ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 109

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
7 ta' Marzu 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 109/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 109/02

Kawżi magħquda C-177/19 P sa C-179/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Ville de Paris (Franza), Ville de Bruxelles (il-Belġju), Ayuntamiento de Madrid (Spanja), Il-Kummissjoni Ewropea (C-177/19 P), L-Ungerija vs Ville de Paris (Franza), Ville de Bruxelles (il-Belġju), Ayuntamiento de Madrid (Spanja), Il-Kummissjoni Ewropea (C-178/19 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Ville de Paris (Franza), Ville de Bruxelles (il-Belġju), Ayuntamiento de Madrid (Spanja) (C-179/19 P) (Appell – Rikors għal annullament – Ambjent – Approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur – Regolament (UE) 2016/646 – Emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u kummerċjali (Euro 6) – Iffissar, għall-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu, ta’ valuri li ma għandhomx jinqabżu (NTE) fl-ittestjar tal-emissjonijiet f’sewqan reali (RDE) – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Ammissibbiltà ta’ appell – Entità infra-Statali li għandha setgħat fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent li tillimita ċ-ċirkulazzjoni ta’ ċerti vetturi – Kundizzjoni li r-rikorrent għandu jkun ikkonċernat direttament)

2

2022/C 109/03

Kawża C-282/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Napoli – l-Italja) – YT et vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR, Ufficio Scolastico Regionale per la Campania (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżoli 4 u 5 – Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku – Għalliema tar-reliġjon Kattolika – Kunċett ta’ raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ dawn il-kuntratti – Bżonn permanenti ta’ persunal ta’ sostituzzjoni)

3

2022/C 109/04

Kawża C-377/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Benedetti Pietro e Angelo S.S. et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib – Kwoti – Imposta addizzjonali – Regolament (KE) Nru 1788/2003 – Kunsinni li jaqbżu l-kwantità ta’ referenza disponibbli għall-produttur – Ġbir tal-kontribuzzjoni għall-imposta addizzjonali mix-xerrej – Rimbors tal-imposta żejda – Regolament (KE) Nru 595/2004 – Artikolu 16 – Kriterji għal ridistribuzzjoni tal-imposta żejda)

4

2022/C 109/05

Kawża C-881/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Brně – ir-Repubblika Ċeka) – Tesco Stores ČR a.s. vs Ministerstvo zemědělství (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Regolament (UE) Nru 1169/2011 – Punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII – Informazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel lill-konsumaturi – Ittikkettjar u preżentazzjoni tal-prodotti tal-ikel – Direttiva 2000/36/KE – Punt 2(ċ) tal-Parti A tal-Anness I – Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata – Lista ta’ ingredjenti ta’ prodott tal-ikel iddestinat għall-konsumaturi fi Stat Membru)

4

2022/C 109/06

Kawża C-55/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie – il-Polonja) – Proċedura mibdija mill-Minister Sprawiedliwości (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ammissibbiltà – Artikolu 267 TFUE – Kunċett ta’ qorti nazzjonali – Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura – Investigazzjoni dixxiplinari miftuħa fir-rigward ta’ avukat – Deċiżjoni tal-Aġent Dixxiplinari li tikkonkludi li ma kienx hemm nuqqas dixxiplinari u li tagħlaq l-investigazzjoni – Rikors tal-Ministru għall-Ġustizzja quddiem it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura – Direttiva 2006/123/KE – Servizzi fis-suq intern – Punt 6 tal-Artikolu 4 u Artikolu 10(6) – Skema ta’ awtorizzazzjoni – Irtirar tal-awtorizzazzjoni – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Inapplikabbiltà)

5

2022/C 109/07

Kawża C-110/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Regione Puglia vs Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Enerġija – Direttiva 94/22/KE – Kundizzjonijiet għall-għoti u għall-eżerċizzju ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-isfruttament u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi – Awtorizzazzjoni għall-prospettar ta’ idrokarburi f’żona ġeografika speċifika għal perijodu partikolari ta’ żmien – Żoni kontigwi – Għoti ta’ diversi awtorizzazzjonijiet lill-istess operatur – Direttiva 2011/92/UE – Artikolu 4(2) u (3) – Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent)

6

2022/C 109/08

Kawża C-156/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – Zipvit Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 168 – Dritt għal tnaqqis – Provvista ta’ servizzi postali eżenti bi żball – VAT meqjusa integrata fil-prezz kummerċjali tal-provvista għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis – Esklużjoni – Kunċett ta’ VAT dovuta jew imħallsa)

6

2022/C 109/09

Kawża C-326/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Latvja) – MONO SIA vs Valsts ieņēmumu dienests (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dazji tas-sisa – Direttiva 2008/118/KE – Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa armonizzata – Prodotti intiżi li jintużaw fil-kuntest ta’ relazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni stabbiliti mill-Istat Membru ospitanti – Ħlas b’mezzi li ma jkunux flus kontanti)

7

2022/C 109/10

Kawża C-327/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Opolu – il-Polonja) – Skarb Państwa – Starosta Nyski vs New Media Development & Hotel Services Sp. z o.o. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2011/7/UE – Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ tranżazzjoni kummerċjali – Awtorità pubblika li taġixxi bħala kreditur ta’ impriża – Esklużjoni – Għoti minn awtorità pubblika ta’ proprjetà immobbli b’użufrutt perpetwu lil impriża bi ħlas ta’ tariffa annwali)

8

2022/C 109/11

Kawża C-351/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 – Liviu Dragnea vs Il-Kummissjoni (Appell – Investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) – Rapporti ta’ investigazzjoni – Talba għall-ftuħ ta’ investigazzjoni dwar it-tmexxija tal-investigazzjonijiet preċedenti mill-OLAF – Applikazzjoni għal aċċess għal dokumenti – Ittra ta’ rifjut – Artikolu 263 TFUE – Deċiżjoni li tista’ tkun suġġetta għal rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata tar-rikorsi – Rikors kontra ittra konfermattiva ta’ rapporti ta’ investigazzjoni tal-OLAF – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Artikolu 6 u Artikolu 7(2) – Obbligu li l-applikant jiġi informat dwar id-dritt tiegħu li jagħmel applikazzjoni konfermatorja)

8

2022/C 109/12

Kawża C-361/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 – YG vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2017 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss – Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Paragun tal-merti – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni)

9

2022/C 109/13

Kawża C-363/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – MARCAS MC Szolgáltató Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kumpanniji – Taxxa fuq il-kumpanniji – Kontroll fiskali – Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 51(1) – Implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Assenza – Ir-Raba’ Direttiva 78/660/KEE – Kontabbiltà annwali ta’ ċerti forom ta’ kumpanniji – Kontabilizzazzjoni ta’ dħul minn drittijiet ta’ proprjetà intellettwali – Artikolu 2(3) – Prinċipju ta’ stampa vera u ġusta – Artikolu 31 – Evalwazzjoni tal-entrati inklużi fil-kontijiet annwali – Osservanza tal-prinċipji ta’ kontabbiltà)

9

2022/C 109/14

Kawża C-513/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Adinistrativo – Il-Portugall) – Autoridade Tributária e Aduaneira vs Termas Sulfurosas de Alcafache SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 132(1)(b) – Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali – Eżenzjoni tal-kura fl-isptar u tal-kuri mediċi – Attivitajiet marbuta mill-qrib – Kuri termali – Ammont irċevut għall-istabbiliment ta’ fajl individwali, li jinkludi fajl mediku)

10

2022/C 109/15

Kawża C-514/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – Il-Ġermanja) – DS vs Koch Personaldienstleistungen GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 31(2) – Direttiva 2003/88/KE – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Artikolu 7 – Leave annwali – Ħin tax-xogħol – Sahra – Kalkolu tal-ħin tax-xogħol fuq bażi ta’ xahar – Assenza ta’ żieda għas-sahra fil-każ ta’ teħid ta’ leave)

11

2022/C 109/16

Kawża C-683/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2002/49/KE – Evalwazzjoni u ġestjoni ta’ ħsejjes ambjentali – Toroq ewlenin u linji ferrovjarji ewlenin – Artikolu 8(2) – Pjanijiet ta’ azzjoni – Artikolu 10(2) – Anness VI – Sunti tal-pjanijiet ta’ azzjoni – Nuqqas ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni fit-termini previsti)

11

2022/C 109/17

Kawża C-724/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Paget Approbois SAS vs Depeyre entreprises SARL, Alpha Insurance A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Attivitajiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni – Direttiva 2009/138/KE – Stralċ tal-impriżi ta’ assigurazzjoni – Artikolu 292 – Effetti tal-proċeduri ta’ stralċ fuq il-kawżi pendenti – Eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-lex concursus – Lex processus)

12

2022/C 109/18

Kawża C-623/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – Société Air France SA vs AQ et (Trasport bl-ajru – Kumpens lill-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira – Distinzjoni bejn rifjut ta’ imbark, kanċellazzjoni u dewmien twil fil-każ ta’ rotta differenti li twassal għal dewmien inqas twil mit-titjira inizjalment irriżervata)

13

2022/C 109/19

Kawża C-697/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – PW vs Eurowings GmbH (Trasport bl-ajru – Kumpens lill-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira – Modalitajiet ta’ rimbors tal-biljett – Rimbors permezz ta’ voucher tal-ivvjaġġar – Talba għar-rimbors fi flus)

13

2022/C 109/20

Kawża C-548/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Tirol (l-Awstrija) fis-6 ta’ Settembru 2021 – C.G. vs Bezirkshauptmannschaft Landeck

14

2022/C 109/21

Kawża C-725/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fit-30 ta’ Novembru 2021 – SOMEO S.A., li kienet PEARL STREAM S.A. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

14

2022/C 109/22

Kawża C-752/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Haskovo (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Diċembru 2021 – JP EOOD vs Otdel Mitnichesko razsledvane i razuznavane v Teritorialna direktsia Mitnitsa Burgas

15

2022/C 109/23

Kawża C-767/21 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2021 minn Jérôme Rivière et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-6 ta’ Ottubru 2021 fil-Kawża T-88/20, Rivière et vs Il-Parlament

16

2022/C 109/24

Kawża C-788/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Retten i Esbjerg (id-Danimarka) fis-17 ta’ Diċembru 2021 – Skatteministeriet Departementet vs Global Gravity ApS

17

2022/C 109/25

Kawża C-808/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

18

2022/C 109/26

Kawża C-29/22 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2022 minn KS u KD mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-10 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-771/20, KS u KD vs Il-Kunsill et

