali b'saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti” (COM(2020)0014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2016 bit-titolu “Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva” (COM(2016)0356), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2021 intitolat “L-ewwel fażi tal-konsultazzjoni tas-sħab soċjali skont l-Artikolu 154 tat-TFUE dwar azzjoni possibbli li tindirizza l-isfidi relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali”(C(2021)1127), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-dritt ta' skonnessjoni (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar Ewropa soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2020 dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali taż-żona tal-euro fl-2020 (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2020 b'rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2020 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali: Titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku (12), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward ta' linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (13), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali taż-żona tal-euro (14), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (15), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva (16), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-pjattaformi online u s-suq uniku diġitali (17), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju (18), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra ta' missjoni tal-Kummissarju Nicolas Schmit tal-10 ta' Settembru 2019 u l-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2021, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Settembru 2020 bit-titolu “Fair work in the platform economy” (Kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi fl-ekonomija tal-pjattaformi), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2019 dwar “Qafas Ewropew għal reazzjonijiet regolatorji għall-ekonomija kollaborattiva”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas tas-Sħab Soċjali Ewropej dwar id-Diġitalizzazzjoni ta' Ġunju 2020 (19), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Nru 198 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar ir-Relazzjonijiet tal-Impjieg, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Study to gather evidence on the working conditions of platform workers” (Studju għall-ġbir ta' evidenza dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni (JRC) bit-titolu “The changing nature of work and skills in the digital age” (In-natura dejjem tinbidel tax-xogħol u tal-ħiliet fl-era diġitali), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-JRC tal-Kummissjoni bit-titolu “Platform Workers in Europe” (Ħaddiema tal-Pjattaformi fl-Ewropa), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “The platform economy and precarious work” (L-ekonomija tal-pjattaformi u x-xogħol prekarju) ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Politiki Interni fil-11 ta' Settembru 2020 (20), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “The Social Protection of Workers in the Platform Economy” (Il-Protezzjoni tal-Ħaddiema fl-Ekonomija tal-Pjattaformi), ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Politiki Interni fis-7 ta' Diċembru 2017 (21), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tas-Cedefop tal-24 ta' Settembru 2020 bit-titolu “Developing and matching skills in the online platform economy” (L-iżvilupp u t-tlaqqigħ tal-ħiliet fl-ekonomija tal-pjattaformi online), |
|
— |
wara li kkunsidra n-nota ta' tgħarrif tas-Cedefop tat-30 ta' Lulju 2020 bit-titolu “Online working and learning in the coronavirus era” (Xogħol u tagħlim online fl-era tal-coronavirus), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Eurofound tal-24 ta' Settembru 2018 bit-titolu “Employment and working conditions of selected types of platform work” (Impjieg u kundizzjonijiet tax-xogħol ta' tipi magħżula ta' xogħol fuq pjattaforma diġitali), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' politika tal-Eurofound tat-23 ta' Settembru 2019 bit-titolu “Platform work: Maximising the potential while safeguarding standards?' (Ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali: Nimmassimizzaw il-potenzjal filwaqt li nissalvagwardjaw l-istandards?), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' riċerka tal-Eurofound tal-21 ta' Settembru 2020 bit-titolu ‘Back to the future: Policy pointers from platform work scenarios’ (Lura lejn il-futur: Pointers ta' politika mix-xenarji ta' ħidma tal-pjattaformi), |
|
— |
wara li kkunsidra r-repożitorju fuq is-sit web tal-Eurofound dwar l-ekonomija tal-pjattaformi (22), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) tas-7 ta' Novembru 2017 bit-titolu ‘Protecting Workers in the Online Platform Economy: An overview of regulatory and policy developments in the EU’ (Nipproteġu l-Ħaddiema fl-Ekonomija tal-Pjattaformi Online: Ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi regolatorji u ta' politika fl-UE), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-ILO tat-23 ta' Frar 2021 intitolat ‘World Employment and Social Outlook 2021: The role of digital labour platforms in transforming the world of work’ (Prospettiva dinjija dwar l-impjiegi u soċjali 2021: Ir-rwol tal-pjattaformi diġitali tax-xogħol fit-trasformazzjoni tad-dinja tax-xogħol), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-ILO tal-20 ta' Settembru 2018 bit-titolu ‘Digital labour platforms and the future of work: Towards decent work in the online world’ (Pjattaformi tax-xogħol diġitali u l-futur tax-xogħol: Lejn xogħol deċenti fid-dinja online), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni taċ-Ċentenarju tal-ILO għall-Futur tax-Xogħol tal-21 ta' Ġunju 2019, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Indiċi dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2020 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri: Digitalisation and the future of work (Id-diġitalizzazzjoni u l-futur tax-xogħol), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tad-Data & Society ta' Frar 2019 bit-titoli ‘Workplace Monitoring & Surveillance’ (Monitoraġġ u Sorveljanza tal-Post tax-Xogħol) u ‘Algorithmic Management in the Workplace’ (Ġestjoni Algoritmika fil-Post tax-Xogħol), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu ‘Data subjects, digital surveillance, AI and the future of work’ (Is-suġġetti tad-data, is-sorveljanza diġitali, l-IA u l-futur tax-xogħol),ippubblikat fit-23 ta' Diċembru 2020 mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, (23), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0257/2021), |
|
A. |
billi ‘ħaddiema tal-pjattaformi’ tirreferi għal individwi li jwettqu xogħol jew jipprovdu servizzi, b'ħafna jew bi ftit kontroll, permezz ta' pjattaforma tax-xogħol diġitali; billi, għaldaqstant, tista' tinkludi kemm ħaddiema kif ukoll persuni li ġenwinament jaħdmu għal rashom; |
|
B. |
billi ‘pjattaforma tax-xogħol diġitali’ tirreferi għal kumpanija li tintermedja jew toffri, b'livelli differenti ta' kontroll, servizzi fuq talba, mitluba minn klijenti individwali jew korporattivi u pprovduti direttament jew indirettament minn individwi, irrispettivament minn jekk dawn is-servizzi jitwettqux fuq il-post jew online; |
|
C. |
billi ‘xogħol fuq pjattaforma’ tirreferi għal xogħol imwettaq u servizzi pprovduti fuq talba u għal remunerazzjoni mill-ħaddiema tal-pjattaformi, irrispettivament mill-istatus ta' impjieg tagħhom, mit-tip ta' pjattaformi diġitali tax-xogħol (fuq il-post jew online) jew mil-livell ta' ħiliet meħtieġa; |
|
D. |
billi hemm nuqqas ta' data suffiċjenti u aġġornata madwar l-Ewropa kollha dwar ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali, u billi l-metodoloġija tal-ġbir tad-data tvarja bejn l-Istati Membri, u dan jagħmilha diffiċli biex jiġi ddeterminat kemm hu mifrux ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali u l-għadd ta' ħaddiema kkonċernati; billi t-tkabbir ulterjuri tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali fis-suq tax-xogħol huwa meqjus bħala probabbli ħafna; |
|
E. |
billi x-xogħol fuq pjattaforma diġitali jista' joħloq opportunitajiet ta' impjieg, iżid l-għażla, jipprovdi introjtu addizzjonali, u jnaqqas l-ostakli għad-dħul fis-suq tax-xogħol; billi x-xogħol fuq pjattaforma diġitali jista' jiffaċilita l-flessibbiltà u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi, u jipprovdi opportunitajiet kemm għall-persuni li jaħdmu fi pjattaformi u klijenti tax-xogħol diġitali kif ukoll permezz tagħhom, u t-tlaqqigħ tad-domanda għas-servizzi u l-provvista tagħhom; billi l-innovazzjoni fl-għodod diġitali hija prekundizzjoni għal xogħol fuq pjattaformi diġitali u tista' tikkontribwixxi għat-tkabbir fi żminijiet ta' kriżi u rkupru; billi x-xogħol fuq pjattaforma diġitali jista' joffri vantaġġi għall-istudenti u għal dawk li jixtiequ jikkombinaw l-istudju u x-xogħol fl-istess ħin, kif ukoll joħloq aċċess għall-impjiegi għaż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), u għal persuni b'livelli aktar baxxi ta' ħiliet; |
|
F. |
billi x-xogħol fuq pjattaforma diġitali bl-ebda mod ma jista' jkun limitat għat-trasport tal-persuni jew il-konsenja ta' ikel, peress li jikkonsisti wkoll f'kompiti professjonali, kompiti domestiċi u mikrokompiti; |
|
G. |
billi x-xogħol fuq pjattaforma diġitali jiffaċilita l-aċċess għas-suq tax-xogħol permezz ta' forom moderni ta' impjieg u jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' teknoloġiji sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-pjattaformi u jqarribhom kemm lejn il-kumpaniji kif ukoll lejn il-konsumaturi; |
|
H. |
billi x-xogħol fuq pjattaforma diġitali qajjem ukoll tħassib dwar il-prekarjetà u l-kundizzjonijiet ħżiena tax-xogħol, in-nuqqas ta' aċċess għal protezzjoni soċjali adegwata jew diffikultà li jkun hemm tali aċċess, kompetizzjoni inġusta, xogħol mhux iddikjarat, introjtu u skedi tax-xogħol frammentati u mhux prevedibbli, nuqqas ta' mekkaniżmi għas-soluzzjoni ta' tilwim, eliminazzjoni tal-ħiliet u nuqqas ta' avvanzi fil-karriera, kif ukoll nuqqas ta' miżuri tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, speċjalment għal ħaddiema tal-pjattaformi fuq il-post b'livell baxx ta' ħiliet u ħaddiema li jwettqu mikrokompiti, kif enfasizzat għal darb'oħra matul il-kriżi tal-COVID-19; billi l-klassifikazzjoni żbaljata ta' ħaddiema bħala persuni li jaħdmu għal rashom tikkontribwixxi għal din is-sitwazzjoni; |
|
I. |
billi l-kriżi tal-COVID-19 serviet biex tenfasizza r-rwol li jaqdu l-ħaddiema tal-pjattaformi diġitali fl-iżgurar tal-kontinwità tan-negozju għal eluf ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) madwar l-UE billi pprovdiet interfaċċja tant meħtieġa bejn setturi ewlenin bħall-industriji tal-ikel u tat-trasport u l-konsumaturi, u l-mudell tal-pjattaforma ppermetta li xi ħaddiema tal-pjattaformi jkompli jkollhom introjtu; billi aktar minn 60 % tar-residenti tal-UE jgħidu li, anke wara l-kriżi tal-COVID-19, huma ma għandhomx l-intenzjoni li jieqfu jużaw is-servizzi online, inkluż, pereżempju, il-possibbiltà li jordnaw ikliet online (24); billi l-ħaddiema f'arranġamenti mhux standard huma f'riskju ogħla għas-saħħa mill-ħaddiema f'dawk standard (25) u l-ħaddiema tal-pjattaformi b'mod partikolari spiss huma esposti għal riskji għas-saħħa u s-sikurezza minħabba l-karatteristiċi tax-xogħol li jwettqu, pereżempju ċ-ċiklisti, li huma utenti vulnerabbli tat-triq u li spiss jaħdmu f'kundizzjonijiet tat-temp mhux favorevoli u diffiċli, u taħt pressjoni ta' veloċità u effiċjenza; billi x-xogħol fuq pjattaforma ma għandux iwassal għal prekarjetà, insigurtà jew riskji għas-saħħa u s-sikurezza; billi l-ħaddiema tal-pjattaformi li sofrew telf ta' introjtu minħabba l-pandemija spiss ma kinux eliġibbli għall-miżuri ta' appoġġ għall-introjtu, li jissottolinja n-nuqqas tagħhom ta' aċċess għal protezzjoni soċjali; billi l-ħaddiema tal-pjattaformi fuq il-post għandhom riskju akbar li jiġu infettati bil-COVID-19; |
|
J. |
billi, jekk ma jiġux indirizzati kif xieraq, ir-riskji msemmija hawn fuq jistgħu jipperikolaw il-mudell Ewropew kollu tal-ekonomija soċjali tas-suq u l-għanijiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; billi l-progress teknoloġiku jista' jipprovdi wkoll is-soluzzjonijiet għall-adattament tal-mudell soċjali Ewropew għar-realtajiet tas-seklu 21; |
|
K. |
billi l-pjattaformi diġitali tax-xogħol iġġeneraw dħul globali ta' mill-inqas USD 52 biljun fl-2019; billi madwar 70 % tad-dħul iġġenerat kien ikkonċentrat f'żewġ pajjiżi biss, fl-Istati Uniti (49 %) u fiċ-Ċina (22 %), filwaqt li s-sehem kien ħafna aktar baxx fl-Ewropa (11 %) u f'reġjuni oħra (18 %) (26); |
|
L. |
billi x-xogħol fuq pjattaforma diġitali jkopri realtajiet differenti u huwa kkaratterizzat minn livell għoli ta' eteroġeneità fl-attivitajiet imwettqa; billi hemm kategoriji differenti ta' xogħol fuq pjattaforma diġitali bħax-xogħol online jew fuq il-post, li jirrikjedu livell għoli jew baxx ta' ħiliet, imħallsa għal kull kompitu jew għal kull siegħa, imwettqa bħala impjieg sekondarju jew primarju, u li l-profili tal-ħaddiema tal-pjattaformi u t-tipi ta' pjattaformi jvarjaw ħafna; billi, skont il-Eurofound (27), fl-2017 ix-xogħol fuq il-post fis-servizzi professjonali, is-servizzi ta' konsenja u t-trasport tal-passiġġieri u s-servizzi domestiċi rrappreżentaw l-aktar karatteristiċi prevalenti tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali fi Stati Membri magħżula; |
|
M. |
billi l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema tal-pjattaformi diġitali għandhom impjieg ieħor jew sors ieħor ta' dħul; billi l-ħaddiema tal-pjattaformi għandhom it-tendenza li jkunu mħallsa pagi baxxi, iżda fi ftit każi jkollhom introjtu relattivament tajjeb; billi l-ħaddiema fl-ekonomija tal-pjattaforma għandhom it-tendenza li jkunu iżgħar u b'edukazzjoni ogħla mill-popolazzjoni usa' (28); |
|
N. |
billi l-ħaddiema tal-pjattaformi ġeneralment jiġu kklassifikati bħala persuni li jaħdmu għal rashom formalment, irrispettivament mis-sitwazzjoni attwali tal-impjieg tagħhom u filwaqt li spiss ma jkollhomx il-livelli ta' indipendenza professjonali karatteristiċi ta' dawk li jaħdmu għal rashom; billi għalhekk ħafna ħaddiema tal-pjattaformi ma jibbenefikawx mill-protezzjoni soċjali ekwivalenti, id-drittijiet tax-xogħol, jew mid-dispożizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza offruti minn kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg fl-Istati Membri rispettivi tagħhom; billi l-pjattaformi tax-xogħol diġitali f'każijiet bħal dawn ma jħallsux il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali; billi proporzjon żgħir ta' ħaddiema tal-pjattaformi diġitali għandhom l-istatus ta' ħaddiem jew ta' ħaddiem ta' aġenzija; billi għadd kbir ta' sentenzi tal-qorti u deċiżjonijiet amministrattivi, inkluż fil-qrati nazzjonali tal-ogħla istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE), rigward xogħol fuq pjattaforma fuq il-post, b'mod partikolari fis-setturi tat-trasport u tal-konsenja tal-ikel f'għadd ta' Stati Membri, ikkonfermaw l-eżistenza ta' relazzjoni ta' impjieg bejn il-pjattaformi u l-ħaddiema tal-pjattaformi, abbażi tal-attivitajiet tagħhom u r-rabta mal-pjattaforma tagħhom, bi drittijiet u intitolamenti konsegwenti; billi l-ħaddiema għandu jkollhom mezzi sempliċi biex jiċċaraw u jikkonfermaw l-istatus tal-impjieg tagħhom u m'għandhomx ikunu obbligati li jieħdu d-drittijiet tagħhom permezz ta' proċedimenti tal-qorti; |
|
O. |
billi l-klassifikazzjoni żbaljata ta' xi ħaddiema tal-pjattaformi bħala persuni li jaħdmu għal rashom li tidher fix-xogħol tal-pjattaformi toħloq inċertezza u ċċaħħad lill-ħaddiema mill-aċċess tagħhom għad-drittijiet tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali, l-intitolamenti u l-applikazzjoni tar-regoli rilevanti; billi dejjem aktar setturi, bħat-twassil, it-trasport, ir-riżorsi umani, is-saħħa, il-kura tat-tfal, is-servizzi personali u domestiċi u t-turiżmu, x'aktarx li jiġu affettwati minn xogħol fuq pjattaforma diġitali jew xejriet simili ta' impjieg u d-diġitalizzazzjoni fil-futur; billi l-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali f'ħafna setturi, u speċjalment il-kummerċ u s-servizzi bbażati fuq l-internet, iġib miegħu opportunitajiet u riskji għall-kumpaniji u għall-ħaddiema; |
|
P. |
billi forom ġodda ta' xogħol għandhom jibqgħu sostenibbli u ġusti, u x-xogħol fuq pjattaforma diġitali għandu jkun iggwidat mill-valuri tal-Unjoni, mill-etika u minn approċċ iċċentrat fuq il-bniedem fejn it-teknoloġija diġitali tibqa' għodda; billi, f'dan ir-rigward, l-għoti ta' ħiliet diġitali lil kull ċittadin Ewropew huwa ta' importanza kbira fil-kuntest tat-tranżizzjoni diġitali; |
|
Q. |
billi grad għoli ta' flessibbiltà huwa apprezzat bħala wieħed mill-akbar vantaġġi tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali; |
|
R. |
billi l-Istati Membri żviluppaw approċċi differenti, li jwasslu għal regoli u inizjattivi frammentati b'effetti negattivi għall-ħaddiema, il-kumpaniji, inklużi l-pjattaformi, u l-konsumaturi li jirriżultaw mill-inċertezza li tirriżulta; billi hemm bżonn ta' inizjattiva leġiżlattiva fil-livell Ewropew biex tingħeleb l-inċertezza legali, jiġu żgurati u jittejbu d-drittijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi u l-aċċess tagħhom għal protezzjoni soċjali, jiġi promoss il-potenzjal tal-innovazzjoni tal-mudelli sostenibbli ta' xogħol fuq pjattaforma diġitali, u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi mal-atturi ekonomiċi “tradizzjonali”; billi l-biċċa l-kbira tal-pjattaformi huma attivi fi Stati Membri differenti tal-UE u spiss mhumiex ibbażati fil-pajjiż fejn iseħħu l-attivitajiet imwettqa mill-ħaddiema tagħhom; |
|
S. |
billi ma teżisti l-ebda definizzjoni ta' “ħaddiem” fil-livell Ewropew, filwaqt li l-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE stabbiliet kriterji għad-determinazzjoni tal-istatus ta' ħaddiem u ta' persuna li taħdem għal rasha; billi l-karatteristiċi tal-impjieg li jippermettu r-rikonoxximent bħala relazzjoni ta' impjieg jew kuntratt ta' impjieg ivarjaw bejn l-Istati Membri u huma kwistjoni ta' kompetenza nazzjonali; billi kellu jinħoloq, “tielet status” speċjali għall-ħaddiema tal-pjattaformi jkompli jfixkel il-kompetizzjoni bejn il-pjattaformi diġitali tax-xogħol u l-kumpaniji fl-ekonomija tradizzjonali, speċjalment l-SMEs, u ma jkunx kompatibbli mal-klassifikazzjonijiet nazzjonali tal-ħaddiema u tal-persuni li jaħdmu għal rashom b'mod ġenwin fl-Istati Membri, b'konsegwenzi legali, amministrattivi u ġuridiċi imprevedibbli, kif ukoll jinvolvi r-riskju ta' segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol; billi l-ħaddiema tal-pjattaformi għandhom jew jiġu kklassifikati bħala ħaddiema jew bħala persuni li ġenwinament jaħdmu għal rashom skont is-sitwazzjoni reali tagħhom u għandhom igawdu d-drittijiet u l-kundizzjonijiet rispettivi tagħhom; billi preżunzjoni konfutabbli ta' relazzjoni ta' impjieg tiffaċilita l-klassifikazzjoni korretta tal-ħaddiema tal-pjattaformi flimkien mat-treġġigħ lura tal-oneru tal-provi, li jfisser li fejn il-ħaddiema jikkontestaw il-klassifikazzjoni tal-istatus tal-impjieg tagħhom fi proċedimenti legali jew amministrattivi, hija l-parti li tiġi ddikjarata li hija l-impjegatur li tipprova li ma hemm l-ebda relazzjoni ta' impjieg skont id-definizzjonijiet nazzjonali kif stabbiliti fil-leġiżlazzjoni jew fil-ftehimiet kollettivi tal-Istat Membru rispettiv; billi l-preżunzjoni konfutabbli ta' relazzjoni ta' impjieg ma tridx twassal għal klassifikazzjoni awtomatika tal-ħaddiema kollha tal-pjattaformi bħala ħaddiema; |
|
T. |
billi għandha tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet eżistenti, b'mod partikolari d-Direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli u r-Regolament dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online; |
|
U. |
billi l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija tal-Ewropa, u jirrappreżentaw 99 % tan-negozji kollha fl-UE; |
|
V. |
billi x-xogħol fuq pjattaforma diġitali jirriproduċi l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri mis-suq tax-xogħol ġenerali, bħad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u s-segregazzjoni bejn il-ġeneri fl-impjiegi jew fis-setturi (29); billi x-xogħol fuq pjattaforma diġitali jista' jkun opportunità biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol; billi, madankollu, ir-rappreżentanza tan-nisa u l-irġiel tvarja fost it-tipi differenti ta' servizzi u pjattaformi, fejn l-irġiel huma aktar rappreżentati f'xogħol fuq pjattaforma b'awtonomija akbar fix-xogħol u n-nisa għandhom probabbiltà akbar li jwettqu xogħol ta' pjattaforma aktar prekarju b'awtonomija tax-xogħol limitata; billi l-persuni b'responsabbiltajiet sinifikanti ta' indukrar u tal-familja huma għalhekk żvantaġġati u dan x'aktarx ikollu konsegwenzi negattivi, b'mod partikolari għan-nisa (30); billi l-ħaddiema tal-pjattaformi nisa, b'mod partikolari s-sewwieqa u dawk li jipprovdu servizzi ta' tindif u kura f'residenzi privati, huma esposti għar-riskju ta' fastidju sesswali u vjolenza sessista (31) u jaf joqogħdu lura milli jirrappurtaw dan minħabba nuqqas ta' għodod ta' rappurtar, in-nuqqas ta' kuntatt ma' maniġer uman jew il-biża' ta' klassifikazzjonijiet negattivi u telf ta' xogħol futur; |
|
W. |
billi x-xogħol fuq pjattaforma diġitali ilu fenomenu li qed jikber minn mindu feġġ, iffaċilitat mill-iżvilupp ta' teknoloġiji diġitali f'dawn l-aħħar snin, li jipprovdi lill-ħaddiema, lill-klijenti u lin-negozji b'opportunitajiet u għażliet ġodda fir-rigward tal-post, il-ħin, il-flessibbiltà u l-frekwenza tar-relazzjonijiet tagħhom, inkluż ix-xogħol u l-forniment ta' servizzi; billi, skont ir-rapport globali tal-ILO, għall-maġġoranza tal-ħaddiema bbażati fuq il-post u terz tal-ħaddiema online, ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali fuq pjattaformi diġitali huwa s-sors ewlieni ta' introjtu tagħhom, bi proporzjonijiet ogħla fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u għan-nisa (32); billi, madankollu, fl-UE għadu jirrappreżenta sehem żgħir mis-suq tax-xogħol ġenerali, bi stima ta' madwar 11 % tal-forza tax-xogħol tal-UE li pprovdiet servizzi permezz ta' pjattaformi ta' xogħol fuq il-post jew online mill-inqas darba u 1,4 % biss minnhom fl-2019 kienu jagħmlu dan bħala impjieg ewlieni (33); billi l-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni jridu jinqasmu b'mod wiesa' u ekwu bejn il-pjattaformi, il-ħaddiema, il-klijenti u s-soċjetà b'mod ġenerali; billi huma meħtieġa salvagwardji b'saħħithom sabiex jiġi żgurat li x-xogħol fuq pjattaforma diġitali jipprovdi kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u biex tiġi evitata s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol; |
|
X. |
billi l-pjattaformi li jaġixxu bħala impjegaturi jeħtiġilhom josservaw l-obbligi kollha tagħhom bħala impjegaturi u jirrispettaw ir-responsabbiltajiet settorjali tagħhom; |
|
Y. |
billi l-pjattaformi diġitali tax-xogħol jużaw għodod bħal apps, algoritmi u IA bħala parti mill-mudell tan-negozju tagħhom sabiex ilaqqgħu l-provvista u d-domanda, u biex jiġġestixxu l-ħaddiema f'livelli differenti; billi l-ġestjoni algoritmika tippreżenta sfidi ġodda għall-futur tax-xogħol u tista' toħloq żbilanċi tal-poter u opaċità fit-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll kontroll u sorveljanza bl-użu tat-teknoloġija li jistgħu jaggravaw prattiki diskriminatorji u jinvolvu riskji għall-privatezza, is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema u d-dinjità tal-bniedem (34); billi l-ġestjoni algoritmika trid tkun kompletament trasparenti u taħt sorveljanza umana sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jikkontestaw id-deċiżjonijiet permezz ta' proċeduri effettivi fejn meħtieġ u ma tridx tkun ibbażata fuq settijiet ta' data preġudikati relatati mal-ġeneru, l-isfond etniku jew l-orjentazzjoni sesswali, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta' diskriminazzjoni fl-eżiti tagħha; billi gruppi aktar vulnerabbli bħan-nisa, il-minoranzi u l-persuni b'diżabilità għandhom riskju ogħla ta' preġudizzju fil-klassifikazzjoni (35); |
|
Z. |
billi l-kwistjoni tax-xogħol mhux imħallas hija partikolarment sensittiva fl-ambjent tax-xogħol tal-pjattaformi; |
|
AA. |
billi l-ħolqien ta' kooperattivi jista' jikkostitwixxi strument importanti ta' organizzazzjoni minn isfel għal fuq ta' xogħol ibbażat fuq pjattaforma diġitali u jista' jinkoraġġixxi l-kompetizzjoni bejn il-pjattaformi; |
|
AB. |
billi hemm ħtieġa kbira għal soluzzjonijiet integrati tat-trasport ibbażati fuq firxa wiesgħa ta' servizzi, li jenfasizzaw is-sistema aktar milli l-komponenti tagħha, u billi l-pjattaformi jista' jkollhom rwol fl-iffaċilitar tal-mobbiltà bħala servizz (MaaS), il-loġistika bħala servizz (LaaS) u l-mobbiltà kollaborattiva; billi tali diġitalizzazzjoni tista' toħloq opportunitajiet kbar biex jinħoloq settur tat-trasport sostenibbli, innovattiv u multimodali, inkluż permezz tal-innovazzjoni tat-trasport pubbliku; billi qafas li jħares 'il quddiem għall-kumpaniji tal-pjattaformi jrid jindirizza wkoll it-tħassib ambjentali u tas-saħħa potenzjali u jimmassimizza l-effiċjenza tal-mobbiltà, u billi għalhekk għandha titwettaq valutazzjoni fil-fond tal-impatt ambjentali tal-pjattaformi fl-oqsma tat-trasport u t-turiżmu, peress li m'hemmx biżżejjed informazzjoni dwar l-impatti pożittivi u negattivi tagħhom; |
|
AC. |
billi l-multiplikazzjoni tal-intermedjazzjoni diġitali u l-pjattaformi kollaborattivi qed tibdel radikalment it-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija, b'mod partikolari permezz tal-forniment ta' servizzi ġodda għall-intrapriżi u l-individwi, l-iżvilupp ta' trasport multimodali, il-konnettività mtejba f'żoni iżolati, il-mobbiltà urbana mtejba jew saħansitra l-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tal-fluss; |
|
AD. |
billi l-konnettività bla fili u fissa b'veloċità għolja hija essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri tas-servizzi tat-trasport diġitalizzati; billi l-UE qed tistabbilixxi standards regolatorji għall-użu ta' servizzi u prodotti diġitali, kif għamlet bir-GDPR u l-istrateġija diġitali Ewropea, iżda għadha lura fil-ħolqien ta' kundizzjonijiet kompetittivi għal kumpaniji u pjattaformi diġitali ġodda biex jiżviluppaw u jikbru fl-UE; |
Qafas legali Ewropew
|
1. |
Jinnota li l-qafas Ewropew attwali mhuwiex sodisfaċenti u jiddispjaċih għall-fatt li l-istrumenti legali tal-UE spiss ma jiġux applikati għal ħafna ħaddiema tal-pjattaformi minħabba l-klassifikazzjoni ħażina tagħhom u ma jindirizzawx b'mod suffiċjenti r-realtajiet ġodda tad-dinja tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kollha tal-pjattaformi li jaħdmu permezz ta' pjattaformi diġitali tax-xogħol, inklużi dawk li ġenwinament jaħdmu għal rashom; huwa mħasseb li din il-frammentazzjoni tista' tqiegħed lil dawk il-ħaddiema tal-pjattaformi f'sitwazzjoni legalment prekarja, bir-riżultat li xi ħaddiema tal-pjattaformi jgawdu inqas drittijiet jew drittijiet aktar limitati minn dawk li għandhom jiġu ggarantiti lill-ħaddiema kollha; iqis li regolamentazzjoni inadegwata tista' twassal għal interpretazzjonijiet differenti, u b'hekk toħloq imprevedibbiltà u l-impatt negattiv konsegwenti kemm fuq in-negozji kif ukoll fuq il-ħaddiema; |
|
2. |
Jinnota li t-tifsira tat-termini “ħaddiem” u “ħaddiem li jaħdem għal rasu” mhumiex definiti b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha; jinnota wkoll li l-limitu bejn dawn iż-żewġ termini huwa xi drabi ambigwu għal forom ġodda ta' xogħol, u li xi ħaddiema jew ħaddiema li jaħdmu għal rashom huma għalhekk f'riskju li jiġu kklassifikati ħażin u li ma jgawdux id-drittijiet inerenti mal-istatus tagħhom; huwa tal-fehma, għaldaqstant, li l-ħaddiema fil-pjattaformi diġitali tax-xogħol għandu jkollhom l-istess drittijiet u l-istess aċċess għal protezzjoni soċjali fuq bażi ugwali mal-ħaddiema li mhumiex pjattaformi tal-istess kategorija, b'rispett sħiħ għad-diversità tal-mudelli nazzjonali tas-suq tax-xogħol, l-awtonomija tas-sħab soċjali u l-kompetenzi nazzjonali; |
|
3. |
Jisħaq, barra minn hekk, li l-ħaddiema tal-pjattaformi, li jaħdmu fi Stati Membri differenti jew li jikkombinaw impjieg regolari ma' xogħol fuq pjattaforma diġitali fi Stati Membri differenti jistgħu jkunu soġġetti għal regolamenti kompletament differenti għall-istess xogħol; |
|
4. |
Jemmen li din l-inċertezza legali trid tiġi indirizzata b'mod urġenti għall-benefiċċju tal-ħaddiema, il-kumpaniji, inklużi l-pjattaformi u l-konsumaturi; jemmen li kwalunkwe proposta trid tirrikonoxxi l-eteroġeneità tal-pjattaformi u tal-ħaddiema tal-pjattaformi, kif ukoll il-leġiżlazzjoni nazzjonali tax-xogħol, u s-sistemi tas-sigurtà soċjali u tas-saħħa differenti, il-ħtieġa għal mudelli ta' pjattaforma tax-xogħol diġitali sostenibbli u r-rispett għall-istatus tal-ħaddiema tal-pjattaformi li ġenwinament jaħdmu għal rashom; huwa tal-fehma li għandu jkun hemm qafas Ewropew, ibbażat fuq valutazzjoni tal-impatt komprensiva u konsultazzjoni mal-atturi rilevanti, li jissalvagwardja x-xogħol fuq pjattaforma diġitali li joffri kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, filwaqt li fl-istess ħin jindirizza forom prekarji ta' xogħol fuq pjattaforma diġitali u li jista' jiġi kkomplementat minn leġiżlazzjoni nazzjonali jew ftehimiet ta' negozjar kollettiv; jenfasizza li kwalunkwe inizjattiva leġiżlattiva tal-UE għandha tippromwovi l-innovazzjoni, il-ħolqien ta' mudelli ġodda ta' negozju, kooperattivi, negozji ġodda u SMEs, kif ukoll impjiegi deċenti; jenfasizza li l-opportunitajiet u l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli pprovduti mill-pjattaformi diġitali tax-xogħol għandhom jibqgħu possibbli dment li ma jkunux ta' detriment għall-protezzjoni soċjali u għad-drittijiet tal-ħaddiema; |
|
5. |
Jinnota li l-każijiet ta' klassifikazzjoni ħażina huma l-aktar prevalenti fi pjattaformi diġitali tax-xogħol li jorganizzaw b'mod qawwi, direttament jew permezz ta' algoritmu, il-kundizzjonijiet u r-remunerazzjoni tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali; jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li tiffaċilita l-klassifikazzjoni korretta tal-ħaddiema tal-pjattaformi, tintroduċi fil-proposta li jmiss tagħha preżunzjoni konfutabbli ta' relazzjoni ta' impjieg għall-ħaddiema tal-pjattaformi, f'konformità mad-definizzjonijiet nazzjonali kif stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rispettiva jew fil-ftehimiet kollettivi tal-Istati Membri, flimkien mat-treġġigħ lura tal-oneru tal-provi u possibbilment miżuri addizzjonali; jenfasizza, għalhekk, li kull meta l-ħaddiema tal-pjattaforma jikkontestaw il-klassifikazzjoni tal-istatus tal-impjieg tagħhom fi proċedimenti legali quddiem qorti jew korp amministrattiv skont il-leġiżlazzjoni u l-prattiki nazzjonali, huwa f'idejn il-parti li tiġi ddikjarata li hija l-impjegatur li tagħti prova li ma hemm l-ebda relazzjoni ta' impjieg; jisħaq li l-preżunzjoni konfutabbli ta' relazzjoni ta' impjieg m'għandhiex twassal għal klassifikazzjoni awtomatika tal-ħaddiema kollha tal-pjattaformi bħala ħaddiema; iqis li l-klassifikazzjoni tal-ħaddiema għandha tkun ibbażata fuq il-fatti relatati mal-prestazzjoni attwali tax-xogħol u l-kriterji, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, u mhux fuq id-deskrizzjoni tal-partijiet tar-relazzjoni; jenfasizza li tali preżunzjoni konfutabbli tiżgura li l-ħaddiema li ġenwinament jaħdmu għal rashom ikunu jistgħu jibqgħu hekk u jkunu jistgħu jkomplu jkollhom aċċessa għax-xogħol permezz tal-pjattaformi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiċċara li l-istabbiliment tal-hekk imsejjaħ 'tielet status' ġdid tal-UE bejn ħaddiem u persuna li taħdem għal rasha ma jistax jitqies, peress li ma jgħinx biex jissolvew il-problemi u hemm riskju ulterjuri li jkompli jċajpar kunċetti li diġà huma konfużi, u biex jiġi żgurat li l-ħaddiema tal-pjattaformi jew jiġu kklassifikati bħala ħaddiema jew bħala persuni li jaħdmu għal rashom, skont il-liġi nazzjonali; |
|
6. |
Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell Ewropew għadha 'l bogħod milli tlaħħaq mal-veloċità li biha qed tevolvi t-trasformazzjoni diġitali, u dan iwassal għal nuqqas ta' regolamentazzjoni fir-rigward ta' metodi ġodda ta' impjieg, b'impatt dirett fuq id-drittijiet tal-ħaddiema u l-funzjonament tal-pjattaformi online; |
|
7. |
Jisħaq li kwalunkwe regolament dwar il-pjattaformi online jrid jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-approċċi differenti tal-Istati Membri, minħabba d-differenzi eżistenti bejn il-pjattaformi, min-numru ta' ħaddiema sal-punt sa fejn dawn ikopru d-drittijiet tal-ħaddiema, u jrid jibqa' validu matul iż-żmien u għat-trasformazzjoni diġitali; |
|
8. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal inizjattiva leġiżlattiva biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi sa tmiem l-2021, kif imħabbar fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u preċeduta minn konsultazzjoni f'żewġ stadji tas-sħab soċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex, jekk is-sħab soċjali ma jesprimux ix-xewqa li jinbeda l-proċess previst fl-Artikolu 155 tat-TFUE, u abbażi tal-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet pubbliċi, tressaq proposta għal direttiva dwar il-ħaddiema tal-pjattaformi sabiex tiggarantixxi d-drittijiet għall-ħaddiema kollha tal-pjattaformi, u tindirizza l-ispeċifiċitajiet tal-ħidma fuq pjattaforma diġitali biex tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u trasparenti, tiggarantixxi ambjent tax-xogħol b'saħħtu u sikur, tagħti aċċess għal protezzjoni soċjali adegwata u trasparenti, kif ukoll id-dritt tagħhom li jorganizzaw, li jistabbilixxu, jissieħbu b'mod ħieles u li jkunu rappreżentati, fost l-oħrajn minn sindakati, u jinnegozjaw ftehimiet kollettivi, ikollhom aċċess għat-taħriġ u l-ħiliet, kif ukoll tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data tagħhom f'konformità mal-GDPR, kif ukoll ġestjoni algoritmika trasparenti, etika u nondiskriminatorja, filwaqt li jiġu żgurati wkoll kundizzjonijiet ekwi fl-Istati Membri kollha u jinħoloq ambjent tan-negozju prevedibbli u stabbli li jrawwem l-investiment u l-innovazzjoni; |
|
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-istatus tal-pjattaformi tax-xogħol diġitali jew bħala impjegatur, jew bħala aġenzija tal-impjiegi (temporanja), jew bħala intermedjarju, marbut mas-settur tal-attività tagħhom, sabiex jiġi żgurat li l-obbligi kollha li status partikolari jinvolvi, fost l-oħrajn, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ir-responsabbiltà għas-saħħa u s-sikurezza, ir-responsabbiltà għal pagamenti tat-taxxa fuq l-introjtu, id-diliġenza dovuta u r-responsabbiltà soċjali korporattiva jiġu ssodisfati u jkunu jistgħu jiġu ppreservati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni ma' kumpaniji oħra attivi fis-settur; |
|
10. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi miġġieled aħjar l-impjieg indipendenti fittizju permezz ta' direttiva, sabiex jiġu koperti l-ħaddiema tal-pjattaformi li qed jissodisfaw il-kundizzjonijiet karatteristiċi ta' relazzjoni ta' impjieg ibbażata fuq il-prestazzjoni reali tax-xogħol, u mhux fuq id-deskrizzjoni tal-partijiet tar-relazzjoni; |
|
11. |
Jisħaq li l-impatt ewlieni tal-pjattaformi online mhuwiex limitat għall-benefiċċji offruti lill-konsumaturi, iżda minflok huwa impatt fuq skala wiesgħa li jaffettwa l-katina tal-provvista kollha, inklużi l-fornituri, il-manifatturi, id-distributuri u l-konsumaturi u jrid jiġi kkunsidrat kif xieraq meta tkun qed tiġi diskussa l-leġiżlazzjoni. |
Kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u trasparenti
|
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, meta tesplora modi biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol:
|
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni teżamina sa fejn ir-regoli eżistenti tal-UE huma applikabbli għas-suq tax-xogħol fuq pjattaformi diġitali u tiżgura implimentazzjoni u infurzar adegwati; jistieden lill-Istati Membri biex, f'kollaborazzjoni mas-sħab soċjali u partijiet interessati rilevanti oħra, jevalwaw, b'mod proattiv u abbażi tal-loġika ta' antiċipazzjoni, il-ħtieġa li tiġi modernizzata l-leġiżlazzjoni eżistenti, inklużi s-sistemi ta' sigurtà soċjali, biex jibqgħu aġġornati mal-iżviluppi teknoloġiċi filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tal-ħaddiema; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkoordinaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali bil-għan li jiżguraw l-esportabbiltà tal-benefiċċji u l-aggregazzjoni tal-perjodi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni; |
Ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa u sikur
|
14. |
Jisħaq li xi ħaddiema tal-pjattaformi jistgħu jkunu soġġetti għal riskji akbar għas-saħħa u s-sikurezza kemm għal xogħol fuq pjattaforma fuq il-post (bħal inċidenti fit-toroq jew korriment fiżiku kkawżat minn makkinarju jew sustanzi kimiċi) kif ukoll għal xogħol fuq pjattaforma online (pereżempju xogħol relatat mal-ergonomija tal-postijiet tax-xogħol fuq kompjuter), li mhumiex limitati għas-saħħa fiżika iżda jistgħu jaffettwaw ukoll is-saħħa psikosoċjali b'sigħat tax-xogħol imprevedibbli, l-intensità tax-xogħol, l-ambjenti kompetittivi (sistemi ta' klassifikazzjoni, inċentivi tax-xogħol permezz ta' bonusijiet), tagħbija eċċessiva ta' informazzjoni u l-iżolament bħala fatturi ta' riskju emerġenti; jissottolinja li l-proposta tal-Kummissjoni trid tindirizza s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi f'konformità mal-qafas legali Ewropew dwar is-saħħa u s-sikurezza u tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt ta' skonnessjoni, f'konformità mal-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas tal-Imsieħba Soċjali Ewropej dwar id-Diġitalizzazzjoni mingħajr ma jiġu żvantaġġati talli jagħmlu dan; jenfasizza li l-ħaddiema tal-pjattaformi kollha fuq il-post jeħtieġ li jkunu mgħammra b'tagħmir protettiv personali adegwat u li dawk attivi fit-trasport u l-konsenja jeħtieġ li jkollhom assigurazzjoni garantita kontra l-inċidenti; jissottolinja li l-pjattaformi tax-xogħol diġitali jeħtieġ li jistabbilixxu salvagwardji biex jipproteġu lill-ħaddiema tal-pjattaformi mill-vjolenza u l-fastidju, inkluża vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, fuq il-post tax-xogħol u jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi ta' rappurtar; |
|
15. |
Iqis li l-ħaddiema tal-pjattaformi kollha għandhom ikunu intitolati jirċievu kumpens f'każ ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard okkupazzjonali, u jingħataw protezzjoni soċjali, inkluż kopertura tal-assigurazzjoni kontra l-mard u l-invalidità; jilqa', f'dan ir-rigward, l-inizjattivi ta' xi pjattaformi tax-xogħol diġitali li jipprovdu, bħala l-ewwel pass, assigurazzjoni kif ukoll miżuri tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali sakemm jiġi stabbilit qafas leġiżlattiv u jenfasizza r-rwol importanti li l-ftehimiet kollettivi jista' jkollhom f'dan il-kuntest; |
Protezzjoni soċjali adegwata u trasparenti
|
16. |
Jemmen bis-sħiħ li l-kopertura, l-adegwatezza u t-trasparenza formali u effikaċi tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali għandhom japplikaw għall-ħaddiema kollha inklużi dawk li jaħdmu għal rashom; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ u immedjatament ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2019 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għal ħaddiema u ħaddiema li jaħdmu għal rashom, u jieħdu l-miżuri sabiex jiżguraw il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema tal-pjattaformi; jistieden lill-Kummissjoni tiskrutinizza l-progress tal-Istati Membri f'dan ir-rigward fil-qafas tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tas-Semestru Ewropew; |
|
17. |
Ifakkar li l-protezzjoni soċjali hija xibka ta' sikurezza bbażata fuq is-solidarjetà li hija ta' benefiċċju mhux biss għall-individwu iżda wkoll għas-soċjetà kollha kemm hi; jenfasizza li l-ħaddiema tal-pjattaformi jiffaċċjaw sfidi uniċi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà u biex jikkwalifikaw għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, li min-naħa tagħhom iħallu impatt fuq il-prospettivi futuri tagħhom l-vijabbiltà finanzjarja u s-solidarjetà tas-sistemi tas-sigurtà soċjali; iqis li l-ħaddiema tal-pjattaformi għandu jkollhom aċċess għall-fergħat kollha tas-sigurtà soċjali skont l-istatus tagħhom; ifakkar b'mod partikolari fl-importanza li l-Istati Membri jiżguraw, u fejn meħtieġ jestendu, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema tal-pjattaformi li jaħdmu għal rashom inkluż għal persuni li jgħaddu minn status għal ieħor jew li għandhom iż-żewġ status sabiex jiggarantixxu l-portabbiltà tad-drittijiet u l-intitolamenti soċjali akkumulati u għal skemi li jkopru l-maternità u l-benefiċċji ekwivalenti tal-ġenituri, u l-qgħad, l-inċidenti, il-kura fit-tul, l-invalidità, il-mard, il-kura tas-saħħa u l-benefiċċji tax-xjuħija; |
Rappreżentanza u drittijiet ta' negozjar kollettiv
|
18. |
Ifakkar li l-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt ta' negozjar kollettiv huma drittijiet fundamentali għall-ħaddiema kollha, u jemmen li direttiva dwar il-ħaddiema tal-pjattaformi għandha tiżgura li dawn id-drittijiet ikunu effettivi, applikati bis-sħiħ u infurzati; huwa mħasseb bl-okkorrenza ta' relazzjonijiet żbilanċjati u asimetriċi bejn il-pjattaformi tax-xogħol diġitali u l-ħaddiema, li spiss ma jkollhomx is-setgħa ta' negozjar individwali biex jinnegozjaw termini u kundizzjonijiet ġusti; jinnota, barra minn hekk, li hemm ukoll kwistjonijiet prattiċi bħan-nuqqas ta' mezzi komuni ta' komunikazzjoni u opportunitajiet biex jiltaqgħu online jew personalment, li jistgħu jipprevjenu r-rappreżentanza kollettiva fil-prattika; jinnota wkoll il-potenzjal għal approċċi innovattivi biex jinfetħu toroq ġodda għad-djalogu u l-organizzazzjoni soċjali permezz ta' soluzzjonijiet diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza dawn l-impedimenti fil-proposta tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li l-ħaddiema tal-pjattaformi u l-pjattaformi diġitali jkunu organizzati u rappreżentati b'mod xieraq sabiex jiġi ffaċilitat id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv; |
|
19. |
Jissottolinja li l-forom ġuridiċi kooperattivi jistgħu jkunu għodod importanti għall-organizzazzjoni minn isfel għal fuq tax-xogħol tal-pjattaformi, li jista' jkollha wkoll impatt pożittiv fuq id-demokrazija interna u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-ħaddiema; |
|
20. |
Jiddispjaċih dwar id-diffikultajiet legali fir-rappreżentanza kollettiva li jiffaċċjaw il-ħaddiema tal-pjattaformi, u huwa konxju li dawk li jaħdmu għal rashom waħedhom huma ġeneralment meqjusa bħala “impriżi”, u bħala tali huma soġġetti għall-projbizzjoni ta' ftehimiet li jirrestrinġu l-kompetizzjoni; jirrikonoxxi f'dan ir-rigward il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu ppubblikata mill-Kummissjoni (37), u jitlob li l-inizjattiva ppjanata tindirizza dan l-ostaklu minbarra l-inizjattiva leġiżlattiva biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi filwaqt li jiġu rispettati s-sistemi eżistenti ta' negozjar kollettiv; jinsab konvint li d-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE ma jridx ifixkel it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol (inkluż l-istabbiliment tar-remunerazzjoni) u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema tal-pjattaformi li jaħdmu għal rashom waħedhom permezz tan-negozjar kollettiv, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara li l-ftehimiet kollettivi jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jagħmlu parti minn unjoni u jinnegozjaw b'mod kollettiv, u biex tiggarantixxi bilanċ aħjar fis-setgħa tan-negozjar u suq intern aktar ġust; |
Taħriġ u ħiliet
|
21. |
Jenfasizza l-importanza tat-taħriġ, u b'mod partikolari l-ħtieġa li jingħata taħriġ lill-ħaddiema tal-pjattaformi permezz ta' pjattaformi diġitali tax-xogħol dwar l-użu tas-sit web tagħhom jew l-applikazzjoni, il-kompiti mwettqa u s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; Jenfasizza wkoll li l-ħaddiema tal-pjattaformi, b'mod partikolari dawk li huma inqas kwalifikati, għandhom jingħataw aċċess mill-pjattaformi għal taħriġ ulterjuri li jippermetti t-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħiliet biex itejbu l-impjegabbiltà u l-perkorsi tal-karriera tagħhom; jitlob li jiġu ffaċilitati r-rikonoxximent, il-validazzjoni u l-portabbiltà tal-kisbiet fil-qasam tat-tagħlim mhux formali u informali, iżda wkoll fir-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba waqt ix-xogħol fuq il-pjattaformi; jemmen f'dan ir-rigward li għandu jinħareġ “ċertifikat ta' esperjenza” għall-ħaddiema tal-pjattaformi li jkunu pparteċipaw f'tali taħriġ, li jista' jittella' fuq il-kontijiet ta' tagħlim individwali; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema tal-pjattaformi fil-proposti li ġejjin dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali u l-Kontijiet Individwali tal-Apprendiment; jenfasizza xi sħubijiet strateġiċi stabbiliti mill-pjattaformi biex jiżguraw l-aċċess għat-taħriġ għall-ħaddiema tal-pjattaformi (bħal korsijiet tal-lingwa, ikkowċjar personalizzat u ikkowċjar bil-vidjo) biex ikunu jistgħu jieħdu l-passi li jmiss fil-karrieri tagħhom; jemmen li l-aħjar prattiki bħal dawn għandhom jiġu integrati fil-pjattaformi kollha fis-setturi kollha; |
|
22. |
Jenfasizza li l-kompetenzi diġitali huma tal-ogħla importanza; jemmen li l-investiment fl-edukazzjoni vokazzjonali u t-tagħlim tul il-ħajja huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkunu mgħammra bil-ħiliet meħtieġa għall-era diġitali; jistieden lill-Istati Membri jadattaw is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom għas-suq tax-xogħol diġitali, bil-għan li jippromwovu l-litteriżmu u l-ħiliet diġitali, kif ukoll irawmu l-intraprenditorija; jenfasizza li l-ekonomija tal-pjattaformi tax-xogħol s'issa żviluppat prinċipalment f'żoni urbani; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jiġġieldu kontra d-distakk diġitali u jiżguraw aċċess għas-servizzi diġitali għal kulħadd; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-użu tal-broadband 5G f'żoni rurali; |
|
23. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat l-istess aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja għall-ħaddiema tal-pjattaformi bħal dawk li jgwadu l-ħaddiema fl-ekonomija tradizzjonali, f'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali, filwaqt li titħeġġeġ l-innovazzjoni, jiġi promoss it-tkabbir kompetittiv u inklużiv, u jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi għan-negozji; |
Algoritmi u ġestjoni tad-data
|
24. |
Iqis li l-użu tal-algoritmi fix-xogħol għandu jkun trasparenti, nondiskriminatorju, affidabbli u etiku għall-ħaddiema; jissottolinja li t-trasparenza algoritmika u n-nondiskriminazzjoni għandhom japplikaw għall-assenjazzjoni u d-distribuzzjoni tal-kompiti, l-iffissar tal-prezzijiet, ir-reklamar, il-klassifikazzjonijiet u l-interazzjonijiet; barra minn hekk, jirrimarka li l-funzjonijiet ta' ġestjoni algoritmika, b'mod partikolari l-assenjazzjoni tal-kompiti, il-klassifikazzjonijiet, il-proċeduri ta' diżattivazzjoni u l-ipprezzar, u kwalunkwe bidla fihom, għandhom jiġu spjegati b'mod li jinftiehem u jiġu kkomunikati b'mod ċar u aġġornat u għandhom ikunu parti mid-djalogu soċjali, filwaqt li jiġu rrispettati s-sigrieti kummerċjali skont id-Direttiva (UE) 2016/943, b'mod partikolari l-Premessi 13 u 18, u l-Artikoli 3 u 5 tagħha; jenfasizza li d-deċiżjonijiet algoritmiċi kollha jridu jkunu etiċi, responsabbli, kontestabbli u, fejn rilevanti, riversibbli u jenfasizza l-importanza ta' kontrolli regolari mill-awtoritajiet rilevanti f'dan ir-rigward f'konformità mad-dritt nazzjonali biex jiġi evitat output żbaljat tal-IA; itenni li kwalunkwe deċiżjoni algoritmika trid tikkonforma mad-dritt li ma tkunx soġġetta għal deċiżjoni bbażata biss fuq ipproċessar awtomatizzat, kif stabbilit fl-Artikolu 22(1) tal-GDPR, li jfisser li jrid ikun hemm sorveljanza umana; jenfasizza li l-inċentivar ta' prattiki, bħal bonusijiet eċċezzjonali, jew prattiki punittivi, bħal klassifikazzjonijiet li jkollhom impatt fuq il-ħin tax-xogħol u li jwasslu għall-assenjazzjoni ta' inqas xogħol, m'għandhomx iwasslu għal imġiba riskjuża jew riskji għas-saħħa u s-sikurezza, inkluża s-saħħa mentali; huwa konvint li algoritmi nondiskriminatorji huma dawk li jipprevjenu diskriminazzjoni skont il-ġeneru, ir-razza u preġudizzji soċjali oħra fl-għażla u t-trattament ta' gruppi differenti u ma jsaħħux l-inugwaljanzi u l-isterjotipi; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw protezzjoni xierqa tad-drittijiet u l-benesseri tal-ħaddiema tal-pjattaformi, bħan-nondiskriminazzjoni, il-privatezza, l-awtonomija u d-dinjità tal-bniedem fl-użu tal-intelliġenza artifiċjali u l-ġestjoni algoritmika, inklużi għodod ta' tbassir u ta' mmarkar biex jipprevedu l-imġiba, il-monitoraġġ f'ħin reali tal-progress, is-softwer għall-intraċċar tal-prestazzjoni u tal-ħin, in-nudges tal-imġiba awtomatizzati u l-prattiki ta' sorveljanza mhux xierqa; jenfasizza li l-ħaddiema għandhom dejjem jiġu infurmati u kkonsultati qabel l-użu ta' tali apparat u prattiki; jemmen li għandu jitħeġġeġ it-taħriġ tal-iżviluppaturi tal-algoritmi fi kwistjonijiet etiċi, ta' trasparenza u antidiskriminatorji; |
|
26. |
Jinsab imħasseb dwar ir-rispett dgħajjef tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għal xogħlijiet kreattivi ta' ħaddiema tal-pjattaformi li jaħdmu għal rashom u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw din il-problema u jiżguraw infurzar xieraq tal-leġiżlazzjoni applikabbli; |
|
27. |
Jemmen li l-ħaddiema għandhom jiġu infurmati dwar ir-reċensjonijiet tal-klijenti; jenfasizza li l-ħaddiema għandu jkollhom id-dritt li jikkontestaw in-nuqqas ta' ħlas u li dik il-kontestazzjoni tiġi riveduta minn impjegat tal-pjattaforma; |
|
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħin ta' stennija u d-disponibbiltà fuq il-pjattaforma huma meqjusa bħala ħin tax-xogħol għall-ħaddiema tal-pjattaformi f'relazzjoni ta' impjieg; |
|
29. |
Ifakkar li l-pjattaformi online kollha jridu jiżguraw konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-UE, inkluża l-liġi dwar in-nondiskriminazzjoni u l-protezzjoni tad-data; jenfasizza li l-ħaddiema tal-pjattaforma, u bil-qbil tagħhom, ir-rappreżentanti tagħhom, għandu jkollhom aċċess sħiħ għad-data kollha li tikkonċerna l-attivitajiet tagħhom stess, jifhmu kif tiġi pproċessata l-informazzjoni personali tagħhom, jiġu infurmati dwar kwalunkwe klassifikazzjoni jew evalwazzjoni tal-ħaddiem mill-pjattaforma li jista' jkollha impatt fuq it-termini tal-impjieg jew il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u jkollhom id-dritt li jesportaw il-klassifikazzjonijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema tal-pjattaformi jkollhom id-dritt effettiv għall-portabbiltà tad-data kif stabbilit fl-Artikoli 20 u 88 tal-GDPR; jemmen li għandha tiġi esplorata l-possibbiltà ta' ċertifikat tal-ħiliet, tal-feedback tal-klijenti u tal-klassifikazzjonijiet tar-reputazzjoni li jkun portabbli u rikonoxxut bejn pjattaformi simili; |
|
30. |
Jinnota li n-natura tax-xogħol tal-pjattaformi u n-nuqqas ta' post tax-xogħol definit jistgħu jwasslu għal sullokazzjoni tal-kontijiet tal-ħaddiema u lx-xogħol mhux iddikjarat; jemmen li proċessi ta' verifika affidabbli tal-identità tal-utent tal-pjattaforma għandhom jiġu ggarantiti mingħajr ipproċessar obbligatorju ta' data bijometrika; |
|
31. |
Jenfasizza li l-vantaġġi potenzjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-effiċjenza, tal-pjattaformi online tax-xogħol fuq is-suq tradizzjonali tax-xogħol għandhom ikunu bbażati fuq il-kompetizzjoni ġusta; jenfasizza li, bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-pjattaformi tax-xogħol u n-negozji tradizzjonali, speċjalment l-SMEs, l-ekonomija tal-pjattaformi, bħal kull ekonomija oħra, trid tħallas it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali u tikkonforma mal-leġiżlazzjoni soċjali u dwar l-impjiegi; jissottolinja l-ħtieġa li konsegwentement jiġu aġġustati l-politiki relatati, meta jkun meħtieġ; |
|
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ħaddiema tal-pjattaformi u dawk fi kwalunkwe forma simili ta' impjieg, magħmula possibbli permezz tal-innovazzjoni teknoloġika, jiġu inklużi fil-proposti għall-istabbiliment ta' numru tas-sigurtà soċjali Ewropew (ESSN) u li jiġu applikati regoli ta' mobbiltà ekwi għax-xogħol fuq il-pjattaformi b'mod mhux diskriminatorju; |
|
33. |
Jirrikonoxxi li l-ekonomija tal-pjattaformi tax-xogħol tista' tintuża għal skopijiet soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu mudelli tal-ekonomija soċjali fl-ekonomija tal-pjattaformi tax-xogħol u jwettqu skambju tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward, peress li l-impriżi soċjali wrew li huma aktar reżiljenti matul il-kriżi tal-COVID-19; |
Rakkomandazzjonijiet oħra
|
34. |
Ifakkar li ammont konsiderevoli ta' pjattaformi qed jaħdmu fuq l-implimentazzjoni ta' regolamenti u programmi interni sabiex joħolqu ambjent aktar sigur għall-ħaddiema tagħhom u jqis li tali prattiki għandhom jiġu mħeġġa mill-azzjonijiet tal-UE u nazzjonali fil-qasam; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tistabbilixxi tikketta tal-kwalità Ewropea wara valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa, li tingħata lill-pjattaformi li jimplimentaw prattiki tajba għall-ħaddiema tal-pjattaformi sabiex l-utenti, il-ħaddiema u l-konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati, u li tenfasizza pjattaformi b'kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kwalità bbażati fuq ftehimiet kollettivi u grad għoli ta' trasparenza; |
|
35. |
Jinnota li d-data dwar il-kwantità ta' ħaddiema tal-pjattaformi, kif ukoll dwar id-distribuzzjoni tagħhom skont is-settur, għadha frammentata; jistieden lill-Kummissjoni, bil-kollaborazzjoni tal-Istati Membri, tiġbor data robusta u komparabbli dwar il-ħaddiema tal-pjattaformi sabiex tikseb idea aktar preċiża tal-iskala tal-attività tal-pjattaforma diġitali tax-xogħol u tapprofondixxi l-għarfien tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tal-ħaddiema tal-pjattaforma, inklużi l-kopertura tas-sigurtà soċjali u l-firxa tal-introjtu; |
|
36. |
Jistieden lis-servizzi nazzjonali ta' impjieg pubbliku u lin-Network tas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES) jikkomunikaw aktar dwar l-opportunitajiet offruti mill-pjattaformi tax-xogħol; |
|
37. |
Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu forom innovattivi ta' xogħol fuq pjattaforma diġitali f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u ma' dik nazzjonali, u jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kwalità fil-qafas legali li jmiss tagħha u żżomm il-flessibbiltà filwaqt li tiżgura d-drittijiet tal-ħaddiema; |
|
38. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema tal-pjattaformi jkunu jistgħu jirrifjutaw inkarigu jekk dan ikun barra mill-ħinijiet u l-ġranet ta' referenza jew jekk ma jkunux ġew infurmati dwar l-inkarigu fi żmien il-perjodu minimu ta' avviż miftiehem, mingħajr ma jsofru konsegwenzi negattivi talli jkunu rrifjutaw; |
|
39. |
Fl-istess ħin, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw soluzzjonijiet transfruntiera innovattivi, effettivi u soċjalment ta' benefiċċju, li jiżguraw kopertura u protezzjoni soċjali; |
|
40. |
Jenfasizza li l-garanzija tar-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema hija komponent essenzjali ta' politika tat-turiżmu sostenibbli; jissottolinja r-rwol dejjem aktar importanti tal-pjattaformi diġitali u l-ġbir tad-data fl-attivitajiet turistiċi; jenfasizza, għalhekk, ir-rwol fundamentali tal-ġbir tad-data dwar il-ħaddiema tal-pjattaformi fit-twettiq ta' proġetti ta' turiżmu realment sostenibbli li jiżguraw li l-investimenti fit-turiżmu u l-impjiegi jkunu ta' benefiċċju għall-komunitajiet lokali u għall-ħaddiema, filwaqt li tiġi ffaċilitata d-distribuzzjoni ġusta tal-profitti; |
|
41. |
Ifakkar li n-nisa jikkostitwixxu biss 22 % tal-ħaddiema fl-industrija tat-trasport u jirrappreżentaw ukoll minoranza ta' ħaddiema tal-pjattaformi fl-industriji tat-trasport u t-turiżmu, u li evidenza aneddotali li tindika li l-ħaddiema tal-pjattaformi nisa fl-industrija tat-trasport għandhom kundizzjonijiet ta' impjieg u xogħol eħżen minn dawk tal-kontropartijiet maskili tagħhom; |
o
o o
|
42. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57.
(2) ĠU L 186, 11.7.2019, p. 105.
(3) ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1.
(5) ĠU C 387, 15.11.2019, p. 1.
(6) https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-13436-2019-INIT/en/pdfhttps://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-13436-2019-INIT/mt/pdf
(7) https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9686-2019-INIT/mt/pdf
(8) Testi adottati, P9_TA(2021)0021.
(9) Testi adottati, P9_TA(2020)0371.
(10) Testi adottati, P9_TA(2020)0284.
(11) Testi adottati, P9_TA(2020)0275.
(12) Testi adottati, P9_TA(2020)0272.
(13) Testi adottati, P9_TA(2020)0194.
(14) ĠU C 202, 28.5.2021, p. 35.
(15) ĠU C 242, 10.7.2018, p. 24.
(16) ĠU C 331, 18.9.2018, p. 125.
(17) ĠU C 331, 18.9.2018, p. 135.
(18) ĠU C 334, 19.9.2018, p. 88.
(19) https://www.etuc.org/system/files/document/file2020-06/Final%2022%2006%2020_Agreement%20on%20Digitalisation%202020.pdf
(20) Studju – “The platform economy and precarious work” (L-ekonomija tal-pjattaformi u x-xogħol prekarju), Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku A – Il-Politika Ekonomika, Xjentifika u tal-Kwalità tal-Ħajja, 11 ta' Settembru 2020.
(21) Studju – “The Social Protection of Workers in the Platform Economy” (Il-Protezzjoni tal-Ħaddiema fl-Ekonomija tal-Pjattaformi), Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku A – Il-Politika Ekonomika, Xjentifika u tal-Kwalità tal-Ħajja, 7 ta' Diċembru 2017.
(22) https://www.eurofound.europa.eu/data/platform-economy
(23) Studju – ‘Data subject, digital surveillance, AI and the future of work’ ((Is-suġġetti tad-data, is-sorveljanza diġitali, l-IA u l-futur tax-xogħol), Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, Unità tal-Prospettiva Xjentifika, 23 ta' Diċembru 2020.
(24) https://www.dw.com/pl/ue-chce-lepiej-chroni%C4%87-pracuj%C4%85cych-za-po%C5%9Brednictwem-platform-cyfrowych/a-56676431
(25) Howard, J., Nonstandard work arrangements and worker health and safety, American Journal of Industrial Medicine, Volume 60, Issue 1, 2016, pp. 1-10.
(26) ILO, World Employment and Social Outlook 2021 – The role of digital labour platforms in transforming the world of work” (Prospettiva dinjija dwar l-impjiegi u soċjali 2021 – Ir-rwol tal-pjattaformi diġitali tax-xogħol fit-trasformazzjoni tad-dinja tax-xogħol), p 20.
(27) https://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef18001en.pdf
(28) Studju — “The Social Protection of Workers in the Platform Economy”, Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku A — Politiki Ekonomiċi, Xjentifiċi u tal-Kwalità tal-Ħajja, 7 ta' Diċembru 2017, p. 34, https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2017/614184/IPOL_STU(2017)614184_EN.pdf
(29) L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), Gender Equality Index 2020: Digitalisation and the future of work, (L-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri: Id-diġitalizzazzjoni u l-futur tax-xogħol), p. 14.
(30) EIGE, Gender Equality Index 2020: Digitalisation and the future of work (L-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri: Id-diġitalizzazzjoni u l-futur tax-xogħol), p. 98-99.
(31) EIGE, Gender Equality Index 2020: Digitalisation and the future of work, (L-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri: Id-diġitalizzazzjoni u l-futur tax-xogħol), p. 114.
(32) ILO, World Employment and Social Outlook 2021: The role of digital labour platforms in transforming the world of work" (Prospettiva dinjija dwar l-impjiegi u soċjali 2021: Ir-rwol tal-pjattaformi diġitali tax-xogħol fit-trasformazzjoni tad-dinja tax-xogħol), p. 22.
(33) Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, “Platform workers in Europe: Evidence from the COLLEEM survey” (Ħaddiema tal-pjattaformi fl-Ewropa: Evidenza mill-istħarriġ COLLEEM) (2018) u “New evidence on platform workers in Europe: Results from the second COLLEEM survey” (Evidenza ġdida dwar il-ħaddiema tal-pjattaformi fl-Ewropa: Riżultati mit-tieni stħarriġ COLLEEM) (2020).
(34) Workplace Monitoring & Surveillance, Data & Society, Mateescu, A., Nguyen, A., Nota spjegattiva: Frar 2019.
(35) Rapport tal-2020 dwar l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn l-Ġeneri, id-Digitilizzazzjoni u l-futur tax-xogħol, p. 99.
(36) Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
(37) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/ALL/?uri=PI_COM%3AAres%282021%29102652
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/67 |
P9_TA(2021)0386
Sajjieda għall-futur
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 Sajjieda għall-futur: Nattiraw ġenerazzjoni ġdida ta' ħaddiema lejn l-industrija tas-sajd u niġġeneraw impjiegi fil-komunitajiet kostali (2019/2161(INI))
(2022/C 117/07)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 3(2) u (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 4(2)(a), (d) u (k), u l-Artikoli 9, 153 u 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 bit-titolu “Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (COM(2017)0623), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159 tad-19 ta' Diċembru 2016 li timplimenta l-Ftehim li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol konkluż fil-21 ta' Mejju 2012 bejn il-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Kooperattivi Agrikoli fl-Unjoni Ewropea (COGECA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) u l-Assoċjazzjoni ta' Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Intrapriżi tas-Sajd fl-Unjoni Ewropea (Europêche) (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Settembru 2019 dwar “Id-dimensjoni soċjali tas-sajd” (opinjoni esploratorja) (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali ta' Torremolinos għas-Sikurezza tal-Bastimenti tas-Sajd tal-1977, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Torremolinos tal-1993 u l-Ftehim ta' Cape Town tal-2012 li jaġġornaw u jemendaw il-Konvenzjoni ta' Torremolinos, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd (STCW-F) tal-1995, |
|
— |
wara li kkunsidra ċ-ċirkulari Nru 966 dwar is-sajd tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) tal-2001, bit-titolu “Safety at sea as an integral part of fisheries management” (Is-sikurezza fuq il-baħar bħala parti integrali mill-ġestjoni tas-sajd), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-FAO bit-titolu “The State of World Fisheries and Aquaculture 2020” (Il-Qagħda tas-Sajd u tal-Akkwakultura fid-Dinja 2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni 188 tal-ILO tal-2007 dwar ix-Xogħol fis-Sajd, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida Volontarji tal-OMI tal-2005 għad-Disinn, il-Kostruzzjoni u l-Irkaptu ta' Bastimenti Żgħar tas-Sajd, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Europêche, it-taqsima tas-sajd tas-COGECA u l-ETF ta' Diċembru 2000 bit-titolu “Mutual Recognition of Certificates in the Sea Fishing Sector in Europe” (Rikonoxximent Reċiproku taċ-Ċertifikati fis-Settur tas-Sajd Marittimu fl-Ewropa) (ir-rapport Bénodet), |
|
— |
wara li kkunsidra l-“2019 Annual Overview of Marine Casualties and Incidents” (Ħarsa Ġenerali Annwali lejn id-Diżgrazzji u l-Inċidenti Marittimi 2019) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2019 bit-titolu “Social data in the EU fisheries sector” (Id-data soċjali fis-settur tas-sajd) (STECF 19-03), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Ekonomiku Annwali tal-STECF għall-2019 dwar il-Flotta tas-Sajd tal-UE (STECF 19-06) u r-Rapport Ekonomiku Annwali tal-2020 dwar il-Flotta tas-Sajd tal-UE (STECF 20-06), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-istudju mid-Dipartiment Tematiku għall-Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni tal-Parlament bit-titolu “Taħriġ tas-Sajjieda”, ippubblikat f'Lulju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-analiżi approfondita mid-Dipartiment Tematiku għall-Politika Ekonomika, Xjentifika u tal-Kwalità tal-Ħajja tal-Parlament Ewropew bit-titolu “L-ambitu tal-liġi tal-UE tax-xogħol: Min hu (u mhux) kopert minn direttivi ewlenin?”, ippubblikata f'Ottubru 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Komuni tas-Sajd għall-iżvilupp tar-rwol tan-nisa (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0230/2021), |
|
A. |
billi l-politika komuni tas-sajd (PKS) trid tiżgura li s-sajd u l-akkwakultura jkunu soċjalment, ekonomikament u ambjentalment sostenibbli fit-tul u li dan l-objettiv irid ikompli jitwettaq sabiex is-settur jibqa' attraenti għall-forza tax-xogħol; billi, sabiex tinkiseb is-sostenibbiltà soċjali, il-politiki tas-sajd għandhom jintegraw u jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza, it-taħriġ, l-inklużjoni soċjali u livell ġust ta' għajxien; billi f'ħafna reġjuni u komunitajiet tas-sajd tal-UE, l-importanza soċjali tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura hija akbar mill-kontribut ekonomiku dirett tagħhom; |
|
B. |
billi l-kriżi tas-saħħa pubblika u t-tfixkil fil-kummerċ u fis-suq ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 laqtu lis-sajjieda madwar l-Ewropa; billi minkejja r-riskji għas-sikurezza u l-prezzijiet baxxi tal-ħut, is-sajjieda komplew jistadu u jipprovdu ikel ta' kwalità għolja; billi matul il-kriżi tal-COVID-19, is-sajjieda ġew identifikati bħala ħaddiema fundamentali li jeżerċitaw okkupazzjonijiet kritiċi li jiżguraw provvista tal-ikel importanti; billi, bħala professjonisti vitali, l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġ li jagħtuhom attenzjoni speċjali, mhux biss għar-rwol tagħhom, iżda wkoll għall-importanza għas-sigurtà tal-ikel tal-Unjoni; |
|
C. |
billi, f'dawn l-aħħar snin, is-sajd madwar l-Ewropa għadda minn bidliet strutturali u ristrutturar kbar bi tnaqqis kbir fil-flotta, li wassal għal konsegwenzi soċjali kemm għas-sajjieda kif ukoll għall-komunitajiet tas-sajd; billi hemm ħtieġa dejjem akbar li titqajjem kuxjenza u billi għandha tingħata aktar attenzjoni lid-dimensjoni soċjali tas-sajd, pereżempju billi jiġu vvalutati l-impatti soċjali fil-qafas tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-proposti ta' politika relatati mal-PKS; |
|
D. |
billi huwa meħtieġ approċċ olistiku għall-istrateġiji differenti tal-UE, inkluża l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità 2030 u l-istrateġija mill-għalqa sal-platt; |
|
E. |
billi l-bidliet demografiċi fl-Ewropa jridu jitqiesu wkoll; |
|
F. |
billi n-nuqqas attwali ta' data komprensiva sistematika u ta' analiżi xjentifika regolari dwar l-aspetti soċjali tal-PKS jikkomprometti t-tfassil tal-politika tas-sajd; billi din id-data tista' tippromwovi s-sajd bħala karriera tax-xogħol ta' suċċess u bħala mod kif wieħed jikkontribwixxi għall-għajxien tal-komunitajiet kostali, u tista' tattira liż-żgħażagħ lejn il-professjoni; |
|
G. |
billi s-sajd, inkluża l-akkwakultura, jipprovdi ikel lil biljuni ta' nies madwar id-dinja, u billi dan is-settur huwa sors importanti ta' impjiegi u introjtu għall-għajxien ta' bejn 10 % u 12 % tal-popolazzjoni tad-dinja, skont il-FAO; billi, barra minn hekk, huwa stmat li 140 miljun impjieg ieħor huma relatati mal-bqija tal-katina tal-valur tas-sajd, b'mod partikolari fl-ipproċessar u l-bejgħ ta' prodotti tas-sajd; |
|
H. |
billi, skont ir-rapport tal-STECF 19-03, in-nisa kienu jirrappreżentaw 5,4 % tal-impjiegi totali fil-flotta kostali fuq skala żgħira madwar l-UE, meta mqabbla ma' 1,9 % fil-flotta fuq skala kbira u 2,3 % fil-flotta tas-sajd fl-ilmijiet imbiegħda; billi, madankollu, in-nisa jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-forza tax-xogħol f'ċerti attivitajiet estrattivi jew ta' semi tkabbir, bħall-ġbir ta' molluski bil-mixi, u billi x-xogħol importanti mwettaq min-nisa biex iżommu attivitajiet oħra, bħat-tqegħid fil-laned u l-ipproċessar, l-ippakkjar, il-produzzjoni tax-xbieki u l-ħatt u t-tindif tal-ħut (neskatillas), ma jiġix irreġistrat; billi hemm diskrepanza fid-data bejn l-Istati Membri, li tinjora x-xogħol tan-nisa u l-kontribut sinifikanti tagħhom għas-settur, li għadhom mhux rikonoxxuti biżżejjed; |
|
I. |
billi, skont l-aħħar data tal-Eurostat (5), total ta' madwar 180 000 persuna kienu impjegati fl-industrija tas-sajd tal-UE fl-2017, li minnhom madwar terz kienu fis-sottosettur tal-akkwakultura; billi, minn dak it-total, 41 000 persuna kienu impjegati fis-settur primarju tas-sajd fi Spanja, u 29 000 oħra fl-Italja, 21 000 fil-Greċja, 20 000 fi Franza u 14 700 fil-Portugall; billi, għalkemm l-Italja, il-Greċja u l-Portugall kienu jirrappreżentaw biss 11 % tal-produzzjoni tas-sajd tal-UE fl-2017, dawn it-tliet Stati Membri kienu jirrappreżentaw 35,9 % tal-impjiegi; billi, f'dan il-kuntest, Spanja, Franza u l-Portugall huma Stati Membri b'reġjuni ultraperiferiċi, u dan iżid id-dimensjoni marittima tagħhom, u billi s-settur tas-sajd għandu rwol soċjoekonomiku vitali f'dawn ir-reġjuni; |
|
J. |
billi d-data statistika ppubblikata mill-Eurostat (6) fl-2019 turi li, fl-2018, fis-settur tal-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd', total ta' 14,4 % tal-ħaddiema kienu f'età ta' 65 sena jew aktar, u billi dan huwa s-settur li jimpjega l-akbar numru ta' persuni f'din il-faxxa ta' età; billi, għalkemm il-proporzjon ta' ħaddiema f'din il-faxxa ta' età ilu jonqos b'mod konsistenti mill-2008, l-għadd reali ta' impjegati f'din il-faxxa ta' età ma naqasx bl-istess proporzjon; |
|
K. |
billi s-settur tas-sajd jaqdi rwol importanti billi jforni l-ħut lill-pubbliku u jżomm il-bilanċi tal-ikel tal-Istati Membri u tal-UE f'ekwilibriju, u billi jagħti kontribut mill-akbar għall-benessri soċjoekonomiku tal-komunitajiet tal-kosta, għall-iżvilupp lokali, għall-impjiegi, għaż-żamma u l-ħolqien ta' attivitajiet ekonomiċi kemm 'il fuq u kemm 'l isfel fil-katina ta' attivitajiet, u għall-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet kulturali lokali; |
|
L. |
billi jeħtieġ li jitqiesu d-differenzi evidenti bejn il-flotot, taqsimiet ta' flotot, speċijiet fil-mira, irkaptu tas-sajd, produttività, preferenzi tal-konsumaturi u l-konsum ta' ħut per capita fl-Istati Membri, kif ukoll il-karatteristiċi speċifiċi tal-industrija tas-sajd dovuti għall-istruttura soċjali tagħha, il-forom ta' kummerċjalizzazzjoni, u l-inugwaljanzi strutturali u naturali bejn ir-reġjuni tas-sajd; |
|
M. |
billi l-ġbir ta' indikaturi soċjali għall-flotta tas-sajd, l-akkwakultura u l-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tal-UE ġie introdott bir-Regolament Nru (UE) 2017/1004 dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd; billi l-varjabbli soċjali għandhom jinġabru kull tliet snin mill-2018 'il quddiem, inkluż: impjieg skont il-ġeneru, impjieg full-time (FTE) skont il-ġeneru, xogħol mhux imħallas skont il-ġeneru, impjieg skont l-età, impjieg skont il-livell ta' edukazzjoni, impjieg skont in-nazzjonalità, impjieg skont l-istatus tal-impjieg, FTE nazzjonali totali; |
|
N. |
billi skont ir-rapport tal-STECF 19-03 dwar id-data soċjali fis-settur tas-sajd tal-UE, fl-2017 kien hemm madwar 150 000 persuna impjegata fil-flotta tas-sajd tal-UE, ekwivalenti għal madwar 99 000 FTE; billi l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema fil-flotta tas-sajd tal-UE (96 %) kienu rġiel, u 4 % kienu nisa; billi skont id-data rrappurtata dwar l-età, il-faxxa ta' età bejn l-40 u l-64 sena kien l-akbar proporzjon ta' persuni impjegati fil-flotta tas-sajd tal-UE (58 %), segwit mill-faxxa ta' età bejn il-25 u d-39 sena (26 %), filwaqt li 7 % oħra kellhom 'il fuq minn 65 sena, 5 % kienu fil-faxxa ta' età bejn il-15 u l-24 sena u l-età ta' 4 % tas-sajjieda ma kinitx magħrufa; billi kien hemm varjazzjoni sinifikanti fil-profili tal-età bejn l-Istati Membri: fl-Estonja 31 % tas-sajjieda kellhom 'il fuq minn 65 sena filwaqt li f'ħafna Stati Membri oħra, l-istess kategorija tikkostitwixxi biss proporzjon baxx ħafna tal-popolazzjoni tas-sajd (1 % fil-Belġju u l-Ġermanja u 2 % fil-Finlandja); |
|
O. |
billi fl-2017, 52 % tal-persuni impjegati fil-flotta tas-sajd tal-UE kellhom livell baxx ta' edukazzjoni, segwiti minn 24 % b'livell medju u 4 % b'livell għoli; billi l-livell ta' edukazzjoni ma kienx magħruf għal sehem relattivament għoli tas-settur tas-sajd (20 % tal-ħaddiema), li jista' jirrifletti l-fatt li din il-kwistjoni tista' titqies bħala sensittiva; billi l-livelli tal-edukazzjoni varjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri: 1 % biss tas-sajjieda Portugiżi kellhom livell għoli ta' edukazzjoni filwaqt li ċ-ċifra korrispondenti fl-Iżvezja kienet ta' 21 %; |
|
P. |
billi fl-2017, il-biċċa l-kbira tal-persuni impjegati fil-flotta tas-sajd tal-UE kienu ċittadini tal-pajjiż fejn ħadmu (86 %), segwiti minn ċittadini mhux tal-UE/taż-ŻEE (8 %), ħaddiema ta' nazzjonalità mhux magħrufa (3 %), ċittadini ta' pajjiżi oħra tal-UE (3 %), u ċittadini taż-ŻEE (0,1 %); billi l-proporzjon ta' ċittadini li jaħdmu fi flotot ta' Stati Membri differenti varja b'mod sinifikanti: 27 % tal-persuni impjegati fil-flotta Irlandiża ma kinux ċittadini Irlandiżi u 36 % tan-nies impjegati fil-flotta Belġjana ma kinux ċittadini Belġjani; billi, għall-kuntrarju, 94 % tal-ħaddiema tal-flotta Taljana twieldu l-Italja, 99 % tal-ħaddiema fil-flotta Portugiża kienu ċittadini Portugiżi u l-persuni kollha impjegati fil-flotta Bulgara kienu ċittadini Bulgari; |
|
Q. |
billi 61 % tal-persuni impjegati fil-flotta tas-sajd tal-UE fl-2017 kienu impjegati u 36 % kienu sidien tal-bastimenti, b'varjazzjoni kbira fl-istatus tal-impjieg bejn l-Istati Membri: l-impjegati kienu jirrappreżentaw 100 % tal-ħaddiema fil-flotta Belġjana u 28 % biss fil-flotta Żvediża; |
|
R. |
billi, minkejja dan, il-maġġoranza tal-Istati Membri u s-sħab ekonomiċi tal-UE fl-industrija tas-sajd spiss jirreferu għan-nuqqas ta' sigurtà tal-introjtu tal-attività tas-sajd f'xi setturi, li huwa fattur importanti marbut man-nuqqas ta' interess taż-żgħażagħ fis-sajd, xejra li ilha tiżdied f'dawn l-aħħar snin, u li toħloq diffikultajiet addizzjonali biex jinżammu l-attivitajiet li jsofru mit-telf ta' impjiegi fil-komunitajiet kostali; |
|
S. |
billi, minkejja dan, il-maġġoranza tal-Istati Membri u s-sħab ekonomiċi tal-UE fl-industrija tas-sajd spiss jirreferu għan-nuqqas ta' interess taż-żgħażagħ fis-sajd, fatt li ġie rikonoxxut għall-ewwel darba mill-inqas żewġ deċennji ilu, u li joħloq diffikultajiet addizzjonali fl-industrija kollha kemm hi u jaggrava l-problemi soċjali fil-komunitajiet kostali tal-kontinent u ta' reġjuni ekstra-Ewropej; |
|
T. |
billi l-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet strutturali permanenti tar-reġjuni ultraperiferiċi jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati; jisħaq li s-settur tas-sajd għandu rwol importanti fis-sitwazzjoni soċjoekonomika, fl-impjiegi u fil-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali ta' dawn ir-reġjuni, u li hemm potenzjal għat-tkabbir tal-impjiegi fl-ekonomija blu sostenibbli; jenfasizza li l-pożizzjoni ġeografika tqiegħed lir-reġjuni ultraperiferiċi f'pożizzjoni privileġġjata fil-monitoraġġ u l-kontroll taż-żoni kostali u oċeaniċi u għandha tintuża għall-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU); |
|
U. |
billi r-Regolament IUU tal-UE (7) jqis biss il-ħut maqbud illegalment u ma jiżgurax li s-sajd assoċjat ma' ksur serju tal-liġi tax-xogħol u ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem abbord bastimenti tas-sajd jiġi pprojbit ukoll; |
|
V. |
billi skont il-FAO, is-sajjieda jiddependu fuq il-bastimenti tagħhom għas-sopravivenza tagħhom u r-riskji jvarjaw skont kull tip ta' sajd, iż-żoni tas-sajd u l-kundizzjonijiet tat-temp, id-daqs tal-bastiment, it-tagħmir li qed jinġarr u l-kompiti ta' kull sajjied; billi fuq bastimenti akbar, l-irkaptu tas-sajd u tagħmir tqil ieħor joħolqu riskju konsiderevoli ta' mewt jew korriment għall-ekwipaġġ, filwaqt li fuq bastimenti żgħar, ir-riskju li wieħed jinqaleb waqt qabda kbira, li jiġi mgħarraq f'maltemp jew li jintlaqat minn bastiment akbar jista' jkun konsiderevoli; billi perikli differenti għas-sikurezza huma għalhekk assoċjati ma' kull attività tas-sajd u mad-daqs tal-bastiment differenti; |
|
W. |
billi, fil-każ ta' inċidenti u aċċidenti fuq il-baħar, l-attività tas-sajd hija dik li tinvolvi t-telf tal-akbar numru ta' bastimenti, għalkemm is-sajd mhuwiex l-attività li tiġġenera l-aktar inċidenti; billi fl-2018 ġiet irreġistrata żieda ta' 40 % fl-għadd ta' inċidenti li jinvolvu bastimenti tas-sajd; |
|
X. |
billi kull sena jitilfu ħajjithom 32 000 persuna fis-settur tas-sajd, biex ma nsemmux l-eluf ta' vittmi ta' inċidenti serji u inqas serji; billi barra minn hekk, kif ġie indikat ukoll mill-organizzazzjonijiet professjonali, il-mard okkupazzjonali fost dawk involuti f'din l-attività diffiċli żdied b'mod allarmanti f'dawn l-aħħar snin; |
|
Y. |
billi, fl-aħħar mill-aħħar, is-sajd huwa xogħol fiżikament iebes li jinvolvi riskji serji għas-saħħa u s-sigurtà ta' dawk involuti fih; billi l-ILO rrikonoxxiet din il-problema f'konvenzjoni tal-2007 u stiednet lill-pajjiżi li rratifikawha biex jiggarantixxu kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa f'dan is-settur; |
|
Z. |
billi, minkejja ż-żieda fl-għadd ta' inċidenti, l-imwiet li rriżultaw minn aċċidenti u inċidenti fuq bastimenti tas-sajd naqsu, bil-maġġoranza l-kbira tal-inċidenti jkunu r-riżultat ta' fatturi umani (62,4 %), segwiti minn ħsarat fis-sistema jew fit-tagħmir bħala t-tieni l-aktar kawża komuni ta' inċidenti (23,2 %); billi l-aktar tliet fatturi rrappurtati li jikkontribwixxu għal inċidenti fuq bastimenti tas-sajd u li huma relatati mal-azzjoni tal-bniedem huma nuqqas ta' sensibilizzazzjoni dwar is-sikurezza, nuqqas ta' għarfien u metodi ta' ħidma inadegwati fost il-persunal abbord; billi dawn il-fatturi kollha ma jistgħux jiġu indirizzati separatament mill-introjtu tas-sajd; |
|
AA. |
billi fl-2019, 64,9 % tal-bastimenti fil-flotta tas-sajd tal-UE28 kellhom mill-inqas 25 sena (8), u l-età medja tal-flotta kollha kemm hi kienet ta' 29,9 sena (9), li jfisser li parti kbira ħafna tal-flotta hija f'età għolja u wieħed ma jistax jistrieħ fuqha biex tipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet ta' tħaddim u sikurezza, u dan iżid ir-riskji u jagħmel l-operazzjonijiet aktar onerużi; |
