ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
Werrej |
Paġna |
|
|
||
|
IL-PARLAMENT EWROPEW
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2021 |
|
2022/C 99/01 |
||
2022/C 99/02 |
||
2022/C 99/03 |
||
2022/C 99/04 |
||
2022/C 99/05 |
||
2022/C 99/06 |
||
2022/C 99/07 |
||
2022/C 99/08 |
||
2022/C 99/09 |
||
2022/C 99/10 |
||
2022/C 99/11 |
||
2022/C 99/12 |
||
2022/C 99/13 |
||
|
Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2021 |
|
2022/C 99/14 |
||
2022/C 99/15 |
||
2022/C 99/16 |
||
2022/C 99/17 |
||
2022/C 99/18 |
||
2022/C 99/19 |
||
2022/C 99/20 |
||
2022/C 99/21 |
||
2022/C 99/22 |
||
2022/C 99/23 |
||
2022/C 99/24 |
||
2022/C 99/25 |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2021 |
|
2022/C 99/26 |
|
III Atti preparatorji |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2021 |
|
2022/C 99/27 |
||
2022/C 99/28 |
||
2022/C 99/29 |
||
2022/C 99/30 |
||
2022/C 99/31 |
||
2022/C 99/32 |
||
2022/C 99/33 |
||
2022/C 99/34 |
||
2022/C 99/35 |
||
|
L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2021 |
|
2022/C 99/36 |
||
2022/C 99/37 |
||
2022/C 99/38 |
||
2022/C 99/39 |
||
2022/C 99/40 |
||
2022/C 99/41 |
||
2022/C 99/42 |
||
|
Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2021 |
|
2022/C 99/43 |
||
2022/C 99/44 |
||
2022/C 99/45 |
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) Emendi tal-Parlament: Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. |
MT |
|
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2021–2022
Dati tas-seduti: 5–8 ta’ Lulju 2021
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2021
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/2 |
P9_TA(2021)0327
Sikurezza u sinjalar ferrovjarji: valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-użu tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar is-sikurezza u s-sinjalar ferrovjarji: valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-użu tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) (2019/2191(INI))
(2022/C 99/01)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE, u b'mod partikulari l-Artikolu 47(2) tiegħu (2) (ir-Regolament dwar it-TEN-T), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/6 tal-5 ta' Jannar 2017 dwar il-pjan Ewropew ta' mobilitazzjoni għas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (3), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 13/2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-3 ta' Ottubru 2017 bit-titolu “Sistema Ewropea unika tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju: l-għażla politika qatt se ssir realtà?”, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Ekoloġiku Ewropew, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2020 bit-titolu “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur” (COM(2020)0789), |
— |
wara li kkunsidra s-seba' rapport ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2021 dwar l-iżvilupp tas-suq ferrovjarju skont l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2021)0005), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2020/2228 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Diċembru 2020 dwar is-Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021) (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2016 dwar il-kompetittività tal-industrija tal-provvista ferrovjarja Ewropea (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0181/2021), |
A. |
billi s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) hija l-istandard tal-UE għall-protezzjoni awtomatika tal-ferroviji, li toħloq sistema ferrovjarja interoperabbli fl-Ewropa; |
B. |
billi erba' memoranda ta' qbil dwar il-kooperazzjoni għall-implimentazzjoni tal-ERTMS ġew iffirmati mill-Kummissjoni u l-fabbrikanti tal-linji, il-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji Ewropej, u l-aħħar wieħed ġie ffirmat f'Settembru 2016; |
C. |
billi ttieħdu passi leġiżlattivi importanti, inkluża l-adozzjoni f'Ġunju 2016 tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju – li jirregola l-kwistjonijiet ta' governanza ferrovjarja u jsaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-Aġenzija) bħala l-awtorità tas-sistema għall-ERTMS – kif ukoll ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' interoperabbiltà (TSI) relatati mas-subsistemi tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni abbord il-ferroviji u maġenb il-binarji (TSI tas-CCS) adottati permezz tar-Regolament (UE) 2016/919 (6), li jagħti status ġuridiku lill-ispeċifikazzjonijiet tas-Sistema Ewropea ta' Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) Linja Bażi 3 Verżjoni 2) u tal-GSM-R (Sistema Globali għall-Komunikazzjoni Mobbli – Ferroviji) Linja Bażi 1; |
D. |
billi fil-5 ta' Jannar 2017 ġie adottat pjan Ewropew ta' implimentazzjoni (PEI) ġdid tal-ERTMS (7), li jistabbilixxi l-kalendarju għall-implimentazzjoni tal-ERTMS fuq il-kurituri tan-network ewlieni (KNE); |
E. |
billi ERTMS kompletament implimentata tkun tippermetti żieda fil-kapaċità tat-traffiku sa massimu ta' 30 % fuq l-infrastruttura ferrovjarja eżistenti; |
F. |
billi l-Kummissjoni ppubblikat ukoll Pjan ta' Azzjoni tal-ERTMS (8), li jidentifika l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu indirizzati l-ostakli għall-implimentazzjoni u l-interoperabbiltà tal-ERTMS u li għandu l-għan li jilħaq il-mira li jaqleb madwar terz tal-kurituri tan-network ewlieni sal-2023; |
G. |
billi bejn l-2014 u l-2020, il-baġit tal-UE appoġġa l-implimentazzjoni tal-ERTMS b'baġit totali stmat ta' EUR 2,7 biljun, li minnhom EUR 850 miljun ġew mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) (9) u EUR 1,9 biljun ġew mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni) fir-reġjuni eliġibbli; |
H. |
billi l-implimentazzjoni tal-ERTMS trid bilfors tinvolvi d-dekummissjonar tal-installazzjoni tas-sistemi tal-Klassi B tal-komponenti ta' maġenb il-binarji tal-ETSC flimkien mal-immodifikar retroattiv mifrux tal-vetturi ferrovjarji b'subsistemi interoperabbli tal-unitajiet abbord tal-ERTMS; |
I. |
billi ma hemm l-ebda obbligu legali fis-seħħ li l-Istati Membri jadottaw miżuri biex jiżguraw li l-impriżi ferrovjarji jinvestu fl-ERTMS; |
J. |
billi l-QEA wissiet li implimentazzjoni sħiħa tan-network ewlieni tal-ERTMS bħalissa għadha lura ħafna u mhux se titlesta sal-iskadenza tal-2030, filwaqt li tirreferi għan-nuqqas ta' koordinazzjoni tal-Istati Membri bħala waħda mir-raġunijiet primarji ta' dan id-dewmien; |
K. |
billi l-inċident tal-ferrovija f'Alvia f'Santiago de Compostela fl-24 ta' Lulju 2013 ikkawża l-mewt ta' 80 persuna u ħalla 144 persuna oħra midruba; |
L. |
billi għall-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid, skont il-metodoloġija tat-trekkjar klimatiku tal-UE għan-nefqa tal-UE, l-ERTMS tirrappreżenta 40 % tal-kontribut għall-objettivi tal-klima u tal-ambjent u billi 30 % tan-nefqa fil-qafas tal-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni u l-InvestEU, 37 % fil-qafas tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) (10) u 60 % fil-qafas tal-FNE jridu jiġu allokati għal azzjonijiet li jiġġieldu lit-tibdil fil-klima; |
M. |
billi l-RRF jistabbilixxi li 20 % tal-investimenti għandhom ikunu orjentati lejn l-aspett diġitali u billi fil-metodoloġija tiegħu għall-ittaggjar diġitali stabbilita fl-Anness VII tar-Regolament dwar l-RRF, 100 % tal-investiment fl-ERTMS huwa diġitali; |
1.
Jissottolinja li l-ferroviji huma l-mod ta' trasport tal-massa tal-passiġġieri u tal-merkanzija l-aktar sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u li l-potenzjal tagħhom għadu ma ġiex sfruttat bis-sħiħ, minkejja l-iżviluppi pożittivi fis-settur, bħaż-żieda kostanti fil-volumi ta' passiġġieri bil-ferrovija u l-volumi ta' merkanzija ferrovjarja, anke jekk dawn żdiedu b'mod irregolari matul dawn l-aħħar ftit snin;
2.
Jirrimarka li l-Patt Ekoloġiku Ewropew jitlob li jkun hemm bidla modali kbira lejn il-ferroviji u li l-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti l-ġdida tistabbilixxi l-istadji importanti għall-irduppjar tat-traffiku ferrovjarju b'veloċità għolja sal-2030 u tat-traffiku tal-merkanzija bil-ferrovija sal-2050 li jirrikjedu żieda fis-sehem tal-kapaċità li ma tistax tinkiseb mingħajr aċċellerazzjoni fuq skala kbira tal-introduzzjoni tal-ERTMS mal-UE kollha;
3.
Jisħaq li wieħed mill-objettivi ewlenin tal-UE għall-koordinazzjoni ferrovjarja hi li ssaħħaħ ir-robustezza tan-network ewlieni u li żżid is-sehem tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u tal-passiġġieri;
4.
Ifakkar li l-ERTMS ġiet varata fis-snin disgħin u li l-għan tagħha huwa li tiżgura s-sikurezza tat-traffiku ferrovjarju, li tinkoraġġixxi l-interoperabbiltà fost in-networks ferrovjarji nazzjonali u t-trasport ferrovjarju transfruntier, li tnaqqas l-ispejjeż tax-xiri u l-manutenzjoni tas-sistemi ta' sinjalar u li żżid il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u l-affidabbiltà tas-sistema tat-trasport ferrovjarju;
5.
Jenfasizza li l-implimentazzjoni sħiħa tal-ERTMS se tgħin biex tinħoloq żona ferrovjarja unika Ewropea, hija essenzjali biex is-settur ferrovjarju Ewropew isir adattat għall-era diġitali, se żżid il-profittabbiltà tat-trasport ferrovjarju, se tippermetti li tiżdied id-densità operattiva ta' linja ferrovjarja, u hija prerekwiżit biex il-ferroviji fl-aħħar ikunu kompetittivi ma' modi oħra ta' trasport; jilqa', għalhekk, il-fatt li l-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti l-ġdida tikkonferma li l-ERTMS għandha tkun prijorità ewlenija sabiex tinħoloq sistema tat-trasport verament intelliġenti u effiċjenti billi jintlaħqu objettivi bħall-allokazzjoni suffiċjenti tal-kapaċità u l-ġestjoni tat-traffiku kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija;
6.
Jenfasizza li l-ERTMS saret standard globali għall-kontroll u l-komunikazzjoni tal-ferroviji, u ġiet implimentata fi kważi 50 pajjiż madwar id-dinja, u toħloq opportunitajiet eċċellenti sabiex jiżdied in-negozju b'valur miżjud għoli u jinħoloq l-għarfien espert fi ħdan l-UE u għall-implimentazzjoni fi ħdan il-pajjiżi mhux tal-UE; jappella għall-istabbiliment ta' sistema Ewropea ta' ġestjoni tat-traffiku standardizzata, u jemmen li jrid jiġi żviluppat malajr standard Ewropew qabel ma jiġi impost fuq l-UE standard ta' sistema globali ta' ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tuża l-kooperazzjonijiet bilaterali tal-UE biex tippromwovi l-implimentazzjoni tal-ERTMS f'pajjiżi mhux tal-UE;
7.
Jilqa' l-ħidma tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi qafas ta' arkitettura tas-CCS biex jiġi żgurat li l-ferroviji jħaddnu bis-sħiħ id-diġitalizzazzjoni li fuqha hija bbażata l-ERTMS, li għandu jippermetti aġġornamenti u titjib aktar faċli u aktar affordabbli bis-saħħa tal-istandardizzazzjoni u l-modularizzazzjoni ulterjuri, l-introduzzjoni tal-prinċipju “plug-and-play” u l-armonizzazzjoni tal-immuddellar tad-data;
Governanza
8. |
Jilqa' l-kompiti l-ġodda fdati lill-Aġenzija fil-qafas tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju, u jirrikonoxxi r-rwol prominenti tal-Aġenzija bħala punt uniku ta' servizz li jiżgura l-konsistenza fl-iżvilupp tal-ERTMS interoperabbli, li l-implimentazzjoni tal-ERTMS tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ, u li l-programmi Ewropej tar-riċerka u l-innovazzjoni relatati mal-ERTMS ikunu kkoordinati mal-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS; jiddispjaċih, għalhekk, minħabba t-tnaqqis reċenti tal-baġit annwali tal-Aġenzija; |
9. |
Jemmen li l-Aġenzija għandha tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa u tingħata setgħa akbar sabiex tegħleb l-isfidi tal-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-ERTMS li għadhom jeżistu (l-armonizzazzjoni tar-regoli u r-rekwiżiti operattivi, il-manutenzjoni u t-tibdil tal-ispeċifikazzjonijiet, il-proċeduri tal-konformità mat-tip u tat-tul tat-tip u l-proċeduri tal-akkwist pubbliku, eċċ.), iżżid il-kompetittività u tmexxi l-introduzzjoni teknika tat-teknoloġiji ġodda; |
10. |
Jenfasizza r-rwol tal-Koordinatur tal-ERTMS biex jiġi determinat liema huma l-linji u l-kurituri li għandhom bżonn jiġu mgħammra bl-ERTMS bħala kwistjoni ta' prijorità, u biex jiżgura li tiġi implimentata bl-aktar mod kosteffiċjenti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati; |
11. |
Jemmen li r-rwol tal-Koordinatur tal-ERTMS jeħtieġ li jittejjeb b'mod sinifikanti, kemm f'dawk li huma riżorsi kif ukoll f'dawk li huma setgħat ta' implimentazzjoni, biex il-miri tal-implimentazzjoni jintlaħqu; jilqa', għalhekk, l-opportunità li r-rwol tal-Koordinatur tal-ERMTS jissaħħaħ fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament dwar it-TEN-T billi jingħata, pereżempju, rwol deċiżiv fl-għażla tal-proġetti, responsabbiltajiet ta' sorveljanza estiżi u billi r-riċeviment ta' għotjiet tal-FNE jsir kontinġenti fuq il-kunsens tieghu, b'mod partikolari fir-rigward tal-konnessjonijiet transfruntiera ewlenin; |
12. |
Jilqa' l-fatt li l-Koordinatur tal-ERTMS jirrapporta lura lill-Parlament fuq bażi annwali; |
13. |
Jissottolinja li approċċ ikkoordinat bejn l-Istati Membri kollha u mmexxi mill-Koordinatur tal-ERTMS, f'dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-ERTMS, huwa l-unika triq biex tingħeleb is-sitwazzjoni attwali ta' frammentazzjoni, b'mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-proġetti transfruntiera; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas għad-diskussjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, il-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji dwar l-implimentazzjoni tal-ERTMS immexxija mill-Koordinatur tal-ERTMS, bl-għan li jiġi promoss l-iskambju tal-aħjar prattiki, jiġu inkoraġġiti l-azzjonijiet konġunti għall-implimentazzjoni tal-ERTMS fuq il-kurituri transfruntiera, jittejbu l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni tal-konfromità, u jiżdied l-impenn ġenerali tal-Istati Membri; ifakkar li jeħtieġ li jsiru aktar sforzi mill-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja b'mod kollettiv biex jgħammru lill-ERTMS u jibdew iħaddmuha fis-sezzjonijiet transfruntiera b'mod simultanju u b'mod teknikament konsistenti; |
14. |
Jemmen li hemm bżonn ta' qafas regolatorju għad-diġitalizzazzjoni tas-sistema ferrovjarja li tpoġġi lill-ERTMS fil-qalba ta' evoluzzjoni diġitali tas-sistema ferrovjarja; jilqa', f'dan ir-rigward, l-impenn tas-settur ferrovjarju li jagħmel possibbli l-industrijalizzazzjoni tal-ERTMS u l-kontribut tal-Impriża Konġunta Shift2Rail (S2R JU) għar-riċerka u l-innovazzjoni bil-għan li tiġi indirizzata t-tneħħija tal-ostakli tekniċi li fadal li qed iżommu lura lis-settur ferrovjarju f'dik li hi interoperabbiltà u tiġi żgurata t-tranżizzjoni lejn suq ferrovjarju tal-UE aktar integrat, effiċjenti u sikur, filwaqt li tiġi garantita l-interkonnessjoni xierqa ta' soluzzjonijiet tekniċi u bil-għan li s-sistema ferrovjarja tal-UE ssir aktar sostenibbli, diġitali, kompetittiva, affidabbli u attraenti; jappoġġa b'saħħa l-inizjattiva suċċessur ġdida tiegħu, il-pilastru tas-Sistema tal-Impriżi Konġunti Ferrovjarji tal-Ewropa, li jikkoordina l-evoluzzjoni tas-sistema, l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda, il-pjanijiet ta' migrazzjoni teknoloġika, l-industrijalizzazzjoni u l-implimentazzjoni, speċjalment għall-ERTMS, bil-ħsieb li jiġu żgurati kollaborazzjoni aktar effiċjenti u użu aħjar tar-riżorsi skarsi; |
15. |
Jappella li l-koordinament bejn l-Aġenzija u l-S2R JU jkompli jissaħħaħ sabiex l-investimenti jiġu prijoritizzati aħjar fid-diġitalizzazzjoni tal-ferroviji Ewropej; jissottolinja, f'dan ir-rigward, li l-Aġenzija għandu jkollha rwol aktar prominenti minn sempliċement dak ta' osservatur tal-bord ta' tmexxija tal-S2R JU; |
Interoperabbiltà u implimentazzjoni
16. |
Jilqa' r-riżultati sodisfaċenti li wriet l-ERTMS f'dawk li huma veloċità, kapaċità u sikurezza kull fejn ġiet implimentata; jiddispjaċih, għalhekk, li, meta mqabbel mal-miri stabbiliti fil-PEI, fi tmiem l-2020 madwar 13 % biss tal-kurituri tan-network ewlieni tħaddmu f'konformità mal-ERTMS, u l-implimentazzjoni tal-ERTMS fil-biċċa l-kbira tal-kurituri kienet tvarja bejn is-7 % u t-28 %; jirrimarka, barra minn hekk, li l-investiment fl-ERTMS mhuwiex mira sistematika għan-network ewlieni – minkejja l-pjanijiet ta' implimentazzjoni tat-TEN-T u l-linji gwida li jirrakkomandaw tali investiment – jew saħansitra fuq sezzjonijiet iżolati li mhux konnessi man-network ewlieni; jemmen, għalhekk, li għandu jissaħħaħ approċċ ta' kuritur sabiex jingħelbu l-ostakli għall-implimentazzjoni tal-ERTMS, b'mod partikolari fil-kurituri bl-aktar rati baxxi ta' implimentazzjoni bħall-kuritur tal-Atlantiku, u speċjalment fi ħdan il-Peniżola Iberika; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni telenka l-konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera fuq in-network ewlieni fejn ma nkisbitx l-implimentazzjoni sħiħa tal-ERTMS maġenb il-binarji u tippubblika s-sejbiet tagħha sabiex tiġbed l-attenzjoni għall-valur miżjud tal-UE tal-implimentar sħiħ tal-ERTMS fuq dawn il-konnessjonijiet ferrovjarji; |
17. |
Jemmen li hemm il-ħtieġa urġenti li l-pass tal-implimentazzjoni tal-ERTMS jiżdied b'għaxar darbiet sabiex tkun tista' tinkiseb it-tranżizzjoni diġitali u tittejjeb is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-UE, tal-passiġġieri u tal-ħaddiema ferrovjarji; huwa tal-fehma li l-ERTMS jeħtieġ li tiġi introdotta fin-network ewlieni sal-2030 u fin-network komprensiv sal-2040; ifakkar fil-ħtieġa li jiġi evitat id-dewmien għall-installazzjonijiet u l-attivazzjonijiet tal-ERTMS, li jista' jikkomprometti s-sikurezza; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex iżżomm u ssaħħaħ in-natura vinkolanti tal-miri fir-reviżjonijiet tagħha tal-linji gwida tat-TEN-T, tal-Pjanijiet Ewropej għall-Implimentazzjoni tal-ERTMS u tat-TSI tas-CCS; |
18. |
Jemmen li l-isfruttament tal-potenzjal kollu tal-ERTMS jiddependi bla dubju mit-tlestija tan-network ewlieni tat-TEN-T; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rwol tal-koordinaturi tan-network ewlieni fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament tat-TEN-T u tinkludi miżuri dwar il-ġestjoni mill-UE tal-infrastruttura tan-network ewlieni; |
19. |
Jirrimarka li bħalissa għad hemm madwar 30 sistema nazzjonali differenti ta' sinjalar, speċjalment fiż-żoni bi traffiku li fil-biċċa l-kbira jkun domestiku u lokali, fejn is-sistemi eżistenti tal-Klassi B fadlilhom ħajja ekonomika, u li din id-diversità tas-sistemi tispjega sa ċertu punt il-frammentazzjoni u l-varjabilità fl-ispejjeż tal-implimentazzjoni tal-ERTMS; jenfasizza li s-sistemi tal-Klassi B huma ostaklu għall-introduzzjoni tal-ERTMS u għall-operazzjonijiet transfruntiera tat-traffiku ferrovjarju fin-network tal-UE, peress li jeħtieġu awtorizzazzjoni tas-sikurezza aktar għalja u diffiċli għall-operaturi tat-trasport ferrovjarju u jikkostitwixxu ostaklu mill-akbar għall-kompetittività tat-trasport ferrovjarju, li jfixkel il-kompatibbiltà teknika u operattiva tal-ferroviji madwar l-UE u jirriżulta fi spejjeż addizzjonali għas-settur, inklużi l-ispejjeż tal-manutenzjoni; |
20. |
Jenfasizza li l-proċess tad-dekommissjonar tal-Klassi B miexi bil-mod; jiddispjaċih li ftit Stati Membri biss adottaw pjanijiet biex jiddekummissjonaw is-sistemi ta' sinjalar tal-Klassi B fil-pjanijiet ta' implimentazzjoni nazzjonali tal-ERTMS tagħhom u jiddispjaċih ukoll li fil-preżent ma hemm l-ebda obbligu legali u lanqas kalendarju ta' żmien fil-livell tal-UE għad-dekummissjonar tas-sistemi tal-Klassi B; |
21. |
Jemmen li implimentazzjoni effiċjenti u rapida tal-ERTMS tista' tinkiseb biss permezz tal-istabbiliment ta' miri vinkolanti, imsaħħa b'penalitajiet għall-maniġers tal-infrastruttura fil-każ li jkunu tqiegħdu disponibbli baġit u riżorsi adegwati, iżda ma tkunx ġiet osservata l-iskadenza tal-implimentazzjoni; |
22. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq strateġija globali ta' dekummissjonar ġenerali għas-sistemi tal-Klassi B bi skadenzi regolatorji allinjati mal-miri vinkolanti li jridu jiġu stabbiliti fil-livell tal-UE; jemmen li l-effikaċja ta' din l-istrateġija u s-siwi tagħha fit-tul għall-investiment jiddependu mill-involviment tal-atturi kkonċernati kollha, inklużi l-impriżi u l-fornituri ferrovjarji, u r-rieda tal-Istati Membri li jissodisfaw l-obbligi tagħhom fl-ambitu tar-Regolament tat-TEN-T; |
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tintroduċi dispożizzjoni regolatorja biex tiżgura li l-pjanijiet ta' implimentazzjoni nazzjonali tal-ERTMS ikunu legalment allinjati – kemm mil-lat regolatorju u kemm minn dak ġeografiku – mal-miri vinkolanti għall-implimentazzjoni tal-ERTMS stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE, sabiex titlesta l-introduzzjoni tagħha fi ħdan in-network ewlieni sal-2030 u fi ħdan in-network komprensiv sal-2040; |
24. |
Jirrimarka li r-regoli nazzjonali attwali u n-nuqqas ta' armonizzazzjoni tar-rekwiżiti operattivi relatati mal-ERTMS, bħar-regoli tal-inġinerija, u l-ostakli tekniċi, bħall-gauges varjabbli tal-fus, il-vultaġġ u d-daqs tal-vaguni, li jistgħu jvarjaw tul in-network kollu kemm hu, jaffettwaw l-interoperabbiltà, billi jxekklu t-tħaddim bla xkiel tan-network ferrovjarju tal-UE u jxekklu l-profitabbiltà tal-operaturi ferrovjarji; |
25. |
Jenfasizza li l-ispiża tat-titjib tas-sistemi ta' maġenb il-binarji u dawk abbord tvarja ħafna skont in-network; jinnota li t-tul tal-ħajja tat-tagħmir jimplika perjodu twil ta' deprezzament tal-investimenti, li huwa kriterju ekonomiku ewlieni għall-investimenti futuri; jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet assoċjati mal-bidliet frekwenti fl-istandards, li jillimitaw it-tul tal-ħajja tat-tagħmir b'mod mhux prevedibbli għas-settur ferrovjarju, u dan jirriżulta f'diżinċentiv għall-investiment; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza tal-istabbiltà regolatorja sabiex ikun jista' jkun hemm redditu fuq l-investiment li jkun sar; jitlob lill-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa aktar bidliet meta tkun qed taġġorna t-TSI għall-2030 u tiżgura l-kompatibbiltà; |
26. |
Jiddeplora l-fatt li fil-ħames snin sa nofs l-2019 kważi 80 % tal-vetturi l-ġodda li bdew jintużaw fl-Ewropa kienu jew soġġetti għal deroga jew kienu eżentati mir-rekwiżit li jkunu mgħammra bl-ERTMS; jemmen li minħabba l-implimentazzjoni tal-ERTMS fin-network komprensiv, lill-vetturi ferrovjarji ġodda ma għandha tingħatalhom l-ebda deroga jew eżenzjoni mir-rekwiżit li jiġu mgħammra bl-ERTMS; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tieħu inizjattivi konkreti biex tindirizza din il-kwistjoni b'mod determinat billi tadotta qafas regolatorju xieraq u tiżgura li jkun hemm fis-seħħ sett ta' inċentivi ekonomiċi biex jiġu inkoraġġiti l-investimenti tal-impriżi ferrovjarji fl-unitajiet tal-ERTMS abbord; |
27. |
Jenfasizza li l-iskadenzi għall-proċessi ta' awtorizzazzjoni għall-proġetti ta' modifika retroattiva, speċjalment għall-proċessi ta' awtorizzazzjoni tal-konformità mat-tip għall-vetturi ferrovjarji għaż-żona nazzjonali tal-użu biss, għadhom ivarjaw minħabba valutazzjonijiet diverġenti mill-aġenziji nazzjonali tas-sikurezza dwar il-ħtieġa li ċerti modifiki jiġu awtorizzati mill-ġdid, u dan iwassal biex kull vettura ferrovjarja tieħu sa xahar biex tiġi awtorizzata mill-ġdid; jistieden lill-Kummissjoni tieħu inizjattivi leġiżlattivi, inklużi aġġornamenti tar-regolamenti ta' implimentazzjoni attwali, biex tiżgura li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni li jsegwu proċessi ta' awtorizzazzjoni tat-tip, speċjalment il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni tal-konformità mat-tip relatati mal-modifika retroattiva ta' subsistemi tal-ERTMS abbord għaż-żona nazzjonali tal-użu, jiġu ssimplifikati u armonizzati permezz ta' operazzjonijiet ta' kontroll rapidi sabiex jitnaqqas iż-żmien meħtieġ biex jingħataw iċ-ċertifikati tal-konformità mat-tip; jemmen, barra minn hekk, li l-proċessi tal-konformità għandhom ikomplu jsaħħu l-involviment fi stadju bikri tal-fornituri industrijali u l-aġenziji nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati sabiex jiġi evitat li l-impriżi ferrovjarji jiġu skoraġġuti milli jwettqu proġetti ta' implimentazzjoni fuq skala kbira u ambizzjużi; jappella, barra minn hekk, għal aktar involviment tal-Aġenzija fil-proċeduri tal-konformità mat-tip li jitwettqu meta l-vetturi ferrovjarji modifikati retroattivament ikunu destinati biss għaż-żona nazzjonali tal-użu; |
28. |
Jappella għal approċċ sistematiku għall-introduzzjoni tal-ERTMS, kemm abbord kif ukoll maġenb il-binarji; |
29. |
Ifakkar li skont l-istudju tal-vijabbiltà reċenti dwar id-disa' kurituri tan-network ewlieni, l-istrateġija doppja tal-migrazzjoni abbord għall-implimentazzjoni tal-ERTMS, li tiffoka fuq li l-flotta l-ewwel tiġi mgħammra bl-ERTMS, għandha eżitu ekonomiku aħjar meta mqabbla mal-istrateġija doppja tal-migrazzjoni ta' maġenb il-binarji; |
30. |
Jinnota li l-pass bil-mod tal-installazzjoni maġenb il-binarji jiddiżinċentiva l-implimentazzjoni mingħajr skossi tal-ERTMS; jemmen li l-istrateġija tal-migrazzjoni tal-binarji, li tiffoka fuq l-installazzjoni tal-ERTMS fuq sistemi ta' legat li jinżammu operattivi sakemm il-flotta kollha tiġi mgħammra, għandha wkoll tiġi aċċellerata, speċjalment fid-dawl tal-allinjament li jmiss tar-Regolament dwar il-Kurituri Ferrovjarji tal-Merkanzija (11) mar-reviżjoni tal-linji gwida tat-TEN-T, u f'dan ir-rigward jappella għal aktar kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA), l-amministraturi tal-infrastruttura u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza biex tinkiseb kompatibbiltà sħiħa bejn il-verżjonijiet tal-ERTMS ta' maġenb il-binarji; ifakkar li l-inkompatibilitajiet bejn il-verżjonijiet differenti tal-ERTMS ta' maġenb il-binarji li diġà huma implimentati jridu jiġu solvuti u trid tiġi żgurata l-kompatibbiltà futura tal-linji ERTMS kollha, u f'dan is-sens jappella għal aktar kooperazzjoni bejn l-ERA u l-maniġers tal-infrastruttura u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza; |
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tqis it-tagħmir tal-ERTMS meta tkun qed tfassal l-indiċi tal-konnettività ferrovjarja; |
32. |
Jisħaq li l-prototipi huma wieħed mill-akbar ostakli għall-modifika retroattiva abbord minħabba n-natura kkumplikata, li tieħu ħafna ħin u li tiswa l-flus tal-iżvilupp tagħhom; jirrimarka, barra minn hekk, ir-riskju possibbli attwali li l-istess proġett prototip jirċievi finanzjament minn diversi sorsi tal-UE; jappella għall-ħolqien ta' pjattaforma tal-UE għall-iżvilupp ta' prototipi, sabiex jiġu ffavoriti ekonomiji ta' skala kbar, l-armonizzazzjoni u l-kompetittività, kif ukoll il-ħolqien ta' reġistru trasparenti ta' soluzzjonijiet li diġà jkunu ġew iffinanzjati; |
33. |
Jissottolinja li mingħajr interfaċċji standardizzati b'teknoloġija “plug-and-play” – kemm maġenb il-binarji kif ukoll abbord – is-sistema ferrovjarja mhux ser tkun tista' tintroduċi u taħtaf il-benefiċċji tal-fatturi ta' bidla tal-ERTMS bħall-operazzjoni awtomatika tal-ferroviji, is-sistema futura tal-komunikazzjoni mobbli bir-radju, il-pożizzjonament bis-satellita jew it-teknoloġija Livell 3; jistieden lill-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li t-teknoloġija GSM-R, li kienet l-aktar teknoloġija avvanzata meta l-ERTMS ġiet varata l-ewwel darba, qed issir irrilevanti minħabba l-introduzzjoni tal-4G u l-5G; |
34. |
Jirrimarka l-ħtieġa li jiġu żgurati sinerġiji bejn l-ERTMS u s-Sistema Globali Ewropea ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) malajr kemm jista' jkun, speċjalment peress li d-disponibbiltà tas-sinjali tal-GNSS tiddependi mill-balises virtwali, li jkunu jiswew inqas biex jiġu implimentati u miżmuma, peress li din tħaffef l-introduzzjoni tal-ERTMS u peress li ssaħħaħ il-kompetittività tal-ERTMS barra mill-UE; jappella lill-industrija ferrovjarja tal-UE tiżviluppa soluzzjonijiet tekniċi sabiex il-GNSS tabilita lill-ERTMS fuq skala kbira; jappella, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tqis li tintroduċi l-GNSS fir-reviżjoni li jmiss tat-TSI CCS tal-ERTMS sabiex tneħħi d-diskrepanzi teknoloġiċi li fadal u tħaddan l-innovazzjoni; jistieden lill-ERA tikkoordina mill-qrib, tappoġġa u tissimplifika l-proġetti ta' riċerka u żvilupp tal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-ispazju u f'dak ferrovjarju sabiex id-data dwar il-lokalizzazzjoni GNSS tal-ferroviji tiġi inkluża fl-ERTMS kemm jista' jkun malajr; jappella, barra minn hekk, li l-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Aġenzija tal-GNSS tiżdied sabiex il-GNSS tiddaħħal gradwalment fl-istandards tal-ERTMS; |
35. |
Jissottolinja l-ineffiċjenzi u d-diffikultajiet attwali fl-akkwist pubbliku għat-tħaddim tal-ERTMS; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Aġenzija biex tistabbilixxi format komuni tal-UE għall-offerti għall-akkwisti, ibbażat fuq il-proposta maqbula mis-settur fl-2018, u biex tindirizza fi proposta leġiżlattiva l-aspetti tekniċi kollha biex jiġu żgurati l-akkwist b'suċċess (eż. klawżoli ta' manutenzjoni) u l-kompatibilità mal-linji bażi l-aktar reċenti disponibbli tal-ERTMS; |
36. |
Jirrikonoxxi li l-ERTMS hija l-aqwa xempju tas-saħħa innovattiva tal-industrija tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva għal strateġija industrijali tal-ERTMS bħala parti mill-Istrateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa, li tindirizza l-kapaċità industrijali insuffiċjenti, in-nuqqas ta' ħwienet tax-xogħol adattati għall-modifika retroattiva, in-nuqqas ta' baġit adegwat, stabbli u prevedibbli u n-nuqqas ta' persunal kwalifikat u li tiżgura t-tranżizzjoni mill-approċċ attwali bbażat fuq il-proġetti għall-industrijalizzazzjoni tal-introduzzjoni tal-ERTMS; |
37. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku, jagħtu spinta lit-taħriġ vokazzjonali doppju għal impjiegi ġodda maħluqa mid-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni fir-rigward tal-isfidi l-ġodda ġġenerati mill-implimentazzjoni tal-ERTMS, billi jipprovdu appoġġ biżżejjed għat-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema ferrovjarji, bħat-taħriġ dwar is-sistema ta' sinjalazzjoni; |
Finanzjament
38. |
Ifakkar li l-funzjonament xieraq tan-network ferrovjarju tal-UE jiddependi minn investiment xieraq fl-infrastruttura u fil-vetturi ferrovjarji u minn manutenzjoni tajba; |
39. |
Jinnota li bejn l-2014 u l-2020, il-baġit tal-UE appoġġa l-implimentazzjoni tal-ERTMS b'baġit totali stmat ta' EUR 2,7 biljun, li minnhom EUR 850 miljun ġew mill-FNE u EUR 1,9 biljun ġew mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni) fir-reġjuni eliġibbli; |
40. |
Jisħaq li l-investiment meħtieġ biex l-ERTMS tiġi implimentata fin-network ewlieni huwa stmat li hu ta' EUR 12-il biljun għas-sistemi ta' maġenb il-binarji u EUR 5 biljun għas-sistemi abbord; |
41. |
Jenfasizza li l-investimenti fl-implimentazzjoni tal-ERTMS jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri ta' integrazzjoni klimatiċi u diġitali tal-istrumenti finanzjarji tal-UE, u għaldaqstant għandhom jitqiesu bħala prijorità fl-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti; |
42. |
Ifakkar li l-appoġġ finanzjarju tal-UE huwa disponibbli għall-investimenti tal-ERTMS kemm maġenb il-binarji kif ukoll abbord, iżda li dan jista' jkopri biss ammont limitat tal-ispiża ġenerali tal-implimentazzjoni, filwaqt li jħalli lill-maniġers tal-infrastrutturi individwali u lill-impriżi ferrovjarji jġarrbu l-biċċa l-kbira tal-ispejjeż; jemmen li hemm il-ħtieġa li jittejbu l-istrumenti finanzjarji fis-seħħ sabiex jiġu inċentivati investimenti fuq skala kbira fl-ERTMS; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tfassal linji gwida komprensivi b'appoġġ għal strateġija fuq skala kbira għall-finanzjament tal-ERTMS kemm maġenb il-binarji kif ukoll abbord; |
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika ġabra ta' miżuri li l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea jistgħu jieħdu sabiex iżidu l-implimentazzjoni tal-ERTMS abbord filwaqt li jiżguraw li n-negozji jkunu vijabbli għall-impriżi involuti, u b'kunsiderazzjoni xierqa tar-rwol tal-maniġers tan-network bħala fornituri potenzjali; |
44. |
Ifakkar fis-sejba tal-QEA li, b'mod ġenerali fl-UE, 50 % tal-fondi tat-TEN-T oriġinarjament allokati għall-proġetti tal-ERTMS ġew diżimpenjati u li d-dewmien fl-implimentazzjoni u t-tnaqqis fl-ambitu tal-proġett kienu r-raġunijiet ewlenin ta' dan; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw din il-problema; |
45. |
Ifakkar li l-fondi tal-UE mhumiex biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet kollha mistennija u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib u jieħdu impenji ta' ppjanar, finanzjament u ta' politika biex itejbu aktar l-attraenza tal-investiment fl-ERTMS, u biex jiggarantixxu ċ-ċertezza tad-dritt għall-investituri privati; jinnota li d-durata tal-ftehimiet ta' għotja tal-FNE tista' tiġi estiża biex tirrifletti aħjar it-tul ta' żmien realment meħtieġ biex il-proġetti tal-ERTMS jiġu implimentati; |
46. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-finanzjament tat-tagħmir għall-konnessjonijiet transfruntiera huwa ta' natura prijoritarja; huwa tal-fehma li peress li r-rati ta' kofinanzjament tal-UE għall-ERTMS mhumiex biżżejjed, dawn għandhom jiżdiedu; jappella, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tevalwa l-opportunità li tagħti lill-proġetti tal-ERTMS fattur ta' kofinanzjament saħansitra ogħla minn 50 % fl-ambitu tal-finanzjament tal-FNE meta tali proġetti jkunu inkorporati fi pjanijiet aċċellerati ambizzjużi fuq skala kbira biex titkabbar l-implimentazzjoni tal-ERTMS, sabiex jiġu inċentivati strateġiji ambizzjużi għall-ERTMS fl-Istati Membri; |
47. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw, jippromwovu u jiffaċilitaw sinerġiji bejn l-istrumenti finanzjarji kollha tal-UE bħall-FNE u l-Faċilità ta' Taħlit tagħha, il-Fondi ta' Koeżjoni u l-InvestEU, u l-aċċess għan-Next Generation EU, u jappella lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jagħmlu l-ERTMS waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħhom fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza nazzjonali tagħhom; |
48. |
Ifakkar fl-importanza strateġika tan-Next Generation EU u tal-RRF fl-appoġġ għal pjan ambizzjuż ta' implimentazzjoni fuq skala kbira għall-ERTMS fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Istati Membri, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament tal-ERTMS jingħata rilevanza adegwata matul il-fażi preparatorja tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza; |
49. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-proġetti ġodda ta' linji ferrovjarji jingħataw fondi tal-UE biss jekk ikunu jinkludu t-tagħmir tal-ERTMS; jappella, barra minn hekk, biex l-Aġenzija tivvaluta b'mod sistematiku l-konformità tal-proġetti ffinanzjati mill-UE mat-TSIs biex jiġu evitati d-diffikultajiet dwar il-kompatibbiltà tal-verżjonijiet tal-ERTMS installati; |
50. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħtu tnaqqis ta' 75 % fit-tariffi tal-aċċess għall-binarji għal 10 snin lill-impriżi ferrovjarji li jkun irnexxielhom jgħammru 100 % tal-lokomottivi tagħhom bil-Linja Bażi 3 tal-ERTMS; |
51. |
Jisħaq li l-metodu ta' kalkolu tal-għajnuna tal-UE għal tagħmir tal-ERTMS, abbażi ta' kilometraġġ b'rata fissa għal kull kilometru, huwa adattat għas-sezzjonijiet lineari iżda huwa inqas adattat għal nodi urbani li jeħtieġu bosta oġġetti maġenb il-binarji u konfigurazzjonijiet kumplessi tal-ERTMS fuq distanza qasira; jissuġġerixxi li titqies ir-ripartizzjoni tal-ispejjeż skont l-għadd ta' settijiet ta' devjaturi fuq il-binarji; |
o
o o
52. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44
(2) ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.
(4) ĠU L 437, 28.12.2020, p. 108.
(5) ĠU C 86, 6.3.2018, p. 140.
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 158, 15.6.2016, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/6.
(8) Id-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2017 bit-titolu “It-twettiq ta' Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) effettiva u interoperabbli – it-triq 'il quddiem”, SWD(2017)0375.
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010(ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(10) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv freight (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22).
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/10 |
P9_TA(2021)0328
Aspetti u implikazzjonijiet kummerċjali tal-COVID-19
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-aspetti u l-implikazzjonijiet kummerċjali tal-COVID-19 (2020/2117(INI))
(2022/C 99/02)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Frar 2021, bit-titolu “Rieżami tal-Politika Kummerċjali – Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva” (COM(2021)0066), |
— |
wara li kkunsidra l-white paper tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2020 dwar il-kisba ta' kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tas-sussidji barranin (COM(2020)0253), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss” (COM(2020)0456), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (COM(2020)0381), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Programm ta' Ħidma Aġġustat tal-Kummissjoni 2020” (COM(2020)0440) u l-ittra ta' intenzjoni tal-President von der Leyen lill-President Sassoli u lill-Kanċilliera Merkel tas-16 ta' Settembru 2020 bit-titolu “L-Istat tal-Unjoni 2020”, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna” (COM(2020)0380), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari: Għal Ewropea aktar nadifa u kompetittiva” (COM(2020)0098), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa” (COM(2020)0102), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020, bit-titolu “Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali” (COM(2020)0103), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tad-9 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Lejn strateġija komprensiva mal-Afrika” (JOIN(2020)0004), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 bit-titolu “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” (COM(2020)0067), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-2 ta' Diċembru 2020 bit-titolu “Aġenda ġdida għal bidla globali bejn l-UE u l-Istati Uniti” (JOIN(2020)0022), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument informali tas-servizzi tal-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2018 dwar ir-rispons u t-triq 'il quddiem dwar it-titjib tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli (TSD) fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-UE u l-pjan ta' azzjoni tagħha ta' 15-il punt dwar il-kapitoli tat-TSD, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Kummerċ għal kulħadd – Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment” (COM(2015)0497), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (il-Ftehim ta' Pariġi), |
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-26 ta' Novembru 2020 dwar ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali tal-UE (1), tad-9 ta’ Ġunju 2021 bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna” (2), tal-20 ta' Mejju 2021 bit-titolu “It-tiswir tal-futur diġitali tal-Ewropa: it-tneħħija tal-ostakli għall-funzjonament tas-suq uniku diġitali u t-titjib tal-użu tal-IA għall-konsumaturi Ewropej” (3), tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-istabbiliment ta' strateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli (4), tal-10 ta' Marzu 2021 bit-titolu “Lejn mekkaniżmu tal-UE ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera kompatibbli mad-WTO” (5), tal-10 ta' Marzu 2021 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar diliġenza dovuta korporattiva u obbligu ta' rendikont korporattiv (6), tal-10 ta' Frar 2021 dwar il-Pjan ta' Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari (7), tal-25 ta' Novembru 2020 bit-titolu “Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa” (8), tas-7 ta' Ottubru 2020 bit-titolu “L-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni – rapport annwali 2018” (9), tas-16 ta' Settembru 2020 dwar ir-rwol tal-UE fil-protezzjoni u r-restawr tal-foresti tad-dinja (10), tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali (11), tat-12 ta' Diċembru 2017 bit-titolu “Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali” (12), u tal-5 ta' Lulju 2016 dwar strateġija futura ġdida progressiva u innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment (13), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali tiegħu tal-15 ta' April 2021 dwar ir-rapport bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna”, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0190/2021), |
A. |
billi l-COVID-19 ikkawżat pandemija globali, li wasslet għal kriżi tas-saħħa, ekonomika, soċjali u umanitarja bla preċedent f'livell globali, li ħolqot konġestjonijiet u tfixkil fuq skala bla preċedent għall-kummerċ internazzjonali, u b'hekk dan naqas b'mod qawwi hekk kif il-virus infirex, filwaqt li naqsu ferm il-produzzjoni u l-impjiegi globali, naqas il-livell ta' investiment dirett barrani (IDB), u żdiedu t-tensjonijiet ġeopolitiċi; |
B. |
billi l-pandemija evidenzjat vulnerabbiltajiet strateġiċi fl-UE u fil-ktajjen tal-provvista globali, inkluż għal materja prima kritika, u oġġetti mediċi essenzjali bħat-tagħmir protettiv personali u l-ingredjenti farmaċewtiċi attivi, u enfasizzat il-ħtieġa ta' reżiljenza u diversifikazzjoni msaħħa fil-livell globali, reġjonali u lokali; |
C. |
billi t-tifqigħa tal-COVID-19 kompliet iżżid l-inugwaljanzi u żiedet it-tħassib fost iċ-ċittadini dwar it-telf ta' impjiegi f'ċerti setturi, in-natura tax-xogħol li qed tinbidel u l-pressjoni fuq il-pagi u d-drittijiet tal-ħaddiema; billi dawn il-problemi jridu jiġu indirizzati sabiex jinżamm l-appoġġ pubbliku għall-kummerċ globali; |
D. |
billi huwa possibbli li t-tifqigħa tal-COVID-19 toħloq xkiel fil-ġlieda dinjija kontra t-tibdil fil-klima, iżda neħtieġu azzjoni u kooperazzjoni globali biex niżviluppaw politiki u nintegraw l-azzjoni klimatika fil-politika interna u esterna, peress li l-vaċċini waħedhom mhux se jkunu biżżejjed biex nindirizzaw il-kriżi soċjali, ambjentali u ekonomika kkawżata mill-COVID-19; |
E. |
billi għalkemm l-Unjoni Ewropea naqqset b'mod sostanzjali l-emissjonijiet interni tagħha ta' gassijiet serra, dawk inkorporati fl-importazzjonijiet qed jiżdiedu b'mod kostanti, u b'hekk jikkompromettu l-isforzi tal-Unjoni biex tnaqqas l-impronta globali tagħha ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra; |
F. |
billi l-kummerċ internazzjonali fl-oġġetti u s-servizzi huwa mistenni jiżdied bi 8,4 % fl-2022 skont l-istimi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (14) u l-politika kummerċjali jrid ikollha rwol sħiħ fl-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19; billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali trid tiġi kkomplementata bi djalogu kontinwu u trasparenza mal-Parlament Ewropew, li se jkollu rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tagħha, kif ukoll bi strateġija biex jiżdiedu r-reżiljenza u l-awtonomija strateġika tal-UE, inklużi miżuri u strumenti ta' politika mfassla apposta fil-qasam tal-produzzjoni nazzjonali, l-esternalizzazzjoni lejn pajjiżi fil-qrib, id-diversifikazzjoni tal-fornituri u l-kumulazzjoni ta' riżervi; |
G. |
billi l-UE, bħala l-akbar blokk kummerċjali fid-dinja u bin-network estensiv tagħha ta' ftehimiet kummerċjali, hija l-akbar attur fix-xena kummerċjali dinjija u tinsab f'pożizzjoni unika biex tikkoopera globalment, tmexxi l-implimentazzjoni tal-istandards, il-valuri u l-oqfsa ta' sostenibbiltà tal-UE fil-pajjiżi sħab, u tiżgura l-irkupru sostenibbli tal-ekonomija dinjija, f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Ftehim ta' Pariġi; |
H. |
billi d-diviżjonijiet fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-ħtieġa urġenti ta' riforma tagħha kkumplikaw l-isforzi koordinati biex il-ktajjen tal-provvista globali jinżammu miftuħa, u l-prijorità issa trid tkun li terġa' tinbena l-fiduċja fl-istituzzjonijiet multilaterali bħala entitajiet li kapaċi jagħtu tweġibiet globali, billi jsir progress malajr fid-diskussjonijiet dwar l-inizjattiva tad-WTO rigward il-kummerċ u s-saħħa; |
I. |
billi huwa importanti li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn id-WTO u korpi internazzjonali oħra, b'mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), l-istituzzjonijiet tan-NU u l-Bank Dinji, sabiex il-kriżi tiġi indirizzata b'mod komprensiv, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-implikazzjonijiet ekonomiċi u tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
Ktajjen tal-valur ġusti, reżiljenti u ekoloġiċi
1. |
Jisħaq li l-politika kummerċjali tinsab f'salib it-toroq; jinnota li r-realtà ġeopolitika nbidlet u jisħaq li l-UE għad trid issib il-pożizzjoni tagħha f'dan l-ambjent ġdid; huwa konvint li l-COVID-19 saħħet il-ħtieġa ta' rieżami bir-reqqa tal-politika kummerċjali tal-UE; jisħaq li l-Parlament lest jikkontribwixxi attivament għar-Rieżami tal-Politika Kummerċjali; |
2. |
Jisħaq fuq l-importanza ta' ktajjen tal-valur ġusti, reżiljenti u sostenibbli li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tax-xogħol u l-istandards ambjentali; ifakkar li d-diliġenza dovuta obbligatorja fil-ktajjen tal-provvista kollha għandha tkun strument biex dan jinkiseb; jisħaq li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-pożizzjoni vulnerabbli tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs) fl-UE u speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, peress li l-kumpaniji l-kbar għandhom probabbiltajiet akbar li jegħlbu xokkijiet eżoġeni; jisħaq fuq l-importanza li tintuża prospettiva strateġika biex jiżdiedu t-tħejjija u r-reżiljenza tal-UE u tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għal kwalunkwe xokk u kriżi tas-saħħa fil-futur, inkluż għall-ħolqien ta' mutazzjonijiet ġodda ta' mard u pandemiji futuri, bil-għan li jiġu żviluppati strateġiji u reazzjonijiet li jibqgħu validi fil-futur; jirrimarka li pilastru fundamentali ta' strateġija sostenibbli tal-UE għall-ktajjen tal-provvista jkun li l-kumpaniji li jkunu sostanzjalment esposti għall-ktajjen tal-provvista internazzjonali jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' rappurtar legalment vinkolanti fil-kuntest tar-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju (15); |
3. |
Jitlob lill-UE tiżgura li l-kummerċ jaħdem ukoll għal min huwa ekonomikament żvantaġġat; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-azzjonijiet speċifiċi għall-promozzjoni ta' “skemi ta' kummerċ ġust u etiku” li l-Kummissjoni impenjat ruħha dwarhom fl-istrateġija “Kummerċ għal Kulħadd” saru saħansitra aktar rilevanti fiċ-ċirkostanzi attwali peress li inizjattivi ta' kummerċ ġust minn isfel għal fuq jistgħu jiżguraw li l-kummerċ ikun ta' benefiċċju għall-atturi ekonomikament żvantaġġati fil-katina tal-provvista; jenfasizza l-importanza ta' ordnijiet prevedibbli fit-tul u jieħu nota tal-iskemi ta' ordnijiet ta' suċċess ta' dik in-natura fis-settur tal-kummerċ ġust; |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi inizjattivi ta' kummerċ ġust permezz ta' programmi tal-UE li jinvolvu liż-żgħażagħ u lis-settur privat, fl-azzjoni esterna inġenerali, fl-implimentazzjoni tal-kapitoli tat-TSD, permezz tad-delegazzjonijiet tal-UE, u billi tippremja l-aħjar prattiki u tiffaċilita l-iskambju tal-għarfien fost l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, is-soċjetà ċivili, l-iskejjel u l-universitajiet fl-UE, inkluż permezz tal-estensjoni tal-“Premju Bliet tal-UE għal Kummerċ Ġust u Etiku” għall-iskejjel u l-universitajiet u t-twaqqif ta' ġimgħa annwali tal-kummerċ ġust ospitata fi Brussell mill-Kummissjoni; jitlob b'insistenza li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-appoġġ għal inizjattivi ta' kummerċ ġust mill-UE u l-Istati Membri; |
5. |
Jinnota li l-ktajjen tal-valur globali spiss jinvolvu effetti asimmetriċi, inkluż għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, distribuzzjoni mhux uniformi tar-riskji, u jħallu impatt negattiv sproporzjonat fuq in-nisa; jiddeplora l-fatt li matul il-pandemija din id-distribuzzjoni mhux uniformi wasslet biex xi negozji Ewropej jitfgħu l-kostijiet ta' domanda aktar baxxa fuq il-ktajjen tal-provvista tagħhom, inkluż fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jikkanċellaw ordnijiet li kienu diġà ġew prodotti u f'xi każijiet saħansitra mibgħuta; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha mal-Istati Membri, il-gvernijiet lokali, is-settur privat u s-soċjetà ċivili biex tinkiseb distribuzzjoni aktar ġusta tal-impatti negattivi u tar-riskji fil-ktajjen tal-provvista kollha; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposti konkreti wara l-wegħda tagħha ta' “tolleranza żero għat-tħaddim tat-tfal” qabel tmiem l-2021, li n-NU ddikjaraw bħala s-Sena Internazzjonali għall-Eradikazzjoni tat-Tħaddim tat-Tfal; |
6. |
Jisħaq li l-katina tal-valur tat-turiżmu hija waħda mill-ekosistemi industrijali ewlenin tal-Ewropa; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-ktajjen tal-provvista u t-tfixkil ikkawżat mill-kriżi tal-COVID-19, setturi relatati mat-turiżmu bħal dak tal-ospitalità, kif ukoll industriji ewlenin oħra (l-industrija ajrunawtika, awtomobilistika, tal-azzar, tal-bini tal-bastimenti u tal-baħar), qed ibatu minn kollass kummerċjali u ekonomiku; |
7. |
Jisħaq li huma meħtieġa regoli effettivi li jiżguraw kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi għan-negozji Ewropej, kemm fis-suq intern kif ukoll fis-swieq ta' pajjiżi terzi, biex jiggarantixxu relazzjonijiet kummerċjali ta' benefiċċju reċiproku mas-sħab internazzjonali u jipproteġu s-suq uniku minn strateġiji ta' investiment aggressivi minn atturi mhux tal-UE li qed jippruvaw jieħdu vantaġġ mill-kriżi attwali; jenfasizza l-importanza tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ f'dan ir-rigward; jissottolinja li r-regolament dwar l-infurzar għandu jkollu kontribut pożittiv għall-għan li jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi, u jisħaq li l-kapitoli tat-TSD huma parti integrali mill-politika kummerċjali; |
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkompleta malajr is-sett ta' għodod għad-difiża tal-kummerċ tal-UE fl-2021 permezz ta' proposti leġiżlattivi appoġġati minn valutazzjonijiet tal-impatt, filwaqt li tagħti prijorità lil strument kontra l-koerċizzjoni, strument biex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin u intrapriżi tal-istat, u l-konklużjoni ta' negozjati dwar l-Istrument għal Akkwist Internazzjonali; jirrimarka dwar l-effett koerċittiv ta' sanzjonijiet ekstraterritorjali minn pajjiżi terzi u l-ħtieġa li jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tal-istrumenti finanzjarji minn tali miżuri; jinnota l-importanza tal-intervent finanzjarju pubbliku matul il-pandemija tal-COVID-19; |
9. |
Huwa konvint li l-aċċess miftuħ għandu jimxi id f'id mas-salvagwardja tas-setturi strateġiċi tagħna u għandu jkun marbut mill-qrib ma' politika industrijali ambizzjuża u li tħares 'il quddiem f'konformità mal-Patt Ekoloġiku u l-istrateġija diġitali, li jista' jżid il-kapaċitajiet tal-UE li tiflaħ għal xokkijiet futuri fis-setturi strateġiċi, jagħti spinta lill-irkupru ekonomiku u jiżgura l-kompetittività tan-negozji Ewropej, filwaqt li joħloq impjiegi ta' kwalità u jiżgura li l-Ewropa jkollha rwol kruċjali fil-produzzjoni ta' prodotti innovattivi u servizzi futuri; |
10. |
Jemmen li d-diversifikazzjoni u r-reżiljenza tal-katina tal-provvista għandhom ikunu prijorità ewlenija għall-politika kummerċjali riveduta tal-UE; jenfasizza l-akkoppjament tal-interessi kummerċjali u tas-sigurtà u jappella għat-tisħiħ u l-infurzar proporzjonali tal-iskrinjar tal-investiment dirett barrani, biex b'hekk jiġu kkomplementati u appoġġati l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw tali skrinjar biex jissalvagwardjaw is-setturi strateġiċi Ewropej, u jiġi evitat l-istabbiliment ta' dipendenzi ekonomiċi detrimentali u li jistgħu jiġu sfruttati minn atturi mhux tal-UE; |
11. |
Huwa konvint li l-UE hija dipendenti wisq minn għadd limitat ta' fornituri għal ċerta materja prima, oġġetti u servizzi kritiċi, speċjalment prodotti mediċi u farmaċewtiċi, u li dan idgħajjef l-awtonomija strateġika u l-objettivi ġeopolitiċi tagħha; jinsisti li l-UE għandha tegħleb dawn id-dipendenzi mhux mixtieqa permezz ta' taħlita orizzontali ta' politiki li jinċentivaw lill-kumpaniji biex jakkumulaw riżervi, iżidu l-manifattura, jiddiversifikaw l-istrateġiji ta' akkwist u, meta jkun meħtieġ, jippromwovu l-esternalizzazzjoni lejn pajjiżi fil-qrib u r-rilokalizzazzjoni, li jistgħu joħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda għas-sħab fil-Viċinati tal-Lvant u tan-Nofsinhar u jridu jkunu akkumpanjati minn approssimazzjoni regolatorja f'setturi strateġiċi; |
12. |
Jisħaq fuq ir-riskji għall-ktajjen tal-provvista kritiċi li ħarġu fid-dieher bil-kriżi tal-COVID-19 u jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lis-sostenibbiltà tal-ktajjen tal-provvista tal-UE fl-istrateġija industrijali li jmiss tagħha, filwaqt li tidentifika liema ktajjen tal-provvista jistgħu jibbenefikaw minn reżiljenza akbar permezz tad-diversifikazzjoni tal-provvista, ir-rilokalizzazzjoni u l-kumulazzjoni ta' riżervi; jemmen, madankollu, li l-kumpaniji għandhom finalment jiddeċiedu għalihom infushom kif jimmaniġġjaw il-ktajjen tal-provvista globali tagħhom; |
13. |
Jirrimarka li l-Kummissjoni għandha tippromwovi ekonomija ċirkolari fuq livell globali u jissottolinja r-rwol li l-ftehimiet kummerċjali għandu jkollhom fit-tisħiħ tal-objettivi tal-ekonomija ċirkolari, fid-diversifikazzjoni tal-provvista u fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali miftuħa għall-oġġetti u s-servizzi kritiċi, u li t-tqassir jew il-modifika tal-ktajjen tal-provvista għall-viċinat tal-UE u l-Afrika jista' jkollhom effett pożittiv fuq it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, ekoloġiku, inklużiv u reżiljenti tagħhom, kif ukoll għall-interessi strateġiċi tal-UE; |
14. |
Jinnota li l-ktajjen tal-provvista agroalimentari tal-UE baqgħu operattivi matul il-pandemija iżda jiddeplora l-fatt li r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u l-ostakli għall-kummerċ ikkawżaw bosta interruzzjonijiet fihom; jinnota li s-Sistema ta' Informazzjoni dwar is-Swieq Agrikoli (AMIS), li tlaqqa' lill-pajjiżi kummerċjali ewlenin tal-komoditajiet agrikoli bil-għan li ttejjeb it-trasparenza tas-suq tal-ikel u r-rispons politiku għas-sigurtà tal-ikel, tista' titqies bħala eżempju ta' prattika tajba; jistieden lill-Kummissjoni tesplora jekk dan il-mudell jistax jintuża wkoll fi ktajjen oħra tal-valur; jappoġġa azzjonijiet li jiffaċilitaw il-kummerċ meħuda biex jippromwovu l-istandards tas-sikurezza tal-ikel u l-miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS) b'reazzjoni għall-COVID-19; jinnota li skont il-Programm Dinji tal-Ikel (WFP) tan-NU, bil-COVID-19 l-għadd ta' persuni f'riskju ta' skarsezzi akuti tal-ikel fl-2020 f'pajjiżi bi dħul baxx u medju issa huwa ta' 265 miljun, ċifra li żdiedet b'130 miljun meta mqabbla mal-2019; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u tesplora f'kooperazzjoni man-NU l-aktar miżuri xierqa biex tiżgura li din il-pandemija ma twassalx għal kriżi tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni tfassal strateġija kummerċjali diġitali li żżid l-aċċess għas-suq tal-impriżi Ewropej, issaħħaħ l-infrastruttura diġitali, tarmonizza l-oqfsa regolatorji, timmodernizza l-għodod kummerċjali u doganali, u tipproteġi d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fl-ambitu tal-GDPR (16); |
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjonijiet bir-reqqa dwar jekk il-klawżola mudell il-ġdida tal-UE dwar il-flussi tad-data hijiex se tippreserva l-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tal-privatezza tal-Ewropej f'każ ta' tilwima ma' sieħeb kummerċjali; jisħaq li miżuri eżistenti u futuri li jipproteġu d-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali ma jridux jiġu mminati minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis l-impenji rilevanti ta' pajjiżi terzi meta tivvaluta l-adegwatezza tagħhom, inkluż għat-trasferimenti suċċessivi ta' data; |
17. |
Jissottolinja l-aċċellerazzjoni tar-rivoluzzjoni diġitali minħabba l-COVID-19 u jirrikonoxxi l-importanza li l-UE tieħu l-inizjattiva fl-istabbiliment ta' standards għal ekonomija globali sostenibbli u mmexxija diġitalment u li żżomm il-flussi internazzjonali tad-data miftuħin sabiex tegħleb malajr firxa ta' ostakli għall-kummerċ u konġestjonijiet; jissottolinja li l-UE tista' tistabbilixxi standard globali għal kummerċ diġitali ġust u reżiljenti fl-impenji bilaterali u multilaterali tagħha u f'negozjati plurilaterali dwar il-kummerċ elettroniku u l-faċilitazzjoni tal-investiment; jissottolinja li l-kapitolu diġitali fil-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit jista' jservi bħala mudell għal ftehimiet kummerċjali futuri; |
18. |
Jitlob li jiġu pprovduti inċentivi, inkluż permezz ta' dispożizzjonijiet ġuridiċi mfassla apposta dwar l-għajnuna mill-Istat, biex in-negozji tal-UE jagħmlu l-ktajjen tal-valur tagħhom aktar sostenibbli u biex iqassru jew jaġġustaw il-ktajjen tal-provvista tagħhom meta dan jista' jkun ta' benefiċċju għall-ekonomija, ir-reżiljenza, l-objettivi ġeopolitiċi u/jew l-awtonomija strateġika tal-UE, sabiex jiġi żgurat li l-kostijiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi esterni jiġu kompletament internalizzati fil-prezz f'konformità mal-politiki tal-UE bħall-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”, il-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, l-Istrateġija għall-Bijodiversità u t-tisħiħ tal-azzjoni tal-UE għall-protezzjoni u r-restawr tal-foresti tad-dinja; |
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni teżamina bir-reqqa kif u sa liema punt qed isiru trasferimenti ta' teknoloġiji emerġenti u fixkiela mill-UE lejn stati awtoritarji permezz ta' flussi kummerċjali u ta' investiment; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri ġodda biex tali trasferimenti jiġu limitati, inkluża l-kooperazzjoni tal-ktajjen tal-provvista ma' sħab tal-istess fehma; jitlob li jinbeda djalogu dwar is-semikondutturi mat-Tajwan; |
Il-politika kummerċjali għall-prodotti tas-saħħa kritiċi: it-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tal-COVID-19
20. |
Jissottolinja li l-governanza tal-kummerċ internazzjonali, li tagħti prijorità lill-kooperazzjoni internazzjonali u mhux lill-kompetizzjoni, għandha rwol essenzjali fl-iżvilupp rapidu ta' trattamenti mediċi u vaċċini, iż-żieda rapida tal-produzzjoni, l-iżvilupp ta' ktajjen tal-valur globali reżiljenti u l-aċċess ekwu għas-suq globali, u, f'dan il-kuntest, jissottolinja li l-pandemija attwali għandha tipprovdi impetu għal kooperazzjoni internazzjonali msaħħa u tħejjija globali għal emerġenzi tas-saħħa, li jeħtieġu impenn ulterjuri mill-UE u l-Istati Membri biex jaġixxu flimkien bħala “Tim Ewropa”; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi relatati mal-kummerċ tal-pandemiji u ż-żoonożijiet, bħall-impatt tal-kummerċ fuq id-degradazzjoni tal-bijosfera; |
21. |
Jilqa' l-proposta minn diversi mexxejja ta' gvern għal trattat internazzjonali dwar ir-rispons għall-pandemija u jitlob li dan jinkludi pilastru kummerċjali b'saħħtu; jissottolinja li l-qafas tal-kummerċ internazzjonali jrid irawwem il-kooperazzjoni u jistabbilixxi mekkaniżmi kemm strutturali kif ukoll ta' rispons rapidu biex jgħin lill-gvernijiet jegħlbu l-isfidi assoċjati mal-emerġenzi tas-saħħa; jissottolinja li tali arranġamenti għandhom jinkludu, minn naħa waħda, approċċ “min-naħa tad-domanda” orjentat lejn il-ħtiġijiet li jipprovdi finanzjament konġunt u xiri bil-quddiem ikkoordinat globalment u, min-naħa l-oħra, strateġija integrata “min-naħa tal-provvista” biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni tul il-katina tal-valur kollha; isostni li jeħtieġ li jsir progress fl-oqsma tat-trasparenza dwar l-istokkijiet disponibbli, in-networks tal-provvista globali, il-kapaċitajiet ta' produzzjoni u l-ipprezzar ta' prodotti essenzjali tas-saħħa, l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta' eċċezzjonijiet għas-sigurtà tas-saħħa pubblika fil-qafas tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI), iż-żieda fil-mobbiltà globali tas-servizzi essenzjali, il-protezzjoni u t-trawwim tar-reżiljenza tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u l-iżvilupp ta' approċċ intersezzjonali biex jiġi indirizzat l-impatt negattiv tal-kriżijiet tas-saħħa fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-ugwaljanza fid-dħul u l-pożizzjoni tal-minoranzi; |
22. |
Jappella għall-istabbiliment ta' Kumitat ġdid għall-Kummerċ u s-Saħħa fit-12-il Konferenza Ministerjali tad-WTO sabiex iħejji linji gwida dwar kif il-gvernijiet jistgħu jimplimentaw l-eċċezzjonijiet u l-flessibbiltajiet eżistenti fil-liġi internazzjonali tal-kummerċ sabiex tiżdied is-sigurtà tas-saħħa pubblika, u liema mekkaniżmi jridu jkunu fis-seħħ biex itejbu r-rispons globali għall-emerġenzi tas-saħħa u biex iwittu t-triq għal pilastru kummerċjali għan-negozjati dwar trattat internazzjonali futur dwar ir-rispons għall-pandemija; |
23. |
Jisħaq li l-ktajjen tal-provvista globali għall-materja prima u l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-vaċċini jridu jibbenefikaw minn relazzjonijiet kummerċjali miftuħa; jissottolinja li l-protezzjoniżmu fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-vaċċini jista' jfixkel ir-rispons għall-pandemija globali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-effetti detrimentali ta' miżuri unilaterali bħar-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, in-nuqqas ta' trasparenza tal-istokkijiet globali u l-ispekulazzjoni sussegwenti fil-prezzijiet fir-rigward ta' oġġetti essenzjali skarsi, mhux l-inqas għall-pajjiżi bi dħul baxx jew medju; jitlob, għalhekk, lill-UE tinkoraġġixxi l-adozzjoni tal-inizjattiva tad-WTO dwar il-kummerċ u s-saħħa sa tmiem l-2021, tinkoraġġixxi kooperazzjoni globali aktar b'saħħitha u tkun ħafna aktar eżiġenti fir-rigward tat-trasparenza tal-provvista, il-produzzjoni u l-kost tal-prodotti mediċi, ir-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa globali, u prodotti u servizzi mediċi aċċessibbli u affordabbli; jitlob lill-UE tiżgura li l-ftehimiet futuri ta' xiri bil-quddiem jiġu żvelati kompletament, b'mod partikolari għall-vaċċini tal-ġenerazzjoni li jmiss; |
24. |
Jitlob lill-UE tintegra l-impenji fir-rigward tas-sigrieti tal-mestier, id-data proprjetarja u t-trasferimenti tat-teknoloġija, u titlob b'insistenza t-trasparenza meħtieġa mill-fornituri, inkluża analiżi tal-kostijiet u l-profitti għal kull prodott; |
25. |
Huwa mħasseb, għalhekk, dwar iż-żieda ġdida fir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-vaċċini mill-pajjiżi ewlenin tal-manifattura bħall-Istati Uniti, ir-Renju Unit, iċ-Ċina u l-Indja u, f'livell aktar baxx, l-UE u jenfasizza li dan jista' jipperikola ż-żieda globali rapida fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-vaċċini, ifixkel il-ktajjen tal-produzzjoni u jwassal għal ritaljazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkollabora mal-pajjiżi produtturi biex telimina malajr l-ostakli għall-esportazzjoni; jafferma mill-ġdid li l-mekkaniżmu tal-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni tal-UE huwa miżura temporanja, li għandha tintuża biss bħala l-aħħar għażla, u għandu jevolvi f'mekkaniżmu ta' trasparenza; jinsisti li jingħata aċċess f'waqtu u komprensiv għal tali data; jenfasizza li aktar trasparenza żiedet il-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE fid-distribuzzjoni tal-vaċċini tal-UE u fil-ġestjoni tal-pandemija tal-COVID-19; |
26. |
Huwa mħasseb ferm dwar in-numru li qed jiżdied ta' varjanti tal-COVID-19; jenfasizza li n-nuqqas ta' produzzjoni u distribuzzjoni ta' vaċċini f'pajjiżi terzi jista' jwassal għal żieda ta' tipi ġodda u differenti ta' varjanti; jirrikonoxxi li l-UE hija wieħed mill-akbar esportaturi ta' vaċċini lejn pajjiżi terzi, iżda li f'termini assoluti, dawn l-esportazzjonijiet għadhom mhumiex biżżejjed biex tiġi indirizzata l-pandemija globali; jisħaq li l-Faċilità COVAX bħalissa mhijiex kapaċi tqassam il-vaċċini lill-persuni l-aktar vulnerabbli skont id-domanda; jissottolinja li l-aċċess globali f'waqtu għall-vaċċini jista' jkun ta' benefiċċju għall-irkupru u r-reżiljenza tal-ekonomija globali, kif ukoll tal-ekonomija tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssegwi diplomazija effettiva dwar il-vaċċini u l-provvisti mediċi biex issaħħaħ il-kredibbiltà u l-viżibbiltà diplomatika tal-UE u jappella għal aktar sforzi internazzjonali biex jitħaffef il-forniment tal-vaċċini lill-COVAX; |
27. |
Jissottolinja li l-vaċċini kontra l-COVID-19 u l-varjanti tagħha għandhom ikunu ben pubbliku globali u li l-isforzi multilaterali urġenti għandhom ikunu ffukati fuq id-distribuzzjoni ekwa tal-vaċċini madwar id-dinja kollha, iż-żieda rapida tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni globali, u l-istabbiliment ta' sħubijiet u trasferimenti tat-teknoloġija effettivi, inkluż f'pajjiżi bi dħul baxx u medju; jenfasizza li, abbażi tat-tagħlimiet meħuda, huwa kruċjali li jkomplu jittejbu l-oqfsa ta' sħubija pubblika-privata wara l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' vaċċini u teknoloġiji essenzjali oħra tas-saħħa; jilqa' s-Summit Globali dwar il-Ktajjen tal-Provvista u l-Manifattura tal-Vaċċini Kontra s-C19 li sar fit-8 u d-9 ta' Marzu 2021 u jitlob li jiġu stabbiliti pjattaformi strutturali biex tiżdied malajr il-produzzjoni tal-vaċċini f'aktar pajjiżi, li jistgħu jieħdu l-forma ta' punt ċentrali ta' koordinament tas-sħubijiet pubbliċi-privati li jlaqqa' l-partijiet privati u pubbliċi biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti u jikbru s-sħubijiet, jiġu mmonitorjati l-konġestjonijiet, u jiġu identifikati miżuri li jappoġġaw il-manifattura u l-użu tal-vaċċini; jissottolinja l-isforzi li saru mid-Direttur Ġenerali tad-WTO biex jinvolvi l-membri fid-diskussjoni dwar l-inizjattivi rigward il-kummerċ u s-saħħa; |
28. |
Jenfasizza li l-politika kummerċjali internazzjonali jrid ikollha rwol proattiv f'dan l-isforz billi tiffaċilita l-kummerċ tal-materja prima, ittaffi n-nuqqas ta' persunal kwalifikat u ta' esperjenza, issolvi l-problemi fil-ktajjen tal-provvista u terġa' tikkunsidra l-qafas globali għad-DPI għal pandemiji futuri; jinsisti, f'dan ir-rigward, fuq djalogu kostruttiv dwar deroga temporanja tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS) sabiex jiġi żgurat li l-pajjiżi ma jħabbtux wiċċhom ma' ritaljazzjoni minħabba ksur tal-privattivi relatat mal-COVID-19 matul il-pandemija; |
29. |
Jissottolinja li r-riċerkaturi u l-industrija għamlu sforz kbir fl-iżvilupp ta' dijanjożijiet, trattamenti u vaċċini ġodda għall-COVID-19; jenfasizza r-rwol ewlieni tar-riżorsi tas-settur pubbliku, li ppermettew lill-kumpaniji farmaċewtiċi jneħħu r-riskju mill-katina tal-valur kollha tal-vaċċini permezz ta' finanzjament u sussidji kbar għar-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll permezz ta' ftehimiet ta' xiri bil-quddiem fuq skala kbira; jissottolinja wkoll il-kontribut fundamentali tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, il-pazjenti, is-superstiti tal-COVID-19 u l-pubbliku ġenerali li pparteċipaw fi provi kliniċi u f'attivitajiet oħra relatati ta' riċerka u żvilupp dwar prodotti terapewtiċi u vaċċini differenti; iqis li qafas legali multilaterali tad-DPI jista' jipprovdi protezzjonijiet u inċentivi li huma kritiċi għat-tħejjija kontra pandemiji futuri u jirrikonoxxi r-rwol tiegħu fil-faċilitazzjoni tal-kollaborazzjoni wiesgħa u bla preċedent fost il-gvernijiet, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-kumpaniji farmaċewtiċi; |
30. |
Jenfasizza l-importanza kritika ta' kondiviżjoni tat-teknoloġija miftuħa, tal-għarfien espert u tar-riċerka għal rispons effettiv għall-pandemija u tal-parteċipazzjoni sħiħa tal-kumpaniji farmaċewtiċi f'inizjattivi multilaterali bħas-C-TAP (Pul ta' Aċċess għat-Teknoloġija tal-COVID-19) u ċ-Ċentru ta' Trasferiment tat-Teknoloġija tad-WHO li għadu kif ġie stabbilit sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom; |
Kummerċ u żvilupp sostenibbli
31. |
Jappoġġa l-integrazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Istrateġija Diġitali Ewropea fil-komunikazzjoni dwar ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali (TPR) u jappella għal politika kummerċjali assertiva bl-għan tal-multilateraliżmu, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà f'konformità mal-impenn tal-UE li timplimenta l-SDGs tan-NU; jappella għal pjan ta' azzjoni, pjan direzzjonali u skeda ta' żmien konkreti biex din l-ambizzjoni ssir realtà; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, timpenja ruħha mas-sħab biex taġġorna l-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment eżistenti billi tuża l-klawżoli ta' rieżami tagħhom; |
32. |
Jilqa' l-inkorporazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi bħala element essenzjali f'kull ftehim kummerċjali, ta' investiment u ta' sħubija futur; jisħaq li r-ratifika tal-konvenzjonijiet ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma rekwiżiti għall-konklużjoni ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTAs); jistieden lill-Unjoni tikkollabora ma' sħab kummerċjali futuri u eżistenti biex tirratifika u timplimenta b'mod effettiv konvenzjonijiet tal-ILO u ftehimiet ambjentali multilaterali pendenti oħra meta teżamina mill-ġdid u tinnegozja ftehimiet; jitlob li, f'kull ftehim kummerċjali, jiġu inklużi kapitoli ambizzjużi dwar il-ġeneru, l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-SMEs, kif ukoll kapitoli dedikati dwar il-kummerċ diġitali; |
33. |
Jissottolinja li l-irkupru ta' wara l-COVID-19 huwa opportunità unika biex tiġi stabbilita l-aġenda biex jitħeġġeġ it-tkabbir sostenibbli; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tħaffef ir-rieżami tagħha tal-pjan ta' azzjoni ta' 15-il punt dwar il-kapitoli dwar it-TSD fl-2021 sabiex ikun jista' jiġi implimentat fin-negozjati li għaddejjin; jistenna li r-rieżami jindirizza l-infurzabbiltà u jfakkar, f'dan ir-rigward, fid-dokument informali min-Netherlands u Franza dwar il-kummerċ, l-effetti ekonomiċi soċjali u l-iżvilupp sostenibbli (17); jissuġġerixxi li, bħala minimu, l-avvanzi reċenti fl-infurzabbiltà tal-politika kummerċjali tal-UE għandhom jitqiesu, b'mod partikolari l-kapaċità li jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas ta' konformità mis-sħab permezz ta' sanzjonijiet unilaterali bħala l-aħħar rimedju, bħall-introduzzjoni ta' tariffi jew kwoti fuq ċerti prodotti jew is-sospensjoni trażversali ta' partijiet oħra ta' ftehim; |
34. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex fil-kapitoli dwar it-TSD u dwar l-agrikoltura jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-benessri tal-annimali, il-kummerċ ġust u l-ekonomija ċirkolari; jenfasizza r-rwol tal-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ f'dan ir-rigward u jappella għal kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Kummerċ Internazzjonali fil-monitoraġġ u l-iskrutinju tal-infurzar tat-TSD; jistieden lill-Kummissjoni tislet mit-tagħlimiet meħuda mill-panel reċenti ta' esperti sabiex il-kapitoli tat-TSD jinkludu pjan direzzjonali b'impenji konkreti u verifikabbli; |
35. |
Jiddispjaċih li l-prodotti kannella għadhom jirċievu trattament preferenzjali fuq prodotti ekoloġiċi u li t-tariffi u l-ostakli għall-kummerċ qed jaħdmu kontra l-kummerċ sostenibbli; jissottolinja li t-tneħħija tat-tariffi u tal-ostakli għall-kummerċ għal prodotti u servizzi ekoloġiċi għandha titfassal f'konformità mar-regoli tad-WTO sabiex tikkontribwixxi għal soluzzjonijiet innovattivi biex tiġi indirizzata l-kriżi klimatika u tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku, kif ukoll l-SDGs u l-iżvilupp sostenibbli madwar id-dinja; jitlob li l-Kummissjoni tesplora strumenti biex tindirizza dawn id-distorsjonijiet u tagħti l-eżempju ta' dak li qed tgħid dwar il-Patt Ekoloġiku billi timplimentah fl-aspetti kollha tal-politika kummerċjali; |
36. |
Jirrimarka li l-ispejjeż inizjali għoljin, li jistgħu jitħallsu lura biss maż-żmien, u nuqqas ta' għarfien u tagħmir, qegħdin bħalissa jfixklu jew inaqqsu l-pass tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tagħhom; jitlob b'insistenza li l-Kummissjoni tuża l-istrumenti kummerċjali u l-politiki ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex iżżid l-appoġġ finanzjarju, l-assistenza teknika, it-trasferimenti tat-teknoloġija, il-bini tal-kapaċità u d-diġitalizzazzjoni sabiex tagħti s-setgħa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u tippermettilhom jiksbu reżiljenza sostenibbli u jimplimentaw aħjar id-diliġenza dovuta mal-katina tal-provvista sħiħa; |
37. |
Jitlob lill-UE tieħu rwol ewlieni fi ħdan il-qafas multilaterali biex tinvolvi ruħha ma' pajjiżi u sħab kummerċjali tal-istess fehma fl-insegwiment ta' aġenda ambjentali b'saħħitha, inkluż l-iżvilupp progressiv tad-dixxiplini, biex jintemmu kemm is-sussidji li jfixklu s-suq kif ukoll dawk li jagħmlu ħsara lill-ambjent fil-ftehimiet kummerċjali u fid-WTO, inklużi d-dixxiplini dwar is-sussidji għall-fjuwils fossili, filwaqt li tibni fuq il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”; |
38. |
Jisħaq fuq l-importanza li jitfasslu valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà fuq bażi ex ante, intermedja u ex post, skont skeda ta' żmien konkreta, li jiġu indirizzati r-riskji possibbli kmieni kemm jista' jkun, u, jekk evalwazzjonijiet ex post juru li dan ikun meħtieġ, li jiġu indirizzati l-impatti negattivi; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament b'mod regolari dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà li għaddejjin u li ġew iffinalizzati; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas komprensiv b'miri konkreti biex jitmexxew 'il quddiem l-SDGs, il-Patt Ekoloġiku u l-Aġenda għal Xogħol Deċenti tal-ILO fi ftehimiet kummerċjali u ta' investiment; jenfasizza li l-ftehimiet il-ġodda għandhom jiġu konklużi biss ladarba dawn il-miri jkunu ntlaħqu u li l-ftehimiet eżistenti għandhom jiġu riveduti skont dan; |
39. |
Jenfasizza li t-trasparenza, id-djalogu u l-komunikazzjoni tajba maċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati huma kruċjali għall-ħolqien ta' appoġġ għall-politika kummerċjali u l-isfruttar tal-benefiċċji tagħha; jilqa', għalhekk, il-gateway Access2Markets u l-isforzi tal-Kummissjoni fil-promozzjoni ta' din l-għodda; jinsisti li r-rwol u r-responsabbiltajiet tas-soċjetà ċivili u tal-gruppi konsultattivi domestiċi (DAGs), li r-rwol ta' monitoraġġ tagħhom jista' jiġi aktar estiż, iridu jkunu definiti b'mod ċar fil-ftehimiet politiċi u kummerċjali tal-UE u li l-assistenza finanzjarja trid tkun akkumpanjata minn miżuri għall-bini tal-kapaċitajiet li jippermettulha tiffunzjona b'mod effettiv; jenfasizza l-potenzjal tad-delegazzjonijiet tal-UE fl-appoġġ tal-ħidma tad-DAGs ta' pajjiżi terzi u fil-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali għall-appoġġ tal-SMEs biex jieħdu vantaġġ minn ftehimiet u miżuri ta' faċilitazzjoni tal-kummerċ; jiddeplora n-nuqqas ta' struttura globali f'dan ir-rigward; |
40. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' aktar koerenza u trasparenza fl-iskrutinju tal-politika kummerċjali tal-UE; jissottolinja l-ħtieġa ta' kriterji koerenti, ċari, li jistgħu jitkejlu u oġġettivi għall-politika kummerċjali tal-UE u l-involviment taċ-ċittadini tal-UE, djalogu aħjar bejn il-Kummissjoni u l-Parlament, aktar koerenza politika u skrutinju aħjar tal-aspetti kollha tal-politika kummerċjali; jisħaq fuq ir-rwol ta' valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà ex ante, intermedji u ex post f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha mal-Parlament fl-istadji kollha tal-proposti tagħha, issegwi l-proposti magħmula mid-DAGs, issaħħaħ mill-ġdid id-djalogu tas-soċjetà ċivili u tikkoopera b'mod aktar intensiv mas-soċjetà ċivili fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE); jitlob li l-Parlament jorganizza konsultazzjonijiet regolari mad-DAGs; |
Il-multilateraliżmu u l-post ġeopolitiku tal-Ewropa fid-dinja
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika azzjonijiet konkreti u speċifiċi possibbli u pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-kunċett ta' awtonomija strateġika miftuħa, u tiżgura li l-opzjonijiet kollha jkunu disponibbli; jinnota bi tħassib li l-kompetizzjoni u t-tensjonijiet ġeopolitiċi aċċelleraw wara t-tifqigħa tal-COVID-19; |
42. |
Ifakkar fis-sinifikat ġeopolitiku ta' politika kummerċjali tal-UE b'saħħitha, diversifikata u reżiljenti; ifakkar li r-rata għolja ta' dipendenza enerġetika tal-UE hija sfida għal awtonomija strateġika miftuħa, li ġġegħelna naċċelleraw it-tranżizzjoni tal-enerġija; jisħaq li s-saħħa, il-valuri u l-aderenza tas-suq tal-UE għall-kooperazzjoni, il-ġustizzja, ir-reċiproċità u l-kummerċ ibbażat fuq ir-regoli għandhom jiffurmaw il-bażi ta' tali aċċess miftuħ; |
43. |
Jirrakkomanda bil-qawwa li l-UE tfittex sħubijiet ġodda ma' sħab tal-istess fehma u tikkonsolida dawk eżistenti; iqis li l-ftehimiet kummerċjali plurilaterali ma' għadd limitat ta' sħab u l-iffukar fuq kwistjonijiet strateġiċi joffru triq aħjar u aktar konkreta għall-implimentazzjoni tal-kunċett ta' awtonomija strateġika miftuħa u jattiraw appoġġ fost is-soċjetà ċivili; |
44. |
Jisħaq, madankollu, li fejn il-kooperazzjoni ma tkunx possibbli, l-UE għandha ssegwi l-interessi tagħha permezz ta' miżuri awtonomi biex tħares il-valuri tagħha u tiġġieled kontra prattiki kummerċjali inġusti bi qbil mad-dritt internazzjonali; |
45. |
Jilqa' l-affermazzjoni tar-Rieżami tal-Politika Kummerċjali dwar il-multilateraliżmu u l-proposti estensivi magħmula għar-riforma dettaljata meħtieġa tad-WTO fil-funzjonijiet kollha tagħha; |
46. |
Jikkondividi l-enfasi li għamlet il-Kummissjoni fil-viżjoni tagħha għar-riforma tad-WTO dwar l-irkupru ekonomiku, l-iżvilupp sostenibbli, is-sussidji statali inġusti u l-kummerċ diġitali, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel l-isforzi kollha biex timplimenta l-aġenda tagħha, inklużi għanijiet dwar il-ġeneri, id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards tax-xogħol; |
47. |
Jisħaq fuq l-importanza li tiġi żgurata l-konnessjoni rapida tad-WTO ma' organizzazzjonijiet oħra fis-sistema multilaterali bħad-WHO, jintlaħaq kunsens f'Ġinevra, jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet internazzjonali jaħdmu b'mod konġunt fuq il-ħakma tal-isfidi globali, u jiġu konklużi n-negozjati dwar is-sussidji tas-sajd fit-12-il Konferenza Ministerjali tad-WTO; |
48. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-inizjattiva kummerċjali u klimatika tad-WTO u jtenni l-appoġġ tiegħu għal ftehim dwar il-prodotti ambjentali; jilqa', f'dan il-kuntest, l-approċċ tad-Direttur Ġenerali l-ġdid tad-WTO u jistenna li l-Kummissjoni tappoġġjaha bil-qawwa sabiex tipprovdi impetu ġdid lill-organizzazzjoni sabiex tkun tista' tindirizza l-isfidi li s-sistema kummerċjali multilaterali qed tiffaċċja bħalissa; |
49. |
Jisħaq fuq l-importanza ta' soluzzjoni ta' tilwim effettiva biex jiġu stabbiliti l-istabbiltà u l-prevedibbiltà fis-sistema kummerċjali multilaterali u l-ħtieġa li tissolva s-sitwazzjoni attwali tal-Korp tal-Appell f'kooperazzjoni mal-Istati Uniti, sabiex jerġa' jsir operattiv u b'dan il-mod jiżgura li t-tilwim kummerċjali jkun jista' jiġi solvut kif xieraq; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi bħala parti mill-inizjattiva kummerċjali u klimatika tagħha tad-WTO l-inklużjoni ta' għarfien espert ambjentali fil-kuntest tas-soluzzjoni ta' tilwim, fejn rilevanti; |
50. |
Jenfasizza li l-qawmien mill-ġdid tal-funzjoni ta' negozjar tad-WTO se jkollu rwol ewlieni fi kwalunkwe riforma sostanzjali tal-organizzazzjoni; jinnota, b'mod partikolari, li d-distorsjonijiet kompetittivi kkawżati minn sussidji industrijali u intrapriżi tal-istat, b'mod partikolari fiċ-Ċina, jeħtieġ li jiġu indirizzati u jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposti biex tidentifika u tiddifferenzja l-kategoriji ta' sussidji skont il-kontribut tagħhom għal għanijiet pubbliċi leġittimi; |
51. |
Jissottolinja li sabiex terġa' tingħata l-ħajja lill-funzjoni ta' negozjar tad-WTO, l-UE jeħtiġilha taħdem flimkien ma' sħab tal-istess fehma biex isibu bażi komuni għar-riforma tad-WTO fl-aktar sens wiesa'; jafferma mill-ġdid li progress sinifikanti fir-riforma tad-WTO jeħtieġ kunsens wiesa' u koalizzjonijiet ta' sħab tal-istess fehma; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinvolvi ruħha f'negozjati plurilaterali bħala pass lejn ftehimiet multilaterali; jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex jinbdew negozjati dwar ftehim plurilaterali dwar in-newtralità kompetittiva ma' sħab tal-istess fehma; huwa konvint li t-tmexxija tal-UE u l-kooperazzjoni transatlantika huma kruċjali biex tirnexxi kwalunkwe riforma sinifikanti tad-WTO; |
52. |
Jitlob li l-Kummissjoni tfittex b'mod attiv soluzzjoni għad-diskrepanza bejn il-livell ta' żvilupp u l-livell ta' impenji meħuda fis-sistema ta' kummerċ internazzjonali; jisħaq li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom fir-rigward tat-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp sostenibbli u r-riforma tad-WTO; |
53. |
Iqis li huwa essenzjali li l-Konferenza Ministerjali tad-WTO li jmiss tindirizza r-reġim tas-sanzjonijiet biex jiġi evitat li l-konsegwenzi tal-ksur tar-regoli kummerċjali internazzjonali minn xi membri jitħallsu minn setturi li mhumiex responsabbli għan-nuqqas ta' konformità; |
54. |
Jikkondividi s-suġġeriment li sar fir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali li l-G20 għandu jsaħħaħ il-kooperazzjoni u jikkoordina l-isforzi fit-triq tagħhom lejn in-newtralità karbonika u aspetti oħra tal-Patt Ekoloġiku; jisħaq, madankollu, li sabiex dan l-approċċ ikun effettiv, uħud mill-membri tal-G20 se jkollhom iżidu l-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera effiċjenti; |
55. |
Jappoġġja l-aġenda transatlantika ġdida li tħares 'il quddiem ibbażata fuq interessi komuni u valuri u għanijiet kondiviżi, li għandha l-għan li tikkontrobilanċja l-iżvilupp tal-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali fil-Paċifiku, tikseb riforma sinifikanti tad-WTO u ssib soluzzjonijiet komuni għal problemi komuni; |
56. |
Jirrikonoxxi li fl-istess ħin għad hemm ċerti interessi diverġenti; jistieden kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti jikkooperaw mill-qrib fil-kuntest politiku l-ġdid biex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għan-negozji sabiex jiżdied l-aċċess għas-suq għall-kumpaniji tal-UE, ikomplu jesploraw ftehimiet dwar il-valutazzjoni tal-konformità u l-eliminazzjoni tat-tariffi industrijali, jaqblu dwar standards soċjali, teknoloġiċi u ambjentali ambizzjużi, u jibnu fuq l-esperjenza ta' xulxin sabiex jippromwovu tali standards b'mod aktar effiċjenti fix-xena globali; |
57. |
Iħeġġeġ liż-żewġ naħat isolvu t-tilwim kummerċjali bilaterali, jappoġġja s-sospensjoni tat-tariffi Airbus-Boeing u jħeġġeġ li din il-kwistjoni tiġi solvuta b'mod permanenti sabiex tinstab soluzzjoni għat-taxxi diġitali; iħeġġeġ lill-Istati Uniti jneħħu d-dazji tat-Taqsima 232 fuq l-azzar u l-aluminju; |
58. |
Jappella għal sforzi konġunti biex il-ħaddiema u l-kumpaniji jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-politika kummerċjali sabiex joħorġu mill-pandemija, iħaffu l-irkupru ekonomiku u jiffaċilitaw il-kummerċ fil-vaċċini u l-oġġetti mediċi essenzjali; itenni li għandna naħdmu flimkien biex niksbu riforma sinifikanti tad-WTO u nerġgħu ndaħħlu Korp tal-Appell li jiffunzjona sew; iħeġġeġ liż-żewġ naħat iżommu mal-impenji tad-WTO skont il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) u jsibu soluzzjonijiet komuni għal problemi komuni, iżda jissottolinja l-ħtieġa li l-UE taġixxi b'mod awtonomu jekk ikun meħtieġ; |
59. |
Jappoġġja l-komunikazzjoni konġunta bit-titolu “Aġenda ġdida UE-Stati Uniti għal bidla globali” u jappella għall-istabbiliment rapidu ta' Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija ġdid bejn l-UE u l-Istati Uniti; jappella għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar teknoloġiji emerġenti u fixkiela, inklużi restrizzjonijiet konġunti fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni fil-konfront ta' stati awtoritarji; |
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni tqiegħed il-kummerċ, il-klima u r-riformi relatati fil-qalba tar-relazzjonijiet transatlantiċi, filwaqt li jinnota l-livell għoli ta' ambizzjoni li l-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti qed turi f'dan il-qasam, li għandhom ikunu bbażati wkoll fuq approċċi ġodda bħal dawk introdotti mill-Ftehim bejn l-Istati Uniti u l-Messiku (USMCA); |
61. |
Huwa konxju tal-importanza tar-relazzjoni kummerċjali tal-UE maċ-Ċina, li fl-2020 saret l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE f'termini tal-kummerċ tal-merkanzija; jemmen bis-sħiħ li r-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina jirrikjedu approċċ aktar bilanċjat u reċiproku; jisħaq li l-proċess ta' ratifika tal-Ftehim Komprensiv dwar l-Investiment (CAI) bejn l-UE u ċ-Ċina jista' jibda biss ladarba l-UE tkun laħqet progress sostanzjali fl-elaborazzjoni ta' miżuri awtonomi xierqa u effettivi li jridu jintużaw fi sforzi li jiġġieldu l-prattiki li joħolqu distorsjoni tas-suq u li jiddefendu l-interessi tal-UE strateġiċi, inklużi projbizzjoni fuq prodotti magħmula permezz ta' xogħol furzat, sett ta' għodod aġġornat għad-difiża tal-kummerċ u mekkaniżmu ta' sanzjonijiet fuq id-drittijiet tal-bniedem li jiffunzjona; |
62. |
Jissottolinja li r-ratifika tas-CAI hija inkonċepibbli fil-kuntest tad-dinamika li qed tevolvi fir-relazzjoni usa' bejn l-UE u ċ-Ċina u jqis b'dispjaċir kbir l-eskalazzjoni inaċċettabbli taċ-Ċina li poġġiet Membri eletti tal-Parlament Ewropew u entitajiet Ewropej taħt sanzjonijiet, peress li din tkompli tnaqqas il-fiduċja u xxekkel il-kooperazzjoni bilaterali; jissottolinja li l-proċess ta' ratifika tas-CAI mhux se jibda qabel ma jitneħħew is-sanzjonijiet Ċiniżi kontra l-Membri u l-korpi tal-Parlament; |
63. |
Jissottolinja li l-Parlament se jeżamina l-ftehim bir-reqqa, inklużi d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-iżvilupp sostenibbli, u jfakkar lill-Kummissjoni li se jqis is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, inkluż f'Hong Kong, meta jintalab japprova l-ftehim ta' investiment; |
64. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timxi 'l quddiem bi ftehim ta' investiment mat-Tajwan, li juri impenn għal involviment sinifikanti fir-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment u li jieħu l-passi meħtieġa lejn valutazzjoni tal-impatt, konsultazzjonijiet pubbliċi u eżerċizzju dwar l-ambitu qabel tmiem l-2021; itenni l-importanza tad-djalogu strutturali bilaterali, inkluż dwar kwistjonijiet relatati mal-multilateraliżmu u d-WTO, it-teknoloġija u s-saħħa pubblika, kif ukoll il-kooperazzjoni essenzjali dwar provvisti kritiċi bħas-semikondutturi; |
65. |
Jilqa' l-impenn tar-Rieżami tal-Politika Kummerċjali fil-konfront tal-Afrika u l-Viċinati tal-Lvant u tan-Nofsinhar b'mod effettiv, sostnut u kostruttiv u jappella għal passi konkreti għall-approfondiment tar-relazzjonijiet tal-UE ma' dawn is-sħab, inkluż fil-qasam tal-enerġija; |
66. |
Itenni l-importanza ta' sħubija strateġika u sostenibbli max-Xlokk tal-Asja u mal-Indja; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tibqa' tikkollabora mar-reġjun u tippromwovi b'mod proattiv relazzjonijiet kummerċjali bbażati fuq ir-regoli għal strateġija komprensiva u ambizzjuża għar-reġjun Indo-Paċifiku; |
67. |
Jirrimarka li l-kriżi tal-COVID-19 issottolinjat is-sinifikat ta' sħubija ġdida mal-kontinent Afrikan li trawwem approċċ ta' politika inklużiv u sostenibbli; jissottolinja, f'dan il-kuntest, li jeħtieġ li tiġi indirizzata l-kwistjoni tat-tnaqqis tad-dejn u l-kanċellazzjonijiet tad-dejn; jisħaq li l-UE jeħtieġ li tappoġġja b'mod attiv id-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-valur interni tal-Afrika; |
68. |
Jilqa' d-dħul fis-seħħ taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Kontinentali Afrikana (AfCFTA) bħala strument li jakkumpanja attivament l-integrazzjoni reġjonali, ekonomika u politika tal-Afrika u li jtejjeb l-aċċess tagħha għas-swieq globali; |
69. |
Jissottolinja l-importanza tal-impenn tal-UE għar-relazzjonijiet kummerċjali tagħna mal-Amerika Latina u l-Karibew, inklużi l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej; jesprimi tħassib dwar l-impatt tal-COVID-19, speċjalment fuq in-nisa, f'dan ir-reġjun; |
70. |
Jitlob li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jżommu bħala prijorità l-kooperazzjoni kummerċjali u għall-iżvilupp tagħna u l-iżvilupp ta' reżiljenza akbar għall-pandemiji u l-emerġenzi tas-saħħa; jistieden lill-Kummissjoni żżomm djalogu strutturali mas-sħab fir-reġjuni msemmija hawn fuq għal dan il-għan; |
o
o o
71. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0337.
(2) Testi adottati, P9_TA(2021)0277.
(3) Testi adottati, P9_TA(2021)0261.
(4) Testi adottati, P9_TA(2021)0109.
(5) Testi adottati, P9_TA(2021)0071.
(6) Testi adottati, P9_TA(2021)0073.
(7) Testi adottati, P9_TA(2021)0040.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0321.
(9) Testi adottati, P9_TA(2020)0252.
(10) Testi adottati, P9_TA(2020)0212.
(11) Testi adottati, P9_TA(2019)0078.
(12) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 22.
(13) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 30.
(14) Fond Monetarju Internazzjonali, World Economic Outlook: Managing Divergent Recoveries, April 2021.
