ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 104

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
4 ta' Marzu 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 104/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10567 — ACE / MOSADEX / PHARMALOT COMPOUNDING) ( 1 )

1

2022/C 104/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10480 — GOLDMAN SACHS / NN INVESTMENT PARTNERS HOLDING) ( 1 )

2

2022/C 104/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10595 — CERBERUS / HBCE (FRENCH RETAIL BANKING)) ( 1 )

3

2022/C 104/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10592 — KKR / KÖRBER / KÖRBER SUPPLY CHAIN SOFTWARE MANAGEMENT) ( 1 )

4

2022/C 104/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco

5


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 104/06

Rata tal-kambju tal-euro — It-3 ta' Marzu 2022

9


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 104/07

Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 104/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10597 - SMS / ALTOR FUND MANAGER / KAEFER HOLDING / KAEFER ISOLIERTECHNIK) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11

2022/C 104/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10613 — PORSCHE AUSTRIA / WOLFGANG DENZEL AUTO/ SAUBERMACHER DIENSTLEISTUNG / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13

2022/C 104/10

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ AT.40511 — Insurance Ireland: Bażi tad-data tal-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-aċċess

15

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 104/11

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

20

2022/C 104/12

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

28

2022/C 104/13

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

39

2022/C 104/14

Avviż lill-impriżi li biħsiebhom jimportaw lejn l-Unjoni Ewropea jew jesportaw minnha xi sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u lill-impriżi li fl-2023 biħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi fl-2023

46


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10567 — ACE / MOSADEX / PHARMALOT COMPOUNDING)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 104/01)

Fit 16 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Olandiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10567. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10480 — GOLDMAN SACHS / NN INVESTMENT PARTNERS HOLDING)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 104/02)

Fit 17 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10480. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10595 — CERBERUS / HBCE (FRENCH RETAIL BANKING))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 104/03)

Fit 23 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10595. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10592 — KKR / KÖRBER / KÖRBER SUPPLY CHAIN SOFTWARE MANAGEMENT)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 104/04)

Fit 25 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10592. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/5


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco

(2022/C 104/05)

L-Anness B tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco (1) ġie sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni, skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim.


(1)  ĠU C 23, 28.1.2012.


ANNESS

“ANNESS B

 

Dispożizzjonijiet legali li għandhom jiġu implimentati

data ta’ skadenza għall-implimentazzjoni

Prevenzjoni tal-ħasil tal-flus

1

Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1)

it-30 ta’ Ġunju 2017 (2)

2

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73)

it-30 ta’ Ġunju 2017 (2)

 

Emendata bi:

 

3

Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43)

il-31 ta’ Diċembru 2020 (4)

 

Supplimentata u implimentata permezz ta’:

 

4

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir b’nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1)

l-1 ta’ Diċembru 2017 (3)

 

Emendat bi:

 

5

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/105 tas-27 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675, fir-rigward taż-żieda tal-Etjopja mal-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir fit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 19, 24.1.2018, p. 1)

il-31 ta’ Marzu 2019 (4)

6

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/212 tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tas-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 41, 14.2.2018, p. 4)

il-31 ta’ Marzu 2019 (4)

7

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1467 tas-27 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tal-Pakistan mat-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 246, 2.10.2018, p. 1)

il-31 Diċembru 2019 (5)

8

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/855 tas-7 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-inklużjoni tal-Bahamas, il-Barbados, il-Botswana, il-Kambodja, il-Ghana, il-Ġamajka, il-Mauritius, il-Mongolja, il-Myanmar/Burma, in-Nikaragwa, il-Panama u ż-Żimbabwe fit-tabella fil-punt I tal-Anness u t-tneħħija tal-Bożnija-Ħerzegovina, l-Etjopja, il-Guyana, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos, is-Sri Lanka u t-Tuneżija minn din it-tabella (ĠU L 195, 19.6.2020, p. 1)

il-31 Diċembru 2022 (7)

9

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/37 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tat-tneħħija tal-Mongolja mit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 14, 18.1.2021, p. 1)

il-31 Diċembru 2023 (7)

10

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/758 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-azzjoni minima u t-tipi ta’ miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji sabiex irażżnu r-riskju mill-ħasil tal-flus u mill-finanzjament tat-terroriżmu f’ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 4)

il-31 Diċembru 2020 (5)

11

Ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Ottubru 2018 dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 6)

il-31 Diċembru 2021 (5)

12

Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22)

il-31 Diċembru 2021 (5)

Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar

13

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6)

 

 

Emendat bi:

 

14

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1)

 

15

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/887/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (ĠU L 329, 14.12.2001, p. 1)

 

16

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas- 6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1)

 

 

Emendat bi:

 

17

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5)

 

18

Fir-rigward tar-reati msemmija fl-Artikolu 3(b) sa (e) tiegħu:

Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39)

il-31 Diċembru 2022 (6)

19

Id-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014, p. 1)

it-30 Ġunju 2016 (1)

20

Id-Direttiva (UE) 2019/713 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI (ĠU L 123, 10.5.2019, p. 18)

il-31 Diċembru 2021 (5)

Il-leġiżlazzjoni bankarja u finanzjarja

21

Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22)

 


(1)  Il-Kumitat Konġunt qabel dwar din l-iskadenza fl-2014 f’konformità mal-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco.

(2)  Il-Kumitat Konġunt qabel dwar din l-iskadenza fl-2015 f’konformità mal-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco.

(3)  Il-Kumitat Konġunt qabel dwar din l-iskadenza fl-2017 f’konformità mal-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco.

(4)  Il-Kumitat Konġunt qabel dwar din l-iskadenza fl-2018 f’konformità mal-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco.

(5)  Il-Kumitat Konġunt qabel dwar din l-iskadenza fl-2019 f’konformità mal-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco.

(6)  Il-Kumitat Konġunt qabel dwar din l-iskadenza fl-2020 f’konformità mal-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco.

(7)  Il-Kumitat Konġunt qabel dwar din l-iskadenza fl-2021 f’konformità mal-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-3 ta' Marzu 2022

(2022/C 104/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1076

JPY

Yen Ġappuniż

128,18

DKK

Krona Daniża

7,4399

GBP

Lira Sterlina

0,82773

SEK

Krona Żvediża

10,7688

CHF

Frank Żvizzeru

1,0192

ISK

Krona Iżlandiża

143,40

NOK

Krona Norveġiża

9,8418

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,634

HUF

Forint Ungeriż

378,64

PLN

Zloty Pollakk

4,7691

RON

Leu Rumen

4,9496

TRY

Lira Turka

15,6897

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5139

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3992

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6547

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6329

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5042

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 334,20

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,8798

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9996

HRK

Kuna Kroata

7,5700

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 934,42

MYR

Ringgit Malażjan

4,6370

PHP

Peso Filippin

57,293

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,063

BRL

Real Brażiljan

5,6041

MXN

Peso Messikan

22,8945

INR

Rupi Indjan

84,1740


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/10


Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2022/C 104/07)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza tad-dumping u tad-dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità biex jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami fuq il-bażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, biex tasal f’dan l-indirizz: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Pallet trucks tal-idejn

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

It-Tajlandja

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2206 tad-29 ta’ Novembru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 314, 30.11.2017, p. 12)

1.12.2022


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10597 - SMS / ALTOR FUND MANAGER / KAEFER HOLDING / KAEFER ISOLIERTECHNIK)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 104/08)

1.   

Fl-24 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Altor Fund Manager AB (“Altor Fund Manager”, l-Iżvezja);

SMS GmbH (“SMS”, il-Ġermanja);

Kaefer Holding SE & Co. KG (“Kaefer Holding”, il-Ġermanja);

Kaefer Isoliertechnik (“Kaefer”, il-Ġermanja), li bħalissa hija kkontrollata biss minn Kaefer Holding.

Altor Fund Manager, SMS u Kaefer Holding se jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Kaefer.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi ta’ hawn fuq huma:

Altor Fund Manager huwa l-maniġer tal-fond ta’ grupp ta’ fondi ta’ ekwità privata, inkluż Altor Fund V li huwa l-fond Altor li jagħmel l-investiment f’Kaefer;

SMS hija kumpanija tal-familja attiva fil-kostruzzjoni ta’ impjanti u makkinarju għas-setturi metallurġiċi u tat-teknoloġija tat-tidwir;

Kaefer Holding hija kumpanija azzjonarja tal-familja mingħajr ebda interess kummerċjali ieħor minbarra Kaefer u ma tiġġenerax fatturat barra l-parteċipazzjoni tagħha f’Kaefer;

Kaefer hija fornitur ta’ servizzi ta’ iżolament u soluzzjonijiet ta’ aċċess (eż. scaffolding) kif ukoll protezzjoni tal-wiċċ u servizzi ta’ protezzjoni passiva kontra n-nirien. Kaefer tipprovdi wkoll servizzi relatati bħal servizzi elettromekkaniċi, tat-tneħħija tal-asbestos u servizzi refrattarji lill-klijenti industrijali jew servizzi ta’ twaħħil intern lil klijenti attivi fil-kostruzzjoni u l-bini tal-vapuri.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10597 - SMS / ALTOR FUND MANAGER / KAEFER HOLDING / KAEFER ISOLIERTECHNIK

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10613 — PORSCHE AUSTRIA / WOLFGANG DENZEL AUTO/ SAUBERMACHER DIENSTLEISTUNG / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 104/09)

1.   

Fil-25 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Porsche Austria GmbH & ampCo OG (“Porsche Austria”, l-Awstrija), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Volkswagen AG, il-kumpanija omm apikali tal-grupp Volkswagen,

Wolfgang Denzel Auto AG (“Denzel”, l-Awstrija), ikkontrollata minn “Familienstiftung W. Denzel” u minn membri individwali tal-familja Denzel,

Saubermacher Dienstleistungs AG (“Saubermacher”, l-Awstrija), ikkontrollata esklużivament minn Roth Privatstiftung.

Din in-notifika tikkonċerna l-akkwist ta’ kontroll konġunt minn Porsche Austria, Denzel u Saubermacher f’impriża konġunta b’funzjoni sħiħa li għadha kif ġiet stabbilita skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Porsche Austria: l-importazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ vetturi bil-mutur (inklużi spare parts u aċċessorji) tal-marki Volkswagen Passenger Cars, Volkswagen Commercial Vehicles, Porsche, Audi, Škoda, SEAT u CUPRA fl-Awstrija,

Denzel: l-importazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ vetturi bil-mutur tal-marki Mitsubishi, Hyundai, MG u Maxus fl-Awstrija,

Saubermacher: loġistika tal-iskart, ipproċessar tal-iskart, trattament tal-iskart, u rimi tal-iskart,

JV: servizzi ta’ konsulenza fir-rigward tal-immaniġġ u r-rimi/trattament ta’ batteriji tal-litju, il-forniment ta’ kontenituri speċjali u l-ikkummissjonar ta’ kuntratturi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10613 – PORSCHE AUSTRIA / WOLFGANG DENZEL AUTO / SAUBERMACHER DIENSTLEISTUNG / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/15


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ AT.40511 — Insurance Ireland: Bażi tad-data tal-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-aċċess

(2022/C 104/10)

1.   Introduzzjoni

(1)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi — f’każijiet fejn ikollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li ksur jinġieb fi tmiemu u l-partijiet ikkonċernati joffru li jintrabtu li jindirizzaw it-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha — li tagħmel dak l-irbit vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista’ tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li m’hemmx aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni.

2.   Sommarju tal-każ

(2)

Fl-14 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni formali dwar Insurance Ireland (Member Association) Company Limited by Guarantee (“Insurance Ireland”), assoċjazzjoni ta’ impriżi li tamministra s-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni Insurance Link. L-investigazzjoni nfetħet sabiex jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni Insurance Link jistgħux jirrestrinġu l-kompetizzjoni. Fit-18 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet dwar ksur suspettat ta’ Insurance Ireland fis-suq Irlandiż tal-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur. Id-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet tikkostitwixxi valutazzjoni preliminari skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(3)

Il-valutazzjoni preliminari, tesprimi l-fehma li Insurance Ireland kisret l-Artikolu 101(1) TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi llimitat l-aċċess għas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni Insurance Link, u b’hekk irrestrinġiet il-kompetizzjoni fis-suq Irlandiż tal-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur. Is-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni Insurance Link tinkludi data dwar pretensjonijiet tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u faċilità biex tintalab aktar informazzjoni dwar tali pretensjonijiet. Is-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni fiha informazzjoni utli għad-detezzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi fl-industrija tal-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur.

(4)

Il-Kummissjoni qieset b’mod preliminari li Insurance Ireland dewmet b’mod arbitrarju jew de facto ċaħdet l-aċċess għas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni lil kumpaniji li kellhom interess leġittimu li jingħaqdu fiha, u li għad hemm ostakli li jistgħu jaffettwaw kumpaniji li qed ifittxu li jidħlu fis-suq Irlandiż tal-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur. Skont il-valutazzjoni preliminari, dan inkiseb permezz ta’ għadd ta’ deċiżjonijiet interkonnessi li ġew applikati bi gradi varji ta’ intensità fuq perjodi differenti ta’ żmien. Mill-inqas mill-2009 “l hawn, l-aċċess għal-Insurance Link ġie marbut ma’ u/jew sar dipendenti fuq is-sħubija f’Insurance Ireland. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset b’mod preliminari li t-tfassil u l-applikazzjoni tal-kriterji għas-sħubija f’Insurance Ireland ma kinux ċari, trasparenti, oġġettivi, mhux diskriminatorji jew faċilment disponibbli. Il-valutazzjoni preliminari, tesprimi l-fehma li Insurance Ireland ittrattat il-proċess ta’ applikazzjoni għas-sħubija f’Insurance Ireland b’mod arbitrarju u diskriminatorju u dewmet il-proċess ta’ applikazzjoni għas-sħubija għal għadd ta’ applikanti għal perjodi estiżi ta’ żmien. Ċerti kategoriji ta’ parteċipanti fis-suq (eż. assiguraturi stabbiliti fi Stati Membri oħra u li jipprovdu servizzi fl-Irlanda abbażi tar-regoli relatati mal-provvista libera ta’ servizzi bejn l-Istati Membri (minn hawn” il quddiem “il-bażi tal-libertà tas-servizzi”), il-ġestjoni ta’ aġenti ġenerali) ġew esklużi mis-sħubija għal ċerti perjodi ta’ żmien. Anki meta ngħata aċċess għad-data lil ċerti applikanti, l-aċċess tagħhom għall-faċilità tal-Insurance Link biex jitolbu aktar informazzjoni ġie de facto miċħud u/jew ittardjat.