18

2022/C 109/27

Kawża C-44/22 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2022 mill-Kummissjoni Ewropea mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-10 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-771/20, KS u KD vs Il-Kunsill et

19

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 109/28

Kawża T-321/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2021 – Niemelä et vs BĊE (Rikors għal annullament – Politika ekonomika u monetarja – Sorveljanza prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu – Missjonijiet speċifiċi ta’ sorveljanza fdati lill-BĊE – Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment ta’ kreditu – Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża – Tmiem tas-suġġett tal-kawża – Telf tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Rikors għad-danni – Inammissibbiltà manifesta)

21

2022/C 109/29

Kawża T-682/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – Legero Schuhfabrik vs EUIPO – Rieker Schuh (Żarbun) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbun – Disinni nazzjonali u Komunitarju preċedenti prodotti wara t-tressiq tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Artikolu 28(1)(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ novità – Assenza ta’ karattru individwali – Grad ta’ libertà tad-disinjatur – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikoli 5 u 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

22

2022/C 109/30

Kawża T-683/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – Legero Schuhfabrik vs EUIPO – Rieker Schuh (Żarbun) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbun – Disinni nazzjonali u Komunitarju preċedenti prodotti wara l-introduzzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Artikolu 28(1)(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ novità – Assenza ta’ karattru individwali – Grad ta’ libertà tal-kreatur – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikoli 5 u 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

22

2022/C 109/31

Kawża T-684/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – Legero Schuhfabrik vs EUIPO – Rieker Schuh (Żarbuna) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbuna – Disinni nazzjonali u Komunitarji preċedenti prodotti wara l-preżentata tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Artikolu 28(1)(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ novità – Assenza ta’ natura individwali – Grad ta’ libertà tad-disinjatur – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikoli 5 u 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

23

2022/C 109/32

Kawża T-734/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – Boquoi Handels vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ kristall tas-silġ fuq sfond ċirkulari blu) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta kristall tas-silġ fuq sfond ċirkulari blu – Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni – Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

23

2022/C 109/33

Kawża T-785/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2021 – SC Ha Ha Ha Production vs EUIPO – The Smiley Company (SMILEY)

24

2022/C 109/34

Kawża T-803/21: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2021 – NQ vs Il-Kunsill et

25

2022/C 109/35

Kawża T-4/22: Rikors ippreżentat fil-4 ta’ Jannar 2022 – Puma vs EUIPO – Doosan Machine Tools (PUMA)

26

2022/C 109/36

Kawża T-11/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2022 – Medivet Group vs EUIPO (MEDIVET)

27

2022/C 109/37

Kawża T-12/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2022 – Hasco TM vs EUIPO – Esi (NATURCAPS)

27

2022/C 109/38

Kawża T-22/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2022 – AL vs Il-Kunsill

28

2022/C 109/39

Kawża T-26/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2022 – CIMV vs Il-Kummissjoni

30

2022/C 109/40

Kawża T-27/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2022 – Innovaciones Cosmético Farmacéuticas vs EUIPO – Benito Oliver (th pharma)

30

2022/C 109/41

Kawża T-28/22: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2022 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

31

2022/C 109/42

Kawża T-32/22: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2022 – Vyatsky Plywood Mill vs Il-Kummissjoni

32

2022/C 109/43

Kawża T-34/22: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2022 – Cunsorziu di i Salamaghji Corsi – Consortium des Charcutiers Corses et vs Il-Kummissjoni

33

2022/C 109/44

Kawża T-45/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2022 – Weider Germany vs EUIPO – Den i Nosht (YIPPIE!)

34

2022/C 109/45

Kawża T-46/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2022 – Esedra vs Il-Parlament

34

2022/C 109/46

Kawża T-836/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2021 – Première Vision vs EUIPO – Vente-Privee.com (PV)

35


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 109/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 95, 28.2.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 84, 21.2.2022

ĠU C 73, 14.2.2022

ĠU C 64, 7.2.2022

ĠU C 51, 31.1.2022

ĠU C 37, 24.1.2022

ĠU C 24, 17.1.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Ville de Paris (Franza), Ville de Bruxelles (il-Belġju), Ayuntamiento de Madrid (Spanja), Il-Kummissjoni Ewropea (C-177/19 P), L-Ungerija vs Ville de Paris (Franza), Ville de Bruxelles (il-Belġju), Ayuntamiento de Madrid (Spanja), Il-Kummissjoni Ewropea (C-178/19 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Ville de Paris (Franza), Ville de Bruxelles (il-Belġju), Ayuntamiento de Madrid (Spanja) (C-179/19 P)

(Kawżi magħquda C-177/19 P sa C-179/19 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Ambjent - Approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur - Regolament (UE) 2016/646 - Emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u kummerċjali (Euro 6) - Iffissar, għall-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu, ta’ valuri li ma għandhomx jinqabżu (NTE) fl-ittestjar tal-emissjonijiet f’sewqan reali (RDE) - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Ammissibbiltà ta’ appell - Entità infra-Statali li għandha setgħat fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent li tillimita ċ-ċirkulazzjoni ta’ ċerti vetturi - Kundizzjoni li r-rikorrent għandu jkun ikkonċernat direttament)

(2022/C 109/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol u l-Franċiż

Partijiet

(Kawża C-177/19 P)

Appellant: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, D. Klebs u S. Eisenberg, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ville de Paris (Franza) (rappreżentant: J. Assous, avocat), Ville de Bruxelles (il-Belgju) (rappreżentanti: M. Uyttendaele, C. Derave, N. Mouraux u A. Feyt avocats, u S. Kaisergruber, Rechtsanwalt), Ayuntamiento de Madrid (Spanja) (rappreżentant: J. Assous, avocat)

Intervenjenti insostenn tal-appellant: Association des Constructeurs Européens d’Automobiles (rappreżentanti: F. Di Gianni u G. Coppo, avvocati), ir-Rumanija (rappreżentanti: inizjalment minn E. Gane, O.-C. Ichim, L. Liţu u C.-R. Canţăr, sussegwentement minn E. Gane, O.-C. Ichim u L. Liţu, aġenti), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

(Kawża C-178/19 P)

Appellant: L-Ungerija (rappreżentant: M. Z. Fehér, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ville de Paris (Franza) (rappreżentant: J. Assous, avocat), Ville de Bruxelles (il-Belġju) (rappreżentanti: M. Uyttendaele, C. Derave, N. Mouraux u A. Feyt, avocats, u S. Kaisergruber, Rechtsanwalt), Ayuntamiento de Madrid (Spanja) (rappreżentant: J. Assous, avocat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u M. Huttunen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-appellant: Association des Constructeurs Européens d’Automobiles (rappreżentanti: F. Di Gianni u G. Coppo, avvocati)

(Kawża C-179/19 P)

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ville de Paris (Franza) (rappreżentant: J. Assous, avocat), Ville de Bruxelles (il-Belgju) (rappreżentanti: M. Uyttendaele, C. Derave, N. Mouraux u A.Feyt avocats, u S. Kaisergruber, Rechtsanwalt), Ayuntamiento de Madrid (Spanja) (rappreżentant: J. Assous, avocat)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Association des Constructeurs Européens d’Automobiles (rappreżentanti: F. Di Gianni u G. Coppo, avvocati)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Diċembru 2018, Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid vs Il-Kummissjoni (T-339/16, T-352/16 u T-391/16, EU:T:2018:927), hija annullata.

2)

Ir-rikorsi għal annullament fil-Kawżi magħquda T-339/16, T-352/16 u T-391/16, ippreżentati, rispettivament, mill-ville de Paris, mill-ville de Bruxelles u mill-ayuntamiento de Madrid, huma miċħuda bħala inammissibbli.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess marbuta mal-appelli.

4)

Il-ville de Paris, il-ville de Bruxelles u l-ayuntamiento de Madrid għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess marbuta mal-proċedura tal-ewwel istanza u mal-appelli, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea marbuta mal-proċedura tal-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Napoli – l-Italja) – YT et vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR, Ufficio Scolastico Regionale per la Campania

(Kawża C-282/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżoli 4 u 5 - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Għalliema tar-reliġjon Kattolika - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ dawn il-kuntratti - Bżonn permanenti ta’ persunal ta’ sostituzzjoni)

(2022/C 109/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: YT, ZU, AW, BY, CX, DZ, EA, FB, GC, IE, JF, KG, LH, MI, NY, PL, HD, OK

Konvenuti: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR, Ufficio Scolastico Regionale per la Campania

fil-preżenza ta’: Federazione GILDA-UNAMS

Dispożittiv

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens, minn naħa, li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lill-għalliema tar-reliġjon Kattolika tal-istabbilimenti ta’ tagħlim pubbliku mill-applikazzjoni tar-regoli intiżi li jissanzjonaw l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi, meta ma tkun teżisti ebda miżura effettiva oħra fl-ordinament ġuridiku intern li tissanzjona l-imsemmi użu abbużiv u, min-naħa l-oħra, li l-ħtieġa ta’ ċertifikat ta’ kapaċità maħruġ minn awtorità ekkleżjastika bil-għan li tippermetti lil dawn l-għalliema li jgħallmu r-reliġjon Kattolika ma tikkostitwixxix “raġuni oġġettiva”, fis-sens tal-klawżola 5(1)(a) ta’ dan il-ftehim qafas, peress li dan iċ-ċertifikat jinħareġ darba biss u mhux qabel kull sena skolastika li tagħti lok għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat.


(1)  ĠU C 206, 17.06.2019.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Benedetti Pietro e Angelo S.S. et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)

(Kawża C-377/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib - Kwoti - Imposta addizzjonali - Regolament (KE) Nru 1788/2003 - Kunsinni li jaqbżu l-kwantità ta’ referenza disponibbli għall-produttur - Ġbir tal-kontribuzzjoni għall-imposta addizzjonali mix-xerrej - Rimbors tal-imposta żejda - Regolament (KE) Nru 595/2004 - Artikolu 16 - Kriterji għal ridistribuzzjoni tal-imposta żejda)

(2022/C 109/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Benedetti Pietro e Angelo Ss, Capparotto Giampaolo e Lorenzino Ss, Gonzo Dino Ss, Mantovani Giuseppe e Giorgio Ss, Azienda agricola Padovani Luigi, Azienda agricola La Pila di Mastrotto Piergiorgio e C. Ss, Azienda agricola Mastrotto Giuseppe, Soc. agr. semplice F.lli Isolan

Konvenut: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)

Dispożittiv

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha bħala effett li r-rimbors tal-ammont żejjed miġbur tal-imposta addizzjonali għandu jibbenefika, bi prijorità, lill-produtturi li fir-rigward tagħhom ix-xerrejja ssodisfaw l-obbligu tagħhom li jħallsu kull xahar din l-imposta.