(15) Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(17) Aċċessat f'“the Netherlands at International Organisations (in-Netherlands fl-Organizzazzjonijiet Internazzjonali) (permanentrepresentations.nl). Dokument informali min-Netherlands u Franza dwar il-kummerċ, l-effetti ekonomiċi soċjali u l-iżvilupp sostenibbli ”.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/21 |
P9_TA(2021)0331
Attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2020
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2020 (2020/2124(INI))
(2022/C 99/03)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 174, 175, 177, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 5 tat-Trattati dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), |
— |
wara li kkunsidra l-istrateġija dwar il-klima u l-politika l-ġdida dwar is-self fis-settur tal-enerġija, adottati mill-BEI f'Novembru 2019, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2020 bl-isem “Il-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli – il-Pjan ta' Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2020)0021), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-14 ta' Jannar 2020 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (COM(2020)0022), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Finanzjarju tal-BEI għall-2019, ippubblikat fil-5 ta' Mejju 2020, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività tal-BEI għall-2019 bl-isem “The Green Thread” (Il-fil ekoloġiku), ippubblikat fis-7 ta' Mejju 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI fil-11 ta' Novembru 2020 u l-istrateġija l-ġdida tal-BEI dwar il-klima ta' Novembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport bl-isem “EIB Operations Inside the European Union 2019” (l-Operazzjonijiet tal-BEI fl-Unjoni Ewropea 2019), ippubblikat fit-3 ta' Settembru 2019, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport dwar il-proġetti appoġġati mill-BEI lil hinn mill-UE fl-2019 bl-isem “Global reach: the impact of the EIB beyond the European Union” (Firxa globali: l-impatt tal-BEI lil hinn mill-Unjoni Ewropea), ippubblikat fl-10 ta' Diċembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Finanzjarju u r-Rapport Statistiku tal-BEI għall-2019, ippubblikati fil-5 u s-7 ta' Mejju 2020, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali tal-Kumitat tal-Verifika tal-BEI, ir-Rapport tal-Attività dwar l-Investigazzjonijiet ta' Frodi u r-Rapport dwar il-Mekkaniżmu tal-Ilmenti għall-2019, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta' Divulgazzjoni dwar il-Ġestjoni tar-Riskji tal-Grupp tal-BEI għall-2019, ippubblikat fis-6 ta' Lulju 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-approvazzjoni tar-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi mill-UE min-naħa tal-BEI fis-7 ta' Ottubru 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2020 dwar rispons ekonomiku kkoordinat għat-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020)0112), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill tat-30 ta' Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b'reazzjoni għat-tifqigħa COVID-19 (Inizjattiva ta' Investiment b'Reazzjoni għall-Coronavirus) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2020 dwar il-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli – Kif niffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku (4), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u Next Generation EU, il-COVID-19, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà u r-relazzjonijiet esterni, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport speċjali nru 03/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) bl-isem “Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi: Jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex il-FEIS ikun suċċess totali”, ippubblikat fid-29 ta' Jannar 2019, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività tal-BEI għall-2020 bl-isem “Crisis Solutions” (Soluzzjonijiet għall-Kriżi), ippubblikat fl-20 ta' Jannar 2021, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport nru 12/2020 tal-QEA bl-isem “Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti: Tnieda biex jagħti spinta lill-investiment fl-UE, iżda l-impatt tiegħu għadu limitat”, ippubblikat fit-12 ta' Mejju 2020, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku (5), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra mill-Ombudsman lill-President tal-BEI tat-22 ta' Lulju 2016 dwar kwistjonijiet ta' kunflitt ta' interess u t-tweġiba tal-President tal-BEI tal-31 ta' Jannar 2017, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman fil-każ 2168/2019/KR dwar id-deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea li tapprova t-talba tad-Direttur Eżekuttiv tagħha biex isir CEO ta' grupp ta' lobbying finanzjarju, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-2019 ta' Counter Balance bl-isem “Is the EIB up to the task in tackling fraud and corruption? Challenges for the EU Bank's governance framework” (Il-BEI kapaċi jiġġieled il-frodi u l-korruzzjoni? Sfidi għall-qafas ta' governanza tal-Bank tal-UE), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġit, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0200/2021), |
A. |
billi skont l-Artikolu 309 TFUE u f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-BEI għandu l-kompitu li jikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi tal-Unjoni, inkluż permezz ta' diversi strumenti ta' investiment bħal self, ekwitajiet, garanziji, faċilitajiet ta' kondiviżjoni tar-riskju u servizzi ta' konsulenza; |
B. |
billi skont l-Artikolu 18 tal-Istatut tiegħu, il-BEI għandu jiżgura li l-fondi tiegħu jintużaw b'mod kemm jista' jkun razzjonali fl-interessi tal-Unjoni; |
C. |
billi l-BEI huwa l-fergħa tas-self pubbliku tal-Unjoni Ewropea u waħda mill-akbar istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali fid-dinja; billi, konsegwentement, il-BEI huwa s-sieħeb naturali tal-UE għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet finanzjarji nazzjonali u multilaterali; |
D. |
billi l-BEI assuma rwol sinifikanti fil-mobilizzazzjoni tal-finanzjamenti għall-ekonomija, b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), b'segwitu għar-riperkussjonijiet ekonomiċi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 li bdiet fl-2020; |
E. |
billi l-BEI jiżvolġi rwol importanti fl-istrateġija tal-UE biex tindirizza l-isfidi klimatiċi u ambjentali, kif deskritt mill-Kummissjoni, bi ħtieġa ta' EUR 350 biljun f'investimenti addizzjonali kull sena biex jintlaħqu l-objettivi aġġornati tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija; |
F. |
billi fl-2019 il-BEI impenja ruħu li jappoġġa l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, jallinja l-attivitajiet finanzjarji kollha tiegħu mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u jsir il-“Bank Klimatiku tal-UE”; |
G. |
billi l-Bord tad-Diretturi tal-BEI approva l-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku għall-perjodu 2021-2025; |
H. |
billi l-BEI beda proċess ta' rieżami tal-politika ta' self tiegħu fil-qasam tat-trasport tal-2011, bil-għan li jappoġġa trasport aċċessibbli, effiċjenti, ekoloġiku u sikur; |
I. |
billi l-appoġġ favur l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja (kumpaniji ta' valur ta' daqs medju) huwa għan fundamentali ta' politika pubblika tal-BEI; billi fl-2020 biss, il-Grupp tal-BEI ta appoġġ lil aktar minn 425 000 SME u kumpanija b'kapitalizzazzjoni medja permezz ta' finanzjamenti ġodda; billi l-appoġġ favur l-SMEs irrappreżenta 40 % tal-kapital sottoskritt totali tal-BEI; |
J. |
billi l-investimenti tal-BEI għandhom il-kapaċità li jsostnu s-settur soċjali, inklużi s-saħħa, l-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni; |
K. |
billi fl-2020 il-BEI approva self b'valur ta' EUR 10,23 biljun għal proġetti lil hinn mill-Unjoni, inklużi EUR 2,3 biljun fil-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs); |
L. |
billi l-Grupp ta' Livell Għoli ta' Persuni Għorrief dwar l-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp ħareġ ir-rapport finali tiegħu fis-7 ta' Ottubru 2019, li fih iddeskriva t-tliet għażliet possibbli li ġejjin għall-bini ta' “Bank Ewropew għall-Klima u l-Iżvilupp Sostenibbli”: a) li jibbaża fuq il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u l-attivitajiet ta' finanzjament estern tal-BEI; b) li jiġbor flimkien l-attivitajiet esterni tal-istituzzjonijiet finanzjarji attwali tal-UE f'istituzzjoni finanzjarja ġdida bi sjieda mħallta; c) li jittrasferixxi l-attivitajiet esterni kollha tal-BEI f'sussidjarja tal-BEI b'azzjonisti oħra sinifikanti; billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Diċembru 2019 indikaw li l-għażliet a) u c) biss għandhom jiġu esplorati; billi r-riżultati tal-istudji tal-fattibbiltà dwar kull għażla, li suppost kellhom jiġu ppreżentati fil-ħarifa tal-2020, għadhom ma tħabbrux; |
M. |
billi l-Grupp tal-BEI bħalissa qiegħed jaħdem biex jiżviluppa linji gwida għall-allinjament tal-kontropartijiet b'objettivi ambjentali u li jirrigwardaw is-sostenibbiltà; |
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. |
Jesprimi tħassib serju dwar l-iżbilanċi makroekonomiċi severi li ġejjin mill-kriżi tal-COVID-19 u l-impatt relatat tagħhom fuq it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-investiment, ir-reżiljenza, ir-rati tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi; jenfasizza li l-kriżi ekonomika u soċjali li kkawżat il-pandemija tal-COVID-19 għamlet ħsara konsiderevoli lit-tkabbir ekonomiku fl-UE u li waħda mir-riperkussjonijiet ewlenin hija t-tnaqqis fl-investiment, li attwalment mhuwiex suffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE; jissottolinja li t-tnaqqis fl-investimenti pubbliċi u privati laħaq livelli allarmanti; |
2. |
Jenfasizza r-rwol fundamentali tal-BEI bħala l-bank pubbliku tal-UE – li huwa l-unika istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li tappartjeni kompletament lill-Istati Membri tal-UE u hija kompletament iggwidata mill-politiki u l-istandards tal-UE – fl-appoġġ tal-irkupru ekonomiku fil-kuntest ta' wara l-pandemija u fil-mira tal-investimenti biex il-prijoritajiet Ewropej jimmaterjalizzaw ruħhom; |
3. |
Jissottolinja r-rwol kruċjali tal-BEI fl-appoġġ tal-irkupru ekonomiku fit-terminu qasir u medju flimkien mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Liġi Ewropea dwar il-Klima, l-Istrateġija Industrijali Ewropea, l-Istrument għall-Irkupru Next Generation EU, il-baġit fit-tul tal-UE, InvestEU u strumenti finanzjarji Ewropej oħra; jilqa' l-impenn finanzjarju tal-BEI f'InvestEU bħala mod biex jgħin biex tingħeleb id-diskrepanza fl-investiment fl-UE, li l-għeruq ta' dak li jikkawżaha għad iridu jiġu indirizzati; jilqa', barra minn hekk, ir-rwol ċentrali tal-BEI fl-għoti ta' appoġġ konsultattiv fl-ambitu taċ-Ċentru ta' Konsulenza InvestEU; |
4. |
Jappoġġa l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew skont liema l-BEI għandu jkollu l-kapital meħtieġ biex jimplimenta l-politiki tal-Unjoni u l-istedina lill-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI biex jirrieżamina l-adegwatezza tal-kapital tal-BEI fid-dawl tal-istrumenti inklużi fil-QFP u f'NGEU kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-Bank għall-ambizzjonijiet tal-Unjoni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija tal-Ewropa; |
5. |
Huwa tal-fehma li żieda fil-kapital hija ġustifikata sabiex il-Bank ikun jista' joffri finanzjamenti fit-tul, irawwem tkabbir sostenibbli inklużiv u koeżjoni soċjali u territorjali u jsostni l-investimenti kruċjali fl-ekonomija reali li nkella ma kinux isiru, filwaqt li jinżamm l-istatus ta' AAA attwali, li huwa assi importanti għall-Bank; |
6. |
Josserva li l-BEI huwa istituzzjoni li għandha livell għoli ta' ingranaġġ; jistieden lill-partijiet ikkonċernati tal-BEI jirriflettu dwar l-istruttura ta' ekwità ottimali u jaqblu dwar żieda fil-kapital, kemm f'kapital imħallas kif ukoll ta' natura eżerċitabbli; jenfasizza li żieda fil-kapital għandha timxi id f'id ma' trasparenza akbar, responsabbiltà demokratika, effiċjenza fl-istruttura maniġerjali u sostenibbiltà ambjentali; |
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tistudja l-possibbiltà li tkun irrappreżentata fuq il-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI permezz tas-sottoskrizzjoni ta' kapital tal-BEI bl-użu ta' fondi mill-baġit tal-UE; |
8. |
Jinnota li, skont il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 tal-Kummissjoni, fil-perjodu 2021-2030 l-UE se jkollha bżonn tinvesti EUR 350 biljun kull sena aktar milli għamlet matul il-perjodu 2011-2020; jisħaq li hu meħtieġ rwol saħansitra akbar għall-BEI biex jindirizza din id-diskrepanza fl-investiment fil-qasam tal-klima; jistieden lill-Bord tal-Gvernaturi jaħtaf l-opportunità ta' kundizzjonijiet ta' self favorevoli għall-BEI biex iżid il-ħruġ u l-maturità tal-bonds filwaqt li jippreserva l-pożizzjoni kapitali b'saħħitha tiegħu; |
9. |
Jilqa' ż-żieda riċenti fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) (6); |
10. |
Jitlob lill-BEI, bħala l-bank pubbliku tal-UE, jagħmel l-akbar sforzi konġunti biex iwettaq attività ta' finanzjament b'saħħitha u mmexxija mill-politiki bi qbil mad-dispożizzjonijiet legali rispettivi, li jwasslu għal effiċjenzi ekonomiċi, jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u ma jfixklux l-aċċess għal servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja; jitlob lill-BEI jagħti prijorità lil proġetti bi skop pubbliku li jippromwovu l-objettivi ta' politika tal-UE u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, b'mod partikolari dawk li altrimenti ma jkunux “bankabbli”, kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE, bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-isfidi globali bla preċedent tad-deċennji li ġejjin, b'mod partikolari l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; |
11. |
Jistieden lill-BEI jkompli jsaħħaħ il-kapaċità u l-għarfien espert interni tiegħu biex jiżgura impenn fit-tul immexxi mill-missjoni fis-sħubijiet tiegħu, jippromwovi l-koordinazzjoni fost l-atturi nazzjonali u reġjonali, u jiżviluppa aktar il-kundizzjonijiet għal teħid ta' riskju ogħla fl-innovazzjoni u l-investimenti li jistimolaw it-tkabbir; |
12. |
Jenfasizza l-importanza tal-fattur ta' addizzjonalità li għandu jiġi pprovdut mill-BEI għall-investimenti madwar l-UE; jenfasizza l-ħtieġa li l-istrateġiji jiġu kkoordinati ma' istituzzjonijiet Ewropej oħra u banek multilaterali u nazzjonali tal-iżvilupp; |
13. |
Ifaħħar l-isforzi tal-BEI fl-iffissar tal-objettivi u jħeġġu jsaħħaħ l-implimentazzjoni abbażi tal-istandards ambjentali u soċjali tiegħu u jtejjeb l-evalwazzjonijiet tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-proġetti appoġġati, kif ukoll l-addizzjonalità u s-sostenibbiltà tagħhom; |
14. |
Jenfasizza li l-BEI jrid jipprova jinkludi l-investimenti privati permezz tal-attivitajiet tiegħu; |
15. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu evitati żbilanċi ġeografiċi ulterjuri fl-attività ta' self tal-BEI sabiex tiġi żgurata allokazzjoni ġeografika u settorjali usa' tal-investimenti, jiġu indirizzati d-disparitajiet reġjonali, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mid-defiċits ta' investimenti ta' terminu twil u l-iżvantaġġi ġeografiċi, u jissaħħu l-konverġenza ekonomika u soċjali u l-koeżjoni; |
16. |
Jilqa' l-isforzi li diġà saru mill-BEI f'dan ir-rigward iżda jenfasizza li jeħtieġ li jsir aktar, peress li rapporti riċenti juru livell għoli u persistenti ta' konċentrazzjoni ġeografika fil-proġetti; |
17. |
Jistieden lill-BEI jikkontribwixxi għall-indirizzar tan-nuqqasijiet sistemiċi li jimpedixxu lil ċerti reġjuni jew pajjiżi milli jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet finanzjarji tal-BEI billi, fost affarijiet oħra, isaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jespandi l-attivitajiet ta' self tiegħu, joffri assistenza teknika u appoġġ f'konsulenza, speċjalment f'reġjuni li jattiraw investimenti baxxi u li ma bbenefikawx b'mod sinifikanti mid-deroga għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat waqt il-kriżi pandemika minħabba nuqqas ta' kapaċità finanzjarja jew tal-ispazju ta' manuvra tal-Istat; |
Mobilizzazzjoni tal-fondi biex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19
18. |
Jilqa' l-mobilizzazzjoni rapida tal-BEI ta' massimu ta' EUR 40 biljun ta' finanzjament ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19, permezz tal-istabbiliment ta' self, moratorju fuq il-kreditu u miżuri biex tittaffa l-likwidità tal-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja; |
19. |
Jilqa', barra minn hekk, il-ħolqien sussegwenti tal-Fond Ewropew ta' Garanzija (FEG) ta' EUR 25 biljun b'reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19, kif ukoll l-impatt pożittiv tiegħu fl-għoti ta' appoġġ finanzjarju lill-SMEs u lis-settur tas-saħħa; jiddispjaċih, madankollu, rigward it-tnedija bil-mod tal-FEG, inkwantu l-ewwel fondi ġew approvati biss fi tmiem l-2020 minħabba s-sottomissjoni tard min-naħa tal-Istati Membri u l-proċessi għall-ikklerjar tal-għajnuna mill-Istat; jenfasizza li l-FEG twaqqaf bil-ħsieb li jkun ta' natura temporanja; jissuġġerixxi li l-FEG għandu jibqa' operattiv wara l-2021 fid-dawl tal-impatt imtawwal tal-kriżi tal-COVID-19 u l-lockdowns ripetuti f'bosta Stati Membri; |
20. |
Jinnota li l-appoġġ garantit mill-FEG lill-intermedjarji finanzjarji għandu jkun suġġett għal numru ta' kriterji ta' valutazzjoni, bħall-politiki ta' governanza ambjentali, soċjali u korporattiva; |
21. |
Jistieden lill-BEI jikkunsidra li jipproponi inċentivi addizzjonali għall-proġetti u għal-linji ta' kreditu diġà approvati bil-għan li l-proġetti jinbdew mill-aktar fis possibbli u tiġi żgurata l-implimentazzjoni rapida tal-fondi; |
22. |
Jilqa' l-ħolqien ta' strument ta' investiment ta' EUR 6 biljun biex jiġi appoġġat il-finanzjament tas-settur tal-kura tas-saħħa, jiġifieri l-infrastruttura medika, ir-riċerka, u l-iżvilupp tal-vaċċini; jistieden lill-BEI jagħti prijorità lit-tisħiħ tas-sistemi sistemi tas-saħħa pubblika; |
23. |
Jinnota li fil-kuntest tar-rispons għall-COVID-19 u mit-30 ta' Settembru 2020, il-BEI approva 84 operazzjoni fi ħdan l-UE b'investiment totali li jammonta għal EUR 23,5 biljun; jinnota wkoll li 88 % tal-operazzjonijiet approvati ġew allokati lil SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja u lis-settur tas-saħħa; jisħaq fuq l-importanza li jingħata appoġġ lill-SMEs, peress li l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 huma partikolarment iebsa għal dawn il-kumpaniji; |
24. |
Jilqa' l-ħolqien ta' inizjattiva ta' finanzjament immirata ta' massimu ta' EUR 5,2 biljun b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19 sabiex jiġu appoġġati pajjiżi barra mill-UE; |
25. |
Jilqa' l-parteċipazzjoni tal-BEI fil-COVAX, b'investiment ta' EUR 400 miljun fl-Impenn Antiċipat tas-Suq COVAX; |
26. |
Jissottolinja li fid-dawl tal-mewġiet suċċessivi u imprevedibbli ta' infezzjonijiet tal-COVID-19, dawn l-istrumenti jeħtieġ li jkomplu jiġu msaħħa, infurzati u estiżi; jitlob lill-BEI jkun lest li jqawwi l-istrumenti eżistenti u jniedi inizjattivi finanzjarji ta' appoġġ ġodda, kif xieraq; |
Evoluzzjoni fil-Bank Klimatiku tal-UE
27. |
Jilqa' l-fatt li fl-2020, 40 % tas-self mogħti mill-BEI kien relatat mal-ambjent u l-klima; |
28. |
Jilqa' l-fatt li l-BEI huwa l-akbar istituzzjoni tad-dinja li toħroġ bonds ekoloġiċi li, fuq perjodu ta' 12-il sena, immobilizzaw EUR 34,6 biljun f'Bonds għal Kuxjenza dwar il-Klima u f'Bonds għal Kuxjenza dwar is-Sostenibbiltà; jistieden lill-BEI ma jiqafx u jkattar il-ħruġ ta' bonds ekoloġiċi biex tiżdied il-likwidità ta' tali suq u jibqa' involut fl-iżvilupp ta' standard tal-UE għall-bonds ekoloġiċi; |
29. |
Jilqa' s-sistema tal-Valutazzjonijiet tar-Riskju Klimatiku (CRA) stabbilita biex jiġi vvalutat ir-riskju klimatiku fiżiku fis-self dirett u jissuġġerixxi li l-BEI jipproponi metodi ta' skrinjar armonizzati fil-pjanijiet ta' azzjoni tiegħu, bl-użu, meta jkun il-każ, tar-Regolament dwar it-Tassonomija (7), |
30. |
Jilqa' l-impenn tal-BEI li jappoġġa l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli, b'mod partikolari permezz ta' allinjament mat-tassonomija tal-UE biex jiġu ttraċċati l-finanzjamenti relatati mal-azzjoni klimatika u mas-sostenibbiltà ambjentali, u permezz tal-adozzjoni tal-kriterji tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-proġetti; |
31. |
Jistieden lill-BEI jonora l-impenn tiegħu li jallinja l-operazzjonijiet kollha tiegħu mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi kemm jista' jkun malajr, u f'perjodu ta' żmien koerenti mal-objettiv tal-UE li tilħaq in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050; jenfasizza li l-iżvilupp ta' fjuwils alternattivi u sostenibbli avvanzati se jirrikjedi investimenti notevoli sabiex tinqasam il-fruntiera teknoloġika attwali; jistieden lill-BEI jistabbilixxi u jikkonkludi kuntratti ta' tranżizzjoni ekoloġika għas-setturi b'livelli ta; emissjonijiet għoljin, sabiex jiżgura li dawn jallinjaw il-mudell ta' negozju tagħhom mal-objettivi ta' newtralità klimatika; |
32. |
Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri jerġgħu jorjentaw il-flussi ta' kapital lejn l-adattament għall-klima u l-mitigazzjoni tal-klima, sabiex l-ekonomiji, in-negozji u s-soċjetajiet tagħna jsiru aktar reżiljenti għax-xokkijiet u r-riskji klimatiċi u ambjentali; |
33. |
Jilqa' l-adozzjoni mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI tal-Pjan Direzzjonali ambizzjuż tal-Bank Klimatiku tal-BEI għall-2021-2025 u, b'mod partikolari, l-inklużjoni tal-mekkaniżmu ta' pprezzar tal-karbonju parallel, li jipprovdi qafas kruċjali biex jiġu appoġġati t-tranżizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u huwa pass deċiżiv biex il-BEI jsir il-Bank Klimatiku tal-UE, billi jippromwovi investimenti sostenibbli u jipproteġi l-ambjent matul id-deċennju kritiku li ġej; |
34. |
Jilqa' r-rwol ta' tmexxija tal-BEI fil-qasam tal-klima u d-deċiżjoni li jiżdied il-finanzjament tal-BEI għall-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali, inklużi l-enerġiji rinnovabbli, minn madwar 30 % għal mill-inqas 50 % sal-2025; |
35. |
Jinnota li l-pjan direzzjonali jipprevedi l-introduzzjoni ta' perjodu ta' tranżizzjoni sa tmiem l-2022, u dan jikkawża dewmien fl-allinjament mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi; jistieden lill-BEI jistinka għal konformità massima mal-Ftehim ta' Pariġi fil-proċeduri ta' valutazzjoni li għaddejjin bħalissa, u konformità sħiħa sa mhux aktar tard mill-2023; |
36. |
Josserva li l-BEI se jagħti struttura lill-ħidma futura dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali msejsa fuq għaxar Pjanijiet ta' Azzjoni ġodda, li se jibnu fuq l-ewwel ħames snin ta' implimentazzjoni tal-Istrateġija Klimatika 2015 tal-BEI; jesiġi, f'dan il-kuntest, li jkun infurmat regolarment u b'mod sħiħ dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali; |
37. |
Jistieden lill-BEI jqis il-kontributi tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, l-awtoritajiet lokali, it-trade unions u l-NGOs fl-istrateġija ta' investiment tiegħu bħala l-bank klimatiku tal-UE u fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali; |
38. |
Jilqa' l-iżvilupp, min-naħa tal-BEI, ta' sistema ta' valutazzjoni tar-riskju għall-bijodiversità u l-adozzjoni tal-“Environmental, Climate and Social Guidelines on Hydropower Development” (Linji Gwida Ambjentali, Klimatiċi u Soċjali dwar l-Iżvilupp tal-Idroenerġija); ifakkar li l-ħarsien tal-bijodiversità huwa fundamentali għas-sostenibbiltà tal-UE, b'effetti kritiċi għall-kundizzjonijiet ekonomiċi, sanitarji u alimentari Ewropej; jistieden lill-BEI jkompli jiżviluppa komponenti ta' kontroll fir-rigward tal-bijodiversità fl-istrumenti finanzjarji tiegħu sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-bijodiversità; |
39. |
Jirrikonoxxi l-isfidi u l-progress miksub matul l-implimentazzjoni tal-Faċilità ta' Finanzjament tal-Kapital Naturali (NCFF); jistieden lill-BEI jikkunsidra jipprovdi komponent ta' għotja fl-ambitu tal-NCFF biex jappoġġa l-espansjoni inizjali ta' proġetti lokali u jiffaċilita l-ġenerazzjoni tad-dħul; jemmen li evalwazzjoni tal-NCFF għandha tkun inkorporata f'evalwazzjoni usa' tal-BEI dwar kif jappoġġa r-restawr tal-ekosistemi u tal-bijodiversità fl-UE; |
40. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn min-naħa tal-BEI fil-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku biex jiffoka l-appoġġ fuq l-industriji tat-trobbija u tal-ħalib sostenibbli, u b'mod partikolari biex jindirizza t-trattament xieraq tal-annimali; |
41. |
Jistieden li l-Grupp tal-BEI juża l-operazzjonijiet ġodda tiegħu bħala mod biex jappoġġa l-għanijiet tal-Istrateġija tal-UE dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, peress li jagħtu spinta lill-innovazzjoni għal kimiki, materjali u prodotti sikuri u sostenibbli mid-disinn, il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari bbażat fuq ċikli ta' materjali mhux tossiċi u l-Pjan ta' Azzjoni li jmiss dwar Tniġġis Żero għall-ilma, l-arja u l-ħamrija; |
42. |
Jilqa' r-rieżami li jmiss tal-politika ta' self tal-BEI fil-qasam tat-trasport kif ukoll l-impenn tal-BEI li jwaqqaf l-appoġġ għall-espansjonijiet tal-ajruporti sa tmiem l-2022; jenfasizza l-importanza li l-portafoll tat-trasport u l-politika ta' self fil-qasam tat-trasport tal-BEI jiġu allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi mill-aktar fis possibbli; |
43. |
Jitlob l-adozzjoni rapida ta' strateġija ta' politika ta' finanzjament ġdida tat-trasport immirata lejn id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport tal-UE sa mhux aktar tard mill-2050 u lejn il-promozzjoni ta' mezzi ta' trasport aċċessibbli, effiċjenti, ekoloġiċi u sikuri; jissottolinja, f'dan il-kuntest, li l-BEI għandu jkompli l-impenn tiegħu li jiffinanzja l-innovazzjoni u t-teknoloġija ekoloġika għall-avjazzjoni; jirrikjedi, f'dan il-kuntest, li l-politika l-ġdida dwar it-trasport tqis il-karatteristiċi ġeografiċi tar-reġjuni tal-UE, bħalma huma r-reġjuni insulari, interni u ultraperiferiċi; |
44. |
Jistieden lill-BEI jżid l-appoġġ favur il-bidliet modali lejn it-trasport b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, bħar-rota u t-trasport pubbliku, b'mod partikolari għall-komunitajiet u għal-lokalitajiet li mhumiex moqdija biżżejjed; |
45. |
Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-BEI biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta u jitlob aktar impenn u azzjoni konkreta f'dan ir-rigward, b'mod partikolari permezz ta' self għal programmi strutturali, InvestEU u bħala sieħeb finanzjarju għall-faċilità ta' self għas-settur pubbliku; jistieden lill-BEI juża r-rwol tiegħu bħala sieħeb finanzjarju għall-faċilità ta' self għas-settur pubbliku bħala opportunità biex isaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jiffinanzja l-proġetti iżgħar u l-inizjattivi mmexxija mill-komunità u biex jibni sħubijiet mal-muniċipalitajiet u ma' entitajiet pubbliċi oħra sabiex ħadd ma jitħalla jibqa' lura fil-proċess ta' tranżizzjoni ekonomika; |
46. |
Jissottolinja li l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom punti ta' tluq differenti; jinnota li t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju trid tkun inklużiva u ġusta, u ma trid tħalli lil ħadd jibqa' lura; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni taċ-ċittadini u l-ħaddiema li se jiġu affettwati l-aktar mit-tranżizzjoni, jissuġġerixxi li l-BEI jaħdem proattivament mal-Istati Membri bil-ħsieb li jappoġġa lir-reġjuni fejn l-impjiegi jiddependu bil-kbir minn industriji b'emissjonijiet għolja; |
47. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-politika l-ġdida tal-BEI dwar is-self fis-settur tal-enerġija u l-impenn tiegħu li jtemm l-investimenti fil-fjuwils fossili sa tmiem l-2021; jistieden lill-BEI jivvaluta l-kompatibbiltà tal-investimenti li saru fl-2021 favur il-proġetti b'emissjonijiet għolja ta' karbonju mal-objettivi klimatiċi aġġornati għall-2030; jinsisti li l-BEI jimplimenta l-prinċipju tal-effiċjenza enerġetika u jiffissa l-objettiv li jindirizza l-faqar enerġetiku fis-self kollu tiegħu fil-qasam tal-enerġija; |
48. |
Jilqa' l-inizjattiva ta' Finanzjament Intelliġenti għal Bini Intelliġenti li tiffaċilita l-investimenti fil-proġetti ta' effiċjenza enerġetika; jitlob it-tisħiħ tal-investimenti fl-akkomodazzjoni li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika u jindirizzaw il-faqar enerġetiku, u investimenti ulterjuri f'akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, sabiex tingħata kontribuzzjoni wkoll għall-istrateġija Mewġa ta' Rinnovazzjoni; |
Appoġġ għall-innovazzjoni, l-SMEs, l-industrija u d-diġitalizzazzjoni
49. |
Iqis li l-iżbalji tal-passat ma għandhomx jiġu ripetuti u li l-investimenti effiċjenti fl-innovazzjoni, l-infrastruttura, l-edukazzjoni u l-ħiliet huma elementi kruċjali għall-irkupru mill-kriżi ekonomika u soċjali, jiżguraw tkabbir sostenibbli u inklużiv u joħolqu impjiegi ta' kwalità għolja u kompetittività fit-tul; jenfasizza, barra minn hekk, li ambjent regolatorju magħmul minn regoli prevedibbli, kundizzjonijiet ekwi u effiċjenza amministrattiva wkoll jikkontribwixxu biex jiġi attirat l-investiment privat; |
50. |
Jilqa' l-fatt li, fl-2020, l-appoġġ tal-BEI għall-innovazzjoni u l-ħiliet kien ta' EUR 14,43-il biljun; jistieden lill-BEI jżid l-appoġġ tiegħu favur l-innovazzjoni u l-ħiliet; |
51. |
Jenfasizza l-importanza tar-rwol tal-BEI fis-suċċess tal-programm InvestEU fl-irkupru ta' wara l-pandemija; jissottolinja li l-BEI se jkompli jkun is-sieħeb ta' investiment ewlieni għall-implimentazzjoni tal-programm InvestEU; |
52. |
Jittama li l-programm il-ġdid InvestEU jippermetti aktar teħid ta' riskju min-naħa tal-BEI fi proġetti ta' ekonomija reali u, partikolarment, f'appoġġ għall-SMEs, inkluż f'termini ta' kapital; |
53. |
Ifakkar li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija tal-Ewropa, jirrappreżentaw 99 % tal-impriżi kollha fl-UE u jimpjegaw madwar 100 miljun ruħ; jilqa' l-fatt li, fl-2020, il-BEI ffinanzja SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja b'investiment totali ta' EUR 30,56 biljun u għen 425 000 kumpanija; |
54. |
Itenni li l-appoġġ għall-mikrointrapriżi, l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja jrid jibqa' objettiv essenzjali għall-BEI, u wieħed li għandu jkompli jissaħħaħ matul il-kriżi ekonomika attwali, partikolarment permezz ta' assistenza f'termini ta' finanzjament, internazzjonalizzazzjoni, dekarbonizzazzjoni u aċċess għall-għodod tal-ICT; jisħaq fuq il-fatt li l-SMEs sikwit ikollhom riżorsi amministrattivi limitati għad-dispożizzjoni tagħhom u għalhekk għandhom jibbenefikaw minn kanali ta' finanzjament faċilment aċċessibbli; jilqa' l-isforzi mwettqa biex l-SMEs jingħataw assistenza u konsulenza online fl-aċċess għas-self tal-BEI u jappella biex din il-kapaċità konsultattiva tiġi estiża; |
55. |
Jistieden lill-BEI jikkomplementa l-isforzi biex tinbena soċjetà mmexxija mid-data b'mod trasparenti, affidabbli, interoperabbli u inklużiv, b'enfasi partikolari fuq l-adattament tal-SMEs għat-tisħiħ tal-kompetittività tagħhom; |
56. |
Jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-SMEs Ewropej qegħdin jaqgħu lura fl-adozzjoni ta' teknoloġiji diġitali u 66 % biss tal-kumpaniji fil-manifattura fl-UE adottaw tal-anqas teknoloġija diġitali waħda; |
57. |
Jenfasizza l-bżonn li jiġi intensifikat is-self lill-SMEs immexxija minn nisa biex jiġi promoss irkupru aktar ugwali f'termini ta' ugwaljanza bejn is-sessi; |
58. |
Jistieden lill-BEI jimmobilizza biżżejjed appoġġ għall-infrastruttura biex ir-reġjuni kollha tal-UE jkollhom internet aktar rapidu u jitnaqqas id-distakk diġitali eżistenti, u jitlob ukoll li l-BEI jkompli bl-appoġġ tiegħu għall-avvanz tal-ħiliet diġitali, partikolarment għall-impjegati f'setturi tal-ekonomija tal-UE li jeħtieġu aġġustament u rikwalifikazzjoni; |
59. |
Josserva li t-tifqigħa tal-COVID-19 ħarġet fid-dieher il-fraġilità tal-ktajjen tal-provvista tal-UE u l-insuffiċjenza tan-networks tal-IT; jistieden lill-BEI jallinja l-istrateġija tal-investiment tiegħu b'tali mod li jgħin biex tkun żgurata reżiljenza akbar għall-ktajjen tal-valur tas-suq intern u jissaħħaħ is-settur industrijali Ewropew, speċjalment fl-oqsma strateġiċi; |
60. |
Jistieden lill-BEI jieħu rwol fl-assistenza u l-finanzjament tal-ħolqien ta' ekosistemi tal-innovazzjoni u ekonomiji tal-għarfien fl-UE kollha kemm hi, u fil-promozzjoni tat-trasformazzjoni industrijali bbażata fuq il-post, fejn l-universitajiet, in-negozji, l-SMEs u n-negozji l-ġodda jkunu jistgħu jiżviluppaw sħubijiet permanenti għall-ġid komuni u jagħtu kontribut siewi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija; |
61. |
Jenfasizza l-bżonn li l-BEI jagħmel enfasi qawwija fuq proġetti mmirati lejn iż-żgħażagħ, speċjalment in-negozji l-ġodda u l-proġetti li l-għan tagħhom ikun li jindirizzaw il-problema dejjem aktar sinifikanti tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u taż-żgħażagħ f'impjiegi prekarji; |
Investiment fl-infrastruttura u l-protezzjoni soċjali
62. |
Jinnota li matul il-kriżi attwali tal-COVID-19, is-sistemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri sabu ruħhom taħt pressjoni bla preċedent; jistieden lill-BEI jissieħeb mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri biex jiżdied l-investiment fis-settur soċjali; |
63. |
Jirrikonoxxi li l-kriżi tal-COVID-19 kellha impatt sproporzjonat fuq ċerti partijiet tas-soċjetà; iħeġġeġ lill-BEI jassisti lill-Istati Membri fi proġetti li jindirizzaw l-inugwaljanzi, fosthom dawk bejn is-sessi u fost il-komunitajiet emarġinati; |
64. |
Jilqa' l-impenn li ħa l-BEI biex jinvesti fis-settur soċjali u b'hekk irawwem il-benessri, l-aċċess għall-edukazzjoni, is-saħħa u l-akkomodazzjoni, kif ukoll il-kisba tal-ħiliet meħtieġa f'ekonomija moderna bbażata fuq l-għarfien; |
65. |
Jistieden lill-BEI jagħti l-appoġġ tiegħu lil dawk il-proġetti fl-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u r-riformi soċjali identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fl-ambitu tas-Semestru Ewropew; |
66. |
Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kellha effetti negattivi fuq l-edukazzjoni u l-benessri tat-tfal fid-dinja kollha, u miljuni ta' tfal għadhom mingħajr aċċess għall-edukazzjoni minħabba miżuri ta' lockdown u b'hekk jinsabu f'riskju li jaqgħu lura u potenzjalment ibatu effetti permanenti; jilqa' l-investiment tal-BEI fl-edukazzjoni, għaliex dan jgħin fil-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanzi, jagħti spinta lit-tkabbir u jtejjeb l-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-BEI jżid l-investiment fl-edukazzjoni biex, bis-saħħa t'hekk, jittaffa l-impatt qawwi tal-kriżi tal-COVID-19 fuq is-sistemi edukattivi fid-dinja kollha; |
Appoġġ għall-iżvilupp u s-sostenibbiltà barra mill-UE
67. |
Jilqa' l-fatt li l-BEI huwa l-akbar mutwanti multilaterali fid-dinja u li jagħmel sforzi b'appoġġ għall-politiki tal-UE dwar il-kooperazzjoni esterna u l-iżvilupp; josserva li l-BEI ilu aktar minn 50 sena attiv barra mill-UE u sa tmiem l-2020 kien ta EUR 150,1 biljun f'self lil 150 pajjiżi differenti, EUR 10,23 biljun sottoskritti fl-2020; |
68. |
Jistieden lill-BEI japplika sospensjoni fuq is-self pendenti tiegħu, jivvaluta bir-reqqa l-impatt fuq id-dejn tal-operazzjonijiet futuri tiegħu, u jesprimi appoġġ pubbliku għall-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' ristrutturar multilaterali tad-dejn biex jindirizza kemm l-impatt tal-kriżi kif ukoll ir-rekwiżiti ta' finanzjament tal-Aġenda 2030, billi l-azzjonisti kollha tal-BEI huma impenjati favur l-impenn tal-G20 li jissospendu d-dejn ta' 77 pajjiż wara l-kriżi tad-dejn marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19; |
69. |
Jisħaq fuq il-bżonn ta' allinjament sħiħ tal-investimenti tal-BEI fil-pajjiżi terzi mal-azzjoni esterna tal-UE u mal-prijoritajiet tal-iżvilupp sostenibbli; |
70. |
Jirrikonoxxi li l-BEI se jkompli jsaħħaħ l-appoġġ tiegħu għal investimenti ekoloġiċi barra mill-UE; jinsisti li l-BEI għandu japplika l-istess standards u kriterji biex jivvaluta u jevalwa l-proġetti fl-Unjoni u lil hinn minnha, anke dawk li ntlaħaq qbil dwarhom dan l-aħħar fil-Pjan Direzzjonali tiegħu bħala Bank Klimatiku; |
71. |
Iqis, f'dan il-kuntest, li l-BEI għandu jsaħħaħ il-monitoraġġ u r-rappurtar tiegħu dwar proġetti barra mill-UE, itejjeb l-analiżi tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħhom u jżid l-effiċjenza tal-Qafas għall-Kejl tar-Riżultati (ReM), filwaqt li jsaħħaħ id-diliġenza dovuta fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem għal proġetti f'pajjiżi terzi; |
72. |
Huwa tal-fehma li għandhom jiġu kkunsidrati wkoll indikaturi mfassla apposta biex ikejlu t-tnaqqis tal-inugwaljanzi, il-ġenerazzjoni tad-dħul mit-taxxa għall-pajjiżi ospitanti u l-impatt fuq il-bilanċ bejn is-sessi u l-gruppi emarġinati; |
73. |
Jinnota li l-investiment mis-settur privat se jkun essenzjali biex tiġi indirizzata d-diskrepanza fil-finanzjament għall-SDGs; ifakkar fir-rwol kruċjali tal-BEI fit-tneħħija tar-riskji għall-investiment privat, partikolarment f'kuntesti fraġli; jesprimi tħassib, madankollu, dwar l-użu tal-fondi għall-iżvilupp tal-UE għat-tneħħija tar-riskji tal-investiment privat minħabba n-nuqqas ta' evidenza dwar il-kapaċità ta' din il-modalità finanzjarja li turi addizzjonalità u tissodisfa l-objettivi ta' żvilupp, kif irrappurtat reċentement fir-rieżami finali tal-EFSD kif ukoll fl-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (Nru 7/2020); jenfasizza l-bżonn li d-donaturi jipprijoritizzaw il-finanzjament ibbażat fuq l-għotjiet bħala l-għażla standard, speċjalment għall-pajjiżi l-inqas żviluppati, u li ma jagħtux preferenza lil finanzjament ikkombinat, garanziji jew kwalunkwe self minflok għotjiet, għax dawn ma jissodisfawx l-SDGs u jistgħu jżidu l-piż tad-dejn tal-pajjiżi; |
74. |
Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Kunsill u l-Parlament dwar ir-regolament li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali; jinnota, b'mod partikolari, ir-rwol li se jkollu l-BEI fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Investiment Sostenibbli; |
75. |
Jenfasizza li t-tibdil fil-klima jirrappreżenta sfida kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli, billi jhedded li jiggrava l-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-faqar; jitlob lill-BEI, għalhekk, jipprijoritizza l-investimenti fl-infrastruttura li jgħinu lill-pajjiżi terzi jwettqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU u li jwasslu għal ġustizzja soċjali u ambjentali, sigurtà alimentari, servizzi pubbliċi u opportunitajiet ekonomiċi ġusti għaċ-ċittadini; japprezza l-fatt li l-BEI se jkompli jsaħħaħ l-appoġġ tiegħu għal investimenti ekoloġiċi barra mill-UE, u dan se jgħin biex jiġi ssottolinjat ir-rwol tal-UE bħala mexxejja globali fil-qasam tas-sostenibbiltà klimatika u ambjentali; |
76. |
Jistieden lill-BEI biex, b'rispett sħiħ tal-mandat ta' self estern tiegħu, iżid l-impenn tiegħu fil-pajjiżi l-inqas żviluppati u dawk li jkunu għaddejjin minn xi kunflitt, itejjeb il-kooperazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-UE u jżid il-preżenza tiegħu fuq il-post b'persunal addizzjonali li jiffoka fuq kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp; |
Riżultati fil-qasam tal-governanza, ir-responsabbiltà, it-trasparenza u l-integrità
77. |
Ifakkar fit-talba tiegħu għal ftehim interistituzzjonali bejn il-BEI u l-Parlament sabiex jittejjeb l-aċċess għad-dokumenti u d-data tal-BEI u tissaħħaħ ir-responsabbiltà demokratika, inkluża l-kapaċità li jippreżenta mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-BEI, u l-ispeċifikazzjoni tad-drittijiet tal-Parlament u tal-Membri tiegħu fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti u d-data kif ukoll l-organizzazzjoni ta' seduti ta' smigħ u djalogi ekonomiċi; |
78. |
Jipproponi wkoll, sadanittant, l-istabbiliment ta' protokoll għal Memorandum ta' Kooperazzjoni interim bejn il-BEI u l-Parlament, applikabbli b'effett immedjat, sabiex jittejjeb id-djalogu interistituzzjonali u jissaħħu t-trasparenza u r-responsabbiltà tal-BEI; |
79. |
Jistieden lill-BEI jżid ir-rappurtar tiegħu lill-Parlament fir-rigward tad-deċiżjonijiet tiegħu, il-progress miksub u l-impatt tal-attivitajiet tiegħu f'termini ta' self, partikolarment permezz ta' djalogi strutturati regolari, u japplika l-istess dispożizzjonijiet relatati mar-rappurtar u r-responsabbiltà stabbiliti fir-Regolament dwar il-FEIS (8); |
80. |
Jistieden lill-BEI jintensifika l-isforzi tiegħu f'termini ta' komunikazzjoni; jemmen li hu essenzjali li jikkomunika maċ-ċittadini tal-UE biex jispjega aħjar l-objettivi tal-politiki tiegħu u juri l-mod kif jikkontribwixxi għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tagħha; |
81. |
Jilqa' t-tnedija ta' konsultazzjoni pubblika min-naħa tal-BEI dwar ir-rieżami tal-politika tat-trasparenza tiegħu f'Diċembru 2020; jinnota, madankollu, li l-proposta attwali ma tissodisfax l-esiġenzi tal-Parlament Ewropew u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex il-politika tat-trasparenza tiegħu tissaħħaħ f'konformità mal-aħjar prattiki u standards użati minn istituzzjonijiet finanzjarji; |
82. |
Jistieden lill-BEI jiżgura l-pubblikazzjoni puntwali ta' informazzjoni aktar abbundanti dwar l-attivitajiet kollha tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-finanzjament f'konformità mal-aħjar prattiki internazzjonali, inklużi valutazzjonijiet ambjentali u soċjali, b'tali mod li dawn ikunu aċċessibbli għall-benefiċjarji potenzjali, il-gruppi affettwati u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali; |
83. |
Itenni l-appell tiegħu biex il-BEI jopera abbażi tal-“preżunzjoni ta' divulgazzjoni”; jitlob, partikolarment, il-pubblikazzjoni puntwali tal-aġendi u l-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat ta' Tmexxija u jilqa' l-pubblikazzjoni tal-aġendi u l-minuti tal-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi; jissottolinja li l-politika tat-trasparenza futura għandha ssaħħaħ ir-rekwiżiti ta' trasparenza għall-operazzjonijiet kollha tiegħu u tirrikjedi lill-promoturi tal-proġetti jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali, bl-inklużjoni ta' obbligi ta' trasparenza rigorużi, iżda proporzjonati, fil-klawżoli kuntrattwali speċifiċi ffirmati mal-klijenti kollha tal-BEI; |
84. |
Itenni l-appell tiegħu għad-divulgazzjoni tal-opinjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni fil-qafas tal-proċedura f'konformità mal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI dwar l-operazzjonijiet tal-BEI f'termini ta' finanzjament għal finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni u l-politiki rilevanti tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jilħqu ftehim biex jiżguraw trasparenza totali f'dawn l-opinjonijiet u fil-loġika li jkun hemm warajhom; |
85. |
Jinnota li l-ħatra tal-ex viċi president tal-BEI bħala membru tal-Bord tad-Diretturi ta' Iberdrola qajmet tħassib serju dwar ir-riskji ta' kunflitti ta' interess, minkejja l-fatt li dan it-trasferiment ġie debitament notifikat minn qabel u kien konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-ex membri tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-BEI; jinnota wkoll li opinjoni vinkolanti maħruġa mill-Kumitat tal-Etika u l-Konformità qabel in-nomina ma qajmet l-ebda oġġezzjoni għall-każ u jitlob li tingħata aktar spjegazzjoni dwar din l-opinjoni; jinnota li din il-kariga wara l-impjieg fis-servizz pubbliku kważi mingħajr l-ebda perjodu ta' preklużjoni tikkostitwixxi riskju għar-reputazzjoni u l-indipendenza tal-BEI; ifakkar li, skont l-Ombudsman Ewropew, id-deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea li ma twaqqafx lid-Direttur Eżekuttiv tagħha milli jsir uffiċjal kap eżekuttiv ta' lobby tal-industrija finanzjarja kienet tikkostitwixxi amministrazzjoni ħażina u li l-projbizzjoni tal-ħatra kienet tkun miżura neċessarja u proporzjonata; jistieden lill-BEI jevalwa l-bżonn li jkompli jtejjeb r-regoli u l-prattiki li jirrigwardaw il-kunflitti ta' interess; |
86. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li, barra mir-responsabbiltajiet settorjali tagħhom, it-tmien viċi presidenti tal-BEI jissorveljaw il-proposti għal proġetti li jkunu ġejjin minn pajjiżhom, flimkien ma' responsabbiltajiet oħra relatati mal-pajjiż; jiddispjaċih li l-BEI naqas milli jieħu azzjoni fuq it-talba tal-Parlament biex fil-Kodiċi ta' Kondotta tal-Kumitat ta' Tmexxija tiddaħħal dispożizzjoni li teskludi l-possibbiltà li Membri tiegħu jissorveljaw is-self għal proġetti jew l-implimentazzjoni tagħhom f'pajjiżhom; |
87. |
Jilqa' r-rieżami u r-reviżjoni interni tal-BEI fir-rigward tal-politika tiegħu dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-intenzjoni tiegħu li jgħolli l-politika għal-livell tal-grupp, li b'hekk tibda tapplika kemm għall-BEI kif ukoll għall-FEI; iħeġġeġ lill-BEI jieħu approċċ ambizzjuż u wiesa' għal dan ir-rieżami u jindirizza d-dgħufijiet eżistenti fid-diliġenza dovuta u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern u jsaħħaħ il-politika tiegħu kontra l-frodi u l-korruzzjoni, bi qbil mal-appelli ripetuti tal-Parlament; |
88. |
Jisħaq fuq l-importanza li l-uffiċċju tal-BEI inkarigat mill-investigazzjoni tal-frodi jkun mogħni b'kompetenzi sodi, biżżejjed riżorsi u indipendenza; jistieden lill-BEI jtejjeb il-kooperazzjoni tiegħu mal-Ombudsman Ewropew, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) meta jkun xieraq, u jirrapporta każijiet ta' natura kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali; iħeġġeġ lill-BEI jsaħħaħ l-awtonomija u l-effiċjenza tal-Uffiċċju tal-Mekkaniżmu tal-Ipproċessar tal-Ilmenti u tat-Taqsima tal-Investigazzjoni tal-Frodi; |
89. |
ifakkar li l-Kummissjoni talbet lill-BEI jaqsam aktar informazzjoni dwar l-applikazzjoni effettiva ta' klawżoli kuntrattwali li jippermettu lill-BEI jwaqqaf jew jirtira l-finanzjament (9) u jistenna li l-Parlament ikollu aċċess sħiħ għal din l-informazzjoni; |
90. |
Jilqa' l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-Grupp tal-BEI dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi; jieħu nota tar-Rapport ta' Progress 2019 dwar id-Diversità u l-Inklużjoni; jinnota li n-nisa jirrappreżentaw 51,4 % tal-ħaddiema tal-BEI; |
91. |
Jiddispjaċih li n-nisa għadhom mhumiex rappreżentati biżżejjed f'karigi maniġerjali u f'karigi għoljin; jemmen li matul l-implimentazzjoni tat-tieni fażi tal-pjan ta' azzjoni fl-2021 hemm bżonn li jsir aktar f'dan ir-rigward, u jitlob lill-BEI, għalhekk, ikompli jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tan-nisa u jippromwovi attivament rappreżentanza bilanċjata bejn is-sessi fil-karigi għoljin tiegħu; jistieden lill-BEI jżid il-promozzjoni ta' kull forma ta' diversità u inklużjoni fl-organizzazzjoni tiegħu u jistabbilixxi objettivi ambizzjużi; |
92. |
Iħeġġeġ lill-BEI jiġbor, meta jkun possibbli, data diżaggregata skont is-sessi u jiżviluppa għodod u metodoloġiji biex iwettaq analiżi tas-sessi u valutazzjonijiet tal-impatt fir-rigward tas-sessi għal proġetti u operazzjonijiet tal-BEI kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll lil hinn minnha, u jikkonsulta esperti indipendenti għal dan il-għan; |
93. |
Jesprimi tħassib serju dwar allegazzjonijiet ta' fastidju u dwar l-ambjent tax-xogħol fil-BEI; jirrikonoxxi l-isforzi li saru dan l-aħħar mill-BEI biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u kwistjonijiet oħra relatati mal-persunal; iħeġġeġ lill-BEI jiżgura li tiġi implimentata b'mod effettiv politika ta' tolleranza żero fil-konfront ta' kull tip ta' fastidju, inklużi miżuri preventivi u protettivi kif ukoll mekkaniżmi xierqa u affidabbli f'dak li għandu x'jaqsam ma' lmenti u appoġġ għall-vittmi; iħeġġeġ lill-maniġment tal-BEI jidħol fi djalogu ġenwin mar-rappreżentanti tal-persunal sabiex it-tħassib tagħhom jiġi indirizzat; |
94. |
Jilqa' l-fatt li l-BEI se janalizza l-istandards ambjentali u soċjali tiegħu u jitlob konsultazzjoni pubblika wiesgħa u inklużiva dwar dawn il-kwistjonijiet; jenfasizza l-potenzjal li l-BEI jinkludi aktar standards fir-rigward ta' prijoritajiet politiċi oħrajn; jistieden lill-BEI, għalhekk, jinkludi kunsiderazzjonijiet soċjali fl-evalwazzjoni tal-impatti negattivi ta' investimenti potenzjali; |
95. |
Itenni li s-sostenibbiltà, kif definita fil-leġiżlazzjoni tal-UE (10), hija kunċett wiesa' u li l-investimenti jkunu sostenibbli biss jekk iqisu l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (DNSH) b'rabta mal-objettivi ta' sostenibbiltà soċjali jew ambjentali; jilqa' l-fatt li l-BEI impenja ruħu li jallinja bis-sħiħ il-metodoloġija ta' traċċar tiegħu għall-għanijiet ta' azzjoni klimatika u sostenibbiltà ambjentali mal-qafas definit mit-Tassonomija tal-UE, inkluż l-inkorporar tad-DNSH (11) fl-operazzjonijiet kollha tiegħu; |
96. |
Jistieden lill-BEI jieħu din l-opportunità biex isaħħaħ il-politika tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistenna, b'mod partikolari, li l-obbligi ta' diliġenza dovuta b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem jissaħħu u li d-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-ippjanar tal-proġetti tiegħu ssir aktar prevalenti, partikolarment għal proġetti f'pajjiżi terzi; |
97. |
Jistenna li l-BEI jwettaq monitoraġġ bir-reqqa li jqis bis-sħiħ it-tħassib espress mill-partijiet ikkonċernati u l-partijiet interessati, partikolarment b'rabta mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; |
98. |
Jenfasizza li d-destinatarji tal-investiment tal-BEI għandhom isegwu prinċipji ta' governanza tajba, inkluż f'materja ta' taxxa; jilqa' l-fatt li l-BEI ma jidħolx f'operazzjonijiet ġodda jew imġedda ma' entitajiet inkorporati jew stabbiliti f'ġuriżdizzjonijiet elenkati għal finijiet ta' taxxa u tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML-CFT) u li ssir valutazzjoni tar-riskju każ b'każ ma' kontropartijiet kontraenti inkorporati jew stabbiliti f'ġuriżdizzjonijiet li ġeneralment jikkooperaw iżda li jkunu għadhom ma solvewx nuqqasijiet pendenti ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa (il-ġuriżdizzjonijiet elenkati fl-Anness II tal-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx); |
99. |
Jenfasizza li huma meħtieġa verifiki estensivi biex jiġi żgurat li l-kontropartijiet ma jibbenefikawx minn rabtiet ġuridiċi oħrajn ma' tali ġuriżdizzjonijiet; jistieden lill-BEI jsaħħaħ il-miżuri ta' prevenzjoni u l-valutazzjonijiet tat-taxxa regolari fil-konfront tal-ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx, kif ukoll ta' prattiki dannużi fil-qasam tat-taxxa min-naħa tas-sħab; |
100. |
Iħeġġeġ lill-Grupp tal-BEI biex fil-futur jaġġorna l-politika tiegħu dwar il-ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx abbażi tal-iżviluppi futuri għall-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa fil-livell tal-UE jew f'dak internazzjonali; ifakkar li l-politika tipprevedi projbizzjoni ġenerali li jsiru operazzjonijiet ma' kontropartijiet kontraenti inkorporati jew stabbiliti f'ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx, għajr f'kundizzjonijiet stretti; |
101. |
Jieħu nota tal-Qafas tal-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu tal-BEI ta' Diċembru 2020; jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-qafas kif spjegat ma fihx dettalji dwar il-proċeduri ta' allinjament tal-attivitajiet tal-Bank mal-leġiżlazzjoni tal-UE, speċifikament dwar id-diliġenza dovuta tal-klijent u partikolarment f'każ ta' diliġenza dovuta msaħħa; |
102. |
Itenni t-tħassib preċedenti espress mill-Parlament dwar in-nuqqas ta' kontroll fuq il-fondi ġestiti minn intermedjarji finanzjarji u d-diffikultà fil-monitoraġġ tal-benefiċjarji finali kif ukoll il-konformità mal-kriterji ta' eliġibbiltà; |
103. |
Jilqa' l-fatt li l-BEI bħalissa qed jaħdem biex jiżviluppa linji gwida għall-allinjament tal-kontropartijiet; jistieden lill-BEI jiżviluppa pjan ta' azzjoni ambizzjuż għal “qafas ta' allinjament tal-kontropartijiet” u jiżgura li l-linji gwida jipprevedu aktar trasparenza u diliġenza dovuta rigoruża fuq is-sħab tiegħu u l-eliġibbiltà tagħhom biex jitħallsu fondi sostnuti mill-BEI taħt kundizzjonalità stretta, li tinkludi kriterji li jirrigwardaw l-etika u l-integrità kif ukoll aspetti soċjali u ambjentali; itenni li dan il-qafas għandu jinkludi wkoll rekwiżiti futuri għall-intermedjarji finanzjarji u l-klijenti korporattivi kollha biex ikun hemm pjan ta' dekarbonizzazzjoni li jħares 'il quddiem u li jkun allinjat mal-Ftehim ta' Pariġi bl-użu ta' miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard mill-2025, mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-BEI li joffri assistenza teknika fit-tfassil ta' dawn il-pjanijiet ta' dekarbonizzazzjoni; |
104. |
Jitlob lill-BEI biex, filwaqt li jippreserva data kummerċjalment sensittiva, jippubblika informazzjoni aktar regolari, dettaljata u komprensiva dwar l-intermedjarji finanzjarji responsabbli għall-ingranaġġ ta' fondi tal-BEI (198) u jinkludi klawżoli kuntrattwali dwar id-divulgazzjonijiet obbligatorji minn dawn l-istituzzjonijiet dwar attivitajiet ta' self; |
105. |
Jenfasizza li l-BEI għandu jsaħħaħ u jagħmel użu sħiħ minn klawżoli kuntrattwali li jippermettulu jissospendi l-iżburżar jew miżuri ta' mitigazzjoni oħra biex jipproteġi l-integrità u r-reputazzjoni tal-operazzjonijiet tiegħu f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards ambjentali, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem, tat-taxxa u tat-trasparenza; |
106. |
Jitlob ukoll politika ta' esklużjoni rigoruża biex entitajiet li jinstabu involuti f'każijiet ta' frodi, korruzzjoni, ħasil tal-flus jew forom oħra ta' irregolarità jiġu esklużi mill-finanzjament tal-BEI; |
107. |
Jilqa' l-ħidma tal-Qorti Ewropew tal-Awdituri (QEA) fir-rigward tal-fondi mill-baġit tal-Unjoni ġestiti mill-BEI u jistieden lill-istituzzjonijiet jilħqu qbil dwar it-tisħiħ tad-drittijiet ta' awditjar tal-QEA fil-limiti tat-Trattati tal-UE; |
108. |
Jieħu nota tal-kritika tal-QEA fir-rapport speċjali tagħha Nru 12/2020 bit-titlu “Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti: Tnieda biex jagħti spinta lill-investiment fl-UE, iżda l-impatt tiegħu għadu limitat” u jistieden lill-BEI jislet il-konklużjonijiet neċessarji biex il-ħidma tiegħu tkompli; |
109. |
Jistieden lill-QEA tfassal rapport speċjali b'rakkomandazzjonijiet dwar il-prestazzjoni tal-attivitajiet tal-BEI u l-allinjament tagħhom mal-politiki u l-objettivi tal-UE; |
110. |
Jieħu nota tar-rapport speċjali Nru 3/2019 tal-QEA bit-titlu “Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi: Jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex il-FEIS ikun suċċess totali” u partikolarment tal-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-bżonn ta' indikaturi ta' prestazzjoni u monitoraġġ komparabbli għall-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji kollha tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura segwitu xieraq f'kollaborazzjoni mal-BEI, bħala implimentatur ewlieni fil-kuntest ta' InvestEU; |
o
o o
111. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0005.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0054.
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0305.
(5) Testi adottati, P9_TA(2020)0017.
(6) https://www.eib.org/en/press/all/2021-060-capital-increase-for-eif-boosts-finance-for-covid-19-impacted-companies-and-strengthens-support-for-green-and-digital-transformation-of-the-eu-economy.
(7) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(8) Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).
(9) Sommarju eżekuttiv tal-evalwazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea (SWD(2019)0333), 13 ta' Settembru 2019.
(10) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1), Artikolu 2.
(11) EIB Group Climate Bank Roadmap, p. 55.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/34 |
P9_TA(2021)0332
Kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2019
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2019 (2020/2245(INI))
(2022/C 99/04)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Attività 2019 tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Finanzjarju 2019 tal-Grupp tal-BEI u r-Rapport Statistiku 2019 tal-Grupp tal-BEI, |
— |
wara li kkunsidra l-EIB Group Sustainability Report (Rapport dwar is-Sostenibbiltà 2019 tal-Grupp tal-BEI) u l-EIB Group Carbon Footprint Report (Rapport dwar l-Impronta tal-Karbonju tal-Grupp tal-BEI) li jakkumpanjah, |
— |
wara li kkunsidra r-Report on the implementation of the EIB Group Transparency Policy in 2019 (Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Trasparenza tal-Grupp tal-BEI fl-2019), |
— |
wara li kkunsidra l-EIB Complaints Mechanism Report 2019 (Rapport tal-BEI dwar il-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-2019), |
— |
wara li kkunsidra l-Annual Report 2019 on EIB Activity in Africa, the Caribbean, the Pacific, and the Overseas Countries and Territories (Rapport Annwali 2019 tal-Attività tal-BEI fl-Afrika, il-Karibew, il-Paċifiku u l-Pajjiżi u t-Territorji Ekstra-Ewropej), |
— |
wara li kkunsidra l-Audit Committee Annual Reports for the year 2019 (Rapport Annwali tal-Kumitat tal-Verifika għas-sena 2019), |
— |
wara li kkunsidra l-EIB Investment Report 2019/2020: accelerating Europe’s transformation (Rapport tal-BEI dwar l-Investiment 2019/2020: l-aċċelerazzjoni tat-trasformazzjoni tal-Ewropa), |
— |
wara li kkunsidra l-EIB Group Corporate Governance Report 2019 (Rapport tal-Grupp tal-BEI dwar il-Governanza Korporattiva 2019), |
— |
wara li kkunsidra l-Fraud investigations Activity Report 2019 (Rapport tal-Attività tal-2019 dwar l-investigazzjonijiet kontra l-frodi), |
— |
wara li kkunsidra l-EIB Group Operational Plan 2019 (Pjan Operattiv tal-Grupp tal-BEI għall-2019), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport 2019 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi tal-Bank Ewropew tal-Investiment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 03/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tad-29 ta' Jannar 2019 bit-titolu “Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi: Jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex il-FEIS ikun suċċess totali” (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 12/2020 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-12 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti: Tnieda biex jagħti spinta lill-investiment fl-UE, iżda l-impatt tiegħu għadu limitat”, |
— |
wara li kkunsidra l-European Investment Advisory Hub Annual report 2019 (Rapport taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti tal-2019), |
— |
wara li kkunsidra l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tad-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea (SWD(2019)0333), u tas-sommarju eżekuttiv tagħha (SWD(2019)0334) ippubblikat fit-13 ta' Settembru 2019, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 3 u 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 174, 175, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 5 tiegħu dwar l-Istatut tal-BEI u l-Protokoll Nru 28 tiegħu dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, |
— |
wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ewropew tal-Investiment, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2019 dwar il-ġestjoni tal-fond ta' garanzija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi fl-2018 (COM(2019)0244), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Tripartitiku ta' Settembru 2016, bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Bank Ewropew tal-Investiment, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Lulju 2020 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2018 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0215/2021), |
A. |
billi l-BEI huwa marbut bit-trattati li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni, għall-koeżjoni ekonomika u soċjali u għall-iżvilupp reġjonali tal-UE permezz ta' strumenti ta' investiment iddedikati bħal self, ekwitajiet, garanziji, faċilitajiet tal-kondiviżjoni tar-riskju u servizzi ta' konsulenza; |
B. |
billi l-objettiv primarju tal-BEI, skont l-Artikolu 309 TFUE, huwa li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekwilibrat u regolari tas-suq intern fl-interess tal-Unjoni, billi jiffaċilita l-finanzjament ta' proġetti għall-iżvilupp tar-reġjuni anqas żviluppati u proġetti ta' interess komuni għal diversi Stati Membri li jkollhom ta' daqs jew xorta li ma jistgħux jiġu finanzjati mid-diversi mezzi disponibbli fl-Istati Membri individwali; |
C. |
billi l-Grupp tal-BEI huwa marbut bit-trattati li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni u għall-iżvilupp reġjonali tal-UE, skont l-Artikolu 309 TFUE u tal-Protokoll Nru 28; |
D. |
billi l-UE għaddiet minn nuqqas ta' investiment gravi wara l-kriżi finanzjarja filwaqt li affrontat domanda urġenti għall-investimenti biex tlaħħaq mat-trasformazzjoni tal-ekonomija u tas-soċjetà f'termini ekoloġiċi u diġitali meħtieġa; |
E. |
billi f'Novembru 2019 il-BEI adotta Politika ġdida dwar is-Self fis-Settur tal-Enerġija u, f'Diċembru 2020, Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku; |
F. |
billi l-BEI mistenni jiżvolġi rwol fundamentali fil-finanzjament tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bis-saħħa tal-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli; |
G. |
billi l-BEI mistenni jsostni tranżizzjoni ekoloġika ġusta bis-saħħa tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta; |
H. |
billi l-objettivi ta' politika pubblika, bħal ma huma l-koeżjoni territorjali u soċjali, l-iżvilupp sostenibbli u l-ġlieda kontra l-qgħad (fost iż-żgħażagħ), il-faqar u l-esklużjoni soċjali, għandhom ikunu fil-qalba tal-attenzjoni tal-objettivi tal-Bank, fil-missjoni tiegħu li jikkonsisti f'li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekwilibrat u regolari tas-suq intern; |
I. |
billi, mill-2014 sal-2019, il-Bank forna aktar minn EUR 100 biljun f'finanzjamenti fir-reġjuni ta' koeżjoni; |
J. |
billi l-BEI qiegħed jikkunsidra jsirx l-ewwel bank multilaterali tal-iżvilupp biex ikun allinjat mal-Ftehim ta' Pariġi u l-Kunsill diġà talab lill-BEI u lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) jippreżentaw dawn il-pjanijiet għal diskussjonijiet futuri; |
K. |
billi fid-diliġenza dovuta u fil-kundizzjonijiet kuntrattwali tal-BEI għandhom jiġu inklużi b'mod debitu s-salvagwardji kontra l-frodi, fosthom il-frodi tat-taxxa u l-ħasil tal-flus, u kontra l-finanzjament tar-riskji ta' terroriżmu u l-korruzzjoni; |
L. |
billi l-BEI jiżvolġi rwol importanti barra mill-UE bis-saħħa tal-attivitajiet ta' self estern li jagħmluh l-akbar istituzzjoni finanzjarja multilaterali tad-dinja; |
M. |
billi l-BEI jiżvolġi rwol ċentrali fl-sforzi tal-UE biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli; |
Ir-riżultati ewlenin tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-BEI fl-2019
1. |
Jinnota li, fl-2019, is-self sottoskritt tal-Bank kienu jammonta għal EUR 63,3 biljun (li minnhom EUR 61,9 biljun mir-riżorsi proprji tal-Bank), bi qbil mal-objettiv indikat fil-Pjan Operattiv tal-2019 (EUR 63 biljun +/- 10 %), u notevolment ogħla mill-volumi tal-2018 (EUR 55,6 biljun, li minnhom EUR 54,3 biljun mir-riżorsi proprji tal-Bank); jinnota li t-total tal-iżborżi laħaq l-EUR 48,1 biljun fl-2019 (li minnhom EUR 47,5 biljun mir-riżorsi proprji tal-Bank), meta mqabbel ma' EUR 52,6 biljun fl-2018 (li minnhom EUR 51,8 biljun mir-riżorsi proprji tal-Bank); josserva li l-BEI ġġenera riżultati finanzjarji tajbin, b'reġistrazzjoni ta' bilanċ pożittiv nett annwali ta' EUR 2,4 biljun fl-2019 meta mqabbel ma' EUR 2,3 biljun fl-2018; |
2. |
Jieħu nota r-rata ta' self dubjuż fil-portafoll totali tas-self, li kien 0,4 % fi tmiem l-2019 (meta mqabbla ma' 0,3 % fi tmiem l-2018) minkejja t-tranżizzjoni reċenti tal-Bank lejn operazzjonijiet ta' self b'riskju ogħla; |
3. |
Jinnota b'apprezzament li, fl-2019, il-BEI laħaq l-objettiv annwali tiegħu ta' self ta' koeżjoni ta' mill-inqas 30 % tal-operazzjonijiet kollha ġodda fi ħdan l-UE, il-pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni u l-pajjiżi EFTA; jinnota li, fl-2019, l-UE forniet EUR 16,13-il biljun għal proġetti fir-reġjuni ta' koeżjoni tal-UE; jisħaq fuq l-importanza enormi tal-appoġġ kontinwu lill-objettivi ta' żvilupp reġjonali u tal-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-UE, skont dak li jipprevedi l-Protokoll Nru 28 tat-Trattati; |
4. |
Jieħu nota tal-inklużjoni, fil-Pjan Operattiv 2019 tal-BEI, tar-referenzi għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE u tal-eżiti tat-taħditiet dwar ir-rwol tal-BEI fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2021-2027; isostni l-enfasi fuq il-linja ta' attività “Attivitajiet Speċjali” b'riskju ogħla, li tinkludi proġetti marbuta mal-FEIS u mas-Servizzi ta' Konsulenza, b'530 missjoni ġdida prevista fl-2019 bħala appoġġ għal EUR 35 biljun f'investimenti; |
5. |
Jilqa' pożittivament l-Istrateġija l-ġdida ta' Ekwità tal-Grupp tal-BEI li se jkollha l-għan li tindirizza aħjar in-nuqqasijiet ta' investiment fis-suq tal-ekwità; jistieden lill-BEI jimplimenta r-rakkomandazzjoni fformulata fl-istudju “The EIB and the new EU missions framework” (Il-BEI u l-qafas il-ġdid tal-missjonijiet tal-UE) biex ikompli jippromwovi t-teħid ta' riskju ogħla billi jiżviluppa strumenti finanzjarji “pazjenti” adegwati, għal żmien twil u b'riskju ogħla bbażati fuq mekkaniżmi eżistenti ta' kondiviżjoni tar-riskju (eż. FEIS, InnovFin); |
6. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni, fl-2019, tal-Valutazzjoni l-ġdida tar-Riskju tal-Klima (CRA) li tipprovdi valutazzjoni sistematika tar-riskju fiżiku tal-klima fis-self dirett li tippermetti lill-BEI u lill-klijent tiegħu jifhmu kif it-tibdil fil-klima jista' jaffettwa l-proġett iffinanzjat u jidentifikaw miżuri ta' rimedju; |
7. |
Jilqa' pożittivament l-adozzjoni ta' politika ġdida fil-qasam tat-taxxa f'Marzu 2019, li tinkorpora miżuri kontra l-evitar tat-taxxa permezz ta' kontrolli ta' diliġenza dovuta tal-integrità tat-taxxa u pakkett ta' strumenti kontra l-evitar tat-taxxa; jinnota li l-BEI mhux se jkun jista' jinvesti fil-pajjiżi inklużi fil-lista s-sewda tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet ipprojbiti, u li l-ġuriżdizzjonijiet li ma jikkonformawx se jkunu sottoposti għal “viġilanza msaħħa”; itenni li għandha tapplika diliġenza dovuta msaħħa fil-qasam tat-taxxa kull meta jidhru rifuġji fiskali fl-istruttura korporattiva tal-klijenti, tal-promoturi jew tal-intermedjarji; |
8. |
jistieden lill-BEI jagħmel użu sħiħ mill-pakkett ta' strumenti kontra l-evitar tat-taxxa tiegħu għall-proġetti sensittivi għar-riskju waqt id-diliġenza dovuta tat-taxxa tiegħu u juża r-rekwiżiti ta' rilokalizzazzjoni meta jkun meħtieġ; jieħu nota tar-reviżjoni tal-qafas tal-Grupp tal-BEI fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML-CFT) u jistieden lill-BEI jaġġorna l-politika tiegħu fid-dawl tal-ħames Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus, li daħlet fis-seħħ f'Jannar 2020, u jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti biex jiggarantixxi sanzjonijiet adegwati f'każ ta' ksur tal-leġiżlazzjoni kif ukoll standards strinġenti għall-intermedjarji finanzjarji; |
9. |
Jinnota li, fl-2019, il-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-BEI rreġistra 84 każ ġdid, ittratta 173 u għalaq 113; jistieden lill-BEI jkompli bl-isforz tiegħu biex is-soċjetà ċivili tkun tista' tirrapporta każijiet ta' tħassib li se jiġu ttrattati b'mod effikaċi u indipendenti; jisħaq fuq l-importanza li jiġi sorveljat il-mod kif ir-rakkomandazzjonijiet tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti jiġu implimentati; jistieden lill-BEI jagħti segwitu lill-konklużjonijiet tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti b'azzjonijiet konkreti; |
10. |
Japprezza l-fatt BEI qiegħed jimplimenta il-politika ta' esklużjoni tiegħu u jimpenja ruħu japplikaha b'mod rigoruż, permezz ta' proċeduri ta' esklużjoni diskrezzjonali u ftehimiet ta' riżoluzzjoni; jitlob lill-BEI jirrapporta dwar l-għadd u l-kamp ta' applikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar sospensjoni/interruzzjoni tal-pagamenti u/jew ta' rkupru tas-self jew tat-talbiet għal rimborż antiċipat tas-self bħala konsegwenza ta' mġiba pprojbita jew prattiki skorretti oħra li jirrigwardaw l-attivitajiet iffinanzjati; jistieden lill-BEI jirrapporta dwar in-natura tal-appoġġ finanzjarju milqut mill-allegata mġiba skorretta u dwar id-distribuzzjoni ġeografika ta' każijiet bħal dawn, jekk inhu possibbli, skont il-liġi, li dan isir; |
11. |
Jilqa' pożittivament l-Aġġornament tal-Grupp tal-BEI dwar il-COVID-19 fir-Rapport Finanzjarju 2019 tal-BEI, li jitfa' dawl fuq il-pakkett ta' risposta f'każ ta' emerġenza adottat fl-2020 biex jappoġġa lis-setturi tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u tal-impriżi b'kapitalizzazzjoni medja fl-Unjoni, inklużi linji ta' likwidità u skemi ta' garanzija għall-banek u programmi ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi u li jqis il-ħolqien ta' Fond Ewropew ta' Garanzija ffukat fuq il-finanzjament tal-appoġġ lill-SMEs; josserva b'apprezzament li l-Grupp tal-BEI wessa' l-kontribut tiegħu barra mill-UE, b'enfasi fuq l-investimenti fis-settur privat u dak tas-saħħa; iħeġġeġ lill-BEI jirrikjedi lill-kumpaniji appoġġati mill-Fond Ewropew ta' Garanzija jew minn programmi ta' finanzjament oħrajn stabbiliti biex jindirizzaw il-COVID-19 jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi għall-2030 proposti mill-Kummissjoni fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, kif ukoll jirrispettaw il-kundizzjonijiet soċjali u ambjentali, inkluża l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' dekarbonizzazzjoni, biex tiżdidilhom ir-reżiljenza, u jastjenu milli jħallsu dividendi, bonusijiet lill-maniġment superjuri u mir-riakkwist ta' ishma; |
12. |
Jilqa' b'sodisfazzjon f'dan is-sens it-tieqa għall-SMEs fil-fond InvestEU; jenfasizza l-ħtieġa li ssir enfasi fuq il-finanzjament fit-tul, jiġifieri billi jiġu appoġġati proġetti li inkella ma jiġux iffinanzjati, b'mod partikolari għall-SMEs u n-negozji l-ġodda innovattivi; jenfasizza, madankollu, li l-attivitajiet ta' finanzjament tal-BEI ma jistgħux jissostitwixxu politiki fiskali sostenibbli fl-Istati Membri; jistieden lill-BEI jżid l-investiment f'innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, speċjalment għat-tranżizzjoni ekoloġika, sabiex jingħata appoġġ lill-kumpaniji Ewropej; |
13. |
Jistieden lill-BEI jżid il-finanzjament biex jindirizza t-tranżizzjoni teknoloġika, jappoġġa l-iżvilupp tal-ħiliet adattati għall-ħtiġijiet attwali u futuri tas-suq tax-xogħol, jippromwovi aktar l-investiment fil-ħiliet diġitali tal-impjegati u tal-imprendituri, fl-infrastruttura diġitali u fit-tisħiħ tal-kapaċità għad-diġitalizzazzjoni, iforni fondi għar-riċerka u l-innovazzjoni fit-tul u għall-SMEs, jappoġġa l-ekonomija soċjali u jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u territorjali, l-aktar billi jimla l-lakuni fl-investiment attwali fl-akkomodazzjoni pubblika u fl-infrastruttura; |
14. |
Jinnota s-sitwazzjonijiet u l-kapaċitajiet ekonomiċi differenti tal-Istati Membri, u jisħaq fuq l-importanza li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta li tgħin lir-reġjuni u lill-pajjiżi l-aktar milquta jadattaw ruħhom għall-bidliet imminenti sabiex ħadd ma jitħalla lura; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġati b'mod proattiv l-oqsma li fihom l-impjiegi attwalment jiddependu mill-industriji b'emissjonijiet għoljin, billi jsir investiment sostanzjali fit-taħriġ u f'opportunitajiet ekonomiċi alternattivi biex jiġu ggarantiti impjiegi ta' kwalità, u b'hekk tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel; huwa tal-fehma li, f'dan ir-rigward, il-konsistenza u l-koordinament ma' strumenti oħrajn ta' finanzjament tal-UE se jkunu kruċjali; |
15. |
Ifakkar li l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, approvat bl-intenzjoni li jorjenta l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-BEI fil-qasam l-ugwaljanza bejn is-sessi u li jintegra l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fi ħdan il-mudell ekonomiku tal-BEI; jistieden lill-BEI jirrapporta dwar il-progress li jinkiseb waqt l-ewwel fażi tal-pjan ta' azzjoni fl-objettivi bħar-reviżjoni tal-qafas tad-diliġenza dovuta, biex jiġu indirizzati l-impatti u r-riskji marbuta mal-investimenti tal-BEI għad-drittijiet tan-nisa, il-garanzija ta' aċċess indaqs għall-benefiċċji ġġenerati mill-investimenti tal-BEI u l-investimenti fil-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija u fis-suq tax-xogħol; |
Funzjonament u effikaċja tal-FEIS
16. |
Ifakkar li l-FEIS għandu struttura ta' governanza differenti meta mqabbel mal-BEI u li l-operazzjonijiet ta' investiment tiegħu jsiru fil-qafas ta' żewġ oqsma tematiċi, jiġifieri t-Tieqa ta' Infrastruttura u Innovazzjoni ġestita mill-BEI u t-Tieqa għall-SMEs ġestita mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI); |
17. |
Jieħu nota tar-riżultati ppreżentati fir-Rapport taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti tal-2019; ifaħħar l-impatt pożittiv taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH); jitlob li jissaħħu aktar il-kapaċitajiet finanzjarji u ta' konsulenza interni tal-BEI biex jiġi żgurat impenn fit-tul għall-implimentazzjoni u l-orizzont ta' finanzjament fit-tul tal-missjonijiet tal-UE bħall-ġlieda kontra l-kanċer, l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-garanzija ta' tranżizzjoni ġusta fir-reġjuni l-aktar milquta mit-trasformazzjonijiet dovuti għall-Patt Ekoloġiku, il-protezzjoni tal-oċeani tagħna, il-ħajja fi bliet aktar ekoloġiċi u l-garanzija tas-saħħa tal-ħamrija u tal-provvista tal-ikel; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fis-segwitu mogħti lir-rakkomandazzjonijiet ifformulati mill-QEA, il-BEI ppreżenta, f'Lulju 2019, l-istudju tiegħu intitolat “Study in response to ECA Recommendation 5: improving the geographical spread of EFSI supported investment” (Studju f'risposta għar-Rakkomandazzjoni nru 5 tal-QEA: titjib tal-firxa ġeografika tal-investiment appoġġat mill-FEIS); jieħu nota tal-konklużjonijiet ta' din l-analiżi, li tiddokumenta l-isforzi konsiderevoli li għamlu l-BEI u l-Kummissjoni biex jiffaċilitaw distribuzzjoni ġeografika aktar ibbilanċjata tal-finanzjament tal-FEIS biex jingħata kontribut favur konverġenza ekonomika sostenibbli fit-tul fl-Unjoni kollha kemm hi; |
18. |
Jistieden lill-BEI jibbilanċja aktar id-distribuzzjoni ġeografika tal-finanzjamenti tiegħu, bi qbil mar-rwol tiegħu biex jiżgura koeżjoni territorjali u soċjali; jistieden lill-BEI jimla l-lakuni li jimpedixxu lil ċerti reġjuni jew lil ċerti Stati Membri milli jieħdu vantaġġ totali mill-istrumenti finanzjarji tiegħu; |
19. |
Jitlob li jissaħħu l-assistenza teknika u l-għarfien finanzjarju espert tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, speċjalment fir-reġjuni li fihom il-kapaċitajiet ta' investiment huma baxxi, qabel l-approvazzjoni tal-proġetti, b'mod li titjieb l-aċċessibbiltà; jappella għal kooperazzjoni intensifikata mal-banek u mal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali; |
Ir-rwol tal-BEI fil-finanzjament tal-Patt Ekoloġiku Ewropew
20. |
Ifakkar li, f'Novembru 2019, f'konformità mal-ambizzjoni politika wara l-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Bord tad-Diretturi tal-BEI ddeċieda li jżid il-livell tal-impenn klimatiku u ambjentali għall-Grupp tal-BEI bil-għan li jittrasforma lill-BEI minn “bank tal-UE li jappoġġa l-klima” fil-“bank tal-UE għall-klima” u wiegħed li jżid gradwalment is-sehem tal-finanzjament tiegħu ddedikat għall-azzjoni dwar il-klima u s-sostenibbiltà ambjentali biex jilħaq 50 % tal-operazzjonijiet tiegħu fl-2025 u li jallinja l-attivitajiet finanzjarji kollha mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi minn tmiem l-2020; jilqa' pożittivament l-adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali dwar il-Klima; jistieden lill-BEI jivvaluta l-konsistenza tal-proġetti li kienu diġà qed jitħejjew qabel Novembru 2020 mal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 filwaqt li jiżgura l-kontinwità tal-attivitajiet, b'kont meħud tal-perjodu ta' tranżizzjoni previst sal-aħħar tal-2022; |
21. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-użu, min-naħa tal-BEI, ta' spiża parallela tal-karbonju li qed tiżdied progressivament bħala parti mill-approċċ ġenerali biex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet tal-BEI jkunu konsistenti mal-objettiv ta' 1,5 °C, filwaqt li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija mingħajr emissjonijiet ta' karbonju li ma tħalli lil ħadd lura; |
22. |
Josserva li l-problema tal-klima ma tistax tissolva mingħajr is-sostenn tal-industrija, u li jista' biss ikun hemm bidla fuq skala kbira jekk il-bżonnijiet tal-industrija jiġu kkunsidrati u jingħataw l-inċentivi neċessarji għal soluzzjonijiet klimatiċi innovattivi; |
23. |
Jinnota li, skont ir-Rapport dwar is-Sostenibbiltà tal-BEI, l-emissjonijiet assoluti tal-portafoll tal-BEI fl-2019 huma stmati għal 3,9 miljun tunnellata ta' CO2 ekwivalenti fis-sena, żieda minn 2,2 miljun tunnellata ta' CO2 ekwivalenti fis-sena fl-2018; josserva li l-emissjonijiet totali mnaqqsa jew evitati mill-istess finanzjament huma stmati għal 3,1 miljun tunnellata ta' CO2 ekwivalenti fis-sena fl-2019 meta mqabbla ma' 3,5 miljun tunnellata ta' CO2 ekwivalenti fis-sena fl-2018; jistieden lill-BEI jżid l-isforzi biex inaqqas l-emissjonijiet assoluti; jistieden lill-BEI jiddivulga sistematikament il-kalkoli tal-impronta tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-proġetti kollha li huma suġġetti għall-impronta tal-karbonju bil-għan li tiżdied it-trasparenza; |
24. |
Jilqa' favorevolment il-Politika dwar is-Self fis-Settur tal-Enerġija li f'Novembru 2019 intlaħaq ftehim dwarha fil-Bord tad-Diretturi tal-BEI u b'mod partikolari d-deċiżjoni biex jintemm il-finanzjament għall-proġetti tal-enerġija mill-fjuwils fossili; jinnota madankollu li l-proġetti ta' infrastruttura tal-gass inklużi fir-raba' lista ta' Proġetti ta' Interess Komuni u proġetti tal-gass li kienu diġà qed jiġu vvalutati sal-14 ta' Novembru 2019 mhumiex esklużi mill-finanzjament tal-BEI sal-aħħar tal-2021; jenfasizza li dawn il-proġetti jistgħu jkunu ffinanzjati bil-patt li jikkontribwixxu għall-missjoni tal-BEI biex jiffaċilita tranżizzjoni ġusta u żvilupp ekwilibrat fi ħdan l-UE; jinnota li, fl-2019, il-BEI forna EUR 685 miljun f'finanzjamenti għat-trażmissjoni u għad-distribuzzjoni tal-gass naturali; jistieden lill-BEI jivvaluta u jindirizza r-riskji potenzjali marbuta mal-intrappolament tal-assi b'intensità qawwija ta' karbonju; |
25. |
Ifakkar lill-BEI fl-appell tal-Parlament biex jispjega kif il-Pipeline tal-Gass Naturali Trans-Anatoljan u l-Pipeline Trans-Adrijatiku se jkunu allinjati mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi sa tmiem l-2020; jinnota li l-proġett huwa suġġett għal inkjesta mill-Ombudsman Ewropew (4) dwar in-nuqqas tal-BEI li jiżgura valutazzjoni xierqa tal-impatt fuq il-klima għaż-żewġ proġetti; iħeġġeġ lill-BEI jindirizza kwalunkwe lakuna tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u jindirizza bi prijorità l-impatti ambjentali, klimatiċi u soċjali negattivi; |
26. |
Jinnota li, skont il-Politika attwali dwar is-Self fis-Settur tal-Enerġija, l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass u l-proġetti tan-network tal-gass li huma ppjanati li jittrasportaw gass b'livell baxx ta' karbonju huma eliġibbli bil-kundizzjoni ta' “pjan kredibbli” inkluża trajettorja tal-emissjonijiet inkluża fil-kuntratt ta' finanzjament tal-BEI; jistieden lill-BEI jiżgura li l-kriterji biex dawn il-pjanijiet jitqiesu kredibbli jkunu konformi mal-mandat tiegħu biex jikkontribwixxi għal tranżizzjoni ġusta, sabiex jiġi evitat ir-riskju li jiġu appoġġati proġetti tal-gass li mhumiex allinjati mal-objettivi klimatiċi; josserva li, fl-ewwel xhur tal-2022, il-BEI se jagħmel analiżi ta' nofs it-terminu tal-Politika dwar is-Self fis-Settur tal-Enerġija; |
27. |
Jinnota li, fl-2019, il-BEI appoġġa diversi proġetti li jinvolvu l-enerġija idroelettrika; jilqa' pożttivament l-“Environmental, Climate and Social Guidelines on Hydropower Development” (Linji Gwida Ambjentali, Klimatiċi u Soċjali dwar l-Iżvilupp tal-Idroenerġija); jilqa' favorevolment il-fatt li l-BEI bħalissa qiegħed jaġġorna r-rekwiżiti tiegħu fil-qasam tar-rapportar għas-self intermedjat, b'mod li jitqies l-allinjament tal-kontropartijiet mal-Ftehim ta' Pariġi u t-tassonomija tal-UE dwar il-Finanzi Sostenibbli, kif ukoll qiegħed jirrieżamina il-Qafas għas-Sostenibbiltà Ambjentali u Soċjali tiegħu; jisħaq fuq il-fatt li dawn ir-rekwiżiti l-ġodda għandhom jżidu t-trasparenza tal-operazzjonijiet tal-BEI li jinvolvu intermedjarji finanzjarji biex jiġu identifikati u evitati impatti negattivi potenzjali fuq l-ambjent jew fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-operazzjonijiet idroelettriċi kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE, filwaqt li jiġi mħares l-aċċess għall-finanzjamenti għal-SMEs; |
28. |
Ifakkar li l-Grupp tal-BEI għandu Qafas Ambjentali u Soċjali; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-BEI jirrapporta dwar l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jipprovdi evalwazzjonijiet ex ante kif ukoll ex post tal-eżerċizzju ta' analiżi tal-impatti ambjentali u soċjali; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riskju li l-BEI u l-FEI jiffinanzjaw attivitajiet b'intensità qawwija ta' karbonju permezz ta' intermedjarji finanzjarji; jistieden lill-Grupp tal-BEI jkompli jissorvelja l-konformità tal-kriterji vinkolanti fil-qasam ambjentali, soċjali, ta' governanza u ta' tassazzjoni ġusta bħala parti mil-linji gwida imminenti dwar l-allinjament tal-kontropartijiet, inklużi listi ta' attivitajiet ristretti u r-rekwiżit li l-klijenti jkollhom pjanijiet ta' dekarbonizzazzjoni ċari u vinkolanti f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi, filwaqt li jiġi mħares l-aċċess għall-finanzjamenti għall-SMEs; |
29. |
Jissottolinja li l-bżonnijiet finanzjarji tal-bdiewa, b'mod partikolari tal-bdiewa żgħażagħ u tal-ġodda li jidħlu fil-qasam, huma notevoli u li l-bdiewa u l-impriżi ta' dan is-settur għandhom rata ta' suċċess aktar baxxa meta japplikaw għal finanzjament; jitlob lill-BEI jaħdem fuq inizjattivi ta' finanzjament li jippromwovu l-aċċessibbiltà tal-finanzjamenti għas-settur agrikolu; |
30. |
Jinnota l-involviment dejjem jikber tal-Grupp tal-BEI fis-settur agrikolu; jinsisti fuq il-bżonn li l-finanzjamenti tal-BEI jsostnu lill-komunitajiet rurali u lit-tranżizzjoni tas-settur agrikolu bi qbil mal-objettivi tal-politika Ewropea, inkluż rispett akbar tat-trattament xieraq tal-annimali, u li għandhom jevitaw li jikkontribwixxu għal densitajiet ta' popolazzjoni ogħla mill-kapaċità ta' portata tal-ambjent; |
31. |
Jinnota li l-finanzjamenti ddestinati lit-trasport fl-Unjoni fl-2019 kienu ogħla minn dawk tal-2018 (EUR 9 325 miljun meta mqabbla ma' EUR 8 237 miljun fl-2018) u li t-tnaqqis tal-finanzjamenti għat-toroq u għall-awtostradi kien ikkumpensat miż-żieda fil-finanzjamenti fis-settur ferrovjarju u tal-ajru; jisħaq fuq l-importanza li jiġu allinjati l-Politika dwar is-Self fis-Settur tat-Trasport u l-portafoll tal-BEI għat-trasport mal-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku, b'mod partikolari fir-rigward tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport sal-2050, kif ukoll mal-istrateġija futura tal-Kummissjoni għall-mobilità sostenibbli u intelliġenti bħala risposta għall-Patt Ekoloġiku Ewropew il-ġdid u ma' ambiti oħra tal-politika tat-trasport tal-UE, filwaqt li jkunu żgurati tranżizzjoni ġusta u żvilupp soċjali u territorjali ekwilibrat; jilqa' pożittivament l-impenn li ħa l-BEI biex ma jiffinanzjax l-espansjoni tal-kapaċità tal-ajruporti eżistenti u l-infrastrutturi portwarji ddedikati għat-trasport u għall-ħżin tal-fjuwils fossili; jitlob li l-politika tevita d-dipendenza minn attivitajiet b'intensità qawwija ta' karbonju u ssostni l-bidliet modali lejn mobilità b'emissjonijiet żero ta' karbonju kemm għall-merkanzija kif ukoll għall-passiġġieri fil-livell urban u interurban, bħal ma huma l-ferroviji, is-sikurezza fl-użu tar-roti u t-trasport pubbliku nadif, b'mod partikolari kemm għall-komunitajiet u għal-lokalitajiet skarsament moqdijin, kif ukoll għall-infrastrutturi ta' elettrifikazzjoni minn sorsi rinnovabbli; |
32. |
Jilqa' pożittivament ir-rwol ta' tmexxija li jiżvolġi l-BEI fis-suq tal-bonds ekoloġiċi fl-2019 billi ħareġ Bonds għal Kuxjenza Dwar il-Klima (CABs) u Bonds ta' Sensibilizzazzjoni dwar is-Sostenibbiltà (SABs) ta' valur ta' EUR 4,1 biljun; jisħaq fuq l-importanza ta' dokumentazzjoni u traċċabbiltà trasparenti u kredibbli tar-rikavat tas-CABs u tal-SABs u biex tiġi żgurata konsistenza mat-Tassonomija tal-Finanzi Sostenibbli tal-UE u mal-Istandard tal-UE għall-Bonds Ekoloġiċi futur; |
33. |
Jilqa' b'sodisfazzjon ir-reviżjoni imminenti tal-qafas ambjentali u soċjali tal-BEI u l-iżvilupp ta' għodod għall-ġestjoni tar-riskju tal-klima, ambjentali u soċjali biex jiġu vvalutati r-riskji fiżiċi, ta' tranżizzjoni u sistemiċi; jistieden lill-BEI jiżgura li dan ikun operattiv sa tmiem l-2021; jilqa' favorevolment l-impenn tal-BEI li jadotta l-kriterji marbuta mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” indikati fir-Regolament (UE) 2020/852 (5) bħala bażi ta' riferiment u li jistabbilixxi standards aktar stretti kull meta dan ikun ġustifikat; |
Operazzjonijiet tal-BEI barra mill-UE
34. |
Jirrikonoxxi li l-mandat l-aktar importanti għall-operazzjonijiet tal-BEI barra mill-Unjoni huwa l-Mandat ta' Self Estern, li abbażi tiegħu l-operazzjonijiet tal-BEI fil-perjodu mill-2014 sal-2020 huma appoġġati minn fond ta' garanzija ddedikat, b'limitu massimu ta' EUR 32,2 biljun, li jforni bażi ġuridika u garanzija lill-BEI għat-telf fil-qafas tal-operazzjonijiet ta' finanzjament fi 68 pajjiż eliġibbli barra mill-UE; jinnota li l-Kummissjoni pproponiet li l-Mandat ta' Self Estern ma jibqax fil-forma attwali tiegħu; jieħu nota tal-ħolqien tal-garanzija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+) li jkopri l-mandati l-ġodda tal-BEI; |
35. |
Jilqa' pożittivament l-appoġġ li ta l-BEI matul l-2019 għall-formulazzjoni tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, li jgħin lit-territorji u lir-reġjuni l-aktar milquta mit-tranżizzjoni lejn ekonomija klimatikament newtrali, speċjalment dawk bl-inqas kapaċità li jlaħħqu mal-ispejjeż ta' din it-tranżizzjoni; jenfasizza l-importanza li l-BEI jimplimenta l-Mekkaniżmu fis-snin li ġejjin, u jiżgura li l-ebda reġjun ma jitħalla lura; |
36. |
Josserva li l-politika ta' żvilupp tal-Unjoni se tkun implimentata permezz ta' Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) ġdid li fih l-BEI għandu rwol fundamentali; jesprimi tħassib għall-użu ta' fondi tal-UE għall-iżvilupp bil-għan li jonqsu r-riskji għall-investimenti privati, minħabba n-nuqqas ta' provi dwar il-kapaċità li tingħata addizzjonalità u jintlaħqu l-objettivi tal-żvilupp, kif irrapportat dan l-aħħar fl-okkażjoni tar-reviżjoni finali tal-EFSD u tal-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 7/2020 tal-11 ta' Settembru 2020; jisħaq fuq il-ħtieġa li d-donaturi jagħtu prijorità lill-finanzjament ibbażat fuq l-għotjiet bħala l-għażla awtomatika, speċjalment lill-pajjiżi l-anqas żviluppati biex jevitaw żieda fil-piż tad-dejn; |
37. |
Itenni li l-operazzjonijiet esterni tal-BEI huma mistennija jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi ta' politika tal-UE, irawmu l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari f'dawk l-aktar żvantaġġati fosthom, kif ukoll il-konformità mal-objettivi approvati mill-Unjoni; jirrikonoxxi li l-qerda tal-faqar, il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi nazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem huma temi ewlenin fl-arkitettura tal-finanzjament għall-iżvilupp tal-UE; ifakkar li l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati hija l-pedament tal-iżvilupp sostenibbli u inklużiv; |
38. |
Josserva li l-BEI huwa marbut bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jisħaq fuq il-fatt li l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem huma integrati fil-proċeduri u fl-istandards tiegħu ta' diliġenza dovuta fil-livell tal-proġett, anki billi jipprevedi s-sospensjoni tal-iżborżi f'każ ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew ta' standards ambjentali u soċjali; josserva li l-mekkaniżmi tal-ilmenti ġew imsaħħa fi tmiem l-2018; jistieden lill-BEI jiżgura li l-mekkaniżmu tal-ilmenti tiegħu jkun faċilment aċċessibbli, fil-pront u effikaċi, sabiex jidentifika u jirrimedja kwalunkwe ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-proġetti relatati mal-BEI; jitlob lill-BEI jirrapporta lill-Parlament u lill-Bord tal-Gvernaturi; |
39. |
Jistieden lill-BEI jsostni totalment l-ilħuq tal-objettivi ta' żvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tal-attivitajiet tiegħu fil-qafas tal-mandati speċifiċi deċiżi mill-Kunsill tal-Ministri tal-UE u mill-Parlament Ewropew; |
Governanza, trasparenza u obbligu ta' rendikont tal-BEI
40. |
Itenni l-importanza tal-etika, tal-integrità, tat-trasparenza, tal-komunikazzjoni u tal-obbligu ta' rendikont tal-Grupp tal-BEI fl-operazzjonijiet u fil-politiki kollha tiegħu; |
41. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' trasparenza tal-operazzjonijiet tal-BEI permezz ta' intermedjarji finanzjarji, bħall-banek kummerċjali u l-fondi ta' investiment; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi vvalutat l-impatt ekonomiku u soċjali tas-self intermedjat billi tkun disponibbli l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji finali; jitlob lill-BEI jistabbilixxi obbligi ta' rapportar standard mal-intermedjarji finanzjarji u mill-benefiċjarji finali, filwaqt li jirrispetta, meta jkun meħtieġ, il-ftehimiet ta' kunfidenzjalità bejn l-intermedjarju finanzjarju u l-benefiċjarju finali iżda jipprovdi struttura solida għall-ġbir tad-data u tal-informazzjoni; |
42. |
Jesprimi tħassib gravi dwar l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-BEI ta' fastidju, anki sesswali, fuq il-post tax-xogħol, impunità tal-awturi tal-fastidju, insodisfazzjon tal-impjegati, nuqqasijiet fil-proċeduri ta' reklutaġġ tal-persunal maniġerjali u nuqqas ta' parteċipazzjoni effettiva tal-impjegati fil-ġestjoni; jistieden lill-BEI jiżgura li l-każijiet allegati kollha ta' fastidju jkunu suġġetti għal investigazzjonijiet indipendenti u jiggarantixxi t-trasparenza fuq l-eżiti tal-investigazzjonijiet attwali u tal-passat u fuq is-sanzjonijiet applikati, bil-għan li terġa' tinġieb il-fiduċja u tinħoloq kultura ta' responsabbiltà; jistieden lill-BEI jippubblika r-riżultati tal-istarriġiet dwar is-sodisfazzjon tal-persunal għall-perjodu 2010-2021; jitlob valutazzjoni indipendenti tat-trasparenza u tal-kwalità tal-proċeduri ta' reklutaġġ fil-pożizzjonijiet fil-livell superjuri, maniġerjali, professjonali u amministrattiv fil-BEI; jistieden lill-BEI jippreżenta pjan ta' azzjoni biex terġa' tinġieb il-fiduċja bejn il-maniġment u l-persunal u tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-proċess deċiżjonali; |
43. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti li diversi ex viċi presidenti aċċettaw impjieg f'entitajiet assoċjati mal-BEI mingħajr ma rrispettaw perjodu ta' preklużjoni; jiddeplora l-fatt li prattiki bħal dawn mhumiex strettament regolati u pprojbiti mill-kodiċi ta' kondotta tal-BEI; jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-rieżami li għaddej bħalissa tal-politika ta' wara l-impjieg għadu ma ġiex iffinalizzat u jisħaq li għandhom jiġu implimentati regoli aktar stretti; jistieden lill-BEI jallinja l-politika tiegħu ta' wara l-impjieg ma' dik tal-Kummissjoni u tal-istituzzjonijiet pari; |
44. |
Jesprimi tħassib li l-viċi presidenti għadhom responsabbli, fost pajjiżi oħra, għall-pajjiż ta' oriġini tagħhom li jista' joħloq kunflitt ta' interess; jistieden lill-BEI jieħu azzjoni fuq it-talba tal-Parlament biex fil-Kodiċi ta' Kondotta tal-Kumitat ta' Tmexxija tiddaħħal dispożizzjoni li teskludi l-possibbiltà li jkun hemm membri jissorveljaw is-self għal proġetti jew l-implimentazzjoni tagħhom f'pajjiżhom; |
45. |
Jilqa' pożittivament id-deċiżjoni tal-BEI tas-6 ta' Frar 2019 li tistabbilixxi regoli interni dwar l-ipproċessar ta' data personali mit-Taqsima għall-Investigazzjonijiet ta' Frodi fl-Ispettorat Ġenerali u l-Uffiċċju tal-Kap Uffiċjal tal-Konformità; jisħaq li f'termini ta' Konformità Korporattiva, iridu jiġu ddedikati riżorsi adegwati għall-kontroll u għall-monitoraġġ tal-attivitajiet esterni, tal-kunflitt ta' interessi, tal-akkwist u tar-rigali; |
46. |
Jesprimi dispjaċir għan-nuqqas persistenti ta' diversità u bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell maniġerjali superjuri u fil-korpi governattivi tal-Grupp tal-BEI kif ukoll perċentwal għoli ħafna ta' nisa fil-funzjonijiet ta' appoġġ; josserva li l-Bank iffissa objettivi biex iżid l-perċentwal ta' maniġers nisa għal 33 %, il-perċentwal ta' nisa fil-livelli eżekuttivi superjuri għal 40 % u l-perċentwal ta' nisa f'pożizzjonijiet eżekuttivi għal 50 % sal-2021; iħeġġeġ lill-BEI jsaħħaħ l-isforzi tiegħu fil-promozzjoni tal-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal; iħeġġeġ lill-BEI jinkoraġġixxi lill-Istati Membri li jipproponu kandidati għall-kariga ta' viċi president iqisu l-objettivi f'dawk li huma diversità u bilanċ tal-ġeneri; jistieden lill-BEI tistabbilixxi rappreżentanza xierqa fis-segretarjat tiegħu ta' ċittadini tal-Istati Membri kollha, fir-rispett, fl-istess ħin, tal-kompetenzi u tal-merti tal-kandidati; jistieden lill-BEI jippubblika suddiviżjoni skont il-ġeneru u n-nazzjonalità tal-pożizzjonijiet maniġerjali ta' livell medju u għoli; |
47. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-BEI għadu ma jiddivulgax bis-sħiħ id-dettalji tas-sjieda benefiċjarja tal-klijenti tiegħu; jenfasizza li, f'xi każijiet, id-data tal-operaturi ekonomiċi involuti ma tiġix ikkomunikata mill-promoturi jew mill-intermedjarji finanzjarji; jisħaq li d-divulgazzjoni tal-benefiċjarji u tas-sjieda benefiċjarja tagħhom hija konformi mal-qafas ġuridiku eżistenti; ifakkar, madankollu, li huwa possibbli għall-Istati Membri jipprevedu eċċezzjonijiet għad-divulgazzjoni permezz tar-reġistri dwar is-sjieda benefiċjarja u għall-aċċess għal tali informazzjoni, f'ċirkostanzi eċċezzjonali; jitlob lill-BEI juża l-għodod disponibbli u jimplimenta l-istandards promossi mill-ħames Direttiva AML biex jagħmel din id-data aċċessibbli; jistieden lill-Bank jivvaluta liema miżuri jistgħu jittieħdu f'każ ta' rifjut inġustifikat li tingħata tali informazzjoni min-naħa ta' ġuriżdizzjoni; itenni l-ħtieġa li l-Uffiċċju tal-Konformità tal-FEI u l-Uffiċċju tal-Kap Uffiċjal tal-Konformità tal-BEI jaħdmu flimkien biex iġibu konsistenza fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Grupp tal-BEI fis-setturi tal-AML-CFT; |
48. |
Jistieden lill-BEI jiddivulga fuq is-sit web tiegħu d-dettalji dwar is-sjieda benefiċjarja tal-klijenti tiegħu bil-għan li tiżdied il-viżibbiltà tal-operazzjonijiet tiegħu u jgħin biex jiġu evitati każijiet ta' korruzzjoni u ta' kunflitti ta' interess; |
49. |
Jitlob lill-BEI jissubordina l-iżborż ta' self dirett u indirett għall-pubblikazzjoni ta' data tat-taxxa u tal-kontabbiltà għal kull pajjiż, u għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja fir-rigward tal-benefiċjarji u l-intermedjarji finanzjarji involuti fl-operazzjonijiet ta' finanzjament; |
50. |
Jistieden lill-BEI jiffinalizza r-reviżjoni tal-Politika tal-Ġlieda kontra l-Frodi (AFP) tal-Grupp tal-BEI mnedija fl-2019, skont it-talbiet espressi mill-Parlament; jilqa' b'sodisfazzjon id-djalogu intensiv bejn il-BEI u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) dwar l-aġġornament tiegħu; jistieden lill-BEI jisfrutta r-rwol ta' appoġġ tal-OLAF, imsaħħaħ bl-Istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni kontra l-Frodi (CAFS) adottata f'April 2019; huwa tal-fehma li l-mandat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jinkludi l-prosekuzzjoni ta' attivitajiet kriminali li jaffettwaw il-finanzjament tal-BEI; |
51. |
Itenni l-importanza tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inklużi l-esperti tal-klima, it-trade unions, l-atturi tas-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti tal-impriżi, tal-SMEs u tad-dinja akkademika fil-valutazzjoni tal-impatt tal-investimenti, anki permezz ta' komunikazzjoni trasparenti, u l-importanza li ssir valutazzjoni tal-bżonnijiet u tal-aspettattivi tan-nies li jintlaqtu mill-impatt tal-proġett; jenfasizza li l-konsultazzjonijiet iridu jinkludu lill-komunitajiet interessati kollha, ikunu aċċessibbli għall-gruppi vulnerabbli, ikunu mfassla apposta għall-bżonnijiet individwali tal-partijiet ikkonċernati u jkunu kontinwi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett; jitlob ir-rispett tal-prinċipju ta' konformità mal-prinċipju ta' kunsens liberu, minn qabel u infurmat min-naħa tal-komunitajiet milquta kollha (barra milli tal-popolazzjoni tal-post) fil-każ ta' investimenti bbażati fuq l-art u r-riżorsi naturali; jitlob lill-BEI jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju msemmi hawn fuq; jilqa' favorevolment il-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati min-naħa tal-Bank dwar ċerti politiki, kif previst fl-Artikolu 7.10 u 7.11 tal-Politika ta' Trasparenza tal-Grupp tal-BEI; |
52. |
Jistieden lill-BEI jqis, fil-każ ta' proġetti infrastrutturali fuq skala kbira, ir-riskji kollha ta' impatt fuq l-ambjent u jiffinanzja biss dawk il-proġetti li wrew valur miżjud reali għall-popolazzjoni lokali u f'termini ambjentali, soċjali u ekonomiċi; jisħaq fuq l-importanza ta' monitoraġġ rigoruż tar-riskji possibbli ta' korruzzjoni u ta' frodi f'dan il-kuntest u li jsiru evalwazzjonijiet ex ante u ex post bir-reqqa fir-rigward tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati; |
53. |
Ifakkar li l-Artikolu 287(3) TFUE jiddefinixxi l-poteri ta' verifika tal-QEA fir-rigward tal-BEI; ifakkar li l-QEA għandha l-kompetenza li tivverifika l-attività tal-BEI f'dik li hija l-ġestjoni tan-nefqa u tad-dħul tal-Unjoni; ifakkar li, skont l-Artikolu 12 tal-Protokoll Nru 5 (Statut tal-BEI), il-Kumitat tal-Verifika huwa kompetenti biex jivverifika l-kapital tal-ishma tal-BEI; jirrimarka li dan iwassal biex il-QEA ma tkunx tista' tagħti stampa sħiħa tar-rabtiet bejn l-operazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI u l-baġit tal-Unjoni; ifakkar li l-Artikolu 308(3) TFUE jippermetti lill-Kunsill jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-BEI permezz ta' deċiżjoni sempliċi, mingħajr reviżjoni sħiħa tat-Trattat; jenfasizza l-importanza akbar mogħtija fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid lill-garanziji tal-Unjoni u lill-istrumenti finanzjarji l-oħra ġestiti mill-BEI; jitlob għalhekk lill-Kunsill jemenda l-Artikolu 12 tal-Protokoll Nru 5 biex jinvolvi lill-QEA fil-verifika tal-kapital tal-ishma tal-BEI; jinnota li l-ftehim tripartitiku attwali bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-QEA dwar l-awditi tal-operazzjonijiet li huma ffinanzjati jew sostnuti mill-baġit tal-Unjoni jiskadi fl-2020; jistieden lill-Kummissjoni, lill-QEA u lill-BEI jtejbu r-rwol tal-QEA u jsaħħulha aktar il-poteri ta' verifika fir-rigward tal-attivitajiet tal-BEI fl-okkażjoni tat-tiġdid tal-ftehim tripartitiku li jirregola r-regoli tal-involviment; |
54. |
Jistieden lill-Grupp tal-BEI u lill-Kummissjoni jniedu l-proċess ta' reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv (FAFA) li jmorru lura għal Mejju 2014, li jistabbilixxu r-regoli li jirregolaw l-istrumenti tal-UE ġestiti ċentralment fdati lill-Grupp tal-BEI; |
55. |
Jitlob lill-BEI jeżamina, flimkien mal-Kummissjoni, modi ta' koordinament tas-sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni (EDES) u l-politika ta' esklużjoni tal-BEI, bil-għan li jinkisbu sinerġiji u tiġi garantita l-kopertura kompleta tas-sitwazzjonijiet kritiċi li jolqtu l-operazzjonijiet tal-BEI u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
56. |
Jinnota l-adozzjoni f'Marzu 2019 tal-politika dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta tal-Grupp tal-BEI u jieħu nota tal-konformità tagħha mal-prinċipji ġenerali u mal-istandards integrati fid-Direttiva (UE) 2019/1937 (6), li daħlet fis-seħħ aktar tard; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-politika tapplika biss għal każijiet ta' żvelar intern ta' informazzjoni protetta; jistenna li l-politika tal-BEI għall-protezzjoni tal-informaturi tkun ambizzjuża u tipprevedi standards għoljin; iħeġġeġ lill-BEI jinkludi l-informaturi kemm interni kif ukoll esterni u jistabbilixxi proċeduri, kalendarji u linji gwida ċari u definiti sew biex jagħti lill-informaturi l-aħjar gwida u jipproteġihom minn kwalunkwe ritaljazzjoni possibbli; |
57. |
Jistieden lill-BEI jsaħħaħ l-istrateġija ta' komunikazzjoni tiegħu; jemmen li, bħala d-donatur u l-mutwatarju multilaterali prinċipali fid-dinja, huwa essenzjali li l-BEI jikkomunika b'mod ċar u rilevanti dwar il-missjoni u l-istatus tiegħu u li jindirizza ruħu lil firxa wiesgħa ta' pubbliku; |
58. |
Jinnota ż-żieda ulterjuri fl-għadd ta' allegazzjonijiet irrapportati lit-Taqsima tal-Investigazzjonijiet tal-BEI fl-2019, b'228 allegazzjoni ġdida (184 fl-2018) li minnhom 69 % oriġinaw minn membri tal-persunal u 30 % minn sorsi esterni, inklużi partijiet relatati mal-proġetti, is-soċjetà ċivili u l-midja; josserva li 59 % tal-azzjonijiet investigattivi jikkonċerna każijiet ta' frodi, segwiti mill-korruzzjoni (15 %) u l-kollużjoni (6 %) u li aktar minn terz tal-allegazzjonijiet eżaminati huma relatati mas-settur tat-trasport; |
59. |
Jinnota li, fl-2019, mill-220 każ li tlestew, 40 ġew issostanzjati, ċifra li tikkorrispondi għal 18 % tal-każijiet li tlestew, u rriżultaw f'rinviji lill-awtoritajiet kompetenti jew f'rakkomandazzjonijiet lis-servizzi tal-Grupp tal-BEI; jinnota wkoll li 62 % ta' dawn ir-rinviji (25 minn 40) saru lill-OLAF; jitlob lill-BEI jirrapporta dwar l-eżitu tal-azzjonijiet meħuda inklużi, meta disponibbli, l-ammonti li kien irkuprati; |
60. |
Jistieden lill-BEI jżid it-trasparenza proattiva billi jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, b'mod puntwali, id-dokumenti mhux kunfidenzjali f'bażi tad-data faċli li tintuża; itenni t-talba tiegħu sabiex jopera abbażi tal-“preżunzjoni ta' divulgazzjoni” minflok bil-“preżunzjoni ta' kunfidenzjalità”; |
61. |
Jistieden lill-Grupp tal-BEI jtejjeb l-obbligu tiegħu li jagħti rendikont ta' għemilu; jitlob li jsir Memorandum ta' Qbil bejn il-Grupp tal-BEI u l-Parlament biex jitjieb l-aċċess ta' dan tal-aħħar għad-dokumenti u għad-data relatata mal-orjentament strateġiku u mal-politiki ta' finanzjamenti tal-BEI bil-għan li jissaħħaħ l-obbligu ta' rendikont tal-Bank; jissuġġerixxi l-idea ta' djalogu trimestrali mal-kumitati rilevanti tal-Parlament biex jipparteċipa fl-istrateġija ta' investiment tal-BEI u jiżgura kontroll adegwat; jisħaq fuq l-importanza ta' skrutinju akbar tal-Parlament tad-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI; jitlob kondiviżjoni aħjar tal-informazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni bil-għan li tiżdied it-trasparenza tagħha fil-konfront tal-Parlament f'dawk li huma pożizzjonijiet li tieħu fi ħdan il-Bord tad-Diretturi tal-BEI; itenni l-appell tiegħu għad-divulgazzjoni tal-opinjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni fil-qafas tal-proċedura f'konformità mal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI dwar l-operazzjonijiet tal-BEI f'termini ta' finanzjament għal finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni u l-politiki rilevanti tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jilħqu ftehim biex jiżguraw trasparenza totali f'dawn l-opinjonijiet u fil-loġika li jkun hemm warajhom, kemm jista' jkun possibbli mil-lat ġuridiku; |
62. |
Jitlob li jiġu ppubblikati fil-ħin l-aġendi u l-minuti sħaħ tal-laqgħat tal-Kumitat ta' Tmexxija u tal-Bord tad-Diretturi; jissottolinja li l-Politika ta' Trasparenza futura għandha ssaħħaħ ir-rekwiżit ta' trasparenza għall-operazzjonijiet kollha tiegħu u tirrikjedi lill-promoturi tal-proġetti jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali u d-dokumenti relatati, billi jiġu inklużi obbligi ta' trasparenza strinġenti fil-klawżoli kuntrattwali speċifiċi ffirmati mal-klijenti kollha tal-BEI; jitlob lill-BEI jippubblika informazzjoni aktar regolari, dettaljata u komprensiva dwar l-intermedjarji finanzjarji responsabbli għall-mobilizzazzjoni ta' fondi tal-BEI u jinkludi klawżoli kuntrattwali dwar id-divulgazzjonijiet obbligatorji minn dawn l-istituzzjonijiet dwar l-attività ta' self; |
Segwitu mogħti lir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament
63. |
Jitlob lill-BEI jibqa' jirrapporta dwar il-qagħda attwali u l-istatus tar-rakkomandazzjonijiet preċedentement maħruġa mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet annwali tiegħu, b'mod speċjali rigward:
|
o
o o
64. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u jitlob lill-Kunsill u lill-Bord tad-Diretturi tal-BEI jkollhom dibattitu dwar il-pożizzjonijiet tal-Parlament hawnhekk ippreżentati. |
(1) https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=49051
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0191.