|
AB. |
billi l-kwistjonijiet ta' sikurezza (l-attività tas-sajd hija universalment meqjusa bħala professjoni riskjuża), in-natura diffiċli tax-xogħol fuq id-dgħajjes tas-sajd, bi dħul imprevedibbli, u n-nuqqas ta' garanziji għal remunerazzjoni stabbli u regolari, huma fatturi sinifikanti marbut man-nuqqas ta' interess taż-żgħażagħ fis-sajd, u b'hekk jipperikolaw it-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur tas-sajd u l-futur tal-industrija tas-sajd kollha kemm hi; |
|
AC. |
billi n-nuqqas ta' standardizzazzjoni fiċ-ċertifikazzjoni u t-taħriġ bażiku għas-sajjieda, kif ukoll il-kooperazzjoni insuffiċjenti fost l-Istati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikazzjoni u t-taħriġ bażiku għas-sajjieda, ġew identifikati bħala restrizzjoni għoxrin sena ilu, u madankollu għad iridu jiġu solvuti; |
|
AD. |
billi r-riżultati tal-prestazzjoni ekonomika tal-flotta tal-UE ġeneralment jindikaw titjib fid-dħul u żieda annwali fil-profitti u l-qligħ medju għas-sajjieda mill-2013, meta titqies il-flotta kollha kemm hi; billi, meta jiġu analizzati fid-dettall skont l-Istat Membru, il-flotta tal-baċiri tal-baħar u tas-sajd, skont it-tipi ta' flotta u l-kwoti disponibbli, dawn ix-xejriet mhumiex assolutament universali u, b'mod partikolari, mhumiex riflessi fix-xejriet fost il-flotta kostali fuq skala żgħira tal-UE; |
|
AE. |
billi, skont ir-rapport ekonomiku annwali tal-2019 tal-STECF, filwaqt li l-istat tal-istokkijiet tal-ħut fl-UE ġeneralment qed jitjieb, l-għadd ta' bastimenti tas-sajd, il-kapaċità tas-sajd u l-impjiegi diretti ġġenerati mis-settur qed jonqsu b'mod kostanti sena wara sena; |
|
AF. |
billi proporzjon sinifikanti ta' sajjieda f'xi Stati Membri għandhom dħul baxx u irregolari, li jpoġġihom f'pożizzjoni instabbli u ma jipprovdilhomx biżżejjed protezzjoni soċjali; billi dawn il-fatti huma fattur ieħor li jnaqqas l-attraenza tas-sajd fost iż-żgħażagħ; |
|
AG. |
billi mistoqsija mqajma fir-rapport Bénodet tal-2000 bit-titolu “Fish comes from the sea, but where will future fishermen come from?” (Il-ħut jiġi mill-baħar, iżda minn fejn se jiġu s-sajjieda futuri?), tista' tiġi fformulata mill-ġdid b'mod aktar elaborat, żewġ deċennji wara, kif ġej: “Fish comes from the sea, and fishermen are guardians of fish and the sea, but how will we be able to replenish them and where will future fishermen come from?” (Il-ħut jiġi mill-baħar, u s-sajjieda huma gwardjani tal-ħut u tal-baħar, iżda kif se nkunu nistgħu nirriġenerawhom u minn fejn se jiġu s-sajjieda futuri?); |
|
AH. |
billi l-opportunitajiet għat-titjib tal-istandards tal-għajxien li l-attività tas-sajd marittimu pprovdiet u tista' tkompli tipprovdi għandhom jiġu enfasizzati wkoll; |
|
AI. |
billi ż-żgħażagħ li jixtiequ jibdew in-negozju tagħhom bħala sajjieda jiffaċċjaw ostakli sinifikanti, speċjalment dawk relatati mas-sistema ta' allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u l-impatt li din għandha fuq il-prezz tal-bastimenti tas-sajd; |
|
AJ. |
billi l-Kummissjoni jeħtiġilha tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-PKS sal-31 ta' Diċembru 2022; |
Titjib tal-informazzjoni u tat-tfassil ta' profili tal-popolazzjoni attiva fis-settur tas-sajd
|
1. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jittejjeb il-mod kif tinġabar l-informazzjoni dwar il-popolazzjoni attiva fis-settur tal-produzzjoni tas-sajd u tal-akkwakultura, u fil-katina tal-valur kollha, u ssir disponibbli fuq bażi regolari u sistematika fil-livell tal-UE u tinqasam skont l-Istat Membru; |
|
2. |
Jirrimarka li l-aggregazzjoni tad-data statistika fi ħdan is-settur ġeneriku tal-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd tista' taħbi jew tgħatti sitwazzjonijiet u varjazzjonijiet, b'effett negattiv għal kull wieħed minn dawn is-setturi; jisħaq li, għalkemm huma kollha setturi ta' produzzjoni primarja, l-attivitajiet tagħhom mhumiex interkonnessi u, fil-każ tas-sajd, lanqas biss iseħħu fl-istess ambjent jew żona ġeografika; |
|
3. |
Itenni li, bħall-ġestjoni tal-istokkijiet u l-ħabitats, l-aqwa għarfien xjentifiku, ibbażat fuq data affidabbli u aġġornata b'serje temporali estiża b'mod armonizzat madwar l-Istati Membri kollha, huwa essenzjali għall-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-iżviluppi soċjali fis-settur, b'mod partikolari l-iżviluppi fl-impjiegi, li mingħajrhom ma jkunx possibbli li jiġi segwit u implimentat bis-sħiħ wieħed mit-tliet pilastri ta' sostenibbiltà promossi fl-ambitu tal-PKS — il-pilastru soċjali; |
|
4. |
Jirrimarka li l-informazzjoni li saret disponibbli minn korpi differenti tidher li turi li l-età tal-ekwipaġġi tal-bastimenti tas-sajd tal-UE qed togħla, iżda li, bħal fil-każ tal-ġestjoni tas-sajd u l-adattament tal-miżuri meħuda, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għandhom ikunu differenzjati abbażi taż-żona ġeografika, tal-flotot tas-sajd u tal-irkaptu tas-sajd użat; |
|
5. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, b'mod partikolari lill-Eurostat, u lill-Istati Membri, iqisu x-xejriet tal-impjiegi, mhux biss fir-rigward tal-għadd totali ta' impjiegi, iżda wkoll fir-rigward tal-livell ta' taħriġ, il-ġeneru u l-istruttura tal-età tal-popolazzjoni attiva fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura u, jekk possibbli, anke fil-katina tal-valur tas-sajd u tal-akkwakultura, filwaqt li jipproduċu data f'dan ir-rigward f'dettall simili għal dik li teżisti għall-monitoraġġ tal-attività ekonomika u għall-prestazzjoni tas-settur b'mod speċifiku; |
|
6. |
Jilqa' l-ewwel rapport tal-STECF dwar id-data soċjali dwar is-settur tas-sajd tal-UE, li jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tad-data soċjali miġbura fil-qafas tal-ġbir tad-data tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-konklużjonijiet ta' dan l-ewwel rapport u jitlob, għalhekk, li r-rapporti futuri tal-STECF dwar id-data soċjali jirfinaw l-indikaturi soċjali eżistenti, li jirrikjedi definizzjoni xierqa ta' min irid jitqies bħala parti mill-forza tax-xogħol fis-settur tas-sajd, jinkludu elementi ġodda għall-analiżi bl-integrazzjoni ta' indikaturi marbuta mal-objettivi soċjali ġenerali fi ħdan il-PKS, b'mod partikolari dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-qligħ u s-sikurezza, u skala ġeografika adegwata, aktar baxxa mil-livell tal-pajjiż, fid-dawl tal-ħtieġa li jkunu magħrufa r-realtajiet reġjonali u anke lokali; |
|
7. |
Jilqa' l-istabbiliment mis-servizz tal-istatistika tal-UE, l-Eurostat, f'kooperazzjoni mas-servizzi tal-istatistika tal-Portugall, Spanja u Franza u r-reġjuni ultraperiferiċi rispettivi tagħhom, ta' paġna web li tipprovdi data dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi (10); jiddeplora, madankollu, il-fatt li din għadha ma tipprovdix data dwar is-settur tas-sajd, minħabba l-importanza tal-attività għall-ekonomiji ta' dawn ir-reġjuni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, u lill-Eurostat b'mod partikolari, tiġbor data soda u aġġornata dwar l-ekonomija blu u dwar il-bidliet fis-suq tax-xogħol fis-settur tas-sajd, il-bidliet fil-qligħ medju tas-sajjieda, il-livelli ta' taħriġ tagħhom, il-parteċipazzjoni skont il-ġeneru u l-faxxa ta' età, flimkien ma' data dwar il-firxa u l-prestazzjoni ta' dawn l-attivitajiet fir-reġjuni ultraperiferiċi; |
Titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja abbord biex tiżdied is-sikurezza
|
8. |
Jirrimarka li, għalkemm il-kundizzjonijiet tas-sikurezza abbord tjiebu, b'mod partikolari fuq il-bastimenti aktar kbar, l-għadd ta' aċċidenti u inċidenti rreġistrati mill-EMSA fl-2018 żdied b'40 % meta mqabbel mas-sena preċedenti, minkejja l-fatt li l-għadd ta' vittmi beda jonqos b'mod kostanti f'dawn l-aħħar snin; |
|
9. |
Jirrimarka li l-EMSA waħedha hija responsabbli għall-intervent u l-ġbir ta' data relatata ma' diżgrazzji u inċidenti marittimi li jinvolvu bastimenti tas-sajd itwal minn 15-il metru, jew f'sitwazzjonijiet li fihom il-bastimenti ta' tul inqas minn 15-il metru huma involuti f'inċidenti li jinvolvu bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/18/KE (11) u, għalhekk, inċidenti u aċċidenti li jinvolvu bastimenti tas-sajd żgur se jkunu aktar numerużi minn dawk murija fir-reġistri disponibbli fir-rapporti annwali tal-EMSA; |
|
10. |
Jinnota li s-sajd IUU fiż-żoni marittimi tal-UE joħloq kompetizzjoni inġusta għas-sajjieda Ewropej; |
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali fl-akkwist ta' sistemi sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati u rrappurtati attivitajiet tas-sajd IUU; |
|
12. |
Jirrimarka li l-attivitajiet marittimi professjonali b'mod ġenerali huma meqjusa bħala ta' riskju għoli u perikolużi, b'mod partikolari s-sajd, u li din is-sitwazzjoni hija aggravata mill-fatt li 85 % tal-bastimenti tal-UE huma bastimenti kostali fuq skala żgħira (b'tul totali ta' inqas minn 12-il metru) u, għalhekk, huma esposti għal riskji akbar ikkawżati minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp u billi joperaw qrib il-kosta; |
|
13. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-bastimenti kostali fuq skala żgħira isibu aktar diffikultajiet biex jipprovdu spazji protettivi u biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol b'riskji assoċjati wkoll mal-età avvanzata ta' proporzjon sinifikanti ta' din il-flotta; jissottolinja li dawn il-bastimenti huma partikolarment vulnerabbli għal avvenimenti meteoroloġiċi serji assoċjati mat-tibdil fil-klima; jenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni sostnuta u kkoordinata fil-livelli u l-politiki kollha mmirati lejn il-mitigazzjoni u ż-żieda tal-kapaċità ta' adattament għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, it-tisħiħ tar-reżiljenza, u, fl-istess ħin, il-garanzija tal-kundizzjonijiet ta' sikurezza tas-sajjieda; |
|
14. |
Ifakkar li r-reġjuni kostali, u b'mod partikolari r-reġjuni ultraperiferiċi, huma storikament dipendenti fuq is-sajd, li diġà huma affettwati mill-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u għandhom jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju sabiex itaffu, jadattaw għal dawk il-konsegwenzi u jiġġielduhom, jikkonsolidaw l-impjiegi fis-settur tas-sajd u jiżviluppaw ekonomija blu sostenibbli bil-ħolqien ta' oħrajn ġodda; |
|
15. |
Jisħaq fuq il-fatt li, minkejja l-isforzi internazzjonali u tal-UE biex jittejbu l-kundizzjonijiet tas-sikurezza abbord il-bastimenti, b'mod partikolari l-bastimenti tas-sajd, il-konvenzjonijiet internazzjonali li jistabbilixxu r-regoli u s-sistemi għall-protezzjoni tal-bastimenti u tal-persuni abbord japplikaw prinċipalment għal bastimenti akbar, għalkemm ħafna Stati Membri għandhom regoli nazzjonali dwar miżuri li jikkonċernaw il-protezzjoni u l-kundizzjonijiet tal-għajxien għal bastimenti iżgħar; |
|
16. |
Jinsab imħasseb dwar id-derogi mogħtija mill-konvenzjonijiet internazzjonali lil bastimenti fuq skala żgħira f'termini ta' standards tax-xogħol u tas-sikurezza mhux vinkolanti, li jistgħu jwasslu biex il-kundizzjonijiet ġenerali tal-għajxien u tax-xogħol ikunu inqas favorevoli għas-sajjieda li jaħdmu f'ċerti segmenti tal-flotta u bejn l-Istati Membri; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni rapida u kkoordinata sabiex japplikaw kundizzjonijiet standard simili u jappoġġjaw lill-bastimenti tas-sajd kollha sabiex dawn isegwuhom, bħala pilastri fundamentali tal-ekonomija u l-identità tal-komunitajiet kostali żgħar; |
|
17. |
Itenni li l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja abbord ma jistgħux jitqiesu b'mod separat mill-kundizzjonijiet tas-sikurezza; huwa tal-fehma li kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol u tal-ħajja fuq il-bastimenti u l-immodernizzar xieraq tagħhom itejbu l-kundizzjonijiet tas-sikurezza li fihom jitwettqu l-operazzjonijiet tas-sajd, kif jagħmel ukoll il-ħin ta' mistrieħ għas-sajjieda, b'implikazzjonijiet diretti għas-sikurezza tagħhom, peress li perċentwal kbir ta' inċidenti u aċċidenti fuq il-bastimenti tas-sajd għadhom marbuta ma' żbalji umani, kemm jekk ikkawżati minħabba nuqqas ta' għarfien jew taħriġ jew minħabba għeja; |
|
18. |
Iqis li l-garanzija ta' ambjent tax-xogħol aċċessibbli u adattat, inkluż fi ħdan is-settur tas-sajd u l-akkwakultura, bil-għan li jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol kemm is-sajjieda attivi kif ukoll l-eks sajjieda u ħaddiema oħra fl-industrija tas-sajd b'diżabbiltajiet, twassal għal aktar inklużjoni soċjali u tgħin biex jinħolqu aktar inċentivi għall-ġenerazzjoni tad-dħul fis-settur u fil-komunitajiet tas-sajd; |
|
19. |
Jirrimarka li l-ħaddiema marittimi, inklużi s-sajjieda, spiss jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-oqfsa ġuridiċi nazzjonali tal-UE u tal-Istati Membri dwar ix-xogħol, filwaqt li jitqies li ħafna regoli ma japplikawx għar-realtà tal-attivitajiet ta' dawn il-ħaddiema; jirrimarka li, peress li mhuwiex possibbli li jiġu applikati skemi ġenerali tax-xogħol peress li d-dħul tas-sajjieda jiddependi fuq dak li jaqbdu taħt il-kwoti disponibbli allokati lilhom, jeħtieġ li jiġi żgurat li jiġu pprovduti għadd ta' postijiet bażiċi relatati mar-regolamenti tal-impjieg, b'mod imfassal apposta u b'kont debitu taċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq u l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur qrib il-kosta u fuq skala żgħira, għall-baħħara u, b'mod partikolari, għas-sajjieda, li spiss ikunu wkoll sidien tal-bastimenti tagħhom; |
|
20. |
Ifakkar fid-dritt tas-sajjieda li jingħaqdu u jużaw in-negozjar kollettiv bħala mod kif itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom; |
|
21. |
Jirrimarka li, skont l-irkaptu tas-sajd użat, id-daqs tal-bastiment, iż-żona tal-operazzjoni u l-kundizzjonijiet tat-temp, is-sajd jippreżenta fatturi ta' riskju differenti fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja li jeħtieġ li jiġu pprovduti abbord; |
|
22. |
Ifakkar fil-miżuri meħuda fil-livell internazzjonali, b'mod partikolari skont il-Protokoll ta' Torremolinos (1993) u l-Ftehim ta' Cape Town (2012), biex tiġi emendata u mtejba l-Konvenzjoni ta' Torremolinos (1977), li ġiet stabbilita bħala mezz biex tiġi indirizzata s-sikurezza tal-bastimenti tas-sajd, u jirrimarka li, minkejja li fl-2012 ir-rekwiżiti tagħha tnaqqsu, din il-Konvenzjoni għadha mhix fis-seħħ u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha li għad iridu jirratifikaw din il-konvenzjoni biex jirratifikawha; ifakkar li l-Protokoll ġie traspost fil-leġiżlazzjoni tal-UE permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar (12); |
|
23. |
Jilqa' pożittivament il-formulazzjoni tal-Linji Gwida Volontarji tal-OMI tal-2005 għad-Disinn, il-Kostruzzjoni u l-Irkaptu ta' Bastimenti Żgħar tas-Sajd; jirrimarka, madankollu, li bħala linji gwida volontarji, dawn jistgħu jservu biss bħala gwida, u l-ebda obbligu ġuridiku jew standardizzazzjoni ta' normi bażiċi mhija applikabbli għal bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira; jisħaq li xi Stati Membri adottaw dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni u s-sikurezza u l-kundizzjonijiet tal-ħajja abbord bastimenti tas-sajd żgħar u jirrakkomanda li dawn ir-regoli jiġu armonizzati fil-livell tal-UE; |
|
24. |
Ifakkar li l-għan aħħari tal-PKS huwa li tagħmel l-attività tas-sajd soċjalment, ambjentalment u ekonomikament sostenibbli; jisħaq li t-titjib tal-istandards tal-ħajja tas-sajjieda, b'kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-sikurezza aħjar, huwa wieħed mill-elementi li jippromwovu l-impjiegi u l-iżvilupp tal-komunitajiet kostali, jattiraw liż-żgħażagħ u jiksbu t-tiġdid ġenerazzjonali li huwa essenzjali għas-sopravivenza ta' din l-attività, li tipprovdi wkoll ikel tajjeb għas-saħħa; |
|
25. |
Jenfasizza li l-indirizzar b'suċċess tal-iżviluppi attwali bħall-espansjoni tal-produzzjoni tal-enerġija lil hinn mill-kosta, l-implimentazzjoni effettiva ta' żoni protetti tal-baħar u l-infurzar sħiħ tal-obbligu ta' ħatt l-art jistgħu jinfluwenzaw l-attrazzjoni tal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ għas-settur; iħeġġeġ lill-Istati Membri jallokaw fondi tal-UE biex jappoġġjaw l-impjiegi, jippromwovu s-sajd sostenibbli u javvanzaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-industrija; |
|
26. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li jiġu stabbiliti l-aqwa standards ta' sikurezza, ta' xogħol u ta' ħajja fuq il-bastimenti tas-sajd, indipendentement mid-daqs tagħhom; |
|
27. |
Ifakkar lill-Istati Membri li l-iskadenza stabbilita għat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/159, li tinkorpora l-Konvenzjoni 188 tal-ILO (ILO C 188) fil-qafas legali tal-Unjoni, kienet il-15 ta' Novembru 2019; ifakkar li minħabba l-għadd kbir ta' sajjieda li jaħdmu għal rashom fl-UE, u l-fatt li d-direttiva ma tkoprix il-maġġoranza tagħhom, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jirratifikaw l-ILO C 188 biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta fost is-sajjieda kollha; |
|
28. |
Jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw b'mod urġenti l-ILO C 188 biex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi fost il-kumpaniji tas-sajd madwar id-dinja, speċjalment meta titqies id-dimensjoni internazzjonali b'saħħitha tas-settur tas-sajd; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu r-riżorsi meħtieġa biex din tiġi trasposta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tiġi applikata b'mod effettiv u, fejn xieraq, jiddelegaw il-funzjonijiet ta' spezzjoni u ta' ħruġ ta' dokumenti lill-kumpaniji ta' klassifikazzjoni, minħabba l-problemi attwali fil-koordinazzjoni ta' dawn il-funzjonijiet f'xi pajjiżi; |
|
29. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta malajr kemm jista' jkun proposta għal direttiva addizzjonali dwar dispożizzjonijiet ta' kontroll u konformità, kif sar għat-trasport marittimu, sabiex tistabbilixxi reġim ta' spezzjoni armonizzat; |
|
30. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li titqies il-ħruxija tax-xogħol tas-sajjieda meta jkunu qed jitfasslu mekkaniżmi ta' protezzjoni soċjali, pereżempju billi jiġi ggarantit id-dritt li wieħed jirtira aktar kmieni mill-ħaddiem medju, mingħajr ma jiġi penalizzat għal dan; |
|
31. |
Jilqa' l-fatt li l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) il-ġdid se jagħti kontribut sinifikanti għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tal-ħajja u tas-sikurezza fuq il-bastimenti tal-UE u t-titjib ta' dawk il-kundizzjonijiet mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tas-sajd tagħhom, b'attenzjoni partikolari mogħtija lill-bastimenti tas-sajd qrib il-kosta u tas-sajd kostali fuq skala żgħira; jisħaq li l-FEMSA jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tas-sajd u tal-ekonomija blu, u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 14 tan-NU; |
|
32. |
Jitlob l-inklużjoni ta' objettivi soċjali ġenerali fil-PKS b'mod parallel mal-objettivi ambjentali, filwaqt li jirrikonoxxi li l-benessri tal-ħaddiema abbord il-bastimenti tas-sajd huwa essenzjali għall-futur tal-industrija; |
|
33. |
Jissottolinja l-kontradizzjoni ċara bejn il-PKS u r-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni soċjali bħall-ILO C 188, trasposta fid-dritt tal-UE bid-Direttiva (UE) 2017/159; jisħaq li, skont dawn it-testi legali, hemm rekwiżit għal aktar spazju abbord, fuq bażi obbligatorja għal bastimenti b'tul ta' 24 metru jew aktar, filwaqt li l-industrija tas-sajd ma titħalliex iżżid l-ispazju abbord; jenfasizza l-kontradizzjoni bejn il-ħtieġa li l-Istati Membri jirrispettaw l-istandards stabbiliti fl-ILO C 188 u r-regoli tal-PKS, li jagħmluha impossibbli li l-obbligu jiġi ssodisfat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika formuli alternattivi għall-kejl tal-kapaċità tas-sajd, fil-kuntest tal-FEMSA, u jafferma mill-ġdid li żieda fit-tunnellaġġ gross tal-bastimenti għandha tkun permessa meta l-volumi addizzjonali jkunu reazzjoni għall-ħtieġa li jittejbu s-sikurezza u l-kumdità tal-ekwipaġġ (magħruf ukoll bħala tunnellaġġ soċjali jew ta' sikurezza) u li dawn l-operazzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament; jenfasizza li l-ispazju abbord iddedikat għall-kċina, il-kabini, it-tojlits jew iż-żoni ta' rikreazzjoni m'għandu x'jaqsam xejn mal-kapaċità tal-bastiment li jsib, jaqbad jew jaħżen il-ħut, u għalhekk, il-kapaċità tas-sajd; |
|
34. |
Ifakkar li l-età medja tal-bastimenti fil-flotta Ewropea hija ta' 23 sena, u li għal bastimenti fuq skala żgħira l-età tista' saħansitra tmur lil hinn minn 40 sena; jenfasizza li l-FEMSA futur għandu jinkludi strateġija għall-modernizzazzjoni tal-flotta mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tas-sajd; |
|
35. |
Jinsisti, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa ta' monitoraġġ regolari u ta' informazzjoni statistika sistematika, armonizzata fil-livell tal-UE, dwar aċċidenti u inċidenti li jinvolvu bastimenti mhux koperti mid-Direttiva 2009/18/KE, peress li huwa biss permezz tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-bidliet f'dawn iċ-ċifri, skont iż-żoni ġeografiċi, il-flotot u l-irkaptu tas-sajd użat, li se jkun possibbli li jinstabu soluzzjonijiet li jippermettu titjib u li jnaqqsu u jipprevjenu l-okkorrenza ta' inċidenti bħal dawn, b'mod partikolari f'bastimenti tas-sajd lokali u kostali; |
|
36. |
Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni teżamina, f'dan il-kuntest, it-twessigħ tal-missjoni tal-EMSA, filwaqt li tagħtiha l-kapaċità addizzjonali li twettaq dan il-monitoraġġ u li tippreżenta regolarment informazzjoni dwaru; |
|
37. |
Jemmen, barra minn hekk, li għandhom jinkisbu kundizzjonijiet oħra biex tinżamm l-attività tas-sajd u tiġi żgurata s-suċċessjoni ta' ġenerazzjonijiet ġodda fis-settur, inkluż permezz ta' investiment fil-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-portijiet; |
Titjib tat-taħriġ u l-iżgurar li t-taħriġ jiġi rikonoxxut fil-livell tal-UE
|
38. |
Jisħaq fuq il-fatt li r-rapport Bénodet, li identifika l-problemi li jikkonċernaw in-nuqqas ta' interess min-naħa taż-żgħażagħ fis-sajd, u xeħet dawl fuq id-diversità u l-kumplessità tas-sistemi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni għas-sajjieda fost l-Istati Membri, jidher li ntesa u li, żewġ deċennji wara, ma sar l-ebda żvilupp sinifikanti; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' armonizzazzjoni u approvazzjoni tat-tip ta' rekwiżiti u proċeduri ta' taħriġ nawtiku u tas-sajd fil-livell tal-UE, kif ukoll ta' proċeduri u rekwiżiti tal-imbarkazzjoni; |
|
39. |
Jirrimarka li l-moviment tax-xogħol bejn l-Istati Membri, u anke minn pajjiżi terzi lejn l-UE, qed jiżdied u li kwalunkwe tiġdid ġenerazzjonali tax-xogħol fis-sajd li dan il-moviment jista' jwassal, qed ikompli jiġi mxekkel min-nuqqas ta' standardizzazzjoni fis-sistemi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni għas-sajjieda; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' approvazzjoni tat-tip ta' dawn is-sistemi fil-livell tal-UE u li jiġu allinjati mar-rekwiżiti tal-Konvenzjonijiet STCW u STCW-F; |
|
40. |
Jisħaq fuq il-fatt li din is-sitwazzjoni ddgħajjef b'mod ċar il-moviment liberu tal-persuni, li huwa prinċipju fundamentali tal-UE, kif rifless f'ħafna dispożizzjonijiet tat-trattat; |
|
41. |
Jirrimarka li anke jekk sajjied minn pajjiż terz ikollu ċertifikazzjonijiet tax-xogħol rikonoxxuti fiż-żona tas-sajd, huwa diffiċli li Stat Membru jagħmilha possibbli li dik il-persuna jkollha aċċess għall-istess xogħol fi Stat Membru ieħor; |
|
42. |
Jisħaq fuq il-fatt li f'oqsma oħra ta' attività marittima, kemm rikreattivi kif ukoll professjonali, saru żviluppi kbar lejn ir-rikonoxximent internazzjonali tat-taħriġ, irrispettivament mill-pajjiż li fih jinkiseb, u kulma jenħtieġ huwa li l-kooperazzjoni tiżdied bl-għan tar-rikonoxximent tat-taħriġ bażiku pprovdut minn skejjel jew istituti edukattivi li jkunu parti mis-sistemi edukattivi nazzjonali rikonoxxuti internazzjonalment ta' kull Stat Membru jew pajjiż terz; |
|
43. |
Jinnota li, skont il-Konvenzjoni STCW-F tal-1995, l-IMO tistabbilixxi għadd ta' standards fundamentali rigward il-kundizzjonijiet tat-taħriġ u tas-sikurezza, inklużi rekwiżiti minimi ta' taħriġ dwar is-sikurezza għat-tipi u d-daqsijiet kollha ta' bastimenti tas-sajd; jirrimarka li, filwaqt li din il-konvenzjoni ilha fis-seħħ minn Settembru 2012, tapplika biss f'dawk il-pajjiżi li rratifikawha; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha li għad iridu jirratifikaw din il-konvenzjoni biex jirratifikawha; |
|
44. |
Ifakkar li r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u ċ-ċertifikati tas-sikurezza marittima fl-UE se jżid il-mobbiltà tal-persunal u jagħmel il-professjonijiet marittimi aktar attraenti għall-ġenerazzjonijiet żagħżugħa; huwa tal-fehma li r-rikonoxximent taċ-ċertifikati m'għandux jirrikjedi piżijiet finanzjarji u burokratiċi eċċessivi; |
|
45. |
Jinnota li għalkemm l-Unjoni Ewropea implimentat il-Protokoll ta' Torremolinos tal-1993 fl-acquis tagħha permezz tad-Direttiva 97/70/KE u l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd tal-2007 permezz tad-Direttiva (UE) 2017/159, s'issa għadha ma aġixxietx daqstant malajr jew b'mod enerġetiku fir-rigward tat-taħriġ dwar is-sikurezza; ifakkar li d-Deċiżjoni (UE) 2015/799 (13) li tawtorizza lill-Istati Membri jsiru parti għall-STCW-F jew jaderixxu għaliha ma kinitx effettiva, peress li r-rati ta' ratifika u adeżjoni fost l-Istati Membri għadhom baxxi; ifakkar li d-Direttiva (UE) 2017/159 tobbliga lill-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tas-sajjieda; jisħaq, għalhekk, li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward it-taħriġ dwar is-sikurezza għas-sajjieda għandha tmur lil hinn minn dak stabbilit fl-STCW-F billi tintroduċi wkoll standards għall-bastimenti tas-sajd kollha ta' inqas minn 24 metru, li jiffurmaw il-maġġor parti tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal direttiva li tittrasponi l-STCW-F fl-acquis tal-Unjoni sabiex tikkompleta l-implimentazzjoni fid-dritt tal-UE tal-istandards minimi miftiehma internazzjonalment biex tiġi żgurata s-sikurezza fuq il-baħar fis-sajd; |
|
46. |
Jirrimarka li, filwaqt li l-ksib ta' għarfien prattiku u esperjenza konkreta ta' xogħol tipprovdi bażi solida li tibqa' valida għat-taħriġ tas-sajjieda f'għadd ta' Stati Membri, iċ-ċertifikazzjoni formali li tagħti valur ukoll lill-esperjenza prattika hija l-uniku mod biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent xieraq tal-għarfien meħtieġ; jinnota li ċ-ċertifikazzjoni formali mhux biss issaħħaħ l-istatus personali tas-sajjieda iżda tipprovdi wkoll forma ta' rikonoxximent soċjali għal din il-professjoni; |
|
47. |
Jissottolinja l-importanza li l-ħaddiema fis-settur tas-sajd, b'mod partikolari ż-żgħażagħ u l-persuni interessati f'dan it-tip ta' xogħol, jingħataw aċċess ekwu u inklużiv għal counselling, għal internships ta' kwalità u għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, biex b'hekk ikunu jistgħu jadattaw għal xejriet ġodda tas-suq bħall-ikel organiku, ktajjen tal-provvista qosra, turiżmu speċjalizzat, u l-bejgħ u l-promozzjoni ta' prodotti lokali bl-użu ta' teknoloġiji ġodda; jafferma li edukazzjoni u taħriġ xierqa u speċifiċi huma essenzjali biex iż-żgħażagħ jiġu mħeġġa jipperpetwaw l-attivitajiet u t-tradizzjonijiet tas-sajd kostali; |
|
48. |
Iħeġġeġ il-ħolqien ta' assoċjazzjoni ta' sajjieda żgħażagħ Ewropej biex tippromwovi t-tiġdid ġenerazzjonali tas-settur tas-sajd u biex tirrappreżenta u tlaqqa' flimkien lil sajjieda żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tagħhom fl-Unjoni kollha; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-mobilizzazzjoni ta' riżorsi baġitarji għall-implimentazzjoni ta' proġetti biex dak l-għan jintlaħaq; |
|
49. |
Jinnota li, filwaqt li l-finanzjament Ewropew ġie investit f'istituti tat-tagħlim u fi skejjel li jipprovdu taħriġ vokazzjonali avvanzat u ċertifikazzjoni fl-ekonomija blu, l-eqdem settur ta' attività tiegħu, jiġifieri s-sajd, għadu jsib diffikultà biex jiġi aċċettat f'dawn l-istituti, ħlief fl-ambitu ta' programmi ta' edukazzjoni jew taħriġ reġjonali jew nazzjonali, mingħajr rikonoxximent Ewropew tal-edukazzjoni miksuba; jisħaq fuq il-ħtieġa li nimxu lejn l-istandardizzazzjoni u l-approvazzjoni tat-tip għat-taħriġ dwar is-sajd fl-UE u lejn il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri; għal dak il-għan, jirrakkomanda li jsir użu sħiħ mir-riżorsi tal-FEMSA u tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+); |
|
50. |
Jilqa' l-fatt li l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) intuża b'mod wiesa' biex tingħata ħajja ġdida liż-żoni kostali u rurali; ifakkar li s-sajjieda għandhom jiġu appoġġjati biex ikomplu l-karriera tagħhom fuq l-art jekk, minħabba raġunijiet ta' saħħa, bidliet fis-suq tax-xogħol jew fatturi oħra, ma jkunux jistgħu jkomplu jaħdmu fuq il-baħar; jemmen li l-fondi tal-UE, speċjalment il-FSE, għandhom jappoġġjaw it-tranżizzjoni professjonali bla xkiel tagħhom, inkluż permezz tat-tagħlim tul il-ħajja; |
|
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu bażijiet komuni għal sistema ta' taħriġ u ċertifikazzjoni standard għad-diversi kategoriji ta' sajjieda, li tippermetti rikonoxximent rapidu fil-livell Ewropew taċ-ċertifikazzjoni miksuba fi Stat Membru partikolari; iqis li dan għandu jinkludi proċedura għar-rikonoxximent ta' ċertifikati miksuba barra l-Unjoni li tkun kompatibbli mas-sistema Ewropea ta' rikonoxximent tat-taħriġ, li tiffaċilita l-moviment tas-sajjieda fi ħdan l-UE; |
|
52. |
Jinnota li d-Direttiva 2005/36/KE (14) dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali ma tistabbilix livell standardizzat ta' taħriġ u ċertifikazzjoni għas-sajjieda kollha u xxekkel il-moviment tas-sajjieda bejn l-Istati Membri; ifakkar li filwaqt li l-Unjoni introduċiet regoli speċifiċi u differenti għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' kompetenza tal-baħħara abbażi tal-Konvenzjoni STCW, s'issa l-Kummissjoni ma pproponietx regoli speċifiċi kif previst fil-Konvenzjoni STCW-F għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' kompetenza tas-sajjieda; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tipproponi miżuri speċifiċi għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' kompetenza tas-sajjieda f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW-F, mhux biss għas-sajjieda Ewropej iżda anki għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu rratifikaw l-STCW-F jew aderew għaliha; |
|
53. |
Jirrimarka li, filwaqt li l-għan tal-FEMSA huwa li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni sħiħa tal-PKS, sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, is-sajjieda jeħtiġilhom ikunu mħarrġa u ċċertifikati kif xieraq, u dan jirrikjedi li parti mill-finanzjament jiġi allokat għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tas-sajjieda eżistenti u ġodda; jenfasizza li l-piż amministrattiv meħtieġ mill-FEMS wassal għal restrizzjonijiet fl-użu tal-fondi għat-taħriġ, b'mod partikolari għas-sajjieda fuq skala żgħira, u li l-FEMSA l-ġdid se jkollu jegħleb dawn id-diffikultajiet sabiex jagħti kontribut effettiv għat-taħriġ tal-ekwipaġġi; |
|
54. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li d-data dwar l-eżekuzzjoni tal-FEMSA u l-FSE+ tispeċifika l-baġit eżatt użat minn kull Stat Membru biex jindirizza l-ħtiġijiet reġjonali f'termini ta' edukazzjoni, taħriġ, impjieg u inklużjoni; |
|
55. |
Jirrimarka li filwaqt li jridu jiġu ssodisfati dejjem aktar rekwiżiti biex wieħed jaħdem abbord bastiment, it-taħriġ huwa limitat, u dan xi drabi jwassal biex il-bastimenti ma jkunux jistgħu jintużaw peress li l-ekwipaġġ irid jattendi taħriġ obbligatorju fuq l-art; jistieden lill-UE tgħin biex tissimplifika l-korsijiet ta' taħriġ u tiffaċilita t-twettiq ta' jiem ta' taħriġ abbord billi tippromwovi korsijiet ta' tagħlim mill-bogħod bl-użu ta' teknoloġiji ġodda; |
|
56. |
Jisħaq li l-għarfien u l-innovazzjoni huma essenzjali biex jiġi żgurat li s-settur tas-sajd jikber b'mod intelliġenti, reżiljenti u sostenibbli; |
|
57. |
Jirrimarka li fid-dawl tal-impjiegi l-ġodda li jistgħu jinħolqu mill-ekonomija blu, l-ekonomija ċirkolari u t-turiżmu tas-sajd u gastronomiku, ikun għaqli li jiġi żviluppat taħriġ vokazzjonali predittiv dwar dawn il-professjonijiet ġodda u l-ħtiġijiet ta' taħriġ ta' dawn is-setturi, kif ġie propost fis-settur navali; |
L-iżgurar tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-aċċess u l-impjiegi f'dan is-settur
|
58. |
Jirrimarka li, għalkemm id-data statistika disponibbli tindika li n-nisa jirrappreżentaw biss 12 % ta' dawk impjegati f'attività produttiva tas-sajd, ħafna bastimenti, b'mod partikolari bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira, f'ħafna każijiet huma operati bħala impriżi żgħar tal-familja li fihom l-appoġġ loġistiku u amministrattiv meħtieġ kollu jingħata fuq bażi informali minn nisa li ma jkunux uffiċjalment involuti f'xi forma oħra ta' impjieg; |
|
59. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi ggarantit li s-sajjieda jkollhom aċċess għal taħriġ u ċertifikazzjoni, b'mod partikolari għal impjieg staġunali u part-time; |
|
60. |
Jirrimarka li hemm Stati Membri li fihom tali attività anċillari informali ma tiġġenera ebda drittijiet ta' paga, benefiċċji soċjali, pensjoni jew mard marbut mal-post tax-xogħol għan-nisa involuti u li, jekk l-operat tal-bastimenti jiġi sospiż, imwaqqaf temporanjament jew itterminat, il-forza tax-xogħol rikonoxxuta uffiċjalment biss għandha dritt għal benefiċċji soċjali, u b'hekk jiżdiedu l-inugwaljanzi eżistenti fost il-ħaddiema; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jipprofessjonalizzaw bis-sħiħ ix-xogħol ta' dawn in-nisa billi jirrikonoxxu r-rwol tagħhom u jintegrawhom fis-sistemi nazzjonali ta' protezzjoni soċjali; |
|
61. |
Jissottolinja li l-azzjonijiet biex iż-żgħażagħ jiġu attirati lejn l-attivitajiet tas-sajd iridu jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri u jikkunsidraw ir-rwol tan-nisa fl-industrija tas-sajd kollha, mill-qbid tal-ħut sal-ġestjoni tal-bastimenti, l-akkwakultura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd, kif ukoll ir-rwol tagħhom fix-xjenza u l-amministrazzjoni; |
|
62. |
Jistieden lill-Kummissjoni tvara inizjattivi biex ix-xogħol tan-nisa fis-sajd jiġi rikonoxxut u jiġu żgurati pagi indaqs bejn il-ġeneri; ifakkar li l-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-2020-2025 tirrikjedi li l-fondi rilevanti tal-UE jappoġġjaw azzjonijiet biex jiġu promossi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, jiġu promossi investimenti f'faċilitajiet ta' kura, tiġi appoġġjata l-intraprenditorija femminili, u tiġi miġġielda s-segregazzjoni skont il-ġeneru; |
|
63. |
Jemmen li m'hemm ebda raġuni biex in-nisa jiġu esklużi jew biex jiġi ostakolat l-aċċess tagħhom għal din il-professjoni, kif muri mill-għadd dejjem jikber ta' membri tal-ekwipaġġ u kaptani nisa fuq bastimenti tas-sajd li jkunu qed joperaw; josserva li fortunatament hemm għadd ta' assoċjazzjonijiet partikolarment attivi li jirrappreżentaw lin-nisa impjegati fis-settur tas-sajd, speċjalment fil-kunsilli konsultattivi tas-sajd tal-UE u fl-assoċjazzjonijiet settorjali; |
|
64. |
Jilqa' l-istabbiliment f'xi pajjiżi tal-UE ta' assoċjazzjonijiet tan-nisa fis-settur tas-sajd; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-promozzjoni u l-istabbiliment ta' assoċjazzjonijiet ġodda biex jipprovdu lin-nisa b'aktar viżibbiltà u assistenza; |
|
65. |
Jemmen li, filwaqt li r-rwol tan-nisa fis-settur tas-sajd spiss huwa informali, jeħtieġ li jingħataw rikonoxximent ekonomiku u soċjali u jitħallsu kif xieraq; jirrimarka li informazzjoni aħjar dwar l-attivitajiet tagħhom u miżuri biex jittejjeb l-istatus tagħhom u biex tiżdied il-viżibbiltà tagħhom jgħinu mhux biss biex jittejjeb l-avvanz personali u soċjali tagħhom, iżda anki biex jiġi ċċarat ir-rwol tagħhom fis-settur tas-sajd; |
|
66. |
Iqis li r-regoli attwali dwar il-kejl tal-kapaċità jipperikolaw l-aċċess tan-nisa għas-settur peress li jenħtieġu kabini, tojlits u doċċi separati biex jiġu ggarantiti l-privatezza u l-benessri tagħhom; |
|
67. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri biex itejbu l-kwalifiki tan-nisa involuti fl-ekonomija blu, b'mod partikolari l-industriji tas-sajd, tal-frott tal-baħar bil-qoxra, tal-akkwakultura u tal-mili f'laned, u jippromwovu r-rikonoxximent uffiċjali tal-kontribut tagħhom għall-katina tal-provvista tal-industrija tal-baħar; iqis, barra minn hekk, li huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-finanzjament mill-FEMSA fil-QFP 2021-2027 u lil hinn minnu jagħti kontribut sinifikanti għat-trattament ugwali tan-nisa fis-settur marittimu tas-sajd, billi jiġi allokat b'mod partikolari għal miżuri li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja, tax-xogħol u tas-sikurezza tagħhom abbord il-bastimenti tas-sajd u jiżgura li jsiru l-bidliet meħtieġa għal dan il-għan; |
Il-promozzjoni tal-attività tas-sajd professjonali u t-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur
|
68. |
Ifakkar li l-UE, l-akbar suq uniku tal-prodotti tas-sajd, tirrappreżenta biss 6 % tal-qabdiet totali dinjija, peress li tiddependi ħafna mill-importazzjonijiet tas-sajd u tal-akkwakultura minn pajjiżi terzi; jirrimarka li l-kumpaniji u l-bastimenti b'sjieda Ewropea jiġġeneraw proporzjon minn dawn l-importazzjonijiet; |
|
69. |
Jirrimarka li l-istandards tal-PKS huma fost l-aktar stretti u jagħtu kontribut importanti għas-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali u li, għalkemm għad hemm ħafna lok għal titjib, il-progress li sar f'dawn l-aħħar deċennji juri x'jista' jsir f'din id-direzzjoni, filwaqt li jikkontribwixxi, minn naħa waħda, għas-sostenibbiltà tal-istokkijiet u tal-ħabitats tal-ħut u, min-naħa l-oħra, għaż-żieda fid-dħul tas-sajjieda u tas-sidien tal-bastimenti; |
|
70. |
Jenfasizza li l-promozzjoni ta' standards għoljin f'termini ta' sostenibbiltà ambjentali u soċjali tas-settur tas-sajd, fost fatturi oħra, hija kruċjali biex tiġi attirata ġenerazzjoni ġdida ta' sajjieda u tiġi pprovduta stabbiltà ekonomika fit-tul għas-settur tas-sajd; |
|
71. |
Jitlob lill-UE teżamina l-valur ta' miżuri bħat-tqegħid ta' sikek artifiċjali, fiż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħha, għall-protezzjoni tal-ħajja tal-baħar; |
|
72. |
Jisħaq li t-tnaqqis kontinwu fl-appoġġ tal-UE għas-settur taħt oqfsa finanzjarji pluriennali suċċessivi, u b'mod partikolari t-tnaqqis fil-finanzjament li jappoġġja s-settur tas-sajd u l-Organizzazzjoni Komuni tas-Sajd, huwa wieħed mill-fatturi li wasslu biex is-sitwazzjoni tas-settur tmur għall-agħar; itenni, għalhekk, li l-appoġġ finanzjarju tal-UE għas-settur tas-sajd jeħtieġ li jiżdied b'mod konsiderevoli; |
|
73. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex iżommu u jagħtu spinta lis-sistemi u l-mezzi ta' appoġġ, inkluż il-finanzjament, sabiex jippromwovu l-konċentrazzjoni tal-provvista, inkluż billi jipprovdu appoġġ reali għat-twaqqif u l-operat tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi (OP), b'mod partikolari għas-sajd kostali u artiġjanali fuq skala żgħira; |
|
74. |
Jisħaq li l-programmi operattivi jridu jinkoraġġixxu lill-OP – billi jipprovdu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ – biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom direttament, billi jaħdmu fi ħdan il-katina tal-valur, bħala mezz biex itejbu l-valur tal-produzzjoni tagħhom u jsaħħu l-valur miżjud tal-prodotti tas-sajd; |
|
75. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tistabbilixxi u timplimenta mekkaniżmi ta' appoġġ għas-sajd fuq skala żgħira, artiġjanali u kostali li jagħmluha possibbli li jiġu indirizzati l-problemi speċifiċi f'din il-parti tas-settur; |
|
76. |
Jisħaq fuq l-importanza li jinħolqu swieq interni għall-prodotti tradizzjonali ta' kwalità partikolari, li jkunu appoġġjati minn fieri, negozji żgħar u l-industrija tal-catering, billi dan isaħħaħ il-valur miżjud tal-prodotti lokali u jippromwovi l-iżvilupp lokali; |
|
77. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra modi aħjar ta' kif tippromwovi l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd ipproċessati b'valur miżjud ogħla, fosthom il-prodotti fil-laned, billi jiġi segwit l-eżempju ta' ċerti prodotti agrikoli, u programmi għall-promozzjoni esterna tal-prodotti tas-sajd tal-UE, inkluża l-preżentazzjoni tagħhom f'wirjiet u fieri internazzjonali; |
|
78. |
Jirrimarka li s-settur tas-sajd huwa ċentrali għas-sitwazzjoni soċjoekonomika, għall-impjiegi, u għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali fir-reġjuni ultraperiferiċi, li l-ekonomiji tagħhom huma affettwati minn limitazzjonijiet strutturali permanenti u li ftit għandhom possibilitajiet ta' diversifikazzjoni ekonomika; iqis li huwa essenzjali, għalhekk, li jinżamm u jiżdied l-appoġġ tal-UE għas-settur tas-sajd f'dawk ir-reġjuni, bil-ħsieb, b'mod partikolari, li jiġu kkumpensati l-ispejjeż addizzjonali tal-periferiċità fir-rigward tal-bejgħ ta' ċerti prodotti tas-sajd minn xi reġjuni ultraperiferiċi; jirrimarka dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-ktajjen tal-valur tas-settur tas-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi u jsostni li hemm bżonn ta' appoġġ speċjali sabiex jissaħħu u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq, għan li jista' jintlaħaq mhux biss bl-istabbiliment mill-ġdid ta' programm ta' għażliet speċifikament relatati mal-periferiċità u l-insularità (POSEI) għas-sajd iżda anki billi tiġi stabbilita skema POSEI għat-trasport bl-għan tal-istabbiliment u l-operat ta' rotot kummerċjali partikolari; |
|
79. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kontinwità tal-attività tas-sajd, it-tiġdid ġenerazzjonali u rikonoxximent soċjali akbar għal dan is-settur u l-importanza tiegħu għall-provvista sostenibbli ta' ikel tajjeb għas-saħħa għall-Ewropej li jiġi minn ħabitats fi stat ambjentali tajjeb; |
|
80. |
Jisħaq fuq il-kontribut sinifikanti tas-sajjieda għall-avvanz tal-għarfien xjentifiku, kemm permezz tal-involviment dirett tagħhom fil-ġbir ta' data dwar is-sajd kif ukoll permezz tal-kollaborazzjoni tagħhom max-xjenza fl-għoti ta' informazzjoni addizzjonali dwar l-istat tal-ambjent, l-ispeċijiet u l-ħabitats tal-baħar u tal-konservazzjoni tagħhom għal finijiet xjentifiċi; |
|
81. |
Jinnota li t-taħriġ għas-sajjieda jista' jkollu rwol importanti fit-tkomplija tal-involviment fl-attivitajiet tas-sajd u l-kontribut ta' dawn l-attivitajiet għall-protezzjoni tan-natura, filwaqt li jiġu appoġġjati l-implimentazzjoni u l-użu ta' tekniki tas-sajd aktar sostenibbli, f'konformità mal-objettivi tal-PKS dwar l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi; |
|
82. |
Jirrimarka li l-iżvilupp tal-potenzjal tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi huwa essenzjali biex jiġi xprunat it-tkabbir tal-ekonomija blu f'dawk ir-reġjuni; iżid jgħid, barra minn hekk, li t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tagħhom f'networks tar-riċerka internazzjonali li jinvolvu l-universitajiet tagħhom, b'għarfien tal-karatteristiċi uniċi tagħhom, jista' jgħin lir-reġjuni ultraperiferiċi jtejbu s-sistemi ta' innovazzjoni tagħhom u joħolqu l-impjiegi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel sforz biex tgħammar lil dawn ir-reġjuni bil-mezzi biex jistudjaw u jisfruttaw il-bijodiversità tagħhom b'mod effiċjenti; |
|
83. |
Jissottolinja l-għan tal-politika komuni tas-sajd li tippromwovi s-sajd selettiv u l-mira tal-UE li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050; jenfasizza l-progress lejn flotta ta' cutters b'livell baxx ta' emissjonijiet u tekniki tas-sajd innovattivi li jikkontribwixxu għall-kisba kemm tal-mira tal-2050 kif ukoll tal-objettiv tas-selettività; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi u tipprijoritizza dawn l-iżviluppi sabiex toffri prospetti għas-settur permezz tal-innovazzjoni; |
|
84. |
Jirrimarka dwar l-iżvilupp konġunt tal-bini tal-bastimenti u l-approċċ xjentifiku “żero triplu”: emissjonijiet żero, skart żero, inċidenti abbord żero, li jħeġġu bidla lejn id-disinn ta' bastimenti fil-flotot Ewropej, inklużi l-flotot tas-sajd artiġjanali, fuq linji aktar ċirkolari, effiċjenti u sostenibbli pjuttost milli fuq linji prinċipalment ekonomiċi; |
|
85. |
Josserva li, jekk jingħataw t-taħriġ xieraq u l-ħiliet speċifiċi, is-sajjieda jistgħu jikkontribwixxu saħansitra aktar għall-avvanz tal-għarfien xjentifiku permezz tal-ġbir u r-reġistrazzjoni in situ tad-data ambjentali, filwaqt li jipprovdu verifika ta' dik miksuba permezz ta' osservazzjoni mill-bogħod bl-użu ta' satelliti u strumenti oħra; jisħaq fuq ir-rwol importanti li għandhom l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka tal-baħar, f'kooperazzjoni mal-iskejjel tal-baħar, fir-rigward tat-taħriġ tas-sajjieda biex jissodisfaw din il-ħtieġa; jenfasizza li fl-2019, il-flotta tal-UE, li tikkonsisti f'aktar minn 81 000 bastiment tas-sajd ta' kull daqs, ipprovdiet għadd inkomparabbli ta' pjattaformi li kontinwament jiġbru data dwar is-sajd u data oħra dwar il-baħar kważi kuljum; jinnota li din hija faċilità li tista' u għandha tintuża, b'inċentivi xierqa għal dak il-għan, għall-ġbir ta' saħansitra aktar data dwar l-ibħra tal-Ewropa u tad-dinja; iħeġġeġ lill-korpi konsultattivi xjentifiċi uffiċjali dwar is-sajd bħall-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) jew l-STECF biex jagħmlu użu akbar mid-data miġbura mill-flotta tal-UE; |
|
86. |
Jirrimarka li l-involviment taż-żgħażagħ u t-tiġdid ġenerazzjonali mhux biss se jiżguraw il-kontinwità tal-eqdem attività tal-ekonomija blu, iżda se jassiguraw ukoll il-popolazzjonijiet fiż-żoni kostali u fiż-żoni rurali tal-madwar, filwaqt li jippreservaw il-wirt kulturali ta' ħafna komunitajiet kostali; iqis li huwa ta' importanza vitali li l-ġenerazzjonijiet żgħażagħ ikunu infurmati aħjar u jkunu aktar konxji dwar il-kwistjonijiet ta' sostenibbiltà, b'għarfien ġdid, u dwar il-ħtieġa li kulħadd jikkontribwixxi għall-indirizzar tat-tibdil fil-klima u l-ġlieda kontrih, li qed ikollu l-akbar impatt fuq iż-żoni tal-baħar u tal-kosta madwar il-pjaneta; |
|
87. |
Jemmen li s-settur tas-sajd ikun aktar attraenti għal aktar żgħażagħ jekk ikun assoċjat ma' setturi emerġenti u kkomplementat bihom, pereżempju t-turiżmu; iħeġġeġ, f'dan il-kuntest, lill-Istati Membri u lir-reġjuni tagħhom biex inaqqsu l-burokrazija fit-turiżmu tas-sajd bħala sors ta' dħul; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tippromwovi linji ta' riżerva, fil-qafas tal-programmi eżistenti tal-UE, għar-restawr tal-wirt tanġibbli u intanġibbli assoċjat mal-attivitajiet marittimi, il-preservazzjoni tal-identità tal-komunitajiet kostali u l-ottimizzazzjoni tal-użu tagħhom għat-turiżmu; |
|
88. |
Jinnota li l-ħarsien tal-ambjent huwa ta' tħassib li qed jikber għaż-żgħażagħ fl-Ewropa; jisħaq fuq l-importanza tal-ġestjoni sostenibbli tas-sajd biex jiġu attirati sajjieda żgħażagħ; jappella għall-promozzjoni ta' sajd b'impatt baxx mhux biss bħala mod biex jitnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar iżda anki biex jiġu attirati ġenerazzjonijiet ġodda ta' sajjieda; |
|
89. |
Jirrimarka li hemm potenzjal sostanzjali mhux sfruttat fit-turiżmu tas-sajd; |
|
90. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-inklużjoni tas-sajjieda fl-ippjanar spazjali marittimu kollaborattiv u bbażat fuq il-komunità, għall-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar; |
|
91. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-għarfien dwar l-oċeani, li għandu jippromwovi l-għarfien diġitali u d-diġitalizzazzjoni tal-attività tas-sajd; jenfasizza li, minkejja t-titjib fil-ħiliet fost l-utenti akbar fl-età, l-applikazzjonijiet tas-software huma aktar faċli u aktar intuwittivi għall-ġenerazzjonijiet iżgħar fir-rigward tal-ġbir u r-reġistrazzjoni tad-data skont ir-Regolament il-ġdid dwar il-Kontroll tas-Sajd, li bħalissa qed jiġi rieżaminat, jew l-użu ta' applikazzjonijiet u tagħmir ġodda biex jittejbu s-sikurezza, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-benessri tas-sajjieda fuq il-baħar; |
|
92. |
Jilqa' l-bidliet strateġiċi fl-UE, speċjalment it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, li jridu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-impjiegi eżistenti u għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda u ta' kwalità fit-territorji li jiddependu ferm mis-sajd u jkomplu jagħtu spinta lill-iżvilupp ekonomiku tagħhom; jissottolinja l-importanza li jiġu salvagwardjati l-okkupazzjonijiet tradizzjonali fis-settur tas-sajd, bi tranżizzjoni bilanċjata biex jiġi evitat li jintilef il-valur miżjud tal-esperjenza miksuba mis-sajjieda akbar fl-età; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu sistemi ta' tagħlim tul il-ħajja biex iżommu l-ħiliet aġġornati u joħolqu opportunitajiet għall-faxex ta' età kollha; |
|
93. |
Jirrimarka li t-titjib fl-istatus ta' konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut ta spinta lill-produttività u d-dħul medju tas-sajjieda, kif ukoll kiseb tnaqqis fl-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u ta' gassijiet b'effett ta' serra oħra; jinnota li s-sajjieda ġew dejjem aktar involuti fil-ġbir tal-iskart kollu tal-baħar, inkluż iżda mhux biss l-irkaptu tas-sajd mitluf jew abbandunat, u li l-kontribut ekoloġiku tagħhom f'dan ir-rigward għandu jiġi rikonoxxut, imħeġġeġ u ppremjat kif xieraq; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-possibbiltà li jiġi kkunsidrat l-appoġġ għall-ħolqien ta' attivitajiet ġodda u flussi ta' introjtu supplimentari relatati mal-ġbir tal-iskart fil-baħar u l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għall-plastiks f'ekonomija ċirkolari; |
|
94. |
Jisħaq li l-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut u l-istabbiliment ta' kwoti tas-sajd f'konformità mal-objettiv tar-restawr u ż-żamma tal-istokkijiet tal-ħut 'il fuq mil-livelli tal-bijomassa li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli huma essenzjali għall-ħolqien ta' ambjent ekonomiku li fih iż-żgħażagħ ikunu kunfidenti biżżejjed biex jagħmlu l-investimenti meħtieġa biex isiru sajjieda; |
|
95. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jistabbilixxu l-inċentivi ekonomiċi u l-infrastruttura tal-portijiet meħtieġa biex jiġbru u jirriċiklaw kif suppost l-iskart u l-plastik miġbur minn sajjieda żgħażagħ li, b'kumpens, jistgħu jagħtuhom gwadann finanzjarju apparti l-attività ewlenija tagħhom; |
|
96. |
Jistieden lill-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-PKS, biex jużaw ukoll il-kriterji relatati mal-età meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom; |
|
97. |
Jilqa' l-fatt li l-FEMSA 2021-2027 il-ġdid se jipprovdi assistenza u appoġġ għas-sajjieda żgħażagħ involuti fl-ewwel xiri ta' bastiment jew impriża tas-sajd; jisħaq fuq il-ħtieġa li ż-żgħażagħ jiġu attirati mhux biss lejn attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar, iżda anki lejn il-ġestjoni tal-impriżi tas-sajd u l-akkwakultura, biex b'hekk jiġi żgurat it-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur kollu; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu dan it-tiġdid billi jneħħu l-ostakli u jappoġġjaw lil dawk li jkunu jridu jibdew karriera fis-settur tas-sajd u jindirizzaw kwistjonijiet bħall-ispiża għolja biex jinbeda negozju inizjalment, il-metodi għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, l-instabbiltà tad-dħul, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-inċertezza dwar it-tul tal-karriera; |
|
98. |
Itenni l-ħtieġa, bħala mezz biex jiġi protett il-qligħ mis-sajd, li s-settur u l-ħaddiema tiegħu jingħataw kumpens ekonomiku u soċjali xieraq biex jiġu kkumpensati l-miżuri ta' konservazzjoni tar-riżorsi li qed jiġu imposti jew assistenza għall-waqfien temporanju għall-finijiet tal-ġestjoni tar-riżorsi; jipproponi, għal dan il-għan, li l-FEMSA jappoġġja t-twaqqif ta' fond ta' kumpens tal-pagi li jagħmel tajjeb għall-qligħ mitluf kollu u jkopri l-perjodi li fihom ma jsirx sajd u li tali perjodi jiġu ttrattati bħala ħin tax-xogħol reali għall-finijiet tal-pensjoni tal-irtirar u intitolamenti oħra tas-sigurtà soċjali; jappoġġja, barra minn hekk, l-istabbiliment ta' paga minima garantita; |
|
99. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-isforzi għall-promozzjoni tad-djalogu soċjali bejn il-partijiet, b'mod partikolari fir-rigward ta' dan li ġej: (a) it-taħriġ għal intraprendituri żgħażagħ fis-settur tas-sajd; (b) l-aġġornament professjonali u l-iżvilupp tal-ħiliet għal sajd sostenibbli; (c) is-sensibilizzazzjoni dwar prattiki tajba tas-sajd; (d) is-sikurezza u l-protezzjoni tal-ħajja umana fuq il-baħar; (e) is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema abbord; |
|
100. |
Jirrimarka li l-investiment fit-tiġdid ġenerazzjonali għandu jkompli jkun prijorità għall-UE, li wieħed mis-suċċessi ewlenin tal-proġett komuni tagħna jkun l-awtosuffiċjenza fl-ikel u li t-tixjiħ gradwali ta' dawk li jaħdmu fis-settur tas-sajd jikkostitwixxi riskju reali; |
|
101. |
Iqis li l-attenzjoni u l-appoġġ għandhom ikunu kkonċentrati b'mod partikolari fuq sajd fuq skala żgħira, li potenzjalment huwa inqas predatorju u aktar sostenibbli, mhux biss f'termini ta' ġestjoni tar-riżorsi bijoloġiċi iżda anki minn perspettiva soċjoekonomika; |
|
102. |
Jirrimarka li t-tiġdid ġenerazzjonali, b'għadd ta' sajjieda li jkunu mħarrġa u infurmati sew dwar l-aħħar teknoloġiji, proċeduri u modi biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tar-riżorsi, huwa wkoll mod kif l-UE tikkontribwixxi għall-moviment globali biex tiġġieled, tnaqqas u telimina s-sajd IUU; |
|
103. |
Iqis li t-tiġdid ġenerazzjonali u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet jibqgħu sfida, u li l-FEMSA għandu jieħu passi biex jippromwovi t-taħriġ vokazzjonali u l-iżvilupp tal-karrieri, u biex iżid id-dħul u s-sigurtà tal-impjiegi; |
|
104. |
Jirrimarka li l-ħtieġa li jittejbu l-immaġni tas-settur, inkluż ir-rwol tan-nisa, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, tal-ħajja u tas-sikurezza abbord, biex jiġu attirati ġenerazzjonijiet ġodda, kif ukoll il-ħtieġa li jittejbu l-proċeduri għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tas-sajd minħabba l-ostakli għall-moviment tas-sajjieda bejn l-Istati Membri u l-ħtieġa ta' ħaddiema f'dan is-settur, huma fatturi li jippromwovu l-impjieg ta' sajjieda minn barra l-UE li, f'ħafna każijiet, jiġu impjegati illegalment; |
|
105. |
Iqis, f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar id-dimensjoni soċjali tas-sajd, li huwa essenzjali li jiġu żviluppati prinċipji ġenerali u linji gwida operattivi għal servizzi ġusti tas-suq tax-xogħol fis-settur tas-sajd peress li s-sajjieda ta' pajjiżi terzi huma importanti sabiex tinżamm l-attività fis-settur f'diversi reġjuni; jisħaq, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-linji gwida dwar l-impjieg deċenti ta' sajjieda migranti żviluppati fl-2020 mis-sħab soċjali Ewropej fis-settur tas-sajd; |
|
106. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill tal-UE jużaw il-politika kummerċjali biex jiżguraw li standards simili ta' sostenibbiltà ambjentali u soċjali jiġu applikati kemm għall-operaturi Ewropej kif ukoll għal dawk barranin, u b'hekk is-suq intern jinfetaħ biss għal prodotti konformi; jinnota li, altrimenti, l-UE tkun qed tibgħat messaġġ ħażin lill-komunità internazzjonali, billi tippremja lil dawk li għamlu l-inqas għas-sostenibbiltà tal-istokkijiet tal-ħut u t-trattament ġust tas-sajjieda; |
|
107. |
Jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni tas-sajjieda li fil-prattika huma mċaħħda mid-dritt tagħhom li jivvutaw, inkluż fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, minħabba li jkunu fuq il-baħar; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-membri tal-ekwipaġġ li jkunu ċittadini tal-UE u li jinsabu fuq il-baħar ikunu jistgħu jeżerċitaw b'mod effettiv id-dritt tagħhom li jivvutaw fid-diversi proċessi elettorali; |
|
108. |
Jinnota li s-sajd kostali fuq skala żgħira x'aktarx li jippermetti bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għas-sajjieda, u għalhekk jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni ta' qafas regolatorju li jipproteġi s-sajd fuq skala żgħira; |
|
109. |
Jitlob li jiġu varati programmi ġodda ta' koeżjoni soċjali; jilqa' proġetti pilota dwar l-introjtu bażiku fiż-żoni kostali tal-UE bl-inqas PDG per capita, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi; |
|
110. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqajmu kuxjenza pubblika fl-Ewropa, b'mod partikolari fost il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ, inklużi l-iskejjel u l-aġenziji tat-tiftix tal-impjiegi, dwar l-importanza tal-attivitajiet tas-sajd bħala opportunità ta' karriera; filwaqt li ssir enfasi wkoll fuq il-kontribut tas-sajjieda għall-provvista tal-ikel fl-Ewropa, il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-oċeani u l-ħajja tal-baħar, u t-tiswir tal-kultura u l-istil ta' ħajja tal-komunitajiet kostali, biex b'hekk jitneħħa l-prekonċett li s-sajjieda huma predaturi li huma interessati biss li jisfruttaw riżorsi mingħajr ħsieb għall-futur; |
|
111. |
Ifakkar li l-flotot Ewropej jissodisfaw uħud mill-ogħla standards fid-dinja f'termini ta' sikurezza, kundizzjonijiet tax-xogħol, impjiegi tas-sengħa, il-protezzjoni tal-ambjent u tal-bijodiversità, kif ukoll tal-minimizzazzjoni tal-impronta ambjentali tagħhom, u li wrew l-impenn tagħhom favur din il-prijorità, filwaqt li appoġġjaw u għenew l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' kontroll ġodda permezz tal-adattament kontinwu għal regolamenti ġodda u impenjattivi, u li, filwaqt li t-titjib fil-politiki Ewropej għadu għaddej, il-PKS ilha diversi deċennji tqis il-ħtieġa tal-ġestjoni tal-ispeċijiet iggwidata mix-xjenza; |
|
112. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u r-reġjuni kostali tagħhom, strateġija xierqa għall-promozzjoni tal-ħut Ewropew, akkumpanjata minn appoġġ finanzjarju xieraq, inkluż għal speċijiet li għalihom hemm inqas domanda u li għandhom inqas valur kummerċjali, bil-ħsieb li jiżdied il-valur tagħhom u, fl-istess ħin, tiġi evitata l-konċentrazzjoni tal-isforz fuq speċijiet li għandhom valur ogħla u, għalhekk, huma aktar probabbli li jiġu mistada żżejjed; |
|
113. |
Jisħaq fuq l-importanza ta' aktar investiment fir-riċerka, il-modernizzazzjoni u l-innovazzjoni li jkun ta' benefiċċju għas-sajjieda żgħażagħ u l-komunitajiet kostali; |
|
114. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa u appoġġjata d-dekarbonizzazzjoni tal-flotta tas-sajd, li bħalissa tiddependi 100 % fuq il-fjuwils fossili, sabiex is-settur tas-sajd ikun jista' jagħti kontribut effettiv għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u jiġi appoġġjat l-aċċess għall-ġenerazzjonijiet żgħażagħ għas-settur tas-sajd b'inizjattivi innovattivi; |
|
115. |
Jirrikonoxxi s-sajjieda bħala fornituri tal-ikel u ħaddiema essenzjali, li anke waqt avvenimenti katastrofiċi bħall-pandemija tal-COVID-19, komplew jiżguraw il-ħatt l-art ta' kuljum f'ċirkostanzi diffiċli; jenfasizza l-impatt ekonomiku u soċjali konsiderevoli tal-pandemija tal-COVID-19, u l-ħtieġa li l-Istati Membri jallokaw biżżejjed finanzjament tal-UE biex jiġu appoġġjati ż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi fis-settur tas-sajd u l-ekonomija blu; |
|
116. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE fuq is-settur tas-sajd, b'mod partikolari fir-reġjuni kostali tal-flotot tas-sajd affettwati; jikkunsidra li dan l-impatt se jaffettwa mhux biss lill-bastimenti tas-sajd u s-sajjieda tagħhom, iżda se jaffettwa wkoll lil komunitajiet sħaħ u l-impjieg f'dawk iż-żoni; |
|
117. |
Jissottolinja l-fehma tiegħu li t-tiġdid ġenerazzjonali jrid iqis l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-ħtieġa li tiġi żgurata tranżizzjoni diġitali anke fl-ekonomija blu; jinnota li dan ifisser mhux biss li ż-żgħażagħ jiġu attirati lejn is-sajd iżda wkoll li jiġi żgurat li jiġu infurmati u mħarrġa kif xieraq, li jiġu offruti prospetti attraenti ta' karriera u l-opportunità li jtejbu s-sitwazzjoni personali tagħhom – b'mod partikolari billi jittejjeb l-introjtu tagħhom u tiġi żgurata s-sostenibbiltà ta' dan l-introjtu – u jikkontribwixxu għall-koeżjoni tal-komunitajiet lokali tagħhom, speċjalment fir-reġjuni kostali l-aktar iżolati u f'dawk b'inqas opportunitajiet ta' impjieg, biex b'hekk ikunu jistgħu jaħdmu għal bidla ekonomika, soċjali u ambjentali f'dawn l-oqsma, filwaqt li jissaħħaħ ir-rwol tan-nisa f'dan is-settur permezz ta' mobbiltà mtejba u opportunitajiet ta' xogħol aħjar fl-UE kollha, mingħajr diffikultajiet jew restrizzjonijiet fir-rigward tar-rikonoxximent tal-ħiliet u t-taħriġ tagħhom; iqis li t-tiġdid ġenerazzjonali ma jridx iwassal għal kunflitt bejn il-ġenerazzjonijiet, u għandu jinkludi sajjieda ta' kull età biex jiġi żgurat bilanċ fit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali sabiex jiġi żgurat li l-wirt tal-esperjenza ma jintilifx; |
|
118. |
Jirrimarka li l-ġenerazzjoni li jmiss ta' sajjieda Ewropej mhux biss se tagħmel is-settur tal-UE aktar kompetittiv fil-futur iżda se jkollha wkoll rwol fl-iżgurar tal-provvisti tal-ikel fl-Ewropa fis-snin li ġejjin; |
|
119. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza l-aspetti u t-talbiet stabbiliti f'din ir-riżoluzzjoni fir-rapport li jmiss tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-PKS; |
|
120. |
Jikkonkludi li din ir-riżoluzzjoni tagħtina opportunità unika li nenfasizzaw il-valur tal-futur tas-settur tas-sajd Ewropew, li huwa strateġikament importanti, u nuru lill-Ewropa liema triq għandha ssegwi: aktar sajjieda żgħażagħ, sajd aħjar u prattiki aħjar; |
o
o o
|
121. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 25, 31.1.2017, p. 12.
(2) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(3) ĠU C 14, 15.1.2020, p. 67.
(4) ĠU C 285, 29.8.2017, p. 150.
(5) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Fishery_statistics#The_factors_of_production
(6) https://ec.europa.eu/eurostat/documents/3217494/10166544/KS-02-19%E2%80%91681-EN-N.pdf/c701972f-6b4e-b432-57d2-91898ca94893
(7) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
(8) Abbażi tal-proporzjon ta' bastimenti li għandhom aktar minn 25 sena meta mqabbla mal-għadd totali ta' bastimenti: https://appsso.eurostat.ec.europa.eu/nui/submitViewTableAction.do
(9) https://ec.europa.eu/fisheries/facts_figures_en?qt-facts_and_figures=2
(10) https://ec.europa.eu/eurostat/cache/RCI/#?vis=outermost.population&lang=en
(11) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114.
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/799 tat-18 ta' Mejju 2015 li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (ĠU L 127, 22.5.2015, p. 20).
(14) Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/84 |
P9_TA(2021)0387
Pjanijiet u azzjonijiet biex titħaffef tranżizzjoni lejn l-innovazzjoni mingħajr l-użu ta' annimali firriċerka, l-ittestjar regolatorju u l-edukazzjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar pjanijiet u azzjonijiet biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn l-innovazzjoni mingħajr l-użu ta' annimali fir-riċerka, fl-ittestjar regolatorju u fl-edukazzjoni (2021/2784(RSP))
(2022/C 117/08)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 13 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“ir-Regolament REACH”) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2018 dwar projbizzjoni globali biex jintemm l-ittestjar ta' prodotti kożmetiċi fuq l-annimali (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2021 bit-titolu “Strateġija tal-Unjoni dwar Sustanzi Kimiċi Sostenibbli: Żmien ta' Azzjoni” (6941/21), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2020 bit-titolu “Rapport tal-2019 rigward l-istatistika dwar l-użu tal-annimali għal skopijiet xjentifiċi fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fl-2015-2017” (COM(2020)0016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 dwar Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2020)0628), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2020 dwar Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa (COM(2020)0761), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss” (COM(2020)0456), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2020 dwar l-l-Istrateġija għas-Sostenibbiltà fir-rigward tas-Sustanzi Kimiċi (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ewrobarometru Speċjali Nru 340 dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija, |
|
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport interim dwar il-konsultazzjoni online dwar il-Futur tal-Ewropa u l-konklużjonijiet ewlenin mid-djalogi taċ-ċittadini u l-konsultazzjonijiet maċ-ċittadini, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2015 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Stop Vivisection” (C(2015)3773), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi d-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi tistabbilixxi l-għan finali “li jiġu sostitwiti kompletament il-proċessi fuq annimali ħajjin … hekk kif ikun xjentifikament possibbli li dan isir” u billi tenfasizza li l-użu tal-annimali għal tali finijiet għandu jiġi kkunsidrat biss meta ma jkunx disponibbli metodu li ma jinvolvix l-annimali; billi, madankollu, ftit kien hemm tibdil fin-numru ġenerali ta' annimali użati għal skopijiet xjentifiċi mindu daħlet fis-seħħ din id-direttiva, skont l-aħħar data tal-2018; |
|
B. |
billi d-Direttiva tirrikjedi t-trasparenza fl-użu tal-annimali fix-xjenza u tapplika għall-użu tal-annimali fid-dixxiplini kollha, mir-riċerka bażika sar-riċerka applikata, l-iżvilupp tal-mediċini u l-ittestjar tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi; billi għad hemm nuqqas ta' trasparenza; billi l-Istati Membri kollha ppromulgawha fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u billi l-atti leġiżlattivi kollha speċifiċi għas-setturi, bħal dawk li jappartjenu lill-prodotti farmaċewtiċi, lill-ikel jew lis-sustanzi kimiċi, għandhom ikunu konformi mal-objettivi tad-Direttiva, li jfisser li l-użu ta' annimali ħajjin għandu jseħħ biss jekk ma jkunux disponibbli alternattivi xierqa; billi dan l-allinjament huwa meħtieġ biex jiġu mħarsa s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent illum il-ġurnata; |
|
C. |
billi l-ittestjar preċedenti fuq l-annimali kkontribwixxa għal avvanzi fl-iżvilupp ta' trattamenti għal kundizzjonijiet tas-saħħa tal-bniedem, kif ukoll apparat mediku, anestetiċi u vaċċini sikuri, inkluż it-tilqim kontra l-COVID-19, u qeda wkoll rwol fis-saħħa tal-annimali; |
|
D. |
billi fl-2017 l-użu tal-annimali għal skopijiet xjentifiċi ġie rrappurtat 9,58 miljun darba; billi l-għan ewlieni kien ir-riċerka (69 %), segwita mill-użu regolatorju biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti leġiżlattivi (23 %) u l-produzzjoni ta' rutina (5 %); billi fost l-ittestjar imwettaq għal skopijiet regolatorji, il-maġġoranza tiegħu kien jinvolvi prodotti mediċi għall-bnedmin (61 %), segwiti minn prodotti mediċinali veterinarji (15 %) u sustanzi kimiċi industrijali (11 %) (8); billi l-primati mhux umani ntużaw għal tali ttestjar f'xi partijiet tal-UE u billi ħafna tipi oħra ta' annimali ntużaw għal skopijiet xjentifiċi kull sena; billi f'sena waħda jitrabbew u jinqatlu sa 12-il miljun (9) annimal bl-iskop ta' ttestjar fuq l-annimali mingħajr ma fil-fatt jintużaw f'esperimenti; |
|
E. |
billi s-sett ta' għodod ta' mudelli tal-ittestjar li ma jinvolvux annimali qed jikber u juri l-potenzjal li ntejbu l-fehim tagħna tal-mard u li nħaffu l-iskoperta ta' trattamenti effettivi; billi dan is-sett ta' għodod jinkludi, pereżempju, teknoloġija “organu fuq ċipp” ġdida, simulazzjonijiet sofistikati bil-kompjuter, kulturi 3-D ta' ċelloli umani għall-ittestjar tad-drogi u mudelli u teknoloġiji moderni oħra; |
|
F. |
billi ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni pproduċa sensiela ta' rapporti li jelenkaw u jiddeskrivu mudelli avvanzati li ma jinvolvux annimali f'seba' oqsma ta' mard bil-ħsieb li jitħaffef l-iżvilupp ta' dawn it-teknoloġiji; billi, madankollu, l-inizjattivi tal-UE għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni għandhom jiġu allinjati għalkollox mal-prijoritajiet identifikati f'dawn ir-rieżamijiet; |
|
G. |
billi, filwaqt li l-inkoraġġiment formali għal metodi li ma jinvolvux annimali huwa uniku għall-UE, hemm ostakli burokratiċi għall-aċċettazzjoni tagħhom, l-użu tagħhom mhuwiex infurzat kif suppost u l-finanzjament għall-iżvilupp tagħhom għadu mhux adegwat; |
|
H. |
billi ċ-ċittadini Ewropej urew b'mod konsistenti appoġġ għat-tmiem tal-użu tal-annimali għal skopijiet xjentifiċi; |
|
I. |
billi fi ħdan il-Kummissjoni, id-Direttorati Ġenerali għall-Ambjent, għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-JRC kollha għandhom responsabbiltajiet għal oqsma differenti tar-riċerka u l-ittestjar fuq l-annimali u billi ma hemm l-ebda mekkaniżmu ta' koordinazzjoni formali biex jiġi żgurat approċċ attiv, koerenti u bbażat fuq is-sinerġija biex tinkiseb is-sostituzzjoni sħiħa tal-annimali; |
|
J. |
billi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) stabbilixxew strateġiji biex inaqqsu u jissostitwixxu b'mod attiv l-ittestjar fuq l-annimali, iżda l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għad trid tistabbilixxi strateġija ta' tnaqqis u sostituzzjoni u affermat li huwa meħtieġ investiment immirat immedjat sabiex jiġu żviluppati metodi effettivi tat-tossikoloġija ta' previżjoni li ma jinvolvux annimali u jingħata appoġġ dirett lill-objettivi regolatorji; |
|
K. |
billi l-impatt pożittiv li kellha fuq il-benessri tal-annimali fl-UE l-projbizzjoni storika fuq l-ittestjar fuq l-annimali għall-prodotti kożmetiċi wriet b'suċċess li t-tneħħija gradwali tal-użu tal-ittestjar fuq l-annimali hija fattibbli mingħajr ma jiġi pperikolat l-iżvilupp tas-settur tal-kożmetiċi; billi, madankollu, għad hemm rekwiżiti regolatorji għat-tkomplija tal-ittestjar fuq l-annimali għall-effetti fuq il-ħaddiema li jittrattaw ingredjenti kimiċi użati esklussivament fil-kożmetiċi, u l-impatt tagħhom fuq l-ambjent; billi, madankollu, l-iffissar ta' skadenzi ċari għat-tneħħija gradwali ta' tali ttestjar fl-UE xpruna l-innovazzjoni fil-kumpaniji tal-UE u gawda minn appoġġ pubbliku; |
|
L. |
billi s-sostituzzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali b'metodi avvanzati li ma jinvolvux annimali se tkun meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-Kummissjoni fil-qasam tas-saħħa u dak tal-ambjent stabbiliti fil-pjan ta' rkupru Next Generation EU u l-Patt Ekoloġiku Ewropew, u billi fejn huma diġà disponibbli alternattivi vvalidati li ma jinvolvux annimali, dawn iridu jingħataw prijorità; |
|
M. |
billi ċerti Stati Membri adottaw miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi filwaqt li Stati Membri oħrajn japplikaw biss ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fid-Direttiva 2010/63/UE; |
1.
Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-koordinazzjoni biex tilħaq l-għan stabbilit fid-Direttiva 2010/63/UE billi tistabbilixxi taskforce ta' livell għoli bejn is-servizzi, bl-involviment tad-Direttorati Ġenerali ewlenin u l-aġenziji ewlenin kollha, taħdem mal-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti ħalli tfassal pjan ta' azzjoni għall-UE kollha, bil-għan li tmexxi l-eliminazzjoni gradwali attiva billi tnaqqas, tirfina u tissostitwixxi l-proċeduri li jitwettqu fuq annimali ħajjin għal skopijiet xjentifiċi u regolatorji, malajr kemm jista' jkun xjentifikament possibbli u mingħajr ma jitbaxxa l-livell ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, filwaqt li taċċellera l-iżvilupp ta' metodi, teknoloġiji u strumenti alternattivi li ma jinvolvux annimali u li huma meħtieġa għall-bidla; jenfasizza li għandhom jiġu stabbiliti skeda ta' żmien ċara u ambizzjuża u lista ta' objettivi intermedjarji biex jinċentivaw il-progress;
2.
Jenfasizza li l-użu fil-passat ta' riċerka bbażata fuq l-annimali kkontribwixxa b'mod sinifikanti għal avvanzi fit-trattament ta' ħafna kundizzjonijiet tas-saħħa tal-bniedem u qeda rwol fis-saħħa tal-annimali, u jenfasizza li għalkemm l-eliminazzjoni gradwali tal-użu tal-annimali għal skopijiet xjentifiċi hija l-għan aħħari, għadhom mhumiex disponibbli metodi li ma jinvolvux annimali fl-oqsma kollha tar-riċerka xjentifika; jissottolinja wkoll li hemm każijiet fejn l-esperimenti fuq l-annimali għadhom meħtieġa biex jinkiseb għarfien xjentifiku fit-tfittxija fit-tul għal rimedju effettiv għal ċertu mard minħabba l-fatt li bħalissa mhumiex disponibbli metodi li ma jinvolvux annimali; jenfasizza li ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka jirrikonoxxi li dipendenza qawwija fuq l-ittestjar fuq l-annimali tista' xxekkel il-progress f'ċerti oqsma tar-riċerka dwar il-mard (10), li fihom il-mudelli li jinvolvu l-annimali jonqsu milli jaqbdu l-karatteristiċi ewlenin tal-mard tal-bniedem, u jqis li t-tranżizzjoni lejn mudelli alternattivi tista' tippermetti skoperti ġodda; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-esperimenti li jitwettqu fuq l-annimali minħabba li mhumiex disponibbli metodi li ma jinvolvux annimali jridu jsiru biss fl-aħjar kundizzjonijiet li jnaqqsu kemm jista' jkun l-uġigħ, it-tensjoni u t-tbatija u jipproteġu l-benessri tal-annimali kkonċernati;
3.
Jissottolinja li l-pjan ta' azzjoni għandu jinkludi objettivi ambizzjużi u li jistgħu jintlaħqu, miri ta' tnaqqis u skedi ta' żmien li għandhom jiġu stabbiliti taħt l-għan ġenerali ta' tnaqqis u sostituzzjoni sabiex tiġi inċentivata l-bidla, b'azzjonijiet konkreti u kkoordinati akkumpanjati minn indikaturi, kif inhuma applikati għal oqsma ta' politika oħra tal-UE, u għandu juża l-bażi tad-data statistika tal-UE ALURES bħala punt ta' referenza, li jwassal għal tnaqqis assolut u sostnut fl-għadd ta' annimali użati madwar l-UE għal skopijiet xjentifiċi;
4.
Jisħaq fuq li l-pjan għandu jinkludi, fost oħrajn, proposti għal implimentazzjoni u infurzar aħjar tal-inizjattivi eżistenti, inkluża sistema ta' kontrolli li tiffunzjona tajjeb;
5.
Jenfasizza l-ħtieġa li ż-Żona Ewropea tar-Riċerka tiġi approfondita u li l-pjan jibni fuq ir-riċerka li saret s'issa fl-UE u li jiġu inklużi mekkaniżmi għall-finanzjament preferenzjali ta' metodi li ma jinvolvux annimali fl-inizjattivi kollha ta' riċerka u innovazzjoni tal-UE, peress li tali metodi alternattivi jġibu magħhom spejjeż u ħtiġijiet ta' investiment addizzjonali; jindika, għalhekk, il-ħtieġa ta' aktar finanzjament u ta' finanzjament immirat taħt Orizzont Ewropa għal mudelli avvanzati li ma jinvolvux annimali; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni biżżejjed finanzjament fuq terminu medju u twil biex jiġu assigurati l-iżvilupp rapidu, il-validazzjoni u l-introduzzjoni ta' metodi ta' ttestjar alternattivi li jissostitwixxu l-ittestjar fuq l-annimali, b'mod partikolari għal punti finali tossikoloġiċi kruċjali; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ l-impenn tagħha favur ir-raggruppament tas-sustanzi u l-użu ta' valutazzjonijiet tar-riskju ġeneriċi bħala mezzi importanti biex titħares aħjar is-saħħa tal-bniedem u jitnaqqas l-ittestjar fuq l-annimali;
6.
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi għanijiet ta' tnaqqis f'konsultazzjoni mal-aġenziji rilevanti, b'mod partikolari l-ECHA u l-EFSA, permezz ta' implimentazzjoni aktar proattiva tar-regolamenti attwali dwar is-sikurezza tas-sustanzi kimiċi u prodotti oħra, u tappoġġa l-għanijiet ta' tnaqqis billi tuża bażi tad-data tal-UE dwar is-sikurezza kimika li tkun konnessa u interoperabbli għall-aħħar; ifakkar li l-Artikolu 13 tar-REACH jirrikjedi li r-rekwiżiti tal-metodi ta' ttestjar jiġu aġġornati hekk kif isiru disponibbli metodi li ma jinvolvux annimali;
7.
Jenfasizza li s-settur privat jista' jkun involut b'mod attiv fil-pjan, b'mod partikolari l-kumpaniji li jixtiequ jibdlu għal mudelli li ma jinvolvux annimali, kif ukoll n-negozji ġodda li qed jiżviluppaw u jipperfezzjonaw dawn il-mudelli, billi jipparteċipaw f'approċċi kollaborattivi għat-tneħħija gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali; jemmen li l-korpi tal-gvern għandhom jassumu rwol ta' koordinament u jidħlu fi djalogu pożittiv u kostruttiv mas-settur, u b'hekk jippermettu soluzzjonijiet minn isfel għal fuq; jappella għal approċċ transsettorjali u mifrux mal-UE kollha kkoordinat aħjar fl-Istati Membri kollha u fl-aġenziji kollha tal-UE, inkluż permezz tas-Sħubija Ewropea transsettorjali għal Metodi Alternattivi għall-Ittestjar fuq l-Annimali;
Edukazzjoni u taħriġ
|
8. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tipprijoritizza azzjonijiet biex jedukaw, iħarrġu u jħarrġu mill-ġdid lix-xjenzati, lir-riċerkaturi u lit-tekniċi fl-użu ta' mudelli avvanzati li ma jinvolvux annimali u fil-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, u biex iqajmu kuxjenza dwar mudelli vvalidati li ma jinvolvux annimali kemm fost l-esperti tal-valutazzjoni tas-sikurezza u fost dawk involuti fl-evalwazzjoni tal-proposti tal-proġetti u fl-attribuzzjoni tal-finanzjament; |
|
9. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' sforz kontinwu fit-taħriġ u l-edukazzjoni sabiex jiġi assigurat l-għarfien l-aktar wiesa' possibbli ta' alternattivi u proċessi fil-laboratorji u fost l-awtoritajiet kompetenti; |
|
10. |
Jirrimarka li l-istituzzjonijiet akkademiċi għandhom rwol essenzjali x'jaqdu fil-promozzjoni ta' alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali f'dixxiplini xjentifiċi u fit-tixrid ta' għarfien u prattiki ġodda li huma disponibbli iżda li mhux dejjem jintużaw b'mod estensiv; |
|
11. |
Jenfasizza l-bżonn li ssir ħidma fi ħdan l-istrutturi internazzjonali biex jitħaffu l-validazzjoni u l-aċċettazzjoni ta' metodi alternattivi, jiġi assigurat it-trasferiment tal-għarfien u jingħata appoġġ finanzjarju lill-pajjiżi terzi, fejn ix-xjenzati jistgħu ma jkunux konxji ta' metodi alternattivi u fejn il-faċilitajiet tal-ittestjar jista' ma jkollhomx l-infrastruttura neċessarja għar-riċerka; |
o
o o
|
12. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33.
(2) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(4) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(5) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(7) Testi adottati, P9_TA(2020)0201.
(8) Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Rapport tal-2019 rigward l-istatistika dwar l-użu tal-annimali għal skopijiet xjentifiċi fl-stati Membri tal-Unjoni Ewropea fl-2015-2017, p. 16 (COM(2020)0016).
