ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 100

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
1 ta' Marzu 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 100/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10320 — APERAM / ELG HANIEL) ( 1 )

1

2022/C 100/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10601 — WARBURG PINCUS / OXFORD PROPERTIES / HALE) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2022/C 100/03

Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fi 21 ta’ Frar 2022 (tagħmir kopert mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari) (li taġġorna u tissostitwixxi l-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fis-17 ta’ Frar 2020 ) (PESK)

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 100/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

36

2022/C 100/05

Rata tal-kambju tal-euro — It-28 ta’ Frar 2022

37

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 100/06

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

38


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 100/07

Sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma tal-2022 tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif

39

2022/C 100/08

Sejħiet għall-proposti apposta fl-2022 fil-qafas tal-Programm ta’ Ħidma 2021-2022 tal-Programm tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (2021-2027)

40

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 100/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10559 — A P MOELLER-MAERSK / SENATOR INTERNATIONAL) ( 1 )

41

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 100/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

43


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10320 — APERAM / ELG HANIEL)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 100/01)

Fit 25 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10320. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10601 — WARBURG PINCUS / OXFORD PROPERTIES / HALE)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 100/02)

Fit 21 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10601. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

1.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/3


LISTA MILITARI KOMUNI TAL-UNJONI EWROPEA

adottata mill-Kunsill fi 21 ta’ Frar 2022

(tagħmir kopert mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari)

(li taġġorna u tissostitwixxi l-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fis-17 ta’ Frar 2020 (1) )

(PESK)

(2022/C 100/03)

Nota 1

Termini fil-“virgoletti” huma termini definiti. Irreferi għal ’Definizzjonijiet ta’ Termini użati f’din il-Lista’ annessa ma’ din il-Lista.

Nota 2

F’xi każijiet is-sustanzi kimiċi huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal sustanzi kimiċi tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri CAS jintwerew biex jassistu fl-identifikazzjoni ta’ kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tal-kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom kimika elenkata jista’ jkollhom ukoll numri CAS differenti.

ML1   

Armi b’kanna lixxa b’kalibru ta’ inqas minn 20 mm, armamenti oħra u armi awtomatiċi b’kalibru ta’ 12,7 mm (kalibru 0,50 pulzier) jew inqas u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

Nota

ML1. ma japplikax għal:

a.

Armi tan-nar iddiżinjati apposta għal munizzjon inert u li mhumiex kapaċi jisparaw projettili;

b.

Armi tan-nar iddiżinjati apposta biex iwaddbu projettili marbuta mingħajr karga splussiva qawwija jew kollegament ta’ komunikazzjoni, għal distanza mhux inqas minn jew ekwivalenti għal 500 m;

c.

Armi li jużaw munizzjon fi skartoċċ li ma jisparax miċ-ċentru u li mhumiex tat-tip ta’ sparar kompletament awtomatiku;

d.

’Armi tan-nar diżattivati’.

Nota Teknika

’Arma tan-nar diżattivata’ hija arma tan-nar li għamluha inkapaċi li tispara kwalunkwe projettili permezz ta’ proċessi definiti mill-awtorità nazzjonali tal-Istat Parteċipanti fil-Ftehim ta’ Wassenaar. Dawn il-proċessi jimmodifikaw b’mod irreversibbli l-elementi essenzjali tal-arma tan-nar. Skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, id-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tista’ tiġi attestata b’ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti u jista’ jiġi mmarkat permezz ta’ timbru fuq parti essenzjali tal-arma tan-nar.

a.

Azzarini u pistoli kkumbinati, pistoli tal-idejn, mitraljatriċi, sub-mitraljatriċi u volley guns;

Nota

ML1.a. ma japplikax għal dawn li ġejjin:

a.

Azzarini u pistoli kkumbinati, manifatturati qabel l-1938;

b.

Riproduzzjonijiet ta’ azzarini u pistoli kkumbinati, li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

c.

Pistoli tal-idejn, volley guns u machine guns manifatturati qabel l-1890, u r-riproduzzjonijiet tagħhom;

d.

Azzarini jew pistoli tal-idejn, iddiżinjati apposta biex jisparaw projettili inerti permezz ta’ arja kkumpressata jew CO2;

e.

Pistoli tal-idejn iddiżinjati apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Qtil ta’ annimali domestiċi; jew

2.

Trankwilizzar tal-annimali.

b.

Armi b’kanna lixxa kif ġej:

1.

Armi b’kanna lixxa ddiżinjati apposta għall-użu militari;

2.

Armi b’kanna lixxa oħrajn kif ġej:

a.

Armi tat-tip awtomatiku;

b.

Armi tat-tip semi-awtomatiku jew b’azzjoni-pompa;

Nota

ML1.b.2. ma japplikax għal armi ddiżinjati apposta biex jisparaw projettili inerti permezz ta’ arja kkumpressata jew CO2.

Nota

ML1.b. ma japplikax għal dawn li ġejjin:

a.

Armi b’kanna lixxa manifatturati qabel l-1938;

b.

Riproduzzjonijiet ta’ armi b’kanna lixxa, li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

c.

Armi b’kanna lixxa użati għal skopijiet ta’ kaċċa jew sport. Dawn l-armi ma jridux ikunu ddiżinjati apposta għall-użu militari jew tat-tip ta’ sparar kompletament awtomatiku;

d.

Armi b’kanna lixxa ddiżinjati apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Qtil ta’ annimali domestiċi;

2.

Trankwilizzar tal-annimali;

3.

Testijiet sismiċi;

4.

Sparar ta’ projettili industrijali; jew

5.

Strumenti Splussivi Improvizzati (IEDs) ta’ Tfixkil.

N.B.

Għal strumenti ta’ tfixkil, ara ML4. u l-entrata 1A006 fil-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju.

c.

Armi li jużaw munizzjon mingħajr skartoċċ;

d.

Aċċessorji ddiżinjati għall-armamenti speċifikati minn ML1.a., ML1.b. jew ML1.c., kif ġej:

1.

Kompartimenti għall-kartriġis li jinqalgħu;

2.

Suppressuri jew moderaturi tal-ħoss;

3.

’Muntaturi ta’ xkubetti’;

Nota Teknika

Għall-finijiet ta’ ML1.d.3., ’muntatura ta’ xkubetta’ hija muntaġġ imfassal biex tintrama xkubetta fuq vettura tal-art, “inġenju tal-ajru”, bastiment jew struttura.

4.

Suppressuri tal-flash;

5.

Apparat ta’ mira ottiku b’ipproċessar elettroniku tal-immaġni;

6.

Apparat ta’ mira ottiku ddiżinjat apposta għall-użu militari.

ML2   

Armi b’kanna lixxa b’kalibru ta’ 20 mm jew aktar, armi jew armament oħra b’kalibru akbar minn 12,7 mm (kalibru ta’ 0,50 pulzier), projetturi u aċċessorji ddiżinjati apposta jew modifikati għall-użu militari u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

a.

Xkubetti, howitzers, kanuni, kanuni tat-tip mortar, armi ta’ kontra t-tankijiet tal-gwerra, armi li jisparaw projettili, kanuni tal-fjammi militari, azzarini, azzarini mingħajr imbuttatura wara l-isparatura u armi biċ-ċilindru lixx;

Nota 1

ML2.a. jinkludi injetturi, apparati tal-metering, tankijiet tal-ħażna u komponenti oħra ddiżinjati apposta għall-użu b’kargi propellanti likwidi għal kwalunkwe mit-tagħmir speċifikat minn ML2.a.

Nota 2

ML2.a. ma japplikax għal armi kif ġej:

a.

Azzarini, armi b’kanna lixxa u pistoli kkumbinati, manifatturati qabel l-1938;

b.

Riproduzzjonijiet ta’ azzarini, armi b’kanna lixxa u pistoli kkumbinati, li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

c.

Xkubetti, howitzers, kanuni u kanuni tat-tip mortar, manifatturati qabel l-1890;

d.

Armi b’kanna lixxa użati għal skopijiet ta’ kaċċa jew sport. Dawn l-armi ma jridux ikunu ddiżinjati apposta għall-użu militari jew tat-tip ta’ sparar kompletament awtomatiku;

e.

Armi b’kanna lixxa ddiżinjati apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Qtil ta’ annimali domestiċi;

2.

Trankwilizzar tal-annimali;

3.

Testijiet sismiċi;

4.

Sparar ta’ projettili industrijali; jew

5.

Strumenti Splussivi Improvizzati (IEDs) ta’ Tfixkil;

N.B.

Għal strumenti ta’ tfixkil, ara ML4. u l-entrata 1A006 fil-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju.

f.

Lanċaturi manwali ta’ projettili ddiżinjati apposta biex iwaddbu projettili marbuta mingħajr karga splussiva qawwija jew kollegament ta’ komunikazzjoni, fuq distanza ta’ inqas minn jew ekwivalenti għal 500 m.

b.

Projetturi, iddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej:

1.

Projetturi ta’ kanisters tad-duħħan;

2.

Projetturi ta’ kanisters tal-gass;

3.

Projetturi ta’ materjal pirotekniku;

Nota

ML2.b. ma japplikax għal pistoli tas-sinjal.

c.

Aċċessorji iddiżinjati apposta għal armi speċifikati f’Ml2.a., kif ġej:

1.

Apparat ta’ mira u muntaturi għall-apparat ta’ mira, iddiżinjati apposta għall-użu militari;

2.

Tagħmir għat-tnaqqis tal-marka;

3.

Muntaturi;

4.

Kompartimenti għall-kartriġis li jinqalgħu;

d.

Ma ntużatx minn wara l-2019.

ML3   

Munizzjon u apparati tal-issettjar tal-fjus, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

a.

Munizzjon għall-armi speċifikati minn ML1, ML2 jew ML12;

b.

Apparati tal-issettjar tal-fjus iddiżinjati apposta għal munizzjon speċifikati minn ML3.a.

Nota 1

Komponenti ddiżinjati apposta speċifikati minn ML3 jinkludu:

a.

Fabbrikazzjonijiet tal-metall jew tal-plastik bħal inkwini tal-kapsa, bullet cups, links tal-kartriġis, faxex li jduru u partijiet tal-metall tal-munizzjon;

b.

Apparati tas-safing u l-armar, fjusijiet, sensuri u apparati ta’ inizjazzjoni;

c.

Provvisti tal-enerġija b’output operattiv ta’ darba waħda għoli;

d.

Skrataċ kombustibbli għall-ikkargar;

e.

Submunizzjonijiet inkluż bombi żgħar, mini żgħar u projettili ggwidati terminalment.

Nota 2

ML3.a. ma japplika għall-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Munizzjon irbattut mingħajr projettili (blank star);

b.

Munizzjon inert ta’ istruzzjoni b’kaxxetta mtaqqba;

c.

Munizzjon ieħor inbjank u inerti, li ma jinkludix komponenti ddiżinjati għal munizzjon attiv; jew

d.

Komponenti ddiżinjati apposta għal munizzjon inbjank jew inert, speċifikati f’din in-Nota 2.a., b. jew c.

Nota 3

ML3.a. ma japplikax għal kartriġis iddiżinjati apposta għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:

a.

Sinjalar;

b.

Tbeżżiegħ tal-għasafar; jew

c.

Mixegħla ta’ flares tal-gass fi bjar taż-żejt.

ML4   

Bombi, torpedos, rokits, missili, apparati u kargi splussivi oħra u tagħmir u aċċessorji relatati, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

N.B. 1:

Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ navigazzjoni, ara ML11.

N.B. 2:

Għal Sistemi ta’ Protezzjoni tal-Missili tal-Inġenji tal-Ajru (AMPS), ara ML4.c.

a.

Bombi, torpedos, granati, kanisters tad-duħħan, rokits, mini, missili, kargi tal-fond, kargi tad-dimolizzjoni, apparati tad-dimolizzjoni, kits tad-dimolizzjoni, apparati “pirotekniċi”, kartriġis u simulaturi (jiġifieri, tagħmir li jimita l-karatteristiċi ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn l-oġġetti), iddiżinjat apposta għal użu militari;

Nota

ML4.a. jinkludi:

a.

Granati tad-duħħan, bombi tan-nar, bombi inċendjarji u apparati splussivi;

b.

Nozzles tal-missili jew tar-rokits u nosetips ta’ vettura ta’ dħul mill-ġdid.

b.

Tagħmir li għandu dan kollu li ġej:

1.

Iddiżinjat apposta għall-użu militari; u

2.

Iddiżinjat apposta għal ’attivitajiet’ relatati ma’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

a.

Oġġetti speċifikati minn ML4.a.; jew

b.

Strumenti Splussivi Improvizzati (IEDs).

Nota Teknika:

Għall-fini ta’ ML4.b.2. ’attivitajiet’ japplikaw għall-ġestjoni, l-isparar, il-pożizzjonament, il-kontroll, id-diżinneskament, id-detonazzjoni, l-attivazzjoni, il-motorizzazzjoni b’output operattiv ta’ darba waħda, l-ingann, l-iġġammjar, il-knis, is-sejbien, id-disturb jew ir-rimi.

Nota 1

ML4.b. jinkludi:

a.

Tagħmir ta’ likwifikazzjoni tal-gass mobbli li kapaċi jipproduċi 1 000 kg jew aktar ta’ gass kuljum f’forma likwida;

b.

Kejbil ta’ konduzzjoni elettrika li jżomm fil-wiċċ adatt għall-knis ta’ mini manjetiċi.

Nota 2

ML4.b. ma japplikax għal apparti li jinżammu fl-idejn, limitati mid-disinn unikament għas-sejbien ta’ oġġetti tal-metall u li mhumiex kapaċi jiddistingwu bejn mini u oġġetti tal-metall oħrajn.

c.

Sistemi ta’ Protezzjoni tal-Inġenji tal-Ajru mill-Missili (AMPS).

Nota

ML4.c. ma japplikax għal AMPS li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Kwalunkwe wieħed mis-sensuri antimissili li ġejjin:

1.

Sensuri passivi li jkollhom l-ogħla rispons bejn 100-400 nm; jew

2.

Sensuri antimissili b’impulsi attivi Doppler;

b.

Sistemi li joħorġu l-kontromiżuri;

c.

Flares, li juru kemm firma viżibbli kif ukoll firma infrared, biex jiddisturbaw missili mill-wiċċ għas-sema; u

d.

Installat fuq “inġenju tal-ajru ċivili” u li għandu dan kollu li ġej:

1.

L-AMPS huma operabbli biss f’“inġenju tal-ajru ċivili” speċifiku li fih ikunu installati l-AMPS speċifiċi u li għalih inħareġ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

a.

Ċertifikat tat-Tip ċivili maħruġ mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ wieħed jew aktar mill-istati membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar; jew

b.

Dokument ekwivalenti rikonoxxut mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO);

2.

L-AMPS jużaw protezzjoni biex jipprevjenu aċċess mhux awtorizzat għal “software”; u

3.

L-AMPS jinkorporaw mekkaniżmu attiv li jġiegħel lis-sistema ma tiffunzjonax meta hu jitneħħa mill-“inġenju tal-ajru ċivili” li fih ikun ġie installat.

ML5   

Tagħmir għall-kontroll tal-isparar, ta’ sorveljanza u ta’ twissija, u sistemi relatati, tagħmir ta’ ttestjar u allinjament u kontromiżura, kif ġej, iddiżinjat apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom:

a.

Apparat ta’ mira, kompjuters għall-ibbumbardjar, tagħmir ta’ puntament u sistemi għall-kontroll tal-armi;

b.

Tagħmir ieħor għall-kontroll tal-isparar, ta’ sorveljanza u ta’ twissija, u sistemi relatati, kif ġej:

1.

Sistemi ta’ akkwist, deżinjazzjoni, telemetrija, sorveljanza jew insegwiment tal-bersall;

2.

Tagħmir ta’ sejbien, ta’ rikonoxximent jew ta’ identifikazzjoni;

3.

Tagħmir għall-fużjoni tad-data jew għall-integrazzjoni ta’ sensuri;

c.

Tagħmir ta’ kontromiżura għall-oġġetti speċifikati minn ML5.a. jew ML5.b.;

Nota

Għall-finijiet ta’ ML5.c., it-tagħmir ta’ kontromiżura jinkludi t-tagħmir ta’ sejbien.

d.

Tagħmir ta’ test jew ta’ allinjament fuq il-post, iddiżinjat apposta għall-oġġetti speċifikati minn ML5.a., ML5.b. jew ML5.c.

ML6   

Vetturi tal-art u komponenti, kif ġej:

N.B.

Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ navigazzjoni, ara ML11.

a.

Vetturi tal-art u komponenti għalihom, iddiżinjati jew modifikati apposta għal użu militari;

Nota 1

ML6.a. jinkludi:

a.

Tankijiet u vetturi armati militari oħra u vetturi militari mgħammra b’muntaturi għall-armamenti jew it-tagħmir għat-tqegħid ta’ mini jew l-isparar ta’ munizzjon speċifikati minn ML4;

b.

Vetturi blindati;

c.

Vetturi amfibi u vetturi tajbin għal ġo l-ilma;

d.

Vetturi tal-irkupru jew vetturi għall-irmunkar jew għat-trasportazzjoni ta’ munizzjon jew sistemi ta’ armi u tagħmir assoċjat ta’ maniġġar tat-tagħbija;

e.

Trejlers.

Nota 2

Modifika ta’ vettura tal-art għall-użu militari speċifikat minn ML6.a. teħtieġ bidla strutturali, elettrika jew mekkanika li tkun tinvolvi komponent wieħed jew aktar iddiżinjati apposta għal użu militari. Tali komponenti jinkludu:

a.

Koperturi ta’ tajers pnewmatiċi ta’ għamla ddiżinjati apposta biex ikunu tajbin kontra l-balal;

b.

Protezzjoni blindata ta’ partijiet vitali (pereżempju, it-tankijiet tal-karburant jew il-kabini tal-vetturi);

c.

Rinforzi jew muntaturi speċjali għall-armi;

d.

Illuminazzjoni moħbija.

b.

Vetturi oħra tal-art u komponenti, kif ġej:

1.

Vetturi li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Manifatturati jew mgħammra b’materjali jew komponenti li jipprovdu protezzjoni ballistika sal-livell III (NIJ 0108,01, Settembru 1985) jew aħjar, jew “standards ekwivalenti”;

b.

Trażmissjoni biex tiġi pprovduta enerġija kemm għar-roti ta’ quddiem kif ukoll ta’ wara fl-istess ħin, inklużi dawk għall-vetturi li jkollhom roti addizzjonali għal skopijiet ta’ ġarr ta’ tagħbija kemm jekk misjuqa kif ukoll jekk mhux misjuqa;

c.