(4) Imressqa mill-NGOs ambjentali CEE Bankwatch Network, Counter Balance, Re:Common u Friends of the Earth Europe.
(5) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(6) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/45 |
P9_TA(2021)0333
Fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D073421/01 – 2021/2759(RSP))
(2022/C 99/05)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D073421/01, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-17 ta' Mejju 2021, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-26 ta' Ottubru 2016, u ppubblikata fil-5 ta' Diċembru 2016 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”) (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
A. |
billi, fid-9 ta' Frar 2012, Dow Agro Sciences Ltd issottomettiet applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 (“il-fażola tas-sojja ĠM”), f'konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (“l-applikazzjoni”); billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom jew jikkonsistu minn fażola tas-sojja ĠM għal użi oħrajn għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni; |
B. |
billi, fis-26 ta' Ottubru 2016, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fil-5 ta' Diċembru 2016, fir-rigward ta' dik l-applikazzjoni; |
C. |
billi l-fażola tas-sojja ĠM ġiet żviluppata biex tipproduċi żewġ tossini Bt derivati b'mod sintetiku, Cry1F u Cry1Ac, li jagħtu reżistenza għal ċerti speċijiet lepidopteri, u biex ikunu reżistenti għall-erbiċida glufosinat (5); |
Nuqqas ta' valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi, tal-metaboliti u tal-effetti cocktail
D. |
billi għadd ta' studji wrew li l-kultivazzjoni ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi twassal għal użu akbar ta' erbiċidi “komplementari”, fil-biċċa l-kbira minħabba t-tfaċċar ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi (6); billi, b'konsegwenza ta' dan, għandu jkun mistenni li l-fażola tas-sojja ĠM tkun esposta għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti ta' glufosinat, u li għalhekk il-ħsad jista' jkun fih kwantità ogħla ta' residwi; |
E. |
billi l-glufosinat huwa kklassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-“kriterji ta' limitu” stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018 (8); |
F. |
billi l-valutazzjoni tar-residwi ta' erbiċidi u tal-prodotti ta' diżintegrazzjoni tagħhom misjuba fi pjanti ĠM titqies li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (“il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM”) u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-OĠM; |
G. |
billi, minħabba prattiki agrikoli speċifiċi fil-kultivazzjoni ta' pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, hemm ukoll xejriet speċifiċi ta' applikazzjonijiet, ta' esponiment, ta' okkorrenzi ta' metaboliti speċifiċi u tfaċċar ta' effetti kombinatorji li jirrikjedu attenzjoni speċjali; billi dawn ma ġewx ikkunsidrati mill-EFSA; |
Mistoqsijiet pendenti dwar it-tossini Bt
H. |
billi t-testijiet tossikoloġiċi għall-awtorizzazzjonijiet ĠM jitwettqu b'tossini Bt iżolati; billi ftit li xejn jista' jiġi attribwit għal testijiet tossikoloġiċi mwettqa bil-proteini waħedhom, minħabba l-fatt li t-tossini Bt fl-għelejjel ĠM, bħall-qamħirrun, il-qoton u l-fażola tas-sojja, huma intrinsikament aktar tossiċi minn tossini Bt iżolati; billi dan huwa minħabba li l-inibituri tal-proteażi (PI), preżenti fit-tessut tal-pjanti, jistgħu jżidu t-tossiċità tat-tossini Bt billi jdewmu d-degradazzjoni tagħhom; billi dan il-fenomenu ntwera f'għadd ta' studji xjentifiċi, inkluż wieħed imwettaq għal Monsanto 30 sena ilu li wera li anke l-preżenza ta' livelli estremament baxxi ta' PI saħħet it-tossiċità tat-tossini Bt sa 20 darba (9); |
I. |
billi dawk l-effetti qatt ma tqiesu fil-valutazzjonijiet tar-riskju tal-EFSA, minkejja li huma rilevanti għall-pjanti Bt kollha approvati għall-importazzjoni jew għall-kultivazzjoni fl-Unjoni; billi r-riskji li jirriżultaw minn din it-tossiċità msaħħa minħabba l-interazzjoni bejn it-tossini PI u Bt, għall-bnedmin u għall-annimali li jikkunsmaw ikel u għalf li fihom it-tossini Bt ma jistgħux jiġu esklużi; |
J. |
billi għadd ta' studji juru li ġew osservati effetti kollaterali li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal tossini Bt u li xi tossini Bt jista' jkollhom karatteristiċi aġġuvanti (10), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħrajn li jiġu f'kuntatt magħhom; |
K. |
billi l-valutazzjoni tal-interazzjoni potenzjali ta' residwi tal-erbiċidi u l-metaboliti tagħhom mat-tossini Bt titqies li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju; billi dan huwa problematiku peress li r-residwi mill-bexx bil-glufosinat huma magħrufa li jiddisturbaw il-mikrobijoma li, pereżempju, jistgħu jżidu r-reazzjonijiet immuni flimkien mat-tossini Bt (11); |
Kummenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
L. |
billi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bagħtu kummenti lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur (12); billi l-kummenti kritiċi jinkludu l-feedback li d-data sottomessa dwar il-pressjoni tal-pesti u tal-mard mhijiex biżżejjed għal analiżi dettaljata tal-interazzjoni ekoloġika tal-fażola tas-sojja ĠM mal-ambjent, li l-applikant jirreferi biss għal telf sostanzjali mhux intenzjonat tal-fażola tas-sojja ĠM matul it-tagħbija u l-ħatt bħala rotta għall-esponiment ambjentali u li rotot oħra ta' esponiment tal-ambjent minn materjali ta' skart mill-ipproċessar jew mill-użu tal-fażola tas-sojja (eż. id-demel, il-ħmieġ minn annimali li jintema' l-fażola tas-sojja ĠM) ma ġiex ivvalutat speċifikament u li l-pjan ta' monitoraġġ propost ma jindirizzax kwistjonijiet rilevanti għas-sorveljanza ġenerali tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u ma jistax jitqies bħala elaborat biżżejjed; |
Teħid tad-deċiżjonijiet mhux demokratiku
M. |
billi l-votazzjoni fis-17 ta' Mejju 2021 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; |
N. |
billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku; |
O. |
billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew diġà adotta 18-il oġġezzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi r-raġunijiet li għalihom l-Istati Membri ma jappoġġjawx l-awtorizzazzjonijiet jinkludu nuqqas ta' rispett għall-prinċipju ta' prekawzjoni fil-proċess tal-awtorizzazzjoni u tħassib xjentifiku relatat mal-valutazzjoni tar-riskju; |
P. |
billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza l-OĠM; |
Q. |
billi mhija meħtieġa l-ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista' ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell (13); |
Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni
R. |
billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jipprovdi li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qiegħda titqies fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha; billi dawn il-fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (“SDGs”) tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB); |
S. |
billi f'rapport tal-2017 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel instab li, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa (14); billi l-Mira tal-SDG 3.9 tan-NU għandha l-għan, li sal-2030, tnaqqas b'mod sostanzjali l-għadd ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u tniġġis u kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija (15); billi l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-fażola tas-sojja ĠM iżżid id-domanda għal din l-għalla ttrattata b'erbiċida li hija tossika għar-riproduzzjoni u li ma għadhiex awtorizzata għall-użu fl-Unjoni, u b'hekk iżżid l-esponiment tal-ħaddiema f'pajjiżi terzi; billi r-riskju ta' żieda fl-esponiment tal-ħaddiema huwa ta' tħassib partikolari fir-rigward ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi, meta jitqiesu l-volumi akbar ta' erbiċidi użati; |
T. |
billi d-deforestazzjoni hija kawża ewlenija tat-tnaqqis tal-bijodiversità; billi l-emissjonijiet mill-użu tal-art u mit-tibdil fl-użu tal-art, l-aktar minħabba d-deforestazzjoni, huma t-tieni l-akbar kawża tat-tibdil fil-klima wara l-ħruq tal-fjuwils fossili (16); billi l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u l-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020 adottat fi ħdan il-KDB tan-NU u l-Miri tal-Bijodiversità ta' Aichi jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli, il-protezzjoni u l-isforzi ta' restawr tal-foresti (17); billi l-SDG 15 tan-NU jinkludi l-mira li titwaqqaf id-deforestazzjoni sal-2020 (18); billi l-foresti għandhom rwol multifunzjonali li jappoġġjaw l-ilħuq tal-biċċa l-kbira tal-SDGs (19); |
U. |
billi l-produzzjoni tas-sojja hija xprunatur ewlieni tad-deforestazzjoni tal-foresti fl-Amażonja, f'Cerrado u fi Gran Chaco fl-Amerka t'Isfel; billi 97 % u 100 % tas-sojja kkultivata fil-Brażil u fl-Arġentina rispettivament, hija sojja ĠM (20); billi l-maġġoranza l-kbira tal-fażola tas-sojja ĠM awtorizzata għall-kultivazzjoni fil-Brażil u fl-Arġentina hija awtorizzata wkoll għall-importazzjoni fl-Unjoni; billi l-fażola tas-sojja ĠM diġà hija awtorizzata għall-kultivazzjoni fl-Arġentina u fil-Brażil (21); |
V. |
billi studju xjentifiku reċenti rieżaminat bejn il-pari sab li l-Unjoni hija r-reġjun bl-akbar marka tal-karbonju fid-dinja assoċjata mal-importazzjonijiet tas-sojja mill-Brażil, 13.8 % akbar minn dik taċ-Ċina, l-akbar importatur tas-sojja, minħabba sehem akbar ta' emissjonijiet mid-deforestazzjoni inkorporata (22); billi studju reċenti ieħor sab li madwar 20 % tas-sojja esportata lejn l-Unjoni mir-reġjuni tal-Amażonja u ta' Cerrado fil-Brażil, l-aktar għall-għalf tal-annimali, tista' tkun “ikkontaminata b'deforestazzjoni illegali” (23); |
1. |
Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003; |
2. |
Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern; |
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha; |
4. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni, f'ittra tal-11 ta' Settembru 2020 lill-Membri, finalment irrikonoxxiet il-ħtieġa li titqies is-sostenibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar l-OĠM (25); jesprimi, madankollu, id-diżappunt kbir tiegħu li l-Kummissjoni tkompli tawtorizza fażola tas-sojja ĠM għall-importazzjoni (26) minkejja oġġezzjonijiet mill-Parlament u mill-maġġoranza tal-Istati Membri; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni timxi 'l quddiem bl-akbar urġenza rigward l-iżvilupp ta' kriterji ta' sostenibbiltà, bl-involviment sħiħ tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif se jitwettaq dan il-proċess u f'liema perjodu ta' żmien; |
6. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darb'oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU; itenni s-sejħa tiegħu għal abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni li għandhom ikunu akkumpanjati minn memorandum ta' spjegazzjoni li jispjega kif huma jirrispettaw il-prinċipju ta' “la tagħmilx ħsara” (27); |
7. |
Jenfasizza li l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 (28), li ġew adottati fil-Parlament bħala bażi għal negozjati mal-Kunsill, jiddikjaraw li l-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur; jinsisti li l-Kummissjoni tirrispetta din il-pożizzjoni u jistieden lill-Kunsill jipproċedi bil-ħidma tagħha u jadotta approċċ ġenerali dwar dan il-fajl bħala kwistjoni ta' urġenza; |
8. |
Itenni l-appelli tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi sakemm ir-riskji għas-saħħa assoċjati mar-residwi jkunu ġew investigati b'mod komprensiv fuq bażi ta' każ b'każ, li jirrikjedi valutazzjoni sħiħa tar-residwi mill-bexx ta' dawn l-għelejjel ĠM b'erbiċidi komplementari, valutazzjoni tal-prodotti ta' dekompożizzjoni tal-erbiċidi u kwalunkwe effett kombinatorju; |
9. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ĠM tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni biex tintuża għall-ikel u l-għalf; |
10. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax l-importazzjoni, għall-użu bħala ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal sustanza erbiċida attiva mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni; |
11. |
Jilqa' t-tħabbira ta' proposta leġiżlattiva mill-Kummissjoni dwar “Miżuri biex jiġi evitat jew minimizzat it-tqegħid ta' prodotti fis-suq tal-UE assoċjati mad-deforestazzjoni jew id-degradazzjoni tal-foresti”; sadanittant, minħabba l-urġenza li tiġi indirizzata d-deforestazzjoni fl-Amażonja, f'Cerrado u fil-foresti ta' Gran Chaco u l-fatt li d-domanda tal-Unjoni għall-fażola tas-sojja ĠM tikkontribwixxi għad-deforestazzjoni f'dak ir-reġjun, jistieden lill-Kummissjoni tissospendi minnufih l-importazzjoni ta' fażola tas-sojja ĠM ikkultivata fil-Brażil u fl-Arġentina bl-użu tal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk meħtieġ, sakemm jiġu stabbiliti mekkaniżmi legalment vinkolanti effettivi biex jipprevjenu t-tqegħid ta' prodotti fis-suq tal-Unjoni assoċjati mad-deforestazzjoni u ksur relatat tad-drittijiet tal-bniedem; |
12. |
Itenni l-appell tiegħu għall-implimentazzjoni ta' strateġija Ewropea għall-produzzjoni u għall-provvista ta' proteini veġetali (29), li tippermetti lill-Unjoni ssir anqas dipendenti mill-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja ĠM u biex jinħolqu katini tal-ikel iqsar u swieq reġjonali; |
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati għat-tqegħid fis-suq ta' fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 reżistenti għall-insetti għall-użu fl-ikel u fl-għalf, għall-importazzjoni u għall-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2013-116), EFSA Journal 2016; 14(12): 4642,
https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4642
(4) Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0054). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0055). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0056). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0057). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0069). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0291). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0292). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0293). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0365). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0366). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0367). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0368). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0369). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × T304-40 × GHB119 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (Testi adottati, P9_TA(2021)0080). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZIR098 (SYN-ØØØ98-3), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2021)0081). |
(5) Opinjoni tal-EFSA, p. 1.
(6) Ara, pereżempju, Bonny, S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides:
Overview and Impact”, Environmental Management, Jannar 2016; 57(1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years” (L-impatti ta' għelejjel modifikati bl-inġinerija ġenetika fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe; 28 ta' Settembru 2012, Vol. 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(8) https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/active-substances/?event=as.details&as_id=79
(9) MacIntosh, S.C., Kishore, G.M., Perlak, F.J., Marrone, P.G., Stone, T.B., Sims, S.R., Fuchs, R.L., “Potentiation of Bacillus thuringiensis insecticidal activity by serine protease inhibitors”, Journal of Agricultural and Food Chemistry, 38, pp. 1145-1152, https://pubs.acs.org/doi/abs/10.1021/jf00094a051
(10) Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals”, Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5), pp. 630 648, https://onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.1002/jat.3252
(11) Parenti, M.D., Santoro, A., Del Rio, A., Franceschi, C., “Literature review in support of adjuvanticity/immunogenicity assessment of proteins”, EFSA Supporting Publications, Jannar 2019, 16(1): 1551, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/abs/10.2903/sp.efsa.2019.EN-1551
(12) Il-kummenti tal-Istati Membri dwar il-fażola tas-sojja ĠM jistgħu jkunu kkonsultati fir-reġistru tal-mistoqsijiet tal-EFSA, https://open.efsa.europa.eu/
(13) Il-Kummissjoni “tista'”, u mhux “għandha”, tkompli bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur il-Kumitat tal-Appell, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (l-Artikolu 6(3)).
(14) https://www.ohchr.org/EN/Issues/Food/Pages/Pesticides.aspx
(15) https://sdgs.un.org/2030agenda
(16) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2019, “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal- Foresti tad-Dinja”, , COM(2019)0352, p. 1.
(17) Idem, p. 2.
(18) Ara l-mira 15.2: https://sdgs.un.org/2030agenda
(19) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2019, “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal- Foresti tad-Dinja”, , COM(2019)0352, p. 2.
(20) Servizz Internazzjonali għall-Akkwist ta' Applikazzjonijiet Agtobijoteknoloġiċi, “Global status of commercialized biotech/GM crops in 2017: Biotech Crop Adoption Surges as Economic Benefits Accumulate in 22 Years”, Sommarju tal-ISAAA Nru 53,(2017, pp. 16 u 21,
http://www.isaaa.org/resources/publications/briefs/53/download/isaaa-brief-53-2017.pdf
(21) https://www.isaaa.org/gmapprovaldatabase/event/default.asp?EventID=339&Event=DAS81419
(22) Escobar, N., Tizado, E. J., zu Ermgassen, E.K.J., Löfgren, P., Börner, J., Godar, J., “Spatially-explicit footprints of agricultural commodities: Mapping carbon emissions embodied in Brazil's soy exports”, Global Environmental Change, Volum 62, Mejju 2020, 102067, https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S0959378019308623
(23) Rajão, R., Soares-Filho, B., Nunes, F., Börner, J., Machado, L., Assis, D., Oliveira, A., Pinto, L., Ribeiro, V., Rausch, L., Gibbs, H., Figueira, D., “The rotten apples of Brazil's agribusiness”, Science, 17 ta' Lulju 2020, Volum 369, Ħarġa 6501, pp. 246-248, https://science.sciencemag.org/content/369/6501/246.
(24) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(25) https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf
(26) https://webgate.ec.europa.eu/dyna/gm_register/gm_register_auth.cfm?pr_id=100
(27) Testi adottati, P9_TA(2020)0005, paragrafu 102.
(28) Testi adottati, P9_TA(2020)0364.
(29) Testi adottati, P9_TA(2020)0005, paragrafu 64.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/52 |
P9_TA(2021)0334
Fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 × DAS–44406–6
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mll-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 × DAS–44406–6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D073422/01 – 2021/2760(RSP))
(2022/C 99/06)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 × DAS–44406–6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D073422/01, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-17 ta' Mejju 2021, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-15 ta' Ottubru 2020, u ppubblikata fl-20 ta' Novembru 2020 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”) (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
A. |
billi, fit-2 ta' Marzu 2016, Dow AgroSciences Ltd ressqet applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands f'konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi l-applikazzjoni kienet tkopri t-tqegħid fis-suq ta' oġġetti tal-ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata, DAS-81419-2 x DAS-44406-6 (“il-fażola tas-sojja ĠM”); billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn fażola tas-sojja ĠM għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni; |
B. |
billi, fil-15 ta' Ottubru 2020, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fl-20 ta' Novembru 2020, fir-rigward ta' dik l-applikazzjoni; |
C. |
billi l-fażola tas-sojja ĠM ġiet żviluppata biex tagħti reżistenza għal tliet gruppi ta' erbiċidi: il-glifosat, 2,4 aċidu diklorofenoaċetiku (2,4-D) u erbiċidi fenossi relatati oħra (AAD-12) u l-glufosinat, kif ukoll reżistenza għall-pesti lepidopteri permezz tal-espressjoni ta' tossini Bt, Cry1F u Cry1 Ac (5); |
Nuqqas ta' valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi, tal-metaboliti u tal-effetti cocktail
D. |
billi għadd ta' studji wrew li l-kultivazzjoni ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi twassal għal użu akbar ta' erbiċidi “komplementari”, fil-biċċa l-kbira minħabba l-emerġenza ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi (6); billi, b'konsegwenza ta' dan, għandu jkun mistenni li l-fażola tas-sojja ĠM se tkun esposta għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti ta' glufosinat, glifosat u 2-4,D, u li għalhekk il-ħsad jista' jkun fih kwantità ogħla ta' residwi; |
E. |
billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġenu, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet iġġustifikata; billi, għall-kuntrarju ta' dan, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala karċinoġenu possibbli għall-bniedem; |
F. |
billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-“kriterji ta' limitu” stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018 (8); |
G. |
billi l-valutazzjoni tar-residwi ta' erbiċidi u tal-prodotti ta' diżintegrazzjoni tagħhom misjuba fi pjanti ĠM titqies li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (“il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM”) u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-OĠM; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu diżintegrati mill-pjanta ĠM konċernata, u l-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' diżintegrazzjoni (“metaboliti”), jistgħu jiġu stimolati mill-modifika ġenetika nnifisha (9); |
H. |
billi, minħabba prattiki agrikoli speċifiċi fil-kultivazzjoni ta' pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, hemm ukoll xejriet speċifiċi ta' applikazzjonijiet, ta' esponiment, ta' okkorrenzi ta' metaboliti speċifiċi u emerġenza ta' effetti kombinatorji li jirrikjedu attenzjoni speċjali; billi dawn ma ġewx ikkunsidrati mill-EFSA; |
I. |
billi għalhekk ma jistax jiġi konkluż li l-konsum ta' fażola tas-sojja ĠM huwa sikur għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali; |
Mistoqsijiet pendenti dwar it-tossini Bt
J. |
billi t-testijiet tossikoloġiċi għall-awtorizzazzjonijiet ĠM jitwettqu b'tossini tal-Bt iżolati; billi ftit li xejn jista' jiġi attribwit għal testijiet tossikoloġiċi mwettqa bil-proteini iżolati, minħabba l-fatt li t-tossini Bt fl-għelejjel ĠM, bħall-qamħirrun, il-qoton u l-fażola tas-sojja, huma intrinsikament aktar tossiċi minn tossini Bt iżolati; billi dan huwa minħabba li l-inibituri tal-proteażi (PI), preżenti fit-tessut tal-pjanti, jistgħu jżidu t-tossiċità tat-tossini Bt billi jdewmu d-degradazzjoni tagħhom; billi dan il-fenomenu ntwera f'għadd ta' studji xjentifiċi, inkluż wieħed imwettaq għal Monsanto 30 sena ilu li wera li anke l-preżenza ta' livelli estremament baxxi ta' PI saħħet it-tossiċità tat-tossini Bt sa 20 darba (10); |
K. |
billi dawk l-effetti qatt ma tqiesu fil-valutazzjonijiet tar-riskju tal-EFSA, minkejja li huma rilevanti għall-pjanti Bt kollha approvati għall-importazzjoni jew għall-kultivazzjoni fl-Unjoni; billi r-riskji li jirriżultaw minn din it-tossiċità msaħħa minħabba l-interazzjoni bejn it-tossini PI u Bt, għall-bnedmin u għall-annimali li jikkunsmaw ikel u għalf li fihom it-tossini Bt ma jistgħux jiġu esklużi; |
L. |
billi għadd ta' studji juru li ġew osservati effetti kollaterali li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal tossini Bt u li xi tossini Bt jista' jkollhom karatteristiċi aġġuvanti (11), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħra li jidħlu f'kuntatt magħhom; |
M. |
billi l-valutazzjoni tal-interazzjoni potenzjali ta' residwi tal-erbiċidi u l-metaboliti tagħhom mat-tossini Bt titqies li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju; billi dan huwa problematiku peress li r-residwi mill-isprejjar bil-glufosinat huma magħrufa li jiddisturbaw il-mikrobijoma li, pereżempju, jistgħu jżidu r-reazzjonijiet immuni flimkien mat-tossini Bt (12); |
Kummenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
N. |
billi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bagħtu kummenti lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur (13); billi l-kummenti kritiċi kienu jinkludu li l-għodod disponibbli bħalissa għall-monitoraġġ tat-trasferimenti orizzontali tal-ġeni f'ambjenti naturali mhumiex adegwati biex ikopru avvenimenti rari u li l-applikant qed jinjora il-potenzjal li tinħoloq varjabbiltà ġenetika permezz tat-trasferiment ta' pat, epsps u varjanti tal-ġeni cry jew ta' frammenti tagħhom, li d-data pprovduta biex turi s-sikurezza tal-fażola tas-sojja ĠM għall-bniedem u għall-annimali abbażi tal-ekwivalenza sostanzjali tagħha għall-fażola tas-sojja konvenzjonali mhix konklużiva u li l-effetti ambjentali kkombinati tat-tossini cry jeħtieġu aktar riċerka sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju għall-ambjent; |
Proċess deċiżjonali mhux demokratiku
O. |
billi l-votazzjoni fis-17 ta' Mejju 2021 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; |
P. |
billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku; |
Q. |
billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew diġà adotta 18-il oġġezzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi r-raġunijiet li għalihom l-Istati Membri ma jappoġġjawx l-awtorizzazzjonijiet jinkludu nuqqas ta' rispett għall-prinċipju ta' prekawzjoni fil-proċess tal-awtorizzazzjoni u tħassib xjentifiku relatat mal-valutazzjoni tar-riskju; |
R. |
billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza l-OĠM; |
S. |
billi mhija meħtieġa l-ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista' ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell (14); |
Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni
T. |
billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jipprovdi li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, fuq is-saħħa tal-annimali jew fuq l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qiegħda titqies fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha; billi dawn il-fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni fl-ambitu tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (“SDGs”) tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (“KDB”); |
U. |
billi fir-rapport tal-2017 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel instab li, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa (15); billi l-Mira 3.9 tal-SDG tan-NU għandha l-għan, li sal-2030, tnaqqas b'mod sostanzjali l-għadd ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u tniġġis u kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija (16); billi l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-fażola tas-sojja ĠM iżżid id-domanda għal din l-għalla ttrattata b'erbiċida li hija tossika għar-riproduzzjoni u li ma għadhiex awtorizzata għall-użu fl-Unjoni, u b'hekk iżżid l-esponiment tal-ħaddiema f'pajjiżi terzi; billi r-riskju ta' żieda fl-esponiment tal-ħaddiema huwa ta' tħassib partikolari fir-rigward ta' għelejjel ĠM li huma tolleranti għall-erbiċidi, meta jitqies il-volumi ogħla ta' erbiċidi użati; |
V. |
billi d-deforestazzjoni hija kawża ewlenija tat-tnaqqis tal-bijodiversità; billi l-emissjonijiet mill-użu tal-art u mit-tibdil fl-użu tal-art, l-aktar minħabba d-deforestazzjoni, huma t-tieni l-akbar kawża tat-tibdil fil-klima wara l-ħruq tal-fjuwils fossili (17); billi l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u l-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020 adottat fi ħdan il-KDB tan-NU u l-Miri tal-Bijodiversità ta' Aichi jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, l-isforzi ta' protezzjoni u ta' restawr (18); billi l-SDG 15 tan-NU jinkludi l-mira li titwaqqaf id-deforestazzjoni sal-2020 (19); billi l-foresti għandhom rwol multifunzjonali li jappoġġjaw l-ilħuq tal-biċċa l-kbira tal-SDGs tan-NU (20); |
W. |
billi l-produzzjoni tas-sojja hija xprunatur ewlieni tad-deforestazzjoni tal-foresti fl-Amażonja, f'Cerrado u fi Gran Chaco fl-Amerka t'Isfel; billi 97 % u 100 % tas-sojja kkultivata fil-Brażil u fl-Arġentina rispettivament, hija sojja ĠM (21); billi l-maġġoranza l-kbira tal-fażola tas-sojja ĠM awtorizzata għall-kultivazzjoni fil-Brażil u fl-Arġentina hija awtorizzata wkoll għall-importazzjoni fl-Unjoni; billi l-fażola tas-sojja ĠM diġà hija awtorizzata għall-kultivazzjoni fl-Arġentina u fil-Brażil (22); |
X. |
billi studju xjentifiku reċenti rieżaminat bejn il-pari sab li l-Unjoni hija r-reġjun bl-akbar marka tal-karbonju fid-dinja assoċjata mal-importazzjonijiet tas-sojja mill-Brażil, 13,8 % akbar minn dik taċ-Ċina, l-akbar importatur tas-sojja, minħabba sehem akbar ta' emissjonijiet mid-deforestazzjoni inkorporata (23); billi studju reċenti ieħor sab li madwar waħda minn kull ħames sojja esportati lejn l-Unjoni mir-reġjuni tal-Amażonja u ta' Cerrado fil-Brażil, l-aktar għall-għalf tal-annimali, jistgħu jkunu “kkontaminati bid-deforestazzjoni illegali” (24); |
1. |
Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003; |
2. |
Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), li jipprovdi l-bażi għall-iżgurar ta' livell għoli ta' ħarsien tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, u l-interessi ambjentali u tal-konsumatur, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha; |
4. |
Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni, f'ittra tal-11 ta' Settembru 2020 lill-Membri, finalment irrikonoxxiet il-ħtieġa li titqies is-sostenibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar l-OĠM (26); jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu, madankollu, li l-Kummissjoni tkompli tawtorizza fażola tas-sojja ĠM għall-importazzjoni (27) minkejja oġġezzjonijiet mill-Parlament u mill-maġġoranza tal-Istati Membri; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni timxi 'l quddiem bl-akbar urġenza rigward l-iżvilupp ta' kriterji ta' sostenibbiltà, bl-involviment sħiħ tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif se jitwettaq dan il-proċess u f'liema perjodu ta' żmien; |
6. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għal darb'oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU; itenni t-talba tiegħu biex jitfasslu abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni li għandhom ikunu akkumpanjati minn memorandum ta' spjegazzjoni li jispjega kif huma jirrispettaw il-prinċipju ta' “la tagħmilx ħsara” (28); |
7. |
Jenfasizza li l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 (29), li ġew adottati fil-Parlament bħala bażi għal negozjati mal-Kunsill, jiddikjaraw li l-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur; jinsisti li l-Kummissjoni tirrispetta din il-pożizzjoni u jistieden lill-Kunsill jipproċedi bil-ħidma tiegħu u jadotta approċċ ġenerali dwar dan il-fajl bħala kwistjoni ta' urġenza; |
8. |
Itenni t-talbiet tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi sakemm ir-riskji għas-saħħa assoċjati mar-residwi jkunu ġew investigati b'mod komprensiv fuq bażi ta' każ b'każ, li jirrikjedi valutazzjoni sħiħa tar-residwi mill-bexx ta' dawn l-għelejjel ĠM b'erbiċidi komplementari, valutazzjoni tal-prodotti ta' dekompożizzjoni tal-erbiċidi u kwalunkwe effett kombinatorju; |
9. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ĠM konċernata tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew hija għall-importazzjoni fl-Unjoni biex tintuża għall-ikel u l-għalf; |
10. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni, għall-użu bħala ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li tkun saret tolleranti għal sustanza erbiċida attiva mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni; |
11. |
Jilqa' t-tħabbira ta' proposta leġiżlattiva mill-Kummissjoni dwar “Miżuri biex jiġi evitat jew minimizzat it-tqegħid ta' prodotti fis-suq tal-UE assoċjati mad-deforestazzjoni jew id-degradazzjoni tal-foresti”; sadanittant, minħabba l-urġenza li tiġi indirizzata d-deforestazzjoni fil-foresti ta' Amażonja, ta' Cerrado u ta' Gran Chaco u l-fatt li d-domanda tal-Unjoni għall-fażola tas-sojja ĠM tikkontribwixxi għad-deforestazzjoni f'dak ir-reġjun, jistieden lill-Kummissjoni tissospendi minnufih l-importazzjoni ta' fażola tas-sojja ĠM kkultivata fil-Brażil u fl-Arġentina permezz tal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk ikun meħtieġ, sakemm jiġu stabbiliti mekkaniżmi legalment vinkolanti effettivi biex jipprevjenu t-tqegħid ta' prodotti fis-suq tal-Unjoni assoċjati mad-deforestazzjoni u ksur relatat tad-drittijiet tal-bniedem; |
12. |
Itenni t-talba tiegħu għall-implimentazzjoni ta' strateġija Ewropea għall-produzzjoni u għall-provvista ta' proteini veġetali (30), li tippermetti lill-Unjoni ssir inqas dipendenti mill-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja ĠM u biex jinħolqu katini tal-ikel iqsar u swieq reġjonali; |
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati tal-fażola tas-sojja DAS-81419-2 x DAS-44406-6 reżistenti għall-insetti u tolleranti għall-erbiċidi għall-użi tal-ikel u tal-għalf, l-użi, l-importazzjoni u l-ipproċessar sottomessi f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni tal-EFSA GMO-NL-2016-132), Il-Ġurnal tal-EFSA 2020; 18(11):6302, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2020.6302
(4) Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0054). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0055). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0056). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0057). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0069). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0291). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0292). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0293). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0365). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0366). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0367). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0368). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0369). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × T304-40 × GHB119 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2021)0080). |
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZIR098 (SYN-ØØØ98-3), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2021)0081). |
(5) Opinjoni tal-EFSA, p. 1.
(6) Ara, pereżempju, Bonny, S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact” (Għelejjel, Ħaxix Ħażin u Erbiċidi Tolleranti għall-Erbiċidi Ġenetikament Modifikati: Ħarsa Ġenerali u Impatt), Environmental Management, Jannar 2016; 57(1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years” (L-impatti ta' għelejjel ġenetikament modifikati fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe; 28 ta' Settembru 2012, Vol 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(8) https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/active-substances/?event=as.details&as_id=79
(9) Dan huwa tabilħaqq il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fir-Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti għal glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, Ġurnal tal-EFSA 2018/16(5):5263, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263
(10) MacIntosh, S.C., Kishore, G.M., Perlak, F.J., Marrone, P.G., Stone, T.B., Sims, S.R., Fuchs, R.L., “Potentiation of Bacillus thuringiensisinsecticidal activity by serine protease inhibitors” (Il-potenzjalità tal-attività tal-insettiċidi Bacillus thuringiensis minn inibituri tas-serine protease), Journal of Agricultural and Food Chemistry, 38, pp. 1145-1152, https://pubs.acs.org/doi/abs/10.1021/jf00094a051
(11) Fjew rieżami, ara Rubio-Infante, N., Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals” (Ħarsa ġenerali lejn l-effetti tas-sikurezza u dawk bijoloġiċi tal-Bacillus thuringiensis tat-tossini Cry fil-mammiferi), Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5), pp. 630, 648, https://onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.1002/jat.3252
(12) Parenti, M.D., Santoro, A., Del Rio, A., Franceschi, C., “Literature review in support of adjuvanticity/immunogenicity assessment of proteins” (Valutazzjoni tal-Letteratura b'appoġġ għall-valutazzjoni tal-aġġuvantiċità/tal-immunoġeniċità tal-proteini), EFSA Supporting Publications, Jannar 2019, 16(1): 1551, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/abs/10.2903/sp.efsa.2019.EN-1551
(13) Il-kummenti tal-Istati Membri dwar il-fażola tas-sojja ĠM jistgħu jiġu aċċessati mir-reġistru tal-mistoqsijiet tal-EFSA:http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2012-00753
(14) Il-Kummissjoni “tista”, u mhux “għandha”, tkompli bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (l-Artikolu 6(3)).
(15) https://www.ohchr.org/EN/Issues/Food/Pages/Pesticides.aspx
(16) https://sdgs.un.org/2030agenda
(17) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2019 bit-titolu “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja” (COM(2019)0352), p. 1.
(18) Idem, p. 2.
(19) Ara l-mira 15.2: https://sdgs.un.org/2030agenda
(20) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2019 bit-titolu “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja” (COM(2019)0352), p. 2.
(21) Servizz Internazzjonali għall-Akkwist ta' Applikazzjonijiet agro-bijoteknoloġiċi, “Global status of commercialized biotech/GM crops in 2017: Biotech Crop Adoption Surges as Economic Benefits Accumulate in 22 Years” (Status globali ta' għelejjel bijoteknoloġiċi/ĠM kummerċjalizzati fl-2017: L-Adozzjoni tal-Għelejjel Bijoteknoloġiċi Tiżdied hekk kif il-Benefiċċji Ekonomiċi Jakkumulaw fi 22 sena), ISAAA Nota Nru 53 (2017), pp. 16 u 21 , https://www.isaaa.org/resources/publications/briefs/53/download/isaaa-brief-53-2017.pdf
(22) https://www.isaaa.org/gmapprovaldatabase/event/default.asp?EventID=416&Event=DAS81419%20x%20DA 4406
(23) Escobar, N., Tizado, E. J., zu Ermgassen, E. K., Löfgren, P., Börner, J., Godar, J., “Spatially-explicit footprints of agricultural commodities: Mapping carbon emissions embodied in Brazil's soy exports” (Impronti spazjalment espliċiti ta' komoditajiet agrikoli: L-immappjar tal-emissjonijiet tal-karbonju inkorporati fl-esportazzjonijiet tas-sojja tal-Brażil), “Global Environmental Change” (Bidla Ambjentali Globali), Volum 62, Mejju 2020, 102067 https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S0959378019308623
(24) Rajão, R., Soares-Filho, B., Nunes, F., Börner, J., Machado, L., Assis, D., Oliveira, A., Pinto, L., Ribeiro, V., Rausch, L., Gibbs, H., Figueira, D., “The rotten apples of Brazil's agribusiness” (It-tuffieħ imħassar tan-negozju agrikolu tal-Brażil), Science 17 ta' Lulju 2020, Volum 369, Issue 6501, pp. 246-248, https://science.sciencemag.org/content/369/6501/246.
(25) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li tistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u tistabbilixxi proċeduri dwar materji ta' sigurtà fl-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(26) https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf
(27) https://webgate.ec.europa.eu/dyna/gm_register/gm_register_auth.cfm?pr_id=100
(28) Testi adottati, P9_TA(2020)0005, paragrafu 102.
(29) Testi adottati, P9_TA(2020)0364.
(30) Testi adottati, P9_TA(2020)0005, paragrafu 64.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/59 |
P9_TA(2021)0335
Qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON810 × NK603 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat magħmul minn taħlitiet ta' tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, MIR162, MON810 u NK603
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON810 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, MIR162, MON810 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D073423/01 – 2021/2765(RSP))
(2022/C 99/07)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wata li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON810 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, MIR162, MON810 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D073423/01, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-17 ta' Mejju 2021, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-25 ta' Novembru 2020, u ppubblikata fit-13 ta' Jannar 2021 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”) (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
A. |
billi, fit-8 ta' Diċembru 2015, Pioneer Overseas Corporation (l-“applikant”) ressaq applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON810 × NK603 (“qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla”) f'konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla, jew li jikkonsistu minn tali qamħirrum, għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni; |
B. |
billi, barra minn hekk, l-applikazzjoni kopriet it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn jew jiġu prodotti minn għaxar subkombinazzjonijiet ta' dawk l-eventi ta' trasformazzjoni uniċi li jikkostitwixxu l-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla; billi sitt subkombinazzjonijiet tal-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla diġà ġew awtorizzati; billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopri l-erba' subkombinazzjonijiet li jifdal; |
C. |
billi, fil-25 ta' Novembru 2020, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fit-13 ta' Jannar 2021; |
D. |
billi l-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla huwa derivat minn inkroċjar ta' erba' eventi tal-qamħirrun ġenetikament modifikat, u jagħti tolleranza għall-erbiċidi li fihom il-glufosinat, il-glifosat minbarra li jipproduċi tliet proteini insettiċidi (proteini “Bt” jew “Cry”): Cry1F, Cry1Ab u Vip3Aa20 li huma tossiċi għal ċerti pesti lepidopteri (5); |
E. |
billi għall-erba' subkombinazzjonijiet koperti mill-abbozz tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, l-applikant ma pprovda l-ebda data sperimentali; |
Nuqqas ta' valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi, tal-metaboliti u tal-effetti cocktail
F. |
billi għadd ta' studji wrew li l-kultivazzjoni ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi twassal għal użu akbar ta' erbiċidi “komplementari”, fil-biċċa l-kbira minħabba t-tfaċċar ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi (6); billi, b'konsegwenza, għandu jkun mistenni li l-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla jkun espost għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti ta' glufosinat, glifosat, u li għalhekk il-ħsad jista' jkun fih kwantità ogħla ta' residwi; |
G. |
billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġenu, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju ta' dan, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala karċinoġenu possibbli għall-bnedmin; |
H. |
billi l-glufosinat huwa kklassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-“kriterji ta' limitu” stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018 (8); |
I. |
billi l-valutazzjoni tar-residwi ta' erbiċidi u tal-prodotti ta' diżintegrazzjoni tagħhom misjuba fi pjanti ĠM titqies li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (“il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM”) u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-OĠM; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu diżintegrati mill-pjanta ĠM ikkonċernata, u l-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' diżintegrazzjoni (“metaboliti”), jistgħu jiġu stimolati mill-modifika ġenetika nnifisha (9); |
J. |
billi, minħabba prattiki agrikoli speċifiċi fil-kultivazzjoni ta' pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, hemm ukoll xejriet speċifiċi ta' applikazzjonijiet, ta' esponiment, ta' okkorrenzi ta' metaboliti speċifiċi u tfaċċar ta' effetti kombinatorji li jirrikjedu attenzjoni speċjali; billi dawn ma ġewx ikkunsidrati mill-EFSA; |
K. |
billi għalhekk ma jistax jiġi konkluż li l-konsum ta' qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla jew tas-subkombinazzjonijiet tiegħu huwa sikur għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali; |
Nuqqas ta' livelli massimi ta' residwi u kontrolli relatati
L. |
billi, skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), li għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, għandhom jiġu stabbiliti livelli massimi ta' residwi (MRLs) speċifiċi għall-ikel u l-għalf prodotti f'pajjiżi terzi, meta l-użu tal-pestiċidi jirriżulta f'livelli ta' residwi differenti minn dawk li jirriżultaw minn prattiki agrikoli fl-Unjoni; billi dan huwa fil-fatt il-każ għall-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi importati, minħabba ż-żieda fl-ammonti ta' erbiċidi użati fir-rigward tal-għelejjel mhux ĠM; |
M. |
billi, madankollu, skont rieżami tal-EFSA tal-2018 tal-MRLs eżistenti għall-glifosat, id-data disponibbli ma kinitx biżżejjed biex jiġu derivati l-MRLs u l-valuri tal-valutazzjoni tar-riskju għall-glifosat fir-rigward tal-qamħirrum ĠM b'modifika EPSPS (11); billi l-qamħirrun ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla għandu l-modifika EPSPS (12); |
Mistoqsijiet pendenti dwar it-tossini Bt
N. |
billi t-testijiet tossikoloġiċi għall-awtorizzazzjonijiet ĠM jitwettqu b'tossini Bt iżolati; billi ftit li xejn jista' jiġi attribwit għal testijiet tossikoloġiċi mwettqa bil-proteini waħedhom, minħabba l-fatt li t-tossini Bt fl-għelejjel ĠM, bħall-qamħirrun, il-qoton u l-fażola tas-sojja, huma intrinsikament aktar tossiċi minn tossini Bt iżolati; billi dan huwa minħabba li l-inibituri tal-proteażi (PI), preżenti fit-tessut tal-pjanti, jistgħu jżidu t-tossiċità tat-tossini Bt billi jdewmu d-degradazzjoni tagħhom; billi dan il-fenomenu ntwera f'għadd ta' studji xjentifiċi, inkluż wieħed imwettaq għal Monsanto 30 sena ilu li wera li anke l-preżenza ta' livelli estremament baxxi ta' PI saħħet it-tossiċità tat-tossini Bt sa 20 darba (13); |
O. |
billi dawk l-effetti qatt ma tqiesu fil-valutazzjonijiet tar-riskju tal-EFSA, minkejja li huma rilevanti għall-pjanti Bt kollha approvati għall-importazzjoni jew għall-kultivazzjoni fl-Unjoni; billi r-riskji li jirriżultaw minn din it-tossiċità msaħħa minħabba l-interazzjoni bejn it-tossini PI u Bt, għall-bnedmin u għall-annimali li jikkunsmaw ikel u għalf li fihom it-tossini Bt ma jistgħux jiġu esklużi; |
P. |
billi għadd ta' studji juru li ġew osservati effetti kollaterali li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal tossini Bt u li xi tossini Bt jista' jkollhom karatteristiċi aġġuvanti (14), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħra li jiġu f'kuntatt magħhom; |
Q. |
billi l-valutazzjoni tal-interazzjoni potenzjali ta' residwi tal-erbiċidi u l-metaboliti tagħhom mat-tossini Bt titqies li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju; billi dan huwa problematiku peress li r-residwi mill-bexx bil-glufosinat huma magħrufa li jiddisturbaw il-mikrobijoma li, pereżempju, jistgħu jżidu r-reazzjonijiet immuni flimkien mat-tossini Bt (15); |
Għelejjel Bt: effetti fuq organiżmi mhux fil-mira u żieda fir-reżistenza
R. |
billi, għall-kuntrarju tal-użu ta' insettiċidi, fejn l-esponiment ikun fil-ħin tal-bexx u għal żmien limitat wara, l-użu ta' għelejjel Bt ĠM iwassal għal esponiment kontinwu tal-organiżmi fil-mira u dawk li mhux fil-mira għat-tossini Bt; |
S. |
billi s-suppożizzjoni li t-tossini Bt juru modalità ta' azzjoni waħda speċifika għall-mira ma tistax tibqa' titqies bħala korretta u l-effetti fuq organiżmi mhux fil-mira ma jistgħux jiġu esklużi (16) billi numru dejjem jiżdied ta' organiżmi mhux fil-mira huma rrappurtati li huma affettwati b'ħafna modi; billi 39 pubblikazzjoni rieżaminati bejn il-pari li jirrappurtaw effetti negattivi sinifikanti tat-tossini Bt fuq ħafna speċijiet “barra mill-firxa” jissemmew f'ħarsa ġenerali reċenti (17); billi firxa tal-organiżmi li mhumiex fil-mira fl-Unjoni jistgħu jiġu esposti għat-tossini Bt permezz tat-tixrid, l-iskart u d-demel li jirriżultaw mill-importazzjoni tal-għejjel Bt; billi fil-valutazzjoni tar-riskju ma ġie evalwat l-ebda effett fuq organiżmi mhux fil-mira; |
T. |
billi l-valutazzjoni tar-riskju ma qisitx l-iżvilupp ta' reżistenza fil-pesti fil-mira għat-tossini Bt, li possibbilment jirriżulta fl-użu ta' pestiċidi anqas sikuri għall-ambjent jew għal żieda fid-dożi u l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-għelejjel ĠM fil-pajjiż tal-kultivazzjoni; billi, l-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Istati Uniti qed tippjana li tneħħi b'mod gradwali bosta ibridi tal-qamħirrum Bt, kif ukoll xi varjetajiet tal-qoton Bt, fit-tliet snin sa ħames snin li ġejjin, minħabba ż-żieda fir-reżistenza tal-insetti għal tali għelejjel (18); |
U. |
billi, filwaqt li ġie ddikjarat li l-użu tal-għelejjel Bt iwassal għal tnaqqis fl-użu tal-insettiċidi, studju li sar fl-Istati Uniti (19), sab li “diversi analiżijiet dwar l-influwenza tal-għelejjel Bt fuq ix-xejriet tal-użu tal-pestiċidi ma jidhrux li qiesu t-trattamenti taż-żerriegħa u għalhekk setgħu enfasizzaw wisq it-tnaqqis fl-użu tal-insettiċida (speċjalment rigward ‘iż-żona ttrattata’) assoċjat mal-għelejjel Bt”; |
V. |
billi l-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB tan-NU), li tagħmilha ċara li kemm il-pajjiżi li jesportaw kif ukoll dawk li jimportaw għandhom responsabbiltajiet internazzjonali fir-rigward tad-diversità bijoloġika; |
Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni
W. |
billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jipprovdi li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qiegħda titqies fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha; billi dawn il-fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (“SDGs”) tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u l-KDB tan-NU; |
X. |
billi f'rapport tal-2017 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel instab li, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa (20); billi l-Mira tal-SDG 3.9 tan-NU għandha l-għan, li sal-2030, tnaqqas b'mod sostanzjali l-għadd ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u tniġġis u kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija (21); billi l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-qamħirrum ĠM iżżid id-domanda għal din l-għalla ttrattata b'erbiċida li hija tossika għar-riproduzzjoni u li ma għadhiex awtorizzata għall-użu fl-Unjoni, u b'hekk iżżid l-esponiment tal-ħaddiema f'pajjiżi terzi; billi r-riskju ta' żieda fl-esponiment tal-ħaddiema huwa ta' tħassib partikolari fir-rigward ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi, meta jitqiesu l-volumi akbar ta' erbiċidi użati; |
Proċess deċiżjonali mhux demokratiku
Y. |
billi l-votazzjoni fis-17 ta' Mejju 2021 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; |
Z. |
billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku; |
AA. |
billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew diġà adotta 18-il oġġezzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi r-raġunijiet li għalihom l-Istati Membri ma jappoġġjawx l-awtorizzazzjonijiet jinkludu nuqqas ta' rispett għall-prinċipju ta' prekawzjoni fil-proċess tal-awtorizzazzjoni u tħassib xjentifiku relatat mal-valutazzjoni tar-riskju; |
AB. |
billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza l-OĠM; |
AC. |
billi mhija meħtieġa l-ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista' ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell (22); |
1. |
Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003; |
2. |
Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha; |
4. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni, f'ittra tal-11 ta' Settembru 2020 lill-Membri, finalment irrikonoxxiet il-ħtieġa li titqies is-sostenibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar l-OĠM (24); jesprimi, madankollu, id-diżappunt kbir tiegħu li, minn dakinhar il-Kummissjoni kompliet tawtorizza l-OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet kontinwi mill-Parlament u l-vot kontra mill-maġġoranza tal-Istati Membri; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni timxi 'l quddiem bl-akbar urġenza rigward l-iżvilupp ta' kriterji ta' sostenibbiltà, bl-involviment sħiħ tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif se jitwettaq dan il-proċess u f'liema perjodu ta' żmien; |
6. |
Itenni l-appelli tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi sakemm ir-riskji għas-saħħa assoċjati mar-residwi jkunu ġew investigati b'mod komprensiv fuq bażi ta' każ b'każ, li jirrikjedi valutazzjoni sħiħa tar-residwi mill-bexx ta' dawn l-għelejjel ĠM b'erbiċidi komplementari, valutazzjoni tal-prodotti ta' dekompożizzjoni tal-erbiċidi u kwalunkwe effett kombinatorju; |
7. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax l-importazzjoni, għall-użu bħala ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal sustanza erbiċida attiva mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni; |
8. |
Jistieden lill-EFSA tinvestiga d-differenzi sostanzjali bejn it-tossini Bt nattivi u dawk espressi permezz ta' transġeni sintetiċi fil-pjanti tal-għelejjel ĠM, u twessa' l-valutazzjoni tar-riskju tagħha sabiex tqis b'mod sħiħ l-interazzjonijiet u l-effetti kombinatorji kollha bejn it-tossini Bt, il-pjanti ĠM u l-kostitwenti tagħhom, ir-residwi mill-bexx bl-erbiċidi komplementari, l-ambjent kif ukoll l-impatti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel; |
9. |
Jistieden lill-EFSA ma taċċettax aktar studji tat-tossiċità bbażati fuq proteini iżolati li x'aktarx ikunu differenti fl-istruttura u fl-effetti bijoloġiċi meta mqabbla ma' dawk prodotti mill-pjanta nnifisha, u tirrikjedi li t-testijiet kollha jitwettqu b'tessuti mill-pjanta ĠM; |
10. |
Jistieden lill-EFSA titlob data dwar l-impatt tal-konsum tal-ikel u l-għalf derivati minn pjanti ĠM fuq il-mikrobijoma intestinali; |
11. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darb'oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU; itenni s-sejħa tiegħu għal abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni li għandhom ikunu akkumpanjati minn memorandum ta' spjegazzjoni li jispjega kif huma jirrispettaw il-prinċipju ta' “la tagħmilx ħsara” (25); |
12. |
Jenfasizza li l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 (26), li ġew adottati fil-Parlament bħala bażi għal negozjati mal-Kunsill, jiddikjaraw li l-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur; jinsisti li l-Kummissjoni tirrispetta din il-pożizzjoni u jistieden lill-Kunsill jipproċedi bil-ħidma tagħha u jadotta approċċ ġenerali dwar dan il-fajl bħala kwistjoni ta' urġenza; |
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar il-valutazzjoni ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON 810 × NK603 u subkombinazzjonijiet, għal użi ta' ikel u għalf, fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (l-applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2015-127), EFSA Journal 2021; 19(1):6348, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2021.6348
(4) Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0054). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0055). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0056). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0057). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0069). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0291). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0292). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0293). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0365). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0366). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0367). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0368). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (Testi adottati, P9_TA(2020)0369). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × T304-40 × GHB119 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (Testi adottati, P9_TA(2021)0080). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZIR098 (SYN-ØØØ98-3), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2021)0081). |
(5) Opinjoni tal-EFSA, p. 11, Tabella 4.
(6) Ara, pereżempju, Bonny, S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides:
Overview and Impact”, Environmental Management, Jannar 2016; 57(1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years”, Environmental Sciences Europe; 28 ta' Settembru 2012, Vol. 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(8) https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/active-substances/?event=as.details&as_id=79
(9) Dan huwa tabilħaqq il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fl-EFSA “Rieżami tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005”, EFSA Journal 2018; 16(5):5263, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1). Ara l-premessa 26.
(11) Opinjoni motivata dwar ir-rieżami tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, EFSA Journal 2018; 16(5):5263, p. 4. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5263
(12) Opinjoni tal-EFSA, p. 12.
(13) MacIntosh, S.C., Kishore, G.M., Perlak, F.J., Marrone, P.G., Stone, T.B., Sims, S.R., Fuchs, R.L., “Potentiation of Bacillus thuringiensis insecticidal activity by serine protease inhibitors”, Journal of Agricultural and Food Chemistry, 38, pp. 1145-1152, https://pubs.acs.org/doi/abs/10.1021/jf00094a051
(14) Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals”, Journal of Applied Toxicology, May 2016, 36(5), pp. 630 648, https://onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.1002/jat.3252
(15) Parenti, M.D., Santoro, A., Del Rio, A., Franceschi, C., “Literature review in support of adjuvanticity/immunogenicity assessment of proteins”, EFSA Supporting Publications, Jannar 2019, 16(1): 1551, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/abs/10.2903/sp.efsa.2019.EN-1551
(16) Ara, pereżempju, Hilbeck, A., Otto, M., “Specificity and combinatorial effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in the context of GMO environmental risk assessment”, Frontiers in Environmental Science 2015, 3:71, https://doi.org/10.3389/fenvs.2015.00071
(17) Hilbeck, A., Defarge, N., Lebrecht, T., Bøhn, T., “Insecticidal Bt crops. EFSA’s risk assessment approach for GM Bt plants fails by design”, RAGES 2020, p. 4, https://www.testbiotech.org/sites/default/files/RAGES_report Insecticidal%20Bt%20plants.pdf
(18) https://www.dtnpf.com/agriculture/web/ag/crops/article/2020/09/29/epa-proposes-phasing-dozens-bt-corn
(19) Douglas, M.R., Tooker, J.F., “Large-Scale Deployment of Seed Treatments Has Driven Rapid Increase in Use of Neonicotinoid Insecticides and Preemptive Pest Management in U.S. Field Crops”, Environmental Science and Technology 2015, 49, 8, pp. 5088-5097, https://pubs.acs.org/doi/10.1021/es506141g
(20) https://www.ohchr.org/EN/Issues/Food/Pages/Pesticides.aspx
(21) https://sdgs.un.org/2030agenda
(22) Il-Kummissjoni “tista'”, u mhux “għandha”, tkompli bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur il-Kumitat ta' Appell, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (l-Artikolu 6(3)).
(23) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi
l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi
l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(24) https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf
(25) Testi adottati, P9_TA(2020)0005, paragrafu 102.
(26) Testi adottati, P9_TA(2020)0364.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/66 |
P9_TA(2021)0336
Qamħirrum ġenetikament modifikat Bt 11 (SYN-BTØ11-1)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt 11 (SYN-BTØ11-1), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D073424/01 – 2021/2761(RSP))
(2022/C 99/08)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt 11 (SYN-BTØ11-1), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D073424/01, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 23(3) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-17 ta' Mejju 2021, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-25 ta' Novembru 2020, u ppubblikata fit-13 ta' Jannar 2021 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”) (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
A. |
billi, fl-24 ta' Settembru 2018, Syngenta Crop Protection NV/SA, ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (“il-qamħirrum ĠM”) għal użi għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni; |
B. |
billi, fil-25 ta' Novembru 2020, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli fir-rigward tat-tiġdid tal-qamħirrun ĠM, li ġiet ippubblikata fit-13 ta' Jannar 2021; billi, fit-28 ta' Jannar 2009, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli fir-rigward tal-awtorizzazzjoni inizjali tal-qamħirrun ĠM, li ġiet ippubblikata fis-17 ta' Frar 2009 (5); |
C. |
billi l-qamħirrum ĠM jagħti tolleranza lill-erbiċidi li fihom il-glufosinat kif ukoll li jipproduċu proteina tal-insettiċidi, “tossina BT”, Cry1Ab li hija tossika għal ċerti pesti lepidopteri (6); |
Nuqqas ta' valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi, tal-metaboliti u tal-effetti cocktail
D. |
billi għadd ta' studji wrew li l-kultivazzjoni ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi twassal għal użu akbar ta' erbiċidi “komplementari”, fil-biċċa l-kbira minħabba t-tfaċċar ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi (7); billi, b'konsegwenza ta' dan, għandu jkun mistenni li l-qamħirrum ĠM ikun espost għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti ta' glufosinat, u li għalhekk il-ħsad jista' jkun fih kwantità ogħla ta' residwi; |
E. |
billi l-glufosinat huwa kklassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-“kriterji ta' limitu” stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018 (9); |
F. |
billi l-valutazzjoni tar-residwi ta' erbiċidi u tal-prodotti ta' diżintegrazzjoni tagħhom misjuba fi pjanti ĠM titqies li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (“il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM”) u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-OĠM; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu diżintegrati mill-pjanta ĠM ikkonċernata, u l-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' diżintegrazzjoni (“metaboliti”), jistgħu jiġu stimolati mill-modifika ġenetika nnifisha; |
G. |
billi, minħabba prattiki agrikoli speċifiċi fil-kultivazzjoni ta' pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, hemm ukoll xejriet speċifiċi ta' applikazzjonijiet, ta' esponiment, ta' okkorrenzi ta' metaboliti speċifiċi u tfaċċar ta' effetti kombinatorji li jirrikjedu attenzjoni speċjali; billi dawn ma ġewx ikkunsidrati mill-EFSA; |
Mistoqsijiet pendenti dwar it-tossini Bt
H. |
billi t-testijiet tossikoloġiċi għall-awtorizzazzjonijiet ĠM jitwettqu b'tossini Bt iżolati; billi ftit li xejn jista' jiġi attribwit għal testijiet tossikoloġiċi mwettqa bil-proteini waħedhom, minħabba l-fatt li t-tossini Bt fl-għelejjel ĠM, bħall-qamħirrun, il-qoton u l-fażola tas-sojja, huma intrinsikament aktar tossiċi minn tossini Bt iżolati; billi dan huwa minħabba li l-inibituri tal-proteażi (PI), preżenti fit-tessut tal-pjanti, jistgħu jżidu t-tossiċità tat-tossini Bt billi jdewmu d-degradazzjoni tagħhom; billi dan il-fenomenu ntwera f'għadd ta' studji xjentifiċi, inkluż wieħed imwettaq għal Monsanto 30 sena ilu li wera li anke l-preżenza ta' livelli estremament baxxi ta' PI saħħet it-tossiċità tat-tossini Bt sa 20 darba (10); |
I. |
billi dawk l-effetti ma jitqisux fil-valutazzjonijiet tar-riskju tal-EFSA, minkejja li huma rilevanti għall-pjanti Bt kollha approvati għall-importazzjoni jew għall-kultivazzjoni fl-Unjoni; billi r-riskji li jirriżultaw minn din it-tossiċità msaħħa minħabba l-interazzjoni bejn it-tossini PI u Bt, għall-bnedmin u għall-annimali li jikkunsmaw ikel u għalf li fihom it-tossini Bt ma jistgħux jiġu esklużi; |
J. |
billi għadd ta' studji juru li ġew osservati effetti kollaterali li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal tossini Bt u li xi tossini Bt jista' jkollhom karatteristiċi aġġuvanti (11), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħra li jiġu f'kuntatt magħhom; |
K. |
billi l-valutazzjoni tal-interazzjoni potenzjali ta' residwi tal-erbiċidi u l-metaboliti tagħhom mat-tossini Bt titqies li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju; billi dan huwa problematiku peress li r-residwi mill-bexx bil-glufosinat huma magħrufa li jiddisturbaw il-mikrobijoma li, pereżempju, jistgħu jżidu r-reazzjonijiet immuni flimkien mat-tossini Bt (12); |
Għelejjel Bt: effetti fuq organiżmi mhux fil-mira u żieda fir-reżistenza
L. |
billi, għall-kuntrarju tal-użu ta' insettiċidi, fejn l-esponiment ikun fil-ħin tal-bexx u għal żmien limitat wara, l-użu ta' għelejjel Bt ĠM iwassal għal esponiment kontinwu tal-organiżmi fil-mira u dawk li mhux fil-mira għat-tossini Bt; |
M. |
billi s-suppożizzjoni li t-tossini Bt juru modalità ta' azzjoni waħda speċifika għall-mira ma tistax tibqa' titqies bħala korretta u l-effetti fuq organiżmi mhux fil-mira ma jistgħux jiġu esklużi (13) billi numru dejjem jiżdied ta' organiżmi mhux fil-mira huma rrappurtati li huma affettwati b'ħafna modi; billi 39 pubblikazzjoni rieżaminati bejn il-pari li jirrappurtaw effetti negattivi sinifikanti tat-tossini Bt fuq ħafna speċijiet “barra mill-firxa” jissemmew f'ħarsa ġenerali reċenti (14); billi firxa tal-organiżmi li mhumiex fil-mira fl-Unjoni jistgħu jiġu esposti għat-tossini Bt permezz tat-tixrid, l-iskart u d-demel li jirriżultaw mill-importazzjoni tal-għejjel Bt; billi fil-valutazzjoni tar-riskju ma ġie evalwat l-ebda effett fuq organiżmi mhux fil-mira; |
N. |
billi l-valutazzjoni tar-riskju ma qisitx l-iżvilupp ta' reżistenza fil-pesti fil-mira għat-tossini Bt, li possibbilment jirriżulta fl-użu ta' pestiċidi anqas sikuri għall-ambjent jew għal żieda fid-dożi u l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-għelejjel ĠM fil-pajjiż tal-kultivazzjoni; billi, l-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Istati Uniti qed tippjana li tneħħi b'mod gradwali bosta ibridi tal-qamħirrum Bt, kif ukoll xi varjetajiet tal-qoton Bt, fit-tliet snin sa ħames snin li ġejjin, minħabba ż-żieda fir-reżistenza tal-insetti għal tali għelejjel (15); |
O. |
billi, filwaqt li ġie ddikjarat li l-użu tal-għelejjel Bt iwassal għal tnaqqis fl-użu tal-insettiċidi, studju li sar fl-Istati Uniti (16), sab li “diversi analiżijiet dwar l-influwenza tal-għelejjel Bt fuq ix-xejriet tal-użu tal-pestiċidi ma jidhrux li qiesu t-trattamenti taż-żerriegħa u għalhekk setgħu enfasizzaw wisq it-tnaqqis fl-użu tal-insettiċida (speċjalment rigward ‘iż-żona ttrattata’) assoċjat mal-għelejjel Bt”; |
P. |
billi l-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB tan-NU), li tagħmilha ċara li kemm il-pajjiżi li jesportaw kif ukoll dawk li jimportaw għandhom responsabbiltajiet internazzjonali fir-rigward tad-diversità bijoloġika; |
Kummenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
Q. |
billi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bagħtu diversi kummenti lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur (17); billi dawk il-kummenti jinkludu kritika dwar it-tiftix fil-letteratura mwettaq mill-applikant, li r-rapporti ta' monitoraġġ tal-qamħirrum ĠM għall-perjodu ta' awtorizzazzjoni għandhom nuqqasijiet serji u li d-data dwar il-livelli ta' residwi tal-glufosinate, inklużi l-metaboliti rilevanti, fil-materjal tal-pjanti mill-istudji fuq il-post tappoġġja l-valutazzjoni tal-ikel, tal-għalf u tas-sikurezza ambjentali; billi awtorità kompetenti waħda talbet valutazzjoni ta' liema impatti għandha l-għalla ĠM fuq il-bijodiversità fil-pajjiżi produtturi u esportaturi, inkluż dwar kif l-importazzjoni ta' din l-għalla tinfluwenza l-għażla tal-għelejjel fl-Unjoni, u qajmet ukoll il-kwistjoni etika ta' jekk komodità li l-kultivazzjoni tagħha se tinvolvi l-esponiment tal-operaturi għall-glufosinate li huwa tossiku għar-riproduzzjoni u li ma għadux awtorizzat fl-Unjoni, għandhiex tiġi awtorizzata għall-importazzjoni fl-Unjoni; |
Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni
R. |
billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jipprovdi li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qiegħda titqies fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha; billi dawn il-fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (“SDGs”) tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u l-KDB tan-NU; |
S. |
billi f'rapport tal-2017 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel instab li, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa (18); billi l-Mira tal-SDG 3.9 tan-NU għandha l-għan, li sal-2030, tnaqqas b'mod sostanzjali l-għadd ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u tniġġis u kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija (19); billi l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-qamħirrum ĠM iżżid id-domanda għal din l-għalla ttrattata b'erbiċida li hija tossika għar-riproduzzjoni u li ma għadhiex awtorizzata għall-użu fl-Unjoni, u b'hekk iżżid l-esponiment tal-ħaddiema f'pajjiżi terzi; billi r-riskju ta' żieda fl-esponiment tal-ħaddiema huwa ta' tħassib partikolari fir-rigward ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi, meta jitqiesu l-volumi akbar ta' erbiċidi użati; |
Proċess deċiżjonali mhux demokratiku
T. |
billi l-votazzjoni fis-17 ta' Mejju 2021 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; |
U. |
billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku; |
V. |
billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew diġà adotta 18-il oġġezzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi r-raġunijiet li għalihom l-Istati Membri ma jappoġġjawx l-awtorizzazzjonijiet jinkludu nuqqas ta' rispett għall-prinċipju ta' prekawzjoni fil-proċess tal-awtorizzazzjoni u tħassib xjentifiku relatat mal-valutazzjoni tar-riskju; |
W. |
billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza l-OĠM; |
X. |
billi mhija meħtieġa l-ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista' ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell (20); |
1. |
Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003; |
2. |
Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha; |
4. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni, f'ittra tal-11 ta' Settembru 2020 lill-Membri, finalment irrikonoxxiet il-ħtieġa li titqies is-sostenibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar l-OĠM (22); jesprimi, madankollu, id-diżappunt kbir tiegħu li, minn dakinhar il-Kummissjoni kompliet tawtorizza l-OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet kontinwi mill-Parlament u l-vot kontra mill-maġġoranza tal-Istati Membri; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni timxi 'l quddiem bl-akbar urġenza rigward l-iżvilupp ta' kriterji ta' sostenibbiltà, bl-involviment sħiħ tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif se jitwettaq dan il-proċess u f'liema perjodu ta' żmien; |
6. |
Itenni l-appelli tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi sakemm ir-riskji għas-saħħa assoċjati mar-residwi jkunu ġew investigati b'mod komprensiv fuq bażi ta' każ b'każ, li jirrikjedi valutazzjoni sħiħa tar-residwi mill-bexx ta' dawn l-għelejjel ĠM b'erbiċidi komplementari, valutazzjoni tal-prodotti ta' dekompożizzjoni tal-erbiċidi u kwalunkwe effett kombinatorju; |
7. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax l-importazzjoni, għall-użu bħala ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal sustanza erbiċida attiva mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni; |
8. |
Jistieden lill-EFSA tinvestiga d-differenzi sostanzjali bejn it-tossini Bt nattivi u dawk espressi permezz ta' transġeni sintetiċi fil-pjanti tal-għelejjel ĠM, u twessa' l-valutazzjoni tar-riskju tagħha sabiex tqis b'mod sħiħ l-interazzjonijiet u l-effetti kombinatorji kollha bejn it-tossini Bt, il-pjanti ĠM u l-kostitwenti tagħhom, ir-residwi mill-bexx bl-erbiċidi komplementari, l-ambjent kif ukoll l-impatti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel; |
9. |
Jistieden lill-EFSA ma taċċettax aktar studji tat-tossiċità bbażati fuq proteini iżolati li x'aktarx ikunu differenti fl-istruttura u fl-effetti bijoloġiċi meta mqabbla ma' dawk prodotti mill-pjanta nnifisha, u tirrikjedi li t-testijiet kollha jitwettqu b'tessuti mill-pjanta ĠM; |
10. |
Jistieden lill-EFSA titlob data dwar l-impatt tal-konsum tal-ikel u l-għalf derivati minn pjanti ĠM fuq il-mikrobijoma intestinali; |
11. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darb'oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU; itenni s-sejħa tiegħu għal abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni li għandhom ikunu akkumpanjati minn memorandum ta' spjegazzjoni li jispjega kif huma jirrispettaw il-prinċipju ta' “la tagħmilx ħsara” (23); |
12. |
Jenfasizza li l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 (24), li ġew adottati fil-Parlament bħala bażi għal negozjati mal-Kunsill, jiddikjaraw li l-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur; jinsisti li l-Kummissjoni tirrispetta din il-pożizzjoni u jistieden lill-Kunsill jipproċedi bil-ħidma tagħha u jadotta approċċ ġenerali dwar dan il-fajl bħala kwistjoni ta' urġenza; |
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 għat-tiġdid ta' awtorizzazzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO RX-016), EFSA Journal 2021; 19(1):6347, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2021.6347
(4) Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0054). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0055). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0056). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0057). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0069). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0291). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0292). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0293). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0365). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0366). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0367). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0368). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0369). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × T304-40 × GHB119 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (Testi adottati, P9_TA(2021)0080). |
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZIR098 (SYN-ØØØ98-3), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2021)0081). |
(5) L-Opinjoni tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati rigward ir-referenza għall-applikazzjoni EFSA-GMO-RX-Bt11 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta' prodotti eżistenti magħmula mill-qamħirrum ġenetikament modifikat reżistenti għall-insetti Bt11, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Syngenta, EFSA Journal 2009; 7(2):977, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/977
(6) Opinjoni tal-2009 tal-EFSA, p. 2.
(7) Ara, pereżempju, Bonny, S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides:
Overview and Impact”, Environmental Management, Jannar 2016; 57(1), pp. 31-48,
https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years”, Environmental Sciences Europe; 28 ta' Settembru 2012, Vol. 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal 21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(9) https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/active-substances/?event=as.details&as_id=79
(10) MacIntosh, S.C., Kishore, G.M., Perlak, F.J., Marrone, P.G., Stone, T.B., Sims, S.R., Fuchs, R.L., “Potentiation of Bacillus thuringiensis insecticidal activity by serine protease inhibitors”, Journal of Agricultural and Food Chemistry, 38, pp. 1145-1152, https://pubs.acs.org/doi/abs/10.1021/jf00094a051
(11) Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals”, Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5), pp. 630 648, https://onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.1002/jat.3252
(12) Parenti, M.D., Santoro, A., Del Rio, A., Franceschi, C., “Literature review in support of adjuvanticity/immunogenicity assessment of proteins”, EFSA Supporting Publications, Jannar 2019, 16(1): 1551, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/abs/10.2903/sp.efsa.2019.EN-1551
(13) Ara, pereżempju, Hilbeck, A., Otto, M., “Specificity and combinatorial effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in the context of GMO environmental risk assessment”, Frontiers in Environmental Science 2015, 3:71, https://doi.org/10.3389/fenvs.2015.00071
(14) Hilbeck, A., Defarge, N., Lebrecht, T., Bøhn, T., “Insecticidal Bt crops. EFSA's risk assessment approach for GM Bt plants fails by design”, RAGES 2020, p. 4, https://www.testbiotech.org/sites/default/files/RAGES_report-Insecticidal%20Bt%20plants.pdf
(15) https://www.dtnpf.com/agriculture/web/ag/crops/article/2020/09/29/epa-proposes-phasing-dozens-bt-corn
(16) Douglas, M.R., Tooker, J.F., “Large-Scale Deployment of Seed Treatments Has Driven Rapid Increase in Use of Neonicotinoid Insecticides and Preemptive Pest Management in U.S. Field Crops”, Environmental Science and Technology 2015, 49, 8, pp. 5088-5097, https://pubs.acs.org/doi/10.1021/es506141g
(17) Il-kummenti tal-Istati Membri dwar il-qamħirrum ĠM jistgħu jiġu kkonsultati fir-reġistru tal-mistoqsijiet tal-EFSA:
http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/login?
(18) https://www.ohchr.org/EN/Issues/Food/Pages/Pesticides.aspx
(19) https://sdgs.un.org/2030agenda
(20) Il-Kummissjoni “tista'”, u mhux “għandha”, tkompli bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur il-Kumitat ta' Appell, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (l-Artikolu 6(3)).
(21) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi
l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi
l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(22) https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf
(23) Testi adottati, P9_TA(2020)0005, paragrafu 102.