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52020DC0016&from=MT
(9) Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, p. 7 (SWD(2020)0015)
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52020DC0015&from=MT
(10) Dura, Adelaide; Gribaldo, Laura; Deceuninck, Pierre (2021): EURL ECVAM Review of non-animal models in biomedical research – Neurodegenerative Diseases (Rieżami tal-mudelli li jinvolvux annimali fir-riċerka bijomedika – Mard Newrodeġenerattiv). Kummissjoni Ewropea, Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) [Dataset] PID: http://data.europa.eu/89h/a8fd26ef-b113-47ab-92ba-fd2be449c7eb
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/88 |
P9_TA(2021)0388
L-identifikazzjoni ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ġdid ta' kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ġdid ta' kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE (2021/2035(INL))
(2022/C 117/09)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8,10 u 19, l-Artikolu 83(1) u l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 1 sa 4, 6 sa 8, 10 sa 12, 21, 23 sa 26, 47 u 49 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti ta' monitoraġġ tal-pajjiżi mill-Grupp ta' Esperti dwar l-Azzjoni kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ġunju 2020 bit-titolu “Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020-2025)”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta' Novembru 2020 bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (Gender Action Plan, GAP) III – Aġenda ambizzjuża għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-azzjoni esterna tal-UE”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2021 bit-titolu “l-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin 2021-2025, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti numru 5 “Ugwaljanza bejn il-Ġeneri”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 33 dwar l-aċċess tan-nisa għall-ġustizzja tat-3 ta' Awwissu 2015 tal-Kumitat dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 35 dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa, li taġġorna r-rakkomandazzjoni ġenerali Nru 19, tal-14 ta' Lulju 2017 tal-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali bit-titolu “Violence against women: an EU-wide survey” (Il-vjolenza kontra n-nisa: stħarriġ madwar l-UE kollha), ippubblikat fl-2014, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali bit-titolu “Crime, safety and victims' rights”, ippubblikat fl-2021, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Programm ta' Azzjoni ta' Pekin adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995 u d-dokumenti finali sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Pekin + 5 (2000), + 10 (2005), Pekin + 15 (2010) u Pekin + 20 (2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-glossarju tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet miftiehma tal-ħamsa u sittin sessjoni tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus tan-Nisa li saret bejn il-15 u s-26 ta' Marzu 2021; |
|
— |
wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti legali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw id-drittijiet tan-nisa, u strumenti oħra tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-vjolenza kontra n-nisa, inkluża d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta' Diċembru 1993, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2011 dwar prijoritajiet u punti prinċipali ta' qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Frar 2019 dwar ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul u l-miżuri l-oħra biex tiġi miġġielda l-vjolenza abbażi tal-ġeneru (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2020 dwar il-projbizzjoni de facto tad-dritt tal-abort fil-Polonja (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 dwar il-perspettiva tal-ġeneru fil-kriżi tal-COVID-19 u fil-perjodu ta' wara l-kriżi (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-10 ta' Frar 2021 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2021 dwar l-isfidi li ġejjin għad-drittijiet tan-nisa fl-Ewropa: aktar minn 25 sena wara d-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma ta' Azzjoni (13), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, ippubblikati fl-10 ta' Diċembru 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument informattiv tan-Nazzjonijiet Uniti “COVID-19 and Ending Violence Against Women and Girls” (Il-COVID-19 u Tmiem tal-Vjolenza Kontra n-Nisa u l-Bniet), ippubblikat fl-2020 (14), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni legali tal-Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, li għandha l-għan li tiċċara l-inċertezza tad-dritt jekk u kif l-Unjoni tista' tikkonkludi u tirratifika l-Konvenzjoni, li saret fil-11 ta' Marzu 2021 (15), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 47 u 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A9-0249/2021), |
|
A. |
billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur ewlieni tal-Unjoni minqux fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u rikonoxxut fl-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”); billi d-dritt għat-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni huwa dritt fundamentali minqux fit-Trattati u fil-Karta; billi t-tmiem tal-vjolenza tal-irġiel kontra n-nisa u l-bniet huwa prerekwiżit għall-kisba ta' ugwaljanza reali bejn in-nisa u l-irġiel; |
|
B. |
billi l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirrikjedi li l-Unjoni, fl-attivitajiet kollha tagħha, għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza, bejn in-nisa u l-irġiel; |
|
C. |
billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, kemm online kif ukoll offline, u n-nuqqas ta' aċċess għal protezzjoni adegwata huma l-aktar manifestazzjoni serja ta' diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru u jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet fundamentali kif minqux fil-Karta, bħad-dritt għad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali, il-projbizzjoni tat-tortura u t-trattament jew pieni inumani jew degradanti, il-projbizzjoni tal-jasar u tax-xogħol furzat, id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà u d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja; |
|
D. |
billi, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), abbażi tal-iżviluppi fil-kriminalità, il-Kunsill jista' jadotta deċiżjoni li tidentifika oqsma oħra ta' kriminalità partikolarment serji b'dimensjoni transfruntiera li tirriżulta min-natura jew l-impatt ta' dawn ir-reati jew minn ħtieġa speċjali li jiġu miġġielda fuq bażi komuni; |
|
E. |
billi, meta jadotta deċiżjoni bħal din skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 83(1) tat-TFUE, il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew; |
|
F. |
billi l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-“Konvenzjoni ta' Istanbul”) jiddefinixxu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa bħala vjolenza diretta kontra mara minħabba li hija mara jew vjolenza li taffettwa lin-nisa b'mod sproporzjonat; billi “vjolenza kontra n-nisa” tfisser kwalunkwe att ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru li jirriżulta fi, jew li x'aktarx jirriżulta fi, ħsara jew tbatija fiżika, sesswali, psikoloġika jew ekonomika għan-nisa, inkluż it-theddid ta' tali atti, il-ġegħil jew it-tiċħid arbitrarju tal-libertà, kemm jekk iseħħu fil-pubbliku kif ukoll fil-ħajja privata; |
|
G. |
billi l-persuni LGBTIQ+ huma wkoll vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru minħabba l-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess tagħhom; |
|
H. |
billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra persuni LGBTIQ+ tinkludi vjolenza fiżika, vjolenza psikoloġika, żwiġijiet imġiegħla, vjolenza sesswali, inklużi l-istupru u l-fastidju sesswali “korrettivi”, il-mutilazzjonijiet ġenitali ta' nisa u persuni intersesswali, l-isterilizzazzjoni mġiegħla ta' persuni trans u intersesswali, l-hekk imsejħa reati tal-“unur”, it-terapija ta' konverżjoni, id-diskors ta' mibegħda kemm online kif ukoll offline, il-bullying u l-fastidju, it-tiċħid soċjoekonomiku u l-vjolenza li jseħħu fi ħdan il-familja u/jew l-unità domestika; |
|
I. |
billi, skont il-Konvenzjoni ta' Istanbul, il-ġeneru huwa definit bħala “r-rwoli, l-imġibiet, l-attivitajiet u l-attributi mibnija soċjalment li soċjetà partikolari tikkunsidra xierqa għan-nisa u l-irġiel”, li jfakkar li ħafna forom ta' vjolenza kontra n-nisa għandhom l-għeruq tagħhom fl-inugwaljanzi fil-poter bejn in-nisa u l-irġiel; |
|
J. |
billi l-espressjoni “fid-diversità kollha tagħhom” f'din ir-riżoluzzjoni tfakkar li l-pożizzjoni li n-nisa, l-irġiel u l-persuni mhux binarji jaqgħu f'kategoriji eteroġeni, inkluż iżda mhux limitat għal dak li għandu x'jaqsam mar-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f'minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess, l-istat ta' saħħa, l-istat ċivili jew l-istatus ta' migrant jew refuġjat; billi dik l-espressjoni tafferma l-impenn li ħadd ma jitħalla lura u li tinkiseb Ewropa ugwali bejn il-ġeneri għal kulħadd; billi ma jista' jsir l-ebda progress reali fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri mingħajr approċċ intersezzjonali; |
|
K. |
billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru għandha l-għeruq tagħha fl-istereotipi marbutin mal-ġeneru, l-istrutturi eteropatrijarkali u l-asimmetriji ta' poter u inugwaljanzi strutturali u istituzzjonali; billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru taffettwa l-oqsma kollha tas-soċjetà; |
|
L. |
billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija mmirata lejn in-nisa u t-tfajliet fid-diversità kollha tagħhom u l-persuni LGBTIQ, xprunata minn xewqa li jiġu kkastigati dawk li jitqiesu li jmorru kontra n-normi soċjali dwar il-ġerarkija tal-ġeneri, l-espressjoni tal-ġeneru, u s-sistemi binarji tal-ġeneru; billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru għandha l-għan li tistabbilixxi, tinforza jew tipperpetwa l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u ssaħħaħ in-normi u l-istereotipi tal-ġeneri; |
|
M. |
billi l-EIGE jiddefinixxi l-“femminiċidju” bħala l-qtil tan-nisa u tal-bniet minħabba l-ġeneru tagħhom; billi l-femminiċidju jista' jieħu forom differenti bħall-qtil tan-nisa bħala riżultat ta' vjolenza minn sieħeb intimu, il-qtil tan-nisa u l-bniet minħabba l-ġeneru tagħhom, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess, il-mutilazzjonijiet ġenitali femminili u intersesswali u l-hekk imsejħa “qtil għall-unur”; billi l-femminiċidji huma l-manifestazzjoni estrema ta' forom eżistenti ta' vjolenza kontra n-nisa u jirrappreżentaw l-att aħħari ta' vjolenza, li hija esperjenzata f'kontinwazzjoni ta' vjolenza; billi ħafna tipi ta' femminiċidju ma jingħaddux fiċ-ċifri uffiċjali u jibqgħu inviżibbli; |
|
N. |
billi l-esponiment għall-vjolenza minn sieħeb intimu, kemm jekk fiżika, sesswali jew psikoloġika, għandu impatt serju fuq it-tfal u jipperpetwa l-abbuż għall-ġenerazzjonijiet futuri peress li t-tfal li jkunu esposti għal vjolenza minn sieħeb intimu kontra ommhom jew wieħed mill-ġenituri tagħhom għandhom aktar ċans li jesperjenzaw tali vjolenza aktar tard fil-ħajja, kemm bħala vittmi kif ukoll bħala awturi ta' reat; billi l-liġijiet li jipproteġu d-dinjità tat-tfal u li tirrikonoxxi t-tfal bħala vittma f'dawn il-każijiet għandha rwol kruċjali fil-protezzjoni kemm tan-nisa kif ukoll tat-tfal vittmi; billi l-liġijiet dwar il-kustodja jridu jkunu mfassla b'mod li ma jagħtux drittijiet ta' kustodja lill-awturi ta' vjolenza kontra s-sieħeb jew sieħba intima tagħhom; |
|
O. |
billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru tinkludi ħafna tipi ta' vjolenza, inkluża l-vjolenza mingħand sieħeb intimu u l-vjolenza domestika; billi l-EIGE, b'mod simili għall-Konvenzjoni ta' Istanbul, jiddefinixxi l-vjolenza domestika bħala l-atti kollha ta' vjolenza fiżika, sesswali, psikoloġika jew ekonomika li jseħħu fi ħdan il-familja jew l-unità domestika, irrispettivament mir-rabtiet bijoloġiċi jew legali tal-familja, jew bejn il-konjuġi jew is-sħab attwali jew preċedenti, kemm jekk l-awtur ikun qiegħed jikkondividi jew kien jikkondividi l-istess residenza mal-vittma kif ukoll jekk le; |
|
P. |
billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fuq l-internet u l-fastidju sesswali fuq l-internet huma ta' natura transfruntiera; billi l-vjolenza fil-forma ta' vjolenza ċibernetika, inkluż il-fastidju online, il-bullying ċibernetiku, is-cyberstalking, id-diskors ta' mibegħda sessista, l-iżvelar mingħajr kunsens ta' ritratti sesswali, l-iżvelar ta' informazzjoni privata (doxing), is-serq tal-identità jew il-hacking, jaffettwaw b'mod sproporzjonat lin-nisa u lill-bniet; |
|
Q. |
billi l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet hija waħda mill-aktar forom ta' ksur mifruxa tad-drittijiet tan-nisa fl-Ewropa; billi l-istħarriġiet imwettqa mill-Unjoni juru li waħda minn kull tliet nisa fl-Unjoni, li tirrappreżenta 62 miljun mara, esperjenzat vjolenza fiżika u/jew sesswali sa mill-età ta' 15-il sena u waħda minn kull żewġ nisa (55 %) esperjenzat fastidju sesswali; billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tirrapporta li madwar id-dinja, kważi terz (27 %) tan-nisa ta' bejn il-15 u d-49 sena li kienu f'relazzjoni rrapportaw li kienu soġġetti għal xi forma ta' vjolenza fiżika u/jew sesswali mis-sieħeb intimu tagħhom; billi d-WHO tirrapporta li madwar 38 % tal-qtil kollu tan-nisa jitwettaq minn sħab intimi; |
|
R. |
billi hemm nuqqas ta' data diżaggregata aġġornata, komprensiva u komparabbli dwar kull forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru madwar l-Unjoni; billi n-nuqqas ta' data komparabbli huwa wkoll ir-riżultat ta' nuqqas ta' armonizzazzjoni fid-definizzjonijiet marbuta mal-vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi data diżaggregata komprensiva u komparabbli hija essenzjali biex tiġi dokumentata l-vjolenza abbażi tal-ġeneru tal-persuna u l-kawżi ewlenin tagħha; billi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ppubblikat l-aħħar stħarriġ tagħha dwar il-vjolenza kontra n-nisa fl-2014, u billi l-aktar ċifri reċenti humiex disponibbli; |
|
S. |
billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru ġġib magħha kosti importanti għas-soċjetajiet Ewropej tagħna, kemm f'termini ta' produzzjoni ekonomika mitlufa jew il-provvista ta' servizzi, inklużi servizzi tas-saħħa, legali, soċjali u speċjalizzati; billi, madankollu, l-ogħla kosti huma mġarrba mill-vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru li jkollhom jgħixu b'mod permanenti bil-konsegwenzi emozzjonali ta' dawk l-esperjenzi trawmatiċi; billi l-benesseri tal-vittmi tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru għandu jiggwida l-azzjoni tal-Unjoni; |
|
T. |
billi l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 irriżulta f'żieda drammatika fil-vjolenza abbażi tal-ġeneru, b'mod partikolari l-vjolenza minn sieħeb intimu, inklużi l-vjolenza fiżika u psikoloġika, il-kontroll koerċittiv, u l-vjolenza online; billi l-Istati Membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Ewropa rrapportaw żieda ta' 60 % f'telefonati ta' emerġenza min-nisa soġġetti għall-vjolenza mis-sieħeb intimu tagħhom; billi l-miżuri ta' lockdown għamluha aktar diffiċli għall-vittmi ta' vjolenza minn sieħeb intimu li jfittxu l-għajnuna peress li ta' spiss huma kkonfinati ma' dawk li jabbużaw minnhom, u għandhom aċċess limitat għas-servizzi ta' appoġġ, u peress li strutturi u riżorsi insuffiċjenti ta' appoġġ aggravaw pandemija “parallela” diġà eżistenti; |
|
U. |
billi l-edukazzjoni għandha rwol ċentrali x'taqdi sabiex tipprevjeni l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, b'mod partikolari billi tisfida n-normi soċjali negattivi li jmexxu dan il-fenomenu u billi tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ biex jirrikonoxxu, jindirizzaw u jipprevjenu dawk l-atti; |
|
V. |
billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru għadha mhix irrappurtata biżżejjed fl-Unjoni; billi żewġ terzi tal-vittmi ma jirrappurtawx il-vjolenza abbażi tal-ġeneru lill-awtoritajiet (16); |
|
W. |
billi, skont l-EIGE, il-vittimizzazzjoni sekondarja, magħrufa wkoll bħala vittimizzazzjoni mill-ġdid, “tiġri meta l-vittma tbati aktar ħsara mhux bħala riżultat dirett tal-att kriminali iżda minħabba l-mod kif l-istituzzjonijiet u individwi oħrajn jittrattaw lill-vittma”; billi, skont l-EIGE, “il-vittimizzazzjoni sekondarja tista' tiġi kkawżata, pereżempju, minn esponiment ripetut tal-vittma għall-awtur, interrogazzjoni ripetuta dwar l-istess fatti, l-użu ta' lingwaġġ mhux xieraq jew kummenti insensittivi magħmula minn dawk kollha li jiġu f'kuntatt mal-vittmi”; |
|
X. |
billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru tista' titwettaq minn persuni f'pożizzjonijiet ta' awtorità, waqt li jitqiegħdu f'ambjenti ta' kustodja bħal ħabsijiet, faċilitajiet tas-saħħa mentali, ċentri ta' detenzjoni, faċilitajiet ta' assistenza soċjali u kampijiet tar-refuġjati; billi sitwazzjonijiet ta' affollament eċċessiv, livelli għoljin ta' stress u nuqqas ta' privatezza jistgħu jwasslu wkoll għal vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi, bl-iżgurar li l-uffiċjali tal-pulizija jkunu mħarrġa b'mod speċjali biex ikollhom il-ħiliet personali biex jisimgħu, jifhmu u jirrispettaw lin-nisa kollha li esperjenzaw vjolenza abbażi tal-ġeneru, dawn ikunu jistgħu jgħinu biex jindirizzaw in-nuqqas ta' rappurtar, ir-rivittimizzazzjoni u joħolqu ambjent aktar sikur għas-superstiti ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; |
|
Y. |
billi l-iżgurar ta' aċċess bi prezz raġonevoli u sikur għal sistema ġudizzjarja indipendenti huwa indispensabbli għall-promozzjoni ta' ambjent aktar sikur għas-superstiti kollha ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi l-ġlieda effettiva kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru timplika l-istabbiliment ta' programmi ta' taħriġ għall-professjonisti involuti bħall-ħaddiema soċjali, il-fornituri tal-kura tas-saħħa, l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, il-persuni li jaħdmu fis-sistema ġudizzjarja, sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw, jindirizzaw u jirrispondu għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru; |
|
Z. |
billi r-rati ta' kundanna għal dawk li jwettqu l-vjolenza kontra n-nisa, u b'mod partikolari l-vjolenza sesswali li tinkludi l-istupru u l-attakk sesswali, huma baxxi b'mod inaċċettabbli fl-Istati Membri kollha, u dan juri li hemm nuqqasijiet sistematiċi fil-mod kif l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jindirizzaw il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, u billi dan jirriżulta f'kultura mifruxa ta' impunità u ta' xkiel serju għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru; |
|
AA. |
billi l-vjolenza sesswali hija parti minn kontinwazzjoni ta' diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' sess u ġeneru u vjolenza marbuta mill-qrib ma' inugwaljanzi persistenti u attakki usa' fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet; |
|
AB. |
billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul hija l-aktar strument komprensiv fl-Ewropa fil-ġlieda kontra forom speċifiċi ta' vjolenza maskili fuq in-nisa u l-bniet, kif ukoll kontra l-vjolenza domestika; billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul tistabbilixxi qafas komprensiv ta' miżuri legali u ta' politika għall-prevenzjoni ta' vjolenza bħal din, għall-appoġġ lill-vittmi u għall-ikkastigar tal-awturi; |
|
AC. |
billi l-kampanji ta' diżinformazzjoni li jimminaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jimblukkaw ukoll il-progress dwar il-kwistjoni li tiġi eliminata l-vjolenza kontra n-nisa, kif ġie osservat fir-rigward tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, u dan iwassal għal oppożizzjoni pubblika u deċiżjonijiet politiċi dannużi f'xi Stati Membri; |
|
AD. |
billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul ġiet iffirmata mill-Istati Membri kollha u rratifikata minn 21; billi l-Bulgarija, iċ-Ċekja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja u s-Slovakkja għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni ta' Istanbul; billi l-Polonja ħabbret l-intenzjoni tagħha li tirtira mill-Konvenzjoni ta' Istanbul; billi l-irtirar tat-Turkija mill-Konvenzjoni ta' Istanbul jistabbilixxi preċedent ħażin; billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul għadha ma ġietx ratifikata mill-Unjoni; |
|
AE. |
billi l-ksur tad-drittijiet tan-nisa huwa ta' natura internazzjonali, transfruntiera u mal-Ewropa kollha; billi n-nisa u l-bniet fl-Ewropa u vittmi oħra ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru ma jibbenefikawx mill-istess livell ta' protezzjoni kontra l-vjolenza madwar l-Unjoni, minħabba oqfsa leġiżlattivi nazzjonali differenti u l-mekkaniżmi ta' protezzjoni u prevenzjoni; |
|
AF. |
billi l-azzjoni tal-Unjoni li għandha l-għan li teqred il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u forom oħra ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru tesiġi li l-Kummissjoni ssegwi diversi toroq paralleli, kemm leġiżlattivi kif ukoll mhux leġiżlattivi, inkluż li tipproponi l-identifikazzjoni ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ta' reat li jilħaq il-kriterji speċifikati fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE u, fl-istess ħin tipproponi direttiva dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru bl-użu ta' dak l-artikolu bħala bażi legali; |
|
AG. |
billi l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija prijorità ewlenija tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Ugwaljanza bejn l-Ġeneri u tal-azzjoni esterna tal-Unjoni; billi fil-programm ta' ħidma tagħha għall-2021, il-Kummissjoni ħabbret proposta leġiżlattiva ġdida għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru bbażata fuq l-Artikoli 82, 83 u 84 tat-TFUE, kif ukoll proposta speċifika biex tiġi estiża l-lista tal-oqsma ta' reati partikolarment serji b'dimensjoni transfruntiera stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(1) tat-TFUE biex tinkludi kull forma ta' reati ta' mibegħda u diskors ta' mibegħda; billi l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija fost il-prijoritajiet tal-President tal-Kummissjoni (17). |
Il-kawżi u l-impatt tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-iżgurar ta' approċċ olistiku fil-prevenzjoni tagħha
|
1. |
Jikkundanna l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet fid-diversità kollha tagħhom u f'forom oħra ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, bħall-vjolenza kontra l-persuni LGBTIQ+ abbażi tal-ġeneru, tal-identità tal-ġeneru, tal-espressjoni tal-ġeneru jew tal-karatteristiċi tas-sess, li titqies li tirreferi għal atti differenti ta' vjolenza online u offline li jirriżultaw fi, jew x'aktarx li jirriżultaw fi, ħsara jew tbatija fiżika, sesswali, psikoloġika jew ekonomika; |
|
2. |
Jenfasizza li, minħabba l-lockdown u l-miżuri ta' tbegħid soċjali matul il-pandemija tal-COVID-19, kien hemm żieda inkwetanti fil-vjolenza abbażi tal-ġeneru esperjenzata min-nisa u mill-bniet madwar l-Unjoni, inklużi l-vjolenza mis-sħab intimi, il-vjolenza fiżika, sesswali, ekonomika u psikoloġika, il-kontroll koerċittiv u l-vjolenza ċibernetika, li jirriżultaw fi ħtieġa kbira ta' servizzi ta' appoġġ għal dawk il-vittmi; |
|
3. |
Jinsisti li meta tiġi indirizzata l-vjolenza kontra n-nisa, id-definizzjoni ta' “nisa” trid tinkludi bniet taħt l-età ta' 18-il sena; |
|
4. |
Jiddenunzja l-femminiċidju bħala l-forma l-aktar estrema ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa u l-bniet; jissottolinja li l-femminiċidju huwa ksur serju ħafna tad-drittijiet tal-bniedem u li l-Unjoni għandha tiżviluppa pjan biex tiġi evitata u miġġielda l-vjolenza, jiġu identifikati s-sitwazzjonijiet ta' riskju, jingħata appoġġ u protezzjoni lill-vittmi; |
|
5. |
Jisħaq li l-vjolenza kontra n-nisa u forom oħra ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru għadhom mistura fis-silenzju u huma r-riżultat tal-manifestazzjoni kontinwa ta' aċċess u tqassim tal-poter u r-riżorsi storikament mhux ugwali, li wasslu għal dominazzjoni fuq in-nisa u diskriminazzjoni kontrihom mill-irġiel kif ukoll vjolenza diretta fil-konfront tal-persuni LGBTIQ+, b'impatt kbir fuq il-vittmi, il-familji u l-komunitajiet tagħhom; |
|
6. |
Jilqa' l-moviment #MeToo, li jissimbolizza l-vuċi tan-nisa li jegħlbu s-silenzju marbut mal-fastidju sesswali u l-vjolenza sesswali fuq in-nisa fid-diversità kollha tagħhom fost l-etajiet, is-setturi u l-postijiet kollha; jiddenunzja l-fatt li f'xi pajjiżi l-vittmi tal-fastidju sesswali u l-vjolenza sesswali qegħdin jiġu mixlija dejjem aktar u saħansitra kkundannati għall-malafama, u b'hekk joħolqu effett dissważiv, vittimizzazzjoni mill-ġdid u jsikktu lin-nisa li jazzardaw jitkellmu; |
|
7. |
Jirrikonoxxi li sar progress lejn l-ugwaljanza bis-saħħa tat-taqbida qalila femminista kontra l-oppressjoni globali tan-nisa u l-bniet; |
|
8. |
Jissottolinja li din is-sitwazzjoni hija aggravata mill-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi u t-tnaqqis sinifikanti fil-finanzjament disponibbli speċjalment waqt żmien ta' kriżi, bl-effett konsegwenti tad-differenza fil-pagi u l-pensjonijiet, il-femminilizzazzjoni ta' xogħol prekarju u kundizzjonijiet ta' għajxien aktar prekarji għan-nisa; jenfasizza li dawk l-inugwaljanzi u l-iżbilanċi fil-poter huma ta' natura trasversali u globali, komuni għat-territorju kollu tal-Unjoni, u mhux limitati għal Stati Membri speċifiċi; |
|
9. |
Jissottolinja li n-normi riġidi dwar il-ġeneru bbażati fuq stereotipi patrijarkali jikkontribwixxu għad-diskriminazzjoni u s-sottomissjoni tan-nisa, inklużi l-leżbjani, in-nisa bisesswali, trans u intersesswali, iwasslu għal żieda fl-esponiment għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru għal kull min ma jikkonformax magħhom u jikkontribwixxu għall-inviżibbiltà tal-vjolenza mġarrba mill-irġiel omosesswali, bisesswali u intersesswali; |
|
10. |
Jisħaq fuq l-importanza li, permezz tal-edukazzjoni, jiġu indirizzati u promossi l-istatus ugwali u r-relazzjoni tal-poter bejn l-irġiel u n-nisa u bejn is-subien u l-bniet, u jiġu eliminati l-preġudizzji u l-istereotipi marbuta mal-ġeneru li jwasslu għal normi soċjali dannużi tal-ġeneri; jiddeplora l-għadd għoli ta' każijiet ta' vjolenza mmirati lejn in-nisa fid-diversità kollha tagħhom, inklużi l-leżbjani, in-nisa bisesswali u trans, kif ukoll il-persuni trans, intersesswali u mhux binarji; |
|
11. |
Jissottolinja l-firxa wiesgħa ta' impatti psikoloġiċi li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru għandha fuq il-vittmi, inklużi l-istress, li wieħed iħossu mhux sigur u vulnerabbli, il-problemi ta' konċentrazzjoni, l-ansjetà, l-attakki ta' paniku, l-iżolament soċjali, stima personali baxxa, dipressjoni, disturb minn stress postrawmatiku, nuqqas ta' fiduċja u sens ta' kontroll, kif ukoll biża' jew ħsibijiet suwiċidali; jissottolinja l-importanza tal-forniment ta' servizzi tas-saħħa mentali għall-vittmi ta' dawk ir-reati, li spiss jiġu pprovduti wkoll mill-NGOs u mill-atturi tas-soċjetà ċivili; |
|
12. |
Ifakkar li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru għandha wkoll impatt demokratiku, soċjali u ekonomiku, bħan-nuqqas ta' aċċess għall-impjiegi, l-iżolament, l-irtirar mill-ħajja pubblika jew in-nuqqas ta' riżorsi materjali jew finanzjarji, li jsaħħu l-pożizzjoni żvantaġġata tan-nisa; jisħaq li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija eżerċitata bħala forma ta' kontroll koerċittiv fuq in-nisa li jipprevjeni l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-mobbiltà soċjali, it-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomija u l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni, inkluż il-parteċipazzjoni ċivika sħiħa tagħhom u l-iżvilupp liberu ta' ħajjithom mingħajr vjolenza; |
|
13. |
Jenfasizza l-impatt ekonomiku detrimentali li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, u l-kwistjonijiet sussegwenti dwar is-saħħa mentali li tikkawża, jista' jkollhom fuq il-vittmi, inkluża l-kapaċità tagħhom li jfittxu impjieg u l-piż finanzjarju impost fuqhom billi jieħdu azzjoni legali u jindika li l-ispejjeż tas-soċjetà annwali stmati tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru (EUR 290 biljun) (bejn EUR 49 biljun u EUR 89.3 biljun għall-fastidju ċibernetiku u l-imblukkar ċibernetiku) jaqbżu l-kostijiet annwali stmati ta' reati partikolarment serji kif elenkati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(1) tat-TFUE (18); |
|
14. |
Jisħaq li l-Konvenzjoni ta' Istanbul tibqa' l-istandard internazzjonali u għodda ewlenija għall-qerda tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru billi jsegwi approċċ olistiku u kkoordinat li jqiegħed id-drittijiet tal-vittma fiċ-ċentru u jindirizza l-kwistjonijiet minn firxa wiesgħa ta' perspettivi; itenni l-appell tiegħu biex tiġi konkluża r-ratifika mill-Unjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul abbażi ta' adeżjoni wiesgħa, u jenfasizza l-importanza tar-ratifika tagħha mill-Bulgarija, miċ-Ċekja, mill-Ungerija, mil-Latvja, mil-Litwanja u mis-Slovakkja; jinnota bi tħassib it-tentattivi f'xi Stati Membri biex tixxerred diżinformazzjoni dwar il-Konvenzjoni ta' Istanbul, bħaċ-ċaħda tal-eżistenza ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; jikkundanna l-fatt li din id-diżinformazzjoni qed taqbad fl-Ewropa u b'hekk qed tikkontribwixxi għad-diffikultà tal-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa; |
|
15. |
Jindika li l-Konvenzjoni ta' Istanbul għandha tinftiehem bħala l-istandard minimu biex tinqered il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u li l-Unjoni għandha ssegwi miżuri leġiżlattivi saħansitra aktar deċiżivi u effettivi f'dan ir-rigward; ifakkar li tali miżuri leġiżlattivi ġodda għandhom fi kwalunkwe każ ikunu konsistenti mad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti mill-Konvenzjoni ta' Istanbul u għandhom ikunu komplementari għar-ratifika tagħha; jistieden lill-Istati Membri jqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti dwar l-Azzjoni kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika u jtejbu l-liġi nazzjonali biex tiġi allinjata aktar mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Istanbul sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni u infurzar xierqa; |
|
16. |
Jiddenunzja l-fatt li l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija affettwata b'mod negattiv mill-attakki fuq id-drittijiet tan-nisa u tal-bniet u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jikkundanna l-azzjonijiet ta' movimenti kontra l-ġeneru u kontra n-nisa fl-Ewropa u madwar id-dinja li sistematikament jattakkaw id-drittijiet tan-nisa u l-LGBTIQ+, inklużi d-drittijiet sesswali u riproduttivi, u għandhom l-għan li jibdlu l-liġijiet eżistenti li jipproteġuhom, u b'hekk ipoġġu f'periklu r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; jikkundanna d-diżinformazzjoni kollha li tinxtered b'mod deliberat dwar il-Konvenzjoni ta' Istanbul u għodod u inizjattivi oħra għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa fl-Unjoni, li jxekklu l-protezzjoni tan-nisa mill-vjolenza; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirċievu appoġġ u finanzjament mill-Unjoni ma jippromwovux id-diskriminazzjoni bejn il-ġeneri; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżid u tiżgura finanzjament fit-tul iddedikat għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u forom oħra ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru permezz tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri, inkluż l-appoġġ għal organizzazzjonijiet ta' kenn u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili li jaħdmu f'dak il-qasam; itenni l-importanza li jintużaw punti ta' riferiment u indikaturi biex jitkejjel il-progress; |
|
18. |
Jisħaq li hemm differenzi sostanzjali fid-definizzjoni legali u t-trattament ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru fl-Istati Membri; jindika li dan ifixkel bil-kbir l-azzjonijiet leġiżlattivi tal-Unjoni kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inklużi d-Direttivi 2012/29/UE, 2011/36/UE u 2011/99/UE; |
|
19. |
Jenfasizza l-importanza tal-miżuri preventivi fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet; jinnota li tali miżuri jeħtieġu attenzjoni aktar ċara kemm fil-ġudikatura kollha kif ukoll fl-iskejjel u fil-kura tas-saħħa biex jiġi evitat u minimizzat ir-riskju tal-vjolenza; |
|
20. |
Jinsisti fuq azzjonijiet li jindirizzaw l-kawżi sottostanti tal-inugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż il-ġlieda kontra s-sessiżmu, l-istereotipi marbuta man-normi patrijarkali tal-ġeneru u l-valuri; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta' riċerka u għarfien li jiffurmaw il-pedament għal politika u tfassil tal-liġi effettivi fil-prevenzjoni ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; jistieden, għalhekk, lill-EIGE u lill-Eurostat jaġixxu bħala hub ta' għarfien dwar il-vjolenza kontra l-bniet fl-Unjoni; jissottolinja l-fatt li l-vjolenza tal-irġiel kontra n-nisa tibda bil-vjolenza tas-subien kontra l-bniet; jikkunsidra, għalhekk, li l-miżuri preventivi jridu jibdew minn età bikrija; jissottolinja l-ħtieġa li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jkollha post ċentrali fl-edukazzjoni u jappella għal miżuri edukattivi mmirati lejn iż-żgħażagħ u implimentati magħhom, inkluża informazzjoni adatta għall-età, edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità, l-iżvilupp ta' relazzjonijiet mhux vjolenti, taħriġ ta' awtodifiża femminili fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 12(6) tal-Konvenzjoni ta' Istanbul u l-paragrafu 125(g) tal-objettiv strateġiku D.1. tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing, u azzjonijiet aktar ġenerali biex jiġu miġġielda s-segregazzjoni, l-inugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diskriminazzjoni; |
|
21. |
Jisħaq li l-attakk kontra d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri ħafna drabi huwa dimensjoni waħda ta' deterjorament usa' fis-sitwazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jikkunsidraw il-ksur tad-drittijiet tan-nisa u l-LGBTIQ+ fil-kuntest tal-proċedimenti li għaddejjin tal-Artikolu 7 tat-TUE; |
|
22. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni madwar l-Unjoni kollha li jinkludu informazzjoni mmirata lejn l-edukazzjoni ta' ċittadini iżgħar fl-età tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u dwar l-impatt tal-vjolenza online u offline abbażi tal-ġeneru, li jappoġġja l-isforzi biex jiġi żgurat li n-nisa u l-bniet ikunu jistgħu jgħixu ħajjithom b'mod liberu u sikur fl-oqsma kollha; |
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tiżgura li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru tiġi indirizzata b'mod effettiv fil-kurrikuli nazzjonali kollha; jilqa' proposta tal-Kummissjoni għal kampanja madwar l-Ewropa dwar l-istereotipi abbażi tal-ġeneru inklużi fl-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-impenn tagħha fir-rigward ta' “l-edukazzjoni tas-subien u tal-bniet minn età bikrija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-appoġġ għall-iżvilupp ta' relazzjonijiet mhux vjolenti” bħala essenzjali għal prevenzjoni effettiva; |
|
24. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-kwistjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, li tippermetti wkoll lill-Istati Membri b'politiki ta' suċċess li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu d-disponibbiltà u l-komparabbiltà ta' data diżaggregata ta' kwalità dwar kull forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali u għall-armonizzazzjoni ta' sistemi ta' ġbir ta' data fost l-Istati Membri permezz ta' kooperazzjoni mal-Eurostat, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u mal-EIGE; jemmen li data ta' kwalità se tkun essenzjali għal miri ċari u li jistgħu jitkejlu fl-eliminazzjoni ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; jilqa' t-tħabbira ta' stħarriġ ġdid madwar l-Unjoni kollha mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali dwar il-prevalenza u d-dinamika ta' kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa; |
|
26. |
Jisħaq li sabiex nifhmu aktar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru fi ħdan l-Unjoni, jeħtieġ li jiġi żgurat li tal-inqas il-kategoriji li ġejjin jiġu inklużi fil-ġbir tad-data, fil-livell ta' intervent tal-infurzar tal-liġi: (a) il-ġeneru tal-vittma; (b) il-ġeneru tal-awtur ta' reat; (c) ir-relazzjoni bejn il-vittma u l-awtur ta' reat; (d) l-eżistenza ta' dimensjoni ta' vjolenza sesswali; (e) jekk il-vjolenza għandhiex motivazzjoni abbażi tal-ġeneru, u (f) karatteristiċi soċjodemografiċi oħra rilevanti għal analiżi intersezzjonali; jisħaq li, minbarra dik id-data, huwa neċessarju li jkun hemm data ġenerali dwar in-numru ta' lmenti, in-numru u t-tipi ta' ordnijiet ta' protezzjoni maħruġa, ir-rati ta' tkeċċija u rtirar ta' ilmenti, ir-rati ta' prosekuzzjoni u kundanni, iż-żmien meħud għall-għeluq ta' każijiet, l-informazzjoni dwar is-sentenzi imposti fuq l-awturi u r-riparazzjoni, inkluż kumpens ipprovdut lill-vittmi, inċidenti rrapportati bħala għajnuna jew servizzi tas-saħħa u servizzi soċjali li jittrattaw każijiet ta' vjolenza kontra n-nisa u stħarriġiet kampjunarji; |
L-indirizzar ta' kull forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru
|
27. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni u politiki mmirati b'approċċ intersezzjonali biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru li jesperjenzaw forom intersezzjonali ta' diskriminazzjoni bbażati fuq il-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess u fuq raġunijiet oħra bħar-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f'minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, l-istat tas-saħħa, l-istat ċivili jew l-istat ta' migrazzjoni jew ta' refuġjat; jenfasizza l-ħtieġa fit-tfassil tal-politika u l-liġijiet li jiżdiedu impriżi speċifiċi u li jistgħu jitkejlu, inkluż dawk relatati ma' gruppi protetti mid-diskriminazzjoni mid-dritt tal-Unjoni u l-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea; |
|
28. |
Jappella lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħhom biex jiġġieldu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru biex jiżguraw li l-inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi kollha jkunu mmirati li jeqirdu l-forom kollha ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, speċifikament li jinkludu lin-nisa fid-diversità u l-vjolenza kollha tagħhom kontra l-persuni LGBTIQ+ abbażi tal-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess; ifakkar li l-Parlament preċedentement ħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri jadottaw liġijiet u politiki li jipprojbixxu t-terapija ta' konverżjoni, il-mutilazzjoni ġenitali femminili u intersesswali u l-prattiki ta' sterilizzazzjoni furzata; |
|
29. |
Jisħaq li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità li tista' tieħu l-forma ta' vjolenza psikoloġika, fiżika, sesswali u ekonomika, u tinkludi, fost l-oħrajn, il-femiċidji, il-vjolenza minn sieħeb intimu, il-fastidju sesswali, il-vjolenza ċibernetika, l-istalking, l-istupru, iż-żwieġ bikri u mġiegħel, il-mutilazzjoni ġenitali femminili, ir-reati mwettqa f'isem l-hekk imsejjaħ “unur”, l-abort imġiegħel, l-isterilizzazzjoni mġiegħla, l-isfruttament sesswali u t-traffikar tal-bnedmin, il-vjolenza istituzzjonali, il-vjolenza tat-tieni ordni, il-vjolenza permezz ta' terzi u l-vittimizzazzjoni sekondarja; |
|
30. |
Ifakkar li t-traffikar ta' bnedmin u l-isfruttament sesswali huma forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa u l-bniet u jisħaq fuq l-importanza ta' approċċ sensittiv għall-ġeneru lejn it-traffikar tal-bnedmin; |
|
31. |
Jikkundanna l-fenomeni ta' vjolenza tat-tieni ordni li hija l-vjolenza fiżika jew psikoloġika, tpattija, l-umiljazzjoni u l-persekuzzjoni eżerċitata kontra persuni li jappoġġjaw lill-vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; jisħaq li dawk l-atti jfixklu l-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-appoġġ u l-irkupru tan-nisa f'sitwazzjonijiet ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; |
|
32. |
Huwa mħasseb ħafna dwar in-natura, il-firxa u l-gravità tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol; jilqa' f'dak ir-rigward il-Konvenzjoni Nru 190 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-vjolenza u l-fastidju fid-dinja tax-xogħol li ġiet adottata reċentement u jistieden lill-Istati Membri biex jirratifikawha u jimplimentawha mingħajr dewmien; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkompletaw b'mod adegwat il-qafas eżistenti għal miżuri effettivi biex jipprojbixxu l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll miżuri preventivi, aċċess effettiv għal mekkaniżmi ta' rikors u soluzzjoni tat-tilwim li jirrispondu għall-ġeneru, sikuri u effettivi, kampanji ta' taħriġ u sensibilizzazzjoni, servizzi ta' appoġġ u rimedji psikoloġiċi; |
|
33. |
Jinsisti li l-vjolenza ċibernetika, inkluż il-fastidju sesswali u psikoloġiku fuq l-internet, is-cyberbullying, is-cyberstalking, it-tixrid mingħajr kunsens ta' ritratti sesswali, id-diskors sessist ta' mibegħda fuq l-internet u forom ġodda ta' fastidju online bħaż-zoom bombing jew theddid online, tikkostitwixxi forom ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; |
|
34. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-vjolenza ċibernetika taffettwa b'mod sproporzjonat lin-nisa u lill-bniet u qed issir dejjem aktar komuni; ifakkar li l-vjolenza ċibernetika abbażi tal-ġeneru hija kontinwazzjoni tal-vjolenza offline, u hija inseparabbli minnha, peress li t-tnejn huma interkonnessi; jisħaq li l-vjolenza ċibernetika thedded il-progress fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għandha effett ta' trażżin, li huwa ta' detriment għall-prinċipji demokratiċi tal-Unjoni; jesprimi dispjaċir għall-fatt li n-nisa bi profil pubbliku, bħal politiċi, ġurnalisti, artisti u attivisti, ħafna drabi jkunu l-mira ta' vjolenza ċibernetika abbażi tal-ġeneru bl-intenzjoni li tiġi skoraġġuta l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fil-ħajja pubblika u fl-isferi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet; |
|
35. |
Jisħaq fuq in-natura transfruntiera tal-vjolenza ċibernetika, bl-awturi jużaw pjattaformi jew mowbajls konnessi ma' Stati Membri għajr fejn tinsab il-vittma, jew ospitati minnhom; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ ikkoordinat tal-Unjoni biex jittejbu għodod ta' rapportar f'waqthom u aċċessibbli, mekkaniżmi effettivi għat-tneħħija tal-kontenut, u kooperazzjoni effettiva bejn il-pjattaformi online u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri għall-ġlieda kontra l-vjolenza online abbażi tal-ġeneru f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali; |
|
36. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jadottaw miżuri speċifiċi biex tinqered kull forma ta' vjolenza online, inkluż permezz ta' taħriġ xieraq għall-uffiċċjali tal-infurzar, li jaffettwa b'mod sproporzjonat lin-nisa u lill-bniet, u jindirizzaw b'mod speċifiku ż-żieda f'dawn il-forom ta' vjolenza matul il-pandemija tal-COVID-19; |
|
37. |
Ifakkar li l-ksur tad-drittijiet sesswali u riproduttivi, inklużi l-vjolenza sesswali, il-vjolenza ġinekoloġika u ostetrika u l-prattiki dannużi, huma forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa u l-bniet u persuni transġeneru u mhux binarji, kif rifless fl-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ, u huma xkiel għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; |
|
38. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tippromwovi skambji regolari ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati dwar id-drittijiet sesswali u riproduttivi, fil-proposti tagħha għal miżuri addizzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra forom ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; |
|
39. |
Jenfasizza l-fatt li l-isfurzar riproduttiv u ċ-ċaħda ta' kura sikura u legali għall-abort huma wkoll forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; jisħaq li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet f'diversi okkażjonijiet li l-liġijiet restrittivi dwar l-abort u n-nuqqas ta' implimentazzjoni jiksru d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa; jisħaq li l-awtonomija tal-bniet u n-nisa u l-kapaċità ta' deċiżjonijiet liberi u indipendenti dwar ġisimhom u ħajjithom huma prerekwiżiti għall-indipendenza ekonomika tagħhom, għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-eliminazzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jikkundanna bil-qawwa l-attakk kontra d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Unjoni, b'mod partikolari l-ostaklu għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa u l-projbizzjoni de facto tal-abort sikur u legali fil-Polonja; |
|
40. |
Jiddeplora n-nuqqasijiet viżibbli fis-sistema tal-infurzar tal-liġi, li jirriżultaw f'rati baxxi ta' kundanni f'każijiet ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa u l-bniet, u impunità għall-awturi ta' reat; jistieden lill-Istati Membri kollha jemendaw id-definizzjonijiet tal-“vjolenza sesswali” u l-“istupru” fil-liġi nazzjonali tagħhom sabiex ikunu bbażati fuq in-nuqqas ta' kunsens, kif stabbilit fil-Konvenzjoni ta' Istanbul; |
|
41. |
Huwa mħasseb dwar is-sesswalizzazzjoni tat-tfal, speċjalment is-sesswalizzazzjoni tal-bniet mill-irġiel; jikkunsidra li huwa essenzjali li tissaħħaħ il-protezzjoni pprovduta skont il-liġijiet kriminali dwar ir-reati sesswali kontra t-tfal, b'mod partikolari meta l-awtur juri negliġenza fir-rigward tal-età tat-tfal; |
|
42. |
Jissottolinja li n-nisa u l-bniet b'diżabilità huma darbtejn sa ħames darbiet aktar probabbli li jesperjenzaw diversi forom ta' vjolenza; jenfasizza li l-Unjoni hija obbligata, bħala parti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, tieħu miżuri biex tiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha tan-nisa u tal-bniet b'diżabilità; jinnota li l-Unjoni għandha tmexxi 'l quddiem l-isforzi tagħha f'dik id-direzzjoni, fost l-oħrajn, billi tirratifika l-Konvenzjoni ta' Istanbul; |
|
43. |
Jisħaq li n-nisa minn minoritajiet, u b'mod partikolari, nisa Rom u Musulmani, inklużi dawk li jilbsu lbies reliġjuż, huma affettwati b'mod sproporzjonat minn vjolenza abbażi tal-ġeneru, b'mod partikolari, fl-ispazju pubbliku, fuq il-post tax-xogħol u online; jenfasizza li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa Rom u Musulmani għandha tiġi indirizzata b'approċċ intersezzjonali li jqis id-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru flimkien mad-diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon u l-etniċità; |
|
44. |
Jinnota li l-Kummissjoni jeħtiġilha tindirizza s-sitwazzjoni partikolari tal-protezzjoni tan-nisa migranti kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, b'mod partikolari każijiet ta' vjolenza minn sieħeb intimu fejn l-istatus ta' residenza tal-vittma jiddependi mill-koabitazzjoni jew l-istat ċivili, u jfakkar li skont id-Direttiva 2012/29/UE, l-aċċess għal protezzjoni xierqa, għal servizzi ta' appoġġ u għal rimedji effettivi jrid ikun disponibbli għall-vittmi kollha ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż id-dritt li jirċievu informazzjoni u li jkunu jistgħu jipparteċipaw fi proċedimenti kriminali, u li d-drittijiet kollha jridu japplikaw b'mod mhux diskriminatorju, inkluż fir-rigward tal-istatus ta' residenza tagħhom; |
|
45. |
Jissottolinja li l-biċċa l-kbira tal-liġijiet attwali dwar il-migrazzjoni u r-refuġjati fl-Ewropa ma jindirizzawx il-vulnerabbiltà tan-nisa migranti u refuġjati, li l-konsegwenzi tagħhom jinkludu żieda fl-esponiment għal vjolenza abbażi tal-ġeneru waqt li jkunu għaddejjin, kundizzjonijiet ta' akkoljenza perikolużi, miżuri ta' protezzjoni insuffiċjenti u nuqqas ta' aċċess għall-ġustizzja għall-migranti fl-Unjoni; |
|
46. |
Jikkunsidra li l-vjolenza minn sieħeb intimu mhijiex biss delitt kontra l-vittma ta' vjolenza iżda għandha titqies bħala delitt kontra kwalunkwe minorenni li jkun xhud tagħha, inkluż minħabba l-effetti negattivi fit-tul fuq il-benesseri u l-iżvilupp tal-minorenni; jiddenunzja l-fatt li t-tfal tal-awturi ta' vjolenza kontra s-sieħeb jew sieħba intima tagħhom ħafna drabi jkunu soġġetti għal trattament ħażin bħala mod kif jeżerċitaw il-poter u l-vjolenza kontra l-omm, fenomenu magħruf bħala vjolenza indiretta u forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; |
Il-Protezzjoni, l-Appoġġ u r-Reparazzjoni
|
47. |
Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippromwovu u jiżguraw appoġġ u reparazzjonijiet għan-nisa u l-bniet fid-diversità kollha tagħhom u għas-superstiti kollha ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru u jippromwovu u jiżguraw il-protezzjoni tagħhom kontra kull forma ta' vjolenza, ifakkar li tali miżuri għandhom ikunu adegwati, attribwiti b'mod f'waqtu, olistiċi u proporzjonati għall-gravità tal-ħsara mġarrba u b'attenzjoni xierqa għall-ħtiġijiet ta' dawk li jesperjenzaw forom intersezzjonali ta' diskriminazzjoni u vjolenza; |
|
48. |
Jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw mal-Konvenzjoni ta' Istanbul billi jipprovdu miżuri protettivi u ta' appoġġ għan-nisa bbażati fuq fehim bejn il-ġeneri tal-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza bejn sħab intimi u li jiffukaw fuq id-drittijiet tal-bniedem u s-sikurezza tal-vittma, biex b'hekk tiġi evitata l-vjolenza istituzzjonali kkaġunata lill-vittmi minħabba liġijiet, jew prattiki amministrattivi jew ta' infurzar li mhumiex sensittivi għall-kunsiderazzjonijiet dwar il-ġeneru u/jew nuqqas ta' għarfien u proċeduri xierqa, li jistgħu jwasslu għal impunità għall-awtur kif ukoll għall-vittimizzazzjoni mill-ġdid; |
|
49. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li anki t-tfal jiġu kkunsidrati bħala vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru f'każijiet ta' vjolenza kontra s-sieħeb jew sieħba intima, u li d-dinjità u s-sikurezza tagħhom ikunu ta' importanza kbira; jilqa', f'dak ir-rigward, il-liġijiet li jikkriminalizzaw tfal għal vjolenza f'relazzjonijiet mill-qrib; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jiżguraw li l-liġijiet dwar il-kustodja jkunu konformi ma' dak il-prinċipju, fis-sens li ma jingħatawx drittijiet ta' kustodja lil ġenitur li jkun l-awtur ta' vjolenza kontra s-sieħeb jew sieħba intima; |
|
50. |
Jissottolinja l-obbligu fuq l-Istati Membri li jiżguraw li jkun hemm appoġġ u servizzi adegwati għas-superstiti ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, inkluż fi żminijiet ta' kriżi; ifakkar fl-importanza, f'dak il-kuntest, tal-provvista ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti u għall-organizzazzjonijiet ta' kenn tan-nisa, li huma l-organizzazzjonijiet bl-għarfien meħtieġ biex jiżguraw il-protezzjoni tan-nisa; |
|
51. |
Jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu aċċess għall-vittmi għal servizzi ta' appoġġ u servizzi essenzjali, inklużi servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u li jiggarantixxu dan l-aċċess anki f'żoni rurali; jappoġġja bis-sħiħ id-disponibbiltà tas-servizzi pubbliċi matul l-istadji kollha tal-proċessi ta' reparazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta' appoġġ psikoloġiku, legali u ta' impjieg essenzjali li jfittex appoġġ; |
|
52. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jqajmu kuxjenza u jiżguraw li l-informazzjoni lill-vittmi u lill-awturi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru tkun disponibbli fil-lingwi kollha tal-Unjoni, bl-għan li tiżgura li d-drittijiet tal-vittmi jiġu rispettati meta jeżerċitaw id-dritt fundamentali tagħhom għall-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni; |
|
53. |
Jistieden lill-Istati Membri, b'kunsiderazzjoni tal-kuntest strutturali tad-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza, jżidu l-ħidma tagħhom sabiex jiżguraw li l-vittmi jkollhom aċċess ugwali għall-ġustizzja u għal sistema ġudizzjarja indipendenti li huma fiżikament, ekonomikament, soċjalment u kulturalment disponibbli għall-vittmi kollha ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru u jiggarantixxu li d-drittijiet tal-vittma jitqiegħdu fuq quddiem nett sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni, it-trawmatizzazzjoni jew il-vittimizzazzjoni matul proċedimenti ġudizzjarji, mediċi u tal-pulizija permezz tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru matul il-proċess kollu; |
|
54. |
Jissottolinja bi tħassib li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għad għandhom kwistjonijiet bit-traspożizzjoni kompleta jew korretta u/jew applikazzjoni prattika tad-Direttiva 2012/29/UE, kif riflessa fl-Istrateġija tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, u jistieden lill-Istati Membri jittrasponuha b'mod debitu u diliġenti fuq bażi sħiħa u korretta; |
|
55. |
Jissottolinja li n-nuqqas li jiġi indirizzat in-nuqqas ta' fiduċja u kunfidenza fl-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u fis-sistema ġudizzjarja mis-superstiti ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru huwa kontributur importanti għan-nuqqas ta' rappurtar; jistieden lill-Istati Membri jtejbu r-riżorsi u t-taħriġ tal-prattikanti u tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, inklużi l-ġudikaturi u l-prosekuturi pubbliċi, l-esperti forensiċi u l-professjonisti oħrajn kollha li jittrattaw il-vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; jistieden lill-Istati Membri jevalwaw il-possibbiltà li jistabbilixxu qrati speċjalizzati għal dak il-għan; jinsab konvint li l-iżgurar li l-uffiċjali tal-pulizija u l-imħallfin jiġu mgħammra b'aktar għarfien, u ħiliet personali biex jisimgħu, jifhmu u jirrispettaw b'attenzjoni s-superstiti kollha tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, għandu jikkontribwixxi għall-indirizzar tan-nuqqas ta' rappurtar u l-vittimizzazzjoni mill-ġdid u se joħloq ambjent aktar sikur għas-superstiti tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru; |
|
56. |
Jistieden lill-Istati Membri kollha jikkonformaw bis-sħiħ mal-Konvenzjoni ta' Istanbul billi jadottaw programmi ta' trattament indirizzati lill-awturi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika bl-għan li jipprevjenu aktar vjolenza, jipprovdu għarfien dwar in-normi tal-ġeneru distruttivi, ir-relazzjonijiet ta' poter asimetriċi u l-valuri li jirfdu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u jiżguraw li s-sikurezza u d-drittijiet tal-bniedem tal-vittmi jkunu t-tħassib ewlieni; |
|
57. |
Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat aċċess għall-ġustizzja għas-superstiti kollha tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż l-aċċess għal assistenza legali ta' kwalità, u r-responsabbiltà sħiħa għall-awturi kollha ta' reati relatati ma' kunflitti abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa u l-bniet, kif ukoll kontra l-irġiel u s-subien, billi jiġu attivati l-proċeduri legali fil-livelli nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-Istatut ta' Ruma u tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; |
|
58. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttivi 2011/99/UE, 2012/29/UE u 2011/36/UE; |
|
59. |
Jissottolinja li n-nuqqas ta' att legali tal-Unjoni għall-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u d-disparitajiet fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri jwasslu għal livelli differenti ta' protezzjoni għas-superstiti; |
|
60. |
Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li testendi l-oqsma tar-reati elenkati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(1) tat-TFUE biex jinkludu r-reati ta' mibegħda u d-diskors ta' mibegħda; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess bħala bażi ta' diskriminazzjoni koperta b'mod speċifiku minn dak l-Artikolu; jikkunsidra li din il-miżura hija essenzjali biex tiżgura l-protezzjoni tal-persuni LGBTIQ+ fl-Unjoni; |
|
61. |
Jindika l-importanza li jsir użu sħiħ mill-possibbiltajiet ta' taħriġ disponibbli għall-Istati Membri permezz tad-diversi programmi u korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u jistieden lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ rikorrenti u effettiv li jinkludi l-perspettiva tal-ġeneru u tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards internazzjonali; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-vittmi jkollhom id-dritt għal għajnuna legali pubblika ta' kwalità għolja ffinanzjata mill-pubbliku qabel u matul il-proċedimenti ġudizzjarji; |
|
62. |
Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li toħroġ bi proposta fl-2021 għal direttiva biex tipprevjeni u tiġġieled il-vjolenza abbażi tal-ġeneru sabiex timplimenta l-istandards tal-Konvenzjoni ta' Istanbul; jisħaq li dik id-direttiva l-ġdida trid tkun komplementari għall-miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi eżistenti u futuri sabiex tinkiseb azzjoni koerenti tal-Unjoni fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kif ukoll ratifika eventwali tal-Konvenzjoni ta' Istanbul; itenni għalhekk l-appell tiegħu lill-Unjoni biex tirratifika l-Konvenzjoni ta' Istanbul; ifakkar ukoll fl-impenn tal-President tal-Kummissjoni biex jestendi l-oqsma tal-kriminalità biex jinkludi forom speċifiċi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru f'konformità mal-Artikolu 83(1) tat-TFUE; |
Il-passi li jmiss fil-livell tal-Unjoni
|
63. |
Jisħaq li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, kemm online kif ukoll offline, hija reat partikolarment serju u ksur mifrux tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fl-Unjoni li jeħtieġ li jiġi indirizzat b'effiċjenza u determinazzjoni akbar fuq bażi komuni; jisħaq li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija r-riżultat ta' differenzi strutturali u sistemiċi bejn il-ġeneri li għandhom dimensjoni transfruntiera; jindika, b'mod partikolari, il-movimenti dejjem jikbru kontra l-ġeneru, kontra l-LGBTIQ+ u kontra n-nisa, li huma organizzati tajjeb u li għandhom natura transfruntiera; jikkunsidra, barra minn hekk, li d-dimensjoni transfruntiera tal-vjolenza ċibernetika abbażi tal-ġeneru u l-impatt kbir individwali, ekonomiku u soċjetali tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru fl-Istati Membri kollha jirriaffermaw il-ħtieġa li tiġi miġġielda l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fid-dimensjonijiet multipli tagħha fuq bażi komuni tal-Unjoni; |
|
64. |
Jitlob lill-Unjoni biex tindirizza b'urġenza ż-żieda fil-vjolenza abbażi tal-ġeneru matul il-pandemija tal-COVID-19; jistieden, f'dak ir-rigward, lill-Kummissjoni tiżviluppa protokoll tal-Unjoni dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru fi żminijiet ta' kriżi u biex tinkludi servizzi ta' protezzjoni għall-vittmi, bħal linji telefoniċi għall-għajnuna, akkomodazzjoni sikura u servizzi tas-saħħa bħala “servizzi essenzjali” fl-Istati Membri, sabiex tiġi evitata l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u jiġu appoġġjati l-vittmi tal-vjolenza domestika waqt kriżijiet bħall-pandemija tal-COVID-19; |
|
65. |
Jisħaq li l-adozzjoni ta' strumenti reġjonali u internazzjonali, bħall-Konvenzjoni ta' Istanbul, id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa u riżoluzzjonijiet oħra tan-Nazzjonijiet Uniti, turi wkoll il-ħtieġa li tiġi miġġielda kull forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru fuq bażi komuni; |
|
66. |
Jisħaq li l-ħtieġa speċjali li tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u forom oħra ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru fuq bażi komuni tirriżulta wkoll mill-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli minimi dwar id-definizzjoni ta' reati u sanzjonijiet kriminali, inkluża definizzjoni komuni ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, kif ukoll regoli minimi li jikkonċernaw il-kwistjonijiet ewlenin ta' prevenzjoni, sottorappurtar, protezzjoni tal-vittmi, appoġġ u reparazzjoni, u l-prosekuzzjoni tal-awturi ta' reat; jissottolinja li l-approċċi u l-livelli ta' impenn tal-Istati Membri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru jvarjaw b'mod sinifikanti u, għalhekk, li approċċ ta' bażi komuni jikkontribwixxi wkoll għall-infurzar tal-liġi f'operazzjonijiet transfruntiera; |
|
67. |
Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta, abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 83(1) tat-TFUE, proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tidentifika l-vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ġdid ta' kriminalità li jissodisfa l-kriterji speċifikati f'dak l-Artikolu, skont ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta' hawn taħt u jitlob lill-Kummissjoni tuża dak il-qasam il-ġdid ta' kriminalità bħala bażi ġuridika għal direttiva olistika tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, kemm online kif ukoll offline; |
|
68. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi direttiva komprensiva dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru li timplimenta l-istandards tal-Konvenzjoni ta' Istanbul u standards internazzjonali oħra bħar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u tinkludi l-elementi li ġejjin:
|
|
69. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħtar koordinatur kontra l-vjolenza fuq in-nisa u forom oħra ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; |
o
o o
|
70. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-anness lill-Kummissjoni u lill-Kunsill. |
(1) ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.
(2) ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2.
(3) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.
(4) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 26.
(5) ĠU C 285, 29.8.2017, p. 2.
(6) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 167.
(7) ĠU C 449, 23.12.2020, p. 102.
(8) ĠU C 232, 16.6.2021, p. 48.
(9) Testi adottati, P9_TA(2020)0336.
(10) Testi adottati, P9_TA(2021)0024.
(11) Testi adottati, P9_TA(2021)0025.
(12) Testi adottati, P9_TA(2021)0041.
(13) Testi adottati, P9_TA(2021)0058.
(14) https://www.unwomen.org/en/digital-library/publications/2020/04/issue-brief-covid-19-and-ending-violence-against-women-and-girls
(15) https://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?docid=238745&doclang=mt
(16) https://www.unwomen.org/en/what-we-do/ending-violence-against-women/facts-and-figures
(17) https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/political-guidelines-next-commission_mt_0.pdf
(18) Valutazzjoni tal-Valuri Miżjuda Ewropej (EAVA) interim tal-EPRS dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, p. 35.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-identifikazzjoni ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ta' kriminalità li jissodisfa l-kriterji speċifikati fl-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 83(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni ta-Parlament Ewropew,
Whereas:
|
(1) |
L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija fil-qalba tal-valuri tal-Unjoni u hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni minqux fit-Trattati u rikonoxxut fl-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”). Id-dritt għat-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni huwa dritt fundamentali minqux fit-Trattati u fil-Karta. It-tmiem tal-vjolenza tal-irġiel kontra n-nisa u l-bniet huwa prerekwiżit għall-kisba ta' ugwaljanza reali bejn in-nisa u l-irġiel. |
|
(2) |
L-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirrikjedi li l-Unjoni, fl-attivitajiet kollha tagħha, għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza, bejn in-nisa u l-irġiel. |
|
(3) |
Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 83(1) tat-TFUE, il-Kunsill jista', abbażi tal-iżviluppi fil-kriminalità, jadotta deċiżjoni li tidentifika oqsma oħra ta' kriminalità flimkien ma' dawk speċifikati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(1) tat-TFUE, ta' kriminalità partikolarment serja b'dimensjoni transfruntiera derivata min-natura jew mill-impatt ta' dawn ir-reati jew minn bżonn speċjali li jiġu miġġielda fuq bażi komuni. |
|
(4) |
Meta jadotta deċiżjoni bħal din skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 83(1) tat-TFUE, il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew. |
|
(5) |
L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (“il-Konvenzjoni ta' Istanbul”) jiddefinixxu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa bħala vjolenza diretta kontra mara minħabba li hija mara jew li taffettwa lin-nisa b'mod sproporzjonat. Skont il-Konvenzjoni ta' Istanbul, id-definizzjoni ta' “vjolenza fuq in-nisa” hija l-atti kollha ta' vjolenza fuq in-nisa, u li jikkawżaw jew jistgħu jikkawżaw lin-nisa ħsara jew tbatija fiżika, sesswali, psikoloġika jew ekonomika, inkluż it-theddid ta' atti bħal dawn, l-użu ta' forza jew iċ-ċaħda arbitrarja tal-libertà, kemm jekk dan isir fil-ħajja pubblika kif ukoll fil-ħajja privata. |
|
(6) |
Il-persuni LGBTIQ+ huma wkoll vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru minħabba l-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess tagħhom. |
|
(7) |
Il-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra persuni LGBTIQ+ tinkludi vjolenza fiżika, vjolenza psikoloġika, żwiġijiet imġiegħla, vjolenza sesswali, inklużi l-istupru u l-fastidju sesswali “korrettivi”, il-mutilazzjonijiet ġenitali ta' nisa u persuni intersesswali, l-isterilizzazzjoni mġiegħla ta' persuni trans u intersesswali, l-hekk imsejħa reati tal-“unur”, it-terapija ta' konverżjoni, id-diskors ta' mibegħda kemm online kif ukoll offline, il-bullying u l-fastidju, it-tiċħid soċjoekonomiku u l-vjolenza li jseħħu fi ħdan il-familja u/jew l-unità domestika, minħabba l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess tal-vittmi. |
|
(8) |
Il-vjolenza abbażi tal-ġeneru għandha l-għeruq tagħha fl-istereotipi marbutin mal-ġeneru, l-istrutturi eteropatrijarkali u l-asimmetriji ta' poter u inugwaljanzi strutturali u istituzzjonali. Il-vjolenza abbażi tal-ġeneru taffettwa l-oqsma kollha tas-soċjetà. |
|
(9) |
Skont il-Konvenzjoni ta' Istanbul, il-ġeneru huwa definit bħala “r-rwoli, l-imġibiet, l-attivitajiet u l-attributi mibnija soċjalment li soċjetà partikolari tikkunsidra xierqa għan-nisa u l-irġiel”, li jfakkar li ħafna forom ta' vjolenza kontra n-nisa għandhom l-għeruq tagħhom fl-inugwaljanzi fil-poter bejn in-nisa u l-irġiel. |
|
(10) |
Il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, kemm online kif ukoll offline, u n-nuqqas ta' aċċess għal protezzjoni adegwata huma l-aktar manifestazzjoni serja ta' diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru u jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet fundamentali kif minqux fil-Karta, bħad-dritt għad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja, u għall-integrità fiżika u mentali, il-projbizzjoni tat-tortura u t-trattament jew pieni inumani jew degradanti, il-projbizzjoni tal-jasar u tax-xogħol furzat, id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà u d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. |
|
(11) |
Il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, kemm online kif ukoll offline, hija reat partikolarment serju u ksur mifrux tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fl-Unjoni li jeħtieġ li jiġi indirizzat b'effiċjenza akbar u jiġi ddeterminat fuq bażi komuni. |
|
(12) |
L-adozzjoni ta' strumenti reġjonali u internazzjonali, bħall-Konvenzjoni ta' Istanbul, id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa u riżoluzzjonijiet oħra tan-Nazzjonijiet Uniti, turi l-ħtieġa li tiġi miġġielda kull forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru fuq bażi komuni. |
|
(13) |
Il-ħtieġa speċjali li tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u forom oħra ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru fuq bażi komuni tirriżulta wkoll mill-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli minimi dwar id-definizzjoni ta' reati u sanzjonijiet kriminali, inkluża definizzjoni komuni ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, kif ukoll regoli minimi li jikkonċernaw il-kwistjonijiet ewlenin ta' prevenzjoni, sottorappurtar, protezzjoni tal-vittmi, appoġġ u reparazzjoni, u l-prosekuzzjoni tal-awturi ta' reat. L-approċċi u l-livelli ta' impenn tal-Istati Membri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru jvarjaw b'mod sinifikanti u, għalhekk, approċċ ta' bażi komuni jikkontribwixxi wkoll għall-infurzar tal-liġi f'operazzjonijiet transfruntiera. |
|
(14) |
Il-vjolenza abbażi tal-ġeneru tissodisfa l-kriterji li għandhom jiġu identifikati bħala qasam ġdid ta' kriminalità skont l-Artikolu 83(1) tat-TFUE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija b'dan identifikata bħala qasam ta' kriminalità li jissodisfa l-kriterji speċifikati fl-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/104 |
P9_TA(2021)0389
Trażżin mill-gvern tal-protesti u ċ-ċittadini f'Kuba
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar it-trażżin mill-gvern tal-protesti u ċ-ċittadini f'Kuba (2021/2872(RSP))
(2022/C 117/10)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Kuba, b'mod partikolari dawk tal-10 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u dik politika f'Kuba (1), tat-28 ta' Novembru 2019 dwar Kuba, il-każ ta' José Daniel Ferrer (2), u tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u Kuba, iffirmat fit-12 ta' Diċembru 2016 u applikat b'mod proviżorju mill-1 ta' Novembru 2017 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-djalogu formali dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba fl-ambitu tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba, u b'mod partikolari t-tielet djalogu tas-26 ta' Frar 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'isem l-Unjoni Ewropea tad-29 ta' Lulju 2021 dwar l-avvenimenti riċenti f'Kuba, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u trattati u strumenti internazzjonali oħra fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li Kuba hija pajjiż firmatarju tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat tan-NU dwar l-Għajbien Sfurzat li titlob azzjoni urġenti u li tħeġġeġ lill-awtoritajiet Kubani jwieġbu dwar il-187 persuna nieqsa, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-16 ta' Lulju 2021 tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Michelle Bachelet li titlob lil Kuba teħles id-dimostranti detenuti, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR) u r-rapporteurs speċjali tagħha tal-15 ta' Lulju 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u dawk dwar il-libertà ta' espressjoni online u offline, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (5) u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha dwar il-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ilment tat-8 ta' Settembru 2021 mill-Osservatorju Kuban għad-Drittijiet tal-Bniedem (OCDH) lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem Eamon Gilmore dwar ir-repressjoni kontra d-dimostranti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni Kubana u l-Kodiċi Kriminali tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Digriet Amministrattiv 35 dwar it-telekomunikazzjonijiet, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-użu tal-ispettru radjuelettriku u r-Riżoluzzjoni 105 tal-2021 dwar ir-regolament dwar il-Mudell ta' Intervent Nazzjonali b'reazzjoni għall-inċidenti ta' ċibersigurtà tar-Repubblika ta' Kuba, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi fil-11 ta' Lulju 2021, eluf ta' Kubani niżlu fit-toroq f'aktar minn 40 belt biex jipprotestaw b'mod paċifiku kontra n-nuqqasijiet kroniċi ta' mediċini u oġġetti essenzjali oħra, il-ġestjoni ħażina b'mod ġenerali tal-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet sistematiċi fuq id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda, mill-awtoritajiet Kubani; billi dawn kienu l-akbar protesti f'Kuba mill-protesta ta' “Maleconazo” tal-1994; |
|
B. |
billi l-awtoritajiet Kubani rreaġixxew b'atti ta' repressjoni u vjolenza estrema kontra d-dimostranti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-President Díaz-Canel talab b'mod espliċitu lis-sostenituri kollha tal-gvern, inklużi unitajiet tal-forzi speċjali bħall-“Black Berets” – unità speċjali tal-forzi armati rivoluzzjonarji – biex jiġġieldu kontra d-dimostranti paċifiċi, u dan aggrava l-vjolenza, ħalla mijiet ta' persuni ċivili midruba u wassal għal perkwiżizzjonijiet mill-pulizija, arresti fid-djar tad-dimostranti u vjolenza tal-pulizija; |
|
C. |
billi l-awtoritajiet Kubani adottaw metodi ġodda ta' repressjoni bħas-sospensjoni, is-sorveljanza, iċ-ċensura u l-kontroll tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni bi ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem sabiex jikkontrollaw u jgħattu l-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem li kienu qed iwettqu; billi l-awtoritajiet Kubani jridu jipproteġu u jiżguraw id-drittijiet tal-bniedem, bħall-assemblea paċifika u l-libertà ta' espressjoni, mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq fehmiet politiċi, u jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem b'rispett għall-prinċipji tal-legalità, tal-eċċezzjonalità, tar-responsabbiltà u tan-neċessità; |
|
D. |
billi d-Digriet Amministrattiv 35 jaġġorna l-qafas legali Kuban dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet biex jinkisbu l-permessi meħtieġa għall-użu tal-ispettru radjuelettriku nazzjonali u jimponi obbligi fuq l-operaturi tat-telekomunikazzjoni biex jissospendu, jimmonitorjaw, jinterċettaw u jikkontrollaw lill-utenti u jgħaddu l-informazzjoni tagħhom lill-awtoritajiet Kubani; billi d-digriet huwa rikonoxxut internazzjonalment bħala illegali; billi r-Riżoluzzjoni 105 tistabbilixxi r-Regolament dwar l-Inċidenti ta' Ċibersigurtà b'mod wiesa', u b'hekk tipprovdi qafas legali għall-prosekuzzjoni ta' individwi għal firxa wiesgħa ta' akkużi u tippermetti li jiġu imposti sanzjonijiet, li jiġu ssekwestrati mobiles u kompjuters, li jitwettqu perkwiżizzjonijiet fid-dar, u saħansitra li l-gvern jaġixxi bħala faċilitatur għat-tnedija ta' proċedimenti kriminali għal reati attwalment imsemmija fil-Kodiċi Kriminali li d-definizzjonijiet tagħhom huma rikonoxxuti internazzjonalment bħala illegali; billi d-Digriet Amministrattiv 370, li ġie adottat ukoll wara l-approvazzjoni tal-Kostituzzjoni l-ġdida tal-2019, jirrestrinġi l-libertà ta' espressjoni fuq in-networks soċjali; |
|
E. |
billi r-reġim qata' l-internet għal diversi jiem sabiex iċ-ċittadini ma setgħux jirrapportaw pubblikament l-atti ta' repressjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem li kienu qed isofru; billi l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Kuban Bruno Rodríguez iddeskriva t-tentattiv tal-Istati Uniti biex jerġa' jiddaħħal is-sinjal tal-internet fuq il-gżira bħala “aggressjoni”; |
|
F. |
billi l-IACHR u l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem ikkundannaw ir-repressjoni tal-Istat Kuban u l-użu tal-forza b'reazzjoni għall-protesti paċifiċi, appellaw ukoll għall-ħelsien immedjat ta' dawk kollha li ġew detenuti u ħeġġew lill-Gvern Kuban jindirizza l-kwistjonijiet soċjali sottostanti permezz tad-djalogu; |
|
G. |
billi l-OCDH irrapporta li sal-5 ta' Settembru 2021, 1 306 persuna, inklużi 27 minorenni, kienu għebu jew ġew detenuti wara l-protesti tal-11 ta' Lulju 2021; billi rapporti oħra minn organizzazzjonijiet mhux governattivi bħad-Difensuri tal-Priġunieri jindikaw li aktar minn 5 000 persuna ġew detenuti matul dak il-perjodu, b'allegazzjonijiet ta' detenzjoni arbitrarja, detenzjoni f'iżolament, għajbien sfurzat, użu ta' persuni involuti fil-kriminalità bħala mod kif tiġi kriminalizzata l-parteċipazzjoni fil-protesti, tortura u trattament ħażin, sorveljanza u arresti domiċiljari, u vjolenza kontra d-dimostranti; billi l-Kumitat tan-NU dwar l-Għajbien Sfurzat nieda azzjoni urġenti f'Kuba għal 187 każ skont l-Artikolu 30 tal-Konvenzjoni dwar l-Għajbien Sfurzat fil-15 ta' Lulju 2021 (azzjonijiet urġenti uffiċjali AU Nri 1200 sa 1386/2021); billi Kuba għandha s-sitt l-ogħla numru ta' azzjonijiet urġenti dwar għajbien sfurzat li kellhom jittieħdu mill-2017 fid-dinja, minkejja li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni issa huwa kompletament fis-seħħ; |
|
H. |
billi fost id-detenuti kien hemm għadd sinifikanti ta' attivisti, ġurnalisti u mexxejja ta' movimenti politiċi tal-oppożizzjoni bħal José Daniel Ferrer, mexxej tal-Unión Patriótica de Cuba (l-Unjoni Patrijottika ta' Kuba), li s'issa mhuwiex magħruf fejn jinsab, kif ukoll għalliema, studenti u artisti bħal Luis Manuel Otero Alcántara tal-Movimiento San Isidro; billi Diubis Laurencio Tejeda ġie kkonfermat mejjet mill-pulizija wara li ntlaqat minn sparatura minn wara f'Havana waqt li kien qed jipprotesta; |
|
I. |
billi r-rebbieħa tal-Premju Sakharov għadhom isofru azzjonijiet ripressivi sistematiċi, inklużi detenzjonijiet arbitrarji, rejds u assedji ta' djarhom, aggressjonijiet u multi arbitrarji, li ġew dokumentati kemm mill-Observatorio Cubano de Derechos Humanos kif ukoll miċ-Centro Cubano de Derechos Humanos; billi n-Nisa Libsin l-Abjad sofrew mill-inqas 318 azzjoni repressiva bħal din fl-aħħar tliet xhur, 60 f'Ġunju, 142 f'Lulju u 116 f'Awwissu; billi r-rebbieħ tal-Premju Sakharov Guillermo Fariñas Hernández iddikjara li, f'konformità mal-informazzjoni msemmija hawn fuq mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, huwa sofra wkoll repressjoni sistematika ta' kull xahar għal snin sħaħ, u li t-telefonati tiegħu jiġu mmonitorjati u li meta jitlaq minn daru huwa jispiċċa detenut sistematikament ftit mijiet ta' metri 'l bogħod, u li f'Settembru biss ġie detenut b'mod arbitrarju fi tliet okkażjonijiet, l-aħħar darba fit-8 ta' Settembru 2021; |
|
J. |
billi ħafna għaddew minn proċessi sommarji u ngħataw sentenzi għal tipi differenti ta' reati, inklużi t-terroriżmu, id-diżordni pubbliku, id-disprezz, l-inċitament biex jitwettqu reati u t-tixrid ta' epidemija, mingħajr garanziji minimi ta' proċess ġust; billi bosta minn dawk arrestati huma meqjusa priġunieri minħabba t-twemmin; |
|
K. |
billi aktar minn 8 000 persuna qed jinżammu l-ħabs għall-ebda reat imputabbli u 2 500 oħra ġew ikkundannati għal xogħol furzat għall-istess motivi u kollha ġew akkużati b' “periklu soċjali prekriminali”, akkuża sostnuta kompletament mill-“imġiba osservata tal-persuni kkonċernati li tmur kontra n-normi tal-moralità soċjalista” (l-Artikoli 72-84 tal-Kodiċi Penali Kuban); |
|
L. |
billi fil-5 ta' Lulju 2017, il-Parlament ta l-kunsens tiegħu għall-PDCA bil-kundizzjoni li jsir titjib ċar f'Kuba fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; billi l-Parlament ikkundanna ripetutament il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba hekk kif issottolinja l-ksur tal-Artikoli 1 (5), 2 (c), 5, 22 u 43 tal-PDCA; billi ma sarx progress konkret f'Kuba fir-rigward tal-prinċipji ġenerali u l-objettivi tal-ftehim lejn it-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u billi għall-kuntrarju, ir-reġim Kuban intensifika r-repressjoni u l-ksur tiegħu tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt tax-xogħol, u anki żid il-priġunieri politiċi; billi l-PDCA ma laħaqx l-għan ewlieni tiegħu li jtejjeb il-libertajiet fundamentali f'Kuba; |
|
M. |
billi l-Istat Kuban qed ikompli jikser b'mod sistematiku d-drittijiet tal-bniedem u d-dritt tax-xogħol tal-persunal tal-kura tas-saħħa tiegħu assenjat biex jaħdem barra mill-pajjiż fuq missjonijiet mediċi, li skont in-NU huwa ekwivalenti għall-iskjavitù moderna; |
|
N. |
billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2021, il-Parlament ifakkar lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fid-djalogi politiċi u fil-proġetti ta' kooperazzjoni tal-ftehim hija parti essenzjali tal-PDCA u li l-esklużjoni tas-soċjetà ċivili mill-fondi ta' kooperazzjoni u/jew il-parteċipazzjoni fil-ftehim, filwaqt li, għall-kuntrarju, il-parteċipazzjoni u l-aċċess għall-fondi ta' kooperazzjoni jiġu permessi biss lill-kumpaniji li fihom l-Istat jipparteċipa jew jikkontrolla, kif kien il-każ mill-iffirmar tal-ftehim, għandhom jiġu rimedjati immedjatament; |
|
O. |
billi l-PDCA inkluda l-hekk imsejħa klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem, li hija element essenzjali standard tal-ftehimiet internazzjonali tal-UE u li tippermetti li l-PDCA jiġi sospiż f'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem; |
|
P. |
billi l-OCDH talbet formalment “l-applikazzjoni tar-reġim il-ġdid ta' sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-konfront ta' dawk il-persuni fiżiċi jew l-istituzzjonijiet statali involuti” fil-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba; |
|
1. |
Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-vjolenza estrema u r-ripressjoni kontra d-dimostranti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti indipendenti, l-artisti, id-dissidenti u l-mexxejja politiċi tal-oppożizzjoni imwettqa mill-gvern Kuban wara l-protesti tal-11 ta' Lulju 2021; jiddeplora t-telf ta' ħajjiet u jestendi l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba; |
|
2. |
Jistieden lill-awtoritajiet Kubani jwaqqfu r-repressjoni, jeħilsu lill-priġunieri politiċi kollha, lill-priġunieri tal-kuxjenza u lil dawk detenuti arbitrarjament unikament talli eżerċitaw b'mod paċifiku l-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda tagħhom, u jiggarantixxu proċess ġust; jikkundanna l-fatt li r-reazzjoni tal-gvern għal dawn il-protesti kienet tinkludi l-iskjerament tal-Black Berets u tal-gruppi ċivili li wieġbu għall-appell tal-President Miguel Díaz-Canel biex “jiddefendu r-Rivoluzzjoni”; |
|
3. |
Jiddeplora l-fatt li l-awtoritajiet Kubani użaw il-mewġa ta' detenzjonijiet wara l-protesti tal-11 ta' Lulju 2021 biex jikkriminalizzaw it-talbiet demokratiċi leġittimi u paċifiċi tal-poplu Kuban, jieħdu lura l-kontroll, jistabbilixxu mill-ġdid kultura ta' biża' fost il-poplu Kuban u jsikktu wħud mill-aktar avversarji karismatiċi tal-pajjiż; |
|
4. |
Jappella għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tar-rebbieħa tal-Premju Sakharov, li jsofru minn atti repressivi kostanti, u jikkundanna l-arrest arbitrarju għal aktar minn xahrejn ta' José Daniel Ferrer, li ġie iżolat mill-familja tiegħu u li l-post fejn jinsab mhuwiex magħruf; |
|
5. |
Jissottolinja l-ħtieġa assoluta li l-awtoritajiet Kubani jisimgħu u jwieġbu t-talbiet tad-drittijiet ċivili u politiċi, u tal-libertà u d-demokrazija, u jinvolvu ruħhom fi djalogu nazzjonali inklużiv dwar proċess ta' modernizzazzjoni u demokratizzazzjoni tal-pajjiż, bil-ħsieb li jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jitwettqu r-riformi ekonomiċi interni tant meħtieġa filwaqt li jiżguraw li jiġu rispettati d-drittijiet politiċi, ċivili, ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-popolazzjoni u jiġi pprovdut rispons effettiv għall-pandemija tal-COVID-19; |
|
6. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar is-sejbiet tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja rigward iċ-ċaħda arbitrarja tal-libertà f'Kuba, li juru li hemm problema sistematika ta' detenzjonijiet arbitrarji, kif ikkonfermat fir-rapporti tal-grupp ta' ħidma 12/2017, 55/2017, 64/2017, 59/2018, 66/2018, 63/2019 u 4/2020; |
|
7. |
Jiddenunzja n-nuqqas ta' rispett min-naħa tal-awtoritajiet Kubani għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet minquxa fil-konvenzjonijiet universali tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-libertajiet tal-għaqda, tal-istampa u tal-espressjoni kemm online kif ukoll offline, kif ukoll ir-repressjoni tagħhom ta' kwalunkwe forma ta' espressjoni demokratika u n-nuqqas ta' spazji għal parteċipazzjoni politika pluralistika; jistieden lill-UE tikkundannahom pubblikament; jiddeplora l-adozzjoni riċenti tad-Digriet Liġi 35 u r-Riżoluzzjoni 105, li jipprevedu mezzi legali wesgħin għall-kriminalizzazzjoni ta' individwi li jieħdu sehem fi protesti paċifiċi leġittimi, billi jeżerċitaw kontroll fuq il-mezzi tat-telekomunikazzjoni, u b'hekk iwittu t-triq għal metodi ġodda ta' repressjoni; jistieden lill-awtoritajiet Kubani jaġġornaw il-qafas legali b'mod konformi mad-dritt internazzjonali u jirrevokaw id-Digriet Liġi 35 u kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li tirrestrinġi l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini; |
|
8. |
Jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni deplorevoli ta' detenzjoni u n-nuqqas kontinwu ta' kundizzjonijiet li jipprovdu garanziji għall-indipendenza ġudizzjarja; jitlob li dawk detenuti jkollhom aċċess għal proċessi ġusti, jitħallew ikollhom evalwazzjonijiet mediċi indipendenti, jingħataw ikel u ilma adegwati, jitħallew jagħmlu telefonati u jitħallew ikollhom żjarat regolari minn familji, ħbieb, ġurnalisti u diplomatiċi; jitlob li jsiru investigazzjonijiet kriminali u amministrattivi effettivi biex dawk responsabbli għat-tortura u t- trattament ħażin jiġu identifikati, imħarrka u ppenalizzati; |
|
9. |
Jistieden lill-awtoritajiet Kubani jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-IACHR u tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem biex jinvolvu ruħhom fi djalogu kostruttiv ma' soċjetà ċivili ġenwina; jistieden lil Kuba tagħti immedjatament lir-Rapporteur Speċjali tan-NU għal-Libertà tal-Opinjoni u l-Espressjoni, lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-Sitwazzjoni tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-organizzazzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem aċċess għall-pajjiż biex jiddokumentaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u biex jimmonitorjaw u josservaw l-proċessi li jmiss ta' mijiet ta' attivisti u ċittadini Kubani ordinarji li għadhom detenuti; jistieden lill-UE tosserva l-proċessi u żżur il-priġunieri politiċi fil-ħabs; |
|
10. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, minkejja l-PDCA, is-sitwazzjoni tad-demokrazija ma ttejbitx u s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba saħansitra marret għall-agħar; jenfasizza li Kuba qed tikser b'mod sistematiku d-dispożizzjonijiet fundamentali ta' dan il-ftehim sa mid-dħul fis-seħħ tiegħu; jiddispjaċih ħafna dwar in-nuqqas ta' impenn u rieda tar-reġim Kuban li jipprova javvanza lejn progress saħansitra minimu għall-bidla jew li jiftaħ il-kanali li jistgħu jippermettu r-riforma tar-reġim; |
|
11. |
Jenfasizza li, bi ksur tal-PDCA, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Kubani u Ewropej indipendenti ma tħallewx b'mod sistematiku jipparteċipaw fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn Kuba u l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-qafas usa' tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-PDCA, bħal dak li sar fis-26 ta' Frar 2021; ifakkar, f'dan is-sens, li kwalunkwe djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u s-soċjetà ċivili Kubana u l-opportunitajiet ta' finanzjament iridu jinkludu l-organizzazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili mingħajr ebda limitazzjoni; |
|
12. |
Ifakkar fl-appoġġ qawwi tiegħu għad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba u għall-ħidma tagħhom; jistieden lid-delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentanzi tal-Istati Membri fil-pajjiż biex isaħħu sew l-appoġġ tagħhom għal soċjetà ċivili ġenwina u indipendenti fid-djalogu tagħhom mal-awtoritajiet Kubani, u biex jużaw l-istrumenti kollha disponibbli biex isaħħu l-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
13. |
Iqis li l-aħħar azzjonijiet repressivi tal-awtoritajiet Kubani fil-konfront taċ-ċittadini jkomplu jikkontribwixxu għall-azzjonijiet persistenti u sistematiċi diretti kontra l-priġunieri tal-kuxjenza, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, id-dissidenti, l-oppożizzjoni u l-attivisti tas-soċjetà ċivili, l-artisti u l-ġurnalisti, li kollha kemm huma jikkostitwixxu ksur addizzjonali tal-PDCA; |
|
14. |
Ifakkar li l-PDCA inkluda l-hekk imsejħa klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem, li hija element essenzjali standard tal-ftehimiet internazzjonali tal-UE, li tippermetti li l-PDCA jiġi sospiż f'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Unjoni Ewropea tattiva l-Artikolu 85(3b) biex issejjaħ laqgħa immedjata tal-kumitat konġunt fid-dawl tal-ksur tal-ftehim mill-Gvern Kuban, li jikkostitwixxi “każ ta' urġenza speċjali”; |
|
15. |
Jistieden lill-Kunsill juża d-dispożizzjonijiet tal-Att Magnitsky tal-UE (6) u jadotta sanzjonijiet fil-konfront ta' dawk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba malajr kemm jista' jkun; |
|
16. |
Jiddispjaċih ħafna dwar ir-rifjut tal-awtoritajiet Kubani li jippermettu lid-delegazzjonijiet tal-Parlament iżuru Kuba minkejja li l-Parlament ta l-kunsens tiegħu għall-PDCA; jistieden lill-awtoritajiet biex b'mod immedjat jippermettu lid-delegazzjonijiet jidħlu fil-pajjiż; |
|
17. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Poter Popolari ta' Kuba, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2021)0292.
(2) ĠU C 232, 16.6.2021, p. 17.
(3) ĠU C 334, 19.9.2018, p. 235.
(4) ĠU L 337 I, 13.12.2016, p. 3.
(5) ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta' Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1).
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/109 |
P9_TA(2021)0390
Il-każ ta' Ahmed Mansoor, difensur tad-drittijiet tal-bniedem, fl-Emirati Għarab Magħquda
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar il-każ ta' Ahmed Mansoor, difensur tad-drittijiet tal-bniedem, fl-Emirati Għarab Magħquda (2021/2873(RSP))
(2022/C 117/11)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Emirati Għarab Magħquda (UAE), b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2018 dwar l-Emirati Għarab Magħquda, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Ahmed Mansoor (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Josep Borrell, tal-10 ta' Diċembru 2020 fil-Kunsill Affarijiet Barranin li d-drittijiet tal-bniedem huma fid-DNA tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-1 ta' Jannar 2019 mill-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar il-każ ta' Ahmed Mansoor, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Esperti tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tat-12 ta' Ġunju 2018 li tappella għall-ħelsien immedjat mill-ħabs tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Ahmed Mansoor, u tas-7 ta' Mejju 2019 li tikkundanna l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Għarbija tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Arranġament ta' Kooperazzjoni tal-2018 bejn il-UAE u s-SEAE; |
|
— |
wara li kkunsidra l-aħħar ċiklu tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-UAE li sar fid-9 ta' Ġunju 2021 f'format virtwali u t-tieni laqgħa bejn uffiċjali għolja tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-UAE u s-SEAE li saret b'mod virtwali fit-3 ta' Marzu 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra u l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, li l-UAE huma firmatarji tagħhom it-tnejn, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-libertà ta' espressjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra Linji gwida tal-UE dwar it-tortura u trattament ieħor krudili, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li fl-2015 Ahmed Mansoor ingħata l-Premju prestiġjuż Martin Ennals għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li Loujain al-Hathloul ingħatat il-Premju Václav Havel 2020 għad-Drittijiet tal-Bniedem mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi fid-29 ta' Mejju 2018, wara proċess inġust għall-aħħar, Ahmed Mansoor ġie kkundannat u ssentenzjat għal 10 snin ħabs mill-Qorti tal-Appell f'Abu Dhabi fuq akkużi relatati mal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tiegħu; billi fil-31 ta' Diċembru 2018 is-sentenza ġiet ikkonfermata mill-Qorti Suprema Federali tal-UAE; billi ngħata wkoll multa ta' miljun dirham tal-UAE (EUR 232 475) u se jitqiegħed taħt sorveljanza għal tliet snin wara li jinħeles; |
|
B. |
billi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-UAE ddikjara fid-29 ta' Marzu 2017 li “l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Pubblika għal Reati Elettroniċi ordna d-detenzjoni ta' Ahmed Mansoor fuq akkuża ta' tixrid ta' informazzjoni falza u qarrieqa fuq l-internet, permezz ta' aġendi mmirati lejn it-tixrid tal-antipatija u s-settarjaniżmu”; billi dikjarazzjonijiet oħra mill-awtoritajiet tal-UAE indikaw li l-unika raġuni għad-detenzjoni tiegħu kienet, fil-fatt, il-fehmiet li kkondivida online; billi l-akkużi kontrih huma bbażati fuq allegat ksur tal-Liġi tal-2012 tal-UAE dwar iċ-Ċiberkriminalità; billi, kemm skont il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll skont il-Human Rights Watch, huwa ġie kkundannat biss talli ppromwova d-drittijiet tal-bniedem, inklużi t-tweets dwar l-inġustizzji f'pajjiżu, talli ħa sehem f'webinars dwar id-drittijiet tal-bniedem u talli bagħat messaġġi lil organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
C. |
billi mill-arrest tiegħu f'Marzu 2017, Ahmed Mansoor baqa' fir-reklużjoni fil-ħabs al-Sadr ta' Abu Dhabi, fejn ġie mċaħħad minn ħtiġijiet bażiċi u mċaħħad mid-drittijiet tiegħu bħala detenut skont id-dritt tal-Emirati u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi r-Regoli Standard Minimi tan-NU dwar it-Trattament tal-Priġunieri; billi huwa ġie pprojbit milli jagħmel kwalunkwe tip ta' kuntatt ma' ħabsin oħra u mal-familja tiegħu, minbarra erba' żjarat ta' 30 minuta minn martu u telefonati limitati lil ommu u lil martu; billi għamel strajk tal-ġuħ darbtejn fl-2019 sabiex jitlob li d-drittijiet bażiċi tiegħu bħala priġunier jiġu rispettati; |
|
D. |
billi l-awtoritajiet tal-UAE kisru d-drittijiet ta' Ahmed Mansoor għal aktar minn 10 snin b'arrest u detenzjoni arbitrarji, theddid ta' mewt, attakki fiżiċi, sorveljanza mill-gvern u trattament inuman waqt il-kustodja; |
|
E. |
billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem iddikjarat li “l-kundizzjonijiet u t-trattament li [id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Emirati Ahmed Mansoor, Mohammed al-Roken u Nasser Bin Ghaith] huma soġġetti għalihom, bħal reklużjoni fit-tul, huma bi ksur tal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u jistgħu jikkostitwixxu tortura”; |
|
F. |
billi grupp ta' esperti tan-NU fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem talab lill-Gvern tal-UAE jeħles lis-Sur Mansoor mill-ħabs, u ddeskriva l-arrest tiegħu bħala attakk dirett fuq il-ħidma leġittima tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-UAE; |
|
G. |
billi qabel l-arrest l-aktar reċenti tiegħu fl-2017, Ahmed Mansoor appella għal elezzjonijiet universali u diretti fil-UAE u sabiex il-Kunsill Nazzjonali Federali, bord konsultattiv tal-gvern, jingħata setgħat leġiżlattivi; billi huwa amministra wkoll forum online msejjaħ Al-Hiwar al-Emarati (id-Djalogu fl-Emirati) li kkritika l-politiki tal-UAE; |
|
H. |
billi hemm persekuzzjoni sistematika tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġurnalisti, tal-avukati u tal-għalliema li jsemmgħu leħenhom dwar kwistjonijiet politiċi u tad-drittijiet tal-bniedem fil-UAE; billi b'mod partikolari, mill-2011, l-istat intensifika r-ripressjoni tiegħu fuq il-libertà ta' assoċjazzjoni, ta' għaqda u ta' espressjoni; billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-membri tal-familji tagħhom huma soġġetti għal għajbien furzat, detenzjoni arbitrarja fit-tul, tortura, fastidju ġudizzjarju u proċessi inġusti, projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, sorveljanza fiżika u diġitali, u tkeċċija arbitrarja mix-xogħol; |
|
I. |
billi d-definizzjoni vaga u wiesgħa żżejjed tat-terroriżmu fil-liġi tal-Emirati tagħmilha possibbli li firxa wiesgħa ta' attivitajiet paċifiċi u leġittimi jiġu kkwalifikati bħala li jammontaw għal terroriżmu; |
|
J. |
billi l-UAE jużaw spyware sofistikat biex jimmiraw lejn attivisti u vuċijiet oħra ta' dissens; billi Ahmed Mansoor kien fil-mira ta' spyware ipprovdut mill-kumpanija Iżraeljana NSO Group; billi fir-rivelazzjonijiet Pegasus ta' Lulju 2021 ġie rrappurtat l-użu tal-ispyware NSO mill-awtoritajiet tal-Emirati kontra firxa ta' miri, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kemm fil-UAE kif ukoll barra mill-pajjiż; billi Loujain al-Hathloul, difensur prominenti tad-drittijiet tan-nisa mill-Arabja Sawdija, kienet ukoll soġġetta għal attakki ċibernetiċi mill-awtoritajiet tal-UAE, li ħħekkjaw l-email tagħha qabel ma arrestawha u ttrasferuha bil-forza lejn l-Arabja Sawdija; |
|
K. |
billi n-nisa fil-UAE għadhom qed jiġu soġġetti għal firxa ta' liġijiet u prattiki diskriminatorji; billi l-ksur tad-drittijiet tan-nisa jinkludi l-ħtif u t-teħid ta' ostaġġi nisa u attivisti tad-drittijiet tan-nisa mill-Arabja Sawdija u mill-Emirati, nuqqas ta' investigazzjoni u obbligu ta' rendikont f'reati allegati kontra n-nisa, inkluż pereżempju l-attakk sesswali fuq iċ-ċittadina Brittanika Caitlin McNamara, fejn l-awtur akkużat ma ġiex investigat jew miżmum responsabbli, diskriminazzjoni sistemika kontra n-nisa, sfruttament ta' ħaddiema migranti nisa, traffikar tas-sess u skjavitù sesswali; |
|
L. |
billi s-sistema tal-kafala (sponsorizzazzjoni) għadha tiġi implimentata fil-UAE bħala parti integrali mill-ordni soċjali u ġuridiku tal-Emirati; billi skont rapporti minn organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, il-prattiki inumani tal-UAE kontra ħaddiema barranin, li jikkostitwixxu 80 % tal-popolazzjoni tal-pajjiż, huma mifruxa, u tali ksur żdied matul it-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19; billi bi tħejjija għall-fiera internazzjonali li jmiss, l-Expo 2020 Dubai, li se ssir minn Ottubru 2021 sa Marzu 2022, in-negozji u l-kumpaniji tal-kostruzzjoni qed iġiegħlu lill-ħaddiema jiffirmaw dokumenti mhux tradotti, jikkonfiskaw il-passaporti tagħhom, jesponuhom għal sigħat ta' xogħol estremi f'kundizzjonijiet meteoroloġiċi mhux sikuri u jipprovdulhom akkomodazzjoni mhux sanitarja; |
|
M. |
billi l-UAE u l-UE iffirmaw ftehim bilaterali reċiproku għall-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir li jeżenta liċ-ċittadini tal-UAE milli jirrikjedu viżi ta' Schengen; |
|
N. |
billi l-UE hija d-donatur ewlieni għall-programmi ta' kooperazzjoni interġudizzjarja tal-Interpol; billi l-Ispettur Ġenerali tal-Ministeru tal-Intern tal-UAE, il-Maġġur Ġeneral Ahmed Nasser al-Raisi, huwa kandidat għall-presidenza tal-Interpol; |
|
O. |
billi l-UAE ma rratifikawx diversi trattati ewlenin tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-protokolli fakultattivi tiegħu li jabolixxu l-piena tal-mewt u kontra t-tortura, u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat; |
|
P. |
billi l-UE tqis lill-UAE bħala sħab, inkluż fl-oqsma tar-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi; billi l-UE u l-UAE kellhom djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem sa mill-2013 b'laqgħat biannwali, u billi l-10 djalogu bejn l-UE u l-UAE dwar id-drittijiet tal-bniedem li sar fid-9 ta' Ġunju 2021 ipprovda opportunità biex jiġu diskussi kwistjonijiet ta' tħassib mal-awtoritajiet tal-UAE; |
|
1. |
Jikkundanna bil-qawwa, għal darb' oħra, id-detenzjoni ta' Ahmed Mansoor u tad-difensuri l-oħra kollha tad-drittijiet tal-bniedem fl-UAE, li ġew imqiegħda l-ħabs biss talli eżerċitaw id-drittijiet tal-bniedem bażiċi tagħhom, inklużi d-drittijiet tagħhom għal-libertà tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni, tal-għaqda paċifika u tal-espressjoni kemm online kif ukoll offline, li huma minquxa mhux biss fi strumenti universali tad-drittijiet tal-bniedem, iżda wkoll fil-Karta Għarbija tad-Drittijiet tal-Bniedem; jiddeplora bil-qawwa d-distakk bejn il-pretensjonijiet tal-UAE li huma pajjiż tolleranti u li jirrispettaw id-drittijiet, u l-fatt li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-UAE huma detenuti f'kundizzjonijiet ħorox; |
|
2. |
Itenni t-talba tiegħu għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta' Ahmed Mansoor, Mohammed al-Roken u Nasser bin Ghaith, kif ukoll tad-difensuri l-oħra tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti politiċi u d-dissidenti paċifiċi kollha; |
|
3. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-UAE biex, sakemm jinħelsu, jiżguraw li Ahmed Mansoor u l-priġunieri l-oħra kollha jiġu ttrattati f'konformità mar-Regoli Standard Minimi tan-NU dwar it-Trattament tal-Priġunieri; iħeġġeġ, b'mod partikolari, li Mansoor jitneħħa mill-iżolament, u li l-priġunieri kollha jitħallew iżuru regolarment lill-avukati u lill-familji u jingħataw kura medika adegwata, li l-esperti tan-NU u l-NGOs internazzjonali jitħallew iżuru lil Mansoor u oħrajn fil-ħabs u jimmonitorjaw il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni, u li l-allegazzjonijiet kollha ta' tortura jiġu investigati bir-reqqa; |
|
4. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-rapporti kontinwi, inkluż permezz ta' ittri żvelati ppubblikati f'Lulju 2021, li Ahmed Mansoor għadu jinsab f'kundizzjonijiet terribbli fil-ħabs; ifakkar lill-awtoritajiet tal-UAE li r-reklużjoni solitarja mtawla u indefinita tammonta għal tortura; jistieden lill-awtoritajiet tal-UAE jiggarantixxu lid-detenuti kollha, inklużi l-priġunieri tal-kuxjenza, proċess dovut u ġust; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jemendaw il-Liġi Kontra t-Terroriżmu, il-Liġi dwar iċ-Ċiberkriminalità u l-Liġi Federali Nru 2 tal-2008, li jintużaw ripetutament għall-prosekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex ikun hemm konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
5. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-UAE iwaqqfu l-fastidju u jneħħu minnufih il-projbizzjoni tal-ivvjaġġar kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jinsisti li l-awtoritajiet jiggarantixxu li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-UAE ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet leġittimi tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċirkostanzi kollha, kemm fil-pajjiż kif ukoll barra minnu, mingħajr biża' ta' tpattija u ħelsin minn kull restrizzjoni, inkluż il-fastidju ġudizzjarju; |
|
6. |
Jistieden lill-VP/RGħ issegwi mill-qrib il-każ ta' Ahmed Mansoor biex tiżgura l-ħelsien immedjat tiegħu u dak ta' difensuri oħra tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden, b'mod partikolari, lill-VP/RGħ titlob żjarat fil-ħabs lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem matul iż-żjara li jmiss tagħha fl-UAE u biex titlob pubblikament u privatament il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tagħhom waqt il-laqgħat mal-awtoritajiet tal-UAE; jistieden lis-SEAE jirrapporta lura lill-Parlament dwar l-azzjonijiet meħuda s'issa mid-Delegazzjoni tal-UE u l-Istati Membri f'Abu Dhabi bil-għan li s-Sur Mansoor jingħata appoġġ xieraq; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha, minħabba r-ripressjoni interna tal-UAE, f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta' oġġetti b'użu doppju (2), jissospendu l-bejgħ u l-esportazzjoni tat-teknoloġija ta' sorveljanza lill-UAE u ż-żamma u l-aġġornament tagħhom jekk ma jittiħdux passi konkreti u li jistgħu jitkejlu biex jiġu indirizzati tali abbużi; |
|
8. |
Jistieden lis-SEAE jipproponi l-adozzjoni ta' miżuri mmirati tal-UE kontra dawk responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fl-UAE, inkluża l-persekuzzjoni ta' Ahmed Mansoor u difensuri oħra tad-drittijiet tal-bniedem, taħt ir-reġim ta' sanzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem globali tal-UE; itenni li l-proċeduri kollha ta' sanzjonar għandhom ikunu bbażati fuq l-evidenza u mibdija biss meta jkun jista' jiġi determinat ksur konkret tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
9. |
Jistieden lill-UE tadotta u tippubblika punti ta' riferiment sinifikanti dwar id-drittijiet tal-bniedem u lista ta' każijiet individwali għad-djalogu tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-UAE, bil-ħsieb li tippermetti diskussjoni ġenwina u orjentata lejn ir-riżultati dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
10. |
Jistieden lill-UE tinkludi diskussjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bħala punt permanenti fl-aġenda tas-summit annwali bejn l-UE u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf; |
|
11. |
Jesprimi tħassib dwar l-użu rrappurtat mill-awtoritajiet tal-UAE tas-software ta' spjunaġġ tal-Grupp NSO għall-immirar illegali tal-mowbajls ta' mijiet ta' individwi fir-Renju Unit, inklużi avukati, akkademiċi u parlamentari; jistieden lill-VP/RGħ titlob kjarifika dwar dawn ir-rapporti mill-awtoritajiet tal-UAE, inkluż fir-rigward tal-immirar possibbli ta' ċittadini jew individwi tal-UE fit-territorju tal-UE, u tirrapporta lura lill-Parlament; |
|
12. |
Ifakkar li fl-2015, l-UE ffirmat ftehim ta' eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir mal-UAE; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar il-konformità ta' dan il-ftehim mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali bħala kriterju għall-eżenzjoni mill-viża; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrapportaw lill-Parlament dwar il-progress f'dan il-qasam; |
|
13. |
Jistieden lill-membri tal-Assemblea Ġenerali tal-Interpol, u b'mod partikolari lill-Istati Membri tal-UE, biex jeżaminaw kif xieraq l-allegazzjonijiet ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem li jikkonċernaw il-Ġeneral Maġġur Nasser Ahmed al-Raisi qabel l-elezzjoni tal-presidenza tal-organizzazzjoni mit-23 sal-25 ta' Novembru 2021; jinnota t-tħassib espress mis-soċjetà ċivili rigward il-kandidatura tiegħu u l-impatt potenzjali fuq ir-reputazzjoni tal-istituzzjoni; |
|
14. |
Sabiex juru d-diżapprovazzjoni tagħhom tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-UAE, jistieden lill-kumpaniji internazzjonali li jisponsorjaw l-Expo 2020 Dubai jirtiraw l-isponsorizzazzjoni tagħhom u jħeġġeġ lill-Istati Membri ma jipparteċipawx fl-avveniment; |
|
15. |
Jiddeplora bil-qawwa r-rwol tal-awtoritajiet tal-UAE fl-estradizzjoni tal-attivist tad-drittijiet tan-nisa Loujain al-Hathloul lejn l-Arabja Sawdija, fejn ġiet imqiegħda l-ħabs, ittorturata u ppersegwitata għall-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa; |
|
16. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fl-UAE, minkejja xi progress, u jistieden lill-awtoritajiet jirriformaw il-Liġi dwar l-Istatus Personali biex jipprovdu lin-nisa bi drittijiet ugwali u jiżguraw li n-nisa tal-UAE jkunu jistgħu jgħaddu n-nazzjonalità lil uliedhom fuq bażi ugwali bħall-irġiel; |
|
17. |
Jilqa' l-moratorju tal-UAE dwar l-eżekuzzjonijiet mill-2017; jistieden lill-UAE jirratifikaw il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-protokoll tiegħu li għandu l-għan li jabolixxi l-piena tal-mewt; |
|
18. |
Jappoġġa d-djalogu kontinwu u msaħħaħ bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha, u l-UAE dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku, kif previst fl-Arranġament ta' Kooperazzjoni; iqis li laqgħat interparlamentari regolari bejn il-Parlament u s-sħab tiegħu fir-reġjun tal-Golf huma forum importanti għall-iżvilupp ta' djalogu kostruttiv u sinċier dwar il-kwistjonijiet kollha ta' tħassib, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà u l-kummerċ; |
|
19. |
Jitlob li jiġu stabbiliti regoli ta' trasparenza aktar stretti fir-rigward tal-attivitajiet ta' lobbying ta' organizzazzjonijiet barranin lejn l-istituzzjonijiet tal-UE; |
|
20. |
Jitlob li din ir-riżoluzzjoni tiġi tradotta bl-Għarbi; |
|
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u l-Parlament tal-Emirati Għarab Magħquda, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf; |
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/114 |
P9_TA(2021)0391
Is-sitwazzjoni fil-kamp tar-rifuġjati ta' Kakuma fil-Kenja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar is-sitwazzjoni fil-kamp tar-rifuġjati ta' Kakuma fil-Kenja (2021/2874(RSP))
(2022/C 117/12)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kenja, b'mod partikolari dawk tat-30 ta' April 2015 (1) u tat-18 ta' Mejju 2017 dwar il-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar Strateġija ġdida UE-Afrika – sħubija għal żvilupp sostenibbli u inklużiv (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-21 ta' Ġunju 2021 tar-Repubblika tal-Kenja u l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'isem l-UE dwar il-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija, it-Transfobija u l-Bifobija, 17 ta' Mejju 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2019 dwar is-sitwazzjoni tal-persuni LGBTI fl-Uganda (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 2021 intitolata “Il-Qarn tal-Afrika: prijorità ġeostrateġika għall-UE”, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tad-29 ta' April 2021 tal-Gvern tal-Kenja u l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR): Il-Pjan Direzzjonali ta' Dadaab u tal-Kampijiet tar-Rifuġjati ta' Kakuma, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-UNHCR tal-25 ta' Marzu 2021 dwar is-sitwazzjoni tar-rifuġjati LGBTIQ+ fil-kamp ta' Kakuma, |
|
— |
wara li kkunsidra l-messaġġ tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tas-17 ta' Mejju 2021 dwar il-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija, il-Bifobija u t-Transfobija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2020 intitolata “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025” (COM(2020)0698), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(5), 21, 24, 29 u 31 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 10 u 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jimpenjaw lill-UE u lill-Istati Membri tagħha li, fir-relazzjonijiet tagħhom mad-dinja inġenerali, jiddefendu u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem universali u l-protezzjoni tal-individwi, u li jadottaw miżuri restrittivi fil-każ ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-valuri tad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza u s-solidarjetà li jinsabu fil-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, li jirrikonoxxi d-dritt ta' tiftix ta' ażil minn persekuzzjoni f'pajjiżi oħra, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika (EUTF għall-Afrika), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) – Ewropa Globali (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1984, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-25 ta' Marzu 2020 intitolata “Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024” (JOIN(2020)0005), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli (ACHPR), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Qafas ta' Rispons Komprensiv tal-UNHCR għar-Rifuġjati, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Qorti Superjuri tal-Kenja tat-8 ta' April 2021 li timblokka temporanjament l-għeluq tal-kampijiet tar-rifuġjati ta' Dadaab u Kakuma, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2020 dwar Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2020)0609), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Rifuġjati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Kenja tospita t-tieni l-akbar numru ta' rifuġjati u persuni li jfittxu ażil fl-Afrika, wara l-Etjopja; billi, skont il-UNHCR, mill-31 ta' Mejju 2021 il-popolazzjoni tar-rifuġjati u persuni li jfittxu ażil fil-Kenja hija ta' 519 989 ruħ f'Kakuma, f'Dadaab u f'żoni urbani; |
|
B. |
billi l-kamp ta' Kakuma jinsab fil-kontea ta' Turkana, waħda mill-ifqar kontej fil-Kenja; billi, skont il-UNHCR, il-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-kamp huma ħżiena u qegħdin jiddeterjoraw kontinwament, b'faqar estrem, djar u infrastruttura ħżiena u nuqqas ta' ilma, sanità, mediċini u provvisti tal-elettriku; billi kemm il-popolazzjoni lokali kif ukoll ir-rifuġjati qegħdin isofru minn nuqqas kbir ta' ikel u ilma u nuqqas ta' ħtiġijiet bażiċi; billi l-pandemija tal-COVID-19 aggravat is-sitwazzjoni umanitarja diġà allarmanti fil-kamp u fil-kontea fejn jinsab; |
|
C. |
billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tas-sigurtà fil-kamp tar-rifuġjati ta' Kakuma fil-Kenja ddeterjorat b'mod esponenzjali; billi s-serq bl-użu ta' armi, is-serq, l-istupri u l-qtil spiss jiġu rrapportati, bin-nisa, it-tfal, il-persuni b'diżabilità u l-persuni LGBTIQ+ ikunu l-aktar vulnerabbli għall-vjolenza; billi dawn l-attakki bħalissa qegħdin jiġu investigati; |
|
D. |
billi n-nisa u l-bniet fil-kamp huma soġġetti għal forom differenti ta' vjolenza sesswali, partikolarment l-istupru; billi r-rifuġjati nisa, il-wasliet ġodda u n-nisa waħedhom li jkunu kapijiet ta' unità domestika huma partikolarment f'riskju; billi l-istupru jitwettaq minn rifuġjati rġiel mill-kamp, membri tal-komunità lokali, u/jew mill-gwardji tas-sigurtà; billi huma komuni wkoll forom oħra ta' vjolenza bħaż-żwieġ tat-tfal u ż-żwieġ furzat, il-mutilazzjoni ġenitali femminili u l-vjolenza minn sieħeb intimu; |
|
E. |
billi fil-15 ta' Marzu 2021, f'Kakuma 3 Blokk 13, żewġ rifuġjati sofrew ħruq tat-tieni grad waqt attakk bi ħruq doluż b'bomba tal-petrol waqt li kienu reqdin; billi waħda mill-vittmi, ir-rifuġjat Ugandiż Chriton Atuhwera, miet minħabba l-korrimenti li sofra; billi għadd dejjem akbar ta' rifuġjati LGBTIQ+ sfaw attakkati u midruba, b'ħafna minnhom ikollhom jaħarbu mill-kamp tar-rifuġjati lejn żona fejn mhumiex protetti u ma jitħallewx joqogħdu legalment; |
|
F. |
billi għalkemm il-liġi tal-Kenja tikkastiga relazzjonijiet kunsenswali bejn persuni tal-istess ġeneru b'massimu ta' 14-il sena ħabs, huwa l-uniku pajjiż fir-reġjun li jaċċetta r-rifuġjati abbażi tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru; billi, skont l-UNHCR, madwar 300 rifuġjat u persuna li qegħdin ifittxu ażil irreġistraw fil-kamp tar-rifuġjati ta' Kakuma għandhom profil ta' LGBTIQ+, bil-parti l-kbira minnhom irrapportaw li qegħdin jgħixu b'mod paċifiku fil-komunità ta' Kakuma; |
|
G. |
billi, skont ir-rieżami globali tal-2020 tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Persuni Leżbjani, Gay, Bisesswali, Transesswali u Intersesswali (ILGA), kważi nofs il-pajjiżi madwar id-dinja fejn l-omosesswalità hija illegali jinsabu fl-Afrika; billi 22 biss minn 54 nazzjon Afrikan illegalizzaw l-omosesswalità; |
|
H. |
billi f'ħafna nazzjonijiet Afrikani l-liġijiet fis-seħħ kontra l-LGBTIQ+ imorru lura għall-era kolonjali; |
|
I. |
billi f'Marzu 2020 xi rifuġjati bi profili ta' LGBTIQ+ talbu lill-UNHCR jirrilokahom barra mill-Kenja bħala riżultat tal-ostilità tal-pajjiż lejhom; billi matul dawn l-aħħar ftit xhur aktar minn 30 persuna LGBTIQ+ ġew rilokati mill-parti Kakuma 3 tal-kamp lejn partijiet oħra abbażi tat-tħassib dwar is-sikurezza li qajmu u wara valutazzjoni bir-reqqa mill-UNHCR fuq il-post; billi l-mandat tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill talab li jsiru sforzi matul iż-żmien biex tinkiseb distribuzzjoni ġusta ta' persuni risistemati fost l-Istati Membri, u li dawk l-isforzi għandhom jingħaqdu ma' sforzi biex jiġu stabbiliti regoli vinkolanti internazzjonali rigward ir-responsabbiltà kondiviża internazzjonali biex jiġu risistemati persuni li għandhom bżonn risistemazzjoni kif indikat mill-UNHCR; |
|
J. |
billi f'Novembru 2020 il-Gvern tal-Kenja u l-Human Rights Watch ikkonfermaw li l-era tal-COVID-19 esperjenzat żieda esponenzjali f'attakki fuq il-persuni LGBTIQ+, minkejja li l-vjolenza żdiedet ħafna b'mod aktar ġenerali; |
|
K. |
billi t-tluq ta' risistemazzjoni ta' persuni LGBTIQ+ mill-kampijiet ta' rifuġjati tal-Kenja għadu ma jissodisfax il-ħtiġijiet reali; billi l-pandemija tal-COVID-19 naqqset ir-ritmu tal-proċess; billi, skont il-UNHCR, mill-2019 'l hawn madwar 235 rifuġjat b'dan il-profil ġew ippreżentati għar-risistemazzjoni, li minnhom 48 % telqu mill-pajjiż; |
|
L. |
billi, minkejja l-fatt li l-UNHCR u s-sħab tiegħu kienu ħejjew faċilitajiet ta' rispons għall-pandemija, 65 % tar-rifuġjati bbażati fil-kampijiet irrapportaw inqas aċċess għall-faċilitajiet tas-saħħa wara t-tifqigħa meta mqabbla ma' qabel it-tifqigħa f'Marzu 2020, prinċipalment minħabba l-biża' ta' infezzjoni u n-nuqqas ta' disponibbiltà tal-persunal mediku; billi 3 % biss tal-popolazzjoni tal-Kenja hija kompletament imlaqqma kontra l-COVID-19; billi l-kampanja ta' tilqim fil-kampijiet tar-rifuġjati tal-Kenja bdiet fit-30 ta' Marzu 2021, u l-kamp ta' Kakuma ġie allokat 2 000 doża ta' vaċċini; |
|
M. |
billi l-Gvern tal-Kenja għamel diversi tentattivi biex jagħlaq il-kamp f'dawn l-aħħar deċennji; billi fl-24 ta' Marzu 2021, il-ministru għall-intern tal-Kenja ta ultimatum ta' 14-il jum lill-UNHCR biex ifassal pjan għall-għeluq kemm tal-kampijiet ta' Dadaab kif ukoll ta' Kakuma; billi fit-8 ta' April 2021, il-Qorti Superjuri tal-Kenja pposponiet temporanjament l-għeluq għal 30 jum; billi, fid-29 ta' April 2021, il-UNHCR u l-Gvern tal-Kenja qablu dwar pjan direzzjonali għal għeluq aktar tard tal-kampijiet ta' Kukuma u Dadaab sat-30 ta' Ġunju 2022; billi l-pjan direzzjonali jinkludi r-ritorn volontarju għar-rifuġjati lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom b'mod sikur u dinjituż, it-tluq lejn pajjiżi terzi skont diversi arranġamenti u għażliet alternattivi ta' soġġorn fil-Kenja għal ċerti rifuġjati minn pajjiżi tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC); |
|
N. |
billi, filwaqt li n-NU rrikonoxxew it-tħassib tal-gvern u rrikonoxxew li l-kampijiet tar-rifuġjati m'għandhomx ikunu soluzzjonijiet fit-tul għal spostament furzat, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem wissew li għeluq f'daqqa u diżordinat iwassal għal katastrofi umanitarja u li r-ripatrijazzjonijiet furzati jiksru d-dritt internazzjonali; billi r-rifuġjati f'Kakuma ġeneralment jgħixu bil-biża' li jiġu deportati; |
|
O. |
billi, minkejja riżorsi naturali vasti, il-Qarn tal-Afrika huwa wieħed mill-ifqar reġjuni tad-dinja; billi s-sigurtà tal-ikel hija prekarja ħafna u miljuni ta' persuni li jgħixu fir-reġjun jsofru malnutrizzjoni u jinsabu f'riskju ta' karestija; billi n-nixfa u l-kunflitti armati huma ż-żewġ raġunijiet ewlenin għall-ispostament ta' persuni fir-reġjun, inkluż fil-Kenja, kif enfasizzat mill-Pjan ta' Azzjoni Globali ta' Nairobi adottat fis-summit tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD) fis-26 ta' Marzu 2017; billi kunflitti bħal dawk fis-Somalja u fl-Etjopja, u l-vjolenza ta' qabel u wara l-elezzjoni fl-Uganda u fit-Tanzanija, iwasslu biex ir-ritorn volontarju ma jkunx ġustifikabbli għal raġunijiet ta' sikurezza u dinjità għall-maġġoranza tar-rifuġjati fil-kamp ta' Kakuma; billi, sa mill-aħħar tal-2019, il-Kenja ntlaqtet minn taħlita ta' theddid bla preċedent u ġiet affettwata b'mod sever mit-tibdil fil-klima, bl-akbar invażjoni ta' ġurad tad-deżert f'dawn l-aħħar 60 sena, għargħar li kkaratterizzaw l-istaġuni tax-xita u l-miżuri ta' restrizzjoni tal-COVID-19; |
|
P. |
billi l-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika (EUTF), iffirmat waqt is-summit ta' Valletta fit-12 ta' Novembru 2015, kien imfassal biex jindirizza l-kawżi bażiċi tad-destabbilizzazzjoni, l-ispostament furzat tal-popolazzjonijiet u l-migrazzjoni irregolari billi jiġu promossi r-reżiljenza, l-opportunitajiet ekonomiċi, l-opportunitajiet indaqs, is-sigurtà u l-iżvilupp; billi l-UE qiegħda tirreaġixxi għall-bżonnijiet bażiċi li jsalvaw il-ħajja tar-rifuġjati ospitati f'kampijiet tar-rifuġjati fil-Kenja; billi l-Fond Fiduċjarju tal-Unjoni għall-Afrika huwa stabbilit fi ħdan l-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), u jrid ikun allinjat mal-objettiv primarju tal-politika ta' żvilupp tal-UE, li jibqa' “l-ġlieda kontra l-faqar”; |
|
Q. |
billi mill-2012 l-UE pprovdiet aktar minn EUR 200 miljun f'għajnuna umanitarja u allokat EUR 286 miljun permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-perjodu 2014-2020, b'enfasi fuq il-ħolqien tal-impjiegi, is-sigurtà tal-ikel, ir-reżiljenza u l-bini tal-istituzzjonijiet, u l-edukazzjoni b'mod partikolari; billi l-persuni Kenjani applikanti għall-ażil jiddependu totalment fuq l-appoġġ umanitarju għall-ħtiġijiet bażiċi tagħhom; billi l-NDICI l-ġdid – l-istrument finanzjarju Ewropa Globali ser ikompli l-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE fil-Kenja; |
|
R. |
billi fl-2021 l-UE allokat EUR 15-il miljun f'finanzjament għal proġetti umanitarji fil-Kenja, bl-għan li l-ewwel nett tassisti lir-rifuġjati u, mill-2016, EUR 45 miljun għar-rifuġjati u l-komunitajiet ospitanti fil-Kenja skont il-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika; billi fil-kampijiet tar-rifuġjati ta' Kakuma u Dadaab, l-UE tkompli tappoġġa l-għoti ta' għajnuna bażika li ssalva l-ħajjiet, bħall-għajnuna alimentari, il-kura tas-saħħa, it-trattament tad-denutrizzjoni, l-ilma, is-sanità u l-iġjene (WASH), il-protezzjoni u l-edukazzjoni; |
|
1. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni umanitarja u r-rapporti ta' vjolenza fit-tul fil-kamp ta' Kakuma; jikkundanna bil-qawwa l-attakk bi ħruq doluż permezz ta' bomba bil-petrol imwettaq fi-15 ta' Marzu 2021 fil-kamp tar-rifuġjati ta' Kakuma 3 kontra żewġ refuġjati LGBTIQ+; jinsab imħasseb ħafna dwar it-theddid kostanti fil-kamp tar-rifuġjati ta' Kakuma kontra persuni LGBTIQ+; ifakkar li f'dawn l-aħħar ftit xhur ġew rilokati b'urġenza aktar minn 30 individwu; |
|
2. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kenjani jkomplu jinvestigaw u jiċċaraw bis-sħiħ dan ir-reat u biex dawk responsabbli jagħtu kont ta' għemilhom skont il-liġi Kenjana u skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
3. |
Jirrikonoxxi r-rwol importanti u kostruttiv tal-Kenja u jfakkar fis-sitwazzjoni reġjonali ta' sfida, li hija kkaratterizzata minn kriżijiet u konflitti reġjonali; jirrikonoxxi l-importanza tal-kamp tar-rifuġjati ta' Kakuma għal eluf ta' rifuġjati u applikanti għall-ażil fir-reġjuni konfinanti tal-Kenja, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli fosthom, b'mod partikolari l-persuni LGBTIQ+, li jiffaċċjaw il-kriminalizzazzjoni u saħansitra l-piena tal-mewt fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom; |
|
4. |
Ifaħħar il-ħidma kollaborattiva li saret matul is-snin bejn is-Segretarjat tal-Affarijiet tar-Rifuġjati (RAS) tal-Kenja, il-UNHCR u sħab oħra fl-indirizzar tal-protezzjoni tar-rifuġjati kollha; jisħaq, madankollu, li s-sitwazzjoni attwali fil-kamp ta' Kakuma mhijiex sostenibbli f'perspettiva fit-tul u tirrikjedi rispons effiċjenti u koordinat mill-Gvern Kenjan, il-gvernijiet tar-reġjun u mill-komunità internazzjonali kollha kemm hi, inkluża l-UE; jieħu nota tal-adozzjoni reċenti tal-Pjan Direzzjonali għall-Kampijiet tar-Rifuġjati ta' Dadaab u Kakuma f'dan ir-rigward; |
|
5. |
Jistieden lill-Gvern Kenjan iżomm il-kampijiet tar-rifuġjati ta' Kakuma u Dadaab, tal-anqas sakemm is-sitwazzjoni fir-reġjun tistabbilizza ruħha; iħeġġeġ lill-Gvern Kenjan jiżgura li d-drittijiet tal-bniedem tar-rifuġjati jiġu rispettati meta jieħu kwalunkwe deċiżjoni li tikkonċernahom; jisħaq fuq il-fatt li l-assistenza finanzjarja tal-UE lil pajjiżi terzi għall-akkoljenza tar-rifuġjati m'għandhiex tissostitwixxi r-responsabilità tal-UE li tospita u toffri sistemazzjoni ġdida lil sehem ġust ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali; |
|
6. |
Jistieden lill-Gvern Kenjan, lill-UNHCR u lill-komunità internazzjonali biex jimpenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien u jsibu soluzzjonijiet alternattivi, dejjiema, xierqa u bbażati fuq id-drittijiet li jkunu konformi mal-prinċipji u l-għanijiet tal-kondiviżjoni tar-responsabbiltà tal-Patt Globali dwar ir-Refuġjati (GCR); jirrakkomanda li, sabiex ikun effettiv, dan għandu jinkludi r-risistemazzjoni fl-UE għal għadd sinifikanti ta' rifuġjati li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali; |
|
7. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa għal approċċ reġjonali aktar integrat u komprensiv għall-ġestjoni tar-rifuġjati u għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-Kenja u l-pajjiżi ġirien tagħha dwar kwistjonijiet politiċi, ta' sigurtà, umanitarji u ta' żvilupp bil-għan li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-ispostament furzat; jitlob li tiġi ssodisfatta l-ħtieġa ta' sigurtà adegwata fil-kampijiet tar-rifuġjati, u jistieden lill-Gvern Kenjan isaħħaħ is-sigurtà fil-kamp ta' Kakuma u jsaħħaħ il-protezzjoni tar-rifuġjati, b'mod partikolari l-gruppi l-aktar vulnerabbli; jappella lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lill-fergħat l-oħra tal-gvern fil-Kenja jiżguraw li r-rifuġjati jkunu protetti u sikuri; |
|
8. |
Jappella lill-Gvern Kenjan u lill-UNHCR jiżguraw l-implimentazzjoni tal-programm ta' ripatrijazzjoni f'konformità sħiħa mal-obbligi internazzjonali u mar-responsabbiltà domestika tal-Kenja; jinsisti li kwalunkwe proċess ta' ripatrijazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini jrid ikun volontarju, sikur, sostenibbli, dinjituż u bbażat fuq id-drittijiet, filwaqt li l-persuni rimpatrijati jkollhom aċċess għal informazzjoni oġġettiva, newtrali u pertinenti dwar x'se jiġri jekk jiddeċiedu li ma jivvolontarjawx; |
|
9. |
Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni fil-Qarn tal-Afrika, b'mod partikolari rigward il-faqar u l-insigurtà tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tirrilaxxa l-għajnuna umanitarja ta' emerġenza meħtieġa biex tlaħħaq mal-problema tar-rifuġjati u l-karestija fir-reġjun; jappella li l-għajnuna pprovduta mill-UE u mill-Istati Membri fil-Qarn tal-Afrika tintuża, bħala kwistjoni ta' prijorità, biex tindirizza l-vjolenza, inkluża l-vjolenza sesswali, u l-problemi marbuta mal-inugwaljanzi severi, il-faqar, il-malnutrizzjoni kronika, l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u pubbliċi, b'mod partikolari l-kura tas-saħħa riproduttiva, u l-kisba tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli; |
|
10. |
Jistieden lill-UE tindirizza l-kwistjoni tal-insigurtà tal-ikel u n-nuqqas ta' ħtiġijiet bażiċi fil-kamp ta' Kakuma, inkluż, fost l-oħrajn, l-aċċess għall-ilma, is-sanità, il-kura tas-saħħa u s-servizzi tal-elettriku mhux biss permezz ta' assistenza esklużiva għar-rifuġjati, iżda wkoll permezz tal-appoġġ tagħha għal programmi nazzjonali ta' żvilupp b'kapaċità garantita u vvalutata regolarment li jissodisfaw l-effikaċja tal-iżvilupp; |
|
11. |
Jissottolinja li l-instabilità dejjem tikber fir-reġjun tirrappreżenta ostaklu għar-ritorn sikur tar-rifuġjati lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom; jistieden lill-UE, sabiex f'kollaborazzjoni mal-komunità internazzjonali tad-donaturi, tkompli żżid l-isforzi tagħha bħala sieħba medjatriċi u ta' appoġġ għall-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli u fit-tul fir-reġjun, biex b'hekk jinħoloq ambjent favorevoli u sikur għar-ritorni volontarji u għall-integrazzjoni mill-ġdid tar-rifuġjati; |
|
12. |
Jappella għal sforzi akbar għall-protezzjoni tal-persuni LGBTIQ+ spostati bil-forza u għal solidarjetà akbar min-naħa tal-komunità internazzjonali fir-rispons għall-ħtiġijiet ta' risistemazzjoni madwar id-dinja, peress li dawn għadhom ferm akbar min-numru reali ta' spazji disponibbli; |
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni u l-ipprogrammar għall-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika u jitlob li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt speċifika li tkopri l-impatt tiegħu fuq id-drittijiet tal-bniedem, bl-appoġġ tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta fil-ħin ir-riżultat ta' tali valutazzjoni tal-impatt lill-Parlament, inkluż fil-qafas tal-Grupp ta' Ħidma dwar Strumenti ta' Finanzjament Estern tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp; |
|
14. |
Jistieden lill-UE tkompli taħdem mill-qrib mal-Gvern Kenjan, mal-UNHCR u mal-komunità internazzjonali usa' sabiex tgħin biex jinstabu soluzzjonijiet għas-sitwazzjoni fit-tul tar-rifuġjati fir-reġjun; jistieden lill-UE ssaħħaħ id-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kenja; |
|
15. |
Ifakkar li fl-Unjoni Ewropea, il-persekuzzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali hija meqjusa bħala kriterju għall-applikazzjoni għall-ażil u għall-għoti ta' ażil; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaderixxu ma' dan il-prinċipju; jistieden lill-UE, b'mod partikolari d-Delegazzjonijiet tal-UE u r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, biex b'mod effettiv jagħmlu użu sħiħ mis-Sett ta' Miżuri LGBTI u l-linji gwida li jakkumpanjawhom fid-djalogu tagħhom man-nazzjonijiet Afrikani kollha li għadhom jikkriminalizzaw l-omosesswalità u, b'mod aktar ġenerali, fid-djalogu tagħhom mal-pajjiżi kollha fejn il-persekuzzjoni jew il-vjolenza kontra l-persuni LGBTIQ+ hija mifruxa; |
|
16. |
Jinsisti li d-Delegazzjoni tal-UE fil-Kenja tkompli timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni tal-persuni vulnerabbli, b'mod aktar speċifiku l-persuni LGBTIQ+ u n-nisa Afrikani Suwed u tappoġġa b'mod attiv lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-persuni LGBTIQ+ fuq il-post; |
|
17. |
Iħeġġeġ lill-UE tkompli bl-isforzi tagħha biex tikkonvinċi kemm lill-Gvern Kenjan kif ukoll lill-Unjoni Afrikana biex jikkunsidraw mill-ġdid l-approċċ tagħhom dwar l-LGBTIQ+, filwaqt li jinnota li l-pożizzjoni tagħhom tista' b'xi mod jew ieħor tpoġġi lill-persuni LGBTIQ+ f'riskju ta' trattament inuman u degradanti li jmur kontra l-valuri tal-ugwaljanza u l-protezzjoni ugwali minquxa fil-liġi; |
|
18. |
Ifakkar lill-awtoritajiet Kenjani dwar l-impenn tagħhom li jirrispettaw id-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni kif minqux fl-Artikolu 19 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-obbligi tagħhom li jiggarantixxi d-drittijiet fundamentali, kif previst fil-Karta Afrikana u strumenti internazzjonali u reġjonali oħra tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Ftehim ta' Cotonou u, b'mod speċifiku, l-Artikoli 8 u 96 tiegħu; iħeġġeġ lill-Gvern Kenjan jiggarantixxi, fiċ-ċirkostanzi kollha, l-integrità fiżika u l-benessri psikoloġiku tar-rifuġjati kollha, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru jew l-espressjoni tagħhom; |
|
19. |
Jistieden lill-komunità internazzjonali tiggarantixxi li r-rifuġjati jkunu koperti mill-programmi ta' tilqim kontra l-COVID-19; jisħaq fuq il-fatt li r-rifuġjati jitħallew jibbenefikaw mis-servizzi nazzjonali u l-integrazzjoni tagħhom fil-pjanijiet ta' żvilupp nazzjonali hija essenzjali kemm għar-rifuġjati kif ukoll għall-komunitajiet li jospitawhom, u tikkonforma mal-wegħda li “ħadd ma jitħalla jibqa' lura” fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli; |
|
20. |
Itenni mill-ġdid li ma jista' jkun hemm l-ebda żvilupp mingħajr sigurtà mtejba fir-reġjun; jissottolinja bil-qawwa madankollu, li l-finanzjament irid ikun iddedikat għall-iżvilupp ekonomiku, uman u soċjali fir-reġjun, b'enfasi partikolari fuq l-isfidi ta' żvilupp identifikati fid-deċiżjoni dwar il-Fond Fiduċjarju; ifakkar li l-FEŻ u l-fondi tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) għandhom jintużaw esklużivament għall-objettivi ta' żvilupp; |
|
21. |
Jisħaq fuq l-importanza li jiġi allokat sehem sostanzjali tal-NDICI – Ewropa Globali lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f'pajjiżi terzi, inkluża l-Kenja, biex tingħata assistenza u għall-protezzjoni u l-monitoraġġ tad-drittijiet tal-migranti; jistieden lill-UE tiżgura li parti sinifikanti tal-ipprogrammar permezz ta' dan l-istrument tiġi allokata għat-titjib tad-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni internazzjonali għar-rifuġjati, b'mod partikolari fil-Kenja; |
|
22. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati, lill-Ispeaker tal-Parlament Kenjan, lill-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD), lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-IGAD, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE. |
(1) ĠU C 346, 21.9.2016, p. 51.
