ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 102

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
2 ta' Marzu 2022

Werrej

Paġna

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2022/C 102/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Frar 2022 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece (BĊE/2022/3)

1

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 102/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10608 — CMA CGM / CLS BUSINESS) ( 1 )

2

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

2022/C 102/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022

3

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 102/04

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament: — 0,00 % fl-1 ta’ Marzu 2022 — Rata tal-kambju tal-euro

5

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 102/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10524 – MERCEDES-BENZ / TOTALENERGIES / STELLANTIS / ACC) ( 1 )

6

2022/C 102/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10506 - PARKER / MEGGITT) ( 1 )

8

2022/C 102/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10639– MAX MARA / MITSUI / MCJ) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10

2022/C 102/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10654 — KKR / ACCELL GROUP) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12

2022/C 102/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10593 — DUSSUR / SeAH / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13

2022/C 102/10

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10610 — ARCHER DANIELS MIDLAND SINGAPORE / CLYDE INVESTMENTS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/1

RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Frar 2022

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece

(BĊE/2022/3)

(2022/C 102/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tal-Bank of Greece, Deloitte Certified Public Accountants S.A., ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2021. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2022.

(3)

Il-Bank of Greece għażel lil Ernst &Young (Hellas) Certified Auditors Accountants S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2022 sa 2026, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2027 u 2028,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li Ernst &Young (Hellas) Certified Auditors Accountants S.A. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank of Greece għas-snin finanzjarji 2022 sa 2026, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2027 u 2028.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 17 ta’ Frar 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/2

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10608 — CMA CGM / CLS BUSINESS)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 102/02)

Fit 25 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10608. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Frar 2022

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022

(2022/C 102/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106A tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2022 kien adottat definittivament fl-24 ta’ Novembru 2021 (2);

Fit-28 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2022;

L-adozzjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-adattament tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u l-adozzjoni ta’ dan il-baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali għall-2022 huma kondizzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni, fl-2022, tal-programmi kollha li ma ġewx adottati fl-2021, permezz tal-ewwel segment ta’ impenji baġitarji u tat-trasferiment ta’ prefinanzjament taħt dawk il-programmi. Dan l-eżerċizzju ta’ riprogrammazzjoni jikkonċerna lis-27 Stat Membru kollha. Il-Kunsill għandu jipproċedi mingħajr dewmien għall-adozzjoni tal-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali għall-2022, li jippermetti li jiġi evitat aktar dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi. Għaldaqstant, hu ġustifikat li tiġi prevista eċċezzjoni mill-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 ġiet adottata fl-24 ta’ Frar 2022.

It-test sħiħ jista’ jiġi kkonsultat jew jitniżżel mis-sit web tal-Kunsill fl-indirizz li ġej: http://www.consilium.europa.eu/.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. PANNIER-RUNACHER

(1)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(2)  ĠU L 45, 24.2.2022, p. 1.

Il-Kummissjoni Ewropea

2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/5

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament (1):

0,00 % fl-1 ta’ Marzu 2022

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta’ Marzu 2022

(2022/C 102/04)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1162

JPY

Yen Ġappuniż

128,15

DKK

Krona Daniża

7,4377

GBP

Lira Sterlina

0,83290

SEK

Krona Żvediża

10,6893

CHF

Frank Żvizzeru

1,0247

ISK

Krona Iżlandiża

142,00

NOK

Krona Norveġiża

9,8598

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,465

HUF

Forint Ungeriż

379,60

PLN

Zloty Pollakk

4,7947

RON

Leu Rumen

4,9490

TRY

Lira Turka

15,5509

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5365

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4158

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,7234

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6484

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5150

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 342,60

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,2145

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0462

HRK

Kuna Kroata

7,5670

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 033,36

MYR

Ringgit Malażjan

4,6802

PHP

Peso Filippin

57,295

RUB

Rouble Russu

117,2010

THB

Baht Tajlandiż

36,505

BRL

Real Brażiljan

5,7598

MXN

Peso Messikan

22,8558

INR

Rupi Indjan

84,5015

(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta’ sejħa għall-offerti b’rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/6

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10524 – MERCEDES-BENZ / TOTALENERGIES / STELLANTIS / ACC)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 102/05)

1.   