Klassi tal-Piż Gross tal-Vettura (Gross Vehicle Weight Rating - GVWR) ta’ aktar minn 4 500 kg; u

d.

Iddiżinjati jew modifikati għal użu off-road;

2.

Komponenti li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Iddiżinjati apposta għal vetturi speċifikati f’ML6.b.1.; u

b.

Provvediment ta’ protezzjoni ballistika daqs jew aħjar mil-livell III (NIJ 0108,01, Settembru 1985), jew “standards ekwivalenti”.

N.B.

Ara wkoll ML13.a.

Nota 1

ML6 ma japplikax għal vetturi ċivili ddiżinjati jew modifikati biex jiġu trasportati flus jew oġġetti ta’ valur.

Nota 2

ML6. ma japplikax għal vetturi li jissodisfaw dan kollu li ġej;

a.

Ġew manifatturati qabel l-1946;

b.

Ma għandhomx l-oġġetti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE u manifatturati wara l-1945, minbarra riproduzzjonijiet ta’ komponenti oriġinali jew aċċessorji għall-vettura; u

c.

Ma jinkorporawx armi speċifikati f’ML1., ML2. jew ML4. sakemm ma jkunux inoperabbli u ma jkunux jistgħu jisparaw xi projettili.

ML7   

Aġenti kimiċi, “aġenti bijoloġiċi”, “aġenti ta’ kontroll ta’ rvellijiet”, materjali radjuattivi, tagħmir, komponenti u materjali relatati, kif ġej:

a.

“Aġenti bijoloġiċi” jew materjali radjuattivi, magħżulin jew modifikati sabiex ikunu aktar effettivi biex jipproduċu vittmi umani jew annimali, jiddegradaw tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuh tar-raba’ jew lill-ambjent;

b.

Aġenti kimiċi tal-gwerra (CW) inkluż:

1.

Aġenti li jattakkaw is-sistema nervuża:

a.

O-Alkil (daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) - fosfonofluworidati, bħal:

 

Sarin (GB):O-Isopropil metilfosfonofluworidat (CAS 107-44-8); u

 

Soman (GD):O-Pinakolil metilfosfonofluworidat (CAS 96-64-0);

b.

O-Alkil (daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) N,N-dialkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) fosforamidoċjanidati, bħal:

 

Tabun (GA):O-Etil N,N-dimetilfosforamidoċjanidat (CAS 77-81-6);

c.

O-Alkil (H jew daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) S-2-dialkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil)-amminoetil alkil (Metil, Etil, n-Propil or Isopropil) fosfonotijolati u mluħa alkilati u protonati korrispondenti, bħal:

 

VX: O-Etil S-2-diisopropilamminoetil metil fosfonotijolat (CAS 50782-69-9);

2.

Aġenti viżikanti kimiċi tal-gwerra:

a.

Mustardi tal-kubrit, bħal:

1.

2-Kloroetilklorometilsulfid (CAS 2625-76-5);

2.

Bis(2-kloroetil) sulfid (CAS 505-60-2);

3.

Bis(2-kloroetiltijo) metan (CAS 63869-13-6);

4.

1,2-bis (2-kloroetiltijo) etan (CAS 3563-36-8);

5.

1,3-bis (2-kloroetiltijo) -n-propan (CAS 63905-10-2);

6.

1,4-bis (2-kloroetiltijo) -n-butan (CAS 142868-93-7);

7.

1,5-bis (2-kloroetiltijo) -n-pentan (CAS 142868-94-8);

8.

Bis (2-kloroetiltijometil) etere (CAS 63918-90-1);

9.

Bis (2-kloroetiltijoetil) etere (CAS 63918-89-8);

b.

Lewisiti, bħalma huma:

1.

2-klorovinildikloroarsin (CAS 541-25-3);

2.

Tris (2-klorovinil) arsin (CAS 40334-70-1);

3.

Bis (2-klorovinil) kloroarsin (CAS 40334-69-8);

c.

Mustardi tan-nitroġenu, bħal:

1.

HN1: bis (2-kloroetil) etilammina (CAS 538-07-8);

2.

HN2: bis (2-kloroetil) metilammina (CAS 51-75-2);

3.

HN3: tris (2-kloroetil) ammina (CAS 555-77-1);

3.

Aġenti inkapaċitanti għall-gwerra kimika, bħalma huma:

a.

3-Kwinuklidinil benzilat (BZ) (CAS 6581-06-2);

4.

Aġenti defoljanti għall-gwerra kimika, bħalma huma:

a.

Butil 2-kloro-4-fluworofenossiaċetat (LNF);

b.

aċidu 2,4,5-triklorofenossiaċetiku (CAS 93-76-5) imħallat mal-aċidu 2,4-diklorofenossiaċetiku (CAS 94-75-7) (Aġent Oranġjo (CAS 39277-47-9));

c.

Prekursuri binarji u perkursuri ewlenin għall-gwerra kimika, kif ġej:

1.

Alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) Fosfonil Difluworidi, bħal:

 

DF: Metil Fosfonildifluworid (CAS 676-99-3);

2.

O-Alkil (H jew daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) O-2-dialkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil)-amminoetil alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) fosfoniti u mlieħ alkilati u protonati korrispondenti, bħal:

 

QL: O-Etil O-2-di-isopropilamminoetil metilfosfonit (CAS 57856-11-8);

3.

Klorosarin: O-Isopropil metilfosfonokloridat (CAS 1445-76-7);

4.

Klorosoman: O-Pinakolil metilfosfonokloridat (CAS 7040-57-5);

d.

“Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”, sustanzi kimiċi kostitwenti attivi u taħlitiet tagħhom, inkluż:

1.

α-Bromobenżeneaċetonitril, (Bromobenżil ċjanid) (CA) (CAS 5798-79-8);

2.

[(2-klorofenil) metilen] propandinitril, (o-Klorobenżilidenemalononitril (CS) (CAS 2698-41-1);

3.

2-Kloro-1-feniletanon, Klorur ta’ fenilaċil (ω-kloroaċetofenon) (CN) (CAS 532-27-4);

4.

Dibenż-(b,f)-1,4-ossażefin, (CR) (CAS 257-07-8);

5.

10-Kloro-5,10-diidrofenarsażin, (Klorur tal-fenarsażin), (Adamsit), (DM) (CAS 578-94-9);

6.

N-Nonanoilmorfolin, (MPA) (CAS 5299-64-9);

Nota 1

ML7.d ma japplikax għal “aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet” ippakkjati b’mod individwali għal finijiet ta’ difiża personali.

Nota 2

ML7.d. ma japplikax għal sustanzi kimiċi kostitwenti attivi, u taħlitiet tagħhom, identifikati u ppakkjati għall-produzzjoni tal-ikel jew finijiet mediċi.

e.

Tagħmir iddiżinjat jew modifikat apposta għall-użu militari, iddiżinjat jew modifikat għad-disseminazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

1.

Materjali jew aġenti speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML 7d.; jew

2.

Aġenti kimiċi tal-gwerra magħmula minn prekursuri speċifikati minn ML7.c.;

f.

Tagħmir protettiv u ta’ dekontaminazzjoni, iddiżinjati jew modifikati apposta għal użu militari, komponenti u taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi kif ġej:

1.

Tagħmir, iddiżinjat jew modifikat għad-difiża kontra materjali speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7.d., u komponenti ddiżinjati apposta għal dan;

2.

Tagħmir iddiżinjat jew modifikat għad-dekontaminazzjoni ta’ oġġetti kkontaminati b’materjali speċifikati minn ML7.a. jew ML7.b., u komponenti ddiżinjati apposta għal dan;

3.

Taħlitiet kimiċi żviluppati jew ifformulati apposta għad-dekontaminazzjoni ta’ oġġetti kontaminati minn materjali speċifikati minn ML7.a. jew ML7.b.;

Nota

ML7.f.1. jinkludi:

a.

Unitajiet ta’ kondizzjonament tal-arja ddiżinjati jew modifikati għal filtrazzjoni nukleari, bijoloġika jew kimika;

b.

Ilbies ta’ protezzjoni.

N.B.

Għal maskli tal-gass u tagħmir protettiv u ta’ dekontaminazzjoni ċivili, ara wkoll l-entrata 1A004 fuq il-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE.

g.

Tagħmir iddiżinjat jew modifikat apposta għall-użu militari, iddiżinjat jew modifikat għas-sejbien jew l-identifikazzjoni ta’ materjali speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7.d., u komponenti ddiżinjati apposta għal dan;

Nota

ML7.g. ma japplikax għal dożimetri personali għall-monitoraġġ ta’ radjazzjoni.

N.B.

Ara wkoll l-entrata 1A005 fuq il-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE.

h.

“Bijopolimeri” iddiżinjati jew ipproċessati apposta għas-sejbien jew l-identifikazzjoni ta’ aġenti kimiċi tal-gwerra speċifikati minn ML7.b., u l-kulturi ta’ ċelluli speċifiċi użati biex dawn jiġu prodotti;

i.

“Bijokatalisti” għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta’ aġenti kimiċi tal-gwerra, u s-sistemi bijoloġiċi tagħhom, kif ġej:

1.

“Bijokatalisti” ddiżinjati apposta għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta’ aġenti kimiċi tal-gwerra speċifikati minn ML7.b., u li jirriżultaw mis-selezzjoni taħt direzzjoni fil-laboratorju jew il-manipulazzjoni ġenetika ta’ sistemi bijoloġiċi;

2.

Sistemi bijoloġiċi li fihom l-informazzjoni ġenetika speċifika għall-produzzjoni ta’ “bijokatalisti” speċifikati minn ML7.i.1., kif ġej:

a.

“Vetturi ta’ espressjoni”;

b.

Virusijiet;

c.

Kulturi ta’ ċelloli.

Nota 1

ML7.b. u ML7.d. ma japplikawx għal dan li ġej:

a.

Klorur ċjanoġenu (CAS 506-77-4). Ara l-entrata 1C450.a.5. fuq il-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE;

b.

Aċidu Idroċijaniku (CAS 74-90-8);

c.

Kloru (CAS 7782-50-5);

d.

Klorur karbonil (fosġenu) (CAS 75-44-5). Ara l-entrata 1C450.a.4. fuq il-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE;

e.

Difosġen (triklorometil-kloroformat) (CAS 503-38-8);

f.

Ma ntużax minn wara l-2004;

g.

Bromur ksilil, orto: (CAS 89-92-9), meta: (CAS 620-13-3), para: (CAS 104-81-4);

h.

Benżil bromur (CAS 100-39-0);

i.

Benżil jodur (CAS 620-05-3);

j.

Aċetun bromo (CAS 598-31-2);

k.

Bromur ċjanoġenu (CAS 506-68-3);

l.

Metiletilketon bromo (CAS 816-40-0);

m.

Aċetun kloro (CAS 78-95-5);

n.

Jodoaċetat etil (CAS 623-48-3);

o.

Aċetun jodo (CAS 3019-04-3);

p.

Kloropikrin (CAS 76-06-2). Ara l-entrata 1C450.a.7. fuq il-Lista ta’ Użu-Doppju tal-UE.

Nota 2

Il-kulturi taċ-ċelluli u s-sistemi bijoloġiċi speċifikati minn ML7.h. u ML7.i.2. huma esklussivi u dawn is-subpunti ma japplikawx għal ċelluli jew sistemi bijoloġiċi għal finijiet ċivili, bħal dawk agrikoli, farmaċewtiċi, mediċinali, veterinarji, ambjentali, ġestjoni tal-iskart, jew fl-industrija tal-ikel.

ML8   

“Materjali enerġetiċi”, u sustanzi relatati, kif ġej:

N.B. 1.

Ara wkoll l-entrata 1C011 fuq il-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE.

N.B. 2.

Għal kargi u tagħmir, ara ML4 u l-entrata 1A008 dwar il-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE.

Noti Tekniċi

1.

Għall-finijiet ta’ ML8, eskluż ML8.c.11. jew ML8.c.12., “taħlita” tirreferi għal kompożizzjoni ta’ żewġ sustanzi jew aktar b’minn tal-inqas sustanza waħda elenkata fis-subpunti ML8.

2.

Kwalunkwe sustanza elenkata fis-subpunti ta’ ML8 hija soġġetta għal din il-lista, anki meta użata f’applikazzjoni minbarra dik indikata. (pereżempju, TAGN hija fil-biċċa l-kbira użata bħala splussiv iżda tista’ tintuża wkoll bħala karburant jew bħala ossidant.)

3.

Għall-finijiet ta’ ML8., id-daqs tal-partiċella huwa d-dijametru medju tal-partiċella fuq bażi ta’ piż jew volum. Standards internazzjonali jew nazzjonali ekwivalenti ser jintużaw fit-teħid ta’ kampjuni u fid-determinazzjoni tad-daqs tal-partiċella.

a.

“Splussivi” kif ġej, u ’taħlitiet’ tagħhom:

1.

ADNBF (amminodinitrobenżofurossan jew 7-ammino-4,6-dinitrobenżofurażan-1-ossidu) (CAS 97096-78-1);

2.

BNCP (cis-bis (5-nitrotetrażolatu) tetra ammina-kobalt (III) perklorat) (CAS 117412-28-9);

3.

CL-14 (diammino dinitrobenżofurossan jew 5,7-diammino-4,6-dinitrobenżofurażan-1-ossidu) (CAS 117907-74-1);

4.

CL-20 (HNIW jew Eżanitrueżaażajsowurtżitan) (CAS 135285-90-4); klatrati ta’ CL-20 (ara wkoll ML8.g.3. u g.4. għall-“prekursuri” tiegħu);

5.

CP (2-(5-ċjanotetrażolatu) penta ammina-kobalt (III) perklorat) (CAS 70247-32-4);

6.

DADE (1,1-diammino-2,2-dinitroetilen, FOX-7) (CAS 145250-81-3);

7.

DATB (diamminotrinitrobenżen) (CAS 1630-08-6);

8.

DDFP (1,4-dinitrodifurażanopiperażin);

9.

DDPO (2,6-diammino-3,5-dinitropirażin-1-ossidu, PZO) (CAS 194486-77-6);

10.

DIPAM (3,3’-diammino-2,2’,4,4’,6,6’-eżanitrobifenil jew dipikrammid) (CAS 17215-44-0);

11.

DNGU (DINGU jew dinitroglikoluril) (CAS 55510-04-8);

12.

Furażani kif ġej:

a.

DAAOF (DAAF, DAAFox, jew diamminoażossifurażan);

b.

DAAzF (diamminoażofurażan) (CAS 78644-90-3);

13.

HMX u derivati (ara wkoll ML8.g.5. għall-“prekursuri” tiegħu), kif ġej:

a.

HMX (Ċiklotetrametilentetranitrammina, ottaidru-1,3,5,7-tetranitro-1,3,5,7-tetrażin, 1,3,5,7-tetranitro-1,3,5,7-tetraża-ċikloottan, ottoġen jew ottoġene) (CAS 2691-41-0);

b.

analogi difluworoamminati ta’ HMX;

c.

K-55 (2,4,6,8-tetranitro-2,4,6,8-tetraażabiċiklo [3,3,0]-ottanon-3, tetranitrosemiglikouril jew keto-biċikliko HMX) (CAS 130256-72-3);

14.

HNAD (eżanitroadamantan) (CAS 143850-71-9);

15.

HNS (eżanitrostilben) (CAS 20062-22-0);

16.

Imidażoli kif ġej:

a.

BNNII (Ottaidro-2,5-bis(nitroimmino)imidażo [4,5-d]imidażol);

b.

DNI (2,4-dinitroimidażol) (CAS 5213-49-0);

c.

FDIA (1-fluworo-2,4-dinitroimidażol);

d.

NTDNIA (N-(2-nitrotriażolo)-2,4-dinitroimidażol);

e.

PTIA (1-pikril-2,4,5-trinitroimidażol);

17.

NTNMH (1-(2-nitrotriażolo)-2-dinitrometilen idrażina);

18.

NTO (ONTA jew 3-nitro-1,2,4-triażol-5-on) (CAS 932-64-9);

19.

Polinitrokubani b’aktar minn erba’ gruppi ta’ nitro;

20.

PYX (2,6-Bis(pikrilammino)-3,5-dinitropiridina) (CAS 38082-89-2);

21.

RDX u derivati, kif ġej:

a.

RDX (ċiklotrimetilentrinitrammina, ċiklonit, T4, eżaidro-1,3,5-trinitro-1,3,5-triażin, 1,3,5-trinitro-1,3,5-triaża-ċikloeżan, eżoġen jew eżoġene) (CAS 121-82-4);

b.

Keto-RDX (K-6 jew 2,4,6-trinitro-2,4,6-triażaċikloeżanon) (CAS 115029-35-1);

22.

TAGN (triamminogwanidinenitrat) (CAS 4000-16-2);

23.

TATB (triamminotrinitrobenżen) (CAS 3058-38-6) (ara wkoll ML8.g.7 għall-“prekursuri” tiegħu);

24.

TEDDZ (3,3,7,7-tetrabis(difluworoammina) ottaidro-1,5-dinitro-1,5-diażoċina);

25.

Tetrażoli kif ġej:

a.

NTAT (nitrotriażol amminotetrażol);

b.

NTNT (1-N-(2-nitrotriażolo)-4-nitrotetrażol);

26.

Tetril (trinitrofenilmetilnitrammina) (CAS 479-45-8);

27.

TNAD (1,4,5,8-tetranitro-1,4,5,8-tetraażadekalin) (CAS 135877-16-6) (ara wkoll ML8.g.6. għall-“prekursuri” tiegħu);

28.

TNAZ (1,3,3-trinitroażetidina) (CAS 97645-24-4) (ara wkoll ML8.g.2. għall-“prekursuri” tiegħu);

29.

TNGU (SORGUYL jew tetranitroglikoluril) (CAS 55510-03-7);

30.

TNP (1,4,5,8-tetranitro-piridażino[4,5-d]piridażina) (CAS 229176-04-9);

31.

Triażini kif ġej:

a.

DNAM (2-ossi-4,6-dinitroammino-s-triażina) (CAS 19899-80-0);

b.

NNHT (2-nitroimmino-5-nitro-eżaidro-1,3,5-triażina) (CAS 130400-13-4);

32.

Triażoli kif ġej:

a.

5-ażido-2-nitrotriażol;

b.

ADHTDN (4-ammino-3,5-diidrażino-1,2,4-triażol dinitrammida) (CAS 1614-08-0);

c.

