ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 111A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
8 ta' Marzu 2022


Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2022/C 111 A/01

Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST-SC/10/20 — Segretarji (SC 1/SC 2) ( ĠU C 211 A, 25.6.2020 )

1

2022/C 111 A/02

Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST/148/21 — Qarrejja tal-provi/Edituri tal-Lingwi (AST 3) għal-lingwi li ġejjin: il-Grieg (EL), l-Ispanjol (ES), l-Estonjan (ET), l-Irlandiż (GA), it-Taljan (IT) u l-Portugiż (PT) ( ĠU C 58 A, 18.2.2021 )

2

2022/C 111 A/03

Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/381/20 — Amministraturi (AD 5) fil-qasam tad-dritt Ewropew ( ĠU C 250 A, 30.7.2020 )

4

2022/C 111 A/04

Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/382/20 — Amministraturi (AD 5/AD 7) fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni ( ĠU C 300 A, 10.9.2020 )

5

2022/C 111 A/05

Avviż li jemenda l-addendum għall-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/382/20 — Amministraturi (AD 5/AD 7) fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni ( ĠU C 300 A, 10.9.2020 ) ( ĠU C 444 A, 22.12.2020 )

6

2022/C 111 A/06

Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali — EPSO/AD/383/21 — Ġuristi-lingwisti tal-lingwa Bulgara (BG) (AD 7) — EPSO/AD/384/21 — Ġuristi-lingwisti tal-lingwa Ċeka (CS) (AD 7) — EPSO/AD/385/21 — Ġuristi-lingwisti tal-lingwa Franċiża (FR) (AD 7) — EPSO/AD/386/21 — Ġuristi-lingwisti tal-lingwa Irlandiża (GA)(AD 7) — EPSO/AD/387/21 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Ungeriża (HU) (AD 7) — EPSO/AD/388/21 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Pollakka (PL) (AD 7) ( ĠU C 22 A, 21.1.2021 )

7

2022/C 111 A/07

Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/389/21 — Amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-agrikoltura sostenibbli u żvilupp rurali ( ĠU C 39 A, 4.2.2021 )

9

2022/C 111 A/08

Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/390/21 — Amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-politika dwar is-sustanzi kimiċi ( ĠU C 82 A, 11.3.2021 )

10

2022/C 111 A/09

Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/391/21 — Esperti b’appoġġ tekniku għar-riformi strutturali tal-Istati Membri u esperti fl-acquis ta’ Schengen (AD 7) ( ĠU C 120 A, 8.4.2021 )

11

2022/C 111 A/10

Avviż li jemenda l-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/392/21 — Amministraturi (AD 7) fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza alimentari — 1. It-tfassil tal-politika u t-tfassil tal-liġijiet fil-qasam tas-saħħa — 2. It-tfassil tal-politika u t-tfassil tal-liġijiet fil-qasam tas-sikurezza alimentari — 3. Awditjar, spezzjoni u evalwazzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza alimentari ( ĠU C 193 A, 20.5.2021 )

12


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 111/1


Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST-SC/10/20 — Segretarji (SC 1/SC 2)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 211 A tal-25 ta’ Ġunju 2020 )

(2022/C 111 A/01)

Fil-paġna 5, it-Taqsima 5 “Il-fażi ta’ valutazzjoni” għandha taqra:

“(5)    Il-fażi tal-evalwazzjoni

Sa massimu ta’ darbtejn (2) l-għadd ta’ kandidati ta’ suċċess imfittxija għal kull grad jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk ġibt waħda mill- ogħla marki globali għat-test tal-ħiliet tal-Microsoft Office Word, tiġi mistieden għall-fażi tal-evalwazzjoni.

Seba’ (7) kompetenzi ġenerali, kull waħda mmarkata fuq 10 punti, u l-kompetenzi relatati mal-qasam meħtieġa għal din il-kompetizzjoni se jiġu ttestjati waqt il-fażi tal-evalwazzjoni permezz ta’ żewġ (2) testijiet fil-lingwa 2 tiegħek, kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

Testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Intervista relatata mal-qasam

2.

Komunikazzjoni

Intervista relatata mal-qasam

3.