(1)  ĠU C 312, 16.9.2019.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Brně – ir-Repubblika Ċeka) – Tesco Stores ČR a.s. vs Ministerstvo zemědělství

(Kawża C-881/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Regolament (UE) Nru 1169/2011 - Punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII - Informazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel lill-konsumaturi - Ittikkettjar u preżentazzjoni tal-prodotti tal-ikel - Direttiva 2000/36/KE - Punt 2(ċ) tal-Parti A tal-Anness I - Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata - Lista ta’ ingredjenti ta’ prodott tal-ikel iddestinat għall-konsumaturi fi Stat Membru)

(2022/C 109/05)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Brně

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tesco Stores ČR a.s.

Konvenut: Ministerstvo zemědělství

Dispożittiv

Il-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li operatur ekonomiku, fil-kuntest tal-ittikkettjar ta’ prodotti kkummerċjalizzati fit-territorju ta’ Stat Membru, huwa eżentat mill-obbligu li jelenka l-ingredjenti kollha li jikkostitwixxu ingredjent kompost, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(h) ta’ dan ir-regolament, biss jekk dan l-ingredjent kompost huwa s-suġġett ta’ isem ta’ bejgħ skont il-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem, huwa indikat, fil-lista tal-ingredjenti, billi jintuża dan l-isem ta’ bejgħ, fil-verżjoni lingwistika tal-Istat Membru kkonċernat.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie – il-Polonja) – Proċedura mibdija mill-Minister Sprawiedliwości

(Kawża C-55/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ammissibbiltà - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti nazzjonali” - Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura - Investigazzjoni dixxiplinari miftuħa fir-rigward ta’ avukat - Deċiżjoni tal-Aġent Dixxiplinari li tikkonkludi li ma kienx hemm nuqqas dixxiplinari u li tagħlaq l-investigazzjoni - Rikors tal-Ministru għall-Ġustizzja quddiem it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura - Direttiva 2006/123/KE - Servizzi fis-suq intern - Punt 6 tal-Artikolu 4 u Artikolu 10(6) - Skema ta’ awtorizzazzjoni - Irtirar tal-awtorizzazzjoni - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Inapplikabbiltà)

(2022/C 109/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Sprawiedliwości

fil-preżenza ta’: Prokurator Krajowy – Pierwszy Zastępca Prokuratora Generalnego, Rzecznik Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie

Dispożittiv

L-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern għandu jiġi interpretat fis-sens li ma għandux l-effett li jagħmel l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea applikabbli għal proċedura ta’ appell imressqa minn awtorità pubblika quddiem tribunal dixxiplinari tal-avukatura u intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni li permezz tagħha aġent dixxiplinari jkun għalaq investigazzjoni li saret fil-konfront ta’ avukat wara li kkonkluda l-assenza ta’ nuqqas dixxiplinari imputabbli lil dan tal-aħħar u, fil-każ ta’ annullament ta’ din id-deċiżjoni, rinviju tal-proċess quddiem dan l-aġent dixxiplinari.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Regione Puglia vs Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare et

(Kawża C-110/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Enerġija - Direttiva 94/22/KE - Kundizzjonijiet għall-għoti u għall-eżerċizzju ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-isfruttament u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi - Awtorizzazzjoni għall-prospettar ta’ idrokarburi f’żona ġeografika speċifika għal perijodu partikolari ta’ żmien - Żoni kontigwi - Għoti ta’ diversi awtorizzazzjonijiet lill-istess operatur - Direttiva 2011/92/UE - Artikolu 4(2) u (3) - Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent)

(2022/C 109/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Regione Puglia

Konvenuti: Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dei Beni e delle Attività culturali e del Turismo, Ministero dello Sviluppo economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Commissione tecnica di verifica dell’impatto ambientale

Fil-preżenza ta’: Global Petroleum Ltd

Dispożittiv

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi u l Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi limitu massimu għad-daqs taż-żona koperta minn permess ta’ esplorazzjoni għal idrokarburi iżda li ma tipprojbixxix espressament li l-istess operatur wieħed jingħata diversi permessi għal żoni kontigwi li jkopru, flimkien, superfiċji ikbar minn dan il limitu, bil-kundizzjoni li tali għoti jkun ta’ natura li jiggarantixxi l-aħjar eżerċizzju possibbli tal-attività ta’ esplorazzjoni kkonċernata kemm minn perspettiva teknika u kemm minn dik ekonomika, kif ukoll li jiggarantixxi li jintlaħqu l-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 94/22. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, għandu jiġi evalwat ukoll l-effett kumulattiv tal-proġetti li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, li jkunu ppreżentati minn dan l-operatur fl-applikazzjonijiet tiegħu għal permess ta’ esplorazzjoni għal idrokarburi.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – Zipvit Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-156/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 168 - Dritt għal tnaqqis - Provvista ta’ servizzi postali eżenti bi żball - VAT meqjusa integrata fil-prezz kummerċjali tal-provvista għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis - Esklużjoni - Kunċett ta’ VAT “dovuta jew imħallsa”)

(2022/C 109/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zipvit Ltd

Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Dispożittiv

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ma tistax titqies li hija dovuta jew imħallsa, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u għalhekk ma tistax titnaqqas mill-persuna taxxabbli, meta, minn naħa, din tal-aħħar u l-fornitur tagħha qiesu b’mod żbaljat, fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni mill-awtoritajiet nazzjonali, li s-servizzi inkwistjoni kienu eżenti mill-VAT u li, konsegwentement, il-fatturi maħruġa ma jindikawx it-taxxa, f’kuntest fejn il-kuntratt konkluż bejn dawn iż-żewġ persuni jipprevedi li fil-każ li din it-taxxa tkun dovuta, il-benefiċjarju tal-provvista jkollu jbati l-ispiża tagħha, u, min-naħa l-oħra, l-ebda pass intiż għall-irkupru tal-VAT ma twettaq fi żmien utli b’tali mod li kwalunkwe azzjoni tal-fornitur u tal-Awtorità Fiskali u Doganali għall-irkupru tal-VAT li tħalliet barra hija preskritta.


(1)  ĠU C 215, 29.06.2020.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Latvja) – “MONO” SIA vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-326/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dazji tas-sisa - Direttiva 2008/118/KE - Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa armonizzata - Prodotti intiżi li jintużaw fil-kuntest ta’ relazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni stabbiliti mill-Istat Membru ospitanti - Ħlas b’mezzi li ma jkunux flus kontanti)

(2022/C 109/09)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“MONO” SIA

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

L-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-Istat Membru ospitanti, meta jistabbilixxi kundizzjonijiet u limiti għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni mid-dazji tas-sisa fuq prodotti użati fil-kuntest ta’ relazzjonijiet diplomatiċi u konsulari, jissuġġetta l-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni għall-kundizzjoni li l-prezz ta’ akkwist tal-imsemmija prodotti jitħallas permezz ta’ mezzi ta’ ħlas li ma jkunux flus kontanti.


(1)  ĠU C 329, 5.10.2020.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Opolu – il-Polonja) – Skarb Państwa – Starosta Nyski vs New Media Development & Hotel Services Sp. z o.o.

(Kawża C-327/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2011/7/UE - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “tranżazzjoni kummerċjali” - Awtorità pubblika li taġixxi bħala kreditur ta’ impriża - Esklużjoni - Għoti minn awtorità pubblika ta’ proprjetà immobbli b’użufrutt perpetwu lil impriża bi ħlas ta’ tariffa annwali)

(2022/C 109/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Opolu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skarb Państwa – Starosta Nyski

Konvenut: New Media Development & Hotel Services Sp. z o.o.

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “tranżazzjoni kummerċjali”, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix il-ġbir, minn awtorità pubblika, ta’ tariffa dovuta bħala remunerazzjoni tal-użufrutt perpetwu ta’ art, mingħand impriża li din l-awtorità pubblika hija l-kreditur tagħha.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 – Liviu Dragnea vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-351/20 P) (1)

(Appell - Investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) - Rapporti ta’ investigazzjoni - Talba għall-ftuħ ta’ investigazzjoni dwar it-tmexxija tal-investigazzjonijiet preċedenti mill-OLAF - Applikazzjoni għal aċċess għal dokumenti - Ittra ta’ rifjut - Artikolu 263 TFUE - Deċiżjoni li tista’ tkun suġġetta għal rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata tar-rikorsi - Rikors kontra ittra konfermattiva ta’ rapporti ta’ investigazzjoni tal-OLAF - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Artikolu 6 u Artikolu 7(2) - Obbligu li l-applikant jiġi informat dwar id-dritt tiegħu li jagħmel applikazzjoni konfermatorja)

(2022/C 109/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Liviu Dragnea (rappreżentanti: C. Toby, O. Riffaud u B. Entringer, avocats)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u J. Baquero Cruz, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 2020, Draganea vs Il-Kummissjoni (T-738/18, mhux ippubblikat, EU:T:2020:208), huwa annullat sa fejn, permezz tiegħu, il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors ta’ Liviu Draganea intiż għall-annullament tal-ittra tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tal-1 ta’ Ottubru 2018, sa fejn, permezz ta din l-ittra, dan tal-aħħar irrifjuta li jagħtih aċċess għad-dokumenti mitluba fl-ittra tiegħu tat-22 ta’ Awwissu 2018.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għal annullament.

3)

Il-kumplament tal-appell għandu jiġi miċħud.

4)

Liviu Draganea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż sostnuti minnhom fil-kuntest ta’ dan l-appell.