ADNT (1-ammino-3,5-dinitro-1,2,4-triażol);

d.

BDNTA ([bis-dinitrotriażol]ammina);

e.

DBT (3,3’-dinitro-5,5-bi-1,2,4-triażol) (CAS 30003-46-4);

f.

DNBT (dinitrobistriażol) (CAS 70890-46-9);

g.

Ma ntużax minn wara l-2010;

h.

NTDNT (1-N-(2-nitrotriażol) 3,5-dinitrotriażol);

i.

PDNT (1-pikril-3,5-dinitrotriażol);

j.

TACOT (tetranitrobenżotriażolobenżotriażol) (CAS 25243-36-1);

33.

“Splussivi” mhux elenkati xi mkien ieħor f’ML8.a. u li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Veloċità ta’ detonazzjoni li taqbeż it-8 700 m/s, b’densità massima, jew

b.

Pressjoni ta’ detonazzjoni li taqbeż 34 GPa (340 kbar);

34.

Ma ntużax minn wara l-2013;

35.

DNAN (2,4-dinitroanisol) (CAS 119-27-7);

36.

TEX (4,10-Dinitro-2,6,8,12-tetraossa-4,10-diażaisowurtżitan);

37.

GUDN (Gwanilurea dinitrammid) FOX-12 (CAS 217464-38-5);

38.

Tetrażini, kif ġej:

a.

BTAT (Bis(2,2,2-trinitroetil)-3,6-diamminotetrażina);

b.

LAX-112 (3,6-diammino-1,2,4,5-tetrażina-1,4-diossidu);

39.

Materjali joniċi enerġetiċi li jdubu bejn 343 K (70 °C) u 373 K (100 °C) u b’veloċità ta’ detonazzjoni li taqbeż is-6 800 m/s jew bi pressjoni ta’ detonazzjoni li taqbeż it-18 GPa (180 kbar);

40.

BTNEN (Bis(2,2,2-trinitroetil)-nitrammina) (CAS 19836-28-3);

41.

FTDO (5,6-(3’,4’-furazano)- 1,2,3,4-tetrażina-1,3-diossidu);

42.

EDNA (Etilinedinitrammina) (CAS 505-71-5);

43.

TKX-50 (Diidrossilammonju 5,5’-bistetrażol-1,1’-diolat);

Nota

ML8.a. jinkludi ’kokristalli splussivi’.

Nota Teknika

’Kokristall splussiv’ huwa materjal solidu li huwa magħmul minn arranġament tridimensjonali f’ordni ta’ żewġ molekuli splussivi jew aktar, fejn tal-anqas wieħed minnhom ikun speċifikat fi ML8.a.

b.

“Propellanti”, kif ġej:

1.

Kwalunkwe “propellant” solidu b’impuls speċifiku teoretiku (taħt kondizzjonijiet standard) ta’ aktar minn:

a.

240 sekonda għal “propellant” mhux metallizzat, mhux aloġenizzat;

b.

250 sekonda għal “propellant” mhux metallizzat, alloġenizzat; jew

c.

260 sekonda għal “propellant” metallizzat;

2.

Ma ntużax minn wara l-2013;

3.

“Propellanti” b’forza kostanti ta’ aktar minn 1 200 kJ/kg;

4.

“Propellanti” li kapaċi jżommu rata ta’ ħruq lineari bi stat stabbli ta’ aktar minn 38 mm/s taħt kondizzjonijiet standard (kif imkejjel fil-forma ta’ strand singola inibita) ta’ pressjoni ta’ 6,89 MPa (68,9 bar) u 294 K (21 °C);

5.

“Propellanti” bbażati fuq Elastomeru Modifikat fuq Fużjoni Doppja (EMCDB) b’estensibbiltà bi stress massimu ta’ aktar minn 5 % f’temperatura ta’ 233 K (- 40 °C);

6.

Kwalunkwe “propellant” li fih sustanzi speċifikati minn ML8.a.;

7.

“Propellanti”, mhux speċifikati xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE, iddiżinjati apposta għall-użu militari;

c.

“Pirotekniċi”, karburanti u sustanzi relatati, kif ġej, u ’taħlitiet’ tagħhom:

1.

Karburanti tal-“inġenji tal-ajru” fformulati apposta għal finijiet militari;

Nota 1

ML8.c.1 ma japplikax għall-fjuwils tal-“inġenji tal-ajru” li ġejjin: JP-4, JP-5, u JP-8.

Nota 2

Karburanti tal-“inġenji tal-ajru” speċifikati minn ML8.c.1. huma prodotti mitmuma, mhux il-kostitwenti tagħhom.

2.

Alane (idrur tal-aluminju) (CAS 7784-21-6);

3.

Borani, kif ġej, u derivati tagħhom:

a.

Karborani;

b.

Omologi tal-boran, kif ġej:

1.

Dekarboran (14) (CAS 17702-41-9);

2.

Pentaboran (9) (CAS 19624-22-7);

3.

Pentaboran (11) (CAS 18433-84-6);

4.

Idrażina u derivati, kif ġej (ara wkoll ML8.d.8. u d.9. għal derivati ossidanti tal-idrażina):

a.

Idrażina (CAS 302-01-2) f’konċentrazzjonijiet ta’ 70 % jew aktar;

b.

Idrażina monometil (CAS 60-34-4);

c.

Idrażina dimetil simmetrika (CAS 540-73-8);

d.

Idrażina dimetil mhux simmetrika (CAS 57-14-7);

Nota

ML8.c.4.a. ma japplikax għal ’taħlitiet’ ta’ idrażina fformulati apposta għall-kontroll tal-korrużjoni.

5.

Karburanti tal-metall, ’taħlitiet’ tal-karburanti jew ’taħlitiet’ “pirotekniċi”, b’forma ta’ partiċelli kemm jekk sferiċi, atomizzati, sferojdali, ifflejkjati jew mitħuna, manifatturati minn materjal li jikkonsisti f’99 % jew aktar minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Metalli, kif ġej, u ’taħlitiet’ tagħhom:

1.

Berillju (CAS 7440-41-7) f’daqsijiet ta’ partiċelli ta’ anqas minn 60 μm;

2.

Trab tal-ħadid (CAS 7439-89-6) b’daqs ta’ partiċelli ta’ 3 μm jew anqas prodott bir-riduzzjoni ta’ ossidu tal-ħadid bl-idroġenu;

b.

’Taħlitiet’ li fihom kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Zirkonjum (CAS 7440-67-7), manjesju (CAS 7439-95-4) jew ligi ta’ dawn f’daqsijiet ta’ partiċelli ta’ anqas minn 60 μm; jew

2.

Karburanti minn boron (CAS 7440-42-8) jew karbur tal-boron (CAS 12069-32-8) ta’ purezza ta’ 85 % jew ogħla u daqsijiet ta’ partiċelli ta’ anqas minn 60 μm;

Nota 1

ML8.c.5. japplika għal “splussivi” u karburanti, kemm jekk il-metalli jew il-ligi huma maqbuda f’kapsula tal-aluminju, tal-manjeżju, taż-żirkonju, jew tal-berillju, kif ukoll jekk le.

Nota 2

ML8.c.5.b. japplika biss għall-karburanti tal-metall f’forma ta’ partiċelli meta jkunu mħallta ma’ sustanzi oħra biex jifformaw “taħlita” fformulata għall-iskopijiet militari bħal sospensjoni magħquda ta’ “propellant” likwidu, “propellanti” solidi, jew “taħlitiet”“pirotekniċi”.

Nota 3

ML8.c.5.b.2. ma japplikax għal boron u karbur tal-boron arrikkit b’boron-10 (20 % jew aktar ta’ kontenut totali ta’ boron-10.)

6.

Materjali militari, li fihom ħaxxiena għal karburanti idrokarburi, ifformulati apposta għall-użu f’kanuni tal-fjammi jew munizzjonijiet inċendjarji, bħal stearati tal-metall (pereżempju, ottal (CAS 637-12-7)) jew palmitati;

7.

Perklorati, klorati u kromati, kompożitati b’metall fi trab jew komponenti oħra ta’ karburanti b’kontenuti għolja ta’ enerġija;

8.

Trab tal-aluminju sferiku jew sferojdali (CAS 7429-90-5) b’daqs ta’ partiċelli ta’ 60 μm jew anqas u manifatturat minn materjal b’kontenut ta’ aluminju ta’ 99 % jew aktar;

9.

Subidridu tat-titanju (TiHn) ta’ stojkjometrija ekwivalenti għal n = 0,65-1,68;

10.

Karburanti likwidi b’densità ta’ enerġija għolja mhux speċifikati f’ML8.c.1., kif ġej:

a.

Karburanti mħallta, li jinkludu karburanti kemm solidi kif ukoll likwidi, (pereżempju tajn tal-boron), b’densità ta’ enerġija bbażata fuq il-massa ta’ 40 MJ/kg jew iktar;

b.

Karburanti u addittivi ta’ karburanti oħrajn b’densità ta’ enerġija għolja (pereżempju, kuban, soluzzjonijiet joniċi, JP-7, JP-10) li għandhom densità ta’ enerġija bbażata fuq il-volum ta’ 37,5 GJ kull metru kubu jew iktar, b’temperatura ta’ 293 K (20 °C) u pressjoni tal-atmosfera (101,325 kPa);

Nota

ML8.c.10.b. ma japplikax għal karburanti fossili raffinati jew bijokarburanti, jew karburanti għal magni ċċertifikati għall-użu fl-avjazzjoni ċivili.

11.

Materjali “pirotekniċi” u piroforiċi, kif ġej:

a.

Materjali “pirotekniċi” jew piroforiċi fformulati speċifikament sabiex itejbu jew jikkontrollaw il-produzzjoni ta’ enerġija rradjata fi kwalunkwe parti tal-ispettru IR;

b.

Taħlitiet tal-manjeżju, politetrafluworoetilen (PTFE) u kopolimeru ta’ difluworidu-eżafluworopropilen tal-viniliden (pereżempju MTV);

12.

Taħlitiet tal-karburanti, taħlitiet “pirotekniċi” jew “materjali enerġetiċi”, mhux speċifikati mkien ieħor f’ML8, li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Li fihom aktar minn 0,5 % ta’ partiċelli ta’ kwalunkwe minn dan li ġej:

1.

Aluminju;

2.

Berillju;

3.

Boron;

4.

Żirkonju;

5.

Manjeżju; jew

6.

Titanju;

b.

Partiċelli speċifikati minn ML8.c.12.a. b’daqs anqas minn 200 nm fi kwalunkwe direzzjoni; u

c.

Partiċelli speċifikati minn ML8.c.12.a. b’kontenut tal-metall ta’ 60 % jew aktar;

Nota

ML8.c.12. jinkludi termiti.

d.

Ossidanti, kif ġej, u ’taħlitiet’ tagħhom:

1.

ADN (ammonju dinitrammid jew SR 12) (CAS 140456-78-6);

2.

AP (ammonju perklorat) (CAS 7790-98-9);

3.

Komposti magħmula minn fluworu u kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Aloġeni oħrajn;

b.

Ossiġenu; jew

c.

Nitroġenu;

Nota 1

ML8.d.3 ma japplikax għal kloru trifluworid (CAS 7790-91-2).

Nota 2

ML8.d.3 ma japplikax għal nitroġenu trifluworid (CAS 7783-54-2) fl-istat gassuż tiegħu.

4.

DNAD (1,3-dinitro-1,3-diażetidina) (CAS 78246-06-7);

5.

HAN (idrossilammonju nitrat) (CAS 13465-08-2);

6.

HAP (idrossilammonju perklorat) (CAS 15588-62-2);

7.

HNF (idrażinju nitroformat) (CAS 20773-28-8);

8.

Nitrat tal-idrażina (CAS 37836-27-4);

9.

Perklorat tal-idrażina (CAS 27978-54-7);

10.

Ossidanti likwidi magħmula minn jew li fihom aċidu nitriku fumanti aħmar inibit (IRFNA) (CAS 8007-58-7);

Nota

ML8.d.10 ma japplikax għal aċidu nitriku fumanti mhux inibit.

e.

Bajnders, plastikizzaturi, monomeri u polimeri, kif ġej:

1.

AMMO (ażidometilmetilossetan u l-polimeri tiegħu) (CAS 90683-29-7) (ara wkoll ML8.g.1. għall-“prekursuri” tiegħu);

2.

BAMO (3,3-bis(ażidometil)ossetan u l-polimeri tiegħu) (CAS 17607-20-4) (ara wkoll ML8.g.1. għall-“prekursuri” tiegħu);

3.

BDNPA (bis (2,2-dinitropropil)aċetal) (CAS 5108-69-0);

4.

BDNPF (bis (2,2-dinitropropil)formal) (CAS 5917-61-3);

5.

BTTN (butantrioltrinitrat) (CAS 6659-60-5) (ara wkoll ML8.g.8. għall-“prekursuri” tiegħu);

6.

Monomeri, plastikizzaturi jew polimeri enerġetiċi, ifformulati b’mod speċjali għall-użu militari u li fihom kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Gruppi ta’ nitro;

b.

Gruppi ta’ ażido;

c.

Gruppi ta’ nitrat;

d.

Gruppi ta’ nitraża; jew

e.

Gruppi ta’ difluworoammin;

7.

FAMAO (3-difluworoamminometil-3-ażidometil ossetan) u l-polimeri tiegħu;

8.

FEFO (bis-(2-fluworo-2,2-dinitroetil) formal) (CAS 17003-79-1);

9.

FPF-1 (poli-2,2,3,3,4,4-eżafluworopentan-1,5-diol formal) (CAS 376-90-9);

10.

FPF-3 (poli-2,4,4,5,5,6,6-ettafluworo-2-tri-fluworometil-3-ossaettan-1,7-diol formal);

11.

GAP (polimeru ta’ gliċidilażid) (CAS 143178-24-9) u d-derivati tiegħu;

12.

HTPB (polibutadien terminat bl-idrossil) b’funzjonalità ta’ idrossil li hija ugwali jew aktar minn 2,2 u ugwali jew inqas minn 2,4, valur tal-idrossil ta’ inqas minn 0,77 meq/g, u b’viskożità fi 30 °C ta’ inqas minn 47 poise (CAS 69102-90-5);

13.

Poli(epikloroidrin) alkoħol funzjonalizzat, b’piż molekolari ta’ anqas minn 10 000, kif ġej:

a.

Poli(epikloroidrindiol);

b.

Poli(epikloroidrintriol)

14.

NENAs (komposti nitratoetilnitrammini) (CAS 17096-47-8, 85068-73-1, 82486-83-7, 82486-82-6 u 85954-06-9);

15.

PGN (poli-GLYN, poligliċidilnitrat jew poli(nitratometil ossiran)) (CAS 27814-48-8);

16.

Poli-NIMMO (poli (nitratometilmetilossetan), poli-NMMO jew poli(3-Nitratometil-3-metilossetan)) (CAS 84051-81-0);

17.

Polinitroortokarbonati;

18.

TVOPA (1,2,3-tris[1,2-bis(difluworoammino)etossi] propan jew tris vinossi propan addott) (CAS 53159-39-0);

19.

4,5 diażidometil-2-metil-1,2,3-triażol (iso-DAMTR);

20.

PNO (Poli(3-nitrato ossetan));

21.

TMETN (Trimetiloletan trinitrat) (CAS 3032-55-1);

f.

“Teknoloġija”, kif ġej:

1.

Ram saliċilat bażiku (CAS 62320-94-9);

2.

BHEGA (bis-(2-idrossietil) glikolammid) (CAS 17409-41-5);

3.

BNO (butadienenitrilossidu);

4.

Derivati tal-ferroċen kif ġej:

a.

Butaċen (CAS 125856-62-4);

b.

Katoċen (2,2-bis-etilferroċenil propan) (CAS 37206-42-1);

c.

Aċidi karbossiliċi tal-ferroċen u esteri tal-aċidi karbossiliċi tal-ferroċen;

d.

n-butil-ferroċen (CAS 31904-29-7);

e.

Polimeri derivati addotti tal-ferroċen oħra mhux speċifikati mkien ieħor f’ML8.f.4.;

f.

Etil ferroċen (CAS 1273-89-8);

g.

Propil ferroċen;

h.

Pentil ferroċen (CAS 1274-00-6);

i.

Diċiklopentil ferroċen;

j.

Diċikloeżil ferroċen;

k.

Dietil ferroċen (CAS 1273-97-8);

l.

Dipropil ferroċen;

m.

Dibutil ferroċen (CAS 1274-08-4);

n.

Dieżil ferroċen (CAS 93894-59-8);

o.

Aċetil ferroċen (CAS 1271-55-2)/1,1’-diaċetil ferroċen (CAS 1273-94-5);

5.

Beta-resorċilat taċ-ċomb (CAS 20936-32-7) jew beta-risorċilat tar-ram (CAS 70983-44-7);

6.

Ċitrat taċ-ċomb (CAS 14450-60-3);

7.

Kelati taċ-ċomb-ram ta’ beta-risorċilat jew saliċilati (CAS 68411-07-4);

8.

Maleat taċ-ċomb (CAS 19136-34-6);

9.

Saliċilat taċ-ċomb (CAS 15748-73-9);

10.

Stannat taċ-ċomb (CAS 12036-31-6);

11.

MAPO (tris-1-(2-metil)ażiridinil fosfin ossidu) (CAS 57-39-6); BOBBA 8 (bis(2-metil ażiridinil) 2-(2-idrossipropanossi) propilammin fosfin ossidu); u derivati MAPO oħra;

12.

Metil BAPO (bis(2-metil ażiridinil) metilammin fosfin ossidu) (CAS 85068-72-0);

13.

N-metil-p-nitroanilin (CAS 100-15-2);

14.

3-Nitraża-1,5-pentan diisoċjanat (CAS 7406-61-9);

15.

Aġenti ta’ igganċjar organo-metalliċi kif ġej:

a.

Neopentil[diallil]oxi, tri[dioctil]fosfat-titanate (CAS 103850-22-2); magħruf ukoll bħala titanju IV, 2,2[bis 2-propenolato-metil, butanolato, tris (dioctil) fosfato] (CAS 110438-25-0); jew LICA 12 (CAS 103850-22-2);

b.

Titanju IV, [(2-propenolato-1) metil, n-propanolatometil] butanolato-1, tris[diottil] pirofosfat jew KR3538;

c.

Titanju IV, [(2-propenolato-1) metil, n-propanolatometil] butanolato-1, tris(diottil) fosfat;

16.