(24) Testi adottati, P9_TA(2020)0364.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/73 |
P9_TA(2021)0337
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – ġlieda kontra l-frodi – rapport annwali 2019
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – ġlieda kontra l-frodi – rapport annwali 2019 (2020/2246(INI))
(2022/C 99/09)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 310(6) u 325(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti annwali preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta' Settembru 2020 bit-titolu “Il-31 Rapport Annwali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Il-ġlieda kontra l-frodi – 2019” (COM(2020)0363) u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjawh (SWD(2020)0156, SWD(2020)0157, SWD(2020)0158, SWD(2020)0159 u SWD(2020)0160), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-2019 tal-OLAF u r-rapport ta' attività tal-Kumitat ta' Sorveljanza tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (2) (ir-Regolament dwar l-OLAF), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2223 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (3), |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) tas-26 ta' Ġunju 2019 fil-Kawża T-617/17, Vialto Consulting Kft. vs Il-Kummissjoni (4), |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (is-Sitt Awla) tas-6 ta' Ġunju 2019 fil-Kawża T-399/17, Dalli vs Il-Kummissjoni (5) u s-sentenza tal-Qorti (l-Ewwel Awla) tal-25 ta' Frar 2021 fil-Kawża C-615/19 P, Dalli vs Il-Kummissjoni, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Mejju 2020 fil-Kawża T-290/18, Agmin Italy SpA vs Il-Kummissjoni (6), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (7), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 01/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-10 ta' Jannar 2019 bit-titolu “Il-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE: jeħtieġ li tittieħed azzjoni”, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 06/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tas-16 ta' Mejju 2019 bit-titolu “L-indirizzar tal-frodi fl-infiq fil-qasam tal-Koeżjoni tal-UE: jeħtieġ li l-awtoritajiet maniġerjali jsaħħu l-identifikazzjoni, ir-rispons u l-koordinazzjoni”, |
— |
wara li kkunsidra l-istampa ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tad-9 ta' Ottubru 2018 bit-titolu “Awditu tal-UE fil-qosor 2017: Preżentazzjoni tar-Rapporti Annwali 2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri”, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-esperti mfassal għall-Kummissjoni fl-10 ta' Settembru 2020, bit-titolu “Study and Reports on the VAT Gap in the EU-28 Member States: 2020 Final Report” (Studju u Rapporti dwar id-diskrepanza tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE-28: Rapport Finali 2020), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (8) (id-Direttiva PIF), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (9), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2019/1798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 li taħtar il-Kap Prosekutur Ewropew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (10), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar ir-rieżami tal-Unjoni Ewropea skont il-Mekkaniżmu ta' Rieżami tal-Implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC) (COM(2020)0793), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-rwol tal-informaturi fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE (11), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (12), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (13), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2019 bit-titolu “L-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi: azzjoni iktar b'saħħitha għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE” (COM(2019)0196), |
— |
wara li kkunsidra l-implimentazzjoni kontinwa tal-programm Erkole III, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 (14), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda l-Kriminalità Organizzata 2021-2025 (COM(2021)0170), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0209/2021), |
A. |
billi l-Istati Membri u l-Kummissjoni de jure għandhom responsabbiltà kondiviża, u jeħtiġilhom jaħdmu mill-qrib flimkien biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jiġġieldu l-frodi u l-korruzzjoni; billi l-awtoritajiet tal-Istati Membri de facto amministraw madwar 74 % tan-nefqa tal-UE u ġabru r-riżorsi proprji tradizzjonali (RPT) tal-Unjoni fir-rigward tal-baġit tal-UE għall-2019; |
B. |
billi l-Kummissjoni għandha taqdi r-responsabbiltajiet rispettivi tagħha f'reġim ta' ġestjoni kondiviża f'dawk li huma superviżjoni, kontroll u awditjar, hija għandha biss il-kapaċità li timmonitorja biss madwar 10 % tan-nefqa totali; |
C. |
billi l-Artikolu 310(6) TFUE jgħid li “l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 325, jiġġieldu l-frodi u kwalunkwe attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni”; billi l-Artikolu 325(2) TFUE jgħid li “[l]-Istati Membri għandhom jieħdu l-istess miżuri sabiex jikkumbattu l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bħal ma jieħdu sabiex jikkumbattu l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tagħhom stess”; billi l-Artikolu 325(3) TFUE jgħid li “l-Istati Membri għandhom jikkordinaw l-azzjoni tagħhom li tkun immirata sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi” u li, għal dan l-għan, “għandhom jorganizzaw, flimkien mal-Kummissjoni, koperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti”; billi skont l-Artikolu 325(4) TFUE, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha tiġi kkonsultata dwar kull miżura li għandha tiġi adottata mil-leġiżlatur fl-oqsma ta' prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE; |
D. |
billi skont l-Artikolu 83 TFUE l-korruzzjoni hija wieħed mir-reati partikolarment gravi b'dimensjoni transkonfinali; |
E. |
billi jeħtieġ li titqies b'mod adegwat id-diversità tas-sistemi ġuridiċi u amministrattivi tal-Istati Membri biex tinħoloq sistema amministrattiva u ta' rappurtar aktar unifikata fl-UE u biex jiġu evitati b'mod effikaċi l-irregolaritajiet u jkunu miġġielda l-frodi u l-korruzzjoni b'riżultati aktar konkreti u sodisfaċenti; |
F. |
billi l-VAT hija sors ta' dħul importanti għall-baġits nazzjonali u billi r-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT ikkostitwew 11,97 % tad-dħul tal-baġit totali tal-UE fl-2019; |
G. |
billi l-każijiet sistematiċi, istituzzjonalizzati u ta' livell għoli ta' korruzzjoni u t-tentattivi deliberati biex idgħajfu s-sistema ta' ekwilibriju ta' setgħat u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet responsabbli mill-monitoraġġ u mill-kontroll tal-finanzi f'ċerti Stati Membri jagħmlu ħsara gravi lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li joħolqu theddida għad-demokrazija, għad-drittijiet fundamentali u għall-istat tad-dritt; ifakkar fl-impatt dannuż tal-korruzzjoni fuq il-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE fl-istituzzjonijiet; |
H. |
billi, skont il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-għarfien tal-Kummissjoni dwar il-kobor, in-natura u l-kawżi tal-frodi huma insuffiċjenti, u mhux il-frodi potenzjali kollha jiġu rrappurtati fis-sistema ta' ġestjoni tal-irregolaritajiet; |
I. |
billi l-korruzzjoni tħalli effetti fuq l-Istati Membri kollha f'diversi livelli u mhux biss tirrappreżenta piż fuq l-ekonomija tal-UE, iżda wkoll timmina d-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-Ewropa kollha kemm hi; |
Aspetti ġenerali
1. |
Jilqa' pożittivament il-31 rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u l-ġlieda kontra l-frodi (Rapport PIF), li jissottolinja r-riżultati li nkisbu saru fl-2019 fir-rigward tal-konsolidament tal-qafas istituzzjonali dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet fil-livell tal-UE, partikolarment it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta' 18-il Stat Membru tal-miżuri previsti fid-Direttiva PIF sa tmiem is-sena, filwaqt li erba' Stati Membri oħrajn għamlu dan qabel Ġunju 2020; jistieden lill-Istati Membri kollha li fadal jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jiżguraw it-traspożizzjoni sħiħa u korretta tad-direttiva fl-iqsar żmien possibbli; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-proċess ta' traspożizzjoni fl-Istati Membri kollha, u tagħmel użu mill-prerogattivi tagħha biex tagħti bidu għal proċeduri ta' ksur meta l-Istati Membri jonqsu milli jikkonformaw mal-proċess ta' traspożizzjoni; |
2. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li fit-3 ta' Diċembru 2020 il-Kummissjoni kellha tibgħat opinjonijiet motivati lill-Irlanda u lir-Rumanija talli naqsu milli jittrasponu d-Direttiva PIF fil-liġi nazzjonali; jinnota li r-Rumanija ttrasponiet id-Direttiva PIF fil-liġi nazzjonali fil-15 ta' Diċembru 2020; |
3. |
Jenfasizza li r-rispett tal-istat tad-dritt huwa kundizzjoni preliminari għall-ġestjoni finanzjarja tajba, inklużi l-allokazzjoni u l-ġestjoni effiċjenti u effikaċi tal-fondi tal-UE u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ġestjoni ħażina; jilqa' b'mod ferm favorevoli, f'dan ir-rigward, l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni; |
4. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni minnufih bdiet taħdem fuq metodoloġija ċara u analiżi tal-każijiet potenzjali; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni, f'diversi okkażjonijiet, sostniet b'mod ċar li se taqdi r-rwol tagħha ta' gwardjan tat-Trattati u tapplika r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 mid-data li fiha jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien bla bżonn, bil-għan li l-ebda każ ma jintilef matul ix-xogħol preparatorju neċessarju fl-ewwel semestru tal-2021; ifakkar li r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 japplika għall-impenji u għall-pagamenti kollha mill-1 ta' Jannar 2021, filwaqt li jipprevedi garanziji għall-benefiċjarji u għad-destinatarji finali; |
Irregolaritajiet frawdolenti u mhux frawdolenti li nqabdu
5. |
Josserva li l-għadd totali ta' irregolaritajiet frawdolenti u mhux frawdolenti rrappurtati fl-2019 ammontaw għal 11 726 każ b'kollox (2 % inqas każijiet milli fl-2018), u involvew valur ta' madwar EUR 1,6 biljun – tnaqqis ta' 34 % meta mqabbel mal-2018; josserva, f'dan ir-rigward, li d-data dwar l-għadd ta' każijiet u l-valur korrispondenti għal kull sena tiġi vvalutata u aġġornata fuq bażi kontinwa u għandha titqies f'perspettiva fit-tul; |
6. |
Jinnota li l-għadd ta' irregolaritajiet maqbuda rrappurtati bħala frawdolenti huwa indikazzjoni tal-kobor ta' irregolaritajiet maqbuda u tal-kapaċità tal-Istati Membri u tal-korpi tal-UE li jinterċettaw frodi potenzjali, iżda mhuwiex indikatur dirett tal-livell ta' frodi li jaffettwa l-baġit tal-UE jew ta' Stat Membru speċifiku; josserva li mhuwiex ċar kemm każijiet ta' irregolaritajiet frawdolenti jibqgħu mhux rappurtati kull sena, u dan jagħmilha ferm diffiċli li tiġi evalwata l-effikaċja tal-attivitajiet tal-ġlieda kontra l-frodi; ifakkar li, fl-2019, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat żewġ rapporti speċjali li fihom issottolinjat in-nuqqasijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-għarfien tagħha dwar il-kobor, in-natura u l-kawżi tal-frodi u identifikat dgħufijiet fl-approċċ strateġiku tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskji ta' frodi, u stednitha tieħu miżuri aktar proattivi biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tiżviluppa metodoloġija biex ittejjeb l-affidabbiltà u tipprovdi stimi iktar preċiżi tal-kobor tal-frodi fl-UE; jinnota li l-qbid u r-rappurtar ta' irregolarità jimplikaw li jkunu ttieħdu miżuri korrettivi sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li, kull meta jkun rilevanti, ikunu nbdew proċeduri kriminali; |
7. |
Jinnota li l-għadd ta' irregolaritajiet frawdolenti rrappurtati fl-2019 (939 każ – 8 % tal-irregolaritajiet kollha) u l-ammonti finanzjarji relatati tagħhom (madwar EUR 461,4 miljun – 28 % tal-ammonti finanzjarji kollha affettwati minn irregolaritajiet) naqsu b'mod sinifikanti meta mqabbla mal-2018; josserva li, fl-2019, l-għadd ta' irregolaritajiet frawdolenti kien 40 % inqas milli fl-2015 u 25 % inqas mill-medja ta' ħames snin għall-perjodu 2015-2019; jinnota li, fl-2019, 514-il irregolarità rrappurtata bħala frawdolenti li kienu relatati man-nefqa rrappreżentaw 0,3 % tal-pagamenti tal-2019, filwaqt li 425 irregolarità rrappurtata bħala frawdolenti li kienu relatati mad-dħul ikkorrispondew għal 0,3 % tal-ammont gross tar-RPT miġbura għall-2019; |
8. |
Iqis il-fatt li l-għadd ta' irregolaritajiet mhux frawdolenti rreġistrati fl-2019 (10 787 każ) baqa' stabbli meta mqabbel mal-2018 filwaqt li l-ammonti finanzjarji involuti naqsu bi 8 % għal madwar EUR 1,2 biljun; jinnota li, fl-2019, 6 550 irregolarità rrappurtata bħala mhux frawdolenti li kienu relatati man-nefqa rrappreżentaw 0,5 % tal-pagamenti tal-2019, filwaqt li 4 237 irregolarità rrappurtata bħala mhux frawdolenti li kienu relatati mad-dħul ikkorrispondew għal 1,5 % tal-ammont gross tar-RPT miġbura għall-2019; |
9. |
Jenfasizza li l-bidla fl-għadd ta' irregolaritajiet frawdolenti u mhux frawdolenti li nqabdu jirrappreżenta sitwazzjoni momentanja li għandha titqies fil-kuntest ta' fatturi sinifikanti oħrajn; jisħaq fuq il-fatt li t-tnaqqis irrappurtat fl-għadd totali ta' każijiet ta' irregolaritajiet kemm frawdolenti kif ukoll mhux frawdolenti jista' jindika żvilupp pożittiv, jiġifieri tnaqqis kumplessiv fl-attività frawdolenti, jew żvilupp negattiv, jiġifieri tnaqqis fil-livell ta' attività frawdolenti maqbuda; |
10. |
Jenfasizza li fil-każ partikolari ta' irregolaritajiet frawdolenti, il-qbid kien ikkonċentrat f'numru żgħir ta' Stati Membri, fatt li jissuġġerixxi approċċi differenti rigward l-użu tad-dritt kriminali biex ikun protett il-baġit tal-UE; jissottolinja u jiddispjaċih bil-fatt li ħafna Stati Membri ma għandhomx liġijiet speċifiċi biex jiġġieldu l-kriminalità organizzata tat-tip mafjuż, li l-involviment tagħha qiegħed dejjem aktar jiżdied f'dawk li huma attivitajiet u setturi transfruntiera li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza dawn id-differenzi bejn l-Istati Membri u tqis miżuri ta' armonizzazzjoni ġodda; |
11. |
Ifakkar li n-nuqqasijiet f'termini ta' validità u komparabbiltà tad-data u t-teknoloġiji ta' rappurtar, bi gradi diversi ta' diġitalizzazzjoni fl-Istati Membri, qegħdin ikompli jostakolaw b'mod gravi l-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fis-sistema ta' ġestjoni tal-irregolaritajiet u fis-sistema OWNRES; jiddispjaċih bil-fatt li l-qbid ta' użu ħażin, frodi u approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-UE huwa, fil-parti l-kbira, limitat għal skoperti inċidentali min-naħa tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Awdituri matul l-awditi tagħhom ibbażati fuq kampjuni jew matul l-investigazzjonijiet imwettqa mill-OLAF; jinsab imħasseb bis-sejbiet ripetuti min-naħa tal-Qorti tal-Awdituri relatati mal-fatt li l-ħidma ta' ċerti awtoritajiet nazzjonali titqies suxxettibbli wisq għall-iżbalji u għaldaqstant inaffidabbli; jenfasizza li dawn in-nuqqasijiet iħallu impatt fuq il-kwalità tad-data rrappurtata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni relatata mal-għadd ta' irregolaritajiet frawdolenti u mhux frawdolenti maqbuda; josserva li tliet Stati Membri ma rrappurtaw l-ebda irregolarità frawdolenti fl-2019 (15); jinsab partikolarment imħasseb bin-nuqqas ta' riżorsi umani u kwalifiki adegwati ta' ċerti awtoritajiet nazzjonali u bin-nuqqas ta' awditi interni; |
12. |
Jissottolinja ż-żieda fir-riskji li l-kriżi tal-COVID-19 ġabet magħha għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE; josserva bi tħassib li aktar minn nofs l-irregolaritajiet frawdolenti ġie rrappurtat minn żewġ Stati Membri u li ċerti Stati Membri regolarment ma jirrappurtaw lanqas każ ta' frodi wieħed; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lil dawn il-każijiet billi tagħmel monitoraġġ u tieħu azzjoni biex tiżgura l-protezzjoni sħiħa tal-baġit tal-UE, u twettaq verifiki każwali u fuq il-post, speċjalment f'ċirkostanzi eċċezzjonali tal-kriżijiet; huwa tal-istess fehma tal-Kummissjoni dwar il-fatt li l-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet hija ta' importanza kbira f'perjodu ta' kriżi (16); |
13. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jikkooperaw aktar mill-qrib fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni, tat-titjib tal-ġbir ta' data u tat-tisħiħ tal-effikaċja tal-kontrolli; jistieden lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, jippubblikaw d-data dwar il-benefiċjarji finali f'format uniformi u li jista' jinqara minn magni, kif ukoll jiżguraw l-interoperabbiltà mal-istrumenti ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tagħmel analiżi bir-reqqa tar-raġunijiet sottostanti u tal-problemi strutturali potenzjali li jikkawżaw id-dgħufijiet sistemiċi persistenti f'termini ta' affidabbiltà tal-ħidma ta' ċerti awtoritajiet nazzjonali u tagħti attenzjoni partikolari lil differenzi potenzjali eventwali bejn is-sistemi tal-pajjiżi; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza rakkomandazzjonijiet ċari speċifiċi għall-pajjiż lill-awtoritajiet nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi djalogu strutturat mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-Qorti tal-Awdituri biex issir ħidma kontinwa fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-iskambju tal-aħjar prattiki biex titjieb l-affidabbiltà tal-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali, u biex il-Parlament jinżamm infurmat bil-progress li jsir; jistieden lill-Kummissjoni toffri sostenn ulterjuri biex titjieb il-kooperazzjoni fl-ambitu tan-network Eurofisc; |
14. |
Itenni, f'dan ir-rigward, l-appell tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi sistema uniformi għall-ġbir ta' data komparabbli dwar l-irregolaritajiet u l-każijiet ta' frodi mill-Istati Membri bil-għan li tistandardizza l-proċess ta' rappurtar u tiżgura l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data pprovduta; |
Dħul – frodi għad-dannu tar-riżorsi proprji
15. |
Jinnota li 425 irregolarità ġew irrappurtati bħala frodi relatati mad-dħul fl-2019 – 21 % inqas mill-medja ta' ħames snin ta' 541 irregolarità fis-sena għall-perjodu 2015-2019; jinnota, barra minn hekk, li l-ammont affettwat tar-RPT stmat u stabbilit (EUR 80 miljun) fl-2019 huwa 19 % inqas mill-medja ta' ħames snin ta' EUR 98 miljun; jinnota li l-ispezzjoni min-naħa tas-servizzi ta' kontra l-frodi kienet l-aktar metodu li kellu suċċess biex jinqabdu l-każijiet frawdolenti; |
16. |
Jinnota li nqabdu u ġew rrappurtati 4 237 irregolarità bħala mhux frawdolenti għall-2019 – 6 % inqas mill-medja ta' ħames snin, u li l-ammont affettwat tar-RPT stmat u stabbilit kien EUR 397 miljun fl-2019, li huwa 3 % inqas mill-medja ta' ħames snin; jinnota, barra minn hekk, li l-irregolaritajiet mhux frawdolenti nqabdu prinċipalment permezz ta' kontrolli ta' wara r-rilaxx; |
17. |
Jenfasizza l-gravità tas-sitwazzjoni attwali rigward il-frodi li tinvolvi n-nuqqas ta' ħlas tal-VAT, b'mod partikolari l-hekk imsejħa frodi karusell; jistieden lill-Istati Membri kollha jipparteċipaw f'kull wieħed mill-oqsma ta' attività tal-Eurofisc sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi; |
18. |
Jinnota mir-Rapport dwar id-Diskrepanza tal-VAT tal-2020 li fl-2018 id-Diskrepanza tal-VAT tal-UE niżlet għal EUR 140 biljun u tista' tinżel għal inqas minn EUR 130 biljun fl-2019; jinsab imħasseb, madankollu, li d-diskrepanza tal-VAT tista' tilħaq il-EUR 164 biljun fl-2020 u jitlob lill-Kummissjoni tispjega fid-dettall jekk din iż-żieda kinitx, b'xi mod, relatata mal-pandemija tal-COVID-19; |
19. |
Jinsab imħasseb ħafna bil-impatt estensiv tal-frodi tal-VAT fuq il-baġit tal-UE kif ukoll fuq il-baġits nazzjonali; jidhirlu li huwa ferm importanti li tkun intensifikata l-ġlieda kontra l-akbar tip ta' frodi tal-VAT – frodi intra-Komunitarja b'negozjant nieqes (MTIC), li tikkorrispondi għal kost annwali stmat ta' EUR 40-60 biljun; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-punti ta' saħħa u ta' dgħufija tas-soluzzjonijiet potenzjali differenti biex tkun indirizzata l-frodi MTIC, partikolarment l-introduzzjoni ta' sistema ta' rappurtar diġitali f'ħin reali bbażat fuq it-tranżazzjonijiet żviluppat mir-riċerkaturi (“TX++”) jew kombinazzjoni tas-sistema tal-VAT definittiva u rappurtar diġitali bbażat fuq it-tranżazzjonijiet f'ħin reali; |
20. |
Josserva li fl-2019 l-Istati Membri rrappurtaw 16-il miżura kontra l-frodi relatata mad-dħul: tmienja fil-qasam tal-frodi doganali, ħamsa fil-qasam tal-frodi tat-taxxa u tlieta li jirrigwardaw il-frodi kemm doganali kif ukoll tat-taxxa; josserva li l-Kummissjoni bdiet proċess ta' evalwazzjoni fl-2019 biex tiddetermina kemm ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (17) huwa utli fil-prevenzjoni tal-frodi doganali; |
21. |
Jinnota li bejn l-2017 u l-2019 il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet fuq il-post dwar l-istrateġija ta' kontroll fil-qasam tal-valur doganali fl-Istati Membri kollha u waslet għall-konklużjoni li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ma kinux protetti b'mod effikaċi, u dan wassal għal telf sinifikanti ta' RTP għall-baġit tal-UE; jinnota li l-OLAF ħareġ rapporti ta' investigazzjoni b'rakkomandazzjonijiet lil sitt Stati Membri li ma implimentawx b'mod sħiħ il-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw is-sottovalutazzjoni frawdolenti b'mod konsistenti; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar l-Istati Membri li setgħu jikkostitwixxu eżempju validu ta' prattiki tajba li għandhom jiġu segwiti u dawk li fihom għad hemm sfidi sinifikanti; |
22. |
Josserva li, kif kien il-każ fl-2017 u fl-2018, fl-2019, il-pannelli solari kienu l-oġġetti l-aktar affettwati mill-frodi u mill-irregolaritajiet f'termini monetarji; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi n-natura sistemika ta' tali frodi u jħeġġeġ bil-qawwa lill-Kunsill u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni inċiżiva f'dan ir-rigward; |
23. |
Josserva li hemm dubji serji dwar l-akkuratezza tal-ammonti relatati mar-RPT (dazji doganali) trasferiti lill-baġit tal-UE mir-Renju Unit b'segwitu tal-investigazzjonijiet li għamel l-OLAF dwar is-sottovalutazzjoni frawdolenti fir-rigward tat-tessuti u taż-żraben impurtati miċ-Ċina fi tranżitu mir-Renju Unit u tal-investigazzjoni li għamlet il-Kummissjoni fil-qafas tal-ġestjoni tar-riżorsi proprji; jikkritika bis-saħħa l-fatt li r-Renju Unit għadu jirrifjuta li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-UE l-ammonti RPT nieqsa matul il-perjodu 2011-2017 (EUR 2,679 biljun gross); jilqa' pożittivament ir-rinviju min-naħa tal-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja, f'Marzu 2019, ta' każ ta' ksur fil-konfront tar-Renju Unit dwar it-telf ta' RPT minħabba importazzjonijiet sottovalutati; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar kwalunkwe żvilupp f'dan ir-rigward; |
24. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar ir-riżerva mhux kwantifikabbli miżmuma mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (DĠ BUDG) tal-Kummissjoni għall-2019, li tindika li l-frodi relatati mas-sottovalutazzjoni għaddew parzjalment għal għand Stati Membri oħra b'ċerti riperkussjonijiet fuq il-ġbir tar-RPT li qegħdin jistennew kwantifikazzjoni definittiva; jinnota li l-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet dwar is-sottovalutazzjoni fl-Istati Membri kollha u vverifikat l-organizzazzjoni tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-kwistjonijiet relatati mas-sottovalutazzjoni, b'mod partikolari rigward it-tessuti u ż-żraben li ġejjin miċ-Ċina; josserva li s-sottovalutazzjoni ta' oġġetti impurtati fl-UE hija u se tibqa' theddida għad-dħul, u din tirrappreżenta problema sinifikanti li se jkollna nsibu tarfha fis-snin li ġejjin; jinnota li l-Kummissjoni se tagħti segwitu li dawn l-ispezzjonijiet u se żżomm lill-Istati Membri finanzjarjament responsabbli mit-telf potenzjali mġarrab; jinsab imħasseb li, skont il-kalkoli proviżorji, it-telf ta' RPT fl-2019 irrappreżenta 1 % tar-RPT totali għas-sena kkonċernata; jitlob lill-Kummissjoni tinforma fil-pront lill-Parlament bis-sejbiet u bil-konsegwenzi tal-ispezzjonijiet tagħha u bil-kalkoli ta' kwantifikazzjoni, ladarba dawn ikunu ġew finalizzati; |
25. |
Itenni li kombinazzjoni ta' metodi ta' qbid differenti (kontrolli fir-rilaxx, kontrolli ta' wara r-rilaxx u spezzjonijiet minn servizzi ta' kontra l-frodi u oħrajn) hija l-aktar mod effiċjenti biex jinqabdu l-frodi u li l-effiċjenza ta' kull metodu tiddependi mill-Istat Membru kkonċernat, mill-effiċjenza tal-koordinament tal-amministrazzjoni tiegħu u mill-kapaċità tas-servizzi rilevanti tal-Istat Membru li jikkomunikaw ma' xulxin; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Kunsill dwar l-Istati Membri li jistgħu jikkostitwixxi eżempju validu ta' prattiki tajba li għandhom jiġu segwiti u dawk li fihom għad hemm sfidi sinifikanti għal titjib; |
26. |
Jinnota li matul l-aħħar ħames snin, ir-rata ta' rkupru annwali fir-rigward tar-RPT varjat bejn 52 % u 66 %, u li r-rata ta' rkupru għall-każijiet irrappurtati fl-2019 bħalissa hija madwar 57 %; jinnota li d-differenzi fir-riżultati tal-irkupru fost l-Istati Membri jistgħu jinqalgħu minn fatturi bħat-tip ta' frodi jew irregolarità jew it-tip ta' debitur involut; jinnota li, minn Marzu 2020, ir-rata kumplessiva ta' rkupru kienet 61 % għas-snin kollha bejn l-1989 u l-2019; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex kull sena tirrapporta l-ammont tar-riżorsi proprji tal-UE rkuprati, skont ir-rakkomandazzjonijiet ifformulati mill-OLAF, u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-ammonti li għad iridu jiġu rkuprati; |
Frodi fir-rigward tan-nefqa
27. |
Jinnota li kien hemm fl-2019 l-irregolaritajiet relatati man-nefqa rrappurtati bħala frawdolenti kienu 514, b'total ta' EUR 381,4 miljun (li jirrappreżentaw 0,3 % tal-pagamenti tal-2019); |
28. |
Jinnota li fl-2019 l-irregolaritajiet relatati man-nefqa rrappurtati bħala mhux frawdolenti kienu 6 550, li jirrappreżentaw 0,5 % tal-pagamenti tal-2019; |
29. |
Josserva li, għal dak li għandu x'jaqsam mal-politika agrikola komuni (PAK), l-irregolaritajiet maqbuda kienu kkonċentrati f'għadd żgħir ta' Stati Membri, l-aktar fil-każ tal-irregolaritajiet frawdolenti, u dan jissuġġerixxi li approċċi differenti fir-rigward tal-użu tad-dritt kriminali għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE jew tal-prattiki ta' rappurtar ta' frodi suspetti jistgħu jkunu fatturi sinifikanti wara d-differenzi bejn l-Istati Membri; josserva li, filwaqt li l-ammonti finanzjarji kumplessivi kienu relattivament stabbli fl-2019, dawk relatati mal-appoġġ dirett żdiedu u dawk relatati mal-iżvilupp rurali naqsu; jinnota, b'mod partikolari, li fil-qasam tal-appoġġ dirett, il-biċċa l-kbira tal-irregolaritajiet maqbuda tirrigwarda l-użu ta' dokumenti jew talbiet għall-għajnuna ffalsifikati, filwaqt li fis-settur tal-iżvilupp rurali ħafna mill-irregolaritajiet maqbuda kienu relatati mal-implimentazzjoni; jinsab inkwetat li l-ħolqien ta' kundizzjonijiet artifiċjali biex jinkiseb appoġġ finanzjarju huwa tip ta' frodi komuni fis-settur tal-appoġġ dirett, li jindika modus operandi fl-ambitu tal-irregolaritajiet frawdolenti li tqajjem kwistjonijiet etiċi u ta' integrità; josserva li kien hemm tnaqqis sinifikanti fl-irregolaritajiet frawdolenti fl-iżvilupp rurali minħabba waqgħa fil-qbid relatat mal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, bi qbil maċ-ċiklu ta' ħajja tal-programmazzjoni, u ta' bidu bil-mod tal-qbid relatat mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, u li għadd akbar ta' irregolaritajiet frawdolenti u mhux frawdolenti baqa' jinqabad fl-iżvilupp rurali meta mqabbel mal-appoġġ dirett; jevidenzja madankollu li l-miżuri tas-suq irreġistraw l-ogħla rata ta' qbid tal-frodi (FDR) (0,87 %), korrispondenti għal aktar minn erba' darbiet dik għall-iżvilupp rurali fir-rigward tal-irregolaritajiet frawdolenti, filwaqt li għall-irregolaritajiet mhux frawdolenti ġiet irreġistrata rata ta' qbid ta' irregolaritajiet (IDR) ta' kważi d-doppju ta' dik għall-iżvilupp rurali; jinnota barra minn hekk li, skont ir-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2017 (18), il-mod li bih il-fondi jiġu żborżati għandu impatt fuq ir-riskju ta' żball u li, b'mod partikolari, l-iżbalji kienu prinċipalment limitati għar-rimborżi tal-ispejjeż, filwaqt li r-r-rata ta' żball għal pagamenti bbażati fuq drittijiet kienet taħt is-soll ta' materjalità tagħna ta' 2 %; |
30. |
Itenni l-appell tiegħu għall-introduzzjoni ta' ammonti massimi tal-pagamenti li persuna fiżika tista' tirċievi mill-ewwel u mit-tieni pilastru tal-PAK kif ukoll għall-fondi ta' koeżjoni; huwa tal-fehma li l-ammonti massimi stabbiliti għal kull persuna fiżika huma ħafna aktar diffiċli biex jiġu evitati; ifakkar li l-benefiċjarji jistgħu jagħmlu xissjoni b'mod artifiċjali tal-kumpaniji tagħhom jew joħolqu kumpaniji addizzjonali li kollha jistgħu jirċievu l-ammont massimu ta' finanzjament biex b'hekk jaħarbu l-limitu stabbilit għal kull persuna ġuridika; jilqa' favorevolment l-intenzjonijiet tal-proposta għall-PAK li l-kumpaniji kollha li jappartjenu għall-istess grupp jingħaddu bħala benefiċjarju wieħed; iqis madankollu li dawn l-isforzi mhumiex biżżejjed peress li strutturi ta' kumpaniji opaki u ferm kumplessi, li spiss jinvolvu entitajiet preżenti f'aktar minn Stat Membru u/jew pajjiż terz wieħed, jagħmluha diffiċli ħafna li jiġi żgurat li l-kumpaniji kollha li jappartjenu għall-istess grupp jiġu identifikati bħala tali u fil-fatt jiġu ttrattati bħala benefiċjarju wieħed u joffru wkoll opportunitajiet oħrajn biex jaħarbu mir-restrizzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fir-proposta ta' reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju (19) proposti relatati mal-ammonti massimi għal kull persuna fiżika tal-fondi PAK u tal-fondi ta' koeżjoni; |
31. |
Itenni t-tħassib tiegħu li s-sussidji tal-PAK ikomplu jinċentivaw il-ħtif tal-art minn strutturi kriminali u oligarkiċi; itenni l-appell urġenti tiegħu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi mekkaniżmu ta' lmenti għall-bdiewa u għall-SMEs li jħabbtu wiċċhom ma' ħtif tal-art, imġiba ħażina gravi min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali, trattament irregolari jew mhux oġġettiv fis-sejħiet għal offerti jew fid-distribuzzjoni ta' sussidji, pressjoni jew intimidazzjoni minn strutturi kriminali, kriminalità organizzata jew strutturi oligarkiċi jew ksur gravi ieħor tad-drittijiet fundamentali tagħhom sabiex jressqu lment direttament lill-Kummissjoni; jilqa' pożittivament il-fatt li mekkaniżmu ta' lmenti bħal dan ġie propost għar-regolament il-ġdid tal-PAK; |
32. |
Jinnota l-kumplessità tal-analiżi tad-data relatata mal-politika ta' koeżjoni u tad-diversi fażijiet tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013; jinnota li l-ammonti finanzjarji rrappurtati huma notevolment aktar baxxi meta mqabbla mal-2018, sena eċċezzjonali, imma t-tendenza tagħhom, bħala medja, hija lejn 'il fuq għall-fondi ta' koeżjoni; jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji u jisħaq fuq il-bżonn li tingħata attenzjoni akbar lit-tnaqqis mhux mistenni, fl-2019, tal-ammonti finanzjarji tal-irregolaritajiet kemm frawdolenti kif ukoll mhux frawdolenti, u, bl-esklużjoni tal-każijiet “eċċezzjonali”, għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 f'dawk li huma l-ammonti finanzjarji involuti fl-irregolaritajiet frawdolenti għall-fondi kollha u b'mod partikolari għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali; jisħaq fuq il-bżonn urġenti li l-Kummissjoni, l-OLAF u l-UPPE jinvestigaw fil-fond jekk il-mudelli ta' rappurtar differenti użati fl-Istati Membri f'termini ta' tendenza biex jinqabdu irregolaritajiet frawdolenti li jinvolvu ammonti finanzjarji għoljin huma b'xi mod jew ieħor marbuta ma' kunflitti ta' interess possibbli tal-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri jew anki ma' attivitajiet kriminali; |
33. |
Jinsab imħasseb ħafna bir-rapporti fil-mezzi ta' komunikazzjoni dwar l-użu mill-ġdid għal finijiet differenti ta' investimenti infrastrutturali kofinanzjati mill-UE wara l-perjodu minimu meħtieġ ta' tliet snin jew ħamsa; jiddispjaċih bl-allegazzjonijiet ta' frodi u arrikkiment personali marbuta ma' dan l-użu mill-ġdid għal finijiet differenti; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma rnexxilhiex tipprovdi informazzjoni addizzjonali biex tneħħi d-dubji li kien għad fadal; jilqa' favorevolment l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħti segwitu adegwat lil dawn l-allegazzjonijiet u jistedinha tirrapporta l-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tanalizza f'liema Stati Membri hemm problemi gravi ta' użu mill-ġdid għal finijiet differenti tal-proġetti infrastrutturali kofinanzjati mill-UE; |
34. |
Iqis li r-rekwiżit ta' durabbiltà minima legali ta' bejn tlieta u ħames snin huwa qasir wisq meta jitqiesu l-ammonti sinifikanti ta' kofinanzjament u l-lonġevità ta' tali proġetti; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-koleġiżlaturi ma ddeċidewx li jintroduċu rekwiżiti itwal ta' durabbiltà matul ir-reviżjoni tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (20); jinnota li hemm differenzi sinifikanti bejn ir-regoli nazzjonali tal-Istati Membri dwar id-durabbiltà tal-investimenti fl-infrastruttura u l-għoti ta' skop ġdid prematur; |
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi bir-reqqa tar-regoli nazzjonali differenti dwar id-durabbiltà tar-rekwiżiti ta' approprjazzjoni ta' investimenti kofinanzjati u l-għoti ta' skop ġdid prematur, kemm għall-infrastruttura kif ukoll għat-tagħmir, b'enfasi partikolari fuq jekk ir-regoli nazzjonali jmorrux lil hinn mir-rekwiżiti minimi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Parlament; |
36. |
Itenni r-rekwiżiti ta' trasparenza għall-PAK u għall-politika ta' koeżjoni, li jobbligaw lill-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri jżommu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku lista tal-benefiċjarji finali; jistieden bis-sħiħ lill-Istati Membri jippubblikaw tali data f'format uniformi li jista' jinqara mill-magni u jiżguraw l-interoperabbiltà tal-informazzjoni; jitlob li l-Kummissjoni tiġbor u taggrega d-data u tippubblika listi tal-ikbar benefiċjarji minn kull fond f'kull Stat Membru; |
37. |
Jinnota li fost l-irregolaritajiet frawdolenti identifikati fl-2019, l-azzjonijiet relatati mal-infrastruttura tas-saħħa kienu affettwati minn ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku, bl-aktar kwistjonijiet komuni identifikati jkunu relatati mad-dokumenti ta' prova: 15-il Stat Membru rrapportaw irregolaritajiet f'azzjonijiet relatati mal-infrastruttura tas-saħħa u sebgħa minnhom ukoll identifikaw frodi; jinnota li n-nuqqas ta' rappurtar ta' irregolaritajiet f'dan il-qasam minn Stati Membri oħra mhuwiex indikazzjoni li dawn ma kinux affettwati minn tali riskji u jistieden lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-UPPE jiżguraw li l-attivitajiet frawdolenti, speċjalment dawk relatati mal-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19, ma jibqgħux mhux solvuti; |
38. |
Jinsab imħasseb dwar rapporti kontinwi mill-Qorti tal-Awdituri u mill-Kummissjoni dwar dgħufijiet persistenti fl-akkwist pubbliku f'diversi Stati Membri; jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi bir-reqqa tal-Istati Membri li għandhom dgħufijiet notevoli dwar ir-raġunijiet sottostanti għal dawn u tispeċifika b'mod preċiż sa liema punt dawn huma minħabba żbalji formali jew frodi u korruzzjoni sistemiċi; huwa tal-fehma li żbalji formali żgħar jeħtieġ li jiġu ttrattati b'mod differenti u li l-Kummissjoni għandha tiffoka aktar fuq il-kwistjonijiet l-aktar severi, bħall-manipulazzjonijiet intenzjonali tal-kriterji tal-offerti biex jiġu ffavoriti l-applikazzjonijiet ta' ċerti offerenti jew offerenti uniċi, il-korruzzjoni relatata mal-għażla tal-offerent, il-kunflitti ta' interess u użu ħażin frawdolenti ieħor; |
39. |
Jindika li hija essenzjali trasparenza totali fil-kontabbiltà tan-nefqa, speċjalment fir-rigward ta' xogħlijiet ta' infrastruttura ffinanzjati direttament minn fondi tal-UE jew minn strumenti finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni tagħti liċ-ċittadini tal-UE aċċess sħiħ għall-informazzjoni dwar il-proġetti kofinanzjati; |
40. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm trasparenza sħiħa meta jitqiesu t-trasferimenti u s-self previsti fi ħdan il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi li l-Parlament ikollu aċċess sħiħ għall-informazzjoni; |
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-ħidma tagħha għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi biex tiżgura li l-flus tal-UE jkomplu jaslu għand il-benefiċjarji intenzjonati u joffru benefiċċji li jkunu effettivi u li jistgħu jiġu evalwati għall-ħajja taċ-ċittadini; |
Id-diġitalizzazzjoni bħala mezz ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE
42. |
Jenfasizza li livell ogħla ta' diġitalizzazzjoni, interoperabbiltà u armonizzazzjoni tar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar fl-Unjoni missha ilha li saret u hija indispensabbli minħabba n-natura transfruntiera ta' użu ħażin, frodi, approprjazzjonijiet ħżiena, kunflitti ta' interess, finanzjament doppju u problemi sistemiċi oħra; jinsab imħasseb, barra minn hekk, dwar il-kontrolli fuq l-istrumenti finanzjarji ġestiti mill-intermedjarji u dwar id-dgħufijiet li dehru fil-verifiki tal-uffiċċji reġistrati tal-benefiċjarji; itenni l-ħtieġa li l-iżborż ta' fondi diretti u indiretti jsir bil-kundizzjoni li tiġi żvelata data dwar is-sjieda effettiva mill-benefiċjarji u mill-intermedjarji finanzjarji; |
43. |
Jiddispjaċih għall-fatt li, skont ir-regoli attwali, in-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-istrutturi tas-sjieda u s-sidien benefiċjarji ta' kumpaniji u gruppi ta' kumpaniji qiegħed jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għan-nuqqas ta' ċarezza dwar kif il-fondi huma attwalment imqassma u dan qiegħed ixekkel l-identifikazzjoni aktar effiċjenti tal-irregolaritajiet; jenfasizza, għal darb' oħra, l-importanza kruċjali ta' data komprensiva, affidabbli u komparabbli għall-kontroll effiċjenti, effikaċi u f'waqtu tal-infiq tal-UE u l-protezzjoni ta' flus il-kontribwenti Ewropej; |
44. |
Itenni l-appell urġenti tiegħu lill-Kummissjoni biex tipproponi bażi ġuridika fir-Regolament Finanzjarju għall-ħolqien ta' sistema diġitali interoperabbli ta' rappurtar u monitoraġġ li tippermetti rappurtar f'waqtu, uniformi u standardizzat mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni kondiviża; jinkoraġġixxi l-użu obbligatorju tal-għodod eżistenti ta' estrazzjoni tad-data u ta' klassifikazzjoni b'punteġġ tar-riskji, bħal Arachne, bħala wieħed mill-elementi tas-sistema ippjanata ta' rappurtar u monitoraġġ; jissottolinja li tali sistema interoperabbli ta' rappurtar u monitoraġġ tippermetti mhux biss l-identifikazzjoni aktar bikrija u aktar effiċjenti ta' użu ħażin, frodi, miżapproprijazzjonijiet, kunflitti ta' interess, finanzjament doppju u problemi sistemiċi oħra, iżda tippermetti wkoll ħarsa ġenerali komprensiva ta' kif il-fondi tal-UE qegħdin jiġu effettivament imqassma u ta' konċentrazzjonijiet potenzjalment mhux intenzjonati f'idejn ftit benefiċjarji oligarkiċi jew saħansitra kriminali aħħarin; |
45. |
Ifakkar li din is-sistema m'għandhiex twassal biex l-awtoritajiet nazzjonali jitgħabbew wisq bil-burokrazija jew li tinħoloq konġestjoni ta' data; jistieden lill-Kummissjoni biex tiddetermina liema indikaturi u data huma verament rilevanti, meħtieġa u proporzjonati għall-finijiet ta' awditjar u kontroll u tilħaq l-għanijiet ta' programmazzjoni maħsuba, u biex tnaqqas l-għadd ta' indikaturi u stadji importanti li jeħtieġ jiddaħħlu fis-sistema; |
46. |
Jinnota li s-sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni (EDES), stabbilita bl-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju, għandha tiżgura sanzjonijiet effettivi fuq persuni jew entitajiet mhux affidabbli billi teskludihom mill-proċeduri ta' għoti u ta' akkwist iffinanzjati mill-baġit tal-UE u billi timponi penali finanzjarji; jiddispjaċih għall-fatt li l-bażi tad-data telenka biss ftit operaturi ekonomiċi – sitta sa Mejju 2021; jappella lill-Kummissjoni biex tirrieżamina l-kriterji bil-ħsieb li tnaqqas il-kumplessità u tagħmel l-EDES aktar applikabbli fil-prattika; |
47. |
Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-estensjoni tal-EDES biex din tapplika għall-fondi taħt ġestjoni kondiviża, b'rispett għall-prinċipji tal-proporzjonalità u l-adegwatezza, fil-proposta tagħha għar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw interoperabbiltà akbar tal-bażijiet tad-data Ewropej u nazzjonali eżistenti u l-għodod tal-estrazzjoni tad-data; jirrikonoxxi li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ma jqis li hemm ebda kwistjoni ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data biex tiġi stabbilita tali interoperabbiltà, dment li jkun hemm bażi ġuridika ċara biex isir dan; |
48. |
Jilqa' r-regoli attwali dwar akkwist-e, li jistipulaw li l-opportunitajiet ta' offerti jridu jiġu ppubblikati fit-Tenders Electronic Daily (TED), id-dokumenti tal-akkwist iridu jkunu aċċessibbli elettronikament b'hyperlinks inklużi fl-avviżi TED, l-operaturi ekonomiċi jridu jippreżentaw offerti b'mod elettroniku u l-awtoritajiet kontraenti jridu jaċċettaw fatturi elettroniċi; |
49. |
Josserva li l-akkwist pubbliku għaddej minn trasformazzjoni diġitali; jilqa' l-proċess ta' tfassil mill-ġdid tal-akkwist pubbliku li jinkludi t-teknoloġiji diġitali; huwa tal-fehma li din ir-riforma għandha tmur lil hinn minn sempliċi tranżizzjoni lejn għodod elettroniċi u għandha tinkludi diversi fażijiet qabel u wara l-għoti; jinsisti li dawn ir-riformi għandhom jippermettu wkoll li approċċi bbażati fuq id-data jiġu integrati f'diversi stadji tal-proċess ta' akkwist; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-ftehimiet qafas mogħtija permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku, billi l-frodi u l-korruzzjoni relatati huma riskju akbar għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
50. |
Josserva li ż-żieda fid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi u regoli ta' trasparenza mtejba jfissru li aktar informazzjoni dwar il-finanzi pubbliċi tal-UE hija disponibbli f'formati elettroniċi; jinnota, barra minn hekk, li l-kapaċità tal-informatika u s-software attwalment disponibbli jippermettu li jiġi pproċessat ammont kbir ta' data kumplessa f'perjodu ta' żmien relattivament qasir, li joħloq potenzjal ġdid għad-detezzjoni tal-frodi bl-użu ta' tekniki speċjalizzati tal-analitika tad-data bħall-big data, l-estrazzjoni tad-data u t-teknoloġiji tal-IA dwar id-data miftuħa; jemmen li l-abbundanza ta' data miftuħa hija opportunità biex jiġi appoġġjat il-ħolqien ta' “sistemi ta' reputazzjoni” affidabbli li jistgħu jgħinu fil-prevenzjoni ta' attivitajiet kriminali; jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq analiżi sistemika biex tinvestiga kif it-teknoloġiji l-ġodda qegħdin jintużaw fil-qasam tad-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi, biex tivvaluta l-limitazzjonijiet tagħhom u biex tfassal proposti dwar kif jista' jittejjeb l-użu tagħhom; |
L-Istrateġija l-Ġdida tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi
51. |
Jilqa' l-Istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi li ġiet adottata fid-29 ta' April 2019; jilqa' l-politika ta' tolleranza żero lejn il-frodi; jilqa' l-introduzzjoni mill-ġdid tas-sorveljanza korporattiva ta' kwistjonijiet ta' frodi tal-Kummissjoni billi l-OLAF jingħata rwol konsultattiv u superviżorju aktar b'saħħtu; ifakkar li l-istrateġija tipprevedi pjan ta' azzjoni vinkolanti għas-servizzi tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi biss, minkejja l-fatt li l-parti l-kbira tar-responsabbiltajiet huma tal-Istati Membri; jitlob approċċ unifikat li għandu jinkludi wkoll l-Istati Membri; |
52. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tirrevedi l-Istrateġija l-ġdida tagħha Kontra l-Frodi biex tirrifletti bis-sħiħ l-operazzjonalizzazzjoni tal-UPPE u r-rwol tiegħu fil-ġlieda kontra l-frodi; |
53. |
Jisħaq fuq l-importanza li tingħata prijorità lill-iżvilupp u l-istabbiliment ta' strateġiji nazzjonali kontra l-frodi (NAFS) mill-Istati Membri kollha, inkluż fid-dawl tal-isfidi l-ġodda miġjuba mill-kriżi tal-COVID-19 u l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza; jinsab imħasseb ħafna li skont is-segwitu għall-2018, 10 Stati Membri biss irrapportaw li adottaw jew jaġġornaw NAFS u kkomunikawhom lill-OLAF, filwaqt li 17-il Stat Membru għadhom ma adottawx waħda (21), b'erbgħa biss minnhom jikkunsidraw li jadottaw jew iħejju strateġija ġdida (22); jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma adottawx NAFS biex jagħmlu dan mingħajr aktar dewmien żejjed; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta n-NAFS li ġew adottati, teżamina għaliex l-Istati Membri għadhom lura fil-proċess ta' adozzjoni tagħhom u tħeġġeġ lill-Istati Membri li fadal biex javvanzaw bl-adozzjoni; |
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)
54. |
Jilqa' l-ftuħ tan-negozjati fl-2019 dwar ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-OLAF fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-UPPE u l-effikaċja tal-investigazzjonijiet tal-OLAF; jilqa' d-dħul fis-seħħ tar-Regolament rivedut (UE, Euratom) 2020/2223 f'Jannar 2021, li jsaħħaħ b'mod sinifikanti r-rwol tal-OLAF u jwitti t-triq għal kollaborazzjoni bla xkiel mal-UPPE; jinnota li r-regoli l-ġodda jinkludu definizzjoni ċara tar-rwoli komplementari taż-żewġ uffiċċji, regoli ċari dwar kif jiġu rrapportati l-każijiet, u jtejbu kif l-OLAF jista' jwettaq l-investigazzjonijiet proprji; jirrikonoxxi li l-qafas legali l-ġdid jagħmel lill-OLAF aktar effikaċi billi jarmonizza r-regoli għall-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post, jippermetti lill-OLAF jaċċessa informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji permezz tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, isaħħaħ ir-regoli li jirregolaw il-ħidma tas-servizzi ta' koordinazzjoni kontra l-frodi fl-Istati Membri u jipprovdi garanziji aħjar għal dawk ikkonċernati mill-investigazzjonijiet tal-OLAF permezz tal-ħolqien ta' kontrollur; |
55. |
Iqis li s-setgħat imsaħħa għall-OLAF, it-tnedija tal-UPPE u l-koordinazzjoni tal-ħidma fis-sistema kollha tal-UE kontra l-frodi għall-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-frodaturi huma pass kbir 'il quddiem fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; jilqa', f'dan ir-rigward, il-konklużjoni ta' arranġamenti ta' ħidma bejn l-UPPE, il-Eurojust u l-Europol, li jistabbilixxu r-regoli ta' kooperazzjoni u kif il-korpi tal-UE ser jaħdmu flimkien fil-ġlieda kontra reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea; |
56. |
Itenni l-valutazzjoni tiegħu dwar l-importanza tal-investigazzjonijiet tal-OLAF u r-rwol tiegħu fil-koordinazzjoni tal-isforzi biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE u tiġi miġġielda l-frodi; |
57. |
Ifakkar li l-OLAF inħoloq mhux biss għal investigazzjonijiet interni iżda wkoll biex jappoġġja l-Istati Membri f'investigazzjonijiet esterni; jenfasizza li wara l-ħolqien tal-UPPE, l-OLAF ser jibqa' l-uniku uffiċċju responsabbli għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE fl-Istati Membri li għażlu li ma jaderux mal-UPPE; ifakkar li filwaqt li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jipprevjeni lill-OLAF milli jniedi investigazzjonijiet meta l-Istati Membri jkunu f'pożizzjoni aħjar biex jaġixxu, dan ma jeskludix lill-OLAF milli jwettaq analiżi ta' każijiet, tendenzi u xejriet rikorrenti u dwar kif il-kapaċità tiegħu li jidentifika dawn il-fenomeni wasslet għal kooperazzjoni msaħħa u azzjonijiet ta' suċċess; |
58. |
Jemmen bis-sħiħ li l-OLAF jeħtieġ li jiġi msaħħaħ b'mezzi baġitarji u ta' persunal biex ikun kompletament kapaċi jwettaq id-dmirijiet tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-investigazzjoni, b'mod partikolari fl-Istati Membri li ma jipparteċipawx fl-UPPE; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li l-OLAF jibqa' sieħeb b'saħħtu u funzjonali għalkollox għall-UPPE; jisħaq fuq il-fatt li l-kooperazzjoni futura bejn l-OLAF u l-UPPE għandha tkun ibbażata fuq kooperazzjoni mill-qrib, skambju effiċjenti ta' informazzjoni u komplementarjetà, filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjonijiet jew kompetenzi konfliġġenti; |
59. |
Itenni l-fatt li l-mandat tal-OLAF huwa li jgħin fit-tfassil u l-iżvilupp ta' metodi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; ifakkar li wieħed mill-elementi ewlenin tal-mandat tal-OLAF huwa li jippromwovi u jikkoordina, mal-Istati Membri u bejniethom, il-kondiviżjoni tal-esperjenza operattiva u tal-aħjar prattiki proċedurali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jiddispjaċih għall-fatt, għalhekk, li fir-Rapport PIF ma ngħatat b'mod espliċitu ebda valutazzjoni tar-riżultati investigattivi tal-OLAF dwar in-nefqa; jistieden lill-OLAF jipprovdi gwida u pariri tanġibbli lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni abbażi tal-analiżi tal-esperjenza investigattiva tiegħu; |
60. |
Jinnota l-arranġament amministrattiv għall-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-OLAF u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ffirmat fl-2019 u jilqa' l-kooperazzjoni aktar strutturata bejn il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-OLAF; |
61. |
Jilqa' l-ftehim bejn l-OLAF u l-koleġiżlaturi, b'kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi tal-Kummissjoni, biex jiġu inklużi dispożizzjonijiet standard dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-leġiżlazzjoni kollha dwar il-programmi ta' nfiq għal wara l-2020, armonizzati skont il-qasam; |
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
62. |
Jilqa' l-ħatra ta' Laura Codruța Kövesi bħala Kap Prosekutur Ewropew fl-2019 u t-tnedija tal-operazzjonijiet tal-UPPE fl-1 ta' Ġunju 2021; jiddispjaċih dwar il-fatt li d-data li fiha l-UPPE kellu jibda jopera kellha tiġi posposta diversi drabi minħabba nuqqas ta' riżorsi finanzjarji u umani u minħabba dewmien kbir fil-ħatra ta' prosekuturi Ewropej u delegati f'xi Stati Membri; jitlob lill-Kummissjoni żżid ir-riżorsi finanzjarji u tal-persunal tal-UPPE biex dan ikun jista' jindirizza l-isfidi li ser jirriżultaw mill-infiq tal-fond ta' rkupru li huwa eċċezzjonalment kbir; |
63. |
Jinnota li l-proċedura ta' ħatra tal-prosekuturi Ewropej delegati tnediet fl-2019 u tlestiet fl-2020, b'22 prosekutur Ewropew jieħdu l-ġurament tagħhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-28 ta' Settembru 2020; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' nominazzjonijiet ta' prosekuturi delegati Ewropej, b'mod partikolari mis-Slovenja, li kkanċellat il-proċess ta' ħatra tagħha, kif ukoll id-dewmien konsiderevoli f'ħafna Stati Membri oħra; jinnota li l-Kap Prosekutur Kövesi tinsab imħassba ħafna dwar in-“nuqqas ċar ta' kooperazzjoni sinċiera” tas-Slovenja wara dewmien fir-reklutaġġ tal-prosekuturi delegati tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja b'mod strett l-Istati Membri li għadhom ma nnominawx il-prosekuturi delegati Ewropej tagħhom jew li ma adattawx il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom għall-operazzjonalizzazzjoni tal-UPPE, fejn meħtieġ, billi tissospendi l-finanzjament tagħhom abbażi tal-Artikolu 63(2) u (8) tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli speċifiċi għas-settur u/jew billi tniedi proċedimenti ta' vjolazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li sa tmiem l-2019, 18-il Stat Membru kienu nnotifikaw lill-Kummissjoni li kienu inkorporaw id-Direttiva PIF fil-liġi nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-almu tagħha biex tinċentiva lill-Istati Membri kollha biex jingħaqdu mal-UPPE u jħeġġeġ lill-ħames Stati Membri li għadhom ma ngħaqdux biex jagħmlu dan mingħajr dewmien żejjed; |
64. |
Ifakkar li skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1696, il-bord tal-għażla għall-ħatra tal-prosekuturi Ewropej jevalwa l-kandidati u jipprovdi lill-Kunsill klassifikazzjoni għall-konsiderazzjoni tiegħu iżda li, skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, mhix vinkolanti; ifakkar li fil-każ tal-kandidati nnominati mill-Belġju, il-Bulgarija u l-Portugall, il-Kunsill ma segwiex l-ordni ta' preferenza tal-bord tal-għażla; ifakkar li fis-27 ta' Lulju 2020, l-Awstrija, l-Estonja, il-Lussemburgu u n-Netherlands ippubblikaw dikjarazzjoni li tistqarr li “trid tiġi evitata kompetizzjoni bejn il-klassifikazzjonijiet tal-bordijiet tal-għażla nazzjonali u l-klassifikazzjoni tal-bord tal-għażla Ewropew, bir-riskju li jitnaqqas il-komponent Ewropew tal-proċedura ta' ħatra”; |
65. |
Jenfasizza bi tħassib kbir in-nuqqas ta' Malta li tinnomina tliet kandidati xierqa għall-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ewropej, u b'hekk dewmet it-tlestija tal-kulleġġ; jesprimi tħassib partikolari, barra minn hekk, dwar ir-rapporti fil-midja li l-Gvern Portugiż ipprovda lill-Kunsill b'informazzjoni żbaljata dwar it-titolu u l-esperjenza tal-kandidat li ġie kklassifikat fit-tieni post mill-bord tal-għażla Ewropew u eventwalment ġie maħtur bħala l-prosekutur Ewropew Portugiż; jesprimi tħassib ulterjuri dwar il-fatt li wieħed mill-kandidati Belġjani li ma ntgħażilx ressaq ilment dwar il-proċedura tal-għażla quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; jiddispjaċih dwar il-fatt li dawn il-kwistjonijiet ħadu preċedenza fuq il-formazzjoni tal-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ewropej u jistieden lill-Istati Membri involuti jipprovdu lill-Parlament bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex jivvaluta bis-sħiħ il-leġittimità tal-proċess tal-għażla; |
66. |
Ifakkar li l-prosekuturi Ewropej u delegati jeħtiġilhom ikunu indipendenti u li kull suspett ta' intervent minn gvern nazzjonali favur kandidat kontra r-rakkomandazzjoni mill-bord tal-għażla Ewropew ikollu riperkussjonijiet gravi u negattivi fuq ir-reputazzjoni, l-integrità u l-indipendenza tal-UPPE bħala istituzzjoni; |
Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni
67. |
Jilqa' l-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1937 (id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi), filwaqt li jinnota li l-iskadenza għat-traspożizzjoni hija s-17 ta' Diċembru 2021; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib u tassisti lill-Istati Membri, filwaqt li tiżgura t-traspożizzjoni sħiħa, korretta u f'waqtha tad-direttiva, u tibda tivvaluta l-implimentazzjoni mill-Istati Membri hekk kif l-iskadenza tkun għaddiet; |
68. |
Jenfasizza l-importanza tal-midja indipendenti u tal-ġurnalisti investigattivi u jtenni l-ħtieġa li dawn jiġu protetti; jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi protezzjonijiet legali serji simili għal dawk ipprovduti għall-informaturi, u tiżviluppa miżuri komprensivi għall-protezzjoni u l-finanzjament tal-ġurnaliżmu investigattiv indipendenti, inkluż mekkaniżmu ta' rispons rapidu għall-ġurnalisti f'diffikultà u leġiżlazzjoni effettiva biex jiġu missielta l-kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs); |
69. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-progress li sar fir-rigward tal-inizjattivi leġiżlattivi u ta' politika tal-Kummissjoni għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, kif ukoll tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni regolari tal-oqfsa legali tal-Istati Membri permezz tar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt li għadu kif ġie stabbilit; ifakkar madankollu, filwaqt li jtenni d-dispjaċir tiegħu li l-Kummissjoni m'għadhiex tqis li huwa meħtieġ li tippubblika rapport speċifiku kontra l-korruzzjoni, li r-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt li għadu kif ġie stabbilit huwa deskrittiv ħafna; jistieden lill-Kummissjoni tamplifika dawn ir-rapporti billi toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar sitwazzjonijiet fejn ikunu ġew identifikati nuqqasijiet; |
70. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar is-sejbiet tar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, li jenfasizza t-tħassib dwar l-effikaċja tal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni tal-każijiet ta' korruzzjoni, inkluż każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli f'diversi Stati Membri, bħall-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Ungerija, Malta u s-Slovakkja; jinsisti li l-korruzzjoni ta' livell għoli għandha tiġi segwita b'mod sistematiku b'azzjoni konsistenti u determinata għat-tnedija ta' investigazzjonijiet kriminali u l-prosekuzzjoni ta' każijiet ta' korruzzjoni li jinvolvu uffiċjali ta' livell għoli jew iċ-ċirku immedjat tagħhom meta jinħarġu allegazzjonijiet serji; |
71. |
Jenfasizza li l-istituzzjonijiet fdati bl-infurzar tal-liġi kriminali jridu jaħdmu b'mod effikaċi u imparzjali u għandhom ikunu mgħammra b'finanzjament, riżorsi umani, kapaċità teknika u għarfien espert speċjalizzat adegwati biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom; |
72. |
Jaċċentwa li l-konnessjoni bejn il-korruzzjoni u l-frodi fl-UE jista' jkollha impatt negattiv fuq il-baġit tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tistabbilixxi network ta' awtoritajiet għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni fl-Unjoni Ewropea; |
73. |
Jilqa' r-rwol tal-Unjoni bħala osservatur fil-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO), filwaqt li jtenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li l-UE ssir membru; jappoġġja bis-sħiħ id-Dikjarazzjoni ta' Stokkolma ta' Diċembru 2019 li tistieden lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet Ewropej iqawwu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; |
74. |
Jinnota li l-bażi ġuridika xierqa biex l-UE ssir membru sħiħ tal-GRECO hija l-Artikolu 83 TFUE flimkien mal-Artikolu 218 TFUE; jinnota li s-sħubija sħiħa tal-UE fil-GRECO tirrikjedi stedina mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa u l-konklużjoni ta' ftehim bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-UE dwar l-arranġamenti għas-sħubija; jinnota li l-proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet applikabbli hija stabbilita fl-Artikolu 218 TFUE għall-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali li permezz tiegħu il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jeħtieġ li jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja l-arranġamenti għas-sħubija fil-GRECO mal-Kunsill tal-Ewropa u jitlob l-approvazzjoni tal-Parlament, u wara dan il-Kunsill jista' jadotta deċiżjoni finali għall-konklużjoni tal-ftehim; |
75. |
Jinnota li fil-każ ta' sħubija sħiħa tal-UE fil-GRECO, l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jiġu mmonitorjati u evalwati mill-grupp ta' stati; jissottolinja li s-sistema ta' evalwazzjoni tal-GRECO għandha tqis in-natura speċifika tal-UE bħala Unjoni bbażata fuq il-prinċipju tal-kompetenzi konferiti, l-istituzzjonijiet tagħha, u l-karatteristiċi partikolari tad-dritt tal-UE; jenfasizza li d-drittijiet u l-obbligi tal-UE fil-GRECO u l-arranġamenti prattiċi għas-sħubija tagħha bħala entità legali distinta, flimkien mal-Istati Membri kollha tagħha, għandhom jiġu ċċarati qabel fil-ftehim dwar l-arranġamenti għas-sħubija; |
76. |
Jinnota li tmien miżuri ta' natura leġiżlattiva, organizzattiva u amministrattiva ġew irrapportati mill-Istati Membri fl-2019 fil-qasam tat-titjib tat-trasparenza, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess fl-akkwist pubbliku; |
77. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi mekkaniżmu intern ta' evalwazzjoni tal-korruzzjoni għall-istituzzjonijiet tal-UE; |
78. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Kap Prosekutur Ġenerali Ċek ikkwota pressjoni permanenti mill-ministru għall-ġustizzja bħala raġunijiet għar-riżenja reċenti tiegħu; jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-vulnerabilitajiet tas-sistema ġudizzjarja Ċeka u teżamina bir-reqqa jekk kwalunkwe każ ieħor li jinvolvi membri tal-Gvern Ċek ġiex irtirat jew ingħalaq qabel il-waqt, potenzjalment wara pressjoni jew interferenza mhux ġustifikata; jistieden lill-Kummissjoni twettaq ukoll analiżi bħal din għall-Istati Membri l-oħra kollha u żżomm lill-Parlament informat dwar is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħha; |
Rakkomandazzjonijiet
79. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi sistema uniformi diġitali u interoperabbli għall-ġbir ta' data komparabbli dwar l-irregolaritajiet u l-każijiet ta' frodi mill-Istati Membri biex tistandardizza l-proċess ta' rappurtar u tiżgura l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data pprovduta; jissottolinja l-importanza li jiġu armonizzati d-definizzjonijiet biex tinkiseb data komparattiva madwar l-UE; |
80. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza sħiħa u l-kwalità tad-data rrappurtata mill-Istati Membri fis-sistema ta' ġestjoni tal-irregolaritajiet; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrappurtaw data kompleta fil-ħin; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jorbtu s-sistema ta' ġestjoni tal-irregolaritajiet mal-EDES u l-Arachne u biex jipprovdu aċċess għaliha lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni; |
81. |
Jikkunsidra li huwa neċessarju għall-Istati Membri li jikkooperaw aktar mill-qrib fir-rigward tal-iskambji ta' informazzjoni, biex itejbu l-ġbir ta' data u biex itejbu l-effikaċja tal-kontrolli; |
82. |
Jenfasizza li l-EDES, bħala l-lista s-sewda tal-UE, għandha potenzjal enormi li timmarka lil nies u kumpaniji li jużaw il-fondi tal-UE b'mod ħażin; jinnota, barra minn hekk, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Mejju 2020 fil-Kawża T-290/18 (Agmin Italy SpA vs Il-Kummissjoni), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-validità tar-rwoli rispettivi tal-bord u tal-uffiċjali awtorizzanti u sabet li l-proċedura kontradittorja mmexxija mill-bord kienet irrispettat bis-sħiħ id-dritt li l-entità kkonċernata tinstema'; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-estensjoni tal-EDES għal fondi taħt ġestjoni kondiviża fil-proposta tagħha għar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni tgħammar lil din is-sistema bir-riżorsi finanzjarji u ta' persunal meħtieġa biex tkun tista' topera fuq bażi full-time; |
83. |
Jiddeplora l-fatt li hemm aktar minn 290 sistema ta' monitoraġġ u rappurtar għall-PAK u għall-fondi ta' koeżjoni, li jagħmilha impossibbli li jiġu vverifikati l-benefiċjarji finali ta' dawn il-fondi u li jiġu evitati u investigati l-frodi u l-korruzzjoni b'mod effettiv; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' rappurtar armonizzata jew unifikata b'data f'waqtha u preċiża, bħala rimedju għal din is-sitwazzjoni; |
84. |
Ifakkar fil-ħtieġa ta' rispons u koordinazzjoni aktar inċiżivi u effettivi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, inkluż kriminalità simili għall-Mafja, b'enfasi partikolari fuq aspetti transnazzjonali u transfruntiera, biex tiġi indirizzata, il-kapaċità kostanti tal-frodaturi li jadattaw għal teknoloġiji u xenarji ġodda; jenfasizza li dan jista' jinkiseb bl-użu ta' għodod tal-IA, għodod tal-estrazzjoni tad-data u għodod diġitalizzati rilevanti oħra, filwaqt li tiġi rrispettata l-protezzjoni tad-data personali; |
85. |
Jenfasizza l-importanza partikolari tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u dawk nazzjonali kontra l-frodi fil-kuntest ta' żieda fir-riżorsi tal-UE permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; ifakkar fl-importanza tal-appoġġ għall-kooperazzjoni fost l-istituzzjonijiet tal-UE, l-UPPE, l-OLAF, l-aġenziji tal-UE, b'mod partikolari l-Europol u l-Eurojust – u l-awtoritajiet nazzjonali, u t-tisħiħ tagħhom, biex il-frodi u l-korruzzjoni jiġu identifikati u indirizzati b'mod aktar effettiv, filwaqt li jiġi żgurat li r-rwoli ma jikkoinċidux u jippromwovu l-iskambju ta' informazzjoni; ifakkar fil-ħtieġa li jiġi żgurat ammont akbar ta' riżorsi u li jkunu aktar xierqa għall-UPPE, l-OLAF u l-aġenziji rilevanti tal-UE fil-baġits futuri; itenni t-talba tiegħu biex l-UPPE jkun jista' juża r-riżorsi finanzjarji fil-baġit tal-2021 għal reklutaġġ addizzjonali tal-persunal, mhux wisq inqas minħabba ż-żieda fl-ammont ta' xogħol mill-adozzjoni tal-baġit fit-tul il-ġdid tal-UE, Next Generation EU u proġetti oħra xprunati mill-ispejjeż; |
86. |
Jenfasizza l-importanza ta' skambju tal-informazzjoni strutturat fost l-awtoritajiet kompetenti għall-kontroverifika tar-rekords kontabilistiċi relatati ma' tranżazzjonijiet bejn żewġ Stati Membri jew aktar, biex tiġi evitata l-frodi transfruntiera li tirriżulta mill-fondi strutturali u ta' investiment; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex fil-programm ta' ħidma tagħha tinkludi proposta leġiżlattiva għal regolament orizzontali dwar l-għajnuna amministrattiva reċiproka fil-qasam tan-nefqa tal-UE; jenfasizza li dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jkun f'format diġitali u mwettaq permezz ta' sistemi tal-IT interoperabbli jew kondiviżi u għodod li jiffaċilitaw kooperazzjoni aktar f'waqtha u effiċjenti; |
87. |
Jiddispjaċih għall-fatt li 13-il Stat Membru biss użaw l-Arachne meta wettqu l-analiżi tar-riskju tagħhom; itenni l-importanza ta' din l-għodda u l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-IT u tal-bażijiet tad-data għall-finijiet tal-analiżi tar-riskju u d-detezzjoni tal-frodi; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-Kunsill b'mod partikolari biex jimxu lejn il-pożizzjoni tal-Parlament li l-użu tal-Arachne jsir obbligatorju; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li s-sistema tiġi pprovduta b'data f'waqtha u affidabbli; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri, l-UPPE u l-OLAF jeħtieġ li jkollhom aċċess għal din id-data; |
88. |
Jinnota li 16-il Stat Membru saħħew l-analiżi tar-riskju biex jidentifikaw il-frodi u l-irregolaritajiet permezz tal-użu ta' għodod tal-IT; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-iskambji ta' prattiki tajba bejn dawn il-pajjiżi u l-Istati Membri li m'għandhomx esperjenza; |
89. |
Jinnota bi tħassib li fir-Rapport PIF ma tingħata ebda informazzjoni dwar l-analiżi ta' każijiet ta' kunflitti ta' interess, minkejja r-rilevanza tad-dispożizzjoni l-ġdida adottata fir-Regolament Finanzjarju fl-2018 u l-importanza rikonoxxuta u l-impatt ta' dan il-fenomenu; jistieden lill-Kummissjoni tneħħi din id-diskrepanza fir-Rapport PIF tagħha li jmiss u tiddedika aktar attenzjoni għall-frodi relatata mal-akkwist pubbliku; |
90. |
Jenfasizza li biex il-korruzzjoni tiġi missielta b'mod effettiv u jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE, il-Kummissjoni għandha tadotta approċċ olistiku, koerenti u sistematiku billi tiżviluppa regoli aħjar dwar it-trasparenza, l-inkompatibbiltajiet u l-kunflitti ta' interess, il-mekkaniżmi ta' kontroll intern, il-lobbying illeġittimu u x-xenarji ta' revolving doors, li jistgħu jkunu ta' detriment għar-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u r-rappreżentanti ta' grupp ta' interess; |
91. |
Jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi ġodda kif ir-Rapport PIF jista' jiġi kondiviż u analizzat flimkien ma' sorsi ta' informazzjoni oħra u rapporti annwali bħar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt, inkluż permezz ta' djalogu mtejjeb bejn il-Europol, il-Eurojust u l-UPPE, biex tgħin fl-identifikazzjoni tax-xejriet fl-irregolaritajiet frawdolenti u mhux frawdolenti, biex jiġu identifikati d-dgħufijiet u jiġu pprovduti tagħlimiet utli għat-titjib tal-adozzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni kontra l-frodi mill-partijiet ikkonċernati kollha; |
92. |
Jilqa' b'interess l-avvenimenti organizzati mill-OLAF fl-2019 iddedikati speċifikament għall-appoġġ ta' pajjiżi li mhumiex fl-UE; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra kollha tal-UE fdati bil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, biex jinvolvu ruħhom b'mod attiv u jikkollaboraw mal-awtoritajiet sħab fil-pajjiżi kandidati, fil-pajjiżi kandidati potenzjali u fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, billi jippromwovu miżuri li jindirizzaw b'mod effettiv il-każijiet possibbli ta' frodi; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mekkaniżmi speċifiċi u regolari biex tipprevjeni u tiġġieled b'mod effikaċi l-frodi li jagħmlu ħsara lill-fondi tal-UE f'dawn l-Istati; |
93. |
Jiddispjaċih għall-fatt li l-Parlament ripetutament irid jindirizza diversi rakkomandazzjonijiet mingħajr ma jirċievi tweġiba ċara mill-Kummissjoni; jinnota b'dispjaċir li, fir-rigward ta' xi osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni ma ħadet ebda azzjoni jew miżura tanġibbli; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament spjegazzjoni ċara kull meta tiddeċiedi li ma ssegwix waħda mir-rakkomandazzjonijiet tiegħu; |
o
o o
94. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.
(2) ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.
(3) ĠU L 437, 28.12.2020, p. 49.
(4) ĠU C 295, 2.9.2019, p. 24.
(5) ĠU C 255, 29.7.2019, p. 31.
(6) ĠU C 215, 29.6.2020, p. 29.
(7) ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17.
(8) ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29.
(9) ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.
(10) ĠU L 274, 28.10.2019, p. 1.
(11) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 56.
(12) ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(13) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.
(14) ĠU L 172, 17.5.2021, p. 110.
(15) Ċipru, Lussemburgu u Malta.
(16) Rapport PIF, Kapitolu 10.2, p. 31.
(17) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
(18) Qorti Ewropea tal-Awdituri, Awditu tal-UE fil-qosor 2017: Preżentazzjoni tar-Rapporti Annwali 2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, p. 11.
(19) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(20) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(21) Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, Ċipru, il-Lussemburgu, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Iżvezja.
(22) Il-Belġju, Spanja, in-Netherlands u r-Rumanija.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/88 |
P9_TA(2021)0338
L-impatt tal-parks eoliċi fuq il-baħar u ta' sistemi oħra ta' enerġija rinnovabbli fuq is-settur tas-sajd
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-impatt tal-parks eoliċi fuq il-baħar u ta' sistemi oħra ta' enerġija rinnovabbli fuq is-settur tas-sajd (2019/2158(INI))
(2022/C 99/10)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640), |
— |
wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030, stabbilita fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 intitolata “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna” (COM(2020)0380), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Mejju 2020 għal interazzjonijiet pożittivi bejn il-parks eoliċi fuq il-baħar u s-sajd, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Ekonomija Blu 2020 tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2020 intitolata “It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 – Ninvestu f'futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-popli tagħna” (COM(2020)0562), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2020 bit-titlu “Strateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima” (COM(2020)0741), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (1), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu (2) (“Direttiva dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu”), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) li saret f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2018 dwar il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna fil-kuntest tal-SDGs 2030 (4), |
— |
wara li kkunsidra s-servizzi ta' mmappjar “EMODnet Human Activities Vessels Density Mapping – Service, 2019” u “Offshore Renewable Energy Developments – 2018” tas-Sistema ta' Ġestjoni tad-Data u tal-Informazzjoni OSPAR, |
— |
wara li kkunsidra l-parir tal-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana (NSAC) tat-28 ta' Diċembru 2020 dwar l-iżvilupp tal-interazzjonijiet tal-parks eoliċi fuq il-baħar u s-sajd, |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fl-24 ta’ Ġunju 2021 bil-għan li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (5), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju tat-12 ta’ Novembru 2020 mitlub mill-Kumitat għas-Sajd (PECH) dwar l-impatt tal-użu ta' enerġija eolika fuq il-baħar u sorsi oħra ta' enerġija tal-baħar rinnovabbli fuq is-sajd Ewropew, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0184/2021), |
A. |
billi l-UE għandha l-għan li ssir newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050, f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku; billi l-Kummissjoni pproponiet objettiv ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) ta' mill-inqas 55 % sal-2030, filwaqt li l-Parlament talab li l-għan għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-GHG ikun ta' 60 % sal-2030; billi l-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar hija waħda mill-għażliet li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu biex jilħqu dan l-għan billi għandu jkollha rwol ewlieni biex tilħaq dawn l-objettivi permezz ta' approċċ integrat li jqis it-tliet pilastri tas-sostenibbiltà; |
B. |
billi skont it-Trattati, l-UE għandha r-responsabbiltà li tiżgura s-sigurtà tal-provvista u l-Istati Membri huma responsabbli biex jiddeterminaw l-istruttura tal-provvista tal-enerġija tagħhom u l-għażla tas-sorsi tal-enerġija tagħhom, filwaqt li jirrispettaw il-miri tal-UE għan-newtralità klimatika sal-2050; |
C. |
billi, skont l-istimi tal-Kummissjoni, 30 % tad-domanda tal-elettriku tal-UE fl-2050 ser tintlaħaq permezz tal-enerġija eolika fuq il-baħar, li tikkorrispondi għal żieda fil-kapaċità tal-enerġija eolika fuq il-baħar fl-UE-27, mit-12-il GW attwali għal mira ta' 300 GW fl-2050; billi, skont l-istimi tal-Kummissjoni, id-domanda se tilħaq 40 GW ta' kapaċità tal-enerġija mill-oċeani sal-2050; |
D. |
billi skont l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-politika dwar l-enerġija tal-Unjoni trid tiżgura l-funzjonament tas-suq tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, tippromwovi l-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija u l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli u tippromwovi l-interkonnessjoni tan-networks tal-enerġija; billi d-definizzjoni tat-taħlita tal-enerġija tal-Istati Membri tibqa' kompetenza nazzjonali, u għalhekk it-taħlitiet tal-enerġija huma diversifikati ħafna; |
E. |
billi l-ibħra tat-Tramuntana (il-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar Baltiku u l-Atlantiku tal-Grigal) jirrappreżentaw aktar minn 85 % tal-kapaċità eolika fuq il-baħar fl-ibħra tal-UE-27; |
F. |
billi l-karatteristiċi ġeografiċi tal-Istati Membri u tal-baċiri tal-baħar Ewropej ivarjaw ħafna madwar l-UE; billi l-iżvilupp ta' parks eoliċi fuq il-baħar (OWFs) u sistemi oħra ta' enerġija rinnovabbli huwa bħalissa kkonċentrat fil-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Baltiku, fejn il-kundizzjonijiet huma aktar favorevoli; billi, fil-futur, il-possibbiltà jew ix-xewqa li jinħolqu jew jiżdiedu d-daqs jew il-kapaċità ta' installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar se jkunu daqstant differenti ħafna f'kull baċir u Stat Membru; |
G. |
billi fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit ġie miftiehem li l-bastimenti tas-sajd tal-UE se jkomplu bl-aċċess reċiproku għall-ibħra tar-Renju Unit u għalhekk se jkomplu jikkondividu l-ispazju marittimu Ewropew li bħalissa fih 110 park eoliku fuq il-baħar b'aktar minn 5 000 turbina eolika; |
H. |
billi l-provvista tal-enerġija eolika tista' tkun irregolari u instabbli, minħabba t-tibdil fiċ-ċirkostanzi tat-temp; |
I. |
billi l-possibbiltajiet għall-ħżin tal-enerġija eolika għadhom limitati ħafna; |
J. |
billi sorsi oħra ta' enerġija rinnovabbli fuq il-baħar bħal teknoloġiji tal-mewġ, tal-marea u termali, installazzjonijiet fotovoltajċi galleġġanti u l-użu tal-alga għall-produzzjoni tal-bijofjuwils għandhom rwol importanti fl-istrateġija tal-Kummissjoni għall-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar, minkejja li bħalissa ma jeżistux installazzjonijiet fuq skala kbira li jiffunzjonaw; billi dawn jistgħu jikkontribwixxu għall-kisba tan-newtralità klimatika u tmexxija Ewropea msaħħa, u joħolqu impjiegi ġodda; billi huwa meħtieġ li jitkomplew ir-riċerka u l-innovazzjoni, peress li sorsi oħra ta' enerġija rinnovabbli fuq il-baħar jistgħu jkunu promettenti u aktar xierqa f'ċerti żoni u jkollhom inqas impatt fuq l-attivitajiet tas-sajd, l-istokkijiet tal-ħut u l-ambjent tal-baħar; |
K. |
billi t-turbini eoliċi fuq il-baħar għandhom ċiklu ta' ħajja medju ta' bejn 25 u 30 sena; billi s'issa ftit huma t-turbini li ġew dekummissjonati u r-riċiklaġġ għadu kumpless ħafna b'85 sa 90 % ta' turbina eolika żarmata li tiġi rriċiklata; billi viżjoni fit-tul ibbażata fuq ekonomija ċirkolari u approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja hija meħtieġa sabiex jiġu vvalutati l-impatti fuq attivitajiet oħra, bħas-sajd, u fuq komunitajiet u ekosistemi lokali, fi tmiem il-proġett; billi l-ekodisinn permezz tal-użu ta' materjali speċifiċi u d-disinn tal-infrastruttura jistgħu jrawmu l-iżvilupp tal-bijodiversità lokali; billi l-metodi ta' riċiklaġġ jew il-manutenzjoni tal-infrastrutturi bħala skollijiet artifiċjali għandhom jiġu vvalutati fi stadju bikri tal-konċepiment tal-proġett; |
L. |
billi l-aktar mod effiċjenti fir-rigward ta' kost u spazju biex tintlaħaq il-mira tal-kapaċità fuq il-baħar tal-2050 ikun permezz tal-użu multiplu tal-istess spazju marittimu minn setturi differenti, billi jitqies approċċ ta' kobenefiċċju, li skontu kull attività tibbenefika mill-oħra, peress li l-koabitazzjoni tal-attivitajiet tista' tkun pożittiva f'termini ta' benefiċċji ambjentali u soċjoekonomiċi; |
M. |
billi hemm kompetizzjoni dejjem akbar bejn l-użi differenti tal-ispazju marittimu, li spiss twassal biex jiġu injorati l-użi storiċi ta' valur storiku, kulturali, soċjali u ekonomiċi evidenti, bħas-sajd; |
N. |
billi d-Direttiva għal Ippjanar tal-Ispazju Marittimu tiddikjara li l-Istati Membri jeħtiġilhom iqisu l-interazzjonijiet tal-attivitajiet u l-użi bħall-akkwakultura, is-sajd, u l-installazzjonijiet u l-infrastrutturi għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, kif ukoll il-kejbils sottomarini, għandhom jippromwovu l-koeżistenza ta' attivitajiet rilevanti u għandhom japplikaw approċċ ibbażat fuq l-ekosistema; |
O. |
billi, permezz tal-pjanijiet tal-ispazju marittimu tagħhom, l-Istati Membri jeħtiġilhom ikollhom l-għan li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tas-setturi tal-enerġija fil-baħar, tat-trasport marittimu, tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura, u l-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent, inkluża r-reżiljenza għall-impatti tat-tibdil fil-klima. billi, f'dan ir-rigward, l-interessi tas-sajd u tal-akkwakultura għandhom jingħataw attenzjoni speċjali u m'għandhomx jiġu marġinalizzati hekk kif l-Istati Membri jkomplu l-ħidma u r-reviżjonijiet sussegwenti tagħhom tal-pjanijiet tal-ispazju marittimu nazzjonali; |
P. |
billi l-proposta tal-Kummissjoni għal Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità tiddikjara li “L-UE se tipprijoritizza s-soluzzjonijiet fosthom l-enerġija mill-oċeani, l-enerġija eolika fuq il-baħar li jippermettu riġenerazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut”, filwaqt li studju reċenti ppubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni (6) tagħha jiżvela li “l-benefiċċji potenzjali tas-sajd bħala konsegwenza tal-installazzjonijiet tal-Enerġija Rinnovabbli Fuq il-Baħar mhumiex mifhuma sew u hemm evidenza empirika pendenti”; |
Q. |
billi l-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha intitolata “Strateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar għal futur newtrali għall-klima”, stiednet lill-awtoritajiet pubbliċi biex jippjanaw l-użu ta' enerġiji rinnovabbli fuq il-baħar fuq terminu twil u minn stadju bikri, filwaqt li jivvalutaw is-sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika tagħhom, jiżguraw il-koeżistenza ma' attivitajiet oħra, bħas-sajd u l-akkwakultura, u jiżguraw li l-pubbliku jaċċetta l-użi ppjanati; |
R. |
billi s-sajd għandu impatt relattivament żgħir fuq il-PDG; billi huwa tal-akbar importanza għall-komunitajiet tas-sajd f'ħafna Stati Membri; |
S. |
billi madwar 80 % tal-bastimenti kollha tas-sajd fl-UE huma bastimenti fuq skala żgħira, fejn ħafna minnhom huma negozji mmexxija minn familji li jmorru lura ġenerazzjonijiet u li joperaw prinċipalment f'ilmijiet kostali; |
T. |
billi l-akkumulazzjoni ta' żviluppi attwali u futuri tal-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar għandha l-akbar impatt fuq l-operazzjonijiet tas-sajd li jkollhom fil-mira speċijiet demersali u krustaċji; |
U. |
billi l-isfruttar tal-enerġija fuq il-baħar, filwaqt li jiżgura l-protezzjoni ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli tas-sajd u attivitajiet ekonomiċi oħra, jirrikjedi ppjanar konġunt u valutazzjoni bir-reqqa tal-impatti kumulattivi, inklużi l-effetti soċjoekonomiċi; |
V. |
billi hija meħtieġa riċerka addizzjonali dwar l-effetti tal-OWFs u ta' sistemi oħra tal-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar fuq l-ambjent tal-baħar u r-riżorsi tas-sajd; |
W. |
billi l-Parlament jinsisti li l-mira tal-Unjoni għall-2030 għall-klima trid tkun dik li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-GHG fl-ekonomija kollha b'60 % meta mqabbla mal-1990; |
X. |
billi l-esplorazzjoni tar-riżorsi eoliċi fuq il-baħar tal-UE u l-promozzjoni ta' proġetti tal-enerġija tal-baħar rinnovabbli b'mod kompatibbli ma' użi oħra tal-ispazju marittimu, primarjament is-sajd, filwaqt li jfittxu s-sinerġiji u jipproteġu l-bijodiversità, huma neċessità; |
Y. |
billi l-monitoraġġ u l-analiżi empirika tal-prattiki tas-sajd qabel, matul u wara l-kostruzzjoni tal-OWFs huma importanti biex jinħoloq fehim aħjar tal-koeżistenza; |
Z. |
billi s-sisien tat-tagħmir tal-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar jistgħu jattiraw il-ħajja tal-baħar u jista' jkollhom effett ta' skollijiet artifiċjali; |
AA. |
billi l-Organizzazzjoni Idrografika Internazzjonali (IHO) tirrakkomanda li jiġu evitati attivitajiet tas-sajd f'distanza minima ta' 0,25 mil nawtiku (463 metru) fuq kull naħa ta' kejbil sottomarin biex jiġu mminimizzati r-riskji; |
1. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi evitat l-impatt potenzjali negattiv fit-tul ikkawżat minn turbini eoliċi fuq il-baħar fuq ċerti ekosistemi, l-istokkijiet tal-ħut u l-bijodiversità, u konsegwentement fuq is-sajd kollu kemm hu; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja għall-iżvilupp tagħhom, mill-kostruzzjoni sal-operat u d-dekummissjonar, u b'hekk l-importanza ta' studji rigorużi u dettaljati biex jiġu vvalutati l-impatti tat-turbini eoliċi fuq il-baħar eżistenti; |
2. |
Jenfasizza li l-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar għandha tintuża b'tali mod li toħloq opportunitajiet għal attivitajiet oħra, permezz ta' approċċ ta' kobenefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi, u b'hekk tkun ta' benefiċċju għas-sajjieda u l-komunitajiet lokali; |
3. |
Iwissi li l-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar tkun sostenibbli biss jekk ma jkollha l-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent u fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, speċjalment fir-reġjuni dipendenti fuq is-sajd; |
4. |
Huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' riċerka dwar id-dekummissjonar ta' turbini eoliċi fuq il-baħar u dwar l-effetti tad-dekummissjonar fuq l-ambjent; |
5. |
Jafferma mill-ġdid li tibqa' l-kompetenza ta' Stat Membru li jiddeċiedi dwar it-taħlita enerġetika u t-teknoloġiji li juża fuq livell nazzjonali; |
6. |
Jenfasizza li l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija huma fost l-ixpruni ewlenin għall-kisba ta' ekonomija mingħajr emissjonijiet; jenfasizza li sabiex tintlaħaq il-mira tal-enerġija rinnovabbli għall-2030, il-kapaċità u l-produzzjoni tal-infrastruttura tal-elettriku rinnovabbli fuq il-baħar jeħtieġ li jiżdiedu kif xieraq; |
7. |
Jissottolinja l-potenzjal importanti tal-idroġenu rinnovabbli, inkluż mill-enerġija eolika u solari, biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni; |
8. |
Jenfasizza li l-parks eoliċi galleġġanti għandhom il-potenzjal li jiġu żviluppati f'żoni tal-ilma fond, u dan se jippermetti t-tkabbir taż-żona vijabbli għall-iżvilupp tal-enerġija eolika filwaqt li jnaqqas il-viżibbiltà tagħhom mix-xatt; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw it-titjib u l-kummerċjalizzazzjoni ta' teknoloġija sostenibbli ta' teknoloġija eolika fuq il-baħar galleġġanti li tnaqqas ulterjorment l-impatt fuq is-sajd; |
9. |
Jenfasizza l-bżonn li jitnaqqas ir-riskju li l-introduzzjoni fuq skala kbira ta' OWFs tagħmel ħsara lill-funzjonament fiżiku tal-baċir tal-baħar, b'mod partikolari l-kurrenti tal-baħar u tal-ajru, li jistgħu jikkontribwixxu għal taħlit tal-kolonna tal-ilma stratifikat u konsegwentement jinfluwenzaw iċ-ċiklu tan-nutrijenti, il-ġenerazzjoni tal-mewġ, l-amplitudnijiet tal-marea u t-trasport tas-sediment fil-qiegħ, u li l-effetti ta' dawn iridu jiġu sorveljati mill-qrib, filwaqt li l-istorbju infrasoniku mill-pali li jkunu qegħdin iduru jista' jbiegħed lill-ħut, kif ukoll speċijiet mammiferi tal-baħar lil hinn mill-OWFs, u l-kampijiet elettromanjetiċi mill-kejbils ta' taħt l-ilma, kif ukoll ħsejjes taħt l-ilma mit-twaħħil tal-puntali, jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-krustaċji u l-ħajja tal-baħar; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa għal aktar żvilupp u riċerka dwar kif jistgħu jiġu evitati u mitigati dawn l-effetti negattivi; |
10. |
Jieħu nota tal-importanza li jiġu implimentati l-aħjar prattiki f'termini tal-minimizzazzjoni tat-tfixkil u l-mitigazzjoni tal-ħsara għall-ekosistemi fl-istadju tal-ippjanar, dak operazzjonali u dak tad-dekummissjonar tal-attività fuq il-baħar; |
11. |
Huwa tal-fehma li l-installazzjoni ta' unitajiet ta' produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli tal-baħar trid tiġi inkorporata fl-istrateġiji ta' żvilupp u fis-sovranità enerġetika ta' kull Stat u twieġeb għalihom filwaqt li tkun konsistenti mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; |
12. |
Jenfasizza l-importanza li jitqiesu l-karatteristiċi morfoloġiċi u ġeografiċi taż-żoni li fihom se jiġu stabbiliti l-OWFs; |
13. |
Huwa tal-fehma li d-deċiżjonijiet biex tiġi installata infrastruttura tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar valutazzjonijiet xjentifiċi tal-impatti assoċjati u jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati kollha fl-isfruttament taż-żoni li għandhom jiġu okkupati, b'mod partikolari l-komunitajiet tas-sajd assoċjati u l-organizzazzjonijiet tagħhom; |
14. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu investigati l-effetti potenzjali, bħall-effetti tal-iskoll artifiċjali tas-sistemi rinnovabbli fuq il-baħar, fuq il-ħajja tal-baħar u s-sajd, li jistgħu jkunu limitati għall-fażi operattiva u li jiġi eżaminat kif id-dekummissjonar jista' jitwettaq b'tali mod li l-benefiċċji tiegħu jistgħu ma jkunux temporanji; jissottolinja li meta jiġu dekummissjonati l-OWFs, is-siti jeħtieġ li jitħallew fi stat li jippermetti attivitajiet tas-sajd jekk ikunu awtorizzati qabel il-kostruzzjoni jew matul il-fażi operattiva, u li jipproteġi u jirrispetta l-ambjent; |
15. |
Jirrimarka l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi ta' qiegħ il-baħar meta jintużaw l-OWFs sabiex ma tinbeniex infrastruttura li toħloq r-riskju ta' bdil fil-ħabitat u l-ekosistema lokali; |
16. |
Jipproponi li jiġu vvalutati l-kombinament u l-integrazzjoni tal-OWFs f'żoni marini protetti (MPAs) fir-rigward ta' ħabitats definiti b'mod ċar u objettivi ta' konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluż dawk relatati mar-riżorsi tas-sajd; jissottolinja li għandhom jiġu stabbiliti kumitati ta' ġestjoni f'dawn l-MPAs sabiex tinkiseb koeżistenza aħjar tal-attivitajiet, u li trid tingħata l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti rilevanti inkarigata mill-MPAs; |
17. |
Jenfasizza li l-OWFs għandhom, kull meta jkun possibbli, jitqiegħdu f'żoni fejn is-sajd mhuwiex permess, sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi fuq l-industrija tas-sajd; |
18. |
Jiddikjara li l-OWFs jaf ikollhom impatt fuq is-sajd billi jibdlu d-distribuzzjoni tal-ispazju u l-abbundanza ta' speċijiet tal-baħar mistada kummerċjalment kif ukoll permezz tal-għeluq tagħhom għal raġunijiet ta' sikurezza jew l-impożizzjoni ta' bidla fl-attività jew il-metodu tas-sajd, pereżempju minn attivi għal passivi; |
19. |
Jinsisti fuq l-istabbiliment ta' djalogu u kooperazzjoni mas-sajjieda fi stadju bikri tal-proċess; jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-ekosistemi lokali u l-ispeċifiċitajiet tal-komunità lokali; jissottolinja l-ħtieġa ta' kumpens xieraq għas-sajjieda jekk l-istabbiliment ta' OWFs jaffettwa l-attivitajiet tagħhom; |
20. |
Jieħu nota tal-fatt li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tal-bijodiversità għall-2030 tiddikjara li “L-UE se tipprijoritizza s-soluzzjonijiet fosthom l-enerġija mill-oċeani, il-parks eoliċi fuq il-baħar li jippermettu riġenerazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut” u li titqies il-possibbiltà ta' taħlita ta' OWFs u żoni protetti; |
21. |
Jenfasizza li l-impatt ambjentali, soċjali u ekonomiku tal-OWFs jiddependi minn kundizzjonijiet speċifiċi għas-sit, l-ekosistemi u l-attivitajiet tal-bniedem, u li l-kollaborazzjoni tal-partijiet ikkonċernati għal dak li jikkonċerna t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-OWFs hija kruċjali għas-soluzzjoni ta' kwistjonijiet ta' interess komuni; |
22. |
Jinnota li s-settur tas-sajd fuq skala żgħira u dak kostali u artiġjanali jista' jkun l-aktar affettwat mill-impatt tal-installazzjoni ta' dawn l-unitajiet ta' produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar, minħabba l-prossimità relattiva ta' dawn l-unitajiet mal-kosta; |
23. |
Jenfasizza l-fatt li intrapriżi fuq skala żgħira u dawk kostali se jiġu partikolarment affettwati b'mod partikolari jekk iseħħ l-ispostament, billi jaf ma jkollhomx il-kapaċità jmorru lejn postijiet għas-sajd aktar 'il barra jew li jibdlu il-metodu tas-sajd, b'mod partikolari jekk l-OWFs jinsabu f'ilmijiet territorjali (12-il mil nawtiku mill-kosta); jappella għal kumpens xieraq bħala soluzzjoni tal-aħħar rimedju; |
24. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-assigurazzjoni għall-bastimenti tas-sajd li joperaw f'żoni b'OWFs jew li jbaħħru fihom, peress li attwalment dan l-aċċess huwa problematiku ħafna minħabba l-livelli insuffiċjenti ta' indennizz offruti mill-poloz tal-assigurazzjoni tal-bastimenti tas-sajd; |
25. |
Jindika li kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess għal żoni tas-sajd tradizzjonali taffettwa direttament l-għajxien tas-sajjieda minn Stati Membri kostali tal-UE differenti u impjiegi dipendenti fuq l-art; jenfasizza, għalhekk, li għandu jingħata kumpens xieraq bħala l-aħħar għażla meta jkun meħtieġ; barra minn hekk, jirrimarka li r-restrizzjonijiet fuq l-aċċess jistgħu jdgħajfu l-provvista responsabbli u sostenibbli tas-sigurtà tal-ikel; |
26. |
Jistieden lill-Istati Membri, f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-ippjanar tal-ispazju marittimu, biex jagħżlu żoni tas-sajd storiċi u tradizzjonali speċifiċi għas-sajjieda lokali bħala żoni li għandhom jibqgħu ħielsa minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq il-baħar; |
27. |
Jenfasizza li analiżi tas-sovrapożizzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq il-baħar u s-sajd tissuġġerixxi żieda drastika fil-potenzjal ta' kunflitt tal-ispazju f'ċerti baċiri tal-baħar Ewropej fis-snin li ġejjin; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa ta' ppjanar tal-ispazju bikri li jinkludi l-partijiet interessati rilevanti kollha, fir-rigward kemm tat-tqegħid kif ukoll tat-tqassim tal-OWFs; jitlob li jiġu stabbiliti parteċipazzjoni, djalogi u networks effettivi fi stadju bikri, sabiex jitnaqqsu u jiġu evitati l-kunflitti; |
28. |
Jenfasizza li bħalissa hemm xi eżempji ta' kooperazzjoni ta' attivitajiet tas-sajd (attivi jew passivi) f'żoni mal-OWFs; jenfasizza li approċċi kooperattivi ta' kodisinn għall-użu tal-OWFs, sabiex jiġu kkombinati ma' użi oħra, jistgħu jnaqqsu l-impatt potenzjali fuq is-sajd, isaħħu r-relazzjoni bejn id-diversi setturi involuti u jippermettu kooperazzjoni ta' benefiċċju bejniethom; |
29. |
Jirrikonoxxi l-potenzjal għall-akkwakultura u għall-algakultura, kif ukoll għas-sajd passiv, f'żoni b'OWFs; jenfasizza, madankollu, li hija meħtieġa aktar riċerka sabiex jiġu vvalutati l-impatt ekoloġiku u l-potenzjal ekonomiku tagħhom; |
30. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, apparti l-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd, is-sajjieda għandhom it-tendenza li jevitaw sajd f'żoni bl-OWFs, anke jekk l-aċċess ikun permess, minħabba r-riskju ta' ħsara aċċidentali, snagging u telf tal-irkaptu tas-sajd, u li konsegwentement il-biża' ta' esponiment potenzjali għar-responsabbiltà hija sors ta' tħassib li xxekkel il-koeżistenza; |
31. |
Jenfasizza li t-taħlitiet tal-enerġija tar-reġjuni ultraperiferiċi u tal-gżejjer jiddependu ħafna mill-importazzjonijiet tal-fjwuils fossili, minkejja l-karatteristiċi lokali tagħhom li jwasslu għall-iżvilupp ta' sorsi rinnovabbli; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali u jiddedikaw finanzjament speċifiku għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar f'dawn it-territorji sabiex titnaqqas kemm jista' jkun id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili; |
32. |
Jirrikonoxxi l-potenzjal ta' tagħmir eoliku fuq il-baħar galleġġanti li joħloq opportunitajiet għal installazzjonijiet f'żoni b'ilmijiet fondi, u jinvolvi distanza akbar mill-kosta, inqas impatt viżiv u inqas duplikazzjoni tal-ispazju potenzjali maż-żoni tas-sajd; |
33. |
Jenfasizza li d-dekummissjonar tat-turbini eoliċi fuq il-baħar la għandu jiġġenera impatti ambjentali dejjiema u lanqas joħloq riskji għas-sikurezza tal-bastimenti tas-sajd minħabba kwalunkwe infrastruttura li tibqa' taħt qiegħ il-baħar; jirrimarka, barra minn hekk, li l-metodi ta' riċiklaġġ għandhom jiġu żviluppati aktar sabiex jitnaqqsu l-impatti fuq l-ambjent; iqis li huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-parks eoliċi fuq il-baħar jinbnew biss jekk jittieħed approċċ integrat għall-proċessi taċ-ċiklu tal-ħajja tat-turbini eoliċi fuq il-baħar, li jfisser li mill-bidu nett huwa ċar kif it-turbini tar-riħ fuq il-baħar jistgħu jiġu ddisinjati, mibnija, użati, dekummissjonati u riċiklati b'mod sostenibbli; jenfasizza wkoll li l-istrateġiji ta' dekummissjonar li jipprevedu l-użu futur alternattiv jew it-tneħħija tal-kostruzzjonijiet iridu jiġu integrati fil-pjanijiet tad-disinn u l-installazzjoni mill-bidu nett u li l-impatt sostenibbli fit-tul irid jiġi kkunsidrat sabiex jaderixxi mal-prinċipji ta' ekonomija ċirkolari; |
34. |
Iħeġġeġ il-ħolqien ta' standard internazzjonali li jiddefinixxi kif għandhom jiġu dekummissjonati t-turbini u li jagħti ħarsa ġenerali komprensiva tar-regoli u r-regolamenti dwar id-dekummissjonar, filwaqt li jaderixxi mal-prinċipji ta' ekonomija ċirkolari; |
35. |
Jenfasizza li għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti finanzjarji sabiex ikopru r-riskji fit-tul li jirriżultaw minn infrastruttura offshore abbandunata li tista' titneħħa sabiex is-sajd ikun jista' jerġa' lura b'mod sikur; |
36. |
Jenfasizza li kwalunkwe infrastruttura taħt qiegħ il-baħar li titħalla fil-post għandha tkun soġġetta għal monitoraġġ xieraq; |
37. |
Jenfasizza li studji empiriċi reċenti ma jinkludux valutazzjonijiet tal-effetti ekonomiċi, soċjoekonomiċi u soċjokulturali tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq il-baħar fuq is-sajd; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, twettaq aktar riċerka minbarra li tistudja l-impatti ambjentali sabiex tivvaluta l-impatti ekonomiċi u soċjali possibbli fuq is-sajd tal-investimenti fl-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar u tidentifika modi xierqa biex jingħelbu dawn l-impatti negattivi; |
38. |
Jenfasizza li huma meħtieġa programmi standardizzati ta' monitoraġġ u armonizzazzjoni tad-data dwar l-isforz tas-sajd biex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-impatt ekoloġiku u soċjoekonomiku kif ukoll ambjentali kumulattiv tal-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar u jisħaq fuq li għandhom jittejbu l-kompatibbiltà u l-komparabbiltà tad-data; |
39. |
Jipproponi li l-Istati Membri jżidu l-koordinazzjoni fil-qasam tar-riċerka tal-OWF biex jiffaċilitaw il-ġbir u l-iskambju tas-sejbiet tar-riċerka u tad-data, kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki; ifakkar li l-enerġija eolika fuq il-baħar hija waħda mill-aktar teknoloġiji avvanzati, iżda li sistemi oħra ta' enerġija rinnovabbli jistgħu jkunu promettenti, u f'ċerti każijiet aktar xierqa, f'xi oqsma fejn iseħħu l-attivitajiet tas-sajd u b'hekk ikollhom impatt inqas dannuż fuq l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali; jenfasizza l-importanza li tingħata spinta lill-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp f'dan ir-rigward; |
40. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-kooperazzjoni transfruntiera fl-ippjanar tal-ispazju marittimu, inkluż mar-Renju Unit, l-akbar produttur tal-enerġija eolika fuq il-baħar fl-Ewropa, sabiex jinstabu soluzzjonijiet għal problemi komuni, jiġu integrati l-konnessjonijiet tal-elettriku u jitgħallmu mill-aħjar prattiki; |
41. |
Jiddikjara li l-ippjanar tal-ispazju marittimu jrid ikollu rwol ewlieni, billi jiddistingwi kull żona marittima abbażi tal-karatteristiċi tiegħu stess u għandu jagħmel enfasi akbar fuq il-valutazzjoni tal-kisba ta' għażliet ta' kolokazzjoni u l-użu multiplu tal-OWFs, li huwa tal-akbar importanza biex tinkiseb sitwazzjoni ta' benefiċċju għal kulħadd għas-sajd sostenibbli, l-akkwakultura u s-settur tal-enerġija fuq il-baħar, u biex tiġi inkluża l-parteċipazzjoni effettiva tas-sajd fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'kuntrast mal-kunċetti vagi żżejjed ta' “konsultazzjoni” u “osservaturi”, it-twettiq ta' kunflitti li saru u s-soluzzjoni minn qabel dwar kunflitti ta' użu; |
42. |
Jistieden lill-Istati Membri, bħala l-awtorità kompetenti dwar l-ippjanar tal-ispazju marittimu, fil-kuntest tal-ħidma kontinwa tagħhom u r-reviżjonijiet sussegwenti tal-pjanijiet tal-ispazju marittimu nazzjonali, biex iqisu l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-effetti negattivi tat-turbini eoliċi fuq il-baħar fuq is-sajd jiġu evitati u li għalhekk dawn jitqiegħdu 'l bogħod miż-żoni tas-sajd; |
43. |
Jippromwovi l-applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq l-ekosistema fl-ippjanar tal-ispazju marittimu, bl-intenzjoni li jipprovdi qafas ibbażat fuq is-sistemi għall-fehim u l-ġestjoni tal-ekosistemi tal-baħar u l-interazzjoni tagħhom ma' attivitajiet soċjoekonomiċi; |
44. |
Jenfasizza l-importanza ta' skemi ta' produzzjoni tal-enerġija komunitarja li jippermettu lill-komunitajiet u l-kooperattivi kostali, inklużi s-sajjieda, jiġġeneraw l-elettriku tagħhom stess u jerġgħu jinvestu l-profitti lura fil-komunità; |
45. |
Jenfasizza li l-OWFs għandhom jinbnew biss jekk tkun garantita l-esklużjoni tal-impatti ambjentali u ekoloġiċi negattivi, kif ukoll dawk ekonomiċi, soċjoekonomiċi u soċjokulturali fuq is-sajjieda u l-produtturi tal-akwakultura, skont l-objettivi tal-Ekonomija Blu u l-Patt Ekoloġiku Ewropew; |
46. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jqisu l-impatt tal-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar fuq l-ekosistema tal-baħar u s-sajd meta jiddeterminaw it-taħlita tal-enerġija tagħhom; |
47. |
Iħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex ikomplu jaħdmu fuq l-iżvilupp u l-użu ta' forom oħra ta' enerġija rinnovabbli; |
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt biex teżamina l-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali mistennija tal-bini ta' faċilitajiet tal-OWF fejn x'aktarx li dawn jidħlu f'kunflitt mas-settur tas-sajd u s-sostenibbiltà tal-ħajja tal-baħar; |
49. |
Jenfasizza li l-kooperazzjoni fis-setturi kollha attivi fl-ambjent u l-ekonomija fuq il-baħar se tkun ukoll xprun għal tranżizzjoni ġusta; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-inizjattivi li jistimulaw l-ekonomiji lokali u l-attivitajiet ekonomiċi fuq il-baħar u ssib sinerġiji bejn setturi li jistgħu jservu ta' bażi għal irkupru ekonomiku li jibqa' validu għall-futur; |
50. |
Jenfasizza li eżempji ta' koeżistenza bejn is-settur tas-sajd u s-settur tal-enerġija eolika fuq il-baħar jeżistu diġà, u li din l-esperjenza għandha tintuża biex jinstabu u jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki għaċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-infrastruttura tal-baħar; |
51. |
Jenfasizza li l-partijiet ikkonċernati għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw u li jkollhom vuċi fl-ippjanar tal-ispazju marittimu; |
52. |
Jenfasizza li l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni bikrija, ekwitabbli, effettiva u kontinwa tal-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari tas-sajjieda u tal-produtturi tal-akkwakultura, il-ħolqien ta' linji gwida trasparenti u l-ħlas ta' kumpens jistgħu jtaffu l-potenzjal ta' kunflitt u joħolqu kundizzjonijiet ekwi bejn is-sajd u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq il-baħar; |
53. |
Jappella lill-UE tippromwovi u tappoġġja l-OWF fl-azzjoni esterna tagħha, b'mod partikolari ma' pajjiżi terzi fejn l-aċċess għall-enerġija għadu irregolari u limitat, f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku; |
54. |
Jenfasizza li l-prinċipju ta' prekawzjoni, f'konformità mal-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandu japplika jekk id-deċiżjonijiet ikollhom jittieħdu qabel ma jkunu disponibbli l-għarfien jew l-informazzjoni meħtieġa; |
55. |
Jinnota li jistgħu jkunu meħtieġa aktar miżuri fil-livell tal-UE, inkluża l-leġiżlazzjoni, minħabba li l-evidenza tissuġġerixxi li l-ippjanar tal-ispazju marittimu tal-Istati Membri ma jiggarantixxix l-inklużjoni ġusta tas-sajjieda u partijiet ikkonċernati oħra u, fejn xieraq, kumpens għas-sajd; |
56. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-pjanijiet tal-ispazju marittimu jiggarantixxu l-inklużjoni ġusta tas-sajd, il-kontinwazzjoni sostenibbli tal-attivitajiet tagħhom u jirriflettu b'mod ġust l-interessi leġittimi tas-sajjieda, ta' dawk li jiġbru l-frott tal-baħar u tal-akkwakulturisti; |
57. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.
(2) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135.
(3) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82.
(4) ĠU C 458, 19.12.2018, p. 9.
(5) Testi adottati, P9_TA(2021)0309.