5)

Il-kumplament tal-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 313, 21/9/2020.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 – YG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-361/20 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2017 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss - Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Paragun tal-merti - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2022/C 109/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: YG (rappreżentanti: A. Champetier u S. Rodrigues, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Hohenecker, L. Vernier u L. Radu Bouyon, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

YG huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 433, 14.12.2020


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – MARCAS MC Szolgáltató Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-363/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kumpanniji - Taxxa fuq il-kumpanniji - Kontroll fiskali - Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 51(1) - Implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Ir-Raba’ Direttiva 78/660/KEE - Kontabbiltà annwali ta’ ċerti forom ta’ kumpanniji - Kontabilizzazzjoni ta’ dħul minn drittijiet ta’ proprjetà intellettwali - Artikolu 2(3) - Prinċipju ta’ stampa vera u ġusta - Artikolu 31 - Evalwazzjoni tal-entrati inklużi fil-kontijiet annwali - Osservanza tal-prinċipji ta’ kontabbiltà)

(2022/C 109/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MARCAS MC Szolgáltató Zrt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

1)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tad-29 ta’ Ġunju 2020, sa fejn dawn jirrigwardaw prattiċi tal-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru relatati mal-kontroll u mas-sanzjoni ta’ ksur fiskali fil-qasam ta’ taxxa fuq il-kumpanniji

2)

L-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 31 tar-Raba’ Direttiva 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu [50(2)(g) TFUE] dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, kif emendata mid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux prassi tal-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li tikkontesta kitbiet ta’ kontabbiltà ta’ kumpannija għar-raġuni li dawn ma josservawx il-prinċipji ta’ kompletezza u ta’ indipendenza tas-snin kummerċjali, li jinsabu fil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru, minkejja li l-prinċipji ta’ kontabbiltà l-oħra kollha previsti minn din il-leġiżlazzjoni jkunu ġew osservati, meta dan in-nuqqas ta’ osservanza ma jkunx jikkostitwixxi deroga eċċezzjonali u neċessarja sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta, indikata fl-anness tal-kontijiet annwali u debitament motivata, b’indikazzjoni tal-influwenza tagħha fuq l-assi, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-qligħ jew it-telf.


(1)  ĠU C 413, 07.12.2020


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Adinistrativo – Il-Portugall) – Autoridade Tributária e Aduaneira vs Termas Sulfurosas de Alcafache SA

(Kawża C-513/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(b) - Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali - Eżenzjoni tal-kura fl-isptar u tal-kuri mediċi - Attivitajiet marbuta mill-qrib - Kuri termali - Ammont irċevut għall-istabbiliment ta’ fajl individwali, li jinkludi fajl mediku)

(2022/C 109/14)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Adinistrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Autoridade Tributária e Aduaneira

Konvenut: Termas Sulfurosas de Alcafache SA

Dispożittiv

L-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività li tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ fajl individwali, li jinkludi fajl mediku, li jagħti d-dritt li jinxtraw kuri mediċi li jaqgħu taħt it-“termaliżmu klassiku” fi stabbiliment termali, tista’ taqa’ taħt l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’din id-dispożizzjoni inkwantu attività marbuta mill-qrib mal-kuri mediċi, meta dawn il-fajls jirriproduċu data dwar l-istat ta’ saħħa, il-kuri mediċi preskritti u ppjanati, kif ukoll dwar il-modalitajiet tal-amministrazzjoni tagħhom, data li l-konsultazzjoni tagħha hija indispensabbli sabiex jingħataw dawn il-kuri u jintlaħqu l-għanijiet terapewtiċi segwiti. L-imsemmija kuri mediċi kif ukoll l-attivitajiet li huma marbuta mill-qrib magħhom għandhom barra minn hekk jingħataw f’kundizzjonijiet soċjali komparabbli ma’ dawk applikabbli għall-korpi rregolati mid-dritt pubbliku, minn ċentru ta’ kura medika u ta’ djanjosi jew minn stabbiliment ieħor tal-istess natura debitament irrikonoxxut fis-sens ta’ dan l-Artikolu 132(1)(b).


(1)  ĠU C 19, 18.1.2021.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – Il-Ġermanja) – DS vs Koch Personaldienstleistungen GmbH

(Kawża C-514/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 31(2) - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 7 - Leave annwali - Ħin tax-xogħol - Sahra - Kalkolu tal-ħin tax-xogħol fuq bażi ta’ xahar - Assenza ta’ żieda għas-sahra fil-każ ta’ teħid ta’ leave)

(2022/C 109/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DS

Konvenut: Koch Personaldienstleistungen GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, moqri fid-dawl tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv li permezz tagħha, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-limitu tas-sigħat maħduma li jagħti dritt għal żieda għas-sahra jintlaħaqx, is-sigħat li jikkorrispondu għall-perijodu ta’ leave annwali mħallas meħud mill-ħaddiem ma jittiħdux inkunsiderazzjoni bħala sigħat ta’ xogħol maħduma.


(1)  ĠU C 19, 18.1.2021.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-683/20) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2002/49/KE - Evalwazzjoni u ġestjoni ta’ ħsejjes ambjentali - Toroq ewlenin u linji ferrovjarji ewlenin - Artikolu 8(2) - Pjanijiet ta’ azzjoni - Artikolu 10(2) - Anness VI - Sunti tal-pjanijiet ta’ azzjoni - Nuqqas ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni fit-termini previsti)

(2022/C 109/16)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal u M. Noll-Ehlers, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi, minn naħa, ma stabbilixxietx pjanijiet ta’ azzjoni għat-toroq ewlenin u għal-linji ferrovjarji ewlenin, imsemmija fl-anness ta’ din is-sentenza, u, min-naħa l-oħra, ma kkomunikatx lill-Kummissjoni Ewropea sunti tal-imsemmija pjanijiet ta’ azzjoni, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt, rispettivament, l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali, moqri flimkien mal-Anness VI tagħha.

2)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Paget Approbois SAS vs Depeyre entreprises SARL, Alpha Insurance A/S

(Kawża C-724/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Attivitajiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni - Direttiva 2009/138/KE - Stralċ tal-impriżi ta’ assigurazzjoni - Artikolu 292 - Effetti tal-proċeduri ta’ stralċ fuq il-kawżi pendenti - Eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-lex concursus - Lex processus)

(2022/C 109/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Paget Approbois SAS

Konvenuti: Depeyre entreprises SARL, Alpha Insurance A/S

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 292 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kawża pendenti dwar attiv jew dritt minn liema impriża tal-assigurazzjoni tkun ġiet żvestita”, imsemmi f’dan l-artikolu, jinkludi kawża pendenti li għandha bħala suġġett talba għal kumpens ta’ assigurazzjoni mitluba minn detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni, għad-danni sostnuti fi Stat Membru, mingħand impriża ta’ assigurazzjoni suġġetta għal proċedura ta’ stralċ fi Stat Membru ieħor.

2)

L-Artikolu 292 tad-Direttiva 2009/138/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-liġi tal-Istat Membru li fih il-kawża tkun pendenti, fis-sens ta’ dan l-artikolu, għandha l-għan li tirregola l-effetti kollha fuq din l-istanza tal-proċedura ta’ stralċ. B’mod partikolari, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tad-dritt ta’ dan l-Istat Membru li, l-ewwel, jipprevedu li l-bidu ta’ tali proċedura jwassal għall-interruzzjoni tal-kawża pendenti, it-tieni, jissuġġettaw it-tkomplija tal-kawża għad-dikjarazzjoni tal-passiv tal-impriża ta’ assigurazzjoni, mill-kreditur, tal-kreditu tiegħu ta’ kumpens ta’ assigurazzjoni u għas-sejħa fil-kawża tal-entitajiet li għandhom ir-responsabbiltà li jimplimentaw il-proċedura ta’ stralċ, u, it-tielet, jipprojbixxu kull kundanna għall-ħlas tal-kumpens, billi din ma tistax tibqa’ iktar is-suġġett ta’ konstatazzjoni tal-eżistenza tiegħu u ta’ ffissar tal-ammont tiegħu, sakemm, bħala prinċipju, dawn id-dispożizzjonijiet ma jidħlux fil-kompetenza rriżervata għad-dritt tal-Istat Membru ta’ oriġini, skont l-Artikolu 274(2) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 79, 8.3.2021.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/13


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – Société Air France SA vs AQ et

(Kawża C-623/21) (1)

(Trasport bl-ajru - Kumpens lill-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira - Distinzjoni bejn rifjut ta’ imbark, kanċellazzjoni u dewmien twil fil-każ ta’ rotta differenti li twassal għal dewmien inqas twil mit-titjira inizjalment irriżervata)

(2022/C 109/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Société Air France SA

Konvenuti: AQ, TP, IO, ON, XZ

Dispożittiv

Il-Kawża C-623/21 hija mħassra mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Data tal-preżentata: 8.10.2021.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – PW vs Eurowings GmbH

(Kawża C-697/21) (1)

(Trasport bl-ajru - Kumpens lill-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira - Modalitajiet ta’ rimbors tal-biljett - Rimbors permezz ta’ voucher tal-ivvjaġġar - Talba għar-rimbors fi flus)

(2022/C 109/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PW

Konvenut: Eurowings GmbH

Dispożittiv

Il-Kawża C-697/21 għandha titħassar mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Data tal-preżentata: 19.11.2021.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Tirol (l-Awstrija) fis-6 ta’ Settembru 2021 – C.G. vs Bezirkshauptmannschaft Landeck

(Kawża C-548/21)

(2022/C 109/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Tirol

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C.G.

Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Landeck

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15(1) (possibbilment flimkien mal-Artikolu 5) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (1), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (2), moqri fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi għal data maħżuna fuq telefon ċellulari jikkostitwixxi interferenza mad-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-imsemmija artikoli tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li hija tant kbira li l-aċċess għandu jkun limitat, fil-qasam tal-prevenzjoni, tar-riċerka, tad-detezzjoni u tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, għall-ġlieda kontra reati kriminali serji?

2)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, kif emendata bid-Direttiva 2009/136, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 11 kif ukoll 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 18 tal-iStrafprozessordnung (il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali), moqri flimkien mal-Artikolu 99(1) tiegħu, li abbażi tiegħu l-awtoritajiet ta’ sigurtà jiksbu huma stess, mingħajr awtorizzazzjoni ta’ qorti jew ta’ korp indipendenti amministrattiv, aċċess sħiħ u mhux ikkontrollat tad-data diġitali kollha maħżuna fuq telefon ċellulari matul proċeduri ta’ investigazzjoni kriminali?

3)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, possibbilment moqri flimkien mal-Artikoli 41 u 52 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li, mill-perspettiva tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 18 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, moqri flimkien mal-Artikolu 99(1) tiegħu, li tawtorizza l-analiżi diġitali ta’ telefon ċellulari mingħajr ma l-persuna kkonċernata tiġi avżata qabel jew, minn tal-inqas, wara li tittieħed il-miżura?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514

(2)  ĠU 2009, L 337, p. 11, rettifika fil-ĠU 2013, L 241, p. 9


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fit-30 ta’ Novembru 2021 – SOMEO S.A., li kienet PEARL STREAM S.A. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-725/21)

(2022/C 109/21)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SOMEO S.A., li kienet PEARL STREAM S.A.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domandi preliminari

1)

Sabiex prodott partikolari jiġi kkwalifikat bħala “parti” minn siġġu għal karozza fis-sens tal-Kapitolu 94 tan-Nomenklatura Magħquda li jinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), fil-verżjonijiet tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, huwa neċessarju li s-siġġu, mingħajr l-imsemmi prodott, ma jkunx jista’ jwettaq il-funzjoni essenzjali u prinċipali tiegħu (fis-sens tal-unità funzjonali tiegħu), jew huwa biżżejjed li l-parti partikolari, intiża esklużivament sabiex tkun installata fuq siġġijiet għal vetturi, tkun tista’ tiġi rikonoxxuta bħala parti mis-siġġu?