Fit-23 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mercedes-Benz AG (“MBAG”, il-Ġermanja), li tappartjeni għad-Daimler Group (il-Ġermanja),

Stellantis N.V. (“Stellantis”, in-Netherlands), li tappartjeni għal Stellantis Group (in-Netherlands),

Saft EV SAS (“Saft”, Franza), sussidjarja ta’ TotalEnergies SE (“TotalEnergies”, Franza),

Automotive Cells Company SE (“ACC”, Franza).

MBAG, Stellantis u TotalEnergies jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ACC kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MBAG huwa manifattur ta’ tagħmir oriġinali tal-karozzi (original equipment manufacturer, “OEM”) u negozjant ta’ vetturi bil-mutur, karozzi tal-passiġġieri (passenger cars, “PCs”) kif ukoll vetturi kummerċjali ħfief (light commercial vehicles, “LCVs”) u vetturi heavy-duty, bil-marki tad-ditta BharatBenz, Freightliner, FUSO, Mercedes-Benz, Setra, Thomas Built Buses u Western Star,

Stellantis hija OEM tal-karozzi u negozjant ta’ vetturi bil-mutur, kompjuters kif ukoll LCVs, bil-marki tad-ditti Abarth, Alfa Romeo, Chrysler, Citroën, Dodge, DS, Fiat Professional, Jeep, Lancia, Opel, Peugeot, Ram u Vauxhall,

Saft tiddisinja tiżviluppa u timmanifattura batteriji industrijali avvanzati għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet ċivili u militari,

ACC tiżviluppa, timmanifattura u tforni ċelloli u moduli tal-jon tal-litju prinċipalment għall-industrija tal-karozzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10524 – MERCEDES-BENZ / TOTALENERGIES / STELLANTIS / ACC

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/8

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10506 - PARKER / MEGGITT)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 102/06)

1.   

Fil-21 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Parker-Hannifin Corporation (“Parker”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Meggitt PLC (“Meggitt”, ir-Renju Unit).

Parker se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Meggitt kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Parker tiddisinja, timmanifattura u tforni teknoloġiji u sistemi ta’ moviment u kontroll, u tipprovdi soluzzjonijiet imfassla bi preċiżjoni għal varjetà ta’ swieq mobbli, industrijali u ajruspazjali fil-livell globali,

Meggitt tiddisinja, timmanifattura u tforni komponenti u sottosistemi għas-swieq ajruspazjali u tad-difiża, u applikazzjonijiet magħżula tal-enerġija, fil-livell globali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10506 – PARKER / MEGGITT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/10

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10639– MAX MARA / MITSUI / MCJ)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 102/07)

1.   

Fit-22 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mitsui & Co., Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun),

Max Mara Fashion Group (“MMFG”, l-Italja), li tappartjeni għall-Max Mara Group,

International Fashion Trading S.a.r.l. (“IFT”, il-Lussemburg), li tappartjeni għall-Max Mara Group,

Max &Co. Japan Co. Ltd (“MCJ”, il-Ġappun), ikkontrollata minn Max Mara Group.

Mitsui jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ MCJ kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Mitsui hija kumpanija involuta fil-kummerċ, il-ġestjoni tan-negozju u l-iżvilupp ta’ proġetti, u l-kwartieri ġenerali tagħha jinsabu f’Tokjo, il-Ġappun. Mitsui topera mad-dinja kollha u hija attiva f’diversi setturi, inkluż fl-attivitajiet ta’ produzzjoni, distribuzzjoni u bejgħ bl-imnut ta’ ħwejjeġ,

MMFG huwa grupp Taljan ta’ kumpaniji li jimmanifattura u jbigħ ħwejjeġ u aċċessorji prét-a-porter fuq livell dinji. Il-grupp għandu diversi marki inklużi Max Mara, Max &Co., Sportmax, Weekend Max Mara, Pennyblack, Marina Rinaldi, Persona, Marella, Emme Marella, iBlues u Intrends,

IFT hija kumpanija bbażata fil-Lussemburgu li finalment tagħmel parti mill-Max Mara Group Il-kumpanija taġixxi bħala negozjant tal-ilbies ta’ Max Mara Fashion Group, fost l-oħrajn, fis-suq Ġappuniż,

Max & Co. il-Ġappun (MCJ) hija sussidjarja Ġappuniża ta’ MMFG, attiva fil-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tad-ditta Max & Co u Marina Rinaldi fil-Ġappun. MCJ se tiġi assorbita minn Max Mara Japan li hija kumpanija ta’ impriża bi sħab bejn Mitsui, IFT u MMFG attiva fil-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tad-ditta Max Mara u Weekend Max Mara fil-Ġappun.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10639 – MAX MARA /MITSUI/MCJ

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/12

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10654 — KKR / ACCELL GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 102/08)

1.   