(6) Studju – “Impact of the use of offshore wind and other marine renewables on European fisheries” (L-impatt tal-użu tal-enerġija eolika fuq il-baħar u sorsi oħra ta' enerġija tal-baħar rinnovabbli fuq is-sajd Ewropew), il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment Tematiku B – Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni, it-12 ta' Novembru 2020.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/96 |
P9_TA(2021)0345
Id-djalogi maċ-Ċittadini u l-parteċipazzjoni taċ-Ċittadini fil-proċess deċiżjonali tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar id-djalogi taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess deċiżjonali tal-UE (2020/2201(INI))
(2022/C 99/11)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 10(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 11 TUE, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew rigward il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew rigward il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0213/2021),, |
A. |
billi r-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 bagħtu sinjal pożittiv li ċ-ċittadini Ewropej qed jieħdu interess dejjem akbar fl-iżviluppi fil-livell tal-UE u li jemmnu li l-leġiżlazzjoni tal-UE għandha impatt fuq il-ħajja tagħhom ta' kuljum; billi l-parteċipazzjoni ġenerali fl-2019 kienet ta' 50,6 %, l-ogħla mill-1994 u żieda notevoli mill-2014, meta l-parteċipazzjoni kienet ta' 42,6 %; billi, għalkemm il-parteċipazzjoni fl-2019 kienet ogħla fost il-gruppi kollha tal-popolazzjoni, iż-żieda kienet immexxija mill-ġenerazzjoni żagħżugħa, b'żidiet kbar fost il-persuni ta' taħt il-25 sena u dawk ta' bejn il-25 u d-39 sena; billi minkejja ż-żieda ġenerali fil-parteċipazzjoni, għad hemm differenzi kbar bejn l-Istati Membri individwali; |
B. |
billi skont l-Ewrobarometru dwar l-Involviment Ċiviku ta' Ġunju 2020 (3), il-votazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej tqieset minn 55 % tar-rispondenti bħala l-aktar mod effettiv biex jiġi żgurat li l-ilħna jinstemgħu minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE; billi, għalkemm l-għan huwa li l-mod kif taħdem id-demokrazija fl-UE jittejjeb kontinwament, bosta stħarriġ tal-Ewrobarometru juru li ċ-ċittadini mhumiex sodisfatti bil-mod kif taħdem id-demokrazija; billi din il-perċezzjoni ma titkejjilx fil-livell tal-UE biss, iżda wkoll fil-livell nazzjonali; billi proporzjon konsiderevoli taċ-ċittadini tal-UE ma jħossuhomx mismugħa u jqisu lill-UE bħala entità mbiegħda minnhom; |
C. |
billi l-Artikoli 10 u 11 TUE u l-Artikoli 20, 21, 24, 227 u 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jiffurmaw il-bażi biex iċ-ċittadini jipparteċipaw fit-tfassil tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-UE; |
D. |
billi l-Artikolu 10(3) TUE jiddikjara li kull ċittadin għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni u li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin; |
E. |
billi l-Artikolu 11(1) u (2) TUE jirrikjedi li l-istituzzjonijiet, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni u jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u s-soċjetà ċivili, |
F. |
billi l-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (4), fil-paragrafu 19 tiegħu, jissottolinja li l-konsultazzjoni pubblika u mal-partijiet ikkonċernati hija integrali għal proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet infurmat tajjeb u għat-titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet; |
G. |
billi l-Artikolu 165(2) tat-TFUE jagħti mandat lill-UE biex tħeġġeġ l-iżvilupp ta' skambji fost iż-żgħażagħ u skambji ta' edukaturi soċjoedukattivi, u tħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika tal-Ewropa. |
H. |
billi ċ-ċittadini tal-UE jistgħu biss taħt ċerti kundizzjonijiet jibdew proċedimenti direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), sabiex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom skont it-Trattati, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; billi l-elezzjonijiet demokratiċi għall-Parlament Ewropew jikkostitwixxu l-istrument ewlieni minn isfel għal fuq għaċ-ċittadini fl-UE, filwaqt li mezzi oħrajn, jiġifieri l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE), l-ilmenti lill-Ombudsman Ewropew u l-petizzjonijiet lill-Parlament, li huma supplimenti importanti għall-Parlamentariżmu, iridu jiġu msaħħa; |
I. |
billi sal-lum kien hemm sitt IĊE ta' suċċess, l-aktar reċentement l-inizjattiva “Minority Safepack” u l-inizjattiva “End the Cage Age”; billi r-Regolament (UE) 2019/788 (5) dwar l-IĊE, li daħal fis-seħħ f'Jannar 2020, għandu l-ħsieb li jagħmilha aktar faċli għaċ-ċittadini li jitolbu lill-Kummissjoni tipproponi atti leġiżlattivi fl-oqssma ta' kompetenza tagħha li fihom l-Unjoni għandha s-setgħa li taġixxi; billi l-inizjattiva “Minority Safepack” kienet l-ewwel IĊE li kellha tiġi diskussa fil-Parlament abbażi tar-regolament rivedut dwar l-IĊE, u kienet appoġġjata b'mod qawwi mill-Parlament f'Diċembru 2020 b'76 % tal-voti mitfugħa; billi, madankollu, l-impatt tal-IĊE huwa baxx, parzjalment minħabba n-nuqqas ta' segwitu tal-Kummissjoni; |
J. |
billi r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew mhumiex legalment vinkolanti iżda r-rata ta' konformità mas-sejbiet hija konsistentement għolja; |
K. |
billi ċ-ċittadini tal-UE u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun residenti fi Stat Membru jew li jkollha uffiċċju reġistrat fi Stat Membru għandhom id-dritt li jippreżentaw petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew skont l-Artikoli 24 u 227 TFUE kull meta l-kwistjoni tolqothom direttament u taqa' fi ħdan l-oqsma ta' attività tal-UE; |
L. |
billi l-konsultazzjonijiet pubbliċi online li tagħmel il-Kummissjoni huma mmirati l-aktar lejn gruppi fil-mira partikolari, mhumiex jinxterdu b'mod wiesa' u kultant ikunu wisq fil-qosor, li jfisser li proporzjon sinifikanti tal-popolazzjoni ma jintlaħaqx minnhom; billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, f'rieżami komprensiv tal-politika ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni fl-2019, irrakkomandat li l-Kummissjoni għandha ttejjeb il-mod kif tilħaq liċ-ċittadini sabiex tippromwovi parteċipazzjoni akbar; |
M. |
billi d-Djalogi maċ-Ċittadini organizzati mill-Kummissjoni huma mod ta' kif tiġi pprovduta informazzjoni liċ-ċittadini aktar milli mod ta' kif tinvolvihom f'dibattitu dwar il-viżjoni tagħhom u dwar dak li jixtiequ jaraw li jinbidel fl-UE u ma jipprovdux mekkaniżmu ta' feedack biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar l-eżiti tal-parteċipazzjoni tagħhom; |
N. |
billi l-funzjonament attwali tal-istrumenti parteċipattivi eżistenti, bħall-IĊE, il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-Djalogi maċ-Ċittadini, ma jipprovdix biżżejjed mezzi għaċ-ċittadini biex jinfluwenzaw it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE; billi dan huwa dovut l-aktar għan-nuqqas ta' segwitu effettiv fil-proċess deċiżjonali fil-livell istituzzjonali; |
O. |
billi l-biċċa l-kbira tal-forom ta' parteċipazzjoni rarament jintużaw minn ċittadini individwali; billi ċ-ċittadini individwali fil-biċċa l-kbira tagħhom mhumiex konxji tal-istrumenti parteċipattivi eżistenti u għalhekk mhumiex irrappreżentati biżżejjed fil-fehmiet u fid-data miġbura permezz tal-istrumenti eżistenti; billi l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini ma tissostitwixxix is-soċjetà ċivili organizzata; |
P. |
billi l-istrumenti parteċipattivi attwali ma jimmassimizzawx il-potenzjal tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u għalhekk ma jikkontribwixxux biżżejjed għat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-UE u ż-żieda tas-sens ta' sjieda taċ-ċittadini lejn UE li tirrifletti l-ħtiġijiet u l-viżjonijiet tagħhom; |
Q. |
billi r-riforma tal-istrumenti parteċipattivi eżistenti, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lill-aktar gruppi sottorappreżentati fis-soċjetà, speċjalment iż-żgħażagħ, u l-iżvilupp ulterjuri ta' sfera pubblika Ewropea jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-UE; |
R. |
billi t-titjib tal-parteċipazzjoni u tat-trasparenza taċ-ċittadini fil-livell tal-UE huwa kruċjali biex l-Unjoni tinġieb eqreb taċ-ċittadini u tiżdied il-fiduċja u l-kunfidenza taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll biex tinkiseb demokrazija reali f'diversi livelli; billi nuqqas ta' trasparenza jipprevjeni dibattitu pubbliku dwar kwalunkwe biċċa leġiżlazzjoni; billi mhux il-partijiet ikkonċernati kollha għandhom aċċess ugwali għall-istituzzjonijiet tal-UE jew għal informazzjoni dwar xogħolhom; billi l-Kummissjoni għandha twettaq djalogi miftuħa, trasparenti u regolari maċ-ċittadini u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; billi l-UE għandha tiżgura li s-soċjetà ċivili tkun tista' tipparteċipa b'mod attiv fid-dibattitu pubbliku u jkollha l-kapaċità li tinfluwenza l-proċessi ta' politika u tat-teħid tad-deċiżjonijiet; |
S. |
billi hemm bżonn li tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza, billi jittejjeb il-fehim taċ-ċittadini dwar l-UE, sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw; |
T. |
billi hemm ħtieġa dejjem akbar ta' klassijiet tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Ewropea madwar l-Istati Membri; billi f'dan il-kuntest, għandha tiġi rikonoxxuta l-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-edukazzjoni u t-tagħlim ċiviku, u għandu jiġi mħeġġeġ approċċ olistiku għall-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza, inklużi kemm l-edukazzjoni u t-tagħlim formali kif ukoll dawk mhux formali; |
U. |
billi l-proġetti eżistenti dwar il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini li rnexxew, bħal European HomeParliaments u d-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, urew li ċ-ċittadini jixtiequ jiġu inklużi fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE fuq bażi regolari; |
V. |
billi l-Kunsill jibqa' istituzzjoni bil-bibien magħluqa kif ikkonfermat mill-inkjesta tal-Ombudsman Ewropew OI/2/2017/TE fin-nuqqas ta' trasparenza tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti leġiżlattivi tiegħu u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu; |
W. |
billi l-OECD tiddefinixxi gvern miftuħ bħala “kultura ta' governanza bbażata fuq politiki u prattiki pubbliċi innovattivi u sostenibbli ispirati mill-prinċipji tat-trasparenza, ir-responsabbiltà, u l-parteċipazzjoni li trawwem id-demokrazija u t-tkabbir inklużiv”; |
X. |
billi l-Konsultazzjonijiet taċ-Ċittadini Ewropej tal-2018 imwettqa mill-Istati Membri dwar il-Futur tal-Ewropa wrew li huma għodda effettiva biex jinvolvu ruħhom maċ-ċittadini dwar kwistjonijiet tal-UE; billi n-nuqqas ta' segwitu u ta' kontinwità konkreti fil-proċess wassal għal riżultati mħallta minn dan l-isforz parteċipattiv; |
Y. |
billi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa għandha tinvolvi kemm jista' jkun parteċipazzjoni pubblika u tista' potenzjalment tkun esperjenza siewja ta' involviment maċ-ċittadini sabiex jifhmu x'verament jistennew mill-UE u mill-ħidma tal-istituzzjonijiet; |
1. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li ssir riflessjoni dwar kif l-Unjoni tista' ssir aktar effettiva fl-involviment taċ-ċittadini skont il-prinċipji ewlenin tal-Unjoni tad-demokrazija rappreżentattiva; jemmen li ċ-ċittadini għandu jkollhom vuċi akbar fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE biex jagħmlu lill-Unjoni aktar tirrifletti l-fehmiet taċ-ċittadini u aktar reżiljenti, demokratika u effettiva; jemmen f'dan ir-rigward li l-bidla fit-Trattat ma għandhiex tiġi prekluża, għalkemm ma għandhiex tkun għan fiha nnifisha, u li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa għandha tipprovdi opportunità biex jinħoloq djalogu kostruttiv maċ-ċittadini dwar dawn is-suġġetti ewlenin; |
2. |
Jemmen li kwalunkwe riforma tal-Unjoni, sabiex issir aktar soċjali, ekwa, koeżiva, magħquda, iffukata, kapaċi u sovrana u obbligata tagħti rendikont, tissaħħaħ bl-involviment dirett taċ-ċittadini permezz ta' mekkaniżmi parteċipattivi; |
3. |
Jissottolinja li hemm tensjoni sottostanti bejn il-viżjoni ta' UE ċċentrata madwar l-Istati Membri u UE ċċentrata madwar l-istituzzjonijiet tal-UE li tista' tingħeleb billi jiġi żviluppat approċċ u strumenti għal Unjoni Ewropea taċ-ċittadini; |
4. |
Jindika li l-istrumenti parteċipattivi eżistenti għandhom diversi nuqqasijiet u għalhekk għandhom jittejbu u jiġu żviluppati oħrajn ġodda biex il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini ssir aktar aċċessibbli, inklużiva, sinifikanti u effettiva; isostni li, biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni pubblika f'dibattiti politiċi usa' u ċ-ċittadini jiġu mgħammra bl-opportunità li jinfluwenzaw l-eżiti politiċi, b'sinerġiji fil-mekkaniżmi eżistenti, huwa imperattiv li l-involviment taċ-ċittadini jkun strutturat b'mod li jwieġeb għall-aspettattivi taċ-ċittadini; jemmen li din l-aġenda parteċipattiva minn isfel għal fuq għandha tikkomplementa d-demokrazija rappreżentattiva fl-UE; |
5. |
Jenfasizza l-importanza tal-IĊE bħala l-unika għodda parteċipattiva fil-livell tal-UE li għandha l-kapaċità li potenzjalment tiskatta l-leġiżlazzjoni; jitlob li r-rispons li jingħata lilha jissaħħaħ permezz tal-adozzjoni ta' riżoluzzjoni parlamentari għal kull IĊE ta' suċċess; jinnota li l-Kummissjoni jeħtiġilha tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligu legali tagħha li tiddikjara raġunijiet suffiċjenti għaliex ħadet jew ma ħaditx azzjoni fuq IĊE, u jemmen li dan jeħtieġ li jkun aktar komprensiv biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jingħataw stampa preċiża ta' x'għandu jkun mistenni mill-involviment ma' IĊE jew mit-tnedija tagħha; juri dispjaċir għan-nuqqas ta' segwitu tal-IĊE ta' suċċess mill-Kummissjoni permezz ta' miżuri leġiżlattivi; jemmen li, f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2019/788, fil-każ li l-Kummissjoni, fi ħdan l-iskadenzi mogħtija, tkun naqset milli tippubblika l-intenzjonijiet tagħha, jew tkun stabbiliet f'komunikazzjoni li ma għandhiex l-intenzjoni li tieħu azzjoni fuq IĊE li tkun issodisfat ir-rekwiżiti proċedurali u li hija konformi mat-Trattati, b'mod partikolari il-valuri fundamentali tal-Unjoni, imnaqqxa fl-Artikolu 2TUE, il-Parlament, f'konformità mal-Artikolu 222 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, jista' jiddeċiedi li jsegwi l-IĊE b'rapport fuq inizjattiva proprja leġiżlattiv (INL); iħeġġeġ lill-Kummissjoni timpenja ruħha li tippreżenta proposta leġiżlattiva wara l-adozzjoni mill-Parlament ta' tali INL; jipproponi f'dak ir-rigward li jiġi mmodifikat il-ftehim qafas attwali bejn il-Parlament u l-Kummissjoni; jitlob li r-regolament dwar l-IĊE jiġi emendat biex jinċentiva lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva fejn l-IĊE sottomessa tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti; |
6. |
Jindika li, wara r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (6), li rrikonoxxa l-effettività tal-konsultazzjonijiet pubbliċi tal-Kummissjoni, u minħabba l-perċezzjoni sodisfaċenti taċ-ċittadini, il-Kummissjoni għandha ttejjeb il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika tagħha sabiex tippromwovi parteċipazzjoni akbar taċ-ċittadini u biex timmonitorja u tivvaluta aħjar il-kontributi tagħhom; |
7. |
Jindika li l-kunċett u l-prattika attwali tad-Djalogi taċ-Ċittadini għandhom jissaħħu u jiġu aġġornati; |
8. |
Jissottolinja l-benefiċċji tal-involviment maċ-ċittadini u mas-soċjetà ċivili fl-iżvilupp ta' sfera pubblika Ewropea u fil-komplementarjetà tal-leġittimità demokratika tal-UE pprovduta mill-istituzzjonijiet rappreżentattivi u l-proċeduri demokratiċi tagħha; |
9. |
Jissottolinja li mhux il-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari ċ-ċittadini u l-gruppi tas-soċjetà ċivili, huma attivi politikament, influwenti jew isemmgħu leħinhom indaqs; jemmen għalhekk li d-demokrazija parteċipattiva tal-UE tirrikjedi l-appoġġ ta' ċittadini mhux organizzati u l-promozzjoni tal-aċċess tagħhom għal opportunitajiet elettorali u parteċipattivi fi ħdan il-kanali tal-UE u barra minnhom; |
10. |
Iqis li l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-UE hija fundamentali għad-demokrazija, għall-governanza t-tajba u għat-tfassil effikaċi tal-politika; jemmen li l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtiġilhom jagħmlu ħilithom biex jiksbu l-ogħla standards possibbli fil-qasam tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jisħaq li l-aċċess taċ-ċittadini għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet Ewropej huwa fundamentali għal demokrazija parteċipattiva; jitlob b'mod partikolari lill-Kunsill iżid it-trasparenza fir-rigward tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu u l-aċċess għad-dokumenti; |
11. |
Jissottolinja l-potenzjal ta' teknoloġiji ġodda li jistgħu jipprovdu mezzi ġodda biex ikunu involuti ċ-ċittadini, biex jiġi żgurat approċċ effettiv minn isfel għal fuq u tittejjeb il-kapaċità taċ-ċittadini li jobbligaw lill-istituzzjonijiet jagħtu rendikont; |
12. |
Jisħaq li gvern miftuħ, li jgħaqqad miżuri akbar ta' trasparenza u ta' obbligu ta' rendikont u għodod parteċipattivi, huwa rispons tajjeb għad-defiċit demokratiku li jirriżulta minn nuqqas ipperċepit ta' aġenzija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE miċ-ċittadini tal-UE; |
13. |
Jilqa' l-istabbiliment previst ta' korp ta' etika bħala awtorità indipendenti biex titrawwem it-trasparenza fl-istituzzjonijiet tal-UE; |
14. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-Programm il-ġdid dwar iċ-Ċittadinanza, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri, li huwa mistenni li jagħti aktar viżibbiltà u impatt lill-attivitajiet li jikkontribwixxu għad-djalogi maċ-ċittadini u l-impenn tagħhom f'demokraziji parteċipattivi; jisħaq fuq l-importanza li jiġu żgurati l-kontinwità u aktar riżorsi għall-fergħa taċ-“ċittadini” ta' dan il-programm, inklużi attivitajiet ta' ġemellaġġ tal-ibliet u ta' kommemorazzjoni; jilqa' l-introduzzjoni ta' attivitajiet immirati lejn it-trawwim ulterjuri tal-valuri Ewropej fil-qafas ta' dan il-programm, bħas-sensibilizzazzjoni dwar storja Ewropea komuni; jitlob li l-“Grupp ta' Djalogu Ċivili” jiġi stabbilit malajr fil-programm il-ġdid; |
15. |
Jemmen li huwa importanti li jiġu promossi l-iskambji bejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi differenti fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, b'mod partikolari permezz ta' networks ta' bliet u reġjuni, u billi jiġi ffaċilitat djalogu interreġjonali; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura biżżejjed finanzjament għal dak il-għan permezz tal-fergħa “Involviment u parteċipazzjoni taċ-ċittadini” tal-programm dwar iċ-Ċittadinanza, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri; |
16. |
Jenfasizza li informazzjoni mtejba dwar it-tħassib taċ-ċittadini se tgħin lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-isforzi tagħhom biex ikunu attenti u jwieġbu għal dan it-tħassib billi jiġu żgurati mezzi adegwati biex jilħqu liċ-ċittadini u jiġbru l-kontributi u billi jipprovdu segwitu xieraq fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jirriżulta; jitlob li jittejbu l-mekkaniżmi parteċipattivi biex jippermettu li l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini jkollha impatt sinifikattiv fuq il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE; |
17. |
Jissottolinja l-ħtieġa li ż-żgħażagħ jiġu involuti b'mod partikolari f'dibattitu politiku dwar il-futur tal-Ewropa u li jiġu involuti b'mod konsistenti f'mekkaniżmu parteċipattivi u djalogi taċ-ċittadini li jsiru regolarment, peress li d-deċiżjonijiet tal-lum se jiddeterminaw il-futur tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu identifikati mezzi ġodda ta' komunikazzjoni u interazzjoni adattati għall-interessi taż-żgħażagħ; |
18. |
Ifaħħar il-konsultazzjonijiet speċifiċi għat-tfal imwettqa mill-Kummissjoni u jappoġġja l-istabbiliment ta' pjattaforma tal-UE għall-parteċipazzjoni tat-tfal fil-futur; jilqa' l-inklużjoni taż-żgħażagħ fil-Pjattaforma Diġitali u l-Bordijiet taċ-Ċittadini tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE joħolqu modi biex jiżguraw involviment simili mat-tfal u ż-żgħażagħ fil-futur fuq bażi strutturali u b'mekkaniżmi ta' feedback adegwati; |
19. |
Jitlob involviment ġenwin taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' avvenimenti u programmi; ifaħħar l-isforzi li saru mid-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ biex iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jiġu inklużi fil-ħolqien tal-politika u fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jimpenjaw ruħhom li jieħdu azzjoni tanġibbli bbażata fuq l-eżiti tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ; |
20. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm involviment ma' istituzzjonijiet edukattivi u organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni ċivika biex jiġi żgurat li ċ-ċittadinanza Ewropea attiva ssir parti mill-kurrikulu madwar l-UE; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ sabiex tikkomplementa l-programmi edukattivi fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari billi tappoġġja l-iżvilupp ta' kurrikulu komuni dwar l-edukazzjoni Ewropea u l-edukazzjoni ċivika globali, trawwem fehim aħjar tal-istituzzjonijiet eżistenti tal-UE u tal-istorja u l-kulturi tal-Istati Membri, u tħeġġeġ il-ħsieb oġġettiv u kritiku dwar il-benefiċċji tal-Unjoni Ewropea; jissuġġerixxi l-inklużjoni ta' moduli dwar il-funzjonament u l-istorja tal-UE fil-kurrikuli edukattivi u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi linji gwida għal tali moduli; |
21. |
Ifakkar fid-Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni adottata mill-ministri għall-edukazzjoni tal-UE fis-17 ta' Marzu 2015, li fiha talbu azzjonijiet imsaħħa fil-qasam tal-edukazzjoni fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex tiġi ssalvagwardjata s-soċjetà pluralistika tagħna; |
22. |
Jitlob lill-Kummissjoni tniedi kompetizzjoni Olimpjadi tal-Unjoni Ewropea dwar il-funzjonament u l-istorja tal-UE għaż-żgħażagħ fl-iskejjel sekondarji, fit-taħriġ vokazzjonali u fi strutturi edukattivi oħra, sabiex tagħti spinta lill-interess, lill-parteċipazzjoni u lid-dibattitu dwar l-affarijiet tal-UE; jenfasizza li l-programm Erasmus+ għandu jintuża wkoll biex tissaħħaħ l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Ewropea, speċjalment fost l-istudenti u ż-żgħażagħ; itenni l-ħtieġa li l-Kummissjoni tappoġġja aħjar il-programmi tal-affarijiet u tal-istudju tal-UE li jeżistu madwar l-Ewropa u lil hinn minnha, filwaqt li tibni fuq il-programm Erasmus+ ta' suċċess; |
23. |
Jemmen li l-iżgurar tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ se jkun parti essenzjali mill-impatt fit-tul tal-inizjattivi ta' djalogu maċ-ċittadini; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza li ssir enfasi fuq iż-żgħażagħ fi kwalunkwe attività ta' tagħlim tal-UE u jissuġġerixxi li jiġu promossi għodod ta' impenn taż-żgħażagħ b'enfasi speċjali fuq il-media soċjali, l-applikazzjonijiet mobbli, il-logħob mobbli, il-kwiżżijiet u formati oħra adatti għaż-żgħażagħ; jilqa' l-programmi edukattivi bejn il-pari bħall-Parlament Ewropew taż-Żgħażagħ u d-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ bħala eżempji ta' prattiki tajba; |
24. |
Jissottolinja l-importanza tal-akkademja, tar-riċerkaturi u tal-universitajiet fit-titjib tal-livell ta' għarfien espert taċ-ċittadini dwar il-mekkaniżmi parteċipattivi fl-UE sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE; |
25. |
Jenfasizza li d-djalogi effettivi taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini huma marbuta b'mod qawwi mad-dimensjoni Ewropea tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza; jisħaq għalhekk fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza sabiex tippermetti l-parteċipazzjoni u l-kapaċità taċ-ċittadini li jaġixxu bħala ċittadini infurmati u jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja ċivika u soċjali kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak tal-Istati Membri, abbażi tal-fehim ta' kunċetti u strutturi politiċi, legali, soċjali u ekonomiċi, kif ukoll żviluppi globali u s-sostenibbiltà; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija Ewropea komprensiva biex ittejjeb il-kompetenzi taċ-ċittadinanza fl-UE u tiżviluppa miżuri ta' appoġġ bil-għan li jipprovdu aċċess ugwali għall-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza lill-persuni kollha li jirrisjedu fl-UE sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet politiċi tagħhom; |
26. |
Jipproponi li jiġi stabbilit network Ewropew għall-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza biex jipprovdi pjattaforma għall-iskambju tal-aħjar prattiki u għarfien dwar metodi għat-tisħiħ tad-dimensjoni Ewropea tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' mudelli u strumenti ġodda tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza; |
27. |
Jenfasizza r-rwol tal-media fit-tfassil tal-opinjonijiet taċ-ċittadini dwar il-politika tal-UE u l-UE nnifisha; jisħaq fuq il-ħtieġa li jinżamm xenarju tal-media indipendenti u divers madwar l-Ewropa, iżda jemmen li għandu jsir sforz akbar biex jiġu indirizzati d-diżinformazzjoni u r-rappurtar ħażin fil-media dwar kwistjonijiet tal-UE, b'mod partikolari permezz ta' appoġġ akbar għal proġetti tal-media pan-Ewropej ibbażati fuq il-fatti; |
28. |
Jissottolinja d-dritt taċ-ċittadini li jkollhom aċċess għal informazzjoni affidabbli, indipendenti u fattwali dwar l-Unjoni Ewropea u dwar il-politiki u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi stabbilit aċċess diversifikat għal ċentru tal-aħbarijiet Ewropew komuni li jkun newtrali, indipendenti u informattiv, aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, u li tiġi żviluppata komunikazzjoni proattiva maċ-ċittadini tal-UE; ifakkar ukoll fil-valur tal-mezzi tal-media eżistenti; iqis li huwa neċessarju li jiġi indirizzat b'mod konkret it-tixrid ta' miżinformazzjoni u diżinformazzjoni, speċjalment fi żminijiet ta' kriżi meta tkun l-aktar meħtieġa informazzjoni valida, affidabbli u f'waqtha; jisħaq li l-indipendenza tal-media hija kruċjali għal dawn il-proċessi; jitlob, b'rabta mal-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni, l-introduzzjoni ta' feedback, verifika tal-fatti u moderazzjoni downstream fil-funzjonament tal-pjattaformi online, li jkunu jirrispettaw id-drittijiet ċivili u l-libertà tal-espressjoni; iqis, għalhekk, li huwa essenzjali li jissaħħaħ it-taħriġ tal-ġurnalisti sabiex jitrawwem ħsieb indipendenti u kritiku; |
29. |
Jilqa' l-objettiv tal-Pjan ta' Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea (EDAP) li jtejjeb il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fis-sistemi demokratiċi permezz ta' proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet infurmat; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-impenn taċ-ċittadini minn sfondi żvantaġġjati fil-qafas ta' Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà; jilqa' l-miżuri mħabbra fil-qafas tal-EDAP biex jissaħħu l-libertà tal-media, il-libertà tal-espressjoni u l-ġurnaliżmu ta' kwalità; jistenna b'interess il-proposti tal-Kummissjoni għal għodod prattiċi u effiċjenti biex tiġi żgurata aħjar is-sikurezza tal-ġurnalisti, li spiss wisq huma soġġetti għal theddid u intimidazzjoni bla bżonn, u b'hekk jiġi limitat id-dritt taċ-ċittadini għall-informazzjoni; jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' proposti speċifiċi biex tiġi żgurata l-libertà artistika u tingħata protezzjoni lill-artisti sottoposti għal ċensura u għal proċedimenti ġudizzjarji u jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa dan il-qasam fil-qafas tal-EDAP; |
30. |
Jirrikonoxxi d-dritt taċ-ċittadini kollha tal-UE li jitolbu u jirċievu informazzjoni mill-istituzzjonijiet tal-UE b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE; jindika li djalogu ġenwin u l-parteċipazzjoni attiva u infurmata taċ-ċittadini tal-UE fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE huma possibbli biss jekk ma jkun hemm l-ebda ostaklu lingwistiku, u jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tagħmel sforzi ferm akbar biex tikkomunika maċ-ċittadini bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE; jinnota li, sabiex jissaħħu l-inklużività, is-sensibilizzazzjoni u l-viżibbiltà, hemm bżonn li tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-kontenut online; jissuġġerixxi li s-siti web kollha tal-UE għandhom ikunu faċli għall-utent u disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE; |
31. |
Ifakkar li l-politiki u l-leġiżlazzjoni Ewropej huma l-aktar drabi implimentati mill-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali u li għandhom il-kapaċità li jilħqu ċ-ċitttadini b'mod aktar faċli u li jaqdu rwol ċentrali fl-edukazzjoni taċ-ċittadini dwar l-UE, peress li huma l-livell ta' gvern l-eqreb taċ-ċittadini; jisħaq li l-ewwel pass jista' jkun li jiżdiedu r-riżorsi allokati lill-uffiċċji ta' kollegament tal-istituzzjonijiet Ewropej u li jiġi żviluppat in-network territorjali tagħhom madwar l-Ewropa; |
32. |
Jilqa' l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-14 ta' Ottubru 2020 bit-titolu “L-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-djalogu permanenti maċ-ċittadini” (7); jitlob, minbarra l-għodod madwar l-UE kollha għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, l-istabbiliment ta' network ta' gvernijiet f'diversi livelli li għandu jservi bħala katina ta' trażmissjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u ċ-ċittadini; |
33. |
Itenni l-ħtieġa li ċ-ċittadini jiġu involuti bis-sħiħ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE sabiex tissaħħaħ il-leġittimità tal-UE u tiżdied il-fiduċja pubblika fil-ħidma tal-istituzzjonijiet; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza ta' mekkaniżmi parteċipattivi permanenti biex tiġi ffaċilitata u mħeġġa aktar il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE lil hinn mill-att ta' votazzjoni u kanali u strumenti eżistenti oħra; jappoġġja attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni ta' dawn il-mekkaniżmi biex jiġu mmassimizzati l-impatt u l-effettività tagħhom; jissottolinja l-ħtieġa ta' tali mekkaniżmi fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali u ta' koordinazzjoni orizzontali u vertikali adegwata fost l-istituzzjonijiet f'livelli differenti; |
34. |
Jenfasizza l-fatt li proċessi parteċipattivi regolari maċ-ċittadini jistgħu jservu għanijiet differenti, bħall-influwenza fuq il-prijoritajiet politiċi jew leġiżlattivi annwali, l-iżvilupp ta' proposti speċifiċi fir-rigward ta' kwistjonijiet speċifiċi, id-diskussjoni ta' kwistjonijiet istituzzjonali jew it-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-infiq ta' ċerti riżorsi pubbliċi; jissottolinja, madankollu, li filwaqt li l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini se tkun ta' benefiċċju f'xi oqsma, huwa importanti li ċ-ċittadini jkollhom fehim ċar tal-eżiti tal-involviment, inklużi l-limitazzjonijiet inerenti, bi proċeduri ta' segwitu xierqa u trasparenti; |
35. |
Jinnota li l-mekkaniżmi ta' parteċipazzjoni taċ-ċittadini jinkludu firxa wiesgħa ta' għodod li huma komplementari, bħall-assemblei taċ-ċittadini, l-inizjattivi taċ-ċittadini, il-konsultazzjonijiet pubbliċi, id-djalogi maċ-ċittadini, l-ibbaġitjar parteċipattiv, ir-referenda, eċċ.; |
36. |
Ifakkar li l-mekkaniżmi parteċipattivi għaċ-ċittadini għandu jipprovdu mezz għall-individwi biex jesprimu l-ideat u t-tħassib tagħhom; jissottolinja l-fatt li dawn għandhom ikunu parteċipattivi, inklużivi, miftuħa, deliberati, transnazzjonali, mhux partiġġjani, obbligati jagħtu rendikont, effettivi, viżibbli u attraenti; |
37. |
Jenfasizza li, sabiex jintlaħaq l-akbar għadd possibbli ta' ċittadini, irid jittieħed approċċ inklużiv; jissottolinja l-fatt li l-għażla tal-parteċipanti għandha tiżgura rappreżentanza bbilanċjata sew tal-popolazzjoni, permezz tal-użu ta' mekkaniżmi adegwati ta' komunikazzjoni biex jintlaħaq pubbliku divers, biex id-diversità tas-soċjetà u dik territorjali tkun riflessa għalkollox; jisħaq li ċ-ċittadini kollha għandu jkollhom aċċess ugwali għall-mekkaniżmi parteċipattivi, inklużi dawk li jgħixu f'żoni żvantaġġjati jew dawk li għandhom esponiment aktar baxx għall-informazzjoni tal-UE; jitlob li l-mekkaniżmi parteċipattivi jiġu estiżi għal kulħadd, inklużi ċittadini mhux tal-UE li jirrisjedu fl-UE kif ukoll ċittadini tal-UE li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż mhux tal-UE, li għandhom jiġu offruti mekkaniżmi alternattivi adattati għall-ħtiġijiet tagħhom; |
38. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal mekkaniżmi ta' parteċipazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni; ifakkar li l-ostakli lingwistiċi ibiegħdu l-istituzzjonijiet Ewropej miċ-ċittadini u jipprevjenu l-iżvilupp ta' demokrazija Ewropea verament inklużiva; |
39. |
Jissottolinja l-importanza li jingħata aċċess sħiħ lill-persuni b'diżabbiltà għall-istrumenti differenti kollha li l-UE tipprovdi liċ-ċittadini, b'mod partikolari permezz tal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni sistematiċi għal-lingwa tas-sinjali u għal lingwa faċli li tinqara; |
40. |
Jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra għandhom jaqdu rwol ewlieni fl-istrumenti parteċipattivi kollha; iqis li metodoloġiji xierqa li jappoġġjaw il-parteċipazzjoni tagħhom huma kruċjali; jissottolinja l-fatt li, sabiex dawn l-istrumenti jirnexxu, il-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) iridu jiġu involuti; |
41. |
Jisħaq li l-għan, ir-regoli u l-perjodi ta' żmien ta' kwalunkwe proċess parteċipattiv iridu jiġu kkomunikati mill-bidu nett sabiex dawn ikunu effettivi; jissottolinja li l-komunikazzjoni dwar l-involviment taċ-ċittadini jeħtieġ li tenfasizza r-rwol prattiku ta' kwalunkwe mekkaniżmu, inkella n-nuqqas li jiġu ssodisfati l-aspettattivi se jnaqqas il-parteċipazzjoni, u konsegwentement il-leġittimità; |
42. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm bilanċ tajjeb bejn format komuni u prattiki nazzjonali diversi għad-djalogi taċ-ċittadini li jsiru regolarment sabiex iċ-ċittadini jingħataw qafas Ewropew li jakkomoda diversi tradizzjonijiet ta' deliberazzjoni fil-livell nazzjonali; |
43. |
Jisħaq li t-teknoloġiji diġitali għandhom ikunu komplement għall-istrumenti ta' parteċipazzjoni wiċċ imb wiċċ u għandhom jintużaw b'mod speċjali biex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni fost il-popolazzjonijiet li għandhom diffikultajiet biex jipparteċipaw fi strumenti parteċipattivi tradizzjonali; |
44. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw għodod aċċessibbli, innovattivi u inklużivi għall-parteċipazzjoni u d-djalogi maċ-ċittadini, filwaqt li jagħmlu użu aħjar mit-teknoloġiji diġitali biex iċ-ċittadini kollha (iż-żgħażagħ u l-persuni akbar fl-età, il-persuni b'diżabbiltà, iċ-ċittadini mobbli tal-UE, il-persuni li jgħixu f'żoni rurali jew inqas popolati) ikun jista' jkollhom sehem effettiv fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, filwaqt li tibni fuq it-tagħlimiet miksuba mill-mod kif il-pandemija tal-COVID-19 aġixxiet bħala aċċeleratur għall-użu tal-għodod diġitali; jirrimarka l-valur miżjud ta' sit web mhux burokratiku u komprensiv li jipprovdi liċ-ċittadini b'informazzjoni dwar l-inizjattivi parteċipattivi Ewropej kollha; jissottolinja r-rwol kruċjali tal-media soċjali, speċjalment għat-tfal; jisħaq li l-għan ta' għodod innovattivi bħal dawn għandu jkun li jappoġġjaw id-demokrazija rappreżentattiva u li għandha tiġi żgurata t-trasparenza f'kull livell; |
45. |
Jitlob verifika tal-fatti u moderazzjoni fir-rigward tad-diżinformazzjoni fil-funzjonament tal-pjattaformi online li jintużaw biex jinvolvu liċ-ċittadini; |
46. |
Ifakkar li, qabel it-tnedija ta' kwalunkwe proċess parteċipattiv, l-istituzzjonijiet tal-UE jridu jimpenjaw ruħhom li jsegwu l-eżitu tagħhom fid-dawl tal-kompetenzi u l-proċeduri leġiżlattivi tagħhom, peress li d-diżappunt taċ-ċittadini ta' spiss jirriżulta minn nuqqas ta' segwitu; jisħaq li ċ-ċittadini għandu jkollhom fehim ċar tal-involviment taċ-ċittadini u tal-istrutturi ta' djalogu sabiex l-aspettattiva tissodisfa r-realtà, inkella jkun hemm riskju ta' tneħħija tad-drittijiet tal-vot taċ-ċittadini; jenfasizza li kwalunkwe strument parteċipattiv ġdid għandu jkun akkumpanjat minn kampanja ta' komunikazzjoni sinifikanti, b'impenn politiku ta' livell għoli fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, simili għall-kampanja elettorali ta' suċċess għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019; |
47. |
Jisħaq li l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtiġilhom jipprovdu gwida b'mod attiv lill-parteċipanti matul il-proċess parteċipattiv kollu; jissottolinja li lejn l-aħħar ta' dan il-proċess, l-eżitu tiegħu jrid ikun iddefinit b'mod ċar, sabiex ikun jista' jiġi soġġett għal rispons obbligatorju; jipproponi li l-parteċipanti għandhom jiġu pprovduti b'feedback bil-miktub dwar kull proposta jew rakkomandazzjoni b'lingwaġġ ċar fi tmiem tali eżerċizzji, li fihom l-istituzzjonijiet tal-UE jiċċaraw l-intenzjoni tagħhom li jimplimentaw dik il-proposta jew rakkomandazzjoni jew jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħhom li ma jagħmlux dan; jirrikonoxxi li hemm diffikultajiet u sfidi x'jingħelbu biex il-mekkaniżmi parteċipattivi jikkontribwixxu b'mod aktar sinifikanti għall-kwalità demokratika, u konsegwentement għal sens ta' sjieda u identità Ewropea; |
48. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas għas-segwitu għad-djalogi maċ-ċittadini sabiex il-kontribut taċ-ċittadini jitqies b'mod effettiv; jipproponi li parti mis-segwitu tista' tkun it-traduzzjoni tal-eżitu f'rapporti ta' inizjattiva u seduti pubbliċi u l-involviment taċ-ċittadini, inklużi l-aktar gruppi sottorappreżentati fis-soċjeta, b'mod partikolari iż-żgħażagħ, matul dawn il-passi; |
49. |
Jemmen li l-proċessi parteċipattivi taċ-ċittadini jridu jaderixxu mal-ogħla livell possibbli ta' trasparenza; jinnota li t-trasparenza u d-data miftuħa jsaħħu l-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi u għalhekk il-leġittimità tagħhom; jenfasizza li l-promozzjoni tal-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tal-involviment pubbliku tirrikjedi fehim akbar tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE; jitlob li jinħoloq standard għal gvern miftuħ fil-livell tal-UE li jista' jservi bħala bażi għal livelli oħra ta' gvern; |
50. |
Jipproponi li s-sit web tal-Kummissjoni, “Semma' leħnek”, isir riżorsa unika li tagħti aċċess għall-istrumenti parteċipattivi kollha fil-livell tal-UE; jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 ħeġġet l-użu ta' sistemi tal-media diġitali u tal-konferenzi online, u għalhekk tara aktar opportunitajiet li toffri d-diġitalizzazzjoni għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; jindika li dan għen liċ-ċittadini jipparteċipaw b'mod aktar rapidu, wiesa' u inklużiv fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jemmen li l-UE għandha tippromwovi modi ġodda u innovattivi għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, li jippermettu l-użu ta' għodod tat-teknoloġija diġitali li jiffaċilitaw id-djalogu multilingwi maċ-ċittadini; jistieden lill-Kummissjoni tħaddan aktar possibbiltajiet diġitali għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, inklużi tutorials, eżempji mill-passat u informazzjoni dwar leġiżlazzjoni rilevanti; jemmen li għandhom isiru dispożizzjonijiet għal persuni għomja, b'vista batuta jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat; |
51. |
Jipproponi li jiġi stabbilit forum indipendenti tas-soċjetà ċivili, akkademiku u tas-sħab soċjali sabiex il-proċess u s-segwitu tiegħu jiġu mmonitorjati mill-istituzzjonijiet tal-UE; |
52. |
Iħeġġeġ li jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta' network indipendenti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ibbażat fuq il-parteċipazzjoni volontarja, biex jinġabru flimkien inizjattivi differenti tad-demokrazija, inkluż bejn ir-reġjuni differenti, sabiex jiġu ffaċilitati l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien kif ukoll biex jiġi żgurat li jintużaw metodi tal-aħjar prattika; jemmen li dan se jżid is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar il-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, kif ukoll jiżgura aktar opportunitajiet għaċ-ċittadini biex jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika; |
53. |
Jilqa' l-proposta tal-Presidenti tal-KESE u tal-KtR biex jiġi stabbilit grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE; |
54. |
Jimpenja ruħu li jinvolvi ruħu mal-istituzzjonijiet u mal-partijiet ikkonċernati l-oħra tal-UE biex isaħħaħ mezzi addizzjonali ta' kontribut taċ-ċittadini, inkluża l-espansjoni tad-djalogi maċ-ċittadini u l-istabbiliment ta' mekkaniżmu permanenti għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini bi proċess ta' segwitu formalment vinkolanti; |
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal ftehim interistituzzjonali dwar id-djalogu ċivili abbażi tal-Artikolu 11(2) TUE, li jiddikjara li l-istituzzjonijiet iridu jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili; |
56. |
Jissottolinja l-importanza li jitrawmu l-impenn ċiviku u l-parteċipazzjoni attiva b'mod ikkoordinat u koerenti fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali u fil-livell tal-UE; jemmen, f'dan il-kuntest, li r-rwol, l-attivitajiet u l-indipendenza tar-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLOs) fl-Istati Membri għandhom jissaħħu, sabiex jiġu ffaċilitati l-impenn ċiviku u d-djalogu dirett maċ-ċittadini, jiġu pprovduti aċċess għall-informazzjoni u t-tixrid tagħha u titqajjem sensibilizzazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea u l-politiki tagħha permezz ta' użu wiesa' u kkoordinat tajjeb tal-għodod ta' komunikazzjoni għall-parteċipazzjoni diġitali u fiżika taċ-ċittadini; |
57. |
Jindika l-inizjattiva l-ġdida Ewropea ta' Bahaus bħala innovazzjoni reċenti biex tiġi mħeġġa u ffaċilitata l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; jenfasizza li l-inizjattiva tlaqqa' liċ-ċittadini, lill-esperti, lin-negozji u lill-istituzzjonijiet flimkien u tiffaċilita l-konverżazzjonijiet dwar kif l-ispazji tal-għajxien ta' għada jistgħu jsiru aktar affordabbli u aċċessibbli; |
58. |
Jipproponi l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi ta' parteċipazzjoni taċ-ċittadini għal proġetti pilota, inkluż “ibbaġitjar parteċipatorju” biex jippermetti t-tfassil tan-naħa tan-infiq tal-baġit tal-Unjoni u l-crowdsourcing biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jiġu involuti fil-ħolqien konġunt ta' politiki ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-UE; |
59. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, b'biżżejjed involviment mill-istituzzjonijiet tal-UE, fir-riformi strutturali tal-UE billi jiġi riformat il-metodu tal-Konvenzjoni kif previst fl-Artikolu 48 TUE; jipproponi li dan jiġi diskuss fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; |
60. |
Jilqa' l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u jemmen li din hija opportunità kbira biex isir involviment dirett maċ-ċittadini fi djalogu sinifikattiv dwar il-futur tal-Ewropa u biex jiġu pprovduti tweġibiet għat-talbiet tagħhom; |
61. |
Jissottolinja l-importanza tal-parteċipazzjoni bbilanċjata tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili flimkien ma' rappreżentanti istituzzjonali fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir segwitu sod dwar l-eżitu tal-Konferenza, li ċ-ċittadini jinżammu informati dwar il-passi differenti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jirriżulta, li jiġi żgurat li d-djalogu maċ-ċittadini jkun sinifikattiv u li dan ikompli wara t-tmiem formali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; |
62. |
Jisħaq li l-agoras taċ-ċittadini organizzati fil-qafas tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa għandhom iservu bħala proġett pilota għall-istituzzjonalizzazzjoni futura tagħhom bħala mekkaniżmu permanenti għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini f'dibattiti ewlenin; |
63. |
Jistenna li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa se ġġib kontribut importanti fl-iżvilupp ulterjuri tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-tfassil tal-politika tal-UE u twitti t-triq għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi permanenti ġodda għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; |
64. |
Iqis li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tipprovdi opportunità biex jiġu diskussi mekkaniżmi possibbli għall-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fil-proċess ta' konsultazzjoni sabiex jiġi influwenzat il-Programm ta' Ħidma annwali tal-Kummissjoni u d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni; jinnota li tali mekkaniżmu jista' jaħdem fuq bażi annwali, fejn jibda fl-ewwel xhur ta' kull sena b'agoras taċ-ċittadini nazzjonali u reġjonali li għandhom iħejju l-prijoritajiet li għandhom jiġu diskussi f'agora taċ-ċittadini Ewropej transnazzjonali, li tista' tiġi konkluża f'Jum l-Ewropa; jindika li l-prijoritajiet li jirriżultaw mill-agora taċ-ċittadini Ewropej għandhom jiġu ppreżentati lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jikkontribwixxu għall-mekkaniżmu ta' konsultazzjoni li jwassal għall-istabbiliment tal-Programm ta' Ħidma annwali tal-Kummissjoni; |
65. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0010.
(2) Testi adottati, P9_TA(2020)0153.
(3) Ewrobarometru Flash FL4023
(4) Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 55).
(6) Rapport speċjali 14/2019 “Semma' leħnek!”, Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Settembru 2019
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/105 |
P9_TA(2021)0346
Kooperazzjoni UE-NATO fil-kuntest tar-relazzjonijiet transatlantiċi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fil-kuntest tar-relazzjonijiet transatlantiċi (2020/2257(INI))
(2022/C 99/12)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra t-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, |
— |
wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 21 u 42 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2018 dwar ir-relazzjonijiet UE-NATO (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-mobbiltà militari (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-futur tat-Trattat INF u l-impatt fuq l-Unjoni Ewropea (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) tat-2 ta' Awwissu 2019 dwar it-Trattat dwar il-Forzi Nukleari ta' Medda Intermedja , |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-26 ta' Novembru 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud u d-Direttiva 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward ta' sforz ta' difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni – rapport annwali (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni – rapport annwali (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE, rigward l-akkwist pubbliku fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà, u tad-Direttiva 2009/43/KE, rigward it-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża (7), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2016 dwar l-Istrateġija Globali tal-UE għall-politika estera u ta' sigurtà tal-Unjoni, bit-titolu “Viżjoni kondiviża, azzjoni komuni: Ewropa aktar b'saħħitha”, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/601 dwar missjoni ta' taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (8), li tistabbilixxi l-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC), |
— |
wara li kkunsidra l-pakkett ta' difiża ppreżentat mill-Kummissjoni fis-7 ta' Ġunju 2017 fid-“Dokument ta' Riflessjoni dwar il-Futur tad-Difiża Ewropea” (COM(2017)0315), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13 u tal-14 ta' Diċembru 2018 dwar is-sigurtà u d-difiża, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2020 dwar is-sigurtà u d-difiża, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK)2020/1639 tal-5 ta' Novembru 2020 li tistabbilixxi kondizzjonijiet ġenerali li skonthom Stati terzi jkunu jistgħu b'mod eċċezzjonali jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fi proġetti individwali tal-PESCO (9), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2020 bit-titolu “Irkupru li javvanza t-tranżizzjoni lejn industrija tal-UE aktar dinamika, reżiljenti u kompetittiva”, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2020 dwar ir-Rieżami Strateġiku tal-PESCO għall-2020, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2021 li tapprova l-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti, tal-Kanada u tan-Norveġja fil-proġett PESCO dwar il-mobbiltà militari, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' April 2021 dwar Strateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li terġa' tingħaqad mal-Ftehim ta' Pariġi, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta adottata fis-Summit bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-15 ta' Ġunju 2021, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta adottata fis-Summit bejn l-UE u l-Kanada fil-15 ta' Ġunju 2021, |
— |
wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali għat-Tibdil fil-Klima u d-Difiża propost mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fis-6 ta' Novembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-2 ta' Diċembru 2020 bit-titolu “Aġenda ġdida għal bidla globali bejn l-UE u l-Istati Uniti” (JOIN(2020)0022), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2020 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 2021 li tistabbilixxi l-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tas-16 ta' Diċembru 2020 bit-titolu “L-istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali” (JOIN(2020)0018), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tas-7 ta' Ġunju 2017 bit-titolu “Approċċ Strateġiku għar-Reżiljenza fl-azzjoni esterna tal-UE” (JOIN(2017)0021), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-membri tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta' Frar 2021 dwar is-sigurtà u d-difiża, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim bejn in-negozjaturi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2020 dwar il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim politiku bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2020 dwar l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) għall-perjodu li jmiss tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) (2021-2027), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni tal-14 ta' Marzu 2003 bejn l-UE u n-NATO, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, iffirmata f'Varsavja fit-8 ta' Lulju 2016 mill-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, u mis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, |
— |
wara li kkunsidra s-sett komuni ta' 74 proposta għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Varsavja approvata mill-Kunsilli tal-UE u tan-NATO fis-6 ta' Diċembru 2016 u fil-5 ta' Diċembru 2017, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, iffirmata fi Brussell mill-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, u mis-Segretarju Ġenerali tan-NATO fl-10 ta' Lulju 2018, u d-Dikjarazzjoni tas-Summit ta' Brussell maħruġa mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern li pparteċipaw fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana li saret fi Brussell fil-11 u fit-12 ta' Lulju 2018, |
— |
wara li kkunsidra l-ħames rapporti ta' progress mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/HR) u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO dwar l-implimentazzjoni tas-sett komuni ta' proposti ppreżentat b'mod konġunt f'Ġunju u f'Diċembru 2017, u f'Ġunju 2018, 2019 u 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, b'mod partikolari l-SDG 16 bil-għan li jippromwovi soċjetajiet paċifiċi u inklużivi għall-iżvilupp sostenibbli, |
— |
wara li kkunsidra l-obbligu tad-diżarm nukleari għall-Istati Partijiet b'armi nukleari stabbilit fl-Artikolu VI tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit ta' Wales, maħruġa fil-5 ta' Settembru 2014 mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern li pparteċipaw fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana f'Wales, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikat tas-Summit ta' Brussell maħruġ mill-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern li pparteċipaw fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana fi Brussell fl-14 ta' Ġunju 2021, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikat tal-mexxejja tal-G7 tat-13 ta' Ġunju 2021 bit-titolu “L-aġenda komuni tagħna għal azzjoni globali biex nibnu mill-ġdid aħjar”, |
— |
wara li kkunsidra s-Summit bejn l-Istati Uniti u r-Russja li sar f'Ġinevra fis-16 ta' Ġunju 2021, |
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda tan-NU għad-Diżarm bit-titolu “Niżguraw il-Futur Komuni Tagħna”, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Riflessjoni Maħtur mis-Segretarju Ġenerali tan-NATO tal-25 ta' Novembru 2020 bit-titolu “NATO 2030: United for a New Era” (NATO 2030: Magħquda għal Era Ġdida), kopresedut minn Thomas de Mazière u Wess Mitchell, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Mexxejja Żgħażagħ tan-NATO 2030 tal-4 ta' Frar 2021 bit-titolu “NATO 2030: Embrace the change, guard the values” (NATO 2030: Inħaddnu l-bidla, nissalvagwardjaw il-valuri), |
— |
wara li kkunsidra ż-żjara tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO fil-Kulleġġ tal-Kummissarji tal-15 ta' Diċembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-parteċipazzjoni tal-VP/HR fil-laqgħa tal-Ministri tad-Difiża tan-NATO tas-17 u tat-18 ta' Frar 2021, u fil-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tan-NATO tat-23 u tal-24 ta' Marzu 2021, |
— |
wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14 ta' Settembru 2016 mill-President tal-Kummissjoni Juncker, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tad-19 ta' Frar 2021 mill-mexxejja politiċi tan-NATO u tal-EU fil-Konferenza Speċjali ta' Munich dwar is-Sigurtà “Beyond Westlessness”, |
— |
wara li kkunsidra l-iskambju ta' fehmiet matul is-sessjoni tat-3 ta' Marzu 2021 tal-Konferenza Interparlamentari għall-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) u l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK), |
— |
wara li kkunsidra r-Rieżami Nru 09/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tat-12 ta' Settembru 2019 dwar id-difiża Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-iskambju ta' fehmiet mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO matul il-laqgħa konġunta tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, is-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża, u d-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO li saret fil-15 ta' Marzu 2021, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0192/2021), |
A. |
billi s-solidarjetà u s-sħubija Ewropea u trans-Atlantika jiffurmaw il-bażi għas-sigurtà tal-passat, attwali u futura tas-sħubija trans-Atlantika; billi kemm in-NATO kif ukoll l-UE huma differenti fin-natura tagħhom iżda qed jevolvu fl-istess kuntest ġeopolitiku volatili; |
B. |
billi kemm l-UE kif ukoll in-NATO bdew proċessi ta' riflessjoni sabiex jaġġustaw b'mod xieraq għall-bidliet globali bla preċedent fis-sigurtà; billi f'Ġunju 2020, il-mexxejja tal-UE qablu li jniedu proċess bil-għan li tiġi ddefinita “Boxxla Strateġika”; billi fis-Summit reċenti tagħhom tal-14 ta' Ġunju 2021, il-mexxejja tan-NATO ddeċidew li jibdew jaħdmu fuq il-Kunċett Strateġiku li jmiss, li se jiġi approvat fis-Summit tagħhom li jmiss fl-2022; |
C. |
billi f'Novembru 2020, l-ewwel analiżi klassifikata komprensiva, ta' 360 grad, tal-UE dwar il-firxa sħiħa ta' theddid u sfidi li l-UE tiffaċċja, jew li tista' tiffaċċja fil-futur qrib, ġiet ippreparata b'mod kooperattiv mis-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri tal-UE; billi f'Novembru 2021, il-VP/HR huwa skedat li jippreżenta abbozz tal-Boxxla Strateġika, li l-Istati Membri mbagħad se jiddiskutu u huma skedati li jadottaw f'Marzu 2022; billi l-Boxxla Strateġika għandha l-għan li tiffaċilita l-formazzjoni ta' “kultura Ewropea komuni rigward is-sigurtà u d-difiża”; |
D. |
billi l-UE tirrikonoxxi b'mod espliċitu r-rwol tan-NATO għall-membri tagħha fid-difiża tal-Ewropa u taċ-ċittadini tagħha (l-Artikolu 42(7) TUE); billi n-NATO għandha r-responsabbiltà primarja ta' difiża kollettiva (l-Artikolu 5 tat-Trattat ta' Washington); billi n-NATO tibqa' garanti kruċjali fil-qasam tal-kapaċitajiet, billi tiżgura l-interoperabbiltà teknika u umana tal-forzi alleati u l-konsistenza tal-politiki tat-tagħmir tagħhom; billi l-impenn għall-awtodifiża kollettiva, inkorporat fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u fl-Artikolu 42(7) TUE, huwa l-garanzija ta' solidarjetà bejn l-alleati u bejn l-Istati Membri; |
E. |
billi l-valuri komuni, l-istorja komuni u r-relazzjoni speċjali kondiviża mill-UE, il-membri Ewropej tan-NATO, l-Istati Uniti u l-Kanada tikkostitwixxi l-pedament tal-Alleanza Trans-Atlantika; billi l-UE u n-NATO jikkondividu l-istess sfidi ta' sigurtà komuni, interessi ta' difiża komuni u l-istess ambjent ta' sigurtà li jsir dejjem aktar ta' sfida; |
F. |
billi wara d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-2016, inbeda proċess ta' kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, iċċentrat madwar 74 proposta komuni għal azzjoni fl-oqsma tal-ġlieda kontra t-theddid ibridu, il-kooperazzjoni operattiva, inkluż fuq il-baħar u dwar il-migrazzjoni, iċ-ċibersigurtà u d-difiża, il-kapaċitajiet ta' difiża, l-industrija tad-difiża u r-riċerka, eżerċizzji, u appoġġ għall-isforzi għal bini tal-kapaċitajiet tas-sħab tal-Lvant u tan-Nofsinhar; |
G. |
billi s-sigurtà u d-difiża tal-Ewropa jiddependu mir-rieda politika u l-kapaċità ċivili u militari tal-Ewropej li jassumu r-responsabiltajiet tagħhom f'ambjent strateġiku li ddeterjora b'mod konsiderevoli f'dawn l-aħħar snin; billi n-NATO ma għandhiex titqies biss bħala kontinwazzjoni ta' proġett mill-passat, iżda bħala viżjoni għall-futur tas-sigurtà u l-istabbiltà tad-dinja, li teħtieġ li tkompli tadatta l-istrateġija politika tagħha għal sfidi ġodda, iżżomm is-solidarjetà u l-koeżjoni politika, u tibqa' organizzazzjoni kredibbli u teknikament innovattiva; |
H. |
billi l-uniku qafas legali għar-relazzjonijiet bejn l-UE u n-NATO għadu l-Qafas Miftiehem tal-2003, li huwa limitat għall-kondiviżjoni tal-istrutturi tal-ippjanar, l-assi u l-kapaċitajiet kollettivi tan-NATO mal-UE fir-rigward tal-ippjanar u t-twettiq ta' operazzjonijiet militari tal-PSDK tal-UE f'konformità mal-arranġamenti “Berlin Plus”; |
I. |
billi fl-10 ta' Novembru 2020, is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg iddikjara li “għandna bżonn insegwu l-kontroll u d-diżarm tal-armi nukleari bħala kwistjoni ta' urġenza” u fil-15 ta' Diċembru 2020, l-alleati tan-NATO affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għall-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-kontroll tal-armi, id-diżarm u n-nonproliferazzjoni; |
J. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha, b'mod partikolari mill-pubblikazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE tal-2016, segwew politiki li jippermettulhom ikunu atturi globali aktar attivi u influwenti għall-paċi u s-sigurtà, u konsegwentement intensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża; billi l-istadji ewlenin jinkludu l-istabbiliment tal-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) u l-programmi prekursuri tiegħu, it-tnedija tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u r-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD), kif ukoll il-ftehim dwar il-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF); |
K. |
billi CARD jipprovdi lill-UE bi strument biex ikomplu jiġu armonizzati l-isforzi tal-Istati Membri fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet tad-difiża u biex jiġu identifikati oqsma addizzjonali għall-kooperazzjoni; |
L. |
billi fil-qafas tal-PSDK, 5 000 membru tal-persunal militari u ċivili tal-UE huma attwalment skjerati f'sitt missjonijiet u operazzjonijiet militari u 11-il missjoni u operazzjoni ċivili fi tliet kontinenti; billi dawn il-missjonijiet ipprovdew b'suċċess appoġġ, bini tal-kapaċitajiet u taħriġ bil-għan li jiġu żgurati l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà f'żoni ta' kunflitt u ta' wara l-kunflitt; billi l-kapaċità tal-Ewropa tiddependi ħafna fuq il-ħila tal-Unjoni li tintervjeni b'mod kredibbli f'teatri ta' operazzjonijiet esterni; |
M. |
billi l-aħħar xhur raw livelli bla preċedent ta' interazzjoni ta' livell għoli bejn l-UE u n-NATO, bħall-ewwel diskussjoni bejn Segretarju Ġenerali tan-NATO u l-Kulleġġ tal-Kummissarji tal-UE f'Diċembru 2020, u l-parteċipazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO fil-Kunsill Ewropew fi Frar 2021; |
N. |
billi n-NATO, permezz tal-Proċess tal-Ippjanar tad-Difiża (NDPP) tagħha, tistabbilixxi l-“Livell ta' Ambizzjoni” tagħha kull erba' snin billi tidentifika f'termini kwalitattivi u kwantitattivi l-ġabra ta' forzi, tagħmir u kapaċitajiet li l-alleati għandu jkollhom fl-inventarji tagħhom biex jappoġġjaw l-ispettru sħiħ tal-missjonijiet tan-NATO u jkunu jistgħu jwieġbu għal theddid u sfidi possibbli; |
O. |
billi l-Istati Uniti ilha li stiednet lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex iżidu l-isforzi tagħhom f'termini ta' investimenti fis-sigurtà u fid-difiża tagħhom, bħala kontribut importanti għall-qsim tal-piżijiet fi ħdan l-alleanza; |
P. |
billi l-pandemija tal-COVID-19 qed ikollha impatt sinifikanti fuq ir-relazzjonijiet internazzjonali u l-baġits nazzjonali u kompliet taggrava t-tensjonijiet globali u l-isfidi tas-sigurtà eżistenti bħall-iskjerament irresponsabbli u aggressiv tal-forzi; billi ċ-Ċina u r-Russja b'mod partikolari ppruvaw jużaw il-pandemija biex javvanzaw l-interessi strateġiċi tagħhom; billi l-UE u n-NATO kkooperaw mill-qrib sa mill-bidu tal-pandemija, billi indirizzaw kwistjonijiet bħad-distribuzzjoni tat-tagħmir u l-persunal mediku, ir-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini, it-theddid ċibernetiku u ibridu, u l-ġlieda kontra l-attivitajiet ta' diżinformazzjoni u l-propaganda ostili; |
Q. |
billi l-Kummissjoni, meta ppreżentat il-Pjan ta' Azzjoni għad-Difiża, issottolinjat li l-kapaċità industrijali żejda, il-frammentazzjoni u l-ineffiċjenza fil-produzzjoni tal-kapaċità militari Ewropea għandha spejjeż annwali ta' EUR 25 sa 100 biljun, li huma mġarrba mill-baġits nazzjonali għad-difiża tal-Istati Membri; |
R. |
billi jeħtieġ li d-demokraziji jirrispondu b'mod adegwat għall-isfidi tal-lum; billi numru ta' membri tan-NATO u tal-UE jiffaċċjaw sfidi interni għad-demokrazija; billi, globalment, reġimi awtoritarji, bħar-Russja u ċ-Ċina, jidhru li kkonsolidaw l-influwenza tagħhom u qed isegwu aġenda aggressiva; |
S. |
billi l-Preżenza Avvanzata Msaħħa (EfP) tan-NATO fin-naħa tal-Lvant tal-alleanza, b'erba' gruppi tattiċi multinazzjonali fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja, hija mmexxija mill-Istati Uniti, mir-Renju Unit, mill-Kanada u mill-Ġermanja rispettivament; |
T. |
billi n-NATO ttestjat b'suċċess l-inizjattiva tagħha ta' Mobbiltà tal-Ajru Rapida biex tippermetti t-trasport urġenti ta' provvisti mediċi matul il-pandemija tal-COVID-19; |
70 sena ta' rabta trans-Atlantika permezz tan-NATO
1. |
Huwa konvint li l-Unjoni Ewropea u n-NATO għandhom interessi ta' sigurtà u difiża konverġenti; jilqa' l-kooperazzjoni intensifikata bejn l-UE u n-NATO li ilha fis-seħħ mill-iffirmar tad-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Varsavja tal-2016 u li ssaħħet bid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Brussell tal-2018, u jenfasizza li sħubija strateġika msaħħa bejn l-UE u n-NATO hija essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-sigurtà li qed jiffaċċjaw l-Ewropa u l-viċinat tagħha; ifaħħar il-kisbiet tal-alleanza u jissottolinja r-rilevanza kontinwa tagħha; jissottolinja li n-NATO teħtieġ li żżid l-isforzi tagħha biex tadatta għan-natura li qed tinbidel u għal-livell miżjud ta' theddid, sabiex tibqa' attur globali kredibbli u sostenibbli għas-sigurtà kollettiva u għall-paċi fid-dinja; ifakkar fil-fatt li għall-Istati Membri li huma wkoll alleati tan-NATO, in-NATO hija l-pedament tad-difiża kollettiva; jitlob lill-UE biex tkompli tapprofondixxi r-rabta trans-Atlantika u s-sħubija importanti tagħha man-NATO; |
2. |
Jafferma mill-ġdid l-impenn preċedenti tiegħu għall-ambizzjonijiet tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, u jtenni l-ambizzjoni tal-UE li tkun attur globali għall-paċi u s-sigurtà; jissottolinja l-fatt li n-NATO tibqa' l-pedament tas-sigurtà u tad-difiża kollettiva tal-membri tagħha u tal-komunità trans-Atlantika kollha, kif ukoll forum indispensabbli għall-konsultazzjonijiet u d-deċiżjonijiet dwar is-sigurtà bejn l-alleati; jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-kooperazzjoni, is-sħubija u l-ħbiberija trans-Atlantika, li kkontribwew għas-suċċess tal-Ewropa matul l-aħħar 70 sena u li kienu l-bażi għall-istabbiltà u s-sigurtà tagħha sa mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija; |
3. |
Jenfasizza li s-sħubija bejn l-UE u n-NATO u l-kooperazzjoni trans-Atlantika kollha huma mibnija fuq storja komuni u appoġġ għall-valuri ewlenin tad-demokrazija, tal-libertà, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt, tal-promozzjoni tal-paċi u l-kooperazzjoni internazzjonali, u ta' ordni internazzjoni bbażat fuq ir-regoli; jisħaq li n-NATO hija aktar minn alleanza militari u tirrappreżenta simbolu ta' valuri demokratiċi komuni; |
4. |
Jissottolinja li n-NATO hija sieħba siewja anke għall-Istati Membri tal-UE li mhumiex membri tal-alleanza; jirrikonoxxi li n-NATO tikkoopera ma' xi wħud mill-Istati Membri tal-UE li mhumiex membri tan-NATO, fost l-oħrajn permezz tal-programm tagħha ta' Sħubija għall-Paċi (PfP) u Inizjattiva ta' Sħubija għall-Interoperabbiltà (PII); ifakkar fil-fatt li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO trid tkun mingħajr preġudizzju għall-politika ta' sigurtà u ta' difiża tal-Istati Membri tal-UE li mhumiex membri tan-NATO; ifakkar fil-fatt li l-kooperazzjoni tan-NATO mal-Istati Membri tal-UE li mhumiex membri tan-NATO hija parti integrali tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO; jilqa' l-involviment tal-Istati Membri tal-UE li mhumiex membri tan-NATO fl-inizjattivi tal-alleanza, filwaqt li jiġu rrispettati l-politiki ta' newtralità, l-oqfsa kostituzzjonali rispettivi, l-involviment ta' pajjiżi terzi u l-ambizzjonijiet tal-UE; jisħaq li ż-żewġ organizzazzjonijiet għandhom karatteristiċi distinti evidenti u li kull waħda minnhom għandha tikkoopera b'rispett sħiħ għall-awtonomija u l-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-oħra fuq il-bażi tal-prinċipji tar-reċiproċità u l-inklużività, mingħajr preġudizzju għall-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u difiża ta' kwalunkwe Stat Membru; ifakkar fin-natura u r-rwoli differenti taż-żewġ organizzazzjonijiet, li l-UE hija organizzazzjoni ċivili b'fergħa militari għal operazzjonijiet barra miż-żona skont l-Artikolu 43(1) TUE (il-Kompiti ta' Petersberg), u n-NATO hija alleanza militari u politika inkarigata mill-organizzazzjoni tad-difiża territorjali kollettiva tal-membri tagħha; |
5. |
Jenfasizza li l-komunità trans-Atlantika qed tiffaċċja firxa wiesgħa ta' theddid emerġenti, kompetizzjoni sistemika u sfidi komuni bla preċedent għas-soċjetajiet demokratiċi tagħna, l-istat tad-dritt u r-rispett għal-libertajiet fundamentali li jaffettwaw is-sigurtà tal-Istati Membri u taċ-ċittadini tagħhom, kemm direttament kif ukoll indirettament, li jvarjaw minn theddid konvenzjonali, kontroll tal-armi ineffettiv u l-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva (AQM), l-assenza ta' tnaqqis tar-riskju tal-armi nukleari, instabbiltà fil-viċinati tan-Nofsinhar u tal-Lvant, tibdil fil-klima, pandemiji u terroriżmu, għal theddid ibridu, diżinformazzjoni, attakki ċibernetiċi, użu malizzjuż ta' teknoloġiji emerġenti u fixkiela (EDTs), migrazzjoni mhux sikura u bilanċ tal-poter globali li qed jinbidel; jisħaq li, fid-dawl tal-isfida li tirriżulta għall-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-UE u n-NATO tikkontribwixxi għal governanza globali u multilateraliżmu effettivi; |
6. |
Jenfasizza li l-komunità trans-Atlantika tista' biss timmaniġġja dawn l-isfidi b'suċċess billi tkompli tapprofondixxi l-kooperazzjoni u tieħu s-sħubija f'livell ġdid; jissottolinja l-fatt li kemm l-UE kif ukoll in-NATO għandhom kapaċitajiet u punti pożittivi uniċi; iqis għalhekk li l-komplementarjetà tal-isforzi u l-kooperazzjoni avvanzata huma tal-akbar importanza għaż-żamma tas-sigurtà trans-Atlantika; jissottolinja li ż-żamma tal-koeżjoni u l-unità politika, kif ukoll it-tisħiħ tal-konsultazzjoni politika, iridu jkunu prijoritajiet għas-sħubija bejn l-UE u n-NATO sabiex jiġu indirizzati aħjar l-isfidi komuni; |
7. |
Huwa fiduċjuż li l-komunità trans-Atlantika hija kapaċi mhux biss tadatta għall-isfidi l-ġodda iżda wkoll taffrontahom; jesprimi l-gratitudni tiegħu għall-ħidma eċċellenti mwettqa mill-għadd kbir ta' membri tal-persunal tal-UE, tan-NATO u nazzjonali li jaħdmu bis-sħiħ biex jipproteġu liċ-ċittadini tagħna; |
8. |
Ifaħħar u jirrispetta lill-membri kollha tas-servizz tal-alleanza trans-Atlantika li mietu jew ġew midruba waqt li kienu qed jagħtu servizz, kif ukoll lil dawk li qed iservu bħalissa; |
It-tisħiħ kemm tal-kooperazzjoni trans-Atlantika kif ukoll dik ta' bejn l-UE u n-NATO
9. |
Ifaħħar is-sinjal qawwi ta' għaqda u kooperazzjoni trans-Atlantiċi mibgħut mis-Summit tan-NATO fl-14 ta' Ġunju 2021, li wera li l-alleanza għadha vitali u kapaċi tadatta għall-isfidi attwali u ġodda; jemmen li l-konklużjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO jenħtieġ li jiġu riflessi wkoll fil-ħidma dwar il-Kunċett Strateġiku li jmiss tan-NATO; jilqa' l-ħatra tal-grupp indipendenti ta' esperti deċiża mis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, u jfaħħar b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet tagħhom għal kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-UE u n-NATO; japprova l-proposti ta' Diċembru 2020 mill-President tal-Kummissjoni u l-VP/HR għal Djalogu ta' Sigurtà u ta' Difiża bejn l-UE u l-Istati Uniti; jilqa' l-impenn iddikjarat b'mod ċar tal-amministrazzjoni Biden biex tinvolvi ruħha mas-sħab tal-UE u tan-NATO fl-oqsma kollha; |
10. |
Jilqa' b'sodisfazzjon kbir is-Summit bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-15 ta' Ġunju 2021 u l-espressjoni ta' appoġġ sod għal kooperazzjoni robusta bejn in-NATO u l-UE; jilqa' r-rikonoxximent konġunt bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-kontribut li l-inizjattivi tas-sigurtà u d-difiża tal-UE jistgħu jagħtu kemm lis-sigurtà Ewropea kif ukoll lil dik trans-Atlantika u jilqa' l-intenzjoni ddikjarata li jitnieda djalogu dedikat bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar is-sigurtà u d-difiża; jissottolinja kemm ir-rilevanza ewlenija tal-preżenza tas-sigurtà tal-Istati Uniti fl-Ewropa għas-sigurtà tal-Ewropa kif ukoll l-impenn sħiħ tagħha għall-kooperazzjoni fis-sigurtà trans-Atlantika; jenfasizza li sħubija b'saħħitha bejn l-UE u l-Istati Uniti hija element ewlieni ta' kooperazzjoni b'suċċess bejn l-UE u n-NATO; jissottolinja li s-sħubija trans-Atlantika tibbenefika mit-tfassil prevedibbli tal-politika barranija u mill-involviment multilaterali; iqis il-bidla tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti bħala opportunità biex jiġu affermati mill-ġdid valuri komuni, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-multilateraliżmu, il-paċi u l-prosperità, u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fl-indirizzar tat-theddid komuni, fost affarijiet oħra bil-ħruġ ta' sanzjonijiet konġunti fejn possibbli; |
11. |
Jikkondividi bis-sħiħ il-fehma espressa fil-komunikat finali tas-Summit tan-NATO reċenti li l-proċessi strateġiċi li għaddejjin fi ħdan in-NATO u l-UE joffru opportunità unika biex inkomplu nintensifikaw il-konsultazzjonijiet u l-kooperazzjoni tagħna biex insaħħu s-sigurtà taċ-ċittadini tagħna u nippromwovu l-paċi u l-istabbiltà fiż-żona Ewro-Atlantika u lil hinn minnha; itenni t-talba tiegħu, għalhekk, biex il-ħidma kontinwa u futura li qed titwettaq b'mod parallel kemm fuq il-Boxxla Strateġika tal-UE kif ukoll fuq il-ħidma mħabbra reċentement dwar il-Kunċett Strateġiku li jmisstan-NATO biex jiġu stabbiliti prijoritajiet ċari u jiġu identifikati sinerġiji addizzjonali sabiex tissaħħaħ ir-rabta trans-Atlantika u tkompli l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO; jistieden lill-atturi kollha involuti biex jużaw din l-opportunità biex jorbtu dawn il-proċessi kemm fil-livell politiku kif ukoll f'dak tekniku; jissottolinja l-fatt li ż-żewġ proċessi għandhom jiżguraw il-koerenza u jidentifikaw theddid reġjonali u globali komuni, u l-passi meħtieġa li jmiss biex jiġi indirizzat dak it-theddid; jesprimi l-viżjoni tiegħu li l-Boxxla Strateġika tal-UE tista' tistabbilixxi s-sisien għal kontribut tal-UE għall-Kunċett Strateġiku tan-NATO li jmiss; jemmen li dawn il-proċessi distinti għandhom jenfasizzaw b'mod separat il-valur miżjud ta' kull organizzazzjoni, jgħinu biex jiddefinixxu, fejn rilevanti, diviżjoni aħjar tal-kompiti u, permezz ta' djalogu kostanti u koordinazzjoni mill-qrib, jindikaw jekk l-UE jew in-NATO għandhomx imexxu qasam partikolari b'mod ta' rinforzar reċiproku; |
12. |
Jistenna li t-tlestija tal-Boxxla Strateġika se tapprofondixxi s-solidarjetà tal-UE u tikkontribwixxi għall-progress lejn kultura strateġika komuni fost l-Istati Membri; jilqa' l-ewwel analiżi ta' theddid komuni ta' Novembru 2020 u jitlob li jittieħdu passi 'l quddiem lejn valutazzjoni ta' theddid komuni miftiehma; iqis li l-approċċ integrat tal-UE jista' jiġi aġġornat biex iqis is-sejbiet tal-analiżi tat-theddid imwettqa fil-proċess tal-Boxxla Strateġika; jemmen li d-dimensjoni tas-sigurtà tal-pajjiżi fil-viċinat immedjat tal-UE, b'mod partikolari s-Sħubija tal-Lvant (SL) u l-Balkani tal-Punent, għandha titqies kif xieraq fl-abbozzar tal-Boxxla Strateġika, peress li l-ambjent Ewropew tas-sigurtà u r-reżiljenza Ewropea ma jistgħux jinkisbu mingħajr is-sigurtà u r-reżiljenza fit-tul tal-ġirien kollha tal-UE; |
13. |
Jenfasizza li l-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana kif ukoll l-Artikolu 42(7) TUE u l-Artikolu 222 TFUE huma strumenti importanti biex tiġi ggarantita s-solidarjetà fi kriżi lejn membri tal-organizzazzjonijiet rispettivi; ifakkar fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana ġie invokat wara l-attakki terroristiċi ta' Settembru 2001 fi New York u f'Washington biex jesprimi solidarjetà mal-Istati Uniti u li l-Artikolu 42(7) TUE ġie invokat wara l-attakki terroristiċi ta' Novembru 2015 f'Pariġi biex jesprimi solidarjetà ma' Franza; iħeġġeġ diskussjoni dwar ir-relazzjoni bejn l-Artikolu 42(7) TUE u l-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, li jistabbilixxu rispettivament l-impenn inekwivoku tal-UE u tan-NATO għas-solidarjetà u s-sigurtà, matul ir-rieżami tal-Kunċett Strateġiku u l-abbozzar tal-Boxxla Strateġika, filwaqt li jqisu li t-teħid awtonomu ta' deċiżjonijiet taż-żewġ organizzazzjonijiet għandu jiġi rrispettat bis-sħiħ; |
14. |
Jilqa' l-lingwaġġ pożittiv dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fil-komunikat finali tas-Summit tan-NATO fl-14 ta' Ġunju 2021; jemmen, madankollu, li jinħtieġu ħafna aktar sforzi biex tiġi avvanzata l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO u tinkiseb sħubija strateġika vera; jissottolinja li l-UE hija sieħba tan-NATO u li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO għandha funzjoni ta' rinforzar reċiproku u hija bbażata fuq il-prinċipji ta' gwida maqbula ta' trasparenza, reċiproċità, inklużività, u fuq l-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet taż-żewġ organizzazzjonijiet; jisħaq li l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' difiża koerenti, komplimentari u interoperabbli huwa essenzjali biex tiżdied is-sigurtà taż-żona Ewro-Atlantika f'konformità mal-prinċipju ta' ġabra waħda ta' forzi; itenni li kapaċità Ewropea li taġixxi, kemm fi sħubija kif ukoll b'mod awtonomu, hija essenzjali għall-komplementarjetà u biex tikkontribwixxi għat-twettiq tal-kompiti ewlenin tan-NATO, kif ukoll biex ittejjeb il-prevenzjoni ta' kunflitti, u għalhekk għas-sigurtà tal-kontinent Ewropew kollu kemm hu; |
15. |
Huwa tal-opinjoni li l-kooperazzjoni futura bejn l-UE u n-NATO għandha tibni fuq l-esperjenza u t-tagħlimiet meħuda kemm mill-għarfien espert uniku tal-UE fil-ġestjoni tal-kriżijiet ċivili u kif ukoll fil-bini tal-kapaċitajiet, b'mod partikolari l-“Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija” (CPCC), u l-għarfien espert tagħha fil-ġestjoni tal-kriżijiet militari, partikolarment il-“Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija” (MPCC), flimkien mal-esperjenza miksuba mill-iskjerament ta' 37 operazzjoni militari fil-qasam mill-2003 u l-għoti ta' assistenza lill-atturi militari fil-pajjiżi sħab permezz tal-inizjattiva “Tisħiħ tal-Kapaċitajiet għas-Sigurtà u l-Iżvilupp” (CBSD) u l-istrument Faċilità għall-Paċi fl-Afrika, li ġie integrat fil-Faċilità Ewropea għall-Paċi; |
16. |
Jilqa' l-lingwaġġ ċar fil-komunikat tas-Summit tan-NATO tal-14 ta' Ġunju 2021 dwar l-importanza tar-reżiljenza; jisħaq li kemm l-UE kif ukoll in-NATO għandhom isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom u jikkoordinawha b'mod aktar effettiv fil-qasam ewlieni tar-reżiljenza, u jenfasizza l-ambizzjoni tal-UE li tiżviluppa approċċ sinifikanti lejn it-tisħiħ tad-diversi aspetti ċivili u militari tar-reżiljenza, fost l-oħrajn fil-qasam tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, bħal fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u tal-IT, kif ukoll ir-rwol tal-UE bħala attur ewlieni fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-aħbarijiet foloz; |
17. |
Jilqa' d-deċiżjoni pożittiva tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2021 li tawtorizza lill-koordinatur tal-proġett tal-Mobbiltà Militari, in-Netherlands, biex jistieden lill-Istati Uniti, lill-Kanada u lin-Norveġja, b'segwitu tat-talbiet rispettivi tagħhom, biex jipparteċipaw fil-proġett PESCO dwar il-mobbiltà militari; jissottolinja li tali parteċipazzjoni tirrappreżenta pass importanti lejn żieda fil-koerenza bejn l-isforzi rispettivi għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-UE u tan-NATO, u tikkostitwixxi eżempju konkret ta' sħubija trans-Atlantika msaħħa; ifakkar fil-parteċipazzjoni eċċezzjonali tal-pajjiżi terzi fi proġetti PESCO li, sakemm ma tfixkilx l-objettiv tat-trawwim tal-PSDK tal-UE u sakemm jissodisfaw sett miftiehem ta' kundizzjonijiet politiċi, sostantivi u legali, tista' tkun fl-interess strateġiku tal-Unjoni, speċjalment jekk jipprovdu għarfien espert tekniku jew kapaċitajiet addizzjonali; iqis li dan huwa partikolarment minnu għal sħab strateġiċi bħall-alleati tan-NATO, pajjiżi fil-Balkani tal-Punent u sħab tas-SL; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi tista' tkun biss waħda eċċezzjonali, deċiża skont il-każ u fuq l-istedina tal-Istati Membri tal-UE, u jissottolinja li tali parteċipazzjoni għandha tipprovdi valur miżjud u tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-PSDK; ifakkar ukoll fil-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi li trid tirrispetta r-regoli rilevanti stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639; |
18. |
Jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni trans-Atlantika fuq firxa ta' kwistjonijiet internazzjonali, bħat-tibdil fil-klima, ir-rispons għall-pandemiji, it-teknoloġiji emerġenti fixkiela, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, inklużi t-terroriżmu ġiħadista u sponsorizzat mill-istat, l-enerġija, is-sigurtà u r-reżiljenza marittima, u fil-qasam tal-ispazju extratmosferiku; |
19. |
Jirrikonoxxi l-kooperazzjoni importanti bejn l-UE u n-NATO fil-Balkani tal-Punent, bħal dik bejn il-Missjoni tal-UE għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX) u l-Forza tal-Kosovo (KFOR); ifaħħar l-Operazzjoni EUFOR Althea, li l-kwartieri ġenerali operazzjonali tagħha jinsabu fil-Kwartieri Ġenerali Supremi tal-Potenzi Alleati fl-Ewropa (SHAPE) abbażi tal-arranġamenti “Berlin Plus” man-NATO, li qed tikkontribwixxi taħt dawn l-arranġamenti favur ambjent sikur u sigur fil-Bożnija-Ħerzegovina minn meta ħadet f'idejha l-Forza ta' Stabbilizzazzjoni tan-NATO (SFOR) fl-2004; jinnota li l-esperjenzi ta' dawn il-missjonijiet u l-operazzjonijiet u t-tagħlimiet minnhom huma strumentali biex jiġi żgurat li l-kooperazzjoni attwali u futura kollha bejn l-UE u n-NATO tipprovdi l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjuni milquta, jingħata appoġġ u taħriġ lis-sħab lokali u biex jinbnew il-kapaċitajiet; jinnota r-rwol importanti li kellha l-integrazzjoni tan-NATO fil-Balkani tal-Punent billi ġabet stabilità f'dawn il-pajjiżi, li kienet importanti għall-perspettiva tal-UE tagħhom u għall-integrazzjoni gradwali fl-UE; jemmen li l-UE u n-NATO għandhom jipprovdu aktar appoġġ lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jiġġieldu l-interferenza barranija malizzjuża minn pajjiżi bħar-Russja, iċ-Ċina, it-Turkija u l-Arabja Sawdija, kif ukoll minn gruppi radikali u atturi mhux statali; jilqa' l-fatt li tliet pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE, l-Albanija, il-Montenegro u l-Maċedonja ta' Fuq, saru alleati tan-NATO; |
20. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-alleati tan-NATO biex jużaw kull mezz possibbli biex jappoġġjaw it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tas-sigurtà militari ma' pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali tal-UE u ma' sħab tal-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar, peress li mingħajr dan, ma jistgħux jiġu assigurati is-sigurtà u l-istabbiltà tar-reġjun; ifakkar fir-rwol importanti li l-UE jista' jkollha fl-appoġġ tal-politika ta' bieb miftuħ tan-NATO billi żżomm sinerġiji politiċi u operattivi mill-qrib mal-pajjiżi aspiranti tagħha, b'mod partikolari l-Bożnija-Ħerzegovina, l-Ukrajna u l-Georgia; jisħaq fuq is-sinifikat tal-kontribuzzjonijiet li saru mid-diversi pajjiżi sħab tan-NATO għas-sigurtà Ewro-Atlantika; iħeġġeġ koordinazzjoni aktar b'saħħitha u d-diviżjoni effettiva tax-xogħol bejn l-UE u n-NATO fil-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, b'enfasi partikolari fuq il-pajjiżi tas-Sħubija għall-Opportunitajiet Imsaħħa (EoP) tan-NATO; itenni l-appoġġ tiegħu kemm għat-Tkabbir tal-UE kif ukoll tan-NATO; |
It-theddid u l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-UE u n-NATO
21. |
Jesprimi l-akbar tħassib tiegħu dwar il-politiki reviżjonisti, militari u aggressivi kontinwi mwettqa mir-Russja taħt il-President Putin; jilqa' l-lingwaġġ ċar dwar ir-Russja użat matul is-Summits reċenti tan-NATO u bejn l-UE u l-Istati Uniti, u jilqa' l-istabbiliment ta' djalogu ta' livell għoli bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar ir-Russja; jenfasizza l-ħtieġa li kemm in-NATO, kif ukoll l-UE jkollhom strateġija konsistenti u proattiva u li jirrispondu legalment, malajr u b'għaqda għal atti ta' aggressjoni u provokazzjoni tradizzjonali u ibridi mir-Russja; itenni l-kundanna preċedenti tiegħu tal-annessjoni illeġittima u illegali tal-Krimea mir-Russja fl-2014; jikkundanna l-użu kontinwu ta' attakki ċibernetiċi, kampanji ta' diżinformazzjoni, aħbarijiet foloz, attentati ta' qtil u attakki bl-użu ta' velenu mir-Russja kontra figuri tal-oppożizzjoni; jitlob lill-UE u lin-NATO biex jingranaw u jespandu l-impenji attwali biex jiġġieldu l-aggressjonijiet u l-attivitajiet diretti u indiretti tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-Georgia u l-Moldova, kif ukoll l-attivitajiet assertivi persistenti tagħha fir-reġjuni tal-Baħar Baltiku u tal-Baħar l-Iswed, fil-Baħar ta' Azov, fil-Lvant tal-Mediterran u fit-Tramuntana Estrema; ifakkar fl-importanza li jiġu rrispettati l-fruntieri internazzjonali u l-integrità territorjali tal-ġirien tar-Russja; ifakkar li s-sħab trans-Atlantiċi jridu jikkoordinaw l-approċċ fuq żewġ binarji tagħhom ta' deterrenza u djalogu mar-Russja, filwaqt li jżommu kuntatt regolari fl-oqsma tal-kontroll tal-armi, it-trasparenza militari u dwar kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mas-sigurtà; |
22. |
Jikkundanna s-sanzjonijiet Russi reċenti kontra l-ogħla uffiċjali Ewropej u ċittadini oħra tal-UE, inkluż il-President tal-Parlament Ewropew, u jesprimi dispjaċir għar-rifjut evidenti ta' djalogu mill-President Putin, kif ukoll il-ksur ta' għadd ta' impenji internazzjonali ewlenin u l-ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u jqis l-azzjonijiet aggressivi kontinwi tar-Russja u ż-żieda fl-assertività militari bħala theddida għas-sigurtà u l-istabbiltà internazzjonali; jesprimi tħassib dwar l-attivitajiet militari reċenti fuq skala kbira tar-Russja fl-Ukrajna u madwarha; jesprimi, f'dan il-kuntest, l-appoġġ sod tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u jitlob li jissaħħu l-kapaċitajiet militari u r-reżiljenza tagħha; |
23. |
Jirrikonoxxi li l-influwenza dejjem tikber taċ-Ċina, l-assertività, u t-tkabbir militari, teknoloġiku u politiku tagħha jeħtieġ jiġu ffaċċjati permezz ta' strateġija trans-Atlantika koordinata; jilqa', f'dan id-dawl, il-lingwaġġ b'saħħtu użat matul is-Summits reċenti tan-NATO u bejn l-UE u l-Istati Uniti; jesprimi tħassib serju dwar il-politiki segwiti mill-Partit Komunista Ċiniż (CCP) fir-rigward, fost affarijiet oħra, tas-soppressjoni tad-demokrazija f'Hong Kong, it-trattament diskriminatorju tal-minoranzi reliġjużi u kulturali, speċjalment l-Ujgur f'Xinjiang, it-theddid fil-konfront tat-Tajwan, jew il-politiki u l-azzjonijiet aggressivi fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; jirrimarka wkoll ir-rilevanza tal-fatt li ċ-Ċina, bħala reġim awtoritarju, daħlet f'kompetizzjoni sistemika mas-sħubija trans-Atlantika billi mminat l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, li nbena matul bosta għexieren ta' snin, u min-naħa tagħha qed tipprova ssawru mill-ġdid skont il-valuri, id-duttrina u l-interessi tas-CCP nnifsu; ifakkar fiż-żieda fil-preżenza taċ-Ċina fix-xena internazzjonali kif ukoll fl-Ewropa permezz tal-Inizjattiva tagħha “Belt and Road”, l-investimenti tagħha fl-infrastruttura kritika fl-Ewropa, l-attivitajiet tagħha fiċ-ċiberspazju, fir-reġjuni Artiċi u fl-Afrika, u s-serq dokumentat tagħha ta' proprjetà intellettwali u l-ħażna ta' missili ballistiċi; jitlob li jkun hemm osservazzjoni mill-qrib tal-attivitajiet taċ-Ċina fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), speċjalment fir-rigward tal-inizjattiva tagħha “Digital Silk Road”, sabiex jiġu evitati d-dipendenzi fuq infrastruttura li tkun taħt il-kontroll tal-kumpaniji Ċiniżi, li jirrappreżenta riskju ta' influwenza unilaterali Ċiniża fuq l-iżvilupp internazzjonali tan-normi fl-ICT; jitlob lill-UE u lin-NATO biex iżidu l-koordinazzjoni dwar l-iżgurar ta' infrastruttura diġitali kritika u networks tat-telekomunikazzjoni kontra t-tbagħbis minn pajjiżi barranin, billi jitneħħa gradwalment it-tagħmir li jiġi prodott minn entitajiet minn pajjiżi mhux demokratiċi bħaċ-Ċina; |
24. |
Iħeġġeġ lill-UE u lin-NATO jibdew djalogu strateġiku biex jiżviluppaw approċċ komuni u koordinat lejn iċ-Ċina, ibbażat fuq il-punti pożittivi u l-kapaċitajiet ta' kull organizzazzjoni bil-għan li jiġi ġġenerat l-aktar valur miżjud possibbli bbażat fuq għanijiet strateġiċi miftiehma b'mod komuni; |
25. |
Jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li l-avversarji awtoritarji u l-kompetituri tas-sħubija trans-Atlantika mhux biss qed jużaw għodod militari iżda wkoll politiċi, ekonomiċi, teknoloġiċi u soċjali biex jimminaw is-soċjetajiet u d-demokraziji tagħna; jirrimarka l-isfidi sinifikanti marbuta mas-sigurtà u l-ekonomija kkawżati minn theddid ibridu, attakki ċibernetiċi, indħil barranin, indħil fl-elezzjonijiet u kampanji ta' diżinformazzjoni, li jikkostitwixxu attakk kontra n-natura stess tad-demokraziji tagħna; jikkundanna ż-żieda reċenti ta' każijiet ta' attakki ċibernetiċi u spjunaġġ minn atturi statali u mhux statali kontra l-Istati Membri tal-UE u l-alleati tan-NATO fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, inkluż l-immirar fuq is-settur tal-kura tas-saħħa; jissottolinja l-fatt li kwalunkwe sforz Ewropew fil-qasam tar-reżiljenza jrid jinkludi wkoll, bħala l-bażi biex jiġi żgurat l-appoġġ għall-attivitajiet ta' difiża tagħna, strateġija ta' komunikazzjoni pubblika ċara biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-isfidi tas-sigurtà trans-Atlantika; iqis li l-UE u n-NATO għandhom ifittxu li jaqblu dwar u jimplimentaw approċċ kumplessiv għal risponsi aktar kuraġġużi, koordinati, proporzjonati u għal prevenzjoni adegwata ta' kunflitti, kif ukoll mekkaniżmi għall-ġestjoni tal-kriżijiet biex jiġġieldu kontra theddid ġdid komuni; |
26. |
Jenfasizza li n-NATO tibqa' forum uniku għall-kooperazzjoni fid-difiża bejn l-UE u l-eks Stat Membru tagħha, ir-Renju Unit; jitlob li jkun hemm sħubija komprensiva, inklużiva u strateġika għas-sigurtà u d-difiża bejn l-UE u r-Renju Unit; jitlob li n-NATO u l-UE jżidu l-azzjoni komuni fix-xena internazzjonali biex jipproteġu d-demokrazija, inkluż billi jsaħħu organizzazzjonijiet multilaterali sabiex jiddefendu l-ordni multilaterali bbażat fuq ir-regoli kontra ż-żieda ta' potenzi awtoritarji; jitlob li jkun hemm żvilupp attiv ta' rabtiet aktar mill-qrib ma' demokraziji tal-istess fehma madwar id-dinja; jemmen li sħubiji msaħħa ma' pajjiżi bħall-Ġappun, l-Awstralja u l-Indja, li flimkien mal-Istati Uniti jiffurmaw id-Djalogu Kwadrilaterali dwar is-Sigurtà, kif ukoll il-Korea t'Isfel u New Zealand, flimkien ma' kooperazzjoni intensifikata mat-Tajwan, mhux biss iżidu s-sigurtà ġenerali tagħna iżda jistgħu jgħinu biex tiġi żgurata implimentazzjoni aktar effettiva tan-normi u r-regoli globali, kif stabbilit minn fora multilaterali bħan-NU; iħeġġeġ ukoll, f'dan il-kuntest, il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO mal-membri tal-ASEAN; |
27. |
Iħeġġeġ lill-UE, lin-NATO u lin-NU biex jesploraw aktar l-opportunitajiet għal kooperazzjoni aktar mill-qrib fil-ġestjoni tal-kriżijiet, fl-azzjonijiet umanitarji, fiż-żamma tal-paċi u fil-bini tal-kapaċitajiet tas-sħab, speċjalment f'żoni tal-operazzjonijiet konġunti; jitlob il-ħolqien ta' ambjent aktar inklużiv billi tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-tliet kompiti ewlenin u fl-istrutturi politiċi u militari tagħhom; iħeġġeġ lill-UE u lin-NATO biex jaħdmu flimkien għal implimentazzjoni aktar sistematika tar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà (WPS) u biex jiżviluppaw attivitajiet konġunti ta' edukazzjoni u taħriġ; |
28. |
Jissottolinja l-ħtieġa għal approċċ konsistenti, ċar, koerenti u koordinat bejn l-UE u n-NATO għall-viċinat tan-Nofsinhar, li jindirizza kemm it-theddid tradizzjonali bħat-terroriżmu kif ukoll il-preżenza dejjem akbar u aggressiva tar-Russja u taċ-Ċina; jirrimarka l-kooperazzjoni li saret fil-passat bejn l-Operazzjoni Ocean Shield tan-NATO u l-Forza Navali Atalanta tal-UE fil-ġlieda kontra l-piraterija u biex jipprovdu passaġġ sikur fil-Golf ta' Aden; |
29. |
Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni u koordinazzjoni fil-Mediterran bejn l-operazzjoni EUNAVFOR MED IRINI tal-UE u l-Operazzjoni Sea Guardian tan-NATO; jenfasizza li ż-żewġ operazzjonijiet jikkontribwixxu għas-sigurtà u l-istabbiltà fil-Mediterran; |
30. |
Huwa mħasseb dwar it-tensjonijiet dejjem jiżdiedu fir-reġjun Indo-Paċifiku, li jirrappreżentaw theddida għall-istabbiltà reġjonali u globali, u jitlob li tiġi intensifikata l-kooperazzjoni ma' sħab tal-istess fehma fir-reġjun, li għandha tinkludi djalogu u konsultazzjoni politiċi regolari, skambju ta' informazzjoni, u l-koordinazzjoni ta' taħriġ u eżerċizzji; |
31. |
Jitlob li jkun hemm impenn u koordinazzjoni qawwija bejn l-UE u n-NATO biex jiġi sostnut l-progress li sar fl-aħħar għoxrin sena fl-Afganistan fid-dawl tal-irtirar tal-Missjoni ta' Appoġġ Determinat fl-Afganistan, li għandu jseħħ b'mod ordnat u koordinat; iħeġġeġ aktar appoġġ għat-taħditiet ta' paċi Intra-Afgani, bl-insistenza li l-proċess jippreserva u jibni fuq il-kisbiet politiċi, ekonomiċi u soċjali tal-poplu Afgan mill-2001, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa, tat-tfal u tal-minoranzi; |
32. |
Jappoġġja l-koordinazzjoni msaħħa bejn l-UE, in-NU u n-NATO fl-Iraq, fost l-oħrajn permezz tal-Missjoni Konsulattiva tal-UE (EUAM) fl-Iraq u l-Missjoni tan-NATO għall-Iraq (NMI), li t-tnejn jgħinu biex il-pajjiż jiġi stabbilizzat; |
33. |
Iħeġġeġ id-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO mal-pajjiżi sħab fl-Amerika Latina u l-Karibew; jinnota li l-Kolombja huwa l-uniku pajjiż sieħeb tan-NATO fl-Amerika Latina u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu kkonsolidati aktar sħubiji fir-reġjun; |
34. |
Jirrikonoxxi li l-attakki ibridi u ċibernetiċi minn stati ostili u minn atturi mhux statali jikkontestaw id-definizzjoni tradizzjonali ta' kunflitt, spjunaġġ u sabotaġġ interstatali; jitlob lill-UE biex tkompli tiżviluppa s-sett ta' għodod tagħha għall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika kontra attakki ibridi; jilqa' l-ħidma li saret fil-qafas tal-Forum ta' Konsultazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) għall-Enerġija Sostenibbli fis-Settur tad-Difiża u s-Sigurtà (CF SEDSS) biex titjieb il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika fl-UE; jenfasizza li kemm l-UE kif ukoll in-NATO għandhom ikomplu jsaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jirrispondu għal attakki ibridi u ċibernetiċi, inkluż kontra l-istituzzjonijiet tagħhom stess; jilqa' l-kjarifika fil-komunikazzjoni tas-Summit tan-NATO tal-2021 li l-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana jista' jiddeċiedi li jinvoka l-Artikolu 5 fil-każ ta' gwerra ibrida, l-istess bħal fil-każ ta' attakk armat; jitlob li jkun hemm aktar kooperazzjoni u taħriġ dwar id-difiża ċibernetika; jipproponi l-ħolqien ta' ċentru komuni għall-informazzjoni dwar it-theddid ċibernetiku, kif ukoll ta' task force konġunta bejn l-UE u n-NATO għaċ-ċibersigurtà, sabiex jiġu definiti u maqbula r-reazzjonijiet kollettivi għat-theddid ċibernetiku; jitlob, f'dan ir-rigward, għal koordinazzjoni b'saħħitha bejn l-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u ċ-Ċentru ta' Eċċellenza għad-Difiża Ċibernetika Kooperattiva tan-NATO; jitlob koordinazzjoni akbar bejn l-UE u n-NATO fir-rigward tal-istabbiliment ta' attribuzzjoni kollettiva għal inċidenti ċibernetiċi malizzjużi; |