2)

Il-possibbiltà ta’ użu ġenerali awtonomu, jew le, taż-żewġ prodotti inkwistjoni għandu effett fuq il-klassifikazzjoni, jew le, tagħhom, fis-subintestatura tariffarja 9401 90 80?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Haskovo (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Diċembru 2021 – JP EOOD vs Otdel “Mitnichesko razsledvane i razuznavane” v Teritorialna direktsia “Mitnitsa Burgas”

(Kawża C-752/21)

(2022/C 109/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Chaskovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JP EOOD

Konvenut: Otdel “Mitnichesko razsledvane i razuznavane” v Teritorialna direktsia “Mitnitsa Burgas”

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix l-eżistenza ta’ dispożizzjoni legali nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 59(2) taż-Zakon za administrativnite narushenia i nakazania (il-Liġi dwar ir-Reati u s-Sanzjonijiet Amministrattivi, iktar ’il quddiem iż-“ZANN”), li fil-grupp ta’ persuni li għandhom id-dritt għal azzjoni legali kontra deċiżjoni kriminali, ma tinkludix il-proprjetarju ta’ oġġetti kkonfiskati permezz ta’ din id-deċiżjoni f’sitwazzjoni fejn dan tal-aħħar ma jkunx l-awtur tal-att li jikkostitwixxi reat kriminali?

2)

L-Artikolu 22(7), l-Artikolu 29 u l-Artikolu 44 tar-Regolament Nru 952/2013, ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 13 tal-KEDB u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux l-eżistenza ta’ dispożizzjoni legali nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 232(1) taż-Zakon za mitnitsite (il-Liġi dwar id-Dwana, iktar ’il quddiem iż-“ZM”), li teskludi l-possibbiltà ta’ azzjoni legali kontra deċiżjoni kriminali mogħtija kontra awtur mhux magħruf sa fejn skont id-dritt nazzjonali din id-deċiżjoni tista’ tordna l-konfiska tal-beni favur l-Istat f’sitwazzjoni fejn dawn il-beni jkunu proprjetà ta’ terz li ma jkunx ipparteċipa fil-proċedura amministrattiva kriminali?

3)

Fuq il-bażi ta’ argument a fortiori, l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar il-Konfiska ta’ Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità (2), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika f’sitwazzjonijiet fejn l-aġir ma jkunx jikkostitwixxi reat u l-istess artikolu għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix dispożizzjoni legali nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 59(2) taż-ZANN, li teskludi lill-proprjetarju tal-beni kkonfiskati mill-grupp ta’ persuni li għandhom id-dritt għal azzjoni legali, u bħal dik prevista fl-Artikolu 232 taż-ZM, li tipprovdi li att li permezz tiegħu, skont id-dritt nazzjonali, jistgħu jiġu kkonfiskati beni ma jistax jiġi kkontestat minn terz li ma jkunx ipparteċipa fil-proċedura amministrattiva kriminali?


(1)  ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.

(2)  ĠU 2006, L 159M, p. 223.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/16


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2021 minn Jérôme Rivière et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-6 ta’ Ottubru 2021 fil-Kawża T-88/20, Rivière et vs Il-Parlament

(Kawża C-767/21 P)

(2022/C 109/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Jérôme Rivière, Dominique Bilde, Joëlle Mélin, Aurélia Beigneux, Thierry Mariani, Jordan Bardella, Jean-Paul Garraud, Jean-François Jalkh, Gilbert Collard, Gilles Lebreton, Nicolaus Fest, Gunnar Beck, Philippe Olivier (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Ottubru 2021 fil-Kawża T-88/20, Rivière et vs Il-Parlament;

fid-dawl tal-Artikoli 263 u 277 TFUE, tiddikjara r-rikors ammissibbli;

għaldaqstant tikkonstata l-assenza ta’ bażi legali tad-deċiżjoni verbali tal-President tal-Parlament Ewropew iddatata t-13 ta’ Jannar 2020 u tannullaha;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti jinvokaw żewġ aggravji.

L-ewwel aggravju jinvoka żnaturament tal-fatti u żball ta’ klassifikazzjoni tan-natura ġuridika tal-fatti. B’mod partikolari, l-appellanti jargumentaw li t-tieni sentenza tal-punt 38 tas-sentenza hija żnaturament tal-fatti. Il-miżura kkontestata kellha fil-fatt bħala effett prattiku li d-deputati li rrifjutaw li jneħħu l-bandiera tagħhom ma jkunux jistgħu jitkellmu. Dan l-iżnaturament tal-fatti wassal lill-Qorti Ġenerali sabiex tevita t-tieni konsegwenza tad-deċiżjoni tat-13 ta’ Jannar 2020. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ klassifikazzjoni tan-natura ġuridika tal-fatti. Hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċ-ċaħda ta’ wieħed mill-elementi essenzjali tal-eżerċizzju tal-mandat tiegħu mid-deputat, jiġifieri li jitkellem.

It-tieni aggravju jallega ksur u żnaturament fid-dritt u fil-fatt tal-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni. Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali kien imissha analizzat fil-fatt jekk il-bandiera żgħira użata mid-deputati kinitx banner jew strixxun, u sussegwentement jekk il-preżenza ta’ din il-bandiera kinitx tipperturba l-ordni tajba tas-seduti jew kinitx tikkostitwixxi aġir mhux xieraq, u kinitx tikkomprometti l-proċedimenti tajba tal-ħidma parlamentari, sabiex minn dan tislet konsegwenza fid-dritt. Permezz tal-paragun tagħha ma’ lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (1) li jiddikjara l-Franċiż lingwa uffiċjali u lingwa ta’ ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk tal-Parlament. Fil-konfront tad-deputati Franċiżi, l-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura kellu jinqara skont il-portata li tagħtih il-lingwa Franċiża.

Il-Qorti Ġenerali lanqas ma analizzat l-espressjoni “Huma la għandhom jużaw banners u lanqas strixxuni” u lanqas wettqet analiżi tal-paragrafu 3 fil-kuntest tal-Artikolu 10, b’mod partikolari tal-paragrafu 2 tiegħu. Il-prova tal-assenza ta’ diżordni kkawżata mill-preżenza ta’ bandiera kienet irrappurtata fit-tweġiba għall-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għaliex id-deputati setgħu juru bnadar Ewropej żgħar u li d-deputat Belġjan Guy Verhofstadt seta’ jesprimi ruħu b’tali bandiera quddiemu.

Billi żviluppat fil-punti 43 sa 49 tas-sentenza tagħha raġunament li jvarja minn dak tal-Parlament fuq bażi legali kompletament differenti mill-Artikolu 10, u billi straħet fuq l-Artikolu 171 tar-Regoli ta’ Proċedura li huwa intitolat “Allokazzjoni ta’ ħin għad-diskorsi u lista tal-kelliema” sabiex tinvoka l-ugwaljanza tad-deputati fir-rigward tal-ħin biex jitkellmu, il-Qorti Ġenerali żiedet għall-Artikolu 10 skop li huwa ma għandux. Dan jikkostitwixxi żnaturament tat-test li wassal lill-Qorti Ġenerali tagħti lil dan l-artikolu effetti legali li huwa ma għandux. Skont l-appellanti, id-deċiżjoni tat-13 ta’ Jannar 2020 kienet tipproduċi tabilħaqq effetti legali ta’ natura li jaffettwaw il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-mandat tal-appellanti, billi tbiddel b’mod ikkaratterizzat is-sitwazzjoni legali tagħhom. Għalhekk il-miżura tikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat u s-sentenza għandha tiġi annullata.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Retten i Esbjerg (id-Danimarka) fis-17 ta’ Diċembru 2021 – Skatteministeriet Departementet vs Global Gravity ApS

(Kawża C-788/21)

(2022/C 109/24)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Retten i Esbjerg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet Departementet

Konvenut: Global Gravity ApS

Domandi preliminari

1)

Liema kriterji għandhom jiġu applikati sabiex jiġi ddeterminat jekk prodott jikkostitwixxix kontejner ta’ merkanzija li jaqa’ taħt is-subintestatura 8609 00 90 00 tan-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali Komuni, hekk kif stabbilita permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2)? B’mod partikolari:

a)

kull wieħed minn dawn il-kriterji jippermetti waħdu li prodott jiġi kklassifikat bħala kontejner ta’ merkanzija,

b)

sabiex jiġi ddeterminat jekk prodott għandux jiġi kklassifikat bħala kontejner ta’ merkanzija, għandha ssir evalwazzjoni mill-angolu ta’ diversi kriterji meqjusa flimkien, b’mod li l-prodott jista’ jiġi kklassifikat bħala tali jekk diversi kriterji, iżda mhux kollha, ikunu ssodisfatti,

jew

c)

il-kriterji kollha għandhom jiġu ssodisfatti b’mod kumulattiv sabiex prodott ikun jista’ jiġi kklassifikat bħala kontejner ta’ merkanzija?

2)

Il-kunċett ta’ “kontejners” użat fis-subintestatura 8609 00 90 00 tan-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali Komuni, hekk kif stabbilita permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013, għandu jiġi interpretat bħala li jinkludi prodott li jikkonsisti f’sistema ta’ trasport ta’ pajpijiet ikkostitwita minn ċertu numru ta’ profili ta’ rfigħ magħmula mill-aluminju, minn żewġ arbli tal-irfigħ magħmula mill-azzar għal kull profil ta’ rfigħ u minn żewġ boltijiet M20 għal kull profil ta’ rfigħ li jippermettu li dawn jitwaħħlu flimkien[, fejn is-sistema tintuża bil-mod sussegwenti: p]ajpijiet jitqiegħdu fuq profili ta’ rfigħ[, p]rofili ta’ rfigħ oħra jitqiegħdu fuq dawn il-pajpijiet, li fuqhom jitqiegħdu pajpijiet mill-ġdid, u eċċ sakemm jitgħabba n-numru mixtieq ta’ pajpijiet[; l-]operazzjoni tintemm dejjem billi jitqiegħed fuq kollox ċertu numru ta’ profili ta’ rfigħ[; m]eta l-pajpijiet jintrabtu flimkien permezz tal-profili ta’ rfigħ u meta l-preparazzjoni tat-tagħbija tkun intemmet, ktajjen tal-azzar jitqabbdu mal-arbli tal-irfigħ li jkunu jinsabu fl-erba’ rkejjen tat-tagħbija (billi jiġu mgħoddija fil-ħoloq tal-arbli tal-irfigħ) u l-merkanzija tkun lesta sabiex titgħabba permezz ta’ krejn jew ta’ forklifter fil-każ ta’ trasport bl-art?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

(2)  ĠU 2013, L 290, p. 1, rettifika fil-ĠU 2014, L 100, p. 13.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/18


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-808/21)

(2022/C 109/25)

Lingwa tal-kawża: ic-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek u J. Tomkin, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

tiddikjara li, billi ċaħdet liċ-ċittadini tal-Unjoni li ma humiex ċittadini tar-Repubblika Ċeka iżda li huma residenti fir-Repubblika Ċeka d-dritt li jsiru membri ta’ partit politiku jew moviment politiku, ir-Repubblika Ċeka naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 22 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 22 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kull ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li tiegħu ma jkollux iċ-ċittadinanza għandu jkollu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet muniċipali u għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li jkollhom iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat.