(5)

Il-Kummissjoni qieset b’mod preliminari li n-nuqqas ta’ jew dewmien fl-aċċess għall-Insurance Link kellu l-effett li jpoġġi lill-kumpaniji fi żvantaġġ kompetittiv fis-suq tal-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur Irlandiż meta mqabbel ma’ kumpaniji li kellhom aċċess għas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni. Dan affettwa l-ispejjeż, il-kwalità tas-servizz u l-ipprezzar tagħhom b’mod negattiv. Dan serva wkoll bħala ostaklu għad-dħul u b’hekk naqqas il-possibbiltà ta’ prezzijiet u għażla aktar kompetittivi tal-fornituri. In-nuqqas ta’ aċċess għad-data rilevanti li tinsab fl-Insurance Link kellu wkoll effett fuq il-kummerċ transfruntier bejn l-Istati Membri, li potenzjalment irriżulta fit-tqassim tas-suq intern.

3.   Il-kontenut Prinċipali tal-impenji offruti

(6)

Insurance Ireland ma taqbilx mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Madankollu, Insurance Ireland offriet impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, biex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni (“l-impenji offruti”).

(7)

It-test tal-impenji offruti huwa miġbur fil-qosor hawn taħt u huwa ppubblikat bis-sħiħ bl-Ingliż fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fuq:

 

https://ec.europa.eu/competition-policy/index_en

A)   Impenji li jikkonċernaw l-aċċess għal Insurance Link

(8)

Fi żmien 20 jum ta’ xogħol wara d-data li fiha Insurance Ireland tirċievi notifika formali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 Insurance Ireland timpenja ruħha li:

(a)

tissepara l-aċċess għal Insurance Link mis-sħubija f’Insurance Ireland, b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda rekwiżit għal utent ta’ Insurance Link li jkun, jew isir, membru ta’ Insurance Ireland sabiex ikollu aċċess għal Insurance Link jew juża kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet tagħha;

(b)

tadotta u tagħmel pubblikament disponibbli kriterji għall-aċċess għal Insurance Link li jkunu ġusti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji u applikati b’mod uniformi għall-applikanti kollha (inkluż minn Stati Membri oħra) (2). L-aċċess għal Insurance Link se jingħata lil: (i) kwalunkwe assiguratur li jwettaq negozju tal-assigurazzjoni fl-Irlanda, jew li juri intenzjoni li jwettaq negozju tal-assigurazzjoni fl-Irlanda fuq il-bażi tal-libertà tas-servizzi jew fuq il-bażi ta’ regoli dwar il-libertà tal-istabbiliment; u (ii) kwalunkwe entità maħtura minn assiguratur biex twettaq, taħt awtorità delegata, funzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni u/jew funzjonijiet ta’ ġestjoni tal-pretensjonijiet fl-Irlanda f’isem l-assiguratur. Fil-każ ta’ entitajiet li joperaw permezz ta’ awtorità delegata, ma hemm l-ebda rekwiżit għall-assiguratur li għalih qed jaġixxu, li jkunu, jew isiru, membru ta’ Insurance Ireland sabiex l-entità jkollha aċċess għal Insurance Link. L-applikanti se jkollhom bżonn jissottomettu formola ta’ applikazzjoni, jaqblu li jdaħħlu data tal-pretensjonijiet f’Insurance Link, li jidħlu u jikkonformaw mat-termini tal-ftehim ta’ aċċess (3) u li jaderixxu mal-Kodiċi ta’ Prattika tal-2013 dwar il-Protezzjoni tad-Data għas-Settur tal-Assigurazzjoni;

(c)

jistabbilixxu proċedura ġdida ta’ applikazzjoni ta’ Insurance Link bi skeda ta’ żmien definita għall-għoti jew ir-rifjut ta’ aċċess għal Insurance Link u dritt ta’ appell (4). Mill-mument meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni u sakemm tittieħed deċiżjoni, il-proċess għandu jdum 20 jum ta’ xogħol. Huma previsti 10 ijiem addizzjonali biex tiġi rieżaminata l-proċedura u l-eżitu tagħha, jekk fl-ewwel istanza, jekk l-aċċess jiġi rrifjutat jew ma tittieħed l-ebda deċiżjoni matul l-20 jum.

(9)

Fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol wara d-data li fiha Insurance Ireland tirċievi notifika formali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 Insurance Ireland timpenja ruħha li:

(a)

taħtar Uffiċjal tal-Applikazzjoni ta’ Insurance Link li jkollu r-responsabbiltà li jirrevedi u jiddetermina b’mod indipendenti l-applikazzjonijiet għall-aċċess għal Insurance Link skont il-proċedura tal-applikazzjoni ta’ Insurance Link. L-Uffiċjal tal-Applikazzjoni se jirrapporta lil Insurance Ireland fir-rigward tal-eżitu tal-proċess, iżda la Insurance Ireland u lanqas xi parti esterna mhi se titħalla tinfluwenza dan il-proċess. Huwa biss f’każ li l-Uffiċjal tal-Applikazzjonijiet jiddeċiedi li l-applikant ma jissodisfax il-kriterji għall-aċċess, li l-Bord tal-Assigurazzjoni tal-Irlanda jkollu jivvalida jew ibiddel id-deċiżjoni tal-Uffiċjal tal-Applikazzjoni u minflok jagħti aċċess (5);

(b)

tintroduċi tariffi riveduti għall-użu ta’ Insurance Link stabbiliti skont il-prinċipji ta’ struttura riveduta tat-tariffi li trid tkun ġusta, oġġettiva, trasparenti u mhux diskriminatorja għall-utenti kollha ta’ Insurance Link (6). It-tariffi aggregati imposti fuq l-utenti ta’ Insurance Link se jirriflettu l-kostijiet attwali mġarrba fl-operat ta’ Insurance Link. It-tariffi imposti fuq l-utenti individwali ta’ Insurance Link se jiġu ddeterminati abbażi tal-użu attwali tas-sistema mill-utent matul perjodu ta’ referenza partikolari. Se tiġi imposta tariffa ta’ darba fuq l-utenti l-ġodda kollha meta jingħaqdu ma’ Insurance Link biex tkopri l-ispejjeż tal-istabbiliment tagħhom.

(10)

Fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara d-data li fiha Insurance Ireland tirċievi notifika formali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 Insurance Ireland timpenja ruħha li twaqqaf il-Kumitat ta’ Sorveljanza, (7) korp ta’ appell magħmul minn: (i) persuna proposta mid-Dipartiment tal-Finanzi; (ii) avukat kwalifikat b’għarfien espert fis-soluzzjoni tat-tilwim, propost mill-President taċ-Chartered Institute of Arbitrators (il-Fergħa tal-Irlanda); (iii) persuna li tirrappreżenta l-interessi tal-klijenti kummerċjali proposta mill-ISME, l-Assoċjazzjoni Irlandiża tal-SMEs; (iv) persuna proposta mill-Uffiċċju tal-Assigurazzjoni tal-Vetturi tal-Irlanda; u (v) persuna proposta mill-Bord ta’ Valutazzjoni tal-Korrimenti Personali. Applikant jista’ jappella lill-Kumitat ta’ Sorveljanza wara r-rifjut tal-applikazzjoni tiegħu minn Insurance Ireland jew in-nuqqas tagħha li taġixxi fil-perjodu ta’ żmien previst (8). Il-Kumitat ta’ Sorveljanza se jirrevedi u jirrapporta dwar l-operazzjonijiet ta’ Insurance Link. Se jagħti wkoll pariri dwar kwalunkwe bidla fl-operazzjonijiet u l-proċessi ta’ Insurance Link u se jagħti pariri dwar l-istruttura tat-tariffi għall-aċċess għal Insurance Link.

B)   Impenji li jikkonċernaw is-sħubija f’Insurance Ireland

(11)

Fi żmien 20 jum ta’ xogħol wara d-data li fiha Insurance Ireland tirċievi notifika formali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 Insurance Ireland timpenja ruħha li:

(a)

tadotta u tagħmel pubblikament disponibbli kriterji għall-ammissjoni għal sħubija f’Insurance Ireland għal membri sħaħ u assoċjati li jkunu ġusti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. Sħubija sħiħa f’Insurance Ireland ser tkun miftuħa għal assiguraturi li jwettqu jew li għandhom l-intenzjoni li jwettqu n-negozju tagħhom fl-Irlanda. Entitajiet oħra li joffru servizzi fis-settur tal-assigurazzjoni fl-Irlanda jew li biħsiebhom jagħmlu dan se jkunu eliġibbli għal sħubija assoċjata f’Insurance Ireland (9). Insurance Ireland se tneħħi l-kriterji attwalment fis-seħħ li skonthom: (i) applikant għas-sħubija jrid ikun ilu jopera għal mill-inqas sena; u (ii) applikant għandu jkun sponsorjat minn membru sħiħ eżistenti ta’ Insurance Ireland biex jiġi ammess bħala membru assoċjat; (10)

(b)

tistabbilixxi proċedura ġdida ta’ applikazzjoni għas-sħubija bi skeda ta’ żmien definita u dritt ta’ appell għall-applikanti għas-sħubija. It-tul ta’ żmien tal-proċess ta’ applikazzjoni huwa l-istess bħal dak għall-aċċess għal Insurance Link; (11)

(c)

taħtar Uffiċjal tal-Applikazzjoni għas-Sħubija li jkollu r-responsabbiltà u l-indipendenza operazzjonali għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-ammissjoni f’Insurance Ireland skont il-proċedura tal-applikazzjoni għas-sħubija. F’każ li l-Uffiċjal tal-Applikazzjoni għas-Sħubija jiddeċiedi li applikant ma jissodisfax il-kriterji tas-sħubija, il-Bord ta; Insurance Ireland ikollu jivvalida jew ibiddel id-deċiżjoni tal-Uffiċjal tal-Applikazzjoni għas-Sħubija u jaċċetta s-sħubija minflok (12).

(12)

Fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara d-data li fiha Insurance Ireland tirċievi notifika formali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 Insurance Ireland timpenja ruħha li taħtar Bord tal-Appell għas-Sħubija li jkun magħmul minn ġudikaturi indipendenti li jkollhom għarfien ippruvat u għarfien espert fis-settur tal-assigurazzjoni u/jew fis-soluzzjoni tat-tilwim (13). Il-Bord tal-Appell għas-Sħubija jirrevedi l-appelli fir-rigward ta’ deċiżjoni meħuda mill-Uffiċjal tal-Applikazzjoni għas-Sħubija u/jew mill-Bord ta’ Insurance Ireland li applikant ma jissodisfax il-kriterji tas-sħubija (14).

(13)

It-tul tal-impenji kollha offruti se jkun ta’ 10 snin mid-data li fiha Insurance Ireland tirċievi notifika formali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(14)

Insurance Ireland timpenja ruħha li taħtar Fiduċjarju tal-Monitoraġġ li jimmonitorja u jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-impenji offruti. Matul l-ewwel sentejn, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jissottometti r-rapport tiegħu lill-Kummissjoni kull sitt xhur u, għall-bqija tad-durata tal-impenji offruti, fuq bażi annwali.

(15)

Insurance Ireland timpenja ruħha li ma tevitax, jew tipprova tevita l-impenji offruti kemm b’azzjoni kif ukoll b’ommissjoni.

4.   Stedina għall-Kummenti

(16)

Soġġett għall-ittestjar tas-suq, il-Kummissjoni biħsiebha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tiddikjara vinkolanti l-impenji miġbura fil-qosor hawn fuq. Id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni.

(17)

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji offruti. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mistiedna jippreżentaw verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, li fiha kwalunkwe informazzjoni li jiddikjaraw li hija sigriet kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandha titħassar u tiġi ssostitwita kif xieraq b’sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”.

(18)

It-tweġibiet u l-kummenti għandhom preferibbilment ikunu motivati u għandhom jippreżentaw il-fatti rilevanti. Jekk tqis li kwalunkwe parti mill-impenji offruti ma tissodisfax b’mod effettiv it-tħassib imqajjem fil-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tistiednek ukoll tissuġġerixxi soluzzjoni possibbli.

(19)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bin-numru ta’ referenza AT.40511 - Insurance Ireland: Insurance claims database and conditions of access jew permezz tal-posta elettronika (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), bil-Faks +32 22950128 jew bil-posta, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Antitrust Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u, rispettivament, 102 tat-TFUE. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma essenzjalment identiċi. Għall-finijiet ta’ dan l-avviż, ir-referenzi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE meta applikabbli.

(2)  Ara l-impenji offruti u l-Anness 1 tiegħu.

(3)  Ara l-Anness 3 tal-impenji offruti.

(4)  Ara l-impenji offruti u l-Annessi 4 u 5 tagħhom. Fir-rigward tad-dritt ta’ appell, ara wkoll il-paragrafu 10 ta’ din il-Komunikazzjoni.

(5)  Ara l-impenji offruti u l-Anness 4 tiegħu. Barra minn hekk, il-Bord se jirrevedi (i) kwalunkwe deċiżjoni li tirtira jew tirrestrinġi jew de facto tiċħad id-drittijiet ta’ aċċess tal-utent ta’ Insurance Link (ladarba jingħataw) għal Insurance Link jew kwalunkwe waħda mill-faċilitajiet tagħha; (ii) nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe aspett tal-proċedura tal-applikazzjoni Insurance Link li jirriżulta f’dewmien fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet; jew (iii) nuqqas ta’ kalkolu tat-tariffi imposti fuq utent ta’ Insurance Link għall-aċċess għal Insurance Link skont l-istruttura tat-tariffi fis-seħħ għal Insurance Link.