Poliċjanodifluworoamminoetileneossidu;

17.

Aġenti li jgħaqqdu kif ġej:

a.

1,1R,1S-trimesoil-tris(2-etilażiridina) (HX-868, BITA) (CAS 7722-73-8);

b.

Ammidi ażirdini polifunzjonali bi strutturi ta’ rinforz isoftaliċi, trimesiċi, isoċjanuriċi jew trimetiladipiċi u li għandhom ukoll grupp ażiridiniku ta’ 2-metil jew 2-etil;

Nota

Il-punt ML.8.f.17.b. jinkludi:

a.

1,1H- Isoftaloil-bis(2-metilażiridina)(HX-752) (CAS 7652-64-4);

b.

2,4,6-tris(2-etil-1-ażiridinil)-1,3,5-triażina (HX-874) (CAS 18924-91-9);

c.

1,1’-trimetiladipoil-bis(2-etilażiridina) (HX-877)(CAS 71463-62-2).

18.

Propilenimmina (2-metilażiridina) (CAS 75-55-8);

19.

Ossidu tal-ħadid fin ħafna (Fe2O3) (CAS 1317-60-8) b’medda tal-wiċċ speċifika aktar minn 250 m2/g u daqs medju tal-partiċelli ta’ 3,0 nm jew anqas;

20.

TEPAN (tetraetilinpentaamminakrilonitril) (CAS 68412-45-3); poliammini ċianoetilati u l-imluħa tagħhom;

21.

TEPANOL (tetraetilenepentaamminaakrilonitrilegliċidol) (CAS 68412-46-4); poliammini ċianoetilati addotti bi gliċidol u l-imluħa tagħhom;

22.

TPB (trifenil bismut) (CAS 603-33-8);

23.

TEPB (Tris (etossifenil) bismut) (CAS 90591-48-3);

g.

“Prekursuri” kif ġej:

N.B.

F’ML8.g. ir-referenzi huma għal “Materjali Enerġetiċi” speċifikati manifatturati minn dawn is-sustanzi.

1.

BCMO (3,3-bis(klorometil)ossetan) (CAS 78-71-7) (ara wkoll ML8.e.1. u e.2.);

2.

Melħ dinitroażetidin-t-butil (CAS 125735-38-8) (ara wkoll ML8.a.28.);

3.

Derivati tal-eżaażaisowurtżitan inkluż HBIW (eżabenżileżaażaisowurtżitan) (CAS 124782-15-6) (ara wkoll ML8.a.4.) u TAIW (tetraaċetildibenżileżaażaisowurtżitan) (CAS 182763-60-6) (ara wkoll ML8.a.4.);

4.

Ma ntużax minn wara l-2013;

5.

TAT (1,3,5,7 tetraaċetil-1,3,5,7,-tetraaża ċiklo-ottan) (CAS 41378-98-7) (ara wkoll ML8.a.13.);

6.

1,4,5,8-tetraażadekalin (CAS 5409-42-7) (ara wkoll ML8.a.27.);

7.

1,3,5-triklorobenżen (CAS 108-70-3) (ara wkoll ML8.a.23.);

8.

1,2,4-triidrossibutan (1,2,4-butantriol) (CAS 3068-00-6) (ara wkoll ML8.e.5.);

9.

DADN (1,5-diaċetil-3,7-dinitro-1, 3, 5, 7-tetraaża-ċikloottan) (ara wkoll ML8.a.13).

h.

Trab u forom ta’ ’materjal reattiv’, kif ġej:

1.

Trab ta’ xi wieħed mill-materjali li ġejjin, b’daqs tal-partiċella ta’ inqas minn 250 μm f’kull direzzjoni u mhux speċifikati mkien ieħor minn ML8:

a.

Aluminju;

b.

Nijobju;

c.

Boron;

d.

Żirkonju;

e.

Manjeżju;

f.

Titanju;

g.

Tantalju;

h.

Tungstenu;

i.

Molibdenu; jew

j.

Afnju;

2.

Forom, mhux speċifikati minn ML3, ML4, ML12 jew ML16, magħmulin minn trab speċifikati minn ML8.h.1.

Noti Tekniċi

1.

’Materjali reattivi’ huma ddiżinjati biex jipproduċu reazzjoni esotermika biss b’rati ta’ pressjoni għolja u għal użu bħala kisjiet jew koperturi f’testati.

2.

Trab ta’ “materjal reattiv” jiġi prodott, pereżempju, minn proċess ta’ tħin bl-isferi b’livell għoli ta’ enerġija.

3.

Forom ta’ ’materjal reattiv’ jiġu prodotti, pereżempju, minn sinterizzazzjoni selettiva bil-laser.

Nota 1

ML8 ma japplikax għas-sustanzi li ġejjin dment li mhumiex magħquda jew imħallta mal-“materjal enerġetiku” speċifikat f’ML8.a. jew metalli fi trab speċifikati minn ML8.c.:

a.

Pikrat tal-ammonju (CAS 131-74-8);

b.

Trab iswed;

c.

Eżanitrodifenilammina (CAS 131-73-7);

d.

Difluworoammina (CAS 10405-27-3);

e.

Nitrolamtu (CAS9056-38-6);

f.

Nitrat tal-potassju (CAS 7757-79-1);

g.

Tetranitronaftalina;

h.

Trinitruaniżol;

i.

Trinitronaftalina;

j.

Trinitrossilen;

k.

N-pirrolidinon; 1-metil-2-pirrolidinon (CAS 872-50-4);

l.

Diottilmaleat (CAS 142-16-5);

m.

Etileżilakrilat (CAS 103-11-7);

n.

Trietilaluminju (TEA) (CAS 97-93-8), trimetilaluminju (TMA) (CAS 75-24-1), u alkili tal-metall piroforiċi oħra u arili tal-litju, sodju, manjeżju, żingu jew boron;

o.

Nitroċellulożju (CAS 9004-70-0);

p.

Nitrogliċerina (jew gliċeroltrinitrat, trinitrogliċerina) (NG) (CAS 55-63-0);

q.

2,4,6-trinitrutoluwen (TNT) (CAS 118-96-7);

r.

Etilendiamminadinitrat (EDDN) (CAS 20829-66-7);

s.

Pentaeritritoltetranitrat (PETN) (CAS 78-11-5);

t.

Ażid taċ-ċomb (CAS 13424-46-9), stifnat taċ-ċomb normali (CAS 15245-44-0) u stifnat taċ-ċomb bażiku (CAS 12403-82-6) u splussivi primarji jew kompożizzjonijiet ta’ innesk li fihom ażidi jew kumplessi ta’ ażid;

u.

Trietilenglikoldinitrat (TEGDN) (CAS 111-22-8);

v.

2,4,6-trinitroresorċinol (aċidu stifniku) (CAS 82-71-3);

w.

Dietildifenilureja (CAS 85-98-3); dimetildifenilureja (CAS 611-92-7); metiletildifenil urea [Ċentraliti];

x.

N,N-difenilurea (difenilurea mhux simmetrika) (CAS 603-54-3);

y.

Metil-N,N-difenilurea (difenilurea mhux simmettrika tal-metil) (CAS 13114-72-2);

z.

Etil-N,N-difenilurea (difenilurea mhux simmetrika tal-etil) (CAS 64544-71-4);

aa.

2-Nitrodifenilammina (2-NDPA) (CAS 119-75-5);

bb.

4-Nitrodifenilammina (4-NDPA) (CAS 836-30-6);

cc.

2,2-dinitropropanol (CAS 918-52-5);

dd.

Nitrogwanidina (CAS 556-88-7) (ara l-entrata 1C011.d. fuq il-lista ta’ Użu Doppju tal-UE).

Nota 2

ML8. ma japplikax għall-perklorat tal-ammonju (ML8.d.2.), NTO (ML8.a.18.) jew katoċen (ML8.f.4.b.), u għandu jissodisfa dan kollu:

a.

Magħmulin u fformulati b’mod speċjali għal apparat li jiġġenera l-gass għal użu ċivili;

b.

Komposti jew imħalltin, permezz ta’ bajnders jew plastifikanti ffurmati bis-sħana u mhux attivi, u li għandhom massa ta’ anqas minn 250 g;

c.

B’mhux aktar minn 80 % ta’ ammonju perklorat (ML8.d.2.) f’massa ta’ materjal attiv;

d.

B’4 g jew anqas ta’ NTO (ML8.a.18.); u

e.

Bi 1 g jew anqas ta’ katoċen (ML8.f.4.b.).

ML9   

Bastimenti tal-gwerra (fil-wiċċ jew ta’ taħt l-ilma), tagħmir navali speċjali, aċċessorji, komponenti u bastimenti tal-wiċċ oħra, kif ġej:

N.B.

Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ navigazzjoni, ara ML11.

a.

Bastimenti u komponenti, kif ġej:

1.

Bastimenti (tal-wiċċ jew ta’ taħt l-ilma) iddiżinjati jew modifikati apposta għal użu militari, irrispettivament mill-istat attwali ta’ tiswija jew kondizzjoni ta’ ħidma, u kemm jekk fihom sistemi jew armaturi ta’ fornitura ta’ armi kif ukoll jekk le, u bwieq jew partijiet mill-bwieq għal tali bastimenti, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom għal użu militari;

Nota

ML9 a.1. jinkludi vetturi ddiżinjati apposta jew modifikati għat-twassil tal-bugħaddasa.

2.

Bastimenti tal-wiċċ, mhux speċifikati f’ML9.a.1., li għandhom kwalunkwe element minn dawn, installati jew integrati fil-bastiment:

a.

Armi awtomatiċi – speċifikati f’ML1, jew armi speċifikati f’ML2, ML4, ML12 jew ML19, jew ’muntaturi’ jew punti ta’ konnessjoni (hard points) għal armi b’kalibru ta’ 12,7 mm jew aktar;

Nota Teknika

’Muntaturi’ tirreferi għal muntaturi tal-armi jew tisħiħ strutturali għall-fini li jiġu installati l-armi.

b.

Sistemi għall-kontroll tan-nar speċifikati f’ML5.;

c.

Għandhom dan kollu li ġej:

1.

’Protezzjoni Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN)’; u

2.

’Sistema pre-wet jew wash down’ diżinjati għal finijiet ta’ dekontaminazzjoni; jew

Noti Tekniċi

1.

’Protezzjoni CBRN’ hija spazju intern awtonomu li fih karatteristiċi bħal pressjoni eċċessiva, iżolament tas-sistemi ta’ ventilazzjoni, numru limitat ta’ fetħiet għall-ventilazzjoni li jkunu mgħammra b’filtri CBRN u punti ta’ aċċess għall-persunal limitati li jkunu mgħammra b’air-locks.

2.

’Sistema pre-wet jew wash down’ hija sistema li tisprejja l-ilma baħar li tista’ xxarrab fl-istess waqt is-superstruttura esterna u l-gverti ta’ bastiment.

d.

Sistemi attivi ta’ kontromiżuri għal armi speċifikati f’ML4.b., ML5.c. jew ML11.a. u li għandhom kwalunkwe element minn dawn li ġejjin:

1.

’Protezzjoni CBRN’;

2.

Buq u superstruttura ddiżinjati apposta biex inaqqsu l-marka li titħalla fuq ir-radar;

3.

Tagħmir għat-tnaqqis tal-marka termali, (pereżempju sistema għat-tkessiħ tal-gassijiet tal-egżost), għajr dak iddiżinjat apposta biex ikabbar l-effiċjenza ġenerali tal-impjant tal-enerġija jew biex jitnaqqas l-impatt ambjentali; jew

4.

Sistema ta’ degaussing iddiżinjata biex tnaqqas is-senjatura manjetika tal-bastiment kollu;

b.

Magni u sistemi ta’ propulsjoni, kif ġej, iddiżinjati apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji tagħhom iddiżinjati apposta għall-użu militari:

1.

Magni diżil iddiżinjati apposta għas-sottomarini;

2.

Magni jaħdmu bl-elettriku ddiżinjati apposta għas-sottomarini u li għandhom l-elementi kollha li ġejjin:

a.

Output ta’ enerġija ta’ aktar minn 0,75 MW (1 000 hp);

b.

Irriversjar rapidu;

c.

Imkessħa bil-likwidu; u

d.

Kompletament magħluqa;

3.

Magni diżil li għandhom l-elementi kollha li ġejjin:

a.

Output ta’ enerġija ta’ 37,3 kW (50 hp) jew aktar; u

b.

Kontenut ’mhux manjetiku’ li jaqbeż il-75 % tal-massa totali;

Nota Teknika

Għall-finijiet ta’ ML9.b.3, ’mhux manjetiċi’ tfisser li l-permeabilità relattiva hija inqas minn 2.

4.

’Sistemi ta’ ’Propulsjoni Indipendenti mill-Arja’ (AIP) iddiżinjati apposta għas-sottomarini;

Nota Teknika

“Propulsjoni Indipendenti mill-Arja” (AIP) tippermetti lil sottomarin taħt l-ilma jopera s-sistema ta’ propulsjoni tiegħu, mingħajr aċċess għal ossiġenu atmosferiku, għal żmien itwal minn dak li kien ikun possibbli mill-batteriji. Għall-finijiet ta’ ML9.b.4, AIP ma jinkludix enerġija nukleari. c.

c.

Apparat ta’ sejbien ta’ taħt l-ilma, iddiżinjat apposta għall-użu militari, u l-kontrolli u l-komponenti tiegħu ddiżinjati apposta għall-użu militari;

d.

Xbieki kontra s-sottomarini u xbieki kontra t-torpedos, iddiżinjati apposta għall-użu militari;

e.

Ma ntużax minn wara l-2003;

f.

Penetraturi u konnetturi tal-buq, iddiżinjati apposta għall-użu militari, li jippermettu l-interazzjoni ma’ tagħmir estern għal bastiment, u l-komponenti tagħhom iddiżinjati apposta għall-użu militari;

Nota

ML9.f. jinkludi konnetturi għal bastimenti li huma tat-tip tal-konduttur uniku, ta’ diversi kondutturi, koassjali jew waveguide, u penetraturi tal-buq għall-bastimenti, li t-tnejn li huma kapaċi jibqgħu jirreżistu d-dħul tal-ilma minn barra u li jżommu l-karatteristiċi meħtieġa fi profonditajiet marini li jaqbżu l-100 m; u konnetturi tal-fibre-optic u penetraturi ottiċi tal-buq, iddiżinjati apposta għat-trażmissjoni ta’ raġġi “laser”, irrispettivament mill-profondità. ML9.f. ma japplikax għal penetraturi tal-buq control-rod bix-xaft propulsiv u idrodinamiċi.

g.

Bearings silenzjużi li għandhom kwalunkwe wieħed mill-komponenti tagħhom li ġejjin, iddiżinjati apposta għall-użu militari:

1.

Sospensjoni bil-gass jew manjetika;

2.

Kontrolli tal-marka attiva; jew

3.

Kontrolli għas-soppressjoni tal-vibrazzjonijiet.

h.

Tagħmir li jiġġenera enerġija nukleari jew tagħmir ta’ propulsjoni, iddiżinjat apposta għall-bastimenti speċifikati f’ML9.a. u komponenti tagħhom iddiżinjati jew “modifikati” apposta għall-użu militari.

Nota Teknika

Għall-fini ta’ ML9.h., ’modifikat’ tfisser kwalunkwe bidla strutturali, elettrika, mekkanika jew ta’ tip ieħor li tipprovdi oġġett mhux militari b’kapaċitajiet militari ekwivalenti għal oġġett li huwa ddiżinjat apposta għall-użu militari.

Nota

ML9.h. jinkludi “reatturi nukleari”.

ML10   

“Inġenji tal-ajru”, “vetturi eħfef mill-arja”, “Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ” (“UAVs”), aeromagni u tagħmir għall-“inġenji tal-ajru”, tagħmir u komponenti relatati, kif ġej, iddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari:

N.B.

Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ navigazzjoni, ara ML11.

a.

“Inġenji tal-ajru” u “vetturi eħfef mill-arja” b’ekwipaġġ, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom;

b.

Ma ntużax minn wara l-2011;

c.

“Inġenji tal-ajru” mingħajr ekwipaġġ u “vetturi eħfef mill-arja”, u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

1.

“UAVs”, Vetturi tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPVs), vetturi programmabbli awtonomi u “vetturi eħfef mill-arja” mingħajr ekwipaġġ;

2.

Lanċaturi, tagħmir ta’ rkupru u tagħmir għall-appoġġ fuq l-art;

3.

Tagħmir iddiżinjat għall-kmand jew il-kontroll;

d.

Magni aeronawtiċi bi propulsjoni u komponenti ddiżinjati apposta għalihom;

e.

Tagħmir għall-għoti tal-karburant fl-ajru ddiżinjat jew modifikat apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti ddiżinjati apposta għalih:

1.

“Inġenji tal-ajru” speċifikati minn ML10.a.; jew

2.

“Inġenji tal-ajru” mingħajr ekwipaġġ speċifikati minn ML10.c.;

f.

Tagħmir tal-art iddiżinjat apposta għall-“inġenji tal-ajru” speċifikati minn ML10.a. jew għall-magni tal-ajru speċifikati minn ML10.d.;

Nota

ML10.f. jinkludi tagħmir għall-għoti tal-karburant bi pressjoni u tagħmir maħsub biex jiffaċilita operazzjonijiet f’żoni konfinati, inkluż tagħmir li jinsab abbord bastiment.

g.

Tagħmir għas-salvataġġ tal-ekwipaġġ tal-ajru, tagħmir għas-sikurezza tal-ekwipaġġ tal-ajru u apparat ieħor għat-tluq ta’ emerġenza, mhux speċifikati f’ML10.a., iddiżinjati għall-“inġenji tal-ajru” speċifikati minn ML10.a.;

Nota

ML10.g. ma jikkontrollax elmi tal-ekwipaġġ tal-ajru li ma jinkorporawx it-tagħmir speċifikat fil-Lista Militari Komuni tal-UE, jew li m’għandhomx muntaturi jew armar għalih.

N.B.

Għall-elmi ara wkoll ML13.c.

h.

Paraxutijiet, paragliders u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

1.

Paraxutijiet li mhumiex speċifikati xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE;

2.

Paragliders;

3.

Tagħmir maħsub apposta għal paraxutisti ta’ altitudni għolja (pereżempju, ilbies, elmi speċjali, sistemi għat-teħid tan-nifs, tagħmir tan-navigazzjoni);

i.

Tagħmir bi ftuħ ikkontrollat jew sistemi ta’ pilotaġġ awtomatiku, iddiżinjati għal tagħbijiet mitfugħa bil-paraxut.