(2) ĠU C 307, 30.8.2018, p. 131.
(3) Testi adottati, P9_TA(2021)0108.
(4) Testi adottati, P9_TA(2019)0042.
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/120 |
P9_TA(2021)0392
Implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-UE għall-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-UE għall-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa: il-progress, it-tagħlimiet miksuba u l-ostakli li jridu jingħelbu (2020/2046(INI))
(2022/C 117/13)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 4 u 14 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (1) (id-DAC), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni biex jittejjeb it-tħaddim tas-sistema ta' tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 tat-8 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 tal-25 ta' Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (5), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/2258 tas-6 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ħasil tal-flus (6), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2020 għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (DAC7) (COM(2020)0314), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta' Ġunju 2020 dwar il-futur tal-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fl-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2021 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/EU dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2020 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward ta' miżuri għat-tisħiħ tar-regoli eżistenti u l-espansjoni tal-qafas ta' skambju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni biex jiġu inklużi l-kriptoassi u l-flus elettroniċi, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2017 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (COM(2017)0781), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2018 dwar ħarsa ġenerali u valutazzjoni tal-istatistika u tal-informazzjoni b'rabta mal-iskambji awtomatiċi fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (COM(2018)0844), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2019 dwar l-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (SWD(2019)0327), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 03/2021 bit-titolu “L-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa fl-UE: sies sod, xquq fl-implimentazzjoni”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tax-taxxa (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Mejju 2020 dwar Pjan ta' Azzjoni għal politika komprensiva tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (C(2020)2800), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2020 dwar Pjan ta' Azzjoni għal tassazzjoni ġusta u sempliċi li tappoġġa l-istrateġija ta' rkupru (COM(2020)0312), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “L-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-UE għall-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa” li ġie ppubblikat mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS) tad-19 ta' Lulju 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD tad-9 ta' Diċembru 2020 bit-titolu “Rieżami bejn il-Pari tal-Iskambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji 2020”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Settembru 2020 bit-titolu “Miżuri effettivi u koordinati tal-UE għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u r-rifuġji fiskali” (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0193/2021), |
|
A. |
billi l-UE jkollha tħabbat wiċċha ma' prattiki tat-taxxa inġusti jew aggressivi, bħall-fatt li l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jitilfu bejn EUR 160 biljun u EUR 190 biljun fis-sena (12) bħala riżultat tal-evażjoni tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti minn multinazzjonali; billi dan it-telf hu ta' daqs sinifikanti fid-dawl tal-kriżi tas-saħħa, soċjali u ekonomika li l-Unjoni qed tiffaċċja u tiġġieled bħalissa; billi l-kontribwenti tal-UE kellhom EUR 1,5 triljun offshore fl-2016, u dan irriżulta f'telf medju ta' dħul mit-taxxa ta' EUR 46 biljun fl-UE bħala riżultat tal-evażjoni tat-taxxa minn individwi (13); billi dawn l-ammonti huma biss parti mill-problema ġenerali tal-evitar tat-taxxa minn individwi u kumpaniji u dan il-valur jitnaqqas b'mod illeġittimu mill-baġits nazzjonali u, għalhekk, jirrappreżenta piż addizzjonali fuq il-kontribwenti konformi; |
|
B. |
billi, f'dawn l-aħħar snin, il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa ttejbet b'mod sinifikanti, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell globali, bil-għan li l-evażjoni, l-evitar u l-frodi tat-taxxa jitrażżnu b'mod aktar effettiv, partikolarment bis-saħħa tal-Istandard Komuni ta' Rappurtar tal-G20/OECD approvat fl-2014; |
|
C. |
billi rivelazzjonijiet ripetuti minn ġurnalisti investigattivi, bħal-LuxLeaks, il-Panama Papers, il-Paradise Papers, l-iskandli cum-ex/cum-cum u, l-aktar reċenti, l-OpenLux, ikkontribwew għal sensibilizzazzjoni akbar u mbuttaw l-UE sabiex tiżviluppa s-sett tal-għodod tagħha kontra l-evitar, l-evażjoni u l-frodi tat-taxxa; billi r-rivelazzjonijiet tal-OpenLux urew il-ħtieġa li l-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa jkun aktar kwalitattiv u jagħti riżultati; |
|
D. |
billi d-DAC li daħlet fis-seħħ f'Jannar tal-2013 u ssostitwiet id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/EEC dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, stabbiliet ir-regoli u l-proċeduri għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-iskambju ta' informazzjoni (EOI) bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, partikolarment l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni (AEOI) dwar l-introjtu u l-assi; |
|
E. |
billi sussegwentement id-DAC ġiet emendata ħames darbiet biex il-kamp ta' applikazzjoni tal-AEOI jiġi gradwalment estiż għal informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji u l-introjtu relatat (DAC2), deċiżjonijiet transfruntieri antiċipati (ACBRs) u arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet (APA) (DAC3), Rapporti Pajjiż b'Pajjiż (CbCR) ippreżentati minn intrapriżi multinazzjonali (DAC4), biex l-awtoritajiet tat-taxxa jingħataw aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja kif miġbura skont ir-regoli kontra l-Ħasil tal-Flus (AML) (DAC5), u fl-aħħar nett biex il-kamp ta' applikazzjoni tal-AEOI jiġi estiż għall-arranġamenti transfruntiera dwar l-ippjanar tat-taxxa u jiġu introdotti regoli dwar l-iżvelar obbligatorju għall-intermedjarji (DAC6); |
|
F. |
billi d-dispożizzjonijiet għall-AEOI fl-ambitu tad-DAC1 sad-DAC4 daħlu fis-seħħ bejn Jannar 2015 u Ġunju 2017 u l-impatt inizjali tagħhom jista' jiġi evalwat, filwaqt li għadu kmieni wisq biex jitkejjel l-impatt tad-dispożizzjonijiet tad-DAC5 u d-DAC6, li ma daħlux fis-seħħ qabel Jannar 2018 u Lulju 2020 rispettivament; |
|
G. |
billi f'Lulju 2020 il-Kummissjoni pproponiet emenda oħra biex il-kamp ta' applikazzjoni tal-AEOI jiġi estiż għall-introjtu permezz ta' pjattaformi diġitali (DAC7), fost l-oħrajn, u ħabbret emenda oħra biex ikun hemm aċċess għal informazzjoni dwar il-kriptoassi (DAC8); billi tali reviżjoni tista' tkun opportunità biex jittejjeb il-qafas għall-iskambju ta' informazzjoni kollu kemm hu; |
|
H. |
billi, il-Kunsill ikkonkluda n-negozjati tiegħu dwar diversi reviżjonijiet tad-DAC, inklużi l-proposti reċenti tad-DAC7, mingħajr ma kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, u aġġixxa kontra l-prinċipji ta' kooperazzjoni leali u r-rwol tal-Parlament Ewropew fi proċess konsultattiv kif iddikjarat fl-Artikolu 115 TFUE; |
|
I. |
billi minħabba d-diffikultajiet iffaċċjati fil-Kunsill biex jintlaħaq qbil dwar it-titjib imressaq mill-Kummissjoni, ma ġewx ipprovduti tweġibiet suffiċjenti għall-kwistjonijiet ta' taxxa globali; |
|
J. |
billi għad hemm xi inkonsistenzi bejn l-istandards internazzjonali u dawk Ewropej, partikolarment dwar l-iskadenza għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa; billi l-maġġoranza tal-Istati Membri jirrilaxxaw informazzjoni aggregata dwar is-CbCR skont l-Azzjoni 13 tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-BEPS; |
|
K. |
billi l-Unjoni ffirmat ftehimiet ma' pajjiżi terzi inklużi Andorra, il-Liechtenstein, Monaco, San Marino u l-Iżvizzera biex tiżgura l-qsim ta' informazzjoni ekwivalenti għad-DAC2 mal-Istati Membri; billi verżjonijiet suċċessivi tad-DAC ma ġewx soġġetti għal ftehimiet simili; |
|
L. |
billi hemm biss informazzjoni limitata ħafna li hija disponibbli pubblikament dwar l-implimentazzjoni tad-DAC1 sad-DAC4, bi kważi ebda informazzjoni kwantitattiva dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar is-CbCRs fl-ambitu tad-DAC4, u billi l-informazzjoni kwantitattiva dwar l-implimentazzjoni tad-DAC fil-livell ta' Stat Membru hija rari; |
|
M. |
billi l-Parlament jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju tas-sovranità tat-taxxa nazzjonali; |
|
N. |
billi l-informazzjoni disponibbli turi li, l-EOI skont id-dispożizzjonijiet tad-DAC1 u d-DAC2 għall-AEOI żdiedu b'mod sinifikanti mid-dħul tas-seħħ, u li l-Istati Membri skambjaw madwar 11 000 messaġġ b'rabta ma' kważi 16-il miljun kontribwent u introjtu u/jew assi b'valur ta' aktar minn EUR 120 biljun skont id-dispożizzjonijiet tad-DAC1 bejn l-2015 u nofs l-2017 u madwar 4 000 messaġġ li jkopru madwar 8,3 miljun kont b'valur totali ta' kważi EUR 2,9 triljun fl-ambitu tad-DAC2 sal-2018; |
|
O. |
billi d-dispożizzjonijiet tal-AEOI taħt id-DAC3 wasslu għal żieda sinifikanti fl-għadd ta' ACBRs u APAs irrappurtati meta mqabbla mal-perjodu ta' qabel, meta kienu jiġu kondiviżi biss f'okkażjonijiet rari u fuq bażi spontanja minkejja rekwiżit legalment vinkolanti biex jiġu kondiviżi bosta ACBRs u APAs mill-1977, tant li fl-2017 ġew irrappurtati 17 652 ACBR/APA meta mqabbla ma' mhux aktar minn 2 529 fl-2016, 113 fl-2015 u 11 fl-2014; billi s-suċċess ma jistax jitkejjel biss permezz ta' żieda totali fl-għadd ta' ACBRs u APAs irrappurtati, kif muri bir-rivelazzjonijiet ta' LuxLetters; |
|
P. |
billi hija r-responsabbiltà tal-Parlament, flimkien mal-Kunsill, li jeżerċitaw skrutinju politiku fuq il-Kummissjoni, kif stabbilit fit-Trattati skont l-Artikolu 14 TUE, inkluża l-politika ta' infurzar u implimentazzjoni tagħha, u billi dan jirrikjedi aċċess adegwat għall-informazzjoni rilevanti; billi l-Kummissjoni trid tkun responsabbli lejn il-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 17(8) TUE; |
|
Q. |
billi l-Kummissjoni fetħet total ta' 73 proċedura ta' ksur relatati prinċipalment ma' dewmien fit-traspożizzjoni tad-DAC mill-Istati Membri u, sa Jannar 2021, żewġ proċeduri ta' ksur kienu għadhom għaddejjin; billi t-traspożizzjoni dewwiema jew fqira tad-DAC min-naħa tal-Istati Membri ġġustifikat diversi proċeduri ta' ksur u billi dan ix-xenarju jiġġustifika l-pożizzjoni tal-Parlament favur kontroll strett min-naħa tal-Kummissjoni fuq it-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar kwistjonijiet ta' taxxa u, speċifikament, fuq id-dispożizzjonijiet tad-DAC; |
|
R. |
billi l-OECD ħolqot standard globali għall-AEOI bl-Istandard Komuni ta' Rappurtar (CRS) tagħha fl-2014 u aktar minn 100 ġuriżdizzjoni madwar id-dinja impenjaw ruħhom favur l-AEOI ta' kontijiet finanzjarji mill-2021 'il quddiem; |
|
S. |
billi l-Parlament jirrikonoxxi li ma għandu l-ebda setgħa leġiżlattiva fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u għandu biss setgħa leġiżlattiva limitata fuq it-tassazzjoni indiretta; |
|
T. |
billi l-qafas tad-DAC għandu jkun akkumpanjat b'attenzjoni ugwali għall-kapaċità u r-rieda tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex tiġi ffaċilitata l-konformità u jinqdew l-interessi tal-kontribwenti; |
|
U. |
billi d-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-Qasam tat-Tassazzjoni trid tkun strument li jsaħħaħ il-ħidma kkoordinata tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali, iżda trid tikkunsidra dimensjonijiet bħal: i) ir-rinfurzar tar-riżorsi tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa (fir-riżorsi umani, finanzjarji u tal-infrastruttura – prinċipalment l-infrastruttura diġitali); ii) il-protezzjoni tad-drittijiet tal-kontribwenti, bħall-protezzjoni tad-data; iii) is-salvagwardja tas-sigriet professjonali u industrijali, bi standards għoljin ta' ċibersigurtà fil-proċess ta' skambju ta' informazzjoni; iv) it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u burokratiku fuq il-kontribwenti u l-kumpaniji; v) il-promozzjoni ta' standards ta' prestazzjoni ogħla għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, bi skadenzi aktar stretti biex jikkonformaw mar-regoli Ewropej; u vi) is-salvagwardja tal-kompetittività tal-kumpaniji tagħna, b'modi aktar sempliċi u rapidi biex tiġi ggarantita l-konformità mar-rekwiżiti amministrattivi; |
|
V. |
billi l-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 irrikjediet sforzi fiskali u baġitarji enormi min-naħa tal-gvernijiet, inkluż fl-għamla ta' għajnuna lill-kumpaniji; billi l-benefiċjarji ta' tali appoġġ iridu jissodisfaw ir-responsabbiltajiet soċjali tagħhom, bħall-kooperazzjoni adegwata mal-awtoritajiet tat-taxxa, sabiex jiġi ggarantit skambju komprensiv ta' informazzjoni dwar it-taxxa; |
|
W. |
billi l-effikaċja tal-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa tiddependi inqas fuq il-kwantità tad-data skambjata, iżda iktar fuq il-kwalità tagħha; billi, għalhekk, il-kwalità u l-kompletezza tad-data huma essenzjali sabiex jinsiltu l-akbar benefiċċji mill-qafas tad-DAC; billi n-nuqqas ta' informazzjoni disponibbli pubblikament dwar id-data kwantitattiva tal-EOI mwettqa skont id-DAC1 sa DAC4 jagħmel l-iskrutinju demokratiku mill-parlamenti nazzjonali u mill-Parlament Ewropew ferm aktar diffiċli; |
|
X. |
billi l-ekonomija progressivament diġitalizzata u globalizzata tippossjedi dimensjonijiet kumplessi u ta' sfida, bħall-assi diġitali u l-kriptoassi, u għalhekk huwa importanti li tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali f'dan il-qasam; billi definizzjoni ċara ta' kriptoassi, konformi max-xogħol li għaddej mal-OECD u t-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF), tkun importanti biex tittejjeb il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u tiġi promossa tassazzjoni ġusta; billi l-proliferazzjoni tal-kriptovaluti hija suġġett ta' attwalità u għandha titqies fi kwalunkwe sforz biex tiżdied il-kooperazzjoni amministrattiva, abbażi tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità; |
|
Y. |
billi l-politiki tat-taxxa huma fil-qalba tas-sovranità nazzjonali fl-ambitu fiskali u tat-taxxa, u jirrappreżentaw kompetenzi nazzjonali; billi kwalunkwe deċiżjoni ewlenija fil-livell Ewropew trid tkun ibbażata fuq rispett strett għal-loġika intergovernattiva li tirregola dan il-qasam tal-integrazzjoni Ewropea; billi d-deċiżjonijiet importanti dwar l-integrazzjoni ulterjuri dwar din il-kwistjoni jridu dejjem jittieħdu b'rispett sħiħ tat-trattati, il-kompetenzi nazzjonali u s-sovranità nazzjonali fl-ambitu fiskali u tat-taxxa; billi l-Parlament jaqbel mal-ambizzjoni li jinstabu soluzzjonijiet innovattivi dwar kwistjonijiet ta' taxxa, filwaqt li jżomm f'moħħu l-qafas istituzzjonali li rridu nippreservaw; |
|
Z. |
billi l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni trid tkun strument li jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa minn individwi u intrapriżi, permezz ta' kanali ta' komunikazzjoni mtejba u prattiki tal-EOI effettivi; |
|
AA. |
billi r-reviżjonijiet konsekuttivi tad-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-Qasam tat-Tassazzjoni juru li din hija dimensjoni ta' interess kontinwu għall-Istati Membri u għal dawk li jfasslu l-politika Ewropea, li l-istrumenti Ewropej qed jevolvu gradwalment u progressivament skont loġika ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib u li ċ-ċittadini huma konxji mill-valur miżjud tas-soluzzjonijiet Ewropej fir-rigward tal-indirizzar ta' kwistjonijiet marbuta mat-tassazzjoni, prinċipalment fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa; |
|
AB. |
billi l-EOI dwar l-introjtu u l-qligħ kapitali minn individwi, b'mod partikolari dwar proprjetà immobbli, huwa mminat mill-użu ta' kumpaniji tal-isem; |
|
AC. |
billi, fil-qafas attwali, l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji ta' ishma fil-kumpaniji mhux qed tiġi skambjata awtomatikament; |
|
AD. |
billi l-family offices ta' spiss ikollhom assi transfruntiera kbar permezz ta' sjieda diretta f'kumpaniji jew permezz ta' entitajiet ta' investiment b'numru limitat ta' azzjonisti (14); billi tali istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jbatu minn interessi konfliġġenti li jikkontribwixxu għal rappurtar mhux affidabbli ta' informazzjoni dwar it-taxxa; billi l-qligħ kapitali mhux realizzat ta' individwi miżmum barra l-pajjiż f'kumpaniji b'taxxa baxxa ftit li xejn huwa kopert mis-sistemi ta' taxxa nazzjonali; billi dan jippermetti li individwi b'valur nett għoli jakkumulaw il-ġid, billi jibnu fuq introjtu intaxxat b'rati baxxi, filwaqt li l-klassijiet medji jistgħu jakkumulaw biss il-ġid abbażi ta' introjtu intaxxat bis-sħiħ; |
|
AE. |
billi qafas tal-EOI effettiv u li jiffunzjona tajjeb jista' jtaffi l-pressjonijiet baġitarji fl-Istati Membri kollha; |
Rekwiżiti ta' kopertura u ta' rapportar
|
1. |
Jilqa' l-fatt li l-istituzzjonijiet tal-UE qed itejbu u jwessgħu b'mod kontinwu l-kamp ta' applikazzjoni tal-EOI sabiex jitrażżnu l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, inklużi l-proposta reċenti dwar id-DAC7, kif ukoll il-pjanijiet għad-DAC8; jinnota, madankollu, li filwaqt li l-kamp ta' applikazzjoni tal-qafas tad-DAC żdied b'mod kostanti, ftit li xejn ingħatat attenzjoni biex jittejbu l-kwalità u l-kompletezza tad-data ugwalment; |
|
2. |
Jenfasizza li l-EOI bejn l-amministraturi tat-taxxa ttejjeb b'mod sinifikanti kemm fil-livell globali kif ukoll f'dak tal-UE; ifakkar li d-DAC2, id-DAC3, id-DAC4, id-DAC6 u d-DAC7 huma marbutin direttament mal-ħidma mwettqa fil-livell tal-OECD; iqis li l-miżuri miftiehma fil-livell globali jikkostitwixxu standard minimu għall-UE; |
|
3. |
Jinnota li l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni aħjar tar-regoli mill-awtoritajiet tat-taxxa huma meħtieġa sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju tan-nuqqas ta' dikjarazzjoni tad-dħul u jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tiggarantixxi infurzar aħjar tar-regoli; jinnota, madankollu, li ċerti tipi ta' introjtu u assi għadhom esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni, u dan jippreżenta riskju li jiġu evitati l-obbligi tat-taxxa; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa u l-aktar mod xieraq, u tippreżenta proposti konkreti, biex tinkludi l-informazzjoni dwar is-sjieda li ġejja, l-elementi ta' introjtu u l-assi mhux finanzjarji fl-AEOI: (a) is-sidien benefiċjarji ta' proprjetà immobbli u kumpaniji; (b) qligħ kapitali relatat mal-proprjetà immobbli u qligħ kapitali relatat mal-assi finanzjarji, inkluż in-negozjar tal-munita, b'mod partikolari biex jinstabu modi kif l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jkunu infurmati aħjar biex jidentifikaw il-qligħ kapitali realizzat; (c) introjtu minn dividendi mhux ta' kustodja; (d) assi mhux finanzjarji bħal flus, art, deheb jew oġġetti oħra ta' valur miżmuma f'portijiet ħielsa, deposti jew kaxxi ta' sikurezza għad-depożiti; (e) sjieda ta' jottijiet u ġettijiet privati; u (f) kontijiet fi pjattaformi kbar ta' self bejn il-pari, finanzjament kollettiv u pjattaformi simili; |
|
4. |
Josserva li l-effikaċja tad-DAC1 hija serjament limitata mill-fatt li l-Istati Membri huma meħtieġa biss li jirrappurtaw mill-inqas żewġ kategoriji ta' introjtu; jieħu nota tal-emenda reċenti li tobbliga lill-Istati Membri jiskambjaw l-informazzjoni kollha li tkun disponibbli, fuq tal-anqas erba' kategoriji ta' introjtu fir-rigward tal-perjodi taxxabbli mill-2024 'il quddiem; jistieden lill-Kummissjoni biex, wara valutazzjoni tal-impatt, tagħmilha obbligatorja li jsir rapportar dwar il-kategoriji kollha ta' introjtu u assi fil-kamp ta' applikazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw reġistri effettivi u aċċessibbli għal finijiet tal-EOI; jinnota li tali sforzi jkunu ta' benefiċċju anke għall-ġbir tat-taxxa fil-livell nazzjonali; |
|
5. |
Josserva l-isfida maħluqa mill-ġbir ta' informazzjoni dwar il-flus elettroniċi u/jew tal-kriptoassi, kif ukoll l-inklużjoni diffiċli tagħhom fl-AEOI minħabba l-indipendenza tagħhom mill-intermedjarji; jitlob li jinħoloq qafas komprensiv għall-ġbir ta' informazzjoni dwar il-flus elettroniċi u l-kriptoassi; |
|
6. |
Josserva li d-definizzjoni ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji (FIs) tar-rapportar u t-tipi ta' kontijiet li jeħtieġ li jiġu rrappurtati fid-DAC2 tinvolvi riskju ta' ċirkomvenzjoni u żieda fil-burokrazija; jitlob li ssir valutazzjoni u, jekk ikun xieraq, tiġi ppreżentata proposta mingħand il-Kummissjoni biex testendi l-obbligi ta' rapportar għal tipi rilevanti oħra ta' FIs, filwaqt li tevita burokrazija żejda, iżda tqis mill-ġdid il-kwalifika ta' Entitajiet ta' Investiment b'numru limitat ta' azzjonisti bħala FIs, tirrieżamina d-definizzjoni ta' kontijiet esklużi u tneħħi l-limiti applikabbli għall-kontijiet ta' entità diġà eżistenti; ifakkar li, b'sistemi tal-IT adegwati, prattika ta' ebda eżenzjoni u ebda livell limitu tista' tikkontribwixxi għal inqas burokrazija; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-obbligu tal-FIs, meta ma jkollhomx informazzjoni x'jirrappurtaw, li jissottomettu dikjarazzjonijiet nulli, bil-għan li titnaqqas il-burokrazija; |
|
7. |
Josserva li d-DAC3 fiha ċerti punti moħbija u jista' jkollha effetti negattivi imprevisti bħal amministrazzjonijiet tat-taxxa li ma jiskambjawx ACBRs jekk dawn ikunu favorevoli wisq, jew amministrazzjonijiet tat-taxxa li jirrikorru għal arranġamenti informali sabiex jevitaw l-iskambji, kif żvelat bil-prattika ta' deċiżjonijiet tat-taxxa paralleli permezz tal-“ittri ta' informazzjoni” fil-Lussemburgu; jiddeplora t-trattament preferenzjali ta' individwi b'valur nett għoli; jitlob, għalhekk, li l-kamp ta' applikazzjoni tal-EOI fl-ambitu tad-DAC3 jitwessa' biex jinkludi arranġamenti informali, APAs u ACBRs mhux “antiċipati” (pereżempju ftehimiet ta' wara t-tranżazzjoni jew wara s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet), persuni fiżiċi u deċiżjonijiet li għadhom validi, iżda li nħarġu, ġew emendati jew imġedda qabel l-2012; jesprimi dispjaċir għall-fatt li t-talbiet preċedenti tal-Parlament Ewropew f'dan ir-rigward s'issa ġew injorati; jesprimi dispjaċir li d-dħul tad-data tad-DAC 3 huwa nieqes mill-kwalità u għadu ma jintużax b'mod wiesa' jew ma ġiex sfruttat mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri; jagħti parir li għandha tintbagħat notifika speċifika lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa meta kumpanija li tibbenefika minn deċiżjoni tat-taxxa fl-ambitu tad-DAC 3 ikollha preżenza taxxabbli; |
|
8. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-APAs bilaterali u multilaterali huma esklużi mill-EOI fl-ambitu tad-DAC3 meta ftehim internazzjonali dwar it-taxxa relatat ma jipprevedix l-iżvelar tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jinnegozjaw mill-ġdid il-ftehimiet eżistenti u ma jagħtux il-kunsens tagħhom għal kwalunkwe ftehim internazzjonali futur dwar it-taxxa li ma jippermettix l-iżvelar ta' APAs; |
|
9. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-informazzjoni sommarja fid-direttorju ċentrali tal-ACBRs u l-APAs ta' spiss tkun qasira wisq biex tintuża mingħajr ma jkun hemm għalfejn tintalab informazzjoni addizzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida dwar x'għandhom jipprovdu l-amministrazzjonijiet tat-taxxa bħala sommarju, u dan għandu jinkludi l-implikazzjonijiet tat-taxxa diretti u indiretti rilevanti kollha bħar-rati tat-taxxa effettivi; |
|
10. |
Jiddeplora l-prattika ta' deċiżjonijiet tat-taxxa paralleli fil-Lussemburgu, esposti bir-rivelazzjonijiet ta' LuxLetters, li twassal biex l-arranġamenti informali ma jiġux irrappurtati kif meħtieġ mid-DAC3; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta b'urġenza l-ksur potenzjali tar-rekwiżiti tad-DAC3 mil-Lussemburgu u minn Stati Membri oħra bi prattiki simili u jekk ikun meħtieġ tniedi proċedimenti ta' ksur; |
|
11. |
Jilqa' l-fatt li għadd kbir ta' pajjiżi, inklużi ħafna Stati Membri, qed jirrilaxxaw informazzjoni anonimizzata u aggregata, meħuda mir-rapporti tal-CbCRs kif mitlub skont id-DAC4 jew l-Azzjoni 13 tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-BEPS; jesprimi dispjaċir għall-fatt li minoranza ta' Stati Membri mhumiex jippubblikaw din l-informazzjoni f'bażijiet tad-data internazzjonali; jitlob approċċ armonizzat f'dan ir-rigward u jinsisti li l-Kummissjoni tintegra dan l-obbligu fir-reviżjoni futura tad-DAC; |
|
12. |
Jirrakkomanda li jiġi rivedut il-kamp ta' applikazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-intrapriżi multinazzjonali (MNEs) li huma proprjetarji ta' diversi entitajiet fl-istess ġuriżdizzjoni sabiex tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni filwaqt li jiġu evitati spejjeż eċċessivi ta' konformità; |
|
13. |
Josserva li l-konsistenza tal-iżvelar obbligatorju fl-ambitu tad-DAC6 hija affettwata b'mod negattiv mill-ambigwità fl-interpretazzjoni tal-karatteristiċi distintivi min-naħa tal-Istati Membri individwali; jitlob, għalhekk, aktar ċarezza fil-formulazzjoni tal-kriterju tal-benefiċċju prinċipali għall-karatteristiċi distintivi fil-kategoriji A u B; |
|
14. |
Ifakkar li d-dispożizzjonijiet tad-DAC huma applikabbli għal kull intrapriża li hija obbligata bid-dmirijiet ta' rappurtar; ifakkar, madankollu, li l-MNEs u l-SMEs għandhom differenzi sinifikanti fir-rigward tal-politiki ta' konformità tagħhom u dan irid jitqies fir-reviżjonijiet futuri tad-DAC; jifhem, għalhekk, li l-ispejjeż ta' konformità u l-piż amministrattiv tal-SMEs iridu jitnaqqsu; |
|
15. |
Ifakkar li r-regoli Ewropej dwar il-kooperazzjoni amministrattiva ma jiħdux post ir-regoli nazzjonali iżda pjuttost jipprovdu standards minimi għall-iskambju ta' informazzjoni u għal azzjonijiet kooperattivi; |
|
16. |
Jirrikonoxxi li sabiex jittejbu l-objettivi tad-DAC, l-enfasi għandha tkun fuq l-għeluq tal-lakuni eżistenti fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ aktar milli fuq il-ħolqien ta' regoli leġiżlattivi ġodda; |
Obbligi ta' diliġenza dovuta u sjieda benefiċjarja
|
17. |
Jinnota li l-informazzjoni skambjata hija ta' volum kbir, iżda ta' kwalità limitata; jilqa' r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA); josserva li l-kontijiet konġunti jippreżentaw ċerti diffikultajiet għall-FIs; huwa mħasseb dwar il-fatt li informazzjoni impreċiża jew li ma għadhiex tintuża dwar ir-residenza tat-taxxa miżmuma mill-FIs u l-abbuż permezz ta' residenzi differenti jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' skambju ta' informazzjoni meta dan ikun neċessarju; jiddeplora l-użu ta' viżi u passaporti tad-deheb biex jiġi evitat l-EOI u jtenni t-talba tiegħu biex jitneħħew gradwalment dawn l-iskemi eżistenti kollha; jistieden lill-Kummissjoni testendi l-proċedimenti ta' ksur tagħha għall-Istati Membri kollha li joffru viżi tad-deheb; jitlob li jkun hemm proċeduri ta' infurzar aktar b'saħħithom fil-livell tal-Istati Membri u li jiġu stabbiliti sistemi domestiċi ta' penali li japplikaw għal rappurtar mhux korrett jew mhux komplut li jkollu effett ta' deterrent effettiv; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi żjarat fuq il-post fl-Istati Membri u tivvaluta l-effikaċja tal-iskemi ta' monitoraġġ tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' kontrolli tal-kwalità u tal-kompletezza tad-data tad-DAC, l-għoti ta' feedback regolari għall-informazzjoni riċevuta, u rapporti dwar l-utilità tal-interventi lill-Kummissjoni biex jittejjeb it-teħid tad-deċiżjonijiet fil-ġejjieni, kif ukoll proċeduri għall-awditjar ta' entitajiet obbligati li jirrappurtaw dwar il-kwalità u l-kompletezza tad-data mibgħuta; jirrikonoxxi li l-informazzjoni skambjata bejn l-Istati Membri permezz tad-DAC u s-sistemi sottostanti hija kunfidenzjali; |
|
18. |
Jirrimarka li ma hemm l-ebda sanzjoni preskritta għall-FIs li ma jirrappurtawx jew li jirrappurtaw informazzjoni b'mod falz jew b'mod inkorrett, u li l-miżuri jvarjaw b'mod sinifikanti madwar l-Istati Membri; ifakkar li skont l-Artikolu 25a tad-DAC, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-entitajiet ta' rappurtar. jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni ma tivvalutax id-daqs jew l-effett ta' deterrent tal-penali f'kull Stat Membru, u li l-Kummissjoni ma offriet l-ebda punt ta' riferiment għal tqabbil jew gwida f'dan ir-rigward; jitlob aktar sanzjonijiet armonizzati u effettivi b'effett ta' deterrent għan-nuqqas ta' konformità; |
|
19. |
Jirrakkomanda l-inklużjoni ta' markatur biex jindika sjieda konġunta ta' detenturi ta' kontijiet differenti sabiex jiġi evitat rappurtar doppju u biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni preċiża tal-bilanċi tal-kontijiet; jissuġġerixxi wkoll li l-entitajiet jistgħu jirreġistraw is-sehem tas-sjieda ta' kull detentur ta' kont, u jindikaw meta kont jinżamm minn sidien minn ġurisdizzjonijiet differenti; |
|
20. |
Jinnota li d-DAC5 ipprovdiet aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja kif miġbura skont ir-regoli kontra l-ħasil tal-flus (AML). josserva li l-ħames Direttiva AML (AMLD5) wessgħet il-kamp ta' applikazzjoni għall-interazzjoni bejn l-AML u d-DAC u li l-AMLD5 kellha tiġi trasposta mill-Istati Membri sal-10 ta' Jannar 2020; jinnota wkoll li għalhekk l-effikaċja tad-DAC tiddependi ħafna mid-direttivi kontra l-ħasil tal-flus (AML) li huma stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri; josserva li l-effikaċja tad-DAC hija mminata mill-implimentazzjoni ħażina ta' dawn id-direttivi, min-nuqqas ta' infurzar effettiv u mid-dgħufijiet li fadal fil-qafas tal-AML bħal (i) il-fatt li s-sjieda benefiċjarja mhijiex iddeterminata għal kontijiet individwali miżmuma minn entitajiet mhux finanzjarji attivi (NFE), (ii) in-nuqqas ta' informazzjoni tas-sjieda benefiċjarja għall-proprjetajiet immobiljari u l-kuntratti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, (iii) in-nuqqas ta' reġistri nazzjonali interkonnessi b'mod partikolari proprjetà immobbli b'reġistri tas-sjieda benefiċjarja, u (iv) in-nuqqas ta' definizzjonijiet komuni għas-sjieda benefiċjarja, id-diliġenza dovuta u r-reati ta' taxxa; |
|
21. |
Jesprimi dispjaċir għall-istat attwali tat-traspożizzjoni għall-AMLD4 madwar l-Istati Membri (15), u li l-Kummissjoni nediet proċeduri ta' ksur kontra tmien Stati Membri f'Diċembru 2020 u tliet Stati Membri fi Frar 2021 (16), filwaqt li jinnota li l-iskadenza tat-traspożizzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet kienet is-27 ta' Ġunju 2017; jesprimi dispjaċir ukoll għall-fatt li għall-AMLD5 (17), bi skadenza għat-traspożizzjoni tal-10 ta' Jannar 2020, tnedew proċeduri ta' ksur kontra 16-il Stat Membru (18); |
|
22. |
Josserva bi tħassib li fl-aktar valutazzjoni reċenti tal-miżuri AML tal-pajjiżi mwettqa mill-FATF, it-18-il Stat Membru inklużi fil-valutazzjoni (19), ma kellhomx prestazzjoni tajba fl-indikaturi ewlenin tal-effikaċja, pereżempju, meta ġew ikklassifikati fir-rigward tal-applikazzjoni adegwata tal-miżuri tal-AML, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri vvalutati ġew ikklassifikati li għandhom livell “moderat” jew “baxx” ta' effikaċja, fejn Spanja biss ġiet ikklassifikata li għandha livell “sostanzjali” ta' effikaċja, u l-ebda Stat Membru ma kiseb livell “għoli” ta' effikaċja (20); |
|
23. |
Josserva li qed jintużaw strutturi dejjem aktar kumplessi biex jaħbu lis-sidien benefiċjarji finali u għalhekk ifixklu l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli tal-AML; josserva ulterjorment id-dgħufijiet esposti mir-rivelazzjonijiet OpenLux; jemmen li ma għandu jkun hemm l-ebda livell limitu għar-rapportar tas-sidien benefiċjarji; ifakkar fil-fehma tiegħu li s-sjieda benefiċjarja tat-trusts għandu jkollha l-istess livell ta' trasparenza bħall-kumpaniji fl-ambitu tal-AMLD5, filwaqt li jiġu żgurati salvagwardji xierqa; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tippreżenta, fi żmien debitu, evalwazzjoni tal-interazzjoni bejn l-AML u d-DAC; |
Sfidi legali u prattiċi
|
25. |
Jinnota li l-Kummissjoni timmonitorja t-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tad-DAC fl-Istati Membri; jirrimarka, madankollu, li s'issa la ħadet azzjoni diretta u effettiva biex tindirizza n-nuqqas ta' kwalità tad-data mibgħuta bejn l-Istati Membri, la għamlet żjarat fl-Istati Membri, u lanqas ma żgurat l-effikaċja tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Membri għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tar-rapportar tad-DAC; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-attivitajiet tagħha f'dan ir-rigward u tieħu azzjonijiet diretti u effettivi biex tindirizza n-nuqqas ta' kwalità tad-data mibgħuta mill-Istati Membri, tkompli tiżviluppa l-gwida tagħha għall-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni DAC, twettaq analiżi tar-riskju u tuża l-informazzjoni dwar it-taxxa riċevuta, u tniedi proċeduri ta' ksur, billi tuża, fost l-oħrajn, ir-rieżamijiet tal-Forum Globali (21) u tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipprijoritizza l-kwistjoni tat-titjib tal-kwalità tad-data fir-rieżamijiet futuri tal-qafas tad-DAC; |
|
26. |
Josserva bi tħassib li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-2019 enfasizzat li l-Istati Membri ta' spiss ma jmorrux lil hinn mir-rekwiżiti minimi tad-DAC fl-iskambju ta' informazzjoni, u dan ikkontribwixxa għall-iskandlu ta' frodi tat-taxxa cum-ex/cum-cum; josserva b'mod partikolari li l-Istati Membri ma kkooperawx biżżejjed permezz ta' mekkaniżmi xierqa bħall-iskambju spontanju sabiex iwissu lil Stati Membri rilevanti oħra dwar tali skemi; josserva wkoll li minoranza żgħira biss tal-Istati Membri għandha disponibbli informazzjoni kompluta fis-sitt kategoriji kollha ta' introjtu u kapital tad-DAC1; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' skambji aktar effettivi, kompluti u frekwenti; |
|
27. |
Jinnota bi tħassib li l-Forum Globali dan l-aħħar ivvaluta l-implimentazzjoni legali tal-Istandard Komuni ta' Rapportar (CRS) (22) imsejjaħ DAC2 fl-UE, u jinnota l-fatt li mhux l-Istati Membri kollha huma konformi bis-sħiħ skont l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-Forum Globali; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-Istati Membri u tniedi proċeduri ta' ksur sakemm l-Istati Membri kollha jkunu konformi bis-sħiħ; jistenna bil-ħerqa l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-Forum Globali dwar l-infurzar prattiku tas-CRS u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħejju b'mod diliġenti għal dan il-proċess; |
|
28. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Istati Membri rarament jorbtu l-informazzjoni li jibagħtu ma' NIT maħruġ mill-pajjiż ta' residenza tal-kontribwent; jinnota li l-Litwanja u l-Irlanda biss jidhru li jinkludu NIT, kif rikonoxxut mill-pajjiż riċeventi (23); jinnota wkoll li l-kondiviżjoni ta' numri ta' identifikazzjoni tal-kontribwenti (NIT) validi hija kruċjali għall-proċessi effiċjenti tal-EOI; jinnota li n-NIT tal-korporazzjonijiet għandhom jiġu rrapportati wkoll, sabiex jiġi ffaċilitat aktar it-tqabbil tal-informazzjoni rilevanti dwar it-taxxa; ifakkar li kull miżura li tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-kontribwenti trid tirrispetta d-drittijiet fundamentali, speċjalment id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data; |
|
29. |
Jilqa' r-rekwiżit fid-DAC7 li jiġi inkluż in-NIT tal-Istat Membru ta' residenza għad-DAC1 u d-DAC2 biex jittejbu t-tqabbil u l-identifikazzjoni tad-data madwar l-Istati Membri, peress li l-identifikazzjoni xierqa tal-kontribwenti hija essenzjali għal EOI effikaċi bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa; huwa mħasseb li kwantitajiet kbar ta' informazzjoni ma jitqabblux mal-kontribwenti rilevanti u ma jintużawx biżżejjed, u dan iwassal għal nuqqasijiet fit-tassazzjoni; |
|
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, toħloq għodda ta' validazzjoni għan-NIT; jinnota li din it-tali għodda ta' validazzjoni żżid l-effikaċja tar-rapportar tal-FIs b'mod sinifikanti u għalhekk tnaqqas l-ispejjeż ta' konformità għal dawn l-istituzzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni biex, wara analiżi xierqa u evalwazzjoni tal-impatt, teżamina mill-ġdid il-ħolqien ta' NIT Ewropew; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw analiżi aktar sistematika tad-data mhux imqabbla tad-DAC1 u d-DAC2, u jintroduċu proċeduri għall-analiżi sistematika tar-riskju tal-informazzjoni li jirċievu; |
|
31. |
Jieħu nota tal-fatt li l-informazzjoni skambjata fuq talba (EOIR) ta' spiss instabet li mhijiex kompluta u kienet tirrikjedi aktar kjarifiki; Jesprimi dispjaċir għall-fatt li fil-qafas tal-EOIR, l-awtoritajiet ta' spiss jieħdu sa sitt xhur u aktar biex jipprovdu informazzjoni mid-data tal-wasla tat-talba; jinnota b'dispjaċir li ma hemm l-ebda limitu ta' żmien għal kwalunkwe skambju ta' segwitu u dan joħloq il-potenzjal għal aktar dewmien; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi din id-dispożizzjoni, inkluż għal talbiet ta' segwitu, għal mhux aktar tard minn tliet xhur; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tingħata l-mandat biex tivvaluta b'mod sistematiku l-livell ta' kooperazzjoni minn pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-indikazzjonijiet li l-EOIR ma' diversi pajjiżi terzi, inkluża l-Iżvizzera, mhijiex sodisfaċenti; |
|
32. |
Jiddeplora l-fatt li Stat Membru wieħed, Malta, irċieva punteġġ ġenerali “parzjalment konformi” fir-rieżami bejn il-pari mill-Forum Globali għall-EOIR, u dan ifisser li l-istandard tal-EOIR huwa implimentat parzjalment biss u dan iwassal għal effetti prattiċi sinifikanti (24); jinnota li 19-il Stat Membru mhumiex kompletament konformi “mal-informazzjoni dwar is-sjieda u l-identità” (25); jinnota li sitt Stati Membri mhumiex kompletament konformi “mal-informazzjoni tal-kontabbiltà” (26); jinnota li ħames Stati Membri mhumiex kompletament konformi “mal-informazzjoni bankarja” (27); jinnota li seba' Stati Membri mhumiex kompletament konformi “mal-aċċess għall-informazzjoni” (28); jinnota li tliet Stati Membri mhumiex kompletament konformi “mad-drittijiet u s-salvagwardji” (29); jinnota li ħames Stati Membri mhumiex kompletament konformi mal-“mekkaniżmi EOI” (30); jinnota li tliet Stati Membri mhumiex kompletament konformi mal-“kunfidenzjalità” (31); jinnota li tliet Stati Membri mhumiex kompletament konformi “mad-drittijiet u s-salvagwardji” (32); jinnota li disa' Stati Membri mhumiex kompletament konformi “mal-kwalità u t-tempestività tar-risponsi” (33); jinnota li fil-qosor ma ġie identifikat l-ebda nuqqas materjali fi tmien Stati Membri biss (34); jesprimi dispjaċir għall-fatt li ġew identifikati nuqqasijiet materjali fi 18-il Stat Membru (35); jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li ċerti Stati Membri għandhom klassifikazzjoni baxxa dwar kwistjonijiet speċifiċi bħall-informazzjoni dwar is-sjieda u l-identità; jistieden lill-Istati Membri jiksbu klassifikazzjoni konformi fir-rieżami bejn il-pari li jmiss; jinnota li n-nuqqas ta' prestazzjoni tal-Istati Membri jdgħajjef serjament il-kredibilità tal-UE fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa fuq livell internazzjonali; jistenna li l-Kummissjoni tuża mingħajr aktar dewmien l-għodod legali u mhux legali kollha biex tiżgura li l-leġiżlazzjoni tkun qed tiġi implimentata kif suppost; jistieden lill-Kummissjoni tniedi proċeduri ta' ksur sakemm l-Istati Membri kollha jkunu konformi bis-sħiħ; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ mal-objettivi tad-DAC u l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki tal-EOI; |
|
33. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni fid-DAC7 biex jiġi ċċarat l-istandard ta' “rilevanza prevedibbli” li jeħtieġ li jiġi ssodisfat fil-kuntest tal-EOIR u jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida biex tiżgura approċċ standardizzat u użu aktar effettiv tad-dispożizzjonijiet tal-EOIR; |
|
34. |
Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni għamlet disponibbli diversi għodod għall-Istati Membri biex jiżviluppaw l-EOI u l-aħjar prattiki kif ukoll l-appoġġ tal-IT, prinċipalment permezz tal-programm Fiscalis 2020; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi promoss aktar l-iskambju tal-aħjar prattiki u li tiġi żviluppata gwida dwar l-użu tal-informazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tad-DAC3 u d-DAC4; |
|
35. |
Jinnota li l-użu tal-informazzjoni fl-ambitu tad-DAC għal kwistjonijiet mhux fiskali jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru li jibgħatha, li mhux dejjem tingħata għalkemm din l-informazzjoni tista' tkun utli biex tiżdied l-effiċjenza tal-investigazzjonijiet kriminali u investigazzjonijiet oħra, u t-talba ġeneralment tkun ibbażata fuq termini ġustifikati; jinsisti li l-użu tal-informazzjoni skambjata fl-ambitu tad-DAC għandu dejjem ikun awtorizzat għal skopijiet oħra minbarra kwistjonijiet ta' taxxa meta dan ikun permess skont il-liġijiet tal-Istat Membru riċevitur għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi; iħeġġeġ, f'dan il-kuntest, lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ favur standards għoljin ta' rispett għad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, bħala kontribwenti; |
|
36. |
Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill dgħajjef il-bidliet proposti mill-Kummissjoni għad-DAC7, b'mod partikolari fir-rigward ta' awditi konġunti u talbiet tal-grupp (talbiet dwar grupp ta' kontribwenti mhux identifikati individwalment); jistieden lill-Kunsill jirrevedi l-pożizzjoni attwali tiegħu u jadotta l-bidliet issuġġeriti mill-Kummissjoni kif propost; jinnota li l-għadd ta' talbiet tal-grupp huwa limitat ħafna, peress li ħames Stati Membri biss bagħtu talba tal-grupp waħda jew aktar fl-2017; jistieden lill-Kummissjoni tħejji formola standard ta' talba tal-grupp u tinkludiha fir-regolament ta' implimentazzjoni relevanti (36); ifakkar li sabiex din l-opportunità u l-kontrolli simultanji jkollhom suċċess, huwa meħtieġ taħriġ essenzjali għall-impjegati tal-awtoritajiet tat-taxxa fil-leġiżlazzjoni tat-taxxa barranija, il-lingwi, l-ispeċjalizzazzjoni u l-ħiliet interpersonali; |
|
37. |
Jirrikonoxxi l-valur miżjud tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-appoġġ permanenti mill-Kummissjoni dwar l-għoti tas-setgħa lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali; jissottolinja r-rwol speċjali tal-programm Fiscalis 2020 f'dan ir-rigward; ifakkar li, madankollu, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali jeħtieġu rinfurzar sinifikanti fir-riżorsi umani, finanzjarji u infrastrutturali tagħhom; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom għal livelli suffiċjenti ta' investiment fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali; jistenna bil-ħerqa s-sejbiet tal-grupp il-ġdid tal-proġett Fiscalis dwar l-użu ta' analitika avvanzata biex titkejjel il-kwalità tad-data fi ħdan qafas komuni; |
|
38. |
Jieħu nota tas-sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (37) li jista' jsir aktar f'termini ta' monitoraġġ, l-iżgurar tal-kwalità tad-data u l-użu tal-informazzjoni riċevuta sabiex l-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa jsir aktar effettiv; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu s-sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-ħidma futura dwar il-qafas tad-DAC; |
Aċċess għad-data u l-monitoraġġ
|
39. |
Jinnota bi tħassib kbir li ma hemmx biżżejjed evidenza biex tiġi vvalutata l-kwalità tar-rappurtar skont id-dispożizzjonijiet tad-DAC1 u d-DAC2, minħabba l-fatt li huma biss ftit l-Istati Membri li sistematikament iwettqu kontrolli tal-kwalità fuq id-data skambjata skont id-DAC1 u d-DAC2; jinnota bi tħassib kbir li l-informazzjoni mhix irrappurtata biżżejjed, u li dik li qed tiġi rrappurtata mhux qed tintuża biżżejjed; jinnota wkoll li ftit sar monitoraġġ tal-effikaċja tas-sistema; jesprimi dispjaċir għall-fatt li d-data dwar l-EOI fl-ambitu tad-dispożizzjonijiet tad-DAC, li hija disponibbli pubblikament, mhix biżżejjed biex jiġu vvalutati b'mod adegwat l-evoluzzjoni tal-iskambji tal-informazzjoni u l-effikaċja tagħhom; |
|
40. |
Jinnota li ma hemm l-ebda qafas komuni tal-UE għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-kisbiet tas-sistema u dan iżid ir-riskju li d-data rrappurtata tkun mhux kompluta jew mhux preċiża; jinnota, barra minn hekk, li huma biss ftit l-Istati Membri li stabbilew u japplikaw proċeduri għall-awditjar tal-informazzjoni ppreżentata mill-FIs fl-ambitu tad-DAC2; |
|
41. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, skont il-Qorti tal-Awdituri, il-Kummissjoni mhix qed timmonitorja b'mod proattiv l-implimentazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni, u mhux qed tipprovdi biżżejjed gwida jew tkejjel l-eżiti u l-impatt tas-sistema; huwa mħasseb ħafna dwar il-fatt li wieħed biss mill-ħames Stati Membri eżaminat mill-Qorti tal-Awdituri wettaq kontrolli tal-kwalità tad-data, li ħadu biss il-forma ta' kontrolli manwali fuq kampjun tad-data limitat u ma ġewx implimentati bħala proċess sistematiku; |
|
42. |
Jirrimarka li r-rati ta' tqabbil juru li ma jintużawx kwantitajiet kbar ta' informazzjoni, peress li dawn ma jitqabblux mal-kontribwenti rilevanti, u li l-Istati Membri mhumiex qed jagħmlu aktar kontrolli ta' data mhux imqabbla; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu qafas komuni biex jitkejjel l-impatt u l-kostijiet-benefiċċji tad-DAC u jagħmlu l-iskambji tad-DAC verifikabbli bis-sħiħ u traċċabbli mill-oriġini sal-użu tad-data, billi jiġi inkluż identifikatur f'kull sett ta' data; jistieden lill-Kummissjoni biex kull sena tippubblika sommarju tal-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri, filwaqt li tqis id-drittijiet u l-kunfidenzjalità tal-kontribwenti; jirrimarka, madankollu, li dan ir-rapport irid ikollu data aggregata u dettaljata għal skrutinju demokratiku xieraq mill-Parlament; jinnota li l-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni ma għandhiex titqies bħala strettament kunfidenzjali jekk l-informazzjoni ma tkunx tista' tiġi attribwita lil kontribwenti uniċi; itenni li l-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tfassal u tippubblika rapporti u dokumenti, billi tuża l-informazzjoni skambjata b'mod anonimizzat, sabiex tqis id-dritt tal-kontribwenti għall-kunfidenzjalità u l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (38) dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika statistika anonimizzata u aggregata dwar ir-rapport pajjiż b'pajjiż fuq bażi annwali għall-Istati Membri kollha; jistieden lill-Istati Membri jikkomunikaw ir-rapporti pajjiż b'pajjiż li jirċievu lis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni; |
|
44. |
Jisħaq li l-evalwazzjoni tal-2019 imwettqa mill-Kummissjoni wriet il-ħtieġa ta' monitoraġġ konsistenti tal-effettività tal-qafas tad-DAC; jistieden lill-Istati Membri jikkomunikaw l-istatistika, il-qligħ mid-dħul mit-taxxi u infomazzjoni rilevanti oħra meħtieġa sabiex tiġi vvalutata b'mod xieraq l-effettività tal-iskambji kollha lill-Kummissjoni fuq bażi annwali; jitlob, fil-każ tal-EOIR, li l-informazzjoni pprovduta tiġi mqassma skont il-pajjiż filwaqt li jiġu rrispettati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tagħmel monitoraġġ u tevalwa b'mod xieraq l-effikaċja tal-EOI u għalhekk jitlob li ssir evalwazzjoni komprensiva ġdida sa Jannar 2023; |
|
45. |
Jisħaq li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa għandhom iħaddnu bis-sħiħ it-trasformazzjoni diġitali u l-potenzjal tagħha li twassal għal allokazzjoni aktar effiċjenti tal-informazzjoni u tnaqqis tal-ispejjeż ta' konformità u l-burokrazija żejda; jenfasizza li dan jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn żieda xierqa fir-riżorsi finanzjarji, umani u tal-IT għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa; |
Konsistenza ma' dispożizzjonijiet oħrajn
|
46. |
Jirrikonoxxi li d-dispożizzjonijiet tad-DAC huma koerenti ħafna mas-CRS tal-OECD, u li jikkoinċidu b'mod sostanzjali mal-Att dwar il-Konformità Fiskali tal-Kontijiet Barranin (FATCA) tal-Istati Uniti, filwaqt li jinkludu wkoll differenzi importanti fir-rigward tiegħu; |
|
47. |
Jiddeplora n-nuqqas ta' reċiproċità fl-ambitu tal-FATCA; josserva li l-Istati Uniti qed isiru faċilitatur sinifikanti tas-segretezza finanzjarja għal dawk li mhumiex ċittadini tal-Istati Uniti; josserva li hemm żewġ lakuni ewlenin: informazzjoni mill-assi tal-Istati Uniti biss hija kondiviża u l-ebda informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja mhi kondiviża; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidħlu f'negozjati ġodda mal-Istati Uniti fil-qafas tal-OECD sabiex tinkiseb reċiproċità sħiħa f'qafas ta' CRS maqbul u msaħħaħ b'mod komuni; jisħaq li dan iwassal għal progress sinifikanti u spejjeż ta' konformità aktar baxxi għall-FIs u jnaqqas b'mod sinifikanti l-piżijiet burokratiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidħlu f'negozjati għal Konvenzjoni dwar it-Taxxa tan-NU; |
|
48. |
Jiddeplora l-effetti sekondarji li l-FATCA għad għandu fuq l-hekk imsejħa Amerikani aċċidentali; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, sal-lum, ma nstabet l-ebda soluzzjoni dejjiema fil-livell Ewropew; |
|
49. |
Josserva l-kunflitti possibbli bejn il-qafas tad-DAC u r-Regolamenti (UE) 2016/679 (39) u (UE) 2018/1725 (40); jisħaq li l-ipproċessar tad-data previst fid-dispożizzjonijiet tad-DAC għandu l-uniku objettiv li jaqdi l-interess pubbliku ġenerali fil-qasam tat-tassazzjoni fl-Istati Membri, jiġifieri, li jnaqqas il-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, jissalvagwardja d-dħul mit-taxxa, u jippromwovi t-tassazzjoni ġusta; |
|
50. |
Jappoġġja l-istedina tal-Kunsill lill-Kummissjoni biex tanalizza sa liema punt ikun fattibbli li tkompli tallinja l-kamp ta' applikazzjoni tal-għodod disponibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE mad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (41); |
|
51. |
Jilqa' l-ftehimiet simili għad-Direttiva 2014/107/UE dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji ma' pajjiżi terzi, jiġifieri Andorra, il-Liechtenstein, Monaco, San Marino u l-Iżvizzera; jitlob li ssir evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' tali ftehimiet u, jitlob għalhekk li ssir evalwazzjoni fid-dawl tal-ftehim eżistenti dwar is-CRS; Jitlob ukoll li jsiru ftehimiet simili għad-DACs 3, 5, 6 u 7; |
Konklużjonijiet
|
52. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq reviżjoni komprensiva tal-qafas tad-DAC malajr kemm jista' jkun, abbażi tal-proposti tal-Parlament u ta' konsultazzjoni pubblika wiesgħa; jistieden bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiskambjaw fehmiet mal-Parlament dwar il-kwistjoni; jesprimi dispjaċir għall-adozzjoni ripetuta ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill li jdgħajfu l-proposti tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ il-qafas tad-DAC; |
|
53. |
Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li l-Istati Membri kollha – bl-eċċezzjoni tal-Finlandja u l-Iżvezja – irrifjutaw li jagħtu aċċess lill-Parlament għad-data rilevanti biex jivvaluta l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-DAC; jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ddeċidiet ma tagħtix aċċess lill-Parlament għad-data rispettiva fil-pussess tagħha; iqis li l-Parlament fil-fatt qed jiġi mxekkel milli jeżerċita l-funzjoni tiegħu ta' skrutinju politiku fuq il-Kummissjoni kemm skont l-Artikolu 14 kif ukoll skont l-Artikolu 17(8) TUE; jinnota li dan ir-rapport ta' implimentazzjoni għalhekk għandu nuqqasijiet sinifikanti; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jtemmu r-rifjut tagħhom li jikkondividu d-dokumenti rilevanti f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 li japplika direttament, u jirrispettaw il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali ddikjarat fl-Artikolu 13(2) TUE; jitlob lill-Parlament juża l-mezzi legali kollha għad-dispożizzjoni tiegħu biex jiżgura li jirċievi d-dokumenti kollha meħtieġa għal valutazzjoni sħiħa tal-implimentazzjoni tad-DAC; |
|
54. |
Jifhem li d-DAC, peress li tikkonċerna kwistjonijiet ta' taxxa, hija dimensjoni intergovernattiva dwar l-integrazzjoni Ewropea; ifakkar, madankollu, li l-politiki tat-taxxa huma essenzjali biex jiġu ssodisfati l-objettivi strateġiċi tal-UE, prinċipalment dawk relatati mal-AML, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, eċċ.; jiddeplora l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar ir-reviżjonijiet konsekuttivi tad-DAC, abbażi tal-mitigazzjoni ripetuta tal-proposti tal-Kummissjoni u n-nuqqas ta' kunsiderazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Parlament; jistieden lill-Kunsill jirrieżamina l-attitudni tiegħu lejn il-Parlament dwar kwistjonijiet ta' taxxa u, b'mod speċifiku, dwar ir-reviżjonijiet tad-DAC; iħeġġeġ lill-Kunsill jagħti aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tad-DAC, sabiex jiġi garantit skrutinju demokratiku xieraq mill-Parlament; |
|
55. |
Jifhem li d-DAC għandha effett doppju: tidentifika l-frodi permezz tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tiskoraġġiha billi żżid il-possibbiltà li l-frodaturi jiġu identifikati filwaqt li ma tħallihomx mingħajr kastig; jirrikonoxxi li huwa aktar diffiċli li jiġi kkwantifikat tali effett ta' deterrent, madankollu jistieden lill-Kummissjoni tkompli tikkunsidra dan l-aspett tad-DAC fl-evalwazzjonijiet futuri tagħha; |
o
o o
|
56. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 25.
(3) ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1.
(4) ĠU L 332, 18.12.2015, p. 1.
(6) ĠU L 342, 16.12.2016, p. 1.
(8) Testi adottati, P9_TA(2021)0072.
(9) ĠU C 108, 26.3.2021, p. 8.
(10) Studju – “L-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-UE għall-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa”, il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, id-Direttorat għall-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Valur Miżjud Ewropew, l-Unità tal-Evalwazzjoni Ex Post, 4 ta' Frar 2021.
(11) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 6.
(12) Dover, R. et al: “Indaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-taxxa korporattiva fi ħdan l-Unjoni Ewropea, Parti I: Valutazzjoni tal-kobor tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa korporattiva”, il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, l-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew, Settembru 2015.
(13) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, Dokumenti dwar it-Tassazzjoni, Dokument ta' Ħidma Nru 76, “Stima tal-Evażjoni tat-Taxxa Internazzjonali minn Individwi”, Settembru 2019, https://ec.europa.eu/taxation_customs/system/files/2019-10/2019-taxation-papers-76.pdf.
(14) Rapport Finali, Ecorys, “Monitoring the amount of wealth hidden by individuals in international financial centres and impact of recent internationally agreed standards on tax transparency on the fight against tax evasion” (Monitoraġġ tal-ammont ta' ġid moħbi mill-individwi fiċ-ċentri finanzjarji internazzjonali u l-impatt tal-istandards maqbula reċentament fil-livell internazzjonali dwar it-trasparenza tat-taxxa u l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa).
(15) Mill-25 ta' Novembru 2020. Ara s-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-Direttiva IV dwar il-Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AMLD IV) – l-istatus tat-traspożizzjoni fuq: https://ec.europa.eu/info/publications/anti-money-laundering-directive-4-transposition-status_mt
(16) Informazzjoni mit-22 ta' Diċembru 2020: Iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, ir-Rumanija u s-Slovakkja (ara s-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: https://ec.europa.eu/info/strategy/decision-making-process_mt). Fi Frar 2021 tnedew tliet proċeduri ta' ksur addizzjonali kontra l-Ġermanja, il-Portugall u r-Rumanija https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/inf_21_441
(17) Mill-25 ta' Novembru 2020. Ara s-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-Direttiva V dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AMLD V) – l-istatus tat-traspożizzjoni fuq https://ec.europa.eu/info/publications/anti-money-laundering-directive-5-transposition-status_mt
(18) Informazzjoni mit-22 ta' Diċembru 2020: l-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja. Ara s-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: https://ec.europa.eu/info/strategy/decision-making-process_mt
(19) Il-Belġju, Ċipru, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, Spanja, l-Awstrija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, is-Slovakkja, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Iżvezja, il-Portugall u l-Ungerija.
(20) It-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja, ir-4 Sensiela ta' Klassifikazzjoni, Novembru 2020, l-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja.
(21) Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta' Informazzjoni għal Skopijiet ta' Taxxa.
(22) https://www.oecd-ilibrary.org/docserver/175eeff4-en.pdf?expires=1614245801&id=id&accname=ocid194994&checksum=C36736F5E5628939095D507381D7D7C5
(23) https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2021/662603/EPRS_STU(2021)662603_EN.pdf
(24) https://www.oecd-ilibrary.org/taxation/global-forum-on-transparency-and-exchange-of-information-for-tax-purposes-malta-2020-second-round_d92a4f90-en
(25) L-Estonja, l-Awstrija, l-Ungerija, il-Belġju, il-Lussemburgu, il-Bulgarija, il-Kroazja, in-Netherlands, Ċipru, il-Polonja, iċ-Ċekja, il-Portugall, id-Danimarka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Greċja, il-Ġermanja, Malta u Spanja. Sors: noti tal-qiegħ 25/34: https://www.oecd-ilibrary.org/taxation/global-forum-on-transparency-and-exchange-of-information-for-tax-purposes-peer-reviews_2219469x?_ga=2.61374444.131706240.1621422687-1265388792.1602508229
(26) Il-Kroazja, Ċipru, il-Greċja, is-Slovakkja, Spanja u Malta.
(27) L-Ungerija, Malta, in-Netherlands, id-Danimarka u s-Slovakkja.
(28) L-Awstrija, l-Ungerija, il-Belġju, il-Latvja, iċ-Ċekja, il-Portugall u s-Slovakkja.
(29) L-Ungerija, il-Belġju u l-Lussemburgu.
(30) L-Awstrija, il-Latvja, Ċipru, iċ-Ċekja u l-Portugall.
(31) Il-Belġju, il-Latvja u l-Ungerija.
(32) L-Ungerija, il-Latvja u ċ-Ċekja.
(33) L-Italja, Malta, Franza, il-Lussemburgu, il-Bulgarija; Il-Portugall, ir-Rumanija, il-Greċja u l-Ġermanja.
(34) L-Estonja, l-Italja, il-Finlandja, il-Litwanja, Franza, is-Slovenja, l-Iżvezja u l-Irlanda.
(35) https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2021/662603/EPRS_STU(2021)662603_EN.pdf
(36) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2378 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1156/2012 (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 19).
(37) https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=57680
(38) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(39) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(40) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(41) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/133 |
P9_TA(2021)0393
Is-sitwazzjoni fl-Afganistan
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan (2021/2877(RSP))
(2022/C 117/14)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 1368 (2001), 1373 (2001), 2210 (2015), 2344 (2017), 2513 (2015) u 2593 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Triq Konġunta 'l Quddiem dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni bejn l-Afganistan u l-UE tat-2 ta' Ottubru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni tat-18 ta' Frar 2017 dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-24 ta' Lulju 2017 intitolata Elementi għal strateġija tal-UE dwar l-Afganistan (JOIN(2017)0031), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea tas-17 ta' Awwissu 2021 dwar l-Afganistan, |
|
— |
wara li kkunsidra d-diskors tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Michelle Bachelet fis-sessjoni ta' emerġenza tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (UNHRC) tal-24 ta' Awwissu 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G7 tal-24 ta' Awwissu 2021 dwar l-Afganistan, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni tal-31 ta' Awwissu 2021 dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżultati tal-laqgħa konġunta tal-UE, in-NATO u l-G7 dwar l-Afganistan, |
|
— |
wara li kkunsidra t-tħabbira tat-Talibani dwar il-ħolqien tal-gvern proviżorju tal-Afganistan tas-7 ta’ Settembru 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konferenza internazzjonali tad-donaturi tan-NU dwar l-Afganistan fit-13 u l-14 ta' Settembru 2021 f'Ġinevra, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-3 ta' Settembru 2021 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) Josep Borrell fil-konferenza stampa wara l-laqgħa informali tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin (Gymnich), |
|
— |
wara li kkunsidra t-tlestija tal-irtirar mill-Afganistan tal-Forzi Armati tal-Istati Uniti fit-30 ta' Awwissu 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati, u dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, iffirmata f'Ġinevra fit-28 ta' Lulju 1951, u l-Protokoll tal-1967 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar ir-Rifuġjati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Globali tan-NU għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari u l-Patt Globali tan-NU dwar ir-Rifuġjati, li segwew id-Dikjarazzjoni ta' New York għar-Rifuġjati u l-Migranti adottata unanimament mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-19 ta' Settembru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi filwaqt li taħt il-ħakma tat-Talibani fis-snin 90, l-Afganistan kien il-kwartieri ġenerali ewlenin u operattivi ta' organizzazzjonijiet terroristiċi internazzjonali, b'mod partikolari ta' al-Qaeda, responsabbli għal bosta attakki terroristiċi barbari mmirati lejn ċivili fl-Asja, l-Afrika, l-Awstralja, l-Ewropa u l-Amerika, u għall-aktar attakk terroristiku fatali fl-istorja tal-bniedem fil-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti, fejn inqatlu kważi 3 000 persuna ta' aktar minn 90 nazzjonalità; |
|
B. |
billi l-attakk barbaru fuq l-Istati Uniti 20 sena ilu skatta r-Riżoluzzjoni 1368 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u wassal għal intervent immexxi mill-Istati Uniti fl-Afganistan fl-2001, li wassal għat-twaqqigħ tat-Talibani flimkien maż-żarmar u t-tnaqqis ta' al-Qaeda u ta' organizzazzjonijiet ġiħadisti globali oħra, proċess li issa jinsab f'periklu serju; |
|
C. |
billi wara l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001, in-NATO invokat l-Artikolu 5 tat-trattat fundatur tagħha, l-unika darba li n-NATO qatt invokat id-difiża kollettiva tagħha, b'aktar minn 40 pajjiż jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-pajjiż, u għexieren ta' stati u organizzazzjonijiet oħra, inkluża l-UE, involuti fl-istabbilizzazzjoni tal-pajjiż f'konformità mar-riżoluzzjonijiet sussegwenti tan-NU; |
|
D. |
billi n-NATO u l-pajjiżi alleati kellhom preżenza fl-Afganistan mill-waqgħa tat-Talibani fl-2001; billi f'April 2021, wara tliet snin ta' negozjati mat-Talibani, l-Istati Uniti ħabbru li sal-11 ta' Settembru 2021 kienu se jirtiraw it-truppi; billi l-irtirar tat-truppi tan-NATO u tat-truppi alleati ġie konkluż f'Awwissu 2021; |
|
E. |
billi t-Talibani sussegwentement avvanzaw b'ħeffa fit-territorju kkontrollat mill-gvern; billi l-armata u l-forzi tas-sigurtà Afgani ma setgħux joħolqu difiża effettiva u l-President Ashraf Ghani ħarab mill-pajjiż; billi t-Talibani stabbilixxew kontroll sħiħ fuq il-pajjiż u reġgħu stabbilixxew l-Emirat Iżlamiku tal-Afganistan; |
|
F. |
billi f'Awwissu 2021 seħħet evakwazzjoni ta' aktar minn 110 000 persuna mill-Afganistan immexxija mill-Istati Uniti mingħajr koordinazzjoni mill-komunità internazzjonali; billi l-Istati Uniti u l-komunità internazzjonali rnexxielhom jittrasportaw bl-ajru aktar minn 120 000 Afgan f'riskju, persunal lokali ta' missjonijiet diplomatiċi flimkien ma' kontinġenti militari u ċittadini barranin fi żmien ġimagħtejn f'Awwissu 2021; billi huwa stmat li bejn 150 000 u 170 000 Afgan li ħadmu mal-komunità internazzjonali matul dawn l-aħħar żewġ deċennji tħallew fil-post, b'ħajjithom fil-periklu; |
|
G. |
billi t-Talibani ħabbru t-twaqqif ta' gvern proviżorju fis-7 ta’ Settembru 2021 taħt it-tmexxija ta' Muhammad Hassan Akhund, Kap tal-Kunsill tat-Tmexxija Talibana, li għalih ma ġew mistiedna personalitajiet nisa jew mhux Talibani; billi l-gvern proviżorju tat-Talibani jinkludi fih persuni responsabbli għal atti ta' terroriżmu, inklużi ex detenuti, individwi li jinsabu taħt sanzjonijiet tan-NU u persuna li tinsab fuq il-lista tal-aktar persuni mfittxija tal-FBI; billi ħafna membri tal-gvern proviżorju tat-Talibani huma detenturi ta' passaporti maħruġa mill-Pakistan; billi dan il-gvern jiddiskrimina ħafna kontra l-minoranzi etniċi u reliġjużi tal-pajjiż; |
|
H. |
billi l-gvern proviżorju tat-Talibani ġie ffurmat mingħajr ma nżammu l-wegħdiet tat-Talibani ta' gvern inklużiv; billi l-Ministeru għall-Affarijiet tan-Nisa ġie xolt; billi t-Talibani ma għandhom l-ebda ħsieb li jkomplu l-parteċipazzjoni tan-nisa fi rwoli ta' tmexxija fl-Afganistan, qed jippersegwitaw mexxejja, uffiċjali u attivisti nisa, u qed jagħmlu użu minn forza letali biex igerrxu l-protesti dwar id-drittijiet tan-nisa; billi hemm biża' ġustifikata li l-Liġi dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza Kontra n-Nisa, li timponi pieni kriminali għal żwiġijiet tat-tfal u għal żwiġijiet furzati, għal vjolenza domestika u għal bosta abbużi oħra kontra n-nisa, ser tiġi revokata; |
|
I. |
billi l-gvern proviżorju tat-Talibani ħareġ projbizzjoni ta' protesti fil-pajjiż kollu, u beda repressjoni tal-midja ħielsa, inkluż id-detenzjoni ta' ġurnalisti u attakki fuqhom, kif ukoll bl-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet ġodda fuq ix-xogħol tal-midja; billi t-Talibani jagħmlu użu tal-propaganda biex ixerrdu l-mibegħda lejn il-Punent u l-UE; |
|
J. |
billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem qed tiddeterjora b'rata mgħaġġla; billi l-lista ta' individwi vulnerabbli u f'riskju tkopri l-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni inklużi n-nisa, il-bniet, il-komunità LGBTI+, il-minoranzi etniċi u reliġjużi, b'mod partikolari x-Xiiti Ħażara, il-membri tas-soċjetà ċivili, l-akkademiċi, il-ġurnalisti, l-avukati, l-imħallfin, l-artisti, u l-politiċi u l-impjegati taċ-ċivil mill-Gvern Afgan preċedenti; billi matul il-kunflitti armati, in-nisa storikament sofrew minn vjolenza sessista u vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra; |
|
K. |
billi t-Talibani allegatament qed jattakkaw individwi b'fastidju, vjolenza u qtil b'ritaljazzjoni; billi l-maġġoranza tan-nisa ma tħallewx jirritornaw fil-post tax-xogħol, fl-universitajiet u fl-iskejjel; billi faqqgħu protesti fil-pajjiż b'mod partikolari kontra l-gvern magħmul biss minn irġiel u l-pjanijiet tiegħu li jrażżan id-drittijiet tan-nisa u jeskludi lin-nisa mill-ħajja pubblika, inklużi l-attivitajiet sportivi; billi t-Talibani rażżnu b'mod vjolenti d-dimostrazzjonijiet u r-reżistenza lokali, b'mod partikolari fil-Wied ta' Panjshir; |
|
L. |
billi l-pajjiż qed jiffaċċja katastrofi umanitarja li qed tiżvolġi; billi hemm skarsezzi kbar ta' ikel, ilma u mediċini; billi 18,4-il miljun Afgan jeħtieġu appoġġ umanitarju, inkluż 14-il miljun ruħ li diġà kellhom insigurtà tal-ikel; billi l-Kummissjoni ħabbret żieda fl-għajnuna umanitarja għal aktar minn EUR 200 miljun għal dawk fil-pajjiż u dawk li qed jaħarbu minnu; |
|
M. |
billi l-kriżi fl-Afganistan hija l-ewwel u qabel kollox traġedja għall-poplu Afgan, iżda wkoll waħda li qed tipperikola s-sigurtà tal-UE nnifisha; billi l-UE għandha tislet il-konklużjonijiet meħtieġa minn dan il-falliment kollettiv u tħejji lilha nnifisha għall-konsegwenzi tiegħu għas-sigurtà tagħna, inkluża l-possibbiltà ta' theddida akbar ta' terroriżmu; billi l-ġiħadisti madwar id-dinja qed iħossuhom imsaħħa bil-ħtif tal-poter tat-Talibani; |
|
N. |
billi l-Afgani ilhom jaħarbu minn pajjiżhom għal bosta snin u primarjament fittxew rifuġju fil-pajjiżi ġirien, iżda wkoll fl-Ewropa; billi jista' jkun hemm żieda fl-għadd ta' Afgani li jemigraw lejn l-Ewropa; |
|
O. |
billi l-Kummissjoni la kkoordinat l-isforzi ta' evakwazzjoni ta' ċittadini Ewropej u ċittadini Afgani li jaħdmu għall-UE u għall-Istati Membri tagħha, u lanqas irnexxielha tistabbilixxi trasport bl-ajru Ewropew ġenwin; billi l-evakwazzjoni ta' ċittadini tal-UE u Afgani f'riskju u li jixtiequ jaħarbu għada ma spiċċatx u tirrikjedi għaqda bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, inkluż kanal ta' komunikazzjoni mat-Talibani; |
|
P. |
billi l-komunikazzjoni mat-Talibani m'għandha bl-ebda mod twassal għat-tneħħija tas-sanzjonijiet eżistenti kontra l-membri tagħha; |
|
Q. |
billi l-ajruport ta' Kabul qed jerġa' jopera parzjalment iżda l-fruntieri tal-art tal-Afganistan huma mgħassa strettament mill-punti ta' kontroll tat-Talibani; billi miljuni ta' Afgani għadhom fil-pajjiż, mingħajr ma jistgħu jitilqu; |
|
R. |
billi l-pajjiż għadu estremament insigur; billi l-grupp reġjonali tal-Istat Iżlamiku ISIS-K ħa r-responsabbiltà tal-attakk bil-bombi fl-ajruport fis-26 ta' Awwissu 2021 li ħalla madwar 170 persuna mejta; |
|
S. |
billi t-Talibani qed iħabbtu wiċċhom ma' diviżjonijiet interni u oppożizzjoni minn gruppi estremisti u intransinġenti oħrajn fl-Afganistan; billi r-reġim issa għandu wkoll aċċess għal tagħmir militari abbandunat mill-forzi Afgani u dawk alleati; billi dawn l-armi jistgħu faċilment jispiċċaw f'idejn gruppi terroristiċi oħrajn rikonoxxuti internazzjonalment, bħall-Istat Iżlamiku, al-Qaeda u l-affiljati tagħhom; |
|
T. |
billi l-Afganistan huwa wieħed mill-pajjiżi l-aktar dipendenti fuq l-għajnuna fid-dinja, b'madwar 18-il miljun ruħ, nofs il-popolazzjoni, jeħtieġu assistenza permanenti u terz tal-popolazzjoni għandha insigurtà tal-ikel; billi madwar 600 000 Afgan ġew spostati internament fl-2021 biss, li 80 % minnhom huma nisa u tfal; billi huwa stmat li total ta' 5 miljuni Afgani ġew spostati internament fl-Afganistan u madwar 2,2 miljuni rifuġjati Afgani diġà jgħixu f'pajjiżi ġirien; billi l-iżborż tal-għajnuna umanitarja huwa mxekkel bil-kbir mill-kontroll tat-Talibani; |
|
U. |
billi s'issa fl-2021, 760 000 Afgan irritornaw mill-Iran u l-Pakistan u dan qiegħed pressjoni fuq il-kapaċità tas-servizzi eżistenti u kkawża tħassib dwar ir-riintegrazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom; billi l-Kummissjoni ħabbret żieda fl-għajnuna umanitarja għal aktar minn EUR 200 miljun għal dawk fil-pajjiż u dawk li qed jaħarbu minnu; |
|
V. |
billi, mill-2001, sar progress evidenti fid-drittijiet tan-nisa u tal-bniet fl-Afganistan, inkluż l-aċċess għall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-parteċipazzjoni fil-ħajja ċivika u politika; billi dan it-titjib huwa probabbilment l-aktar riżultati pożittivi miksuba fl-iżvilupp reċenti tal-pajjiż; billi dan il-progress parzjali issa jinsab mhedded serjament minħabba li t-Talibani ħatfu l-kontroll tal-Afganistan; |
|
W. |
billi t-Talibani qegħdin ifittxu rikonoxximent, leġittimità u appoġġ internazzjonali u ddikjaraw pubblikament li ser jippermettu libertà lin-nisa skont il-liġi Iżlamika, li hija kontradetta minn żieda f'rapporti ta' prattiki restrittivi li qegħdin jiġu introdotti fl-Afganistan u attakki fuq in-nisa, l-akkademiċi, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ħaddiema tal-midja u l-impjegati taċ-ċivil; billi hemm rapporti li t-Talibani qegħdin jittraċċaw individwi li ħadmu mal-awtoritajiet preċedenti u wara jwettqu qtil b'vendetta; |
|
X. |
billi aktar minn 75 % tal-baġit tal-istat Afgan u aktar minn 95 % tal-baġit militari tiegħu ġew mill-komunità internazzjonali; |
|
Y. |
billi ż-żieda reċenti tal-pandemija tal-COVID-19 fil-pajjiż, in-nuqqas ta' tilqim u provvisti mediċi, in-nixfa u x-xitwa li ġejja huma ċirkostanzi li x'aktarx ikomplu jaggravaw il-kriżi soċjoekonomika u umanitarja attwali; billi s-sitwazzjoni loġistika u ta' sigurtà hija ostakolata aktar mill-pandemija tal-COVID-19; |
1.