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, fid-dawl tal-fatt li ċittadini tal-Unjoni li ma humiex ċittadini tar-Repubblika Ċeka iżda li huma residenti fir-Repubblika Ċeka ma għandhomx id-dritt li jsiru membri ta’ partiti politiċi jew ta’ movimenti politiċi, dawk iċ-ċittadini tal-Unjoni ma jistgħux jeżerċitaw id-drittijiet politiċi mogħtija lilhom taħt l-Artikolu 22 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tar-Repubblika Ċeka.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/18


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2022 minn KS u KD mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-10 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-771/20, KS u KD vs Il-Kunsill et

(Kawża C-29/22 P)

(2022/C 109/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: KS u KD (rappreżentanti: J. Stojsavljevic-Savic, Solicitor, F. Randolph QC u P. Koutrakos, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet

L-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ l-appell, tannulla d-digriet appellat u tilqa’ t-talbiet mitluba quddiem il-Qorti Ġenerali;

sussidjarjament, tilqa’ l-appell u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċidiha definittivament; u

tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż ta’ dan l-appell, il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-proċeduri quddiem il-Bord ta’ Reviżjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-EULEX.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq l-aggravju li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tisma’ u tiddeċiedi r-rikors li l-appellanti kienu ppreżentaw sabiex ikollhom kumpens għad-dannu li sofrew bħala riżultat tal-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem tagħhom mill-appellati. L-aggravju huwa maqsum f’erba’ partijiet.

L-ewwel, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat b’mod wiesa’ l-esklużjoni tal-PESK (il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Unjoni Ewropea) stabbilita fl-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE.

It-tieni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat ħażin is-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (C-134/19 P, EU:C:2020:793).

It-tielet, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat ħażin is-sentenza tal-25 ta’ Marzu 2021, Carvalho et vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C-565/19 P, mhux ippubblikata, EU:C:2021:252).

Ir-raba’, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tindirizza partijiet sostanzjali tat-talba u ma tatx raġunijiet biżżejjed għad-deċiżjoni tagħha.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/19


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2022 mill-Kummissjoni Ewropea mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-10 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-771/20, KS u KD vs Il-Kunsill et

(Kawża C-44/22 P)

(2022/C 109/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Y. Marinova u J. Roberti di Sarsina, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: KS, KD, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

tannulla fl-intier tagħha d-digriet appellat;

tistabbilixxi li l-qrati tal-Unjoni għandhom ġurisdizzjoni esklussiva sabiex jisimgħu u jiddeċiedu l-kawża;

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fuq l-ammissibbiltà u l-mertu;

tirriżerva l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u l-proċeduri relatati.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi i) naqset milli tirrikonoxxi n-natura tal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) fl-Artikoli 24 TUE u 275 TFUE bħala deroga mill-ġurisdizzjoni ġenerali tal-QĠUE, ii) naqset milli tinterpreta din id-deroga b’mod restrittiv, kuntrarjament għall-ġurisprudenza stabbilita tal-QĠUE, u billi iii) interpretat b’mod żbaljat f’dan il-kuntest is-sentenzi fil-kawżi H (1), SatCen (2) u Elitaliana (3) bħala li ma jsostnux il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża inkwistjoni.

It-tieni aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tikkwalifika kif xieraq ir-rikors bħala rikors għad-danni li jikkonċerna allegat ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, u billi naqset milli tinterpreta l-limitazzjonijiet tal-ġurisdizzjoni tal-QĠUE fid-dawl tar-rekwiżiti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-Istat tad-dritt taħt il-liġi primarja tal-Unjoni, li jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tal-QĠUE fil-kawża inkwistjoni.

L-ewwel parti: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkwalifikat l-atti, l-azzjonijiet jew l-ommissjonijiet ikkontestati mir-rikorrenti bħala li jaqgħu fi kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi konnessi mal-Missjoni u li jikkonċernaw id-definizzjoni jew l-implimentazzjoni tal-PESK (Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Unjoni Ewropea), u mhux bħala atti, azzjonijiet jew ommissjonijiet li jikkawżaw dannu li jirriżulta minn allegat ksur tad-drittijiet tal-bniedem f’kuntest ta’ PESK.

It-tieni parti: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tinterpreta l-Artikoli 24 TUE u 275 TFUE fid-dawl tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-Unjoni fil-Karta u l-KEDB, u l-valuri fundamentali tal-Unjoni tal-Istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fit-Trattati (Artikolu 2, Artikolu 3(5), Artikolu 6(1) u (3), Artikolu 21(2)(b) u Artikolu 23 TUE, u Artikolu 19 TUE, u Artikolu 47 tal-Karta).

It-tielet aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat is-sentenza fil-kawża Bank Refah (4) u meta naqset milli tikkunsidra r-rikors għad-danni bħala azzjoni legali indipendenti li għaliha ma teżisti l-ebda eżenzjoni mill-ġurisdizzjoni tal-QĠUE taħt l-Artikolu 268 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.

Ir-raba’ aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tiżgura l-awtonomija tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u billi ċaħħdet lir-rikorrenti minn rimedju effettiv.

L-ewwel parti: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Unjoni sabiex jisimgħu u jiddeċiedu l-kawża inkwistjoni.

It-tieni parti: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi fil-kawża inkwistjoni ċaħħdet lir-rikorrenti minn kull rimedju effettiv u effettivament ħalliethom mingħajr ebda għażla vijabbli li tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tagħhom.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Lulju 2016, H vs Il-Kunsill et, C-455/14 P, EU:C:2016:569.

(2)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018, KF vs SatCen, T-286/15, EU:T:2018:718; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ġunju 2020, SatCen vs KF, C-14/19 P, ECLI:EU:C:2020:492; digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2020, KF vs SatCen, T-619/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:337; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ottubru 2021, KF vs SatCen, C-464/20 P, mhux ippubblikata, ECLI:EU:C:2021:848.

(3)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Novembru 2015, Elitaliana vs Eulex Kosovo, C-439/13 P, EU:C:2015:753.

(4)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill, C-134/19 P, EU:C:2020:793.


Il-Qorti Ġenerali

7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2021 – Niemelä et vs BĊE

(Kawża T-321/17) (1)

(Rikors għal annullament - Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu - Missjonijiet speċifiċi ta’ sorveljanza fdati lill-BĊE - Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment ta’ kreditu - Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Telf tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Inammissibbiltà manifesta)

(2022/C 109/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Heikki Niemelä (Ohain, il-Belgju), Mika Lehto (Espoo, il-Finlandja), Nemea plc (St. Julians, Malta), Nevestor SA (Ohain), Nemea Bank plc (St. Julians) (rappreżentant: A. Meriläinen, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta u A. Witte, aġenti, assistiti minn B. Schneider, avukat)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u A. Nijenhuis, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ECB/SSM/2017 -213800JENPXTUY75VSO/1 WHD-2017-0003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2017, li twassal għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni għall-aċċess għal attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kreditu ta’ Nemea Bank plc u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni allegatament sostnuti mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal annullament.

2)

It-talba għal kumpens għad-danni hija miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

3)

Heikki Niemelä, Mika Lehto, Nemea plc, Nevestor SA u Nemea Bank plc u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huma kkundannati kull wieħed ibatu l-ispejjeż tagħhom, relatati mat-talba għal annullament.

4)

Heikki Niemelä, Mika Lehto, Nemea, Nevestor u Nemea Bank huma kkundannati ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-BĊE relatati mat-talba għal danni.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 283, 28.8.2017.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – Legero Schuhfabrik vs EUIPO – Rieker Schuh (Żarbun)

(Kawża T-682/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbun - Disinni nazzjonali u Komunitarju preċedenti prodotti wara t-tressiq tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 28(1)(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 - Raġunijiet għal invalidità - Assenza ta’ novità - Assenza ta’ karattru individwali - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikoli 5 u 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2022/C 109/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Legero Schuhfabrik GmbH (Feldkirchen bei Graz, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rieker Schuh AG (Thayngen, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Schabenberger, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2020 (Każ R 1650/2019-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Legero Schuhfabrik u Rieker Schuh.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Legero Schuhfabrik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 18.1.2021.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – Legero Schuhfabrik vs EUIPO – Rieker Schuh (Żarbun)

(Kawża T-683/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbun - Disinni nazzjonali u Komunitarju preċedenti prodotti wara l-introduzzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 28(1)(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 - Raġunijiet għal invalidità - Assenza ta’ novità - Assenza ta’ karattru individwali - Grad ta’ libertà tal-kreatur - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikoli 5 u 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2022/C 109/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Legero Schuhfabrik GmbH (Feldkirchen bei Graz, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rieker Schuh AG (Thayngen, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Schabenberger, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2020 (Każ R 1648/2019-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Legero Schuhfabrik u Rieker Schuh.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Legero Schuhfabrik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 18.1.2021.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – Legero Schuhfabrik vs EUIPO – Rieker Schuh (Żarbuna)

(Kawża T-684/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbuna - Disinni nazzjonali u Komunitarji preċedenti prodotti wara l-preżentata tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 28(1)(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 - Raġunijiet għal invalidità - Assenza ta’ novità - Assenza ta’ natura individwali - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikoli 5 u 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2022/C 109/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Legero Schuhfabrik GmbH (Feldkirchen bei Graz, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rieker Schuh AG (Thayngen, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Schabenberger, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2020 (Każ R 1649/2019-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Legero Schuhfabrik u Rieker Schuh.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Legero Schuhfabrik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 18.1.2021.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – Boquoi Handels vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ kristall tas-silġ fuq sfond ċirkulari blu)