Nota 1

ML10.a. ma japplikax għal “inġenji tal-ajru” u “vetturi eħfef mill-arja” jew varjanti ta’ dawk l-“inġenji tal-ajru” ddiżinjati apposta għall-użu militari, u li jkunu dan kollu li ġej:

a.

Li ma jkunux “inġenji tal-ajru” tal-ġlied;

b.

Li ma jkunux ikkonfigurati għall-użu militari u mhumiex mgħammra b’tagħmir jew aċċessorji ddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari; u

c.

Ċertifikati għal użu ċivili mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar.

Nota 2

ML10.d. ma japplikax għal:

a.

Aeromagni maħsuba jew modifikati għall-użu militari li ġew iċċertifikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar għall-użu fl-“inġenji tal-ajru ċivili”, jew komponenti ddiżinjati apposta għalihom;

b.

Magni reċiprokanti jew komponenti ddiżinjati apposta għalihom, ħlief dawk iddiżinjati apposta għal “UAVs”.

Nota 3

Għall-finijiet ta’ ML10.a. u ML10.d., komponenti ddiżinjati apposta u tagħmir relatat għal “inġenji tal-ajru” mhux militari jew aeromagni modifikati għall-użu militari, japplika biss għal dawk il-komponenti militari u għal tagħmir militari relatat meħtieġ għall-modifika għal użu militari.

Nota 4

Għall-finijiet ta’ ML10.a., l-użu militari jinkludi: ġlied, tkixxif militari, attakk, taħriġ militari, appoġġ loġistiku, u trasport u tfigħ mill-ajru ta’ truppi jew tagħmir militari.

Nota 5

ML10.a. ma japplikax għal “inġenji tal-ajru” u “vetturi eħfef mill-arja” li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Ġew manifatturati għall-ewwel darba qabel l-1946;

b.

Ma jinkludux oġġetti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE, dment li l-oġġetti ma jkunux meħtieġa biex jiġu sodisfatti standards ta’ sikurezza u ajrunavigabbiltà ta’ awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew ta’ Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar; u

c.

Ma jinkorporawx armi speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE, ħlief jekk dawn ma jistgħux jitħaddmu jew jitreġġgħu lura għall-operazzjoni.

Nota 6

ML10.d ma japplikax għal aeromagni bi propulsjoni li ġew immanifatturati għall-ewwel darba qabel l-1946.

ML11   

Tagħmir elettroniku, “inġenji spazjali” u komponenti, mhux speċifikati xi mkien ieħor fuq il-Lista Militari Komuni tal-UE, kif ġej:

a.

Tagħmir elettroniku ddiżinjat apposta għall-użu militari u komponenti ddiżinjati apposta għalih;

Nota

ML11.a. jinkludi:

a.

Tagħmir ta’ kontromiżura elettroniku u tagħmir ta’ kontro-kontromiżura elettroniku (jiġifieri, tagħmir iddiżinjat sabiex jintroduċi sinjali estranji jew skorretti f’riċevituri tal-komunikazzjoni bir-radar jew bir-radju jew inkella jfixkel ir-riċezzjoni, l-operat jew l-effettività ta’ riċevituri elettroniċi avversarji inkluż it-tagħmir ta’ kontromiżura tagħhom), inkluż tagħmir tal-iġġammjar u kontra l-iġġammjar;

b.

Tubi b’aġilità ta’ frekwenza;

c.

Sistemi jew tagħmir elettroniċi, iddiżinjati għas-sorveljanza jew għall-monitoraġġ tal-ispettru elettromanjetiku għal finijiet ta’ intelligence militari jew ta’ sigurtà jew b’kontroazzjoni għal tali sorveljanza u monitoraġġ;

d.

Tagħmir ta’ kontromiżuri ta’ taħt l-ilma, inkluż iġġammjar u ingannaturi akustiċi u manjetiċi, iddiżinjati biex jintroduċu sinjali estranji jew skorretti f’riċevituri tas-sonar;

e.

Tagħmir ta’ sigurtà għall-ipproċessar tad-data, tagħmir għas-sigurtà tad-data u tagħmir ta’ sigurtà għal linji ta’ trażmissjoni u ta’ senjalazzjoni, bl-użu ta’ proċessi ta’ ċifraġġ;

f.

Tagħmir għall-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u l-ikkargar ta’ ċwievet krittografiċi u tagħmir għall-ġestjoni, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ ċwievet krittografiċi;

g.

Tagħmir ta’ gwida u navigazzjoni;

h.

Tagħmir għat-trażmissjoni ta’ komunikazzjonijiet diġitali bir-radju b’diffużjoni troposferika;

i.

Demodulaturi diġitali ddiżinjati apposta għal intelligence tas-sinjali;

j.

“Sistemi awtomatizzati ta’ kmand u kontroll”.

N.B.

Għal “software” assoċjat mar-radju definit permezz ta’ “Software” (SDR) militari ara ML21.

b.

Tagħmir tal-iġġammjar ta’ “Sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita” u komponenti ddiżinjati apposta għalih;

c.

“Inġenji spazjali” ddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari, u komponenti tal-“inġenji spazjali” ddiżinjati apposta għall-użu militari.

ML12   

Sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika b’veloċità għolja u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

a.

Sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika ddiżinjati apposta għall-qerda jew biex jisfrattaw il-missjoni tal-bersall;

b.

Faċilitajiet ta’ ttestjar u evalwazzjoni u mudelli ta’ ttestjar iddiżinjati apposta, inklużi strumentazzjoni u miri dijanjostiċi, għall-ittestjar dinamiku ta’ projettili u sistemi tal-enerġija kinetika.

N.B.

Għal sistemi tal-armi li jużaw munizzjon subkalibru jew li jagħmlu użu biss minn propulsjoni kimika u munizzjon għalihom, ara ML1 sa ML4.

Nota 1

ML12 jinkludi li ġej meta ddiżinjati apposta għal sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika:

a.

Sistemi ta’ sparar bi propulsjoni li kapaċi jaċċelleraw mases akbar minn 0,1 g għal veloċitajiet li jaqbżu l-1,6 km/s, f’modi ta’ tluq uniċi jew rapidi;

b.

Tagħmir ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija prima, ta’ armatura elettrika, ta’ ħażna tal-enerġija (pereżempju kapasiters li jaħżnu kwantità kbira ta’ enerġija), ta’ amministrazzjoni termali, ta’ kondizzjonament, ta’ sswiċċjar jew ta’ trattament tal-karburant; u interfaces elettriċi bejn il-provvista tal-enerġija, il-kanun u l-funzjonijiet l-oħra ta’ kmand elettriku tat-turretta;

N.B.

Ara wkoll 3A001.e.2. dwar il-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE għall-kapasiters li jaħżnu kwantità kbira ta’ enerġija.

c.

Sistemi ta’ akkwist u insegwiment tal-bersall, kontroll tal-isparar jew valutazzjoni tad-dannu;

d.

Sistemi awtogwidati ta’ riċerka, ta’ gwida jew ta’ propulsjoni devjata (aċċellerazzjoni laterali) għal projettili.

Nota 2

ML12 japplika għal sistemi ta’ armi bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin ta’ propulsjoni:

a.

Elettromanjetika;

b.

Elettrotermali;

c.

Plasma;

d.

Gass ħafif; jew

e.

Kimika (meta użata flimkien ma’ kwalunkwe wieħed minn dawn ta’ hawn fuq).

ML13   

Tagħmir, kostruzzjonijiet, komponenti, u AĊĊESSORJI blindati jew protettivi, kif ġej:

a.

Pjanċa metallika jew mhux metallika blindata, li għandha xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Manifatturata sabiex tikkonforma ma’ standard jew speċifikazzjoni militari; jew

2.

Adatta għall-użu militari;

N.B.

Għall-korazzi tal-ġisem, ara ML13.d.2.

b.

Kostruzzjonijiet ta’ materjali metalliċi jew non-metalliċi, jew taħlitiet tagħhom, iddiżinjati apposta sabiex jipprovdu protezzjoni ballistika għal sistemi militari, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom;

c.

Elmi u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom, kif ġej:

1.

Elmi manifatturati skont standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew standards nazzjonali komparabbli;

2.

Qxur, inforri, jew kuxxinetti għall-kumdità, iddiżinjati apposta għall-elmi speċifikati f’ML13.c.1.;

3.

Elementi ta’ protezzjoni ballistika miżjuda, iddiżinjati apposta għall-elmi speċifikati f’ML13.c.1.

N.B.

Għal komponenti jew aċċessorji oħra ta’ elmi militari, ara l-entrata rilevanti fil-Lista Militari Komuni tal-UE.

d.

Korazzi tal-ġisem jew ilbies protettiv, u komponenti għalihom, kif ġej:

1.

Korazzi rotob tal-ġisem jew ilbies protettiv, manifatturati f’konformità ma’ standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew l-ekwivalenti, u komponenti maħsuba apposta għalihom;

Nota

Għall-finijiet ta’ ML13.d.1., l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet militari jinkludu, bħala minimu, speċifikazzjonijiet għal protezzjoni minn frammentazzjoni.

2.

Korazzi iebsa tal-ġisem li jipprovdu protezzjoni ballistika sal-livell III jew aktar (NIJ 0101,06, Lulju 2008) jew “standards ekwivalenti”.

Nota 1

ML13.b. jinkludi materjali ddiżinjati apposta sabiex jiffurmaw blindaġġ reattiv għall-isplussivi jew sabiex jiġu mibnija xelters militari.

Nota 2

ML13.c. ma japplikax għall-elmi li jissodisfaw dan kollu li ġej:

a.

Ġew manifatturati għall-ewwel darba qabel l-1970; u

b.

Ma huma la ddiżinjati jew modifikati biex jaċċettaw, u lanqas mgħammra b’oġġetti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

Nota 3

ML13.c. u d. ma japplikax għal elmi, korazzi tal-ġisem jew ilbies protettiv meta jkunu qed jakkumpanjaw l-utent tagħhom għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

Nota 4

L-uniċi elmi ddiżinjati apposta għal persunal responsabbli għar-rimi tal-bombi li huma speċifikati mill-ML13.c huma dawk iddiżinjati apposta għall-użu militari.

N.B. 1

Ara wkoll l-entrata 1A005 fuq il-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE.

N.B. 2

Għal “materjali fibrużi jew filamentari” użati fil-manifattura ta’ korazzi tal-ġisem u elmi, ara l-entrata 1C010 fil-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju.

ML14   

’Tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari, jew għas-simulazzjoni ta’ xenarji militari, simulaturi ddiżinjati apposta għal taħriġ fl-użu ta’ kwalunkwe arma tan-nar jew arma kkontrollata minn ML1 jew ML2, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom.

Nota Teknika

It-terminu ’tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari’ jinkludi tipi militari ta’ trejners ta’ attakk, ta’ trejners ta’ titjir operattiv, ta’ trejners għall-bersall radar, ta’ ġeneraturi ta’ bersall radar, ta’ apparati ta’ taħriġ fl-isparar, ta’ trejners għall-gwerra antisottomarini, ta’ simulaturi tat-titjir (inklużi ċ-ċentrifugi previsti għall-bniedem, iddestinati għat-taħriġ ta’ piloti/astronawti), ta’ trejners radar, ta’ simulaturi ta’ titjir strumentali, ta’ simulaturi ta’ navigazzjoni, ta’ simulaturi ta’ tfigħ ta’ missili, ta’ tagħmir għall-bersall, ta’ “inġenji tal-ajru” telegwidati, ta’ trejners tal-armamenti, ta’ trejners għall-gwida ta’ “ inġenji tal-ajru” mingħajr pilota, ta’ unitajiet ta’ taħriġ mobbli u ta’ tagħmir tat-taħriġ għal operazzjonijiet militari tal-art.

Nota 1

ML14 jinkludi sistemi ta’ ġenerazzjoni tal-immaġni u ta’ ambjent interattiv għal simulaturi, meta ddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari.

Nota 2

ML14 ma japplikax għal tagħmir iddiżinjat apposta għal taħriġ fl-użu ta’ armi tal-kaċċa jew għall-isports.

ML15   

Tagħmir ta’ immaġni jew kontromiżura, kif ġej, iddiżinjat apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom:

a.

Rekorders u tagħmir ta’ pproċessar tal-immaġni;

b.

Kameras, tagħmir fotografiku u tagħmir għall-ipproċessar tal-pellikoli;

c.

Tagħmir għall-intensifikazzjoni tal-immaġni;

d.

Tagħmir għal immaġni bl-infra-aħmar jew għal immaġni termali;

e.

Tagħmir għall-elaborazzjoni tal-immaġni radar;

f.

Tagħmir ta’ kontromiżura jew ta’ kontro-kontromiżura, għat-tagħmir speċifikat minn ML15.a. sa ML15.e.

Nota

ML15.f. jinkludi tagħmir iddiżinjat sabiex jiddegrada l-operat jew l-effettività tas-sistemi militari ta’ immaġni jew sabiex inaqqas l-effetti ta’ tali degradazzjoni.

Nota

ML15. ma japplikax għal “tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni” jew tagħmir iddiżinjat apposta sabiex jinkorpora “tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni”.

N.B.

Għall-klassifikazzjoni ta’ apparati ta’ mira li jinkorporaw “tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni” ara ML1, ML2. u ML5.a.

N.B.

Ara wkoll l-entrati 6A002.a.2. u 6A002.b. fuq il-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju.

ML16   

Foroġ, forom u prodotti oħra mhux kompluti, iddiżinjati apposta għal oġġetti speċifikati minn ML1 sa ML4, ML6, ML9, ML10, ML12 jew ML19.

Nota

ML16. japplika għal prodotti mhux kompluti meta jkunu identifikabbli mill-kompożizzjoni tal-materjal, il-ġeometrija jew il-funzjoni.

ML17   

Tagħmir, materjal u “libreriji” mixxellanji, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

a.

Apparat għall-għadis u għall-għawm taħt l-ilma, maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej:

1.

Awtorespiraturi għall-għadis, b’ċirkwit magħluq jew nofsu magħluq;

2.

Apparat għall-għawm taħt l-ilma ddiżinjat apposta għall-użu mal-apparat tal-għadis speċifikat f’ML17.a.1.;

N.B.

Ara wkoll 8A002.q. dwar il-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE.

b.

Tagħmir tal-kostruzzjoni ddiżinjat apposta għall-użu militari;

c.

Aċċessorji, kisjiet u trattamenti, għas-soppressjoni tas-senjatura, iddiżinjati apposta għall-użu militari;

d.

Tagħmir għall-assistenza teknika fuq il-post iddiżinjat apposta għall-użu f’żona ta’ ġlied;

e.

“Robots”, kontrolluri tar-“robots” u “apparati tat-tarf” tar-“robots”, li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Iddiżinjat apposta għall-użu militari;

2.

Jinkorporaw mezzi għall-protezzjoni ta’ linji idrawliċi kontra panċers ikkawżati minn frammenti ballistiċi (pereżempju, li jinkorporaw linji li awtosiġillanti) u ddiżinjati biex jużaw fluwidi idrawliċi b’punti ta’ flaxx ogħla minn 839 K (566 °C); jew

3.

Iddiżinjati apposta jew klassifikati biex joperaw f’ambjent sottopost għal impulsi elettromanjetiċi (EMP);

Nota Teknika

Impuls elettromanjetiku ma jirreferix għall-interferenza mhux intenzjonata kkawżata mir-radjazzjoni elettromanjetika minn tagħmir (pereżempju makkinarju, elettrodomestiċi jew tagħmir ta’ elettronika) li jinsab fil-viċinanza jew minn sajjetti.

f.

f. “Libreriji” ddiżinjati apposta jew modifikati għall-użu militari b’sistemi, tagħmir jew komponenti, speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE;

g.

Tagħmir li jiġġenera enerġija nukleari jew tagħmir ta’ propulsjoni, mhux speċifikat xi mkien ieħor, iddiżinjati apposta għall-użu militari u komponenti għalihom iddiżinjati jew ’modifikati’ apposta għall-użu militari;

Nota

ML17.g. jinkludi “reatturi nukleari”.

h.

Tagħmir jew materjal, miksi jew ittrattat għas-soppressjoni tas-senjatura, iddiżinjat apposta għall-użu militari, mhux speċifikat xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE;

i.

Simulaturi ddiżinjati apposta għal “reatturi nukleari” militari;

j.

Ħwienet tat-tiswija mobbli ddiżinjati jew ’modifikati’ apposta għall-manutenzjoni ta’ tagħmir militari;

k.

Ġeneraturi ta’ fuq il-post iddiżinjati jew “modifikati” apposta għall-użu militari;

l.

Kontejners intermodali jew xassijiet tal-vetturi li jiżżarmaw (jiġifieri swap bodies) tal-istandard ISO, iddiżinjati jew “modifikati” apposta għall-użu militari;

m.

Laneċ, mhux speċifikati xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE, pontijiet u pontuni, iddiżinjati apposta għall-użu militari;

n.

Mudelli ta’ ttestjar iddiżinjati apposta għall-“iżvilupp” ta’ oġġetti speċifikati minn ML4, ML6, ML9 jew ML10;

o.

Tagħmir ta’ protezzjoni mil-“laser” (pereżempju, protezzjoni tal-għajnejn u protezzjoni sensorjali) iddiżinjat apposta għall-użu militari;

p.

“Ċelloli tal-karburant”, mhux speċifikati xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE ddiżinjati apposta jew ’modifikati’ għall-użu militari.

Noti Tekniċi

1.

Ma ntużatx minn wara l-2014.

2.

Għall-fini ta’ ML17, ’modifikat’ tfisser kwalunkwe bidla strutturali, elettrika, mekkanika jew ta’ tip ieħor li tipprovdi oġġett mhux militari b’kapaċitajiet ekwivalenti għal oġġett li huwa ddiżinjat apposta għall-użu militari.

ML18   

Tagħmir, faċilitajiet għal testijiet ambjentali u komponenti għall-’produzzjoni’, kif ġej:

a.

Tagħmir ta’ ’produzzjoni’ ddiżinjat jew modifikat apposta għall-’produzzjoni’ ta’ prodotti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE, u komponenti ddiżinjati apposta għalih;

b.

Faċilitajiet ta’ ttestjar ambjentali ddiżinjati apposta u tagħmir iddiżinjat apposta għalihom, mhux speċifikati xi mkien ieħor, għaċ-ċertifikazzjoni, il-kwalifikazzjoni jew l-ittestjar ta’ prodotti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

Nota Teknika

Għall-finijiet ta’ ML18, it-terminu ’produzzjoni’ jinkludi tfassil, eżami, manifattura, ittestjar u verifika.