(6)  Ara l-impenji offruti u l-Anness 7 tiegħu.

(7)  Ara l-impenji offruti u l-Annessi 5 u 6 tagħhom.

(8)  Barra minn hekk, il-Kumitat ta’ Sorveljanza se jirrieżamina appelli relatati ma’ deċiżjoni jew azzjoni mill-Uffiċjal tal-Applikazzjonijiet jew mill-Bord għal: (i) deċiżjoni li ma jingħatax aċċess għal InsuranceLink (ii) jiġu rtirati jew ristretti jew de facto jiġu miċħuda d-drittijiet ta’ aċċess tal-utent ta’ Insurance Link (ladarba jingħataw) għal Insurance Link jew kwalunkwe waħda mill-faċilitajiet tagħha; (iii) nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe aspett tal-proċedura tal-applikazzjoni Insurance Link li jirriżulta f’dewmien fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet; u/jew (iv) nuqqas ta’ kalkolu tat-tariffi imposti fuq utent ta’ Insurance Link għall-aċċess għal Insurance Link skont l-istruttura tat-tariffi fis-seħħ għal Insurance Link.

(9)  Pereżempju, aġġustaturi tat-telf, intermedjarji li jaġixxu bħala aġenti tas-sottoskrizzjoni, entitajiet li għandhom impriża tal-assigurazzjoni bħala trasportatur, u oħrajn.

(10)  Ara l-impenji offruti u l-Annessi 9 u 10 tagħhom.

(11)  Ara l-impenji offruti u l-Annessi 12, 13 u 14 tagħhom.

(12)  Ara l-impenji offruti u l-Anness 13 tiegħu.

(13)  Ara l-impenji offruti u l-Annessi 13 u 14 tagħhom.

(14)  Ara l-impenji offruti u l-Anness 14 tiegħu. Il-Bord tal-Appell għas-Sħubija se jirrevedi wkoll l-appelli ppreżentati minn membru li, mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli, ġie miċħud aċċess sħiħ jew parzjali għall-faċilitajiet jew is-servizzi ta’ Insurance Ireland li huwa intitolat li jirċievi fil-klassi tas-sħubija tiegħu.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/20


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 104/11)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Côtes de Thau

PGI-FR-A1229-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 6 ta’ Diċembru 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Deskrizzjoni organolettika tal-inbid/inbejjed

Fil-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-punt 3.3 “Deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed”, ġew miżjuda d-dettalji tal-kulur u l-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed.

Dawn l-emendi saru wkoll fid-Dokument Uniku taħt “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”.

2.   Żona ġeografika

Fil-Kapitolu I, punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iż-żona ġeografika ġiet estiża għal disa’ muniċipalitajiet fil-viċinat fid-département ta’ Hérault. Iż-żona ġeografika eżistenti tikkonsisti f’sitt muniċipalitajiet fid-département ta’ Hérault: Agde, Castelnau de Guers, Florensac, Marseillan, Pinet u Pomerols. Din ġiet estiża għad-disa’ muniċipalitajiet tad-département li jmissu maż-żona attwali fil-Grigal. Dawn il-muniċipalitajiet kienu parti miż-żona fil-prossimità immedjata: Balaruc les Bains, Balaruc le Vieux, Bouzigues, Frontignan, Loupian, Mèze, Poussan, Sète u Villeveyrac.

L-għan huwa li ż-żona ġeografika tal-IĠP madwar il-Laguna ta’ Thau ssir aktar konsistenti mad-diviżjonijiet użati fl-iskema tal-ippjanar u l-ġestjoni tal-ilma tal-Baċir ta’ Thau (SAGE). Hija baċir idrografiku bi klima Mediterranja sħuna. L-estensjoni tal-IĠP Côtes de Thau ssaħħaħ ir-rabta maż-żona ġeografika u tikkonsolida l-identità ġeografika tal-IĠP. Hija entità ġeografika aktar konsistenti u magħquda f’termini tal-klima, li hija Mediterranja sħuna, u l-karatteristiċi kemm tas-sottoswol kif ukoll tal-preżenza umana.

Din l-emenda saret ukoll fid-Dokument Uniku taħt “Definizzjoni taż-Żona Demarkata”.

3.   Żona fil-prossimità immedjata

Fil-Kapitolu I, il-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iż-żona fil-prossimità immedjata ġiet iddefinita b’mod aktar ċar u estiża għall-muniċipalitajiet li jmissu maż-żona ġeografika li fiha l-prattiki huma osservati b’mod effettiv.

Din l-emenda saret ukoll fid-Dokument Uniku taħt “Rekwiżiti addizzjonali - Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata”.

4.   Varjetajiet ta’ għeneb

Fil-Kapitolu I, il-punt 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-lista tal-varjetajiet tal-għeneb użati għall-produzzjoni tal-inbejjed tal-IĠP Côtes de Thau ġiet aġġornata. Il-korp tal-protezzjoni u l-ġestjoni jixtieq jirtira 15-il varjetà ta’ għeneb mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott peress li ma jintużawx għall-produzzjoni tal-inbejjed u ma jitkabbrux fiż-żona ġeografika. Ġew irtirati l-varjetajiet li ġejjin: Chasselas B, Chasselas Rose Rs, Chambourcin N, Couderc Noir N, Danlas B, Jurançon Blanc B, Landal N, Lival N, Maréchal Foch N, Mondeuse N, Müller-Thurgau B, Ravat Blanc B, Rayon d’Or B, Rubilande Rs u Valérien B.

Din l-emenda saret ukoll fid-Dokument Uniku taħt “Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed”.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ġew miżjuda aktar dettalji fil-Kapitolu I, il-punt 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Fil-punt 7.1 “Karatteristiċi speċifiċi taż-żona ġeografika”, hemm spjegazzjoni li l-IĠP tkopri 15-il muniċipalità tad-département ta’ Hérault fit-tarf tal-Grigal, li jiffurmaw anfiteatru madwar il-Laguna ta’ Thau.

Ġiet miżjuda wkoll aktar informazzjoni fil-punt 7.3 “Rabta kawżali” biex tipprovdi evidenza aktar b’saħħitha tar-rabta kawżali, li hija bbażata fuq il-konnessjoni bejn il-karatteristiċi taż-żona ġeografika u tal-prodott. Côtes de Thau hija art bi tradizzjoni qadima, u l-vinji tagħha ilhom ħafna kkaratterizzati mill-fokus tagħhom fuq il-produzzjoni tal-inbejjed bojod. Madwar il-Laguna ta’ Thau, din iż-żona tgawdi minn aspett u klima Mediterranja li huma partikolarment ta’ benefiċċju għad-dwieli. Il-ħamrija, li spiss hija permeabbli, hija taħlita ta’ ramel, trab ġulġlieni, tafal u ġebla tal-ġir. Din tippermetti li d-dwieli jiżviluppaw għeruq fondi filwaqt li jagħtu lill-inbejjed togħma ta’ frott u freskezza.

Dawn l-emendi saru wkoll fid-Dokument Uniku taħt “Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet”.

6.   Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar

Ġiet miżjuda regola dwar it-tikkettar fil-punt 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, “Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar”, f’konformità mar-regoli Ewropej, li tistabbilixxi l-varjetajiet tal-għeneb li jistgħu jissemmew. Ir-regola dwar it-tikkettar tikkonċerna wkoll id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Cap d’Agde, inkluża fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u l-użu tagħha fir-rigward tad-denominazzjoni Côtes de Thau. Din ir-regola dwar it-tikkettar issaħħaħ u tippreserva l-identità tal-isem tal-IĠP.

7.   Awtorità tal-ispezzjoni

Id-dettalji tal-kuntatt tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità (INAO), il-korp responsabbli għall-monitoraġġ, ġew miżjuda mal-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-IĠP Côtes de Thau. L-ispezzjonijiet jitwettqu mill-korp ta’ spezzjoni CERTIPAQ f’isem l-INAO.

Din l-informazzjoni żejda ġiet miżjuda mad-Dokument Uniku taħt “Informazzjoni dettaljata dwar il-korp ta’ monitoraġġ”.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Côtes de Thau

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP - Indikazzjoni ġeografika protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Deskrizzjoni analitika

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-IĠP Côtes de Thau tkopri nbejjed ħomor, rożè u bojod bla gass u spumanti ta’ kwalità.

Għall-inbejjed bla gass, il-livelli minimi u massimi previsti fir-regolamenti tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali, l-aċidità totali, l-aċidità volatili u l-kontenut totali ta’ diossidu tal-kubrit.

Għall-inbejjed spumanti ta’ kwalità, il-livelli minimi u massimi previsti fir-regolamenti tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika attwali, il-qawwa alkoħolika totali, l-aċidità totali, l-aċidità volatili, il-kontenut totali ta’ diossidu tal-kubrit u ta’ diossidu tal-karbonju.

B’deroga, il-kontenut tal-aċidità volatili għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ mill-inqas 45 gramma għal kull litru huwa kif stabbilit b’ordni maħruġa b’mod konġunt mill-Ministru għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Ministru għall-Agrikoltura.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Deskrizzjoni organolettika

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed huma kkaratterizzati fuq kollox minn espressjoni ta’ intensità aromatika u bilanċ ta’ togħmiet sostnuti mill-freskezza.

L-inbejjed bojod ġeneralment huma ta’ kulur isfar ċar jgħajjat li jikkorrispondi għal kulur dehbi ċar. Is-sensazzjoni inizjali fil-ħalq hija kkaratterizzata minn noti taċ-ċitru u minn freskezza kbira. Fil-finitura, in-noti taċ-ċitru u/jew ta’ frott eżotiku jistgħu jiżviluppaw flimkien ma’ noti kemxejn amiliċi. Il-finitura hija twila, kultant bi ftit mineralità.

L-inbejjed rożè huma ċari kristall bi sfumaturi li jvarjaw minn kulur il-ħawħ ċar għal sfumaturi ta’ vjola. Bħala riħa, għandhom aromi sottili u delikati ta’ frott aħmar. Bħala togħma, is-sensazzjoni inizjali hija qawwija u vivaċi b’aromi ta’ frott artab aħmar filwaqt li l-finitura jista’ jkollha noti ta’ ħelu mgħolli. Ġeneralment huma persistenti fuq il-palat, u joffru freskezza pjaċevoli.

L-inbejjed ħomor għandhom kuluri skuri bi sfumaturi qawwija. Ir-riħa hija qawwija b’noti ta’ frott aħmar u tal-art moxa tal-lokal. Bħala togħma, is-sensazzjoni dominanti hija ta’ nbid morbidu u frisk ibbażat fuq il-frott misjur.

L-inbejjed spumanti ta’ kwalità għandhom bżieżaq fini u eleganti u freskezza pjaċevoli flimkien ma’ aromi tal-fjuri jew tal-frott, skont il-varjetajiet użati fit-taħlita.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattika enoloġika speċifika

Il-prattiki kollha tal-produzzjoni tal-inbid segwiti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-livell tal-UE u fil-Kodiċi tas-Sajd Rurali u Marittimu.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.   Inbejjed rożè u bojod

120 ettolitru għal kull ettaru

2.   Inbejjed ħomor

110 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Il-ħsad tal-għeneb u l-produzzjoni u l-iżvilupp tal-inbejjed li għandhom l-IĠP Côtes de Thau jridu jsiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-département ta’ Hérault:

Agde, Balaruc-les-Bains, Balaruc-le-Vieux, Bouzigues, Castelnau-de-Guers, Florensac, Frontignan, Loupian, Marseillan, Mèze, Pinet, Pomerols, Poussan, Sète u Villeveyrac.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

 

Alicante Henri Bouschet N

 

Alphonse Lavallée N

 

Altesse B

 

Aramon N

 

Aramon blanc B

 

Aramon gris G

 

Aranel B

 

Arinarnoa N

 

Auxerrois B

 

Baco blanc B

 

Cabernet franc N

 

Cabernet-Sauvignon N

 

Caladoc N

 

Cardinal Rg

 

Carignan N

 

Carignan blanc B

 

Carmenère N

 

Chardonnay B

 

Chasan B

 

Chenanson N

 

Chenin B

 

Clairette B

 

Clairette rose Rs

 

Clarin B

 

Colombard B

 

Counoise N

 

Egiodola N

 

Gamay N

 

Gamay de Chaudenay N

 

Gewurztraminer Rs

 

Grenache N

 

Grenache blanc B

 

Grenache gris G

 

Gros Manseng B

 

Lledoner pelut N

 

Marsanne B

 

Marselan N

 

Mauzac B

 

Merlot N

 

Meunier N

 

Muscadelle B

 

Muscardin N

 

Négrette N

 

Parrellada B

 

Petit Manseng B

 

Petit Verdot N

 

Pinot gris G

 

Pinot noir N

 

Piquepoul blanc B

 

Piquepoul gris G

 

Piquepoul noir N

 

Portan N

 

Riesling B

 

Roussanne B

 

Savagnin rose Rs

 

Sciaccarello N

 

Semillon B

 

Servant B

 

Seyval B

 

Sylvaner B

 

Tannat N

 

Tempranillo N

 

Terret blanc B

 

Terret gris G

 

Terret noir N

 

Ugni blanc B

 

Verdelho B

 

Villard blanc B

 

Villard noir N

 

Viognier B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Iż-żona ġeografika tal-IĠP Côtes de Thau tkopri 15-il muniċipalità tad-département ta’ Hérault, li jiffurmaw anfiteatru madwar il-Laguna ta’ Thau.