35. |
Jilqa' l-ħidma taċ-Ċentru Ewropew ta' Eċċellenza għall-Ġlieda Kontra t-Theddid Ibridu (COE Ibridu), l-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-Istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE (CERT-UE) u l-Kapaċità ta' Rispons f'Inċidenti relatati mal-Kompjuters tan-NATO (NCIRC) u jqis dan bħala eżempju tajjeb ta' kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO; jemmen li rispons komuni għat-theddid ċibernetiku jista' jiġi żviluppat aktar permezz tas-COE Ibridu, inkluż permezz ta' korsijiet u taħriġ konġunti; huwa konvint li huma meħtieġa aktar passi, bħal sforzi biex jinħolqu aktar sinerġiji bejn il-komponenti ċivili u militari, biex tiġi avvanzata r-reżiljenza komuni u b'hekk jiġi evitat theddid ibridu futur; jirrimarka barra minn hekk il-potenzjal UE-NATO fit-tiswir tan-normi ċibernetiċi globali, ibbażati fuq il-valuri komuni tagħna; iqis li l-UE u n-NATO għandhom jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom fl-iżvilupp ta' aġenda għall-kontroll internazzjonali tal-armi f'oqsma ewlenin tal-EDTs b'applikazzjoni militari; |
36. |
Jitlob lill-UE u lin-NATO biex iżidu l-isforzi konġunti biex tinkiseb u tinżamm it-tmexxija teknoloġika globali fil-kapaċitajiet militari, inkluż permezz tal-finanzjament kollaborattiv ta' proġetti ta' riċerka bbażati fuq fruntieri teknoloġiċi, computing kwantistiku u intelliġenza artifiċjali, biex b'hekk jitrawwem l-iżvilupp ta' kapaċitajiet militari mill-aktar avvanzati bbażati fuq il-valuri demokratiċi; jenfasizza r-rwol li għandhom in-negozji ġodda u l-SMEs b'vokazzjoni ċivili fl-innovazzjoni tal-lum fil-qasam tat-teknoloġiji emerġenti; jisħaq li t-teknoloġiji emerġenti joffru wkoll opportunitajiet biex jissaħħu l-pożizzjonijiet ta' difiża tagħna; jisħaq ukoll li l-interoperabilità, l-istandards teknoloġiċi komuni u l-investiment konġunt fit-teknoloġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni mill-aktar avvanzati huma kruċjali għall-UE u n-NATO biex ikomplu bl-ambizzjoni tagħhom li jipproteġu liċ-ċittadini tagħna bl-aħjar mod possibbli; jenfasizza li l-iżvilupp ta' intelliġenza artifiċjali (IA) li tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tappoġġja l-interess pubbliku jirrikjedi t-tisħiħ ta' qafas tal-IA tal-UE li jinvolvi partijiet ikkonċernati pubbliċi, privati u tas-soċjetà ċivili; jirrakkomanda li inizjattivi bħall-EDIDP, il-PESCO u l-EDF jiffaċilitaw l-involviment ta' negozji żgħar u ta' daqs medju (SMEs) billi javvanzaw l-isforzi li jappoġġjaw l-inkubazzjoni u l-investiment kapitali; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' sett ta' kapaċitajiet komuni għall-IA tal-UE biex jitnaqqsu d-deskrepanzi tekniċi sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri li ma għandhomx l-għarfien espert relevanti fl-industrija tat-teknoloġija jew il-ħila li jimplimentaw sistemi tal-IA fil-ministeri tad-difiża tagħhom ma jitħallewx lura; |
37. |
Jinnota r-rapidità tal-iżviluppi teknoloġiċi, inklużi d-diġitalizzazzjoni u l-potenzjal akbar tal-IA, u jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-alleati tan-NATO biex ifittxu kooperazzjoni aktar mill-qrib sabiex iżommu l-vantaġġ teknoloġiku fir-rigward ta' dawn il-megatendenzi, jiżguraw l-interoperabilità tas-sistemi tal-IT tagħhom, u jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw standards etiċi komuni għal dawn it-teknoloġiji l-ġodda u jippromwovuhom globalment; jitlob lill-UE u n-NATO biex jieħdu rwol mexxej fl-isforzi globali biex jiġi stabbilit qafas regolatorju komprensiv għall-iżvilupp u l-użu ta' armi b'ċertu grad ta' awtonomija; iħeġġeġ lill-UE u lill-alleati tan-NATO biex jieħdu sehem attiv fin-negozjati internazzjonali dwar strument legalment vinkolanti li jipprojbixxi sistemi ta' armi letali awtonomi mingħajr kontroll sinifikanti mill-bniedem; jenfasizza li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO hija fundamentali biex tiġi miġġielda l-ambizzjoni ta' avversarji bħaċ-Ċina u r-Russja tad-dominanza teknoloġika u l-użu malinn tat-teknoloġija; |
38. |
Jirrikonoxxi l-isfida bla preċedent għall-paċi, il-prosperità u s-sigurtà globali, inkluża s-sigurtà tal-bniedem, u l-istabbiltà globali kkawżata mit-tibdil fil-klima bħala “multiplikatur tat-theddid u l-kriżi”; jitlob titjib fid-djalogu bejn l-UE u n-NATO u sett ta' azzjonijiet biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi multidimensjonali tiegħu għas-sigurtà internazzjonali; ifakkar fil-fatt li l-UE għandha firxa usa' ta' kompetenzi u strumenti li jippermettulha tipprovdi rispons komprensiv għall-isfidi kkawżati mit-tibdil fil-klima u l-kollass tal-bijodiversità; jissottolinja li kemm l-UE kif ukoll in-NATO għandhom iżidu l-investimenti fit-teknoloġiji ekoloġiċi bil-għan li jtejbu l-effikaċja militari filwaqt li jimminimizzaw l-impronta ambjentali u jevitaw aktar ħsarat lill-ekosistemi; |
39. |
Jirrikonoxxi li l-ispazju huwa qasam kritiku u li t-teknoloġiji l-ġodda qed jippermettu l-użu tiegħu malajr bħala wieħed mill-oqsma tad-difiża; jirrikonoxxi li dan joħloq kemm opportunitajiet ta' kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO kif ukoll sfidi għas-sigurtà trans-Atlantika; jirrikonoxxi li l-operabbiltà spazjali tan-NATO tiddependi mill-assi bbażati fuq l-ispazju tal-membri tagħha, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bbażata fuq programmi eżistenti tal-UE bħal Galileo u Copernicus; jemmen li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO dwar l-ispazju tista' tgħin biex jiġu promossi standards ta' sikurezza spazjali u l-aħjar prattiki fost il-komunità internazzjonali, filwaqt li jiġu żgurati benefiċċji reċiproċi fl-oqsma tal-komunikazzjoni, in-navigazzjoni u l-intelligence; jissottolinja l-ħtieġa li l-UE u n-NATO jistinkaw biex jipprevjenu li l-ispazju jimtela bl-armamenti; jinnota l-importanza dejjem tikber tas-sigurtà fl-ispazju u tas-satelliti, jisħaq fuq l-importanza taċ-Ċentru Satellitari tal-UE u jitlob lill-aġenzija tanalizza u tipprovdi rapport dwar is-sikurezza u/jew il-vulnerabbiltajiet tas-satelliti tal-UE u tal-Istati Membri għall-iskart spazjali, l-attakk ċibernetiku u l-attakk dirett bil-missili; |
40. |
Jirrikonoxxi l-importanza strateġika dejjem tikber tar-reġjuni tat-Tramuntana Estrema u tal-Artiku u d-dimensjonijiet politiċi, ekonomiċi, ambjentali u ta' sigurtà tagħhom, u jirrikonoxxi l-importanza tal-koordinazzjoni bejn l-UE u n-NATO fl-Artiku; jisħaq li l-Artiku jrid jibqa' żona ta' kooperazzjoni paċifika u jitlob miżuri ta' bini tal-fiduċja biex jiġu evitati passi li jwasslu għal żieda fil-preżenza militari fir-reġjun; jinnota li l-Kunsill tal-Artiku għandu l-mandat li jtejjeb id-djalogu kostruttiv u l-iżvilupp sostenibbli; ifakkar fl-applikazzjoni tal-UE għal status ta' osservatur fil-Kunsill tal-Artiku, ifakkar fil-fatt li l-UE bħalissa qed taġġorna l-politika tagħha dwar l-Artiku, u jtenni l-appell tiegħu għal kooperazzjoni msaħħa mas-sħab kollha tal-Artiku, kemm b'mod bilaterali kif ukoll reġjonali, inkluż fi ħdan il-Kunsill tal-Artiku, il-Kunsill Ewro-Artiku ta' Barents u s-sħubijiet tad-Dimensjoni tat-Tramuntana, dwar il-kwistjonijiet kollha ta' interess komuni; jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata l-libertà tan-navigazzjoni fit-Tramuntana Estrema; ifakkar fid-dimensjoni parlamentari ta' kooperazzjoni fl-Artiku, fost l-oħrajn permezz tal-Kumitat Permanenti tal-Membri Parlamentari tar-Reġjun tal-Artiku (SCPAR), li fih jipparteċipa l-Parlament Ewropew; |
41. |
Ifaħħar il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u n-NATO matul il-pandemija tal-COVID-19; jissottolinja r-rwol importanti tal-alleati tan-NATO u tal-forzi armati tal-Istati Membri tal-UE matul il-pandemija tal-COVID-19 u jilqa' l-għajnuna militari għall-operazzjonijiet ta' appoġġ ċivili, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' sptarijiet fuq il-post, it-trasport tal-pazjenti, u l-konsenja u d-distribuzzjoni tat-tagħmir; iħeġġeġ inizjattivi bejn l-EU u n-NATO mmirati biex jiffaċilitaw l-użu transfruntier ta' kapaċitajiet loġistiċi militari biex jiġu indirizzati tali emerġenzi, sabiex jippermettu koordinazzjoni, sinerġiji, solidarjetà u appoġġ akbar; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiżdied it-tħejjija tal-UE u tan-NATO għad-difiża kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari (CBRN); huwa konvint li l-isforzi komuni tal-UE u tan-NATO biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19 jikkontribwixxu direttament għal reżiljenza msaħħa għas-soċjetajiet tagħna; jissottolinja li l-pandemija tal-COVID-19 uriet l-isfidi li joħolqu l-emerġenzi fixkiela, speċjalment dawk ta' natura mhux tradizzjonali bħal pandemiji u diżastri naturali, għar-reżiljenza attwali tagħna; jinnota bi tħassib li l-kriżi tal-COVID-19 kellha impatt negattiv mhux biss fuq is-saħħa pubblika u l-ekonomija, iżda wkoll fuq is-sigurtà, billi aċċellerat ir-rivatitajiet ġeopolitiċi u saħħet l-inċertezzi bħall-kontinwità tal-katini tal-provvista, b'konsegwenzi dejjiema għas-sigurtà u l-istabbiltà Ewropej u internazzjonali; jitlob it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fir-rigward tal-indirizzar aħjar tal-emerġenzi mhux tradizzjonali, li għandha tinkludi eżerċizzji dwar it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19, eżerċizzji ta' taħriġ regolari bl-għan li l-Istati Membri u l-alleati jitħejjew aħjar biex jantiċipaw u jimmaniġġjaw aħjar id-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, u l-iżvilupp ta' ħażniet ta' tagħmir ta' emerġenza u tal-assi meħtieġa; |
Wasal iż-żmien li nwettqu l-ambizzjonijiet tal-UE għad-difiża
42. |
Huwa konvint li l-Istati Membri jridu jżidu l-isforzi tagħhom biex jilħqu l-livell ta' ambizzjoni tal-EU u jtejbu l-kapaċità tal-UE li taġixxi b'sett ta' kapaċitajiet u forzi militari u ċivili li jkun aktar kapaċi, skjerabbli, interoperabbli u sostenibbli, li jagħti lill-UE l-kapaċità li tikkontribwixxi b'mod aktar ekwu u deċiż għas-sigurtà trans-Atlantika, filwaqt li jippermettilha timxi 'l quddiem lejn awtonomija strateġika u tkompli twitti t-triq biex progressivament tfassal Unjoni Ewropea tad-Difiża (EDU) f'konformità mal-Artikolu 42 TUE, jekk il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'mod unanimu, jiddeċiedi hekk; jisħaq li l-awtonomija strateġika ssaħħaħ is-sigurtà trans-Atlantika, u bl-ebda mod ma għandha l-għan li tirdoppja l-miżuri u r-riżorsi jew li tissepara min-NATO jew li ddgħajjifha, iżda fil-fatt għandha l-għan li tkun komplimentari għal u interoperabbli mal-isforzi u l-kapaċitajiet tan-NATO; jissottolinja fl-istess ħin li l-awtonomija strateġika tal-UE ma tinvolvix biss l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' difiża, imsejsa fuq Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) b'saħħitha u indipendenti, iżda wkoll il-kapaċità istituzzjonali li tippermetti lill-UE taġixxi, fejn ikun possibbli mas-sħab, partikolarment man-NATO, u b'mod indipendenti jekk ikun meħtieġ; jemmen li dawn l-isforzi miżjuda għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet Ewropea se jippermettu lill-UE tieħu responsabbiltà akbar għas-sigurtà Ewropea, inkluż fil-viċinat Ewropew, u l-istabbiltà globali, u għal promozzjoni aħjar tal-interessi u l-valuri komuni bejn l-UE u n-NATO; jenfasizza li Unjoni Ewropea b'awtonomija strateġika se taġixxi bħala l-pedament għall-Alleanza Trans-Atlantika u se tiffaċilita approċċ aktar effiċjenti u effettiv għal għadd tal-isfidi globali li qed jitfaċċaw illum u fil-futur immedjat; |
43. |
Jemmen bis-sħiħ li, minħabba l-livell ta' sfidi bla preċedent, l-ambizzjonijiet tal-UE għall-PESCO u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet jridu jkopru pakkett ta' forzi li jkopri l-ispettru sħiħ ta' operazzjonijiet; ifakkar li l-investimenti tal-UE fid-difiża huma investimenti fis-sigurtà tal-komunità trans-Atlantika kollha kemm hi, li se jirriżultaw fi qsim aktar ġust tal-piżijiet bejn is-sħab trans-Atlantiċi tan-NATO; jenfasizza l-ħtieġa li jitmexxa 'l quddiem l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' difiża sabiex ikun hemm reazzjoni adegwata għat-theddid komuni; jemmen li l-Istati Membri tal-UE, speċjalment il-21 membru komuni tal-UE u tan-NATO, jeħtieġ li jaġixxu b'mod koerenti u għandhom jikkunsidraw li jidentifikaw “ambizzjoni Ewropea” ċara rigward l-iżvilupp tal-kapaċitajiet, b'mod partikolari billi jżidu l-investiment tagħhom fir-riċerka u fl-innovazzjoni u mingħajr ma jinjoraw is-sħubija trans-Atlantika; jistieden lill-21 membru komuni tal-UE u tan-NATO biex japplikaw il-prinċipju ta' “ġabra waħda ta' forzi” billi jiddikjaraw l-istess ġabra ta' kapaċitajiet potenzjalment disponibbli għal skopijiet ta' ppjanar fi ħdan l-UE u n-NATO; jinkoraġġixxi sforzi aktar b'saħħithom mill-membri taż-żewġ organizzazzjonijiet biex jiksbu koerenza akbar fir-riżultati bejn l-inizjattivi tal-NDPP u tal-UE dwar l-iżvilupp tal-kapaċitajiet, b'mod partikolari l-Għanijiet ta' Kapaċità ta' Impatt Għoli (HICG), il-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet (CDP) tal-UE u l-CARD tal-UE fejn jikkoinċidu r-rekwiżiti, biex jiġu evitati duplikazzjonijiet mhux meħtieġa u biex ikun hemm rispons aħjar għal theddid ġdid; jenfasizza r-rwol importanti tal-EDA fil-produzzjoni tas-CDP tal-UE; jenfasizza li kwalunkwe rieżami tal-objettivi tal-UE jrid jirrifletti wkoll fuq l-Għanijiet Ewlenin tagħha u l-HICG; jissottolinja li tali rieżami huwa fundamentali sabiex jinkisbu l-benefiċċji sħaħ ta' inizjattivi bħall-PESCO; huwa konvint, barra minn hekk, li l-UE trid ittejjeb ir-rabta bejn l-ippjanar, ir-riċerka u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet; |
44. |
Jemmen li l-alleati Ewropej fin-NATO, appoġġjati fejn possibbli minn sħab Ewropej mhux tan-NATO, kif xieraq, għandhom jimmiraw li jiżguraw qsim adegwat tal-piżijiet u tar-responsabbiltà bl-objettiv li jikkontribwixxu sehem adegwat tal-NDPP, b'kunsiderazzjoni tal-importanza u r-rwol tal-Ewropej fi ħdan l-alleanza; jemmen li dan ikollu l-effett miżjud simultanju li jsaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa li tiddefendi lilha nnifisha u konsegwentement iżid ukoll il-kapaċitajiet operattivi tagħha; |
45. |
Jissottolinja li s-sħubija trans-Atlantika tista' tirnexxi biss jekk l-Istati Membri kollha jissodisfaw l-impenji tagħhom, inklużi l-wegħdiet ta' investiment fid-difiża, u jimpenjaw ruħhom f'appoġġ reċiproku; jissottolinja l-għan ta' 2 % tan-NATO, li ġie kkonfermat mill-ġdid fis-Summit tan-NATO ta' Settembru 2014 f'Wales u ssodisfatt minn xi alleati Ewropej tan-NATO, u jisħaq li l-kisba ta' dan l-objettiv hija wkoll investiment fis-sigurtà u fl-istabbiltà Ewropej, u b'hekk tiġi żgurata tħejjija għal sfidi globali ġodda; ifakkar, bl-istess mod, fl-impenn għall-infiq ta' 20 % tal-baġit annwali għad-difiża fil-qasam kruċjali tar-riċerka u l-iżvilupp; jissottolinja li theddid ġdid, bħal theddid ċibernetiku u ibridu, huwa supplementari għall-isfidi eżistenti tas-sigurtà u għalhekk jirrikjedi riżorsi addizzjonali; jissottolinja l-fatt li, kif uriet il-pandemija, is-sigurtà ma tistax titkejjel biss f'termini ta' perċentwal tal-PDG minfuq, u li bosta elementi oħra għandhom jitqiesu wkoll meta jiġu ġġudikati l-isforzi ta' kontribut biex tissaħħaħ id-difiża komuni tal-alleanza; jitlob li l-infiq fuq id-difiża f'ċifri assoluti ma jitnaqqasx minħabba l-isfidi ekonomiċi li qed jiffaċċjaw il-membri tal-UE u tan-NATO minħabba l-pandemija tal-COVID-19; |
46. |
Jenfasizza li l-Ewropa, kemm jista' jkun, għandha tħares lejn dawn l-isfidi strateġiċi b'mod komprensiv u koerenti permezz tal-“approċċ integrat” tal-UE, li għandu jittejjeb kontinwament permezz ta' mekkaniżmi ta' koordinazzjoni u strutturi ta' kmand aħjar, kif ukoll billi jitqiesu theddidiet u sfidi ġodda, u mbagħad għandha tikkunsidra liema kapaċitajiet tista' tiżviluppa flimkien li finalment jgħin il-kontribut kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-UE għad-difiża kollettiva tan-NATO, filwaqt li jtejbu l-interoperabbiltà tal-kapaċitajiet tagħhom; |
47. |
Itenni l-appoġġ tiegħu għal implimentazzjoni effettiva tad-direttivi dwar il-Pakkett tad-Difiża li jikkonċernaw, rispettivament, l-akkwist fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà u t-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża; jisħaq li l-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn id-direttivi tikkostitwixxi pass importanti lejn Unjoni Ewropea tad-Difiża billi tagħmel il-politika tal-UE dwar id-difiża aktar koerenti u trawwem l-iżvilupp tal-industrija tad-difiża Ewropea; huwa konvint li l-implimentazzjoni tagħhom hija mod effettiv biex tiġi miġġielda l-frammentazzjoni kontinwa tas-suq intern tal-UE għall-prodotti tad-difiża, li għadha qed twassal għal duplikazzjoni bla bżonn u l-multiplikazzjoni tal-ineffiċjenzi fl-infiq għad-difiża mill-Istati Membri; jenfasizza l-importanza ta' Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) b'saħħitha, kompetittiva u innovattiva, flimkien mal-ħolqien ta' suq tal-UE tat-tagħmir għad-difiża li jirrispetta bis-sħiħ ir-regoli tas-suq intern, u l-Pożizzjoni Komuni tal-UE dwar l-esportazzjoni tal-armi; iqis li dan iżid is-sigurtà Ewropea u jgħammar aħjar lill-membri taż-żewġ organizzazzjonijiet; jitlob li jsiru aktar sforzi biex jiġi żgurat suq komuni tad-difiża li jiffunzjona bis-sħiħ; jenfasizza l-importanza tal-EDF fil-ġbir flimkien ta' riżorsi nazzjonali għar-riċerka, għall-iżvilupp, għall-akkwist, għall-manutenzjoni u għat-taħriġ konġunti, u jitlob li jkun hemm orjentazzjoni strateġika fit-tul għall-finanzjament tal-proġetti tiegħu; jitlob li jkun hemm sinerġiji akbar bejn l-EDTIB u l-atturi ewlenin tas-settur privat fl-iżvilupp ta' teknoloġiji emerġenti b'użu doppju bħall-IA, filwaqt li jiġu żgurati sinerġiji ma' atturi oħra (membri tas-soċjetà ċivili, riċerkaturi, eċċ.); jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-EDA u n-NATO u jirrikonoxxi l-valur tal-kooperazzjoni industrijali tad-difiża tal-UE fi ħdan il-Kooperazzjoni Teknoloġika u Industrijali tad-Difiża Trans-Atlantika (TADIC); ifakkar fl-ambizzjoni fit-tul li tinbena kooperazzjoni trans-Atlantika b'saħħitha fis-settur tad-difiża u dak industrijali sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp teknoloġiku u industrijali trans-Atlantiku, filwaqt li jiġu indirizzati fost l-oħrajn kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-provvista, approċċ komuni għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, investimenti barranin diretti u aċċess reċiproku għas-swieq tad-difiża; jistieden lill-Kummissjoni tikkollabora b'mod attiv man-NATO sabiex tiffaċilita l-iżvilupp teknoloġiku u industrijali trans-Atlantiku; jirrimarka li l-inizjattivi Ewropej għad-difiża huma komplimentari għal dawk tan-NATO u huma mfassla biex iħeġġu lill-Istati Membri biex jinvolvu ruħhom fil-qasam tad-difiża; jinkoraġġixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-EDA u l-Persunal Internazzjonali tan-NATO; |
48. |
Jenfasizza l-importanza ta' proġetti Ewropej konġunti, bħas-Sistema tal-Ajru Futura Ewropea tal-Kumbattiment (FCAS), il-Eurodrone, b'rispett sħiħ għad-dritt internazzjonali, u s-Sistema Ewlenija ta' Kumbattiment Fuq l-Art (MGCS), u jitlob aktar proġetti ambizzjużi u tanġibbli; |
49. |
Jilqa' l-impenn tal-UE u tal-Istati Uniti, kif espress fis-Summit reċenti bejn l-UE u l-Istati Uniti, li jaħdmu favur arranġament amministrattiv bejn l-EDA u l-Istati Uniti; jappella għall-konklużjoni ta' arranġament simili ma' alleati oħra tan-NATO li mhumiex fl-UE, speċjalment dawk li magħhom bdew in-negozjati ta' adeżjoni mal-UE, kif xieraq, filwaqt li jiġu rrispettati s-salvagwardji kollha meħtieġa biex jipproteġu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-UE u l-Istati Membri tagħha, sabiex japprofondixxu l-kooperazzjoni trans-Atlantika tad-difiża billi jiżguraw li t-teknoloġija militari użata tkun interoperabbli bis-sħiħ fil-livell tekniku; |
50. |
Jilqa' l-estensjoni tat-Trattat START Ġdid, li jagħti liż-żewġ firmatarji żmien addizzjonali biex isegwu negozjati bil-għan li jaqblu dwar strument ġdid għall-kontroll tal-armi; jitlob lill-UE u lin-NATO biex jaħdmu għall-involviment ta' stati oħra, b'mod partikolari ċ-Ċina; ifakkar fil-ħtieġa li jiżdiedu l-kooperazzjoni u l-investiment fil-qasam ewlieni tad-difiża tal-ajru u tal-missili; jesprimi tħassib serju dwar l-iskadenza tat-Trattat INF, li ħoloq riskju ġdid għas-sigurtà, b'mod partikolari għall-pajjiżi Ewropej; jitlob li t-tħassib dwar is-sigurtà tal-Ewropa jiġi rikonoxxut u indirizzat kif xieraq; jesprimi dispjaċir għall-irtirar reċenti mit-Trattat dwar is-Sema Miftuħ; |
51. |
Jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-impenn tal-UE u l-Istati Membri tagħha fir-rigward tat-TNP bħala l-pedament tar-reġim ta' nonproliferazzjoni u diżarm nukleari; jissottolinja l-ħtieġa li jittieħdu miżuri effettivi orjentati lejn id-diżarm nukleari; itenni d-dikjarazzjoni preċedenti tiegħu li l-paċi u s-sigurtà internazzjonali huma msaħħa f'dinja ħielsa mill-eżistenza u l-proliferazzjoni tal-armi nukleari; iħeġġeġ lill-UE u lin-NATO biex jaħdmu lejn aġenda ambizzjuża għall-preservazzjoni u t-tisħiħ ta' sistemi internazzjonali effettivi ta' kontroll tal-armi, ta' diżarm u ta' nonproliferazzjoni bħala l-pedament tas-sigurtà globali, trans-Atlantika u Ewropea, u jfakkar fil-ħtieġa li jiġu segwiti politiki mfassla biex nimxu aktar 'il quddiem fit-tnaqqis tal-arsenali nukleari u biex jiġu stabbiliti limiti fuq l-iskjerament ta' missili iperspsoniċi; jesprimi tħassib dwar l-iżviluppi u l-inizjattivi attwali fl-Iran fir-rigward tal-programm tiegħu ta' arrikkiment tal-uranju; itenni l-appoġġ kontinwu tiegħu għall-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) bħala l-aħjar mezz possibbli biex jinkisbu assigurazzjonijiet ta' użu esklużivament paċifiku tal-enerġija nukleari mill-Iran; jilqa' t-tkomplija tat-taħditiet u jistieden lill-partijiet kollha biex jerġgħu lura għal konformità sħiħa; |
52. |
Jitlob lill-UE u lill-istituzzjonijiet tagħha, filwaqt li jibnu fuq il-pedament stabbilit mill-“approċċ integrat”, jiżviluppaw kemm kultura ta' sigurtà u ta' difiża komuni, li tirrispetta l-karattru speċifiku tal-politiki ta' sigurtà u difiża tal-Istati Membri, kif ukoll approċċ strateġiku, matul it-tfassil tal-politika tagħhom, li għandu japplika b'mod partikolari għad-deċiżjonijiet fl-oqsma tal-kummerċ, tal-ġestjoni tal-katina tal-provvista, tal-iskrinjar tal-investiment, tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, tal-infrastruttura, tal-mobbiltà u tat-teknoloġiji diġitali; jissottolinja f'dan ir-rigward ir-rwol ewlieni tal-Boxxla Strateġika; jissottolinja li f'oqsma bħat-theddid ibridu u ċibernetiku, kif ukoll fil-ġlieda kontra l-kampanji ta' diżinformazzjoni, l-istituzzjonijiet tal-UE jinsabu f'pożizzjoni tajba biex jiżviluppaw reazzjonijiet konġunti; jilqa', f'dan ir-rigward, il-Pakkett tal-Unjoni tas-Sigurtà ta' Diċembru 2020 u jemmen li dan huwa l-ewwel pass tajjeb li jeħtieġ li jiġi segwit malajr minn azzjonijiet ulterjuri; jinnota l-proposta għal Direttiva NIS 2; |
53. |
Jisħaq fuq is-sinifikat tal-mobbiltà militari fl-iżgurar tal-moviment mgħaġġel tal-forzi fi ħdan l-UE u lil hinn minnha, li huwa importanti għal difiża effettiva u preventiva; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-isforzi tagħhom biex ikomplu jnaqqsu l-ostakli proċedurali għall-mobbiltà militari; jilqa' r-rwol indispensabbli tal-UE fit-tisħiħ tal-mobbiltà militari, u jitlob żieda sinifikanti fl-isforzi magħmula biex jiġi implimentat dan il-proġett, b'mod partikolari permezz tal-PESCO, iżda wkoll billi l-Istati Membri jiġu mħeġġa jistimulaw il-bażijiet industrijali tagħhom biex jipproponu proġetti kompetittivi eliġibbli għall-kofinanzjament tal-UE; jitlob li jiżdiedu s-sinerġiji min-naħa tal-UE bejn id-diversi atturi involuti; jenfasizza li approċċ ta' gvern sħiħ li jinvolvi l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u n-NATO huwa meħtieġ biex il-mobbiltà militari tirnexxi; jitlob li jiġi kkunsidrat pjan ta' azzjoni li jiffoka fuq interessi komuni bejn l-UE u n-NATO fil-mobbiltà militari billi tiżdied l-ambizzjoni f'oqsma bħad-diġitalizzazzjoni, ir-reżiljenza ċibernetika tal-infrastruttura u s-sistemi tat-trasport, u l-possibbiltà li jintużaw soluzzjonijiet ta' intelliġenza artifiċjali għall-benefiċċju tal-mobbiltà militari; jemmen li dan il-proġett juri kemm il-valur miżjud tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO kif ukoll jagħti prova ta' kif l-istrumenti u l-kompetenzi tal-UE jistgħu jikkontribwixxu għad-difiża kollettiva tan-NATO; jilqa' l-fatt li ammonti sinifikanti ta' fondi tal-UE ġew allokati għal proġetti ta' difiża kollaborattiva, minkejja li ma jaqblux mal-ambizzjonijiet inizjali; ifakkar fil-fatt li 38 mis-46 proġett attwali tal-PESCO jirriflettu l-prijoritajiet tal-ippjanar tad-difiża tan-NATO u jilqa' l-parteċipazzjoni potenzjali ta' pajjiżi terzi f'tali proġetti, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni rilevanti tal-Kunsill; |
Lejn sħubija ambizzjuża
54. |
Jaqbel bis-sħiħ mad-dikjarazzjoni fil-komunikat reċenti tan-NATO li l-Unjoni Ewropea tibqa' sieħeb uniku u essenzjali għan-NATO; itenni, għaldaqstant, it-twemmin sod tiegħu li r-relazzjonijiet bejn l-UE u n-NATO jeħtieġ li jiġu aġġornati għal livell tassew strateġiku sabiex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tas-sħubija, billi jibnu fuq il-progress bla preċedent li diġà nkiseb u bl-objettiv ġenerali li tinbena relazzjoni ġenwina bejn l-organizzazzjonijiet; jitlob li jsiru summits speċjali regolari bil-parteċipazzjoni tal-kapijiet ta' stat u ta' gvern kollha tan-NATO u tal-UE sabiex tinżamm il-fiduċja u l-fehim fl-ogħla livelli, u jesprimi l-viżjoni tiegħu fit-tul għal Kunsill ta' Sħubija bejn l-UE u n-NATO; iħeġġeġ, barra minn hekk, diskussjoni dwar il-ħolqien ta' Kunsill permanenti tal-Ministri tad-Difiża tal-UE, li għandu jikkollabora mill-qrib mal-laqgħat tal-ministri tad-difiża tan-NATO; jissottolinja l-prinċipju tal-inklużività f'dan ir-rigward; |
55. |
Itenni l-prinċipju tal-inklużività, u jħeġġeġ numru akbar ta' laqgħat informali konġunti, kif ukoll dikjarazzjonijiet u komunikazzjonijiet konġunti mill-kapijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE u tan-NATO; itenni t-talbiet preċedenti tiegħu lill-UE u lin-NATO biex jorganizzaw eżerċizzji konġunti regolari, u aktar ambizzjużi, li jibnu fuq il-prattika eżistenti ta' Eżerċizzji Paralleli u Kkoordinati (PACE), filwaqt li jiżguraw l-involviment tal-Istati Membri u l-alleati kollha, li jservu biex itejbu l-fehim reċiproku bejn l-UE u n-NATO u jsaħħu aktar il-kooperazzjoni bejn il-persunal; jinkoraġġixxi skambju msaħħaħ ta' informazzjoni mhux klassifikata u klassifikata f'eżerċizzji futuri, b'mod inklużiv u mhux diskriminatorju, bħala l-ewwel pass fl-iskambju ta' informazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi reali; |
56. |
Jistieden lill-membri kollha jaħdmu għall-konklużjoni ta' ftehim ta' sigurtà bejn Ċipru u n-NATO; |
57. |
Jilqa' l-progress li sar fl-74 proposta komuni għal azzjoni; jemmen, madankollu, li hemm bżonn ta' aktar appoġġ politiku biex tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa; jitlob ukoll li jitressqu proġetti ewlenin, pereżempju fil-qasam tal-EDTs u r-riforniment ta' fjuwil fl-ajru, immudellati fuq proġetti bħal fil-qasam tal-mobbiltà militari sabiex tiżdied is-sjieda u l-kooperazzjoni ssir aktar tanġibbli u orjentata lejn ir-riżultati; |
58. |
Jissottolinja li l-UE u n-NATO jridu jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu t-terroriżmu billi jtejbu l-prattiki attwali tal-kondiviżjoni tal-intelligence fost l-Istati Membri u l-alleati tan-NATO, b'enfażi partikolari fuq il-kisba ta' għarfien tas-sitwazzjoni komuni aħjar f'oqsma ewlenin, inklużi żoni sikuri emerġenti, l-użu tal-EDTs mit-terroristi u tattiċi ibridi; |
59. |
Jirrikonoxxi li fid-dawl tal-limitazzjonijiet istituzzjonali, il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO sseħħ fil-biċċa l-kbira fuq livell informali u tekniku bejn il-persunal, li xi drabi tillimita l-involviment attiv tal-Istati Membri u l-alleati kollha; iqis dawn il-limitazzjonijiet bħala vulnerabbiltà għas-sigurtà trans-Atlantika, kif ukoll dik Ewropea, dovuta fost l-oħrajn għall-imblukkar potenzjali tal-aċċess għall-istrutturi tan-NATO għall-operazzjonijiet tal-PSDK tal-UE; jemmen li din is-sitwazzjoni mhijiex sostenibbli u jħeġġeġ għalhekk bis-sħiħ lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jaħdmu flimkien b'rieda tajba biex ifittxu soluzzjoni li tifformalizza l-kooperazzjoni u l-prevedibbiltà tagħha fil-livelli kollha, bil-għan li tinbena relazzjoni ġenwina u soda bejn l-organizzazzjonijiet; jilqa' d-diskussjoni dwar il-kapaċitajiet ta' kmand militari futuri tal-UE, li jridu jkunu interoperabbli u kompatibbli man-NATO sabiex tiġi żgurata l-aktar kapaċità operattiva effettiva tal-ġabra waħda ta' forzi; |
60. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-unità, is-solidarjetà u l-koeżjoni tal-alleati; jirrikonoxxi t-tilwim serju bejn l-alleati fil-Lvant tal-Mediterran; jilqa' l-istabbiliment tal-mekkaniżmu ta' de-eskalazzjoni tan-NATO; ifakkar fit-tħassib tiegħu dwar l-akkwist tas-sistema tal-missili Russa S-400 mit-Turkija; jisħaq fuq l-importanza ta' aktar miżuri ta' bini ta' fiduċja bbażati fuq id-djalogu u r-rispett reċiproku; jinsab imħasseb ħafna dwar l-imġiba tat-Turkija, ġar strateġikament importanti u alleat tan-NATO; jistieden lit-Turkija biex tevita aktar azzjonijiet provokattivi u destabbilizzanti, u jħeġġiġha ssegwi politika barranija, ta' sigurtà u domestika allinjata mal-obbligi u l-aspettattivi ta' pajjiż kandidat tal-UE u alleat tan-NATO; |
61. |
Ifakkar li kemm l-UE kif ukoll in-NATO huma mibnija fuq prinċipji demokratiċi komuni; ifakkar li t-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana huwa marbut direttament mal-Karta tan-NU; jistieden lin-NATO titlob mill-membri tagħha konformità sħiħa mal-Artikoli kollha tal-Karta tan-NU; jissottolinja li s-sħubija trans-Atlantika mhux biss teħtieġ forzi militari b'saħħithom iżda wkoll soċjetajiet b'saħħithom u reżiljenti; jenfasizza r-rabta ta' rinforzar reċiproku bejn fondazzjonijiet demokratiċi b'saħħithom, ibbażati fuq ir-rispett għall-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, u sħubija trans-Atlantika b'saħħitha, li flimkien biss jistgħu jiżguraw l-eżistenza fit-tul tad-demokraziji tagħna; jappoġġja l-idea mressqa mill-amministrazzjoni Biden għal summit globali tad-demokraziji; jitlob aktar sforzi biex jitqiesu l-aspirazzjonijiet għoljin tal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ u biex iż-żgħażagħ jitħallew jipparteċipaw b'mod effettiv fil-proċessi demokratiċi tagħna, u biex jiġu ppreżentati b'mod ċar liż-żgħażagħ l-isfidi strateġiċi li jiffaċċjaw is-soċjetajiet tagħna, sabiex jiġi żgurat li jinvolvu ruħhom f'dawn il-kwistjonijiet kritiċi u jappoġġjaw b'mod attiv l-isforzi komuni tagħna; |
62. |
Ifakkar fi rwol aktar b'saħħtu għall-UE fis-sigurtà u fid-difiża li ġie deskritt bħala prijorità għaċ-ċittadini tal-UE fl-istħarriġ tal-Ewrobarometru; jissuġġerixxi li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO u l-kwistjonijiet ta' sigurtà u difiża b'mod ġenerali għandhom jiġu indirizzati matul il-Konferenza li jmiss dwar il-Futur tal-Ewropa sabiex jiġi żgurat li l-ilħna tan-nies jinstemgħu; |
63. |
Jissottolinja l-importanza ta' komunikazzjoni proattiva, effettiva u trasparenti, kemm fl-UE kif ukoll esternament, u jitlob kooperazzjoni saħansitra aktar mill-qrib bejn il-persunal rispettiv kemm fin-NATO kif ukoll fl-UE dwar il-komunikazzjoni strateġika, speċjalment fir-rigward tal-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, l-interferenza barranija u l-attakki ċibernetiċi, f'oqsma strateġikament importanti bħall-Balkani tal-Punent u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; jitlob li jkun hemm kondiviżjoni aħjar tal-informazzjoni fl-identifikazzjoni ta' attakki ibridi sabiex tiżdied ir-reazzjoni; jinsisti, madankollu, fuq il-fatt li kemm l-UE kif ukoll in-NATO jridu jżommu l-kapaċitajiet indipendenti rispettivi tagħhom; jappoġġja l-idea li jitnedew ċentri ta' eċċellenza indipendenti għall-istudju ta' lingwi barranin mitkellma f'reġjuni strateġikament importanti; |
64. |
Jissottolinja l-importanza tad-diplomazija parlamentari u jtenni t-talbiet preċedenti tiegħu biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Assemblea Parlamentari (PA) tan-NATO; jirrakkomanda li l-istatus tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fl-Assemblea Parlamentari tan-NATO jiġi aġġornat għal status sħiħ mill-Kumitat Permanenti tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, bħala rikonoxximent tal-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO; jitlob li ssir laqgħa konġunta bejn il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kamra tad-Deputati tal-Istati Uniti sabiex jiġi diskuss it-theddid komuni għas-sigurtà għas-sħubija trans-Atlantika u kif il-kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u n-NATO tista' tgħin biex dawn jiġu indirizzati; |
65. |
Jilqa' l-ewwel parteċipazzjoni li qatt saret ta' Segretarju Ġenerali tan-NATO f'laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji fil-15 ta' Diċembru 2020, li bagħtet messaġġ b'saħħtu ta' impenn reċiproku sabiex tissaħħaħ is-sħubija bejn in-NATO u l-UE; ifaħħar lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg għat-tmexxija u d-determinazzjoni tiegħu li javvanza r-relazzjonijiet bejn l-UE u n-NATO, li jirrifletti l-ambizzjonijiet u l-prijoritajiet stipulati mit-tmexxija tal-UE; |
o
o o
66. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, lill-gvernijiet u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE u tan-NATO u lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO. |
(1) ĠU C 28, 27.1.2020, p. 49.
(2) ĠU C 388, 13.11.2020, p. 22.
(3) ĠU C 449, 23.12.2020, p. 149.
(4) ĠU C 232, 16.6.2021, p. 71.
(5) Testi adottati, P9_TA(2020)0009.
(6) Testi adottati, P9_TA(2020)0008.
(7) Testi adottati, P9_TA(2021)0102.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/122 |
P9_TA(2021)0347
Kontinent xiħ li qed jixjieħ – possibilitajiet u sfidi relatati mal-politika dwar it-tixjiħ wara l-2020
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar kontinent xiħ li qed jixjieħ – possibilitajiet u sfidi relatati mal-politika dwar it-tixjiħ wara l-2020 (2020/2008(INI))
(2022/C 99/13)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 6, 153, 156 u 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), b'mod partikolari l-Artikoli 21, 23, 24, 25, 26, 31, 32, 33, 34 u 35 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tiddikjara li l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni fuq bażi ta' età huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-UE bħala każ speċjali ta' trattament ugwali (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Ġunju 2010 dwar tixjiħ attiv, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2020 dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-parteċipazzjoni u l-benesseri ta' persuni akbar fl-età fl-era tad-diġitalizzazzjoni, |
— |
– wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Politika u l-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali ta' Madrid dwar it-Tixjiħ, adottat fit-Tieni Assemblea Dinjija dwar it-Tixjiħ bejn it-8 u t-12 ta' April 2002, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali adottata fir-raba' Konferenza Ministerjali tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU dwar it-Tixjiħ f'Lisbona fit-22 ta' Settembru 2017 bit-titolu “A Sustainable Society for all Ages: Realising the potential of living longer” (Soċjetà Sostenibbli għal kull Età: It-twettiq tal-potenzjal li wieħed jgħix aktar fit-tul), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Espert Indipendenti tan-NU dwar it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha minn persuni akbar fl-età, dwar l-impatt tal-marda tal-coronavirus (COVID-19) fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha ta' persuni akbar fl-età, ippreżentata għall-75 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-21 ta' Lulju 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 940/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2011 dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet (2012) (2), u l-Komunikazzjoni oriġinali tal-Kummissjoni tas-6 ta' Settembru 2010 dwarha (COM(2010)0462), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2016 bit-titolu “Perkorsi ta' titjib tal-ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti” (3), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar ir-rwol tan-nisa f'soċjetà li qed tixjieħ (5) u tal-15 ta' Novembru 2018 dwar servizzi ta' indukrar fl-UE għal ugwaljanza aħjar bejn is-sessi (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar l-isfida demografika u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-faqar: perspettiva tas-sessi (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-ħolqien ta' kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol favorevoli għal bilanċ bejn il-ħajja u dik tax-xogħol (9), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-ħtieġa ta' strateġija tal-UE biex titwaqqaf u tiġi evitata d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel (10), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2017 dwar l-użu ta' strumenti tal-politika ta' koeżjoni mir-reġjuni biex jiġi indirizzat it-tibdil demografiku (11), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (12), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (13), u tistabbilixxi prinċipju kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali fir-rigward tal-impjieg u tal-okkupazzjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill tat-2 ta' Lulju 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426) u l-pożizzjoni tal-Parlament tat-2 ta' April 2009 dwar dan (14), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2006 bit-titolu “Il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa, il-bidla ta' sfida f'opportunità” (COM(2006)0571), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2006 bit-titolu “European Economy – the impact of ageing on public expenditure: projections for the EU-25 Member States on pensions, healthcare, long-term care, education and unemployment transfers (2004-2050)” (Ekonomija Ewropea– l-impatt tat-tixjiħ fuq in-nefqa pubblika: projezzjonijiet għall-Istati Membri tal-EU-25 dwar il-pensjonijiet, il-kura tas-saħħa, il-kura fit-tul, l-edukazzjoni u t-trasferimenti tal-qgħad (2004-2050)), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni u tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali għall-Ministri fil-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur tas-7 ta' Ottubru 2014 bit-titolu “Adequate social protection for long-term care needs in an ageing society” (Protezzjoni soċjali adegwata għal ħtiġijiet ta' kura fit-tul), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2017 bit-titolu “Inizjattiva ta' appoġġ għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw li jaħdmu” (COM(2017)0252), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta' Novembru 2017 bit-titolu “The 2018 Ageing Report: Underlying Assumptions & Projection Methodologies” (Ir-Rapport dwar ix-Xjuħija 2018: Suppożizzjonijiet Sottostanti u Metodoloġiji ta' Projezzjoni), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument interistituzzjonali tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2018 bit-titolu “The 2018 Ageing Report: Economic & Budgetary Projections for the 28 EU Member States (2016-2070)” (Ir-Rapport tal-2018 dwar it-Tixjiħ: Projezzjonijiet Ekonomiċi u Baġitarji għat-28 Stat Membru tal-UE (2016-2070)), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2020 dwar l-impatt tat-tibdil demografiku (COM(2020)0241), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tal-1 ta' April 2002 bit-titolu “Active Ageing: A Policy Framework” (Tixjiħ Attiv: Qafas ta' Politika), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tad-WHO tal-1 ta' Ottubru 2007 bit-titolu “Global Age-Friendly Cities: A Guide” (Bliet Globali Adatti għall-Età: Gwida), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tad-WHO tat-30 ta' Settembru 2015 dwar it-tixjiħ u s-saħħa, |
— |
wara li kkunsidra l-istrateġija globali u l-pjan ta' azzjoni dwar it-tixjiħ u s-saħħa tad-WHO għall-2016-2020 u d-deċiżjoni tan-NU li tipproklama l-2021-2030 bħala d-Deċennju tat-Tixjiħ f'Saħħtu, |
— |
wara li kkunsidra l-Prinċipji tan-NU għall-Persuni Mdaħħla fl-Età adottati mir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali 46/91 tas-16 ta' Diċembru 1991, |
— |
wara li kkunsidra l-“Global Age Watch Index 2015” (l-Indiċi Gobali tal-Età tan-NU), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tan-NU tal-2019 dwar it-tixjiħ tal-popolazzjoni tad-dinja, |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tat-tixjiħ attiv bħala waħda mill-elementi ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza, |
— |
wara li kkunsidra l-Att dwar l-Ugwaljanza tar-Renju Unit tal-2010, li jagħmilha illegali li ssir diskriminazzjoni kontra l-persuni abbażi tal-bidla fil-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali u l-ġeneru, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (15) (id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0194/2021), |
Kummenti ġenerali
A. |
billi l-popolazzjoni li qed tixjieħ tal-Ewropa hija fenomenu demografiku li jinvolvi tnaqqis kemm fil-fertilità kif ukoll fir-rati ta' mortalità u stennija tal-għomor ogħla; |
B. |
billi l-popolazzjoni tal-UE qed tonqos; billi fl-1960, ir-residenti tal-UE kienu jammontaw għal 13,5 % tal-popolazzjoni dinjija, filwaqt li fl-2018 kienu jammontaw għal 6,9 % u sal-2070 huma mistennija li jammontaw għal madwar 4 % (16); billi din is-sitwazzjoni hija relatata, fost fatturi oħra, ma' tnaqqis fir-rati tat-twelid fl-UE meta mqabbel ma' reġjuni oħra fid-dinja, li jwassal għat-tixjiħ tal-popolazzjoni b'effett fuq il-kompożizzjoni tal-età u l-ishma relattivi ta' gruppi ta' età differenti u jikkontribwixxi għall-inverżjoni tal-piramida demografika; billi t-tranżizzjoni demografika hija fenomenu universali u s-sehem dejjem jonqos tal-UE fil-popolazzjoni tad-dinja jirrifletti bidu aktar bikri ta' dan il-proċess globali (17); billi l-parteċipazzjoni attiva tal-persuni akbar fl-età fis-soċjetà ma għandhiex tiġi sottovalutata; billi aktar minn 20 % ta' dawk li għandhom bejn 65 u 74 sena u madwar 15 % ta' dawk li għandhom 75 sena jew aktar qed jieħdu sehem f'attivitajiet ta' volontarjat formali u/jew informali (18); |
C. |
billi s-sitwazzjoni demografika attwali tħalli impatt sever fuq il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-UE; billi huwa importanti li l-UE tintegra aspetti demografiċi fil-politiki kollha tagħha; billi l-popolazzjoni fl-età tax-xogħol (il-persuni li għandhom bejn 15 u 64 sena) hija mistennija li tonqos b'mod sinifikanti minn 333 miljun fl-2016 għal 292 miljun fl-2070; billi sal-2100, huwa mbassar li l-persuni ta' 80 sena jew aktar se jkunu jammontaw għal 14,6 % tal-popolazzjoni (19); |
D. |
billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija valur bażiku tal-UE, rikonoxxut fit-Trattati u fil-Karta, u billi l-UE hija impenjata li tintegraha fl-attivitajiet kollha tagħha; |
E. |
billi l-lonġevità hija kisba kollettiva notevoli sostnuta minn progress sinifikanti fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali u fis-saħħa, li tejbet b'mod konsiderevoli l-kwalità tal-ħajja u kkontribwiet għal żieda ta' 10 snin fl-istennija tal-għomor medja tal-irġiel u tan-nisa matul l-aħħar 50 sena; billi l-istennija tal-għomor hija mistennija li tiżdied minn 78,3 għal 86,1 sena għall-irġiel u minn 83,7 għal 90,3 sena għan-nisa bejn l-2016 u l-2070; billi ż-żieda fil-medja tal-istennija tal-għomor trid titqies, fiċ-ċirkostanzi kollha, bħala fattur ta' avvanz taċ-ċivilizzazzjoni u qatt bħala restrizzjoni; billi d-data turi li fl-2018, l-għadd stmat ta' snin ta' ħajja fi stat tajjeb ta' saħħa kien ta' 64,2 sena għan-nisa u 63,7 sena għall-irġiel (20); billi, madankollu, id-diskrepanza bejn l-istennija tal-għomor u s-snin ta' ħajja fi stat tajjeb ta' saħħa hija inkwetanti u għandha tiġi indirizzata b'mod urġenti; |
F. |
billi ħajja itwal u fi stat aħjar ta' saħħa hija ħaġa prezzjuża kemm għall-individwi kif ukoll għas-soċjetajiet, filwaqt li toħloq opportunitajiet ġodda għall-parteċipazzjoni u l-inklużjoni tal-persuni akbar fl-età fil-ħajja ekonomika u soċjali; billi l-involviment soċjali fix-xjuħija min-naħa tiegħu jikkontribwixxi għas-saħħa u l-benesseri individwali; billi hemm korrelazzjoni bejn il-lonġevità u l-istatus soċjali; billi l-parteċipazzjoni f'firxa ta' attivitajiet soċjali, bħal volontarjat, sport jew passatempi, kif ukoll kuntatt regolari mal-familja u l-ħbieb x'aktarx iħallu impatt pożittiv fuq is-saħħa ġenerali tal-persuni akbar fl-età u jevitaw li dawn jiġu iżolati; |
G. |
billi l-bidla naturali fil-popolazzjoni tal-UE ilha tonqos sa mill-2012, b'aktar imwiet (4,7 miljun) milli twelid (4,2 miljun) irreġistrati fl-UE fl-2019; billi r-rata ta' fertilità fl-UE qed tonqos u niżlet għal l-1,55 fl-2018; billi dan huwa marbut ma' varjetà ta' fatturi, inklużi saħħa aħjar u livelli ogħla ta' edukazzjoni (21), iżda wkoll is-sitwazzjoni soċjoekonomika ġenerali, inklużi l-inċertezza u d-devalwazzjoni tal-introjtu, li jaffettwaw lill-gruppi kollha iżda fuq kollox liż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari l-kwalità tal-ħajja tagħhom, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-ippjanar tal-ħajja; billi t-tibdil demografiku jista' jkollu impatt fuq is-sostenibbiltà ekonomika u soċjali tal-UE fi żmien medju u fit-tul; billi l-aċċess għal servizzi pubbliċi ta' kwalità huwa fattur deċiżiv għall-kwalità tal-ħajja; billi l-impatt demografiku u soċjali tat-tibdil demografiku jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu s-sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-kura tas-saħħa; |
H. |
billi hemm riċerka li tindika rabta bejn ir-rati ta' fertilità u politiki li jħeġġu opportunitajiet ta' impjieg aħjar, kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien deċenti, arranġamenti tax-xogħol flessibbli, appoġġ deċenti lill-familji, appoġġ finanzjarju waqt il-maternità, il-paternità u tal-ġenituri, l-indukrar tat-tfal ta' kwalità minn meta jkunu żgħar ħafna u 'l quddiem, kondiviżjoni aktar ugwali tal-piż tar-responsabbiltajiet tal-kura bejn l-irġiel u n-nisa; |
I. |
billi r-rati tal-impjiegi part-time huma ogħla għan-nisa (31,3 %) milli għall-irġiel (8,7 %) u jaffettwaw ukoll lin-nisa akbar fl-età (49,8 % tal-irġiel akbar fl-età meta mqabbla ma' 64,1 % tan-nisa akbar fl-età); billi fl-2018, l-għadd ta' sigħat ta' xogħol normali fl-EU-28 kien bħala medja ta' 30,3 sigħat kull ġimgħa għall-irġiel ta' bejn 65 u 74 sena u ta' 24,1 siegħa kull ġimgħa għan-nisa tal-istess età, u billi l-irġiel huma mistennija li jkunu parti mill-forza tax-xogħol għal 38,6 snin, filwaqt li ċ-ċifra korrispondenti għan-nisa hija ta' 33,7 sena (22); |
J. |
billi l-eliminazzjoni tad-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi tiddependi mill-issodisfar tad-drittijiet soċjali bażiċi u l-provvista tas-servizzi soċjali bażiċi; |
K. |
billi n-nisa fl-età ta' bejn 55 u 64 għandhom rata ta' impjieg aktar baxxa mill-irġiel (52,4 % għan-nisa mqabbla ma' 65,4 % għall-irġiel), u huma l-aktar probabbli li jkunu fornituri ta' servizzi ta' indukrar informali fid-dar (23); |
L. |
billi l-għadd totali ta' persuni fl-età tax-xogħol (15-64) se jonqos b'20,8 miljun fl-UE bejn l-2005 u l-2030 hekk kif il-ġenerazzjoni tal-“baby boom” tirtira, li jirriżulta f'piż akbar fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-pensjonijiet fl-Istati Membri; billi l-proporzjon totali ta' dipendenza mill-età huwa mistenni li jilħaq is-57 % sal-2100, kważi d-doppju ta' dak tal-2019 (31 %); |
M. |
billi l-età medjana fl-EU-28 żdiedet minn 38,3 sena fl-2001 għal 43,1 sena fl-2018 (24); billi fl-2018, 19 % taċ-ċittadini tal-UE kellhom 65 sena jew aktar u billi l-ħtiġijiet tagħhom għandhom jitqiesu fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi fil-livelli tal-UE, nazzjonali u reġjonali; |
N. |
billi l-ħajja hija akkumpanjata minn bidliet bħat-telf ta' sieħeb, qraba jew ħbieb, id-degradazzjoni tas-saħħa u l-bidliet fid-drawwiet, fix-xejriet tax-xogħol u fis-sitwazzjoni finanzjarja; billi l-persuni akbar fl-età huma partikolarment esposti għall-fenomeni tal-esklużjoni soċjali u tal-iżolament; billi għadd dejjem akbar ta' adulti fl-UE qed jesperjenzaw iżolament soċjali (75 miljun persuna – 18 % tal-popolazzjoni); billi r-riskju ta' iżolament soċjali huwa l-ogħla fost il-persuni akbar fl-età, filwaqt li s-sens ta' solitudni huwa l-aktar sinifikanti fil-grupp ta' età tal-persuni li għandhom bejn 26 u 45 sena (25); |
O. |
billi aktar minn 50 % tal-persuni li jindukraw li għandhom anqas minn 65 sena jikkombinaw l-indukrar mal-impjieg; billi, kif spiss innotat il-Kummissjoni, ir-responsabilitajiet tal-indukrar huma waħda mir-raġunijiet ewlenin għal-livelli aktar baxxi ta' parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol tan-nisa, jew minħabba li jnaqqsu s-sigħat tax-xogħol tagħhom jew jitilqu għalkollox minn impjieg bi ħlas, li jammonta għal telf għall-Ewropa ta' EUR 370 biljun fis-sena; billi l-istimi juru li 80 % tal-kura kollha madwar l-UE tiġi pprovduta minn persuni li jindukraw b'mod informali li l-biċċa l-kbira tagħhom huma nisa (75 %), li jindika l-eżistenza ta' differenza bejn il-ġeneri fl-indukrar li qed tinfluwenza b'mod qawwi d-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi; billi l-indukrar fornut minn persuni li jindukraw b'mod informali mingħajr l-ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg formali huwa partikolarment problematiku, minħabba li jħallihom barra mis-suq tax-xogħol u mingħajr kwalunkwe possibbiltà ta' regolarizzazzjoni; billi din ix-xorta ta' sitwazzjoni twassal għal effett negattiv doppju, fejn, minn naħa waħda, dawn il-persuni li jindukraw b'mod informali (il-biċċa l-kbira tagħhom nisa) jitħallsu ftit bħala regola, ma għandhomx protezzjoni soċjali, ma jħallsux kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u b'konsegwenza ta' dan jew ma jirċievu l-ebda pensjoni fi tmiem il-ħajja tax-xogħol tagħhom, jew jirċievu biss il-pensjoni minima, u, min-naħa l-oħra, din ix-xorta ta' sitwazzjoni għandha impatt negattiv fuq l-Istat u l-istituzzjonijiet rilevanti tiegħu, li jiċċaħħdu minn kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u taxxi mħallsin mill-impjegati u minn min iħaddimhom; |
P. |
billi l-persuni b'diżabilità jew il-persuni li jappartjenu għal minoranza etnika, razzjali, lingwistika, sesswali jew minoranza oħra ta' kull età ħbew jew qed jaħbu parti mill-identità tagħhom minħabba li jibżgħu minn rifjut jew abbuż jew minħabba li huma mhedda b'dawn; billi l-persuni akbar fl-età b'diżabilità jew ta' razza, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa jew orjentazzjoni sesswali differenti jiffaċċjaw aktar diskriminazzjoni, stigma u proċeduri mhux kunsenswali u huma f'riskju akbar ta' esklużjoni soċjali; |
Q. |
billi l-COVID-19 għandha wkoll impatt kbir fuq id-demografija; billi bosta persuni akbar fl-età mietu u, kif jissuġġerixxu ċerti studji, il-coronavirus kellu impatt konsiderevoli fuq ix-xejriet tal-popolazzjoni tal-UE, bħal tnaqqis fl-istennija tal-għomor u fl-ippjanar tal-familja; |
R. |
billi l-impatt tad-differenzi bejn il-ġeneri fis-saħħa u l-inugwaljanzi fis-saħħa b'rabta ma' fatturi soċjokulturali għandu jitqies kif xieraq fit-tfassil tal-politiki dwar it-tixjiħ tagħna; billi ċertu mard u kundizzjonijiet assoċjati mal-età għandhom impatt differenzjat fuq in-nisa u l-irġiel, bħal dipressjoni jew mard kardjovaskulari; billi ċertu mard u kundizzjonijiet jaffettwaw lin-nisa aktar mill-irġiel, bħall-marda ta' Alzheimer jew id-dimenzja, il-kanċer tas-sider, l-inkontinenza, l-osteoporożi u l-osteoartrite; billi l-prevalenza ta' tali kundizzjonijiet se tiżdied fis-soċjetajiet li qed jixjieħu tagħna; |
S. |
billi t-tibdil demografiku ma għandux l-istess impatt fuq il-pajjiżi u r-reġjuni kollha, iżda għandu impatt akbar fuq ir-reġjuni li diġà qegħdin lura, filwaqt li jaggrava l-inugwaljanzi soċjali u territorjali eżistenti; billi r-reġjuni rurali, periferali u ultraperiferiċi, inklużi l-gżejjer, huma l-aktar affettwati mid-depopolazzjoni, b'mod partikolari ż-żgħażagħ u n-nisa li jitilqu minn dawk iż-żoni, li jirriżulta f'sehem dejjem akbar ta' persuni akbar fl-età li jgħixu hemmhekk, li jista' jżid ir-riskju ta' iżolament soċjali; billi l-popolazzjoni rurali f'xi reġjuni għandha fil-fatt probabbiltà anqas li tkun f'riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali mill-popolazzjoni urbana (26); |
T. |
billi bejn l-2010 u l-2030 (27), in-numru ta' persuni akbar fl-età (80 sena u aktar) se jiżdied b'57,1 %, b'konsegwenzi sinifikanti fuq is-sistemi tas-sigurtà soċjali; |
U. |
billi l-miżuri ta' konfinament tal-COVID-19 u r-reċessjoni ekonomika kellhom effett sproporzjonat fuq in-nisa minħabba l-kondiviżjoni inugwali tar-responsabilitajiet tal-indukrar, l-ispeċjalizzazzjoni settorjali u żieda fil-vjolenza domestika; |
V. |
billi bejn l-2000 u l-2015, il-popolazzjoni ta' dawk li għandhom 60 sena jew aktar fl-UE kibret bi 68 % fl-ibliet u b'25 % fiż-żoni rurali; |
W. |
billi skont in-Network Ewropew għall-Osservazzjoni tal-Ippjanar tal-Ispazju, il-popolazzjoni fl-agglomerazzjonijiet Ewropej se tiżdied b'24,1 miljun sal-2050, li tirrappreżenta kważi nofs il-popolazzjoni totali tal-UE, filwaqt li l-popolazzjoni rurali se tonqos b'7,9 miljun persuna; |
X. |
billi n-nisa akbar fl-età ġeneralment għandhom probabbiltà akbar li jiffaċċjaw diffikultajiet serji biex jaċċessaw oġġetti u servizzi bażiċi mill-irġiel akbar fl-età, bħal servizzi tas-saħħa, kura fit-tul u akkomodazzjoni deċenti, minħabba firxa ta' fatturi bħad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa u d-differenza fil-pensjonijiet, il-lonġevità akbar tan-nisa jew il-proporzjon akbar ta' nisa akbar fl-età li jgħixu waħedhom (28); |
Y. |
billi l-persuni akbar fl-età għandhom aktar probabbiltà li jesperjenzaw aċċess limitat għall-internet kif ukoll nuqqas ta' għarfien u għarfien dwar teknoloġiji eżistenti u emerġenti; billi 35 % biss tal-persuni ta' bejn il-55 u74 sena għandhom ħiliet diġitali bażiċi, meta mqabbla ma' 82 % ta' dawk ta' bejn is-16 u 24 sena (29) u, b'konsegwenza ta' dan, il-persuni akbar fl-età huma aktar vulnerabbli għall-esklużjoni, inkluża l-esklużjoni diġitali; billi kemm l-esklużjoni soċjali kif ukoll dik diġitali tal-persuni akbar fl-età ġiet aggravata mil-lockdown u l-miżuri soċjali meħuda mill-Istati Membri b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19; billi teknoloġiji mingħajr ostakli u faċli għall-utent jistgħu jgħinu biex jingħelbu dawn l-isfidi; billi l-Kunsill indirizza din il-problema fl-2020 u ħareġ konklużjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-parteċipazzjoni u l-benesseri tal-persuni akbar fl-età fl-era tad-diġitalizzazzjoni; |
Z. |
billi l-popolazzjoni naqset b'sa 15 % f'xi reġjuni tal-UE bejn l-1998 u l-2018 minħabba depopolazzjoni mgħaġġla u t-tixjiħ tal-popolazzjoni; billi t-tibdil demografiku mgħaġġel jiġġenera spejjeż sproporzjonalment kbar ta' aġġustament; billi kważi żewġ terzi tar-reġjuni li jesperjenzaw popolazzjoni li qed tonqos b'mod mgħaġġel huma reġjuni b'PDG baxx per capita (30); billi t-tixjiħ tal-popolazzjoni qed jikkawża tnaqqis tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol u jista' jwassal għad-deklin ta' muniċipalitajiet u rħula fl-UE kollha; billi d-deċiżjonijiet biex il-muniċipalitajiet u l-irħula jingħaqdu jew jiġu inkorporati f'muniċipalitajiet jew bliet oħra jistgħu jwasslu wkoll biex il-muniċipalitajiet u l-irħula jisparixxu għalkollox; |
AA. |
billi l-politiki kollha li jindirizzaw l-opportunitajiet u l-isfidi demografiċi jridu jieħdu approċċ inklużiv, ibbażat fuq id-drittijiet u fuq l-evidenza, u ffokat fuq in-nies, u jridu jirrispettaw il-prinċipji tal-ugwaljanza, b'mod partikolari l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni, u jissalvagwardjaw id-drittijiet tan-nisa, inklużi d-drittijiet sesswali u riproduttivi u ekonomiċi tagħhom; billi l-indirizzar tat-tibdil demografiku ma jridx jimmina bl-ebda mod l-awtonomija riproduttiva individwali; billi l-aċċess għas-servizzi u l-prodotti bażiċi sesswali u riproduttivi huwa essenzjali għall-benesseri fiżiku, mentali u soċjali; |
AB. |
billi f'xi Stati Membri hemm tendenzi li jiġi strumentalizzat it-tibdil demografiku sabiex jiġu mminati s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, u b'hekk jikkontribwixxu għall-erożjoni tal-libertajiet personali; billi l-politiki kollha li jindirizzaw it-tibdil demografiku jridu jkunu bbażati fuq id-drittijiet, iffukati fuq il-persuni, imfassla apposta u bbażati fuq l-evidenza, u jridu jirrispettaw id-drittijiet sesswali u riproduttivi; |
AC. |
billi l-politiki u l-azzjoni tal-UE fir-rigward tat-tixjiħ u t-tibdil demografiku jridu jkunu konformi bis-sħiħ mal-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020-2025; billi hemm korrelazzjoni mill-qrib bejn l-isfidi demografiċi u l-integrazzjoni tal-ġeneru, li għandha tiġi riflessa fir-reazzjonijiet ta' politika rilevanti; |
AD. |
billi l-istatistika tal-użu tal-ħin turi sehem sproporzjonat ta' xogħol ta' indukrar skont il-ġeneru madwar l-Ewropa kollha; billi minkejja differenzi nazzjonali sinifikanti marbuta mal-estensjoni tas-servizzi tal-benesseri u soċjali u rati differenti ta' attività tan-nisa, in-nisa jġarrbu proporzjon sproporzjonat tal-piż tal-indukrar b'implikazzjonijiet profondi għall-prestazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u l-għażliet tagħhom fir-rigward tal-fertilità; |
AE. |
billi x-xjuħija estrema trid tkun ukoll soġġetta għal viġilanza partikolari ħafna sabiex, meta jkun meħtieġ, tingħata għajnuna lill-persuni li jitilfu l-awtonomija u jiġi evitat li dawn isibu ruħhom f'sitwazzjonijiet ta' iżolament; |
AF. |
billi l-proporzjon tal-pensjonanti li għandhom aktar minn 65 sena li jinsabu f'riskju ta' faqar fl-UE ilu jiżdied b'mod gradwali mill-2013; |
AG. |
billi l-persuni akbar fl-età jikkontribwixxu għas-soċjetà u baqgħu jagħmlu dan matul il-pandemija tal-COVID-19, inklużi impjegati, persuni li jindukraw jew voluntiera; billi, pereżempju, bosta professjonisti mediċi akbar fl-età li rtiraw reġgħu bdew jaħdmu biex jappoġġjaw l-isforzi sabiex tiġi mrażżna l-pandemija; billi l-persuni li jindukraw b'mod informali, li fil-maġġoranza tagħhom huma nisa, żiedu l-isforzi tagħhom biex jikkumpensaw għat-tnaqqis fis-servizzi tal-edukazzjoni, tal-indukrar tat-tfal u tal-kura fit-tul matul il-pandemija; |
AH. |
billi popolazzjoni li qed tixjieħ tista' tkun sors ta' għarfien dwar it-tradizzjonijiet lokali, l-ikel u l-istili ta' ħajja fiż-żoni rurali, li, min-naħa tagħhom, jistgħu jintużaw fl-iżvilupp tat-turiżmu u n-negozju lokali; |
AI. |
billi l-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali se tiddeskrivi l-istrateġija tal-UE biex tindirizza l-impatt tat-tibdil demografiku fuq in-nisġa soċjoekonomika tagħna; |
AJ. |
billi t-tiġdid ġenerazzjonali huwa wieħed mill-għanijiet speċifiċi ta' wara l-2020 tal-politika agrikola komuni (PAK); billi t-trasferiment tal-għarfien u t-tagħlim interġenerazzjonali huma kruċjali biex jiżdiedu l-kooperazzjoni u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, u b'hekk jitnaqqas id-distakk bejn il-ġenerazzjonijiet; |
Is-saħħa u l-kura
AK. |
billi dejjem għandhom jitqiesu kif xieraq ir-riskji etiċi li jirriżultaw mill-użu tat-teknoloġija fis-saħħa; |
AL. |
billi d-WHO tiddefinixxi t-tixjiħ attiv bħala l-proċess tal-iżvilupp u ż-żamma tal-kapaċità funzjonali li tippermetti benesseri f'età akbar; billi hemm korrelazzjoni bejn is-saħħa u l-introjtu perċepiti; billi fl-2017, anqas minn terz (32,4 %) tal-persuni akbar fl-età fl-ewwel kwintil tal-introjtu (20 % tal-popolazzjoni bl-inqas introjtu) qiesu s-saħħa tagħhom bħala tajba jew tajba ħafna, meta mqabbla ma' 54,7 % tal-persuni akbar fl-età li jappartjenu għall-20 % tal-popolazzjoni bl-ogħla introjtu (31); billi r-riżultati tal-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta' Intervisti juru li l-maġġoranza tal-persuni akbar fl-età nstabu li għandhom mard jew ilmenti kroniċi, u li wieħed minn kull disgħa biss iddikjara n-nuqqas ta' problemi bħal dawn, u billi bosta diżabilitajiet joħorġu jew isiru aktar evidenti f'età akbar; billi kważi nofs il-persuni akbar fl-età fl-UE (65 sena jew aktar) irrappurtaw diffikultajiet b'tal-inqas attività personali waħda jew attività domestika waħda (32); billi madwar kwart tal-popolazzjoni tal-UE esperjenzat limitazzjonijiet fit-tul minħabba problemi tas-saħħa fl-2018 (33); billi madwar 15 % tal-adulti li għandhom 60 sena u aktar jesperjenzaw mard mentali; |
AM. |
billi fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi żviluppati, il-persuni akbar fl-età jitqiesu bħala dawk ta' 65 sena jew aktar; billi l-grupp ta' età ta' dawk li għandhom 65 sena jew aktar huwa eteroġenu ħafna, b'differenzi sinifikanti fir-rigward tas-saħħa, l-istil ta' ħajja, l-istatus, u l-kundizzjonijiet tal-għajxien u soċjali; billi għalhekk għandhom jiġu evitati l-ġeneralizzazzjonijiet; billi l-enfasi fuq l-età ta' 65 sena bħala l-limitu massimu tal-età għall-ġbir tad-data ta' spiss ma tikkorrispondix għar-realtà tal-attivitajiet ekonomiċi u soċjali tal-persuni akbar fl-età, li tirriżulta f'data mhux kompluta u mhux preċiża; billi l-persuni akbar fl-età mhumiex inklużi f'bosta statistika u eżerċizzji ta' ġbir ta' data, peress li huwa komuni li ma tinġabarx statistika għall-persuni li għandhom aktar minn 65 sena; billi dan ma għadux adegwat fid-dawl tas-sehem dejjem akbar tal-popolazzjoni li tgħix sa età akbar; |
AN. |
billi għalkemm id-differenza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni hija favorevoli għan-nisa fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej, iżda minkejja dan in-nisa jħallsu piena tax-xogħol tal-maternità filwaqt li l-irġiel għandhom bonusijiet tax-xogħol tal-paternità fuq ir-rati u l-pagi tal-attività; billi huwa importanti li jintwerew id-diffikultajiet li jiffaċċjaw in-nisa biex jagħmlu l-maternità kompatibbli mal-iżvilupp ta' karriera professjonali, filwaqt li jitnaqqsu l-għażliet disponibbli kemm għall-maternità kif ukoll għall-iżvilupp ta' karriera professjonali; billi t-tlaħħiq mal-karriera u mal-maternità ġeneralment jispiċċa bin-nisa jipposponu l-età tal-maternità, u b'hekk jonqos in-numru potenzjali ta' tfal, jew iwassal biex in-nisa jibqgħu bla tfal; billi dawn il-fatturi kollha jnaqqsu r-rati ta' fertilità taħt ir-rata ta' sostituzzjoni bit-tixjiħ sussegwenti tal-popolazzjoni; |
AO. |
billi n-numru ta' persuni li jiddependu mill-assistenza ta' oħrajn jew li għandhom ħtiġijiet ta' saħħa u kura fit-tul jiżdied mal-età; billi s-sehem ta' individwi li jeħtieġu tali servizzi huwa ogħla f'dawk li għandhom 80 sena jew aktar; billi d-dipendenza tiġi aggravata mit-tixjiħ, iżda tiġi affettwata wkoll minn elementi oħra, bħall-fatturi soċjoekonomiċi u ambjentali kif ukoll il-livell edukattiv, ir-relazzjonijiet interpersonali u l-benesseri personali; billi l-ħtiġijiet ta' kura u appoġġ huma diversi u l-mezzi xierqa biex jiġu żgurati l-awtonomija u l-indipendenzi jvarjaw; billi l-maġġoranza l-kbira tal-kura għall-persuni dipendenti akbar fl-età qed tiġi pprovduta minn persuni li jindukraw b'mod informali, normalment nisa mhux imħallsa li għandhom aktar minn 60 sena huma stess; |
AP. |
billi s-sistemi tal-kura informali u formali jinsabu taħt pressjoni mit-tibdil demografiku, aggravati min-nuqqas ta' ħaddiema tal-kura formali; billi r-riċerka tal-Eurofound turi l-ħtieġa li jiġi pprovdut livell ta' aċċess għall-kura fid-djar jew fil-komunità għal persuni bi ħtiġijiet żgħar ta' kura fit-tul, mhux biss biex jiġu appoġġjati l-persuni li jindukraw b'mod informali u tittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' dawk li jingħataw il-kura, iżda wkoll biex jiġu identifikati u ssodisfati aktar malajr il-ħtiġijiet emerġenti; |
AQ. |
billi m'hemm l-ebda definizzjoni uniformi ta' dipendenza fl-UE; billi x-xjuħija mhijiex neċessarjament ekwivalenti għad-dipendenza; |
AR. |
billi xi persuni akbar fl-età ma jistgħux jibbenefikaw minn miżuri u politiki ta' tixjiħ attiv minħabba diversi fatturi bħall-post ta' residenza tagħhom, l-istat ta' saħħithom, nuqqas ta' motivazzjoni, u n-nuqqas ta' rutina ta' attività fiżika, mentali, kulturali jew soċjali regolari u rikreazzjoni; billi l-persuni akbar fl-età jistgħu jiffaċċjaw ukoll diffikultajiet fl-aċċess għal ċentri sportivi, kulturali u ta' riabilitazzjoni fiżika u jridu jħabbtu wiċċhom ma' restrizzjonijiet finanzjarji jew in-nuqqas jew l-inadegwatezza ta' attivitajiet adattati għall-kundizzjonijiet psikofiżiċi individwali tagħhom; billi strateġija effettiva għat-tixjiħ attiv għandha jkollha impatt pożittiv fuq il-persuni akbar fl-età, is-soċjetà u l-ekonomija kollha kemm hi; |
AS. |
billi l-ħolqien ta' kundizzjonijiet għal tixjiħ f'saħħtu u awtodipendenza għan-nisa u l-irġiel permezz ta' approċċ komprensiv għax-xjuħija bħala stadju tal-ħajja, kif ukoll l-adattament tal-akkomodazzjoni u l-ambjenti lokali b'mod li jippermetti lill-persuni akbar fl-età jgħixu fid-dar tagħhom stess u fl-inħawi tagħha għall-itwal żmien possibbli, se jġibu benefiċċji sistemiċi u individwali; |
AT. |
billi l-kura u l-appoġġ għandu jkollhom l-għan li jżommu l-awtonomija, l-indipendenza u l-benesseri tal-persuni akbar fl-età; billi l-idea tat-tixjiħ imħaddna fil-komunità ta' persuna f'ambjent li jiffavorixxi l-età hija ta' importanza ewlenija għall-ippjanar urban u għat-tisħiħ tat-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għal servizzi bbażati fil-komunità; billi, barra minn hekk, il-possibbiltajiet li jinżammu l-awtonomija u l-indipendenza jiddependu minn kundizzjonijiet li jinkludu ambjenti adattati għall-età, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi, inklużi akkomodazzjoni u kura bbażata fil-komunità ta' kwalità; billi t-tibdil demografiku jirrikjedi rispons xieraq għal ħtiġijiet speċifiċi tas-saħħa u għal servizzi u faċilitajiet ta' appoġġ; |
AU. |
billi qed jinfirxu forom mhux standard ta' xogħol u, filwaqt li jipprovdu l-flessibbiltà biex jitwettqu r-responsabbiltajiet tal-indukrar, mhux dejjem jissodisfaw il-ħtiġijiet tan-nies li jaħdmu, u billi l-impossibbiltà tal-organizzazzjoni ta' aġenda tal-indukrar tagħmilha aktar diffiċli għan-nisa biex jgħaqqdu l-maternità u x-xogħol; |
AV. |
billi l-akkumulazzjoni ta' riskji għas-saħħa, korrimenti u mard kroniku tul il-ħajja żżid ir-riskju ta' diżabilità; billi l-persuni akbar fl-età jikkonsultaw lill-prattikanti ġenerali u lill-ispeċjalisti mediċi aktar ta' spiss, iżda jirrapportaw ukoll diffikultajiet akbar fl-aċċess għas-servizzi mediċi f'xi Stati Membri mill-popolazzjoni medja minħabba, fost l-oħrajn, il-prezz tas-servizzi mediċi, id-distanzi twal u l-listi ta' stennija twal (34); billi l-investiment fl-ekonomija tal-kura huwa essenzjali biex tiġi żgurata ħajja deċenti għal dawk kollha li jeħtieġu l-kura u għal dawk li jindukraw; billi l-persuni fi gruppi akbar fl-età huma aktar vulnerabbli u għalhekk suxxettibbli għall-mard u għall-kumplikazzjonijiet u l-fatalitajiet marbuta ma' mard differenti, inkluż il-COVID-19; billi l-COVID-19 enfasizzat l-ħtieġa ta' sistemi tas-saħħa aktar robusti u aktar kapaċità għall-kura intensiva; billi f'dan il-kuntest, l-aċċess għall-kura medika u l-forniment ta' tagħmir protettiv personali f'faċilitajiet ta' kura fit-tul għandhom jiġu żgurati b'urġenza; |
AW. |
billi l-pandemija tal-COVID-19 uriet li servizzi pubbliċi u servizzi ta' kura aċċessibbli u ta' kwalità għolja huma l-aktar rispons effettiv għall-bżonnijiet ta' assistenza tal-popolazzjoni, inklużi dawk tal-persuni akbar fl-età, li f'numru ta' ċirkostanzi matul il-pandemija, esperjenzaw u jkomplu jesperjenzaw diskriminazzjoni fuq bażi ta' età fl-aċċess għas-servizzi mediċi u tal-kura, inklużi ostakli biex jingħataw il-kura medika inġenerali; billi l-pandemija tal-COVID-19 reġgħet tefgħet dawl fuq in-nuqqas ta' akkomodazzjoni adegwata, faċilitajiet tal-kura ta' kwalità u servizzi ta' kura u appoġġ suffiċjenti; billi l-ogħla ishma ta' infezzjonijiet u mard b'riżultat tal-COVID-19 fl-UE huma relatati mad-djar tal-kura, is-servizzi residenzjali għall-persuni akbar fl-età, il-persuni b'diżabilità u servizzi soċjali oħra (35); billi ħafna persuni akbar fl-età tilfu ħajjithom matul il-pandemija minħabba li ħafna unitajiet tal-kura intensivi ma setgħux ilaħħqu mad-domanda; billi f'xi każijiet, wieħed mill-kriterji ewlenin għad-deċiżjoni dwar id-disponibbiltà tal-kura intensiva kien l-età tal-pazjent; billi bosta persuni akbar fl-età ħabbtu wiċċhom ma' ostakli biex jaċċessaw kura medika li ma għandhiex x'taqsam mal-COVID-19 u filwaqt li s-servizzi ta' kura b'mod ġenerali tnaqqsu jew twaqqfu għalkollox matul il-pandemija; |
AX. |
billi l-popolazzjoni li qed tixjieħ tal-UE ġġib magħha sfidi ġodda għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, peress li n-nisa jibqgħu l-fornituri ewlenin tal-kura (kemm bi ħlas kif ukoll bla ħlas) (36); billi l-kriżi tal-coronavirus aggravat din is-sitwazzjoni; |
AY. |
billi l-persuni akbar fl-età huma inqas reżistenti għal avvenimenti estremi tat-temp bħal mewġiet ta' sħana ripetuti; |
Id-dritt għal tixjiħ b'dinjità
AZ. |
billi l-garanzija ta' ħajja dinjituża tfisser li jiġi żgurat id-dritt għal irtirar f'waqtu għall-ħaddiema, li jippermettilhom igawdu minn irtirar fi stat tajjeb ta' saħħa u indipendenti; billi d-dritt għall-irtirar irid ikun marbut maż-żmien tax-xogħol u ma jridx ikun dipendenti minn varjazzjonijiet fil-medja tal-istennija tal-ħajja jew kwalunkwe raġuni oħra użata biex tagħmel pressjoni fuq il-ħaddiema; billi t-tgawdija taż-żmien tal-irtirar għandha tkun ibbażata fuq introjtu li jagħmel il-kundizzjonijiet ta' għajxien deċenti possibbli, inklużi l-protezzjoni tas-saħħa, l-arrikkiment kulturali u l-akkwist ta' ħiliet ġodda, li jippermettu lill-pensjonanti jkunu inklużi bis-sħiħ fl-ambjent soċjali li jgħixu fih; |
BA. |
billi l-għajxien b'dinjità, b'mod partikolari għall-persuni akbar fl-età, ma jistax ikun separat mid-dritt għal akkomodazzjoni aċċessibbli, f'kundizzjonijiet sanitarji u komdi, li jippermetti lill-persuni akbar fl-età jixjieħu bi protezzjonijiet soċjali u familjari; billi, f'numru ta' sitwazzjonijiet li jinvolvu pressjoni mill-ispekulazzjoni tal-proprjetà, il-persuni akbar fl-età kienu l-ewwel li tkeċċew, li żied l-iżolament soċjali u d-dipendenza funzjonali tagħhom; |
BB. |
billi n-nisa huma f'riskju akbar ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali minħabba, fost fatturi oħra, il-problema persistenti tal-impjieg bejn il-ġeneri, id-differenza fil-pagi u fil-pensjonijiet, aktar interruzzjonijiet fil-karriera minħabba r-responsabbiltajiet tal-familja u tal-kura, u aktar xogħol part-time (37), xi drabi prekarju u temporanju (38), b'mod partikolari fil-każ ta' ommijiet waħedhom; billi dawn il-fatturi jagħmluha diffiċli għal ħafna nisa biex jiffrankaw il-flus aktar tard fil-ħajja u jagħmluhom partikolarment vulnerabbli għall-faqar fl-età akbar; |
BC. |
billi skont il-Eurostat, in-nisa jirċievu pensjonijiet aktar baxxi mill-irġiel fl-Istati Membri kollha tal-UE; billi n-nisa fl-UE li għandhom 65 sena u aktar jirċievu pensjoni li bħala medja hija 30 % aktar baxxa minn dik tal-irġiel; |
BD. |
billi stħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2019 juri li 40 % tan-nies fl-UE jħossuhom diskriminati abbażi tal-età; billi l-etaiżmu huwa preżenti f'livelli differenti u jidher f'forom differenti, inkluż f'approċċi individwali u l-perċezzjoni tal-persuna nnifisha u fir-relazzjonijiet bejn il-ġenerazzjonijiet; billi ntwera li l-etaiżmu jnaqqas l-istennija tas-saħħa u tal-għomor u jfixkel il-parteċipazzjoni sħiħa fil-ħajja soċjali, kulturali u ċivili, u jista' jwassal għal restrizzjonijiet fuq l-aċċess tal-persuni akbar fl-età għas-servizzi jew il-parteċipazzjoni attiva fis-suq tax-xogħol kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE u s-servizzi fuq il-post tax-xogħol, li jwasslu għall-emarġinazzjoni u għall-esklużjoni soċjali; billi skont l-aktar stħarriġ reċenti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol Ewropej, id-diskriminazzjoni fuq bażi ta' età kienet l-aktar forma komuni ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol; billi forom oħra ta' diskriminazzjoni enfasizzati mill-persuni akbar fl-età jinkludu l-aċċess għal prodotti u servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-divertiment (39); billi l-ġlieda b'suċċess kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' età u l-istereotipi fuq bażi ta' età inkluż fis-suq tax-xogħol hija essenzjali għat-tixjiħ attiv, għat-trawwim ta' aktar solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, u għall-użu tal-esperjenza miksuba minn ħaddiema akbar fl-età; billi t-tisħiħ tal-aċċess ugwali għall-oġġetti u s-servizzi, huwa essenzjali wkoll f'dan ir-rigward; |
BE. |
billi skont id-WHO, it-tixjiħ attiv huwa l-proċess li bih jiġu ottimizzati l-opportunitajiet għas-saħħa, il-parteċipazzjoni u s-sigurtà sabiex tittejjeb il-kwalità hekk kif il-persuni jixjieħu, filwaqt li l-persuni jitħallew jisfruttaw il-potenzjal tagħhom għall-benesseri matul ħajjithom u jieħdu sehem fis-soċjetà skont il-ħtiġijiet, ix-xewqat u l-kapaċitajiet tagħhom, filwaqt li jingħataw protezzjoni, sigurtà u kura adegwati meta jkunu jeħtieġu assistenza; |
BF. |
billi l-UE u diversi Stati Membri għandhom rwol attiv fil-kunsiderazzjonijiet dwar l-istrumenti ġodda internazzjonali biex jiġu protetti d-drittijiet tal-persuni akbar fl-età; billi dawn id-deliberazzjonijiet internazzjonali għandhom jiġu appoġġjati u mħeġġa b'mod attiv; billi filwaqt li d-Direttiva 2000/78/KE tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, din tonqos milli tindirizza d-diskriminazzjoni fi sferi oħra tal-ħajja soċjali u d-diskriminazzjoni multipla; |
BG. |
billi l-persuni akbar fl-età kultant jisfaw vittmi ta' vjolenza, abbuż u attivitajiet oħra inkwetanti, bħal frodi u prattiki kummerċjali inġusti, privazzjoni tal-kapaċità legali jew il-mezzi biex jiġġestixxu l-affarijiet tagħhom stess; billi li l-fenomenu tal-abbuż kontra l-persuni akbar fl-età, mhuwiex kopert biżżejjed mid-data u mir-riċerka dwar l-inċidenza tiegħu u l-modi biex dan jiġi evitat; billi huma meħtieġa sforzi biex tiġi prodotta data aktar komprensiva dwar it-trattament ħażin tal-persuni akbar fl-età; |
BH. |
billi l-UE qed tiffinanzja inizjattivi pilota, bħal EUROPeAN, MILCEA u WeDO, fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità fil-konfront tal-persuni akbar fl-età; |
BI. |
billi persuni akbar fl-età f'żoni rurali jew remoti jistgħu jiffaċċjaw riskji ogħla relatati mal-età, inkluż il-faqar, aċċess aktar dgħajjef għal kura tas-saħħa u servizzi ta' kwalità, inqas appoġġ soċjali, inqas opportunitajiet għal interazzjoni soċjali u nuqqas ta' aċċess għas-servizzi tat-trasport pubbliku; |
L-impjiegi u t-tixjiħ attiv
BJ. |
billi skont stħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2012, 60 % tan-nies fl-UE kienu kontra ż-żieda fl-età statutorja tal-irtirar filwaqt li 61 % kienu tal-fehma li kulħadd għandu jkun jista' jkompli jaħdem lil hinn mill-età statutorja tal-irtirar; billi skont il-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom, kważi nofs il-ħaddiema li għandhom 50 sena jew aktar, jippreferu jaħdmu inqas sigħat filwaqt li proporzjon sinifikanti ta' persuni rtirati jippreferu jaħdmu mill-inqas ftit sigħat fil-ġimgħa (40); billi li wieħed jibqa' jaħdem wara li jirtira huwa assoċjat ma' politiki dwar il-post tax-xogħol li jappoġġjaw il-kapaċità għall-impjieg u li l-ħaddiema jibqgħu aktar fit-tul fl-impjieg tagħhom jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan; billi, madankollu, r-rati ta' reklutaġġ tal-ħaddiema akbar fl-età li ma għandhomx impjieg huma estremament baxxi u billi l-ħaddiema akbar fl-età huma f'riskju għoli li jsiru qiegħda fi-tul; billi r-rati tal-faqar u l-esklużjoni soċjali għall-persuni li għandhom bejn 55 u 64 sena huma ogħla mill-medja tal-UE għall-etajiet kollha; billi 56 % tal-persuni fl-UE huma inkwetati dwar il-fatt li l-introjtu tagħhom fix-xjuħija mhux se jservihom (41); billi l-probabbiltà li wieħed isib impjieg ġdid tonqos maż-żmien, parzjalment minħabba ostakli strutturali, inkluża diskriminazzjoni fuq bażi ta' età (42); billi d-data turi li n-nies li huma rtirati iżda li jkomplu jaħdmu għax jixtiequ huma għandhom livell ogħla ta' sodisfazzjon tal-ħajja minn medja ta' persuni rtirati kompletament (43); billi s-sens ta' skop fil-ħajja jonqos b'mod ġenerali wara li wieħed jagħlaq 50 sena iżda jibqa' ferm aktar f'saħħtu għall-individwi li jibqgħu jaħdmu wara l-irtirar jew li għandhom responsabbiltajiet fl-indukrar tat-tfal jew fil-kura fit-tul (44); billi l-ġlieda kontra l-qgħad fost il-ħaddiema akbar fl-età fl-UE għadha importanti ħafna; |
BK. |
billi kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjiegi xierqa, inklużi titjib fis-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, ambjent tax-xogħol xieraq għall-età, inqas dmirijiet kwantitattivi u awtonomija fil-ħin tax-xogħol jistgħu jħeġġu lil ħafna persuni akbar fl-età biex jibqgħu fis-suq tax-xogħol jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan; |
BL. |
billi jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika għall-ħtiġijiet tal-ħaddiema f'impjiegi li huma diffiċli ħafna fiżikament jew psikoloġikament; billi din il-kwistjoni tista' tiġi indirizzata permezz ta' strateġiji dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, politiki li jappoġġjaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-aċċess għal u l-adozzjoni ta' opportunitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ fuq il-post tax-xogħol jew barra minnu, appoġġ għal skambji interġenerazzjonali fil-postijiet tax-xogħol u l-għażla li wieħed jirtira bil-mod se jkollhom kemm benefiċċji individwali kif ukoll soċjali; |
BM. |
billi UE akbar fl-età b'forza tax-xogħol iżgħar tista' tagħmel pressjoni fuq il-baġits pubbliċi u fuq is-sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-kura tas-saħħa; billi huwa stmat li l-ispiża totali tat-tixjiħ (45) se tkun ta' 26,7 % tal-PDG sal-2070 (46); billi studju li sar għall-Kummissjoni fl-2018 dwar l-ekonomija tal-persuni akbar fl-età (persuni li għandhom 50 sena u aktar) jistma li l-kontribut tal-ekonomija tal-anzjani tal-UE għall-PDG se jilħaq EUR 6,4 triljun u 88 miljun impjieg sal-2025; billi dan ikun ekwivalenti għal 32 % tal-PDG tal-UE u għal 38 % tal-impjiegi tal-Unjoni (47); |
BN. |
billi l-promozzjoni ta' perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja u s-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ta' ambjenti tax-xogħol adattati għall-età fost l-impjegaturi hija essenzjali għal tixjiħ attiv; billi l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-persuni akbar fl-età għadha sfida ewlenija f'bosta reġjuni; billi l-UE u l-Istati Membri għad iridu jipproduċu rispons adegwat għall-isfidi fis-suq tax-xogħol; billi hemm bżonn li jiġu adattati l-ħiliet tal-ħaddiema akbar fl-età, li huma partikolarment mhedda mir-ristrutturar ekonomiku, u li jsegwu politiki biex jappoġġjaw il-mobilità tas-suq tax-xogħol ta' persuni akbar fl-età, speċjalment f'termini ta' impjieg mill-ġdid; |
BO. |
billi l-impjegaturi ta' spiss isibuha bi tqila biex joffru taħriġ adegwat lill-ħaddiema akbar fl-età; billi t-tagħlim tul il-ħajja jikkontribwixxi għat-tixjiħ attiv u jippermetti lin-nies jaħdmu u jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà; billi l-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus”; |
BP. |
billi l-fatt li niżguraw impjieg ta' kwalità, inklużi pagi deċenti, is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-ħaddiema tul il-karriera kollha tagħhom huwa prerekwiżit għal ħajja tax-xogħol sostenibbli u tixjiħ attiv u fis-saħħa wara l-irtirar; billi dan ma jinvolvix biss it-tnaqqis tal-inċidenza tar-riskji okkupazzjonali, iżda wkoll l-inkoraġġiment u l-appoġġ ta' drawwiet tajbin għas-saħħa fost il-ħaddiema u l-indirizzar tar-riskji bħar-riskji psikosoċjali u l-mard muskoloskeletali; billi s-saħħa u l-prestazzjoni tal-ħaddiema akbar fl-età mhumiex iddeterminati mill-età tagħhom iżda minn serje ta' fatturi relatati ma' xulxin, bħall-istil ta' ħajja individwali u l-esponiment għal perikli fuq il-post tax-xogħol (48); billi impjiegi ta' kwalità kif ukoll postijiet tax-xogħol sikuri u ħielsa mill-periklu mhumiex importanti biss għall-benesseri tal-ħaddiema iżda wkoll għall-kompetittività tal-kumpaniji u s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali; |
BQ. |
billi l-impatt tat-tibdil demografiku fis-suq tax-xogħol issottolinja l-importanza li jittejbu aktar il-ġestjoni u l-metodi ta' ħidma tan-negozji, kif ukoll ir-rwol sinifikanti tas-soluzzjonijiet diġitali bħat-telexogħol, b'mod partikolari fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, peress li dawn joffru diversi opportunitajiet biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati, inkluż għal dawk qrib l-età tal-irtirar, u jipprovdu ambjent tax-xogħol aktar inklużiv, speċjalment għal finijiet ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-persuni b'diżabilità; |
BR. |
billi r-reġjuni b'rati għoljin ta' qgħad huma kkaratterizzati minn rati ogħla ta' tixjiħ u popolazzjoni li qed tonqos; |
BS. |
billi, fl-2019, il-ħaddiema impjegati, fil-grupp ta' età bejn il-55 u l-64 sena, kienu jirrappreżentaw 59,1 % tal-forza tax-xogħol fl-UE (49); billi, fl-2016, madwar terz tal-maniġers tal-azjendi agrikoli tal-familja kellhom 65 sena jew aktar, u l-maġġoranza (57 %) kellhom mill-inqas 55 sena jew aktar; billi wieħed biss minn kull għaxar maniġers tal-azjendi agrikoli kienu taħt l-età ta' 40 sena; |
L-indirizzar tal-isfidi demografiċi bl-appoġġ tal-fondi tal-UE
BT. |
billi l-programmi, il-proġetti u l-azzjonijiet li jippromwovu strateġiji ta' tixjiħ attiv għandhom jiġu riflessi fl-oqsma kollha tal-politika u billi l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-istrumenti kollha disponibbli tal-UE, bħall-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej, b'mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta' Koeżjoni, Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi; billi l-fondi tal-UE jiffaċilitaw il-forniment ta' infrastruttura essenzjali; |
BU. |
billi inizjattivi bħall-Premju tal-Belt ta' Aċċess jinkoraġġixxu l-adattament tal-ispazji pubbliċi għall-ħtiġijiet tal-persuni akbar fl-età u l-persuni b'mobilità mnaqqsa, u għandhom effett pożittiv fuq l-indipendenza tagħhom; billi inizjattivi bħal dawn mhux biss itejbu l-kwalità ta' ħajjithom, jiżguraw l-inklużjoni soċjali tagħhom u jiggarantixxu t-tgawdija ugwali tad-drittijiet fundamentali tagħhom, iżda jista' jkollhom ukoll effett ekonomiku pożittiv; |
BV. |
billi mill-2010, l-għadd ta' unitajiet domestiċi b'persuna waħda żdied bi 19 %; billi fl-2019, 40 % tan-nisa fl-UE ta' 65 sena jew aktar kienu jgħixu waħedhom, li huwa aktar mid-doppju tas-sehem tal-irġiel li jgħixu waħedhom (50); billi f'ħafna Stati Membri, l-akkomodazzjoni għaż-żgħażagħ, il-persuni waħedhom, il-persuni akbar fl-età u l-persuni b'diżabilità, b'mard kroniku u b'limitazzjonijiet funzjonali mhijiex adegwata minħabba problemi ta' aċċessibbiltà, standards ta' kwalità baxxa jew il-prezz għoli tal-ħajja u tal-akkomodazzjoni; billi l-abitazzjonijiet għandhom ikunu bi prezz raġonevoli, aċċessibbli, sikuri u komdi, li kollha huma fatturi partikolarment importanti mhux biss għall-persuni akbar fl-età; billi ħafna persuni akbar fl-età huma anqas probabbli li jirrinnovaw djarhom jekk ma jkunux sidien; |
BW. |
billi d-drittijiet tal-bniedem huma universali, inaljenabbli, indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati u jappartjenu għall-persuni kollha u għall-ġenerazzjonijiet kollha, mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' kwalunkwe raġuni; billi l-persuni akbar fl-età, inklużi l-persuni b'diżabilità, huma siewja għas-soċjetà u għalhekk għandhom jipparteċipaw kemm jista' jkun fis-soċjetà u jgħixu ħajjithom b'dinjità u b'mod indipendenti kemm jista' jkun; billi s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet għandha tiggwida l-irkupru tal-UE bil-għan li tintlaħaq soċjetà aktar ġusta, aktar inklużiva u aktar reżiljenti li ma tħalli lil ħadd jibqa' lura; |
BX. |
billi l-Istati Membri kollha u l-UE huma partijiet għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u huma għalhekk marbuta legalment li jiggarantixxu awtonomija individwali, nondiskriminazzjoni, parteċipazzjoni sħiħa u effettiva fis-soċjetà u opportunitajiet u aċċessibbiltà ugwali; billi hemm aktar minn 80 miljun persuna b'diżabilità fl-Unjoni Ewropea, li l-maġġoranza tagħhom huma nisa u bniet, u billi l-biċċa l-kbira tad-diżabilitajiet jirriżultaw maż-żmien; billi l-persuni akbar fl-età b'diżabilità huma f'riskju akbar ta' faqar u diskriminazzjoni (51); billi l-politiki dwar it-tixjiħ iridu jiżguraw il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali ta' persuni b'diżabilità, kif ukoll l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol u s-servizzi; billi l-mobilità hija essenzjali biex jitrawmu l-għajxien indipendenti u l-awtonomija; billi huwa kritiku li tiġi żgurata katina tat-trasport kompletament aċċessibbli minn bieb għal ieħor; |
BY. |
billi l-mard newrodeġenerattiv, bħall-marda ta' Alzheimer u forom oħra tad-dimenzja, għadhom ma ġewx dijanjostikati biżżejjed fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej; billi hemm indikazzjoni ċara li l-għadd attwali ta' 9 miljun każ ikkonfermat ta' dimenzja se jirdoppja sal-2050 (52); billi d-dimenzja hija l-kawża ewlenija tad-dipendenza u d-diżabilità fost il-persuni akbar fl-età fl-Unjoni Ewropea u attwalment taffettwa madwar 10 miljun persuna, u billi l-prevalenza tagħha hija mistennija li tirdoppja sal-2030; |
BZ. |
billi l-PAK tibqa' l-istrument ewlieni biex tappoġġja l-ekonomija rurali u l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali; |
CA. |
billi s-sigurtà tal-ikel tagħna tiddependi mit-tiġdid ġenerazzjonali b'suċċess fl-agrikoltura; |
Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kontra l-persuni akbar fl-età
1. |
Jisħaq li l-valutazzjoni tal-persuni akbar fl-età u l-indirizzar tad-diskriminazzjoni kontrihom huwa possibbli biss permezz ta' inklużjoni soċjali, kulturali u polittiki ta' inklużjoni ekonomika, li jiffokaw fuq l-għoti ta' pensjonijiet ġusti li jipprovdu kwalità ta' ħajja tajba; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza ta' sistemi pubbliċi ta' sigurtà soċjali li huma distributtivi u bbażati fuq solidarjetà kontributiva bejn il-ġenerazzjonijiet, li jipprovdu lil kulħadd, irrispettivament mill-kontribuzzjonijiet tagħhom stess (li huwa partikolarment rilevanti, pereżempju, għal nisa li qattgħu l-karrieri tagħhom jaħdmu bħala persuni li jindukraw), bi kwalità ta' ħajja deċenti, ħielsa mill-faqar u l-esklużjoni soċjali; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontra l-persuni akbar fl-età, b'mod partikolari kontra n-nisa, speċjalment fl-oqsma tal-impjiegi, l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni, il-promozzjoni tal-awtonomija, l-edukazzjoni, attivitajiet ta' taħriġ u ta' divertiment; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu perċezzjoni pożittiva tal-età avvanzata fis-soċjetà u l-inklużjoni soċjali tal-persuni akbar fl-età billi jistimulaw ambjenti li jirrispettaw l-età fl-UE permezz ta' miżuri xierqa, u li jappoġġjaw l-iskambju ta' prattiki tajbin fil-livelli kollha ta' governanza u jsaħħu l-appoġġ tagħhom għall-ekonomija tal-anzjani fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu għar-rapport ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/78/KE wara 20 sena bil-għan li jissaħħaħ il-qafas rigward id-diskriminazzjoni fuq bażi ta' età fl-impjiegi u x-xogħol; |
3. |
Jenfasizza l-importanza tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi fir-rigward tal-indirizzar tal-isfidi demografiċi; |
4. |
Jesprimi dispjaċir għad-differenza attwali bejn il-pensjoni tal-irġiel u tan-nisa u jitlob lill-Istati Membri jressqu miżuri konkreti biex din tiġi indirizzata, inkluż billi jiġġieldu d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa u jżidu r-rata tal-impjieg tan-nisa permezz ta' miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, jiġġieldu x-xogħol prekarju u informali, u jiżguraw dħul minimu għal kulħadd; |
5. |
Jisħaq li estensjoni tal-età legali tal-irtirar ma tirrappreżentax għodda adegwata biex tiġi indirizzata u solvuta l-kriża ekonomika u soċjali attwali, peress li tista' tirriżulta f'deterjorament ulterjuri tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema akbar fl-età; |
6. |
Jisħaq li sabiex jiġu pprovduti aktar opportunitajiet għan-nisa f'żoni rurali, huwa essenzjali li jinżamm is-subprogramm eżistenti ddedikat għal dak l-għan fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss; jitlob b'mod partikolari li jingħata appoġġ lill-bdiewa nisa permezz ta' miżuri li jippromwovu l-aċċess għall-art, l-appoġġ għall-installazzjoni u l-kopertura tas-sigurtà soċjali; |
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jistabbilixxu Sena ta' Solidarjetà Interġenerazzjonali u t-Tixjiħ Attiv, li tikkomplementa u tibni fuq l-għanijiet u l-ispirtu tal-Jum Ewropew tas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet u s-Sena Ewropea tal-2012 għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet, sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-problemi li jiffaċċjaw il-persuni akbar fl-età u jiġu promossi strateġiji għall-mitigazzjoni tagħhom kif ukoll għall-eliminazzjoni ta' stereotipi u preġudizzji, it-tisħiħ tar-rabtiet u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, azzjoni kontra l-esklużjoni soċjali u l-indirizzar ta' kwistjonijiet marbuta mas-saħħa sesswali; jisħaq fuq l-importanza ta' din l-inizjattiva mhux biss fil-kuntest tal-tibdil demografiku, iżda wkoll tal-pandemija tal-COVID-19, li laqtet gruppi vulnerabbli, inklużi lill-persuni akbar fl-età u lill-persuni li jieħdu jindukrawhom bl-aktar mod sever; jistieden ukoll lill-Istati Membri jikkonsultaw ma' esperti akkademiċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jindirizzaw l-isfidi demografiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jimplimentaw malajr il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-parteċipazzjoni u l-benesseri tal-persuni akbar fl-età fl-era tad-diġitalizzazzjoni, inkluż il-ħolqien ta' “pjattaforma għall-parteċipazzjoni u l-volontarjat wara l-ħajja tax-xogħol” u l-promozzjoni ta' skambji u rabtiet bejn il-ġenerazzjonijiet; |
8. |
Ifakkar li d-differenza bejn il-pensjonijiet tal-irġiel u tan-nisa li tirriżulta mid-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa hija ta' 37 % u tirriżulta minn akkumulazzjoni ta' inugwaljanzi matul il-ħajja tax-xogħol kollha tan-nisa u mill-perjodi ta' nuqqas ta' parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol li jiġu imposti fuq in-nisa minħabba forom multipli ta' inugwaljanza u diskriminazzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata b'mod urġenti din id-diskrepanza fid-dawl tat-tibdil demografiku minħabba li l-impatti tiegħu se jinħassu b'mod akut min-nisa akbar fl-età għal żmien twil fil-ġejjieni; |
9. |
Jilqa' l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-27 ta' Jannar 2021 bit-titolu “Ageing: Fostering solidarity and responsibility between generations” (Tixjiħ: It-trawwim tas-solidarjetà u r-responsabbiltà bejn il-ġenerazzjonijiet) (COM(2021)0050); jistieden lill-Kummissjoni tħejji pjan ta' azzjoni tal-UE dwar it-tibdil fid-demografija u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, filwaqt li tqis id-diversità u l-kumplessità tas-sitwazzjoni fi gruppi ta' età speċifiċi għall-persuni akbar fl-età kif ukoll id-differenzi fl-Istati Membri; jissottolinja li pjan bħal dan għandu jkun soċjalment inklużiv u għandu jkollu l-għan li jippermetti t-tixjiħ b'dinjità, attiv u f'saħħtu u għandu jiġi żviluppat f'konformità mad-Deċennju tat-Tixjiħ b'Saħħtu tad-WHO bl-involviment ta' rappreżentanti tal-ġenerazzjonijiet kollha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tal-persuni akbar fl-età meta jimplimentaw l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jadottaw mingħajr aktar dewmien id-direttiva tal-Kunsill proposta dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, li hija essenzjali għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq kull bażi, u fl-isferi kollha tal-ħajja soċjali u għall-ġlieda kontra diskriminazzjoni multipla; |
10. |
Ifakkar li t-tibdil demografiku huwa fenomenu li ma jikkonċernax biss lill-anzjani f'żoni rurali iżda fil-fatt lill-ġenerazzjonijiet kollha, irrispettivament mill-post ta' residenza tagħhom; jenfasizza għalhekk l-importanza ta' approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja ta' politiki relatati li jkopru r-reġjuni kollha, inklużi ż-żoni urbani; |
11. |
Iqis li l-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali jeħtieġ li tagħmel enfasi partikolari fuq programmi għall-involviment attiv tal-persuni akbar fl-età fil-ħajja rurali tal-komunità; |
12. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' titjib fl-investigazzjoni u l-prevenzjoni tal-vjolenza kontra l-persuni akbar fl-età; |
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirratifikaw u jimplimentaw l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika; |
Is-saħħa u l-kura fit-tul għall-persuni akbar fl-età
14. |
Jenfasizza li n-nisa akbar fl-età huma affettwati aktar mill-ispejjeż għoljin ta' kura fit-tul peress li l-istennija tal-għomor tan-nisa hija ogħla, filwaqt li l-eżiti tagħhom fil-qasam tas-saħħa fi tmiem il-ħajja huma aktar baxxi, u b'hekk tiżdied il-ħtieġa tagħhom ta' kura u assistenza fit-tul; ifakkar ukoll li n-nisa jiffurmaw il-maġġoranza vasta ta' persuni li jindukraw b'mod informali, u b'hekk b'mod partikolari n-nisa akbar fl-età li jinsabu fl-età tax-xogħol jispiċċaw b'inqas opportunitajiet biex jaċċessaw is-suq tax-xogħol u jibnu l-intitolamenti għall-pensjoni tagħhom stess; |
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw ħajja diċenti għal persuni dipendenti; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu promossi strateġiji dwar appoġġ personalizzat għall-kwalità fil-każ tal-persuni dipendenti; jisħaq li għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' persuni b'mard differenti, inkluż mard newrodiġenerattiv bħall-marda ta' Alzheimer u d-dimenzja, mid-dijanjożi sat-trattament u l-kura fit-tul; |