Nota

ML18.a. u ML18.b. jinkludu t-tagħmir li ġej:

a.

Nitraturi kontinwi;

b.

Apparat jew tagħmir tal-ittestjar ċentrifugali li għandu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

1.

Misjuq b’mutur jew muturi li għandu/hom potenza nominali totali ta’ aktar minn 298 kW (400 hp);

2.

Kapaċi jġorr payload ta’ 113 kg jew aktar; jew

3.

Kapaċi jeżerċita aċċellerazzjoni ċentrifugali ta’ 8 g jew aktar fuq tagħbija ta’ 91 kg jew aktar;

c.

Pressi għad-deidratazzjoni;

d.

Ekstruders tal-viti ddiżinjati jew modifikati apposta għal estrużjoni militari “splussiva”;

e.

Magni li jaqtgħu għad-daqs ta’ “propellanti” estrużi;

f.

Sweetie barrels (tumblers) ta’ dijametru ta’ 1,85 m jew aktar u li għandhom kapaċità tal-prodott ’il fuq minn 227 kg;

g.

Miksers kontinwi għal “propellanti” solidi;

h.

Imtieħen idrawliċi għat-tfarrik jew it-tħin tal-ingredjenti ta’ “splussivi” militari;

i.

Tagħmir biex jinkisbu kemm l-isferiċità kif ukoll l-uniformità tal-partiċelli tat-trab metalliku elenkat f’ML8.c.8.;

j.

Konvertituri tal-kurrent ta’ konvezzjoni għall-konverżjoni tal-materjali elenkati f’ML8.c.3.

ML19   

Sistemi ta’ armi b’enerġija diretta (DEW), tagħmir relatat jew ta’ kontromiżura u mudelli ta’ ttestjar, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:

a.

Sistemi “laser” iddiżinjati apposta għall-qerda jew biex jisfrattaw il-missjoni tal-bersall;

b.

Sistemi b’raġġi tal-partiċelli kapaċi li jeqirdu jew li jisfrattaw il-missjoni tal-bersall;

c.

Sistemi b’qawwa għolja ta’ Frekwenza Radju (RF) kapaċi li jeqirdu jew li jisfrattaw il-missjoni tal-bersall;

d.

Tagħmir iddiżinjat apposta biex isib jew jidentifika lil, jew biex jiddefendi minn, sistemi speċifikati minn ML19.a. sa ML19.c.;

e.

Mudelli għal test fiżiku għas-sistemi, tagħmir u komponenti speċifikati minn dan ML19.;

f.

Sistemi “laser” iddiżinjati apposta biex jikkawżaw agħma permanenti lil viżjoni mhux megħjuna, jiġifieri lill-għajn mikxufa jew lill-għajn b’tagħmir li jikkoreġi l-vista.

Nota 1

Sistemi DEW speċifikati minn ML19 jinkludu sistemi li l-kapaċità tagħhom ġejja mill-applikazzjoni kontrollata ta’:

a.

“Lasers” ta’ qawwa suffiċjenti biex teffettwa distruzzjoni simili għall-mod ta’ munizzjon konvenzjonali;

b.

Aċċelleraturi ta’ partiċelli li jipproġettaw raġġ ta’ partiċelli kkargati jew newtrali b’qawwa distruttiva;

c.

Trażmettituri ta’ raġġ ta’ frekwenza radju b’qawwa ta’ pulsazzjoni għolja jew qawwa ta’ medja għolja li jipproduċu kampi suffiċjentement intensi li jwaqqfu l-ħidma ta’ ċirkwiti elettroniċi f’bersall imbiegħed.

Nota 2

Ml19 jinkludi li ġej meta mfassal apposta għal sistemi DEW:

a.

Ġenerazzjoni tal-enerġija prima, ħżin ta’ enerġija, isswiċċjar, kondizzjonament tal-enerġija jew tagħmir għall-maniġġar tal-karburant;

b.

Sistemi għal akkwist jew insegwiment tal-bersall;

c.

Sistemi li kapaċi jivvalutaw il-ħsara, il-qerda tal-bersall jew l-isfrattu tal-missjoni tiegħu;

d.

Tagħmir għal maniġġar, propogazzjoni jew ippuntar tar-raġġi;

e.

Tagħmir b’kapaċità ta’ tidwir malajr tar-raġġi għal operazzjonijiet rapidi b’bersalli multipli;

f.

Apparat ottiku adattiv u konjugaturi tal-fażi;

g.

Injettaturi tal-kurrent għal raġġi tal-joni negattivi tal-idroġenu;

h.

Komponenti ta’ aċċelleratur “kwalifikat għall-ispazju”;

i.

Tagħmir biex jillenbuta raġġ negattiv ta’ joni;

j.

Tagħmir biex jikkontrolla u jdawwar malajr raġġ ta’ joni ta’ enerġija għolja;

k.

Fojls “kwalifikati għall-ispazju” biex jinnewtralizzaw raġġi ta’ isotopi tal-idroġenu negattivi.

ML20   

Tagħmir krijoġeniku u “superkonduttiv”, kif ġej, u komponenti u aċċessorji iddiżinjati apposta għalih:

a.

Tagħmir iddiżinjat apposta jew konfigurat biex ikun installat f’vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, kapaċi li joperaw waqt li jkunu f’ċaqliq jew li jipproduċu jew iżommu temperaturi taħt il-103 K (- 170 °C);

Nota

ML20.a. jinkludi sistemi mobbli li jinkorporaw jew jużaw aċċessorji jew komponenti manifatturati minn materjali konduttivi non-metalliċi jew non-elettriċi, bħal plastiks jew materjali mimlijin bl-eposside.

b.

Tagħmir elettriku “superkonduttiv” (makkinarju rotanti jew trasformaturi) iddiżinjat jew konfigurat apposta biex ikun installat f’vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, u li kapaċi jaħdem waqt li tkun miexja.

Nota

ML20.b. ma japplikax għal ġeneraturi omopolari ibridi ta’ kurrent dirett li għandhom armaturi tal-metall normali b’lasta waħda li ddur f’kamp manjetiku prodott minn bobini superkonduttivi, jekk dawk il-bobini huma l-uniċi komponenti superkonduttivi fil-ġeneratur.

ML21   

“Software” kif ġej:

a.

“Software” iddiżinjat apposta jew modifikat għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

“Żvilupp”, “produzzjoni”, operazzjoni jew manutenzjoni ta’ tagħmir speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE;

2.

“Żvilupp” jew “produzzjoni” ta’ materjali speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE; jew

3.

“Żvilupp”, “produzzjoni”, operazzjoni jew manutenzjoni ta’ “software” speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

b.

“Software” speċifiku, minbarra dak speċifikat minn ML21.a., kif ġej:

1.

“Software” iddiżinjat apposta għal użu militari u maħsub apposta għall-immudellar, is-simulazzjoni jew l-evalwazzjoni ta’ sistemi ta’ armi militari;

2.

“Software” iddiżinjat apposta għal użu militari u ddiżinjat apposta għall-immudellar jew is-simulazzjoni ta’ xenarji operazzjonali militari;

3.

“Software” għad-determinazzjoni tal-effetti ta’ armi konvenzjonali, nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi;

4.

“Software” ddiżinjat apposta għall-użu militari u ddiżinjat apposta għal Kmand, Komunikazzjonijiet, Kontroll u Intelligence (C3I) jew applikazzjonijiet ta’ Kmand, Komunikazzjonijiet, Kontroll, Kompjuter u Intelligence (C4I);

5.

“Software” iddiżinjat apposta jew modifikat għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ċibernetiċi ta’ offensiva militari;

Nota 1

ML21.b.5. jinkludi “software” ddiżinjat li jiddistruġġi, jiddanneġġa, jiddegrada jew ifixkel sistemi, tagħmir jew “software”, speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE, “software” ta’ rikonjizzjoni ċibernetika u kmand u kontroll ċibernetiċi għalih.

Nota 2

għal “rispons għal inċidenti ċibernetiċi”, limitati għal użu mhux militari ML21.b.5. ma japplikax għad-“divulgazzjoni ta’ vulnerabbiltà” jew prontezza jew rispons ta’ ċibersigurtà difensiva.

c.

“Software”, mhux speċifikat minn ML21.a. jew ML21.b., iddiżinjat apposta jew modifikat biex jippermetti li tagħmir mhux speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE biex jaqdi l-funzjonijiet militari ta’ tagħmir speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

N.B.

Ara s-sistemi, it-tagħmir jew il-komponenti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE għal “kompjuters diġitali” bi skop ġenerali b’ “software” installat speċifikat f’ML21.c.

ML22   

“Teknoloġija”, kif ġej:

a.

“Teknoloġija”, barra minn dik speċifikata f’ML22.b., li hija “meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni”, l-operazzjoni, l-installazzjoni, il-manutenzjoni (verifika), it-tiswija, it-tiġdid maġġuri jew l-arranġament mill-ġdid ta’ oġġetti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE;

b.

“Teknoloġija”, kif ġej:

1.

“Teknoloġija”“meħtieġa” għad-disinn ta’, l-għaqda ta’ komponenti fi, u l-operazzjoni, żamma fl-ordni u tiswija ta’ installazzjonijiet ta’ produzzjoni kompluti għal oġġetti speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-UE, anke jekk il-komponenti ta’ dawn l-installazzjonijiet ta’ produzzjoni ma jkunux speċifikati;

2.

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp” u l-“produzzjoni” ta’ armamenti żgħar anke jekk użati biex jipproduċu riproduzzjonijiet ta’ armamenti żgħar ta’ antikità;

3.

Ma ntużax minn wara l-2013;

N.B.

Ara ML22.a. għal “teknoloġija” preċedentement speċifikata minn ML22.b.3.

4.

Ma ntużax minn wara l-2013;

N.B.

Ara ML22.a. għal “teknoloġija” preċedentement speċifikata minn ML22.b.4.

5.

“Teknoloġija”“meħtieġa” esklużivament għall-inkorporazzjoni ta’ “bijokatalisti”, speċifikati minn ML7.i.1., f’sustanzi ta’ ġarr militari jew materjal militari.

Nota 1

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-operazzjoni, l-installazzjoni, il-manutenzjoni (verifika), it-tiswija, it-tiġdid maġġuri jew l-arranġament mill-ġdid ta’ oġġetti speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-UE tibqa’ taħt kontroll anke meta applikabbli għal kwalunkwe oġġett mhux speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

Nota 2

ML22 ma japplikax għal:

a.

“Teknoloġija” li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, operazzjoni, żamma fl-ordni (iċċekkjar) jew tiswija ta’ dawk l-oġġetti li ma humiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata;

b.

“Teknoloġija” li hija “fl-isfera pubblika”, “riċerka xjentifika bażika” jew l-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet ta’ brevett;

c.

“Teknoloġija” għal induzzjoni manjetika għal propulsjoni kontinwa ta’ tagħmir ta’ trasport ċivili.

DEFINIZZJONIJIET TA’ TERMINI UŻATI F’DIN IL-LISTA

Dawn li ġejjin huma definizzjonijiet ta’ termini użati f’din il-Lista, f’ordni alfabetiku.

Nota 1

Id-definizzjonijiet japplikaw matul il-Lista kollha. Ir-referenzi huma biss konsultattivi u ma għandhom l-ebda effett fuq l-applikazzjoni universali ta’ termini definiti matul il-Lista kollha.

Nota 2

Il-kliem u t-termini li jinsabu f’din il-Lista ta’ Definizzjonijiet jieħdu biss it-tifsira definita fejn din hija indikata billi jkunu “bejn virgoletti doppji”. Definizzjonijiet ta’ termini bejn ’virgoletti uniċi’ huma mogħtija f’Nota Teknika għall-punt rilevanti. F’istanzi oħrajn, il-kliem u t-termini jieħdu t-tifsiriet aċċettati komunement (dizzjunarju).

ML8

“Addittivi”

Sustanzi użati f’formulazzjonijiet splussivi biex itejbu l-proprjetajiet tagħhom.

ML8, 10, 14

“Inġenji tal-ajru”

Vettura li ttir bi ġwienaħ fissi, ġwienaħ b’ġeometrija varjabbli, ġwienaħ li jduru (ħelikopter), rotor li jista’ jinklina jew ġwienaħ li jinklinaw.

ML11

“Sistemi awtomatizzati ta’ kmand u kontroll”

Sistemi elettroniċi, li permezz tagħhom informazzjoni li hija essenzjali għall-operat effettiv tar-raggruppament, il-formazzjoni maġġuri, il-formazzjoni tattika, l-unità, il-bastiment, is-sotto-unità jew l-armi kkmandati tiddaħħal, tiġi pproċessata jew tiġi trażmessa. Dan jinkiseb permezz tal-użu ta’ hardware tal-kompjuter u hardware ieħor iddiżinjat biex jappoġġa l-funzjonijiet ta’ organizzazzjoni militari ta’ kmand u kontroll. Il-funzjonijiet ewlenin ta’ sistema awtomatizzata ta’ kmand u kontroll huma: il-ġbir awtomatizzat, il-kumulazzjoni, il-ħażna u l-ipproċessar effiċjenti ta’ informazzjoni; il-preżentazzjoni tas-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi li jaffettwaw it-tħejjija u t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ ġlied; kalkoli operazzjonali u tattiċi għall-allokazzjoni ta’ riżorsi fost ir-raggruppamenti tal-forza jew l-elementi tal-ordni operazzjonali tal-battalja jew l-iskjerament fil-battalja skont il-missjoni jew il-fażi tal-operazzjoni; it-tħejjija ta’ data għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fi kwalunkwe stadju matul l-operazzjoni jew il-battalja; is-simulazzjoni ta’ operazzjonijiet permezz tal-kompjuter.

ML22

“Riċerka xjentifika bażika”

Xogħol sperimentali jew teoriku magħmul prinċipalment biex jintlaħaq tagħrif ġdid tal-prinċipji fundamentali ta’ fenomeni jew fatti osservabbli, mhux primarjament dirett lejn skop prattiku jew objettiv speċifiku.

ML7, 22

“Bijokatalisti”

’Enżimi’ għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi jew komposti bijoloġiċi oħrajn li jingħaqdu ma’ u jaċċelleraw id-degradazzjoni ta’ aġenti kimiċi tal-gwerra.

Nota Teknika

’Enżimi’ tfisser ’’bijokatalisti’’ għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi.

ML7

“Aġenti bijoloġiċi”

Patoġeni jew tossini, magħżula jew modifikati (bħal alterazzjoni fil-purità, ħajja fuq l-ixkaffa, virulenza, karatteristiċi disseminattivi, jew reżistenza għal radjazzjoni UV) sabiex jipproduċu vittmi umani jew annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuh tar-raba’ jew lill-ambjent.

ML7

“Bijopolimeri”

Makromolekuli bijoloġiċi kif ġej:

a.

Enżimi għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi;

b.

’Antikorpi’ ’anti-idjotipiċi’, ’monoklonali’ jew ’poliklonali’;

c.

’Riċetturi’ ddiżinjati apposta jew speċjalment ipproċessati.

Noti Tekniċi

1.

’Antikorpi anti-idjotipiċi’ tfisser antikorpi li jingħaqdu mas-siti ta’ għaqda ta’ antiġen speċifiku ta’ antikorpi oħrajn;

2.

’Antikorpi monoklonali’ tfisser proteini li jingħaqdu ma’ sit antiġeniku wieħed u huma prodotti minn klonu singolu ta’ ċelloli;

3.

’Antikorpi poliklonali’ tfisser taħlita ta’ proteini li jingħaqdu ma’ sit antiġeniku speċifiku u huma prodotti minn aktar minn klonu wieħed ta’ ċelloli;

4.

’Riċetturi’ tfisser strutturi makromolekulari bijoloġiċi kapaċi li jgħaqqdu l-ligands, u din l-għaqda taffetwa funzjonijiet fiżjoloġiċi.

ML4, 10

“Inġenju tal-Ajru Ċivili”

Dawk l-“inġenji tal-ajru” elenkati skont id-deżinjazzjoni f’listi ta’ ċertifikazzjoni ta’ ajrunavigabbiltà ppubblikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar biex itiru fuq rotot ċivili kummerċjali interni u esterni jew għal użu leġittimu ċivili, privat jew kummerċjali.

ML21

“Rispons għal inċidenti ċibernetiċi”

Il-proċess tal-iskambju ta’ informazzjoni meħtieġa dwar inċident ċibernetiku ma’ individwi jew organizzazzjonijiet responsabbli għat-tmexxija jew il-koordinazzjoni ta’ rimedju biex jiġi indirizzat l-inċident ċibernetiku.

ML17 21, 22

“Żvilupp”

Huwa relatat mal-fażijiet kollha ta’ qabel il-produzzjoni tas-serje, bħal: id-disinn, ir-riċerka dwar id-disinn, l-analiżijiet tad-disinn, il-kunċetti tad-disinn, l-immontar u l-ittestjar ta’ prototipi, l-iskemi piloti ta’ produzzjoni, id-data tad-disinn, il-proċess tat-trasformazzjoni tad-data tad-disinn fi prodott, id-disinn ta’ konfigurazzjoni, id-disinn ta’ integrazzjoni, l-arranġamenti skont pjan.

ML21

“Kompjuter diġitali”

Tagħmir li jista’, fil-forma ta’ varjabbli diskret wieħed jew aktar, iwettaq dan kollu li ġej:

a.

Jaċċetta data;

b.

Jaħżen data jew istruzzjonijiet f’apparat b’memorja fissa jew modifikabbli (li tista’ terġa’ tinkiteb);

c.

Jipproċessa data permezz ta’ sekwenza ta’ istruzzjonijiet maħżuna li hija modifikabbli; u

d.

Jipprovdi output ta’ data.

Nota Teknika

N.B. Modifiki ta’ sekwenza maħżuna ta’ istruzzjonijiet tinkludi s-sostituzzjoni ta’ apparat b’memorja fissa, iżda mhux bidla fiżika fil-wajering jew fl-interkonnessjonijiet.

ML17

“Apparati tat-tarf”

Ħattafa, ’unitajiet attivi ta’ għodda’ u kull għodda oħra li hija magħquda mal-pjanċa fit-tarf ta’ driegħ manipulatur ta’ “robot”.