Jiddeplora l-ħtif vjolenti tal-Afganistan mit-Talibani u jirrifjuta li jirrikonoxxi l-gvern attwali tagħhom; jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu dwar il-futur tal-Afganistan issa li t-Talibani ħadu l-pajjiż f'idejhom u qed jimponu l-liġi radikali tax-xarija, li ċċaħħad lill-poplu Afgan mid-drittijiet u l-libertajiet bażiċi li gawda tul dawn l-aħħar 20 sena; jesprimi l-kondoljanzi profondi u l-appoġġ tiegħu lill-vittmi tal-vjolazzjonijiet u l-attakki terroristiċi kontinwi, u lill-familji tagħhom;
2.
Jagħti l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji u l-ħbieb tal-membri tas-servizz u l-persuni ċivili li tilfu ħajjithom tul dawn l-aħħar 20 sena fl-Afganistan;
3.
Jesprimi s-solidarjetà profonda u sinċiera tiegħu mal-Afgani li ħarbu mill-pajjiż u ma' dawk li għadhom hemm; itenni li din hija l-ewwel u qabel kollox kriżi umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem li fiha s-sikurezza, is-sigurtà u d-drittijiet tal-Afgani jridu jingħataw prijorità f'kull ħin;
4.
Jinsab imħasseb ħafna dwar il-kriżi umanitarja, ekonomika u tar-rifuġjati li qed tiżviluppa fl-Afganistan; iqis li l-futur sikur, paċifiku u demokratiku tal-Afganistan jeħtieġ soluzzjoni politika nnegozjata u inklużiva; itenni t-tkomplija tal-impenn tiegħu għal proċess ta' paċi mmexxi mill-Afgani u li jkun sjieda tal-Afgani u għal rikostruzzjoni ta' wara l-kunflitt bħala l-unika triq kredibbli għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp inklużivi u fit-tul;
5.
Jiddispjaċih li l-proċess politiku u l-ippjanar militari li wasslu għall-irtirar tat-truppi tal-Istati Uniti mill-Afganistan twettqu unilateralment u mingħajr koordinazzjoni suffiċjenti mal-alleati tan-NATO; jiddispjaċih li matul l-operazzjoni ta' salvataġġ f'Kabul, ma seħħet l-ebda kooperazzjoni jew koordinazzjoni fost l-Istati Membri tal-UE, speċjalment fir-rigward tal-komunikazzjoni mal-Istati Uniti, li wasslet biex il-biċċa l-kbira tal-ambaxxati jinqabdu fuq sieq waħda bil-ħtif ta' Kabul mit-Talibani; jemmen li aktar koordinazzjoni setgħet tgħin biex jiġi evitat il-kaos u d-disperazzjoni sussegwenti u kienet twassal għal proċeduri aktar effiċjenti li jippermettu lil dawk li kienu intitolati li jiġu salvati jaslu fl-ajruport b'mod aktar ordnat u prevedibbli;
6.
Jiddeplora n-nuqqas ta' komunikazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-pajjiżi Ewropej u jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Kummissjoni jevalwaw b'mod kritiku l-proċess u jippreżentaw din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew sal-aħħar ta' din is-sena;
7.
Jesprimi l-gratitudni tiegħu għall-kuraġġ tal-membri tal-militar, tan-nisa u rġiel bl-uniformi, tal-persunal tal-għajnuna umanitarja u tal-iżvilupp, tad-diplomatiċi u tal-persunal lokali kollha li ħadmu, u li uħud minnhom għadhom jaħdmu, fl-Afganistan; ifaħħar is-sagrifiċċju sinifikanti li sar għal Afganistan aktar paċifiku u sigur matul dawn l-aħħar għoxrin sena;
8.
Jesprimi diżappunt kbir għall-kollass rapidu tal-istrutturi statali tal-Afganistan, li ma kinux kapaċi jew lesti li jirreaġixxu għall-offensiva tat-Talibani li damet 10 ijiem, minn meta ħatfu l-ewwel kapital provinċjali sa meta daħlu f'Kabul; jesprimi d-diżappunt tiegħu għat-tmexxija falluta tal-President Ashraf Ghani u għad-deċiżjoni tiegħu li jaħrab mill-Afganistan; jitlob investigazzjoni dwar allegazzjonijiet ta' miżapproprjazzjoni possibbli ta' fondi mill-baġit Afgan mill-President Ghani u minn membri oħrajn tal-elit politika;
Sejħa biex tintemm il-vjolenza
|
9. |
Jinsab ixxukkjat bil-vjolazzjonijiet irrapportati inklużi l-eżekuzzjonijiet ta' persuni ċivili u ta' membri tal-forzi tas-sigurtà nazzjonali Afgani, ir-reklutaġġ ta' suldati tfal, ir-ripressjoni tal-protesta paċifika u l-espressjonijiet ta' dissens u r-restrizzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li fil-mira tagħhom b'mod speċjali hemm in-nisa u l-bniet, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-persuni LGBTI+, il-minoranzi reliġjużi u etniċi, il-ġurnalisti, il-kittieba, l-akkademiċi u l-artisti; iħeġġeġ lit-Talibani sabiex minnufih itemmu dawn il-prattiki u jissalvagwardjaw, b'mod partikulari, id-drittijiet tan-nisa Afgani għall-edukazzjoni, ix-xogħol, l-isport, il-moviment liberu, il-libertà tal-għaqda u tal-assoċjazzjoni, fost l-oħrajn; |
|
10. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' dokumentazzjoni, investigazzjonijiet trasparenti u fil-pront tar-rapporti kollha ta' ksur u abbuż tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali, sabiex dawk responsabbli jagħtu kont ta' għemilhom; jappoġġa l-użu tar-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) f'dan ir-rigward; jistenna li l-Istati Membri jiżguraw l-adozzjoni ta' riżoluzzjoni li tistabbilixxi, bħala kwistjoni ta' prijorità, missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fl-Afganistan b'mandat b'saħħtu fit-48 sessjoni regolari li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti; |
|
11. |
Jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jiżguraw l-adozzjoni ta' riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għat-tiġdid tal-missjoni tan-NU fl-Afganistan (UNAMA), li tiskadi fis-17 ta' Settembru 2021; |
Koordinazzjoni msaħħa tal-isforzi ta' evakwazzjoni
|
12. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu flimkien biex jiffaċilitaw l-evakwazzjoni ulterjuri taċ-ċittadini tal-UE u tal-Afgani f'riskju, b'mod partikolari permezz tal-użu tal-kurituri sikuri disponibbli; ifakkar li l-UE tistenna li t-Talibani jiffaċilitaw din l-evakwazzjoni; itenni l-ħtieġa li f'dan ir-rigward issir enfasi fuq gruppi ta' nisa li jinsabu f'riskju partikolari, inklużi n-nisa u l-bniet kollha, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-persuni LGBTI+, il-minoranzi reliġjużi u etniċi, il-ġurnalisti, il-kittieba, l-akkademiċi, il-persunal lokali u l-artisti, fost l-oħrajn; |
|
13. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jfasslu u jimplimentaw skemi ta' protezzjoni eżistenti u futuri f'koordinazzjoni mal-Istati Membri u jiddefinixxu l-miżuri ta' protezzjoni previsti fid-dawl ta' emerġenzi futuri possibbli li jeħtieġu dawn il-miżuri; jemmen li l-kategorija tal-persunal lokali għandha tinkludi l-persunal kollu li ħadem għal proġetti tal-UE jew iffinanzjati mill-UE; |
Appoġġ kontinwu għan-nisa u l-bniet Afgani
|
14. |
Jesprimi solidarjetà man-nisa u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jipprotestaw madwar l-Afganistan kontra l-ħtif tal-poter mit-Talibani u li jridu jgħixu f'soċjetà ħielsa, stabbli, paċifika u diversa; |
|
15. |
Jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li l-progress miksub f'20 sena f'dak li jirrigwarda d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri issa jinsab taħt theddida serja; itenni l-pożizzjoni tiegħu li dan il-progress irid jiġi salvagwardjat u mmonitorjat bir-reqqa; jenfasizza li d-dritt għall-edukazzjoni u l-impjiegi, il-ħelsien mill-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-parteċipazzjoni sħiħa fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-ħajja politika, pubblika u ċivika lokali u nazzjonali jridu jkunu talbiet ewlenin tal-komunità internazzjonali fi djalogu mat-Talibani; |
|
16. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li n-nisa u ż-żgħażagħ li telqu mill-Afganistan ikunu jistgħu jkomplu l-edukazzjoni tagħhom f'pajjiżi oħra; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' modi innovattivi biex tkompli tingħata s-setgħa lin-nisa u ż-żgħażagħ Afgani, b'mod partikolari billi jiġu pprovduti boroż ta' studju għal edukazzjoni fl-iskejjel u l-universitajiet Ewropej; |
Tħassib serju dwar il-gvern de facto tat-Talibani
|
17. |
Jesprimi tħassib serju dwar il-ħatriet fil-gvern interim magħmul biss minn irġiel, li jikkonsisti fi 33 mullah, li ħafna minnhom hemm sanzjonijiet kontrihom mill-Istati Uniti u n-NU u li huma mfittxija għal attivitajiet terroristiċi; jinnota bi tħassib kbir il-ħatra ta' Sirajuddin Haqqani bħala Ministru tal-Intern, li dwaru teżisti dokumentazzjoni estensiva dwar ir-rabtiet li għandu ma' attivitajiet terroristiċi, kif ukoll il-preżenza fil-gvern de facto tat-Talibani ta' diversi individwi li attwalment huma soġġetti għal sanzjonijiet tan-NU; |
|
18. |
Jitlob l-istabbiliment ta' gvern rappreżentattiv u elett li fih in-nisa u l-gruppi ta' minoranza jistgħu jipparteċipaw b'mod sinifikanti; ifakkar li l-iżvilupp fit-tul tal-Afganistan se jiddependi fuq l-obbligu ta' rendikont, il-governanza tajba, il-provvista sostenibbli tas-sigurtà tal-bniedem, inkluż it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' impjieg, l-aċċess għas-servizzi soċjali u tas-saħħa, l-edukazzjoni, u l-protezzjoni tal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
19. |
Jenfasizza l-appoġġ fit-tul tiegħu għal elezzjonijiet kredibbli, ħielsa, ġusti u trasparenti, f'konformità mal-istandards internazzjonali, u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-osservazzjonijiet elettorali fil-pajjiż; |
L-involviment operazzjonali huwa meħtieġ, iżda mingħajr ebda rikonoxximent uffiċjali tal-gvern de facto
|
20. |
Jirrikonoxxi li l-involviment operazzjonali mal-gvern ġdid de facto tat-Talibani huwa meħtieġ minħabba kwistjonijiet loġistiċi, operazzjonali u umanitarji sabiex tingħata assistenza umanitarja lill-persuni ċivili fil-bżonn u biex jingħata passaġġ sikur liċ-ċittadini barranin u Afgani li qed ifittxu li jitilqu mill-pajjiż; jirrimarka li dawn il-kuntatti għandhom jibqgħu strettament limitati għall-finijiet rilevanti f'dan l-istadju; jenfasizza li ma ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent politiku tal-mexxejja de facto tat-Talibani li ħatfu l-poter permezz ta' mezzi militari u li attwalment qegħdin iġibu fix-xejn il-kisbiet ta' dawn l-aħħar 20 sena; |
|
21. |
Ifakkar li għall-UE, it-test deċiżiv kritiku ta' kull tip ta' relazzjoni mat-Talibani ser tkun il-preservazzjoni tal-kisbiet tal-aħħar 20 sena, b'mod partikolari fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa u l-edukazzjoni tal-bniet, kif ukoll l-iżgurar li l-Afganistan ma jsirx rifuġju sikur għal ġiħadisti u gruppi terroristiċi oħra li jniedu jew jippjanaw attakki terroristiċi mit-territorju tiegħu; ifakkar li t-Talibani ser jiġu ġġudikati mill-komunità internazzjonali abbażi tal-azzjonijiet tagħhom fuq il-post, mhux tad-dikjarazzjonijiet pubbliċi; |
|
22. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tniedi malajr investigazzjoni skont l-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament SĠP (2) bil-għan li tissospendi l-preferenzi kummerċjali li l-Afganistan għandu fil-qafas tal-iskema Kollox Minbarra Armi; |
|
23. |
Jinnota l-importanza tat-tkomplija tal-preżenza tal-UE fuq il-post meta l-kundizzjonijiet politiċi u tas-sigurtà jippermettu; |
|
24. |
Jitlob li tiġi organizzata missjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE f'Kabul meta ċ-ċirkostanzi jippermettu, sabiex il-parteċipanti tagħha jiffamiljarizzaw ruħhom mas-sitwazzjoni umanitarja, migratorja, ekonomika, u ta' sigurtà u dwar l-istat tad-drittijiet tan-nisa u tal-minoranzi fl-Afganistan; |
Jiġi żgurat li l-Afganistan ma jsirx ħajt ġdid ta' kenn għall-organizzazzjonijiet terroristiċi
|
25. |
Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-attakk terroristiku fatali tas-26 ta' Awwissu 2021 imwettaq mill-ISIS-K fl-Abbey Gate tal-Ajruport Internazzjonali ta' Kabul u fil-Lukanda Baron, li ħalla aktar minn 170 ruħ mejta, fosthom 13-il membru tal-persunal tas-servizz tal-Istati Uniti, u aktar minn 200 ruħ midruba; |
|
26. |
Jinsisti li t-Talibani u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika jeħtiġilhom jissodisfaw l-impenji tagħhom ta' kontra t-terroriżmu, inkluż li ma jħallux li al-Qaida, Da'esh jew gruppi u individwi terroristiċi oħrajn jużaw l-art tal-Afganistan biex jheddu jew jiksru s-sigurtà ta' kwalunkwe pajjiż ieħor, li ma jospitawx membri ta' dawn il-gruppi, u li ma jħalluhomx jirreklutaw, iħarrġu jew jiġbru fondi; iwissi li n-nuqqas ta' trażżin ta' dawn il-gruppi se jwassal għal sanzjonijiet internazzjonali u għall-iżolament tat-Talibani; |
|
27. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippreservaw u jikkondividu kwalunkwe intelligence li jkunu kisbu permezz tal-preżenza militari u tal-infurzar tal-liġi tagħhom fl-Afganistan, b'enfasi partikolari fuq id-data bijometrika li hija kritika biex l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jiġu megħjuna jidentifikaw kwalunkwe ġellied barrani li jirritorna lura lejn pajjiżu; jenfasizza l-fatt li l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu hija kruċjali għall-ħolqien ta' ambjent li jwassal għas-sigurtà fl-Afganistan; iħeġġeġ lis-sħab rilevanti kollha jsaħħu l-isforzi tagħhom biex iżarmaw in-networks kollha ta' finanzjament tat-terroriżmu; jisħaq li t-theddida terroristika imminenti fl-Afganistan b'riżultat tal-ħtif tal-poter tat-Talibani trid tiġi indirizzata bi prominenza fil-Boxxla Strateġika tal-UE, li għandha tiddefinixxi t-theddid militari li tħabbat wiċċha magħhom l-UE u l-ambizzjonijiet tagħha għas-snin li ġejjin; iħeġġeġ lis-servizzi tal-intelligence Ewropej iżidu l-qsim ta' analiżijiet tat-theddid aġġornati regolarment sabiex itejbu l-kondiviżjoni tal-intelligence u l-kooperazzjoni istituzzjonali; |
|
28. |
Ifakkar li l-produzzjoni u l-kummerċ tal-oppju huma sors sinifikanti ta' dħul għat-Talibani, u li l-impatt tagħhom imur ferm lil hinn mill-fruntieri Afgani; jesprimi tħassib dwar ir-riskju imminenti li l-instabbiltà fil-pajjiż se żżid il-kummerċ illeċitu tad-drogi, kif ukoll il-fluss tal-armi, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; |
|
29. |
Jappella għal reġistrazzjoni u kontrolli ta' sigurtà bir-reqqa fuq dawk li qegħdin jiġu evakwati mir-reġjun u li jkun hemm skambju msaħħaħ ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, l-Istati Uniti u l-Europol, għall-prevenzjoni ta' theddid possibbli għas-sigurtà li jirriżulta mit-terroriżmu u l-kriminalità organizzata; |
|
30. |
Jikkundanna l-ħsara irreparabbli lis-siti kulturali kkawżata mit-Talibani u mill-affiljati tagħhom, u jkompli jwissi li l-instabilità se twassal għal żieda fil-kuntrabandu internazzjonali u fis-serq tal-wirt kulturali li jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw attività msaħħa tal-organizzazzjonijiet terroristiċi fir-reġjun; iħeġġeġ id-diġitizzazzjoni tal-artefatti kulturali Afgani li għandha titwettaq fl-Ewropa sabiex tiġi appoġġjata l-identifikazzjoni ta' beni li jisfaw oġġett ta' kuntrabandu, u jitlob li tiġi implimentata projbizzjoni temporanja komprensiva fuq l-importazzjoni ta' beni kulturali mill-Afganistan sabiex it-Talibani u l-affiljati tagħhom jiġu mċaħħda mill-potenzjal li japprofittaw mill-kuntrabandu ta' beni kulturali; |
Żieda ulterjuri fl-għajnuna umanitarja
|
31. |
Ifaħħar il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) lokali u internazzjonali, li jipprovdu servizzi, assistenza u għajnuna lill-poplu Afgan minkejja r-riskji għas-sigurtà; jappella lit-Taliban jiżguraw is-sikurezza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u internazzjonali, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet umanitarji, inkluż il-persunal femminili tagħhom, li hija essenzjali biex jiġu pprovduti servizzi kritiċi lin-nisa u l-bniet Afgani; jisħaq fuq il-fatt li dawn il-ħaddiema nisa tal-għajnuna umanitarja jeħtieġu jkunu jistgħu jaħdmu liberament u mingħajr biża' ta' ritaljazzjoni; |
|
32. |
Jitlob li l-għajnuna umanitarja tiġi intensifikata aktar u kkoordinata mal-aġenziji tan-NU u l-NGOs, inkluż il-ħolqien ta' kurituri umanitarji għall-għoti ta' għajnuna f'ikel, ilma, servizzi sanitarji u medikazzjoni; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżid l-appoġġ umanitarju għall-Afganistan minn aktar minn EUR 50 miljun għal aktar minn EUR 200 miljun; jilqa' l-wegħda reċenti tal-komunità internazzjonali ta' EUR 1 biljun għall-poplu tal-Afganistan u jistieden lill-Kummissjoni tmexxi l-isforzi ta' promozzjoni biex tiżgura li l-ħtiġijiet tal-appoġġ umanitarju jiġu ssodisfati bis-sħiħ; |
|
33. |
Itenni li l-ħtiġijiet immedjati tan-nisa u l-bniet Afgani, b'mod partikolari dawk spostati, jeħtieġ li jingħataw prijorità fil-kuntest tal-għajnuna umanitarja; jenfasizza l-fatt li huwa kruċjali li titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru u jiġi żgurat l-aċċess għall-kura tas-saħħa u għall-provvisti tal-iġjene bażika; |
|
34. |
Jinsisti fuq l-appoġġ dirett kontinwu tal-UE għall-politiċi Afgani u l-attivisti tas-soċjetà ċivili impenjati favur id-drittijiet tal-bniedem u l-valuri fundamentali, li ħafna minnhom issa jinsabu f'eżilju, sabiex ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu biex jippreservaw il-kisbiet ta' dawn l-aħħar 20 sena u biex ikomplu l-ħidma favur ir-riformi fl-Afganistan; |
|
35. |
Jenfasizza li l-appoġġ finanzjarju Ewropew permezz tal-awtoritajiet se jibqa' jingħata biss bil-kundizzjoni li jiġu kkonservati l-kisbiet tal-aħħar 20 sena u li jkomplu jibnu fuqhom, speċjalment il-kisbiet fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet; jinsisti li t-Talibani jeħtieġu juru rispett u impenn biex jiġu salvagwardjati dawn il-kisbiet, ħaġa li s'issa għadhom ma għamlux; jisħaq fuq il-fatt li l-UE għandha tiżgura li l-għajnuna umanitarja lil persuni ċivili Afgani fil-bżonn titwassal permezz tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-NGOs rilevanti, u għandha tinsisti li t-Talibani jiżguraw aċċess sikur u mingħajr xkiel għall-NGOs lokali u internazzjonali; jissottolinja li t-Taliban jeħtiġilhom ma jfixklux it-twassil u l-iżborż ta' għajnuna umanitarja lil dawk kollha fil-bżonn; |
|
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-proġetti kollha ta' żvilupp li għaddejjin fil-pajjiż sabiex tipprova tivvaluta liema minnhom għadhom jistgħu jkomplu mas-sħab lokali jew l-NGOs u l-organizzazzjonijiet internazzjonali mingħajr interferenza mir-reġim Taliban, bil-parteċipazzjoni tan-nisa, il-garanziji tas-sigurtà għall-ħaddiema tal-għajnuna għall-iżvilupp, u salvagwardji effettivi kontra l-korruzzjoni bħala kundizzjonijiet; |
L-UE jeħtiġilha tiżviluppa rispons għal kriżi potenzjali tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati
|
37. |
Jenfasizza d-dritt fundamentali tal-Afgani li jfittxu s-sikurezza; iħeġġeġ li jittieħdu l-passi kollha biex jitkomplew l-evakwazzjonijiet koordinati mill-pajjiż taħt l-awspiċi tal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR), b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta' kurituri sikuri u l-ftuħ mill-ġdid permanenti tal-Ajruport Internazzjonali ta' Kabul u tal-fruntieri tal-art tal-Afganistan; jitlob appoġġ speċifiku għan-nisa, il-bniet u l-persuni li jinsabu f'riskju li jixtiequ jitilqu mill-pajjiż, sabiex jiġu żgurati rotot sikuri; |
|
38. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-akbar proporzjon ta' rifuġjati Afgani l-ewwel u qabel kollox se jfittxu protezzjoni fil-pajjiżi ġirien, u li l-UE għandha għalhekk tippjana biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-pajjiżi ġirien tal-Afganistan li jospitaw ir-refuġjati, preferibbilment permezz tan-NU u l-aġenziji tagħha, kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali fil-post; |
|
39. |
Ifakkar li l-appoġġ finanzjarju, loġistiku u ta' bini tal-kapaċità għall-akkoljenza tar-rifuġjati u l-migranti Afgani fil-pajjiżi ġirien mhuwiex alternattiva għal politika Ewropea vera u proprja dwar l-ażil u l-migrazzjoni; jemmen li l-UE jeħtieġ li tikkonkludi u timplimenta b'urġenza l-Patt il-Ġdid tagħha dwar l-Ażil u l-Migrazzjoni sabiex tkun tista' tittratta l-flussi migratorji b'mod aktar effettiv u uman; |
|
40. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw sforz Ewropew ikkoordinat biex tiġi segwita politika tal-ażil umana li fiha l-UE terfa' r-responsabbiltà morali tagħha fl-akkoljenza u l-integrazzjoni f'konformità sħiħa mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951; jilqa' l-Forum dwar ir-Risistemazzjoni ppjanat ta' Settembru; jisħaq li l-politika tal-UE għandha tinkludi, bħala kwistjoni ta' prijorità, espansjoni tar-risistemazzjoni għal dawk li huma l-aktar f'riskju u l-aktar vulnerabbli, kif ukoll għal aktar mogħdijiet komplementari, bħal viżi umanitarji u programm ta' viżi speċjali għan-nisa Afgani li qed ifittxu protezzjoni mir-reġim tat-Talibani; iħeġġeġ lill-Istati Membri jivvalutaw mill-ġdid l-applikazzjonijiet għall-ażil attwali u reċenti, inklużi l-applikazzjonijiet miċħuda, fid-dawl tal-iżviluppi reċenti; jenfasizza li ma jrid ikun hemm l-ebda ritorn furzat lejn l-Afganistan taħt l-ebda ċirkostanza; |
|
41. |
Jistieden lill-Kunsill juża l-għodod disponibbli bħad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja (3) u l-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili biex jimmassimizza l-isforzi madwar l-UE biex jiżgura koordinazzjoni aħjar fost l-Istati Membri u aċċess immedjat għall-protezzjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippubblika proposta leġiżlattiva għal viżi umanitarji u jappella għal kondiviżjoni ugwali tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri; |
|
42. |
Jappella għal kooperazzjoni msaħħa u appoġġ għall-pajjiżi mhux tal-UE biex jgħinuhom jiġġieldu n-networks kriminali li jinvolvu ruħhom fil-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Europol tipprovdi analiżi tar-riskju kriminali u kooperazzjoni msaħħa ma' pajjiżi terzi fil-kuntest usa' tal-iżviluppi fl-Afganistan; |
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti din ir-riżoluzzjoni fl-ipprogrammar tal-istrument NDICI-Ewropa Globali u fit-tħejjija tal-programmi indikattivi pluriennali rilevanti; |
Hemm bżonn ta' aktar kooperazzjoni ma' pajjiżi fir-reġjun madwar l-Afganistan, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-istat tad-dritt
|
44. |
Jirrikonoxxi li s-sitwazzjoni attwali fl-Afganistan ma twassalx għal stabbiltà reġjonali; jenfasizza li l-irtirar tal-Punent mill-Afganistan ħoloq vojt li qed jirriżulta f'żieda fl-instabbiltà; jenfasizza li issa hemm aktar responsabilità f'idejn il-forzi tal-viċinat u dawk reġjonali għas-sitwazzjoni fl-Afganistan, li jeħtiġilhom jevitaw kwalunkwe instabbiltà lil hinn mill-fruntieri tal-pajjiż; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali f'dan ir-rigward, b'mod partikolari l-Użbekistan, li miegħu l-UE bħalissa qed tinnegozja Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni, kif ukoll mat-Taġikistan; jisħaq fuq il-fatt li din il-kooperazzjoni m'għandhiex iddgħajjef id-difiża tal-UE tal-valuri fundamentali u l-istat tad-dritt; |
|
45. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sikurezza taċ-ċittadini Afgani li jinsabu f'riskju għoli u dawk li jaqsmu lejn pajjiżi ġirien madwar il-fruntieri fuq l-art, b'mod partikolari lejn il-Pakistan; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' koordinazzjoni mill-komunità internazzjonali f'dan ir-rigward u jħeġġeġ lill-Istati Membri jisfruttaw il-kapaċitajiet u l-għodod diplomatiċi kollha possibbli biex jiżguraw aċċess għall-fruntieri fuq l-art, passaġġ sikur u aċċess għal faċilitajiet diplomatiċi; jenfasizza r-rwol kritiku ta' koordinazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi ġirien fl-għoti ta' appoġġ prattiku f'dan ir-rigward; |
|
46. |
Ifakkar li għal ħafna snin il-Pakistan ipprovda kenn għall-membri tat-Talibani, kif ukoll assistenza lill-forzi tas-sigurtà tiegħu; jagħti istruzzjonijiet lis-SEAE biex jinforma lill-mexxejja tal-Pakistan li huwa responsabbli għas-sigurtà u l-istabbiltà fl-Afganistan u li jeħtieġlu juża l-influwenza tiegħu fuq it-Talibani biex jilħaq dawk l-għanijiet, u biex jikkunsidra jekk hemmx raġuni biex immedjatament jirrieżamina l-eliġibilità tal-Pakistan għall-istatus SĠP+ u l-benefiċċji li jirriżultaw minnu fid-dawl tal-avvenimenti attwali; |
|
47. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu lill-Afganistan u lill-pajjiżi ġirien tiegħu b'appoġġ immedjat għall-bini tal-kapaċità tal-ażil, bl-assistenza tal-Organizzazzjoni Ewropea ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, u għajnuna umanitarja għal dawk l-aktar vulnerabbli sabiex ir-reġjun jiġi stabbilizzat u tiġi evitata kriżi migratorja oħra; |
|
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu minnufih l-appoġġ lill-pajjiżi ġirien tal-Afganistan li qed jospitaw għadd kbir ta' migranti u rifuġjati, biex jiżguraw li l-persuni li jeħtieġu protezzjoni jiksbu akkoljenza sikura u kundizzjonijiet ta' għajxien sostenibbli; |
Sinjal ta' twissija għall-Unjoni Ewropea – riformi meħtieġa
|
49. |
Huwa konxju tal-fatt li l-irtirar tal-Istati Uniti u tal-forzi internazzjonali mill-Afganistan huwa manifestazzjoni ta' falliment kollettiv tal-politika u l-istrateġija barranija u ta' sigurtà tal-Punent, b'konsegwenzi detrimentali possibbli fit-tul; iqis li fi żmien qasir dan ser ikun ta' ħsara għall-kredibilità tal-Punent, joħloq kriżi ta' fiduċja u jirrikjedi li jittieħdu tagħlimiet serji minn din l-esperjenza għall-futur, b'mod partikolari meta jkollha tittieħed deċiżjoni dwar in-natura u l-mandat tal-interventi militari; |
|
50. |
Jesprimi l-frustrazzjoni u t-tħassib profond tiegħu dwar l-ineffikaċja tal-Istati Uniti, in-NATO, is-SEAE u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali fuq perjodu ta' 20 sena, fiż-żamma u l-finanzjament tal-gvern ta' Ghani, li fil-verità kien korrott u aljen għall-poplu, kif ukoll tal-forzi armati li wrew li kienu ineffettivi; jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li l-falliment kollettiv tagħna fl-Afganistan ifisser vantaġġ strateġiku għas-setgħat mhux tal-Punent u għall-pajjiżi ġirien, speċjalment il-Pakistan kif ukoll iċ-Ċina u, sa ċertu punt, ir-Russja, mingħajr ma dawn ipprovdew appoġġ sinifikanti u involviment fl-iżvilupp tal-Afganistan; ifakkar li l-awtoritajiet Afgani kienu involuti fi ġlied politiku u korruzzjoni sistemika u ma kinux kapaċi jmorru lil hinn minn governanza dgħajfa; |
|
51. |
Jenfasizza l-importanza ta' governanza tajba, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni li dwarhom ma nkisibx biżżejjed progress fl-Afganistan fil-kuntest tal-gwerra kontra t-terrur fil-pajjiż; jemmen li għas-suċċess tal-bini tal-istat u tal-aġenda internazzjonali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, jeħtieġ li l-UE ssegwi approċċ integrat ta' kwistjonijiet tal-politika estera, umanitarja, tal-iżvilupp, tad-drittijiet tal-bniedem, tas-sigurtà, tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tal-kummerċ; iħeġġeġ lill-Kunsill, lis-SEAE u lill-Kummissjoni jħejju u jippreżentaw lill-Parlament, malajr kemm jista' jkun, strateġija komprensiva bbażata fuq it-tagħlimiet misluta dwar l-Afganistan u l-pajjiżi fir-reġjun tal-madwar; |
|
52. |
Jemmen li din il-kriżi turi l-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ b'mod sinifikanti l-kapaċità tagħha li taġixxi b'mod awtonomu u b'hekk issaħħaħ il-kooperazzjoni tad-difiża tal-UE billi tibni Unjoni Ewropea tad-Difiża ġenwina, li għandha timxi id f'id mat-tisħiħ tal-pilastru Ewropew tan-NATO; jemmen li l-UE għandha tinvesti fis-sensibilizzazzjoni, is-sorveljanza u r-rikonjizzjoni militari, l-intelligence u t-trasport bl-ajru strateġiku; ifakkar li l-inkapaċità tal-forzi Ewropej li jiżguraw is-sigurtà f'ajruport internazzjonali, bħal dak ta' Kabul, mingħajr l-appoġġ tal-Istati Uniti hija eżempju impressjonanti tal-ammont ta' investiment li ser ikun meħtieġ; jilqa' r-riflessjonijiet reċenti li saru mir-Rappreżentant Għoli f'dan ir-rigward, u jtenni l-appoġġ tiegħu għal djalogu fundamentali u komprensiv bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri tal-UE, il-parlamenti nazzjonali, is-sħab Ewropej u s-soċjetà ċivili dwar it-triq 'il quddiem; |
|
53. |
Jemmen li l-kwistjonijiet tal-affarijiet barranin tal-UE għandhom jiġu deċiżi permezz ta' użu estiż tal-maġġoranza kwalifikata skont it-trattati tal-UE; |
|
54. |
Jistieden lis-SEAE jsaħħaħ ir-rappreżentanza diplomatika tal-UE fl-Asja Ċentrali, b'mod partikolari fit-Taġikistan, sabiex ikun jista' jirċievi informazzjoni diretta dwar l-iżviluppi fuq il-post; jinsisti li s-sitwazzjoni fl-Afganistan, speċjalment fir-rigward tan-nisa u l-bniet, gruppi etniċi, reliġjużi u gruppi vulnerabbli oħra, tkompli tiġi vvalutata u evalwata fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin; |
|
55. |
Jirrikonoxxi l-importanza ta' kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Uniti ffukata fuq l-indirizzar ta' sfidi multipli u l-għoti ta' appoġġ umanitarju lill-poplu Afgan, filwaqt li jitqiesu t-tagħlimiet meħuda fl-Afganistan; jesprimi apprezzament lill-militar tal-Istati Uniti għall-appoġġ tagħhom matul l-evakwazzjoni mill-Ajruport Internazzjonali ta' Kabul u jesprimi l-kondoljanzi profondi tiegħu lill-familji tat-truppi li mietu fil-proċess; |
|
56. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw protezzjoni effettiva tal-fruntieri esterni tal-UE f'konformità sħiħa mad-dritt tal-UE u mad-drittijiet fundamentali sabiex iħejju aħjar għall-movimenti migratorji mir-reġjun u għad-dħul mhux awtorizzat fl-UE; |
o
o o
|
57. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-Afganistan, lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri, u lill-Kungress tal-Istati Uniti. |
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalita' ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/143 |
P9_TA(2021)0394
Is-sitwazzjoni fil-Libanu
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar is-sitwazzjoni fil-Libanu (2021/2878(RSP))
(2022/C 117/15)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Libanu, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2008 dwar is-sitwazzjoni fil-Libanu (1), |
|
— |
wara li kkunsidra riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet 1559 (2004), 1701 (2006), 2539 (2020) u 2591 (2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/860/KE tal-10 tal-10 ta' Diċembru 2007 li tipprovdi għal għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Ewropea fil-Libanu tal-2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenji miftiehma fil-qafas tal-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Libanu f'Novembru 2016, il-Konferenza CEDRE fis-6 ta' April 2018, il-Qafas għar-Riforma, l-Irkupru u r-Rikostruzzjoni tal-Libanu (3RF) f'Diċembru 2020 u l-laqgħat tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għal-Libanu fil-11 ta' Diċembru 2019, fit-23 ta' Settembru 2020 u fid-19 ta' Mejju 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-5 ta' Awwissu 2020 tal-Kummissarju għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet Janez Lenarčič dwar l-isplużjoni f'Bejrut, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konferenza Internazzjonali dwar l-Assistenza u l-Appoġġ lil Bejrut u lill-Poplu Libaniż tad-9 ta' Awwissu 2020 u l-Konferenza b'Appoġġ għall-Popolazzjoni Libaniża tat-2 ta' Diċembru 2020, organizzati minn Franza u n-NU, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-23 ta' Settembru 2020 tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għal-Libanu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-28 ta' Settembru 2020 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, f'isem l-UE, dwar ir-riżenja tal-Prim Ministru ddeżinjat tal-Libanu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport dwar il-Qafas għar-Riforma, l-Irkupru u r-Rikostruzzjoni (3RF) tal-Libanu adottat mill-UE, in-NU u l-Bank Dinji f'Diċembru 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2020 dwar il-Libanu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Lebanon Economic Monitor (LEM) tal-Bank Dinji tal-1 ta' Ġunju 2021 u l-Valutazzjoni Rapida tal-Ħsarat u l-Ħtiġijiet (RDNA) ta' Bejrut imħejjija mill-Grupp tal-Bank Dinji f'kooperazzjoni mal-UE u n-NU, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet u l-osservazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Josep Borrell, tad-19 ta' Ġunju 2021 matul iż-żjara tiegħu fil-pajjiż, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ Borrell tas-16 ta' Lulju 2021 dwar ir-riżenja tal-Prim Ministru ddeżinjat Saad Hariri, |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba tas-16 ta' Lulju 2021 mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, David McAllister, u l-President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Maxreq, Isabel Santos, biex it-tmexxija politika Libaniża tirriżolvi l-impass wara li l-Prim Ministru ddeżinjat jirriżenja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-UNICEF tat-23 ta' Lulju 2021 bit-titolu “Il-Libanu: is-sistema pubblika tal-ilma fix-xifer tal-kollass, twissi l-UNICEF”, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tas-26 ta' Lulju 2021 dwar il-proċess ta' formazzjoni ta' gvern, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-28 ta' Lulju 2021 tal-Kopresidenti tat-tieni laqgħa tal-Grupp Konsultattiv tat-3RF, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1277 tat-30 ta' Lulju 2021 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ Borrell tat-3 ta' Awwissu 2021 sena wara l-isplużjoni fil-port ta' Bejrut, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konferenza b'Appoġġ għall-Popolazzjoni tal-Libanu li saret fl-4 ta' Awwissu 2021 permezz ta' vidjokonferenza, u d-dikjarazzjoni li saret mill-VP/RGħ Borrell matul il-Konferenza, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-4 ta' Awwissu 2021 mis-Segretarju Ġenerali tan-NU lill-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar l-estensjoni tal-mandat tal-Forza Interim tan-NU fil-Libanu (UNIFIL), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa mill-President tal-Kunsill Ewropew fl-4 ta' Awwissu 2021 waqt it-tielet Konferenza Internazzjonali b'Appoġġ għall-Poplu tal-Libanu, li saret fuq stedina konġunta tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u l-President tar-Repubblika Franċiża, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-7 ta' Awwissu 2021 tal-Kelliem tas-SEAE li tikkundanna l-isparar ta' rokits min-Nofsinhar tal-Libanu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-26 ta' Awwissu 2021 tas-Segretarju Ġenerali tan-NU António Guterres dwar is-sitwazzjoni soċjoekonomika li qed tiddeterjora fil-Libanu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Libanu tal-11 ta' Novembru 2016 li tapprova l-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Libanu, u l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Libanu, sakemm ikunu adottati dokumenti bi sħab aġġornati ġodda mill-UE u l-Libanu (COM(2021)0406), |
|
— |
wara li kkunsidra l-inċidenti ta' Awwissu sa Settembru 2019, tal-14 ta' April 2020, tas-17 ta' April 2020, tas-27 ta' Lulju 2020, ta' Mejju 2021, tal-20 ta' Lulju 2021 u tal-4 sas-6 ta' Awwissu 2021 li seħħew minn naħa għall-oħra tal-Linja Blu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tad-9 ta' Frar 2021 bit-titolu “Sħubija mġedda mal-Viċinat tan-Nofsinhar – Aġenda Ġdida għall-Mediterran” (JOIN(2021)0002), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi s-sitwazzjoni attwali fil-Libanu hija estremament allarmanti u inkwetanti ħafna minħabba l-kriżi politika, ekonomika, soċjali, finanzjarja u tas-saħħa, u l-istat ta' falliment istituzzjonali; billi l-Libanu huwa sieħeb qrib u importanti tal-Unjoni Ewropea; billi din is-sħubija hija bbażata fuq interessi komuni, rabtiet storiċi u kulturali li ilhom jeżistu żmien, djalogu politiku u soċjali regolari u kuntatti interpersonali mifruxa ħafna; |
|
B. |
billi l-Libanu għandu soċjetà ċivili vibranti b'bosta attivisti, mexxejja tal-komunità, akkademiċi, artisti u gruppi taż-żgħażagħ li jieħdu azzjoni u jappellaw għal riformi urġenti; |
|
C. |
billi s-sitwazzjoni fil-Libanu kienet kritika u wasslet għal kriżi finanzjarja fi tmiem l-2019; billi fis-17 ta' Ottubru 2019 diġà saru protesti tal-massa, magħrufa wkoll bħala r-Rivoluzzjoni ta' Ottubru tal-Libanu, li talbu għal drittijiet soċjali u ekonomiċi, l-obbligu ta' rendikont, it-tmiem tal-korruzzjoni u r-riżenja tar-rappreżentanti politiċi kollha; billi fid-29 ta' Ottubru 2019, l-ex Prim Ministru Libaniż Saad Hariri ħabbar ir-riżenja tal-gvern; |
|
D. |
billi fl-4 ta' Awwissu 2020, splużjoni devastanti ta' ammont kbir ta' nitrat tal-ammonju fil-port ta' Bejrut qatlet aktar minn 200 ruħ, darbet aktar minn 6 500 ruħ u għamlet ħsara lil aktar minn 74 000 dar, u affettwat direttament lil 300 000 ruħ; billi wara l-isplużjoni, l-ex Prim Ministru Hassan Diab irriżenja; billi sena wara l-isplużjoni, l-investigazzjoni dwar il-kawżi li wasslu għaliha għadha ma ġietx konkluża – prinċipalment minħabba l-korruzzjoni – u dawk responsabbli għadhom ma ġewx identifikati jew miżmuma responsabbli; billi rapport ta' Human Rights Watch maħruġ fit-3 ta' Awwissu 2021 xeħet dawl fuq evidenza li kien hemm uffiċjali involuti fl-isplużjoni; billi fl-4 ta' Awwissu 2021 saret protesta oħra tal-massa fit-toroq f'Bejrut li fiha ntalab li tittieħed responsabbiltà għall-isplużjoni fil-port; billi, skont dokumenti uffiċjali żvelati, l-awtoritajiet doganali, militari u tas-sigurtà Libaniżi, kif ukoll il-ġudikatura, wissew gvern wara l-ieħor dwar il-ħażna perikoluża ta' sustanzi kimiċi splussivi fil-port ta' Bejrut f'mhux inqas minn 10 okkażjonijiet f'temp ta' sitt snin, iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni; billi personalitajiet politiċi Libaniżi ewlenin ostakolaw l-investigazzjoni lokali dwar l-isplużjoni sussegwenti, u l-awtoritajiet neħħew lill-ewwel imħallef investigattiv wara li personalitajiet politiċi ssejħu biex jiġu interrogati, u ċaħdu t-talbiet tat-tieni mħallef investigattiv biex titneħħa l-immunità ta' membri parlamentari suspettati u biex jinterroga lil uffiċjali superjuri tal-forzi tas-sigurtà; |
|
E. |
billi l-korruzzjoni hija waħda mill-isfidi ewlenin li toħnoq l-iżvilupp u l-prosperità tal-Libanu, u tapprofondixxi l-aljenazzjoni u n-nuqqas ta' fiduċja fis-sistema politika; billi l-korruzzjoni tinsab kullimkien u hija mifruxa fil-livelli kollha tas-soċjetà, kif rifless mill-punteġġi tal-prestazzjoni globali u medji tal-pajjiż fil-biċċa l-kbira tal-oqsma ta' governanza; billi l-Istituzzjoni Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni għadha mhix operattiva peress li l-ħatra tal-kummissarji tagħha għadha pendenti; |
|
F. |
billi l-Libanu finalment ifforma gvern fl-10 ta' Settembru 2021, wara tliet prim ministri ddeżinjati, Mustapha Adib, Saad Hariri u Najib Mikati; billi l-gvern il-ġdid se jkollu urġentement iwettaq il-pakkett ta' riformi politiċi sostantivi meħtieġa sabiex il-Libanu jiġġieled il-korruzzjoni u jippreserva l-istabbiltà, l-għaqda, is-sigurtà, is-sovranità, l-indipendenza politika u l-integrità territorjali tiegħu; |
|
G. |
billi l-elezzjonijiet muniċipali, parlamentari u presidenzjali fil-Libanu huma skedati għal Mejju 2022 u Ottubru 2022; billi huwa kruċjali li l-mexxejja politiċi kollha jirrispettaw il-kalendarju elettorali tal-2022 u jiżguraw elezzjonijiet inklużivi, trasparenti u ġusti b'aċċess ugwali għall-kampanji għal kulħadd u aċċess għall-vot għaċ-ċittadini Libaniżi kollha, inklużi dawk li jgħixu barra mill-pajjiż bħalma tippermettilhom l-aktar liġi elettorali reċenti adottata fl-2017 u kif tistipula l-Kostituzzjoni Libaniża; billi l-Kummissjoni Superviżorja għall-Elezzjonijiet m'għandhiex il-mezzi meħtieġa biex twettaq il-mandat tagħha, u dan il-fatt iqajjem tħassib dwar it-trasparenza u l-ġustizzja tal-kampanja u l-elezzjonijiet skedati għas-sena d-dieħla; |
|
H. |
billi dritt wara l-isplużjoni massiva l-UE, b'mod konġunt mal-Bank Dinji u man-NU, wettqet Valutazzjoni Rapida tal-Ħsarat u tal-Ħtiġijiet biex jiġi stmat l-impatt fuq il-popolazzjoni, l-assi fiżiċi, l-infrastruttura u l-forniment ta' servizzi; billi s-sejbiet jinkludu ħsarat ta' bejn USD 3,8 u 4,6 biljuni bis-setturi tad-djar u l-kultura milquta bl-aktar mod gravi, bejn USD 2,9 u 3,5 biljuni f'telf, fejn is-settur l-aktar milqut kien dak tad-djar segwit mis-setturi tat-trasport u tal-kultura, u bejn USD 1,8 u 2,0 biljuni fi ħtiġijiet prijoritarji ta' rkupru u rikostruzzjoni, bl-ogħla ħtiġijiet ikunu fis-settur tat-trasport segwit mis-setturi tal-kultura u tad-djar; billi r-riżultat ewlieni kien l-istabbiliment tal-Qafas għar-Riforma, l-Irkupru u r-Rikostruzzjoni (3RF), koġestit mill-Gvern tal-Libanu; billi ma sar ebda progress fir-riformi fl-ambitu tat-3RF minħabba xhur ta' impass fil-formazzjoni ta' gvern; billi f'Mejju 2021, il-produttur ewlieni tal-elettriku tal-Libanu, Electricité du Liban, (Elettriku tal-Libanu) ħabbar li m'għadx kellu biżżejjed flus biex jixtri l-fjuwil; billi l-Libanu qed jikkuntattja lil diversi pajjiżi sabiex jindirizza l-ħtiġijiet immedjati tiegħu fil-qasam tal-enerġija; |
|
I. |
billi, minkejja s-sospensjoni tal-liġi dwar is-segretezza bankarja, ma sar ebda progress rigward l-awditjar forensiku tal-Bank Ċentrali; billi, wara rapporti ta' investigazzjoni Żvizzera dwar tranżazzjonijiet li allegatament jinvolvu lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, Riad Salameh, u ħuh, il-prosekutur pubbliku Libaniż vara investigazzjoni u l-prosekuturi Franċiżi fetħu investigazzjoni preliminari dwar allegazzjonijiet ta' ħasil tal-flus fir-rigward ta' Salameh; billi l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jiċħad l-allegazzjonijiet kollha; |
|
J. |
billi l-UE impenjat ruħha li tappoġġa l-istabbiltà u l-għaqda tal-pajjiż permezz ta' assistenza ekonomika; billi l-UE pprovdiet assistenza sostanzjali biex tindirizza l-konsegwenzi immedjati u l-ħtiġijiet wara l-isplużjoni; billi mmobilizzat EUR 33 miljun għal ħtiġijiet ta' emerġenza u aktar minn 250 ħaddiem tas-salvataġġ mill-Istati Membri tal-UE; billi fl-2021 biss, l-UE pprovdiet lil-Libanu b'EUR 55,5 miljun f'għajnuna umanitarja; billi matul is-sajf tal-2021 ġew rilaxxati EUR 5,5 miljuni addizzjonali biex jissaħħaħ ir-rispons tal-Libanu għall-COVID-19; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha mmobilizzaw EUR 24,0 biljun mill-2011 'l hawn; |
|
K. |
billi l-pandemija tal-COVID-19 aggravat il-kriżi ġeneralizzata li diġà għaddejja fil-Libanu, fejn hemm korruzzjoni mifruxa fil-livelli kollha tas-soċjetà; billi kemm il-gruppi vulnerabbli kif ukoll dawk mhux vulnerabbli ġew affettwati b'mod gravi; billi mill-bidu tal-pandemija 'l hawn fil-Libanu ġew irreġistrati aktar minn 610 000 każ ta' coronavirus u 8 150 każ ta' mewt; billi l-viċinati l-aktar milquta mill-qerda tad-djar ikkawżata mill-isplużjoni kienu Gemmayze Ashrafiedh, Mar Mikhael u Rmeil Medawar, u n-nuqqas ta' alternattivi llum għal dawk li d-djar tagħhom inqerdu jista' jaffettwa l-istruttura, it-tessut u l-koeżjoni storiċi u strutturali tal-Libanu; |
|
L. |
billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Lulju 2021 stabbiliet qafas għal sanzjonijiet immirati kontra persuni u entitajiet li jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Libanu; billi dawn jinkludu projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar fl-UE u ffriżar ta' assi fuq tfixkil persistenti tal-formazzjoni ta' gvern jew xkiel serju fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet, l-ostakolar jew it-tfixkil tal-implimentazzjoni ta' pjanijiet approvati mill-awtoritajiet Libaniżi u appoġġati mill-UE biex jitjiebu r-responsabbiltà u l-governanza tajba, inkluż fis-settur bankarju u finanzjarju, jew fuq kondotta finanzjarja ħażina serja fir-rigward tal-fondi pubbliċi, atti koperti mill-Konvenzjoni tan-NU Kontra l-Korruzzjoni jew fuq l-esportazzjoni mhux awtorizzata tal-kapital; |
|
M. |
billi l-Kummissjoni Ekonomika u Soċjali tan-NU għall-Punent tal-Asja sabet li bejn l-2019 u l-2020, il-proporzjon ta' persuni li jinsabu f'sitwazzjoni ta' faqar kien diġà qabeż minn 28 % għal 55 %; billi r-rata tal-faqar multidimensjonali fil-Libanu kważi rduppjat minn 42 % fl-2019 għal 82 % fl-2021, u “l-faqar multidimensjonali estrem” illum il-ġurnata jaffettwa 34 % tal-popolazzjoni; billi r-rata tal-qgħad telgħet għal aktar minn 40 % tal-forza tax-xogħol u sehem dejjem akbar ta' unitajiet domestiċi għandhom diffikultà biex jaċċessaw servizzi bażiċi bħall-ikel, l-ilma u l-kura tas-saħħa; billi l-Bank Dinji, fil-Lebanon Economic Monitor tiegħu ta' Ġunju 2021, irrapporta li l-Libanu għaddej minn dipressjoni ekonomika gravi u mtawla, li x'aktarx tiġi kklassifikata fost l-aktar episodji ħorox ta' kriżi globalment sa minn nofs is-seklu dsatax; |
|
N. |
billi l-gwerra fil-pajjiż ġar tas-Sirja ġiegħlet lil ħafna jaħarbu lejn il-Libanu, li ħalla jidħlu fil-pajjiż madwar 1,5 miljun rifuġjat Sirjan, minbarra madwar 15 800 rifuġjat Etjopjan, Iraqi, Sudaniż u ta' oriġini oħra li huma rreġistrati mal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR), u madwar 207 700 rifuġjat Palestinjan; billi, skont il-Programm Dinji tal-Ikel, fl-2021, 22 % taċ-ċittadini Libaniżi, 50 % tar-rifuġjati mis-Sirja u 33 % tar-rifuġjati ta' nazzjonalitajiet oħra jinsabu f'kundizzjoni ta' insigurtà tal-ikel; billi l-Libanu huwa wieħed minn żewġ pajjiżi fil-Lvant Nofsani li jospitaw numri kbar ta' ħaddiema domestiċi migranti rregolati mis-sistema kafala; billi, sa mill-2011, l-UE kkontribwiet EUR 2,4 biljun biex tgħin lir-rifuġjati Sirjani u Palestinjani permezz ta' strumenti varji bħall-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b'Reazzjoni għall-Kriżi Sirjana u l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI); |
|
O. |
billi, f'April 2020, il-Gvern Libaniż approva pjan ekonomiku u talab programm tal-FMI abbażi tar-riformi meħtieġa; billi t-taħditiet mal-FMI għadhom għaddejjin; billi, skont il-FMI, il-Libanu jeħtieġ b'mod urġenti li jibda riformi komprensivi biex jirregolarizza l-finanzi pubbliċi, jirristruttura d-dejn pubbliku, jirrestawra s-sistema bankarja, jespandi x-xibka ta' sikurezza soċjali, jirriforma l-intrapriżi tal-Istat u jtejjeb il-governanza; billi l-FMI ddeżinja USD 860 miljun ta' drittijiet speċjali ta' prelevament biex isaħħaħ ir-riżervi mnaqqsa tal-pajjiż u biex jgħin fil-bosta ħtiġijiet urġenti; billi l-Kumitat Finanzjarju tal-Parlament Libaniż irrifjuta l-pjan tal-gvern għal rikapitalizzazzjoni interna li kienet tippermetti li l-flus imfaddla minn 98 % tal-popolazzjoni jiġu ppreservati permezz ta' garanziji fuq l-assi ta' kontijiet bankarji li jkollhom inqas minn USD 500 000 fi tfaddil; billi, quddiem kritika dwar il-pjan ta' rkupru mill-membri parlamentari, il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) ippubblika tliet dikjarazzjonijiet b'appoġġ għall-pjan propost mill-gvern; billi l-membri parlamentari li rrifjutaw il-pjan ta' rkupru għandhom interessi personali li jippreservaw l-interessi tal-banek Libaniżi, minħabba r-relazzjonijiet tagħhom bħala azzjonisti ta' dawk il-banek jew ma' azzjonisti ta' tali banek; |
|
P. |
billi l-Artikolu 534 tal-Kodiċi Kriminali Libaniż għadu jintuża għall-prosekuzzjoni u l-arrest ta' persuni LGBTI; billi f'xi żoni tal-pajjiż, l-irġiel suspettati b'relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess jiġu arrestati regolarment u jiġu soġġetti għal trattament degradanti fl-għases tal-pulizija; |
|
Q. |
billi, fit-30 ta' Ġunju 2021, il-Parlament Libaniż approva liġi ta' kreditu eċċezzjonali ta' USD 556 miljun biex jiffinanzja sistema ta' karti ta' razzjon li se tipprovdi assistenza fi flus kontanti biex jiġu appoġġjati l-familji l-aktar vulnerabbli u din se tissostitwixxi s-sistema attwali ta' sussidji; billi l-implimentazzjoni tal-karti ta' razzjon għandha ssegwi l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni; |
|
R. |
billi l-Ftehim Ewro-Mediterranju huwa bbażat fuq ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li tikkostitwixxi element essenzjali tal-ftehim; |
|
S. |
billi l-aħħar riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-Libanu, ir-Riżoluzzjoni 2591 (2021), adottata unanimament fit-30 ta' Awwissu 2021, testendi l-mandat tal-UNIFIL għal sena oħra u tfakkar fil-ħtieġa ta' waqfien mill-ġlied permanenti f'konformità mal-prinċipji u l-elementi stabbiliti fir-Riżoluzzjoni 1701 (2006); |
|
T. |
billi n-newtralità tal-Libanu hija l-muftieħ għall-istabbiltà futura tiegħu; billi Libanu stabbli, b'sovranità sħiħa, magħqud u demokratiku huwa ta' importanza kruċjali għall-istabbiltà, is-sigurtà u l-iżvilupp paċifiku tal-Lvant Nofsani kollu kemm hu; billi l-gvern li ġie ffurmat dan l-aħħar u l-ministri tiegħu jeħtiġilhom jottjenu indipendenza politika u jirreżistu kwalunkwe ndħil estern minn pajjiżi fil-viċinat tal-Libanu jew aktar 'il bogħod; billi l-indħil estern huwa ta' detriment għall-iżvilupp u l-istabbiltà tal-Libanu; billi l-Hezbollah għadu jikkontrolla l-ministeri ewlenin fil-Gvern Libaniż; billi l-Hezbollah ġie elenkat bħala organizzazzjoni terroristika minn diversi Stati Membri tal-UE; billi l-Hezbollah wera ripetutament il-lealtà ideoloġika qawwija tiegħu lejn l-Iran, li qiegħda tiddestabilizza l-Gvern Libaniż u timmina l-koeżjoni tant meħtieġa tiegħu; |
|
1. |
Iqis is-sitwazzjoni attwali fil-Libanu bħala diżastru magħmul mill-bniedem ikkawżat minn għadd żgħir ta' rġiel fil-klassi politika fil-poter; jinnota l-formazzjoni reċenti ta' gvern wara 13-il xahar ta' staġnar politiku; jiddispjaċih għall-fatt li l-kabinett il-ġdid fih mara waħda biss; iħeġġeġ bil-qawwa lill-mexxejja Libaniżi jżommu l-wegħdiet tagħhom u jkunu gvern funzjonali ddedikat għall-missjoni tiegħu, kredibbli u responsabbli, li jwarrab il-firdiet parlamentari u li jkun ħieles minn influwenza barranija; jemmen li l-infurzar tar-responsabbiltà, l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet ħielsa u ġusti u l-forniment ta' servizzi pubbliċi bażiċi jridu jegħlbu kwalunkwe kunsiderazzjoni personali fil-klassi politika tal-Libanu; ifakkar li l-elezzjonijiet f'Mejju 2022 ma jridu jiġu posposti bl-ebda mod, minħabba l-istall politiku u n-nuqqas ta' funzjonament dejjem jikber tal-istituzzjonijiet statali, u li jridu josservaw l-istandards demokratiċi internazzjonali tal-libertà, il-ġustizzja u t-trasparenza; |
|
2. |
Jistieden lill-awtoritajiet Libaniżi jitolbu li l-VP/RGħ jiskjera missjoni ta' osservazzjoni elettorali, jew inkella, jekk ikun hemm bżonn, missjoni ta' esperti elettorali, xhur qabel l-elezzjonijiet; jistieden lill-Gvern Libaniż jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE tal-2018; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu l-assistenza teknika u finanzjarja kollha biex jippermettu li l-elezzjonijiet isiru fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli u jistinkaw biex jiggarantixxu l-ġustizzja u t-trasparenza tal-proċess kollu; iħeġġeġ lill-Gvern Libaniż il-ġdid jipprovdi lill-Kummissjoni Superviżorja għall-Elezzjonijiet il-fondi, il-persunal u t-tagħmir kollha meħtieġa sabiex twettaq bis-sħiħ il-mandat tagħha; jitlob li jkun hemm Task Force Umanitarja Internazzjonali taħt l-awspiċji tan-NU biex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-assistenza umanitarja u tissorvelja l-użu tal-fondi; ifakkar li n-Nazzjonijiet Uniti żviluppaw qafas biex jappoġġja lin-nisa bħala kandidati u votanti u għaldaqstant jippromwovi parteċipazzjoni akbar min-nisa fil-proċess politiku u jitlob li dan il-qafas jiġi integrat bis-sħiħ fil-pjanijiet għal riforma elettorali; |
|
3. |
Jitlob lill-UE toffri lil-Libanu l-iskjerament ta' missjoni konsultattiva amministrattiva komprensiva tal-UE sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa urġenti li jiġi miġġieled it-tkissir aċċelerat tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi bażiċi; iħeġġeġ lill-gvern il-ġdid jimplimenta malajr riformi ekonomiċi u ta' governanza ewlenin li jiżguraw l-irkupru politiku u ekonomiku, inkluża r-regolamentazzjoni kredibbli tas-setturi ekonomiċi ewlenin, bħas-settur tal-elettriku; |
|
4. |
Ifakkar li investigazzjoni trasparenti, indipendenti, newtrali u effettiva dwar l-isplużjoni tal-port ta' Bejrut hija prijorità u trid tiġi żgurata; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Libaniżi jirrispettaw il-proċeduri ġudizzjarji u l-indipendenza tal-ġudikatura u jassistu kull sforz li jippermetti li dawk li huma responsabbli għad-deċiżjonijiet li wasslu għall-isplużjoni fil-port ta' Bejrut jiġu investigati kif xieraq u jinżammu responsabbli; jitlob li ssir missjoni internazzjonali indipendenti ta' ġbir ta' informazzjoni fil-Libanu biex tiġi investigata l-isplużjoni ta' Bejrut fi ħdan il-qafas tan-NU; jinsisti li dawk li jinstabu direttament jew indirettament ħatja jridu jinżammu responsabbli għall-ħajjiet mitlufa u l-ħsara li saret lill-poplu Libaniż; |
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrilaxxaw għajnuna umanitarja addizzjonali, minħabba l-kundizzjonijiet imwiegħra fuq il-post, b'mod partikolari għajnuna alimentari u materjal farmaċewtiku u tal-isptar, u jipprovdu riżorsi tal-enerġija alternattivi (inklużi pannelli solari) lilll-iskejjel u lill-isptarijiet kollha, mgħoddija permezz ta' entitajiet għajr dawk pubbliċi bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi magħrufa sew, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u organizzazzjonijiet ta' ispirazzjoni reliġjuża fil-Libanu li huma kapaċi jwettqu r-riformi; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali jiġu inklużi fit-tfassil, l-ippjanar, il-koordinazzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi ta' għajnuna għal-Libanu; jistieden lill-Kummissjoni ssib mekkaniżmi li b'mod strateġiku u flessibbli japplikaw il-kriterji li jippermettu l-aċċess fil-pront tal-organizzazzjonijiet għall-fondi sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet immedjati, dejjem b'rispett għall-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja u d-dritt umanitarju internazzjonali; jissottolinja l-ħtieġa li jsir monitoraġġ robust tal-għajnuna tal-UE biex jiġi żgurat li din tiġi trasferita direttament lil dawk li jinsabu fil-bżonn; jiddeplora bil-kbir il-livell għoli għall-aħħar ta' ġestjoni ħażina u n-nuqqas ta' sorveljanza finanzjarja fuq il-fondi mogħtija fil-passat; |
|
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE jimpenjaw ruħhom b'mod kostruttiv mal-Gvern Libaniż il-ġdid fit-twettiq tar-riformi strutturali u settorjali meħtieġa biex tiġi rilaxxata assistenza makrofinanzjarja sinifikanti tal-UE u fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħna, bil-kundizzjoni li jsir progress tanġibbli dwar l-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa kif inklużi fit-3RF; |
|
7. |
Jistieden lill-awtoritajiet Libaniżi jerġgħu jibdew it-taħditiet mal-FMI malajr kemm jista' jkun sabiex ir-riformi jkunu tanġibbli għan-nies li jinsabu f'diffikultà fil-Libanu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Libaniżi jimplimentaw impenji preċedenti li saru fil-kuntest tal-Konferenza Ekonomika għall-Iżvilupp permezz ta' Riformi mas-Settur Privat (CEDRE) ta' April 2018, bl-appoġġ tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għal-Libanu, u kif maqbul mill-mexxejja politiċi kollha tal-Libanu, li jinvolvu riformi ekonomiċi u ta' governanza sinifikanti u profondi, inklużi r-restawr tal-istabbiltà ekonomika u l-kredibbiltà tas-settur finanzjarju, il-garanzija tal-indipendenza tal-ġudikatura, l-iżgurar tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Libaniżi jipprovdu appoġġ għall-komunitajiet l-aktar vulnerabbli fil-Libanu, inkluż permezz ta' xbieki ta' sikurezza soċjali; jistieden lill-awtoritajiet Libaniżi japprovaw il-baġit tal-2021 u jħejju l-baġit tal-2022, inkluż programm b'saħħtu dwar il-protezzjoni soċjali, li jimplimenta l-Programm ta' Xibka ta' Sikurezza Soċjali ta' Emerġenza u l-Programm Nazzjonali għall-Ġlieda kontra l-Faqar; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Libaniżi jipprevedu linja baġitarja suffiċjenti għall-elezzjonijiet tal-2022; |
|
8. |
Jisħaq li, wara r-repressjoni totali tar-reġim ta' Assad kontra r-rewwixta popolari Sirjana fl-2011, il-Libanu laqa' l-ogħla proporzjon fid-dinja ta' rifuġjati Sirjani; jiġbed l-attenzjoni għar-responsabbiltà partikolari tar-reġim Sirjan fil-persistenza ta' din is-sitwazzjoni umanitarja drammatika; ifakkar li, sabiex jinkisbu soluzzjonijiet dejjiema għall-persuni spostati, il-finanzjament u l-programmazzjoni suffiċjenti fit-tul huma kruċjali biex il-persuni spostati internament u r-rifuġjati jingħataw appoġġ lil hinn miċ-ċiklu tal-programm umanitarju; ifakkar fil-vulnerabbiltà tar-rifuġjati Sirjani u Palestinjani fil-Libanu u jisħaq fuq il-ħtieġa li jingħata finanzjament adegwat, prevedibbli u b'diversi livelli lill-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-NU għar-Rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) u lil atturi oħra li jaħdmu mar-rifuġjati, sabiex jiġi żgurat il-forniment sħiħ tas-servizzi essenzjali lill-komunitajiet tar-rifuġjati fil-pajjiż; jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-kooperazzjoni u d-djalogu mal-NGOs u ma' fornituri oħra tas-servizzi li qed jgħinu lir-rifuġjati fil-pajjiż; |
|
9. |
Iħeġġeġ lill-Gvern u lill-President il-ġodda tal-Libanu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex iżarmaw il-prattiki korrotti, inklużi t-trasferimenti ta' kapital pubbliku u l-evażjoni tat-taxxa, jiżguraw l-indipendenza sħiħa tal-membri futuri tal-Istituzzjoni Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u jitolbu l-appoġġ tekniku tal-komunità internazzjonali permezz tal-mekkaniżmi tan-NU u l-Konvenzjoni tan-NU Kontra l-Korruzzjoni sabiex jiggarantixxu kemm it-trasparenza kif ukoll ir-responsabbiltà sħiħa lejn il-poplu Libaniż; ifakkar li l-UE, il-Bank Dinji u n-NU talbu b'insistenza l-istabbiliment ta' ġudikatura indipendenti u trasparenti, l-adozzjoni ta' liġi moderna dwar l-akkwist pubbliku u l-adozzjoni ta' strateġija kontra l-korruzzjoni, u jiddenunzja n-nuqqas ta' azzjoni minn gvernijiet Libaniżi suċċessivi tul dawn l-aħħar snin; |
|
10. |
Jisħaq fuq ir-responsabbiltà partikolari tal-Hezbollah u ta' fazzjonijiet oħra fir-repressjoni tal-moviment popolari Libaniż fl-2019 u fil-kriżi politika u ekonomika tal-Libanu; jistieden lis-setgħat esterni kollha joqogħdu lura milli jinterferixxu fl-affarijiet interni tal-Libanu u jitlob li s-sovranità u l-indipendenza politika tiegħu jiġu rispettati; iħeġġeġ lill-fazzjonijiet politiċi kollha fil-gvern itemmu s-settarjaniżmu u jimplimentaw riformi vitali għall-persuni kollha li jgħixu fil-Libanu, mingħajr ebda diskriminazzjoni reliġjuża jew etnika; |
|
11. |
Jesprimi tħassib serju dwar in-nuqqas kontinwu ta' progress lejn waqfien mill-ġlied permanenti u dispożizzjonijiet ewlenin oħra tar-Riżoluzzjoni 1701 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fid-dawl tat-tensjonijiet l-aktar reċenti u kontinwi tul il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-Libanu; jafferma mill-ġdid l-appoġġ qawwi tiegħu għall-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza politika tal-Libanu, f'konformità mar-Riżoluzzjoni 2591 (2021) reċenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; ifakkar fil-pożizzjoni tal-UE li r-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1559 (2005) u 1701 (2006) iridu jiġu rispettati bis-sħiħ; |
|
12. |
Jistieden lill-komunità internazzjonali tipprovdi l-appoġġ finanzjarju neċessarju biex il-forzi armati u l-forzi tas-sigurtà interna Libaniżi jkunu jistgħu jiżvolġu r-rwol essenzjali tagħhom fil-prevenzjoni ta' kollass ulterjuri tal-istituzzjonijiet statali, il-garanzija tal-għajnuna umanitarja u l-iżgurar tas-sigurtà u l-istabbiltà, filwaqt li jirrispettaw id-dritt għall-protesta u l-libertà tal-espressjoni; itenni li r-responsabbiltà tal-uffiċjali pubbliċi hija essenzjali u jikkundanna kwalunkwe vjolenza kontra d-dimostranti; |
|
13. |
Jistieden lis-SEAE jipproponi lista ta' awtoritajiet responsabbli fil-Libanu f'kooperazzjoni mal-Istati Membri; jitlob l-użu ta' sanzjonijiet immirati, skont il-qafas adottat mill-Kunsill fit-30 ta' Lulju 2021, fil-konfront tal-persuni jew l-entitajiet kollha li jissodisfaw il-kriterji ta' dak il-qafas; jisħaq li l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet immirati għall-ostakolar jew l-imminar tal-proċess politiku demokratiku tibqa' għażla li tista' tiġi attivata jekk l-atturi responsabbli fil-Libanu jkomplu jimblukkaw ir-riforma u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE, mingħajr eċċezzjoni, biex jikkooperaw bis-sħiħ mas-sanzjonijiet immirati tal-UE fil-konfront tal-mexxejja korrotti u ta' dawk responsabbli għall-imminar tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u tal-affiljati tagħhom fil-Libanu u biex isaħħu tali sanzjonijiet; iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kunsill biex b'mod urġenti jallokaw biżżejjed riżorsi għall-iżvilupp effettiv tal-mekkaniżmu l-ġdid; jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lis-sħab tagħhom, bħar-Renju Unit u l-Iżvizzera, jikkooperaw fil-ġlieda kontra l-allegata miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi minn għadd ta' uffiċjali Libaniżi; jissuġġerixxi li l-Istati Membri jibdew proċedimenti legali fil-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali tagħhom kontra s-sidien ta' kapital akkwistat b'mod illeċitu u miżmum fit-territorji tagħhom u jippromwovu sforzi favur ir-restituzzjoni ta' fondi illegali lill-popolazzjoni Libaniża; |
|
14. |
Ifakkar li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika Libaniża jipprevedi djalogu politiku bejn il-Parlament u l-Parlament Libaniż il-ġdid abbażi tal-istabbiliment ta' kooperazzjoni politika bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, li jista' jservi bħala qafas addizzjonali, jekk jitolbu dan l-awtoritajiet Libaniżi, biex jiġi appoġġjat il-gvern li ġie ffurmat dan l-aħħar u jiġi indirizzat l-istaġnar istituzzjonali; |
|
15. |
Ifakkar fl-appoġġ qawwi tiegħu għad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libanu u għall-ħidma tagħhom; jinkoraġġixxi lis-soċjetà ċivili u lis-sħab soċjali u ekonomiċi jiżvolġu r-rwoli rispettivi tagħhom fid-djalogu nazzjonali billi jesprimu l-aspirazzjonijiet tagħhom u jressqu proposti għall-paċi, l-iżvilupp u l-futur tal-pajjiż, u jfaħħar l-inizjattivi tal-komunitajiet lokali u tas-soċjetà ċivili; jinsab imħasseb għall-aħħar dwar iż-żieda fl-emigrazzjoni tal-popolazzjoni Libaniża u l-eżodu ta' mħuħ konsegwenti, li qed jaffettwaw ir-riżorsi umani essenzjali għar-rikostruzzjoni u l-irkupru tal-Libanu u l-ħajja demokratika tiegħu; |
|
16. |
Jistieden lil-Libanu jiżgura l-protezzjonijiet meħtieġa kontra x-xogħol furzat, kif minqux fil-liġi nazzjonali dwar ix-xogħol u fl-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-prinċipji fundamentali u d-drittijiet fuq il-post tax-xogħol, u l-Konvenzjoni dwar il-Ħaddiema Domestiċi tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) (Nru 189 tal-2011) sabiex jindirizza l-problema ta' sfruttament inerenti għas-sistema kafala; |
|
17. |
Itenni l-appoġġ tiegħu għad-determinazzjoni tal-UE li tassisti lil-Libanu fir-ristrutturar ekonomiku tiegħu u fir-rikostruzzjoni tal-infrastruttura tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni tirriforma l-fondi fit-tul u tifformula mill-ġdid l-istrateġija u l-pjan ta' rkupru għal-Libanu fil-qafas tal-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Libanu taħt l-Istrument il-ġdid ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, u tikkunsidra l-finanzjament ta' sħab potenzjali addizzjonali fi ħdan is-soċjetà ċivili, speċjalment sabiex jinstabu soluzzjonijiet urġenti għall-iskarsezza tal-enerġija permezz ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli bħall-pannelli solari; |
|
18. |
Jitlob li jitħassar l-Artikolu 534 tal-Kodiċi Kriminali Libaniż u li jintemmu l-forom kollha ta' vjolenza u persekuzzjoni legali u istituzzjonali tal-persuni LGBTI; jitlob l-abolizzjoni ta' liġijiet diskriminatorji oħra bħal dawk li jipprojbixxu lir-rifuġjati Palestinjani milli jgawdu l-istess drittijiet bħal residenti barranin oħra; |
|
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-appoġġ tagħhom għall-kampanja ta' vaċċinazzjoni Libaniża, li teħtieġ appoġġ internazzjonali, u jtaffu l-kriżi tas-saħħa fil-Libanu; jitlob appoġġ għas-salarji tal-impjegati tal-isptarijiet u x-xiri ta' oġġetti paramediċi; |
|
20. |
Jafferma mill-ġdid is-sħubija b'saħħitha tiegħu mal-Libanu u mal-poplu tiegħu, imsejsa fuq il-valuri komuni tad-demokrazija, il-pluraliżmu, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; itenni l-appoġġ tiegħu għad-determinazzjoni tal-UE li tassisti lil-Libanu fir-ristrutturar ekonomiku tiegħu; jonora lill-vittmi tal-isplużjoni tal-port ta' Bejrut; jafferma mill-ġdid is-solidarjetà u l-appoġġ tiegħu fir-rigward tas-soċjetà ċivili Libaniża, speċjalment il-ġurnalisti u l-informaturi; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jkomplu għaddejjin bl-isforzi tagħhom ta' appoġġ għar-rikostruzzjoni u l-irkupru ekonomiku tal-Libanu u jistabbilixxu koperazzjoni aktar mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiż u finanzjament aħjar għal tali organizzazzjonijiet; |
|
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija, lill-President tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tal-Libanu. |
(1) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 69.
(2) ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2.
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/151 |
P9_TA(2021)0395
Il-libertà tal-media u d-deterjorament ulterjuri tal-istat tad-dritt fil-Polonja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar il-libertà tal-media u d-deterjorament ulterjuri tal-istat tad-dritt fil-Polonja (2021/2880(RSP))
(2022/C 117/16)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Karta”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-ġurisprudenza relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta raġunata tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2017 dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja, maħruġa f'konformità mal-Artikolu 7(1) tat-TUE (COM(2017)0835), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (2) (“ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2019 dwar id-diskriminazzjoni pubblika u d-diskors ta' mibegħda kontra persuni LGBTI, inklużi żoni mingħajr LGBTI (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2021 dwar il-proklamazzjoni tal-UE bħala Żona ta' Libertà LGBTIQ (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar is-seduti ta' smigħ li għaddejjin bħalissa skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE fir-rigward tal-Polonja u l-Ungerija (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2020 dwar l-istabbiliment ta' Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar ir-Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2021 dwar it-tfassil ta' linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 bit-titolu “Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt – Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea” (COM(2020)0580), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2021 bit-titolu “Ir-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt – Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea” (COM(2021)0700), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tat-8 ta' Marzu 2021 mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Prim Ministru Pollakk dwar żewġ abbozzi ta' liġijiet dwar is-settur tal-media fil-Polonja (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi, kif minqux fl-Artikolu 2 tat-TUE, l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; |
|
B. |
billi skont l-Artikolu 47 tal-Karta, id-dritt fundamentali għal rimedju effettiv jirrikjedi aċċess għal tribunal “indipendenti”; billi l-influwenza politika jew il-kontroll tal-ġudikatura u ostakli simili għall-indipendenza tal-imħallfin individwali spiss irriżultaw f'sitwazzjoni fejn il-ġudikatura ma kinitx tista' taqdi r-rwol tagħha ta' verifika indipendenti tal-użu arbitrarju tal-poter mill-fergħat eżekuttivi u leġiżlattivi tal-gvern; |
|
C. |
billi l-libertà tal-media hija waħda mill-pilastri u l-garanziji ta' demokrazija li tiffunzjona u l-istat tad-dritt; billi l-libertà, il-pluraliżmu u l-indipendenza tal-media u s-sikurezza tal-ġurnalisti huma komponenti kruċjali tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, u huma essenzjali għall-funzjonament demokratiku tal-UE u l-Istati Membri tagħha; billi l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jadottaw qafas legali u regolatorju li jrawwem l-iżvilupp ta' media ħielsa, indipendenti u pluralistika; |
|
D. |
billi l-Polonja, flimkien ma' xi Stati Membri oħra, għadha ma implimentatx ir-rekwiżiti kollha tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (Direttiva (UE) 2018/1808), u b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw l-indipendenza tar-regolatur nazzjonali tas-suq tal-media; |
|
E. |
billi l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew tal-Kunsill tal-Ewropa fl-2019 ikkonkluda li l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji tal-media Pollakki kienet qed tqajjem tħassib dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri tal-ħatra u l-obbligu ta' rendikont lejn il-Kunsill Nazzjonali tax-Xandir (KRRiT); billi, huwa kkonkluda wkoll li l-Kunsill Nazzjonali tal-Media (RMN) ma kellu “l-ebda salvagwardja adegwata għall-indipendenza funzjonali mill-partiti politiċi u mill-gvern” (12); |
|
F. |
billi fi Frar 2021 ġie propost proġett li tiġi imposta taxxa fuq ir-reklamar u mbagħad din ġiet irtirata minħabba kritika qawwija dwar l-impatt negattiv tagħha fuq il-libertà tal-media u l-pluralità tal-media; billi fl-10 ta' Frar 2021 madwar 45 stabbiliment tal-media privati ġew maqtugħin fil-Polonja, u dawn ippubblikaw biss paġni ta' quddiem suwed bi slogan għal 24 siegħa bi protesta kontra t-taxxa proposta fuq ir-reklamar tal-media, u madwar 40 xandar kitbu f'ittra miftuħa lill-awtoritajiet Pollakki li t-taxxa l-ġdida kienet se ddgħajjef xi stabbilimenti tal-media li joperaw fil-Polonja u forsi ġġegħelhom jagħlqu li, u b'hekk tillimita l-għażla għall-udjenzi tagħhom; |
|
G. |
billi fil-11 ta' Awwissu 2021 is-Sejm Pollakk ivvota favur abbozz ta' liġi li jipproponi li l-kumpaniji li huma proprjetà maġġoritarja ta' entitajiet miż-Żona Ekonomika Ewropea biss ikunu jistgħu jkollhom liċenzji għax-xandir; billi fil-votazzjoni fid-9 ta' Settembru 2021 dan l-abbozz ta' liġi ma kisibx l-approvazzjoni tas-Senat Pollakk, u billi dan ma jfissirx it-tmiem tal-proċess leġiżlattiv minħabba l-possibbiltà li s-Sejm Pollakk jinjora din id-deċiżjoni; |
|
H. |
billi TVN24, stabbiliment tal-media indipendenti li jappartjeni għall-grupp Discovery ibbażat fl-Istati Uniti, se jkun direttament fil-mira ta' dan l-abbozz ta' liġi; billi deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-liċenzja ta' TVN24 għadha pendenti fil-Polonja, minkejja li x-xandar talab it-tiġdid fi Frar 2020; billi r-regolatur nazzjonali Pollakk tal-media (KRRiT) għandu joħroġ id-deċiżjoni tiegħu dwar liċenzja ġdida tax-xandir qabel l-iskadenza tal-liċenzja attwali, jiġifieri qabel is-26 ta' Settembru 2021; |
|
I. |
billi, minħabba n-nuqqas ta' azzjoni tal-KRRiT, il-grupp Discovery applika mal-awtoritajiet Olandiżi għal liċenzja tax-xandir għall-istazzjon TVN24 tiegħu u ngħata waħda; |
|
J. |
billi l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa ta' Reporters Mingħajr Fruntieri tal-2021 jikklassifika lill-Polonja fl-64 post, l-agħar pożizzjoni li qatt kellha, billi niżlet mit-18-il post fl-2015; |
|
K. |
billi fis-7 ta' Mejju 2021 il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li l-azzjonijiet tal-awtoritajiet fil-ħatra ta' wieħed mill-imħallfin li kienu fuq il-bord tat-Tribunal Kostituzzjonali fil-każ tal-kumpanija applikanti kienu fissru li l-bord li kien ipproċeda l-każ ma kienx “tribunal stabbilit bil-liġi” u li kien inkiser “id-dritt għal proċess ġust” tal-applikant (13); |
|
L. |
billi fit-2 ta' Marzu 2021 il-QĠUE ddeċidiet li emendi suċċessivi għal-Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura, li wasslu għall-abolizzjoni ta' kontroll ġudizzjarju effettiv tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jippreżenta proposti għall-ħatra ta' kandidati għall-imħallfin tal-Qorti Suprema lill-President, jistgħu jiksru d-dritt tal-UE (14); |
|
M. |
billi fid-29 ta' Marzu 2021 il-Prim Ministru tal-Polonja ppreżenta applikazzjoni lit-“Tribunal Kostituzzjonali”, ikkontestat b'mod wiesa' u illeġittimu, biex jikkunsidra jekk id-dispożizzjonijiet tat-TUE relatati mal-preminenza tad-dritt tal-UE u l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva humiex konsistenti mal-Kostituzzjoni Pollakka (15); |
|
N. |
billi permezz ta' digriet tal-14 ta' Lulju 2021, il-QĠUE tat miżuri interim mitluba mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 279 tat-TFUE u relatati mal-funzjonament tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema Pollakka u s-sospensjoni ta' dispożizzjonijiet ulterjuri tad-dritt Pollakk li jaffettwaw l-indipendenza ġudizzjarja (16); |
|
O. |
billi fl-14 ta' Lulju 2021 it- “Tribunal Kostituzzjonali” illeġittimu Pollakk iddeċieda li d-digrieti interim tal-QĠUE dwar l-istruttura tal-qrati fil-Polonja kienu inkonsistenti mal-Kostituzzjoni Pollakka (17); |
|
P. |
billi fil-15 ta' Lulju 2021 il-QĠUE ddeċidiet fis-sentenza tagħha fil-kawża C-791/19 (18) li r-reġim dixxiplinari għall-imħallfin fil-Polonja ma kienx kompatibbli mad-dritt tal-UE; |
|
Q. |
billi fl-20 ta' Lulju 2021 il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-Polonja dwar il-miżuri kollha meħuda jew previsti biex tikkonforma bis-sħiħ mad-digriet tal-Qorti u l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma bis-sħiħ mas-sentenza; billi l-awtoritajiet Pollakki wieġbu lill-Kummissjoni fis-16 ta' Awwissu 2021; |
|
R. |
billi fit-22 ta' Lulju 2021 il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li l-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema ma kinitx “tribunal indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi” u ma kinitx tissodisfa l-istandard ta' “dritt għal qorti stabbilit bil-liġi” garantit skont l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (19); |
|
S. |
billi fis-7 ta' Settembru 2021 il-Kummissjoni ddeċidiet li tibgħat lill-Polonja ittra ta' intimazzjoni skont l-Artikolu 260(2) tat-TFUE talli ma ħaditx il-miżuri meħtieġa biex tikkonforma bis-sħiħ mas-sentenza tal-QĠUE tal-15 ta' Lulju 2021 li sabet li l-liġi Pollakka dwar ir-reġim dixxiplinari kontra l-imħallfin ma kinitx kompatibbli mad-dritt tal-UE; |
|
T. |
billi fis-7 ta' Settembru 2021 il-Kummissjoni talbet li l-QĠUE timponi penali finanzjarji fuq il-Polonja biex tiżgura l-konformità mad-digriet tal-miżuri interim tal-Qorti tal-14 ta' Lulju 2021 b'relazzjoni mal-funzjonament tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema Pollakka u s-sospensjoni ta' dispożizzjonijiet ulterjuri tad-dritt Pollakk li jaffettwaw l-indipendenza ġudizzjarja; |
|
U. |
billi f'Ġunju tal-2021, il-Viċi Ministru għal-Ġustizzja ħabbar li l-koalizzjoni fil-gvern bħalissa qed taħdem fuq abbozz ta' liġi li għandu l-għan li jipprojbixxi l-“propaganda LGBT”; |
|
V. |
billi fl-14 ta' Lulju 2021 il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi proċeduri ta' ksur kontra l-Ungerija u l-Polonja relatati mal-ugwaljanza u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u b'mod partikolari b'reazzjoni għad-dikjarazzjoni ta' “żoni ħielsa mill-ideoloġija LGBT”; billi f'ittra (20) ta' Settembru 2021, is-servizzi tal-Kummissjoni kkunsidraw li l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ma kienx żgurat u għalhekk iddeċidew li jissospendu l-emendi tal-programm REACT-EU fir-rigward tal-programmi operazzjonali reġjonali ta' ħames awtoritajiet lokali Pollakki; |
|
W. |
billi fl-istħarriġ tal-Flash Eurobarometer ta' Awwissu 2021, il-maġġoranza vasta ta' dawk li wieġbu qablu li l-UE għandha tipprovdi fondi biss lill-Istati Membri bil-kundizzjoni li l-gvern tagħhom jimplimenta l-istat tad-dritt u l-prinċipji demokratiċi; billi din iċ-ċifra kienet ukoll għolja ħafna fil-Polonja (72 %) (21); |
Libertà tal-media
|
1. |
Ifakkar li fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu l-Parlament Ewropew esprima t-tħassib tiegħu dwar bidliet li ġew adottati qabel u li ġew issuġġeriti mill-ġdid fil-liġi Pollakka dwar il-media, tfassil mill-ġdid tax-xandar pubbliku f'xandar favur il-gvern; ifakkar fil-fatt li l-Artikolu 54 tal-Kostituzzjoni Pollakka jiggarantixxi l-libertà tal-espressjoni u jipprojbixxi ċ-ċensura; |
|
2. |
Jikkritika bl-aktar mod qawwi l-abbozz ta' liġi hekk imsejjaħ “Lex TVN” adottat mis-Sejm; jemmen li dan huwa tentattiv biex jiġi msikket kontenut kritiku u attakk dirett fuq il-pluraliżmu tal-media, u li jikser ukoll id-drittijiet fundamentali skont il-Karta u t-Trattati, il-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-UE u l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-kummerċ, bħad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva; iħeġġeġ bil-qawwa lis-Sejm iqis id-deliberazzjonijiet u ċ-ċaħda sussegwenti tal-abbozz ta' liġi mis-Senat; |
|
3. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar id-deterjorament ulterjuri tal-libertà tal-media fil-Polonja u r-riformi differenti stabbiliti mill-koalizzjoni fil-gvern sabiex jitnaqqsu d-diversità u l-fehmiet kritiċi fil-media; jinsab imħasseb ħafna dwar il-konferma tal-akkwiżizzjoni ta' Grupp Polska Press minn kumpanija taż-żejt ikkontrollata mill-istat, PKN Orlen, anki qabel l-eżitu finali tal-appell tal-Ombudsman Pollakk kontra l-Awtorità tal-Kompetizzjoni; jinsab imħasseb ħafna dwar il-bidliet editorjali mwettqa fi ħdan il-Grupp Polska Press mill-maniġment ta' PKN Orlen minkejja appell li għadu għaddej u li temporanjament iwaqqaf id-dritt ta' PKN Orlen li jeżerċita d-drittijiet tal-partijiet ikkonċernati tiegħu; jikkundanna bil-qawwa d-dikjarazzjonijiet tal-uffiċjali PKN Orlen li ċaħdu d-deċiżjoni tal-qorti bħala irrilevanti (22); |
|
4. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni li sejra għall-agħar fil-media pubblika Pollakka u n-nuqqas tagħhom li jwettqu l-missjoni pubblika li għandhom, ikkaratterizzata mill-pluraliżmu, l-imparzjalità, il-bilanċ u l-indipendenza, obbligu legali skont l-Artikolu 21.1 tal-Att dwar ix-Xandir tal-1992; |
|
5. |
Jikkundanna bil-qawwa l-kampanji ta' malafama kontinwi fil-media pubblika kontra l-imħallfin, il-ġurnalisti u l-politiċi li jikkritikaw lill-gvern attwali, inklużi kawżi SLAPP (kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika) mibdija minn aġenziji tal-gvern, uffiċjali tal-gvern, kumpaniji tal-istat jew individwi b'rabtiet mill-qrib mal-koalizzjoni tal-gvern; jistieden lill-awtoritajiet Pollakki, f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-ġurnalisti, jimmonitorjaw u jirrapportaw dwar attakki kontra l-ġurnalisti, kif ukoll dwar kawżi maħsuba biex isikktu jew jintimidaw lill-media indipendenti, u jiggarantixxu aċċess għar-rimedji legali xierqa; |
|
6. |
Jemmen li regoli vinkolanti tal-UE li jipprovdu protezzjoni robusta u konsistenti għall-media indipendenti u l-ġurnalisti minn kawżi vessatorji maħsuba biex isikktuhom jew jintimidawhom fl-UE huma meħtieġa ħafna sabiex jgħinu biex tintemm din il-prattika abbużiva; jenfasizza li l-Parlament Ewropew bħalissa qed jaħdem fuq rapport fuq inizjattiva proprja dwar is-suġġett tal-SLAPPs; |
|
7. |
Jilqa' l-inizjattiva reċenti tal-Kummissjoni biex toħroġ Rakkomandazzjoni dwar l-Iżgurar tas-Sikurezza tal-Ġurnalisti fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni tikseb riżultati rigward l-Att dwar il-Libertà tal-Media (23) mingħajr dewmien; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, b'mod partikolari b'referenza għall-indipendenza tar-regolaturi tal-media, it-trasparenza tas-sjieda tal-media u l-litteriżmu medjatiku; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu effettiv mill-proċeduri ta' ksur f'sitwazzjonijiet fejn l-Istati Membri jimplimentaw dawn id-dispożizzjonijiet b'mod skorrett jew mhux komplut; |
|
9. |
Itenni s-sejħa tiegħu lill-awtoritajiet Pollakki biex jimplimentaw bis-sħiħ ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-13 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti u ta' atturi oħra tas-settur tal-media (24); |
|
10. |
Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-protesti paċifiċi kontra r-riformi mmexxija mill-Gvern Pollakk li jkomplu jimminaw il-libertà tal-media fil-Polonja; |
Preminenza tad-dritt tal-UE u l-indipendenza tal-ġudikatura u ta' istituzzjonijiet oħra
|
11. |
Jilqa' l-aħħar inizjattivi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-indipendenza tal-ġudikatura; jemmen, madankollu, li azzjoni aktar rapida, kif mitlub ripetutament mill-Parlament Ewropew, kienet tgħin biex jiġi evitat it-tnaqqir kontinwu tal-indipendenza tal-ġudikatura fil-Polonja; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tniedi proċeduri ta' ksur b'relazzjoni mal-leġiżlazzjoni dwar it- “Tribunal Kostituzzjonali” illeġittimu u l-kompożizzjoni illegali tiegħu, l-Awla Straordinarja tal-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura; |
|
12. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li dan l-aħħar l-awtoritajiet Pollakki kisru b'mod intenzjonat u sistematiku s-sentenzi u d-digrieti relatati mal-istat tad-dritt tal-QĠUE; jistieden lill-awtoritajiet Pollakki jikkonformaw mad-diversi sentenzi tal-QĠUE u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem rigward il-kompożizzjoni u l-organizzazzjoni tat- “Tribunal Kostituzzjonali” illeġittimu u l-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema sabiex jikkonformaw mal-istandards ta' indipendenza ġudizzjarja li l-Polonja impenjat ruħha li tirrispetta; |
|
13. |
Itenni l-kundanna tiegħu tal-prattika tal-prosekuzzjoni u l-fastidju tal-imħallfin li jikkritikaw lill-Gvern Pollakk; jistieden lill-Awla Dixxiplinari biex fil-kompożizzjoni attwali tagħha twaqqaf l-attivitajiet u l-kawżi kollha tagħha, inklużi l-kawżi legali, u terġa' ddaħħal lill-imħallfin kollha li tneħħew mill-pożizzjonijiet tagħhom bħala ġudikaturi minn din l-Awla, inklużi dawk l-imħallfin li għadhom ma tħallewx jiġġudikaw minkejja li jkunu appellaw b'suċċess mis-sospensjoni tagħhom mill-Awla f'qorti tal-liġi, peress li l-verdetti finali fl-appell sussegwentement u kontinwament jiġu injorati mill-presidenti tal-qrati li fihom iservu; |
|
14. |
Jitlob li l-uffiċċji tal-Prosekutur Ġenerali u tal-Ministru tal-Ġustizzja jkunu separati skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja (25); jenfasizza l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali tal-QĠUE fil-kawża pendenti u jitlob lill-Kummissjoni tkun aktar proattiva fit-tnedija ta' proċedura ta' ksur relatata mal-indipendenza tas-servizzi tal-prosekutur; |
|
15. |
Itenni n-natura fundamentali tal-preminenza tad-dritt tal-UE bħala prinċipju fundamentali tad-dritt tal-UE f'konformità mal-ġurisprudenza stabbilita sew tal-QĠUE; ifakkar li l-Istati Membri kollha qablu li jehmżu dikjarazzjoni dwar il-preminenza għat-Trattat ta' Lisbona; ifakkar li l-effetti ta' dan il-prinċipju huma vinkolanti fuq il-korpi kollha ta' Stat Membru, mingħajr ma d-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika, inklużi d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali, ikunu jistgħu jipprevjenu dan; jiddenunzja kull tentattiv li jimmina dan il-prinċipju; |
|
16. |
Jistieden lill-Prim Ministru Pollakk ma jiddubitax mill-prevalenza tad-dritt tal-UE fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali u jirtira l-mozzjoni tiegħu, pendenti quddiem it- “Tribunal Kostituzzjonali” illeġittimu, biex jirrevedi l-kostituzzjonalità ta' ċerti partijiet tat-Trattati tal-UE; |
|
17. |
Jistieden lill-Prosekutur Ġenerali jirtira l-mozzjoni tiegħu quddiem it-“Tribunal Kostituzzjonali” illeġittimu relatat mal-kostituzzjonalità tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-kwistjonijiet kollha diġà identifikati u titlob miżuri interim kull meta tirreferi l-każijiet lill-QĠUE fil-qasam tal-ġudikatura u titlob penali finanzjarji f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mas-sentenzi tal-QĠUE; |
Valutazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Polonja
|
19. |
Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress u d-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Polonja mir-riżoluzzjoni tiegħu tal-17 ta' Settembru 2020, u li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ma ġewx ikkunsidrati mill-Gvern Pollakk; itenni dawk ir-rakkomandazzjonijiet; |
|
20. |
Jieħu nota tat-tħabbira tal-istat ta' emerġenza mill-Polonja u minn Stati Membri oħra li jmissu mal-Belarussja; jinnota bi tħassib is-sitwazzjoni umanitarja fil-fruntiera u jikkundanna t-tentattiv mill-awtoritajiet Belarussi biex jistrumentalizzaw lill-migranti, inklużi l-applikanti għall-ażil, bħala għodda politika u theddida ibrida kontra l-Polonja u Stati Membri oħra b'reazzjoni għall-appoġġ tagħhom għall-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja; jappella għal rispons magħqud tal-UE biex jinstabu soluzzjonijiet għal din is-sitwazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet tal-Polonja u lil Stati Membri oħra affettwati jiżguraw li l-liġi tal-UE dwar l-ażil u r-ritorn u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati bis-sħiħ ukoll matul is-sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluż l-aċċess għall-ażil u l-aċċess tal-media u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għaż-żona tal-fruntiera, u biex iqisu l-gwida mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjana tat-Trattati, tiżgura li l-Istati Membri jikkonformaw mad-dritt rilevanti tal-UE; jistieden lill-Istati Membri l-oħra juru solidarjetà u jipprovdu assistenza lill-Istati Membri affettwati, inkluża r-rilokazzjoni tal-applikanti għall-ażil; |
|
21. |
Itenni t-tħassib profond tiegħu espress fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar it-tentattivi biex jiġi kriminalizzat it-tixrid tal-edukazzjoni dwar is-sesswalità fil-Polonja u jinsisti li l-edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet li tkun xierqa għall-età u bbażata fuq l-evidenza hija essenzjali għall-bini tal-ħiliet taż-żgħażagħ biex jiffurmaw relazzjonijiet sani, ugwali, attenti u sikuri, ħielsa mid-diskriminazzjoni, il-koerċizzjoni u l-vjolenza; |
|
22. |
Jinsab allarmat mill-abbozz ta' emendi proposti għal-Liġi dwar l-Edukazzjoni u ċerti atti oħra, kif ukoll l-emendi adottati għar-Regolament dwar is-Superviżjoni Pedagoġika tal-1 ta' Settembru 2021 (26) li jillimitaw l-awtonomija tal-edukazzjoni billi jittrasferixxu s-setgħat mill-gvern lokali għall-awtoritajiet ċentrali, jeżerċitaw kontroll fuq il-kapijiet tal-iskejjel u jissikkaw is-sorveljanza tal-NGOs li jikkontribwixxu għall-edukazzjoni skolastika; |
|
23. |
Itenni t-tħassib profond tiegħu dwar l-attakki fuq id-drittijiet tan-nisa fil-Polonja, b'mod partikolari ir-rigress għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa wara d-deċiżjoni tat-“Tribunal Kostituzzjonali” illeġittimu li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali (Dziennik Ustaw) fis-27 ta' Jannar 2021; |
|
24. |
Jilqa' l-ħatra ta' Kummissarju Pollakk ġdid għad-Drittijiet tal-Bniedem f'Lulju 2021 wara l-iskadenza tal-mandat tal-predeċessur tiegħu f'Settembru 2020; |
|
25. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li minn Diċembru 2018 il-Kunsill kellu biss seduta ta' smigħ waħda skont l-Artikolu 7(1) dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jagħti rakkomandazzjonijiet konkreti lill-Polonja, kif stipulat fl-Artikolu 7(1) tat-TUE, u biex jagħti skadenzi għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-presidenzi attwali u futuri tal-Kunsill iżommu s-seduti ta' smigħ dwar il-Polonja fuq l-aġenda tal-Kunsill; jinsab imħasseb dwar l-attitudni ta' presidenzi suċċessivi tal-Kunsill li ma jibqgħux jirrappurtaw lura lill-kumitat rilevanti fil-Parlament Ewropew dwar il-proċeduri tal-Artikolu 7(1), u jħeġġeġ lill-Kunsill biex jagħmel dan mill-aktar fis possibbli; |
|
26. |
Itenni s-sejħa tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jespandu l-ambitu tas-seduti ta' smigħ tal-Artikolu 7(1) tat-TUE sabiex ikopru wkoll kwistjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali u d-demokrazija, u biex jinkludu żviluppi ġodda u jivvalutaw ir-riskji ta' ksur tal-indipendenza tal-ġudikatura, il-libertà tal-espressjoni, inkluża l-libertà tal-media, il-libertà tal-arti u x-xjenzi, il-libertà tal-assoċjazzjoni u d-dritt għal trattament ugwali, kif mitlub mill-Parlament Ewropew; |
|
27. |
Jilqa' l-passi meħuda mill-Kummissjoni relatati mad-dikjarazzjoni ta' xi “żoni ħielsa mill-ideoloġija LGBT” minn xi awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Polonja u l-inkompatibbiltà tagħhom mal-valuri tal-UE u l-importanza tan-nondiskriminazzjoni fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni tuża r-raġunijiet legali kollha fil-proċeduri ta' ksur; jistieden lill-awtoritajiet statali, lokali u reġjonali tal-Istati Membri jwaqqfu kull kooperazzjoni mal-awtoritajiet Pollakki li jiddikjaraw “żoni ħielsa mill-ideoloġija LGBT”; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tirrifjuta l-applikazzjonijiet għal finanzjament tal-UE minn awtoritajiet li adottaw riżoluzzjonijiet bħal dawn u tikkunsidra modi kif tiżgura l-protezzjoni tal-benefiċjarji finali u l-kontinwità tal-ħidma tagħhom, inkluż billi tikkunsidra alternattivi għall-awtoritajiet maniġerjali reġjonali bħall-għoti dirett lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma dipendenti fuq il-finanzjament tal-UE biex joperaw; |
|
28. |
Jikkundanna bil-qawwa l-fatt li l-SLAPPs qed jintużaw ukoll kontra attivisti li qed jaġixxu kontra u li qed jinfurmaw lill-pubbliku dwar ir-riżoluzzjonijiet dwar il-fatt li jkunu ħielsa mill-hekk imsejħa “ideoloġija LGBTI” u l-“Karti Reġjonali tad-Drittijiet tal-Familja”; |
|
29. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021 u li huwa direttament applikabbli fl-intier tiegħu fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri kollha tagħha għall-fondi kollha tal-baġit tal-UE, inklużi r-riżorsi allokati permezz tal-Istrument tal-UE għall-Irkupru minn dak iż-żmien 'l hawn; |
|
30. |
Ifakkar li r-Regolament tal-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt jipprovdi definizzjoni ċara tal-istat tad-dritt, li jrid jinftiehem b'relazzjoni mal-valuri l-oħra tal-Unjoni, inklużi d-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni; jesprimi diżappunt għar-rispons tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew fl-ittra tiegħu tat-23 ta' Awwissu 2021; jistieden lill-Kummissjoni tiskatta minnufih il-proċedura prevista fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt; |
|
31. |
Jesprimi tħassib serju dwar il-konformità tal-abbozz tal-Pjan Pollakk għall-Irkupru u r-Reżiljenza mar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru (27) u r-Reżiljenza u mal-Karta; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill janalizzaw bir-reqqa kull miżura deskritta fl-abbozz tal-Pjan Pollakk għall-Irkupru u r-Reżiljenza u japprovaw il-pjan biss jekk jiġi stabbilit li l-awtoritajiet Pollakki implimentaw is-sentenzi kollha tal-QĠUE, u b'mod partikolari fir-rigward tal-ġudikatura, u li sussegwentement ma jwassalx biex il-baġit tal-UE jikkontribwixxi b'mod attiv għall-ksur tad-drittijiet fundamentali fil-Polonja; |
o
o o
|
32. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill, lill-Kumissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kunsill tal-Ewropa. |
(1) ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.