Il-Baħar Mediterran, il-laguni, il-bajjiet u l-art moxa jiffurmaw ambjent naturali uniku li jipprovdi l-bażi ta’ ekonomija u stil ta’ ħajja. Il-Laguna ta’ Thau teżerċita influwenza moderata fuq il-pajsaġġ u l-klima. Hija mifruda mill-Mediterran minn riżalt dejjaq imsejjaħ lido bil-Franċiż, fejn huma mħawla d-dwieli. Il-ħamrija hija ta’ kulur beige ħamrani, ġeneralment ta’ sawra ħafifa, u tvarja minn trab ġulġlieni ramli sa trab tafli ramli, fil-biċċa l-kbira tagħha ħielsa mill-ġebel u relattivament fonda. Il-klima hija kkaratterizzata minn ammont pjuttost kbir ta’ xita fil-ħarifa u fix-xitwa filwaqt li x-xita fis-sajf hija skarsa iżda kultant tkun bil-maltemp. Fortunatament, iż-żiffiet mill-baħar jikkumpensaw għal dan billi jnaqqsu l-evaporazzjoni u jillimitaw ir-riskju tal-istress mill-ilma. L-ammont ta’ xita annwali huwa ta’ madwar 600 millimetru. Il-Laguna ta’ Thau, fil-prattika, hija baħar imdawwar bl-art b’tul ta’ 20 kilometru. L-influwenza tagħha hija kruċjali.

L-ambjent akkwatiku jtaffi l-klima ħarxa Mediterranja b’temperaturi ħfief li huma ta’ benefiċċju speċjali għas-sajran tal-varjetajiet tal-għeneb abjad.

Dan il-wirt naturali huwa marbut mill-qrib mal-assi ekonomiċi taż-żona, b’mod partikolari l-vitikultura, l-akkwakultura tal-frott tal-baħar bil-qoxra, is-sajd u t-turiżmu ffukati, pereżempju, fuq l-għawm fil-baħar, l-ispas jew in-natura.

Ix-xejriet tal-konsumatur qed jevolvu favur inbejjed bojod friski u b’togħma ta’ frott. It-terroir tal-inbejjed Côtes de Thau huwa partikolarment adattat għall-produzzjoni ta’ dan it-tip ta’ nbid. Din iż-żona ġeografika tgawdi kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija li jippermettu lill-varjetajiet tal-għeneb abjad isiru bil-mod.

L-inbejjed bla gass prodotti fiż-żona tal-IĠP Côtes de Thau jiġu fi tliet kuluri: abjad, rożè u aħmar. Hemm tradizzjoni stabbilita ta’ nbejjed bojod xotti f’dan ir-reġjun. Fil-fatt, l-IĠP Côtes de Thau hija waħda mill-ftit li jipproduċu aktar inbejjed bojod milli ħomor.

Il-varjetà storika tal-għeneb dejjem kienet Terret B. Madankollu, hemm ukoll varjetajiet oħra minn partijiet differenti ta’ Franza li jistgħu jtejbu ħafna l-aroma u l-kwalità.

Côtes de Thau hija art bi tradizzjoni qadima, u l-vinji tagħha ilhom ħafna kkaratterizzati mill-fokus tagħhom fuq il-produzzjoni tal-inbejjed bojod. Madwar il-Laguna ta’ Thau, din iż-żona tgawdi minn aspett u klima Mediterranja li huma partikolarment ta’ benefiċċju għad-dwieli. Il-ħamrija, li spiss hija permeabbli, hija taħlita ta’ ramel, trab ġulġlieni, tafal u ġebla tal-ġir. Din tippermetti li d-dwieli jiżviluppaw għeruq fondi filwaqt li jagħtu lill-inbejjed togħma ta’ frott u freskezza.

Il-produtturi tal-inbid indirizzaw din il-produzzjoni lejn inbejjed friski u aromatiċi, billi għamlu użu mit-teknoloġija moderna kollha għall-estrazzjoni ġentili u r-regolazzjoni tat-temperatura.

Bil-freskezza karatteristika tagħhom, l-inbejjed tal-IĠP Côtes de Thau jirriflettu l-klima speċifika ħafna madwar il-Laguna ta’ Thau. Għalhekk imorru partikolarment tajjeb mal-frott tal-baħar prodott lokalment.

Dawk li jfasslu l-inbid setgħu wkoll jadattaw għad-domanda tas-suq minn lil hinn mill-Baċir ta’ Thau billi żviluppaw produzzjoni sinifikanti ta’ nbejjed ħomor u rożè.

Fl-istess ħin, huma ddedikati għall-preservazzjoni tal-bijodiversità ta’ kunsiderazzjoni kbira tar-reġjun tagħhom permezz ta’ tekniki xierqa. Huma jipparteċipaw fl-iskema tal-Baċir ta’ Thau stabbilita mill-awtoritajiet nazzjonali u lokali, bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Laguna ta’ Thau hija ambjent kumpless u attraenti. F’dan ir-rigward, jipprovdi bażi eċċellenti għal edukazzjoni ambjentali soda. Il-vitikulturi qed jadattaw għal dawn il-kwistjonijiet billi jiżviluppaw prattiki li jirrispettaw il-bijodiversità madwarhom.

Il-laguna hija attrazzjoni turistika importanti. Toffri għawm, sports tal-ilma, sajd, mixjiet b’tema, żjarat f’siti tal-akkwakultura tal-frott tal-baħar bil-qoxra, u Cap d’Agde, żona li tilqa’ mijiet ta’ eluf ta’ turisti kull sena. Dawn huma fatturi ewlenin fir-reputazzjoni tal-inbejjed Côtes de Thau.

Il-futur tal-vitikultura huwa marbut mill-qrib ma’ dawn il-kwistjonijiet. Il-vitikulturi jeżistu bis-saħħa tar-rabta b’saħħitha ħafna li għandhom mal-Baċir ta’ Thau. Il-protezzjoni ta’ dan l-ambjent prezzjuż hija l-pedament li fuqu ġiet żviluppata l-IĠP u r-reputazzjoni tagħha stabbilita f’dan il-kuntest għani u kumpless.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas ġuridiku

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ulterjuri

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ nbejjed bl-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Thau, tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin li jmissu maż-żona ġeografika: Montagnac, Saint Pons de Mauchiens, Saint Pargoire, Plaissan, Cournonterral, Montbazin, Gigean, Vic la Gardiole, Saint Thibery, Pézenas, Nézignan l’Evèque, Bessan, Vias, Aumes u Cazouls d’Hérault.

Qafas ġuridiku

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

L-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Thau tista’ tiġi ssupplimentata bit-termini “primeur” (bikri) jew “nouveau” (ġdid).

Il-logo IĠP tal-Unjoni Ewropea għandu jidher fuq it-tikketta meta l-kliem “Indication géographique protégée” (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) jiġi sostitwit bil-kliem tradizzjonali “Vin de pays”.

L-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Thau tista’ tiġi ssupplimentata bl-isem ta’ varjetà ta’ għeneb waħda jew aktar.

L-isem tal-varjetà jew varjetajiet ta’ għeneb irid jidher immedjatament taħt l-isem tal-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Thau. Id-daqs tal-ittri ma għandux ikun akbar, la fl-għoli u lanqas fil-wisa’, minn nofs id-daqs ta’ dawk użati għall-isem tal-IĠP.

L-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Thau tista’ tiġi ssupplimentata bl-unità ġeografika iżgħar Cap d’Agde.

Id-daqs tal-ittri użati għall-unità ġeografika iżgħar Cap d’Agde m’għandux ikun akbar, la fl-għoli u lanqas fil-wisa’, minn dawk użati għall-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Thau.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-2cf1f3e1-6ab1-45ea-9fbb-0371f556cb1f


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/28


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 104/12)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

“Var”

PGI-FR-A1145-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 6 ta’ Diċembru 2021

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA

Introduzzjoni ta’ isem ġeografiku komplementari

Fil-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-IĠP “Var”, il-punt 2 “Termini addizzjonali” ġie miżjud biex jintroduċi isem ġeografiku ġdid komplementari “Correns” riżervat għall-inbejjed bojod tal-IĠP “Var”.

Din l-emenda hija inkluża fid-Dokument Uniku taħt l-intestatura “rekwiżiti addizzjonali”.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Var

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid mhux frizzanti aħmar, rożè u abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-indikazzjoni ġeografika protetta “Var” hija riżervata għall-inbid mhux frizzanti, u għall-inbid frizzanti ta’ kwalità, aħmar, rożè u abjad.

Permezz ta’ deroga, l-inbejjed, li l-kontenut ta’ zokkor fermentabbli tagħhom (glukożju u fruttożju) huwa ekwivalenti għal 45 g/l jew aktar, għandhom kontenut ta’ aċidu volatili stabbilit b’digriet konġunt tal-Ministru għall-Affarijiet tal-Konsumatur u tal-Ministru għall-Agrikoltura.

Għall-inbejjed mhux frizzanti, il-valuri (minimi jew massimi) tal-qawwa alkoħolika proprja (l-inbejjed frizzanti biss), tal-qawwa alkoħolika totali, tal-aċidità totali, tal-aċidità volatili, tad-diossidu tal-kubrit totali u tad-diossidu tal-karbonju (għall-inbejjed frizzanti biss) huma dawk stipulati mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

L-inbejjed rożè (70 % tal-produzzjoni) ġeneralment ikollhom kulur ċar. Dawn huma kkaratterizzati prinċipalment mill-intensità u mill-aroma ta’ frott, li naturalment, ivarjaw skont il-varjetajiet tad-dwieli u t-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid użati.

L-inbejjed ħomor ġeneralment ikollhom palat sħiħ u struttura tajba, u xi kultant fil-każ tal-inbejjed aktar konċentrati, huma qawwijin. Għandhom kulur li jvarja minn aħmar lewn ir-rubini għall-granata skur bi lwien vjola.

L-inbejjed bojod jikkombinaw il-finezza, ma’ togħma ta’ frott u vivaċità. Għandhom kulur isfar ċar bi lwien ħodor jew kulur id-deheb li jleqq u trasparenti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Inbid Mhux Frizzanti ta’ Kwalità, aħmar, rożè u abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed frizzanti għandhom l-istess kuluri u karatteristiċi organolettiċi bħall-inbejjed mhux frizzanti li huma aktar friski, fini u li għandhom aktar persistenza aromatika, enfasizzati minn bżieżaq fini u eleganti.

Għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità, il-valuri (minimi jew massimi) tal-qawwa alkoħolika proprja, tal-qawwa alkoħolika totali, tal-aċidità totali, tal-aċidità volatili, tad-diossidu tal-kubrit totali u tad-diossidu tal-karbonju (għall-inbejjed frizzanti biss) huma dawk stipulati mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattika enoloġika speċifika

L-inbejjed għandhom ikunu konformi, fil-qasam tal-prattiki enoloġiċi, mal-obbligi stabbiliti fil-livell Komunitarju kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

5.2.   Rendimenti massimi

1.   120 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Il-ġbir tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-preparazzjoni tal-inbejjed fl-indikazzjoni ġeografika protetta “Var” isiru fil-muniċipalitajiet kollha tad-département ta’ Var.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

Alicante Henri Bouschet N

 

Aligoté B

 

Alphonse Lavallée N

 

Altesse B

 

Aramon N

 

Aramon blanc B

 

Aramon gris G

 

Aranel B

 

Arbane B

 

Arinarnoa N

 

Arriloba B

 

Arrouya N

 

Artaban N

 

Aubin B

 

Aubin vert B

 

Aubun N - Murescola

 

Auxerrois B

 

Bachet N

 

Barbaroux Rs

 

Baroque B

 

Biancu Gentile B

 

Blanc Dame B

 

Bouchalès N

 

Bouillet N

 

Bouquettraube B

 

Bourboulenc B - Doucillon blanc

 

Brachet N - Braquet

 

Brun Fourca N

 

Brun argenté N - Vaccarèse

 

Béclan N - Petit Béclan

 

Béquignol N

 

Cabernet franc N

 

Cabernet-Sauvignon N

 

Caladoc N

 

Calitor N

 

Camaralet B

 

Carcajolo N

 

Carcajolo blanc B

 

Carignan N

 

Carignan blanc B

 

Carmenère N

 

Castets N

 

Chardonnay B

 

Chasan B

 

Chatus N

 

Chenanson N

 

Chenin B

 

Cinsaut N - Cinsault

 

Clairette B

 

Clairette rose Rs

 

Clarin B

 

Claverie B

 

Codivarta B

 

Colombard B

 

Corbeau N - Douce noire

 

Cot N - Malbec

 

Couderc noir N

 

Counoise N

 

Courbu B - Gros Courbu

 

Courbu noir N

 

Couston N

 

Crouchen B - Cruchen

 

César N

 

Duras N

 

Durif N

 

Egiodola N

 

Ekigaïna N

 

Elbling B

 

Etraire de la Dui N

 

Fer N - Fer Servadou, Braucol, Mansois, Pinenc

 

Feunate N

 

Floreal B

 

Folignan B

 

Folle blanche B

 

Fuella nera N

 

Furmint B

 

Gamaret

 

Gamay N

 

Gamay de Bouze N

 

Gascon N

 

Genovèse B

 

Gewurztraminer Rs

 

Goldriesling B

 

Gouget N

 

Graisse B

 

Gramon N

 

Grassen N - Grassenc

 

Grenache N

 

Grenache blanc B

 

Grenache gris G

 

Gringet B

 

Grolleau N

 

Grolleau gris G

 

Gros Manseng B

 

Gros vert B

 

Joubertin

 

Jurançon blanc B

 

Jurançon noir N - Dame noire

 

Knipperlé B

 

Lauzet B

 

Liliorila B

 

Listan B - Palomino

 

Lledoner pelut N

 

Macabeu B - Macabeo

 

Mancin N

 

Manseng noir N

 

Marsanne B

 

Marselan N

 

Maréchal Foch N

 

Mauzac B

 

Mauzac rose Rs

 

Mayorquin B

 