Twassil tal-kwalità u tar-riżultati

Logħob ta’ rwoli

4.

Tagħlim u żvilupp

Logħob ta’ rwoli

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Logħob ta’ rwoli

6.

Reżiljenza

Intervista relatata mal-qasam

7.

Ħidma mal-oħrajn

Logħob ta’ rwoli

Marka minima meħtieġa: Total ta’ 35/70.

Kompetenza

Test

Marki minimi meħtieġa

Kompetenzi relatati mal-qasam

Intervista relatata mal-qasam

35/70

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, il-kandidati se jkollhom itellgħu — fil-kont tal-EPSO tagħhom — kopji skennjati tad-dokumenti li jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu pprovduti mill-EPSO.”


8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 111/2


Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST/148/21 — Qarrejja tal-provi/Edituri tal-Lingwi (AST 3) għal-lingwi li ġejjin: il-Grieg (EL), l-Ispanjol (ES), l-Estonjan (ET), l-Irlandiż (GA), it-Taljan (IT) u l-Portugiż (PT)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 58 A tat-18 ta’ Frar 2021 )

(2022/C 111 A/02)

Fil-paġna 5, it-Taqsima 5 “Iċ-ċentru ta’ valutazzjoni” għandha tinqara:

“5)    Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni

Sa massimu ta’ tliet (3) darbiet l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull lingwa jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni tiegħek online u jekk inti ksibt waħda mill- ogħla marki totali fis-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, se tkun mistieden għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (online jew personalment) fuq ġurnata jew diversi ġranet fil- lingwi 1 u 2 tiegħek. Innota li t-test relatat mal-qasam jista’ jiġi organizzat f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux ġew organizzati minn qabel , tagħmilhom waqt il-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Dawn it-testijiet huma eliminatorji u l-marki miksuba ma jiżdidux mal-marki ta’ testijiet oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali tiegħek.

Sakemm ma tingħatax struzzjonijiet oħra, ikollok ittella’ kopji skennjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek fil-kont tal-EPSO tiegħek. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni se jiġu ttestjati seba’ kompetenzi ġenerali, kif ukoll il-kompetenzi relatati mal-qasam meħtieġa għal din il-kompetizzjoni, permezz ta’ tliet (3) testijiet kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

Testijiet

Lingwa

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

Lingwa 2

2.

Komunikazzjoni

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

Lingwa 2

3.

Twassil tal-kwalità u tar-riżultati

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

Lingwa 2

4.

Tagħlim u żvilupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

Lingwa 2

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

Lingwa 2

6.

Reżiljenza

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

Lingwa 2

7.

Ħidma mal-oħrajn

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

Lingwa 2

Kull kompetenza ġenerali tiġi mmarkata minn 1 sa 10 punti. Ma jkun hemm l-ebda marka minima meħtieġa għal kull kompetenza. Madankollu trid tilħaq il-marka minima meħtieġa ta’ mill-inqas 35/70 b’kollox.

Kompetenza

Test

Lingwi

Punti minimi meħtieġa

Kompetenzi relatati mal-qasam

Il-qari tal-provi u l-korrezzjoni ta’ test b’Lingwa 1.

L-ewwel parti tat-test issir b’ paragun mat-test sors fil-Lingwa 2, it-tieni parti tat-test issir mingħajr paragun mat-test sors fil-Lingwa 2.

Il-qari tal-provi jkopri kemm l-aspetti lingwistiċi (grammatika, ortografija u punteġġatura) kif ukoll it-tipografija. Il-kandidati jridu jiġġustifikaw il-korrezzjonijiet li jagħmlu. (2h30)

Lingwa 1 u 2

30/50 għal kull parti”


8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 111/4


Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/381/20 — Amministraturi (AD 5) fil-qasam tad-dritt Ewropew

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 250 A tat-30 ta’ Lulju 2020 )

(2022/C 111 A/03)

Fil-paġna 4, it-Taqsima 5 “Ċentru ta’ valutazzjoni” għandha tinqara:

“(5)    Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni

Sa massimu ta’ tliet (3) darbiet l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija se jiġu mistiedna għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk ġibt waħda mill- ogħla marki fit-test MCQ fil-qasam, se tiġi mistieden għal din il-fażi tal-kompetizzjoni.

Fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jiġu ttestjati tmien (8) kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi relatati mal-qasam għal din il-kompetizzjoni permezz ta’ tliet (3) testijiet li jsiru bil-lingwa 2 tiegħek, kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

Testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Preżentazzjoni orali

2.

Komunikazzjoni

Preżentazzjoni orali

3.

Twassil tal-kwalità u tar-riżultati

Preżentazzjoni orali

4.

Tagħlim u żvilupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Preżentazzjoni orali

6.

Reżiljenza

Preżentazzjoni orali

7.

Ħidma mal-oħrajn

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

8.

Ħiliet ta’ tmexxija

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

Kull kompetenza ġenerali tiġi mmarkata minn 1 sa 10 punti. Ma jkun hemm l-ebda marka minima meħtieġa għal kull kompetenza. Madankollu trid tilħaq il-marka minima meħtieġa ta’ mill-inqas 40/80 b’kollox.

Kompetenza

Test

Marka minima meħtieġa

Kompetenzi relatati mal-qasam

Eżami bil-miktub fil-qasam

50/100

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, il-kandidati se jkollhom itellgħu — fil-kont tal-EPSO tagħhom — kopji skennjati tad-dokumenti li jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu pprovduti mill-EPSO.”


8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 111/5


Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/382/20 — Amministraturi (AD 5/AD 7) fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 300 A tal-10 ta’ Settembru 2020 )

(2022/C 111 A/04)

Fil-paġna 5, it-Taqsima 5 “Ċentru ta’ valutazzjoni” għandha tinqara:

“5)    Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni

Sa massimu ta’ tliet (3) darbiet l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull grad se jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk ġibt waħda mill- ogħla marki globali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, se tiġi mistieden għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.

Fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jiġu ttestjati tmien (8) kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi relatati mal-qasam meħtieġa għal din il-kompetizzjoni permezz ta’ erba’ (4) testijiet li jsiru fil-lingwa 2 tiegħek, kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

Testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Studju tal-każ

2.

Komunikazzjoni

Studju tal-każ

3.

Twassil tal-kwalità u tar-riżultati

Studju tal-każ

4.

Tagħlim u żvilupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Studju tal-każ

6.

Reżiljenza

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

7.

Ħidma mal-oħrajn

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

8.

Ħiliet ta’ tmexxija

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

Kull kompetenza ġenerali tiġi mmarkata minn 1 sa 10 punti. Ma jkun hemm l-ebda marka minima meħtieġa għal kull kompetenza. Madankollu trid tilħaq il-marka minima meħtieġa ta’ mill-inqas 40/80 b’kollox.

Kompetenza

Test

Marka minima meħtieġa

Kompetenzi relatati mal-qasam

L-intervista relatata mal-qasam

25/50

Eżami bil-miktub fil-qasam

25/50

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, il-kandidati se jkollhom itellgħu — fil-kont tal-EPSO tagħhom — kopji skennjati tad-dokumenti li jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu pprovduti mill-EPSO.”


8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 111/6


Avviż li jemenda l-addendum għall-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/382/20 — Amministraturi (AD 5/AD 7) fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni ( ĠU C 300 A, 10.9.2020 )

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 444 A tat-22 ta’ Diċembru 2020 )

(2022/C 111 A/05)

Fil-paġna 10, it-Taqsima 6 titħassar.


8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 111/7


Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali — EPSO/AD/383/21 — Ġuristi-lingwisti tal-lingwa Bulgara (BG) (AD 7) — EPSO/AD/384/21 — Ġuristi-lingwisti tal-lingwa Ċeka (CS) (AD 7) — EPSO/AD/385/21 — Ġuristi-lingwisti tal-lingwa Franċiża (FR) (AD 7) — EPSO/AD/386/21 — Ġuristi-lingwisti tal-lingwa Irlandiża (GA)(AD 7) — EPSO/AD/387/21 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Ungeriża (HU) (AD 7) — EPSO/AD/388/21 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Pollakka (PL) (AD 7)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 22 A tal-21 ta’ Jannar 2021 )