(3) ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(4) ĠU C 255, 29.6.2021, p. 7.
(5) Testi adottati, P9_TA(2021)0089.
(6) Testi adottati, P9_TA(2020)0014.
(7) Testi adottati, P9_TA(2020)0251.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0225.
(9) Testi adottati, P9_TA(2021)0313.
(10) Testi adottati, P9_TA(2021)0348.
(11) Referenza: CommHR/DM/sf 007-2021.
(12) Cappello M. (ed.), The independence of media regulatory authorities in Europe, IRIS Special, (L-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji tal-media fl-Ewropa), Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew, Strasburgu, 2019.
(13) Is-Sentenza tas-7 ta' Mejju 2021, Xero Flor w Polsce sp. z o.o. v Il-Polonja.
(14) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Marzu 2021, A.B. u oħrajn, C-824/18, ECLI:EU:C:2013:153.
(15) Rikors fil-każ pendenti K 3/21; is-sentenza tat-“Tribunal Kostituzzjonali” illeġittimu hija mistennija fit-22 ta' Settembru 2021.
(16) Id-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Lulju 2021, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C-204/21 R, ECLI:EU:C:2018:593.
(17) Is-Sentenza tat-Tribunal Kostituzzjonali tal-14 ta' Lulju 2021, il-kawża P 7/20.
(18) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla manja) tal-15 ta' Lulju 2021, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, C-791/19,EU:C:2021:596.
(19) Is-Sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat-22 ta' Lulju 2021, Reczkowicz vs Il-Polonja(rikors nru 43447/19);
(20) Ares(2021)5444303 – 03/09/2021.
(21) Flash Eurobarometer – L-Istat tal-Unjoni Ewropea, IPSOS, Awwissu 2021.
(22) Poland: Purge of editors begins despite court ruling suspending purchase of Polska Press , International Press Institute, 30 ta' April 2021.
(23) For a “European Media Freedom Act”, diskors mogħti lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni tal-Parlament Ewropew, 19 ta' April 2021.
(24) Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2016)4 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti u ta' atturi oħra tal-media.
(25) L-Opinjoni Nru 892/2017 tal-11 ta' Diċembru 2017.
(26) Dz.U. 2021 poz. 1618.
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/159 |
P9_TA(2021)0396
It-tisħiħ tat-trasparenza u l-integrità fl-istituzzjonijiet tal-UE billi jiġi stabbilit korp tal-etika indipendenti tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar it-tisħiħ tat-trasparenza u l-integrità fl-istituzzjonijiet tal-UE billi jiġi stabbilit korp tal-etika indipendenti tal-UE (2020/2133(INI))
(2022/C 117/17)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea 2019-2024, ippreżentati fl-10 ta' Settembru 2019, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra ta' missjoni tal-1 ta' Diċembru 2019 tal-President tal-Kummissjoni lil Věra Jourová, Viċi President innominata għall-Valuri u t-Trasparenza, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2017 dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità fl-istituzzjonijiet tal-UE (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2020 dwar analiżi tal-elezzjonijiet Ewropej (2), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 10, 13, 14, 15, 16 u 17 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 223(2), 245 u 295 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (“l-Att Elettorali”) anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Settembru 1976, kif emendat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar Reġistru ta' Trasparenza obbligatorju, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 13/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ġew awditjati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Rapport Speċjali Nru 13/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (2005/684/KE, Euratom) (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari l-Artikoli 2, 10 u 11, 176(1), l-Anness I, l-Artikoli 1 sa 3, 4(6), 5 u 6 u l-Anness II, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri tal-Parlament, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti annwali dwar l-applikazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-opinjonijiet tal-Kumitat Indipendenti tal-Etika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew fl-inkjesta konġunta dwar l-ilmenti 194/2017/EA, 334/2017/EA u 543/2017/EA dwar it-trattament mill-Kummissjoni Ewropea tal-impjieg ta' wara l-mandat ta' ex Kummissarji, ex President tal-Kummissjoni u r-rwol tal-“Kumitat tal-Etika” tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), tal-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) tal-Kunsill tal-Ewropa, u ta' diversi NGOs, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 11, 11(a), 12, 12(a), 12(b), 13, 15, 16, 17, 19, 21(a), 22(a), 22(c), 24, 27 u 40 tagħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra s-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew, kif stabbilit fl-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu; |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0260/2021), |
|
A. |
billi t-TUE jistipula li “l-Unjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tagħha, li għandhom jingħataw attenzjoni ndaqs mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tagħha”; billi dan jimplika li d-deċiżjonijiet pubbliċi għandhom jittieħdu fl-interess tal-ġid komuni; |
|
B. |
billi t-Trattati stabbilixxew sistema ta' tqassim tas-setgħat fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li tassenja lil kull istituzzjoni r-rwol tagħha fl-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni u fit-twettiq tal-kompiti fdati lilha; |
|
C. |
billi, filwaqt li kull istituzzjoni tal-UE għandha dritt għas-sovranità organizzattiva, l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jridu jissodisfaw l-ogħla standards ta' indipendenza u imparzjalità; |
|
D. |
billi t-TUE u t-TFUE jistabbilixxu qafas ta' governanza Ewropea bbażat fuq is-separazzjoni tas-setgħat, li tistabbilixxi drittijiet u obbligi distinti għal kull istituzzjoni; |
|
E. |
billi l-indipendenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet pubbliċi u r-rappreżentanti eletti tagħhom, il-Kummissarji u l-uffiċjali huma tal-akbar importanza għall-promozzjoni tal-fiduċja taċ-ċittadini, li hija meħtieġa għall-funzjonament leġittimu tal-istituzzjonijiet demokratiċi; |
|
F. |
billi l-istandards etiċi applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-UE huma f'ħafna aspetti aktar avvanzati minn dawk applikabbli għall-ekwivalenti nazzjonali tagħhom iżda ma ġewx infurzati b'mod sodisfaċenti; |
|
G. |
billi l-infurzar tal-qafas etiku jista' jittejjeb; |
|
H. |
billi l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet hija pilastru ta' kwalunkwe gvern demokratiku u tirrikjedi eżemplarità, integrità, trasparenza, responsabbiltà u l-ogħla standards ta' mġiba etika; |
|
I. |
billi n-nuqqas ta' influwenza indebita mir-rappreżentanti tal-interessi, inkluż permezz ta' attivitajiet imħallsa għall-Membri tal-Parlament Ewropew, rigali jew stediniet għall-ivvjaġġar, il-ħolqien ta' aspettattivi għal impjieg futur wara t-tmiem tal-mandat ta' Membru jew it-terminazzjoni tas-servizz ta' uffiċjal, u l-użu mhux xieraq ta' informazzjoni jew kuntatti huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-proċessi demokratiċi ma jinqabdux minn interessi privati u li d-drittijiet taċ-ċittadini jiġu rrispettati bis-sħiħ; |
|
J. |
billi n-nuqqasijiet tal-qafas etiku attwali tal-UE jirriżultaw l-aktar mill-fatt li dan jiddependi fuq approċċ awtoregolatorju, in-nuqqas ta' liġi kriminali tal-UE u riżorsi u kompetenzi insuffiċjenti biex tiġi vverifikata l-informazzjoni; billi kwalunkwe evoluzzjoni tal-qafas etiku tal-UE jrid ikollha bażi ġuridika ċara filwaqt li tirrispetta s-separazzjoni tas-setgħat kif stabbilita fit-Trattati; billi l-ħolqien ta' korp tal-etika indipendenti jista' jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-UE u l-leġittimità demokratika tagħhom; |
|
K. |
billi, bħala konsegwenza, seħħew każijiet ta' mġiba problematika; billi kull inċidenza ta' mġiba mhux etika u t-trattament inadegwat tagħhom mill-istituzzjonijiet tal-UE jipperikolaw il-fiduċja li ċ-ċittadini Ewropej għandhom fl-istituzzjonijiet tal-UE u kkontribwew ħafna biex jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tal-Unjoni Ewropea; |
|
L. |
billi l-fenomenu tar-“revolving doors” b'mod partikolari qed jiżdied ħafna; billi ħafna Kummissarji u terz ta' dawk li kienu Membri tal-Parlament Ewropew mill-2014 sal-2019 ġew reklutati minn organizzazzjonijiet li qegħdin fir-Reġistru Ewropew tat-Trasparenza; billi dan jinvolvi riskji ta' kunflitt ta' interess mal-oqsma leġittimi ta' kompetenza tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE u ta' informazzjoni kunfidenzjali li qed tiġi żvelata jew użata ħażin, kif ukoll riskji li l-ex membri tal-persunal jistgħu jużaw il-kuntatti personali familjari tagħhom u l-ħbiberiji ma' ex kollegi għal skopijiet ta' lobbying; |
|
M. |
billi l-oqfsa standard etiċi attwali fil-livell tal-UE huma mfassla għall-ispeċifiċitajiet ta' kull istituzzjoni tal-UE, li jwasslu għal proċessi u livelli differenti ta' infurzar anke tal-istess Regolamenti tal-Persunal tal-UE f'istituzzjonijiet, aġenziji u korpi differenti tal-UE, u b'hekk tinħoloq sistema kumplessa li hija diffiċli kemm għaċ-ċittadini tal-UE kif ukoll għal dawk li jridu jirrispettaw ir-regoli li jridu jinftiehmu; |
|
N. |
billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri rrakkomandat, fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 13/2019, li f'ħafna oqsma hemm raġunijiet tajbin biex ikun hemm approċċi armonizzati għat-trattament ta' kwistjonijiet etiċi fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE; billi l-Ombudsman Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri wissew ripetutement dwar fallimenti kbar fil-prevenzjoni tal-politiki dwar il-kunflitt ta' interess fl-istituzzjonijiet tal-UE; billi kemm l-Ombudsman kif ukoll il-Qorti tal-Awdituri esprimew tħassib speċifiku dwar in-nuqqas ta' qafas etiku komuni tal-UE bi proċeduri u kanali ta' rapportar ċari; billi din il-problema tikkonċerna b'mod partikolari l-ħidma tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kunsill, li jeħtieġ li tindirizza kunflitti ta' interess ta' livell għoli, “revolving doors” u regoli ta' trasparenza; billi r-regoli etiċi tal-UE mhumiex allinjati mal-Linji Gwida tal-OECD għall-Ġestjoni ta' Kunflitt ta' Interess fis-Servizz Pubbliku; |
|
O. |
billi l-eżempju tal-“Haute Autorité pour la Transparence de la Vie Publique” (l-Awtorità Superjuri għat-Trasparenza fil-Ħajja Pubblika) fi Franza juri li korp uniku u indipendenti li jkun responsabbli għall-monitoraġġ, l-infurzar u s-sanzjonar tar-regoli etiċi applikabbli għall-korpi pubbliċi huwa għodda effettiva u b'saħħitha li kapaċi tikseb tnaqqis permanenti f'imġiba mhux etika; |
|
P. |
billi l-bilanċ tas-setgħat assenjati lill-istituzzjonijiet huwa garanzija fundamentali mogħtija mit-Trattati liċ-ċittadini tal-UE; |
|
Q. |
billi d-duttrina Meroni, żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), tippermetti d-delega tal-kompetenzi tal-istituzzjonijiet tal-UE lil korpi esterni, inklużi kompetenzi li għad mhumiex eżerċitati; billi skont il-QĠUE, kwalunkwe delega ta' kompetenzi trid tkun limitata u tista' tkun relatata biss ma' setgħat definiti b'mod ċar, li l-użu tagħhom irid ikun kompletament soġġett għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jiddelegaw u ma tistax tikkonċerna setgħat diskrezzjonali li jinvolvu kwalunkwe ġudizzju politiku sabiex ma jiġix ipperikolat il-bilanċ tas-setgħat bejn l-istituzzjonijiet; |
|
R. |
billi, skont il-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi, l-istituzzjonijiet ma jistgħux jiddelegaw permezz ta' ftehim interistituzzjonali setgħat li huma stess ma għandhomx, pereżempju meta tali setgħat jingħataw mit-Trattati lill-Qorti tal-Awdituri jew ikunu baqgħu f'idejn l-Istati Membri; |
|
S. |
billi matul l-eżami tal-kunflitti ta' interess potenzjali tal-Kummissarji nnominati fl-2019, il-membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ssottolinjaw il-limiti profondi tal-proċedura attwali; billi tali limiti jinkludu l-aċċess għal firxa limitata ta' informazzjoni, in-nuqqas ta' ħin għall-eżami, l-assenza ta' setgħat investigattivi u l-assenza ta' appoġġ minn esperti; billi l-Artikolu 17(3) tat-TUE jipprevedi li l-membri tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jintgħażlu “minn fost persuni li ma jkun hemm l-ebda dubbju dwar l-indipendenza tagħhom”; |
|
T. |
billi l-qafas etiku strett eżistenti għall-Kummissarji jeħtieġ li jiġi żviluppat aktar sabiex jingħalqu l-lakuni leġiżlattivi eżistenti bħall-ineżistenza ta' statut tal-Kummissarji; jenfasizza li dan il-proċess huwa marbut mill-qrib mal-iskrutinju u s-sorveljanza parlamentari u huwa tal-opinjoni li jeħtieġ li jitfassal statut tal-Kummissarji skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta; |
|
U. |
billi l-kandidati prinċipali kollha fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 appoġġjaw il-ħolqien ta' korp tal-etika indipendenti li jkun komuni għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE; billi l-President tal-Kummissjoni appoġġjatu fil-linji gwida politiċi tagħha; |
|
V. |
billi l-libertà tal-mandat tal-Membri tal-Parlament Ewropew hija fl-interess taċ-ċittadini li jirrappreżentaw; |
|
W. |
billi waħda mill-funzjonijiet primarji tal-Parlament kif stabbiliti fit-TUE hija li jeżerċita kontroll politiku; |
|
X. |
billi l-persunal fl-istituzzjonijiet huwa kopert mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea; |
1.
Jemmen li korp tal-etika indipendenti uniku tal-UE jista' jiżgura aħjar l-implimentazzjoni konsistenti u sħiħa tal-istandards etiċi fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex jiggarantixxi li d-deċiżjonijiet pubbliċi jittieħdu bil-ħsieb tal-ġid komuni u l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-UE; jipproponi l-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali (FII) ibbażat fuq l-Artikolu 295 tat-TFUE biex jitwaqqaf korp tal-etika indipendenti tal-UE għall-Parlament u l-Kummissjoni li jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi kollha tal-UE, u li dan il-korp jipprovdi wkoll lill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi parteċipanti b'taħriġ u gwida attiva;
Prinċipji
|
2. |
Iqis li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-FII għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet u l-prinċipji li ġejjin:
|
|
3. |
Jemmen li fl-ambitu tad-dmirijiet tiegħu, inkluż fir-rigward tal-monitoraġġ u l-investigazzjoni, il-korp għandu jserraħ fuq is-setgħat eżistenti tal-istituzzjonijiet li jitolbu informazzjoni mingħand il-membri tagħhom jew fuq il-qbil tal-awtoritajiet nazzjonali li jikkondividu l-informazzjoni; jissottolinja li l-President tal-Parlament, il-Kulleġġ tal-Kummissjoni jew l-awtorità rispettiva ta' istituzzjoni parteċipanti se jibqgħu inkarigati mis-setgħa deċiżjonali finali sakemm possibbilment issir reviżjoni tar-regoli; |
|
4. |
Iqis li l-proċedura segwita mill-korp tal-etika indipendenti tal-UE għandha tiżgura livell xieraq ta' trasparenza filwaqt li tipproteġi l-garanziji proċedurali kif stipulat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u li l-FII għandu jinkludi regoli proċedurali u protokoll adegwat dwar il-protezzjoni tad-data, b'referenza għall-acquis eżistenti tal-prinċipji tal-korpi tal-etika eżistenti tal-UE, kif ukoll għall-valuri komuni tal-UE (l-Artikolu 2 tat-TUE), id-drittijiet tal-individwu kkonċernat li jinstema' u li jappella, l-obbligu li jikkollabora, u r-rekwiżiti ta' pubblikazzjoni; |
Ambitu u mandat
|
5. |
Iqis li l-korp tal-etika tal-UE l-ġdid għandu jiġi ddelegat lista ta' kompiti maqbula biex jipproponi u jagħti pariri dwar regoli etiċi għall-Kummissarji, il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-persunal tal-istituzzjonijiet parteċipanti qabel, matul u f'xi każijiet wara l-mandat jew is-servizz tagħhom f'konformità mar-regoli applikabbli, inkluż:
|
|
6. |
Jemmen li l-Membri u l-persunal tal-istituzzjonijiet parteċipanti għandhom ikunu koperti mill-ftehim qabel, matul u wara l-mandat jew is-servizz, skont ir-regoli applikabbli; iqis li dan għandu japplika għall-Membri tal-Parlament Ewropew, għall-Kummissarji u għall-persunal kollu tal-UE li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
7. |
Ifakkar li fir-rigward tal-individwi koperti mir-Regolamenti tal-Persunal, il-kompetenza tista' tiġi ddelegata lill-korp tal-etika indipendenti tal-UE billi jintużaw il-klawżoli abilitanti fl-Artikoli 2(2) jew 9(1), jew it-tnejn, u tikkonċerna l-monitoraġġ u l-infurzar tal-obbligi etiċi filwaqt li obbligi professjonali oħra jkomplu jiġu infurzati mill-awtoritajiet tal-ħatra; |
|
8. |
Jinsisti li l-FII għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE; jirrimarka li l-koleġiżlaturi jistgħu jiddeċiedu li jorbtu lill-aġenziji permezz tar-regolamenti fundaturi tagħhom; jemmen li l-FII għandu jippermetti lill-korp tal-etika jiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, filwaqt li jittratta tali informazzjoni bl-istess kunfidenzjalità bħall-awtorità oriġinarja, pereżempju informazzjoni fiskali, reġistri tal-artijiet u data miżmuma minn korpi tal-etika nazzjonali, u jesplora l-aħjar prattiki u rieżamijiet bejn il-pari; iqis li, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 2, u fejn ikun rilevanti għall-qadi ta' dmirijietu, il-korp tal-etika indipendenti għandu jkollu l-possibbiltà li jinvolvi ruħu f'kooperazzjoni u fi skambju ta' informazzjoni ma' korpi rilevanti tal-UE bħall-OLAF, l-UPPE, l-Ombudsman u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fil-limiti tal-mandati rispettivi tagħhom; |
Kompetenzi u setgħat
|
9. |
Iqis li, mingħajr preġudizzju għall-bilanċ bejn l-istituzzjonijiet kif stabbilit mit-Trattati, l-istituzzjonijiet parteċipanti kollha għandhom jafdaw, fil-qafas tal-awtonomija proċedurali rispettiva tagħhom, lill-korp tal-etika tal-UE, minn naħa waħda, rwol preventiv permezz ta' sensibilizzazzjoni u gwida etika, u, min-naħa l-oħra, rwol ta' konformità u ta' konsulenza bil-kapaċità li joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet etiċi, inklużi l-kunflitti ta' interess; iqis li s-setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet għandhom jibqgħu fi ħdan l-istituzzjoni rispettiva sakemm il-korp tal-etika tal-UE jiġi fdat b'setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet fuq bażi ġuridika xierqa; ifakkar li l-kompiti tal-korp tal-etika tal-UE jkunu limitati għal-lista maqbula ta' kompiti delegati mill-istituzzjonijiet parteċipanti u għalhekk ikunu mingħajr preġudizzju u b'rispett sħiħ għall-kompetenzi tal-OLAF, l-UPPE u l-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali relatati ma' kwalunkwe ksur tal-liġijiet li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħhom; jenfasizza li sabiex tiġi mmonitorjata l-integrità, il-Parlament għandu jikkummissjona b'mod regolari studji li jiddefinixxu l-integrità b'sett ta' objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni definiti sew u jirrapporta dwar il-progress li jkun sar; |
|
10. |
Iqis li din il-kapaċità ta' monitoraġġ għandha tinkludi, fost aspetti oħra, il-possibbiltà li tiġi vverifikata l-veraċità tad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji, li għandha tiġi ppreżentata minn individwi koperti direttament lill-korp tal-etika tal-UE, flimkien mal-Parlament fir-rigward tal-Kummissarji nnominati, biex jiġi żgurat li jaslu bl-aktar mod rapidu possibbli għand dawk kollha responsabbli għall-iskrutinju demokratiku u/jew pubbliku kif stipulat mir-regoli applikabbli, it-trattament tal-kunflitti ta' interess, ir-regoli relatati mal-attivitajiet ta' lobbying, il-kontrolli fuq l-obbligi ta' trasparenza, inkluż fil-proċedura leġiżlattiva, u l-verifika tal-konformità mar-regoli dwar “revolving doors” u b'mod iktar ġenerali l-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tal-kodiċijiet ta' kondotta u r-regoli applikabbli dwar it-trasparenza, l-etika u l-integrità; |
|
11. |
Jinnota li fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE, id-diversi dispożizzjonijiet leġiżlattivi u ta' tip ieħor immirati lejn il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess fihom definizzjonijiet differenti tat-terminu “kunflitt ta' interess”; jinnota li definizzjoni għandha natura kuntestwali u li qed tevolvi u li t-trasparenza sħiħa mhux neċessarjament tiggarantixxi l-assenza ta' kunflitt ta' interess eventwali, u lanqas ma tiggarantixxi li se tintrebaħ jew tiżdied il-fiduċja tal-pubbliku; josserva li l-infurzar tar-regoli etiċi u l-obbligu ta' rendikont lill-pubbliku għall-kunflitti ta' interess huma kundizzjoni preliminari għall-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi; |
|
12. |
Ifakkar fl-importanza li ssir distinzjoni bejn kunflitt ta' interess li jirriżulta matul l-eżerċizzju ta' funzjoni u kunflitt ta' interess li jirriżulta wara, u bejn atti li jkunu awtorizzati jekk iddikjarati u atti li ma jkunux awtorizzati; |
|
13. |
Jirrimarka li l-Parlament Ewropew waqqaf il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri tal-Parlament bħala korp responsabbli biex jiggwida lill-Membri dwar kwistjonijiet ta' interpretazzjoni u implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta; ikompli josserva li l-Kumitat Konsultattiv jivvaluta wkoll l-allegat każijiet ta' ksur tal-Kodiċi ta' Kondotta u jagħti pariri lill-President dwar l-eventwali azzjoni li għandha tittieħed; iqis li l-Parlament Ewropew għandu jkun ta' eżempju fir-rigward tar-regoli dwar l-etika u l-infurzar tagħhom; |
|
14. |
Huwa tal-fehma li l-korp tal-etika tal-UE jista' jingħata wkoll awtorità fuq l-obbligi imposti mir-Reġistru ta' Trasparenza, u għandu jipprevedi protezzjoni aħjar tal-informaturi u ġestjoni aħjar tal-kunflitti ta' interess fil-każ ta' każijiet ta' korruzzjoni u frodi; |
|
15. |
Iqis li l-korp tal-etika tal-UE għandu jingħata l-kompitu li jiżviluppa portal pubbliku tal-UE b'informazzjoni rilevanti dwar ir-regoli etiċi, rapporti dwar l-aħjar prattiki, studji, u statistika, kif ukoll bażi ta' data li jkun fiha d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-istituzzjonijiet parteċipanti kollha; |
|
16. |
Jinsisti li l-korp tal-etika indipendenti tal-UE għandu jkollu d-dritt li jibda investigazzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess u li jwettaq investigazzjonijiet fuq il-post u bbażati fuq ir-rekords ibbażati fuq l-informazzjoni li jkun ġabar jew li jkun irċieva minn partijiet terzi, bħall-ġurnalisti, il-midja, l-NGOs, l-informaturi, is-soċjetà ċivili jew l-Ombudsman Ewropew; jinsisti li kwalunkwe parti terza li tirreferi, in bona fide, kwistjoni lill-korp tal-etika indipendenti trid tiġi protetta u l-identità tagħhom għandha tinżamm anonima; iqis li meta jibda investigazzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess il-korp irid jinnotifika, permezz ta' messaġġ kunfidenzjali, lill-persuna kkonċernata u lill-awtorità responsabbli mill-applikazzjoni tas-sanzjonijiet fl-istituzzjonijiet rispettivi; jemmen li f'każ bħal dan, l-awtorità rispettiva ta' din l-istituzzjoni, aġenzija jew korp tista' titlob li tingħata spjegazzjoni mill-korp; |
|
17. |
Jenfasizza li t-talba għal dokumenti fiskali u rekords bankarji jikkostitwixxu interventi fid-dritt privat, li għalihom irid ikun hemm allegazzjonijiet serji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-OLAF; |
|
18. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-korp jipproteġi lill-informaturi, b'mod partikolari l-uffiċjali pubbliċi Ewropej, sabiex ikunu jistgħu jesprimu t-tħassib tagħhom dwar ksur possibbli tar-regoli mingħajr biża' ta' rappreżalji; jissuġġerixxi, f'dan ir-rigward, li l-korp għandu jissorvelja l-mekkaniżmi interni u kunfidenzjali għall-ilmenti skont ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra; jenfasizza li huwa biss ambjent tax-xogħol sikur u protettiv li jippermetti lill-uffiċjali pubbliċi jesprimu t-tħassib tagħhom u b'hekk jgħinu biex il-ħidma tal-korp tal-etika indipendenti ssir effettiva; |
|
19. |
Jemmen li sabiex ikun kompletament effettiv, il-korp ikun irid jgħaqqad il-funzjonijiet tal-organi eżistenti responsabbli mill-etika; iqis li l-korp għandu jagħti pariri lill-Membri tal-Parlament Ewropew jew lill-Kummissarji meta jitolbu gwida dwar kwistjonijiet etiċi; iqis li l-korp għandu joħroġ rakkomandazzjonijiet għal sanzjonijiet lill-Awtorità tal-Ħatra meta tittratta l-obbligi etiċi għall-persunal, u li fir-rigward tal-Membri tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissarji, il-korp għandu joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet responsabbli tal-istituzzjonijiet parteċipanti rispettivi; jirrakkomanda li l-korp tal-etika joħroġ rakkomandazzjonijiet li jistgħu jservu bħala preċedenti f'każijiet identiċi jew simili; iqis li dan se jiżgura effiċjenza, konsistenza u tnaqqis prevedibbli u sinifikanti tal-piż tax-xogħol, speċjalment għal kwistjonijiet tal-persunal fil-każ ta' bosta każijiet simili; |
|
20. |
Iqis li l-korp tal-etika tal-UE għandu jippromwovi l-integrità u jiġi fdat b'kompiti konsultattivi biex jipprovdi konsulenza affidabbli u ta' min joqgħod fuqha lil kwalunkwe individwu u/jew istituzzjoni koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu li jixtieq jitlob interpretazzjoni ta' standard etiku fir-rigward ta' kondotta xierqa f'każ speċifiku; iqis li, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-istandards etiċi u l-prevedibbiltà, il-pariri għandhom ikunu vinkolanti għall-korp tal-etika indipendenti tal-UE fil-pożizzjoni tiegħu dwar l-istess kwistjoni; |
|
21. |
Ifakkar li l-konferma min-naħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-assenza ta' eventwali kunflitti ta' interess hija kundizzjoni preliminari essenzjali għall-ħatra tal-Kummissarji nnominati u li l-Kumitat għall-Affarijiet Legali jgawdi minn poteri ċari biex jirrifjuta lill-Kummissarji nnominati f'każ li jiġi stabbilit kunflitt ta' interess; |
|
22. |
Ifakkar li l-Parlament jista' jirtira l-fiduċja f'Membru individwali tal-Kummissjoni u, wara dan, il-President tal-Kummissjoni għandu jitlob ir-riżenja ta' dak il-Membru jew jispjega quddiem il-Parlament iċ-ċaħda tiegħu li jagħmel dan fis-sessjoni parzjali ta' wara, bi qbil mal-punt 5 tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Novembru 2010; |
|
23. |
Huwa tal-fehma li l-eżami tad-dikjarazzjonijiet ippreżentati mill-Kummissarji nnominati bil-għan li jiġi dedott kunflitt ta' interess huwa ta' importanza istituzzjonali u demokratika fundamentali u għandu jsir bl-akbar attenzjoni, impenn u sens ta' responsabbiltà, permezz ta' interpretazzjoni totalment oġġettiva, demokratika u indipendenti; iqis li r-regoli dwar l-eżami tal-kunflitti ta' interess potenzjali għandhom japplikaw ukoll għad-dikjarazzjoni tal-President elett tal-Kummissjoni Ewropea; |
|
24. |
Jenfasizza li d-deċiżjoni dwar il-kunflitti ta' interess tal-Kummissarji nnominati qabel is-seduti ta' smigħ tibqa' kompetenza demokratika u istituzzjonali tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament; jisħaq fuq il-fatt, f'dan ir-rigward, li l-korp tal-etika indipendenti tal-UE tal-futur għandu jingħata s-setgħat investigattivi adegwati, kif ukoll is-setgħa li jitlob dokumenti amministrattivi u jkollu aċċess għalihom, biex ikun jista' jagħmel valutazzjonijiet iddokumentati u mwieżna sewwa; jisħaq fuq il-bżonn ta' konformità sħiħa mar-regoli dwar il-kunfidenzjalità, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali fil-verifika tal-implikazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess; hu tal-fehma li l-Kumitat għall-Affarijiet Legali għandu jingħata iktar ħin u li, filwaqt li jżomm bis-sħiħ il-kompetenza tiegħu dwar il-kwistjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għandu jiddeċiedi dwar l-eżistenza ta' kunflitt ta' interess tal-Kummissarji nnominati wara li jkun irċieva rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti, preċiżi u motivati mill-korp tal-etika tal-UE, li jkollu l-effett li jsaħħaħ l-azzjoni tiegħu; iqis li l-Kumitat għall-Affarijiet Legali għandu, fl-aħħar mill-aħħar, jorganizza dibattitu dwar ir-rakkomandazzjonijiet ifformulati mill-korp tal-etika indipendenti tal-UE; iqis li r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati flimkien mad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Kummissarji nnominati; iqis li, lil hinn mill-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarji nnominati min-naħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, l-eżami tal-kunflitti ta' interess għandu, ġeneralment, isir qabel matul jew wara l-funzjoni pubblika jew l-inkarigu pubbliku, għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni; jemmen ukoll li għandu jiġi fornut b'riżorsi, bi strumenti u b'ħiliet suffiċjenti biex tiġi kontroverifikata u lokalizzata l-informazzjoni neċessarja, kif ukoll biex jitlob informazzjoni komplementari jekk hu neċessarju; |
Kompożizzjoni
|
25. |
Jemmen li l-korp tal-etika għandu jkun magħmul minn disa' Membri, tlieta magħżula mill-Kummissjoni, tlieta eletti mill-Parlament, u tlieta assenjati de jure minn fost l-ex imħallfin tal-QĠUE, il-Qorti tal-Awdituri u ex Ombudsman tal-UE; iqis li f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwistjonijiet tal-persunal, għandhom jiġu inklużi r-rappreżentanti tal-persunal mill-istituzzjoni tal-persuna kkonċernata; jirrimarka li l-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jiġi emendat kif xieraq; |
|
26. |
Iqis li l-membri tiegħu għandhom ikunu indipendenti, magħżula abbażi tal-kompetenza, l-esperjenza u l-kwalitajiet professjonali tagħhom, kif ukoll l-integrità personali tagħhom, ikollhom rekord impekkabbli ta' mġiba etika u jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' kunflitti ta' interess; huwa tal-fehma li l-kompożizzjoni tal-korp għandha tkun ibbilanċjata bejn il-ġeneri; jissottolinja li l-membri kollha għandhom ikunu indipendenti fil-qadi ta' dmirijiethom; iqis li l-membri għandhom jintgħażlu għal perjodu ta' sitt snin u jiġġeddu b'terz kull sentejn; |
|
27. |
Jappella biex uffiċjal tal-etika jinkariga ruħu mill-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati; iqis li l-membri għandhom jaħdmu fi spirtu ta' kollaborazzjoni u konsistenza fl-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom; jitlob garanzija ta' bilanċ bejn is-sessi fil-kompożizzjoni tal-korp; |
|
28. |
Iqis li l-kompożizzjoni tal-korp tal-etika għandha tkun akkumpanjata minn qafas għall-eżerċizzju tal-mandat, kif ukoll proċedura għat-tmiem tal-mandat; |
|
29. |
Jissuġġerixxi, sabiex jiġi żgurat appoġġ wiesa', li l-Parlament jeleġġi l-membri tal-korp bl-appoġġ ta' maġġoranza kbira, possibbilment kif isir għall-proċedura għall-membri tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej jew għal deċiżjonijiet rigward il-Premju Sakharov; |
|
30. |
Jissuġġerixxi li kull istituzzjoni tagħżel dawn il-membri partikolarment minn fost ex imħallfin tal-QĠUE, ex presidenti tal-OLAF jew tal-Qorti tal-Awdituri, ex membri jew membri attwali tal-ogħla qrati tal-Istati Membri, ex Membri tal-Parlament Ewropew, ex persunal tal-istituzzjonijiet u l-korpi parteċipanti, ex Ombudsmen tal-UE u membri tal-awtoritajiet tal-etika fl-Istati Membri; jissuġġerixxi wkoll li l-korp jeleġġi President u żewġ Viċi Presidenti minn fost il-membri tiegħu; jenfasizza li dan hu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persunal li jorganizza r-rappreżentanti tiegħu stess fejn jidħlu kwistjonijiet ta' persunal; |
|
31. |
Jenfasizza l-bżonn li tiġi żgurata diversità fl-isfond u fl-għarfien espert indipendenti tal-membri; jissuġġerixxi li l-parteċipazzjoni ta' ex Membri tal-Parlament Ewropew u Kummissarji tkun limitata għal terz tal-kompożizzjoni tal-korp; |
|
32. |
Jirrakkomanda li l-kulleġġ ikun appoġġjat minn segretarjat bir-riżorsi umani, materjali u finanzjarji proporzjonati mal-mandat u l-kompiti tiegħu, inkluż uffiċjal tal-etika responsabbli għat-taħriġ fl-etika u li joffri pariri fi ħdan il-korp tal-etika indipendenti tal-UE; iqis li l-akkomunament tal-baġits u l-persunal attwalment allokati lid-diversi korpi tal-etika tal-UE, meta jingħaqdu flimkien, itejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u jista' jnaqqas l-ispejjeż; |
Proċeduri
|
33. |
Jemmen li l-ħolqien ta' korp tal-etika tal-UE għandu jikkontribwixxi għall-bini ta' kultura istituzzjonali bbażata fundamentalment fuq il-prevenzjoni, l-appoġġ u t-trasparenza; jipproponi approċċ b'żewġ fażijiet fejn, f'każ li l-korp tal-etika tal-UE jsir jaf dwar ksur jew possibbiltà ta' ksur tar-regoli tal-etika, l-ewwel jirrakkomanda, bi skadenza, azzjonijiet biex jintemm il-ksur; iqis li dan l-ewwel pass preventiv għandu jiżgura l-kunfidenzjalità u s-segretezza u d-dritt li l-persuna tinstema' u tiċħad l-akkużi; jissuġġerixxi li f'każ li l-individwu kkonċernat jirrifjuta li jieħu l-azzjonijiet xierqa u l-ksur jippersisti, il-korp tal-etika tal-UE għandu jagħmel rakkomandazzjoni motivata għal miżuri ta' sanzjonijiet u jittrażmetti l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-każ lill-awtorità kompetenti, li mbagħad tiddeċiedi x'segwitu jingħata lir-rakkomandazzjoni fi żmien 20 jum ta' xogħol; |
|
34. |
Jemmen li, fi tmiem dan il-perjodu, ir-rakkomandazzjoni motivata tal-korp tal-etika indipendenti, mingħajr preġudizzju għar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u d-drittijiet personali, għandha tiġi pubblikata flimkien mad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti, li għandha tagħti spjegazzjoni jekk ir-rakkomandazzjonijiet ma jiġux segwiti bis-sħiħ; iqis li, bħala miżura inizjali, il-pubblikazzjoni jew it-trażmissjoni ta' rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet jistgħu, fihom infushom, jikkostitwixxu sanzjoni; jisħaq fuq il-fatt li tali korp ma jistax jieħu post il-QĠUE; jissuġġerixxi li, f'każijiet eċċezzjonali, meta l-awtorità kompetenti tiġġustifika debitament li jkun hemm bżonn aktar żmien biex jiġi investigat il-każ, hija tista' titlob lill-korp tal-etika jestendi l-iskadenza għat-teħid ta' deċiżjoni b'massimu ta' 20 jum ta' xogħol; iqis li dan l-approċċ b'żewġ fażijiet għandu japplika kull meta l-individwu kellu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li l-informazzjoni kienet vera fil-ħin tad-divulgazzjoni, u jirrakkomanda li kwalunkwe ksur intenzjonat, negliġenza gravi, ħabi ta' evidenza u nonkonformità mal-obbligu ta' kooperazzjoni għandhom jitqiesu bħala fatturi aggravanti fir-rigward ta' rakkomandazzjonijiet għal sanzjonijiet, anke meta l-ksur innifsu jkun waqaf; |
|
35. |
Jitlob dispożizzjonijiet ċari li jagħtu lill-persuna kkonċernata d-dritt ta' appell kontra kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-President b'rispett sħiħ tal-prinċipji bażiċi tal-istat tad-dritt; |
|
36. |
Jemmen li, bħala regola ġenerali, il-korp tal-etika tal-UE għandu jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu; |
|
37. |
Jinsisti li l-proċeduri stabbiliti fit-Trattati, bħat-trasferiment ta' investigazzjonijiet mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri lill-OLAF u lill-QĠUE, iridu jiġu applikati; |
Dispożizzjonijiet ġenerali
|
38. |
Jemmen li l-korp tal-etika tal-UE għandu jwettaq studji u jikkompila statistika annwali dwar id-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji, każijiet ta' “revolving doors” u informazzjoni rilevanti oħra u għandu jippubblika rapport annwali li jkun fih informazzjoni dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu u, jekk ikun xieraq, rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-istandards tal-etika, li jiġi ppreżentat lill-Parlament; jirrakkomanda li r-rapport annwali jinkludi l-għadd ta' każijiet li jkunu ġew investigati, l-istituzzjonijiet li kienu ġejjin minnhom l-individwi, it-tip ta' ksur ikkonċernat, kemm ħadu żmien il-proċeduri, kemm dam biex intemm il-ksur, il-proporzjon ta' sanzjonijiet deċiżi u r-rakkomandazzjonijiet; |
|
39. |
Jemmen li fil-FII għandha tiġi inkluża klawżola ta' rieżami li tiżgura li sa mhux aktar tard minn sentejn wara t-twaqqif tiegħu, l-istituzzjonijiet parteċipanti jkunu jistgħu jadottaw valutazzjoni tal-attivitajiet tiegħu, inkluża analiżi tal-funzjonament tar-regoli u l-proċeduri u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom; jenfasizza, b'mod partikolari, li din il-klawżola ta' rieżami għandha tiffoka fuq il-valutazzjoni tal-effikaċja tal-implimentazzjoni tal-mandat tal-korp tal-etika tal-UE, u li l-valutazzjoni tal-Parlament għandha tikkunsidra kontribut mill-korp tal-etika nnifsu; |
|
40. |
Iqis li l-korp il-ġdid tal-etika tal-UE għandu jkollu l-kompetenza li jikkontribwixxi permezz ta' proposti għall-iżvilupp u l-aġġornament perjodiku ta' qafas etiku komuni għall-istituzzjonijiet tal-UE, inklużi regoli u mudell komuni għad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji f'format li jinqara minn magna, kif ukoll proposta biex jiġu emendati l-kompetenzi tiegħu, u jippreżentahom lill-Parlament Ewropew; iqis li l-istandards tal-etika tal-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi kollha għandhom jiġu armonizzati mill-aktar fis possibbli; huwa tal-fehma li jeħtieġ li jitfassal statut tal-Kummissarji skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja; |
|
41. |
Jissuġġerixxi li l-korp tal-etika indipendenti għandu jaħdem biex jistabbilixxi definizzjoni komuni ta' kunflitt ta' interess għall-istituzzjonijiet tal-UE abbażi tal-ogħla standards; jenfasizza li ħafna Stati Membri għandhom regoli esiġenti; jinnota d-definizzjoni tal-OECD ta' kunflitt ta' interess: “meta individwu jew korporazzjoni (privata jew governattiva) ikunu f'pożizzjoni li jisfruttaw il-professjoni jew il-kapaċità uffiċjali tagħhom b'xi mod għal benefiċċju personali jew korporattiv”; |
|
42. |
Jitlob trasparenza sħiħa dwar il-laqgħat kollha organizzati mill-korp tal-etika u l-involviment tiegħu ma' atturi privati u r-rappreżentanti tagħhom, inklużi organizzazzjonijiet bi u mingħajr skop ta' qligħ; |
|
43. |
Jinsisti li, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Parlament skont il-paragrafu 24, ir-rakkomandazzjonijiet tal-korp tal-etika tal-UE għandhom ikunu debitament ġustifikati, dokumentati tajjeb u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-membru jew il-membru tal-persunal u l-istituzzjoni kkonċernata; jemmen li l-istituzzjonijiet parteċipanti għandhom jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw bis-sħiħ fil-proċeduri kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FII miftiehem, u b'mod partikolari li jikkomunikaw lill-korp tal-etika indipendenti tal-UE l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa għall-iskrutinju xieraq tar-regoli tal-etika; jirrimarka li l-attivitajiet tal-korp tal-etika jkunu soġġetti għall-possibbiltà ta' lmenti quddiem l-Ombudsman tal-UE, u li d-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet parteċipanti abbażi tar-rakkomandazzjonijiet jibqgħu rieżaminabbli quddiem il-QĠUE; |
|
44. |
Jemmen li t-titjib tal-integrità, it-trasparenza u r-responsabbiltà, kif ukoll l-ogħla standards ta' mġiba etika fl-istituzzjonijiet tal-UE u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, għandhom ikunu parti mis-suġġetti diskussi fil-qafas tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; jenfasizza li din hi opportunità biex iċ-ċittadini tal-UE jiddibattu r-reviżjoni tat-Trattat u li dan jiżgura bażi legali ċara biex jiġi introdott korp tal-etika tal-UE indipendenti bħal dan għall-istituzzjonijiet kollha permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja; |
|
45. |
Jappella biex il-korp tal-etika indipendenti jmexxi bl-eżempju fir-rigward tat-trasparenza billi jippubblika r-rakkomandazzjonijiet, id-deċiżjonijiet u l-infiq kollha f'format ta' data miftuħa li tinqara minn magna disponibbli għaċ-ċittadini kollha, u f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data; jirrakkomanda bil-qawwa li kwalunkwe software żviluppat biex jinżammu l-istandards tal-etika fl-amministrazzjoni pubblika tal-UE għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni b'liċenzja ta' software b'xejn u b'sors miftuħ, u għandu jiġi kondiviż ma' kwalunkwe istituzzjoni fl-Ewropa li tkun tixtieq tużah; jitlob kooperazzjoni mill-qrib mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'dan ir-rigward; |
|
46. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-każijiet kriminali relatati ma' ksur tar-regoli dwar l-integrità, speċjalment dawk li jinvolvu Membri tal-Parlament Ewropew u politiċi nazzjonali li għandhom rwol fit-tfassil tal-politika tal-UE, jiġu ttrattati b'mod effiċjenti u mingħajr dewmien żejjed; |
|
47. |
Jiddispjaċih serjament li ma ġewx ikkunsidrati biżżejjed miżuri ta' prevenzjoni u infurzar biex jiġu evitati kunflitti ta' interess fil-proċeduri tal-Kummissjoni fl-ambitu ta' sejħiet għal offerti pubbliċi; |
|
48. |
Jinnota li fl-applikazzjoni tar-regoli eżistenti għall-Kummissarji, il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-uffiċjali tal-UE ħarġu wisq dgħufijiet; ifakkar li, skont rapport ta' Transparency International EU, fil-bidu tal-2017 aktar minn 50 % tal-ex Kummissarji u 30 % tal-ex Membri tal-Parlament Ewropew li ma baqgħux involuti fil-politika kienu qed jaħdmu għal organizzazzjonijiet irreġistrati fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE; jenfasizza, partikolarment għall-Membri eletti, il-ħtieġa ta' trasparenza u responsabbiltà fir-rigward ta' impenji personali u finanzjarji; jissottolinja li l-kwistjonijiet ta' trasparenza u integrità fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali huma interkonnessi ħafna; jappoġġja, għalhekk, il-ħidma tal-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO), u jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, speċifikament dawk dwar il-ħolqien ta' kodiċi ta' kondotta rigoruż għall-politiċi nazzjonali u l-introduzzjoni ta' regoli għal wara l-impjieg pubbliku; |
|
49. |
Jitlob tisħiħ fil-qafas eżistenti regolatorju u tal-infurzar, kemm għall-kunflitti ta' interess ta' qabel kif ukoll għal dawk ta' wara l-impjieg pubbliku, sabiex jiġu stabbiliti konfini xierqa, ċari, vinkolanti u proporzjonati bejn is-settur pubbliku u s-settur privat u dak mingħajr skop ta' qligħ u b'hekk titjieb il-kredibbiltà tal-proċess deċiżjonali tal-UE f'għajnejn il-pubbliku ġenerali; |
|
50. |
Jenfasizza li sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess wara l-impjieg pubbliku u “revolving doors” huma preokkupazzjonijiet rikorrenti ta' natura sistematika u problema komuni għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji fl-UE kollha; jirrakkomanda li jiġu adottati perjodi ta' preklużjoni armonizzati u adegwati mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u li jissaħħaħ l-infurzar tagħhom; iqis li sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess jistgħu jipperikolaw l-integrità tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, u b'hekk ixekklu l-fiduċja taċ-ċittadini fihom; jissottolinja l-bżonn ta' allinjament u infurzar tal-leġiżlazzjoni u l-kodiċijiet ta' kondotta rilevanti tal-UE, anke bil-ħsieb ta' obbligu ta' trasparenza totali fl-inkarigi li jokkupaw u fil-proġetti mibdija minn uffiċjali għolja tal-UE wara li jħallu l-funzjoni pubblika u fi kwalunkwe attività kollaterali magħmula mill-Membri tal-Parlament Ewropew; huwa tal-fehma li r-regoli fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara kariga jew impjieg fl-isfera pubblika għandhom ikunu applikabbli f'terminu ta' żmien raġonevoli filwaqt li jiġu rispettati r-regoli dwar kumpens xieraq; jisħaq fuq il-bżonn li jinsiltu tagħlimiet mill-aqwa prattiki fl-Istati Membri li diġà għandhom awtoritajiet tal-etika nazzjonali b'għarfien espert rilevanti; jissottolinja li jeżistu prattiki nazzjonali differenti fir-rigward tal-infurzar tal-istandards tal-etika; josserva li f'ċerti Stati Membri r-rappreżentanti eletti huma obbligati jastjenu milli jivvutaw dwar kwistjonijiet li għandhom interess personali fihom u jitlob konsegwentement lill-Membri tal-Parlament Ewropew jastjenu milli jkunu rapporteurs f'każijiet simili; ifakkar, f'dan il-kuntest, fid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitti ta' interess; |
|
51. |
Jissottolinja li l-Ombudsman Ewropew ilha tittratta lmenti ta' kunflitti ta' interess fin-nuqqas ta' mekkaniżmu ddedikat għal dan il-kompitu minbarra l-missjonijiet l-oħra tagħha, u mingħajr ma għandha l-mezzi xierqa u s-setgħa biex tinforza d-deċiżjonijiet tagħha; |
|
52. |
Jisħaq li korp tal-etika indipendenti tal-UE waħdu mhux se jkun biżżejjed biex jiġu indirizzati b'mod effiċjenti sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE; iqis li r-rieżami tar-regoli tal-UE dwar l-etika u l-integrità jista' jinkludi miżuri bħall-estensjoni tal-perjodi ta' notifika u preklużjoni għall-uffiċjali għolja fuq bażi proporzjonata każ b'każ, filwaqt li jiġi żgurat trattament indaqs f'konformità mal-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tisħiħ tad-Direttiva 2014/24/UE (4) dwar l-akkwist pubbliku, iċ-ċessjoni obbligatorja ta' interessi f'impriżi li huma soġġetti għall-awtorità tal-istituzzjoni li uffiċjal ikun għadu kif inħatar fiha jew li jkollhom x'jaqsmu ma' dik l-istituzzjoni, l-iskwalifika obbligatorja meta jiġu ttrattati kwistjonijiet li jaffettwaw lil xi impjegatur preċedenti mis-settur privat, jew projbizzjonijiet fuq is-sjieda individwali ta' ishma mill-Kummissarji u l-uffiċjali għolja tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE waqt li jkunu fil-kariga; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tipproponi rieżami tal-qafas legali rilevanti; |
|
53. |
Huwa tal-fehma li, jekk ikunu bbażati fuq proċedura oġġettiva bi kriterji ċari, perjodi ta' preklużjoni itwal għall-uffiċjali għolja li jitilqu minn aġenzija jew istituzzjoni huma miżuri legali ġustifikati għall-ħarsien tal-interess pubbliku u l-integrità tal-korpi pubbliċi; |
|
54. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-proċeduri tal-ħatra għal uffiċjali għolja tal-UE, il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess tal-Kummissarji u l-ksur tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u dwar il-kontrolli fuq l-obbligi ta' trasparenza u l-verifika tal-konformità mar-regoli dwar “revolving doors”; |
|
55. |
Iqis li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom japplikaw l-ogħla standards tal-etika biex jiġi evitat kwalunkwe każ ta' “revolving doors” jew kunflitti ta' interess, inkluż fir-rigward tal-ħatriet għal karigi għolja fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE; |
|
56. |
Iqis li l-proċeduri għall-għażla ta' kandidati għal karigi għolja għandhom isiru abbażi ta' kriterji kompletament oġġettivi u jkunu kompletament trasparenti għall-pubbliku ġenerali; jissottolinja li għandu jkun hemm qafas stabbilit għall-mistoqsijiet u l-oġġezzjonijiet, flimkien ma' proċeduri miftuħa ta' segwitu u s-setgħa li jiġu kkanċellati deċiżjonijiet li jiġi ppruvat li jkunu inadegwati fir-rigward tat-trasparenza u l-integrità; jenfasizza li l-proċeduri għandhom jiġu evalwati b'mod regolari sabiex tiġi mmonitorjata l-effikaċja tagħhom u jiġi applikat titjib fil-kwalità fejn ikun hemm bżonn; |
|
57. |
Jenfasizza li l-Parlament irid ikollu rwol fundamentali fil-proċess tat-tisħiħ tas-sistema attwali ta' sorveljanza tal-etika tal-UE applikabbli għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi kollha tal-UE, sabiex tiżdied il-fiduċja tal-pubbliku fil-proċessi deċiżjonali tal-UE; |
o
o o
|
58. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 120.
(2) Testi adottati, P9_TA(2020)0327.
(3) ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1.
(4) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
Il-Ħamis 16 ta’ Settembru 2021
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/170 |
P9_TA(2021)0383
Id-direzzjoni tar-relazzjonijiet politiċi bejn l-UE u r-Russja
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar id-direzzjoni tar-relazzjonijiet politiċi bejn l-UE u r-Russja (2021/2042(INI))
(2022/C 117/18)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, b'mod partikolari dawk tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna u s-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja (1), tal-11 ta' Ġunju 2015 dwar is-sitwazzjoni militari strateġika fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja (2), tas-16 ta' Marzu 2017 dwar il-priġunieri Ukreni fir-Russja u s-sitwazzjoni fil-Krimea (3), tal-14 ta' Ġunju 2018 dwar it-territorji okkupati Georgjani għaxar snin wara l-invażjoni Russa (4), tat-23 ta' Novembru 2016 dwar komunikazzjoni strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi (5), tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja (6), tad-19 ta' Settembru 2019 dwar l-importanza tat-tifkira tal-istorja Ewropea għall-futur tal-Ewropa (7), tad-19 ta' Diċembru 2019 dwar il-Liġi Russa dwar l-“Aġenti Barranin” (8), tas-17 ta' Settembru 2020 intitolata “Is-sitwazzjoni fir-Russja: l-avvelenament ta' Alexei Navalny (9)”, tal-21 ta' Jannar 2021 dwar l-arrest ta' Aleksei Navalny (10), tad-29 ta' April 2021 dwar ir-Russja, il-każ ta' Alexei Navalny, l-iskjerament militari fil-fruntiera mal-Ukrajna u l-attakki Russi fir-Repubblika Ċeka (11), tal-10 ta' Ġunju 2021 dwar l-elenkar ta' NGOs Ġermaniżi bħala “organizzazzjonijiet mhux mixtieqa” mir-Russja u d-detenzjoni ta' Andrei Pivovarov (12), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tan-NU, il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sħubija tal-Federazzjoni Russa fil-Kunsill tal-Ewropa u fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), u l-impenji u l-obbligi konsegwenti tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-miżuri restrittivi tal-UE bħala reazzjoni għall-kriżi fl-Ukrajna, li ilhom fis-seħħ mill-2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-pakkett ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk, li ġie adottat u ffirmat f'Minsk fit-12 ta' Frar 2015 u approvat uffiċjalment fl-intier tiegħu bir-riżoluzzjoni 2202 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas-17 ta' Frar 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżultati tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE tal-14 ta' Marzu 2016, speċifikament il-ftehim dwar il-ħames prinċipji gwida tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar ir-Russja, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Mejju 2021 dwar ir-Russja, u tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar ir-relazzjonijiet esterni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tas-16 ta' Ġunju 2021 intitolata “Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja – Nopponu, nillimitaw u niddjalogaw” (JOIN(2021)0020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-10 ta' Ġunju 2020 intitolata “Nindirizzaw id-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 – X'inhuma l-fatti” (JOIN(2020)0008), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Pjattaforma Internazzjonali dwar il-Krimea tat-23 ta' Awwissu 2021; |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 118 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0259/2021), |
|
A. |
billi r-Russja hija parti integrali mill-kontinent Ewropew u l-akbar ġar tal-Unjoni, u billi hemm interdipendenzi storiċi b'saħħithom, kif ukoll rabtiet kulturali u umani bejn ir-Russja u l-Istati Membri tal-UE; billi l-iżviluppi fir-Russja, f'termini tal-politiki tagħha u l-karatteristiċi tal-awtoritajiet tagħha, qegħdin jaffettwaw direttament lill-UE u lill-viċinat immedjat tagħha; billi, minkejja l-ostakli imposti fl-2014, l-UE għadha l-akbar sieħeb kummerċjali tar-Russja u r-Russja hija l-ħames l-akbar wieħed tal-UE; billi l-UE hija l-akbar investitur fir-Russja; |
|
B. |
billi l-Parlament jagħmel distinzjoni bejn il-poplu Russu u r-reġim tal-President Putin, li huwa kleptokrazija awtoritarja staġnata mmexxija minn president “għal għomru” mdawwar b'ċirku ta' oligarki; billi l-azzjonijiet kritiċi proposti f'din ir-rakkomandazzjoni huma għalhekk diretti lejn ir-reġim tal-President Putin u l-azzjonijiet kriminali u l-politiki antidemokratiċi tiegħu, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jintlaħqu ċ-ċittadini Russi biex jagħrfu li l-Unjoni Ewropea hija lesta tindirizza t-tħassib tagħhom; |
|
C. |
billi l-interess ewlieni tal-UE huwa ż-żamma tal-libertà, l-istabbiltà u l-paċi fil-kontinent Ewropew u lil hinn minnu, li huma mhedda mill-politiki aggressivi tal-awtoritajiet Russi u li jirrappreżentaw waħda mill-isfidi ewlenin għall-aġenda strateġika u tal-politika barranija tal-UE; |
|
D. |
billi r-Russja jista' jkollha futur demokratiku; billi, bħal kull persuna oħra, iċ-ċittadini Russi jaspiraw għall-valuri universali tal-libertà u d-demokrazija; billi l-UE għandha tippreżenta lill-poplu Russu proposti konkreti għal kooperazzjoni ta' benefiċċju reċiproku; |
|
E. |
billi l-istrateġija tal-UE lejn ir-Russja teħtieġ tgħaqqad żewġ objettivi ewlenin: l-ewwel objettiv huwa t-twaqqif tal-aggressjoni esterna u r-repressjoni domestika tal-Kremlin, u t-tieni objettiv huwa l-involviment mal-poplu tar-Russja u jassistihom fil-bini ta' futur alternattiv li jkun ta' benefiċċju għall-popli kollha fil-kontinent Ewropew, inkluż il-poplu Russu; |
|
F. |
billi r-relazzjonijiet tal-UE mal-Federazzjoni Russa huma bbażati fuq il-prinċipji tad-dritt internazzjonali, il-prinċipji fundaturi tal-OSKE, id-demokrazija, ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti u r-relazzjonijiet tajbin ta' viċinat; billi l-Gvern Russu attwali wera disprezz għal dawn il-prinċipji minkejja li kkommetta ruħu għalihom; billi r-Russja tuża ħażin l-istituzzjonijiet internazzjonali, primarjament in-NU u l-OSKE, biex timpedixxi l-ġustizzja u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti madwar id-dinja; |
|
G. |
billi r-Russja reġgħet ingħaqdet mal-Kunsill tal-Ewropa fl-2019 iżda l-ksur estensiv tagħha tad-drittijiet tal-bniedem għadu għaddej, kif ukoll ir-rifjut tagħha li tikkonforma mad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
H. |
billi huwa ċar li l-politika barranija tal-President Putin hija aggressiva u reviżjonista, hekk kif jixtieq jitqies bħala d-difensur tal-interessi Russi u qiegħed jipprova jikseb kontroll fuq it-territorji li huwa jqis li ntilfu wara l-kollass tal-Unjoni Sovjetika u lil hinn minnha; billi l-għanijiet tar-reġim tal-President Putin jinkludu wkoll dan li ġej: jasserixxi l-awtorità tiegħu bħala setgħa kbira; jikkonsolida l-interferenza tar-reġim fil-pajjiżi post-Sovjetiċi u lil hinn minnhom; iqiegħed is-sovranità ta' stati b'saħħithom fuq id-dritt għas-sovranità ta' stati oħra; juża l-kunċett ta' protezzjoni tar-Russi etniċi barra mill-pajjiż bħala ġustifikazzjoni għal gwerra ibrida u diżinformazzjoni; juża żoni ta' kunflitti ffriżati bħala element strateġiku għall-interferenza fil-pajjiżi affettwati u biex dawn ma jitħallewx jersqu eqreb lejn l-UE u n-NATO; juża r-riżorsi tal-enerġija u l-prattiki illeċiti ta' ħasil tal-flus bħala għodod għall-manipulazzjoni u r-rikatt; idgħajjef il-mudell tad-demokrazija liberali filwaqt li juri lir-Russja bħala moralment superjuri u lill-Punent bħala moralment inferjuri; irażżan id-demokrazija, l-oppożizzjoni demokratika u d-dritt tal-poplu li jesprimi r-rieda libera tiegħu fir-Russja; billi r-reġim tal-President Putin jirrifjuta b'mod partikolari l-multilateraliżmu u l-ordni internazzjonali bbażat fuq l-istat tad-dritt, jinjora d-dritt internazzjonali, inkluż il-prinċipji minquxa fil-Karta tan-NU, fl-Att Finali ta' Ħelsinki tal-1975 u fil-Karta ta' Pariġi tal-OSKE tal-1990, kif jidher inter alia fl-emendi kostituzzjonali tal-2020, li l-proċess ta' adozzjoni tagħhom tqies mill-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tad-Dritt (il-“Kummissjoni ta' Venezja”) bħala “manifestament mhux xieraq” u jikser kemm il-liġi Russa kif ukoll l-obbligi tagħha marbuta mal-OSKE; billi r-Russja naqset milli timplimenta aktar minn elf sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
I. |
billi r-reġim Russu attwali qiegħed jhedded il-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa bit-tkomplija tal-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-poplu tiegħu u b'imġiba aggressiva fil-politika barranija tiegħu, inkluż iżda mhux limitat għal: eżerċizzji militari fuq skala kbira u akkumulazzjonijiet militari; okkupazzjoni u annessjoni illegali u vjolenti tal-Krimea; ksur tal-integrità territorjali u destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, il-Georgia u r-Repubblika tal-Moldova; appoġġ għal kunflitti ffriżati u nuqqas min-naħa tiegħu li jirrispetta l-ftehimiet ta' waqfien mill-ġlied fil-Georġia u l-Ukrajna; allegati atti ta' terroriżmu fit-territorju tal-Istati Membri tal-UE, bħaċ-Ċekja; ċiberattakki u attakki fuq infrastruttura sensittiva fl-Istati Membri tal-UE; ksur tad-dritt internazzjonali; interferenza elettorali; u vjolazzjonijiet fl-ispazju tal-baħar u tal-ajru ta' pajjiżi fil-Baħar Baltiku u fir-reġjuni tal-Baħar Baltiku; billi n-nuqqas tal-UE li tirrispondi b'mod adegwat għad-diversi atti ta' aggressjoni Russa, sa minn dak kontra l-Georgia fl-2008, inkoraġġixxa lir-Russja tkompli bil-kampanji militari u politiċi aggressivi tagħha fil-viċinat u lil hinn minnu, li b'hekk dgħajjef u mmina l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u l-istabbiltà fl-Ewropa u fi bnadi oħra; |
|
J. |
billi l-amministrazzjoni Russa għadha taħżen armi offensivi u tistazzjona truppi qrib il-fruntieri tal-UE fl-enklav ta' Kaliningrad; |
|
K. |
billi, bir-reġim attwali tagħha, ir-Russja hija theddida fit-tul għas-sigurtà Ewropea skont il-valutazzjoni reċenti tal-Grupp ta' Riflessjoni tan-NATO; billi r-Russja stabbiliet bażijiet militari ġodda u mmodernizzat bażijiet militari antiki fit-Tramuntana tal-pajjiż; billi r-Russja bidlet l-istatus tal-Flotta tat-Tramuntana tagħha għal distrett militari, żiedet fergħat differenti tal-forzi armati tagħha u reġgħet qajmet il-kunċett prinċipali ta' difiża maħsub biex tipproteġi l-kapaċitajiet strateġiċi tagħha; billi l-“Enhanced Forward Presence” tan-NATO fin-naħa tal-Lvant kellha rwol kruċjali ta' deterrent għar-Russja milli twettaq attivitajiet destabbilizzanti, inkluż l-akkumulazzjoni militari fid-Distrett Militari tal-Punent; billi l-kollass tal-kontroll tal-armi mar-Russja (pereżempju l-irtirar tagħha mit-Trattat dwar il-Forzi Nukleari ta' Medda Intermedja u t-Trattat dwar is-Sema Miftuħ) u n-nuqqas ta' progress fid-diżarm nukleari skont it-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari, kif ukoll iċ-ċaħda tat-Trattat il-ġdid dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari min-naħa tar-Russja, huma ta' tħassib serju għas-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej; billi dan hu akkumpanjat minn modernizzazzjoni perikoluża tal-ħażniet nukleari u konvenzjonali Russi u l-mezzi ta' kunsinna tagħhom u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji destabbilizzanti (missili ipersoniċi b'kapaċità nukleari, torpedos, eċċ.); |
|
L. |
billi f'Marzu u f'April 2021, b'mod partikolari, ir-reġim tal-Kremlin żied b'mod sostanzjali l-preżenza militari tiegħu fil-fruntiera tal-Lvant u tat-Tramuntana tal-Ukrajna mar-Russja, li hija l-akbar konċentrazzjoni ta' truppi Russi mill-2014 'l hawn; billi r-reġim tal-Kremlin issospenda d-dritt ta' passaġġ għal bastimenti tal-gwerra u bastimenti kummerċjali ta' pajjiżi oħra minn parti mill-Baħar l-Iswed fid-direzzjoni tal-Istrett ta' Kerch, li jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tan-navigazzjoni ggarantiti mill-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dritt Marittimu, li r-Russja hija firmatarja tagħha; |
|
M. |
billi r-Russja qiegħda tipprovdi appoġġ politiku u ekonomiku konsistenti lir-reġim illeġittimu u kundannabbli ta' Aliaksandr Lukashenko fil-Belarussja; billi l-investiment politiku u ekonomiku tal-President Putin fis-sopravivenza tar-reġim illeġittimu ta' Lukashenko huwa l-unika raġuni għaliex dan tal-aħħar għadu jista' jkompli bil-persekuzzjoni brutali tiegħu tal-poplu Belarussu li qiegħed jitlob ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-elezzjonijiet ħielsa u trasparenti, l-istat tad-dritt u l-ġustizzja; billi l-iżviluppi politiċi reċenti fil-Belarussja u r-Russja għandhom bosta karatteristiċi komuni u l-proċessi fiż-żewġ pajjiżi qegħdin jinfluwenzaw lil xulxin b'mod sinifikanti ħafna; billi l-protesti kontra r-reġim awtoritarju u l-appelli għal bidla fil-Belarussja qegħdin jispiraw appelli simili mill-poplu fir-Russja; billi l-awtoritajiet tal-Kremlin qegħdin iżidu r-repressjonijiet tal-oppożizzjoni politika qabel l-elezzjonijiet li ġejjin tad-Duma f'Settembru 2021, jillimitaw u jċaħħdu l-possibbiltà ta' parteċipazzjoni u jimpedixxu lil ċerti politiċi tal-oppożizzjoni milli joħorġu għall-elezzjoni, u b'dan il-mod qegħdin jeqirdu l-kompetizzjoni politika billi jisirqu l-opportunità ta' elezzjonijiet ġusti, bħalma għamel id-dittatorjat tal-Belarussja f'Awwissu 2020; |
|
N. |
billi r-Russja tal-President Putin qiegħda tkompli bl-isforzi tagħha biex tiddestabbilizza l-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-UE u l-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant bil-għan li toħloq ostakli jew twaqqaf il-proċess tal-integrazzjoni Ewro-Atlantika tagħhom; billi qiegħda tintuża politika ta' “għoti furzat ta' passaporti” biex jiżdied l-għadd ta' kompatrijotti Russi u biex de facto tiġi estiża l-ġuriżdizzjoni Russa fuq territorji okkupati minnha u territorji separatisti, b'mod partikolari t-Transnistrija, l-Ossezja tan-Nofsinhar, l-Abkażja, id-Donbas u l-Peniżola tal-Krimea; billi dawn l-azzjonijiet jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet internazzjonali; |
|
O. |
billi r-riformi kostituzzjonali Russi tal-2020 irrevedew l-istorja tat-Tieni Gwerra Dinjija, naddfu l-istorja Sovjetika u ddikjaraw lir-Russja bħala s-suċċessur tal-Unjoni Sovjetika, introduċew id-dritt ta' intervent internazzjonali għad-difiża ta' kompatrijotti Russi u pprojbixxew diskussjonijiet dwar ir-ritorn ta' artijiet rivendikati mir-Russja lil pajjiżi barranin; |
|
P. |
billi l-UE għandha ssegwi mill-qrib il-pożizzjoni u l-involviment tar-Russja fl-Afganistan, peress li r-Russja qed tipprova tisfrutta l-irtirar tal-Punent għall-interessi tagħha u timla l-vojt li jirriżulta fil-poter; |
|
Q. |
billi l-Istati Membri tal-UE li jippermettu ċittadinanza doppja huma esposti għall-politika tar-Russja dwar l-għoti furzat ta' passaporti; billi l-Istati Membri tal-UE li adottaw programmi magħrufa bħala passaporti tad-deheb jippermettu lil dawk leali għall-Kremlin igawdu minn kwalità tal-ħajja Ewropea bi flus misruqa mill-poplu Russu u jxerrdu l-korruzzjoni fl-UE; |
|
R. |
billi r-Russja qiegħda timplimenta kunċett ostili ta' “Dinja Russa” biex twitti t-triq għall-interferenza tagħha f'pajjiżi barranin għad-difiża ta' kompatrijotti Russi; billi d-“Dinja Russa” qiegħda tiġi promossa minn mezzi tal-midja tal-istat bħal Russia Today u Sputnik bil-lingwi nattivi tal-Istati Membri tal-UE; billi l-pandemija tal-COVID-19 qiegħda tintuża mill-magna ta' propaganda tal-Kremlin biex iżżid id-diviżjoni fost l-Istati Membri tal-UE, turi li l-UE mhijiex kapaċi tlaħħaq mal-pandemija, ixxerred dubji dwar il-vaċċini approvati mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, tiskoraġġixxi lin-nies fl-UE milli jitlaqqmu u tirriabilita l-immaġni tar-Russja f'għajnejn il-popli tal-UE, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni tal-vaċċin Sputnik V; |
|
S. |
billi għadd kbir ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi lokali (NGOs) u gruppi radikali, inkluż movimenti politiċi, qegħdin jirċievu finanzjament mir-Russja; |
|
T. |
billi r-Russja għadha involuta f'diversi partijiet tad-dinja, inklużi l-Balkani tal-Punent, l-Asja Ċentrali, il-Lvant Nofsani, l-Afrika ta' Fuq, l-Afrika sub-Saħarjana u l-Amerka Latina u l-Artiku; billi l-Gvern Russu juża unitajiet paramilitari (il-“Grupp Wagner”) biex jappoġġja reġimi dittatorjali madwar id-dinja u jimmina l-isforzi tal-UE u tal-komunità internazzjonali biex itaffu l-kunflitti, jibnu l-paċi u jiżguraw l-istabbiltà; billi r-reġjun tal-Balkani tal-Punent, li jinkludi Stati Membri potenzjalment ġodda tal-UE, huwa magħmul minn preżenza qawwija tar-Russja, b'mod partikolari fis-Serbja; billi fl-2016, ġewwa l-Montenegro, l-aġenzija ta' intelliġenza militari Russa (GRU) kienet involuta f'tentattivi biex twaqqa' l-parlament tal-pajjiż, toqtol il-prim ministru u tqiegħed gvern favur ir-Russja u kontra n-NATO, biex b'hekk tiġi evitata l-adeżjoni tal-Montenegro man-NATO; |
|
U. |
billi, f'dak li għandu x'jaqsam mal-UE, ir-reġim tal-Kremlin allegatament involva uffiċjali tal-intelligence attivi Russi f'żewġ splużjonijiet ta' depots ta' munizzjon fl-2014 fejn inqatlu żewġ ċittadini Ċeki u saret ħsara materjali kbira; billi l-istess aġenti tal-GRU kienu responsabbli wkoll għall-attentat ta' qtil ta' Sergei u Yulia Skripal fir-Renju Unit fl-2018 bl-użu ta' aġent nervin militari tat-tip Novichok; billi l-aġenti tal-GRU ġew akkużati wkoll bl-attentat ta' qtil ta' Emilian Gebrev, is-sid ta' fabbrika tal-armi, u żewġ persuni oħra fil-Bulgarija fl-2015, kif ukoll bl-assassinju ta' Zelimkhan Khangoshvili, li nqatel f'Berlin fl-2019 minn aġenti Russi; billi l-azzjonijiet illegali mir-reġim tal-Kremlin fit-territorju taċ-Ċekja, il-Bulgarija u bosta Stati Membri oħra, ir-Renju Unit u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant jikkostitwixxu ksur kritiku tas-sovranità tagħhom; billi r-reġim tal-Kremlin mhuwiex jikkoopera fl-investigazzjoni ta' dawn id-delitti u qiegħed jipproteġi lill-persuni suspettati ewlenin; |
|
V. |
billi huwa kundannabbli li l-awtoritajiet Russi qegħdin, b'mod volontarju jew involontarju, jikkommettu lil pajjiżhom għal dipendenza fuq iċ-Ċina, li jista' biss idgħajjef il-Federazzjoni Russa u l-kontinent Ewropew kollu u, b'mod partikolari, jippermetti lill-awtoritajiet Ċiniżi jespandu l-preżenza u l-influwenza tagħhom fl-Asja Ċentrali u s-Siberja; |
|
W. |
billi l-Kremlin qiegħed ikompli d-diżinformazzjoni, il-propaganda u ndħil ibridu tiegħu fil-politika domestika u l-proċessi demokratiċi tal-UE, li huma theddida għall-valuri fundamentali tal-UE – jiġifieri r-rispett għad-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem – u għandhom il-potenzjal jimminaw il-politiki tal-gvernijiet nazzjonali, ixerrdu d-diffamazzjoni u jippreżentaw immaġni tal-Punent bħala għadu, jippromwovu l-mibegħda, l-intolleranza u n-nostalġija Sovjetika, jibdlu l-istorja tad-delitti Sovjetiċi u fl-aħħar mill-aħħar japprofondixxu d-diviżjoni bejn ir-Russja u l-Ewropa, b'mod partikolari mal-pajjiżi li qabel kienu jagħmlu parti mill-blokk komunist; billi l-UE u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri, kif ukoll oġġetti ta' importanza strateġika u proċessi demokratiċi bħall-elezzjonijiet, huma l-mira kostanti ta' ċiberattakki Russi; billi l-ogħla ġerarkija tal-Knisja Ortodossa Russa tappoġġja r-reġim ta' Putin; billi l-liġijiet Russi jippermettu r-repressjoni ta' gruppi reliġjużi li jitqiesu bħala estremisti; billi s-sejbiet li saru reċentement dwar il-kuntatti mill-qrib u regolari bejn uffiċjali Russi, inklużi membri tas-servizz tas-sigurtà, u rappreżentanti ta' grupp ta' seċessjonisti Katalani fi Spanja jirrikjedu investigazzjoni fil-fond; billi dan jista' jispiċċa jkun eżempju ieħor ta' ndħil Russu fl-Istati Membri u tat-tentattivi kostanti tar-Russja li tisfrutta kwalunkwe kwistjoni li tista' biex tippromwovi d-destabbilizzazzjoni interna fl-UE; |
|
X. |
billi s-sanzjonijiet tal-Punent fuq ir-Russja, it-tnaqqis fid-dħul mill-esportazzjonijiet tal-fjuwils fossili, ekonomija mhux kompetittiva, in-nefqa militari għolja u t-trasferimenti soċjali domestiċi kollha wasslu biex ir-Russja tiffaċċja diffikultajiet finanzjarji; billi r-Russja tinsab fil-129 post minn 180 pajjiż fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2020 minħabba li l-korruzzjoni enormi fil-livell tal-istat taffettwa l-kwalità tas-servizzi pubbliċi għall-poplu Russu, li għadhom sottofinanzjati, inkluż il-kura tas-saħħa pubblika li hija ta' importanza partikolari matul il-pandemija; billi kważi 19-il miljun Russu jgħixu taħt il-linja tal-faqar; |
|
Y. |
billi l-Gvern Russu impona, inter alia, sanzjonijiet fuq il-President tal-Parlament David Sassoli, il-Viċi President tal-Kummissjoni Věra Jourová u sitt uffiċjali oħra tal-Istati Membri u billi dawn is-sanzjonijiet huma inaċċettabbli u infondati minħabba li m'għandhom ebda ġustifikazzjoni legali; billi l-Gvern Russu approva wkoll lista ta' “pajjiżi mhux ħbieb”, li tinkludi ċ-Ċekja u l-Istati Uniti; |
|
Z. |
billi fl-2019, aktar minn 60 % tal-importazzjonijiet tal-UE mir-Russja kienu prodotti tal-enerġija; billi l-UE għandha tnaqqas id-dipendenza tal-ekonomija tagħha, speċjalment fis-settur tal-enerġija, fuq il-provvisti Russi tal-gass lis-swieq tal-UE, li bħalissa hija ta' 48 % u li x'aktarx ser tiżdied; billi l-Patt Ekoloġiku Ewropew (EGD) huwa strument ewlieni biex tiġi żgurata s-sigurtà ġeopolitika tal-UE u billi, skont it-tbassir tal-Kummissjoni, jekk jiġi implimentat l-EGD l-importazzjonijiet taż-żejt u tal-gass naturali tal-UE wara l-2030 huma mistennija li jonqsu b'mod drammatiku, bl-importazzjonijiet taż-żejt jonqsu bi 78-79 % u l-importazzjonijiet tal-gass naturali bi 58-67 % meta mqabbla maċ-ċifri tal-2015; |
|
AA. |
billi l-konsum tal-gass Ewropew laħaq il-quċċata tiegħu u l-kapaċità tal-pipeline Nord Stream attwali mhix tintuża kompletament bħalissa; billi d-deċiżjoni diviżiva ta' ċerti Stati Membri li jibnu Nord Stream 2 hija inkompatibbli mal-valuri tas-solidarjetà u l-fiduċja tal-Unjoni tal-Enerġija; billi Nord Stream 2 huwa inkompatibbli mal-għanijiet tal-EGD li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-UE b'mill-inqas 55 % sal-2030 u li jintlaħqu emissjonijiet netti żero ta' gassijiet serra sal-2050; |
|
AB. |
billi l-UE għandha titlob lir-Russja tiggarantixxi aċċess liberu u bla xkiel għall-hekk imsejħa arkivji “trofew”, li ġew trasferiti lejn Moska fl-1944 u l-1945 mit-territorji okkupati mill-Unjoni Sovjetika, kif ukoll għall-arkivji storiċi u l-artefatti li ttieħdu minn pajjiżi Ewropej mill-Imperu Russu u li bħalissa huma miżmumin fir-Russja; |
|
AC. |
billi l-istat tad-dritt, il-ġudikatura indipendenti u stampa ħielsa jinsabu fil-qalba ta' soċjetajiet demokratiċi reżiljenti; |
|
AD. |
billi l-Federazzjoni Russa tippreżenta mhux biss theddida esterna għas-sigurtà Ewropea, iżda qiegħda wkoll tirreprimi lill-poplu tagħha; billi s-sitwazzjoni fir-Russja qiegħda tiddeterjora b'mod ikrah minħabba r-ripressjoni dejjem akbar min-naħa tal-President Putin fuq il-forzi demokratiċi, li l-għan tagħha huwa s-silenzju tal-kritiċi domestiċi tiegħu, l-oppożizzjoni politika u l-attivisti kontra l-korruzzjoni, il-limitazzjoni tal-libertà ta' għaqda tagħhom u l-ostaklu tal-attivitajiet tagħhom u dawk tas-soċjetà ċivili Russa, kif deher bl-arrest ta' aktar minn 11 000 dimostrant paċifiku mill-awtoritajiet Russi ġimagħtejn biss wara l-arrest ta' Alexei Navalny biex b'hekk l-għadd totali ta' Russi arrestati minn Jannar 2021 'l hawn jammonta għal aktar minn 15 000 persuna; billi r-Russja kompliet tarresta b'mod illegali ċ-ċittadini tagħha u tolqot il-mexxejja tal-oppożizzjoni, il-ġurnalisti indipendenti, id-dimostranti u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet fir-Russja għadhom koroh u billi dawk arrestati jiġu soġġetti għal tortura, fastidju u attakki fiżiċi; |
|
AE. |
billi bl-adozzjoni ta' liġijiet dwar “aġenti barranin” u “organizzazzjonijiet mhux mixtieqa”, ir-reġim tal-Kremlin qiegħed jippermetti li individwi, assoċjazzjonijiet u mezzi tal-istampa jiġu stigmatizzati, u b'hekk dan jikser id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà ta' espressjoni u ta' assoċjazzjoni tagħhom, jillimita d-drittijiet taċ-ċittadini li jimpenjaw ruħhom u jikkontribwixxu għas-soċjetà ċivili Russa u jqiegħed f'riskju s-sikurezza personali tagħhom; billi r-reġim tal-Kremlin kompla jsaħħaħ dawn il-liġijiet billi estenda r-restrizzjonijiet għal persuni jew entitajiet li jappoġġjaw “aġenti barranin” u “organizzazzjonijiet barranin mhux mixtieqa”, u b'hekk eskluda sistematikament membri attivi tas-soċjetà ċivili, NGOs tad-drittijiet tal-bniedem u l-oppożizzjoni milli jipparteċipaw fl-elezzjonijiet parlamentari tal-2021 fir-Russja; billi, b'mod partikolari, partijiet ġodda ta' leġiżlazzjoni adottati f'Diċembru 2020 u f'Jannar 2021 espandew il-kamp ta' applikazzjoni ta' individwi u gruppi li jistgħu jiġu definiti bħala “aġenti barranin”, id-definizzjoni ta' “fondi barranin” u r-rekwiżiti għat-tikkettar ta' materjali; billi l-abbozzi ta' liġijiet ġodda proposti f'Mejju 2021 kellhom l-għan li jespandu l-impatt tal-liġi dwar organizzazzjonijiet “mhux mixtieqa” u jimponu projbizzjonijiet b'effett retroattiv fuq kandidati potenzjali għall-Parlament Russu; billi l-awtoritajiet Russi qegħdin ikomplu bi prosekuzzjoni kontra nies minħabba l-allegata affiljazzjoni ma' gruppi identifikati bħala estremisti skont il-liġi Russa kontra l-estremiżmu li għandha definizzjoni wisq vasta; billi d-deċiżjoni tal-awtoritajiet Russi li jiddikjaraw il-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni mmexxija minn Alexei Navalny bħala organizzazzjoni estremista hija waħda infondata, diskriminatorja u ġiet adottata bl-għan uniku li teqred il-possibbiltajiet tal-oppożizzjoni li tipparteċipa b'mod effettiv fil-kampanji elettorali; |
|
AF. |
billi, skont iċ-ċentru għad-drittijiet tal-bniedem Memorial, l-awtoritajiet Russi bħalissa għandhom madwar 400 priġunier politiku, bi ksur tal-obbligi tal-Federazzjoni Russa skont l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikolu 9 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u l-Artikolu 23 tad-dokument ta' konklużjoni tal-Laqgħa ta' Vjenna tal-5 ta' Jannar 1989 tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa; |
|
AG. |
billi matul dawn l-aħħar għoxrin sena kien hemm għadd ta' attentati ta' qtil jew qtil ta' avversarji tar-reġim u ġurnalisti indipendenti, kemm fir-Russja stess jew fuq art barranija, inkluż dawk ta' Anna Politkovskaya, Boris Nemtsov, Alexander Litvinenko, Sergei u Yulia Skripal, Sergei Protazanov, Pyotr Verzilov, Vladimir Kara-Murza, Alexei Navalny, Zelimkhan Khangoshvili u oħrajn; billi l-organizzaturi ta' dawn id-delitti għadhom ma ġewx identifikati u akkużati minħabba li r-ripressjoni kontinwa tad-dissidenti soċjali hija msaħħa mill-impunità tal-pulizija u tal-forzi tas-sigurtà u min-nuqqas ta' rieda tal-ġudikatura li tfittex l-awturi reali ta' dawn id-delitti; billi r-rappreżentanti tal-oppożizzjoni huma sistematikament soġġetti għal attakki verbali, kampanji ad hominem u diżumanizzazzjoni mill-midja tal-gvern jew dik favur il-gvern; billi r-rapport tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE dwar il-qtil ta' Boris Nemtsov ikkonkluda li l-kwistjoni ewlenija biex tiġi indirizzata l-impunità mhijiex il-kapaċitajiet tal-infurzar tal-liġi Russa iżda r-rieda politika; billi r-rapport tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE jinnota wkoll li investigazzjoni sħiħa dwar il-qtil tkun l-ewwel pass biex tiġi indirizzata l-klima ta' impunità fir-Russja; |
|
AH. |
billi l-emendi kostituzzjonali illegali, minbarra li taw lill-President Putin deroga mil-limiti tal-mandat presidenzjali fl-2024, dgħajfu ulterjorment id-dritt ta' proċess ġust fir-Russja, inkluż billi taw lill-President is-setgħa li jinnomina l-imħallfin tal-Qrati Kostituzzjonali u Supremi u jagħti bidu għall-ħatra tal-imħallfin federali kollha u t-tkeċċija ta' mħallfin federali superjuri; |
|
AI. |
billi l-libertà tal-midja fir-Russja qiegħda tiddeterjora b'mod rapidu billi l-Gvern Russu aċċelera l-kampanja twila tiegħu li ilha għaddejja snin biex jeqred is-soċjetà ċivili u l-istampa indipendenti, filwaqt li hedded organizzazzjonijiet bħal Meduza, Radio Free Europe/Radio Liberty, VTimes, For Human Rights, il-Fond Ewropew għad-Demokrazija u Open Russia b'piżijiet leġiżlattivi, regolatorji u burokratiċi onerużi, li llimita l-aċċess għas-sorsi kollha ta' finanzjament li mhumiex taħt il-kontroll tal-gvern u tal-alleati tiegħu, hekk kif iddeskrivihom negattivament b'titli bħal “aġent barrani” jew “mhux mixtieq”, li b'hekk ineħħi l-krettu ta' dawn il-gruppi u l-prinċipji ġurnalistiċi u tad-drittijiet tal-bniedem ta' livell għoli li huma jirrappreżentaw u li mingħajrhom ir-Russja ma tistax tkun demokratika, prosperuża u ħielsa; billi l-qasam tal-midja fir-Russja huwa kkontrollat u proprjetà tal-istat, ma hemm ebda xandar pubbliku, il-ftit sorsi ta' midja indipendenti li fadal qegħdin jitħabtu finanzjarjament u jiffaċċjaw persekuzzjoni, inklużi attakki fiżiċi u arresti fil-konfront tal-ħaddiema tagħhom; billi mill-1992, 58 ġurnalist inqatlu fir-Russja; billi l-liġi ta' “internet sovran” tippermetti lill-gvern jimblokka kwalunkwe kontenut mhux mixtieq fuq l-internet; billi l-ħidma ħielsa u indipendenti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-midja hija l-ġebla tax-xewka ta' soċjetà demokratika bbażata fuq l-istat tad-dritt; |
|
AJ. |
billi l-opportunitajiet għal osservazzjoni elettorali imparzjali naqsu b'mod kostanti fir-Russja matul dawn l-aħħar għaxar snin, hekk kif in-nuqqas ta' dispożizzjonijiet għal akkreditazzjoni diretta ta' ċittadini li josservaw l-elezzjonijiet iġegħelhom jaġixxu f'isem il-kontestanti jew il-mezzi tal-midja u għaldaqstant dan imur kontra l-idea nnifisha ta' skrutinju elettorali indipendenti mis-soċjetà ċivili u jmur ukoll kontra l-istandards internazzjonali; billi r-rapport Freedom in the World 2021 qiegħed lir-Russja fil-kategorija ta' pajjiżi “mhux ħielsa”; billi l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini fir-Russja huma limitati u l-ambjent elettorali huwa kkontrollat, il-poplu Russu huwa skoraġġut milli jipparteċipa fi protesti pubbliċi minħabba proċeduri burokratiċi onerużi li ġew stabbiliti biex iċ-ċittadini jirċievu permess u minħabba vjolenza mill-pulizija waqt protesti paċifiċi; |
|
AK. |
billi dawn l-iżviluppi domestiċi possibbilment jipprevedu deterjorament ulterjuri qabel l-elezzjonijiet parlamentari ta' Settembru 2021 fir-Russja, u jistgħu jwasslu għal aktar ripressjoni tal-oppożizzjoni politika fir-Russja, inkluż ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-awtoritajiet Russi għandhom arrestati l-ħabs jew taħt arrest domiċiljari atturi ewlenin tal-oppożizzjoni li huma parti mill-kampanja elettorali parlamentari; billi r-ripressjoni kontinwa ta' kandidati tal-oppożizzjoni mill-awtoritajiet Russi b'abbuż tal-proċeduri ta' reġistrazzjoni u b'mira selettiva fuq avversarji politiċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-toroq u l-qrati f'każijiet iffalsifikati ser tagħmilha sempliċiment impossibbli li jsir diskors dwar elezzjonijiet parlamentari ġusti f'Settembru 2021, hekk kif ir-reġim fir-Russja qiegħed jeqred il-kompetizzjoni politika u d-demokrazija pluralista permezz ta' dawn l-azzjonijiet; |
|
AL. |
billi għaldaqstant hemm dubji leġittimi jekk l-elezzjonijiet parlamentari li ġejjin humiex ser ikunu ħielsa u ġusti; |
|
AM. |
billi f'diversi okkażjonijiet il-Parlament esprima t-tħassib tiegħu dwar l-istat tad-demokrazija, in-nuqqas sistematiku ta' osservanza tal-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali, l-ispazju dejjem iżgħar għall-atturi indipendenti u dissidenti u l-attakki fuq il-libertà tal-midja fir-Russja; billi l-oppressjoni sistemika li dejjem qiegħda tiżdied fuq l-oppożizzjoni mill-Kremlin fir-Russja hija mument ta' riflessjoni għall-komunità internazzjonali kollha u billi l-UE għandha tkun lesta tiffaċċjaha u tiżviluppa strateġija ta' rispons koerenti; billi, b'mod partikolari, l-UE għandha żżid pressjoni dejjem akbar fuq ir-reġim tal-Kremlin qabel u wara l-elezzjonijiet parlamentari tal-2021 biex tiddefendi d-dritt tal-poplu Russu li jkollu elezzjonijiet ħielsa li fihom il-partiti politiċi kollha għandu jkollhom aċċess ugwali u opportunitajiet indaqs; |
|
AN. |
billi l-komunità LGBTI+ f'diversi partijiet tal-Federazzjoni Russa qiegħda tħabbat wiċċha ma' diskriminazzjoni estensiva, inkluż fastidju, tortura, priġunerija u qtil u billi s-sitwazzjoni hija partikolarment perikoluża fiċ-Ċeċenja li fl-2017 bdiet it-tneħħija ta' persuni LGBTI+, fejn għexieren ġew arrestati u torturati u tal-inqas mietu tnejn, id-detenzjoni u t-tortura ta' għexieren ta' persuni u l-qtil ta' mill-inqas tnejn, li wassal biex bosta persuni jfittxu refuġju sikur barra mill-pajjiż; billi l-liġijiet eżistenti jipprojbixxu kwalunkwe diskussjoni pubblika dwar “relazzjonijiet sesswali mhux tradizzjonali”; billi, wara bidliet kostituzzjonali illegali, ġiet adottata leġiżlazzjoni li taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet tal-persuni LGBTI+, inklużi d-drittijiet għaż-żwieġ u t-trobbija tat-tfal; |
|
AO. |
billi fir-Russja għadhom jeżistu diskrepanzi serji fir-reazzjoni uffiċjali għall-vjolenza sessista mifruxa u l-vjolenza domestika, inkluż in-nuqqas ta' protezzjoni suffiċjenti u mezzi ta' rimedju għall-vittmi; billi l-abbozz ta' liġi dwar il-vjolenza domestika, li ġie propost f'Novembru 2019, naqas milli jipprovdi definizzjoni komprensiva ta' vjolenza domestika; billi fil-bidu tal-2020 il-Parlament neħħa l-prijorità tar-rieżami tal-abbozz ta' liġi u li dan għadu pendenti; billi l-ombudsperson tar-Russja nnota li l-vjolenza domestika żdiedet matul il-pandemija tal-COVID-19, bil-każijiet irrapportati jiżdiedu b'aktar mid-doppju matul il-lockdown tar-rebbiegħa; billi l-istrateġija tal-UE dwar ir-Russja għandha konsegwentement tindirizza d-diskriminazzjoni li qiegħda tikber u l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, kif ukoll id-drittijiet tan-nisa, l-LGBTI+ u d-drittijiet tal-minoranzi l-oħra fir-Russja; |
|
AP. |
billi t-trasformazzjoni demokratika tar-Russja hija interess ta' sigurtà ġeopolitiku ewlieni tal-UE u billi r-Russja tal-President Putin għadha l-akbar sfida għas-sigurtà Ewropea; |
|
AQ. |
billi, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020, tal-21 ta' Jannar 2021 u tad-29 ta' April 2021, il-Parlament stieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell, iwettaq rieżami tal-politika tal-UE fir-rigward tar-Russja, inkluż il-ħames prinċipji ta' gwida li ntlaħaq qbil dwarhom fl-2016, filwaqt li jenfasizza li r-relazzjonijiet futuri tal-UE mar-Russja ser jiddependu fuq il-rata ta' trasformazzjoni demokratika tar-Russja (jew in-nuqqas tagħha); billi talab ukoll lill-istituzzjonijiet tal-UE jfasslu approċċ strateġiku komprensiv ġdid jekk jitqies li kwalunkwe djalogu mar-Russja jrid ikun ibbażat fuq ir-rispett għad-dritt internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem; |
|
AR. |
billi l-istrateġija aġġornata tal-UE għandha tqis xenarji differenti, żviluppi possibbli u rispons ċar jekk ir-Russja tikser id-dritt internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż strumenti effettivi kontra l-indħil tar-Russja u t-tixrid tad-diżinformazzjoni, kif ukoll strumenti għal impenn selettiv, fejn possibbli; billi l-Parlament talab ukoll lill-Kunsill biex immedjatament jibda t-tħejjijiet u jadotta strateġija tal-UE għal relazzjonijiet futuri ma' Russja demokratika, inkluża offerta wiesgħa ta' inċentivi u kundizzjonijiet biex jissaħħu t-tendenzi domestiċi lejn il-libertà u d-demokrazija; |
|
AS. |
billi l-ħames prinċipji gwida tal-UE għar-relazzjonijiet mar-Russja rażżnu aggressjoni ulterjuri kontra l-Ukrajna min-naħa tal-Kremlin, imma huma siekta dwar it-trażżin tar-ripressjoni tal-President Putin fuq il-poplu Russu; billi l-ħames prinċipji gwida tal-UE għar-relazzjonijiet mar-Russja għadhom validi bħala qafas funzjonali, iżda jridujkunu akkumpanjati minn strateġija reali li jkollha l-għan li jintlaħqu l-għanijiet tal-UE fir-relazzjonijiet tagħha mar-Russja, inkluż inter alia billi tiġġieled il-politiki ostili attwali tal-Kremlin u tkun ta' deterrent minn aktar aggressjoni fuq il-viċinat u billi tagħmel il-konsegwenzi għal azzjonijiet militari f'pajjiżi barranin aktar serji, inkluż azzjonijiet minn alleati u merċenarji; billi minħabba li m'hemmx prospetti għal żviluppi pożittivi sinifikanti mat-tmexxija Russa attwali, il-ħames prinċipji għandhom jiġu kkomplementati biex irażżnu r-ripressjoni tal-President Putin fuq il-poplu Russu u l-attivitajiet destabbilizzanti akbar tal-Kremlin; |
|
AT. |
billi l-istrateġija l-ġdida tal-UE għandha tkun iċċentrata fuq il-prinċipji ta' “respinġiment, trażżin u impenn”, li huma mmirati li jsaħħu l-kapaċità tal-UE li tiġġieled kontra t-theddid tal-Kremlin, speċjalment fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant, inkluża l-Belarussja, kif ukoll fir-Russja stess, billi tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem u tgħin lir-Russja fit-trasformazzjoni tagħha f'demokrazija, skont il-prinċipju “id-demokrazija l-ewwel u qabel kollox”; billi l-objettiv ewlieni ġenerali tal-UE għandu jkun li ssawwar ir-relazzjonijiet mal-Federazzjoni Russa b'tali mod li l-paċi, l-istabbiltà, is-sigurtà, il-prosperità, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiżi kollha fl-UE u l-viċinat tagħha jiġu ppreservati, id-dritt internazzjonali jiġi rrispettat u d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt jibqgħu l-prinċipji gwida; billi l-aktar żviluppi reċenti fir-Russja wrew li l-istrateġija tal-UE dwar ir-Russja għandha tkun ħafna aktar proattiva u jkollha objettiv definit b'mod ċar ta' “impenn” li għandu jiffoka mhux biss fuq l-hekk imsejjaħ impenn selettiv tradizzjonali mal-Kremlin, iżda pjuttost fuq impenn “strateġiku” mas-soċjetà ċivili Russa biex tiġi assistita t-trasformazzjoni tar-Russja lejn id-demokrazija; |
|
AU. |
billi fil-qalba tal-istrateġija tal-UE dwar ir-Russja għandu jkun hemm l-appoġġ għal-libertà u d-demokrazija; billi strateġija bħal din għandha tkun fl-interessi tas-sigurtà tal-UE u toffri djalogu kostruttiv lir-Russja; billi relazzjoni kostruttiva xorta tkun fl-interess kemm tal-UE kif ukoll tar-Russja u tal-popli tagħhom; billi għadha teżisti l-possibbiltà ta' kollaborazzjoni biex jiġu kondiviżi interessi komuni, jiġu solvuti l-problemi u jiġu indirizzati sfidi strateġiċi, bħall-politika dwar il-klima jew il-ġlieda kontra t-terroriżmu, filwaqt li jiġu promossi l-valuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija, u jiġi żgurat li t-tisħiħ futur tar-relazzjonijiet bilaterali jkun jiddependi fuq li l-Federazzjoni Russa twettaq l-impenji proprji dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija f'konformità mal-kostituzzjoni tagħha u l-obbligi internazzjonali tagħha; |
|
AV. |
billi, fl-istess waqt, l-UE trid tiffoka fuq li tħares il-kredibbiltà tagħha internament rigward l-attitudni tagħha li hija orjentata lejn il-valuri billi tirrispetta l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali b'mod ħafna aktar dirett u onest, hekk kif il-vjolenza mill-pulizija, il-liġijiet kriminali antikwati u r-reżistenza għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diversità f'xi Stati Membri huma ta' ħsara għar-reputazzjoni u l-kredibbiltà tagħha barra l-Ewropa; billi l-UE trid tikkomunika wkoll aspettattivi komparabbli fil-konfront tas-sħab kollha, billi tiddenunzja l-ksur tad-dritt internazzjonali, b'mod konsistenti tieħu miżuri konsegwenzjali ħorox u żżomm lura milli tapplika standards doppji meta tivvaluta tali ksur; |
|
AW. |
billi l-unità fost l-Istati Membri tal-UE hija l-aħjar politika biex ir-Russja tiġi skoraġġuta milli twettaq azzjonijiet destabbilizzanti u sovversivi fl-Ewropa; billi meta tkun qiegħda tiddetermina kif tikkoordina l-istrateġija aġġornata tagħha – b'mod partikolari f'oqsma strateġiċi bħall-Unjoni Ewropea tad-Difiża, l-Unjoni Ewropea tal-Enerġija, iċ-ċiberdifiża, iċ-ċiberterroriżmu u l-għodod ta' komunikazzjoni strateġika – l-UE għandha għaldaqstant tkun aktar unifikata peress li l-politika tar-Russja lejha ilha għal żmien twil tevita l-istituzzjonijiet tal-UE u tiffavorixxi relazzjonijiet bilaterali mal-Istati Membri bħala tentattiv biex tesponi u żżid id-diviżjonijiet interni tal-UE; billi djalogu kostruttiv mal-awtoritajiet Russi jkun jeħtieġ koordinazzjoni, kooperazzjoni u unità aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri u aktar saħħa u ċertezza fir-reazzjoni tagħhom għal kwalunkwe provokazzjoni u aggressjoni minn Moska, biex hekk jinstab bilanċ bejn iċ-ċertezza u d-disponibbiltà għal djalogu dwar kwistjonijiet ta' interess komuni; |
|
AX. |
billi l-istrateġija tal-UE dwar ir-Russja għandha tappoġġja lir-Russja fi triqtha biex issir pajjiż demokratiku billi (i) tirreaġixxi u tuża sanzjonijiet punittivi lejn dawk fil-Kremlin u qribu li huma lesti li jisirqu l-elezzjonijiet jew ixaħħmu biex jirbaħha jew jikkommettu reati kbar oħra kontra d-drittijiet tal-bniedem u l-valuri tad-demokrazija, kemm fir-Russja kif ukoll fil-viċinat immedjat tal-UE, (ii) tipprovdi assistenza lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant billi toffri politika ta' integrazzjoni tal-UE ambizzjuża u tiżviluppa r-responsabbiltà strateġika tal-UE u l-kapaċitajiet ġeopolitiċi ta' tmexxija li huma meħtieġa biex jiġu implimentati tali politiki; u (iii) jkollha strateġija ta' involviment ma' soċjetà favur id-demokrazija fir-Russja biex titwitta t-triq għal relazzjonijiet futuri ma' Russja demokratika; |
|
AY. |
billi Viċinat tal-Lvant tal-UE li jirnexxi, prosperu u demokratiku huwa meqjus mill-Kremlin bħala theddida għall-istabbiltà tar-reġim tal-President Putin, minħabba li jista' jipprovdi ispirazzjoni ta' “setgħa ta' persważjoni” lin-nies komuni fir-Russja; billi d-demokratizzazzjoni tal-Viċinat tal-Lvant tal-UE hija għaldaqstant fl-interess ta' dawk il-pajjiżi u tal-UE u għandha importanza kruċjali għad-demokratizzazzjoni futura tar-Russja; billi l-għan reali tal-Kremlin rigward il-kunflitti f'dan ir-reġjun huwa li jneħħi l-leġittimità tal-bidla demokratika bħala mezz ta' trasferiment tal-poter, biex jipprevjeni l-iżvilupp b'suċċess ta' dawn l-istati, biex jiskredita d-demokrazija liberali u biex jesporta s-sistema ta' poter proprja tar-Russja; |
|
AZ. |
billi l-istrateġija tal-UE għandha tinsisti fuq strateġija fit-tul dwar ir-Russja, abbażi tas-suppożizzjoni li – bħall-Ukreni u l-Belarussi – il-poplu Russu jista' jfittex li jittrasforma lil pajjiżu f'demokrazija; billi t-trasformazzjoni tar-Russja lura f'demokrazija ser tiddependi fuq ir-rieda tal-poplu Russu; billi l-UE trid tkun lesta li tassisti lir-Russi fix-xewqa tagħhom li jgħixu f'pajjiż demokratiku; |
|
BA. |
billi r-rwol tal-UE bħala attur globali u l-kompetenzi tal-politika barranija tal-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jissaħħu; |
1.