16. |
Jinnota l-importanza ta' forom ta' xogħol flessibbli li jippermettu lin-nisa u l-irġiel jirrikonċiljaw ix-xogħol mal-ħajja tal-familja, u l-ħtieġa ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar it-tqassim indaqs tax-xogħol domestiku u l-kura u l-indukrar, investiment aħjar fl-infrastrutturi tal-kura u liv tal-maternità u tal-paternità indaqs, mhux trasferibbli u mħallas sabiex isir progress f'kondiviżjoni aħjar ta' xogħol imħallas u mhux imħallas bejn il-ġeneri; |
17. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi miġġielda s-segmentazzjoni skont il-ġeneru fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari għal karrieri orjentati lejn il-futur u mħallsa tajjeb, bħas-setturi tax-xjenza, l-inġinerija, it-teknoloġija u l-matematika (STEM), tal-ICT u dawk diġitali; jisħaq fuq l-importanza tal-edukazzjoni f'dawn l-oqsma matul il-ħajja, inkluż għal nisa akbar fl-età, sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni kontinwa tagħhom fis-suq tax-xogħol; |
18. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess ugwali għas-servizzi tas-saħħa u tal-kura, inkluż fid-dar, kif ukoll għall-kura residenzjali jew ibbażata fil-komunità fit-tul u għall-kura palljativa, mingħajr diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni; |
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissalvagwardjaw u javvanzaw id-drittijiet sesswali u riproduttivi u jiżguraw aċċess universali għas-servizzi u l-prodotti bażiċi tas-saħħa sesswali u riproduttiva; |
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ ibbażat fuq l-evidenza u d-drittijiet tal-bniedem biex tindirizza l-isfidi demografiċi fl-UE, filwaqt li tiżgura li r-residenti kollha tal-UE jkunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ is-saħħa u d-drittijiet riproduttivi u sesswali tagħhom; jikkundanna kwalunkwe tentattiv biex jiġi strumentalizzat it-tibdil demografiku sabiex jiġu mminati l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u s-saħħa u d-drittijiet riproduttivi u sesswali, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrispettaw il-valuri tal-Unjoni f'dan ir-rigward; |
21. |
Jissottolinja l-importanza kruċjali li jiġi protett bis-sħiħ id-dritt għall-kura u l-appoġġ għall-persuni akbar fl-età, filwaqt li dawn ikunu jistgħu jaċċessaw servizzi ta' kura u appoġġ bi prezz raġonevoli, ta' kwalità u olistiċi, adattati għall-ħtiġijiet individwali u jippromwovi l-benesseri, l-awtonomija, l-indipendenza u l-inklużjoni fil-komunità, mingħajr l-ebda forma ta' diskriminazzjoni; jenfasizza r-rwol essenzjali li jiġu ffinanzjati b'mod adegwat l-iskemi tal-protezzjoni soċjali biex il-kura ssir bi prezz raġonevoli u tassew aċċessibbli; |
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq ftehim ta' kura għall-Ewropa u programm Ewropew għall-persuni li jindukraw, bil-għan li ssir it-tranżizzjoni lejn ekonomija ta' kura li tinkludi l-investiment u l-leġiżlazzjoni rilevanti fil-livell tal-UE, jittieħed approċċ komprensiv lejn il-ħtiġijiet u s-servizzi kollha tal-kura u jiġu stabbiliti linji gwida tal-kwalità għall-kura matul il-ħajja, inkluż għat-tfal, l-persuni akbar fl-età u l-persuni bi ħtiġijiet fit-tul, sabiex jiġu identifikati u rikonoxxuti d-diversi tipi ta' għoti ta' kura informali, u jiġi ggarantit appoġġ finanzjarju għall-persuni li jindukraw, perjodi xierqa ta' liv u servizzi bi prezz raġonevoli fost affarijiet oħra; |
23. |
Jitlob li jiġu adottati l-miżuri meħtieġa biex jiġu promossi rati ogħla ta' impjieg fost in-nisa, bħall-kura u l-indukrar tat-tfal bi prezzijiet raġonevoli, perjodi adegwati ta' liv tal-ġenituri, u flessibbiltà fil-ħinijiet tax-xogħol u l-postijiet tax-xogħol, anke għall-irġiel; jirrimarka li, skont it-tbassir tal-OECD, konverġenza sħiħa tar-rati ta' parteċipazzjoni tirriżulta f'żieda ta' 12,4 % tal-PDG per capita sal-2030; |
24. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsegwu approċċ ta' Saħħa fil-Politiki Kollha, filwaqt li jivvalutaw l-impatt fuq is-saħħa tal-għażliet ta' politika fl-oqsma rilevanti kollha; |
25. |
Ifakkar li rati ogħla tat-twelid jirrikjedu aktar opportunitajiet ta' impjiegi, impjiegi u akkomodazzjoni stabbli, kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien deċenti, arranġamenti tax-xogħol flessibbli, appoġġ ġeneruż għall-familji u liv tal-ġenituri bi ħlas għaż-żewġ ġenituri, indukrar tat-tfal ta' kwalità minn meta jkunu żgħar ħafna u 'l quddiem, u distribuzzjoni indaqs tar-responsabbiltajiet ta' kura u dawk domestiċi mhux bi ħlas bejn l-irġiel u n-nisa; jisħaq li fid-dawl tal-isfidi demografiċi u ż-żieda prevista fl-istennija tal-għomor, huwa essenzjali li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-suq tax-xogħol mingħajr waqfiet, interruzzjonijiet fil-karriera, jew tibdil għal xogħol part-time u temporanju, peress li dan se jnaqqas ir-riskju ta' faqar tan-nisa fix-xjuħija; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Istati Membri jittrasponu u jimplimentaw malajr u b'mod sħiħ id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata u jistedinhom jmorru oltre mill-istandards minimi stabbiliti fid-Direttiva; |
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw aktar it teknoloġiji diġitali ta' assistenza, it-teleassistenza u t-telemediċina faċli għall-utent, sikuri u aċċessibbli, speċjalment fir-reġjuni affettwati minn tnaqqis demografiku u reġjuni remoti; jissottolinja l-użu ta' dawn it-teknoloġiji għandu jkun f'konsistenza sħiħa mal-qafas eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data filwaqt li kwistjonijiet etiċi li għandhom x'jaqsmu mal-użu tat-teknoloġija fis-saħħa għandhom dejjem jitqiesu kif xieraq; iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu ċentri ta' kura matul il-jum għall-persuni akbar fl-età qrib l-iskejjel u l-kindergartens, li jistgħu jrawmu relazzjonijiet interġenerazzjonali; |
27. |
Jemmen li kull persuna għandu jkollha d-dritt li tagħżel servizzi ta' kura ta' kwalità li jkunu adattati għaliha u għall-familja tagħha; jemmen li l-approċċ għall-iżvilupp tas-servizzi ta' kura għandu jqis il-kategoriji kollha tal-utenti u d-differenzi tagħhom u l-firxa wiesgħa ta' preferenzi għat-tipi ta' servizzi ta' kura li jirrikjedu; jinnota li s-servizzi ta' kura għandhom jiġu żviluppati sabiex isaħħu l-kontinwità tal-kura, il-kura tas-saħħa preventiva, ir-riabilitazzjoni u l-għajxien indipendenti; |
28. |
Jitlob li jitfassal qafas regolatorju li jiggarantixxi servizzi ta' kura ta' kwalità, it-teleassistenza u t-telemediċina, billi jipprovdi salvagwardji legali lill-professjonisti fil-kura medika u jistabbilixxi l-ħtiġijiet meħtieġa għat-taħriġ, bil-għan li jiġu żgurati l-kura u l-kura primarja għaċ-ċittadini kollha tal-UE, tkun xi tkun l-età tagħhom, fiż-żoni ġeografiċi kollha; |
29. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw mudelli tal-kura flessibbli, adegwati u mfassla apposta, u jisħaq li t-tixjiħ attiv u f'saħħtu, il-benesseri u l-impjegabbiltà tal-popolazzjoni li qed tixjieħ fl-età tax-xogħol huma essenzjali biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-kura; jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw l-iżvilupp ta' ambjenti li jirrispettaw l-età u soluzzjonijiet ta' kura fid-dar, ibbażati fil-familja u bbażati fil-komunità, inkluż għal persuni bid-dimenzja, biex jiġi żviluppat network pubbliku ta' servizzi ta' appoġġ u tagħmir mediku, tiġi promossa l-mobilità, l-għajxien indipendenti, l-inklużjoni soċjali u l-awtonomija, u jiġu ffaċilitati inizjattivi tas-soċjetà ċivili u tal-ekonomija soċjali dwar dawn il-kwistjonijiet; |
30. |
Jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu aħjar il-valur tal-kura informali, itejbu l-protezzjoni soċjali u d-diversi forom ta' appoġġ għal persuni li jindukraw b'mod informali, jipprovdu appoġġ professjonali, taħriġ u konsulenza bejn il-pari għal persuni li jindukraw b'mod informali, u li jiġu introdotti, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, forom differenti ta' għajnuna perjodika għall-membri tal-familja li jieħdu ħsieb persuni akbar fl-età, speċjalment dawk li jeħtieġu servizzi ta' kura ta' mistrieħ u ta' kura matul il-jum, u servizzi ta' appoġġ inklużi arranġamenti tax-xogħol flessibbli; iħeġġeġ lill-Istati Membri jressqu strateġiji mmirati biex jgħinu lill-persuni li jindukraw b'mod informali u jirrikonoxxu l-kontribut tagħhom għall-kura għall-persuni akbar fl-età, u jressqu proposti għal servizzi ta' għajnuna adegwati; jenfasizza li l-forniment ta' kura informali għandu jkun għażla volontarja u li s-servizzi ta' kura formali għandhom jiġu promossi; |
31. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw volontarjat u assistenza għall-persuni akbar fl-età, peress li dan għandu rwol speċjali f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, kif intwera mill-pandemija tal-COVID-19; |
32. |
Jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu l-faqar fost in-nisa, speċjalment aktar tard fil-ħajja, li għandu impatt negattiv kemm fuq is-sigurtà soċjali tan-nisa kif ukoll fuq il-livelli tal-PDG tal-UE, u jiżguraw li l-ħaddiema jgawdu protezzjoni soċjali xierqa; |
33. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-aċċess għal servizzi ta' riabilitazzjoni u ta' riintegrazzjoni bil-għan li jappoġġjaw lill-ħaddiema akbar fl-età jirritornaw fis-suq tax-xogħol wara pawżi fil-karriera relatati mas-saħħa jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan, peress li t-tixjiħ attiv huwa kruċjali għas-saħħa; |
34. |
Jisħaq li l-femminilizzazzjoni tal-faqar hija r-riżultat ta' diversi fatturi, inklużi l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fil-progress fil-karriera, il-fatt li n-nisa spiss ikunu impjegati b'kuntratti li mhumiex standard, in-nuqqas ta' status tas-sigurtà soċjali għal sħab li jassistu lil ħaddiema għal rashom, u l-faqar fid-djar immexxija minn ommijiet waħedhom; |
35. |
Jisħaq li t-tifqigħa tal-COVID-19 serviet bħala evidenza ta' kemm huwa essenzjali għall-Istati Membri li jkollhom sistemi tas-saħħa sodi, inklużivi u reżiljenti għall-kriżijiet; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm għadd suffiċjenti ta' professjonisti fil-qasam tas-servizzi tas-saħħa u tal-kura u jiżguraw l-aċċess għall-mediċina ġerjatrika madwar l-UE; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati f'okkupazzjonijiet mediċi u ta' kura u jinvestu fl-edukazzjoni u t-taħriġ bħala mezz biex tiġi ggarantita l-kwalità tal-kura pprovduta; jitlob li jinħolqu inċentivi biex tintgħażel il-professjoni ta' persuna li tindokra għall-persuni akbar fl-età; |
Il-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali
36. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw livell ta' għajxien deċenti għall-persuni akbar fl-età, u f'dan ir-rigward jistedinhom jikkondividu l-aħjar prattiki tagħhom, b'mod partikolari dwar l-istabbiliment ta' pensjoni minima; |
37. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet dwar it-tnaqqis tar-riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali fix-xjuħija, billi jiffukaw b'mod speċjali fuq id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri, il-persuni akbar fl-età b'diżabilità, il-migranti akbar fl-età, il-persuni Rom akbar fl-età, il-persuni akbar fl-età li jappartjenu għal minoranzi etniċi, razzjali, lingwistiċi jew sesswali u gruppi oħra li huma affettwati b'mod sproporzjonat mill-faqar u l-esklużjoni soċjali; iħeġġeġ lill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jiddedika aktar analiżi għal gruppi li jiffaċċjaw rati għolja ta' faqar u esklużjoni soċjali; |
It-tixjiħ attiv
38. |
Jisħaq li l-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja adattati għall-età huwa element vitali u indispensabbli għat-titjib tas-sostenibbiltà soċjali u ekonomika u l-benesseri personali; jistieden lill-Istati Membri jinvestu fil-ħiliet u fl-edukazzjoni u jiżviluppaw proġetti edukattivi, ta' taħriġ u ta' tagħlim tul il-ħajja formali, mhux formali u informali, kif ukoll opportunitajiet għal integrazzjoni aħjar għall-persuni akbar fl-età, inkluża l-edukazzjoni online, sew jekk għadhom parti mis-suq tax-xogħol jew jekk irtiraw diġà; |
39. |
Jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jissaħħu l-ħiliet diġitali tal-persuni akbar fl-età, li jistgħu jgħinuhom mhux biss jibbenefikaw mill-edukazzjoni online, iżda wkoll itejbu l-aċċess tagħhom għall-kura tas-saħħa u għal servizzi diġitali oħra; jappella għal programmi ta' ħiliet diġitali, aċċessibbli u bi prezzijiet raġonevoli, li jkunu mfassla għall-ħtiġijiet tal-persuni akbar fl-età; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjonijiet speċifiċi mmirati lejn il-persuni akbar fl-età; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw inizjattivi ta' titjib tal-ħiliet u ta' taħriġ mill-ġdid, b'mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli, sabiex jgħinu lin-nies isibu impjieg ta' kwalità u jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, tiġi miġġielda l-qasma diġitali u jiġi żgurat li dawn il-persuni jadattaw u jibbenefikaw b'mod effettiv minn metodi innovattivi ta' ġestjoni u ta' ħidma u minn soluzzjonijiet diġitali, bħat-telexogħol; |
40. |
Jistieden lill-Istati Membri jużaw il-fondi tal-FSE+ u l-FEŻR biex jappoġġjaw il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, jippromwovu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jipprovdu opportunitajiet ta' impjieg f'reġjuni li huma f'riskju ta' depopolazzjoni, b'attenzjoni speċjali għat-titjib tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jisħaq fuq l-importanza tas-servizzi ta' konsulenza, it-tagħlim tul il-ħajja u programmi għat-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema ta' kull età; |
41. |
Jistieden lill-Istati Membri u lin-Network Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi jiżviluppaw skambji ta' prattiki fl-integrazzjoni ta' persuni akbar fl-età li jkunu qed ifittxu impjieg fis-suq tax-xogħol; |
42. |
Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni għal pagi deċenti għall-ħaddiema kollha, jew permezz ta' pagi minimi statutorji jew negozjar kollettiv; |
43. |
Jissottolinja li l-indirizzar tat-tibdil demografiku għandu jsegwi approċċ ibbażat fuq id-drittijiet, li jippromwovi u joħloq opportunitajiet ugwali, djalogu u solidarjetà minflok kompetizzjoni bejn persuni ta' ġenerazzjonijiet differenti; |
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata u jappoġġjaw l-inizjattivi u l-proġetti reġjonali u lokali li għandhom l-għan li jiksbu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-irġiel u n-nisa; |
45. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex tniedi programm għall-“voluntiera diġitali” (53) li jippermetti liż-żgħażagħ ikkwalifikati u liċ-ċittadini anzjani esperjenzati jaqsmu l-ħiliet diġitali tagħhom ma' negozji tradizzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw il-volontarjat u l-mentoraġġ biex jingħadda l-għarfien bejn il-ġenerazzjonijiet, sabiex tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali u jkun possibbli l-qsim tal-ħiliet u l-esperjenza, jinkoraġġixxu t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema żgħażagħ u akbar fl-età u jippreservaw is-snajja' tradizzjonali bħala parti mill-wirt Ewropew; |
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jnaqqsu d-distakk diġitali u jesploraw aktar il-possibbiltajiet għall-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' persuni akbar fl-età tax-xogħol, b'mod partikolari dawk li ma jistgħux joħorġu minn darhom, bl-użu tal-internet, teknoloġiji oħra tal-informazzjoni u intelliġenza artifiċjali għall-kultura, divertiment, edukazzjoni, xogħol, komunikazzjoni u skopijiet mediċi, inkluż telekura u telemediċina b'mod sikur, u l-iżgurar tal-ogħla livell ta' protezzjoni tad-data personali, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-importanza ta' kuntatt personali dirett u approċċ dinjituż u ċċentrat fuq il-bniedem; jitlob b'mod partikolari strateġiji biex jittejbu l-ħiliet, il-konnettività u l-aċċess għat-tagħmir f'ambjenti ta' kura fit-tul; |
47. |
Jinnota li t-titjib tal-konnettività u l-aċċessibbiltà tas-servizzi f'żoni rurali u remoti huwa kruċjali biex jiġu indirizzati d-depopolazzjoni ta' dawn ir-reġjuni u l-esklużjoni soċjali u diġitali tal-popolazzjoni akbar fl-età li tgħix hemmhekk; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-importanza taż-żoni rurali u remoti, fid-diversità kollha tagħhom, u jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom billi jistimulaw l-investimenti fl-ekonomija lokali, it-trawwim tal-intraprenditorija u t-titjib tal-infrastruttura tagħhom; |
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-faqar, li taffettwa b'mod partikolari l-ommijiet waħedhom u li żdiedet minħabba l-kriżi, ħaġa li wasslet għal esklużjoni soċjali akbar; |
49. |
Jissottolinja l-impatt essenzjali li t-teknoloġiji diġitali li qed jevolvu b'mod kostanti għandhom fuq il-ħajja ta' kuljum tan-nies u b'hekk jisħaq fuq il-ħtieġa ta' internet b'veloċità għolja u tagħmir teknoloġiku vitali u aġġornat fl-iskejjel, l-isptarijiet u l-faċilitajiet tas-servizzi pubbliċi rilevanti l-oħra kollha, inkluż governanza elettronika effettiva; iqis li l-possibbiltajiet maħluqa mit-tagħlim tul il-ħajja, flimkien mad-diġitalizzazzjoni, huma essenzjali biex il-popolazzjoni li qed tixjieħ fiż-żoni rurali u remoti jiġu pprovduti b'diversi opportunitajiet, inkluż introjtu supplimentari; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-programmi edukattivi u ta' taħriġ, li jgħinu lill-popolazzjoni li qed tixjieħ tiżviluppa ħiliet u tikseb għarfien f'oqsma bħall-kummerċ elettroniku, il-kummerċjalizzazzjoni online u l-ICT; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-unitajiet domestiċi kollha jkollhom aċċess għall-internet b'veloċità għolja u għal tagħmir diġitali u li javvanzaw l-akkwist tal-ħiliet diġitali, speċjalment għall-gruppi vulnerabbli; |
50. |
Iqis li t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-UE għandha tisfrutta l-potenzjal sħiħ tal-komunitajiet rurali li qed jixjieħu; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-importanza li jiġi żgurat l-aċċess għall-internet broadband u s-servizzi bażiċi fiż-żoni rurali, l-użu tal-ħiliet elettroniċi u approċċi ġodda għall-iżvilupp sostenibbli, bħall-kunċett ta' rħula intelliġenti u t-trasformazzjoni sostenibbli tas-sistema tal-ikel; |
51. |
Jenfasizza li bħala riżultat tal-evoluzzjoni, tad-diġitalizzazzjoni u tal-ispeċjalizzazzjoni tal-agrikoltura, kemm il-persuni fis-settur kif ukoll dawk fil-proċess li jidħlu fih, jirrikjedu livell xieraq ta' taħriġ diġitali, tekniku u ekonomiku, u jappella għall-promozzjoni ta' skemi ta' skambju, diskussjonijiet, korsijiet ta' taħriġ online u tagħlim elettroniku; |
52. |
Jistieden lill-Istati Membri jqisu s-sitwazzjoni speċifika ta' ħaddiema akbar fl-età fis-suq tax-xogħol permezz ta' miżuri bħal taħriġ individwalizzat u sigħat tax-xogħol ottimizzati; |
53. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-użu dejjem akbar tal-fondi strutturali għall-investiment f'faċilitajiet pubbliċi tal-indukrar tat-tfal u tal-kura għall-persuni akbar fl-età u l-persuni dipendenti; |
54. |
Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw il-funzjonament u l-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet tal-persuni akbar fl-età u forom oħra ta' parteċipazzjoni soċjali; |
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jesploraw iżjed fil-fond it-trajettorji tas-suq tax-xogħol mhux standard fir-Rapport dwar l-Adegwatezza tal-Pensjonijiet li jmiss, b'analiżi sħiħa tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet fid-dimensjonijiet kollha tagħha u fit-tliet pilastri kollha ta' sistemi ta' pensjonijiet; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta l-adegwatezza ta' pensjonijiet minimi, li huma partikolarment rilevanti biex jiġi evitat il-faqar fl-età anzjana; |
56. |
Jissottolinja li l-ekonomija tal-anzjani emerġenti tista' tinbidel f'waħda mill-ixprunaturi ekonomiċi ewlenin, b'mod partikolari fiż-żoni rurali, u tista' tipprovdi opportunitajiet għas-setturi tas-saħħa u l-kura fit-tul, u toffri kura ta' kwalità għolja b'mod aktar effiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-potenzjal tal-ekonomija tal-anzjani fl-istrateġiji tal-UE u nazzjonali u jippromwovuha b'mod aktar vigoruż, inkluż fit-turiżmu u fl-iskambji kulturali mmirati lejn il-persuni akbar fl-età; |
57. |
Ifakkar li r-reġjuni ultraperiferiċi huma partikolarment predisposti għad-depopolazzjoni u jirrikjedu sett speċjali ta' miżuri biex jimmitigaw it-tibdil demografiku negattiv li spiss jiffaċċjaw; jistieden lill-Istati Membri jużaw b'mod proattiv il-fondi strutturali u ta' investiment disponibbli sabiex jindirizzaw l-isfidi li jiffaċċjaw dawn ir-reġjuni; |
58. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw u jissalvagwardjaw l-interessi tal-persuni akbar fl-età fit-teħid ta' deċiżjonijiet li jaffettwawhom; |
59. |
Jisħaq li t-telexogħol jista' joffri diversi opportunitajiet lil żoni remoti, billi huwa wieħed mill-aħjar għodod biex jintużaw it-teknoloġiji diġitali sabiex tinżamm il-popolazzjoni taż-żoni rurali u remoti u fl-istess ħin jibbenefikaw il-komunitajiet lokali u l-ekonomiji tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tressaq aġenda tal-UE dwar it-telexogħol bil-għan li jiġi żviluppat qafas leġiżlattiv li jistabbilixxi standards u kundizzjonijiet minimi ċari għax-xogħol mill-bogħod madwar l-UE; |
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw id-drittijiet tal-persuni akbar fl-età b'diżabilità fil-politiki u l-programmi kollha relatati mad-diżabilità u t-tixjiħ filwaqt li jiżguraw konformità sħiħa mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tan-NU; |
Politiki speċjali u r-riċerka
61. |
Jistieden lill-Istati Membri jużaw il-fondi tal-UE u l-investimenti privati flimkien ma' investimenti nazzjonali u lokali biex jipprovdu akkomodazzjoni affordabbli, adegwata, sikura u aċċessibbli u jadattaw il-bini għall-ħtiġijiet ta' persuni akbar fl-età, vulnerabbli u żvantaġġati; jisħaq li l-bini għandu jkollu karatteristiċi ta' aċċessibbiltà; jisħaq li akkomodazzjoni sikura hija akkomodazzjoni fejn il-possibbiltà ta' perikli tkun tnaqqset u fejn ir-rispons f'każ ta' periklu jkun magħmul aktar faċli; ifakkar li l-akkomodazzjoni aċċessibbli għandha timxi id f'id ma' infrastruttura adegwata; |
62. |
Jissottolinja r-rwol indispensabbli li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi dejjem akbar fiż-żoni rurali u remoti b'mod sinifikattiv u sostenibbli; |
63. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromowvu l-aħjar prattiki għal politika dwar it-tixjiħ effiċjenti; |
64. |
Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu inizjattivi biex isaħħu r-rabtiet interġenerazzjonali u jappoġġjaw lill-persuni akbar fl-età li jkollhom jitilqu minn djarhom għal raġunijiet finanzjarji jew ta' saħħa biex isibu akkomodazzjoni bi prezz raġonevoli li takkomoda l-bżonnijiet tagħhom; |
65. |
Jistieden lill-Istati Membri jqisu l-perspettiva tal-ġeneri meta jwettqu riforma tas-sistemi tal-pensjonijiet u meta jadattaw l-età tal-irtirar billi jitqiesu d-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel fil-mudelli tax-xogħol u r-riskju għoli ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa ikbar fl-età fis-suq tax-xogħol; |
66. |
Jistieden lill-Istati Membri jipprevjenu u jirrimedjaw il-vjolenza kontra n-nisa akbar fl-età bħala parti mir-risponsi nazzjonali tagħhom għall-COVID-19, inklużi linji għall-għajnuna u servizzi ta' appoġġ, u jagħtu attenzjoni partikolari lil ambjenti ta' kura residenzjali; |
67. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu programmi effettivi għall-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa li jinkorporaw id-dimensjoni tal-età sabiex jiġi evitat l-abbuż fiżiku, sesswali, psikoloġiku u ekonomiku li jista' jsir fuq il-persuni akbar fl-età, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma nisa; jipproponi li jitwettqu stħarriġiet dwar iż-żieda fil-vjolenza kontra l-persuni akbar fl-età bil-għan li tiġi evidenzjata din il-problema serja – li l-persuni akbar fl-età normalment mhumiex kapaċi jirrapportawha, minħabba li jista' jkun li jaċċettaw dan it-trattament ħażin li jbatu minnu bħala riżultat tal-età u tal-fatt li jkunu dipendenti – u bil-għan li jiġi miġġieled l-abbuż kontra l-persuni akbar fl-età bl-aktar mod effettiv u b'aktar impenn min-naħa tas-soċjetà kollha kemm hi; |
68. |
Jenfasizza li akkomodazzjoni protetta u sussidjata tista' twassal għad-deistituzzjonalizzazzjoni tal-kura; jistieden lill-Istati Membri jesploraw il-possibbiltajiet li jippromwovu akkomodazzjonijiet protetti, appoġġjati u interġenerazzjonali kif ukoll adattamenti ta' akkomodazzjoni abbażi ta' kriterji ta' kwalità; |
69. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni u azzjonijiet iddedikati għall-persuni akbar fl-età dwar is-sikurezza fit-toroq, li juru l-impatt tal-bidliet fiżjoloġiċi u d-deterjorament tal-ħiliet psikomotorji fuq l-abbiltà li jiċċaqalqu fit-triq, u b'hekk itejbu s-sikurezza għall-utenti kollha tat-triq; |
70. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-infiq mill-FSE+, il-FEŻR u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta għat-taħriġ u ż-żamma ta' ħaddiema akbar fl-età, l-iżgurar ta' aċċess ugwali għas-servizzi pubbliċi, b'enfasi partikolari fuq l-inkoraġġiment tal-kumpaniji biex jimpjegaw ħaddiema akbar fl-età u jadattaw l-infrastruttura pubblika, inkluż it-trasport, u l-ispazji pubbliċi għall-ħtiġijiet tal-persuni akbar fl-età; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-investimenti fis-servizzi pubbliċi fiż-żoni rurali bl-għajnuna ta' fondi strutturali, li jattiraw lill-ġenerazzjoni aktar żagħżugħa u jżidu l-benesseri tal-persuni akbar fl-età li jgħixu f'dawn iż-żoni; japppella għal użu akbar tal-fondi tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali biex jiġu miġġielda l-iżolament u l-esklużjoni soċjali ta' persuni akbar fl-età f'żoni rurali u żvantaġġati, b'enfasi speċjali fuq żoni f'riskju ta' depopolazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jisfruttaw il-possibbiltajiet offruti min-Next Generation EU f'dak ir-rigward; |
71. |
Jissottolinja l-importanza ta' data adegwata, affidabbli u komparabbli bħala bażi ta' politiki u miżuri għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-qafas statistiku tal-UE billi żżid il-limitu massimu tal-età għall-ġbir tad-data, filwaqt li tiżgura l-inklużjoni ta' persuni li jgħixu fl-istituzzjonijiet u tipprovdi data diżaggregata skont il-ġeneru u l-età, b'rispett sħiħ tal-istandards tal-privatezza u tad-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru aktar data u jżidu l-appoġġ tagħhom għall-iżvilupp ta' riċerka dwar it-tixjiħ f'saħħtu u l-mard relatat max-xjuħija u l-kundizzjonijiet tal-għajxien ta' persuni akbar fl-età; |
72. |
Jilqa' l-pjan ta' azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jitlob l-implimentazzjoni mgħaġġla u effettiva tal-prinċipji deskritti fil-pilastru; jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li ttejjeb u ssaħħaħ ir-rappreżentanza tal-persuni akbar fl-età fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE u tirrifletti l-Parlament eżistenti tal-UE dwar iż-Żgħażagħ, tikkunsidra l-finanzjament tal-Programm tal-UE ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għal inizjattiva bħal din; |
73. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffokaw l-azzjonijiet tagħhom fuq iż-żieda tas-snin ta' ħajja fi stat tajjeb ta' saħħa tal-persuni akbar fl-età; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' programmi għall-promozzjoni tas-saħħa tul il-ħajja u l-edukazzjoni dwarha, għall-prevenzjoni tal-mard u għal eżami regolari u biex jittieħdu inizjattivi ġodda bħal politiki aħjar għall-prevenzjoni tal-mard u programmi tal-kura tas-saħħa aktar effettivi biex jiġi stimulat il-proċess ta' tixjiħ f'saħħtu; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom b'mod attiv fid-Deċennju ta' Tixjiħ f'Saħħtu tad-WHO billi jfasslu pjanijiet ta' tixjiħ f'saħħtu fl-UE li jkunu jkopru l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u tal-kura, kif ukoll strateġiji għall-iżvilupp tal-promozzjoni u l-prevenzjoni tas-saħħa; jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi aġenda ta' riċerka ambizzjuża dwar is-saħħa fiżika u mentali bħala parti mill-programm Orizzont Ewropa; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw l-użu tal-fondi pprovduti mill-qafas finanzjarju pluriennali u min-Next Generation EU għal dan il-għan; |
74. |
Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-iskambju interġenerazzjonali billi, fost sforzi oħra, jippromwovu l-ħidma volontarja minn persuni iżgħar fl-età għall-persuni akbar fl-età, u jrawmu u jiffinanzjaw ċentri interġenerazzjonali, peress li dawn jistgħu jkunu kruċjali għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' età u għall-iżgurar tal-inklużjoni soċjali tal-persuni akbar fl-età; iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu ċentri ta' kura fil-komunità, u opportunitajiet ta' volontarjat u ta' tagħlim tul il-ħajja mmirati lejn il-persuni akbar fl-età qrib skejjel u kindergartens, u jaħdmu biex iħeġġu t-trawwim ta' rabtiet interġenerazzjonali billi jiġu mħeġġa l-iskambji bejn dawn is-servizzi; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippromwovu programmi, proġetti u azzjonijiet li jippromwovu aktar il-parteċipazzjoni soċjali, kulturali u politika mill-persuni akbar fl-età; |
75. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu u jappoġġjaw suq tax-xogħol u soċjetajiet inklużivi li jippermettu parteċipazzjoni ugwali u jiżviluppaw il-ħiliet u t-talenti għal kulħadd; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji għall-kapaċità għall-impjieg u l-ġestjoni tal-karrieri biex iħejju għal forza tax-xogħol li qed tixjieħ u swieq tax-xogħol aktar volatili fid-dawl tat-trasformazzjonijiet frekwenti u profondi fis-swieq tax-xogħol; jissottolinja li tali strateġiji għandhom jinkludu l-promozzjoni tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja għall-persuni ta' kull età, postijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa li jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli għall-impjegati b'diffikultajiet minħabba saħħa jew diżabilità, bilanċ aħjar bejn il-ħajja professjonali u dik privata, u l-promozzjoni ta' skambji interġenerazzjonali fuq il-post tax-xogħol; jistieden, barra minn hekk, lill-Pjattaforma tal-UE tal-Karti dwar id-Diversità biex tagħmel enfasi akbar fuq il-promozzjoni tad-diversità tal-età u tal-kapaċità jew id-diżabilità fuq il-postijiet tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tenfasizza r-riskji psikosoċjali u fiżiċi, kif ukoll dawk relatati mal-età kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel fl-istrateġija qafas ġdida għas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; jissottolinja li s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali huma kruċjali; |
76. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għax-xogħol, għal dawk li jixtiequ, għal persuni li għandhom 60 sena jew aktar, b'mod partikolari n-nisa, peress li dan iżid l-introjtu tul ħajjithom, u li jiġu introdotti attivitajiet professjonali part-time u b'riskju baxx għall-persuni akbar fl-età meta dawn ikunu għadhom f'saħħithom u jkunu jistgħu jassumu responsabbiltajiet; jisħaq fuq l-importanza li jinħolqu opportunitajiet ta' impjiegi bi ħlas għall-persuni li diġà laħqu l-eta statutorja tal-irtirar u li jixtiequ jibqgħu jew isiru attivi, mhux biss fid-dawl ta' introjtu addizzjonali iżda wkoll bħala mezz biex tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali; iħeġġeġ, barra minn hekk, inċentivi għall-volontarjat u l-mentoraġġ sabiex tingħata spinta lit-trasferiment tal-għarfien bejn il-ġenerazzjonijiet; jissottolinja li tali miżuri u attivitajiet ma jridux jitwettqu għad-detriment taż-żgħażagħ li jkunu qed ifittxu impjieg jew tal-persuni qiegħda fit-tul; |
77. |
Jistieden lill-Kummissjoni tadotta strateġija tal-UE dwar il-persuni li jindukraw; jisħaq li l-investiment fis-servizzi ta' kura huwa essenzjali peress li dan mhux se jżid biss ir-rati ta' impjiegi tan-nisa, filwaqt li jipprovdi opportunitajiet ta' impjieg fl-ekonomija formali għall-persuni li qabel kienu jindukraw b'mod informali u jippromwovi l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għan-nisa, iżda jtejjeb ukoll il-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-persuni akbar fl-età permezz ta' investiment fil-faċilitajiet ta' kura fit-tul, miżuri li jtejbu s-saħħa mentali u jiġġieldu l-iżolament, u miżuri li jipprevjenu u jiġġieldu l-vjolenza kontra n-nisa akbar fl-età, kif ukoll jinvesti fis-saħħa u l-edukazzjoni tan-nies, biex jiġi żgurat li dawn jibqgħu attivi u fi stat tajjeb ta' saħħa hekk kif jixjieħu; jistieden lill-Istati Membri jadottaw sett ta' indikaturi għall-aċċess u s-sostenibbiltà tas-sistemi ta' kura għall-persuni akbar fl-età, kif ukoll qafas ta' kwalità komuni għas-servizzi ta' kura għall-persuni akbar fl-età; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-kura għall-persuni akbar fl-età tibqa' kompetenza nazzjonali; |
78. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni akbar lill-persuni akbar fl-età, li huma partikolarment vulnerabbli għal infezzjonijiet virali, inkluż il-COVID-19; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġġieldu l-iżolament, in-negliġenza u l-esklużjoni soċjali esperjenzati minn persuni akbar fl-età matul il-pandemija tal-COVID-19 billi jippromwovu kampanji ta' sensibilizzazzjoni, iwettqu riċerka, jiffaċilitaw l-iskambji ta' fehmiet, u jikkombinaw il-fondi strutturali u ta' investiment tal-UE; jistieden ukoll lill-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera kif ukoll id-disponibbiltà ta' mediċini sikuri u bi prezz raġonevoli u l-aċċess għalihom; jisħaq li l-pandemija tal-COVID-19 uriet il-ħtieġa ta' aktar solidarjetà mill-UE; jistieden lill-Kummissjoni tfassal u tadotta karta tal-UE għad-drittijiet tal-persuni akbar fl-età abbażi tal-Artikolu 25 tal-Karta; |
79. |
Jirrikonoxxi r-rwol prominenti li l-politika ta' koeżjoni u l-PAK jista' jkollhom fil-promozzjoni u t-tisħiħ tal-impjegabbiltà u l-inklużjoni tan-nisa f'żoni rurali u remoti li jħabbtu wiċċhom ma' kwistjonijiet relatati mad-demografija; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mill-fondi disponibbli għal dak l-għan; |
80. |
Jistieden lill-Istati Membri jużaw il-fondi ta' REACT-EU biex jindirizzaw it-tibdil demografiku (54); |
81. |
Jenfasizza li teknoloġiji ġodda u metodi innovattivi jistgħu jirriżultaw utli biex jitnaqqsu l-ispejjeż għas-servizzi ta' interess ġenerali, filwaqt li jinżammu l-istandard tal-għajxien u l-kwalità tas-servizzi fiż-żoni remoti u b'popolazzjoni żgħira; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali rilevanti jinvestu f'miżuri mhux konvenzjonali u innovattivi mfassla biex jipprovdu servizzi essenzjali għall-popolazzjoni u joħolqu ambjent sostenibbli biex jattiraw lill-persuni jmorru lura u jreġġgħu lura d-depopolazzjoni; |
82. |
Jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-iskambju tagħhom tal-aħjar prattiki dwar il-ħolqien ta' politiki u inizjattivi demografiċi xierqa bil-għan li jiġu sfruttati l-possibbiltajiet u jiġu indirizzati l-isfidi imposti mit-tixjiħ tal-popolazzjoni tal-UE; |
83. |
Ifakkar fin-natura speċifika tal-biedja mill-familji, li tinseġ l-attività agrikola u l-ħajja tal-familja, filwaqt li l-bdiewa aktar persuni akbar fl-età jibqgħu attivi wara l-età tal-irtirar; |
84. |
Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-persuni akbar fl-età, inklużi l-bdiewa, li jsiru l-mutur ta' ekonomija tal-anzjani vibranti fiż-żoni rurali bbażata fuq l-innovazzjoni soċjali, il-komunitajiet rurali inklużivi u ambjent ta' għajxien aktar f'saħħtu; jistieden lill-Kummissjoni tistudja bir-reqqa dan il-potenzjal meta tibni l-viżjoni fit-tul tagħha għaż-żoni rurali u t-tixjiħ attiv; |
85. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet pubbliċi jippromwovu l-ħolqien ta' sistema ta' protezzjoni speċjali li tqis in-natura speċifika tal-qgħad li jaffettwa lill-ħaddiema agrikoli, minħabba n-natura temporanja ħafna tax-xogħol staġonali agrikolu; jirrimarka li dan jista' jipprovdi sigurtà akbar għal dawk li jagħżlu li jaħdmu fl-agrikoltura; |
86. |
Jirrimarka li forza tax-xogħol li qed tixjieħ u n-nuqqas ta' tiġdid ġenerazzjonali jikkostitwixxu kwistjoni aktar serja fl-agrikoltura milli f'setturi oħra; jemmen li l-ħolqien ta' vokazzjonijiet ġodda li jippermettu t-tiġdid ġenerazzjonali, billi jiġu żgurati l-attrattività u l-profittabbiltà tal-professjonijiet fis-settur agrikolu, huwa essenzjali biex titreġġa' lura din it-tendenza; |
87. |
Jirrikonoxxi li 11 % biss tal-azjendi agrikoli kollha fl-Unjoni Ewropea huma mmexxija minn bdiewa li għandhom taħt l-40 sena (55); jistieden lill-Istati Membri jneħħu l-ostakli kollha li jipprevjenu lill-bdiewa żgħażagħ milli jidħlu fis-settur agrikolu, inkluża d-diffikultà li jiksbu aċċess għall-art; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jippromwovu modi ġodda ta' kollaborazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet bħas-sħubijiet, il-mezzadrija, il-kiri fit-tul u arranġamenti oħra li jistgħu jindirizzaw in-nuqqas ta' art u jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ isiru bdiewa; |
88. |
Itenni li wħud mill-ostakli għat-tiġdid ġenerazzjonali fl-agrikoltura huma marbuta mal-aċċess għall-art u mat-trasferiment tal-azjendi agrikoli minn ġenerazzjoni għall-oħra; ifakkar li l-bdiewa ta' età akbar, li jħabbtu wiċċhom ma' riskju ta' pensjonijiet baxxi, telf ta' introjtu (inklużi pagamenti tal-PAK) u esklużjoni soċjali f'żoni rurali wara l-irtirar, għandhom it-tendenza li jibqgħu attivi u jżommu l-azjendi agrikoli tagħhom għal żmien itwal; jissottolinja, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa tstrumenti ta' politika mfassla apposta biex jiggarantixxu tranżizzjonijiet bla xkiel tal-azjendi agrikoli u tixjiħ attiv għall-bdiewa ta' età akbar fil-komunitajiet rurali; |
89. |
Jinnota li f'ħafna Stati Membri s-sistemi tal-pensjonijiet nazzjonali ma jipprovdux lill-bdiewa rtirati b'introjtu suffiċjenti; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-estensjoni tal-attività agrikola lil hinn mill-età legali tal-irtirar, li tnaqqas ir-ritmu tat-tiġdid ġenerazzjonali, ħafna drabi hija l-uniku mod kif tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni; jisħaq li l-appoġġ fl-ambitu tal-PAK mhuwiex maħsub biex jissostitwixxi sistema tal-pensjonijiet; |
90. |
Jinnota l-ħtieġa dejjem tikber għal professjonisti żgħażagħ bi kwalifiki għolja fl-agrikoltura, speċjalment fir-reġjuni, u jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri kollha biex iż-żgħażagħ jiġu mħeġġa jistudjaw professjonijiet agrikoli, kif ukoll biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment tal-għarfien minn persuni akbar fl-età għall-ġenerazzjoni żagħżugħa; |
91. |
Jemmen li s-sħubijiet agrikoli bejn il-ġenerazzjonijiet akbar fl-età u dawk żagħżugħa huma essenzjali għat-tisħiħ tas-solidarjetà interġenerazzjonali, it-trasferiment tal-għarfien u t-tagħlim reċiproku, li huwa partikolarment importanti għall-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda u ħiliet diġitali fil-biedja; |
92. |
Iqis li l-ħaddiema tal-familja għadhom jirrappreżentaw il-maġġoranza kbira tax-xogħol agrikolu fl-Ewropa, iżda jinnota li dan it-tip ta' xogħol ilu jonqos b'mod kostanti tul is-snin u huwa mistenni li jonqos aktar fil-futur qarib; jisħaq li l-eżodu rurali bla waqfien minn ċerti partijiet tal-UE se jwassal biex iż-żoni rurali jiffaċċjaw problemi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li jeħtieġu politiki aktar ambizzjużi u kkoordinati; |
93. |
Jisħaq fuq l-importanza li jiġu appoġġjati ż-żoni rurali fid-diversità tagħhom, filwaqt li jiġu promossi l-investimenti fi proġetti li jappoġġjaw l-ekonomiji lokali, inkluż aċċessibbiltà aħjar għat-trasport u konnettività diġitali; iqis li huwa importanti li jfakkar li l-ħarsien tal-impjiegi agrikoli għandu implikazzjonijiet diretti biex l-ekonomiji rurali jinżammu ħajjin; jemmen ukoll li l-isfida li jiffaċċjaw il-bdiewa kollha biex jifhmu r-rwol tat-teknoloġija moderna u l-innovazzjoni fl-agrikoltura u biex iħaddnu t-tali teknoloġija u innovazzjoni ma għandhiex tiġi sottovalutata; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza ta' taħriġ vokazzjonali tul il-ħajja, servizzi ta' konsulenza u skambju tal-għarfien, kemm fil-qafas tal-PAK kif ukoll lil hinn minnu; |
94. |
Iqis li l-aċċess tan-nisa għall-biedja għandu jiġi ffaċilitat permezz ta' servizzi pubbliċi xierqa, li jippermettulhom jaħdmu aktar fl-agrikoltura; |
95. |
Jinnota li t-tixjiħ tal-popolazzjoni, b'mod partikolari fiż-żoni agrikoli u rurali, huwa xejra inevitabbli li trid titqies fit-tfassil tal-politiki ekonomiċi u soċjali; iqis li l-kwistjoni ta' popolazzjoni li qed tixjieħ tirrikjedi approċċ multidimensjonali, u jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni ta' komplementarjetà u sinerġija usa' bejn l-oqsma ta' politika u l-istrumenti ta' appoġġ; ifakkar li riżorsi u servizzi adegwati huma essenzjali biex jipprovdu lill-persuni akbar fl-età b'ambjent favorevoli adattat għall-età tagħhom; |
96. |
Jenfasizza li l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-art, il-pagamenti diretti u l-appoġġ, kemm bejn kif ukoll fil-pajjiżi tal-UE, huma fost il-kwistjonijiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati sabiex jitwaqqaf it-tnaqqis reġjonali, u biex il-persuni akbar fl-età mill-età tal-irtirar jitħeġġu jitilqu mill-biedja u ż-żgħażagħ jibdew il-biedja; |
97. |
Jistieden lill-Istati Membri biex iqisu l-proporzjon ta' persuni akbar fl-età ('il fuq minn 65 sena) fir-reġjuni rurali meta jfasslu l-pjanijiet strateġiċi tagħhom, u jikkunsidraw li jintroduċu miżuri li jkopru jew li huma mmirati lejn l-persuni akbar fl-età f'żoni rurali, pereżempju permezz ta' approċċ aktar flessibbli għall-kundizzjonijiet applikabbli għall-parteċipazzjoni reali u attiva minn dak il-grupp ta' età, fil-ħajja ekonomika tar-reġjun ikkonċernat; |
98. |
Jirrimarka li, fid-dawl tas-sitwazzjoni li tirriżulta mill-pandemija tal-COVID-19, jeħtieġ li jkun hemm impenn favur pajżaġġ ħaj u dinamiku, l-eliminazzjoni tal-burokrazija u l-investiment fl-infrastruttura u s-servizzi ta' kwalità fiż-żoni rurali sabiex jitrażżan il-proċess tat-tixjiħ fl-agrikoltura u jiġi promoss ir-rwol tan-nisa bħala kapijiet ta' azjendi; |
99. |
Jinnota li sistema ta' mobilità effettiva hija wieħed mill-prerekwiżiti għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali, il-koeżjoni territorjali u l-iżvilupp tal-potenzjal reġjonali; jirrimarka li huwa għalhekk meħtieġ li jiġu allokati l-fondi meħtieġa għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-konnessjonijiet tat-trasport, li jistgħu jinkoraġġixxu lill-ġenerazzjoni anzjana tibqa' fl-agrikultura għal aktar żmien u tattira liż-żgħażagħ minn ċentri reġjonali biex jaħdmu fil-pajżaġġ; |
100. |
Jenfasizza r-rwol u l-importanza tal-PAK fl-inkoraġġiment tat-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur agrikolu; jistieden lill-Istati Membri jiffavorixxu azzjonijiet biex jiżdied l-għadd ta' bdiewa żgħażagħ fil-pjanijiet strateġiċi tagħhom u jippromwovu l-konsistenza ma' strumenti oħra disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-UE; |
101. |
Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-inizjattivi ta' żvilupp lokali mmexxija mill-komunità fir-restawr u ż-żamma ta' ekonomiji rurali lokali ħajjin u f'saħħithom, u l-ħtieġa li jinżamm livell suffiċjenti ta' finanzjament għall-programm LEADER; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-kapaċitajiet tal-programm LEADER; |
102. |
Jinnota l-importanza tas-servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), speċjalment għall-persuni akbar fl-età; jappella għat-tisħiħ tal-finanzjament għall-attivitajiet tal-NGOs fir-reġjuni; |
o
o o
103. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Is-sentenza tat-22 ta' Novembru 2005, Werner Mangold vs Rüdiger Helm, C-144/04, ECLI: EU:C:2005:709.
(2) ĠU L 246, 23.9.2011, p. 5.
(3) ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.
(5) ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 49.
(6) ĠU C 363, 28.10.2020, p. 80.
(7) ĠU C 74 E, 13.3.2012, p. 19.
(8) ĠU C 76, 28.2.2018, p. 93.
(9) ĠU C 204, 13.6.2018, p. 76.
(10) ĠU C 331, 18.9.2018, p. 60.
(11) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 10.
(12) ĠU C 108, 26.3.2021, p. 965.
(13) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(14) ĠU C 137 E, 27.5.2010, p. 68.
(15) ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79.
(16) COM(2020)0241.
(17) NU, “Changing population age structures and sustainable development: a concise report” (Bidla fl-istrutturi tal-età tal-popolazzjoni u żvilupp sostenibbli: rapport konċiż), 2017.
(18) Eurostat, “Ageing Europe – statistics on social life and opinions” (Ewropa li qed Tixjieħ– statistika dwar il-ħajja soċjali u opinjonijiet), data estratta minn Lulju 2020.
(19) Eurostat, “Population structure and ageing” (L-istruttura u t-tixjiħ tal-popolazzjoni), data estratta f'Awwissu 2020.
(20) Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2020 li jakkumpanja r-rapport dwar l-impatt tat-tibdil demografiku (SWD(2020)0109), p 7.
(21) NU, “Changing population age structures and sustainable development: a concise report” (Bidla fl-istrutturi tal-età tal-popolazzjoni u żvilupp sostenibbli: rapport konċiż), 2017, p. 11.
(22) Eurostat, “Ageing Europe: Looking at the lives of older people in the EU” (Ewropa li qed Tixjieħ, Ħarsa lejn il-ħajja tal-persuni akbar fl-età fl-UE), 2019.
(23) Eurostat, “Ageing Europe: Looking at the lives of older people in the EU”, (Ewropa li qed Tixjieħ, Ħarsa lejn il-ħajja tal-persuni akbar fl-età fl-UE), 2019.
(24) Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew, Demographic Outlook of the European Union (Prospettiva Demografika tal-Unjoni Ewropea), Marzu 2020, p. 3.
(25) Ċentru tax-Xjenza tal-UE: is-servizz tax-xjenza u l-għarfien tal-Kummissjoni, “How lonely are Europeans?” (Kemm iħossuhom waħedhom l-Ewropej?), 12 ta' Ġunju 2019.
(26) Is-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew, “Demographic outlook of the European Union” (Il-prospetti demografiċi tal-Unjoni Ewropea), Marzu 2020, p. 16.
(27) Xenarju bażi tal-Eurostat.
(28) Eurostat, “Ageing Europe: Looking at the lives of older people in the EU”, (Ewropa li qed Tixjieħ, Ħarsa lejn il-ħajja tal-persuni akbar fl-età fl-UE), 2019.
(29) Il-Kummissjoni Ewropea, l-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI) 2020, p. 52.
(30) SWD(2020)0109, p. 42.
(31) Eurostat, “Ageing Europe: Looking at the lives of older people in the EU” (Ewropa li qed Tixjieħ, Ħarsa lejn il-ħajja tal-persuni akbar fl-età fl-UE), 2019, p. 53.
(32) Eurostat, “Disability statistics – elderly needs for help or assistance” (Statistika dwar id-diżabilità – l-anzjani għandhom bżonn għajnuna jew assistenza), data estratta f'Ġunju 2019.
(33) Eurostat, “Functional and activity limitations statistics” (Statistiċi tal-limitazzjonijiet funzjonali u tal-attività), data estratta f'Novembru 2020.
(34) Eurostat, “Ageing Europe: Looking at the lives of older people in the EU” (Ewropa li qed Tixjieħ, Ħarsa lejn il-ħajja tal-persuni akbar fl-età fl-UE), 2019, p. 70.
(35) Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard et al., “High impact of COVID-19 in long-term care facilities, suggestion for monitoring in the EU/EEA” (L-impatt kbir tal-COVID-19 fil-faċilitajiet ta' kura fit-tul, suġġeriment għal monitoraġġ fl-UE/fiż-ŻEE), Eurosurveillance, Vol 25, Ħarġa 22, 4 ta' Ġunju 2020.
(36) L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, “Ageing societies, migration and climate change bring new challenges for gender equality” (Soċjetajiet li qed jixjieħu, il-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima jġibu sfidi ġodda għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri), 10 ta' Diċembru 2019.
(37) Fl-2018, 30,5 % tan-nisa u 9,2 % tal-irġiel ħadmu part-time fl-UE-27 (Eurostat, Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol).
(38) Is-sehem tal-kuntratti temporanji għan-nies bejn l-età ta' 15 u 64 sena kien stabbli f'dawn l-aħħar snin. Fl-2018, dan kien jammonta għal 12,1 % tal-impjiegi kollha. Is-sehem fost in-nisa huwa kemxejn ogħla (13,1 %) milli għall-irġiel (11,2 %) (Eurostat).
(39) l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, bulettini dwar l-implikazzjonijiet tal-pandemija tal-Coronavirus fuq id-drittijiet fundamentali fl-UE: Nru 3 ta' Ġunju 2020 li jiffoka fuq il-persuni akbar fl-età u Nru 6 tat-30 ta' Novembru 2020 li jiffoka fuq id-drittijiet soċjali.
(40) L-artiklu tal-Eurofound tad-19 ta' Mejju 2021 bit-titolu “Retirement” (L-irtirar).
(41) Eurofound, Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja 2016, p. 79.
(42) Eurofound, Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja 2016, p. 77.
(43) Eurofound, Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja 2016, p. 15.
(44) Eurofound, Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja 2016, p. 26.
(45) Fir-Rapport tal-2018 dwar it-Tixjiħ, l-ispiża totali tat-tixjiħ hija kkalkulata bħala l-infiq pubbliku fuq il-pensjonijiet, il-kura tas-saħħa, il-kura fit-tul, l-edukazzjoni u l-benefiċċji tal-qgħad.
(46) Ir-rapport interistituzzjonali tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2018 bit-titolu “The 2018 Ageing Report: Economic and Budgetary Projections for the EU Member States (2016-2070)” (Ir-Rapport tal-2018 dwar it-Tixjiħ: Projezzjonijiet Ekonomiċi u Baġitarji għall-Istati Membri tal-UE (2016-2070)).
(47) Ir-Rapport tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2018 dwar l-ekonomija tal-anzjani.
(48) Ir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol tal-4 ta' Ottubru 2016 bit-titolu “The ageing workforce: Implications for occupational safety and health – A research review” (Il-forza tax-xogħol li qed tixjieħ: Implikazzjonijiet għas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali – Analiżi ta' riċerka).
(49) Eurostat, “Employment rate of older workers, age group 55-64” (Rata ta' impjieg tal-ħaddiema akbar fl-età, grupp ta' età ta' bejn 55 u 64 sena), aċċessat fit-2 ta' Ġunju 2021.
(50) COM(2020)0241, p. 10.
(51) COM(2020)0241, p. 22.
(52) Ir-rapport Alzheimer Europe tas-17 ta' Frar 2020 bit-titolu “Dementia in Europe Yearbook 2019: Estimating the prevalence of dementia in Europe” (Yearbook 2019 dwar id-Dimenzja fl-Ewropa: L-istima tal-prevalenza tad-dimenzja fl-Ewropa).
(53) Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 dwar Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali (COM(2020)0103).
(54) COM(2020)0241, p. 20.
(55) Eurostat, “Farmers and the agricultural labour force – statistics” (Il-bdiewa u l-forza tax-xogħol agrikola – statistika), data estratta f'Novembru 2018.
Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2021
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/146 |
P9_TA(2021)0348
It-tfassil ta' linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar it-tfassil ta' linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (2021/2071(INI))
(2022/C 99/14)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (1) (“ir-Regolament”), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 7 tat-Trattat dwar tal-Unjoni Ewropea (TUE), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità (UE, Euratom) 2020/2092 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027, il-Ftehim Interistituzzjonali, l-Istrument tal-UE għall-Irkupru u r-Regolament dwar l-Istat tad-Dritt (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, il-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità marbut mal-Istat tad-Dritt (4), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 dwar ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt – Is-sitwazzjoni tal-Istat tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea (COM(2020)0580), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta raġunata tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2017 dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja, maħruġa skont l-Artikolu 7(1) TUE (COM(2017)0835), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5) (ir-“Regolament Finanzjarju”), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regolament ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0226/2021), |
A. |
billi l-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità stabbilit mir-Regolament kien parti mill-ftehim politiku ġenerali dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027, il-pjan ta' rkupru ta' Next Generation EU (NGEU) u d-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji (6), u ma għandux jiddewwem fl-applikazzjoni tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija hawn fuq; |
B. |
billi l-volum tal-QFP 2021-2027 u tan-Next Generation EU jirrappreżenta baġit mingħajr preċedent għall-UE f'termini storiċi li għandu l-għan li jappoġġja l-irkupru ekonomiku u soċjali tal-UE wara l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, u għalhekk jirrikjedi, aktar minn qatt, applikazzjoni qabel f'waqtha u xierqa tal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; |
C. |
billi skont ir-Regolament, ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba; |
D. |
billi r-Regolament daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021 u ilu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha minn dik id-data għall-pagamenti kollha magħmula mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament; |
E. |
billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tirrispetta l-konklużjonijiet mhux vinkolanti tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2020 u ddikjarat li se tiżviluppa linji gwida għall-applikazzjoni tar-Regolament; |
F. |
billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament, il-Parlament talab lill-Kummissjoni tadotta l-linji gwida mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2021 u wara li tkun ikkonsultat lill-Parlament; |
G. |
billi s-suġġett “Valuri u drittijiet, stat tad-dritt, sigurtà” se jiġi diskuss fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li jippermetti riflessjoni bir-reqqa dwar l-għodod tal-Unjoni għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-indirizzar tal-ksur tal-valuri tal-UE inkluż l-istat tad-dritt; |
1.
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni ddeċidiet li tiżviluppa linji gwida għall-applikazzjoni tar-Regolament; itenni għal darb'oħra l-fehma tiegħu li t-test tar-Regolament huwa ċar u ma jeħtieġx interpretazzjoni addizzjonali sabiex jiġi applikat u li l-koleġiżlaturi ma ddelegawx lill-Kummissjoni kwalunkwe setgħa għal dan l-għan; jieħu nota tal-abbozz tat-test tal-linji gwida li l-Kummissjoni qasmet mal-Parlament u l-Istati Membri;
2.
Jenfasizza li l-linji gwida mhumiex legalment vinkolanti; jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-Kummissjoni qed tiddevja mill-prattika normali tagħha li tfassal linji gwida għall-applikazzjoni ta' att legali biss f'każijiet fejn l-implimentazzjoni attwali tal-att tul ċertu perjodu ta' żmien turi l-ħtieġa għal gwida; jenfasizza li l-proċess ta’ żvilupp ta’ linji gwida fl-ebda każ ma jrid jikkawża aktar dewmien għall-applikazzjoni tar-Regolament;
3.
Ifakkar li l-linji gwida ma jistgħux ibiddlu, jespandu jew jirrestrinġu t-test tar-Regolament; jenfasizza li sabiex iżidu l-valur miżjud, il-linji gwida jridu jiċċaraw kif id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tar-Regolament se jiġu applikati fil-prattika u għalhekk jiddeskrivu fi żmien xieraq il-proċedura, id-definizzjonijiet u l-metodoloġija li se tapplika l-Kummissjoni;
4.
Jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tissodisfa l-iskadenza stabbilita mill-Parlament biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont ir-Regolament sal-1 ta' Ġunju 2021, inkluż fir-rigward tal-iżvilupp tal-linji gwida; jilqa' l-fatt li fit-23 ta' Ġunju 2021, il-President tal-Parlament stieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni, abbażi tal-Artikolu 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha u tiżgura l-applikazzjoni sħiħa u immedjata tar-Regolament;
5.
Jemmen li l-Kummissjoni ma użatx iż-żmien mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament b'mod effiċjenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tevita kwalunkwe dewmien ieħor fl-applikazzjoni tar-Regolament u tinvestiga malajr u bir-reqqa kwalunkwe ksur potenzjali tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri li jaffettwa jew li serjament jirriskja li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod dirett biżżejjed; itenni li s-sitwazzjoni f'xi Stati Membri diġà teħtieġ azzjoni immedjata skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament billi tintbgħat notifika bil-miktub lil dawk l-Istati Membri u billi l-Parlament jiġi informat dwar dan;
6.
Ifakkar li l-linji gwida politiċi tal-Kummissjoni għall-2019-2024 iddikjaraw li “ma jista' jkun hemm ebda kompromess meta niġu biex niddefendu l-valuri prinċipali tagħna” u li jkun żgurat li s-sett ta' għodod kollu tal-Unjoni jintuża fil-livell Ewropew; ifakkar li l-Kummissjoni “għandha tkun kompletament indipendenti”, u l-membri tagħha “la għandhom ifittxu u lanqas għandhom jaċċettaw istruzzjonijiet minn xi gvern” f'konformità mal-Artikolu 17(3) TUE u l-Artikolu 245 TFUE; ifakkar, barra minn hekk, li f'konformità mal-Artikolu 17(8) TUE, il-Kummissjoni “għandha tkun responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew”;
7.
Jitlob li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament b’mod regolari u proattiv mill-inqas darbtejn fis-sena dwar każijiet ġodda u li għadhom għaddejjin li qed jiġu investigati, billi tibda mill-ewwel każijiet malajr kemm jista' jkun;
8.
Jimpenja ruħu għal skrutinju mill-qrib tal-implimentazzjoni tar-Regolament kull meta jinqala' tħassib dwar ksur potenzjali tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu; jagħmel sforz biex jorganizza sessjonijiet regolari għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament fil-kumitati ewlenin, taħt il-gwida tar-rapporteurs; jistieden lill-Kummissjoni twieġeb għall-iskrutinju tal-kumitati ewlenin fil-ħin billi tipprovdi informazzjoni dettaljata;
Ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt
9. |
Jissottolinja li r-Regolament japplika kemm għal ksur individwali tal-prinċipji tal-istat tad-dritt kif ukoll għal ksur “sistemiku” li huwa mifrux jew li huwa riżultat ta' prattiki rikorrenti jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi, jew miżuri ġenerali adottati minn tali awtoritajiet; |
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara fil-linji gwida li l-ksur tal-istat tad-dritt fi Stat Membru li jirriżulta minn deċiżjonijiet jew avvenimenti li seħħew qabel l-1 ta' Jannar 2021 għadu jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament sakemm l-effett tagħhom jibqa' jippersisti; |
11. |
Jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għal-lista ta' ksur indikattiv tal-prinċipji tal-istat tad-dritt stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga okkorrenzi potenzjali tal-ksur inklużi f'dik il-lista fl-Istati Membri, filwaqt li jirrimarka li prattiki jew ommissjonijiet oħra mill-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jkunu rilevanti wkoll; jinnota li r-rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt diġà fih indikazzjonijiet ta' ksur f'diversi Stati Membri li jistgħu jkunu rilevanti għall-iskattar tar-Regolament; |
12. |
Jirrimarka li t-tipi ta' kondotta tal-entitajiet tal-Istati Membri rilevanti għall-applikazzjoni tar-reġim ta' kondizzjonalità stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament ma jeskludux ir-rilevanza potenzjali ta' sitwazzjonijiet jew ta' kondotti oħra ta' awtoritajiet li huma rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
13. |
Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE); ifakkar li l-kooperazzjoni mhux effettiva jew mhux f'waqtha mal-UPPE u mal-OLAF tista' tikkostitwixxi raġuni għal azzjoni skont ir-Regolament; jisħaq li fil-każ tal-UPPE, kooperazzjoni effettiva u f'waqtha tinvolvi mhux biss l-obbligu għall-awtoritajiet nazzjonali li jassistu u jappoġġjaw b'mod attiv l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet kriminali tal-UPPE iżda wkoll għall-gvern nazzjonali biex jiżgura li l-Prosekuturi Ewropej u Delegati tiegħu jinħatru b'mod f'waqtu u imparzjali; huwa wkoll tal-opinjoni li n-nuqqas sistematiku ta' segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF jista' jikkostitwixxi ommissjoni skont ir-Regolament; |
14. |
Ifakkar li l-identifikazzjoni ta' ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt teħtieġ valutazzjoni kwalitattiva oġġettiva, imparzjali, ġusta u fid-dettall mill-Kummissjoni, li għandha tqis l-informazzjoni rilevanti minn sorsi disponibbli u istituzzjonijiet rikonoxxuti, inklużi sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u ta' qrati nazzjonali u internazzjonali rilevanti bħall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt u t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE, ir-rapporti tal-OLAF u tal-UPPE kif rilevanti, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u networks internazzjonali rilevanti, inklużi l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa bħall-Grupp ta' Stati tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-Korruzzjoni (GRECO) u l-Kummissjoni ta' Venezja, b'mod partikolari l-lista ta' verifika tagħha tal-istat tad-dritt, u n-networks Ewropej ta' qrati supremi u kunsilli għall-ġudikatura; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif se tiġbor, tanalizza u tevalwa din l-informazzjoni meta tibni l-każijiet; |
15. |
Iqis, b'mod partikolari, li r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, bħala valutazzjoni oġġettiva, imparzjali, ġusta u kwalitattiva tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, huwa sors kruċjali ta' informazzjoni għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont ir-Regolament; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fir-rapport annwali tagħha dwar l-istat tad-dritt taqsima ddedikata għal każijiet fejn ksur tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jista' jaffettwa jew jirriskja serjament li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod suffiċjentement dirett, u tiċċara fil-linji gwida kif ir-rapport annwali se jintuża b'mod sistematiku għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont ir-Regolament; |
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ċara, preċiża u li tkun faċli għall-utenti għat-tressiq tal-ilmenti, u tistabbilixxi skadenzi għat-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-ilmenti; jenfasizza li s-soċjetà ċivili, inklużi l-NGOs indipendenti u ċ-ċittadini, u l-ġurnaliżmu u l-midja investigattivi bbażati fuq il-fatti, jinsabu fuq quddiem nett biex jidentifikaw ksur potenzjali tal-istat tad-dritt fil-livell lokali u nazzjonali, u għalhekk għandhom ikunu involuti meta jiġi rrappurtat; ifakkar fil-ħtieġa li r-Regolament jiġi applikat b'mod li jiżgura l-protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/1937 (7); |
17. |
Ifakkar li l-miżuri fl-ambitu tar-Regolament jittieħdu meta l-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa jew jirriskja serjament li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod suffiċjentement dirett; jissottolinja li dan jimplika approċċ komprensiv, proattiv u bbażat fuq ir-riskju min-naħa tal-Kummissjoni biex tissalvagwardja l-infiq tal-Unjoni anke qabel ma jsiru l-pagamenti reali; |
18. |
Ifakkar li l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament ikopri l-attivitajiet tal-entitajiet governattivi kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti bħala korp tal-liġi pubblika jew bħala korp irregolat mil-liġi privata fdat b'missjoni ta' servizz pubbliku, kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju; jirrimarka li kwalunkwe bidla fit-tip ta' governanza ta' entità li tkun fdata b'missjoni ta' servizz pubbliku fi Stat Membru ma tistax teżenta lil dik l-entità mid-dmir li tikkonforma mar-Regolament; |
Protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni
19. |
Jenfasizza r-rabta ċara bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba: l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju; ifakkar li skont l-Artikolu 5 tar-Regolament, “il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk kienx hemm konformità mal-liġi applikabbli u, fejn meħtieġ, tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tipproteġi l-baġit tal-Unjoni”; |
20. |
Ifakkar li r-Regolament jipprovdi definizzjoni ċara tal-istat tad-dritt, li trid tinftiehem fir-rigward ta' valuri u prinċipji oħra tal-Unjoni, inklużi d-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni; huwa tal-fehma li l-ksur persistenti tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali, inkluża d-diskriminazzjoni sponsorjata mill-istat kontra l-minoranzi u l-attakki kontra l-libertà tal-midja u l-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda, għandhom impatt fuq il-proġetti li l-Istati Membri jiddeċiedu li jiffinanzjaw bil-fondi tal-Unjoni, u għalhekk jista' jkollhom effett suffiċjentement dirett fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tqis dan meta tabbozza l-linji gwida tagħha; |
21. |
Ifakkar li l-miżuri skont ir-Regolament huma meħtieġa b'mod partikolari, iżda mhux esklużivament, f'każijiet fejn proċeduri oħra stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u leġiżlazzjoni speċifika għas-settur oħra ma jippermettux li l-baġit tal-Unjoni jiġi protett b'mod aktar effettiv; jenfasizza li dan ma jfissirx li r-Regolament għandu jitqies bħala “l-aħħar għażla”, iżda pjuttost li l-Kummissjoni tista' tuża firxa wiesgħa ta' proċeduri biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament, li għandhom jintgħażlu fuq bażi ta' każ b'każ, u jintużaw b'mod parallel jekk meħtieġ, skont l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-modus operandi u l-istandards proċedurali u tekniċi li se tuża biex tagħżel l-istrumenti li se tapplika; |
22. |
Jirrimarka li r-Regolament ikopri l-fondi kollha tal-Unjoni u japplika għal ksur “sistemiku” kif ukoll għal każijiet ta' riskju serju għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu indirizzati permezz ta' proċeduri oħra tal-Unjoni li japplikaw biss għal programmi ta' nfiq speċifiċi u li huma relatati mal-effetti fuq il-baġit li diġà seħħew; jissottolinja li r-Regolament huwa l-unika leġiżlazzjoni tal-UE li torbot ir-rispett tal-istat tad-dritt mal-baġit tal-UE; iqis, għalhekk, li d-dispożizzjonijiet uniċi tiegħu għandhom jiġu applikati bis-sħiħ biex tiġi żgurata protezzjoni komplementari tal-istat tad-dritt flimkien mal-finanzi tal-UE; |
23. |
Jissottolinja li ksur “sistemiku”, pereżempju dak li jaffettwa l-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja, l-indipendenza tal-imħallfin u tal-ġudikatura jew in-newtralità tal-awtoritajiet pubbliċi, jew il-funzjonament xieraq ta' entitajiet b'mandat għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-kunflitt ta' interess, jew li jikser il-prinċipju tan-nonrigressjoni (8), għandu b'mod ġenerali impatt suffiċjentement dirett fuq il-ġestjoni, l-infiq u l-kontroll xierqa tal-fondi tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-kriterji li bihom tiddetermina l-miżuri f'każijiet ta' ksur sistemiku; |
Adozzjoni tal-miżuri
24. |
Ifakkar li l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament jistabbilixxu l-passi kollha u skeda ta' żmien preċiża għall-adozzjoni u t-tneħħija ta' miżuri skont ir-Regolament; jissottolinja li l-proċedura għall-adozzjoni u t-tneħħija tal-miżuri tirrispetta l-prinċipji tal-oġġettività, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali tal-Istati Membri u jeħtieġ li titwettaq b'approċċ mhux partiġjan u bbażat fuq l-evidenza. |
25. |
Jinnota li l-Artikolu 6(4) tar-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li l-Kummissjoni titlob informazzjoni addizzjonali għall-valutazzjoni tagħha kemm qabel kif ukoll wara li tkun bagħtet in-notifika bil-miktub; jisħaq li tali talbiet qabel in-notifika bil-miktub għandhom jibqgħu, fin-natura tagħhom, eċċezzjonali u ta' darba, sabiex ma jipperikolawx l-iskeda ta' żmien preċiża għall-adozzjoni tal-miżuri previsti fir-Regolament; |
26. |
Ifakkar li l-Kunsill huwa marbut li jaġixxi għal kwalunkwe proposta tal-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' miżuri xierqa skont ir-Regolament fi żmien xahar, li jista' jiġi estiż b'massimu ta' xahrejn addizzjonali f'ċirkostanzi eċċezzjonali; iqis li l-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn il-limiti ta' żmien jiġu rrispettati bis-sħiħ għal deċiżjoni f'waqtha; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif se tiżgura approċċ armonizzat u applikazzjoni konsistenti tal-kondizzjonalità tal-baġit fid-Direttorati Ġenerali kollha tagħha; |
27. |
Jemmen li t-trasparenza hija essenzjali biex titrawwem il-fiduċja tal-Istati Membri u taċ-ċittadini fil-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità; jenfasizza li l-valutazzjoni ta' ksur individwali jew sistemiku tal-prinċipji tal-istat tad-dritt tirrikjedi trattament imparzjali, ġust u oġġettiv tal-Istati Membri, inklużi investigazzjonijiet mhux partiġjani u bbażati fuq l-evidenza; jirrimarka li kull pass tal-proċedura stabbilita fir-Regolament għandu għalhekk jittieħed b'mod kompletament trasparenti; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji tat-trasparenza li se japplikaw meta tattiva l-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità; |
28. |
Ifakkar li l-miżuri meħuda skont ir-Regolament għandhom ikunu proporzjonati, fid-dawl tal-impatt reali jew potenzjali fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu n-natura, it-tul ta' żmien, il-gravità u l-kamp ta' applikazzjoni tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt; iqis li, b'mod ġenerali, is-serjetà ta' dak l-impatt se tirrifletti s-serjetà tal-ksur; |
Protezzjoni tar-riċevituri finali u l-benefiċjarji
29. |
Ifakkar li skont ir-Regolament, huwa essenzjali li jiġi ssalvagwardjat kif xieraq l-interess leġittimu tar-riċevituri finali u tal-benefiċjarji; |
30. |
Ifakkar li, sakemm id-deċiżjoni li tadotta l-miżuri ma tiddikjarax mod ieħor, l-impożizzjoni ta' miżuri xierqa skont ir-Regolament ma taffettwax l-obbligi tal-Istati Membri fil-konfront tar-riċevituri finali jew il-benefiċjarji, inkluż l-obbligu li jsiru pagamenti; |
31. |
Jenfasizza li f'każijiet bħal korruzzjoni serja, nepotiżmu, frodi sistemika, rabtiet illeġittimi ma' partiti politiċi u kunflitti ta' interess, u b'mod partikolari f'każijiet identifikati mis-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni (EDES) stabbilita fir-Regolament Finanzjarju, jew li qed jiġu investigati mill-OLAF jew mill-UPPE, il-Kummissjoni għandha tevalwa bir-reqqa fuq bażi ta' każ b'każ jekk il-pagamenti lir-riċevituri finali u lill-benefiċjarji għandhomx jitkomplew jew le; |
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-Artikolu 5(4) tar-Regolament u tistabbilixxi malajr sit web jew portal tal-internet b'informazzjoni u gwida għall-benefiċċju tar-riċevituri finali jew tal-benefiċjarji u b'għodod adegwati għalihom biex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ksur tal-obbligu legali biex ikomplu jsiru l-pagamenti wara li jiġu adottati miżuri skont dan ir-Regolament, bħal formola tal-ilmenti li tkun sempliċi, faċli biex tintuża u strutturata; jistieden lill-Kummissjoni tispjega kif se timplimenta mekkaniżmu konformi effiċjenti u effettiv għall-applikanti, għar-riċevituri u għall-benefiċjarji; |
33. |
Jenfasizza li, f'ġestjoni kondiviża, il-miżuri skont ir-Regolament ma jistgħux jitqiesu li jaffettwaw id-disponibbiltà ta' finanzjament għal pagamenti ta' talbiet leġittimi lill-benefiċjarji; ifakkar ukoll li l-Istati Membri kkonċernati minn dawk il-miżuri jeħtiġilhom jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-konformità mal-obbligi tagħhom fil-konfront tar-riċevituri finali jew il-benefiċjarji; |
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż permezz tal-għodod ta' trekkjar diġitali, u tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li kwalunkwe ammont dovut b'mod leġittimu lill-entitajiet tal-gvern jew l-Istati Membri jkun fil-fatt imħallas lir-riċevituri finali jew lill-benefiċjarji, li jista' jinvolvi li jsiru korrezzjonijiet finanzjarji billi jitnaqqas l-appoġġ tal-Unjoni għal programmi f'konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur u dawk finanzjarji applikabbli; |
35. |
Jitlob li l-Kummissjoni tinkludi s-suġġerimenti tal-Parlament fil-verżjoni finali tal-linji gwida; |
o
o o
36. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.
(2) Testi adottati, P9_TA(2021)0287.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0360.
(4) Testi adottati, P9_TA(2021)0103.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom, (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
(7) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
(8) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' April 2021, Repubblika v Il-Prim Ministru, C-896/19, ECLI:EU:C:2021:311, paragrafi 59-64.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/152 |
P9_TA(2021)0349
Ir-reġim globali ta' sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem (Liġi Magnitsky tal-UE)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) (2021/2563(RSP))
(2022/C 99/15)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-2 ta' Frar 2012 dwar politika konsistenti fil-konfront ta' reġimi awtoritarji, li kontrihom l-UE tapplika miżuri restrittivi, meta l-mexxejja tagħhom jeżerċitaw l-interessi personali u kummerċjali tagħhom fi ħdan il-fruntieri tal-UE (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar reġim Ewropew ta' sanzjonijiet għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li jitolbu mekkaniżmu madwar l-UE kollha għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet immirati kontra individwi involuti fi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE bħala parti mill-azzjonijiet u l-politiki tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem (3), ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-qerda tat-tortura fid-dinja (4) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2021 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni – rapport annwali 2020 (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2021 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2019 (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (7) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fir-relazzjonijiet esterni tal-UE (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt (magħrufa bħala riżoluzzjonijiet ta' urġenza) f'konformità mal-Artikolu 144 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-Titolu V, Kapitolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), rigward l-adozzjoni ta' sanzjonijiet fl-ambitu tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-TUE dwar il-prinċipji ta' azzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni, inkluż ir-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 31(2) tat-TUE dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-PESK, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-adozzjoni ta' sanzjonijiet kemm fil-konfront ta' pajjiżi terzi kif ukoll fil-konfront ta' individwi, gruppi u entitajiet mhux statali, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni 25 tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-ħtieġa li jiġu żgurati d-drittijiet ta' proċess ġust ta' individwi jew entitajiet ikkonċernati minn miżuri restrittivi tal-UE jew minn miżuri tal-UE fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, |
— |
wara li kkunsidra l-proposta konġunta mill-Kummissjoni u l-VP/RGħ tad-19 ta' Ottubru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (JOIN(2020)0020), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (9) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (10) tas-7 ta' Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/371 tat-2 ta' Marzu 2021 (11) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/478 tat-22 ta' Marzu 2021 (12) li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (13), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (14), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2020 dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024, |
— |
wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-2012, |
— |
wara li kkunsidra n-nota ta' gwida tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (C(2020)9432), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u t-trattati u l-istrumenti l-oħra tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni u d-dikjarazzjoni politika tas-sessjoni speċjali tal-Assemblea Ġenerali dwar l-isfidi u l-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali tat-2-4 ta' Ġunju 2021, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-istudju tiegħu tas-26 ta' April 2018 bit-titolu “Targeted sanctions against individuals on grounds of grave human rights violations – impact, trends and prospects at EU level” (Sanzjonijiet immirati kontra individwi responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem – “l-impatt, ix-xejriet u l-prospetti fil-livell tal-UE)”, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Awla Kriminali tal-Qorti Suprema Spanjola tas-26 ta' Novembru 2020 rigward id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta' Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (15), |
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-Reġim Globali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) (O-000047/2021 – B9-0028/2021 u O-000048/2021 – B9-0029/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, |
A. |
billi l-Artikolu 21 tat-TUE jistipula li l-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu ggwidati mid-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u tas-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali; |
B. |
billi skont l-Artikolu 215 tat-TFUE, l-UE tadotta sanzjonijiet, jew bħala l-miżuri proprji tal-UE (jiġifieri sanzjonijiet awtonomi) u/jew sabiex timplimenta r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, f'każijiet fejn pajjiżi mhux tal-UE, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi jew entitajiet mhux statali ma jirrispettawx id-dritt internazzjonali jew id-drittijiet tal-bniedem, jew isegwu politiki jew azzjonijiet li ma jikkonformawx mal-istat tad-dritt jew mal-prinċipji demokratiċi; |
C. |
billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Jannar 2021 bit-titolu “Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza” (COM(2021)0032) tiddeskrivi miżuri għat-titjib tal-effettività tas-sanzjonijiet tal-UE, filwaqt li tiżgura li dawn ma jiġux evitati jew imdgħajfa u tistabbilixxi repożitorju għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sanzjonijiet, kif ukoll pjan direzzjonali biex isir progress mill-individwazzjoni ta' nuqqas ta' konformità sistemika mas-sanzjonijiet tal-UE għall-proċeduri ta' ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; |
D. |
billi l-Gvern Netherlandiż beda diskussjoni fost l-Istati Membri tal-UE f'Novembru 2018 dwar reġim immirat ta' sanzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-UE; billi l-Kunsill fl-aħħar adotta d-deċiżjoni rilevanti u regolament li jistabbilixxi Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem fis-7 ta' Diċembru 2020; |
E. |
billi l-Parlament Ewropew sistematikament jikkundanna każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem; |
F. |
billi ħafna drabi r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament Ewropew jitolbu lill-istituzzjonijiet tal-UE jadottaw sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet individwali, kontra persuni suspettati li jwettqu reati kontra l-umanità jew ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; |
G. |
billi l-korruzzjoni jista' jkollha impatt devastanti fuq l-istat tad-drittijiet tal-bniedem u spiss iddgħajjef il-funzjonament u l-leġittimità tal-istituzzjonijiet u l-istat tad-dritt; billi l-Parlament talab li l-abbużi u l-atti ta' korruzzjoni sistemika relatati ma' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jitqiesu wkoll fi ħdan ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem; |
H. |
billi l-Istati Uniti, il-Kanada, u r-Renju Unit adottaw reġimi simili ta' sanzjonijiet; billi l-kooperazzjoni fost pajjiżi li jaħsbuha bl-istess mod u li jikkondividu l-valuri tad-drittijiet fundamentali, tad-demokrazija, u tal-istat tad-dritt se tagħmel l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet immirati aktar ikkoordinata u b'hekk aktar effettiva; billi l-Gvern tar-Renju Unit nieda Reġim Globali ta' Sanzjonijiet Kontra l-Korruzzjoni fis-26 ta' April 2021; |
1. |
Jilqa' l-adozzjoni tar-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (GHRSR tal-UE) bħala żieda essenzjali mas-sett ta' għodod tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-politika barranija, li jsaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala attur globali tad-drittijiet tal-bniedem billi jippermettilha tieħu miżuri restrittivi kontra persuni ġuridiċi u fiżiċi involuti fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem kullimkien fid-dinja; jisħaq li r-reġim il-ġdid irid jifforma parti minn strateġija usa', koerenti u definita b'mod ċar li tqis l-objettivi tal-politika barranija tal-UE; jissottolinja li l-istrateġija għandha tfittex ukoll li tidentifika parametri referenzjarji speċifiċi li huma konnessi mal-objettivi, u tagħti dettalji dwar kif is-sanzjonijiet jistgħu jgħinu biex jintlaħqu dawk il-parametri referenzjarji; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li l-Kunsill iddeċieda li japplika l-unanimità minflok il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata meta jadotta r-reġim il-ġdid, u jtenni s-sejħa tiegħu għall-introduzzjoni ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata għall-adozzjoni ta' sanzjonijiet fl-ambitu tal-kamp ta' applikazzjoni tal-GHRSR tal-UE; |
2. |
Jilqa' d-definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-reġim b'lista ta' abbużi serji speċifiċi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk relatati ma' vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva biex tiġi emendata l-leġiżlazzjoni attwali tal-GHRSR tal-UE billi testendi l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu biex jinkludi l-atti ta' korruzzjoni; iħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri jużaw flessibbiltà fl-adattament tagħhom għall-isfidi u t-theddid emerġenti għad-drittijiet tal-bniedem jew għall-abbuż tas-setgħat tal-Istat jew ta' emerġenza, inklużi dawk relatati mar-restrizzjonijiet tal-COVID-19 jew mal-vjolenza kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li s-sanzjonijiet tal-UE huma mmirati lejn persuni li jiksru d-drittijiet tal-bniedem u mhumiex maħsuba li jkollhom impatt fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem mill-popolazzjoni; |
3. |
Jilqa' t-tħabbira li fl-2021 il-Kummissjoni se twettaq rieżami tal-prattiki li jevitaw u jimminaw is-sanzjonijiet, kif ukoll rieżami tal-obbligi ta' rapportar eżistenti għall-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tas-sanzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) iqisu r-riżultati ta' dan ir-rieżami sabiex jipproponu bidliet leġiżlattivi addizzjonali u linji gwida għall-implimentazzjoni kif xieraq; |
4. |
Jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li r-reġim jimmira wkoll l-faċilitaturi ekonomiċi u finanzjarji tal-persuni li jabbużaw mid-drittijiet tal-bniedem u bl-istess mod; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, f'każ li l-atti ta' korruzzjoni ma jkunux inklużi fir-rieżami tar-reġim eżistenti, jużaw il-proposta leġiżlattiva tar-Renju Unit għar-Regolamenti Globali dwar is-Sanzjonijiet Kontra l-Korruzzjoni jew l-Att Globali Magnitsky tal-Istati Uniti jew l-Att Kanadiż dwar il-Ġustizzja għall-Vittmi ta' Uffiċjali Korrotti Barranin, jew reġimi simili oħra, u jadottaw reġim tal-UE ta' sanzjonijiet kontra l-korruzzjoni sabiex jikkomplementaw il-GHRSR tal-UE; |
5. |
Jilqa' l-Att Globali Magnitsky tal-2016 tal-Istati Uniti u r-rwol ewlieni li dan l-Att kellu fl-ispirazzjoni ta' atturi internazzjonali oħra, inkluża l-UE, fl-isforzi tagħha biex tissalvagwardja d-drittijiet tal-bniedem; |
6. |
Jilqa' l-ewwel deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni fl-ambitu tar-reġim, li juru l-impenn tal-UE li tagħmel użu tajjeb mill-istrument ambizzjuż il-ġdid; iħeġġeġ lill-Kunsill jagħmel użu sħiħ minn dan l-istrument sabiex isaħħaħ l-impatt tiegħu; |
7. |
Huwa konvint mill-effettività tar-reġim il-ġdid, inklużi l-effetti deterrenti tiegħu; jemmen bis-sħiħ li l-ogħla standards possibbli f'termini ta' rieżami ġudizzjarju u skrutinju xieraq tal-implimentazzjoni tiegħu huma integrali biex tiġi żgurata l-leġittimità tar-reġim; jenfasizza l-ħtieġa ta' rieżami regolari tal-listi, il-kriterji u l-metodoloġija definiti b'mod ċar u trasparenti għall-elenkar u t-tneħħija tal-elenkar ta' individwi jew entitajiet sanzjonati, u proċeduri legali xierqa li permezz tagħhom jista' jiġi kkontestat elenkar sabiex jiġi ggarantit rieżami ġudizzjarja bir-reqqa u drittijiet ta' rimedju; |
8. |
Jikkundanna kwalunkwe kontrosanzjoni imposta fuq l-UE, l-istituzzjonijiet tagħha jew il-membri tal-parlament, il-korpi jew iċ-ċittadini għall-promozzjoni u l-protezzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt permezz tal-GHRSR tal-UE; ifakkar li l-miżuri ta' ritaljazzjoni għandhom l-għan li jiskoraġġixxu lill-UE milli ssegwi l-azzjonijiet globali tagħha biex tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem f'konformità mal-obbligi tagħha tat-Trattat: jissottolinja l-ħtieġa ta' rispons mgħaġġel, robust u kkoordinat tal-UE għal sanzjonijiet ta' ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi bħal dawn ma jfixklux il-GHRSR tal-UE jew il-kredibbiltà tal-UE fil-politika barranija b'mod ġenerali; |
9. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri kollha tal-UE jinterpretaw l-applikazzjoni u l-infurzar tas-sanzjonijiet bl-istess mod konsistenti u mgħaġġel; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fir-rwol tagħha bħala gwardjan tat-Trattati, tiżgura li l-penali nazzjonali għall-ksur tas-sanzjonijiet tal-UE jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi; iqis li jekk ma jittiħdux miżuri xierqa f'sitwazzjonijiet kkaratterizzati bi ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem dan idgħajjef l-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-politika dwar is-sanzjonijiet u l-kredibbiltà tagħha; jemmen li huwa meħtieġ mekkaniżmu ċentralizzat ta' sorveljanza dwar l-implimentazzjoni u l-konformità biex jiġi żgurat infurzar aktar b'saħħtu tas-sanzjonijiet; jilqa' t-tħabbira li l-Kummissjoni tipproponi li tistabbilixxi repożitorju ta' informazzjoni dwar is-sanzjonijiet u li tfassal pjan direzzjonali (inklużi l-kriterji u skeda ta' żmien) għall-bidla mill-identifikazzjoni ta' nuqqas ta' konformità sistematika mas-sanzjonijiet tal-UE għall-proċeduri ta' ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; |
10. |
Jisħaq li l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-awtoritajiet, il-kumpaniji u atturi oħra rreġistrati fit-territorji tagħhom ikunu f'konformità sħiħa mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, u jitlob mekkaniżmu Ewropew imsaħħaħ ta' sorveljanza u infurzar; jistieden lill-Kunsill jaġġorna regolarment lill-kumpaniji fuq il-listi ta' sanzjonijiet, peress li l-kumpaniji elenkati għandhom it-tendenza li jużaw lakuni legali u jsibu soluzzjonijiet kreattivi oħra sabiex jevitaw li jkunu taħt sanzjonijiet; |
11. |
Huwa konvint li l-ksur ta' miżuri restrittivi, u b'mod partikolari tal-iffriżar tal-assi, jikkostitwixxi attività illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jitlob li ssir valutazzjoni tal-adegwatezza tar-reviżjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1371 u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 sabiex l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun inkarigat mill-investigazzjoni, mill-prosekuzzjoni u mit-tressiq quddiem il-qorti ta' dawk li jwettqu reati kriminali bi ksur ta' miżuri restrittivi adottati skont il-GHRSR tal-UE, u l-kompliċi fihom; |
12. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Parlament Ewropew ma għandu l-ebda rwol istituzzjonali fil-proċess; jitlob sorveljanza parlamentari tal-GHRSR tal-UE u rwol imsaħħaħ għall-Parlament Ewropew fil-proposta ta' każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex tiżdied il-leġittimità tal-GHRSR tal-UE, u jitlob l-istabbiliment ta' Grupp ta' Ħidma Parlamentari ddedikat biex jiskrutinizza l-implimentazzjoni tar-reġim tas-sanzjonijiet; jitlob li jkun hemm kondiviżjoni sistematika u istituzzjonalizzata ta' informazzjoni mal-Parlament, u mal-Istati Membri, u rappurtar lilhom, mis-SEAE u mill-Kummissjoni; |
13. |
Jinsisti fuq proċess trasparenti u inklużiv biex jiġi ffaċilitat il-kontribut mill-atturi tas-soċjetà ċivili, inkluż it-twaqqif ta' kumitat konsultattiv fil-livell tal-UE u laqgħat regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u mal-ġurnalisti investigattivi, bil-għan li tiġi mmonitorjata s-sitwazzjoni attwali tar-reġim u tittejjeb l-implimentazzjoni tiegħu; jistieden lis-SEAE joħroġ gwida dwar kif għandu jipparteċipa fil-proċess u jissottolinja l-ħtieġa li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' kunfidenzjalità u ta' protezzjoni tax-xhieda għal dawk li jipprovdu informazzjoni, bħad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet; |
14. |
Jisħaq li sanzjonijiet immirati jridu jimmiraw li jiksbu riżultati effettivi u dejjiema; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jiddedikaw riżorsi u għarfien espert adegwati għall-infurzar u l-monitoraġġ regolari tal-impatt tal-GHRSR tal-UE, u għall-monitoraġġ mill-qrib tal-elenkar u tat-tneħħija mill-elenkar; jinsisti fuq il-ħtieġa li jingħataw aktar attenzjoni u riżorsi għall-komunikazzjoni pubblika dwar l-elenkar, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi kkonċernati, inkluż permezz tat-traduzzjoni ta' dokumentazzjoni rilevanti għal-lingwa lokali tal-individwi jew tal-entitajiet fil-mira; |
15. |
Ifakkar fil-ħtieġa ta' strateġija unifikata u koerenti biex jiġu implimentati r-reġimi ta' sanzjoni tal-UE, u jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżguraw koerenza bejn il-GHRSR tal-UE u l-politiki esterni tal-UE, b'mod partikolari mal-politiki tagħha ta' appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, kif ukoll il-politika esterna u ta' sigurtà komuni (PESK) u l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK); jitlob, barra minn hekk, konsistenza bejn ir-reġimi ta' sanzjoni tal-UE u d-dritt kriminali internazzjonali, id-dritt umanitarju internazzjonali u l-politiki tal-UE relatati mal-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali; |
16. |
Itenni l-importanza li l-GHRSR tal-UE jkun konsistenti mal-miżuri restrittivi speċifiċi għall-pajjiż u orizzontali tal-UE, il-miżuri settorjali u l-embargos tal-armi u l-oqfsa internazzjonali eżistenti dwar is-sanzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u jikkomplementahom; |
17. |
Jitlob lill-UE tistabbilixxi, mal-Istati Uniti, alleanza trans-atlantika biex tiddefendi d-demokrazija fuq livell globali u tipproponi sett ta' għodod għad-difiża tad-demokrazija, li jkun jinkludi azzjonijiet konġunti dwar sanzjonijiet u politiki kontra l-ħasil tal-flus, u tiżgura li l-politika tas-sanzjonijiet tagħha tkun marbuta mal-investigazzjonijiet tal-UE u dawk internazzjonali u ma' ħafna strumenti internazzjonali oħra tal-ġustizzja, bħat-tribunali internazzjonali u l-inizjattiva dwar ċentru tal-ġustizzja tal-UE; |
18. |
Huwa konvint mill-vantaġġi tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni mas-sħab u ma' pajjiżi tal-istess fehma fl-implimentazzjoni tal-GHRSR tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw il-kooperazzjoni mill-qrib u r-relazzjoni strateġika bejn l-UE u l-Istati Uniti, mibnija fuq l-istorja komuni u sett kondiviż ta' valuri demokratiċi, meta jistabbilixxu sanzjonijiet u jitlob diskussjonijiet regolari dwar sanzjonijiet immirati, b'mod partikolari fil-kuntest tad-Djalogu Trans-Atlantiku tal-Leġiżlaturi; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jikkooperaw ma' istituzzjonijiet ġudizzjarji esterni bħall-Qorti Kriminali Internazzjonali, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Qorti Inter-Amerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Qorti Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u tribunali ad hoc oħra, tribunali assistiti min-NU u korpi oħra, inkluż l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-korpi superviżorji u ta' monitoraġġ internazzjonali, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, in-NATO, u l-Kunsill tal-Ewropa, bil-għan li tinkiseb evidenza għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fl-ambitu tal-GHRSR tal-UE u għall-iskoraġġiment ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-UE tippromwovi r-ratifika tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali minn kull pajjiż fid-dinja; |
19. |
Itenni li l-prosekuzzjoni kriminali tal-awturi ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u atroċitajiet minn ġuriżdizzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali għandha tibqa' l-objettiv ewlieni tal-isforzi mwettqa mill-UE u mill-Istati Membri tagħha fil-ġlieda kontra l-impunità; itenni l-importanza tal-prinċipju ta' ġuriżdizzjoni universali f'dan ir-rigward u jilqa' l-proċedimenti ġudizzjarji reċenti skont dan il-prinċipju f'għadd ta' Stati Membri; |
20. |
Jissottolinja l-importanza tal-pajjiżi kandidati tal-UE u tal-pajjiżi kandidati potenzjali li jallinjaw mal-GHRSR tal-UE, f'konformità mal-allinjament usa' tagħhom mal-PESK tal-UE; |
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. |
(1) ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 11.
(2) ĠU C 23, 21.1.2021, p. 108.
(3) ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 49.
(4) ĠU C 378, 9.11.2017, p. 52.
(5) Testi adottati, P9_TA(2021)0012.
(6) Testi adottati, P9_TA(2021)0014.
(7) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 82.
(8) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 47.
(9) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.
(10) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.
(11) ĠU L 71 I, 2.3.2021, p. 1.
(12) ĠU L 99 I, 22.3.2021, p. 1.