(Kawża T-734/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta kristall tas-silġ fuq sfond ċirkulari blu - Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 109/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Boquoi Handels OHG (Grünwald, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Lorenz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Graul u E. Markakis, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2020 (Każ R 522/2020-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta kristall tas-silġ fuq sfond ċirkulari blu bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Boquoi Handels OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/24


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2021 – SC Ha Ha Ha Production vs EUIPO – The Smiley Company (SMILEY)

(Kawża T-785/21)

(2022/C 109/33)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SC Ha Ha Ha Production SRL (Calinesti, ir-Rumanija) (rappreżentant: O. Anghel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni SMILEY – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 569 641

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjonijiet ikkontestati: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 2936/2019-5 dwar ir-revoka tad-deċiżjoni tiegħu mogħtija fil-15 ta’ Jannar 2021 u d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 2936/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2021 dwar ir-revoka tad-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2021;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-21 ta’ Ottubru 2021 sabiex tirreġistra t-trade mark Ewropea mitluba, SMILEY Nru 17 569 641, fil-klassi ta’ prodotti u servizzi 41;

tordna lill-konvenut u, jekk xieraq, lill-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/25


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2021 – NQ vs Il-Kunsill et

(Kawża T-803/21)

(2022/C 109/34)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: NQ (rappreżentanti: R. Leandro Vasconcelos u M. Martins Pereira, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-Servizz FPI tal-Kummissjoni (“Service for Foreign Policy Instruments”) tal-1 ta’ Diċembru 2021 u d-deċiżjoni li ma tiġix irrakkomandata għal Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali (MOE) futuri tal-Unjoni għal ħames snin;

sussidjarjament, fil-każ li jitqies li dan ma huwiex l-att li għandu jiġi kkontestat;

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tas-16 ta’ Ottubru;

b’mod ulterjorment sussidjarju, fil-każ li jitqies li ebda wieħed minn dawn huwa l-att li għandu jiġi kkontestat,

tannulla d-deċiżjoni tad-Deputy Chief Observer (DCO) tat-22 ta’ Ottubru;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u, jekk applikabbli, lis-SEAE u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tar-rikorrenti u għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ

Il-proċedura ta’ evalwazzjoni, li tat lok għar-rapport ta’ evalwazzjoni tas-16 ta’ Ottubru 2021, irriżultat fi ksur tad-dritt għal smigħ li r-rikorrenti kellha fir-rigward tal-abbozz għal rapport ta’ evalwazzjoni, jiġifieri, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali. Dan id-dritt jirriżulta mid-dritt għal amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Karta”).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur, min-naħa tal-FPI, tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Dan l-obbligu huwa, qabel kollox, stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE. Jissemma wkoll fl-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta. Ma huwiex possibbli li jiġu identifikati, fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ rakkomandazzjoni u applikazzjoni tal-miżura ta’ esklużjoni ta’ ħames snin.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali

Id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Il-prinċipju ta’ ċertezza legali huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Id-deċiżjoni kkontestata ma tagħmilx riferiment għall-bażi legali tal-miżura ta’ esklużjoni, u din lanqas ma tista’ tiġi identifikata b’riferiment għal elementi oħra tad-deċiżjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

L-impożizzjoni ta’ miżura ta’ nuqqas ta’ rakkomandazzjoni għal missjonijiet futuri għal ħames snin hija sproporzjonata fid-dawl tal-assenza ta’ gravità tal-ksur allegat tal-Kodiċi ta’ Kondotta inkwistjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-ħajja privata u tal-familja

Id-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt għall-ħajja privata u tal-familja, stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta u fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“KEDB”). L-obbligi tal-familja tar-rikorrenti ma kinux jostakolaw id-dmirijiet li għad kien jifdlilha twettaq.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-libertà tal-espressjoni

Id-deċiżjoni kkontestata tikser il-libertà tal-espressjoni tar-rikorrenti. Il-libertà tal-espressjoni stabbilita fl-Artikolu 11 tal-Karta u fl-Artikolu 10 tal-KEDB. Din il-libertà tkopri dik tal-espressjoni, b’mod orali jew bil-miktub, ta’ opinjonijiet ta’ nuqqas ta’ qbil jew ta’ minoranza b’konnessjoni ma’ dawk difiżi mill-istituzzjoni li fiha jaħdmu l-uffiċjali u l-aġenti tal-Unjoni.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/26


Rikors ippreżentat fil-4 ta’ Jannar 2022 – Puma vs EUIPO – Doosan Machine Tools (PUMA)

(Kawża T-4/22)

(2022/C 109/35)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. González -Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Doosan Machine Tools Co. Ltd (Seongsan-gu, Changwon-si, il-Korea t’Isfel)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PUMA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 376 209

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 1677/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Doosan Machine Tools Co., Ltd għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/27


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2022 – Medivet Group vs EUIPO (MEDIVET)

(Kawża T-11/22)

(2022/C 109/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Medivet Group Ltd (Watford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske u M. Tillwich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MEDIVET – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 132 743

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 1066/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/27


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2022 – Hasco TM vs EUIPO – Esi (NATURCAPS)

(Kawża T-12/22)

(2022/C 109/37)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hasco TM sp. z o.o. sp.k. (Wrocław, il-Polonja) (rappreżentant: M. Krekora, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Esi Srl (Albisola Superiore, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NATURCAPS – Trade mark tal-Unjoni Nru 16 289 795

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 617/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taċċetta r-rikors u tiddikjarah fondat;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 64(2), 47(2) u 33(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 2(1) tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-iskopijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001, l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 u l-Artikolu 24 tat-Trattat ta’ adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (2003);

Ksur tal-Artikolu 60(1) flimkien mal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/28


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2022 – AL vs Il-Kunsill

(Kawża T-22/22)

(2022/C 109/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AL (rappreżentant: R. Rata, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tas-27 ta’ Settembru 2021 li permezz tagħha r-rikorrent tneħħa mill-pożizzjoni tiegħu;

tintegra mill-ġdid lir-rikorrent bħala uffiċċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) fil-funzjoni tiegħu u fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu;

tibgħat lura l-fajl lis-SĠK għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura dixxiplinari b’konformità tal-Artikolu 28 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-fatti kollha stabbiliti fid-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra meħuda wara d-data tad-deċiżjoni kkontestata;

tqajjem ex officio kwalunkwe kwistjoni ta’ interess pubbliku li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra utli;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tiegħu u għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tlettax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 22(1) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq amministrazzjoni ħażina.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-punt a tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn (i) is-sanzjoni ma hijiex proporzjonata man-natura tal-allegati nuqqasijiet (rigward l-allowances miġbura minn omm ir-rikorrent bħala wild dipendenti) u maċ-ċirkustanzi li fihom seħħew l-allegati nuqqasijiet u fejn (ii) id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex suffiċjentement immotivata, (iii) id-deċiżjoni kkontestata tikser il-preżunzjoni ta’ innoċenza u (iv) id-deċiżjoni kkontestata tirriżulta minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-punt a tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn (i) is-sanzjoni imposta ma hijiex proporzjonata man-natura tal-allegati nuqqasijiet (rigward l-allowances miġbura għall-foster care ta’ A u B) u maċ-ċirkustanzi li fihom seħħew l-allegati nuqqasijiet u fejn (ii) id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex suffiċjentement immotivata, (iii) id-deċiżjoni kkontestata tikser il-preżunzjoni ta’ innoċenza u (iv) id-deċiżjoni kkontestata tirriżulta minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-punt a tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn (i) is-sanzjoni imposta ma hijiex proporzjonata man-natura tal-allegati nuqqasijiet (rigward it-talbiet imressqa fl-2014 abbażi tal-istatus ta’ wild dipendenti ta C u D) u maċ-ċirkustanzi li fihom seħħew l-allegati nuqqasijiet u fejn (ii) id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex suffiċjentement immotivata, (iii) id-deċiżjoni kkontestata tikser il-preżunzjoni ta’ innoċenza u (iv) id-deċiżjoni kkontestata tirriżulta minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-punt b tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn (i) l-allegati nuqqasijiet ma mminawx l-integrità, ir-reputazzjoni jew l-interessi tas-SĠK u fejn (ii) id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex suffiċjentement immotivata, (iii) id-deċiżjoni kkontestata tikser il-preżunzjoni ta’ innoċenza u (iv) id-deċiżjoni kkontestata tirriżulta minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-punt ċ tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn (i) in-nuqqas ma jimplikax azzjonijiet intenzjonati iżda pjuttost negliġenza u (ii) id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex suffiċjentement immotivata, (iii) id-deċiżjoni kkontestata tikser il-preżunzjoni ta’ innoċenza u (iv) id-deċiżjoni kkontestata tirriżulta minn żball manifest ta’ evalwazzjoni u minn ksur tal-Artikolu 85 tal-Regolamenti tal-Persunal minħabba assenza ta’ intenzjoni li titqarraq l-amministrazzjoni.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-punt d tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn (i) il-motivazzjoni tan-nuqqas kienet prinċipalment l-interess superjuri u l-benesseri tat-tfal u fejn (ii) id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex suffiċjentement immotivata, (iii) id-deċiżjoni kkontestata tikser il-preżunzjoni ta’ innoċenza u (iv) id-deċiżjoni kkontestata tirriżulta minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-punt e tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn (i) il-grad u l-anzjanità tar-rikorrent kienu medji sa baxxi u fejn (ii) id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex suffiċjentement immotivata, (iii) id-deċiżjoni kkontestata tikser il-preżunzjoni ta’ innoċenza u (iv) id-deċiżjoni kkontestata tirriżulta minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-punt g tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn (i) il-livell tar-responsabbiltajiet u tal-funzjoni tar-rikorrent kien medju sa baxx u fejn (ii) id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex suffiċjentement immotivata, (iii) id-deċiżjoni kkontestata tikser il-preżunzjoni ta’ innoċenza u (iv) id-deċiżjoni kkontestata tirriżulta minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

10.

L-għaxar motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-punt h tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn (i) in-nuqqas ma kienx jinvolvi att jew aġir ripetut u fejn (ii) id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex suffiċjentement immotivata, (iii) id-deċiżjoni kkontestata tikser il-preżunzjoni ta’ innoċenza u (iv) id-deċiżjoni kkontestata tirriżulta minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

11.