Melon B

 

Merlot N

 

Merlot blanc B

 

Meslier Saint-François B - Gros Meslier

 

Meunier N

 

Milgranet N

 

Molette B

 

Mollard N

 

Monarch N

 

Mondeuse N

 

Mondeuse blanche B

 

Monerac N

 

Montils B

 

Morrastel N - Minustellu, Graciano

 

Mourvaison N

 

Mourvèdre N - Monastrell

 

Mouyssaguès

 

Muresconu N - Morescono

 

Muscadelle B

 

Muscardin N

 

Muscaris B

 

Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato

 

Muscat cendré B - Muscat, Moscato

 

Muscat d’Alexandrie B - Muscat, Moscato

 

Muscat de Hambourg N - Muscat, Moscato

 

Muscat à petits grains blancs B - Muscat, Moscato

 

Muscat à petits grains roses Rs - Muscat, Moscato

 

Muscat à petits grains rouges Rg - Muscat, Moscato

 

Mérille N

 

Müller-Thurgau B

 

Nielluccio N - Nielluciu

 

Noir Fleurien N

 

Négret de Banhars N

 

Négrette N

 

Oberlin noir N

 

Ondenc B

 

Orbois B

 

Pagadebiti B

 

Pascal B

 

Perdea B

 

Persan N

 

Petit Courbu B

 

Petit Manseng B

 

Petit Meslier B

 

Petit Verdot N

 

Picardan B - Araignan

 

Pineau d’Aunis N

 

Pinot blanc B

 

Pinot gris G

 

Piquepoul blanc B

 

Piquepoul gris G

 

Piquepoul noir N

 

Plant de Brunel N

 

Plant droit N - Espanenc

 

Portan N

 

Portugais bleu N

 

Prior N

 

Prunelard N

 

Précoce Bousquet B

 

Précoce de Malingre B

 

Raffiat de Moncade B

 

Riesling B

 

Riminèse B

 

Rivairenc N - Aspiran noir

 

Rivairenc blanc B - Aspiran blanc

 

Rivairenc gris G - Aspiran gris

 

Rosé du Var Rs

 

Roublot B

 

Roussanne B

 

Roussette d’Ayze B

 

Sacy B

 

Saint Côme B

 

Saint-Macaire N

 

Saint-Pierre doré B

 

Sauvignon B - Sauvignon blanc

 

Sauvignon gris G - Fié gris

 

Sciaccarello N

 

Segalin N

 

Seinoir N

 

Select B

 

Semebat N

 

Semillon B

 

Servanin N

 

Solaris B

 

Soreli B

 

Souvignier gris Rs

 

Sylvaner B

 

Syrah N - Shiraz

 

Tannat N

 

Tempranillo N

 

Terret blanc B

 

Terret gris G

 

Terret noir N

 

Tibouren N

 

Tourbat B

 

Tressot N

 

Téoulier N

 

Ugni blanc B

 

Valdiguié N

 

Varousset N

 

Velteliner rouge précoce Rs

 

Verdesse B

 

Vermentino B - Rolle

 

Vidoc N

 

Villard blanc B

 

Villard noir N

 

Viognier B

 

Voltis B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Var huwa wieħed mid-départements li jinsabu fir-reġjun ta’ Provence-Alpes-Côte d’Azur fix-Xlokk ta’ Franza. Jieħu ismu mix-xmara kostali Var, li darba kienet tistabbilixxi l-fruntiera tal-Lvant. Var huwa demarkat mill-Punentl mad-département ta’ Bouches-du-Rhône, mit-Tramuntana mad-département tal-Alpes de Haute Provence, mil-Lvant mad-département tal-Alpes Maritimes u finalment, min-Nofsinhar mal-baħar Mediterran.

Iż-żona ġeografika għandha pajsaġġ varjat b’żewġ partijiet ġeoloġikament differenti: il-parti kalkarja fil-Punent tal-assi Toulon Draguignan, u l-parti kristallina fil-Lvant.

Huma assoċjati żewġ tipi ta’ veġetazzjoni, li huma karatteristiċi taż-żona tal-Mediterran, ma’ dawn iż-żewġ gruppi ġeoloġiċi distinti, jiġifieri: ix-xagħri b’ħamrija kalkarja u l-arbuxelli u l-foresti (siġar tal-arżnu u tal-ballut) b’ħamrija aktar kristallina. Dawn iż-żewġ tipi ta’ veġetazzjoni ma tantx jipprovdu materjal organiku. Il-ħamrija ta’ Var hija ġeneralment waħda fqira, li tiskula l-ilma sew iżda sensittiva għall-erożjoni. Din l-art hija tajba ħafna għall-iżvilupp tad-dwieli. Ir-Rumani ma żbaljawx meta 2 600 sena ilu, introduċew id-dwieli permezz tal-iżvilupp tal-Provincia Romana (la Provence).

Waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-klima ta’ Var hija x-xemx. Id-département ta’ Var għandu klima Mediterranja karatterizzata minn sjuf sħan u xotti u xtiewi moderati b’żewġ perjodi ta’ xita fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Dawn il-kundizzjonijiet iwasslu għall-kultivazzjoni tad-dwieli u ta’ spiss il-varjazzjonijiet fit-temperatura jwasslu għall-identifikazzjoni tal-biċċiet ta’ art li għandhom jiġu ddedikati għall-produzzjoni tal-inbejjed ħomor u rożè.

Ir-riħ dominanti fir-reġjun huwa l-Majjistral (Tramuntana). Dan huwa kiesaħ fix-xitwa wara li jkun għadda minn fuq is-silġ tal-Alpi, iżda li jipprovdi ftit żiffa fis-sajf. Huwa riħ kultant vjolenti, iżda l-vitikultur japprezza l-aktar il-karattersistika essenzjali tiegħu li: jippreżerva d-dwieli minn atmosfera umda żżejjed u mill-pressjonijiet kriptogamiċi dannużi tagħha (il-moffa).

8.2.   Speċifiċità tal-prodott

Sa mill-ħolqien tagħha, il-produzzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Var” (Vin de Pays du Var) ma waqfitx tiżviluppa sakemm fil-bidu tas-seklu 21 stabbilizzat ruħha għal madwar 250 000 hl.

Il-produzzjoni hija ċċentrata l-aktar fuq l-inbejjed rożè (70 % bħala medja), prinċipalment il-varjetajiet imħallta.

Minkejja li għadhom jitkabbru ħafna l-varjetajiet lokali, bħal grenache N, cinsault N, carignan N, syrah N u mourvèdre N għall-inbid ikkulurit, vermentino B u ugni blanc B għall-inbid abjad; għandha tiġi rikonoxxuta l-opportunità għar-ristrutturar li ngħatat, bis-saħħa tal-għajnuna Komunitarja, għall-varjetajiet tal-għenba ta’ identità ta’ dwieli Franċiżi oħra bħal cabernet-sauvignon N, merlot N, chardonnay B u sa ċertu punt viognier B. Din il-firxa ta’ varjetajiet ta’ dwieli għenet biex jiġu diversifikati l-inbejjed u biex tgħin, b’mod partikolari, biex tiġi stabbilita jew saħansitra żviluppata l-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità.

Waħda mill-karatteristiċi tal-biċċa l-kbira tal-inbejjed rożè, il-kulur roża ċar ħafna, tiġi permezz tat-teknika esperta tal-ippressar dirett li jikkonsisti f’għenieqed biz-zkuk jew mingħajrhom, direttament ippressati, bl-għajnuna ta’ pressa pnewmatika, biex b’hekk immedjament il-meraq ċar jitħalla jiffermenta f’temperatura baxxa. L-inbejjed miksuba huma intensi, b’togħma ta’ frott b’kulur roża ċar.

Jintużaw tekniki oħra, bħat-tneħħija tal-meraq tal-għeneb, il-maċerazzjoni tal-qxur jew ta’ qabel il-fermentazzjoni (għeneb miżmuma f’temperatura baxxa minn tmien siegħat sa 24 siegħa qabel l-għasir), li twassal għall-produzzjoni ta’ nbejjed rożè b’kulur aktar skur, bi struttura aktar konsistenti.

L-inbejjed ħomor (li jirrappreżentaw madwar 20 % tal-volumi mitluba) huma ta’ spiss qawwijin, korpużi u ta’ struttura aċiduża tajba, li jirriżultaw l-aktar mit-tliet varjetajiet grenache N, syrah N u cabernet-sauvignon N, u ħafna drabi wkoll minn merlot N u cinsault N.

L-inbejjed bojod, b’produzzjoni anqas sinifikanti (10 % tal-volumi mitluba), huma apprezzati kemm minn dawk li jħobbu l-inbejjed varjetali (rolle B jew vermentino B, viognier B u chardonnay B) kif ukoll minn oħrajn, b’inbejjed imħalltin li jikkombinaw il-finezza u l-vivaċità.

Fiż-żona ta’ produzzjoni kkonċernata jiġu prodotti wkoll l-inbejjed frizzanti ta’ kwalità. L-iżvilupp ta’ nbejjed frizzanti mhuwiex ġdid fi Provence. Hija produzzjoni tradizzjonali li tipproduċi madwar miljun flixkun fis-sena u li titwettaq minn madwar ħamsin operatur (produtturi, manifatturi, kummerċjanti). Fil-bidu tas-seklu 20, ċerti kooperattivi tal-inbejjed jew manifatturi bħal “la Tête Noire” diġà kienu qed jippruvaw jivvalorizzaw inbejjed frizzanti ta’ kwalità prodotti fi Provence.

Waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-inbejjed frizzanti tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta ta’ Var hija li huma prodotti minn varjetajiet tal-għenba lokali biex jiġu ppreżentati, l-aktar f’inbejjed rożè, li jirrappreżentaw il-produzzjoni ewlenija tal-inbid mhux frizzanti tar-reġjun.

Għalhekk, l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Var” tidentifika l-inbejjed mhux frizzanti assoċjati ma’ nbejjed frizzanti bi profili organolettiċi relattivament simili. Fil-fatt, dawn l-inbejjed rożè frizzanti għandhom togħma qawwija ta’ frott u ta’ fjuri u joffru palat tajjeb li jfakkar fl-inbejjed rożè mhux frizzanti.

Huma preċiżament dawn il-karatteristiċi organolettiċi (togħma ta’ fjuri u ta’ frott, b’palat tajjeb) li jiddistingwu l-inbejjed antiki prodotti f’Var minn dawk żviluppati fir-reġjuni Franċiżi l-oħrajn.

8.3.   Rabta kawżali bejn l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika u l-ispeċifiċità tal-prodott

Var għandu potenzjal innegabbli għat-turiżmu minħabba l-kwalità tal-klima tiegħu, id-diversità tal-kampanja, il-baħar, ir-rikkezza tal-wirt storiku u kulturali tiegħu, iżda wkoll minħabba l-artiġjanat u t-tradizzjonijiet tiegħu. B’dawn l-elementi kollha, id-département żviluppa attività ekonomika b’saħħitha bbażata fuq it-turiżmu.

Din l-attrazzjoni eċċezzjonali tattira aktar minn 14-il miljun turist fis-sena. Naturalment, dawn it-turisti, li ħafna drabi huma viżitaturi leali, tgħallmu japprezzaw l-ikel u l-prodotti provinċjali, inkluż l-inbejjed ta’ Var, kemm jekk iddikjarati bħala Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata kif ukoll jekk bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta.

Għalhekk, sa mill-ħolqien tagħha bl-istatus regolat preċedenti ta’ “Vin de Pays”, il-produzzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Var” bniet ir-reputazzjoni tagħha l-aktar mill-attività turistika tar-reġjun, kif muri mid-domanda qawwija espressa lokalment għall-inbejjed rożè tagħha. Il-konsumaturi jafu japprezzaw u jagħrfu l-kwalità tal-firxa tal-inbejjed offruti.

Madankollu, ta’ min wieħed jinnota li l-produtturi baqgħu viġilanti sabiex ikunu jistgħu jkomplu javvanzaw fl-iżvilupp tal-Vins de Pays tagħhom, sabiex ikomplu jadattaw għall-gosti tal-konsumaturi (pereżempju: il-kulur tar-rożè).

Din id-dedikazzjoni ħarġet b’mod ċar fil-bidu tas-snin 2000, meta l-professjonisti ta’ Var ħadu sehem fil-ħolqien ta’ ċentru nazzjonali ta’ riċerka u ta’ esperimentazzjoni ddedikat għall-inbid rożè (li jinsab f’Vidauban – Var). Minn dak iż-żmien ’il hawn, saru l-ewwel xogħlijiet (pereżempju fuq l-isfumaturi tar-rożè), u dan jagħti kontribut f’termini operattivi għat-titjib tal-livell ta’ kwalità tal-inbejjed rożè. Barra minn hekk, is-settur investa ħafna biex tiġi akkwistata l-għodda meħtieġa għall-kontroll perfett tal-produzzjoni tal-inbid rożè. Din it-teknoloġija kontrollata ddedikata għall-inbejjed rożè u l-għarfien tal-produtturi, naturalment huma ta’ benefiċċju għall-produzzjoni tal-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata, iżda huma assoċjati b’mod inseparabbli mal-proċessi ta’ produzzjoni tal-inbejjed koperti mill-indikazzjoni ġeografika protetta.

Jeħtieġ ukoll li wieħed jinnota l-viċinanza tad-dwieli ta’ Var ma’ ċentri urbani reġjonali kbar jew ma’ lokalitajiet ħdejn il-baħar, li huwa vantaġġ enormi għal produtturi li jistgħu jżidu l-valur tal-prodotti tagħhom u li mbagħad jagħżlu li jiġu ppakkjati fil-proprjetà stess. Il-bejgħ dirett (fi fliexken jew “bag in box”) issa jammonta għal madwar 50 % tal-volumi u l-bejgħ dirett fil-kantini biss jista’ jammonta għal 30 % tal-volumi.