Jirrakkomanda lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) jirrieżaminaw, flimkien mal-Istati Membri, il-politika tal-UE fil-konfront tar-Russja, inklużi l-ħames prinċipji gwida, u jiżviluppaw strateġija komprensiva tal-UE fil-konfront tar-Russja bbażata fuq il-prinċipji u l-azzjonijiet li ġejjin:
Dissważjoni tat-theddida Russa – respinġiment tat-theddida għas-sigurtà
|
(a) |
l-UE trid tirriforma b'mod fundamentali l-politika barranija tagħha biex turi b'mod kredibbli l-ambizzjoni tagħha bħala attur globali influwenti u l-kapaċità tagħha li tieħu deċiżjonijiet u tieħu azzjoni deċiża fil-qasam tal-politika barranija, inkluż billi testendi l-kompetenzi tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u tal-VP/RGħ li jaġixxu f'isem l-UE, tirrevoka l-unanimità fi kwistjonijiet ta' politika barranija u s-saħħaħ il-kapaċitajiet tagħha mil-lat ta' prospettiva strateġika u azzjoni; barra minn hekk, l-UE għandha ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala attur globali flimkien mal-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet tal-UE biex ir-Russja ma tkunx tista' tkompli l-hekk imsejħa bilateralizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-UE, hekk kif Brussell għandha tkun l-uniku kapital fejn jittieħdu deċiżjonijiet ewlenin dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja; |
|
(b) |
l-UE, flimkien man-NATO u s-sħab internazzjonali, għandha tkun ta' deterrent għar-Russja biex hekk iżżomm il-paċi u l-istabbiltà fl-Ewropa u lil hinn minnha, inkluż bit-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' difiża proprji u billi ssir pressjoni fuq l-awtoritajiet Russi biex ma jinterferixxux fil-Viċinat tal-Lvant u fin-Nofsinhar tal-UE; b'mod partikolari, l-UE għandha titlob – inkluż quddiem l-organizzazzjonijiet tal-UE u dawk internazzjonali bħall-OSKE jew in-NU – li r-Russja timpenja ruħha għas-soluzzjoni tal-kunflitti li għaddejjin bħalissa u għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe kunflitt futur, inizjalment billi tirritorna t-territorji okkupati u annessi illegalment fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant skont il-fruntieri tagħhom li huma rikonoxxuti internazzjonalment u billi tirrispetta l-għażliet demokratiċi tal-pajjiżi tal-UE u dawk Ewro-Atlantiċi; |
|
(c) |
l-UE, u b'mod partikolari l-Istati Membri tagħha, għandhom jonoraw l-impenji tagħhom dwar id-difiża kollettiva magħmula bħala membri tan-NATO; ifakkar li l-UE u n-NATO jikkondividu sfidi komuni ta' sigurtà, interessi ta' difiża komuni u l-istess ambjent ta' sigurtà li huwa dejjem aktar ta' sfida u li sħubija transatlantika b'saħħitha għas-sigurtà u d-difiża permezz tan-NATO hija għaldaqstant indispensabbli, filwaqt li fl-istess waqt l-UE ssegwi l-perkors lejn awtonomija strateġika; l-UE għandha żżid l-isforzi tagħha biex tistabbilixxi forza ta' difiża Ewropea ġenwina bħala parti minn NATO msaħħa biex tkun tista' tikkontribwixxi kapaċitajiet u forzi militari aktar effettivi, skjerabbli, interoperabbli u sostenibbli biex tipproġetta lilha nnifisha bħala attur internazzjonali b'saħħtu u kunfidenti li kapaċi jżomm il-paċi; |
|
(d) |
l-UE għandha tindirizza l-aħħar Strateġija tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa, li formalment tirrikonoxxi l-orjentament tal-politika barranija Russa kontra l-Punent u tenfasizza l-inkompatibbiltà fundamentali u sistemika tas-sistemi soċjopolitiċi tar-Russja u tal-Punent; |
|
(e) |
l-UE għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri tagħha biex l-azzjonijiet ostili tar-Russja jiġu esposti, attribwiti u skreditati sistematikament, partikolarment sabiex tkun aktar effettiva fil-prevenzjoni tas-servizzi speċjali Russi milli jwettqu l-operazzjonijiet tagħhom fit-territorju tal-UE, u għandha taħdem aktar mas-sħab strateġiċi tagħha dwar miżuri ġodda biex jiġi miġġieled it-terroriżmu sponsorizzat mill-Kremlin; barra minn hekk, l-UE għandha tinvesti fi proġetti biex issaħħaħ is-sigurtà u l-kapaċitajiet konġunti militari, ċibernetiċi u tal-enerġija tagħha, kif ukoll il-koordinazzjoni tal-isforzi ta' kontrospjunaġġ tal-Istati Membri; |
|
(f) |
l-UE għandha tkun lesta tuża l-influwenza tagħha u titlob l-esklużjoni tar-Russja mis-sistema ta' pagament SWIFT bħala deterrent għall-awtoritajiet Russi milli jinvolvu ruħhom f'imġiba aggressiva ulterjuri u għandha tkun lesta li telimina gradwalment l-importazzjonijiet tagħha ta' żejt u gass mir-Russja jekk l-awtoritajiet Russi jkomplu bit-theddid tagħhom kontra l-Istati Membri u l-azzjoni militari kontra l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fil-viċinat; |
|
(g) |
l-UE trid tipproċedi wkoll bis-sinkronizzazzjoni sħiħa tal-grilji tal-elettriku tal-Istati Membri kollha mal-grilja sinkronika tal-Ewropa kontinentali bħala l-aħjar rispons fit-tul għall-problema tad-dipendenza strateġika tal-Ewropa fuq l-enerġija mir-Russja, u għandha wkoll topponi kwalunkwe espansjoni ġdida tas-settur tal-enerġija nukleari tar-Russja lejn l-UE u tadotta miżuri biex jiġi evitat li fis-suq tal-UE jinbiegħ l-elettriku prodott fl-impjant tal-enerġija nukleari Astravets mibni mir-Rosatom u fi kwalunkwe impjant ieħor proġettat għall-futur, bħall-impjant tal-enerġija nukleari tal-Baltiku (il-Baltiyskaya NPP); |
|
(h) |
skont il-politika u l-interessi tal-enerġija tal-UE, l-UE għandha tfassal u timplimenta strateġija ċara dwar kif ittemm id-dipendenza tagħha fuq il-gass u ż-żejt u materja prima oħra Russi (b'mod partikolari l-ħadid/l-azzar, l-aluminju u n-nikil) u żżid l-awtonomija enerġetika tagħha, tal-inqas sakemm il-President Putin ikun fil-poter; f'dan ir-rigward, l-UE għandu jkollha aġenda ekoloġika ambizzjuża u determinata u għandu jkollha bħala prijorità ġeopolitika ewlenija l-implimentazzjoni rapida tal-pakkett EGD, li jinkludi miżuri bħat-taxxa tal-UE dwar ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u inizjattivi ta' dekarbonizzazzjoni bl-iżvilupp tal-industriji tal-idroġenu ekoloġiku; l-UE trid ukoll timplimenta minnufih miżuri fiżiċi ġodda, bħal kapaċitajiet ta' fluss fid-direzzjoni opposta u infrastruttura transfruntiera addizzjonali bejn l-Istati Membri; barra minn hekk, l-UE trid tiddiversifika l-provvista tal-enerġija tagħha, inkluż billi tiżviluppa kapaċitajiet ġodda għall-importazzjoni ta' gass naturali likwifikat, l-inizjattivi tat-tranżizzjoni tal-enerġija u d-dekarbonizzazzjoni, li qegħdin isir aktar popolari u jistgħu jnaqqsu d-domanda għall-fjuwils fossili, u b'hekk tintemm id-dominanza tar-Russja fuq l-enerġija fil-kontinent Ewropew; f'dan il-kuntest, il-bini tal-pipeline Nord Stream 2, li jmur kontra s-solidarjetà Ewropea u jirriskja li jżid id-dominanza tar-Russja u d-dipendenza tal-UE fuq il-gass Russu u jesponi lill-Ukrajna għall-malizja Russa, għandu jitwaqqaf immedjatament u m'għandux jintuża fiċ-ċirkostanzi attwali anke jekk il-kostruzzjoni tiegħu titlesta; |
|
(i) |
l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jaċċeleraw l-implimentazzjoni tal-EGD meta jitqies li l-istrateġija tal-enerġija l-aktar reċenti tar-Russja għall-2035 tipprevedi żieda fil-kapaċità ta' esportazzjoni tal-gass permezz ta' pipelines lejn il-Punent; |
Rispons għat-theddida attwali Russa – il-ġlieda kontra ndħil Russu fl-UE u fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant
|
(j) |
l-UE għandha tkompli tiddefendi l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant skont il-fruntieri tagħhom li huma rikonoxxuti internazzjonalment u tikkundanna l-involviment dirett u indirett tar-Russja f'kunflitti armati u akkumulazzjonijiet militari fil-fruntieri tar-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant jew fil-fruntieri tiegħu, l-okkupazzjoni u l-annessjoni illegali tal-Krimea min-naħa tagħha u l-okkupazzjoni de facto ta' ċerti partijiet tar-reġjuni ta' Donetsk u Luhansk, u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali li hija twettaq fit-territorji okkupati jew annessi minnha, bħalma wrew l-arresti reċenti tal-ewwel Viċi President tal-Mejlis Tatari tal-Krimea, Nariman Celâl, u ta' erba' mexxejja Tatari tal-Krimea oħrajn: Aziz and Asan Akhtemov, Shevket Useinov u Eldar Odamanov; l-UE għandha tagħmilha ċara li r-ritorn għal “żamma tal-istatus quo” ma jistax jitqies sakemm ir-Russja ma twaqqafx il-politika aggressiva tagħha u l-gwerra ibrida kontra l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, u tiġi restawrata l-integrità territorjali tal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna skont il-fruntieri tagħhom li huma rikonoxxuti internazzjonalment; l-UE għandha għaldaqstant tiżgura li s-sanzjonijiet jibqgħu fis-seħħ sakemm ir-Russja tissodisfa l-kundizzjonijiet rispettivi għat-tneħħija tagħhom u għandha wkoll tikkunsidra testendihom għal perjodu ta' sena, minflok sitt xhur kif inhu l-każ bħalissa; |
|
(k) |
l-UE għandha tkompli tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-format ta' konsultazzjoni u koordinazzjoni tal-Pjattaforma Internazzjonali dwar il-Krimea, bil-għan li tintemm b'mod paċifiku l-okkupazzjoni temporanja tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u tal-belt ta Sevastopol min-naħa tal-Federazzjoni Russa u jiġi rikostitwit il-kontroll tal-Ukrajna fuq it-territorju, b'rispett sħiħ għad-dritt internazzjonali; |
|
(l) |
l-UE għandha tirrikonoxxi l-aspirazzjonijiet Ewropej tal-pajjiżi fil-viċinat u tirrifjuta l-politika tar-Russja ta' sferi ta' influwenza; barra minn hekk, l-UE għandha tagħraf li għandha responsabbiltà strateġika għall-istabbiltà u l-iżvilupp fil-viċinat tagħha, speċjalment fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant, u għandha tibqa' tesiġi li r-Russja tinvolvi ruħha b'mod kostruttiv fil-Proċess tan-Normandija u timplimenta l-obbligi internazzjonali tagħha, b'mod partikolari skont il-ftehimiet ta' Minsk u l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar; l-UE għandha tkompli l-involviment tagħha, inkluż permezz tal-Istati Membri rilevanti tal-UE involuti fil-Format tan-Normandija, fl-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk u tesplora l-possibbiltajiet għal kooperazzjoni transatlantika dwar din il-kwistjoni; l-UE għandha tkabbar ukoll il-kamp ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet tagħha biex tkopri l-“għoti furzat ta' passaporti” u l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet illegali fil-Krimea u biex iżżid il-konsegwenzi għar-Russja talli timblokka l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk u t-taħditiet tal-Format tan-Normandija; l-UE għandha tikkoordina dawn il-miżuri mal-Istati Uniti, ir-Renju Unit, il-Kanada, il-Ġappun u sħab oħra biex tespandi l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom jew iżżid l-effikaċja tagħhom; |
|
(m) |
barra minn hekk, l-UE għandha tieħu miżuri b'saħħithom li jkunu ta' deterrent għar-Russja milli tevita s-sanzjonijiet eżistenti tal-UE; għal dan il-għan, l-UE għandha tirrieżamina u taġġorna r-regolamenti applikabbli tagħha biex tneħħi diversi diskrepanzi biex is-sanzjonijiet ikunu aktar effiċjenti u b'hekk ir-Russja tħallas prezz ġenwinament ogħla għall-azzjoni ibrida aggressiva tagħha; |
|
(n) |
l-UE jeħtieġ tagħmel pressjoni fuq il-Federazzjoni Russa biex tissodisfa inkondizzjonatament id-dispożizzjonijiet kollha tal-ftehim ta' waqfien mill-ġlied li ntlaħaq bil-medjazzjoni tal-UE fit-12 ta' Awwissu 2008, b'mod partikolari l-impenn li tirtira l-forzi militari kollha tagħha mit-territorji okkupati tal-Georgia; |
|
(o) |
biex trażżan l-attitudni reviżjonista tal-President Putin lejn il-viċinat tiegħu, bil-għan li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet, l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant flimkien mal-approfondiment tal-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika tagħhom, u biex tintensifika l-ħidma tagħha lejn ir-rapprochement ta' dawn il-pajjiżi mal-UE, l-UE għandha tipproponi strateġija ġdida ċara għal impenn fit-tul mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; |
|
(p) |
is-solidarjetà tal-UE mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant għandha tkun immirata lejn it-tisħiħ tal-fiduċja fl-UE bħala sieħeb affidabbli dwar kwistjonijiet ta' sigurtà, pereżempju b'involviment akbar fir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti; l-UE għandha tiżgura li d-dimensjoni tas-sigurtà tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant tkun riflessa b'mod xieraq anke fil-Boxxla Strateġika tal-UE u għandha tikkunsidra wkoll it-tnedija ta' sensiela ta' patti dwar is-sigurtà – oqfsa għal aktar investiment u assistenza fis-sigurtà, il-militar, l-intelligence u l-kooperazzjoni ċibernetika – ma' pajjiżi speċifiċi fil-viċinat tal-UE, bħall-Ukrajna, il-Moldova u l-Georgia, sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom; l-UE m'għandhiex tara l-koordinazzjoni tas-sigurtà ma' dawn il-pajjiżi mill-perspettiva tat-tkabbir tan-NATO biss, iżda għandha tkun ambizzjuża meta tivvaluta l-isfidi tas-sigurtà fuq il-post u, f'koordinazzjoni mas-sħab internazzjonali, tikkunsidra li tipprovdi tagħmir difensiv lill-pajjiżi ħbieb tas-Sħubija tal-Lvant, f'konformità mal-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU; l-UE għandha ssaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni ma' pajjiżi ħbieb tas-Sħubija tal-Lvant permezz tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u f'oqsma bħall-informazzjoni u r-reżiljenza ċibernetika u l-kondiviżjoni tal-intelligence, u għandha tintensifika l-eżerċizzji militari konġunti; |
|
(q) |
l-UE għandha tikkollabora man-NATO u tingrana u tespandi l-impenji attwali fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u tkompli tikkollabora speċifikament mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant permezz ta' approċċ soċjetali olistiku sabiex jiġi żgurat reġjun tal-Baħar l-Iswed sigur u stabbli; |
|
(r) |
l-UE għandha wkoll tkun imħassba dwar ir-rwol li qed jiżvolġi l-Kremlin fil-Balkani tal-Punent, li jinkludi d-diżinformazzjoni appoġġjata mill-istat u l-bini ta' rabtiet politiċi u militari mal-elit politiku reġjonali; l-UE għandha tkun konxja li l-indħil tal-Kremlin fl-elezzjonijiet u l-appoġġ tiegħu għall-forzi antidemokratiċi fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent għadu problema, partikolarment fil-pajjiżi li huma wkoll membri tan-NATO; |
|
(s) |
l-UE trid tirrispondi wkoll għall-fatt li l-President Putin jappoġġja b'mod miftuħ ir-reġim tas-Sur Lukashenko u r-repressjonijiet brutali tiegħu kontra l-poplu tal-Belarussja u jikkollabora mas-Sur Lukashenko fuq attakki ibridi kontra l-forzi demokratiċi Belarussi; għaldaqstant l-UE trid tirrikonoxxi li b'dan il-mod il-Kremlin qed joħloq theddida diretta għall-isforzi ta' sovranità u demokrazija tal-Belarussja, u trid tagħmilha ċara li, jekk ir-Russja tkompli bil-politika attwali tagħha dwar il-Belarussja, l-UE se jkollha tintroduċi miżuri addizzjonali ta' trażżin u deterrent ħorox, għax meta tiddefendi d-demokrazija fil-Belarussja, l-UE tkun qed tappoġġja d-demokrazija fir-Russja wkoll; l-UE għandha tesponi l-involviment tar-Russja fl-azzjonijiet ibridi tar-reġim ta' Lukashenko kontra l-UE, inkluż l-użu tal-migranti bħala għodda biex jiġi destabbilizzat il-Punent, u żżomm lill-Kremlin responsabbli għal dawn l-azzjonijiet ostili u barbariċi; |
|
(t) |
l-UE trid tnaddaf darha stess mill-indħil ibridu u l-prattiki ta' ħasil tal-flus tal-Kremlin, li qed ikollhom impatt fuq l-elit politiku u kummerċjali tal-UE, jekk trid tkun effettiva fl-għajnuna li tagħti lill-poplu Russu fi triqtu lejn id-demokrazija; |
|
(u) |
l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jagħmluha ċara li mhumiex se jaċċettaw kwalunkwe tentattiv biex il-Belarussja tiġi inkorporata fir-Russja, għax dan ikun kontra r-rieda tal-poplu Belarussu u nnegozjat minn mexxej illeġittimu; |
|
(v) |
jinnota li għadd dejjem akbar ta' atturi internazzjonali, fosthom ir-Russja, qed jimplimentaw strateġiji ta' gwerra ibrida, inkluż kontra l-UE u l-Istati Membri tagħha; jissottolinja li dawn l-atti huma ta' natura partikolarment destabbilizzanti u perikoluża billi jagħmlu d-distinzjoni bejn il-gwerra u l-paċi inqas ċara, jiddestabbilizzaw id-demokraziji u jiżirgħu dubji fl-imħuħ tal-popolazzjonijiet fil-mira; għalhekk, f'koordinazzjoni man-NATO u s-sħab tagħha – inklużi l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, li għandhom esperjenza u għarfien uniċi f'dan ir-rigward – l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom isaħħu l-monitoraġġ u l-analiżi tal-attivitajiet tal-gwerra ibrida Russi (inklużi kampanji manipulattivi ta' diżinformazzjoni, attakki ċibernetiċi, spjunaġġ u ndħil fl-elezzjonijiet); b'mod partikolari, għandhom jiżguraw b'urġenza li jiġu mobilizzati biżżejjed riżorsi, persunal u strumenti li kapaċi jidentifikaw, janalizzaw, jipprevjenu, jiġġieldu u jeliminaw it-theddid u l-indħil ibridu tar-Russja; dan ta' hawn fuq huwa partikolarment importanti fir-rigward tat-tentattivi biex jiġi mminat il-proġett Ewropew, tiżdied il-polarizzazzjoni u tinżera' l-firda fis-soċjetajiet demokratiċi permezz tad-diżinformazzjoni, kif ukoll biex jingħataw appoġġ u finanzjament lil partiti, movimenti u NGOs antidemokratiċi, populisti, estremisti u fil-biċċa l-kbira tal-lemin estrem jew tax-xellug radikali, jew forzi separatisti politiċi fl-Ewropa kollha, inkluż fiċ-ċiberspazju u permezz tal-midja soċjali u mezzi tax-xandir bħal Russia Today u Sputnik; il-partiti politiċi fl-UE li japprofittaw volontarjament minn riżorsi finanzjarji pprovduti mill-Federazzjoni Russa bi skambju għal appoġġ politiku u tipi oħra ta' appoġġ offrut mill-Parlament u minn organizzazzjonijiet oħra għall-politiki u l-għanijiet Russi għad-detriment tal-interessi u l-valuri tal-UE jġorru responsabbiltà morali u politika; |
|
(w) |
f'dan ir-rigward, l-UE għandha tfassal strateġija ta' konteniment koordinata u olistika, li tinkludi miżuri biex tipproteġi l-panorama medjatika tagħha u tissorvelja sistematikament il-kontenut offrut mill-midja u l-fornituri tal-internet Russi u affiljati mar-Russja (sew bir-Russu u sew b'lingwi oħra), mingħajr ma jiġu ristretti l-libertajiet tal-istampa; bħala parti mill-istrateġija tagħha, l-UE għandha ssemma' leħinha kull darba li r-Russja twettaq attakki ibridi kontra l-UE u l-Istati Membri, iżżid ir-reżiljenza għaċ-ċiberattakki u tespandi l-kapaċitajiet tat-Task Force East StratCom, billi hemm bżonn kopertura tad-diżinformazzjoni fl-ispazju tal-UE wkoll; l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jimplimentaw risposti aktar kuraġġużi, koordinati u proporzjonati biex jiġġieldu attakki bħal dawn, pereżempju billi jkeċċu diplomatiċi Russi fil-livell tal-UE b'risposta għat-tkeċċija ta' diplomatiċi ta' Stati Membri individwali min-naħa tal-awtoritajiet Russi; |
|
(x) |
fl-aħħar nett, l-UE għandha tiżgura li l-proposti futuri tal-Kumitat Speċjali tal-Parlament Ewropew dwar l-Indħil Barrani fil-Proċessi Demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-Diżinformazzjoni, jiġu implimentati malajr; |
Impenn u djalogu selettiv mal-Kremlin biex titħejja t-tranżizzjoni tar-Russja, inkluża kooperazzjoni settorjali
|
(y) |
fl-impenn tagħha mar-Russja, l-UE għandha timxi f'żewġ direzzjonijiet: fuq naħa waħda, djalogu selettiv kondizzjonali mal-awtoritajiet tal-Kremlin u l-gvernijiet reġjonali, u min-naħa l-oħra impenn strateġiku mas-soċjetà ċivili Russa, li qed tissielet għad-demokrazija fir-Russja, kif ukoll kooperazzjoni indipendenti mal-atturi reġjonali u lokali; l-istrateġija tal-UE lejn ir-Russja m'għandhiex tipprekludi impenn mal-awtoritajiet meta dan ikun fl-interess tal-UE u ma jimminax l-impenji tal-UE favur l-objettivi tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, billi għadu importanti li l-UE ssib modi biex tnaqqas it-tensjonijiet attwali billi tidentifika miżuri biex tiżdied it-trasparenza u jitnaqqas ir-riskju ta' nuqqas ta' komprensjoni u kalkoli ħżiena; |
|
(z) |
b'mod partikolari, l-UE għandha tkompli l-kooperazzjoni istituzzjonali mar-Russja permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u trattati multilaterali bħan-NU, l-OSKE, il-Kunsill tal-Artiku jew il-Kunsill tal-Ewropa sabiex tindirizza kwistjonijiet reġjonali u globali urġenti, timpenja ruħha dwar il-kwistjoni tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti u tippromwovi interessi komplementari jew komuni, pereżempju dwar kwistjonijiet ambjentali u t-trasformazzjoni ekoloġika kemm tar-Russja kif ukoll tal-UE, it-Trattat dwar is-Sema Miftuħ, id-diżarm nukleari, it-tnaqqis u l-kontroll tal-armi, kwistjonijiet relatati mal-Artiku u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (il-Ftehim Nukleari mal-Iran) u s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, il-Libja u l-Afganistan; l-UE għandha tuża l-impenn selettiv tagħha mar-Russja fuq kwistjonijiet reġjonali u globali biex tankraha fermament fil-kooperazzjoni multilaterali u l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, u b'hekk tiskoraġġiha milli thedded is-sigurtà u l-prosperità, inkluż fl-UE u fil-viċinat tal-Ewropa; b'mod aktar speċifiku, l-UE għandha tuża l-EGD u l-objettivi klimatiċi tagħha biex taħdem mar-Russja lejn it-tranżizzjoni ekoloġika tagħha, partikolarment sabiex titħaffef id-dekarbonizzazzjoni, jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tar-Russja (li għadhom qed jiżdiedu minkejja r-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi), tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija u jikber l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, li fir-Russja hemm potenzjal enormi għalihom; l-UE tista' tgħin ukoll fis-sensibilizzazzjoni dwar it-tibdil fil-klima, li qed tinfirex bil-mod ħafna fir-Russja; |
|
(aa) |
l-UE, l-Istati Membri tagħha u r-Russja għandhom iżommu rekord tajjeb ta' kooperazzjoni fl-Artiku fil-kuntest tal-politika tad-Dimensjoni tat-Tramuntana billi huwa ta' importanza kbira li jkomplu jikkooperaw b'mod kostruttiv fil-ġlieda kontra l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima fl-Artiku u jiġi evitat li r-reġjun isir suġġett ieħor ta' tensjonijiet militari; |
|
(ab) |
madankollu, il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi m'għandhiex twassal għal xi konċessjonijiet fir-rigward tal-valuri, u l-UE qatt m'għandha tinjora l-implikazzjonijiet ġeostrateġiċi u l-interessi tas-sħab tagħha; fil-fatt, l-UE għandha tiżgura li kwalunkwe impenn ulterjuri mal-Kremlin ikun marbut mal-wegħda ta' dan tal-aħħar li jtemm l-aggressjoni domestika tiegħu kontra l-poplu tiegħu stess, iwaqqaf ir-repressjonijiet sistemiċi tal-oppożizzjoni u l-intimidazzjoni u t-tortura ta' priġunieri politiċi, iħassar jew jemenda l-liġijiet kollha li huma inkompatibbli mal-istandards internazzjonali, bħal dawk dwar l-“aġenti barranin” u l-hekk imsejħa organizzazzjonijiet estremisti jew mhux mixtieqa, iwaqqaf ir-repressjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, partikolarment dawk li jiġġieldu kontra l-korruzzjoni u jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, u jtemm l-aggressjoni esterna tiegħu fil-konfront tal-pajjiżi ġirien; f'dan il-kuntest, l-UE għandha wkoll tfakkar lir-Russja li d-detenzjoni ta' avversarji politiċi tmur kontra l-impenji internazzjonali tagħha u tinsisti li l-ġudikatura tiġi depolitiċizzata u li jiġu żgurati d-dritt għal proċess ġust u l-aċċess għal konsulenza legali; fi kliem ieħor, fit-tentattiv li tikkollabora mal-Kremlin, l-UE jrid ikollha linji ħomor definiti b'mod ċar, inkluż ir-rispett sħiħ għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiżi sħab, u trid tevita li tikkoopera mar-Russja sempliċiment biex iżżomm il-kanali ta' djalogu miftuħa; l-UE m'għandhiex taspira għal xi ftehim ta' barra minn hawn mal-Kremlin jekk dan ikun irid libertà sħiħa fil-kamp domestiku u fiż-żona fejn dikjaratament għandu interessi privileġġjati (l-Ukrajna, il-Belarussja, eċċ.); l-UE għandha tagħmilha assolutament ċara li mhix se tissagrifika l-interessi ta' pajjiżi oħra għal relazzjonijiet aħjar ma' Moska; |
|
(ac) |
barra minn hekk, l-UE għandha tħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa tindirizza b'urġenza l-mistoqsijiet imqajma mill-komunità internazzjonali u tipprovdi lill-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi divulgazzjoni immedjata, eżawrjenti u kompluta dwar il-programm Novichok tagħha; l-UE għandha tikkundanna wkoll ir-rwol tar-Russja fit-twaqqigħ tal-ajruplan tat-titjira MH17 fl-2014 u tistieden lill-Federazzjoni Russa tikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni dwar delitti, inċidenti u traġedji internazzjonali kbar, bħat-twaqqigħ tal-ajruplan tat-titjira MH17 tal-Malaysia Airlines, kif ukoll inċidenti reċenti oħra li kienu jinvolvu s-servizzi tal-intelligence Russi fit-territorju tal-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, inkluża l-Belarussja; |
|
(ad) |
l-UE għandha ttenni l-appell tagħha lill-awtoritajiet Russi, bħalma sar f'diversi okkażjonijiet, biex jirritornaw il-fdalijiet u l-kaxxi suwed tal-ajruplan Tu-154 tal-Gvern Pollakk lejn il-Polonja, li kkraxxja qrib Smolensk f'April 2010; |
Impenn favur id-demokrazija – respinġiment b'sanzjonijiet, kontrolli finanzjarji u investigazzjonijiet internazzjonali
|
(ae) |
l-UE għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-Istati Uniti u ma' sħab oħra tal-istess fehma u twaqqaf alleanza biex tiddefendi d-demokrazija fuq livell globali u tipproponi sett ta' strumenti għad-difiża tad-demokrazija, li għandhom jinkludu azzjonijiet konġunti rigward sanzjonijiet, politiki dwar il-ġlieda kontra l-flussi finanzjarji illeċiti, regoli dwar il-kundizzjonalità tal-assistenza ekonomika u finanzjarja, investigazzjonijiet internazzjonali u aġenda ambizzjuża b'appoġġ għal-libertà u d-demokrazija, l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u d-difensuri tad-demokrazija; barra minn hekk, l-aġenda tal-UE għandha tikkontrobilanċja l-isforzi tar-Russja u taċ-Ċina biex idgħajfu d-demokrazija madwar id-dinja u jiddestabbilizzaw l-ordni Ewropew; |
|
(af) |
l-UE għandha tistabbilixxi qafas ċentralizzat għall-ġlieda kontra l-flussi finanzjarji illeċiti, tkompli ssaħħaħ il-qafas tagħha kontra l-ħasil tal-flus u tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tiegħu, tiffaċilita aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u twaqqaf awtorità tal-UE għall-kontrolli finanzjarji biex ittejjeb il-protezzjoni tal-UE u l-Istati Membri tagħha minn indħil u prattiki finanzjarji illeċiti – mir-Russja u minn reġimi awtoritarji oħra – li qed jintużaw għal finijiet politiċi sovversivi u għalhekk jikkostitwixxu theddida għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Ewropa; |
|
(ag) |
b'mod partikolari, l-UE trid tikkunsidra li telenka r-Russja ma' pajjiżi terzi b'riskju għoli ta' ħasil tal-flus, li għandu jkun strumentali biex l-UE jkollha kontroll aktar b'saħħtu tal-flussi finanzjarji suspettużi kollha li joriġinaw mir-reġim Russu u minn dawk sponsorizzati minnu; barra minn hekk, l-UE għandha ssaħħaħ ukoll is-sistema bankarja tagħha u tistabbilixxi qafas regolatorju għall-ġlieda kontra l-indħil finanzjarju Russu fil-proċessi demokratiċi tal-UE u tal-Istati Membri, inkluż bl-istrateġija tagħha ta' “elite capture” u t-teknika li tikkooptja impjegati taċ-ċivil superjuri u ex politiċi Ewropej; qafas bħal dan għandu jżid it-trasparenza tal-fondi tal-elit Russu ddepożitati jew minfuqa fl-UE u jgħin f'termini ta' reazzjoni u prevenzjoni għall-finanzjament ta' partiti, movimenti u kampanji politiċi, kif ukoll investimenti f'infrastruttura u korpi strateġiċi – inklużi universitajiet u gruppi ta' riflessjoni politiċi – min-naħa ta' atturi Russi, li jirriskjaw li joħolqu jew isaħħu d-dipendenza ta' ċerti setturi ekonomiċi fuq ir-Russja u jistgħu jservu bħala punti ta' dħul għall-ispjunaġġ u theddid għas-sigurtà min-naħa tar-Russja; f'dan ir-rigward, l-UE għandha wkoll tippenalizza l-assi Russi użati direttament u indirettament biex isir indħil fil-proċessi demokratiċi tagħha, kif ukoll dawk tal-Istati Membri u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; b'mod parallel, il-gvernijiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jagħmlu inkjesti dwar il-patrimonju moħbi tal-mexxejja u l-oligarki Russi ewlenin u jippubbliċizzaw dawk iċ-ċifri; |
|
(ah) |
l-UE għandha toħloq mezzi legali effettivi biex tiġġieled il-korruzzjoni transfruntiera u l-ħasil tal-flus relatat malajr kemm jista' jkun, speċjalment meta dawn ikollhom x'jaqsmu ma' korruzzjoni u prattiki ta' finanzjament illegali mir-Russja, u tapplika l-konfiska mhux ibbażata fuq kundanna b'mod aktar estensiv biex tittratta b'mod effettiv il-kleptokrazija tal-Kremlin; f'dan ir-rigward, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-NGOs Russi m'għandhomx jiġu sistematikament imċaħħda mill-awtoritajiet Russi mill-mezzi biex jiġġieldu l-korruzzjoni; barra minn hekk, l-UE għandha tibni l-kapaċità biex tesponi u twaqqaf il-flussi ta' flus maħmuġin mir-Russja u tesponi t-teżori moħbija u l-assi finanzjarji tal-awtokratiċi tar-reġim Russu u l-oligarki korrotti fl-Istati Membri; l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jirrappurtaw perjodikament dwar dawn il-każijiet waqt seduti ta' smigħ semestrali fil-Parlament dwar l-istat tad-demokrazija fir-Russja; dawn ir-rapporti għandhom jinkludu l-ismijiet tal-aktar elementi importanti min-nies ta' madwar il-President Putin; |
|
(ai) |
l-UE, fil-ġlieda biex twaqqaf il-flussi illeċiti ta' flus mir-Russja, għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-flussi finanzjarji mill-Belarussja, billi l-awtokratiċi u l-oligarki korrotti huma interkonnessi; ir-rapporti speċjali tal-istituzzjonijiet tal-UE lill-Parlament għandhom jindirizzaw il-kwistjoni tal-indħil finanzjarju tar-Russja fil-Belarussja, inkluż f'setturi strateġiċi, u jinkludu informazzjoni dwar l-assi tan-nies ta' madwar Aliaksandr Lukashenko u l-oligarki korrotti; |
|
(aj) |
l-UE għandha tindirizza l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u t-tentattivi tar-Russja li tindaħal fil-proċessi demokratiċi fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri tagħha billi teżamina u timplimenta l-istrumenti neċessarji biex topponihom u tindirizzahom; |
|
(ak) |
bi qbil mal-prinċipju “id-demokrazija l-ewwel u qabel kollox”, l-UE għandha ssaħħaħ ir-rekwiżit tal-kundizzjonalità fir-relazzjonijiet tagħha mar-Russja billi tidħol fi djalogu jew ftehim mar-Russja dwar miżuri għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-midja u l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet liberi bħala rekwiżit aktar b'saħħtu għad-djalogu; l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jirrevedu wkoll il-proġetti tagħhom fl-ambitu tal-appoġġ għall-investiment u l-kooperazzjoni ekonomika (bħal Nord Stream 2 u l-impjanti tal-enerġija nukleari mibnija minn Rosatom), u għandhom iżidu l-isforzi biex irażżnu l-investimenti strateġiċi tal-Kremlin, li sikwit joriġinaw fl-Istati Membri permezz tal-flussi finanzjarji ta' oligarki u kumpaniji Russi mwaqqfa biex jiffinanzjaw l-indħil malinn tar-Russja u t-tixrid tal-korruzzjoni fl-UE; f'dan ir-rigward, l-UE għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-istituzzjoni legali taċ-ċittadinanza doppja u tinsisti li l-Bulgarija u Malta jabbandunaw l-iskemi ta' “passaporti tad-deheb” rispettivi tagħhom; barra minn hekk, l-UE m'għandhiex timplimenta proġetti tranżazzjonali jew kummerċjali mingħajr diliġenza politika dovuta minn qabel fir-rigward tat-trasparenza, il-korruzzjoni u l-implikazzjonijiet politiċi, għax tali proġetti m'għandhomx jipperikolaw is-solidarjetà fost l-Istati Membri jew mal-ġirien tal-UE, m'għandhomx ikunu ta' benefiċċju għas-sistemi ta' korruzzjoni la fir-Russja u lanqas fl-UE, u m'għandux ikollhom impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem jew l-ambjent; |
|
(al) |
fl-istess ħin, l-UE għandha tapplika wkoll il-prinċipju ta' “id-demokrazija l-ewwel u qabel kollox” fir-rivalutazzjoni tal-programmi ta' appoġġ finanzjarju u l-investimenti fir-Russja, li fost miżuri oħra għandha tinkludi reviżjoni tal-mandati ta' self tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE; fl-istess spirtu, l-UE għandha tevalwa l-kooperazzjoni tagħha mar-Russja f'diversi formati ta' politika barranija u teżamina l-konformità tar-Russja mal-impenji tagħha quddiem il-Kunsill tal-Ewropa; |
|
(am) |
l-UE għandha toħloq mezzi ġodda biex tkun aktar effettiva meta titlob il-ħelsien ta' priġunieri politiċi; l-UE għandha tesiġi li l-awtoritajiet Russi jeħilsu lil dawk kollha li ntbagħtu l-ħabs inġustament għal raġunijiet politiċi, fosthom Alexei Navalny, Alexei Pichugin, Yuri Dmitriev u dawk kollha indikati mill-Memorial Human Rights Centre bħala “priġunieri politiċi” skont il-kriterji stabbiliti mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fir-Riżoluzzjoni 1900/2012; l-UE għandha tuża kull opportunità biex tressaq dan il-ksur u ksur ieħor fil-qasam tal-libertà tal-espressjoni għall-attenzjoni tal-awtoritajiet Russi, partikolarment fir-rigward tal-fastidju, il-prosekuzzjoni u l-attakki fiżiċi fil-konfront ta' attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili, ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja; l-UE għandha tesiġi bil-qawwa li dan il-ksur jieqaf u jiġi investigat, u tħeġġeġ lir-Russja żżomm responsabbli lil min ikun wettqu; |
|
(an) |
l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġ jirrappurtaw lura regolarment fis-seduti ta' smigħ tal-Parlament dwar is-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi fir-Russja, jibnu kuntatti mill-qrib mad-dissidenti, l-NGOs, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-mezzi tax-xandir indipendenti Russi – filwaqt li jżidulhom l-appoġġ finanzjarju – u jkunu kontinwament konxji mill-ismijiet u l-kundizzjonijiet tal-attivisti politiċi miżmuma l-ħabs fir-Russja; barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jevitaw li jippermettu jew jiffaċilitaw deportazzjonijiet u estradizzjonijiet ta' avversarji politiċi u persuni li jfittxu ażil lejn ir-Russja, fejn ħajjithom jew l-integrità fiżika tagħhom tkun fil-periklu; barra minn hekk, l-UE għandha, meta jkun xieraq, tiffaċilita l-ħruġ ta' viżi ta' emerġenza u tipprovdi kenn temporanju fl-Istati Membri tagħha; |
|
(ao) |
barra minn hekk, l-UE għandha tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż permezz tal-monitoraġġ tal-kawżi ġudizzjarji tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-politiċi tal-oppożizzjoni u l-attivisti mid-Delegazzjoni tal-UE għar-Russja u l-ambaxxati tal-Istati Membri; l-UE għandha wkoll tespandi r-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem u tapplikah għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fit-territorji kollha affettwati minn kunflitti ffriżati jew f'reġjuni okkupati illegalment fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; b'mod parallel, l-UE għandha timplimenta l-impenn tagħha favur l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-azzjoni esterna kollha u għandha tappoġġja d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, inkluż billi tiġġieled il-vjolenza sessista, ir-razziżmu, il-ksenofobija, ir-reati ta' mibegħda, il-brutalità tal-pulizija u forom oħra ta' diskriminazzjoni u billi tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tal-LGBTI+ u d-drittijiet tal-minoranzi fir-Russja; l-UE għandha, kull fejn ikun possibbli, tgħin lir-residenti oppressi fir-Russja, speċjalment dawk li jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni abbażi tal-età, ir-reliġjon, ir-razza, l-etniċità, il-grupp lingwistiku jew soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, l-espressjoni tal-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, il-karatteristiċi tas-sess jew kwalunkwe bażi oħra; l-UE għandha wkoll timpenja ruħha mar-Russja dwar it-trattament tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, ir-rappreżentanza tan-nisa fil-politika u fl-amministrazzjoni pubblika, l-opportunitajiet tan-nisa fis-suq tax-xogħol, u s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi fir-Russja; l-UE għandha tkompli tikkundanna l-persekuzzjoni, id-detenzjoni arbitrarja u t-tortura ta' persuni LGBTI+ f'ħafna partijiet tal-Federazzjoni Russa, tenfasizza l-ħtieġa kontinwa ta' investigazzjonijiet u tappella għall-ħelsien immedjat tal-priġunieri kollha f'sitwazzjonijiet bħal dawn, partikolarment fiċ-Ċeċenja; l-UE għandha wkoll tagħmel enfasi fuq l-użu kontinwu tal-projbizzjoni tal-“propaganda omosesswali” min-naħa tal-Gvern Russu biex jiġġustifika prosekuzzjonijiet kriminali; l-UE għandha, bl-appoġġ tal-Istati Membri, tissimplifika l-proċeduri ta' talba għall-ażil għal tali vittmi f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE; |
|
(ap) |
l-UE għandha żżid il-kapaċità tagħha li tħejji u tadotta sanzjonijiet kontra l-awtoritajiet Russi, l-oligarki Russi, l-akkolti tal-President Putin u l-membri tal-familji tagħhom għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni sistemika tal-forzi demokratiċi, il-minoranzi u l-gruppi reliġjużi u LGBTI+ fir-Russja; għal dan il-għan għandha tiċċentralizza l-proċess deċiżjonali tagħha billi tirrendi l-adozzjoni ta' sanzjonijiet awtomatika f'każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tikkunsidra l-introduzzjoni ta' regola ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill għal abbużi oħra tad-drittijiet tal-bniedem; l-UE għandha wkoll tadotta b'urġenza reġim ta' sanzjonijiet kontra l-korruzzjoni fil-livell tal-UE, possibbilment fuq l-eżempju tar-Reġim ta' Sanzjonijiet Globali kontra l-Korruzzjoni tar-Renju Unit, sabiex tikkomplementa r-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem u, fil-każ ta' eskalazzjoni ulterjuri, għandha tikkunsidra wkoll sanzjonijiet immirati lejn il-finanzjament tas-servizzi tal-intelligence u l-militar, kif ukoll is-settur taż-żejt u l-gass; jekk jiġri hekk, l-UE għandha tħejji mekkaniżmu ta' sanzjonijiet ġdid li jipprevedi li l-kontinwazzjoni ta' atti ostili mwettqa mill-Federazzjoni Russa twassal għal tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-enerġija minn fornituri bbażati fir-Russja fil-livell tal-UE b'ċertu perċentwal filwaqt li l-Istati Membri jiġu megħjuna jpattu għan-nuqqas permezz ta' miżuri konsistenti mal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jenfasizza li t-tnaqqis għandu jiżdied awtomatikament bl-istess perċentwal fuq bażi annwali sakemm il-Federazzjoni Russa treġġa' lura l-atti ostili tagħha; |
|
(aq) |
l-UE għandha tikkonsulta mal-NGOs biex tiġbor informazzjoni utli għall-politika tagħha dwar is-sanzjonijiet sabiex dawn l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jgħinuha fit-tħejjija u fl-investigazzjoni ta' każijiet b'mod komprensiv; jirrakkomanda li l-Istati Membri jtejbu l-kooperazzjoni fil-counter-intelligence u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni mingħajr dewmien bil-għan li n-networks klandestini tar-Russja fl-UE jiġu esposti u mrażżna; |
|
(ar) |
l-UE għandha tagħti bidu u tikkontribwixxi għal investigazzjonijiet internazzjonali dwar reati mwettqa mir-reġim tal-President Putin fil-konfront tal-poplu Russu flimkien ma' dawk imwettqa mir-reġim ta' Lukashenko fil-Belarussja, permezz ta' pjattaforma għall-ġlieda kontra l-impunità u ċentru tal-ġustizzja fil-livell tal-UE; fil-kuntest ta' tali investigazzjonijiet, l-UE għandha tistabbilixxi task force ta' konsulenti biex jgħinu fl-investigazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali, fil-proċessi ġudizzjarji u fil-kostituzzjoni ta' tribunali tal-UE, u jirrappurtaw lura perjodikament għand il-Parlament dwar l-istat tal-libertà politika fir-Russja; |
|
(as) |
barra minn hekk, l-UE għandha tħeġġeġ u tappoġġja l-isforzi f'ġuriżdizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali biex jinbdew proċedimenti kriminali biex il-gruppi militari u paramilitari Russi jinżammu responsabbli għal ksur u reati, inklużi delitti tal-gwerra, imwettqa kontra persuni ċivili waqt operazzjonijiet f'diversi pajjiżi, bħas-Sirja, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-Libja; |
|
(at) |
l-UE għandha titlob ukoll investigazzjoni indipendenti u imparzjali dwar il-qtil tal-mexxej tal-oppożizzjoni Boris Nemtsov u tressaq lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE u tal-Kunsill tal-Ewropa; |
|
(au) |
barra minn hekk, l-UE għandha tikkundanna bl-aktar mod qawwi sanzjonijiet mhux ġustifikati kontra uffiċjali tal-UE u tistieden lill-awtoritajiet Russi jirtirawhom mingħajr dewmien; |
|
(av) |
l-UE trid tkun lesta ma tirrikonoxxix lill-Parlament tar-Russja u tikkunsidra li titlob is-sospensjoni tar-Russja mill-organizzazzjonijiet internazzjonali b'assemblej parlamentari, partikolarment l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, jekk l-elezzjonijiet parlamentari tal-2021 fir-Russja jiġu rikonoxxuti bħala frawdolenti u li saru bi ksur tal-prinċipji demokratiċi u d-dritt internazzjonali; barra minn hekk, l-UE għandha tikkundanna kwalunkwe tentattiv mill-President Putin biex jibqa' fil-kariga lil hinn mit-tmiem tal-mandat presidenzjali attwali u finali tiegħu fis-7 ta' Mejju 2024 abbażi tal-emendi kostituzzjonali tal-2020, li f'għajnejn il-Parlament kienu “ppromulgati illegalment”; |
|
(aw) |
l-UE għandha tistieden lill-Gvern Russu u lid-Duma tal-Istat jirrevedu l-qafas legali għall-elezzjonijiet, inkluż dwar l-osservazzjoni elettorali, sabiex jiffaċilitaw il-pluraliżmu u l-elezzjonijiet ħielsa u ġusti skont standards internazzjonali u joħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-kandidati tal-oppożizzjoni; |
|
(ax) |
fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jimpedixxu liċ-ċittadini tagħhom milli jaġixxu bħala osservaturi internazzjonali waqt l-elezzjonijiet parlamentari tal-2021 fil-Krimea okkupata, li qed jiġu organizzati illegalment mir-Russja; f'dan il-kuntest, il-Parlament u l-parlamenti nazzjonali għandhom jevitaw u jintroduċu sanzjonijiet għal kull attività li tista' tiġi ddikjarata żlealment li tikkostitwixxi osservazzjoni internazzjonali; barra minn hekk, l-UE għandha tikkundanna u tirrifjuta li tirrikonoxxi l-organizzazzjoni illegali ta' dawn l-elezzjonijiet u elezzjonijiet oħra min-naħa tar-Russja fil-Krimea okkupata, kif ukoll fiż-żoni okkupati tar-reġjuni ta' Donetsk u Luhansk; |
Impenn favur id-demokrazija – appoġġ għal soċjetà favur id-demokrazija fir-Russja
|
(ay) |
l-UE għandha tesprimi l-volontà tagħha li ttejjeb ir-relazzjonijiet tagħha mal-poplu tal-Federazzjoni Russa permezz tal-adozzjoni u l-pubblikazzjoni ta' “Indirizz lill-poplu Russu”; |
|
(az) |
l-UE għandha tqis l-iżviluppi differenti li jista' jkun hemm fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja kif ukoll fir-Russja stess; b'mod partikolari, l-UE għandu jkollha viżjoni u strateġija dwar il-futur tar-relazzjonijiet tal-UE ma' Russja ħielsa, prospera, paċifika u demokratika, li tkun impenjata bis-sħiħ favur il-liġi internazzjonali, l-obbligi internazzjonali tagħha u l-prinċipji ta' relazzjonijiet tajbin mal-ġirien; strateġija bħal din għandha tinkludi offerta wiesgħa b'kundizzjonijiet u inċentivi bħal-liberalizzazzjoni tal-viża, l-investiment fil-kummerċ ħieles u l-programmi ta' modernizzazzjoni, u sħubija strateġika li jkollha l-għan, fost affarijiet oħra, li tiżgura l-istabbiltà tal-kontinent u r-rispett sħiħ tal-fruntieri internazzjonali tiegħu; l-UE għandha wkoll twassal il-benefiċċji potenzjali li lesta toffri bi tpattija għat-trasformazzjoni demokratika tar-Russja f'sistema ta' governanza demokratika kooperattiva u żviluppata, li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, id-dritt internazzjonali u l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, kif ukoll għal bidla fundamentali tal-politika barranija u l-imġiba internazzjonali attwali tagħha; |
|
(ba) |
l-UE għandha tappoġġja s-soċjetà ċivili Russa u trawwem kuntatti bejn il-persuni bejn l-UE u ċ-ċittadini Russi, partikolarment billi ċ-ċittadini Russi huma l-akbar riċevituri ta' viżi Schengen fid-dinja, il-biċċa l-kbira minnhom bi dħul multiplu u pluriennali; għalhekk għandha tikkunsidra li tnaqqas it-tariffi tal-viża u l-ostakli għaċ-ċittadini Russi u tmexxi kampanja ta' informazzjoni effettiva biex turi li l-UE tilqa' lill-poplu Russu; l-UE għandha twessa' wkoll il-programmi ta' skambju skolastiku, universitarju, xjentifiku u kulturali tagħha mar-Russja, u tikkunsidra li toffri opportunitajiet ta' traineeships u reklutaġġ dirett għall-ħaddiema Russi, kemm għal dawk b'livell għoli ta' ħiliet kif ukoll għal dawk bi ftit kwalifiki; l-UE għandha toħloq u twessa' alternattivi għal immigranti politikament motivati mir-Russja biex ikunu jistgħu jgħixu fl-UE f'kundizzjonijiet sikuri u legali; barra minn hekk, l-UE għandha żżid b'mod sostanzjali l-assistenza finanzjarja u teknika tagħha għat-trade unions, il-mezzi tax-xandir indipendenti u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u tas-soċjetà ċivili, kif ukoll għal miżuri ta' bini tal-kapaċità tas-settur ċiviku fir-Russja; barra minn hekk, l-UE għandha tappoġġja finanzjarjament programmi ta' studji dwar l-umanità fl-universitajiet tal-UE, li jħejju lill-poplu Russu, u partikolarment lill-istudenti, biex jinvolvu ruħhom fit-trasformazzjoni demokratika ta' pajjiżhom; |
|
(bb) |
l-UE għandha tadotta lista komprensiva tal-istrumenti kollha disponibbli għal impenn mas-soċjetà demokratika fir-Russja, li tista' tinkludi proposti mfassla minn diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Russi; |
|
(bc) |
l-UE għandha tikkonfronta l-propaganda bil-lingwa Russa u l-kampanji ta' diżinformazzjoni tar-reġim tal-President Putin fl-UE, fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u fir-Russja nfisha billi tappoġġja u ssaħħaħ il-ġurnalisti indipendenti u l-mezzi tax-xandir li joffru alternattiva għad-diżinformazzjoni tal-Kremlin, u tappoġġja t-twaqqif ta' stazzjon televiżiv Russu liberu li jxandar 24 siegħa kuljum; l-UE għandha tkompli tappoġġja l-mezzi tax-xandir indipendenti, il-ġurnalisti u l-bloggers Russi sabiex jissaħħu s-sorsi u l-mezzi alternattivi li mhumiex ikkontrollati mill-Kremlin; |
|
(bd) |
l-UE għandha tiġġieled kontra l-pressjoni fuq il-mezzi tax-xandir indipendenti, inkluż billi toħloq fond għal midja demokratika fil-livell tal-UE biex tappoġġja l-mezzi tax-xandir indipendenti madwar id-dinja, inkluż fir-Russja; l-UE għandha wkoll tagħmel aktar biex tappoġġja u ssaħħaħ il-ġurnalisti indipendenti u l-mezzi tax-xandir li joffru alternattiva għad-diżinformazzjoni tal-Kremlin, li mingħajrha r-Russja ma tistax tkun demokratika, prospera u ħielsa; f'dan ir-rigward, l-UE għandha tappoġġja l-mezzi tax-xandir indipendenti, bħal Meduza u Radio Free Europe/Radio Liberty, fid-dawl tal-hekk imsejħa liġijiet dwar l-“aġenti barranin” onerużi u imprattikabbli ppromulgati mill-awtoritajiet Russi biex irażżnu l-libertà tal-espressjoni u l-ġurnaliżmu indipendenti; |
|
(be) |
id-Delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Russja għandha tassumi l-kompitu li tidentifika persuni ta' interess li għandhom rwol ewlieni fis-soċjetà Russa u li jkunu lesti joħolqu djalogu kostruttiv u mingħajr interruzzjonijiet u jistabbilixxu skeda għall-kuntatt pubbliku mas-soċjetà ċivili Russa, l-universitajiet, l-istituzzjonijiet xjentifiċi u kulturali ewlenin, l-NGOs, il-movimenti politiċi u ċ-ċrieki artistiċi u intellettwali; |
|
(bf) |
l-UE trid tikkunsidra l-fatt li l-approvazzjoni ta' Joseph Stalin fost il-popolazzjoni Russa laħqet l-ogħla livell li qatt kienet fl-era ta' Vladimir Putin, u llum 70 % tas-soċjetà temmen li Stalin kellu rwol pożittiv fl-istorja tar-Russja; l-UE għandha tirrikonoxxi li dan hu kkawżat mill-politika ta' “Stalinizzazzjoni tal-kuxjenza tal-massa” ta' Putin u r-repressjoni tal-istoriċi indipendenti; l-UE għandha tinsisti li l-arkivji Sovjetiċi jinfetħu għall-istudjużi u r-riċerkaturi u li jiġu ppubblikati d-dettalji tal-atti ta' ġenoċidju tal-Istalinisti kontra r-Russi u nazzjonijiet oħra tal-Unjoni Sovjetika u l-istati satelliti tagħha, inklużi l-fajls relatati mal-operazzjoni militari kriminali magħrufa bħala Augustów Roundup; |
|
(bg) |
in-NU ddikjarat l-aċċess għall-internet bħala dritt tal-bniedem u, f'dan ir-rigward, l-UE għandha tikkundanna t-tentattivi tal-Kremlin li jimblokka, jikkontrolla, jiċċensura u saħansitra jiżola lill-poplu Russu mill-aċċess għall-internet; l-UE għandha tistieden lill-kumpaniji globali tal-IT jżommu f'moħħhom dawn l-isforzi antidemokratiċi meta jkunu qed jikkunsidraw operazzjonijiet fis-suq Russu; |
|
(bh) |
fl-aħħar nett, l-UE għandha tistabbilixxi qafas legali vinkolanti li jippermettilha tirreaġixxi b'mod qawwi għal kampanji mmirati biex jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt, inkluż permezz ta' azzjoni mmirata kontra dawk responsabbli minn kampanji bħal dawn; l-UE għandha tiżviluppa wkoll strateġiji effettivi fil-qasam tal-politika diġitali sabiex tuża standards teknoloġiċi u l-internet miftuħ biex tappoġġja spazji ħielsa u tirrestrinġi teknoloġiji oppressivi; għaldaqstant, l-UE għandha tappoġġja teknoloġiji b'sors miftuħ, servizzi għal komunikazzjoni sigura, pjattaformi deċentralizzati u pjattaformi ġodda li jkollhom limiti baxxi, joffru protezzjoni tal-privatezza u jkunu attraenti għall-popolazzjoni Russa, filwaqt li tespandi l-istandards teknoloġiċi globali relatati mal-privatezza, toħloq standards etiċi u legali li jkollhom effett ta' sinjalazzjoni għall-promozzjoni tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, taħdem favur projbizzjoni internazzjonali fuq teknoloġiji ta' sorveljanza tal-massa u sistemi ta' punteġġ soċjali invażivi, u tinsisti fuq il-projbizzjoni ta' sistemi ta' armi awtonomi; |
Impenn favur il-poplu Russu u d-demokrazija – is-suċċess tas-Sħubija tal-Lvant bħala ispirazzjoni għall-poplu tar-Russja
|
(bi) |
l-UE għandha tkompli ssaħħaħ is-Sħubija tal-Lvant bil-għan li tippromwovi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem, il-kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet ta' viċinat tajbin; b'mod partikolari, fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa l-UE tista' tipproponi strateġija ta' kooperazzjoni msaħħa bi tħejjija għall-momentum il-ġdid tal-integrazzjoni Ewropea tal-Viċinat tal-Lvant tal-UE u b'appoġġ għas-suċċess fl-iżvilupp tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant orjentati lejn l-UE, li jkun ta' eżempju tajjeb u jinċentiva lill-poplu Russu jappoġġja d-demokrazija; għaldaqstant, l-UE għandha żżomm perspettiva realistika fil-konfront tas-sħubija tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fl-UE, u b'hekk tippreserva l-motivazzjoni tagħhom biex iwettqu aktar riformi; |
|
(bj) |
l-UE għandha tkompli tappoġġja l-issodisfar tal-kriterji politiċi, demokratiċi, soċjali u legali tal-UE – li fuqhom huma bbażati t-Trattati tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – min-naħa tal-Ukrajna, il-Georgia, il-Moldova, l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Belarussja; |
|
(bk) |
fl-aħħar nett, l-UE għandha tinsisti għal strateġija aktar ambizzjuża għall-integrazzjoni tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant li għandhom ftehim ta' assoċjazzjoni mal-UE; b'dan il-mod, l-UE timmotiva lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant assoċjati mal-UE biex iwettqu r-riformi Ewropej, inkluż billi toffrilhom mudell ibbażat fuq il-mudell “kollox ħlief l-istituzzjonijiet”, filwaqt li tagħtihom il-benefiċċji kollha tal-integrazzjoni tal-UE, bħall-aċċess għall-politiki komuni, ir-riżorsi finanzjarji u l-ġuriżdizzjoni tal-UE, filwaqt li żżomm il-bieb miftuħ għal sħubija fl-UE fil-futur; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u tal-G7, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa kif ukoll lill-President, il-Gvern u l-Parlament tal-Federazzjoni Russa. |
(1) ĠU C 234, 28.6.2016, p. 14.
(2) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 74.
(3) ĠU C 263, 25.7.2018, p. 109.
(4) ĠU C 28, 27.1.2020, p. 97.
(5) ĠU C 224, 27.6.2018, p. 58.
(7) ĠU C 171, 6.5.2021, p. 25.
(8) ĠU C 255, 29.6.2021, p. 54.
(9) Testi adottati, P9_TA(2020)0232.
(10) Testi adottati, P9_TA(2021)0018.
(11) Testi adottati, P9_TA(2021)0159.
(12) Testi adottati, P9_TA(2021)0291.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 14 ta’ Settembru 2021
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/188 |
P9_TA(2021)0364
Talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Guy Verhofstadt
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2021 dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Guy Verhofstadt (2021/2030(IMM))
(2022/C 117/19)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba ta' Guy Verhofstadt tat-12 ta' Marzu 2021, imħabbra fis-seduta plenarja fl-24 ta' Marzu 2021, fid-dawl tal-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tiegħu fil-qafas tal-proċediment kriminali quddiem il-Procura Distrettuale della Repubblica presso il Tribunale di Trento (l-Italja), |
|
— |
wara li sema' lil Guy Verhofstadt, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011, fis-17 ta' Jannar 2013 u fid-19 ta' Diċembru 2019 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 7 u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0238/2021), |
|
A. |
billi Guy Verhofstadt, Membru tal-Parlament Ewropew, talab il-ħarsien tal-immunità parlamentari tiegħu b'rabta ma' proċediment kriminali kontrih quddiem il-Procura Distrettuale della Repubblica presso il Tribunale di Trento (l-Italja) għal allegata malafama permezz ta' network soċjali; billi l-Procura Distrettuale della Repubblica presso il Tribunale di Trento temmet l-inkjesta preliminari tagħha dwar il-każ fit-22 ta' Diċembru 2020; |
|
B. |
billi fit-13 ta' Frar 2020, Guy Verhofstadt ippubblika fuq il-profil Twitter tiegħu t-tweet li ġejja: “Matteo Salvini qed jiffaċċja akkużi talli żamm illegalment migranti fuq il-baħar wara li dawn ġew salvati mill-Gregoretti. Prosit lill-Italia! Il-ġustizzja trid issir. Nittamaw li l-istess se jiġri wkoll għall-korruzzjoni massiva tiegħu li tinvolvi l-kickbacks marbuta maż-żejt Russu!”; |
|
C. |
billi, meta għamel dawn il-kummenti, Guy Verhofstadt allegatament immalafama l-Membru tal-Parlament Taljan, kif definit fl-Artikolu 595(1) u (3) tal-Kodiċi Kriminali Taljan; |
|
D. |
billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, jistipula li l-Membri tal-Parlament Ewropew m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom; |
|
E. |
billi l-Parlament għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-orjentazzjoni li jixtieq jagħti lil deċiżjoni fir-rigward ta' talba minn Membru tagħha għall-ħarsien tal-immunità (2); |
|
F. |
billi, skont l-Artikolu 5 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu rigward il-privileġġi u immunitajiet, il-Parlament għandu jaġixxi biex iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġiżlattiva demokratika u jiżgura l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom. |
|
G. |
billi dikjarazzjoni magħmula minn Membru barra mill-Parlament Ewropew tista' tikkostitwixxi opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, meta jkun fiha valutazzjoni suġġettiva li jkollha rabta diretta u evidenti mal-qadi tad-dmirijiet ta' dak il-Membru fil-Parlament Ewropew; billi jekk dan hux il-każ jew le jrid għalhekk jiġi stabbilit abbażi tan-natura u l-kontenut tad-dikjarazzjoni u mhux abbażi tal-post fejn din tkun saret; |
|
H. |
billi n-natura speċifika, iżda wkoll il-kontenut, tad-dikjarazzjoni għandhom ukoll ikunu vvalutati fid-dawl tal-kuntest tagħha u tar-rwol u l-funzjoni rispettivi li fihom il-Membru jkun għamilha; |
|
I. |
billi d-dikjarazzjonijiet magħmula minn Guy Verhofstadt fit-tweet tiegħu saru b'mod ċar fil-kapaċità tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew, mill-kont tiegħu ta' Twitter, li, skont is-Sur Verhofstadt, huwa esklussivament riżervat għall-komunikazzjoni politika tiegħu fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-mandat tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew; |
|
J. |
billi llum il-ġurnata d-dibattitu politiku li fih jipparteċipaw il-Membri tal-Parlament Ewropew, fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom, qed isir dejjem aktar barra mill-bini tal-Parlament, inkluż fuq l-internet jew permezz tal-użu ta' servizzi ta' networks soċjali bħal Twitter; |
|
K. |
billi dik id-dikjarazzjoni saret fil-kuntest usa' ta' dibattitu politiku li t-tema tiegħu hija rikorrenti fil-plenarja tal-Parlament Ewropew, kif ukoll f'ħafna organi tal-istampa; |
|
L. |
billi, f'dan il-kuntest, Guy Verhofstadt esprima opinjonijiet simili fuq l-internet, kemm qabel kif ukoll wara d-dikjarazzjoni ta' Twitter li qed tiġi kkunsidrata, pereżempju fuq Facebook f'Jannar 2019, aktar minn sena qabel id-dikjarazzjoni ta' Twitter, fir-rigward tal-konnessjonijiet allegati tas-Sur Salvini mar-Russja (3) jew meta s-Sur Verhofstadt għamel dikjarazzjonijiet diversi xhur wara f'kuntest politiku simili matul id-dibattitu plenarju dwar l-Istat tal-Unjoni fis-16 ta' Settembru 2020; |
|
M. |
billi, f'dan il-kuntest, wieħed jista' jgħid li teżisti rabta diretta u evidenti bejn id-dikjarazzjoni li qed tiġi kkunsidrata u l-mandat parlamentari ta' Guy Verhofstadt bħala Membru tal-Parlament Ewropew; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jħares il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Guy Verhofstadt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Italja u lil Guy Verhofstadt. |
(1) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.
(2) Il-Kawża T-42/06, Gollnisch vs il-Parlament, iċċitata aktar 'il fuq, punt 101.
(3) Post fuq Facebook tad-9 ta' Jannar 2019: “M'hemmx t-shirt ta' Putin illum għas-Sur Salvini! Uniformi tal-pulizija minflok. Iżda s-Sur Salvini għandu patt mal-partit Russja Unita ta' Putin u ma jistax jiġi fdat mill-poplu Pollakk”.
III Atti preparatorji
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 14 ta’ Settembru 2021
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/190 |
P9_TA(2021)0363
Drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità: estensjoni tat-terminu għal ċerti varjetajiet ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-estensjoni tat-terminu tad-drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti għal varjetajiet tal-ispeċi Asparagus officinalis L. u tal-gruppi tal-ispeċijiet tal-basal tal-fjuri, għall-pjanti għudin bi frott żgħir u għall-pjanti ornamentali għudin (COM(2021)0036 – C9-0010/2021 – 2021/0019(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 117/20)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0036), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0010/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta' Marzu 2021 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat(i) responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Lulju 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A9-0171/2021), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinsab hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2021)0019
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Settembru 2021 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-estensjoni tat-terminu tad-drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti għal varjetajiet tal-ispeċi Asparagus officinalis L. u tal-gruppi tal-ispeċijiet tal-basal tal-fjuri, għall-pjanti għudin bi frott żgħir u għall-pjanti ornamentali għudin
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/1873.)