(2022/C 111 A/06)

Fil-paġna 4, it-Taqsima 5 “Ċentru ta’ valutazzjoni” għandha tinqara:

“(5)    Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni

Sa massimu ta’ erba’ (4) darbiet tal-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull kompetizzjoni se jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk ġibt waħda mill- ogħla marki globali fit-test tat-traduzzjoni, tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata waħda jew iżjed fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (online jew personalment) fil- lingwi 1, 2 u 3 tiegħek. Aktar dettalji u struzzjonijiet se jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Sakemm ma tingħatax struzzjonijiet oħra, se jkollok ittella’ kopji skennjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek fil-kont tal-EPSO tiegħek. Aktar dettalji u struzzjonijiet se jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jiġu ttestjati tmien (8) kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi meħtieġa relatati mal-qasam għal kull kompetizzjoni permezz ta’ tliet (3) testijiet .

Il-kompetenzi ġenerali se jiġu vvalutati permezz ta’ intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali (fil-Lingwa 2 tiegħek). Il-preżentazzjoni orali (fil-Lingwa 1 tiegħek) se tiġi segwita minn sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet (ukoll fil-Lingwa 1 tiegħek) u se tivvaluta l-kompetenzi ġenerali tiegħek, il-kompetenzi relatati mal-qasam tiegħek kif ukoll l-għarfien tiegħek dwar il-liġi tal-Unjoni Ewropea. Fl-aħħar nett, sommarju li għandu jiġi abbozzat fil-Lingwa 1 ta’ test bil-Lingwa 3 se jivvaluta l-ħiliet tiegħek relatati mal-qasam bil-Lingwa 3.

Jekk jogħġbok sib id-dettalji fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

Test

Immarkar

Marka minima meħtieġa

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Preżentazzjoni orali

minn 1 sa 10 punti

Marka minima meħtieġa kkombinata:

40/80

2.

Komunikazzjoni

Preżentazzjoni orali

minn 1 sa 10 punti

3.

Twassil tal-kwalità u tar-riżultati

Preżentazzjoni orali

minn 1 sa 10 punti

4.

Tagħlim u żvilupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

minn 1 sa 10 punti

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Preżentazzjoni orali

minn 1 sa 10 punti

6.

Reżiljenza

Preżentazzjoni orali

minn 1 sa 10 punti

7.

Ħidma mal-oħrajn

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

minn 1 sa 10 punti

8.

Ħiliet ta’ tmexxija

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

minn 1 sa 10 punti

Kull kompetenza ġenerali tiġi mmarkata minn 1 sa 10 punti. Ma jkun hemm l-ebda marka minima meħtieġa għal kull kompetenza. Madankollu, il-kandidati jrid jġibu l-marka minima meħtieġa ta’ mill-inqas total ta’ 40/80 għall-kompetenzi kollha flimkien.

Kompetenza

Testijiet

Marka minima meħtieġa

Kompetenzi relatati mal-qasam

Preżentazzjoni orali

20/40

Sommarju fil-Lingwa 1 ta’ test fil-Lingwa 3 (mingħajr dizzjunarju)

30/60”


8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 111/9


Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/389/21 — Amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-agrikoltura sostenibbli u żvilupp rurali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 39 A tal-4 ta’ Frar 2021 )

(2022/C 111 A/07)

Fil-paġna 5, it-Taqsima 5 “Ċentru ta’ valutazzjoni” għandha tinqara:

“5)    Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni

Sa massimu ta’ tliet (3) darbiet in-numru stabbilit ta’ kandidati li jirnexxu se jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk għandek waħda mill- ogħla marki globali fis-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, se tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata jew bosta ġranet fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (online jew personalment) bil- lingwa 2 tiegħek. Jekk jogħġbok innota li l-istudju tal-każ u t-test bil-miktub fil-qasam jistgħu jiġu organizzati jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO jew b’distanza. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux ġew organizzati minn qabel , tagħmilhom waqt il-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Dawn it-testijiet huma eliminatorji u l-marki miksuba ma jiżdidux mal-marki ta’ testijiet oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali tiegħek.