Var jinsab fi Provence, li huwa reġjun magħruf sew. L-immaġni ta’ Provence bħala reġjun għall-produzzjoni ta’ nbejjed rożè ta’ kwalità – minn ta’ quddiem fid-dinja fil-produzzjoni tal-inbejjed rożè - hija perfettament stabbilita u vvalidata sew minn stħarriġ spontanju (sors: cabinet Wine Intelligence Vinitrac - Novembru 2009).

Din ir-reputazzjoni u l-għarfien iċċentrati ħafna fuq il-produzzjoni tal-inbejjed rożè, naturalment japplikaw ukoll għall-inbejjed ħomor, għall-inbejjed bojod u għall-inbejjed frizzanti tal-istess produtturi, mid-dwieli tad-départementi fl-istess żona ġeografika.

Għalhekk bla dubju, is-suċċess tal-inbejjed rożè jikkonferma u jikkonsolida wkoll il-kwalità u r-reputazzjoni tajba tal-inbejjed l-oħra li jiġu prodotti fid-département.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Tikkettar

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-indikazzjoni ġeografika protetta “Var” tista’ tiġi ssupplimentata:

mill-isem ta’ varjetà ta’ għeneb waħda jew aktar,

mit-termini “bikri” jew “ġdid”, It-termini “bikri” jew “ġdid” huma riżervati għall-inbejjed mhux frizzanti.

Għall-inbejjed ħomor, rożè u bojod, l-indikazzjoni ġeografika protetta “Var” tista’ tiġi ssupplimentata mill-ismijiet tal-unitajiet ġeografiċi iżgħar li ġejjin: “Argens”, “Coteaux du Verdon”, “Sainte Baume”.

Għall-inbejjed bojod, l-indikazzjoni ġeografika protetta “Var” tista’ tiġi ssupplimentata mill-isem tal-unità ġeografika iżgħar “Correns”.

Il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea għandu jidher fuq it-tikketta meta l-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” jiġi sostitwit bil-kliem tradizzjonali “Vin de Pays”.

Żona ta’ prossimità immedjata

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona ta’ prossimità immedjata definita b’deroga għall-vinifikazzjoni u għall-produzzjoni tal-inbejjed tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Var”, issupplimentata jew le mill-isem ta’ unità ġeografika iżgħar “Argens”, jew “Coteaux du Verdon”, jew “Sainte Baume”, hija magħmula mid-distretti ġirien taż-żona ġeografika, jiġifieri:

fil-Lvant, mal-fruntiera tad-département tal-Alpes-Maritimes: id-distrett ta’ Grasse;

fil-Punent, mal-fruntiera tad-département ta’ Bouches-du-Rhône: id-distretti ta’ Aix-en-Provence u ta’ Marseille;

fil-Punent/Majjistral, mal-fruntiera tad-département ta’ Vaucluse: id-distrett ta’ Apt;

fit-Tramuntana, mal-fruntiera tad-département tal-Alpes de Haute-Provence: id-distretti ta’ Forcalquier, Digne, Castellane.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-60d6245a-2c59-4f6c-9415-f07a40aa849e


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/39


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

(2022/C 104/13)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

Languedoc / Coteaux du Languedoc

PDO-FR-A0922-AM07

Data tal-komunikazzjoni: 6 ta’ Diċembru 2021

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA

1.   Varjetajiet tad-dwieli

Fil-Kapitolu I, il-puunt V tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, xi varjetajiet jiġu integrati bħala varjetajiet sekondarji għall-produzzjoni tal-inbejjed tad-denominazzjoni.

Dawn il-varjetajiet introdotti bħala varjetajiet sekondarji huma konformi mal-profil tal-inbejjed tad-denominazzjoni u jistgħu jadattaw għan-nixfa u għall-mard fungali. Dawn jeħtieġu użu inqas ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

għall-produzzjoni tal-inbejjed ħomor : œillade N u montepulciano N

għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè: œillade N

Dan id-Dokument Uniku huwa komplut fil-punt “varjetajiet sekondarji tal-għeneb tal-inbid”.

2.   Applikazzjoni tal-isem ġeografiku supplimentari Saint-Saturnin f’rożè

Il-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-LANGUEDOC tlesta biex jintroduċi mill-ġdid ir-rożè għall-isem ġeografiku supplimentari (DGC) Saint-Saturnin li jipproduċi nbejjed ħomor. Il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ produzzjoni żdiedu fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex tiġi rregolata l-produzzjoni tal-inbejjed rożè li kriterji tagħhom huma aktar restrittivi minn dawk tad-denominazzjoni Languedoc. Dawn il-kriterji ta’ produzzjoni kienu diġà previsti fil-qafas ta’ miżuri tranżitorji. Jikkonċernaw il-varjetajiet tad-dwieli, ir-regoli li jirregolaw it-taħlit tal-varjetajiet, id-data tad-dħul fil-produzzjoni tad-dwieli żgħar u r-rendiment, l-interdizzjoni tal-faħam għall-użu enoloġiku. Ir-rabta mal-oriġini ġeografika hija kkompletata biex tippreċiża l-produzzjoni tal-inbejjed rożè skont id-DĠC Saint-Saturnin.

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet emendata fir-rigward tal-punti li ġejjin tal-Kapitolu I :

Fil-Punt V - Varjetajiet tad-dwieli

Fil-Punt VIII - Rendimenti. - Dħul fil-produzzjoni

Fil-punt IX - L-ipproċessar, il-preparazzjoni, it-trobbija, l-ippakkjar, il-ħżin

Fil-punt X - Rabta maż-żona ġeografika

Dawn l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

3.   Miżuri tranżitorji

Fil-kapitolu I tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott — punt XI. - Miżuri tranżitorji - il-miżuri obsoleti kif ukoll dawk previsti għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè tal-isem Saint-Saturnin skadew u għalhekk huma mħassra mill-punt “miżuri tranżitorji”. Dawn il-miżuri jikkonċernaw il-kriterji tar-rendiment, ir-regoli għat-taħlit tal-varjetajiet tal-varjetajiet tad-dwieli, id-data finali għat-tkabbir u r-rilaxx għall-konsum u għat-tikkettar.

Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Languedoc

Coteaux du Languedoc

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Karatteristiċi analitiċi

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed tad-denominazzjoni Languedoc huma nbejjed ħomor, rożè u bojod, mhux frizzanti u xotti.

Il-qawwa alkoħolika naturali minima bil-volum tal-inbejjed hija ta’ 11,5 %.

L-inbejjed ħomor, bl-eċċezzjoni tal-inbejjed li aktarx ikollhom il-kelma “primeur” jew “nouveau”, lesti għat-tqegħid fis-suq bl-ingrossa jew ippakkjati, għandhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ mhux aktar minn 0,4 gramma għal kull litru.

L-inbejjed, lesti għat-tqegħid fis-suq bl-ingrossa jew ippakkjati, għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) hekk kif ġej:

Kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli:

Inbejjed bojod, inbejjed rożè, inbejjed ħomor b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ aktar minn 14 %: 4 g/l

Inbejjed ħomor b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ mhux aktar minn 14 %: 3 g/l

Inbejjed li għandhom il-kelma “primeur” jew “nouveau”: 2 g/l

L-inbejjed mhux ippakkjati li għandhom il-kelma “primeur” jew “nouveau” għandhom kontenut ta’ aċidità volatili ta’ mhux aktar minn 10,2 meq/litru.

Il-kontenut ta’ aċidità totali, f’aċidità volatili tal-inbejjed li mhumiex “primeurs” u l-kontenut totali ta’ diossidu tal-kubrit huma dawk stabbiliti fir-regoli Komunitarji.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

13

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità minima totali

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Karatteristiċi organolettiċi

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed ħomor, dejjem prodotti mit-taħlita ta’ bosta varjetajiet tal-għeneb, għandhom kulur ta’ intensità medja sa profonda, firxa ta’ aromi li tvarja minn frott artab aħmar u iswed għal irwejjaħ ta’ ħwawar u tal-inkaljar u struttura sostnuta b’tannini misjurin. Il-potenzjal tal-konservazzjoni tagħhom huwa ta’ bejn sentejn u ħames snin, ħlief għall-inbejjed “primeur” jew “nouveau” li jridu jiġu kkonsmati fix-xhur ta’ wara l-produzzjoni tagħhom.

L-inbejjed rożè, prodotti minn taħlita ta’ mill-inqas żewġ varjetajiet tal-għeneb, prinċipalment il-varjetajiet tal-għeneb syrah N, cinsaut N u grenache N. Magħmula f’inbid b’tagħsir komplut, maċerazzjoni qasira jew skular, il-kulur tagħhom ileqq b’mod naturali. Għandhom kumplessità aromatika, u huma pjaċevoli u bbilanċjati għat-togħma.

L-inbejjed bojod huma xotti wkoll. Dawn jiġu prodotti minn taħlita. Fil-biċċa l-kbira għandhom kulur ċar, rotondità li hija tipika tal-Languedoc u aromi li jevokaw frott eżotiku, frott taċ-ċitru, fjuri bojod jew frott niexef.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità minima totali

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattika enoloġika speċifika

Għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, l-użu tal-faħam għall-użu enoloġiku, waħdu jew imħallat fil-preparazzjonijiet, huwa awtorizzat mill-produttur tal-inbid, esklussivament fir-rigward tal-most li joħroġ mill-pressa u nbejjed li jkunu għadhom qed jiffermentaw, fi proporzjon li ma jistax jaqbeż l-20 % tal-volum tal-inbejjed rożè prodotti mill-produttur tal-inbid ikkonċernat għall-ħsad inkwistjoni, u f’doża ta’ mhux aktar minn 30 g/hl għall-volum ipproċessat.

Barra d-dispożizzjoni t’hawn fuq, il-prattiki enoloġiċi applikati għal dawn l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-livell tal-UE u fil-Kodiċi Rurali.

2.   Prattika tal-kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. L-ispazju bejn ir-ringieli ma jistax jaqbeż 2,50 metri.

L-erja massima disponibbli għal kull dielja hija ta’ 2,50 metru kwadru. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati d-distanzi bejn ir-ringieli u l-ispazju bejn id-dwieli fl-istess ringiela.

Iż-żbir isir qabel l-istadju E, tliet werqiet mifruxa fuq l-ewwel żewġ rimjiet. Id-dwieli jinżabru biex ikollhom daqs żgħir, fi friegħi, b’massimu ta’ 12-il rimja għal kull dielja; b’kull rimja jkollha massimu ta’ żewġ blanzuni.

Il-varjetà tal-għeneb syrah N tista’ tinżabar f’żabra Guyot sempliċi b’massimu ta’ għaxar rimjiet għal kull dielja, b’massimu ta’ sitt rimjiet fuq iz-zokk it-twil u massimu ta’ fergħa waħda jew tnejn b’rimja waħda jew tnejn għas-sena ta’ wara;

Għall-varjetà tal-għeneb grenache N, id-dwieli li huma suġġetti li jqattru, jistgħu jinżabru, fejn iz-zokk twil ikollu massimu ta’ ħames rimjiet.

L-irrigazzjoni tista’ tiġi awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu D. 645-5 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

5.2.   Rendimenti massimi

1.

Rendiment tal-inbejjed ħomor u rożè

60 ettolitru għal kull ettaru

2.

Rendiment tal-inbejjed bojod

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

a)

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed ħomor u rożè jsiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin

Id-département ta’ Aude: Aigues-Vives, Ajac, Albas, Alet-les-Bains, Alzonne, Antugnac, Aragon, Argeliers, Argens-Minervois, Armissan, Arquettes-en-Val, Azille, Badens, Bages, Bagnoles, Barbaira, Bizanet, Bize-Minervois, Blomac, Bouilhonnac, Bouriège, Boutenac, Cabrespine, Campagne-sur-Aude, Camplong-d’Aude, Canet, Capendu, Cascastel-des-Corbières, Cassaignes, Castelnau-d’Aude, Castelreng, Caunes-Minervois, Caunettes-en-Val, Caves, Cépie, Comigne, Conilhac-Corbières, Conilhac-de-la-Montagne, Conques-sur-Orbiel, Couiza, Cournanel, Coustaussa, Coustouge, Cruscades, Cucugnan, Davejean, Dernacueillette, La Digne-d’Amont, La Digne-d’Aval, Douzens, Duilhac-sous-Pyerepertuse, Durban-Corbières, Embres-et-Castelmaure, Escales, Espéraza, Fa, Fabrezan, Felines-Termenès, Ferrals-les-Corbières, Festes-et-Saint-André, Feuilla, Fitou, Fleury-d’Aude, Floure, Fontcouverte, Fontiès-d’Aude, Fontjoncouse, Fournes-Cabardès, Fraisse-Cabardès, Fraissé-des-Corbières, Gaja-et-Villedieu, Gardie, Ginestas, Gruissan, Homps, Les Ilhes, Jonquières, Labastide-en-Val, Ladern-sur-Lauquet, Lagrasse, Laroque-de-Fa, Lastours, Laure-Minervois, Leucate, Lézignan-Corbières, Limoux, Limousis, Loupia, Luc-sur-Aude, Luc-sur-Orbieu, Mailhac, Mayronnes, Maisons, Magrie, Malras, Malves-en-Minervois, Marseillette, Mirepeisset, Montazels, Montbrun-des-Corbières, Montgaillard, Montirat, Montlaur, Montolieu, Montredon-des-Corbières, Montséret, Monze, Moussoulens, Moux, Narbonne, Névian, Ornaisons, Padern, Palairac, La Palme, Paraza, Pauligne, Paziols, Pépieux, Peyriac-de-Mer, Peyriac-Minervois, Peyrolles, Pezens, Pennautier, Pieusse, Pomas, Port-la-Nouvelle, Portel-des-Corbières, Pouzols-Minervois, Pradelles-en-Val, Puichéric, Quintillan, La Redorte, Ribaute, Rieux-en-Val, Rieux-Minervois, Roquecourbe-Minervois, Roquefort-des-Corbières, Roquetaillade, Rouffiac-d’Aude, Roubia, Rouffiac-des-Corbières, Rustiques, Saint-André-de-Roquelongue, Saint-Couat-d’Aude, Saint-Couat-du-Razès, Sainte-Eulalie, Saint-Frichoux, Saint-Hilaire, Saint-Jean-de-Barrou, Saint-Laurent-de-la-Cabrerisse, Saint-Nazaire-d’Aude, Saint-Pierre-des-Champs, Saint-Polycarpe, Sainte-Valière, Salles-d’Aude, Sallèles-Cabardès, Salsigne, La Serpent, Serres, Serviès-en-Val, Sigean, Talairan, Taurize, Termes, Thézan-des-Corbières, Tournissan, Tourouzelle, Tourreilles, Trassanel, Trausse-Minervois, Trèbes, Treilles, Tuchan, Ventenac-Cabardès, Ventenac-Minervois, Vignevieille, Villanière, Villalier, Villar-en-Val, Villar-Saint-Anselme, Villardonnel, Villarzel-Cabardès, Villebazy, Villedubert, Villegailhenc, Villegly, Villelongue-d’Aude, Villemoustaussou, Villeneuve-des-Corbières, Villeneuve-Minervois, Villerouge-Termenès, Villesèque-des-Corbières, Villetritouls, Vinassan;