Nota Teknika

’Unitajiet attivi ta’ għodda’ huma apparat biex tkun applikata qawwa motiva, proċessar ta’ enerġija jew sensitizzazzjoni lil oġġett li qiegħed isir xogħol fuqu.

ML8

“Materjali enerġetiċi”

Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex joħorġu enerġija rikjesta għall-applikazzjoni intenzjonata tagħhom. “Splussivi”, “pirotekniċi” u “propellanti” huma subklassijiet ta’ materjali enerġetiċi.

ML6, 13

“Standards ekwivalenti”

Standards nazzjonali jew internazzjonali komparabbli rikonoxxuti minn Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar u applikabbli għall-entrata rilevanti.

ML8, 18

“Splussivi”

Sustanzi solidi, likwidi jew bħala gass jew taħlit ta’ sustanzi li, fl-applikazzjoni tagħhom primarjament bħala karga primarja, booster jew prinċipali f’applikazzjoni ta’ testata, f’applikazzjoni għat-twaqqigħ jew applikazzjonijiet oħrajn, huma meħtieġa li jiddetonaw.

ML7

“Vetturi ta’ espressjoni”

Ġarriera (eż. plasmid jew virus) użati biex ikun introdott materjal ġenetiku f’ċelloli ospiti.

ML13

“Materjali fibrużi jew filamentari”

Jinkludu:

a.

Monofilamenti kontinwi;

b.

Nisġiet u rovings kontinwi;

c.

Tapes, tessuti, tapiti żgħar random u malji;

d.

Fibri mqattgħin, fibri staple u kutri koerenti tal-fibra;

e.

Whiskers, monokristallini jew polikristallini, ta’ kwalunkwe tul;

f.

Polpa ta’ poliammid aromatiku.

ML15

“Tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni”

Tubi ffokati elettrostatikament, li jużaw fibre optic jew pjanċi b’wiċċ tal-ħġieġ għad-dħul u l-ħruġ, fotokatodi multialkalini (S-20 jew S-25), imma mhux amplifikaturi bi pjanċa mikrokanali.

ML17

“Ċellola tal-karburant”

Tagħmir elettrokimiku li jikkonverti l-enerġija kimika direttament f’Elettriku ta’ Kurrent Dirett (DC), bil-konsum ta’ karburant minn sors estern.

ML22

“Fl-isfera pubblika”

Din tfisser “teknoloġija” jew “software” li huma disponibbli mingħajr restrizzjonijiet għal aktar disseminazzjoni.

Nota :

Restrizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur ma jneħħux lit-“teknoloġija” jew “software” milli jibqgħu “fl-isfera pubblika”.

ML9, 19

“Laser”

Oġġett li jipproduċi dawl koerenti fl-ispazju u fil-ħin permezz ta’ amplifikazzjoni b’emissjoni stimolata ta’ radjazzjoni.

ML17

“Librerija” (database teknika parametrika)

Ġabra ta’ informazzjoni teknika, li referenza għaliha tista’ ttejjeb il-prestazzjoni ta’ sistemi, tagħmir jew komponenti rilevanti.

ML10

“Vetturi eħfef mill-arja”

Balloons u “diriġibili” li jiddependu fuq arja sħuna jew gassijiet eħfef mill-arja bħal elju jew idroġenu biex jitilgħu.

Nota Teknika

“Diriġibili”

Vettura li ttir bil-magni u li żżomm fl-arja permezz ta’ gass (ġeneralment l-elju, preċedentement l-idroġenu) li huwa eħfef mill-arja.

 

 

 

ML17

“Reattur Nukleari”

Jinkludi l-oġġetti fi jew imwaħħlin direttament ma’ reċipjent reattur, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell ta’ qawwa fil-qalba, u l-komponenti li normalment fihom jew jiġu f’kuntatt dirett ma’ jew jikkontrollaw il-likwidu għat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur.

ML8

“Prekursuri”

Sustanzi kimiċi ta’ speċjalità użati fil-manifattura ta’ splussivi.

ML 21, 22

“Produzzjoni”

Tfisser il-fażijiet kollha tal-produzzjoni, bħal: inġinerija tal-produzzjoni, manifattura, integrazzjoni, assemblaġġ (immuntar), spezzjoni, ittestjar, assigurazzjoni tal-kwalità.

ML8

“Propellanti”

Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex jipproduċu volumi kbar ta’ gassijiet jaħarqu f’rati kontrollati biex iwettqu xogħol mekkaniku.

ML4, 8

“Pirotekniku/ċi”

Taħlit ta’ karburanti solidi jew likwidi u ossidaturi li, meta jitqabbdu, jgħaddu minn reazzjoni enerġetika qawwija b’rata kontrollata intenzjonati biex jipproduċu dewmien speċifiċi fil-ħin, jew kwantitajiet ta’ sħana, storbju, duħħan, dawl viżibbli jew radjazzjoni infra-ħamra. Il-piroforiċi huma subklassi tal-pirotekniċi, li ma jinkludux ossidanti iżda jaqbdu spontanjament mal-kuntatt mal-arja.

ML22

“Meħtieġ”

Kif applikata għal “teknoloġija”, tirreferi biss għal dak il-porzjon ta’ “teknoloġija” li huwa partikolarment responsabbli biex jilħaq jew jeċċedi l-livelli kontrollati ta’ eżekuzzjoni, karatteristiċi jew funzjonijiet. “Teknoloġija”“meħtieġa” bħal din tista’ tkun kondiviża bejn prodotti differenti.

ML7

“Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”

Sustanzi li, taħt il-kondizzjonijiet mistennijin tal-użu għal finijiet ta’ kontroll tal-irvellijiet, jipproduċu rapidament fil-bnedmin irritazzjoni tas-sensi jew effetti fiżiċi li jiddiżabilitaw li jitilqu fi żmien qasir wara t-terminazzjoni tal-espożizzjoni. (Il-gassijiet tad-dmugħ huma subsett ta’ “aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”.)

ML17

“Robot”

Mekkaniżmu għal manipulazzjoni, li jista’ jkun tal-varjetà mogħdija kontinwa (continuous path) jew punt-għal-punt, jista’ juża sensuri, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Huwa multifunzjonali;

b.

Huwa kapaċi li jippożizzjona jew jorjenta materjal, partijiet, għodod jew tagħmir speċjali permezz ta’ movimenti varjabbli fi spazju tridimensjonali;

c.

Jinkorpora tliet servo-apparati, jew aktar, b’ċirkwit magħluq jew miftuħ, li jistgħu jinkludu muturi ta’ pass pass (stepping); u

d.

Għandu “programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” permezz tal-metodu għallem/irrepeti jew permezz ta’ kompjuter elettroniku li jista’ jkun kontrollur tal-loġika programmabbli, jiġifieri mingħajr intervent mekkaniku.

“aċċess għal utent programmata” tfisser il-faċilità li tawtorizza lill-utent biex idaħħal, jimmodifika jew jissostitwixxi “programmi” b’metodi barra:

a.

Bidla fiżika fil-wajering jew l-interkonnessjonijiet; jew

b.

L-issettjar tal-kontrolli tal-funzjoni inkluż id-dħul ta’ parametri.

Nota

Id-definizzjoni ta’ hawn fuq ma tinkludix l-apparati li ġejjin:

1.

Mekkaniżmi ta’ manipulazzjoni li huma kontrollabbli biss manwalment jew permezz ta’ teleoperatur;

2.

Mekkaniżmi ta’ manipulazzjoni b’sekwenza fissa li huma tagħmir li jiċċaqlaq awtomatizzat, li jaħdmu skont movimenti programmati ffissati mekkanikament. Il-programm huwa limitat mekkanikament b’waqfiet iffissati, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza ta’ ċaqliq u s-selezzjoni tal-mogħdijiet jew angoli mhumiex varjabbli u ma jistgħux jinbidlu b’mezzi mekkaniċi, elettroniċi jew elettriċi;

3.

Mekkaniżmi ta’ manipulazzjoni ta’ sekwenza varjabbli mekkanikament ikkontrollata li huma tagħmir awtomatizzat li jiċċaqlaq, li joperaw skont movimenti programmati li huma ffissati mekkanikament. Il-programm huwa mekkanikament limitat b’waqfiet fissi iżda aġġustabbli, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza tal-movimenti u l-għażla tal-mogħdijiet jew l-angoli huma varjabbli fil-limiti tad-disinn tal-programm fiss. Varjazzjonijiet jew modifiki tad-disinn tal-programm (eż., bidliet tal-pinnijiet jew skambji ta’ kammijiet) f’waħda mill-assi taċ-ċaqliq jew aktar jitwettqu biss permezz ta’ operazzjonijiet mekkaniċi;

4.

Mekkaniżmi ta’ manipulazzjoni ta’ sekwenza varjabbli mhux servo-kontrollati li huma tagħmir awtomatizzat li jiċċaqlaq, li joperaw skont movimenti programmati ffissati mekkanikament. Il-programm huwa varjabbli iżda s-sekwenza tipproċedi biss bis-sinjal binarju minn tagħmir binarju elettriku ffissat mekkanikament jew b’waqfiet aġġustabbli;

5.

Krejnijiet stacker definiti bħala sistemi għall-manipulazzjoni tal-koordinati Kartesjani manifatturati bħala parti integrali ta’ firxa vertikali ta’ tankijiet għall-ħażna u ddiżinjati biex jaċċessaw il-kontenuti ta’ dawn it-tankijiet għal ħażna jew ġbir.

ML11

“Sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita”

Sistema li tikkonsisti minn stazzjonijiet fuq l-art, kostellazzjoni ta’ satelliti, u riċevituri, li tippermetti li l-postijiet tar-riċevitur jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ sinjali li jkunu waslu mis-satelliti. Din tinkludi Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita u Sistemi Reġjonali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita.

ML4, 11, 21

“Software”

Kollezzjoni ta’ “programm” jew “mikroprogramm” wieħed jew aktar delimitati fi kwalunkwe medju tanġibbli ta’ espressjoni.

Nota Teknika 1

“Programm”

Sekwenza ta’ struzzjonijiet sabiex jitwettaq jew jiġi kkonvertit proċess f’forma eżegwibbli minn kompjuter elettroniku.

Nota Teknika 2

“Mikroprogramm”

Sekwenza ta’ struzzjonijiet elementari li jinżammu f’ħażna speċjali, li l-eżekuzzjoni tagħhom tibda bl-introduzzjoni tal-istruzzjoni ta’ referenza tagħha f’reġistru ta’ struzzjonijiet.

ML11

“Inġenji spazjali”

Satelliti u inġenji spazjali fuq missjoni ta’ tiftix attivi u passivi.

ML19

“Kwalifikati għall-użu spazjali”

Iddiżinjati, manifatturati, jew kwalifikati permezz ta’ testijiet b’suċċess, għall-operazzjoni f’għoli ta’ aktar minn 100 km ’il fuq mill-wiċċ tad-dinja.

Nota

Deċiżjoni li oġġett speċifiku jkun “kwalifikat għall-ispazju” permezz ta’ testijiet ma tfissirx li oġġetti oħra fl-istess linja ta’ produzzjoni jew sensiela ta’ mudelli jkunu “kwalifikati għall-ispazju” jekk ma jkunux ġew ittestjati individwalment.

ML20

“Superkonduttiv”

Jirreferi għal materjali (jiġifieri metalli, ligi jew komposti) li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha (jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr sħana Joule).

“Temperatura kritika”(xi kultant nirreferu għaliha bħala t-temperatura ta’ tranżizzjoni) ta’ materjal “superkonduttiv” speċifiku tfisser it-temperatura li fiha l-materjal jitlef ir-reżistenza kollha għall-fluss ta’ kurrent elettriku dirett.

Nota Teknika

L-istat “superkonduttiv” ta’ materjal huwa karatterizzat individwalment b’“temperatura kritika”, kamp manjetiku kritiku, li huwa funzjoni tat-temperatura, u densità ta’ kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm tal-kamp manjetiku kif ukoll tat-temperatura.

ML22

“Teknoloġija”

Informazzjoni speċifika meħtieġa għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ prodott. L-informazzjoni tieħu l-forma ta’ ’data teknika’ jew ’assistenza teknika’. “Teknoloġija” speċifika għal-Lista Militari Komuni tal-UE hija definita f’ML22.

Noti Tekniċi

1.

’Data teknika’ tista’ tieħu forom bħal blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formoli, tabelli, disinni u speċifikazzjonijiet tal-inġinerija, manwali u struzzjonijiet bil-miktub jew irrekordjati fuq mezzi tal-informazzjoni oħrajn jew tagħmir bħal diski, tapes, u memorji li jinqraw-biss (ROMs).

2.

’Assistenza teknika’ tista’ tieħu l-forom bħal istruzzjoni, ħiliet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol, servizzi ta’ konsulenza. ’Assistenza teknika’ tista’ tinvolvi t-trasferiment ta’ ’data teknika’.

ML10

“Vettura tal-ajru mingħajr ekwipaġġ” (“UAV”)

Kwalunkwe “inġenju tal-ajru” li jista’ jibda titjira u jsostni t-titjira u n-navigazzjoni taħt kontroll mingħajr l-ebda preżenza umana abbord.

ML21

“Divulgazzjoni tal-vulnerabbiltà”

Il-proċess ta’ identifikazzjoni, rappurtar, jew komunikazzjoni tal-vulnerabbiltà, jew l-analiżi tagħha flimkien ma’ individwi jew organizzazzjonijiet responsabbli għat-tmexxija jew il-koordinazzjoni ta’ rimedju bl-iskop li tinsab soluzzjoni għaliha.


(1)  ĠU C 85, 13.3.2020, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

1.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/36


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 100/04)

Image 1

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Franza

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Franza

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Id-disgħin anniversarju mit-twelid tal-President Jacques Chirac

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Il-President tar-Repubblika Franċiża għal żewġ mandati, Jacques Chirac kien arkitett ewlieni tal-kostruzzjoni Ewropea. Bħala tali, huwa kien il-President meta ġie introdott l-euro fl-2002, li l-għoxrin anniversarju tiegħu niċċelebraw fil-bidu ta’ din is-sena.

Id-disinn juri profil tal-President Jacques Chirac li jħares lejn il-futur. Huwa mdawwar b’diversi simboli li jirrappreżentaw l-azzjonijiet tiegħu: simbolu tal-euro, bħala sinjal tal-involviment tiegħu fl-introduzzjoni tal-euro u l-ispirtu Ewropew tiegħu, u bandiera Franċiża rrappreżentata b’kuluri araldiċi, hija stess imnaqqxa mal-RF bħala referenza għall-presidenza tiegħu. Id-dati u l-isem tiegħu huma mdaħħla fil-logo tal-euro. Il-marki taz-zekka kif ukoll id-data tas-sena jidħlu fid-disinn.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 9 000 000

Id-data tal-ħruġ: Jannar 2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


1.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/37


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Frar 2022

(2022/C 100/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1199

JPY

Yen Ġappuniż

129,31

DKK

Krona Daniża

7,4404

GBP

Lira Sterlina

0,83550

SEK

Krona Żvediża

10,6055

CHF

Frank Żvizzeru

1,0336

ISK

Krona Iżlandiża

141,80

NOK

Krona Norveġiża

9,9465

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,997

HUF

Forint Ungeriż

369,72

PLN

Zloty Pollakk

4,6835

RON

Leu Rumen

4,9484

TRY

Lira Turka

15,4532

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5508

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4264

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,7514

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6628

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5201

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 347,62

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,2863

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0670

HRK

Kuna Kroata

7,5655

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 100,72

MYR

Ringgit Malażjan

4,7019

PHP

Peso Filippin

57,432

RUB

Rouble Russu

115,4842

THB

Baht Tajlandiż

36,593

BRL

Real Brażiljan

5,7828

MXN

Peso Messikan

22,9011

INR

Rupi Indjan

84,5540


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

1.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/38


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2022/C 100/06)

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u żmien tal-għeluq

17.12.2021

Tul ta’ żmien

17.12.2021 – 31.12.2021

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

SOL/7HJK

Speċijiet

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

7h, 7j u 7k

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

26/TQ92


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/39


Sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma tal-2022 tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif

(2022/C 100/07)

Din hija notifika għat-tnedija tas-sejħa għal proposti u l-attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma tal-2022 tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif (CleanH2 JU).

Dan il-pjan ta’ ħidma, li jinkludi d-dati ta’ skadenza u l-baġits għall-attivitajiet, huwa disponibbli permezz tas-sit web tal-Portal tal-Parteċipanti (https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home) flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa u l-attivitajiet relatati, u gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fl-istess Portal tal-Parteċipanti.


1.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/40


Sejħiet għall-proposti apposta fl-2022 fil-qafas tal-Programm ta’ Ħidma 2021-2022 tal-Programm tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (2021-2027)

(2022/C 100/08)

B’dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta’ żewġ sejħiet għall-proposti apposta (jiġifieri sejħa Big Tickets għall-faħam u sejħa Big Tickets għall-azzar) u attivitajiet relatati fl-2022 fil-qafas tal-Programm ta’ Ħidma 2021-2022 tal-Programm tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (2021-2027).

Il-Kummissjoni adottat il-Programm ta’ Ħidma tal-RFCS għall-2021-2022 bid-Deċiżjoni C(2022)905 tat-18 ta’ Frar 2022.

Jintlaqgħu proposti għal dawn is-sejħiet. Il-Programm ta’ Ħidma tal-RFCS għall-2021-2022, li jinkludi l-objettivi, l-iskadenzi u l-baġits, huwa disponibbli permezz tas-sit web tal-opportunitajiet ta’ Offerti u Finanzjament flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u l-attivitajiet relatati, u l-informazzjoni għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti:

 

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/41


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10559 — A P MOELLER-MAERSK / SENATOR INTERNATIONAL)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 100/09)

1.   

Fit-22 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

A.P. Møller-Mærsk A/S Group (“APMM”, id-Danimarka),

il-grupp Senator International (“Senator International”, il-Ġermanja).