Sakemm ma tingħatax struzzjonijiet oħra, ikollok ittella’ kopji skennjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek fil-kont tal-EPSO tiegħek. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jiġu ttestjati tmien (8) kompetenzi ġenerali, kif ukoll il-kompetenzi relatati mal-qasam meħtieġa għall-kompetizzjoni, permezz ta’ erba’ (4) testijiet kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

Testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Studju tal-każ

2.

Komunikazzjoni

Studju tal-każ

3.

Twassil tal-kwalità u tar-riżultati

Studju tal-każ

4.

Tagħlim u żvilupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Studju tal-każ

6.

Reżiljenza

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

7.

Ħidma mal-oħrajn

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

8.

Ħiliet ta’ tmexxija

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

Kull kompetenza ġenerali tiġi mmarkata minn 1 sa 10 punti. Ma jkun hemm l-ebda marka minima meħtieġa għal kull kompetenza. Madankollu trid tilħaq il-marka minima meħtieġa ta’ mill-inqas 40/80 b’kollox.

Kompetenza

Test

Marka minima meħtieġa

Kompetenzi relatati mal-qasam

L-intervista relatata mal-qasam

25/50

Eżami bil-miktub fil-qasam

25/50”


8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 111/10


Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/390/21 — Amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-politika dwar is-sustanzi kimiċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 82 A tal-11 ta’ Marzu 2021 )

(2022/C 111 A/08)

Paġna 5, Taqsima 5 “Ċentru ta’ valutazzjoni” għandha tinqara:

“5)    Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni

Sa massimu ta’ tliet (3) darbiet in-numru stabbilit ta’ kandidati li jirnexxu se jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk għandek waħda mill- ogħla marki globali fis-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, se tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata jew bosta ġranet f’ċentru ta’ evalwazzjoni (online jew personalment) bil- lingwa 2 tiegħek. Innota li t-test bil-miktub fil-qasam jista’ jiġi organizzat f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux ġew organizzati minn qabel , tagħmilhom waqt il-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Dawn it-testijiet huma eliminatorji u l-marki miksuba ma jiżdidux mal-marki ta’ testijiet oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali tiegħek.

Sakemm ma tingħatax struzzjonijiet oħra, ikollok ittella’ kopji skennjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek fil-kont tal-EPSO tiegħek. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jiġu ttestjati tmien (8) kompetenzi ġenerali, kif ukoll il-kompetenzi relatati mal-qasam meħtieġa għall-kompetizzjoni, permezz ta’ erba’ (4) testijiet kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

Testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

2.

Komunikazzjoni

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

3.

Twassil tal-kwalità u tar-riżultati

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

4.

Tagħlim u żvilupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

6.

Reżiljenza

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

7.

Ħidma mal-oħrajn

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

8.

Ħiliet ta’ tmexxija

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

Kull kompetenza ġenerali tiġi mmarkata minn 1 sa 10 punti. Ma jkun hemm l-ebda marka minima meħtieġa għal kull kompetenza. Madankollu trid tilħaq il-marka minima meħtieġa ta’ mill-inqas 40/80 b’kollox.

Kompetenza

Test

Marka minima meħtieġa

Kompetenzi relatati mal-qasam

Intervista relatata mal-qasam

25/50

Test bil-miktub fil-qasam

25/50”


8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 111/11


Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/391/21 — Esperti b’appoġġ tekniku għar-riformi strutturali tal-Istati Membri u esperti fl-acquis ta’ Schengen (AD 7)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 120 A tat-8 ta’ April 2021 )

(2022/C 111 A/09)

Fil-paġna 6, it-Taqsima 5 “Ċentru ta’ valutazzjoni” għandha tinqara:

“5)    Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni

Għal din il-fażi, jiġi mistieden għadd ta’ kandidati li ma jkunx iktar minn tliet (3) darbiet l-ammont ta’ kandidati ta’ suċċess imfittxija għal kull qasam. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk għandek waħda mill- ogħla marki totali fis-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata waħda jew diversi ġranet f’ċentru ta’ evalwazzjoni (online jew personalment) bil- lingwa 2 tiegħek (l-Ingliż jew il-Franċiż). Innota li t-test bil-miktub fil-qasam jista’ jiġi organizzat f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux ġew organizzati minn qabel , tagħmilhom waqt il-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Dawn it-testijiet huma eliminatorji u l-marki miksuba ma jiżdidux mal-marki ta’ testijiet oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali tiegħek.