Id-département ta’ Gard: Aspères, Aujargues, Brouzet-lès-Quissac, La Cadière-et-Cambo, Calvisson, Cannes-et-Clairan, Carnas, Combas, Conqueyrac, Corconne, Crespian, Fontanès, Gailhan, Junas, Langlade, Lecques, Liouc, Montmirat, Montpezat, Moulézan, Nages-et-Solorgues, Nîmes, Orthoux-Sérignac-Quilhan, Saint-Clément, Saint-Hippolyte-du-Fort, Saint-Mamert-du-Gard, Salinelles, Sardan, Sommières, Souvignargues, Vic-le-Fesq, Villevieille;

Id-département ta’ Hérault: Adissan, Agel, Aigne, Aigues-Vives, Alignan-duVent, Aniane, Arboras, Argelliers, Aspiran, Assas, Assignan, Aumelas, Autignac, Azillanet, Babeau-Bouldoux, Bassan, Beaufort, Beaulieu, Berlou, Béziers, Boisseron, Le Bosc , Boujan-sur-Libron, Brignac, Brissac, Cabrerolles, Cabrières, Campagne, Canet, Cassagnoles, Castelnau-le-Lez, Castries, La Caunette, Causse-de-la-Selle, Causses-et-Veyran, Caussiniojouls, Caux, Cazedarnes, Cazevieille, Cazouls-lès-Béziers, Cébazan, Cessenon-sur-Orb, Cesseras, Ceyras, Claret, Clermont-l’Hérault, Combaillaux, Corneilhan, Cournonsec, Cournonterral, Creissan, Cruzy, Faugères, Félines-Minervois, Ferrières-Poussarou, Fontanès, Fontès, Fos, Fouzilhon, Fozières, Gabian, Garrigues, Gignac, Guzargues, Jonquières, Juvignac, Lacoste, Lagamas, Laurens, Lauret, Lauroux, Lavalette, Lavérune, Liausson, Lieuran-Cabrières, La Livinière, Lodève, Lunel, Lunel-Viel, Magalas, Margon, Les Matelles, Mauguio, Mérifons, Minerve, Montagnac, Montarnaud, Montesquieu, Montbazin, Montblanc, Montouliers, Montoulieu, Montpellier, Montpeyroux, Moulès-et-Baucels, Mourèze, Murles, Murviel-lès-Béziers, Murviel-lès-Montpellier, Nébian, Neffiès, Nézignan-l’Evêque, Nissan-lez-Enserune, Nizas, Octon, Olmet-et-Villecun, Olonzac, Oupia, Paulhan, Pégairolles-de-Buèges, Pégairolles-de-l’Escalette, Péret, Pézenas, Pierrerue, Pignan, Plaissan, Poujols, Poussan, Pouzolles, Prades-le-Lez, Prades-sur-Vernazobre, Le Puech, Puéchabon, Puisserguier, Quarante, Restinclières, Roquebrun, Roquessels, Roujan, Saint-André-de-Buèges, Saint-André-de-Sangonis, Saint-Aunès, Saint-Bauzille-de-la-Sylve, Saint-Bauzille-de-Montmel, Saint-Clément-de-Rivière, Saint-Chinian, Saint-Christol, Saint-Drézéry, Saint-Félix-de-Lodez, Saint-Gély-du-Fesc, Saint-Geniès-des-Mourgues, Saint-Georges-d’Orques, Saint-Guiraud, Saint-Jean-de-Cuculles, Saint-Jean-de-la-Blaquière, Saint-Jean-de-Buèges, Saint-Jean-de-Fos, Saint-Jean-de-Minervois, Saint-Mathieu-de-Tréviers, Saint-Nazaire-de-Ladarez, Saint-Pargoire, Saint-Pons-de-Mauchiens, Saint-Privat, Saint-Saturnin, Saint-Sériès, Saint-Thibéry, Saint-Vincent-de-Barbeyrargues, Sainte-Croix-de-Quintillargues, Saturargues, Sauteyrargues, Sauvian, Sérignan, Servian, Siran, Soubès, Soumont, Sussargues, Le Triadou, Usclas-du-Bosc, Vacquières, Vailhan, Vailhauquès, Valflaunès, Valmascle, Vendémian, Vendres, Vérargues, Vieussan, Villeneuve-lès-Maguelonne, Villeneuvette, Villeveyrac, Villespassans;

Id-département ta’ Pyrénées-Orientales: Amélie-les-Bains-Palalda, Ansignan, Arboussols, Argelès-sur-Mer, Bages, Baho, Baixas, Banyuls-sur-Mer, Banyuls-dels-Aspres, Bélesta, Bouleternère, Le Boulou, Brouilla, Cabestany, Caixas, Calce, Camélas, Canet-en-Roussillon, Canohès, Caramany, Cases-de-Pene, Cassagnes, Castelnou, Caudiès-de-Fenouillèdes, Cerbère, Céret, Claira, Les Cluses, Collioure, Corbère, Corbère-les-Cabanes, Corneilla-del-Vercol, Corneilla-la-Rivière, Elne, Espira-de-Conflent, Espira-de-l’Agly, Estagel, Estoher, Felluns, Finestret, Fosse, Fourques, Ille-sur-Têt, Joch, Lansac, Laroque-des-Albères, Latour-Bas-Elne, Latour-de-France, Lesquerde, Llauro, Llupia, Marquixanes, Maureillas-las-Illas, Maury, Millas, Montalba-le-Château, Montauriol, Montescot, Montesquieu-des-Albères, Montner, Néfiach, Oms, Opoul-Périllos, Ortaffa, Palau-del-Vidre, Passa, Perpignan, Peyrestortes, Pézilla-de-Conflent, Pézilla-la-Rivière, Pia, Planèzes, Pollestres, Ponteilla, Port-Vendres, Prats-de-Sournia, Prugnanes, Rasiguères, Reynès, Rigarda, Riunoguès, Rivesaltes, Rodès, Saint-André, Saint-Arnac, Saint-Cyprien, Saint-Estève, Saint-Féliu-d’Amont, Saint-Féliu-d’Avall, Saint-Génis-des-Fontaines, Saint-Hippolyte, Saint-Jean-Lasseille, Saint-Jean-Pla-de-Corts, Saint-Martin, Saint-Michel-de-Llotes, Saint-Nazaire, Saint-Paul-de-Fenouillet, Sainte-Colombe-de-la-Commanderie, Saleilles, Salses-le-Château, Le Soler, Sorède, Sournia, Taillet, Tarerach, Tautavel, Terrats, Thuir, Tordères, Toulouges, Tresserre, Trévillach, Trilla, Trouillas, Villelongue-dels-Monts, Villemolaque, Villeneuve-de-la-Raho, Villeneuve-la-Rivière, Vinça, Vingrau, Vivès, Le Vivier.

b)

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed bojod isiru fit-territorju tal-komuni msemmija għall-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed ħomor u rożè, kif ukoll fit-territorju tal-komuni li ġejjin fid-département ta’ Hérault : Castelnau-de-Guers, Florensac, Mèze, Pinet, Pomerols.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Bourboulenc B - Doucillon blanc

Clairette B

Grenache N

Grenache blanc B

Lledoner pelut N

Marsanne B

Mourvèdre N - Monastrell

Piquepoul blanc B

Roussanne B

Syrah N - Shiraz

Tourbat B

Vermentino B - Rolle

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Fl-istorja tal-vitikultura fil-Languedoc, l-agrikoltura tad-dwieli fuq ix-xaqlibiet tal-għoljiet b’ħamrija niexfa u mimlija ġebel ilha permanenti mit-taħwil tagħhom.

Iċ-ċirkostanzi storiċi mhux previsti u l-influwenza tal-monasteri u l-abbaziji, ir-restrizzjonijiet ekonomiċi ta’ vinja mħawla fuq l-għoljiet, u l-iżvilupp ta’ gruppi ta’ nies rawmu d-diversità u l-iżvilupp tal-prodotti mill-epoka Rumana, u maż-żmien, il-produzzjoni ta’ nbejjed ħelwin, inbejjed mutés, inbejjed xotti, ħomor u bojod, jew il-produzzjoni ta’ għeneb tal-mejda, li kollha jeħtieġu maturazzjoni tajba.

Għaldaqstant, għal ġenerazzjonijiet sħaħ, fuq dawn l-għoljiet, ġiet identifikata firxa ta’ siti partikolari magħrufa għall-kwalità u l-oriġinalità tal-produzzjoni tagħhom.

Minn Collioure sal-bibien ta’ Nîmes, l-għoljiet xemxin ilhom ikabbru d-dwieli għal aktar minn 2 000 sena u hemm ħafna xhieda dwar il-kwalità u l-identità tal-inbejjed.

L-inbejjed prodotti minn dawn l-għoljiet, matul l-istorja tagħhom, kisbu reputazzjoni ta’ spiss mibnija bis-saħħa tal-abbaziji (Caunes-Minervois, Valmagne, Lagrasse, Fontfroide…). “Għaldaqstant Saint-Saturnin, Cabrières jafu l-oriġini tagħhom minn kumpann ta’ San Benedittu ta’ Aniane. Sa mis-seklu XIV, Montpeyroux kien fil-pussess u maħżun mill-Isqfijiet ta’ Montpellier li kienu jiksbu nbejjed magħrufa. L-istess jingħad għal Saint Aignan (Saint-Chinian), kiteb Jean Clavel fi ‘Histoire et Avenir des vins en Languedoc’ (L-Istorja u l-Ġejjieni tal-Inbejjed f’Languedoc) (Edizzjoni Privat - 1985)”.

Fl-1788, f’rapport lir-re, l-isteward Ballainvillers jgħid hekk: “Dan jikkonċerna l-inbejjed kollha bid-denominazzjoni, li taħt l-isem ġeneriku tal-inbejjed ta’ Narbonne, kienu apprezzati ferm barra mill-provinċja u mir-renju, dawn l-inbejjed kienu l-aktar l-inbejjed ta’ Lapalme, Leucate, Fitou...”.

Fl-1816, A. Jullien fit-“Topographie de tous les vignobles connus” [It-Topografija tal-Vinji Magħrufa Kollha] josserva l-ispeċifiċità tal-inbejjed marbuta mal-oriġini tagħhom u jikkwota l-vinji li jinsabu fit-Tramuntana ta’ Têt sa Espira-de-l’Agly u Rivesaltes kif ukoll l-inbejjed vintage, dawk ta’ “Saint-Christol”, “Saint-Georges d’Orques” jew “Saint-Drézéry”: “l-inbejjed għandhom togħma pjaċevoli u bbilanċjata, għandhom palat bi spirtu u wara li jinżammu għal ħames jew sitt snin, isiru nbejjed distinti...”.

Sabiex tinkiseb din l-ispeċifiċità tal-inbejjed marbuta mal-oriġini tagħhom, iż-żona tal-irqajja’ ta’ art demarkata għall-ħsad tal-għeneb tikklassifika l-irqajja’ li fihom il-ħamrija, mingħajr restrizzjonijiet biex jaqbdu l-għeruq, kapaċi tiżgura alimentazzjoni tal-ilma moderata u regolari tal-pjanta sabiex tirreżisti s-sjuf sħan u nexfin. Din tikklassifika l-irqajja’ ta’ art imtarrġin bejn xatt il-baħar u 400 metru ta’ altitudni b’espożizzjoni vantaġġjuża.

Tiffavorixxi l-irqajja’ li jinsabu fuq ix-xaqlibiet tal-għoljiet, viċin il-baħar, jew fuq l-għoljiet l-aktar imxaqilbin taż-żona ta’ qabel il-muntanji, kultant imqassmin f’terrazzini.

Il-wiċċ ta’ din iż-żona demarkata b’mod preċiż jirrappreżenta inqas minn terz tal-wiċċ totali tal-vinja tar-reġjun, u l-produzzjoni li hija assoċjata miegħu, inqas minn 15 % tal-volumi reġjonali prodotti.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi u n-natura tal-ħamrija kkundizzjonaw l-għażla tal-varjetajiet tal-għeneb u l-post tat-taħwil tagħhom. Għandhom ċiklu veġetattiv pjuttost twil, biżżejjed reżistenza għan-nixfa u għas-sħana u jottimizzaw għadd elevat ta’ temperaturi. L-għarfien dwar il-produzzjoni, tradott bid-definizzjoni ta’ rendimenti moderati, jiżgura maturità tajba tal-għeneb qabel ix-xita tal-ħarifa, u l-irjieħ li hemm jikkontribwixxu biex jippreżervaw il-kwalità b’saħħitha tal-għeneb.