Il-ħdax-il motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-punt i tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn (i) l-aġir tar-rikorrent matul il-karriera tiegħu kien irreprensibbli u fejn (ii) id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex suffiċjentement immotivata, (iii) id-deċiżjoni kkontestata tikser il-preżunzjoni ta’ innoċenza u (iv) id-deċiżjoni kkontestata tirriżulta minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

12.

It-tnax-il motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

13.

It-tlettax-il motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura fir-rigward tal-uffiċjali u tal-persuni dipendenti minnhom.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/30


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2022 – CIMV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-26/22)

(2022/C 109/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Compagnie industrielle de la matière végétale (CIMV) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: B. Le Bret, R. Rard u P. Renié, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dan jipprevedi l-użu tal-eżekuzzjoni forzata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-Deċiżjoni C(2021) 7932 final tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Ottubru 2021 dwar l-irkupru ta’ ammont ta’ EUR 5 888 214,59 flimkien ma’ interessi, dovut miċ-CIMV, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball materjali manifest li jirriżulta min-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-iskeda proposta miċ-CIMV u l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, tad-dritt għal smigħ u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-għan ta’ protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/30


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2022 – Innovaciones Cosmético Farmacéuticas vs EUIPO – Benito Oliver (th pharma)

(Kawża T-27/22)

(2022/C 109/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Innovaciones Cosmético Farmacéuticas SL (Alhama de Murcia, Spanja) (rappreżentant: J. Oria Sousa-Montes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Ángel Benito Oliver (Pont D’Inca-Marratxi, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea th pharma – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 916 522

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 1605/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/31


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2022 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-28/22)

(2022/C 109/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, S. Rating u G.-I. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Lulju 2021 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.63203 (2021/N) – Il-Ġermanja – Għajnuna għar-ristrutturazzjoni għal Condor; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.

1.

L-ewwel motiv: il-konvenuta wettqet żball ta’ liġi u l-għajnuna mill-Istat ikkontestata ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni (1) għaliex Condor Flugdienst GmbH (iktar ’il quddiem “Condor”) qiegħda tiġi akkwistata minn grupp ta’ negozju ikbar u d-diffikultajiet tagħha ma humiex intrinsiki iżda huma r-riżultat ta’ allokazzjoni arbitrarja tal-ispejjeż.

2.

It-tieni motiv: il-konvenuta naqset milli tistabbilixxi falliment tas-suq jew tbatija soċjali.

3.

It-tielet motiv: il-konvenuta naqset milli tagħmel paragun ma’ xenarju alternattiv kredibbli li ma jinvolvix għajnuna mill-Istat u ma stabbilixxietx li Condor eżawrixxiet il-possibbiltajiet kollha disponibbli fis-suq.

4.

Ir-raba’ motiv: id-deċiżjoni kkontestata ma tistabbilixxix li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni huwa realistiku, konsistenti u estensiv u kapaċi jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul ta’ Condor mingħajr ma jkollha bżonn ta’ iktar għajnuna mill-Istat f’perijodu raġonevoli.

5.

Il-ħames motiv: id-deċiżjoni kkontestata ma tistabbilixxix in-natura adegwata tal-għajnuna mill-Istat fid-dawl tal-ħsara kkawżata mill-kriżi tal-COVID-19.

6.

Is-sitt motiv: id-deċiżjoni kkontestata ma tistabbilixxix in-natura proporzjonata tal-għajnuna mill-Istat fid-dawl tal-ħsara kkawżata mill-kriżi tal-COVID-19.

7.

Is-seba’ motiv: id-deċiżjoni kkontestata ma tevalwax b’mod adegwat l-effetti negattivi tal-għajnuna mill-Istat.

8.

It-tmien motiv: id-deċiżjoni kkontestata tikser dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat FUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li servew bħala bażi għal-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni sa mill-aħħar tas-snin 1980 (jiġifieri, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi – applikata għat-trasport bl-ajru permezz tar-Regolament Nru 1008/2008 (2) – u l-libertà ta’ stabbiliment).

9.

Id-disa’ motiv: il-konvenuta naqset milli tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja li ltaqgħet ma’ diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

10.

L-għaxar motiv: il-konvenut kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.


(1)  Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU 2014, C 249, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (ĠU 2008, L 293, p. 3).


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/32


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2022 – Vyatsky Plywood Mill vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-32/22)

(2022/C 109/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vyatsky Plywood Mill OOO (Kirov, ir-Russja) (rappreżentanti: M. Krestiyanova u N. Tuominen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1930 tat-8 ta’ Novembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ plywood tal-betula li joriġinaw mir-Russja (1) fl-intier tiegħu sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-appellant għall-ispejjeż ta’ u kkawżati minn dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Bażiku (2), wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi naqset milli tikkunsidra l-osservazzjonijiet tal-EU Plywood Associations fid-determinazzjoni tagħha tal-portata tal-prodott, il-kompożizzjoni u definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Fil-fatt, bħala awtorità ta’ investigazzjoni indipendenti, il-Kummissjoni kellha tiffoka fuq provi prodotti minn EU Plywood Associations fuq l-inizjattiva tagħha stess, tivverifikaha u twettaq evalwazzjoni fattwali u legali fil-kuntest tal-portata tal-prodott, li hija element fundamentali ta’ investigazzjoni anti-dumping li taffettwa s-sejbiet kollha. Il-Kummissjoni effettivament ċaħdet/injorat ukoll kull prova jew argument tar-rikorrenti rigward is-sottomissjonijiet ta’ EU Plywood Associations.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 3 tar-Regolament Bażiku billi wettqet analiżi tal-prezzijiet żbaljata fil-kuntest ta’ dannu u rabta kawżali. L-ewwel nett, il-Kummissjoni injorat l-iżviluppi tal-prezzijiet post-IP u naqset milli tieħu debitament inkunsiderazzjoni il-qsim apparenti tas-suq. It-tieni, il-Kummissjoni naqset milli tevalwa l-effett ta’ aċċess għal materja prima prinċipali mill-industrija tal-Unjoni, l-impatt ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u ta’ diskriminazzjoni potenzjali kontra r-Russja.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 21 tar-Regolament Bażiku, peress li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet tal-plywood tal-betula li joriġina mir-Russja tmur kontra l-interess ġenerali tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni, importaturi mhux relatati u utenti ser ikunu esposti għal skarsezza ta’ plywood tal-betula ta’ kwalità għolja, fir-rispett tal-ambjent u bi prezz aċċessibbli.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li – sussidjarjament, jekk il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li r-regolament ikkontestat għandu jibqa’ fis-seħħ – il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi imponiet il-miżura fil-forma fis-seħħ bħalissa, li hija kontra l-interessi tal-Unjoni. Il-portata tal-proċeduri tkun iktar effettiva jekk il-miżuri jieħdu l-forma ta’ taxxa varjabbli fuq taxxa ad valorem bil-limitu ta’ prezz ta’ importazzjoni minimu.


(1)  ĠU 2021, L 394, p. 7.

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/33


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2022 – Cunsorziu di i Salamaghji Corsi – Consortium des Charcutiers Corses et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-34/22)

(2022/C 109/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cunsorziu di i Salamaghji Corsi – Consortium des Charcutiers Corses et (Borgo, Franza) (rappreżentanti: T. d Haan u V. Le Meur-Baudry, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1879 tas-26 ta’ Ottubru 2021 li tirrifjuta tliet applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ isem bħala indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Jambon sec de l’Île de Beauté” (IĠP), “Lonzo de l’Île de Beauté” (IĠP), “Coppa de l’Île de Beauté” (IĠP)) (1);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, minn naħa, tal-Artikoli 49, 50 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU 2012, L 343, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 55, p. 27, fil-ĠU 2015, L 191, p. 10, fil-ĠU 2019, L 216, p. 40) u, min-naħa l-oħra, tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal- l-awtorità ta’ res judicata, sa fejn il-Kummissjoni qabżet il-limiti tas-setgħat mogħtija lilha minn dan ir-regolament.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 7 u 13 tar-Regolament Nru 1151/2012 sa fejn il-Kummissjoni wettqet żball meta applikat id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq.


(1)  ĠU 2021, L 383, p. 1.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/34


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2022 – Weider Germany vs EUIPO – Den i Nosht (YIPPIE!)

(Kawża T-45/22)

(2022/C 109/44)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Weider Germany GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Pfeifer u N. Böhmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Den i Nosht Ltd (Gorna Oryahovitsa, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea YIPPIE! – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 411 567

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 2227/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni fil-Każ 36 243 C; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u tordna lill-intervenjent possibbli (“Den i Noscht” Limited) iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kif ukoll tal-proċeduri tal-appell quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/34


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2022 – Esedra vs Il-Parlament

(Kawża T-46/22)

(2022/C 109/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Esedra (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: M. Vastmans, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli u fondat;

konsegwentement;

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tagħti l-kuntratt inkwistjoni lil SAS PEOPLE & BABY u tiċħad l-offerta ta’ SRL ESEDRA;

tikkumpensa lil SRL ESEDRA għad-dannu sostnut minħabba din id-deċiżjoni illegali;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2021 li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għal offerti Nru PE PERS 2021 027 dwar il-ġestjoni sħiħa taċ-ċentru ta’ akkoljenza tat-tfal żgħar tal-Parlament Ewropew fi Brussell, li jinsab f’rue Wayenberg, u li tagħti l-kuntratt lil SAS People & Baby, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, ksur tal-Artikolu 170 TFUE, ksur tal-Artikolu 16.1. tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt tas-sejħa għal offerti, ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt u, senjatament, il-prinċipji ta’ reqqa, ta’ motivazzjoni formali u patere legem ipse fecisti u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3.13. tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, ksur tad-digriet tal-21 ta’ Frar 2019 għat-tisħiħ tal-kwalità u tal-aċċessibbiltà taċ-ċentru ta’ akkoljenza tat-tfal żgħar fil-komunità Franċiża u tad-digriet tat-2 ta’ Mejju 2019 tal-Gvern tal-Komunità Franċiża li jistabbilixxi s-sistema ta’ awtorizzazzjoni u ta’ sussidju għal crèches, servizzi ta’ akkoljenza tat-tfal u (co)childminders indipendenti u/jew tad-digriet tat- 22 ta’ Novembru 2013 tal-Gvern Fjamming li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni u l-politika tal-kwalità għall-akkoljenza tal-familja u tal-grupp ta’ trabi u tfal żgħar, ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt u, senjatament, il-prinċipji ta’ reqqa u patere legem ipse fecisti u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2021 – Première Vision vs EUIPO – Vente-Privee.com (PV)

(Kawża T-836/19) (1)

(2022/C 109/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.