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/191 |
P9_TA(2021)0365
Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropeja, inkluża Greenland) (08656/2021 – C9-0189/2021 – 2018/0244(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2022/C 117/21)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (08656/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0189/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A9-0244/2021), |
|
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/192 |
P9_TA(2021)0376
Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (COM(2020)0726 – C9-0366/2020 – 2020/0320(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 117/22)
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 3c (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 3d (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 16
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 17
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 17b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 17c (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 17d (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 17e (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 19
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 20b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 20c (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 22
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard komunikabbli fil-bnedmin u tal-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa relatati stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE)…/… [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament SCBTH [ISC/2020/12524]] , il-missjoni taċ-Ċentru għandha tkun li jidentifika, jivvaluta u jirrapporta dwar theddid għas-saħħa tal-bniedem, attwali u li qed jiżviluppa, minn mard komunikabbli, u li jipprovdi r-rakkomandazzjonijiet dwar ir-rispons fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, kif ukoll fil-livell reġjonali, jekk meħtieġ . |
Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard komunikabbli fil-bnedmin u mard u kwistjonijiet ta' saħħa mhux komunikabbli maġġuri rilevanti, inklużi l-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa relatati stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE)…/… [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament SCBTH [ISC/2020/12524]], il-missjoni taċ-Ċentru għandha tkun li jidentifika, jivvaluta, jirrapporta u, fejn ikun xieraq, jiżgura li l-informazzjoni tiġi ppreżentata b'mod aċċessibbli faċilment dwar theddid għas-saħħa tal-bniedem, attwali u li qed jiżviluppa, minn mard komunikabbli u mard u kwistjonijiet ta' saħħa mhux komunikabblu maġġuri rilevanti f'kollaborazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Istati Membri jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, permezz tan-network dedikat , u li jipprovdi r-rakkomandazzjonijiet u jagħti appoġġ fil-koordinazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, kif ukoll fil-livell interreġjonali u reġjonali, fejn ikun xieraq . Meta jipprovdi tali rakkomandazzjonijiet, iċ-Ċentru għandu jqis il-pjanijiet nazzjonali eżistenti ta' ġestjoni tal-kriżijiet u ċ-ċirkostanzi rispettivi ta' kull Stat Membru. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
F'każ ta' tifqigħ ieħor ta' mard ta' oriġini mhux magħrufa li jista' jinfirex fl-Unjoni jew lejha, iċ-Ċentru għandu jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu sakemm isir magħruf is-sors tat-tifqigħa. F'każ ta' tifqigħa li b'mod ċar ma tkunx ikkawżata minn mard komunikabbli, iċ-Ċentru għandu jaġixxi biss b'koperazzjoni mal-awtorità kompetenti meta dik l-awtorità titolbu . |
F'każ ta' tifqigħ ieħor ta' mard ta' oriġini mhux magħrufa li jista' jinfirex fl-Unjoni jew lejha, iċ-Ċentru għandu jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu sakemm isir magħruf is-sors tat-tifqigħa. F'każ ta' tifqigħa li b'mod ċar ma tkunx ikkawżata minn mard komunikabbli, iċ-Ċentru għandu jaġixxi b'koperazzjoni mal-korpi kompetenti fuq talba tagħhom u jipprovdi valutazzjoni tar-riskju . |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fl-insegwiment tal-missjoni tiegħu, iċ-Ċentru għandu jqis ir-responsabbiltajiet kollha tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni, kif ukoll ir-responsabbiltajiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali attivi fil-qasam tas-saħħa pubblika, sabiex jiżgura l-kompletezza, il-koerenza u l-komplementarjetà tal-azzjoni. |
Fl-insegwiment tal-missjoni tiegħu, iċ-Ċentru għandu jqis ir-responsabbiltajiet u l-kompetenzi kollha tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal- korpi jew aġenziji l-oħra tal-Unjoni, kif ukoll ir-responsabbiltajiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali attivi fil-qasam tas-saħħa pubblika, sabiex jiżgura l-koordinazzjoni, l-kompletezza, il-koerenza , il-konsistenza u l-komplementarjetà tal-azzjoni. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fi ħdan il-kapaċità finanzjarja u l-mandat tiegħu, iċ-Ċentru għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
2. Fi ħdan il-mandat tiegħu, iċ-Ċentru għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt g
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt h
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt j
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 3 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Iċ-Ċentru, il-Kummissjoni u l-korpi rilevanti tal-Unjoni jew l-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jippromwovu koerenza effettiva bejn l-attivitajiet rispettivi tagħhom."; |
3. Iċ-Ċentru, il-Kummissjoni u l-korpi rilevanti tal-Unjoni jew l-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw bi trasparenza sħiħa biex jippromwovu koerenza effettiva bejn l-attivitajiet rispettivi tagħhom. |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom: |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni maċ-Ċentru fir-rigward tal-missjonijiet u l-kompiti kollha stipulati fl-Artikolu 3, billi: |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Iċ-Ċentru għandu jappoġġa l-attivitajiet ta' networking tal-korpi kompetenti rikonoxxuti mill-Istati Membri billi jipprovdi l-koordinazzjoni u l-għarfien espert tekniku u xjentifiku lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u permezz tat-tħaddim tan-networks iddedikati. |
1. Iċ-Ċentru għandu jappoġġa u jiżviluppa b'mod kontinwu l-attivitajiet ta' networking tal-korpi kompetenti rikonoxxuti mill-Istati Membri billi jipprovdi l-koordinazzjoni u l-għarfien espert tekniku u xjentifiku lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u permezz tat-tħaddim tan-networks iddedikati. |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Iċ-Ċentru għandu jiżgura t-tħaddim integrat tan-network għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard komunikabbli u tal-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa relatati msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE)…/… [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament SCBTH [ISC/2020/12524]]. Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament SCBTH [ISC/2020/12524]]; |
Iċ-Ċentru għandu jiżgura t-tħaddim integrat tan-network għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard komunikabbli u tal-kwistjonijiet speċjali tas-saħħa , bħal żieda mhux mistennija fil-mard mhux komunikabbli maġġuri jew fil-kundizzjonijiet kroniċi u fil-perikli ambjentali marbuta mas-saħħa inklużi dawk imsemmija fil-punt (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE)…/… [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament SCBTH [ISC/2020/12524]]; |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt ca (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt d
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt g
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Iċ-Ċentru għandu jappoġġa l-ħidma tal-HSC, tal-Kunsill u ta' strutturi oħra tal-Unjoni fil-koordinazzjoni tar-risponsi għat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa fi ħdan il-mandat tiegħu. |
3. Iċ-Ċentru għandu jappoġġa l-ħidma tal-HSC, tal-Kunsill u , fejn ikun rilevanti, ta' strutturi oħra tal-Unjoni fil-koordinazzjoni tar-risponsi għat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa fi ħdan il-mandat tiegħu. |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt d
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt f
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt h
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kull Stat Membru għandu jaħtar korp kompetenti ta' koordinazzjoni u jinnomina punt ċentrali nazzjonali u punti ta' kuntatt operazzjonali skont ir-rilevanza għall-funzjonijiet tas-saħħa pubblika, inkluża s-sorveljanza epidemjoloġika, u għal diversi gruppi ta' mard u għal mardiet individwali. |
Kull Stat Membru għandu jaħtar korp kompetenti ta' koordinazzjoni u jinnomina punt ċentrali nazzjonali u punti ta' kuntatt operazzjonali skont ir-rilevanza għall-funzjonijiet tas-saħħa pubblika, inkluża s-sorveljanza epidemjoloġika, u għal diversi gruppi ta' mard u għal mardiet individwali. Sa fejn ikun possibbli, il-punti ċentrali nazzjonali għandhom ikunu l-istess bħall-Punti Ċentrali Nazzjonali tal-IHR, biex tiġi minimizzata d-duplikazzjoni tar-riżorsi u tal-isforzi. |
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 5 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-punti ċentrali nazzjonali u l-punti ta' kuntatt operazzjonali nnominati għall-interazzjonijiet speċifiċi għall-mard maċ-Ċentru għandhom jiffurmaw networks speċifiċi għal mardiet speċifiċi, jew networks speċifiċi għall-gruppi ta' mard, li l-kompiti tagħhom għandhom jinkludu t-trażmissjoni tad-data tas-sorveljanza nazzjonali liċ-Ċentru. |
Il-punti ċentrali nazzjonali u l-punti ta' kuntatt operazzjonali nnominati għall-interazzjonijiet speċifiċi għall-mard maċ-Ċentru għandhom jiffurmaw networks speċifiċi għal mardiet speċifiċi, jew networks speċifiċi għall-gruppi ta' mard, li l-kompiti tagħhom għandhom jinkludu t-trażmissjoni tad-data tas-sorveljanza nazzjonali kif ukoll proposti għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard komunikabbli liċ-Ċentru. |
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Iċ-Ċentru għandu jiżgura t-tħaddim tan-network tal-laboratorji ta' referenza tal-UE msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE)…/… [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament SCBTH [ISC/2020/12524]], għad-dijanjostikar, għall-individwar, għall-identifikazzjoni u għall-karatterizzazzjoni ta' aġenti infettivi li jistgħu jkunu ta' theddida għas-saħħa pubblika. |
6. Iċ-Ċentru għandu jiżgura u jikkoordina t-tħaddim tan-network tal-laboratorji ta' referenza tal-UE msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE)…/… [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament SCBTH [ISC/2020/12524]], għad-dijanjostikar, għall-individwar, għall-identifikazzjoni , għas-sekwenzjar ġenetiku u għall-karatterizzazzjoni ta' aġenti infettivi li jistgħu jkunu ta' theddida għas-saħħa pubblika. |
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
6a. Iċ-Ċentru għandu jipprovdi assistenza teknika u xjentifika lill-Istati Membri biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom ta' detezzjoni u ta' sekwenzjar, filwaqt li jassisti b'mod speċjali lil dawk l-Istati Membri li m'għandhomx kapaċitajiet suffiċjenti. |
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 8 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Iċ-Ċentru għandu jiżgura t-tħaddim tan-network tas-servizzi tal-Istati Membri li jappoġġaw it-trasfużjoni , it-trapjant u r-riproduzzjoni assistita b'mod mediku biex jippermettu l-aċċess kontinwu u rapidu għad-data seroepidemjoloġika permezz ta' stħarriġ seroepidemjoloġiku fil-popolazzjoni, inkluża l-valutazzjoni tal-esponiment u l-immunità tal-popolazzjoni tad-donaturi. |
Iċ-Ċentru għandu jiżgura t-tħaddim u l-koordinazzjoni tan-network tas-servizzi tal-Istati Membri li jappoġġaw is-sikurezza mikrobijoloġika tas-sustanzi ta' oriġini umani li jinkludu t-trasfużjoni , it-trapjant u r-riproduzzjoni assistita b'mod mediku stabbiliti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament SCBTH] biex jippermettu l-aċċess kontinwu u rapidu għad-data seroepidemjoloġika permezz ta' stħarriġ seroepidemjoloġiku fil-popolazzjoni, inkluża l-valutazzjoni tal-esponiment u l-immunità tal-popolazzjoni tad-donaturi. |
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5 – paragrafu 8 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
In-network imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jappoġġa liċ-Ċentru billi jimmonitorja t-tifqigħat ta' mardiet li huma rilevanti għas-sustanzi ta' oriġini mill-bniedem u l-forniment tagħhom lill-pazjenti, kif ukoll bl-iżvilupp ta' linji gwida għas-sikurezza u l-kwalità tad-demm, tat-tessuti u taċ-ċelloli. |
In-network imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jappoġġa liċ-Ċentru billi jimmonitorja t-tifqigħat ta' mardiet komunikabbli li huma rilevanti għas-sikurezza u s-suffiċjenza tal-forniment tas-sustanzi ta' oriġini mill-bniedem lill-pazjenti, kif ukoll bl-iżvilupp ta' linji gwida għas-sikurezza u l-kwalità tad-demm, tat-tessuti u taċ-ċelloli. |
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5a – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Iċ-Ċentru għandu jappoġġa lill-Istati Membri biex isaħħu s-sistemi tagħhom ta' prevenzjoni u kontroll tal-mard komunikabbli. |
1. Iċ-Ċentru għandu jappoġġa lill-Istati Membri biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom ta' prevenzjoni u kontroll tal-mard komunikabbli , u biex itejbu u jiffaċilitaw il-proċess tal-ġbir tad-data b'kondiviżjoni tad-data f'ħin reali u b'interoperabbiltà . |
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5a – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Iċ-Ċentru għandu jiżviluppa qafas għall-prevenzjoni tal-mard komunikabbli u kwistjonijiet speċjali, inkluż il-mard prevenibbli b'vaċċin, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi, l-edukazzjoni dwar is-saħħa, il-litteriżmu fis-saħħa u t-tibdil tal-imġiba. |
2. F'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-EMA u korpi u aġenziji oħra rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, iċ-Ċentru għandu jiżviluppa qafas għall-prevenzjoni tal-mard komunikabbli u kwistjonijiet speċjali, inklużi fatturi ta' riskju soċjoekonomiċi, il-mard prevenibbli b'vaċċin, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi, il-promozzjoni tas-saħħa, l-edukazzjoni dwar is-saħħa, il-litteriżmu fis-saħħa u t-tibdil tal-imġiba. |
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5a – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Dak il-qafas għandu jiffaċilita l-konsultazzjoni permanenti tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-industrija, b'mod partikolari l-korpi xjentifiċi, fir-rigward tal-attivitajiet taċ-Ċentru mmirati lejn il-prevenzjoni tal-mard komunikabbli, il-ġlieda kontra l-miżinformazzjoni dwar it-tilqim u li tikkawża l-eżitazzjoni għat-tilqim, il-miżuri preventivi u t-trattament mediku, kif ukoll kampanji ta' informazzjoni dwar ir-rabtiet bejn oqsma ta' mard u dwar ir-riskji għall-pazjenti b'mard mhux komunikabbli maġġuri. |
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5a – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Iċ-Ċentru għandu jevalwa u jimmonitorja programmi ta' prevenzjoni u kontroll tal-mard komunikabbli sabiex jipprovdi l-evidenza għar-rakkomandazzjonijiet biex jissaħħu u jittejbu dawn il-programmi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u fejn xieraq fil-livell internazzjonali. |
3. Iċ-Ċentru jista, fuq talba, jipprovdi linji gwida għall-ħolqien ta' programmi għall-prevenzjoni u kontroll tal-mard komunikabbli, u għandu jevalwa u jimmonitorja programmi ta' prevenzjoni u kontroll tal-mard komunikabbli sabiex jipprovdi l-evidenza għar-rakkomandazzjonijiet biex jiġu koordinati, jissaħħu u jittejbu dawn il-programmi fil-livell nazzjonali , interreġjonali u tal-Unjoni, u fejn xieraq fil-livell internazzjonali. |
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5a – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Iċ-Ċentru jenħtieġ li jiżviluppa pjattaforma għall-monitoraġġ tal-livell tal-kopertura tat-tilqim mill-Istati Membri, filwaqt li jqis l-ispeċifiċitajiet tal-iskemi tat-tilqim fil-livelli nazzjonali u reġjonali. |
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5b – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Iċ-Ċentru għandu jipprovdi għarfien espert xjentifiku u tekniku lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b'kollaborazzjoni mal-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali skont arranġamenti ta' ħidma xierqa stabbiliti flimkien mal-Kummissjoni fil-qasam tal-ippjanar tat-tħejjija u tar-rispons. |
Iċ-Ċentru għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet u għarfien espert xjentifiku u tekniku lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b'kollaborazzjoni mal-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili skont arranġamenti ta' ħidma xierqa stabbiliti flimkien mal-Kummissjoni fil-qasam tal-ippjanar tat-tħejjija u tar-rispons. |
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5b – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5b – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt e
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5b – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt f
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 5b – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt h
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt i
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 6 – paragrafu 1a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Jekk titolbu l-Kummissjoni, iċ-Ċentru għandu jipprovdi analiżi u rakkomandazzjonijiet konkreti għal azzjonijiet għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' theddid ta' mard komunikabbli. |
1a. Jekk titolbu l-Kummissjoni, iċ-Ċentru għandu jipprovdi analiżi u rakkomandazzjonijiet konkreti għal azzjonijiet għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard komunikabbli u theddid transfruntier ieħor għas-saħħa . |
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Iċ-Ċentru jista' jippromwovi u jagħti bidu għal studji xjentifiċi meħtieġa għall-prestazzjoni tal-missjoni tiegħu, u proġetti u studji xjentifiċi applikati dwar il-fattibiltà, l-iżvilupp u l-preparazzjoni tal-attivitajiet tiegħu. Iċ-Ċentru għandu jevita d-duplikazzjoni mal-programmi ta' riċerka u saħħa tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-Unjoni, u se jagħmilha ta' koordinatur bejn is-setturi tas-saħħa pubblika u tar-riċerka skont il-ħtieġa . |
Iċ-Ċentru jista' jippromwovi u jagħti bidu għal studji xjentifiċi meħtieġa għall-prestazzjoni tal-missjoni tiegħu, u proġetti u studji xjentifiċi applikati dwar il-fattibiltà, l-iżvilupp u l-preparazzjoni tal-attivitajiet tiegħu. Iċ-Ċentru għandu jevita d-duplikazzjoni mal-programmi ta' riċerka u saħħa tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri, tal-Unjoni u tad-WHO , u se jagħmilha ta' koordinatur bejn is-setturi tas-saħħa pubblika u tar-riċerka billi jinkoraġġixxi konsultazzjoni mal-esperti tas-saħħa pubblika kif ukoll kooperazzjoni magħhom . |
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Biex iwettaq l-istudji msemmija fl-ewwel paragrafu, iċ-Ċentru għandu jkollu aċċess għad-data dwar is-saħħa li ssir disponibbli jew tiġi skambjata permezz ta' infrastrutturi u applikazzjonijiet diġitali, f'konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data, li jippermettu li d-data dwar is-saħħa tintuża għall-kura tas-saħħa, għar-riċerka, għat-tfassil tal-politiki u għal għanijiet regolatorji. Għall-finijiet tal-istudji skont l-ewwel paragrafu, iċ-Ċentru għandu jagħmel użu wkoll minn data rilevanti oħra, pereżempju dwar fatturi ambjentali u soċjoekonomiċi. |
Biex iwettaq l-istudji msemmija fl-ewwel paragrafu, iċ-Ċentru għandu jkollu aċċess għad-data dwar is-saħħa li ssir disponibbli jew tiġi skambjata permezz ta' infrastrutturi u applikazzjonijiet diġitali, f'konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data, li jippermettu li d-data dwar is-saħħa tintuża biss għall-kura tas-saħħa, għar-riċerka tas-saħħa , għat-tfassil tal-politiki u għal għanijiet regolatorji fil-qasam tas-saħħa . Għall-finijiet tal-istudji skont l-ewwel paragrafu, iċ-Ċentru għandu jagħmel użu wkoll minn data rilevanti oħra, pereżempju dwar fatturi ambjentali u soċjoekonomiċi , wara li jkun ta prova tan-neċessità u tal-proporzjonalità tal-użu ta' dik id-data . |
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Iċ-Ċentru jista' juża r-riżorsi tiegħu u jagħmel użu mil-laboratorji ta' referenza, sabiex iwettaq riċerka fuq il-post, ġbir tad-data u analiżi tad-data, biex jgħin lill-korpi rilevanti jiġbru data affidabbli. |
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 6 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Iċ-Ċentru għandu jikkonsulta mal-Kummissjoni u ma' korpi jew aġenziji oħrajn tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-pjanifikazzjoni u t-tfassil ta' prioritajiet ta' studju għar-riċerka u s-saħħa pubblika. |
4. Iċ-Ċentru għandu jikkonsulta mal-Kummissjoni , mal-HSC u ma' korpi jew aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-pjanifikazzjoni u t-tfassil ta' prioritajiet ta' studju għar-riċerka u s-saħħa pubblika. |
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 1– paragrafu 1 – punt 8
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 1– paragrafu 1 – punt 8
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 1– paragrafu 1 – punt 8
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 7 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Talbiet għal opinjoni xjentifika msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispjegaw b'mod ċar il-kwistjoni xjentifika li trid tiġi indirizzata u l-interess tal-Unjoni u għandhom ikunu akkumpanjati minn biżżejjed informazzjoni tal-kuntest ta' dik il-kwistjoni. |
2. Talbiet għal opinjoni xjentifika msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispjegaw b'mod ċar il-kwistjoni xjentifika li trid tiġi indirizzata u l-interess u n-neċessità tal-Unjoni li taġixxi, u għandhom ikunu akkumpanjati minn biżżejjed informazzjoni tal-kuntest ta' dik il-kwistjoni. |
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 1– paragrafu 1 – punt 8
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 7 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Meta jsiru diversi talbiet dwar l-istess kwistjoni jew meta t-talba ma tikkonformax mal-paragrafu 2, iċ-Ċentru jista' jew jirrifjuta li joħroġ opinjoni xjentifika, jew jipproponi l-emendi għat-talba b'konsultazzjoni mal-istituzzjoni jew mal-Istat Membru li jkun għamel it-talba. Jekk it-talba tiġi rrifjutata, għandha tingħata ġustifikazzjoni għar-rifjut lill-istituzzjoni jew lill-Istat Membru li jkunu għamlu t-talba. |
4. Meta jsiru diversi talbiet dwar l-istess kwistjoni jew meta t-talba ma tikkonformax mal-paragrafu 2, iċ-Ċentru jista' jew jirrifjuta li joħroġ opinjoni xjentifika, jew jipproponi l-emendi għat-talba b'konsultazzjoni mal-istituzzjoni , mal-aġenzija jew mal-Istat Membru li jkun għamel it-talba. Jekk it-talba tiġi rrifjutata, għandha tingħata ġustifikazzjoni għar-rifjut lill-istituzzjoni , lill-aġenzija jew lill-Istat Membru li jkunu għamlu t-talba. |
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 1– paragrafu 1 – punt 8
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 7 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Meta ċ-Ċentru jkun diġà ħareġ opinjoni xjentifika fuq il-kwistjoni speċifika li tkun saret talba dwarha u jikkonkludi li ma hemmx elementi xjentifiċi li jiġġustifikaw eżaminazzjoni mill-ġdid tal-kwistjoni, għandha tingħata l-informazzjoni li tappoġġa dik il-konklużjoni lill-istituzzjoni jew l-Istat Membru li jkunu għamlu t-talba. |
5. Meta ċ-Ċentru jkun diġà ħareġ opinjoni xjentifika fuq il-kwistjoni speċifika li tkun saret talba dwarha u jikkonkludi li ma hemmx elementi xjentifiċi li jiġġustifikaw eżaminazzjoni mill-ġdid tal-kwistjoni, għandha tingħata l-informazzjoni li tappoġġa dik il-konklużjoni lill-istituzzjoni , lill-aġenzija jew l-Istat Membru li jkunu għamlu t-talba. |
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 8 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Iċ-Ċentru għandu jappoġġa u jgħin lill-Kummissjoni billi jħaddem is-sistema ta' twissija bikrija u ta' rispons ( EWRS) u billi flimkien mal-Istati Membri jaċċerta l-kapaċità li jirrispondu b'mod ikkoordinat. |
1. Iċ-Ċentru għandu jappoġġa u jgħin lill-Kummissjoni billi jħaddem l-EWRS prevista fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament SCBTH] u billi flimkien mal-Istati Membri jaċċerta l-kapaċità li jirrispondu b'mod ikkoordinat u fil-ħin . |
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Iċ-Ċentru għandu jaħdem mal-Kummissjoni, l-HSC u l-Istati Membri biex itejjeb ir-rapportar tad-data rilevanti permezz tal-EWRS, bil-għan li jawtomatizza dak il-proċess u jintegrah fis-sistemi ta' sorveljanza nazzjonali. |
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 8 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Iċ-Ċentru għandu jaħdem mal-Kummissjoni u mal-HSC dwar l-aġġornamenti tal-EWRS, inkluż għall-użu ta' teknoloġiji moderni, bħal applikazzjonijiet mobbli diġitali, mudelli tal-intelliġenza artifiċjali, jew teknoloġiji oħra għat-traċċar awtomatizzat tal-kuntatti, filwaqt li jkompli jiżviluppa t-teknoloġiji tat-traċċar tal-kuntatti żviluppati mill-Istati Membri u d-definizzjoni tar-rekwiżiti funzjonali tal-EWRS. |
3. Iċ-Ċentru għandu jaħdem mal-Kummissjoni u mal-HSC dwar l-aġġornamenti kontinwi tal-EWRS, inkluż għall-użu ta' teknoloġiji moderni, bħal applikazzjonijiet mobbli diġitali, mudelli tal-intelliġenza artifiċjali u tal-immudellar u s-simulazzjoni bil-kompjuters , jew teknoloġiji oħra għat-traċċar awtomatizzat tal-kuntatti, filwaqt li jkompli jiżviluppa t-teknoloġiji tat-traċċar tal-kuntatti żviluppati mill-Istati Membri. Dawk it-teknoloġiji għandhom jintużaw għall-iskop uniku li jiġġieldu l-pandemiji, meta jkun intwera li huma adegwati, neċessarji u proporzjonati, u f'konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), u d-definizzjoni tar-rekwiżiti funzjonali tal-EWRS. |
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 8 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Billi hu l-proċessur, iċ-Ċentru għandu jkollu r-responsabbiltà li jiżgura s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data personali li jitwettqu fl-EWRS u fil-kuntest tal-interoperabbiltà tal-applikazzjonijiet għat-traċċar tal-kuntatti, f'konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 33 , 34(2) u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4) |
5. Iċ-Ċentru għandu jkollu r-responsabbiltà li jiżgura s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data personali li jitwettqu fl-EWRS u fil-kuntest tal-interoperabbiltà tal-applikazzjonijiet għat-traċċar tal-kuntatti, f'konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 33 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725. |
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 8a – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Iċ-Ċentru għandu jipprovdi valutazzjonijiet tar-riskju rapidi f'waqthom, f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE)…/… [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament SCBTH [ISC/2020/12524]], fil-każ tat-theddida msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 2(1) ta' dak ir-Regolament, anki theddida għas-sustanzi ta' oriġini mill-bniedem, bħal demm, organi, tessuti u ċelloli potenzjalment milquta minn mard komunikabbli, jew dik imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2(1) ta' dak ir-Regolament |
1. Iċ-Ċentru għandu jipprovdi valutazzjonijiet tar-riskju f'waqthom, f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE)…/… [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament SCBTH [ISC/2020/12524]], fil-każ tat-theddida msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) ta' dak ir-Regolament, anki theddida għas-sustanzi ta' oriġini mill-bniedem, bħal demm, organi, tessuti u ċelloli potenzjalment milquta minn mard komunikabbli, jew fil-punt (d) tal-Artikolu 2(1) ta' dak ir-Regolament. |
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 8a – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Il-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu puntwalment u fl-iqsar żmien possibbli sabiex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa. |
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 8a – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
2. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi rakkomandazzjonijiet ġenerali u mmirati għal rispons bħala bażi għall-koordinazzjoni fl-HSC. |
2. Il-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, fejn ikun possibbli, rakkomandazzjonijiet ġenerali u mmirati għal rispons bħala bażi għall-koordinazzjoni fl-HSC , inklużi iżda mhux limitati għal: |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 8a – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, iċ-Ċentru għandu jikkoordina l-preparazzjoni ta' valutazzjonijiet tar-riskju rapidi billi jinvolvi l-esperti tal-Istati Membri u tal-aġenziji rilevanti , jekk ikun meħtieġ . |
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, iċ-Ċentru għandu jikkoordina l-preparazzjoni ta' valutazzjonijiet tar-riskju rapidi billi jinvolvi l-esperti tal-Istati Membri u tal-aġenziji u l-organizzazzjonijiet rilevanti. |
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 8a – paragrafu 4a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Iċ-Ċentru għandu jaħdem flimkien mal-Istati Membri biex itejjeb il-kapaċità tagħhom tal-valutazzjoni tar-riskju. |
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 8b – paragrafu 1 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 8b – paragrafu 1 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 8b – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 8b – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Iċ-Ċentru għandu jappoġġa rispons ikkoordinat tal-Unjoni fuq talba ta' Stat Membru, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, ta' korpi jew aġenziji tal-Unjoni . |
2. Iċ-Ċentru għandu jappoġġa rispons ikkoordinat tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE)…/… [ir-Regolament SCBTH] . |
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt a
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 9 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri, pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-pajjiżi sħab tal-UE, u organizzazzjonijiet internazzjonali (b'mod partikolari d-WHO) jistgħu jitolbu liċ-Ċentru jipprovdi l-assistenza teknika jew xjentifika fi kwalunkwe qasam fi ħdan il-missjoni tiegħu. Din l-assistenza tista' tinkludi assistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw linji gwidi tekniċi fuq prattika tajba u fuq miżuri protettivi li jridu jittieħdu bħala rispons għat-theddid għas-saħħa tal-bniedem, fejn tingħata l-assistenza esperta u l-mobilizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta' timijiet ta' investigazzjoni. Iċ-Ċentru għandu jipprovdi l-għarfien espert xjentifiku u tekniku u l-assistenza li jista' fi ħdan il-kapaċità finanzjarja u l-mandat tiegħu, u f'konformità mal-arranġamenti ta' ħidma xierqa stabbiliti flimkien mal-Kummissjoni. |
2. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri, pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-pajjiżi sħab tal-UE, u organizzazzjonijiet internazzjonali (b'mod partikolari d-WHO) jistgħu jitolbu liċ-Ċentru jipprovdi l-assistenza teknika jew xjentifika fi kwalunkwe qasam fi ħdan il-missjoni tiegħu. Din l-assistenza tista' tinkludi assistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw linji gwidi tekniċi fuq prattika tajba u fuq miżuri protettivi li jridu jittieħdu bħala rispons għat-theddid għas-saħħa tal-bniedem, fejn tingħata l-assistenza esperta u l-mobilizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta' timijiet ta' investigazzjoni u l-valutazzjoni tal-effiċjenza tal-miżuri ta' rispons . Iċ-Ċentru għandu jipprovdi l-għarfien espert xjentifiku u tekniku u l-assistenza li jista' fi ħdan il-kapaċità finanzjarja u l-mandat tiegħu, u f'konformità mal-arranġamenti ta' ħidma xierqa stabbiliti flimkien mal-Kummissjoni. |
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt c
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 9 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Iċ-Ċentru għandu, skont il-bżonn, jappoġġa u jikkoordina l-programmi ta' taħriġ, b'mod partikolari fis-sorveljanza epidemjoloġika, fl-investigazzjonijiet fuq il-post, fit-tħejjija u l-prevenzjoni, u fir-riċerka fil-qasam tas-saħħa pubblika. |
6. Iċ-Ċentru għandu, skont il-bżonn, jappoġġa u jikkoordina l-programmi ta' taħriġ, b'mod partikolari fis-sorveljanza epidemjoloġika, fl-investigazzjonijiet fuq il-post, fit-tħejjija u l-prevenzjoni, fir-rispons għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika, fir-riċerka fil-qasam tas-saħħa pubblika , u fil-komunikazzjoni tar-riskju . Dawk il-programmi għandhom iqisu l-ħtieġa li t-taħriġ jinżamm aġġornat u għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-ħtiġijiet ta' taħriġ tal-Istati Membri. |
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt a
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 11 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Iċ-Ċentru għandu jikkoordina l-ġbir, il-validazzjoni, l-analiżi u t-tixrid tad-data, fil-livell tal-Unjoni. |
1. Iċ-Ċentru għandu jikkoordina l-ġbir, l-istandardizzazzjoni, il-validazzjoni, l-analiżi u t-tixrid tad-data, fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt b
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 11 – paragrafu 1a – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt b
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 11 – paragrafu 1a – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt b
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt c
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt c
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt d
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt d
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 11 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. F'sitwazzjonijiet ta' urġenza marbutin mas-severità jew man-novità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa jew b'rabta mar-rapidità tat-tixrid tagħha fost l-Istati Membri, jekk jintalab mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini , iċ-Ċentru għandu joffri t-tbassir epidemjoloġiku kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 5(4), b'mod oġġettiv, affidabbli u faċilment aċċessibbli u abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli. |
4. F'sitwazzjonijiet ta' urġenza marbutin mas-severità jew man-novità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa jew b'rabta mar-rapidità tat-tixrid tagħha fost l-Istati Membri, jekk jintalab minn Stat Membru, mill-Kummissjoni jew mill-EMA , iċ-Ċentru għandu joffri t-tbassir epidemjoloġiku kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 5(4), b'mod oġġettiv, affidabbli u faċilment aċċessibbli u abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli. |
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 11a – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Iċ-Ċentru għandu jistabbilixxi l-kapaċità li jimmobilizza u jiskjera t-Task Force tas-Saħħa tal-UE inkluż il-persunal taċ-Ċentru u esperti mill-Istati Membri u programmi ta' boroż ta' studju, biex jassisti r-rispons lokali għal tifqigħat ta' mard komunikabbli fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi. |
1. Iċ-Ċentru għandu jistabbilixxi l-kapaċità permanenti, kif ukoll il-kapaċità msaħħa f'każ ta' emerġenza li jimmobilizza u jiskjera t-Task Force tas-Saħħa tal-UE inkluż il-persunal taċ-Ċentru u esperti mill-Istati Membri, programmi ta' boroż ta' studju u organizzazzjonijiet internazzjonali u mingħajr profitt , biex jassisti r-rispons lokali għal tifqigħat ta' mard komunikabbli fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi. |
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 11a – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Iċ-Ċentru għandu jiżviluppa l-kapaċitajiet biex iwettaq riċerka fuq il-post u jiġbor data rilevanti, bħall-varjazzjoni ġenetika ta' mard komunikabbli, bl-użu tan-network ta' laboratorji ta' referenza ddedikati jew bir-riżorsi proprji tiegħu. |
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 11a – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Iċ-Ċentru għandu jiżviluppa qafas u jistabbilixxi l-proċeduri flimkien mal-Kummissjoni biex jimmobilizza t-Task Force tas-Saħħa tal-UE. |
2. Iċ-Ċentru għandu jiżviluppa qafas u jistabbilixxi l-proċeduri flimkien mal-Kummissjoni biex jiskjera l-kapaċità permanenti u jimmobilizza l-kapaċità f'każ ta' emerġenza tat-Task Force tas-Saħħa tal-UE. |
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 11a – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Flimkien mal-Kummissjoni, iċ-Ċentru għandu jiżviluppa qafas għall-mobilizzazzjoni tat-Task Force tas-Saħħa tal-UE bil-ħsieb tal-azzjoni skont id-Deċiżjoni 1313/2013/UE (*5). |
Flimkien mal-Kummissjoni, iċ-Ċentru għandu jiżviluppa qafas għall-iskjerament tal-kapaċità permanenti u għall-mobilizzazzjoni tat-Task Force tas-Saħħa tal-UE bil-ħsieb tal-azzjoni skont id-Deċiżjoni 1313/2013/UE (*6). |
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 11a – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Iċ-Ċentru għandu jżomm il-kapaċità li jwettaq missjonijiet fl-Istati Membri, jekk jintalab jagħmel hekk mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, biex jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar ir-rispons għal theddid għas-saħħa fi ħdan il-mandat tiegħu. |
6. Iċ-Ċentru għandu jżomm kapaċità permanenti li jwettaq missjonijiet fl-Istati Membri, jekk jintalab jagħmel hekk mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, biex jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar ir-rispons għal theddid għas-saħħa fi ħdan il-mandat tiegħu. |
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt a
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Iċ-Ċentru għandu jassigura li l-pubbliku u kull parti interessata jingħataw rapidament, informazzjoni oġġettiva, affidabbli, bbażata fuq l-evidenza u aċċessibbli faċilment f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżultati tal-ħidmiet tiegħu. Iċ-Ċentru għandu jippubblika l-informazzjoni, inkluż permezz ta' sit web apposta. Għandu jippubblika wkoll l-opinjonijiet tiegħu prodotti f'konformità mal-Artikolu 6. |
Iċ-Ċentru għandu jassigura li l-pubbliku u kull parti interessata jingħataw rapidament, informazzjoni oġġettiva, affidabbli, bbażata fuq l-evidenza u aċċessibbli faċilment f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżultati tal-ħidmiet tiegħu. Iċ-Ċentru għandu jippubblika l-informazzjoni, inkluż permezz ta' sit web apposta bl-informazzjoni essenzjali disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni . Għandu jippubblika wkoll l-opinjonijiet tiegħu prodotti f'konformità mal-Artikolu 6 fil-ħin . |
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt b
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 12 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt c
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 12 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Iċ-Ċentru għandu jikkoopera kif xieraq mal-korpi kompetenti fl-Istati Membri u ma' partijiet oħra interessati f'dak li għandu x'jaqsam mal-kampanji tal-informazzjoni għall-pubbliku. |
3. Iċ-Ċentru għandu jikkoopera kif xieraq mal-korpi kompetenti fl-Istati Membri , mad-WHO u ma' partijiet oħra interessati f'dak li għandu x'jaqsam mal-kampanji tal-informazzjoni għall-pubbliku. |
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt a
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
It-tul tal-kariga tal-“Membri” għandu jkun ta' tliet snin u jista' jittawwal. |
It-tul tal-kariga tal-“Membri” għandu jkun ta' tliet snin u jista' jittawwal , jekk ikun hemm bżonn . |
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt b
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 14 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt e
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt b
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 14 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt i
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 17 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
||
|
“1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2), id-direttur għandu jinħatar mill-Bord tal-Amministrazzjoni minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni wara kompetizzjoni miftuħa, u wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u f'pubblikazzjonijiet oħra ta' sejħa għall-espressjonijiet ta' interess, għall-perjodu ta' ħames snin, li jista' jittawwal darba sa ħames snin oħra.;” |
|
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 17 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2. Qabel il-ħatra, il-kandidat innominat mill-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jkun mistieden mingħajr dewmien biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u li jwieġeb mistoqsijiet magħmula mill-membri ta' dik l-istituzzjoni. |
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19 – punt c
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 18 – paragrafu 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8. Id-direttur jista' jistieden l-esperti jew ir-rappreżentanti ta' korpi xjentifiċi jew professjonali, jew ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi b'esperjenza rikonoxxuta f'dixxiplini relatati max-xogħol taċ-Ċentru, biex jikkooperaw fuq kompiti speċifiċi u jieħdu parti fl-attivitajiet relevanti tal-Forum Konsultattiv. Barra minn hekk, lid-direttur il-Kummissjoni tista' tissuġġerilu li jistieden ċerti esperti jew rappreżentanti ta' korpi professjonali jew xjentifiċi, jew ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi fuq bażi ad hoc."; |
8. Iċ-Ċentru għandu jinvolvi, b'mod strutturali, esperti tas-saħħa pubblika, rappreżentanti ta' korpi xjentifiċi u professjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi , b'mod partikolari dawk b'esperjenza rikonoxxuta f'dixxiplini relatati max-xogħol taċ-Ċentru , kif ukoll f'oqsma oħra, inklużi l-mard mhux komunikabbli u l-protezzjoni ambjentali, biex jieħdu parti fl-attivitajiet ewlenin kollha taċ-Ċentru, tan-networks dedikati u tal-Forum Konsultattiv u biex jikkooperaw f'kompiti speċifiċi . Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jissuġġerixxu liċ-Ċentru esperti jew rappreżentanti ta' korpi professjonali jew xjentifiċi, jew ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi li għandhom jiġu kkonsultati fuq bażi ad hoc. |
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 19 – paragrafu 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
2. Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni, id-direttur, il-membri tal-Forum Konsultattiv, kif ukoll esperti esterni li jipparteċipaw f'gruppi xjentifiċi għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta' rabta u dikjarazzjoni ta' interessi fejn jindikaw jew in-nuqqas ta' xi interessi li jistgħu jkunu kkunsidrati preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom jew xi interessi diretti jew indiretti li jistgħu jkunu kkunsidrati preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru kull sena bil-miktub. |
“2. Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni, id-direttur, il-membri tal-Forum Konsultattiv, kif ukoll esperti esterni li jipparteċipaw f'gruppi xjentifiċi għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta' rabta u dikjarazzjoni ta' interessi fejn jindikaw jew in-nuqqas ta' xi interessi li jistgħu jkunu kkunsidrati preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom jew xi interessi diretti jew indiretti li jistgħu jkunu kkunsidrati preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru kull sena bil-miktub u jkunu disponibbli għall-pubbliku .” |
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 20 – paragrafu 4
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
4. Id-data personali ma għandhiex tkun ipproċessata jew ikkomunikata ħlief f'każijiet billi hu strettament neċessarju għat-twettiq tal-missjoni taċ-Ċentru. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħodd ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u oqsma tal-Komunità, u dwar il-moviment ħieles ta' din l-informazzjoni (8). |
“4. Id-data personali ma għandhiex tkun ipproċessata jew ikkomunikata ħlief f'każijiet li huma strettament neċessarji għat-twettiq tal-missjoni taċ-Ċentru. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħodd ir-Regolament (UE) 2018/1725.”; |
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 20 – paragrafu 4a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
|
“4a. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar tagħhom ta' data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE, jew għall-obbligi taċ-Ċentru u l-Kummissjoni relatati mal-ipproċessar tagħhom ta' data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom. |
||
|
|
Iċ-Ċentru għandu jistabbilixxi proċeduri u salvagwardji tal-protezzjoni tad-data mfassla biex jiggarantixxu li l-operazzjonijiet ta' pproċessar tiegħu jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data ta' legalità, ġustizzja u trasparenza, limitazzjoni tal-iskop, minimizzazzjoni tad-data, akkuratezza, limitazzjoni tal-ħżin, integrità, kunfidenzjalità, u protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku. |
||
|
|
Iċ-Ċentru għandu jipproċessa biss data personali, b'mod partikolari fil-każ ta' data dwar is-saħħa relatata ma' individwi identifikati jew identifikabbli, meta jiġi ppruvat li dan huwa meħtieġ u proporzjonat. Kull meta jkun possibbli, f'konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, iċ-Ċentru għandu jagħmel użu minn data anonimizzata, miksuba permezz ta' tekniki użati bħall-każwalizzazzjoni jew il-ġeneralizzazzjoni. |
||
|
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kategoriji tas-suġġetti tad-data fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ipproċessar u l-kategoriji tad-data personali pproċessata, flimkien ma' deskrizzjoni tal-miżuri speċifiċi għas-salvagwardja tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data involuti f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari fir-rigward ta' salvagwardji konkreti għall-prevenzjoni ta' abbuż jew aċċess jew trasferiment illegali, u l-perjodi ta' ħżin.”; |
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 20a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
|
“Artikolu 20a |
||
|
|
Eżerċizzju tad-delega |
||
|
|
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. |
||
|
|
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 20(4a) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn … [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel jintemm kull perjodu. |
||
|
|
3. Id-delega ta' setgħat imsemmija fl-Artikolu 20(4a) tista' titneħħa fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
||
|
|
4. Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*) . |
||
|
|
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
||
|
|
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 20(4a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
||
|
|
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 21 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Iċ-Ċentru għandu jiżviluppa, juża u jħaddem sistema ta' informazzjoni li tkun kapaċi tiskambja l-informazzjoni kklassifikata, u l-informazzjoni sensittiva li ma tkunx ikklassifikata, kif speċifikat f'dan l-Artikolu. |
6. Iċ-Ċentru għandu jiżviluppa, juża u jħaddem sistema ta' informazzjoni li tkun kapaċi tiskambja l-informazzjoni kklassifikata, u l-informazzjoni sensittiva li ma tkunx ikklassifikata, kif speċifikat f'dan l-Artikolu , f'konformità mal-Artikoli 27 u 33 tar-Regolament (UE) 2018/1725 . |
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23 – punt c
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 23 – paragrafu 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8. Id-direttur għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. Id-direttur għandu jibgħat ukoll din ir-risposta lill-Bord tal-Amministrazzjoni u lill-Kummissjoni. |
8. Id-direttur għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. Id-direttur għandu jibgħat ukoll din ir-risposta lill-Bord tal-Amministrazzjoni , lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 24
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
Artikolu 24 |
“Artikolu 24 |
||
|
Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju |
Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju |
||
|
L-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju għandu jgħodd biex jissensja l-budget taċ-Ċentru, ir-regoli tal-verifika u tal-kontijiet tiegħu. |
L-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika għall-kwittanza tal-baġit taċ-Ċentru, ir-regoli tal-verifika u tal-kontijiet tiegħu.” |
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Sa [jekk jogħġbok daħħal id-data ta' tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ] tal-2023 , il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tal-Amministrazzjoni dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru, li jinkludi valutazzjoni ta': |
Sa … [jekk jogħġbok daħħal id-data ta' tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju ], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tal-Amministrazzjoni dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru, li jinkludi valutazzjoni ta': |
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 31 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Sa [jekk jogħġbok daħħal id-data ta' tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ] tal-2028 , u kull ħames snin minn hemm' il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni taċ-Ċentru fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat, tal-kompiti, tal-proċedura u tal-lokalizzazzjoni tiegħu. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat taċ-Ċentru, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kull modifika ta' dan it-tip. |
2. Sa … [jekk jogħġbok daħħal id-data ta' ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju ], u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni taċ-Ċentru fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat, tal-kompiti, tal-proċedura u tal-lokalizzazzjoni tiegħu. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat taċ-Ċentru, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kull modifika ta' dan it-tip. |
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28
Regolament (KE) Nru 851/2004
Artikolu 31 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Meta l-Kummissjoni tkun tal-fehma li ma jkunx iġġustifikat li ċ-Ċentru jibqa' jaħdem fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilu, hija tista' tipproponi li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament jiġu emendati kif xieraq jew inkella jitħassru. |
3. Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament. Meta l-Kummissjoni tkun tal-fehma li ma jkunx iġġustifikat li ċ-Ċentru jibqa' jaħdem fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilu, hija tista' tipproponi li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament jiġu emendati kif xieraq jew inkella jitħassru. |
(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0253/2021).
(1a) Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) XXXX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' DATA dwar it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE [ĠU: jekk jogħġbok daħħal it-titolu sħiħ u r-referenza tal-pubblikazzjoni għar-Regolament dwar it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa (SCBTH).]
(10) Ir-Regolament (UE) XXXX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' DATA dwar it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE [ĠU: jekk jogħġbok daħħal it-titolu sħiħ u r-referenza tal-pubblikazzjoni għar-Regolament dwar it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa (SCBTH).]
(11) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).
(11) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).
(1a) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(1a) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(1b) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(1a) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(*1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(*2) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(*3) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(*4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(*5) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(*6) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(*) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).
(*) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/255 |
P9_TA(2021)0377
Theddid transkonfinali serju għas-saħħa ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (COM(2020)0727 – C9-0367/2020 – 2020/0322(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 117/23)
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 242
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 8b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 8c (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 8d (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 8e (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 8f (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
||||
|
|
L-akkwist konġunt ta' kontromiżuri mediċi jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' negozjar tal-pajjiżi parteċipanti, itejjeb is-sigurtà tal-provvista, u jiżgura aċċess ekwu għall-kontromiżuri mediċi. |
||||
|
|
Il-funzjonament tal-Ftehim ta' Akkwist Konġunt u r-rescEU jenħtieġ li jirrispetta standards għoljin ta' trasparenza, inklużi fir-rigward tal-iżvelar tal-ammonti ordnati minn u kkonsenjati lil kull pajjiż parteċipanti u d-dettalji tar-responsabbiltajiet tagħhom. |
||||
|
|
Jenħtieġ li l-Ftehim ta' Akkwist Konġunt, li jiddetermina l-arranġamenti prattiċi li jirregolaw il-proċedura ta' akkwist konġunt stabbilita skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, jiġi adattat ukoll biex jinkludi klawżola ta' esklużività dwar in-negozjar u l-akkwist għall-pajjiżi parteċipanti fi proċedura ta' akkwist konġunt, biex jippermetti koordinazzjoni aħjar fl-UE. Il-klawżola ta' esklużività jenħtieġ li tinkludi li l-pajjiżi li jipparteċipaw fil-proċedura ta' akkwist konġunt ma jitħallewx jinnegozjaw u jiffirmaw kuntratti paralleli mal-produtturi, u jiddefinixxu konsegwenzi ċari għal dawk li jagħmlu dan. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-entitajiet li jorganizzaw u jipparteċipaw fi kwalunkwe azzjoni skont mekkaniżmi differenti stabbiliti skont dan ir-Regolament u strutturi rilevanti oħra tal-Unjoni relatati mal-akkwist u l-kumulazzjoni ta' riżerva ta' kontromiżuri mediċi, bħar-riżerva strateġika tar-rescEU tal-UE skont id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw riżerva suffiċjenti ta' prodotti mediċi kritiċi biex jindirizzaw ir-riskju ta' skarsezzi ta' prodotti kritiċi. |
||||
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 9b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 9c (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 9d (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 9e (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 9f (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 9g (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 9h (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 14b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 17
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 20
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 21
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 22
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 25
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 28
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 28a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun appoġġata minn finanzjament minn programmi u strumenti rilevanti tal-Unjoni. |
3. F'konformità mal-approċċi ta' “Saħħa Waħda” u “Saħħa fil-Politiki Kollha”, l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun appoġġata minn finanzjament minn programmi u strumenti rilevanti tal-Unjoni. Il-qafas tas-saħħa msaħħaħ tal-Unjoni li jindirizza theddid transkonfinali serju għas-saħħa għandu jaħdem f'sinerġija ma' politiki u fondi oħra tal-Unjoni, bħal azzjonijiet implimentati fl-ambitu tal-programm l-UE għas-Saħħa, tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), ta' Orizzont Ewropa, tal-Programm Ewropa Diġitali, tar-riżerva rescEU, tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), tal-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza (ESI) u tal-Programm tas-Suq Uniku (SMP), u b'mod li jikkomplementahom. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Dan ir-Regolament għandu jiżgura li fl-emerġenzi tas-saħħa futuri, l-identifikazzjoni, it-trattament ta' mard serju ieħor, kif ukoll l-interventi tas-saħħa li jikkonċerna dan il-mard ma jitwaqqfux. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3b. Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat b'rispett sħiħ għad-dinjità u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni. |
Emenda 243
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt i
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard komunikabbli u tal-kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati. |
2. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard komunikabbli , il-monitoraġġ tal-impatt ta' tali mard fuq il-mard mhux komunikabbli ewlieni u fuq kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati , bħas-saħħa mentali u l-impatt fuq l-iskrinjar, id-dijanjożi, il-monitoraġġ, it-trattament u l-kura posposti ta' mard u kundizzjonijiet oħra . |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Dan ir-Regolament għandu jippromwovi l-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa, inaqqas il-piż amministrattiv u d-duplikazzjoni tar-riżorsi, u jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet esposti waqt il-pandemija tal-COVID-19 fil-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għat-theddid għas-saħħa pubblika. |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza eċċezzjonali, Stat Membru jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu koordinazzjoni tar-rispons fi ħdan l-HSC, kif imsemmi fl-Artikolu 21, għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa minbarra dawk koperti mill-Artikolu 2(1), jekk jitqies li l-miżuri tas-saħħa pubblika meħuda qabel ma kienux biżżejjed biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. |
4. F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza eċċezzjonali, Stat Membru jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu l-koordinazzjoni tar-rispons fi ħdan l-HSC, kif imsemmi fl-Artikolu 21, għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa minbarra dawk koperti mill-Artikolu 2(1) , speċjalment fir-rigward ta' mard mhux komunikabbli ewlieni , jekk jitqies li l-miżuri tas-saħħa pubblika meħuda qabel ma kinux biżżejjed biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-mekkaniżmi u l-istrutturi stabbiliti b'dan ir-Regolament u mekkaniżmi u strutturi simili stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jew skont it-Trattat Euratom li l-attivitajiet tagħhom huma rilevanti għall-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons, għall-monitoraġġ, għat-twissija bikrija tat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, u għall-ġlieda kontrih. |
5. Il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-mekkaniżmi u l-istrutturi stabbiliti b'dan ir-Regolament u mekkaniżmi u strutturi simili stabbiliti fil-livell internazzjonali, fil-livell tal-Unjoni jew skont it-Trattat Euratom li l-attivitajiet tagħhom huma rilevanti għall-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons, għall-monitoraġġ, għat-twissija bikrija tat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, u għall-ġlieda kontrih. |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt jew jintroduċu arranġamenti, proċeduri u miżuri addizzjonali għas-sistemi nazzjonali tagħhom fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, inklużi arranġamenti previsti fi ftehimiet jew konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali eżistenti jew futuri, bil-kondizzjoni li tali arranġamenti, proċeduri u miżuri addizzjonali ma jxekklux l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
6. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt jew jintroduċu arranġamenti, proċeduri u miżuri addizzjonali għas-sistemi nazzjonali tagħhom fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, inklużi arranġamenti previsti fi ftehimiet jew konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali eżistenti jew futuri, bil-kondizzjoni li tali arranġamenti, proċeduri u miżuri addizzjonali ma jxekklux l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Unjoni għandha titlob l-istabbiliment ta' konvenzjoni qafas tad-WHO dwar it-tħejjija u r-rispons għall-pandemija. Dik il-konvenzjoni għandha tkun b'tali mod li tiffaċilita l-implimentazzjoni tar-Regolament Internazzjonali tas-Saħħa (2005) (1a) u ssolvi d-dgħufijiet ta' dak ir-Regolament, identifikati matul il-kriżi tal-COVID-19. |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 6a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
6a. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll, fejn xieraq, għall-awtoritajiet kompetenti reġjonali, is-sistemi u l-programmi fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament. |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8c (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Ir-rappreżentanti tal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-HSC bħala osservaturi. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. L-HSC għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. L-HSC għandu jiltaqa' b'mod regolari u kull meta is-sitwazzjoni tirrikjedi dan, fuq talba mill-Kummissjoni jew Stat Membru. |
4. L-HSC għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni mingħajr id-dritt għall-vot . L-HSC għandu jiltaqa' b'mod regolari u kull meta s-sitwazzjoni tirrikjedi dan, fuq talba mill-Kummissjoni jew Stat Membru. |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
5a. Membri tal-HSC u tal-Kummissjoni għandhom jiżguraw konsultazzjoni bir-reqqa mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, esperti tas-saħħa pubblika, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet ikkonċernati, inklużi professjonisti tal-kura tas-saħħa. |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 7a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
7a. Il-Parlament Ewropew għandu jaħtar rappreżentanti biex jipparteċipaw fil-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (“HSC”) bħala osservaturi. |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 7b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
7b. Il-lista tal-membri tal-HSC kemm fil-livell politiku kif ukoll f'dak tekniku għandha tkun ippubblikata fuq is-siti web tal-Kummissjoni u tal-Kunsill. Il-membri tal-Kumitat ma għandu jkollhom l-ebda interess finanzjarju jew interessi oħra li jistgħu jaffettwaw l-imparzjalità tagħhom. Għandhom jaġixxu fl-interess pubbliku u b'mod indipendenti, u għandhom jagħmlu dikjarazzjoni annwali tal-interessi finanzjarji tagħhom. L-interessi diretti kollha li jistgħu jkunu relatati mas-settur mediku jew ma' settur rilevanti ieħor għandhom ikunu rreġistrati f'reġistru miżmum mill-Kummissjoni u jkun aċċessibbli għall-pubbliku, fuq talba. |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 7c (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
7c. Ir-regoli ta' proċedura, il-gwida, l-aġendi u l-minuti tal-laqgħat tal-HSC għandhom ikunu ppubblikati fuq il-portal tal-internet tal-Kummissjoni. |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Kapitolu II – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Pjan tal-Unjoni ta' tħejjija u rispons |
Pjan tal-Unjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, għandha tistabbilixxi pjan tal-Unjoni għall-kriżi tas-saħħa u għall-pandemija (“il-pjan tal-Unjoni ta' tħejjija u rispons”) biex tippromwovi rispons effettiv u koordinat għal theddid għas-saħħa transkonfinali fil-livell tal-Unjoni. |
1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u filwaqt li jitqies il-qafas tad-WHO , għandha tistabbilixxi pjan tal-Unjoni għall-kriżi tas-saħħa u għall-pandemija (“il-pjan tal-Unjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons”) biex tippromwovi rispons effettiv u koordinat għal theddid għas-saħħa transkonfinali fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-pjan tal-Unjoni ta' tħejjija u rispons għandu jikkumplimenta l-pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija u rispons stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 6. |
2. Il-pjan tal-Unjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons għandu jikkomplementa l-pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija u rispons stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 6. |
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-pjan tal-Unjoni ta' tħejjija u rispons għandu, b'mod partikolari, jinkludi arranġamenti għall-governanza, għall-kapaċitajiet u għar-riżorsi għal: |
3. Il-pjan tal-Unjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons għandu, b'mod partikolari, jinkludi arranġamenti għall-governanza, għall-kapaċitajiet u għar-riżorsi għal: |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt e
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt fb (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt gb (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt gc (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt gd (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ge (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-pjan tal-Unjoni ta' tħejjija u rispons għandu jinkludi elementi ta' tħejjija interreġjonali sabiex jiġu stabbiliti miżuri tas-saħħa pubblika transkonfinali koerenti, multisettorjali, b'mod partikolari billi jitqiesu l-kapaċitajiet għall-ittestjar, għat-traċċar tal-kuntatti, għal-laboratorji, u għal trattament speċjalizzat jew għal kura intensiva fir-reġjuni ġirien. Il-pjanijiet għandhom jinkludu mezzi ta' tħejjija u rispons biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta' dawk iċ-ċittadini b'riskji ogħla. |
4. Il-pjan tal-Unjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons għandu jinkludi pjanijiet ta' tħejjija transkonfinali u interreġjonali sabiex jiġu stabbiliti miżuri tas-saħħa pubblika transkonfinali koerenti, multisettorjali, b'mod partikolari billi jitqiesu l-kapaċitajiet għall-ittestjar, għat-traċċar tal-kuntatti, għal-laboratorji, għat-taħriġ tal-persunal tal-kura tas-saħħa u għal trattament speċjalizzat jew għal kura intensiva fir-reġjuni ġirien. Il-pjanijiet għandhom jinkludu mezzi ta' tħejjija u rispons biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta' dawk iċ-ċittadini b'riskji ogħla. |
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Il-pjan ta' tħejjija u rispons tal-Unjoni għandu jipprevedi wkoll miżuri li jiżguraw il-funzjonament normali tas-suq uniku fil-każ ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa. |
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Sabiex tiżgura t-tħaddim tal-pjan tal-Unjoni ta' tħejjija u rispons , il-Kummissjoni għandha twettaq testijiet tal-istress, eżerċizzji u analiżi ta' azzjoni u ta' wara l-azzjoni mal-Istati Membri, u taġġorna l-pjan kif meħtieġ. |
5. Sabiex tiżgura t-tħaddim tal-pjan tal-Unjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons, il-Kummissjoni għandha twettaq testijiet tal-istress, eżerċizzji u analiżi ta' azzjoni u ta' wara l-azzjoni mal-Istati Membri, u taġġorna l-pjan kif meħtieġ. Il-pjan ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons għandu jqis id-data tas-sistemi tas-saħħa u d-data rilevanti li għandha tinġabar fil-livell nazzjonali jew reġjonali. |
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
5a. Sabiex twieġeb għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni Ewropea tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet, ibbażati fuq id-data tas-sistemi tas-saħħa tal-Unjoni, dwar ir-riżorsi minimi meħtieġa, fir-rigward, fost affarijiet oħra, tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, għall-provvista ta' kopertura tas-saħħa universali fil-linja bażi ta' kwalità adegwata, inkluż dwar l-opzjoni tal-ġbir flimkien tar-riżorsi fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 5b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
5b. Ir-rieżamijiet u kwalunkwe aġġustament sussegwenti għall-pjan għandhom jiġu ppubblikati biex tiżdied it-trasparenza tal-proċess tal-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons. |
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija u rispons |
Pjanijiet nazzjonali ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons |
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fit-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija u rispons kull Stat Membru għandu jikkoordina mal-Kummissjoni sabiex tintlaħaq konsistenza mal-pjan tal-Unjoni ta' tħejjija u rispons , jinforma wkoll mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-HSC bi kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tal-pjan nazzjonali. |
1. Fit-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons kull Stat Membru għandu jikkonsulta lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, lill-organizzazzjonijiet tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, lill-partijiet ikkonċernati tal-industrija u tal-katina tal-provvista, u lis-sħab soċjali nazzjonali, jikkoordina mal-Kummissjoni sabiex tintlaħaq konsistenza mal-pjan tal-Unjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons, li għandu jkun f'konformità mal-arranġamenti għall-governanza, il-kapaċitajiet u r-riżorsi msemmija fl-Artikolu 5(3), inkluż fir-rigward tar-rekwiżiti nazzjonali għall-kumulazzjoni ta' riżerva u l-ġestjoni tar-riżervi strateġiċi tal-Unjoni, u jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-HSC bi kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tal-pjan nazzjonali. |
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Pjanijiet nazzjonali ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons għandhom jinkludu arranġamenti għall-governanza tal-kapaċitajiet u r-riżorsi msemmija fl-Artikolu 5(3), u l-informazzjoni dwarhom. |
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Rapportar dwar l-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons |
Rapportar dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons |
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Istati Membri għandhom sal-aħħar ta' Novembru 2021 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' tħejjija u rispons tagħhom fil-livell nazzjonali. |
1. L-Istati Membri għandhom [fi żmien 6 xhur tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sentejn minn hemm 'il quddiem jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport aġġornat dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons tagħhom fil-livelli nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali u transkonfinali . |
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dak ir-rapport għandu jkopri dan li ġej: |
Dak ir-rapport għandu jkun konċiż, ibbażat fuq indikaturi komuni, jagħti ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet implimentati fl-Istati Membri, u għandu jkopri dan li ġej: |
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt aa (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ab (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b – punt i
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b – punt ii
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b – punt iii
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b – punt iiia (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ca (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt cb (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Ir-rapport għandu jinkludi , kull meta jkun rilevanti, elementi ta' tħejjija u rispons interreġjonali f'konformità mal-pjanijiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali, li jkopru b'mod partikolari l-kapaċitajiet, ir-riżorsi u l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni eżistenti fir-reġjuni ġirien . |
Għall-Istati Membri li jikkondividu fruntiera tal-art ma' tal-inqas Stat Membru ieħor, ir-rapport għandu jinkludi pjanijiet ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons transkonfinali , interreġjonali u intersettorjali mar-reġjuni ġirien inklużi mekkaniżmi ta' koordinazzjoni għall-elementi kollha elenkati fil-punti (a), (b) u (c), taħriġ transkonfinali u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki għall-persunal tal-kura tas-saħħa u persunal tas-saħħa pubblika u l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni għat-trasferiment mediku ta' pazjenti . Entitajiet tal-Unjoni jew nazzjonali li huma involuti fil-kumulazzjoni ta' riżerva ta' prodotti mediċi għandhom jinvolvu ruħhom mal-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rapportar ta' ħażniet disponibbli u jqisu l-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons kemm tal-Unjoni kif ukoll dak nazzjonali. |
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Ir-rapport għandu jinkludi wkoll, sa fejn ikun fattibbli, informazzjoni dwar l-impatt tal-mard komunikabbli fuq il-mard mhux komunikabbli ewlieni. |
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-aħħar verżjoni disponibbli tal-pjanijiet ta' prevenzjoni, tħejjija u rispons għandha tinhemeż mar-rapport. |
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni. |
Ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport għandhom jiġu ppubblikati fuq is-siti web tal-Kummissjoni u tal-ECDC . |
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Awditjar tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons |
Awditjar tal-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons |
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Kull tliet snin , l-ECDC għandu jwettaq awditjar fl-Istati Membri bil-għan li jiżgura l-istat ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali u tal-koerenza tagħhom mal-pjan tal-Unjoni. Dawn l-awditi għandhom jiġu implimentati mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, bil-għan li ssir valutazzjoni tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1). |
1. Kull sentejn , l-ECDC għandu jwettaq awditjar fl-Istati Membri bil-għan li jiżgura l-istat ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali u tal-koerenza tagħhom mal-pjan tal-Unjoni. Dawn l-awditi għandhom ikunu bbażati fuq sett ta' indikaturi u jiġu implimentati f'kooperazzjoni mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, bil-għan li ssir valutazzjoni tal-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1). |
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw pjan ta' azzjoni li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet proposti tal-awditjar u tal-azzjonijiet korrettivi u tal-istadji importanti korrispondenti. |
2. F'każ li l-awditjar jidentifika nuqqasijiet, l-Istat Membru għandu, fi żmien sitt xhur minn mindu jirċievi l-konklużjonijiet tiegħu, jippreżenta pjan ta' azzjoni li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet proposti tal-awditjar u li jistabbilixxi l-azzjonijiet korrettivi u l-istadji importanti korrispondenti. |
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jsegwix rakkomandazzjoni, huwa għandu jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għal dan. |
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Rapport tal-Kummissjoni dwar l-ippjanar għat-tħejjija |
Rapport tal-Kummissjoni dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni u għat-tħejjija |
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 7, u tar-riżultati tal-awditi msemmija fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha sa Lulju 2022 u kull sentejn wara, tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar is-sitwazzjoni attwali u l-progress dwar l-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons fil-livell tal-Unjoni. |
1. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 7, u tar-riżultati tal-awditi msemmija fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha sa Lulju 2022 u kull sentejn wara, tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar is-sitwazzjoni attwali u l-progress dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jinkludi l-ippjanar transkonfinali għat-tħejjija u għar-rispons fir-reġjuni ġirien. |
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Kummissjoni tista' tadotta rakkomandazzjonijiet dwar l-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons indirizzati lill-Istati Membri abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. |
2. Il-Kummissjoni tista' tadotta rakkomandazzjonijiet dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons indirizzati lill-Istati Membri abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jkopru, fost l-oħrajn, ir-riżorsi minimi meħtieġa biex jirrispondu għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika fir-rigward, fost affarijiet oħra, tad-daqs tal-popolazzjoni, u għandhom jiġu żviluppati abbażi ta' prattika tajba u valutazzjonijiet ta' politika. |
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Koordinazzjoni tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons fl-HSC |
Koordinazzjoni tal-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons fl-HSC |
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt e
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, imexxu djalogu mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema tas-saħħa u tal-kura, il-partijiet ikkonċernati tal-industrija u tal-katina tal-provvista u l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u tal-konsumaturi. Dak id-djalogu għandu jinkludi skambji regolari ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet, l-industrija u l-atturi rilevanti fil-katina tal-provvista farmaċewtika biex jiġu identifikati r-restrizzjonijiet mistennija tal-provvista sabiex ikunu permessi koordinazzjoni aħjar, l-iżvilupp ta' sinerġiji u risponsi xierqa. |
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha torganizza dawk l-attivitajiet f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati. |
Il-Kummissjoni għandha torganizza dawk l-attivitajiet f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati jew potenzjalment ikkonċernati u b'koordinazzjoni, fejn possibbli, mad-WHO sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet, inklużi l-kapaċitajiet ta' tħejjija skont ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa . |
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Fir-reġjuni transkonfinali, għandhom jiġu promossi taħriġ transkonfinali konġunt u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki għall-persunal tal-kura tas-saħħa u l-persunal tas-saħħa pubblika u l-familjarità mas-sistemi tas-saħħa pubblika għandha tkun obbligatorja. |
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tuża l-potenzjal kollu possibbli ta' tagħlim mill-bogħod biex iżżid l-għadd ta' trainees. |
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-attivitajiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jipprovdu lill-persunal imsemmi f'dak il-paragrafu bl-għarfien u bil-ħiliet meħtieġa b'mod partikolari biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija msemmija fl-Artikolu 6, jimplimentaw attivitajiet biex tissaħħaħ it-tħejjija għall-kriżijiet u għall-kapaċitajiet ta' sorveljanza inkluż l-użu ta' għodod diġitali. |
2. L-attivitajiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jipprovdu lill-persunal imsemmi f'dak il-paragrafu bl-għarfien u bil-ħiliet meħtieġa b'mod partikolari biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija msemmija fl-Artikolu 6, jimplimentaw attivitajiet biex tissaħħaħ it-tħejjija għall-kriżijiet u għall-kapaċitajiet ta' sorveljanza inkluż l-użu ta' għodod diġitali , jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa kritiċi u fit-tul u jkunu konsistenti mal-approċċ Saħħa Waħda . |
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-attivitajiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu miftuħin għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, u jistgħu jiġu organizzati barra mill-Unjoni. |
3. L-attivitajiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu miftuħin għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, u jistgħu jiġu organizzati barra mill-Unjoni f'koordinazzjoni, fejn possibbli, mal-attivitajiet tal-ECDC f'dan il-qasam . |
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Il-Kummissjoni tista' tappoġġa l-organizzazzjoni ta' programmi, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għall-iskambju ta' persunal fil-qasam tal-kura tas-saħħa u persunal fis-settur tas-saħħa pubblika bejn żewġ Stati Membri jew aktar u għall-issekondar temporanju ta' persunal minn Stat Membru għall-ieħor. |
5. Il-Kummissjoni tista' tappoġġa l-organizzazzjoni ta' programmi, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għall-iskambju ta' persunal fil-qasam tal-kura tas-saħħa u persunal fis-settur tas-saħħa pubblika bejn żewġ Stati Membri jew aktar u għall-issekondar temporanju ta' persunal minn Stat Membru għall-ieħor. Fl-organizzazzjoni ta' dawk il-programmi, għandu jitqies il-kontribut li sar mill-organizzazzjonijiet professjonali tas-saħħa f'kull Stat Membru. |
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Kummissjoni u kwalunkwe Stat Membru li jixtieq dan jistgħu jinvolvu ruħhom fi proċedura ta' akkwist konġunt imwettqa skont l-Artikolu 165(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) bil-ħsieb tax-xiri bil-quddiem ta' kontromiżuri tas-saħħa għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa. |
1. Il-Kummissjoni u kwalunkwe Stat Membru jistgħu jinvolvu ruħhom fi proċedura ta' akkwist konġunt bħala partijiet kontraenti mwettqa skont l-Artikolu 165(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) bil-ħsieb tax-xiri bil-quddiem ta' kontromiżuri tas-saħħa għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa f'perjodu ta' żmien raġonevoli . |
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt cc (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt cd (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-entitajiet li jorganizzaw kwalunkwe azzjoni, inkluż, iżda mhux limitat għal proċeduri ta' akkwist konġunt, il-kumulazzjoni ta' riżerva u d-donazzjoni ta' kontromiżuri mediċi skont mekkaniżmi differenti stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari skont: |
3. Il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-entitajiet li jorganizzaw u li jipparteċipaw fi kwalunkwe azzjoni, inkluż, iżda mhux limitat għal proċeduri ta' akkwist konġunt, l-iżvilupp, il-kumulazzjoni ta' riżerva fil-faċilitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġuridiċi speċifiċi għall-ħżin ta' kontromiżuri mediċi u li għandhom l-akbar prossimità u aċċessibbiltà għall-akbar numru ta' ċentri tal-popolazzjoni, mingħajr ma tiġi kompromessa l-aċċessibbiltà ta' dawk il-prodotti għall-persuni f'reġjuni remoti, rurali u ultraperiferiċi, id-distribuzzjoni u d-donazzjoni ta' kontromiżuri mediċi , li għandhom ikunu ta' benefiċċju għall-pajjiżi b'introjtu baxx u medju, skont mekkaniżmi differenti stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari skont: |
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt f
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw li jkun hemm kumulazzjoni ta' riżerva u distribuzzjoni adegwati ta' kontromiżuri mediċi akkwistati. Id-dettalji u l-karatteristiċi ewlenin ta' dik il-kumulazzjoni ta' riżerva u d-distribuzzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali. |
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3b. F'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew dwar in-negozjati li jikkonċernaw l-akkwist konġunt ta' kontromiżuri mediċi. |
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3c (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3c. Il-Parlament Ewropew jirriżerva f'kull ħin id-dritt li jwettaq skrutinju, skont ir-regoli ta' kunfidenzjalità eżistenti, tal-kontenut mhux iċċensurat tal-kuntratti kollha finalizzati fi proċedimenti skont dan l-Artikolu. |
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3d (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3d. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni aġġornata, aċċessibbli u ċara lill-konsumaturi dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom rigward kontromiżuri mediċi akkwistati b'mod konġunt, inklużi dettalji dwar ir-responsabbiltà għad-danni, u l-aċċess għall-protezzjoni legali u għar-rappreżentanza tal-konsumatur. |
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3e (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3e. Fejn il-proċedura ta' akkwist konġunt għal kontromiżuri mediċi għal theddid transkonfinali għas-saħħa ma tiġix applikata, il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni dwar l-ipprezzar u d-dati tal-konsenja għal kontromiżuri mediċi. |
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 13- paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. In-network għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard komunikabbli u tal-kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(1)(a) għandu jiżgura komunikazzjoni permanenti bejn il-Kummissjoni, l-ECDC, u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli fil-livell nazzjonali għas-sorveljanza epidemjoloġika. |
1. In-network għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard komunikabbli , inkluż il-mard komunikabbli ta' oriġini żoonotika, u tal-kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(1)(a) għandu jiżgura komunikazzjoni permanenti bejn il-Kummissjoni, l-ECDC, u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli fil-livell nazzjonali għas-sorveljanza epidemjoloġika. |
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt d
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt e
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. L-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandha tiġi rrappurtata mill-inqas fil-livell NUTS II lis-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza (TESSy) jew pjattaforma oħra, fuq bażi f'waqtha kif stabbilit f'konformità mal-Artikolu 7. |
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 6 – subparagrafu a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-ECDC għandu jappoġġa lill-Istati Membri biex jiżguraw il-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data fi żminijiet ta' kriżi tas-saħħa u l-operazzjoni integrata tan-network għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard komunikabbli u tal-kwistjonijiet tas-saħħa speċjali relatati msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 2(1). L-ECDC għandu, fejn xieraq, jagħmel disponibbli wkoll l-għarfien espert tiegħu f'dak il-qasam lill-pajjiżi terzi. |
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9. Il-Kummissjoni għandha , permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi u taġġorna : |
9. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 fir-rigward tal-istabbiliment u l-aġġornament ta': |
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 9a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
9a. Fejn raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament iġġustifikati marbuta mas-severità jew man-novità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa jew għar-rapidità tat-tixrid tagħha fost l-Istati Membri jirrikjedu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 28a għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu. |
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 9b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
9b. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi u taġġorna l-proċeduri għat-tħaddim tan-network ta' sorveljanza epidemjoloġika żviluppat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE)…/… [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament ECDC [ISC/2020/12527]]. |
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati relatati mas-severità jew man-novità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa jew mar-rapidità tat-tixrid tagħha fost l-Istati Membri, Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(3) għall-adozzjoni tad-definizzjonijiet tal-każ, tal-proċeduri u tal-indikaturi għas-sorveljanza fl-Istati Membri fil-każ ta' theddida msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(1)(a). L-indikaturi msemmija hawn fuq għandhom jappoġġaw ukoll il-valutazzjoni tal-kapaċità għad-dijanjożi, għall-prevenzjoni u għat-trattament. |
10. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati relatati mas-severità jew man-novità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa jew mar-rapidità tat-tixrid tagħha fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(3) għall-adozzjoni tal-proċeduri għas-sorveljanza fl-Istati Membri fil-każ ta' theddida msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(1)(a). |
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-ECDC għandu jiżgura l-iżvilupp ulterjuri tal-pjattaforma diġitali li permezz tagħha d-data tiġi ġestita u skambjata awtomatikament, biex jiġu stabbiliti sistemi ta' sorveljanza integrati u interoperabbli li jippermettu sorveljanza f'ħin reali fejn ikun xieraq, għall-fini tal-appoġġ għall-prevenzjoni u għall-kontroll ta' marda komunikabbli. |
1. L-ECDC għandu jiżgura l-iżvilupp kontinwu tal-pjattaforma diġitali wara li jkun wettaq valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-data u wara li jkun taffa kwalunkwe riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, li permezz tagħha d-data tiġi ġestita u skambjata awtomatikament, biex jiġu stabbiliti sistemi ta' sorveljanza integrati u interoperabbli li jippermettu sorveljanza f'ħin reali fejn ikun xieraq, għall-fini tal-appoġġ għall-prevenzjoni u għall-kontroll ta' marda komunikabbli. Għandu jiżgura li jkun hemm sorveljanza umana tal-pjattaforma diġitali u jinkludi miżuri speċifiċi għall-minimizzazzjoni tar-riskji li jistgħu jirriżultaw mit-trasferiment ta' data ta' preġudizzji jew data mhux kompluta minn sorsi multipli, kif ukoll jistabbilixxi proċeduri għal rieżami tal-kwalità tad-data. Il-pjattaformi diġitali u l-applikazzjonijiet li jappoġġaw is-sorveljanza epidemjoloġika fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri għandhom jiġu implimentati f'konformità mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725. |
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw li s-sistema ta' sorveljanza integrata tingħata informazzjoni data u dokumenti f'waqthom u kompluti, trażmessi u skambjati permezz tal-pjattaforma diġitali. |
3. L-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw li s-sistema ta' sorveljanza integrata tingħata informazzjoni, data u dokumenti f'waqthom, kompluti u preċiżi , trażmessi u skambjati permezz tal-pjattaforma diġitali. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-awtomatizzazzjoni ta' dan il-proċess bejn is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali u tal-Unjoni. |
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Għal skopijiet epidemjoloġiċi , l-ECDC għandu jkollu wkoll aċċess għal data rilevanti dwar is-saħħa li tiġi aċċessata jew magħmula disponibbli permezz ta' infrastrutturi diġitali li jippermettu l-użu ta' data dwar is-saħħa għal skopijiet ta' riċerka, tfassil ta' politika u għal skopijiet regolatorji. |
5. Għal skopijiet ta' sorveljanza epidemjoloġika , l-ECDC għandu jkollu wkoll aċċess għal data rilevanti dwar is-saħħa li tiġi aċċessata jew magħmula disponibbli permezz ta' infrastrutturi diġitali li jippermettu l-użu ta' data dwar is-saħħa għal skopijiet ta' riċerka, tfassil ta' politika u għal skopijiet regolatorji. L-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jkun proporzjonat għal finijiet speċifiċi u konkreti li għandhom ikunu ġew definiti minn qabel mill-ECDC. |
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-funzjonament tal-pjattaforma ta' sorveljanza li jistabbilixxu: |
6. Il-Kummissjoni , wara li twettaq proċedura ta' konsultazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725, għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 dwar il-funzjonament tal-pjattaforma ta' sorveljanza li jistabbilixxu: |
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6 – punt d
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6 – punt fa (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
6a. Il-pjattaformi diġitali u l-applikazzjonijiet li jappoġġaw is-sorveljanza epidemjoloġika fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri għandhom jiġu implimentati f'konformità mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725. |
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fil-qasam tas-saħħa pubblika jew għal oqsma speċifiċi tas-saħħa pubblika rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jew tal-pjanijiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tinnomina laboratorji ta' referenza tal-UE biex jipprovdu appoġġ lil-laboratorji nazzjonali ta' referenza biex jippromwovu prattika tajba u allinjament mill-Istati Membri fuq bażi volontarja dwar id-dijanjostiċi, il-metodi tal-ittestjar, l-użu ta' ċerti testijiet għas-sorveljanza, in-notifika u r-rapportar uniformi tal-mard mill-Istati Membri. |
1. Fil-qasam tas-saħħa pubblika jew għal oqsma speċifiċi tas-saħħa pubblika rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jew tal-pjanijiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tinnomina laboratorji ta' referenza tal-UE biex jipprovdu appoġġ lil-laboratorji nazzjonali ta' referenza biex jippromwovu prattika tajba u allinjament mill-Istati Membri dwar id-dijanjostiċi, il-metodi tal-ittestjar, l-użu ta' ċerti testijiet għas-sorveljanza, in-notifika u r-rapportar uniformi tal-mard mill-Istati Membri. |
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt f
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. In-network ta' laboratorji ta' referenza tal-UE għandu jiġi operat u kkoordinat mill-ECDC. |
3. In-network ta' laboratorji ta' referenza tal-UE għandu jiġi operat u kkoordinat mill-ECDC , f'kooperazzjoni mal-laboratorji tan-network tad-WHO biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet. L-istruttura ta' governanza tan-network għandha tkopri l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-laboratorji u n-networks ta' referenza nazzjonali u reġjonali eżistenti . |
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Il-laboratorji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkontribwixxu għall-kondiviżjoni ta' prattiki tajba u għat-titjib tas-sorveljanza epidemjoloġika msemmija fl-Artikolu 13. |
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-ħatriet previsti fil-paragrafu 1 għandhom isegwu proċess ta' għażla pubblika, ikunu limitati fiż-żmien, b'perjodu minimu ta' ħames snin, u jiġu riveduti regolarment. Il-ħatriet għandhom jistabbilixxu r-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-laboratorji nnominati. |
4. Il-ħatriet previsti fil-paragrafu 1 għandhom isegwu proċess ta' għażla pubblika, ikunu limitati fiż-żmien, b'perjodu minimu ta' ħames snin, u jiġu riveduti regolarment. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-ECDC biex telabora t-termini ta' referenza u l-kriterji tal-proċess ta' ħatra. Il-ħatriet għandhom jistabbilixxu r-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-laboratorji nnominati. Il-konsorzji tal-laboratorji għandhom ikunu eliġibbli għall-ħatra. |
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 5 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Għandha tintuża s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza (TESSy) għall-monitoraġġ ad hoc ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa msemmija fil-punt (iii) tal-Artikolu 2(1)(a) u fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 2(1). |
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha , permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta, fejn meħtieġ, id-definizzjonijiet tal-każ li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ ad hoc, sabiex jiġu żgurati l-komparabbiltà u l-kompatibbiltà tad-data miġbura fil-livell tal-Unjoni. |
Il-Kummissjoni għandha tadotta, fejn meħtieġ, atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 dwar id-definizzjonijiet tal-każ li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ ad hoc, sabiex jiġu żgurati l-komparabbiltà u l-kompatibbiltà tad-data miġbura fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). |
imħassar |
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament iġġustifikati marbuta mas-severità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa jew għar-rapidità tat-tixrid tagħha fost l-Istati Membri , il-Kummissjoni tista' tadotta jew taġġorna d-definizzjonijiet tal-każ imsemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(3) . |
Fejn raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament iġġustifikati marbuta mas-severità jew man-novità ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa jew għar-rapidità tat-tixrid tagħha fost l-Istati Membri jirrikjedu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 28a għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu . |
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-EWRS għandha tippermetti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli fil-livell nazzjonali li jkunu f'komunikazzjoni permanenti għall-finijiet ta' tħejjija, ta' twissija bikrija u ta' rispons, ta' twissijiet, ta' valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa pubblika u tad-determinazzjoni tal-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika. |
1. L-EWRS għandha tippermetti lill-Kummissjoni , lill-ECDC, u lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli fil-livell nazzjonali li jkunu f'komunikazzjoni permanenti għall-finijiet ta' tħejjija, ta' twissija bikrija u ta' rispons, ta' twissijiet, ta' valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa pubblika u tad-determinazzjoni tal-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika. |
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-ġestjoni u l-użu tal-EWRS jinvolvu l-iskambju ta' data personali f'każijiet speċifiċi fejn l-istrumenti legali rilevanti jipprovdu hekk. Dan jinkludi: |
Il-ġestjoni u l-użu operazzjonali tal-EWRS jinvolvu l-iskambju ta' data personali f'każijiet speċifiċi fejn l-istrumenti legali rilevanti jipprovdu hekk. Dan jinkludi: |
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-ECDC għandu jaġġorna kontinwament l-EWRS b'mod li jippermetti l-użu ta' teknoloġiji moderni, bħal applikazzjonijiet diġitali mobbli, mudelli ta' intelliġenza artifiċjali, applikazzjonijiet iffaċilitati minn teknoloġiji spazjali, jew teknoloġiji oħra għat-traċċar awtomatizzat tal-kuntatti, li jibnu fuq it-teknoloġiji tat-traċċar tal-kuntatti żviluppati mill-Istati Membri. |
L-ECDC għandu jaġġorna kontinwament l-EWRS b'mod li jippermetti l-użu ta' teknoloġiji moderni, bħal applikazzjonijiet diġitali mobbli, mudelli ta' intelliġenza artifiċjali, applikazzjonijiet iffaċilitati minn teknoloġiji spazjali, jew teknoloġiji oħra għat-traċċar awtomatizzat tal-kuntatti, li jibnu fuq it-teknoloġiji tat-traċċar tal-kuntatti żviluppati mill-Istati Membri jew mill-Unjoni, użati għall-iskop uniku li jiġġieldu l-pandemija u li jkun intwera li huma adegwati, meħtieġa u proporzjonati, u f'konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE . |
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Biex tiġi żgurata l-kwalità u l-konsistenza tad-data, l-EWRS għandha timplimenta proċessi tad-data robusti, preċiżi u interoperabbli mal-Istati Membri. L-ECDC għandu jikkoordina mal-Istati Membri matul tali proċessi ta' skambju ta' data, mill-valutazzjoni tar-rekwiżiti, it-trażmissjoni u l-ġbir tad-data, sal-attwalizzazzjoni u l-interpretazzjoni aġġornati tagħha, filwaqt li jiżgura li jkun hemm kollaborazzjoni b'saħħitha bejn il-Kummissjoni, l-ECDC u l-korpi nazzjonali u reġjonali kompetenti. |
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. L-ECDC għandu jiżviluppa u jtejjeb l-EWRS, biex iżid l-awtomatizzazzjoni tal-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni, itejjeb il-kategorizzazzjoni tan-notifiki, inaqqas il-komunikazzjoni tat-test miftuħ, inaqqas il-piż amministrattiv u jtejjeb l-istandardizzazzjoni tan-notifiki. |
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2b. L-EWRS għandha tittejjeb biex jitnaqqsu l-piż tal-burokrazija u d-duplikazzjonijiet tan-notifika. L-EWRS għandha tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnotifikaw lid-WHO dwar avvenimenti li jistgħu jikkostitwixxu emerġenzi tas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 6 tal-IHR, u għandha tintegra din l-informazzjoni fis-sistema tal-EWRS, sabiex tiġi notifikata awtomatikament twissija fl-EWRS. |
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta proċeduri rigward l-iskambju ta' informazzjoni ma' sistemi ta' twissija rapida oħra fil-livell tal-Unjoni, inkluż l-iskambju ta' data personali, sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tal-EWRS u tevita t-trikkib ta' attivitajiet jew azzjonijiet konfliġġenti ma' strutturi u mekkaniżmi eżistenti għat-tħejjija, għall-monitoraġġ, għat-twissija bikrija u għall-ġlieda kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa. |
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta proċeduri rigward l-iskambju ta' informazzjoni ma' sistemi ta' twissija rapida oħra fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali , inkluż l-iskambju ta' data personali, sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tal-EWRS u tevita t-trikkib ta' attivitajiet jew azzjonijiet konfliġġenti ma' strutturi u mekkaniżmi eżistenti għat-tħejjija, għall-monitoraġġ, għat-twissija bikrija u għall-ġlieda kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa. |
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. L-EWRS għandha tkun tista' tiġbor awtomatikament informazzjoni minn bażijiet tad-data importanti oħra, bħal dawk li jinkludu data ambjentali, data dwar il-klima, data dwar l-irrigazzjoni tal-ilma u data oħra rilevanti għat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, li tista' tiffaċilita l-fehim u ttaffi r-riskju ta' theddid potenzjali għas-saħħa. |
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnotifikaw lid-WHO b'avvenimenti li jistgħu jikkostitwixxu emerġenzi tas-saħħa pubblika ta' rilevanza internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 6 tal-IHR huma għandhom , l-aktar tard, jinnotifikaw simultanjament bi twissija fl-EWRS, dment li t-theddida kkonċernata tkun taqa' taħt dawk imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament. |
2. Meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnotifikaw lid-WHO b'avvenimenti li jistgħu jikkostitwixxu emerġenzi tas-saħħa pubblika ta' rilevanza internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 6 tal-IHR , kif imsemmi fl-Artikolu 18(2b), għandhom jinnotifikaw simultanjament bi twissija fl-EWRS, dment li t-theddida kkonċernata tkun taqa' taħt dawk imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt f
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt h
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt ia (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt j
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. L-Istat Membru għandu jaġġorna l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 hekk kif data ġdida ssir disponibbli. |
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Meta tingħata twissija skont l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ għall-koordinazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni, u fuq rikjesta tal-HSC msemmi fl-Artikolu 21 jew fuq inizjattiva tagħha stess, tagħmel disponibbli minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-HSC permezz tal-EWRS, valutazzjoni tar-riskju tas-severità potenzjali tat-theddida għas-saħħa pubblika, inkluż miżuri tas-saħħa pubblika possibbli. Dik il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq minn: |
1. Meta tingħata twissija skont l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ għall-koordinazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni, u fuq rikjesta tal-HSC msemmi fl-Artikolu 21 jew fuq inizjattiva tagħha stess, tagħmel disponibbli minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-HSC permezz tal-EWRS, valutazzjoni tar-riskju tas-severità potenzjali tat-theddida għas-saħħa pubblika, inkluż miżuri tas-saħħa pubblika possibbli , inkluża valutazzjoni tar-riskju tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni affettwata . Dik il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq minn: |
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 200
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fuq it-talba tal-aġenzija jew tal-korp li jwettaq il-valutazzjoni tar-riskju fil-mandat tiegħu, l-aġenziji u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu kull informazzjoni u data rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom. |
2. Fuq it-talba tal-aġenzija jew tal-korp li jwettaq il-valutazzjoni tar-riskju fil-mandat tiegħu, l-aġenziji u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu kull informazzjoni u data u għarfien espert rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom. Meta jkunu qed iwettqu l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, l-aġenzija jew il-korp għandhom jinħatru bħala l-aġenzija “ewlenija” f'konformità mal-paragrafu 3. L-aġenzija jew il-korp għandhom jiżguraw li jieħdu nota ta' kwalunkwe informazzjoni jew għarfien espert miksuba minn aġenziji jew korpi oħra msemmija fil-paragrafu 1. |
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn il-valutazzjoni tar-riskju meħtieġa hija kompletament jew parzjalment barra mill-mandati tal-aġenziji msemmijin fil-paragrafu 1, u titqies bħala neċessarja għall-koordinazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni, fuq talba tal-HSC jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, għandha tipprovdi valutazzjoni tar-riskju ad hoc. |
Fejn il-valutazzjoni tar-riskju meħtieġa hija kompletament jew parzjalment barra mill-mandati tal-aġenziji msemmijin fil-paragrafu 1, u titqies bħala neċessarja għall-koordinazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni, fuq talba tal-HSC jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, għandha tipprovdi valutazzjoni tar-riskju ad hoc. Fejn il-valutazzjoni tar-riskju meħtieġa taqa' taħt il-mandat ta' diversi aġenziji msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha taħtar aġenzija ewlenija biex tkun inkarigata mit-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju, f'kollaborazzjoni mal-aġenziji l-oħra kkonċernati, u tistabbilixxi skadenza għall-preżentazzjoni tal-valutazzjoni minn dik l-aġenzija. |
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-riskju disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-pront permezz tal-EWRS, u, jekk xieraq, permezz ta' sistemi ta' twissijiet marbuta. Meta l-valutazzjoni tar-riskju jkollha tiġi ppubblikata, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jirċievuha qabel il-pubblikazzjoni tagħha. |
Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-riskju disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-pront permezz tal-EWRS, u, jekk xieraq, permezz ta' sistemi ta' twissijiet marbuta. Meta l-valutazzjoni tar-riskju jkollha tiġi ppubblikata, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jirċevuha qabel il-pubblikazzjoni tagħha permezz tal-EWRS u l-HSC . |
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis, jekk disponibbli, l-informazzjoni rilevanti pprovduta minn entitajiet oħra, b'mod partikolari mid-WHO, fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali. |
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis, jekk disponibbli, l-informazzjoni rilevanti pprovduta minn esperti tas-saħħa pubblika u entitajiet oħra, b'mod partikolari mid-WHO, fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali. |
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 207
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jadotta miżuri għas-saħħa pubblika sabiex jiġġieled kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa, qabel ma jadotta dawn il-miżuri huwa għandu jinforma u jikkonsulta lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar in-natura, l-għan u l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri, ħlief meta l-ħtieġa li tiġi mħarsa s-saħħa pubblika tkun tant urġenti li jkun meħtieġ li l-miżuri jiġu adottati minnufih. |
2. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jadotta jew itemm miżuri għas-saħħa pubblika sabiex jiġġieled kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa, qabel ma jadotta jew itemm dawn il-miżuri huwa għandu jinforma, jikkonsulta u jikkoordina mal-Istati Membri l-oħra b'mod partikolari mal-Istati Membri ġirien, mal-Kummissjoni u mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa dwar in-natura, l-għan u l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri, ħlief meta l-ħtieġa li tiġi mħarsa s-saħħa pubblika tkun tant urġenti li jkun meħtieġ li l-miżuri jiġu adottati minnufih. |
Emenda 208
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Meta Stat Membru jkollu jadotta, minħabba urġenza, miżuri għas-saħħa pubblika bħala rispons għall-feġġ jew għaż-żieda mill-ġdid ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa, huwa għandu, eżatt mal-adozzjoni, jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar in-natura, il-fini u l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk il-miżuri. |
3. Meta Stat Membru jkollu jadotta, minħabba urġenza, miżuri għas-saħħa pubblika bħala rispons għall-feġġ jew għaż-żieda mill-ġdid ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa, huwa għandu, eżatt mal-adozzjoni, jinforma lill-Istati Membri l-oħra , lill-awtoritajiet reġjonali rilevanti, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa dwar in-natura, il-fini u l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk il-miżuri , speċjalment fir-reġjuni transkonfinali . |
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. F'każ ta' theddida transkonfinali serja għas-saħħa li l-kapaċitajiet tar-rispons nazzjonali ma jkunux jistgħu jlaħħqu magħha fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' jitlob ukoll l-għajnuna ta' Stati Membri oħra permezz tal-ERCC previst bid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1a) . |
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Qabel tiġi rikonoxxuta sitwazzjoni ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkoordina mad-WHO sabiex tikkondividi l-analiżi tal-Kummissjoni tas-sitwazzjoni tat-tifqigħa u tinforma lid-WHO bl-intenzjoni tagħha li toħroġ tali deċiżjoni. |
3. Qabel tiġi rikonoxxuta sitwazzjoni ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mad-WHO sabiex tikkondividi l-analiżi tal-Kummissjoni tas-sitwazzjoni tat-tifqigħa u tinforma lid-WHO bl-intenzjoni tagħha li toħroġ tali deċiżjoni. |
Emenda 214
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2) . |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(3) . |
Emenda 215
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Għall-fini tar-rikonoxximent formali ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika (“Kumitat Konsultattiv”) li, fuq talba tal-Kummissjoni, għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni billi jipprovdi l-fehmiet tiegħu dwar: |
1. Għall-fini tar-rikonoxximent formali ta' emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni , b'konsultazzjoni mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa għandha tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika (“Kumitat Konsultattiv”) li, fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa , għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa billi jipprovdi l-fehmiet tiegħu dwar: |
Emenda 216
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt c – punt ii
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 217
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt c – punt iia (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 218
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun magħmul minn esperti indipendenti, magħżula mill-Kummissjoni skont l-oqsma ta' għarfien u tal-esperjenza l-aktar rilevanti għat-theddida speċifika li tkun qed isseħħ. Il-Kumitat għandu jkollu sħubija multidixxiplinarja sabiex ikun jista' jagħti pariri dwar aspetti bijomediċi, komportamentali, soċjali, ekonomiċi, kulturali u internazzjonali. Ir-rappreżentanti tal-ECDC u tal-EMA jipparteċipaw bħala osservaturi fil-Kumitat Konsultattiv. Ir-rappreżentanti ta' korpi jew ta' aġenziji oħra tal-Unjoni rilevanti għat-theddida speċifika għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi f'dan il-Kumitat kif meħtieġ. Il-Kummissjoni tista' tistieden esperti li għandhom għarfien espert speċifiku dwar suġġett fl-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-Kumitat Konsultattiv fuq bażi ad hoc. |
2. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun magħmul minn esperti indipendenti , minn rappreżentanti tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u l-kura u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili , magħżula mill-Kummissjoni skont l-oqsma ta' għarfien u tal-esperjenza l-aktar rilevanti għat-theddida speċifika li tkun qed isseħħ. Il-Kumitat għandu jkollu sħubija multidixxiplinarja sabiex ikun jista' jagħti pariri dwar aspetti sanitarji, bijomediċi, komportamentali, soċjali, ekonomiċi, ta' riċerka, ta' żvilupp, ta' manifattura, kulturali , tat-trasport u internazzjonali. Ir-rappreżentanti tal-ECDC u tal-EMA għandhom jieħdu parti attiva fil-Kumitat Konsultattiv. Ir-rappreżentanti ta' korpi jew ta' aġenziji oħra tal-Unjoni rilevanti għat-theddida speċifika għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi f'dan il-Kumitat kif meħtieġ. Il-Kummissjoni jew il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, jistgħu jistiednu esperti u partijiet ikkonċernati li għandhom għarfien espert speċifiku dwar suġġett fl-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-Kumitat Konsultattiv fuq bażi ad hoc. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet tal-esperti magħżula biex jiffurmaw parti mill-Kumitat Konsultattiv u d-dettalji tal-isfondi professjonali u/jew xjentifiċi li jiġġustifikaw il-ħatra tagħhom. |
Emenda 219
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-lista tal-membri tal-Kwalità Konsultattiv u l-kwalifiki li jappoġġaw il-ħatra tagħhom. Għandu jiġi żgurat bilanċ ġeografiku tas-sħubija kull meta jkun possibbli. Il-membri għandhom jaġixxu fl-interess tal-pubbliku u b'mod indipendenti. Huma għandhom jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' interess u ta' impenji. Tali dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu kwalunkwe attività, pożizzjoni, ċirkustanza jew fatt ieħor li potenzjalment jinvolvu interess diretti u indirett, sabiex isir possibbli li jiġu identifikati interessi li jistgħu jiġu meqjusa li jippreġudikaw l-indipendenza ta' dawk l-esperti. |
Emenda 220
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jiltaqa' kull meta s-sitwazzjoni tirrikjedi dan, wara talba mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru. |
3. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jiltaqa' kull meta s-sitwazzjoni tirrikjedi dan, wara talba mill-Kummissjoni , mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa jew minn Stat Membru. |
Emenda 221
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu inkluż dwar ir-regoli għad-dikjarazzjoni u għat-tmiem ta' sitwazzjoni ta' emerġenza, u għall-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u għal votazzjoni. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jirċievi opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni. |
6. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu inkluż dwar ir-regoli għad-dikjarazzjoni u għat-tmiem ta' sitwazzjoni ta' emerġenza, u għall-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u għal votazzjoni. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jirċievi opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni u mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa . |
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 6a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
6a. Il-minuti tal-Kumitat Konsultattiv għandhom ikunu pubbliċi. |
Emenda 223
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 6b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
6b. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi konsultattivi nazzjonali. |
Emenda 224
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 225
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 227
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 228
Proposta għal regolament
Artikolu 25a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 25a |
|
|
Korsiji ħodor |
|
|
1. Wara li tirrikonoxxi emerġenza tas-saħħa pubblika għal sitwazzjoni ta' pandemija skont l-Artikolu 23(1), il-Kummissjoni għandha, fil-każ ta' restrizzjonijiet fil-fruntieri, tistabbilixxi korsiji ħodor, biex tiżgura li l-oġġetti essenzjali, il-kontromiżuri mediċi u l-ħaddiema transkonfinali jkunu jistgħu jiċċaqalqu liberament fis-suq intern. |
|
|
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment tal-korsiji ħodor imsemmija fil-paragrafu 1. |
|
|
3. Stat Membru jista' jipprojbixxi jew jirrestrinġi biss l-esportazzjonijiet ta' kontromiżuri mediċi f'każijiet definiti fl-Artikolu 36 tat-TFUE matul emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li jikseb awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni. |
|
|
4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-talba għall-għoti ta' awtorizzazzjoni minn qabel fi żmien ħamest ijiem mit-talba. Jekk il-Kummissjoni ma tieħux deċiżjoni matul dak il-perjodu, l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. |
Emenda 229
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-EWRS għandha tinkludi funzjonalità ta' trażmissjoni selettiva tal-messaġġ li tippermetti li d-data personali, inkluża data tal-kuntatti u dwar is-saħħa, tiġi kkomunikata biss lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti fil-miżuri tat-traċċar tal-kuntatti kkonċernati. Dik il-funzjonalità ta' trażmissjoni selettiva tal-messaġġ għandha tiġi mfassla u operata b'mod li tiżgura l-ipproċessar sikur u legali ta' data personali u li torbot mas-sistemi tat-traċċar tal-kuntatti fil-livell tal-Unjoni. |
1. L-EWRS għandha tinkludi funzjonalità ta' trażmissjoni selettiva tal-messaġġ li tippermetti li d-data personali, inkluża data tal-kuntatti u dwar is-saħħa, tiġi kkomunikata biss lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti fil-miżuri tat-traċċar tal-kuntatti kkonċernati. Dik il-funzjonalità ta' trażmissjoni selettiva tal-messaġġ għandha tiġi mfassla b'rispett għall-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data u l-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku, u għandha tkun operata b'mod li tiżgura l-ipproċessar sikur u legali ta' data personali u li torbot mas-sistemi tat-traċċar tal-kuntatti fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 230
Proposta għal regolament
Artikolu 26– paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Id-data personali tista' tiġi skambjata wkoll fil-kuntest tat-traċċar awtomatizzat tal-kuntatti, bl-użu ta' applikazzjonijiet tat-traċċar tal-kuntatti. |
5. Id-data personali tista' tiġi skambjata wkoll fil-kuntest tat-traċċar awtomatizzat tal-kuntatti, bl-użu ta' applikazzjonijiet tat-traċċar tal-kuntatti , f'konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“GDPR”) (1a) |
Emenda 231
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta , permezz ta' atti ta' implimentazzjoni : |
6. Wara proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel kif stipulat fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 li jikkonċernaw : |
Emenda 232
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 233
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt d
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 234
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 235
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). |
imħassar |
Emenda 236
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(3) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn … [data tad-dħul fis-seħħ tal-att leġiżlattiv bażiku jew kwalunkwe data oħra stabbilita mill-koleġiżlaturi]. |
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 8(3), 13(9), 14(6), 17(3), 25a(2) u 26(6) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn … [data tad-dħul fis-seħħ tal-att leġiżlattiv bażiku jew kwalunkwe data oħra stabbilita mill-koleġiżlaturi]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni sa tliet xhur qabel jintemm kull perjodu . |
Emenda 237
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 8(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 8(3), 13(9), 14(6), 17(3), 25a(2) u 26(6) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
Emenda 238
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 8(3), 13(9), 14(6), 17(3), 25a(2) u 26(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Emenda 239
Proposta għal regolament
Artikolu 28a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 28a Proċedura ta' urġenza 1. L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza. 2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(6). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
Emenda 240
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Sal-2025 u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-evalwazzjoni għandha ssir f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar ir-regolamentazzjoni aħjar. L-evalwazzjoni għandha tinkludi, b'mod partikolari, valutazzjoni tal-operat tal-EWRS u tan-network ta' sorveljanza epidemjoloġika, kif ukoll il-koordinazzjoni tar-rispons mal-HSC. |
Sal-2025 u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-evalwazzjoni għandha ssir f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar ir-regolamentazzjoni aħjar. L-evalwazzjoni għandha tinkludi, b'mod partikolari, valutazzjoni tal-operat tal-EWRS u tan-network ta' sorveljanza epidemjoloġika, kif ukoll il-koordinazzjoni tar-rispons mal-HSC u l-impatt tar-Regolament dwar il-funzjonament xieraq tas-suq uniku meta jinħoloq theddid transkonfinali serju għas-saħħa . |
Emenda 241
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Abbażi tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament. |
(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0247/2021).
(1a) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(15) L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Ir-Regolament Internazzjonali dwar is-Saħħa (IHR, 2005) https://www.who.int/ihr/publications/9789241596664/en/
(15) L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Ir-Regolament Internazzjonali tas-Saħħa (IHR, 2005) https://www.who.int/ihr/publications/9789241596664/en/
(1a) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem. (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(1b) Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE. (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(16) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(16) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(17) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 77 I, 20.3.2019, p. 1).
(17) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 77 I, 20.3.2019, p. 1).
(18) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(18) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(1a) Ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (2005) It-Tielet Edizzjoni disponibbli fuq https://www.who.int/publications/i/item/9789241580496
(19) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(19) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(21) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(21) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(1a) Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Ir-Regolament Internazzjonali tas-Saħħa (IHR, 2005) https://www.who.int/ihr/publications/9789241596664/en/
(23) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(24) Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(23) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(24) Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(1b) Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(29) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(29) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(1a) Id-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.
(1a) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
L-Erbgħa 15 ta’ Settembru 2021
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/338 |
P9_TA(2021)0370
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021: Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali tal-2021: – Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (10945/2021 – C9-0348/2021 – 2021/0022(BUD))
(2022/C 117/24)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1) (ir-“Regolament Finanzjarju”), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2020 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 – 2027 (3) (“Regolament dwar il-QFP)”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit tal-25 ta' Diċembru 2020 (6), (“Regolament dwar il-BAR”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 1/2021, adottat mill-Kummissjoni fit-22 ta' Jannar 2021 (COM(2021)0030), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021, adottata mill-Kunsill fid-19 ta' Lulju 2021 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Awwissu 2021 (10945/2021 – C9-0348/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0263/2021), |
|
A. |
billi l-Kummissjoni, fil-25 ta' Diċembru 2020, ippreżentat proposta għal Regolament li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (ir-“Riżerva”) fi ħdan l-istrumenti speċjali tematiċi barra mil-limiti massimi tal-baġit tal-Unjoni tal-QFP “biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi mhux previsti u negattivi fl-Istati Membri u s-setturi li huma l-aktar affettwati” bil-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni, u b'hekk jittaffa l-impatt tiegħu fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; |
|
B. |
billi r-riżorsi massimi għall-implimentazzjoni tar-Riżerva jammontaw għal EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 5 370 994 000 fi prezzijiet attwali); |
|
C. |
billi l-għan tal-abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2021 huwa li jdaħħal fil-baġit annwali tal-Unjoni 2021 EUR 4 244 832 000 fi prezzijiet attwali (EUR 4 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018), kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'approprjazzjonijiet ta' pagament, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' prefinanzjament li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit fl-2021; |
|
D. |
billi, wara l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-BAR, l-approprjazzjonijiet se jiġu ttrasferiti għall-artikolu baġitarju “16 02 03”; billi l-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva lil Stat Membru mbagħad għandha tiġi implimentata fil-qafas ta' ġestjoni kondiviża f'konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju; |
|
1. |
Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021 kif ippreżentat mill-Kummissjoni, li għandu l-għan li jagħmel disponibbli EUR 4 244 832 000, kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'approprjazzjonijiet ta' pagament, biex ikopru l-ħtiġijiet ta' prefinanzjament tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit; |
|
2. |
Jissottolinja li r-Riżerva hija waħda mill-istrumenti speċjali tematiċi fi ħdan ir-Regolament dwar il-QFP, u għalhekk l-approprjazzjonijiet relatati tagħha jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mil-limiti massimi għall-infiq tal-QFP; |
|
3. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2021 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(3) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(4) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(5) ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(6) COM(2020)0854
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/340 |
P9_TA(2021)0371
Estensjoni tal-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati u l-liċenzji tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji li joperaw fiċ-Channel Fixed Link ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2222 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-infrastruttura transfruntiera li tgħaqqad l-Unjoni mar-Renju Unit fiċ-Channel Fixed Link (COM(2021)0402 – C9-0314/2021 – 2021/0228(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 117/25)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0402), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0314/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-1 ta' Settembru 2021 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2021)0228
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Settembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2222 biex jestendi l-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati u l-liċenzji tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji li joperaw fiċ-Channel Fixed Link
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/1701.)
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/341 |
P9_TA(2021)0372
Kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi COM(2021)0108 – C9-0094/2021 – 2021/0055(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 117/26)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0108), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 114 u l-Artikolu 168(4), punt (b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0094/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2021 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta’ Settembru 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0195/2021), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2021)0055
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Settembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta’ ċerti użi ta’ antimikrobiċi u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward tal-provvista diretta ta' laħam tal-pollam u tal-lagomorfi
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/1756.)
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/342 |
P9_TA(2021)0373
Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (COM(2020)0854 – C9-0433/2020 – 2020/0380(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 117/27)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0854), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 322 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0433/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-25 ta' Frar 2021 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Frar 2021 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Marzu 2021 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta’ Ġunju 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, maqbula fil-laqgħa speċjali tiegħu ta' bejn is-17 u l-21 ta' Lulju 2020, li jipprevedu l-istabbiliment ta' Riżerva ta' Aġġustament speċjali ġdida għall-Brexit, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għas-Sajd, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0178/2021), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 101, 23.3.2021, p. 1.
P9_TC1-COD(2020)0380
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Settembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta 'Aġġustament għall-Brexit
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/1755.)
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/344 |
P9_TA(2021)0374
Direttiva dwar il-Karta Blu tal-UE ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg b'ħiliet għolja (COM(2016)0378 – C8-0213/2016 – 2016/0176(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 117/28)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0378), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 79(2), punti (a) u (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0213/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Parlament tal-Bulgarija, kif ukoll mill-Kamra tad-Deputati Ċeka u s-Senat Ċek, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2016 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Diċembru 2016 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta’ Mejju 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0240/2017), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2016)0176
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Settembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini ta' impjieg bi kwalifiki għoljin, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2021/1883.)
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/345 |
P9_TA(2021)0375
L-Istrument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA III) 2021-2027 ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (06604/1/2021 – C9-0352/2021 – 2018/0247(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2022/C 117/29)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06604/1/2021 – C9-0352/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0465), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0266/2021), |
|
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
|
2. |
Japprova d-dikjarazzjonijiet tiegħu annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu ppubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu ppubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjonijiet kollha annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 110, 22.3.2019, p. 156.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sospensjoni tal-assistenza mogħtija taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)
Il-Parlament Ewropew jinnota li r-Regolament (UE) 2021/… li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) fih referenza ġenerali dwar il-possibbiltà ta' sospensjoni tal-assistenza mingħajr ma tiġi speċifikata l-bażi konkreta għal tali deċiżjoni. Tali sospensjoni tal-assistenza għandha tiġi implimentata f'każ ta' degradazzjoni fid-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt minn benefiċjarju elenkat fl-Anness I.
Il-Parlament Ewropew iqis li kwalunkwe sospensjoni ta' assistenza taħt dan l-istrument timmodifika l-iskema finanzjarja ġenerali miftiehma skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Bħala koleġiżlatur u fergħa msieħba tal-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew huwa għalhekk intitolat li jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattiva tiegħu f'dak ir-rigward, jekk ikollha tittieħed deċiżjoni bħal din.
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE u koordinazzjoni strateġika
Il-Parlament Ewropew jinnota li r-referenzi għall-istrumenti ta' azzjoni esterna tal-Unjoni fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE ma għadhomx validi, u għalhekk iqis li, għal raġunijiet ta' ċarezza tad-dritt, dak l-Artikolu għandu jiġi aġġornat, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex jitqiesu l-istrumenti ta' assistenza esterna tal-Unjoni applikabbli fil-perjodu tal-QFP 2021-2027, jiġifieri l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Ekstra-Ewropea, inkluża Greenland.
Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jistabbilixxu struttura ta' koordinazzjoni strateġika magħmula mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tas-SEAE sabiex jiġu żgurati l-koerenza, is-sinerġija, it-trasparenza u r-responsabbiltà f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/947 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (1).
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar l-ismijiet tal-benefiċjarji
Il-Parlament Ewropew jinnota li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/… li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) jirreferi għall-benefiċjarji eliġibbli għal finanzjament taħt dan l-Istrument. Il-Parlament Ewropew iqis li l-ismijiet kostituzzjonali għandhom jintużaw għall-benefiċjarji elenkati, u l-Kosovo għandu jissejjaħ ir-Repubblika tal-Kosovo.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar djalogu ġeopolitiku mal-Parlament Ewropew dwar l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)
Il-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li tqis il-funzjonijiet ta' kontroll politiku tal-Parlament Ewropew stabbiliti fl-Artikolu 14 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, timpenja ruħha li twettaq djalogu ġeopolitiku ta' livell għoli bejn iż-żewġ istituzzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2021/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III). Dan id-djalogu għandu jippermetti skambji mal-Parlament Ewropew, li l-pożizzjonijiet tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-IPA III ser jitqiesu bis-sħiħ, b'rispett sħiħ għall-kapaċità tal-Kummissjoni li timplimenta l-istrument, f'konformità mar-responsabbiltajiet istituzzjonali tagħha.
Id-djalogu ġeopolitiku ser jiddiskuti orjentazzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-IPA III, inkluż dwar l-ipprogrammar qabel l-adozzjoni tal-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA III u d-dokumenti ta' programmazzjoni, u rigward suġġetti speċifiċi bħas-sospensjoni tal-assistenza lil benefiċjarju meta dan jonqos b'mod persistenti milli josserva l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.
Id-djalogu ġeopolitiku se jkun strutturat kif ġej:
|
i) |
Djalogu ta' livell għoli bejn il-Kummissarju inkarigat mill-Viċinat u t-Tkabbir, f'isem il-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew. |
|
ii) |
Djalogu permanenti fil-livell ta' uffiċjali għolja mal-gruppi ta' ħidma tal-Kumitat AFET biex jiġu ggarantiti tħejjija u segwitu adegwati għad-djalogu ta' livell għoli. |
Id-djalogu ta' livell għoli se jsir mill-inqas darbtejn fis-sena. Waħda mil-laqgħat tista' tikkoinċidi mal-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-abbozz ta' baġit annwali.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-modulazzjoni/is-sospensjoni tal-assistenza fl-Artikolu 8, paragrafu 5 tar-Regolament Nru 2021/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' XX/XX 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)
Il-Kummissjoni Ewropea tqis li d-dispożizzjoni fl-Artikolu 8(5) tirrispetta s-setgħat tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni, u l-baġit tal-Unjoni b'mod ġenerali, dment li tkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat fdati lill-Kummissjoni mit-Trattati u mir-Regolament Finanzjarju biex tissospendi l-assistenza tal-Unjoni pprovduta lil pajjiżi terzi.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar in-natura konsultattiva tal-bordijiet strateġiċi bħal fl-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2021/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' XX/XX 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)
Il-Kummissjoni Ewropea tfakkar li kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament IPA III, il-bord strateġiku tal-Qafas ta' Investiment għall-Balkani tal-Punent (WBIF) huwa korp konsultattiv għall-Kummissjoni. Dan huwa allinjat mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2021 dwar l-NDICI – Ewropa Globali, li jirreferi għall-bordijiet strateġiċi tad-WBIF u tal-EFSD+. Dawn il-bordijiet strateġiċi ma għandhomx setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Ir-Regoli ta' Proċedura għall-bord strateġiku tad-WBIF ser jiġu stabbiliti fuq din il-bażi.
(1) Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1).
Il-Ħamis 16 ta’ Settembru 2021
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/348 |
P9_TA(2021)0378
Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Viża bejn l-UE u Cabo Verde ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cabo Verde u tal-Unjoni Ewropea (05034/2021 – C9-0116/2021 – 2020/0319(NLE))
(Approvazzjoni)
(2022/C 117/30)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05034/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cabo Verde u tal-Unjoni Ewropea (05034/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0116/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0264/2021), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Cabo Verde. |
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/349 |
P9_TA(2021)0379
Emenda ta’ Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/JHA, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali ***I
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 li tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli għan-negozjati interistituzzjonali abbażi tal-proposta għal direttiva mhux emendata tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/JHA, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali (COM(2021)0020 – C9-0005/2021 – 2021/0008(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 117/31)
(1) Deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 59(4), r-raba’ subparagrafu, tar-Regoli ta’ Proċedura (A9-0236/2021).
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/350 |
P9_TA(2021)0380
Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali: allinjament mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali ***
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 li tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli għan-negozjati interistituzzjonali abbażi tal-proposta għal direttiva mhux emendata tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/41/UE, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali (COM(2021)0021 – C9-0006/2021 – 2021/0009(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 117/32)
(1) Deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 59(4), r-raba’ subparagrafu, tar-Regoli ta’ Proċedura (A9-0237/2021).
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/351 |
P9_TA(2021)0381
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (05210/2021 – C9-0120/2021 – 2019/0044(NLE))
(Approvazzjoni)
(2022/C 117/33)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05210/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (15082/2019), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0120/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0251/2021), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea. |
|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/352 |
P9_TA(2021)0384
Linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2021)0282 – C9-0205/2021 – 2021/0137(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2022/C 117/34)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0282), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0205/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0262/2021), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 12
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 13a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
(20) Il-Kunsill Ewropew, Id-Dikjarazzjoni ta' Porto, it-8 ta' Mejju 2021.
(20) Il-Kunsill Ewropew, Id-Dikjarazzjoni ta' Porto, it-8 ta' Mejju 2021.
(21) Ir-Regolament (UE) 2020/2221 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali u arranġamenti ta' implimentazzjoni biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 30).
(22) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(21) Ir-Regolament (UE) 2020/2221 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali u arranġamenti ta' implimentazzjoni biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 30).
(22) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(22a) Ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48).