Fit-22 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

KKR &Co. Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka) (“KKR”);

Accell Group N.V. (in-Netherlands) (“Accell Group”).

KKR takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Accell Group kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fl-24 ta’ Jannar 2022.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

KKR hija ditta ta’ investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi u soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital u tal-assikurazzjoni.

Accell Group huwa manifattur u bejjiegħ tar-roti (inklużi r-roti elettriċi), il-partijiet u l-aċċessorji tar-roti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10654 — KKR / ACCELL GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/13

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10593 — DUSSUR / SeAH / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 102/09)

1.   

Fit-22 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Saudi Arabian Industrial Investments Company (“Dussur”, l-Arabja Sawdija), ikkontrollata bi sħab mill-Public Investment Fund (“PIF”, l-Arabja Sawdija) u mis-Saudi Aranian Oil Company (“Saudi Aramco”, Arabja Sawdija),

SeAH Changwon Integrated Special Steel Corp. (“SeAH”, il-Korea t’Isfel), finalment ikkontrollata minn SeAH Holdings Corporation (il-Korea t’Isfel),

Kumpanija maħluqa ġdida (il-joint venture, “JV fil-Mira”, Arabja Sawdija).

Dussur u SeAH jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Dussur hija ditta strateġika ta’ investiment industrijali,

SeAH hija manifattur ta’ prodotti speċjali tal-azzar għal diversi applikazzjonijiet inklużi l-karozzi, il-makkinarju, l-avjazzjoni, l-enerġija, il-bini tal-bastimenti u l-elettronika,

il-JV fil-Mira hija impriża bi sħab f’żona ġdida mwaqqfa għall-finijiet tal-manifattura u l-bejgħ ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi li ma jissaddux fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta’ Fuq.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10593 — DUSSUR / SeAH / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/15

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10610 — ARCHER DANIELS MIDLAND SINGAPORE / CLYDE INVESTMENTS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 102/10)

1.   

Fil-21 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Archer Daniels Midland Singapore Pte. Ltd (“ADM Singapore”, Singapore), ikkontrollata minn Archer Daniels Midland Company (“ADM Group”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Clyde Investments (“Clyde Investments”, Singapore) ikkontrollata minn Temasek Holdings (Private) Limited (“Temasek”, Singapore),

joint venture, JV (Singapore).

ADM Singapore u Clyde Investments jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-joint venture.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ADM Singapore hija attiva fis-setturi tal-ikel u n-nutrizzjoni fl-Asja. ADM Singapore hija parti mill-ADM Group li huwa attiv f’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet inkluż l-ipproċessar ta’ żrieragħ taż-żejt, qamħirrun, zokkor, qamħ u komoditajiet agrikoli oħra u fil-manifattura ta’ żjut veġetali u ingredjenti oħra ta’ ikel u għalf b’valur miżjud u addittivi fil-livell globali;

Clyde Investments hija attiva fil-manifattura kuntrattwali ta’ prodotti tal-proteini bbażati fuq il-pjanti fl-Asja. Hija sussidjarja ta’ Temasek, kumpanija ta’ investiment attiva fi spettru wiesa’ ta’ industriji fil-livell globali inklużi x-xjenzi tal-ħajja u agroalimentari;

Il-JV li l-isem tagħha se jiġi miftiehem bejn ADM Singapore u Clyde Investments, hija impriża bi sħab b’funzjoni sħiħa f’żona ġdida li għandha tiġi stabbilita f’Singapore biex tipprovdi żvilupp ta’ kuntratti u servizzi ta’ organizzazzjoni tal-manifattura għal soluzzjoni ta’ fermentazzjoni mikrobika u ingredjenti mikrobiċi għal applikazzjonijiet tal-ikel u servizzi ta’ konsulenza relatati f’Singapore.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10610 ARCHER DANIELS MIDLAND SINGAPORE / CLYDE INVESTMENTS