Sakemm ma tingħatax struzzjonijiet oħra, ikollok ittella’ kopji skennjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek fil-kont tal-EPSO tiegħek. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jiġu ttestjati tmien kompetenzi ġenerali, kif ukoll il-kompetenzi relatati mal-qasam meħtieġa għall-kompetizzjoni, permezz ta’ erba’ (4) testijiet kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

Testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

2.

Komunikazzjoni

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

3.

Twassil tal-kwalità u tar-riżultati

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

4.

Tagħlim u żvilupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

6.

Reżiljenza

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

7.

Ħidma mal-oħrajn

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

8.

Ħiliet ta’ tmexxija

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

Kull kompetenza ġenerali tiġi mmarkata minn 1 sa 10 punti. Ma jkun hemm l-ebda marka minima meħtieġa għal kull kompetenza. Madankollu trid tilħaq il-marka minima meħtieġa ta’ mill-inqas 40/80 b’kollox.

Kompetenza

Test

Marka minima meħtieġa

Kompetenzi relatati mal-qasam

Intervista relatata mal-qasam

25/50

Test bil-miktub fil-qasam

25/50”


8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 111/12


Avviż li jemenda l-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/392/21 — Amministraturi (AD 7) fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza alimentari — 1. It-tfassil tal-politika u t-tfassil tal-liġijiet fil-qasam tas-saħħa — 2. It-tfassil tal-politika u t-tfassil tal-liġijiet fil-qasam tas-sikurezza alimentari — 3. Awditjar, spezzjoni u evalwazzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza alimentari

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 193 A tal-20 ta’ Mejju 2021 )

(2022/C 111 A/10)

Fil-paġna 7, it-Taqsima 5 “Ċentru ta’ evalwazzjoni” għandha tinqara:

“5)    Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni

Għal din il-fażi, se jiġi mistieden għadd ta’ kandidati li ma jkunx iktar minn tliet (3) darbiet l-ammont ta’ kandidati ta’ suċċess imfittxija għal kull qasam. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk għandek waħda mill- ogħla marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, se tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata waħda jew diversi ġranet f’ċentru ta’ evalwazzjoni (online jew personalment) bil-lingwa 2 tiegħek. Innota li l-istudju tal-każ jista’ jiġi organizzat f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux ġew organizzati minn qabel , tagħmilhom waqt il-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Il-marki miksuba ma jiżdidux mal-marki ta’ testijiet oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali tiegħek.

Sakemm ma tingħatax struzzjonijiet oħra, ikollok ittella’ kopji skennjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek fil-kont tal-EPSO tiegħek. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni se jiġu ttestjati tmien (8) kompetenzi ġenerali, kif ukoll il-kompetenzi relatati mal-qasam meħtieġa għal kull qasam, permezz ta’ tliet (3) testijiet kif deskritt fiż-żewġ matriċi li ġejjin:

Kompetenza

Testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Studju tal-każ

2.

Komunikazzjoni

Studju tal-każ

3.

Twassil tal-kwalità u tar-riżultati

Studju tal-każ

4.

Tagħlim u żvilupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Studju tal-każ

6.

Reżiljenza

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

7.

Ħidma mal-oħrajn

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

8.

Ħiliet ta’ tmexxija

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

Kull kompetenza ġenerali tiġi mmarkata minn 1 sa 10 punti. Ma jkun hemm l-ebda marka minima meħtieġa għal kull kompetenza. Madankollu, trid tilħaq il-marka minima meħtieġa ta’ mill-inqas 40/80 b’kollox.

Kompetenza

Test

Kompetenzi relatati mal-qasam

Intervista relatata mal-qasam

Marka minima meħtieġa: 50/100”