APMM takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Senator International kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

APMM: kumpanija integrata tat-trasport u tal-loġistika b’attivitajiet dinjija. L-attivitajiet ewlenin tal-APMM jinkludu t-tbaħħir tal-linja tal-containers permezz tas-sussidjarji tagħha Maersk A/S, SeaLand, u Hamburg Süd, servizzi tat-terminals tal-containers, trasport intern, servizzi interni, servizzi ta’ ġestjoni tal-katina tal-provvista, irmonk fil-portijiet u manifattura ta’ reefer containers,

Senator International: kumpanija tal-familja primarjament speċjalizzata fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija, it-tbaħħir u l-loġistika, bl-enfasi ewlenija tagħha fuq l-ispedizzjoni tal-merkanzija bl-ajru u bil-baħar, kif ukoll il-loġistika, l-imballaġġ u s-servizzi doganali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10559 A P MOELLER-MAERSK / SENATOR INTERNATIONAL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

1.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/43


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 100/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Cidre du Perche / Perche”

Nru tal-UE: PDO-FR-2648 – 1 ta’ Diċembru 2020

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Cidre du Perche / Perche”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.8 – Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I għat-Trattat (ħwawar eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Is-“Cidre du Perche / Perche” huwa sidru mingħajr gass nofsu misjur jew brut spumanti u mhux pastorizzat miksub permezz tal-fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun. Huwa magħmul mill-meraq pur ta’ varjetajiet speċifiċi ta’ tuffieħ tas-sidru.

Is-“Cidre du Perche / Perche” huwa magħruf għall-kulur minn isfar dehbi għal oranġjo tiegħu, il-palat mimli tiegħu, il-bilanċ ta’ togħmiet ħelwin, morri u aċidużi, in-noti ta’ frott, il-ftit imrar fil-palat medju u l-ħjiel ta’ freskezza fil-finitura.

Is-“Cidre du Perche / Perche” għandu l-karatteristiċi analitiċi li ġejjin:

qawwa alkoħolika effettiva skont il-volum ta’ 3,5 % vol. jew aktar;

qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 6 % vol. jew aktar;

kontenut ta’ zokkor ta’ 18-il g/litru jew aktar;

pressjoni minima ta’ 1,5 bar f’20 °C.

It-tuffieħ tas-sidru użat fil-produzzjoni tas-“Cidre du Perche / Perche” jiġi minn ġonna tas-siġar tat-tuffieħ fiż-żona ġeografika.

Dawn il-ġonna ma jinqatalhomx il-ħaxix, ħlief għall-ħamrija madwar is-siġar (sa ċirku b’raġġ ta’ 0,30 metru jew fuq strixxa ta’ metru taħt il-flann), li jista’ jitneħħielha l-ħaxix.

Is-siġar b’zokk twil jirrappreżentaw mill-inqas 30 % tal-erja tas-superfiċje totali tal-ġnien tas-siġar tat-tuffieħ.

Il-ġonna jikkonsistu fil-varjetajiet li ġejjin ta’ tuffieħ tas-sidru:

Varjetajiet ewlenin:

Varjetajiet morri:

Ameret jew Améret blanc

Fréquin blanc

Fréquin long

Fréquin rouge

Gringoire

Médaille d’or

Tardive de la Sarthe

Varjetajiet morri u ħelwin:

Argile grise

Argile rouge

Bedan jew Calotte

Binet rouge

Bois droit jew Drébois

Cartigny

Damelot

Moulin à vent jew Moulin à vent de l’Eure jew Moulin à vent petit de l’Eure

Noël des Champs

(Petit) Jaunet pointu

Saint-Hilaire

Varjetajiet ħelwin:

Atroche jew Troche

Bérat blanc

Coquerelle

Doux Normandie jew Normandie

Fréquin Lacaille

Grise de l’Eure

Muscadet petit de l’Orne jew Muscadet doré

Petite sorte

Pilée

Roger Guyot

Rouge Duret

Doux Normand

Doux Véret de Carrouges

Rousse de l’Orne jew Rousse de la Sarthe

Varjetajiet aċidużi:

Groseille

Locard blanc

Locard vert

Pomme de Boué jew Pomme de Bouet jew Boué de Bonnétable

Pomme de fer

Queue torse

Marnière

Varjetajiet sekondarji:

Varjetajiet morri:

Kermerrien

Peau de chien

 

Varjetajiet morri u ħelwin:

Bisquet

Clos Renaux

Douce Moën

Varjetajiet ħelwin:

Douce Coët Ligné

 

 

Varjetajiet aċidużi:

Avrolles

Petit jaune

 

Biex tiġi ppreservata d-diversità tal-varjetajiet, il-varjetajiet tat-tuffieħ tas-sidru li jitkabbru fuq siġar b’zokk twil iżda li ma humiex elenkati hawn fuq, jistgħu jammontaw għal sa 20 % tal-erja tas-superfiċje totali tal-ġnien tas-siġar tat-tuffieħ. Dawn jitqiesu bħala varjetajiet sekondarji.

Kull taħlita (cuvée) tikkonsisti minn sidri:

magħmulin minn tuffieħ maqtugħ fl-istess sena tal-ħsad;

li fih il-proporzjon ta’ varjetajiet aċidużi jkun ta’ 20 % jew inqas u

li fih il-proporzjon ta’ varjetajiet ewlenin ikun ta’ 50 % jew aktar.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

It-tuffieħ irid jitkabbar u s-sidru jrid jiġi prodott fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Is-“Cidre du Perche / Perche” huwa sidru spumanti miksub permezz tal-fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun. Jista’ jinbiegħ biss f’forma ppakkjata, biex iżomm il-pressjoni tiegħu. L-ippakkjar irid isir fiż-żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra l-informazzjoni obbligatorja prevista fir-regoli dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikkettar irid jinkludi l-isem tad-denominazzjoni u l-abbrevjazzjoni “AOP” [DOP] jew il-kliem “Appellation d’Origine Protégée” [Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta] b’ittri ċari, li jinqraw, li ma jistgħux jitħassru u kbar biżżejjed biex ikunu jispikkaw b’mod ċar mill-kitba u d-disinji l-oħrajn kollha fuq it-tikketta.

Fuq it-tikketta, il-kliem “Appellation d’Origine Protégée” irid jitpoġġa eżatt taħt l-isem tad-denominazzjoni, mingħajr ebda kelma bejniethom.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tkopri t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2019:

Id-département ta’ Eure-et-Loir (28)

Il-muniċipalitajiet kollha ta’: Arcisses, Argenvilliers, Authon-du-Perche, Beaumont-les-Autels, Belhomert-Guéhouville, Béthonvilliers, Champrond-en-Perchet, Charbonnières, Coudray-au-Perche, Les Etilleux, La Gaudaine, La Loupe, Marolles-les-Buis, Meaucé, Miermaigne, Montireau, Montlandon, Nogent-le-Rotrou, Saint-Bomer, Saintigny, Saint-Jean-Pierre-Fixte, Saint-Victor-de-Buthon, Souancé-au-Perche, Trizay-Coutretot-Saint-Serge, Vaupillon, Vichères.

Id-département ta’ Orne (61)

Il-muniċipalitajiet kollha ta’: Appenai-sous-Bellême, Bazoches-sur-Hoëne, Belforêt-en-Perche, Bellavilliers, Bellême, Bellou-le-Trichard, Berd’huis, Bizou, Bretoncelles, Ceton, Champeaux-sur-Sarthe, La Chapelle-Montligeon, La Chapelle-Souëf, Comblot, Corbon, Coulimer, Courgeon, Courgeoût, Cour-Maugis sur Huisne, Dame-Marie, Fay, Feings, Ferrières-la-Verrerie, Igé, Loisail, La Madeleine-Bouvet, Le Mage, Mahéru, Mauves-sur-Huisne, Les Menus, Montgaudry, Mortagne-au-Perche, Moulins-la-Marche, Moutiers-au-Perche, Parfondeval, Le Pas-Saint-l’Homer, Perche en Nocé, Pervenchères, Le Pin-la-Garenne, Pouvrai, Rémalard en Perche, Réveillon, Sablons sur Huisne, Saint-Agnan-sur-Sarthe, Saint-Aquilin-de-Corbion, Saint-Aubin-de-Courteraie, Saint-Cyr-la-Rosière, Saint-Denis-sur-Huisne, Saint-Germain-de-la-Coudre, Saint-Germain-de-Martigny, Saint-Germain-des-Grois, Saint-Hilaire-le-Châtel, Saint-Hilaire-sur-Erre, Saint-Jouin-de-Blavou, Saint-Langis-lès-Mortagne, Saint-Mard-de-Réno, Saint-Martin-des-Pézerits, Saint-Martin-du-Vieux-Bellême, Saint-Ouen-de-Sécherouvre, Saint-Pierre-la-Bruyère, Soligny-la-Trappe, Val-au-Perche, Vaunoise, Verrières, Villiers-sous-Mortagne.

Il-muniċipalitajiet parzjalment inklużi: Tourouvre au Perche (it-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Autheuil, Bivilliers, Bubertré u Tourouvre biss), Longny les Villages (it-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Longny-au-Perche, Maletable, Monceaux-au-Perche, Moulicent u Saint-Victor-de-Réno biss).

Id-département ta’ Sarthe (72)

Il-muniċipalitajiet kollha ta’: Avezé, La Chapelle-du-Bois, Cormes, Courgenard, Gréez-sur-Roc, Nogent-le-Bernard, Préval, Saint-Ulphace, Souvigné-sur-Même, Théligny.

Il-muniċipalitajiet parzjalment inklużi: Cherré-Au (it-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Cherreau biss).

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-karatteristiċi speċifiċi tas-“Cidre du Perche / Perche” huma dovuti għall-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima taż-żona, b’mod partikolari n-natura tardiva tal-klima, li wasslet lill-produtturi biex jadattaw il-prattiki tagħhom f’termini tal-varjetajiet imkabbra u l-metodi ta’ produzzjoni.

Il-varjetajiet użati huma dawk li ntgħażlu lokalment jew li akklimatizzaw għan-natura tardiva tal-klima taż-żona. Il-ħsad u l-ipproċessar tal-frott hekk kif jibdew l-ewwel perjodi ta’ kesħa jgħinu jnaqqsu l-fermentazzjoni u jwasslu għall-iżvilupp tal-aromi.

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Fatturi naturali

Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Cidre du Perche / Perche” tinsab f’żona tranżizzjonali bejn il-Massif Armorikan fil-Punent u l-Baċir ta’ Pariġi fil-Lvant. Tifforma entità kkaratterizzata minn pajsaġġi b’ħafna tlajja’ u nżul li jvarjaw minn għoljiet mimlija ħdura għal foresti mifruxa fuq id-départements ta’ Eure-et-Loir, Orne u Sarthe.

Il-biċċa l-kbira tas-sottoswol ifforma matul il-perjodu Ġurassiku u l-perjodu Kretaċju Ċenomanjan. L-aktar ħamrija komuni fiż-żona hija l-ħamrija tat-tafal u tal-ġebla tal-ġir jew il-ħamrija ramlija: il-ġebla tal-ġibs ta’ Rouen, it-tafal aħdar, u r-ramel tal-Perche. It-tafal taż-żnied – prodott tad-dekalċifikazzjoni tas-saff tal-ġibs, li jista’ jkun miksi b’loess li jvarja fil-ħxuna – ukoll jinsab hawnhekk. Dawn is-substrati kollha għandhom fond tal-ħamrija tajjeb biex jinħadem u jiskulaw tajjeb.

F’termini tal-klima, ir-reġjun tal-Perche jinsab fil-post fejn jiltaqgħu influwenzi oċeaniċi fil-Punent u influwenzi kontinentali fil-Lvant. Ir-riżultat huwa klima oċeanika modifikata, ikkaratterizzata minn meded ta’ temperatura annwali bi xtiewi kesħin (il-borra hija rari, iżda jista’ jkun hemm sa 60 jum ta’ ġlata fis-sena) u bi sjuf sħan.

L-influwenza kontinentali hija riflessa fl-okkorrenza frekwenti ta’ ġlata tardiva, li hija komuni f’Mejju u Ġunju.

Fatturi umani

In-Normandija għandha tradizzjoni twila ta’ tkabbir tas-siġar tat-tuffieħ, iżda kien biss madwar is-seklu 16 li bdew jiżviluppaw ġonna tas-siġar tat-tuffieħ fuq artijiet reliġjużi jew tan-nobbli. Sas-sekli 17 u 18, kienu jkopru l-biċċa l-kbira tal-kampanja tal-Perche. Il-biċċa l-kbira tat-tuffieħ imkabbar kien jintuża biex isir is-sidru, xarba li kienet saret popolari u li kienet tiġi prodotta fi kważi l-azjendi agrikoli kollha fil-Perche.

Fis-seklu 19, ir-reġjun gradwalment beda jispeċjalizza fit-trobbija tal-baqar u taż-żwiemel, filwaqt li kompla jipproduċi s-sidru. Il-Perche mbagħad sar żona mħallta ta’ tkabbir ta’ għelejjel u trobbija tal-bhejjem, bil-karatteristika distintiva ta’ għelieqi tal-għelejjel imħawla bis-siġar tat-tuffieħ.

Fl-ewwel nofs tas-seklu 20, is-“Cidre du Perche / Perche” kien jiġi prodott f’kull azjenda agrikola u f’fabbriki tas-sidru speċjalizzati madwar il-provinċja. Il-produzzjoni tat-tuffieħ spiss kienet tippermetti lill-bdiewa jirduppjaw il-qligħ tagħhom mis-snin 30 sas-snin 50.

Mis-snin 50, iżda, l-għeluq tal-fabbriki industrijali tas-sidru, il-mekkanizzazzjoni tat-tagħmir agrikolu, u l-intensifikazzjoni tal-agrikoltura prattikament wasslu biex is-siġar tat-tuffieħ sparixxew mill-mergħat u mill-art li tinħarat fil-Perche.

Kien biss fl-aħħar tas-snin 80 li għadd ta’ bdiewa bdew jispeċjalizzaw fil-produzzjoni tas-sidru, ħaġa li wasslet għall-irxoxtar tal-industrija tas-sidru fil-Perche. Dawn il-produtturi mmobilizzaw l-għarfien espert tradizzjonali tal-provinċja dwar il-produzzjoni tas-sidru, bħall-użu ta’ varjetajiet tardivi, il-ħsad tal-frott meta jkun misjur, jew il-fermentazzjoni spontanja u bil-mod kif ukoll il-fermentazzjoni sekondarja naturali.

It-taħlita ta’ tkabbir ta’ għelejjel u trobbija ta’ bhejjem – is-sistema agrikola tradizzjonali tal-Perche – kienet tinvolvi ammont kbir ta’ xogħol f’Settembru u Ottubru. L-għażliet tal-varjetajiet għalhekk kienu ggwidati mill-ħtieġa li jitqassam ix-xogħol agrikolu u mill-adattament għall-klima tal-Perche. Ingħatat preferenza lill-varjetajiet li jkollhom il-frott tard peress li dawn isofru inqas mill-impatt tal-ġlata tar-rebbiegħa u l-frott tagħhom isir aktar tard fis-sena. Minbarra l-varjetajiet magħżula lokalment, ġew introdotti varjetajiet oħra fil-Perche u dawn adattaw tajjeb. Kwalunkwe varjetà partikolari tista’ tiġi osservata ssir fi stadji differenti tas-sena f’reġjuni differenti, iżda huwa fil-Perche li ssir l-aħħar. Il-varjetajiet l-aktar komuni huma Bedan, Doux Normandie, Tardive de la Sarthe, Saint-Hilaire, Fréquin rouge u Binet rouge.

It-tuffieħ jinqata’ misjur. Il-ħsad normalment jibda fl-aħħar ta’ Ottubru u jkompli sa Diċembru għall-varjetajiet li jinbtu l-aktar tard. Il-produzzjoni tas-sidru prinċipalment issir minn nofs Novembru “l quddiem. It-temperaturi baxxi f’dak iż-żmien tas-sena jillimitaw it-tkabbir mikrobiku, li jista’ jibdel il-kwalità tal-prodott, u jippermetti l-bidu bil-mod tal-fermentazzjoni. Il-fermentazzjoni fil-btieti, mingħajr ebda żieda ta’ ħmira, testendi fuq perjodu minimu ta’ tmien ġimgħat, meta mqabbla ma’ sitt ġimgħat f’partijiet oħra tan-Normandija.

Speċifiċità tal-prodott

Is-‘Cidre du Perche / Perche’ huwa sidru miksub permezz tal-fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun. Għandu:

kulur minn isfar dehbi għal oranġjo;

bilanċ ta’ togħmiet morri, ħelwin u aċidużi;

ftit imrar fil-palat medju u ħjiel ta’ freskezza fil-finitura;

u effervexxenza vivaċi iżda mhux abbundanti.

Rabta kawżali

L-abbundanza tas-siġar tat-tuffieħ hija r-riżultat tal-karatteristiċi topografiċi, klimatiċi u ġeoloġiċi taż-żona ġeografika. Il-Perche jipprovdi kundizzjonijiet favorevoli għat-tkabbir tat-tuffieħ, bil-pajsaġġ tiegħu b’ħafna tlajja” u nżul u ħamrija li tiskula sew, li tippermetti li l-ilma jiċċirkola u jipprovdi provvista suffiċjenti ta’ minerali.

Il-produtturi fil-provinċja kienu ggwidati fl-għażla tagħhom tal-varjetajiet mill-prattika tradizzjonali ta’ agrikoltura mħallta ta’ tkabbir tal-għelejjel u trobbija tal-bhejjem u min-natura tardiva tal-klima. Il-ġonna tas-siġar tat-tuffieħ tal-Perche jinkludu xi 40 mill-200 jew aktar varjetà tat-tuffieħ tas-sidru li jinsabu fin-Normandija.

It-taħlit ta’ varjetajiet jgħaqqad il-kwalitajiet distinti ta’ kull kategorija ta’ varjetà biex jipproduċi sidru b’bilanċ ta’ togħmiet morri, ħelwin u aċidużi: bl-ammont kbir ta’ komposti fenoliċi, il-varjetajiet morri u morri u ħelwin jagħtu lis-sidru l-kulur tiegħu minn isfar dehbi għal oranġjo u l-ftit imrar fil-palat medju; il-varjetajiet ħelwin u morri u ħelwin jagħtu lis-sidru l-palat mimli tiegħu, filwaqt li l-varjetajiet aċidużi - fi proporzjonijiet limitati - jagħtuh ħjiel ta’ freskezza.

Is-sajran tardiv tal-frott ifisser li l-produzzjoni tas-sidru prinċipalment tibda f’Novembru. Peress li t-temperatura tkun aktar baxxa f’dak iż-żmien tas-sena milli f’Settembru/Ottubru, il-fermentazzjoni ssir bil-mod, u b’hekk tippermetti l-iżvilupp tal-aromi distintivi tas-“Cidre du Perche / Perche”.

Il-fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun tagħti lis-sidru effervexxenza vivaċi iżda mhux abbundanti u tgħin lill-aromi jiżviluppaw.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-964fa31f-76f5-4816-ad72-ff8e3bcb255a


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.