Minħabba l-klima Mediterranja partikolari, sħuna u niexfa, l-inbejjed ħomor għandhom tannini misjurin filwaqt li l-inbejjed rożè u bojod għandhom dik ir-rotondità karatteristika.

It-tiġdid meħtieġ f’parti kbira tal-vinja mħawla fuq l-għoljiet, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, saħħaħ il-marka tal-varjetajiet tal-għeneb tradizzjonali. B’dan it-tiġdid tnieda approċċ kollettiv ibbażat fuq ir-rikostruzzjoni tal-vitikultura storika, bl-assoċjazzjoni tal-kooperattivi tal-kantini tal-inbid u l-azjendi indipendenti raggruppati f’unjonijiet.

L-introduzzjoni tal-mekkanizzazzjoni u l-iżvilupp tal-kultura ta’ varjetà tal-għeneb b’fergħat tad-dielja twal, bħall-varjetà tal-għeneb syrah N, li bilfors trid tintrifed fuq kannizzata, żviluppaw il-prattiki tal-kultivazzjoni. L-irqajja’ tal-vinji li qabel kienu mħawla fi rqajja’ ta’ art kwadri u mhux mirfuda fuq kannizzati kienu dawk li ġew ta’ spiss mibdula bi rqajja’ ta’ art bi spazju bejn ir-ringieli li ma jaqbiżx 2,50 metri, b’densità minima għat-taħwil ta’ 4 000 dielja għal kull ettaru. Madankollu nżamm il-metodu taż-żbir, essenzjalment bi friegħi qosra u li jrid ikollhom, f’kull każ, għadd limitat ta’ rimjiet għal kull dielja.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Tikkettar

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Languedoc” jista’ jkun ikkompletat bil-kelma “primeur” jew “nouveau” li bilfors iridu jiġu ppreżentati bis-sinjal tal-annata tal-ħsad.

L-inbejjed tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Languedoc” ikkompletati jew le bl-ismijiet ġeografiċi supplimentari “Cabrières”, “Grés de Montpellier”, “La Méjanelle”, “Montpeyroux”, “Pézenas”, “Quatourze”, “Saint-Christol”, “Saint-Drézéry”, “Saint-Georges-d’Orques”, “Saint-Saturnin”, “Sommières”, u li huma ppreżentati taħt id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata msemmija, ma jistgħux jiġu ddikjarati wara l-ħsad, offerti lill-pubbliku, mibgħuta, jitqiegħdu għall-bejgħ jew mibjugħa mingħajr ma jkun hemm miktuba, fid-dokumenti ta’ akkumpanjament, fid-dikjarazzjoni tal-istokk, fl-avviżi, fuq il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi, l-irċevuti jkunu xi jkunu, id-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata msemmija hawn fuq, ikkompletata fejn meħtieġ bl-ismijiet ġeografiċi supplimentari.

Żona fil-prossimità immedjata

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Iż-żona tal-prossimità immedjata, definita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed tikkonsisti fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

Id-département ta’ Aude: Alaigne, Arques, Arzens, Auriac, Belcastel-et-Buc, Berriac, La Bezole, Bourigeole, Bram, Brenac, Brousses-et-Villaret, Brugairolles, Bugarach, Camps-sur-l’Agly, Carcassonne, Castans, Caudebronde, Caunette-sur-Lauquet, Caux-et-Sauzens, Citou, Clermont-sur-Lauquet, Couffoulens, Coursan, Courtauly, Cubières-sur-Cinoble, Cuxac-Cabardès, Cuxac-d’Aude, Donazac, Fajac-en-Val, Fontiers-Cabardès, Granes, Greffeil, Labastide-Esparbairenque, Lairière, Lauraguel, Lespinassière, Leuc, Malves-en-Minervois, Marcorignan, Mas-Cabardès, Mas-des-Cours, Massac, Miraval-Cabardès, Missègre, Montclar, Monthaut, Montjardin, Montjoi, Montréal, Moussan, Mouthoumet, Ouveillan, Palaja, Pomy, Pradelles-Cabardès, Preixan, Puilaurens, Puivert, Quillan, Raissac-d’Aude, Raissac-sur-Lampy, La Redorte, Rennes-le-Château, Rennes-les-Bains, Ribaute, Rieux-en-Val, Rieux-Minervois, Roquecourbe-Minervois, Roquefère, Roquefort-des-Corbières, Routier, Rouvenac, Saint-Benoît, Saint-Denis, Saint-Ferriol, Saint-Jean-de-Paracol, Saint-Louis-et-Parahou, Saint-Marcel-sur-Aude, Saint-Martin-des-Puits, Saint-Martin-de-Villereglan, Saint-Martin-le-Vieil, Saissac, Sallèles-d’Aude, Salza, Soulatge, Terroles, Valmigère, Véraza, Verzeille, Villarzel-Cabardès-du-Razès, Villedaigne, Villefloure, Villefort, Villesèquelande.

Id-département ta’ Gard: Aigremont, Aigues-Mortes, Aigues-Vives, Aimargues, Aubais, Bernis, Boissières, Bouillargues, Bragassargues, Caissargues, La Calmette, Caveirac, Clarensac, Congénies, Cros, Dions, Domessargues, Durfort-et-Saint-Martin-de-Sossenac, Fons, Gajan, Gallargues-le-Montueux, Générac, Marguerittes, Milhaud, Monoblet, Montagnac, Mus, Parignargues, Pompignan, Poulx, Puechredon, Quissac, Rodilhan, Rogues, La Rouvière, Sainte-Anastasie, Saint-Come-et-Maruéjols, Saint-Dionizy, Saint-Gilles, Saint-Roman-de-Codières, Saint-Théodorit, Sauve, Sumène, Uchaud, Vergèze.

Id-département ta’ Hérault: Abeilhan, Agde, Agonès, Les Aires, Aumes, Baillargues, Balaruc-le-Vieux, Bédarieux, Bélarga, Bessan, Boisset, La Boissière, Bouzigues, Brenas, Buzignargues, Campagnan, Candillargues, Capestang, Cazilhac, Cazouls-d’Hérault, Celles, Cers, Clapiers, Colombiers, Coulobres, Le Crès, Le Cros, Dio-et-Valquières, Espondeilhan, Fabrègues, Ferrals-les-Montagnes, Ferrières-les-Verreries, Frontignan, Galargues, Ganges, Gigean, Gorniès, Grabels, La Grande-Motte, Hérépian, Jacou, Lansargues, Laroque, Lattes, Lespignan, Lézignan-la-Cèbe, Lieuran-lès-Béziers, Lignan-sur-Orb, Loupian, Lunas, Maraussan, Marseillan, Marsillargues, Mas-de-Londres, Maureilhan, Mireval, Mons, Montady, Montaud, Montels, Montferrier-sur-Lez, Mudaison, Notre-Dame-de-Londres, Olargues, Pailhès, Palavas-les-Flots, Pardailhan, Pérols, Pézènes-les-Mines, Les Plans, Poilhes, Popian, Portiragnes, Le Pouget, Pouzols, Puilacher, Puimisson, Puissalicon, Rieussec, Riols, Les Rives, Romiguières, Roqueredonde, Rouet, Saint-Bauzille-de-Putois, Saint-Brès, Saint-Etienne-d’Albagnan, Saint-Etienne-de-Gourgas, Saint-Félix-de-l’Héras, Saint-Geniès-de-Fontedit, Saint-Guilhem-le-Désert, Saint-Hilaire-de-Beauvoir, Saint-Jean-de-Cornies, Saint-Jean-de-Védas, Saint-Just, Saint-Martin-de-Londres, Saint-Maurice-Navacelles, Saint-Michel, Saint-Nazaire-de-Pézan, Saint-Paul-et-Valmalle, Saint-Pierre-de-la-Fage, Saint-Pons-de-Thomières, Salasc, Saussan, Saussines, Sète, Teyran, Thézan-lès-Béziers, Tourbes, Tressan, Usclas-d’Hérault, La Vacquerie-et-Saint-Martin-de-Castries, Valergues, Valras-Plage, Valros, Vélieux, Vendargues, Vias, Vic-la-Gardiole, Villeneuve-lès-Béziers, Villetelle, Viols-en-Laval, Viols-le-Fort.

Id-département ta’ Pyrénées-Orientales: L’Albère, Alenya, Arles-sur-Tech, Baillestavy, Le Barcarès, Bompas, Boule-d’Amont, Calmeilles, Campoussy, Casefabre, Clara, Eus, Fenouillet, Glorianes, Los Masos, Molitg-les-Bains, Montbolo, Mosset, Le Perthus, Prunet-et-Belpuig, Rabouillet, Saint-Laurent-de-Cerdans, Saint-Laurent-de-la-Salanque, Sainte-Marie, Saint-Marsal, Taurinya, Théza, Torreilles, Valmanya, Villelongue-de-la-Salanque, Vira.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-7e46f9d3-55a7-4fed-a312-52a267e4f576


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/46


Avviż lill-impriżi li biħsiebhom jimportaw lejn l-Unjoni Ewropea jew jesportaw minnha xi sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u lill-impriżi li fl-2023 biħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi fl-2023

(2022/C 104/14)

1.   

Dan l-Avviż huwa indirizzat lill-impriżi li huma kkonċernati mir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) (ir-Regolament) u li fl-2023 biħsiebhom:

a)

jimportaw jew jesportaw lejn l-Unjoni Ewropea jew minnha, sustanzi elenkati fl-Anness I tar-Regolament, jew

b)

jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni Ewropea.

Il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (2) jipprevedi li r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Dan ifisser li r-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan l-avviż għandhom jinftiehmu li jinkludu l-Irlanda ta’ Fuq.

2.   

Huma kkonċernati l-gruppi ta’ sustanzi li ġejjin:

Grupp I

:

CFC 11, 12, 113, 114 jew 115

Grupp II

:

CFCs oħrajn kompletament aloġenati

Grupp III

:

alon 1211, 1301 jew 2402

Grupp IV

:

tetraklorur tal-karbonju

Grupp V

:

1,1,1 trikloroetan

Grupp VI

:

bromur tal-metil

Grupp VII

:

idrobromofluworokarburi

Grupp VIII

:

idroklorofluworokarburi

Grupp IX

:

bromoklorometan

3.   

Kwalunkwe importazzjoni jew esportazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati (3) teħtieġ liċenzja mill-Kummissjoni, għajr f’każijiet ta’ proċedura ta’ tranżitu, ta’ ħżin temporanju, ta’ ħżin doganali jew ta’ proċedura ta’ żona libera kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (4), li ma ddumx iktar minn 45 jum. Kwalunkwe produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel.

4.   

Barra minn hekk, l-attivitajiet li ġejjin huma soġġetti għal limiti kwantitattivi:

a)

Il-produzzjoni u l-importazzjoni għal użi fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi,

b)

L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użi kritiċi (aloni),

c)

L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użi bħala materja prima,

d)

L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użi bħala aġenti tal-proċessi.

Il-Kummissjoni talloka kwoti għal a), b), c) u d). Il-kwoti huma stabbiliti abbażi tal-applikazzjonijiet għall-kwoti u:

għall-każ a) ta’ hawn fuq, f’konformità mal-Artikolu 10(6) tar-Regolament u mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 (5)

għall-każijiet b), c) u d) ta’ hawn fuq, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament.

Għall-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 4

5.

Kwalunkwe impriża li fl-2023 tixtieq timporta jew tipproduċi sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi, jew li tixtieq timporta sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għal użi bħala materja prima, jew għal użi bħala aġenti tal-proċessi jeħtieġ li ssegwi l-proċedura deskritta fil-paragrafi 6 sa 9.

6.

L-impriża, li għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS (https://webgate.ec.europa.eu/ods2) jeħtieġ li tagħmel dan qabel it-23 ta’ Mejju 2022.

7.

L-impriża jeħtieġ li timla u tippreżenta l-formola ta’ applikazzjoni għall-kwoti li tinsab online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.

Il-formola ta’ applikazzjoni għall-kwoti se tkun disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS mit-23 ta’ Mejju 2022.

8.

Il-formoli tal-applikazzjoni għall-kwoti mimlija kif suppost u mingħajr żbalji li jaslu sat-23 ta’ Ġunju 2022 biss jitqiesu validi mill-Kummissjoni.

L-impriżi huma mħeġġa jippreżentaw il-formoli ta’ applikazzjoni għall-kwoti tagħhom kemm jista’ jkun malajr, u biżżejjed qabel id-data tal-iskadenza biex jekk jinqala’ l-bżonn ta’ korrezzjonijiet, dawn ikunu jistgħu jsiru u l-formoli jiġu ppreżentati mill-ġdid qabel id-data tal-iskadenza.

9.

Il-preżentazzjoni ta’ formola ta’ applikazzjoni għall-kwoti waħedha ma tagħtix id-dritt ta’ importazzjoni jew ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi, jew id-dritt ta’ importazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għal użi bħala materja prima, jew għal użi bħala aġenti tal-proċessi. Qabel ma sseħħ importazzjoni jew produzzjoni ta’ dan it-tip fl-2023, l-impriżi jridu japplikaw għal liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja, li tinsab online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.

Għall-importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 u għall-esportazzjoni

10.

Kwalunkwe impriża li fl-2023 tixtieq tesporta s-sustanzi kkontrollati jew timporta s-sustanzi kkontrollati għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 jeħtieġ li ssegwi l-proċedura deskritta fil-paragrafi 11 u 12.

11.

Kull impriża li għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS, jeħtieġ li tagħmel dan mill-iktar fis possibbli.

12.

Qabel ma ssir importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 jew qabel ma ssir esportazzjoni fl-2023, l-impriżi jridu japplikaw għal liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja li hija disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.

(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A12020W/TXT#d1e32-102-1

(3)  Ta’ min wieħed jinnota li jistgħu jiġu permessi biss l-importazzjoni jew l-esportazzjoni eżentati mill-projbizzjoni ġenerali tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni skont l-Artikoli 15 u 17.

(4)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4).