(13) ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/158 |
P9_TA(2021)0350
Rapport Annwali dwar il-funzjonament taż-żona Schengen
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Funzjonament taż-Żona Schengen (2019/2196(INI))
(2022/C 99/16)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li għandu jiżgura n-nuqqas ta' kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri interni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 21(1) TFUE u l-Artikolu 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), li jiżguraw id-dritt taċ-ċittadini li jiċċaqalqu u jirrisjedu b'mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 18 TFUE u l-Artikolu 21(2) tal-Karta, li jipprojbixxu kull diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 18 u 19 tal-Karta dwar id-dritt għall-ażil, u għall-protezzjoni f'każ ta' tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-acquis dejjem jevolvi ta' Schengen li żviluppa mindu ġie ffirmat il-Ftehim ta' Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, li bħalissa jinkludi diversi atti legali tal-UE fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri interni u esterni, il-politika dwar il-viżi, il-politika ta' ritorn, il-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-protezzjoni tad-data, kif ukoll atti legali li jistabbilixxu u jirregolaw żewġ aġenziji tal-Unjoni (l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (il-Frontex) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl- Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)), programm finanzjarju (l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża) u erba' sistemi fuq skala kbira tal-IT (is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża, is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)), inkluża l-interoperabbiltà bejniethom, |
— |
wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni adottata mindu sar l-aħħar rapport annwali dwar il-funzjonament taż-żona Schengen bil-għan li din tissaħħaħ fid-dawl tal-isfidi persistenti, u b'mod aktar speċifiku r-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali (1), ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (2) u r-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (3), ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (4), ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (5), ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (6), ir-Regolament (UE) 2018/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 bl-għan li tiġi stabbilita Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) (7), ir-Regolament (UE) 2020/493 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Marzu 2020 dwar is-sistema tad-Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO) u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/700/ĠAI (8), ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (9) (“ir-Regolament dwar l-EBCG”) u r-Regolament (UE) 2019/1155 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (10), |
— |
wara li kkunsidra l-ħidma leġiżlattiva li għaddejja dwar ir-reviżjoni tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontroll fil-fruntieri interni, dwar ir-riforma tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża, dwar it-tlestija tal-qafas leġiżlattiv tal-ETIAS, dwar ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn, dwar l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi 2021-2027, u l-proposta l-ġdida għal Regolament li jintroduċi skrinjar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni (COM(2020)0612), |
— |
wara li kkunsidra d-diversi konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u l-komunikazzjonijiet, il-linji gwida u l-pjanijiet direzzjonali tal-Kummissjoni bil-għan li jindirizzaw is-sitwazzjoni fil-fruntieri interni u esterni ta' Schengen b'rispons għall-COVID-19, bħall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Marzu 2020 bit-titolu “COVID-19: Linji gwida għal miżuri ta' ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-oġġetti u tas-servizzi essenzjali” (11), u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2020 bit-titolu “COVID-19: Gwida dwar l-implimentazzjoni tar-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE, dwar il-faċilitazzjoni tal-arranġamenti ta' tranżitu għar-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-UE, u dwar l-effetti fuq il-politika dwar il-viżi” (C(2020)2050), u l-estensjonijiet sussegwenti tagħha, bħal dik tat-8 ta' April 2020 (COM(2020)0148), il-Pjan Direzzjonali Ewropew Konġunt għat-tneħħija tal-miżuri ta' konteniment tal-COVID-19 ippreżentat mill-President tal-Kunsill Ewropew, u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 tat-13 ta' Ottubru 2020 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (12), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ottubru 2019 dwar il-verifika tal-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen min-naħa tal-Kroazja (COM(2019)0497), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2020 dwar Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2020)0609), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar ir-rapport annwali dwar il-funzjonament taż-żona Schengen (13), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2020 dwar il-Funzjonament tal-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni u Monitoraġġ ta' Schengen skont l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (COM(2020)0779), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar is-sitwazzjoni fiż-żona Schengen wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (14), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u r-Rumanija: abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art, tal-baħar u tal-ajru (15), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tat-8 ta' Diċembru 2020 intitolat “Migration: fundamental rights issues at land borders” (Migrazzjoni: kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali fil-fruntiera fuq l-art), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn (16), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2020 dwar l-impatt tal-miżuri tal-COVID-19 fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (17), |
— |
wara li kkunsidra l-istabbiliment tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-ħidma għaddejja tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-ħidma preparatorja għal din ir-riżoluzzjoni li saret mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern dwar l-Iskrutinju ta' Schengen, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0183/2021), |
A. |
billi ż-żona Schengen hija arranġament uniku u waħda mill-akbar kisbiet tal-Unjoni Ewropea, li ilha aktar minn 25 sena tippermetti l-moviment liberu ta' persuni fiż-żona Schengen mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni; billi dan sar possibbli permezz ta' diversi miżuri ta' kumpens bħat-tisħiħ tal-iskambju ta' informazzjoni permezz tal-istabbiliment tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) u l-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni biex tiġi vverifikata l-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen mill-Istati Membri u tiġi promossa l-fiduċja reċiproka fil-funzjonament taż-żona Schengen; billi l-fiduċja reċiproka titlob ukoll is-solidarjetà, is-sigurtà, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija fi kwistjonijiet kriminali, il-protezzjoni konġunta tal-fruntieri esterni tal-UE, fehim komuni u politika komuni dwar il-viżi u l-protezzjoni tad-data; |
B. |
billi żona Schengen li tiffunzjona kompletament u t-tkabbir tagħha fil-ġejjieni biex tinkludi l-pajjiżi kandidati ta' Schengen jibqgħu fundamentali għal integrazzjoni politika, ekonomika u soċjali ulterjuri, filwaqt li titrawwem il-koeżjoni u jitnaqqsu d-diskrepanzi bejn il-pajjiżi u r-reġjuni, u prerekwiżit għas-salvagwardja tal-prinċipju ta' libertà ta' moviment billi l-futur ta' Schengen irid ikun wieħed mingħajr frammentazzjoni; |
C. |
billi t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni hija wieħed mill-elementi essenzjali u prattiċi ta' dak li ċ-ċittadini jidentifikaw bħala l-idea Ewropea u hija kruċjali għall-funzjonament tas-suq intern; billi ż-żona Schengen hija mhedda, mhux l-inqas minħabba l-użu dejjem akbar ta' kontrolli fil-fruntieri interni mill-Istati Membri, b'mod partikolari fis-snin reċenti; |
D. |
billi bħala rispons għall-pandemija tal-COVID-19, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, inklużi l-Istati assoċjati ma' Schengen, introduċew mill-ġdid kontrolli fil-fruntieri interni jew għalqu l-fruntieri tagħhom, jew parzjalment jew totalment, jew għal ċerti tipi ta' vjaġġaturi, inklużi ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom u ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu fit-territorju tagħhom jew f'dak ta' Stat Membru ieħor; billi, speċjalment fil-bidu tal-pandemija, l-assenza ta' kull koordinazzjoni effettiva dwar l-introduzzjoni mill-ġdid u t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni sfidat il-kunċett innifsu tal-kooperazzjoni ta' Schengen; |
E. |
billi Stati Membri introduċew mill-ġdid kontrolli fil-fruntieri interni għal total ta' 268 darba mill-2015 'l hawn, u dan jirrappreżenta żieda sinifikanti meta mqabbel mal-perjodu bejn l-2006 u l-2014, meta l-kontrolli fil-fruntieri interni ġew introdotti mill-ġdid għal 35 darba biss (18); |
F. |
billi l-Parlament Ewropew ripetutament esprima tħassib dwar in-neċessità u l-proporzjonalità ta' ħafna minn dawk il-kontrolli fil-fruntieri interni; |
G. |
billi l-fiduċja reċiproka u l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri huma elementi essenzjali tal-pedament li fuqu hija msejsa ż-żona Schengen; |
H. |
billi fi snin reċenti ġew adottati strumenti leġiżlattivi importanti tal-UE bil-għan li jittejbu l-effikaċja u l-effiċjenza tal-kontrolli fil-fruntieri esterni, u li jingħata kontribut għal livell għoli ta' sigurtà fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja; billi dawn l-istrumenti jinkludu arkitettura ġdida għas-sistemi tal-informazzjoni tal-UE u l-interoperabbiltà tagħhom; |
I. |
billi għadhom qed jiġu rrappurtati allegazzjonijiet ta' vjolenza kontra l-migranti, inklużi dawk li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali, u pushbacks fil-fruntieri esterni tal-UE; billi l-Parlament Ewropew, OLAF, il-Frontex u l-Ombudsman Ewropew fetħu inkjesta dwar dawn l-allegazzjonijiet; billi l-Unjoni għad m'għandhiex mekkaniżmu effettiv għall-monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali fil-fruntieri esterni tagħha; |
J. |
billi ġew identifikati nuqqasijiet serji fl-evalwazzjoni ta' Schengen tal-2017 tar-Renju Unit dwar l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen fil-qasam tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen; |
K. |
billi l-ewwel ċiklu ta' evalwazzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni ta' Schengen wera l-ħtieġa ta' implimentazzjoni aħjar u aktar rapida tar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-evalwazzjonijiet, u l-ħtieġa ta' riforma xierqa, b'mod partikolari fir-rigward ta' kif il-mekkaniżmu jivvaluta l-konformità mad-drittijiet fundamentali; |
L. |
billi l-valutazzjonijiet annwali tal-vulnerabbiltà tal-Frontex jeżaminaw il-kapaċitajiet tal-Istati Membri li jiffaċċjaw theddid u sfidi fil-fruntieri esterni u jirrakkomandaw azzjonijiet ta' rimedju speċifiċi biex jiġu mmitigati l-vulnerabbiltajiet, u għalhekk jikkomplementaw l-evalwazzjonijiet fl-ambitu tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen; |
M. |
billi l-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen fir-rigward tat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija għadha ma ntlaħqitx, minkejja s-sejħa tal-Parlament għal dan fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011; |
N. |
billi l-Kummissjoni ddikjarat fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-verifika tal-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen tat-22 ta' Ottubru 2019 li l-Kroazja kienet ħadet il-miżuri meħtieġa biex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet neċessarji għall-applikazzjoni sħiħa tar-regoli ta' Schengen; |
Funzjonament taż-żona Schengen
1. |
Jikkunsidra li l-kunċett innifsu ta' kooperazzjoni ta' Schengen, li jiġi żgurat in-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni u li tiġi ggarantita l-libertà ta' moviment, kompla jiġi mhedded mill-pandemija tal-COVID-19; itenni, f'dan il-kuntest, it-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni kurrenti fir-rigward tal-kontrolli fil-fruntieri interni f'uħud mill-Istati Membri, u għal dan il-fini jfakkar, filwaqt li jappoġġja l-miżuri tas-saħħa pubblika stabbiliti biex jiġi limitat it-tixrid tal-COVID-19, li kwalunkwe miżura bħal din biex tiġi kkumbattuta l-pandemija u biex jiġu ristretti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali għandha dejjem tirrispetta kemm l-ispirtu kif ukoll l-ittra tal-liġi; |
2. |
Ifakkar li skont il-liġi kurrenti tal-UE, il-kontrolli fil-fruntieri interni jistgħu jerġgħu jiġu introdotti dment li jkunu meħtieġa, proporzjonati, temporanji fin-natura u miżura estrema; itenni, f'dak ir-rigward, il-fehma tiegħu li ħafna estensjonijiet tal-kontrolli fil-fruntieri interni mill-2015 'l hawn mhumiex sostanzjati biżżejjed u mhumiex f'konformità mar-regoli marbuta mal-estensjoni, in-neċessità jew il-proporzjonalità tagħhom, u għalhekk huma illeċiti; |
3. |
Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni ppruvat tikkoordina rispons komuni Ewropew; Jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-kontrolli fil-fruntieri interni qed jibqgħu jiġu introdotti mill-Istati Membri, spiss b'mod mhux kkoordinat, qabel ma jkunu taw kunsiderazzjoni suffiċjenti lill-interess komuni Ewropew fiż-żamma ta' Schengen bħala żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni; itenni li l-l-kontrolli introdotti kellhom impatt negattiv fuq il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital, tas-servizzi, u tal-persuni fl-Unjoni; jissottolinja, f'dan il-kuntest, is-sitwazzjoni partikolarment diffiċli tal-ħaddiema transfruntiera; |
4. |
Ifakkar li minkejja li identifikat nuqqasijiet sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, il-Kummissjoni damet jew ma wriet ebda ħeġġa biex tibda proċedimenti ta' ksur; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex teżerċita skrutinju xieraq fuq l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen, sabiex tivvaluta jekk il-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità ġewx rispettati u sabiex jintużaw proċedimenti ta' ksur jekk meħtieġ; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jissaħħu l-fiduċja reċiproka u l-kooperazzjoni bejn l-istati ta' Schengen u li tiġi żgurata governanza xierqa għaż-żona Schengen; |
5. |
Itenni l-ħtieġa li l-Istati Membri jirrispettaw il-liġi kif minquxa fit-Trattati u l-Karta, u jimplimentaw il-miżuri fil-fruntieri b'mod leċitu u mhux diskriminatorju; iqis li dibattitu politiku u pubbliku regolari dwar il-funzjonament taż-żona Schengen huwa ta' importanza kritika; |
6. |
Jinnota li s'issa ma sar l-ebda progress matul din il-leġiżlatura dwar ir-reviżjoni tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen (SBC), li n-negozjati interistituzzjonali għalihom għadhom imblukkati mill-Kunsill; jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni li se tippreżenta proposti ġodda għall-governanza ta' Schengen; jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-Kummissjoni qed tkompli tinjora l-obbligu ta' rappurtar tagħha lejn il-Parlament billi ma tippreżentax ir-rapport annwali dwar il-funzjonament taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni (l-Artikolu 33 tal-SBC) u r-rapport komprensiv annwali f'konformità mal-Artikolu 20 tal-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni ta' Schengen (SEMM), u b'hekk timpedixxi l-iskrutinju u d-dibattitu politiku kostruttiv; |
7. |
B'żieda mad-diversi talbiet tiegħu għall-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u fir-Rumanija, iħeġġeġ lill-Kunsill jirrispetta l-impenn tiegħu u jieħu deċiżjoni immedjata dwar it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni tal-art, tal-baħar u tal-ajru u b'hekk jippermetti lil dawk l-Istati Membri jingħaqdu bi dritt maż-żona ta' moviment liberu mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni; jinsab lest li, meta jikkonsultah il-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni, jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Kroazja; iqis li s-solidarjetà u r-responsabbiltà huma għal kulħadd, u li l-futur taż-żona Schengen irid ikun wieħed mingħajr frammentazzjoni; |
8. |
Iqis li huwa essenzjali li l-politika tal-UE dwar il-viżi tkun effiċjenti, faċli għall-utent u sigura, u jilqa', f'dak ir-rigward, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiddiġitalizza l-proċedura tal-viżi sal-2025; iqis li l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti għal żmien twil fl-Istati Membri hija element ewlieni fil-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, u għalhekk jitlob li tingħata kunsiderazzjoni lill-armonizzazzjoni tar-regoli minimi għall-ħruġ ta' viżi u permessi ta' residenza għal żmien twil; |
9. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva dwar ir-Ritorn (19) fl-aspetti kollha tagħha u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tagħha; |
10. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-iskambju ta' informazzjoni u jkomplu jiżviluppaw il-kooperazzjoni transfruntiera reċiproka bejn il-pulizija, pereżempju permezz ta' użu akbar ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunti; |
11. |
Jilqa' l-fatt li sadanittant għadd ta' azzjonijiet mitluba fir-rapport annwali preċedenti (20) ġew implimentati (ir-reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen u r-riforma tal-Eurosur); jinnota, madankollu, li l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet ifformulati għadhom validi; |
12. |
Jinnota li fruntieri esterni li jiffunzjonaw b'mod effettiv huma essenzjali għall-vijabbiltà taż-żona ta' Schengen; jinnota bi tħassib li r-rapporti ta' evalwazzjoni ta' Schengen u l-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà għadhom jindikaw nuqqasijiet u vulnerabbiltajiet fil-protezzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri esterni; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilhom mill-Kunsill u l-Frontex, bil-għan li jirrimedjaw in-nuqqasijiet u l-vulnerabbiltajiet, b'mod partikolari dawk relatati mar-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet tal-ġestjoni tal-fruntieri; jisħaq fuq l-importanza tal-miżuri leġiżlattivi adottati reċentement; |
13. |
Jinsab imħasseb dwar l-impatt tar-restrizzjonijiet eżistenti fuq l-ivvjaġġar f'dawk li huma drittijiet tar-rifuġjati u l-persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-adozzjoni ta' tali miżuri tkun konsistenti b'mod sħiħ mar-rekwiżiti minquxa fl-Artikoli 3 u 4 tal-SBC u fil-Karta; |
14. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-allegazzjonijiet ripetuti rigward l-involviment tal-Frontex fil-pushbacks u l-każijiet ta' ksur potenzjali rrappurtati tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-attivitajiet tal-Aġenzija, u jqis li l-mekkaniżmi ta' rappurtar interni, kif ukoll l-iskrutinju parlamentari u pubbliku fuq l-attivitajiet tal-Frontex, iridu jissaħħu u jiġu implimentati b'mod effettiv; jenfasizza li l-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EBCG jordna lid-Direttur Eżekuttiv tal-Frontex jissospendi, itemm jew ma jnedix attivitajiet jekk il-kundizzjonijiet biex jitwettqu dawk l-attivitajiet, inkluża l-konformità mad-drittijiet fundamentali, jinkisru; |
15. |
Jesprimi, f'dak ir-rigward, l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-istabbiliment tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Iskrutinju tal-Frontex tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-ħidma tiegħu, li l-għan tiegħu huwa li jivvaluta l-aspetti kollha tal-funzjonament tal-attivitajiet u l-organizzazzjoni tal-Frontex, ir-rwol u r-riżorsi msaħħa tagħha għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri u l-applikazzjoni korretta tal-acquis tal-UE, inkluż ir-rispett tad-drittijiet fundamentali; |
16. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-għadd kbir ta' mwiet fil-Mediterran; ifakkar li l-għoti ta' assistenza lil kwalunkwe persuna li tinsab f'periklu fuq il-baħar huwa obbligu legali kemm skont id-dritt tal-UE kif ukoll dak internazzjonali, u li t-tiftix u s-salvataġġ huma komponent integrali tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fil-qafas tar-Regolament dwar ir-Regolament dwar l-EBCG; jistieden lill-Frontex itejjeb l-informazzjoni disponibbli b'mod sinifikanti dwar l-attivitajiet operazzjonali tagħha fil-baħar, inkluż permezz ta' rappurtar adegwat lill-Parlament, bħal b'relazzjoni mal-kooperazzjoni tagħha maċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tas-Salvataġġ Marittimu fi Tripli u l-Gwardja tal-Kosta Libjana; |
17. |
Jinsab imħasseb serjament dwar ir-rapporti persistenti u serji dwar il-vjolenza u l-pushbacks fil-fruntieri esterni, inkluż minn Stat Membru għal ieħor u mbagħad lejn pajjiż terz. itenni li l-Istati Membri għandhom obbligu li jipprevjenu qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri u jfakkar li dan l-obbligu huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu u jwettqu investigazzjonijiet effettivi, indipendenti u fil-pront dwar kwalunkwe allegazzjoni ta' pushbacks u trattament ħażin fil-fruntieri, u biex jiżguraw li n-nuqqasijiet jiġu rimedjati immedjatament; |
18. |
Jinnota n-nuqqas ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ adegwati biex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, u jqis li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) jeħtiġilha tingħata rwol operazzjonali aktar b'saħħtu f'dak ir-rigward, inkluż permezz tal-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni u Monitoraġġ ta' Schengen; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-korpi ta' monitoraġġ nazzjonali tagħhom jiġu stabbiliti b'mod effettiv u li jkunu kapaċi jaqdu r-rwol tagħhom, b'riżorsi suffiċjenti, mandat adegwat u livell għoli ta' indipendenza; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu kontinwament fil-kondotta professjonali tal-awtoritajiet tal-fruntiera, inkluż it-taħriġ fil-qasam tal-liġi dwar l-ażil u r-rifuġjati, b'koordinazzjoni mal-Frontex, l-FRA u l-UNHCR u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi rilevanti; |
19. |
Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li kien hemm dewmien fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-drittijiet fundamentali tar-Regolament il-ġdid dwar l-EBCG, bħar-reklutaġġ ta' 40 osservatur tad-drittijiet fundamentali sal-5 ta' Diċembru 2020 kif stipulat fir-Regolament; jilqa' l-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' postijiet vakanti u jitlob li r-reklutaġġ li għaddej bħalissa jitwettaq bħala kwistjoni ta' urġenza; jisħaq li l-osservaturi kollha reklutati għandhom ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti tagħhom f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament dwar l-EBCG, u li għalhekk għandhom jiġu reklutati f'livell ta' amministratur xieraq biex jaqdu dmirijiethom; jitlob, barra minn hekk, li l-indipendenza tal-mekkaniżmu tal-ilmenti tal-Aġenzija tiżdied permezz tal-involviment ta' esperti mill-FRA mill-istituzzjoni nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem; |
Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni u Monitoraġġ ta' Schengen (SEMM)
20. |
Jesprimi l-fehma tiegħu li l-SEMM ġab titjib sinifikanti għall-governanza taż-żona Schengen u kkontribwixxa biex jiżgura l-funzjonament tagħha billi saħħaħ il-fiduċja reċiproka u r-responsabbiltà kollettiva; jenfasizza, madankollu, in-natura sui generis tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni fid-dritt tal-UE u jfakkar li l-Kummissjoni fl-aħħar mill-aħħar tibqa' responsabbli li tiżgura l-applikazzjoni tat-Trattati u l-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet marbuta magħhom; |
21. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi l-SEMM; ifakkar fid-diskussjonijiet dwar il-bażi ġuridika tiegħu waqt in-negozjati dwar il-Pakkett ta' Governanza ta' Schengen fl-2012 u jinsisti li jkun involut fir-riforma tal-mekkaniżmu fuq bażi ugwali mal-Kunsill, preferibbilment permezz tal-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jew permezz tal-użu tal-istess metodu li ntuża għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (21) li jistabbilixxi l-SEMM; |
22. |
Jisħaq fuq l-importanza li jiġu introdotti skadenzi ċari għall-passi kollha tal-proċedura fi kwalunkwe riforma, inkluża l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri, il-valutazzjoni tal-proposti tal-Kummissjoni mill-grupp ta' esperti Scheval u l-preżentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni; itenni wkoll l-importanza ta' flessibbiltà akbar fl-ippjanar pluriennali u annwali u t-tisħiħ tar-rwol tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fil-każ ta' ebda opinjoni mill-Istati Membri u l-ħtieġa ta' żjarat ġenwinament mhux imħabbra; huwa tal-fehma li d-drittijiet fundamentali jridu jiġu evalwati b'mod konsistenti matul l-evalwazzjonijiet ta' Schengen; iqis, fl-aħħar nett, li r-rwol ta' skrutinju tal-Parlament u t-titjib tat-trasparenza tal-proċess għandhom ikunu elementi ewlenin tar-riforma; |
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni talloka biżżejjed riżorsi biex tiżgura evalwazzjoni komprensiva tas-sistema ta' Schengen, inkluż billi żżid in-numru ta' żjarat fuq il-post lejn l-Istati Membri; jinnota li, minkejja li l-Kummissjoni adottat 198 rapport ta' evalwazzjoni fil-perjodu 2015-2019, ingħalqu biss 45 evalwazzjoni ta' Schengen; jistieden lill-Istati Membri jżidu r-ritmu tal-implimentazzjoni tas-sejbiet tal-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill; jinnota li l-ewwel ċiklu ta' evalwazzjoni ta' Schengen dam ħames snin; huwa tal-fehma li l-proċess ta' evalwazzjoni u adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, li jieħu medja ta' 32 ġimgħa, għandu jiġi aċċelerat, u jistieden, b'mod partikolari, lill-Kunsill iħaffef l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni; |
24. |
Jistieden lill-Kunsill jorganizza diskussjonijiet regolari fil-livell ministerjali dwar il-funzjonament xieraq taż-żona Schengen, inklużi diskussjonijiet dwar sitwazzjonijiet fejn ir-rapporti ta' evalwazzjoni jkunu wrew nuqqasijiet serji, u b'hekk jassumi r-rwol politiku mogħti lilu mill-proċess ta' evalwazzjoni ta' Schengen; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jipprevjenu kwalunkwe ħaġa li tikkomprometti l-fini ta' dan il-mekkaniżmu, jiġifieri li jiġi ddeterminat jekk ġewx issodisfati l-prekundizzjonijiet kollha għat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni ma' pajjiż kandidat u li tiġi żgurata l-konformità mal-acquis ta' Schengen min-naħa ta' dawk l-Istati Membri fejn huwa stabbilit b'mod sħiħ; |
25. |
Iqis li l-mekkaniżmu futur ta' evalwazzjoni ta' Schengen irid jinkludi evalwazzjoni tal-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, minħabba r-rwol dejjem akbar tagħha f'operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri esterni u ta' ritorn; iqis ukoll li l-mekkaniżmu għandu jsaħħaħ is-sinerġiji tiegħu mal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta; itenni li d-duplikazzjonijiet iridu jiġu evitati u l-evalwaturi ta' Schengen għandhom jingħataw aċċess għar-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà; |
26. |
Ifakkar, fost affarijiet oħra, li d-drittijiet fundamentali jikkostitwixxu komponent globali fl-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri; ifakkar, barra minn hekk, li l-acquis ta' Schengen irid jiġi implimentat f'konformità mal-Karta; jissottolinja, għalhekk, li l-evalwazzjonijiet ta' Schengen iridu jeżaminaw ukoll jekk fil-fruntieri esterni humiex rispettati d-drittijiet fundamentali, inkluża l-projbizzjoni tar-refoulement, id-dritt tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u d-dritt li wieħed ifittex protezzjoni internazzjonali; iqis li l-mekkaniżmu futur għandu jipprevedi li l-esperti tal-FRA jkunu membri formali tat-tim responsabbli għal żjarat fuq il-post għal kwalunkwe evalwazzjoni tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn; iqis li l-aġenziji kollha rilevanti tal-ĠAI għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw; |
27. |
Iqis li meta jiġu skoperti nuqqasijiet serji, dawn ikunu jirrikjedu segwitu ħafna aktar rapidu bil-għan li jiġu rrimedjati mingħajr dewmien; jemmen li definizzjoni ta' “nuqqas serju” u proċedura aċċelerata fil-każ ta' nuqqasijiet bħal dawn jiġu inklużi fil-mekkaniżmu rivedut. iqis li l-katalogi kurrenti tal-aħjar prattiki mhux vinkolanti għandhom jingħataw status formali fid-dritt tal-Unjoni fil-forma ta' manwali, sabiex tiżdied it-trasparenza, u l-evalwazzjonijiet ikunu jistgħu jitqabblu ma' kriterji oġġettivi bħala parametri referenzjarji; |
28. |
Jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-Kummissjoni għad trid tippreżenta r-rapport annwali previst fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, minkejja diversi talbiet mill-Parlament u l-Kunsill biex tagħmel dan; |
29. |
Jisħaq li, sabiex tippromwovi governanza tajba u trasparenza, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom iwettqu xogħolhom b'mod kemm jista' jkun miftuħ; iqis li l-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli fuq is-sit web tagħha informazzjoni dwar il-proċessi ta' evalwazzjoni f'kull Stat Membru u dwar l-issodisfar min-naħa tal-Istati Membri tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill; iqis, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha tipprovdi pjattaforma xierqa għal aċċess sigur u kriptat għal informazzjoni klassifikata tad-dokumenti ta' evalwazzjoni ta' Schengen għall-atturi bi drittijiet ta' aċċess, b'mod partikolari għall-Membri tal-Parlament Ewropew, sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tagħhom tal-kontroll u l-iskrutinju demokratiku; |
30. |
Jinnota li l-Kummissjoni reġgħet żaret il-Kroazja f'Novembru 2020 fir-rigward tal-fruntiera esterna u kkonfermat mill-ġdid li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen kienu ġew issodisfati; jistieden lill-Kroazja tkompli timplimenta azzjonijiet li għaddejjin u tirrimedja kull nuqqas identifikat, speċjalment fir-rigward tat-taħriġ tal-persunal, il-livelli tal-persunal u tal-kapaċità tas-sorveljanza tal-fruntieri tal-art; jinsisti dwar valutazzjoni dettaljata tal-konformità mad-drittijiet fundamentali wara r-rapporti ripetuti minn NGOs u l-midja ta' abbużi, vjolenza u pushbacks minn uffiċjali tal-fruntiera; jilqa' l-istabbiliment ta' mekkaniżmu indipendenti għall-monitoraġġ tal-azzjonijiet tal-uffiċjali tal-pulizija fil-konfront tal-migranti irregolari u l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tivvaluta fl-Istati Membri kollha l-konformità tal-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri mar-rekwiżiti tad-drittijiet fundamentali u biex tieħu l-miżuri neċessarji fil-każ ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem; |
31. |
Jenfasizza n-nuqqasijiet rikorrenti u l-oqsma fejn jista' jsir titjib fis-sistema ta' Schengen identifikati mill-Kummissjoni: traspożizzjoni, implimentazzjoni u applikazzjoni inkompleti jew mhux konformi tal-acquis ta' Schengen rilevanti; numru insuffiċjenti ta' persunal u kwalifiki u/jew taħriġ inadegwati; prattiki nazzjonali diverġenti u inkonsistenti minħabba implimentazzjoni inkoerenti tal-acquis ta' Schengen; strutturi amministrattivi frammentati b'koordinazzjoni u integrazzjoni insuffiċjenti tal-awtoritajiet differenti; u ostakli prattiċi, teknoloġiċi u regolatorji għall-kooperazzjoni maż-żona Schengen; ifakkar li dawn il-problemi jikkostitwixxu ostakli fundamentali għall-funzjonament xieraq taż-żona Schengen u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex finalment jagħtuhom attenzjoni xierqa; |
Użu ta' sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni
32. |
Jinnota l-progress li sar fl-iżvilupp ta' sistemi ġodda tal-IT fuq skala kbira u l-interoperabbiltà bejniethom; jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-aġenziji involuti jirrispettaw l-iskeda ta żmien prevista għall-implimentazzjoni, ħaġa li tipprevedi l-implimentazzjoni tas-sistemi ġodda tal-IT, it-tlestija tar-riformi tas-sistemi eżistenti u l-interoperabbiltà ta' dawk is-sistemi sa tmiem l-2023; jinnota, barra minn hekk, il-ħtieġa ta' qafas legali għall-implimentazzjoni ta' dawk is-sistemi; ifakkar li l-użu ta' dawk is-sistemi se jaffettwa d-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-protezzjoni tad-data tal-persuni li l-informazzjoni tagħhom se tinħażen f'dawn is-sistemi, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu segwiti s-salvagwardji fformulati fl-atti legali li jistabbilixxu dawn is-sistemi matul-l-implimentazzjoni; |
33. |
Ifakkar fir-rwol kruċjali tal-eu-LISA fl-istabbiliment tas-sistemi ġodda tal-IT; jisħaq, barra minn hekk, fuq l-importanza tal-komponenti nazzjonali fl-arkitettura globali ta' dawn is-sistemi u jħeġġeġ lill-Istati Membri jallokaw ir-riżorsi finanzjarji u umani xierqa meħtieġa għal implimentazzjoni f'waqtha; |
34. |
Jilqa' l-ftehim politiku milħuq dwar ir-riforma tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), b'mod partikolari l-istabbiliment ta' skadenza ċara u legalment vinkolanti għall-bidu tal-operazzjonijiet; |
35. |
Jenfasizza ż-żieda sostanzjali fl-attività tal-Bureaux tat-Talba għal Informazzjoni Supplimentari fid-Dħul Nazzjonali (SIRENE) u jtenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri biex isaħħu l-mezzi għad-dispożizzjoni tal-Bureaux ta' SIRENE, filwaqt li jiżguraw riżorsi finanzjarji u umani adegwati sabiex dawn iwettqu l-funzjonijiet tagħhom; |
36. |
Jirrikonoxxi l-istudji mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-użu ta' marki tas-swaba, marki tal-pala tal-id, immaġni tal-wiċċ u DNA fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen; |
37. |
Jikkunsidra li l-Kummissjoni u l-Kunsill ittraskuraw serjament l-obbligi tagħhom wara s-sejba ta' nuqqasijiet serji fl-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen min-naħa tar-Renju Unit matul l-evalwazzjoni tal-2017; ifakkar fit-talba tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Iskrutinju ta' Schengen biex ir-Renju Unit jiġi immedjatament skonnettjat, kif espress fl-ittri lill-Kummissjoni u lill-Presidenza tal-Kunsill tal-15 ta' Ġunju 2020; jinnota li r-Renju Unit, bħala pajjiż terz, m'għadx għandu aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen; jappella għall-monitoraġġ mill-qrib tal-kooperazzjoni kontinwa fis-sigurtà bejn l-UE u r-Renju Unit matul il-perjodu ta' sitt xhur għat-trasferimenti ta' data miftiehma fil-qafas tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit; |
Ċiklu ta' politika pluriennali strateġiku għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri
38. |
Jilqa' l-preżentazzjoni tal-analiżi tar-riskju strateġika għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri ippreżentata mill-Frontex bħala l-ewwel pass taċ-ċiklu politiku l-ġdid; |
Futur ta' Schengen
39. |
Jinnota li l-kriżijiet varji tas-snin reċenti, bħall-pandemija kurrenti, u l-azzjonijiet fil-biċċa l-kbira mingħajr ebda koordinazzjoni u kultant unilaterali meħuda mill-Istati Membri naqqru l-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u poġġew Schengen fir-riskju; huwa konvint li l-isforzi biex jinstabu soluzzjonijiet olistiċi jridu jissaħħu b'mod korrispondenti u li dawn il-miżuri għandhom jiġu armonizzati kif xieraq; jilqa, f'dan il-kuntest, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tadotta strateġija dwar il-futur ta' Schengen, u jilqa' wkoll l-istabbiliment ta' Forum Schengen, li għandu jippermetti wkoll dibattiti politiċi ta' livell għoli dwar l-istat u l-futur ta' Schengen mal-Parlament u l-Kunsill; |
40. |
Iqis li l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar il-kontrolli fil-fruntieri interni, m'għadux adatt għall-iskop tiegħu u jirrikjedi riforma urġenti u sinifikattiva sabiex jissaħħu l-fiduċja reċiproka u s-solidarjetà, u biex jiġu ssalvagwardjati l-integrità u r-restawr sħiħ taż-żona Schengen; jinnota, f'dak ir-rigward, li huma meħtieġa regoli aktar ċari dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika; jisħaq li l-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fil-fruntieri interni tibqa' deċiżjoni għall-Istati Membri individwali, għandha tkun biss miżura estrema, għal perjodu limitat ta' żmien, u sal-punt li l-kontrolli jkunu meħtieġa u proporzjonati għat-theddida serja identifikata, b'attenzjoni partikolari għall-impatt fuq id-dritt għal-libertà ta' moviment u l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni, u għall-effetti li tali kontrolli jista' jkollhom fuq ir-reġjuni tal-fruntiera, filwaqt li tinżamm distinzjoni bejn bażijiet ġuridiċi differenti; iqis li ma' kull proroga tal-kontrolli fil-fruntieri minn Stat Membru, għandhom japplikaw salvagwardji u miżuri ta' sorveljanza addizzjonali u li, f'kull ċirkostanza, tali miżuri għandhom jitneħħew malli r-raġunijiet sottostanti għalihom ma jibqgħux jeżistu; |
41. |
Iqis li għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' konsultazzjoni strutturat u trasparenti fil-każ ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi, sabiex jiġu ddeterminati miżuri ta' mitigazzjoni, jew alternattivi, għall-kontrolli fil-fruntieri interni u regoli uniformi vinkolanti u applikabbli fil-fruntieri esterni; |
42. |
Jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tistabbilixxi Unità ta' Appoġġ għall-Governanza ta' Schengen iddedikata sabiex il-Parlament ikun jista' jeżerċita kif xieraq il-funzjonijiet tiegħu ta' kontroll u skrutinju demokratiku fir-rigward tal-acquis ta' Schengen; |
o
o o
43. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. |
(1) ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1.
(2) ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14.
(3) ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56.
(4) ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27.
(5) ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85.
(6) ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1.
(7) ĠU L 236, 19.9.2018, p. 72.
(9) ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.
(10) ĠU L 188, 12.7.2019, p. 25.
(11) ĠU C 86 I, 16.3.2020, p. 1.
(12) ĠU L 337, 14.10.2020, p. 3.
(13) ĠU C 76, 9.3.2020, p. 106.
(14) Testi adottati, P9_TA(2020)0175.
(15) ĠU C 388, 13.11.2020, p. 18.
(16) Testi adottati, P9_TA(2020)0362.
(17) Testi adottati, P9_TA(2020)0307.
(18) Is-Sitwazzjoni sad-19 ta' Mejju 2021, https://ec.europa.eu/home-affairs/policies/schengen-borders-and-visa/schengen-area_en
(19) Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(20) ĠU C 76, 9.3.2020, p. 106.
(21) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/167 |
P9_TA(2021)0353
ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021/2524(RSP))
(2022/C 99/17)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (O-000031/2021 – B9-0026/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 dwar ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2020)0628), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta' Progress taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) għall-perjodu 2016-2018, |
— |
wara li kkunsidra t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea tat-23 ta' Ġunju 2020, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tas-6 ta' Ottubru 2020 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) fil-Kawża C-66/18 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u dwar Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ ta' Riċerkaturi (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, |
A. |
billi t-tlestija taż-ŻER bil-ksib tal-moviment liberu tar-riċerkaturi u ċ-ċirkolazzjoni libera tal-għarfien u t-teknoloġija xjentifiċi hija prijorità ewlenija għall-Unjoni Ewropea; |
B. |
billi ż-ŻER ipprevediet li tingħeleb il-frammentazzjoni tal-isforzi nazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) permezz tat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn l-oqfsa regolatorji u amministrattivi; |
C. |
billi ż-ŻER ipprovdiet mekkaniżmi importanti biex jiġi żgurat il-moviment liberu tar-riċerkaturi u l-iskambju tat-teknoloġiji tal-għarfien u l-innovazzjoni; billi, barra minn hekk, iż-ŻER hija qafas stabbilit u magħruf sew li jistimula azzjonijiet konġunti transfruntiera tar-R&I bejn ir-riċerkaturi tal-Istati Membri u ċ-“ċentri taż-ŻER”; |
D. |
billi r-riċerka trid tkun ibbażata fuq il-prinċipji fundamentali tal-integrità tar-riċerka, u l-Kodiċi ta' Kondotta Ewropea għall-Integrità tar-Riċerka żviluppat mill-Federazzjoni Ewropea tal-Akkademji għax-Xjenzi u l-Istudji Umanistiċi (ALLEA) għandu jitqies bħala referenza għall-komunità tar-riċerka; billi l-indipendenza u l-oġġettività huma elementi ewlenin tal-bini u taż-żamma tal-fiduċja fix-xjenza; |
E. |
billi l-aċċellerazzjoni tar-R&I fl-Unjoni Ewropea u t-titjib tal-kollaborazzjoni bejn ir-R&I privati u pubbliċi fl-Istati Membri fid-dawl ta' użu bikri mis-suq u l-adozzjoni mis-soċjetà ta' soluzzjonijiet ta' teknoloġiji ġodda u t-titjib ta' dawk eżistenti huma vitali biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tagħna, filwaqt li tinkiseb it-tranżizzjoni diġitali u għall-irkupru tal-ekonomija Ewropea; billi l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja jipprovdi opportunitajiet ekonomiċi għall-UE; billi l-investiment fir-riċerka fundamentali jfisser investiment fil-futur, u billi l-finanzjament ta' tali riċerka ma għandux ikun marbut b'mod intrinsiku mal-profittabbiltà ekonomika; billi l-iskoperti xjentifiċi ewlenin irriżultaw minn riċerka ffinanzjata pubblikament; |
F. |
billi, bħala regola ġenerali, ir-R&I għandhom jirrispettaw il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika; billi huwa importanti li jiġi enfasizzat, madankollu, li l-għażliet teknoloġiċi għandhom jirrispettaw il-qafas ta' politika stabbilit; |
G. |
billi r-R&I huma essenzjali biex jippermettu l-irkupru tal-Ewropa, jappoġġjaw u jaċċelleraw it-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi b'mod soċjalment responsabbli, itejbu s-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-Unjoni, u jsaħħu r-reżiljenza tagħha; |
H. |
billi l-kriżi tal-COVID-19 affettwat ħażin ħafna lir-riċerkaturi żgħażagħ li esperjenzaw kundizzjonijiet tax-xogħol li sejrin għall-agħar u naqqset l-aċċess għal-laboratorji u għal faċilitajiet essenzjali oħra u, b'riżultat ta' dan, għandhom inqas opportunitajiet biex ilestu l-proġetti tagħhom u jiksbu l-kwalifiki meħtieġa għall-avvanz fil-karriera; |
I. |
billi n-nisa jokkupaw biss 24 % tal-ogħla pożizzjonijiet fis-settur tal-edukazzjoni għolja fl-Unjoni Ewropea; billi dawn għadhom mhumiex irrappreżentati biżżejjed fost l-istudenti tad-dottorat f'diversi suġġetti tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija u tal-matematika (STEM), inklużi l-ICT u l-inġinerija, iżda wkoll fl-oqsma tal-manifattura u tal-kostruzzjoni; |
J. |
billi approċċ aktar sinerġetiku għal programmi oħra ta' finanzjament tal-UE u politiki tal-UE jista' jikkapitalizza, b'mod partikolari, fuq il-kapaċitajiet tar-R&I mibnija matul l-aħħar għaxar snin f'pajjiżi bi prestazzjoni aktar baxxa; billi dan ikun jirrikjedi l-ġbir flimkien tar-riżorsi biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet li jippromwovu l-iżvilupp tal-kapital uman u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji innovattivi u mudelli ġodda ta' negozju, kif ukoll biex jiġu appoġġjati l-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura; billi taħlita mmirata ta' investimenti ta' fondi strutturali fl-ambitu tal-prijoritajiet ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti b'inizjattivi eċċellenti ta' R&I appoġġjati mill-Programm Qafas tista' ttejjeb b'mod sinifikanti l-prestazzjoni ta' ċerti reġjuni u ssaħħaħ iż-ŻER b'mod ġenerali; billi f'dan il-kuntest, huwa importanti wkoll li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li jiġi ottimizzat u kkoordinat aħjar l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka fil-livell tal-UE; |
K. |
billi l-approċċ inklużiv tal-Kummissjoni li tallinja ż-ŻER maż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u mal-politika industrijali Ewropea sabiex trawwem sinerġiji bejn dawn il-politiki interdipendenti għandu jwassal għal sinerġiji aktar milli għal kumplessità akbar fiż-ŻER, fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni jew fil-politika industrijali; |
L. |
billi ż-ŻER għandha tikkontribwixxi għall-istrateġiji multipli u għall-impenji internazzjonali tal-UE, bħall-Istrateġija għall-SMEs u dik Diġitali, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU; |
M. |
billi l-ftuħ għad-dinja u l-kollaborazzjoni internazzjonali huma essenzjali għal politiki ta' suċċess tal-UE dwar ir-R&I; billi l-pajjiżi assoċjati mal-Programm Qafas huma parti integrali miż-ŻER u diġà qed jikkontribwixxu għall-għanijiet tagħha; billi l-Viċinat Ewropew jistħoqqlu attenzjoni partikolari; billi l-pajjiżi kollha tiegħu fil-Lvant u fin-Nofsinhar għandhom jibbenefikaw minn skambji xjentifiċi u kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE; |
N. |
billi ż-ŻER ma tistax titlesta mingħajr libertà akkademika ggarantita fl-Unjoni u mingħajr ma jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea relatati mal-libertà akkademika, il-libertà li jiġu stabbiliti istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-libertà li jitwettaq negozju; billi skont il-QĠUE, il-libertà akkademika mhux biss tinkludi dimensjoni individwali sa fejn tkun assoċjata mal-libertà tal-espressjoni u, speċifikament fil-qasam tar-riċerka, il-libertajiet tal-komunikazzjoni, tar-riċerka u tat-tixrid tar-riżultati, iżda wkoll dimensjoni istituzzjonali u organizzazzjonali riflessa fl-awtonomija tal-istituzzjonijiet akkademiċi; |
Objettivi
1. |
Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li tistabbilixxi l-objettivi u l-azzjonijiet strateġiċi li għandhom jiġu implimentati f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, sabiex jiġu pprijoritizzati l-investimenti u r-riformi fir-R&I, biex jintlaħaq l-għan ta' 3 % tal-PDG, biex jittejjeb l-aċċess għall-eċċellenza għar-riċerkaturi madwar l-UE u biex ir-riżultati tar-riċerka jkunu jistgħu jilħqu l-komunità xjentifika, is-soċjetà u l-ekonomija reali, filwaqt li jiġi żgurat li r-R&I ffinanzjati pubblikament jikkontribwixxu b'mod ġenwin għall-benesseri tas-soċjetà; |
2. |
Jistieden lill-Istati Membri jadottaw Patt għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Ewropa li jinkludi l-impenji li ġejjin li għandhom jitwettqu sal-2030: li l-infiq pubbliku fuq ir-R&I jiżdied mil-livell medju attwali ta' 0,81 % tal-PDG għal 1,25 % b'mod ikkoordinat madwar l-UE; li l-finanzjament nazzjonali pubbliku għar-R&I ta' programmi konġunti u sħubiji Ewropej jiżdied mil-livell attwali tiegħu ta' ftit anqas minn 1 % għal 5 %; u li jintlaħaq qbil konġunt dwar l-oqsma ta' prijorità għall-azzjoni taż-ŻER (orizzontali kif ukoll tematiċi); |
3. |
Jissottolinja r-rabta qawwija bejn ir-R&I u l-intraprenditorija, li toħloq opportunitajiet għat-twaqqif ta' unicorns, negozji ġodda u SMEs ġodda; ifakkar fl-importanza li tinħoloq ekosistema diġitali li tikkontribwixxi għall-innovazzjoni teknoloġika u ż-żieda tal-SMEs prinċipalment permezz ta' “Ċentri tal-Innovazzjoni taż-ŻER”; |
4. |
Jirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-universitajiet u tal-istituzzjonijiet akkademiċi fil-ħolqien ta' ekosistemi dinamiċi tar-R&I; jenfasizza r-rwol ċentrali tal-istudenti bħala l-ġenerazzjoni li jmiss ta' innovaturi f'dawn l-ekosistemi; |
5. |
Jinsisti li fil-kuntest taż-ŻER, it-termini “riċerka” u “innovazzjoni” mhumiex limitati għall-innovazzjoni teknoloġika, iżda huma inkorporati bħala suġġetti trażversali ta' rilevanza wiesgħa għall-aspetti kollha tax-xjenzi soċjali u tal-istudji umanitarji u integrati bis-sħiħ f'kull wieħed mill-objettivi ġenerali; |
6. |
Jemmen li r-rieżami taż-ŻER għandu jinkludi approċċ orizzontali għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tar-riċerka, inklużi l-universitajiet; jitlob appoġġ baġitarju akbar għall-alleanzi universitarji, kif ukoll l-istabbiliment ta' qafas abilitanti li jippermetti lill-alleanzi jiżviluppaw b'mod flessibbli; jemmen, barra minn hekk, li l-kooperazzjoni tal-universitajiet ma għandhiex tkun limitata għall-alleanzi biss, iżda li għandhom ikunu disponibbli wkoll aktar skemi ta' finanzjament għall-universitajiet biex jikkooperaw barra mill-alleanzi; |
7. |
Jissottolinja l-importanza li jinħolqu sinerġiji bejn l-edukazzjoni għolja, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħala sħab ġenwini fil-kuntest tar-R&I, kif ukoll alleanzi industrijali, u b'hekk jiġi sfruttat bis-sħiħ ir-rwol doppju tal-universitajiet; itenni, f'dan il-kuntest, l-ħtieġa li jinħolqu kundizzjonijiet u opportunitajiet favorevoli għar-riċerkaturi billi tintuża infrastruttura ta' riċerka ta' kwalità għolja; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura d-disinn inklużiv ta' dawn is-sħubiji bbażati fuq it-trasparenza, rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati u ftuħ kontinwu, u toffri opportunitajiet suffiċjenti għall-parteċipazzjoni ta' tali partijiet ikkonċernati diverġenti; |
8. |
Jissottolinja li kwalunkwe sejħa għall-finanzjament trid tkun trasparenti u mħabbra sew minn qabel; jisħaq ukoll li l-pjanijiet direzzjonali konġunti dwar it-teknoloġija industrijali għandhom iqisu aħjar il-kontribut minn “isfel għal fuq” u l-parteċipazzjoni inklużiva, u ma jqisux l-industrija waħedha bħala s-sors primarju ta' kontribut, iżda jaċċettaw ukoll kontribut mill-aktar R&I reċenti tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, kif ukoll mill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u mis-sħab soċjali; |
9. |
Jistieden lill-Istati Membri jittrasformaw iż-“ŻER il-ġdida” f'politiki u azzjonijiet ta' finanzjament konkreti li għandhom l-għan li jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet “ekoloġiċi” u “diġitali” doppji, l-implimentazzjoni ta' Patt Ekoloġiku Ewropew u strateġija industrijali ambizzjużi, irkupru reżiljenti u ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati; jisħaq fuq l-importanza ta' rabtiet adegwati fl-ekosistemi tal-innovazzjoni u industrijali u l-atturi tagħhom kif ukoll bejniethom, inklużi s-settur akkademiku, l-industrija, is-settur pubbliku f'diversi livelli, il-pubbliku ġenerali u s-soċjetà ċivili madwar l-UE biex jiġi żgurat li r-riżultati tar-riċerka jiġu applikati aktar malajr fl-ekonomija u fis-soċjetà; jissottolinja, f'dan il-kuntest, ir-rwol vitali tal-SMEs fl-indirizzar tal-innovazzjoni u l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-potenzjal tal-SMEs tradizzjonali li għad irid jiġi sfruttat; jenfasizza r-rwol taċ-“ċentri taż-ŻER” bħala għodda biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' xjenza ta' kwalità għolja fil-bliet u r-reġjuni kollha tal-UE, kif ukoll biex tingħata spinta lir-reġjuni fejn hemm opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli; |
10. |
Huwa mħasseb li l-proċess tat-titjib tal-kwalità tas-sistemi tar-R&I qed jonqos u qed juri progress mhux uniformi madwar l-Unjoni (3); |
11. |
Jissottolinja r-rwol importanti li għandhom ir-R&I matul il-pandemija tal-COVID-19 biex isibu soluzzjonijiet multisettorjali u transdixxiplinari biex tingħeleb il-kriżi; jilqa', f'dan ir-rigward, il-pjan ta' azzjoni tal-ERAvsCorona bħala eżempju ta' azzjoni ddefinita malajr u mmirata sew imwettqa flimkien mal-Istati Membri; |
12. |
Jissottolinja li l-pandemija tal-COVID-19 mhux biss uriet l-importanza tal-kooperazzjoni fir-R&I, iżda wkoll tal-prattiki u l-infrastrutturi tax-xjenza miftuħa biex jinstabu malajr soluzzjonijiet għall-ħtiġijiet tas-soċjetà l-aktar esiġenti; jisħaq li ż-ŻER għandha rwol ewlieni biex isir progress fix-xjenza miftuħa u jiġu kondiviżi r-riżultati tar-riċerka, tad-data u tal-infrastruttura, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi kollha li jirriżultaw minn riċerka ffinanzjata pubblikament, awtomatikament, jiġu ppubblikati f'ġurnali b'aċċess miftuħ, filwaqt li r-riżultati u d-data tar-riċerka għandhom isiru disponibbli skont il-prinċipji FAIR (traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riutilizzabbli); |
13. |
Jenfasizza li l-pandemija tal-COVID-19 żiedet id-domanda għal konnettività aħjar u għalhekk aċċellerat it-tranżizzjoni diġitali; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li l-kondiviżjoni tat-teknoloġija u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma tqisux biżżejjed; |
14. |
Jitlob li jintlaħaq bilanċ bejn ir-riċerka fundamentali u aktar riċerka applikata li jwassal għal innovazzjoni konkreta fiż-ŻER kollha, u jissottolinja li t-tnejn huma ta' importanza kruċjali; |
15. |
Jenfasizza li r-riċerka fundamentali tirreferi għall-attivitajiet tax-xjenzati li qed jinvestigaw mistoqsijiet għall-fini tal-bini tal-għarfien, indipendentement mill-profittabbiltà ekonomika jew l-applikabbiltà għal żmien qasir; |
16. |
Jirrimarka li ż-ŻER il-ġdida jeħtieġ li tħaddan bis-sħiħ it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali doppji u tikkontribwixxi għall-aċċellerazzjoni tal-isforz tar-R&I f'dan il-kuntest billi, fost l-oħrajn, tallinja u ssaħħaħ aħjar l-investimenti fir-R&I permezz tal-isfruttar ta' sinerġiji mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), kif ukoll għat-titjib tal-kollaborazzjoni bejn ir-R&I privati u pubbliċi mhux biss fl-Istati Membri iżda wkoll bejniethom, sabiex titħaffef l-adozzjoni mis-soċjetà u l-użu bikri mis-suq ta' teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi li huma vitali biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-UE, kif ukoll biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet ekonomiċi ewlenin ipprovduti mit-tranżizzjonijiet doppji; |
Finanzjament u sinerġiji
17. |
Jisħaq li fid-dawl tal-fatt li l-Ewropa qed tiffaċċja sfidi ekoloġiċi, ekonomiċi u tas-soċjetà urġenti, aggravati mill-kriżi tal-COVID-19, wasal iż-żmien li ż-ŻER tiġi riorganizzata sabiex twassal għall-irkupru tal-Ewropa u tibni mudell soċjalment, ekonomikament u ambjentalment ġdid reżiljenti għall-UE; huwa għalhekk imħasseb dwar il-pass bil-mod tal-allinjament bejn il-politiki nazzjonali u l-politiki miftiehma mal-Istati Membri fil-livell tal-UE; |
18. |
Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-baġits nazzjonali ddedikati għar-R&I; jilqa' f'dan ir-rigward il-konferma mill-ġdid mill-Kunsill tal-objettiv ta' investiment ta' 3 % tal-PDG fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2020; jesprimi dispjaċir għall-fatt li f'dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill ma impenjax ruħu għall-objettiv ta' investiment propost ta' 1,25 % tal-PDG għall-finanzjament pubbliku tar-R&I; |
19. |
Ifakkar fl-importanza tal-kontribut tar-R&I biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi u l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jinkoraġġixxi żieda ġenerali fil-baġits nazzjonali ddedikati għar-R&I fit-teknoloġiji tal-enerġija nadifa, biex b'hekk jitrawmu objettivi nazzjonali u miri ta' finanzjament li jindikaw perkorsi konkreti u rilevanti għall-2030 u l-2050; |
20. |
Jinsisti fuq l-importanza li jinħolqu u jintużaw is-sinerġiji sħaħ bejn l-istrumenti ta' finanzjament Ewropej, speċjalment bejn Orizzont Ewropa, Erasmus+, il-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni, NextGenerationEU, il-Programm tas-Suq Uniku, InvestEU, LIFE +, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-istrumenti ta' azzjoni esterna tal-UE, is-Sħubija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA), EU4Health u l-Programm Ewropa Diġitali, u jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi gwida ċara, sempliċi u prattika u għodod simplifikati lill-Istati Membri dwar kif l-aħjar jiġu implimentati dawn is-sinerġiji fil-kuntesti nazzjonali u reġjonali; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) li se tappoġġja t-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inklużi l-infrastrutturi tar-R&I, u se tikkontribwixxi ħafna għall-implimentazzjoni taż-“ŻER il-ġdida”; |
21. |
Huwa tal-fehma li l-pjanijiet ta' rkupru u n-NextGenerationEU jirrappreżentaw opportunità biex jissaħħaħ it-trijanglu tal-għarfien, il-ħiliet, l-edukazzjoni u r-riċerka; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' rabtiet aktar strutturati mal-inizjattivi biex tissaħħaħ iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u ż-Żona Ewropea tal-Innovazzjoni; jilqa' l-pjan tal-Kunsill li jinkludi t-tisħiħ taż-ŻER fil-pjanijiet nazzjonali ta' rkupru; |
22. |
Jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni, mill-fażi tad-disinn tal-proġetti bejn is-settur akkademiku, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-industrija 'il quddiem, sabiex tiġi promossa x-xjenza, kif ukoll teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi mmirati lejn il-kondiviżjoni tar-riżorsi u l-vantaġġi komplementari, u li jitlestew proġetti ta' innovazzjoni teknoloġika flimkien sabiex jinħolqu prodotti, servizzi jew proċessi lesti għas-suq u jiżdied il-benesseri; jinkoraġġixxi, fil-kuntest taż-“ŻER il-ġdida”, skambji reċiproċi u kollaborazzjoni akbar bejn atturi differenti bl-objettiv li tissaħħaħ l-esperjenza edukattiva, jitħaffef il-proċess tat-trasferiment tal-għarfien, titqajjem sensibilizzazzjoni u jiġu pprovduti soluzzjonijiet biex jingħelbu l-isfidi soċjali, ambjentali u ekonomiċi; |
23. |
Jenfasizza l-potenzjal ta' approċċ multidixxiplinari u ta' diversi partijiet ikkonċernati għall-ekosistemi, li jgħaqqad il-punti b'saħħithom u l-assi kreattivi u kulturali tal-Ewropa; jinnota l-benefiċċji ta' sinerġija maħluqa billi jingħaqdu setturi u dixxiplini xjentifiċi differenti, inklużi l-arti, id-disinn u l-oqsma kreattivi, u x-xjenza soċjali u l-istudji umanitarji; |
24. |
Jirrikonoxxi r-rwol li għandu s-settur privat biex jittejbu l-kapaċitajiet tagħna tar-R&I, jissaħħu l-innovazzjonijiet ġodda u tingħata spinta lill-kompetittività u lis-sostenibbiltà tal-Ewropa; jissottolinja li jista' jinħoloq impatt sinifikanti fuq is-soċjetà, fost l-oħrajn, bl-adozzjoni tal-aħħar għarfien tar-riċerka fin-negozji ġodda, fin-negozji stabbiliti u fl-industrija; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni strateġika fit-tul bejn is-settur akkademiku u n-negozju sabiex isir progress fl-objettivi ta' interess pubbliku u jiġi integrat it-trijanglu tal-għarfien biex jinkisbu eżiti tas-soċjetà aħjar; jisħaq li l-industrija u l-SMEs jista' jkollhom rwol ewlieni fil-kontribuzzjoni għall-investimenti fit-tul u biex jingħeleb “il-wied tal-mewt”, u jistieden lill-Kummissjoni teżamina kif għandhom jiġu sfruttati aħjar is-sinerġiji bejn l-investimenti pubbliċi u privati fir-riċerka u l-innovazzjoni, anke fir-rigward tat-taħriġ, il-ħiliet u l-iżvilupp tal-attività tar-riċerka; |
25. |
Itenni, fil-kuntest taż-“ŻER il-ġdida”, l-importanza li jiġi applikat il-qafas eżistenti tal-proprjetà intellettwali u li jiġu appoġġjati l-Privattiva Unitarja li ġejja u l-flessibbiltajiet kollha meħtieġa, sabiex jintlaħaq bilanċ bejn l-infurzar tad-drittijiet effettivi tal-proprjetà intellettwali u l-spinta għall-innovazzjoni; jenfasizza r-rwol potenzjali tal-Privattiva Unitarja li ġejja fis-simplifikazzjoni tal-proċeduri u fit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi għall-innovaturi Ewropej; |
It-tnaqqis tad-distakk
26. |
Jemmen li wieħed mill-elementi ewlenin għas-suċċess ta' żieda sinifikanti fl-infiq pubbliku fuq ir-R&I jinsab fl-integrazzjoni tal-flussi differenti ta' finanzjament Ewropej, nazzjonali u privati, inkluża l-konverġenza tal-finanzjament permezz tal-Orizzont Ewropa, l-RRF, il-Fondi ta' Koeżjoni tal-UE u l-finanzjament nazzjonali għar-R&Ż; |
27. |
Jitlob li jkun hemm pakkett ambizzjuż ta' Orizzont Ewropa rigward “It-twessigħ tal-parteċipazzjoni u t-tisħiħ taż-ŻER” li jappoġġja l-kollaborazzjonijiet bejn l-Istati Membri sabiex jinkiseb aċċess ibbilanċjat għall-eċċellenza; |
28. |
Jistieden lill-Istati Membri, mill-aktar fis possibbli, filwaqt li jqisu l-irkupru mill-pandemija, biex jappoġġjaw iż-“ŻER il-ġdida” b'riformi u riżorsi nazzjonali li jikkomplementaw l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE permezz tal-implimentazzjoni ta' għodod ġodda, jiġifieri l-parti dwar “It-twessigħ tal-parteċipazzjoni u t-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka” fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa li se tgħin biex jitnaqqas id-distakk fil-prestazzjoni tar-R&I u biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn pajjiżi u reġjuni differenti; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-investimenti u r-riformi fir-R&I; jilqa' l-ħolqien tal-“Forum taż-ŻER għat-Tranżizzjoni” u l-Patt prospettiv għar-R&I; jinnota li s-suċċess tal-patt se jiddependi minn appoġġ wiesa' għalih fis-settur u jitlob għalhekk l-inklużjoni tal-Parlament u tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess tal-iżvilupp tal-Patt; |
29. |
Jirrikonoxxi r-rwol sinifikanti tal-gvernijiet reġjonali fil-promozzjoni tal-politiki tar-R&I, kif ukoll l-importanza tal-ekosistemi reġjonali tar-R&I; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħaddnu forma ta' governanza f'diversi livelli li tinkludi gvernijiet reġjonali u lokali sabiex jittejbu l-ekosistemi reġjonali u ċ-“ċentri taż-ŻER”; |
30. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żgurati sinerġiji bejn iċ-“Ċentri taż-ŻER” u ċentri oħra relatati mar-R&I bħaċ-Ċentri tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), iċ-Ċentri u n-networks tal-Innovazzjoni Diġitali, bħaċ-Ċentri tal-Innovazzjoni Diġitali tal-IA, fost oħrajn, u n-Network Ewropew tal-Intrapriżi; |
31. |
Jinkoraġġixxi inizjattivi li għandhom l-għan li jsaħħu aktar l-investiment fil-ħiliet, fir-riċerka u fl-innovazzjoni fl-Istati Membri li, skont it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea, għadhom jitqiesu bħala innovaturi modesti u moderati; jilqa' l-inizjattivi diġà stabbiliti biex jitnaqqas id-distakk li jiffaċċjaw dawn l-Istati Membri, inkluża l-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali tal-EIT; |
32. |
Jisħaq li ż-ŻER għandha tipprijoritizza l-aċċess għall-eċċellenza, il-mobilità tar-riċerkaturi u l-fluss liberu tal-għarfien, tippromwovi l-inklużività u xxerred l-opportunitajiet fit-territorju kollu tal-Ewropa, issaħħaħ ir-rabtiet u s-sinerġiji bejn komunitajiet differenti tar-R&I, u b'hekk tikkontribwixxi għall-użu sħiħ tal-potenzjal tar-R&I tal-Ewropa; jenfasizza li billi tingħata prijorità lill-eċċellenza, iż-ŻER jista' jkollha rwol ċentrali fit-tnaqqis tad-disparitajiet fl-Unjoni u tgħin biex jiġi eliminat id-distakk fir-riċerka li għadu jeżisti; |
33. |
Jisħaq li l-ħtiġijiet u l-interessi tas-soċjetà għandhom ikunu fiċ-ċentru tar-R&I u li l-involviment taċ-ċittadini, tal-komunitajiet lokali u tas-soċjetà ċivili għandu għalhekk ikun fil-qalba taż-ŻER il-ġdida sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni mis-soċjetà u b'hekk jinkisbu impatt akbar fuq is-soċjetà u fiduċja akbar fix-xjenza; jitlob, għalhekk, li tittejjeb il-komunikazzjoni tax-xjenza u li jitwettqu kampanji ta' sensibilizzazzjoni, kif ukoll li jkun hemm involviment mill-qrib tas-soċjetà ċivili u tal-utenti finali mill-bidu tal-proċessi tar-R&I, inklużi organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta' gruppi f'riskju ogħla ta' esklużjoni bħal persuni b'diżabilità u gruppi oħra sottorappreżentati fis-soċjetà, sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet kritiċi relatati mal-esklużjoni tagħhom fir-R&I, kif ukoll biex jiġi żgurat li t-teknoloġiji u l-innovazzjonijiet żviluppati sussegwentement tabilħaqq iservu lis-soċjetà u mhux bil-kontra; |
34. |
Jilqa' l-pjanijiet tal-Kummissjoni biex ittejjeb l-aċċess għall-istituzzjonijiet ta' eċċellenza u għall-infrastrutturi għar-riċerkaturi minn madwar l-UE; jissottolinja, madankollu, il-ħtieġa ta' appoġġ aktar immirat li għandu l-għan li jgħin biex jiġi eliminat id-distakk fir-R&I fl-Unjoni; |
35. |
Jissottolinja l-importanza li titnaqqas il-frammentazzjoni fl-aċċess għad-data tar-riċerka u jirrikonoxxi l-importanza tal-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (EOSC) fil-kuntest taż-“ŻER il-ġdida” li għandu l-għan li jlaqqa' flimkien il-partijiet ikkonċernati istituzzjonali, nazzjonali u Ewropej, inizjattivi u infrastrutturi tad-data sabiex tiġi żviluppata ekosistema inklużiva tax-xjenza miftuħa fl-UE; jitlob li l-parteċipazzjoni f'inizjattivi ta' xjenza miftuħa u ta' kondiviżjoni tad-data tiġi promossa billi jittejbu l-infrastrutturi Ewropej għall-kondiviżjoni tad-data u billi jitrawwem l-użu tal-istandards tad-data; |
Karrieri
36. |
Jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet biex jidħlu f'karrieri STEM u jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jfasslu miżuri biex itejbu l-kundizzjonijiet għan-nisa ħalli jaqbdu karrieri fir-riċerka u jnaqqsu l-effett tal-mod li bih in-nisa jsiru minoranzi sottorappreżentati fl-oqsma STEM; jitlob li l-attraenza tal-opportunitajiet ta' impjieg għar-riċerkaturi żgħażagħ u għall-gruppi sottorappreżentati tittejjeb, anke fid-dawl tal-kontribut kruċjali tan-nisa għall-attivitajiet xjentifiċi u ta' R&Ż, filwaqt li titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa fis-settur; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet tar-riċerka, inklużi l-universitajiet, biex jappoġġjaw kondizzjonijiet u arranġamenti ta' xogħol flessibbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel fir-R&I, inkluż biex jappoġġjaw il-kondiviżjoni ugwali tar-responsabbiltajiet ta' kura, u jirrieżaminaw il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tar-riċerkaturi sabiex jiġi eliminat il-preġudizzju relatat mal-ġeneru; jinsisti, barra minn hekk, fuq integrazzjoni aħjar tad-dimensjoni tal-ġeneru fil-kontenut tar-R&I u fuq it-titjib tal-ġbir ta' data u riżultati diżaggregati; |
37. |
Jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-inizjattiva tal-ERA4You ta' miżuri ta' mobilità mmirati bil-għan li jappoġġjaw lir-riċerkaturi fl-Istati Membri bi prestazzjoni baxxa fir-R&I biex jitgħallmu u jiżviluppaw l-eċċellenza u jrawmu l-mobilità tar-riċerkaturi bejn l-industrija u s-settur akkademiku; |
38. |
Jieħu nota tat-tnedija tal-Forum taż-ŻER għat-Tranżizzjoni biex jappoġġja lill-Istati Membri fil-koordinazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-finanzjament u r-riformi nazzjonali tar-R&I; |
39. |
Jinnota li ċ-ċirkolazzjoni tat-talenti u l-opportunitajiet tar-R&I jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri; jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom għaċ-ċirkolazzjoni tat-talent bħala moviment ċirkolari bbilanċjat tar-riċerkaturi, u b'hekk jindirizzaw il-problema tal-“eżodu ta' mħuħ”; iqis li l-kisba ta' tali bilanċ tirrikjedi azzjoni fil-livell Ewropew permezz ta' miżuri u strumenti ta' politika; |
40. |
Jenfasizza l-importanza ta' skemi ta' inċentivi li jħeġġu l-mobilità tar-riċerkaturi (Erasmus+, azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie, Kunsill Ewropew tar-Riċerka); ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-istudju dwar miżuri ta' appoġġ għar-riċerkaturi biex jirritornaw lejn l-Unjoni u lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom fl-Unjoni, previst f'Orizzont Ewropa, li jista' jkun għodda utli biex tintwera l-ħtieġa ta' miżuri li jippromwovu r-ritorn tar-riċerkaturi; |
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strumenti u miżuri ulterjuri biex jintlaħaq dan l-għan, pereżempju permezz taċ-Ċentri taż-ŻER u l-ERA4You, l-Azzjonijiet ta' Twessigħ u strumenti ta' appoġġ, sabiex jitfasslu u jiġu implimentati riformi fis-sistemi nazzjonali tar-R&I, bħall-Faċilità ta' Appoġġ għall-Politiki ta' Orizzont; |
42. |
Jilqa' l-inizjattiva li jiġi żviluppat sett ta' għodod biex jiġu appoġġjati l-karrieri fir-riċerka; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni qed tippjana biss li tadottaha sal-2024 u jitlob l-adozzjoni bikrija tagħha sabiex ittejjeb il-mobilità, jiġu żviluppati l-kompetenzi u l-ħiliet, jiġu pprovduti korsijiet ta' taħriġ immirati u ttejjeb l-impjegabbiltà; |
43. |
Jitlob lill-Kummissjoni tidentifika u tkisser l-ostakli persistenti li jiffaċċjaw ir-riċerkaturi meta jikkunsidraw li jiċċaqilqu lejn pajjiżi u reġjuni Ewropej oħra, inklużi ostakli mhux relatati mar-riċerka, bħas-sigurtà soċjali, il-pensjonijiet u l-politiki dwar ir-riżorsi umani li jinvolvu sistemi ta' rikonoxximent u ta' premju, kif ukoll faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jistieden, għal dan il-għan, lill-Kummissjoni u lill-aġenziji nazzjonali jaħdmu flimkien u jtejbu l-ġbir u l-komparabbiltà tal-informazzjoni dwar ir-reklutaġġ u l-mobilità tar-riċerkaturi, u x-xejriet tal-iżvilupp tal-karriera; |
44. |
Jappoġġja l-pjan tal-Kummissjoni li tibni fuq il-fond tal-pensjoni pan-Ewropew għar-riċerkaturi (RESAVER) u tiżviluppa qafas komprensiv tal-karrieri tar-riċerkaturi biex tkompli tippromwovi l-mobilità transfruntiera u transsettorjali, ittejjeb il-komparabbiltà u t-trasparenza fir-rigward tal-opportunitajiet tal-karriera u tattira aħjar talent b'ħiliet għoljin minn pajjiżi terzi; |
45. |
Huwa konvint li r-riċerkaturi huma waħda mill-aktar riżorsi importanti tas-sistemi ta' riċerka, tal-innovazzjoni u tat-tkabbir sostenibbli u li dawn jeħtiġilhom jiġu pprovduti b'kundizzjonijiet adegwati biex iwettqu xogħolhom; jemmen ukoll li l-impjegaturi u l-finanzjaturi għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tax-xogħol għar-riċerkaturi jipprovdu l-flessibbiltà u l-awtonomija meqjusa essenzjali għal prestazzjoni tar-riċerka ta' suċċess, jippermettu kemm lin-nisa kif ukoll lill-irġiel jikkombinaw il-familja u x-xogħol, u jtejbu l-aċċess għall-infrastrutturi, il-qawwa komputazzjonali u l-opportunitajiet; jitlob li l-opportunitajiet offruti mill-mobilità virtwali tar-riċerkaturi jiġu rikonoxxuti b'mod sistematiku; |
46. |
Jenfasizza r-rwol essenzjali tal-ħiliet; huwa tal-fehma li “it-tqegħid tal-għarfien l-ewwel” jirrappreżenta wieħed mill-pilastri kruċjali taż-ŻER il-ġdida; jissottolinja r-rwol tal-universitajiet fil-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, tal-ħiliet u tat-taħriġ mill-ġdid sabiex itejbu l-opportunitajiet għall-ħaddiema kollha u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-ħiliet tas-suq tax-xogħol li jirriżultaw mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u fil-kontribut għal irkupru malajr mill-kriżi tal-COVID-19; |
47. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tidentifika politiki u proċeduri li jistgħu jappoġġjaw il-ġestjoni aħjar tal-karrieri fir-riċerka, inaqqsu l-prekarjetà, jippromwovu l-inklużjoni u d-diversità, u fl-aħħar mill-aħħar iżidu l-kwalità tax-xjenza prodotta; |
Kundizzjonijiet li jippermettu r-riċerka
48. |
Huwa tal-fehma li l-Unjoni għandha tkun mgħammra b'infrastrutturi u b'tagħmir ta' livell dinji sabiex twettaq attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, tappoġġja lill-industriji u lill-SMEs, u tisfrutta l-potenzjal tal-innovazzjoni biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika Ewropea; |
49. |
Jirrikonoxxi l-importanza tal-Forum Strateġiku Ewropew dwar il-pjan direzzjonali tal-Infrastrutturi tar-Riċerka għall-iżvilupp tal-infrastrutturi tar-R&I li jirrappreżentaw pilastru ewlieni taż-ŻER, u jissottolinja l-importanza tal-iżvilupp ta' infrastrutturi pan-Ewropej ġodda; |
50. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti jappoġġjaw lir-riċerkaturi żgħażagħ billi jipprovdu kundizzjonijiet u opportunitajiet adegwati u jadottaw miżuri urġenti, bħall-estensjoni tad-durata tal-għotjiet u tal-proġetti, l-aġġustament tal-iskadenzi u t-titjib tal-aċċess għall-faċilitajiet; |
51. |
Jitlob li jiġi promoss talent ġdid u dak eżistenti u li jiġi pprovdut punt fokali għall-iskambju u l-interazzjoni għar-riċerkaturi fl-istadji kollha tal-karrieri tagħhom, fl-oqsma kollha tal-Intelliġenza Artifiċjali, minħabba li din saret xprunatur ewlieni tal-innovazzjoni, it-tkabbir u l-kompetittività futuri u hija kruċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja s-soċjetà, bħat-tibdil fil-klima, l-enerġija u l-mobilità, ir-riżorsi tal-ikel u naturali, is-saħħa u s-soċjetajiet inklużivi; jenfasizza l-importanza li jitrawwem l-iżvilupp ta' “Ċentri taż-ŻER” madwar l-UE, li jiżdied l-aċċess għal dawn l-għodod u li jingħata kontribut għat-tnaqqis tad-distakk fil-ħiliet f'dak il-qasam; |
52. |
Jenfasizza li huwa kruċjali li tiġi żviluppata malajr EOSC abbażi tal-prinċipji FAIR; huwa mħasseb dwar il-progress bil-mod lejn dan l-objettiv; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taċċellera l-espansjoni tal-EOSC fi spazju affidabbli ta' data dwar ir-R&I; ifakkar fl-importanza li jiġu konnessi l-inizjattivi kollha relatati mal-kondiviżjoni tad-data, bħal dawk relatati mal-ħolqien ta' Spazji Ewropej tad-Data għas-saħħa, l-enerġija, il-manifattura, il-mobilità, l-agrikoltura, il-finanzi, il-ħiliet u l-amministrazzjonijiet pubbliċi; |
Prinċipji
53. |
Jissottolinja li ż-ŻER ma tistax titlesta mingħajr libertà akkademika ggarantita fl-Unjoni; jilqa' l-prinċipju tal-libertà akkademika bħala pilastru fundamentali fiż-ŻER il-ġdida; |
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li ż-ŻER tippromwovi r-rispett għal-libertà akkademika fil-pajjiżi Ewropej kollha sabiex tiġi ggarantita l-eċċellenza xjentifika, u f'konformità mal-Artikolu 13 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
55. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rrispettati l-prattiki etiċi u l-prinċipji etiċi fundamentali, kif ukoll l-istandards etiċi, kif iddokumentati fil-Kodiċijiet tal-Etika nazzjonali, settorjali jew istituzzjonali differenti; ifakkar fl-importanza li jiġu applikati l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 19 tal-Programm Qafas Orizzont Ewropa dwar l-etika għall-programmi ta' riċerka tal-UE; |
56. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-ċittadini jiġu involuti biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' għarfien u innovazzjoni ġodda għas-soċjetà tagħna; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb id-djalogu mas-soċjetà, tqajjem is-sensibilizzazzjoni, tiffavorixxi parteċipazzjoni attiva fl-istadji kollha ta' inkjesta xjentifika, u b'hekk tippermetti liċ-ċittadini jfasslu b'mod konġunt soluzzjonijiet, jikkontribwixxu għall-ideat u joħolqu attitudnijiet kostruttivi fir-rigward tax-xjenza u l-missjoni tagħha; jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti jagħtu attenzjoni speċjali lill-opportunitajiet biex jiġu involuti ż-żgħażagħ u l-istudenti; |
Id-dimensjoni globali
57. |
Jisħaq li l-kooperazzjoni internazzjonali hija komponent importanti li jippermetti lill-ERA ttejjeb il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-ħiliet, u ttejjeb il-kapaċitajiet tar-R&I; |
58. |
Jissottolinja li r-riforma taż-ŻER u l-aġġornament tal-approċċ strateġiku tal-UE u tal-Istati Membri għall-kollaborazzjoni internazzjonali lil hinn miż-ŻER jeħtieġ li jimxu id f'id; jitlob, għalhekk, li tiġi aġġornata l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2012 dwar il-kollaborazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni, li għandha tinkludi approċċ ġdid għall-kollaborazzjoni ma' pajjiżi b'introjtu baxx u medju; |
o
o o
59. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Is-sentenza tas-6 ta' Ottubru 2020, il-Kummissjoni vs l-Ungerija, C-66/18, EU:C:2020:792.
(2) ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67.
(3) Ara r-Rapport dwar il-Progress taż-ŻER tal-2018.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/175 |
P9_TA(2021)0355
Il-każ ta' Ahmadreza Djalali fl-Iran
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar il-każ ta' Ahmadreza Djalali fl-Iran (2021/2785(RSP))
(2022/C 99/18)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012 (1), tad-19 ta' Settembru 2019 dwar l-Iran, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u ċ-ċittadini tal-UE b'ċittadinanza doppja miżmuma priġunieri (2), tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh (3) u tal-31 ta' Mejju 2018 dwar is-sitwazzjoni ta' persuni b'ċittadinanza doppja UE-Iran mitfugħa l-ħabs (4), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet dwar l-Iran tat-18 ta' Marzu 2021 maħruġa mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem li talbu l-ħelsien immedjat ta' Dr Ahmadreza Djalali u tal-25 ta' Novembru 2020 li appellaw lill-Iran biex iwaqqaf l-eżekuzzjoni tiegħu, kif ukoll l-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma tiegħu dwar id-Detenzjoni Arbitrarja tal-24 ta' Novembru 2017 rigward Ahmadreza Djalali (Repubblika Iżlamika tal-Iran), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran tas-26 ta' Ottubru 2020 li tħeġġeġ ir-responsabbiltà għal repressjonijiet vjolenti ta' protesta, u r-rapport tiegħu tal-21 ta' Lulju 2020 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran, |
— |
wara li kkunsidra l-5 Djalogu ta' Livell Għoli UE-Iran tad-9 ta' Diċembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt, dwar it-tortura u trattament krudili ieħor, dwar il-libertà tal-espressjoni online u offline, u dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, li l-Iran huwa firmatarju tiegħu, u s-salvagwardji kontra t-tortura u d-detenzjoni arbitrarja stabbiliti fil-Kostituzzjoni Iranjana, |
— |
wara li kkunsidra l-elezzjoni presidenzjali tal-Iran tat-18 ta' Ġunju 2021, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi ċ-ċittadin Svediż-Iranjan Dr Ahmadreza Djalali, li jispeċjalizza fil-mediċina ta' emerġenza u huwa akkademiku fil-Vrije Universiteit Brussel tal-Belġju u fl-Università del Piemonte Orientale tal-Italja, ġie arrestat fl-24 ta' April 2016 mill-forzi tas-sigurtà Iranjani; billi ġie kkundannat għall-mewt fuq akkużi foloz ta' spjunaġġ f'Ottubru 2017 wara proċess inġust għall-aħħar ibbażat fuq konfessjoni miksuba taħt tortura; billi s-sentenza ġiet ikkonfermata mill-Qorti Suprema tal-Iran fis-17 ta' Ġunju 2018. billi f'ittra li kiteb fil-ħabs ta' Evin f'Tehran, huwa ddikjara li kien inżamm il-ħabs matul vjaġġ fl-Iran talli rrifjuta li jispjuna fuq l-istituzzjonijiet Ewropej; billi fl-24 ta' Novembru 2020 ġie infurmat mill-uffiċċju tal-prosekutur li l-eżekuzzjoni tiegħu kienet imminenti u mbagħad ġie ttrasferit għal reklużjoni solitarja għal aktar minn 100 jum sa April 2021, u wara ġie ttrasferit għal waħda mis-sezzjonijiet ġenerali tal-bini; billi ġie miċħud żjarat u telefonati mal-familja tiegħu fl-Iżvezja; billi l-piena tal-mewt tiegħu ma ġietx mibdula minn mindu ġiet ttrasferit għas-sezzjoni ġenerali; billi kellu biss aċċess intermittenti għall-avukat tiegħu f'dawn l-aħħar seba' xhur u ma kellu l-ebda aċċess qabel dan; |
B. |
billi f'Novembru 2017, il-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja kkonkluda li ċ-ċaħda tal-libertà ta' Dr Ahmadreza Djalali – bi ksur tal-Artikoli 3, 5, 8, 9, 10 u 11 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikoli 7, 9, 10 u 14 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi – hija arbitrarja u talab il-ħelsien tiegħu; |
C. |
billi l-istat tas-saħħa ta' Dr Ahmadreza Djalali sar kritiku wara xhur ta' reklużjoni solitarja fit-tul; billi ilu mċaħħad mill-kura medika minn barra l-ħabs sa mill-2016 u ġie mġiegħel jibqa' f'kamra b'dawl qawwi kontinwament mixgħul; billi l-kundizzjoni fiżika u psikoloġika tiegħu ddeterjorat b'mod sever minn dak iż-żmien 'l hawn, b'sintomi li jinkludu t-tiċħid mill-irqad, telf drammatiku tal-piż u diffikultà biex jitkellem; |
D. |
billi l-Iran b'mod attiv qed jibgħat il-ħabs lil ċittadini barranin sabiex jirrikatta gvernijiet barranin; billi mill-inqas tnax-il ċittadin tal-UE qed jinżammu b'mod arbitrarju fl-Iran; billi l-akkademika Franċiża-Iranjana Fariba Adelkhah, Direttur tar-Riċerka f'Sciences Po f'Pariġi, ilha arrestata b'mod arbitrarju minn Ġunju 2019, l-ewwel fil-ħabs ta' Evin u mbagħad taħt arrest domiċiljari minn Ottubru 2020; billi l-fotografu Franċiż Benjamin Brière ilu miżmum arbitrarjament mis-26 ta' Mejju 2020 fil-ħabs ta' Mashhad u billi akkużi ta' spjunaġġ tressqu kontrih fit-30 ta' Mejju 2021; billi Nahid Taghavi, ċittadina Ġermaniża-Iranjana, ilha miżmuma b'mod arbitrarju minn Ottubru 2020 fil-ħabs ta' Evin taħt akkużi dubjużi ta' sigurtà nazzjonali; billi l-Iran ma jirrikonoxxix iċ-ċittadinanza doppja, u b'hekk jillimita l-aċċess tal-ambaxxati barranin għaċ-ċittadini tagħhom b'ċittadinanza doppja; |
E. |
billi l-Iran qed iżomm ukoll b'mod arbitrarju liċ-ċittadini tiegħu stess f'kundizzjonijiet miżeri; billi l-qrati spiss jiċħdu lill-konvenuti d-dritt ta' proċess ġust u jirrestrinġu l-konsulenza legali u ż-żjarat minn awtoritajiet konsulari u min-NU u organizzazzjonijiet umanitarji; billi s-sentenzi spiss ikunu bbażati fuq allegazzjonijiet mhux sostanzjati; billi s-sistema ġudizzjarja u l-imħallfin tal-Iran huma bogħod milli jkunu indipendenti u ma jissodisfawx l-istandards internazzjonali; billi l-awtoritajiet Iranjani ma investigawx allegazzjonijiet ta' tortura u każijiet serji oħra ta' ksur tad-drittijiet tad-detenuti; billi l-fastidju ġudizzjarju qed jintuża biex isikket lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; |
F. |
billi l-Iran għandu l-ogħla numru ta' eżekuzzjonijiet fid-dinja għal kull abitant; |
G. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha kontinwament impenjaw ruħhom f'taħditiet diplomatiċi biex itejbu r-relazzjonijiet mal-Iran, u dan wassal għall-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt fit-18 ta' Ottubru 2015; billi l-UE tibqa' impenjata li ttejjeb ir-relazzjonijiet taħt ċerti kundizzjonijiet; billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huwa komponent essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri ta' dawn ir-relazzjonijiet; |
1. |
Jistieden lill-Iran, taħt il-President Ebrahim Raisi li għadu kif ġie elett, biex iwaqqaf l-eżekuzzjoni imminenti tal-akkademiku Svediż-Iranjan Dr Ahmadreza Djalali, biex jagħtih maħfra u jeħilsu immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, u biex jippermettilu jirritorna lejn il-familja tiegħu fl-Iżvezja; jikkundanna bil-qawwa t-tortura, id-detenzjoni arbitrarja u l-piena tal-mewt tiegħu fuq akkużi mhux sostanzjati kif dokumentat fl-opinjoni tal-2017 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-Detenzjoni Arbitrarja; iħeġġeġ lill-Iran, sakemm dan ta' hawn fuq jibqa' pendenti, jikkonċedilu immedjatament kuntatt regolari mal-familja u l-avukat tiegħu, jiggarantixxi s-sikurezza tiegħu u jipprovdilu kura medika urġenti u adegwata; jistieden lill-Iran biex jieqaf jhedded lill-familja tiegħu fl-Iżvezja u fl-Iran; |
2. |
Jiddeplora l-politika stabbilita tal-Iran ta' detenzjoni arbitrarja ta' ċittadini tal-UE, tar-Renju Unit u ta' ċittadini oħra biex jikseb mingħandhom konfessjonijiet politiċi; |
3. |
Iħeġġeġ lill-Iran iwaqqa' minnufih l-akkużi kollha kontra Dr Ahmadreza Djalali, kif ukoll iċ-ċittadini kollha tal-UE miżmuma b'mod arbitrarju, inklużi ċ-ċittadini Ġermaniżi Nahid Taghavi u Jamshid Sharmahd, iċ-ċittadini Franċiżi Benjamin Brière u Fariba Adelkhah, li għadha taħt projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar, u ċ-ċittadini Awstrijaċi Kamran Ghaderi u Massud Mossaheb, kif ukoll iċ-ċittadini tar-Renju Unit Morad Tahbaz, Anoosheh Ashoori, Mehran Raoof u Nazanin Zaghari-Ratcliffe, li tibqa' taħt arrest domiċiljari; |
4. |
Jiddispjaċih profondament dwar il-fatt li mir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta' Diċembru 2020, l-ebda Stat Membru tal-UE ma rnexxielu jżur ċittadini tal-UE miżmuma b'mod arbitrarju, inkluż Dr Ahmadreza Djalali; itenni l-appell urġenti tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u lill-Istati Membri tal-UE biex jagħmlu ħilithom kollha biex jipprevjenu l-eżekuzzjoni ta' Dr Ahmadreza Djalali; |
5. |
Jistieden lill-Kunsill jikkunsidra aktar sanzjonijiet immirati, inkluż l-iffriżar tal-assi tal-uffiċjali u l-entitajiet tar-reġim Iranjan involuti fid-detenzjoni arbitrarja u l-għoti ta' pieni tal-mewt lil ċittadini tal-UE, inkluż, fil-każ tad-detenzjoni kontinwa ta' Dr Ahmadreza Djalali, jew bl-użu tar-reġim ta' sanzjonijiet attwali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem kontra l-Iran jew ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE); |
6. |
Jilqa' ż-żieda, wara r-rwol tagħhom fil-qtil ta' mill-inqas 303 dimostranti fl-2019, ta' tmien individwi Iranjani u tliet entitajiet Iranjani għar-reġim ta' sanzjonijiet tal-UE fit-12 ta' April 2021, li poġġihom taħt l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar; jinnota li din hija l-ewwel darba li l-UE ħadet deċiżjoni bħal din mill-2013 'l hawn; |
7. |
Itenni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għall-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha u jenfasizza li ma tista' tintuża l-ebda ġustifikazzjoni morali, legali jew reliġjuża; jistieden lill-Iran jintroduċi moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt, bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha; |
8. |
Jistieden lill-Iran jeħles ukoll lill-priġunieri politiċi, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, peress li dawn ġew miżmuma b'mod arbitrarju sempliċement talli eżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom għal-libertajiet tal-espressjoni, tat-twemmin, tal-assoċjazzjoni, tal-pubblikazzjoni, tal-għaqda paċifika u tal-libertà tal-midja; jistieden lill-Iran jinvestiga b'mod xieraq l-uffiċjali responsabbli għall-każijiet ta' ksur serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-użu ta' forza eċċessiva u letali fuq id-dimostranti; jiddenunzja l-użu sistematiku ta' reklużjoni solitarja fit-tul bi ksur tal-obbligi internazzjonali tal-Iran; |
9. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill iqajjem il-każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet bilaterali tiegħu mal-Iran, f'konformità mad-dikjarazzjoni maħruġa b'mod konġunt mill-VP/RGħ u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan f'April 2016; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jkompli jqajjem kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tad-Djalogu ta' Livell Għoli UE-Iran; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-protezzjoni u l-appoġġ tagħhom għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari n-nisa, inkluż permezz ta' għotjiet ta' emerġenza fil-qafas tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem; |
10. |
Jikkundanna bil-qawwa s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li qed tiddeterjora b'mod sostnut fl-Iran għall-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi reliġjużi u etniċi, minħabba diskriminazzjoni politika, ekonomika, soċjali u kulturali sistematika; jiddeplora l-eskalazzjoni allarmanti fl-użu tal-piena tal-mewt kontra d-dimostranti, id-dissidenti u l-membri ta' gruppi minoritarji; |
11. |
Jistieden lill-Iran jippermetti żjarat mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u jikkoopera bis-sħiħ mal-proċeduri speċjali kollha tiegħu, inkluż ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran; |
12. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Mexxej Suprem u lill-President tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran u lill-Membri tal-Majles tal-Iran. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0376.
(2) ĠU C 171, 6.5.2021, p. 17.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/178 |
P9_TA(2021)0356
Hong Kong, b'mod partikolari l-każ ta' Apple Daily
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar Hong Kong, b'mod partikolari l-każ ta' Apple Daily (2021/2786(RSP))
(2022/C 99/19)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti kollha tiegħu dwar Hong Kong, b'mod partikolari dawk tal-21 ta' Jannar 2021 dwar ir-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika f'Hong Kong (1), tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-liġi tal-PRC dwar is-sigurtà nazzjonali għal Hong Kong u l-ħtieġa li l-UE tiddefendi l-livell għoli ta' awtonomija ta' Hong Kong (2), tat-18 ta' Lulju 2019 dwar is-sitwazzjoni f'Hong Kong (3) u tal-24 ta' Novembru 2016 dwar il-każ ta' Gui Minhai, pubblikatur inkarċerat fiċ-Ċina (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina, b'mod partikolari dawk tal-20 ta' Mejju 2021 dwar il-kontrosanzjonijiet Ċiniżi fuq entitajiet tal-UE, Membri tal-PE u Deputati nazzjonali (5), tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-qagħda tar-relazzjonijiet UE-Ċina (6) u tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar ir-relazzjonijiet UE-Ċina (7), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar Hong Kong, 20 sena wara li għadda f'idejn iċ-Ċina (8), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Membri tal-Parlament Ewropew David McAllister u Reinhard Bütikofer dwar il-liġi l-ġdida dwar is-sigurtà nazzjonali f'Hong Kong tal-1 ta' Lulju 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2020, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tat-23 ta' Ġunju 2021 dwar l-għeluq tal-operazzjonijiet f'Hong Kong ta' Apple Daily u tas-17 ta' April 2021 dwar is-sentenzjar ta' attivisti favur id-demokrazija f'Hong Kong, id-dikjarazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2021 tal-VP/RGħ dwar il-bidliet fis-sistema elettorali ta' Hong Kong, id-dikjarazzjonijiet tal-VP/RGħ f'isem l-UE tal-11 ta' Marzu 2021 dwar is-sistema elettorali ta' Hong Kong u tas-7 ta' Jannar 2021 dwar l-arrest tal-massa ta' persuni involuti fl-elezzjonijiet primarji favur id-demokrazija ta' Lulju 2020, u l-istqarrijiet u d-dikjarazzjonijiet l-oħrajn kollha dwar is-sitwazzjoni f'Ħong Kong, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ tat-2 ta' Mejju 2021 f'isem l-UE fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għal-Libertà tal-Istampa, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-UE dwar l-iżviluppi politiċi u ekonomiċi fl-2020 tat-12 ta' Marzu 2021, |
— |
wara li kkunsidra t-13-il Djalogu Strutturat Annwali, li sar f'Hong Kong fit-28 ta' Novembru 2019, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Lulju 2020 dwar Hong Kong, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tas-16 ta' Diċembru 1966, u t-tħassib imqajjem mill-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fil-Lista ta' Kwistjonijiet tiegħu dwar Hong Kong tas-26 ta' Awwissu 2020, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-24 ta' Ġunju 2021 tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, li l-liġi l-ġdida dwar is-sigurtà nazzjonali ta' Hong Kong kienet qed twassal lill-ġurnalisti biex “jiċċensuraw lilhom infushom” biex jevitaw li jħabbtu wiċċhom ma' “reati fformulati b'mod vag”, u d-dikjarazzjoni tagħha tal-21 ta' Ġunju 2021 waqt is-47 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-appell tal-esperti tan-NU tas-26 ta' Ġunju 2020 għal miżuri deċiżivi favur il-protezzjoni tal-libertajiet fundamentali fiċ-Ċina, |
— |
wara li kkunsidra l-adozzjoni tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali f'Hong Kong mill-Kumitat Permanenti tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu Ċiniż fit-30 ta' Ġunju 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikat tas-Summit tal-G7 tat-13 ta' Ġunju 2021 u d-dikjarazzjoni tal-G7 tat-12 ta' Marzu 2021 dwar il-bidliet elettorali f'Hong Kong, |
— |
wara li kkunsidra l-Liġi Bażika tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong (HKSAR), adottata fl-4 ta' April 1990, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1997, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Gvern tar-Renju Unit u tal-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-Kwistjoni ta' Hong Kong tad-19 ta' Diċembru 1984, magħrufa wkoll bħala d-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Brittanika, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2019 bit-titolu “UE-Ċina – Perspettiva strateġika” (JOIN(2019)0005), |
— |
wara li kkunsidra l-politika ta' “Ċina Waħda” tal-UE u l-prinċipju ta' “pajjiż wieħed, żewġ sistemi”, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt għandhom jibqgħu fil-qofol tar-relazzjoni twila ta' bejn l-UE u ċ-Ċina, bi qbil mal-impenn tal-UE li tiddefendi dawn il-valuri fl-azzjoni esterna tagħha u l-interess li wriet iċ-Ċina li tirrispettahom fl-iżvilupp u fil-kooperazzjoni internazzjonali tagħha; |
B. |
billi fis-17 ta' Ġunju 2021, 500 pulizija armat ta' Hong Kong wettqu rejd fl-uffiċċji tal-akbar gazzetta favur l-oppożizzjoni, l-Apple Daily, ġiegħlu lill-ġurnalisti jitilqu min-newsroom, u fittxew fil-kompjuters, telefons u materjal ġurnalistiku tal-ġurnalisti, fl-ewwel każ li fih l-awtoritajiet qiesu li xi artikli tal-midja setgħu kisru l-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali ta' Hong Kong; billi ħamsa mill-eżekuttivi għolja u l-edituri tal-karta ġew arrestati, inklużi l-Kap Editur Ryan Law, il-Kap Eżekuttiv Cheung Kim-hung, l-Uffiċjal Operattiv Ewlieni Royston Chow, il-Pubblikatur Assoċjat Chan Puiman u d-Direttur ta' Apple Daily Digital Cheung Chi-wai; |
C. |
billi, skont kelliem tal-pulizija ta' Hong Kong, id-diriġenti u l-edituri tal-gazzetta ġew arrestati minħabba r-rwol tagħhom fil-pubblikazzjoni ta' aktar minn 30 artiklu li kienu jitolbu lill-pajjiżi barranin jimponu sanzjonijiet b'rabta mal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali; billi dawn it-talbiet ġew ikkunsidrati mill-awtoritajiet ta' Hong Kong bħala kollużjoni ma' pajjiżi barranin li tipperikola s-sigurtà nazzjonali; |
D. |
billi fit-23 ta' Ġunju 2021, il-pulizija arrestat ukoll lill-kittieb editorjali tar-rivista China Beat ta' Apple Daily Yeung Ching-kee (magħruf ukoll bħala Li Ping) u akkużatu wkoll b'“konfoffa biex jikkolludi ma' forzi barranin”, filwaqt li l-kittieb editorjali anzjan ta'Apple Daily Fung Wai-kwong (magħruf ukoll bħala Lo Fung) ġie arrestat fis-27 ta' Ġunju 2021 għall-istess reat; |
E. |
billi, wara l-iffriżar tal-assi kollha tagħha (madwar EUR 2 miljun) mill-awtoritajiet ta' Hong Kong abbażi tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali, Apple Daily ġiet imġiegħla tagħlaq definittivament fl-24 ta' Ġunju 2021 wara 26 sena ta' attività; billi aktar minn 800 membru tal-persunal ta' Apple Daily tilfu l-impjieg tagħhom u x'aktarx ma jerġgħux jiġu impjegati f'Hong Kong; |
F. |
billi l-fundatur ta' Apple Daily, Jimmy Lai, qed jiskonta piena ta' 20 xahar ħabs għall-involviment tiegħu fil-moviment ta' protesta tal-2019 u qed jiffaċċja aktar akkużi fl-ambitu tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali li possibbilment iwasslu għal sentenza ta' għomor il-ħabs; billi Apple Daily dejjem kienet vuċi miftuħa u kritika fil-konfront tat-tmexxija taċ-Ċina u ta' Hong Kong u kienet l-unika gazzetta bil-lingwa Ċiniża f'Hong Kong li kienet ħielsa mill-kontroll tal-Gvern Ċiniż; |
G. |
billi l-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali ppermettiet li uffiċjal wieħed, jiġifieri s-Segretarju għas-Sigurtà ta' Hong Kong, jiffriża l-assi kollha ta' Apple Daily, mingħajr akkuża formali jew proċess ġust, sempliċiment abbażi ta' allegazzjonijiet ta' ksur tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali; billi tali proċedura tista' tiġi applikata għal kwalunkwe entità kkwotata fil-borza jew għal kwalunkwe kumpanija li sempliċiment tagħmel negozju f'Hong Kong; |
H. |
billi t-30 ta' Ġunju 2021 kien l-ewwel anniversarju tad-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali; billi l-awtoritajiet kienu ħabbru li l-liġi kien se jkollha fil-mira tagħha biss “minoranza estrema” li thedded is-sigurtà pubblika; billi, madankollu, matul perjodu ta' sena, il-liġi ġiet applikata biex iżżarma kompletament is-soċjetà ħielsa ta' Hong Kong fuq kważi kull front, abbażi ta' sensiela ta' akkużi definiti b'mod vag bħal “subverżjoni”, “seċessjoni” u “kollużjoni ma' forzi barranin”, u ttrasformat għall-aħħar ix-xenarju politiku u ġuridiku ta' Hong Kong u ħonqot il-libertà tal-istampa u l-espressjoni libera tal-opinjonijiet; billi s-sigurtà nazzjonali ntużat biex tiġġustifika ċ-ċensura, il-fastidju, l-arresti u l-prosekuzzjonijiet li sistematikament kellhom fil-mira tagħhom lir-rappreżentanti politiċi u eletti, lill-attivisti, lill-istudenti u lill-ġurnalisti fil-kamp favur id-demokrazija; billi huwa stmat li 128 persuna ġew arrestati fl-ambitu tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali u 64 persuna ġew akkużati formalment, li minnhom 47 bħalissa jinsabu f'arrest preventiv; billi l-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali tikser kompletament il-prinċipju ta' “pajjiż wieħed, żewġ sistemi”; billi l-erożjoni tal-libertajiet tal-istampa tmur ukoll kontra l-aspirazzjoni ta' Hong Kong bħala ċentru kummerċjali internazzjonali; |
I. |
billi, mid-dħul fis-seħħ tagħha, il-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali ntużat biex tintimida, tattakka u saħansitra tagħmel ħsara lill-ġurnalisti u lill-media, li kienu diġà bdew iħallu l-impjieg tagħhom b'riżultat ta' dan; billi mill-inqas 10 ġurnalist u difensuri tal-libertajiet tal-istampa bħalissa qed jiffaċċjaw sentenzi potenzjali ta' għomor il-ħabs; billi l-għeluq furzat ta' Apple Daily, ibbażat fuq akkużi li l-attivitajiet tagħha jikkostitwixxu theddida għas-sigurtà nazzjonali, jikkostitwixxi t-tmiem definittiv tal-libertà tal-media u tal-libertà tal-espressjoni f'Hong Kong; |
J. |
billi fis-27 ta' Ġunju 2021, Stand News, entità tal-media indipendenti oħra, ħabbret li kienet ħassret l-artikoli kollha tal-opinjoni mis-sit web tagħha filwaqt li sitt diretturi tagħha rriżenjaw; billi l-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti ta' Hong Kong wissiet sabiex ma jkunx hemm aktar arresti ta' ġurnalisti u rrappurtat li l-awtoritajiet fasslu lista ta' individwi li għandhom jiġu arrestati fl-ambitu tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali; |
K. |
billi mill-inqas żewġ imħallfin barranin irriżenjaw mill-pożizzjoni tagħhom u kkwotaw l-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali bħala r-raġuni ewlenija; billi f'Ġunju ta' din is-sena l-leġiżlaturi favur Beijing intervjenew b'suċċess, għall-ewwel darba, fil-ħatra ta' mħallef anzjan fil-Qorti tal-Appell Finali ta' Hong Kong, f'dak li jidher li huwa l-ewwel pass konkret fit-tentattiv li tiġi mminata l-indipendenza tal-ġudikatura; |
L. |
billi l-awtoritajiet ta' Hong Kong introduċew hotline għall-informaturi fil-qafas tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali; billi l-materjal edukattiv u l-kurrikuli fl-iskejjel primarji u sekondarji, inklużi l-iskejjel internazzjonali li fihom jattendu t-tfal barranin, issa qed jiġu eżaminati abbażi tal-prinċipji tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali; |
M. |
billi 10 personalitajiet prominenti favur id-demokrazija, jiġifieri Martin Lee, Albert Ho, Jimmy Lai, Margaret Ng, Cyd Ho, Lee Cheuk-yan, Leung Kwok-hung, Au Nok-hin, Leung Yiu-chung u Yeung Sum, fis-16 ta' April 2021 f'Hong Kong, ġew ikkundannati f'żewġ każijiet separati, għall-involviment paċifiku tagħhom fil-protesti; billi s-sentenzi tagħhom ivarjaw minn sentenzi ta' ħabs li jvarjaw bejn 8 u 18-il xahar, u sentenzi ta' ħabs sospiżi li jvarjaw minn 8 sa 12-il xahar f'ħamsa mill-każijiet; billi dawn l-aħħar deċiżjonijiet isegwu l-kundanna ta' Joshua Wong u Sze-yiu Koo fit-13 ta' April 2021; billi l-priġunerija twila ta' wħud mill-individwi għal atti mhux vjolenti meta eżerċitaw drittijiet ċiviċi protetti hija sinjal ulterjuri tat-tnaqqis kontinwu tal-ispazju demokratiku u l-erożjoni tal-libertajiet fundamentali f'Hong Kong; |
N. |
billi l-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali de jure u de facto qed tikser b'mod ċar id-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Brittanika tal-1984 u l-Liġi Bażika tal-1990 tal-HKSAR, li tiggarantixxi l-awtonomija u l-indipendenza tal-poteri eżekuttivi, leġiżlattivi u ġudizzjarji tal-pajjiż, kif ukoll id-drittijiet u l-libertajiet bażiċi bħal-libertà tal-kelma, tal-għaqda, tal-assoċjazzjoni u tal-istampa għal 50 sena wara t-trasferiment tas-sovranità; billi l-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali timpedixxi wkoll lil Hong Kong milli jikkonforma mal-obbligi internazzjonali tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-ICCPR; billi kemm id-Dikjarazzjoni Konġunta kif ukoll il-Liġi Bażika jistabbilixxu l-prinċipju ta' “pajjiż wieħed, żewġ sistemi” kif miftiehem bejn iċ-Ċina u r-Renju Unit; |
O. |
billi l-UE u l-Parlament Ewropew dejjem appoġġjaw bis-sħiħ il-prinċipju ta' “pajjiż wieħed, żewġ sistemi” u l-preservazzjoni tal-livell għoli ta' awtonomija ta' Hong Kong f'konformità mal-Liġi Bażika u l-impenji internazzjonali, u billi l-UE għandha interess qawwi fit-tkomplija tal-istabbiltà u l-prosperità ta' Hong Kong skont dan il-prinċipju; billi fiċ-ċirkostanzi attwali dawn il-prinċipji qegħdin jiddgħajfu u jinġiebu fix-xejn b'mod inevitabbli u irriversibbli; |
P. |
billi l-UE għad għandha tħassib serju rigward il-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal Hong Kong; billi din hija kwistjoni sensittiva, b'konsegwenzi estensivi għal Hong Kong u l-poplu tiegħu, għaċ-ċittadini tal-UE u dawk barranin, għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-UE u internazzjonali, kif ukoll għall-fiduċja kummerċjali f'Hong Kong; billi d-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali jżid ir-riskji għaċ-ċittadini tal-UE; |
Q. |
billi, skont ir-rapport annwali ta' Human Rights Watch, iċ-Ċina tinsab f'nofs l-aktar perjodu oskur tagħha f'dak li jirrigwarda d-drittijiet tal-bniedem minn mindu seħħ il-massakru tal-Pjazza Tiananmen; |
R. |
billi l-ġurnalisti li jaħdmu max-xandar pubbliku tal-Macao ġew ordnati jippromwovu “l-patrijottiżmu, ir-rispett u l-imħabba” lejn iċ-Ċina, u mill-inqas sitt ġurnalisti rriżenjaw wara l-introduzzjoni ta' regoli editorjali ġodda, liema fatt juri li t-tħassib rigward il-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali jaffettwa wkoll reġjuni oħra; billi l-Liġi Bażika tal-Macao tipproteġi wkoll il-libertà tal-istampa u se tibqa' fis-seħħ sal-2049; |
S. |
billi dikjarazzjoni konġunta maħruġa mill-Kanada f'isem 44 Stat, l-ogħla għadd ta' firmatarji sa issa, fosthom 23 Stat Membru tal-UE, ġiet adottata fis-sessjoni li għaddejja bħalissa tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU; |
1. |
Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-għeluq furzat tal-gazzetta Apple Daily, it-tkomplija tal-iffriżar tal-assi tagħha u l-arresti tal-ġurnalisti tagħha bħala pass ieħor min-naħa tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina biex iżżarma s-soċjetà ħielsa f'Hong Kong u ttemm b'mod definittiv il-libertà tal-midja u l-libertà tal-espressjoni f'Hong Kong; |
2. |
Jinsab allarmat bid-deterjorament mgħaġġel tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Hong Kong u b'mod aktar speċifiku bl-attakki miftuħa kontra l-libertà tal-kelma u l-libertà tal-istampa, hekk kif ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina qed tkompli twettaq repressjoni bla preċedent fuq il-libertajiet fundamentali, li żvolġiet f'emerġenza tad-drittijiet tal-bniedem, u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tieħu azzjoni urġenti u determinata; |
3. |
Jesprimi l-akbar solidarjetà tiegħu mal-ġurnalisti kollha ta' Hong Kong li, minkejja d-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali, baqgħu jirsistu biex jiddefendu l-libertà tal-midja u l-ġurnaliżmu indipendenti u biex ikomplu jirrappurtaw dwar l-evoluzzjoni drammatika tal-avvenimenti f'Hong Kong; jistieden lill-awtoritajiet ta' Hong Kong itemmu l-fastidju ġuridiku kollu u l-intimidazzjoni kollha diretti lejn il-ġurnalisti u jistinkaw għall-protezzjoni u s-sikurezza tal-ġurnalisti kontra kull forma ta' vjolenza, pressjoni, diskriminazzjoni, proċedimenti ġuridiċi inġusti u t-tentattivi kollha li għandhom l-għan li jżommuhom milli jwettqu l-missjoni tagħhom jew li jdgħajfu l-kapaċità tagħhom li jagħmlu dan skont in-normi internazzjonali, speċjalment l-Artikoli 19 u 21 tal-ICCPR dwar id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u d-dritt għal-libertà tal-għaqda paċifika; |
4. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' Hong Kong jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lill-ġurnalisti kollha, kif ukoll lid-dimostranti paċifiċi, lill-attivisti u lir-rappreżentanti politiċi kollha, li sempliċement eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u drittijiet oħra tal-bniedem u li sfaw arrestati fuq akkużi skont il-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali, u jħeġġiġhom iwaqqgħu l-akkużi kollha kontrihom; jitlob li jieqfu l-prosekuzzjonijiet politikament motivati u proċeduri ġuridiċi oħra fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi bil-għan li jsikktu l-vuċijiet ta' kritika u jiskoraġġixxu lin-nies milli jipparteċipaw fl-isfera pubblika; |
5. |
Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali fit-30 ta' Ġunju 2020, liġi li tikser l-impenji u l-obbligi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont id-dritt internazzjonali, jiġifieri d-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Brittanika, u tikkostitwixxi attakk komprensiv fuq il-livell għoli ta' awtonomija, l-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali tal-belt; jirrikonoxxi li l-liġi ntużat bosta drabi bħala bażi biex kandidati elettorali u politiċi jiġu skwalifikati u mitfugħin il-ħabs, biex studenti jiġu arrestati minħabba pubblikazzjonijiet li jkunu tellgħu fuq il-midja soċjali u biex jiġu pprojbiti slogans ta' protesta komuni; jisħaq li l-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali timpedixxi li jkun hemm relazzjoni ta' fiduċja bejn iċ-Ċina u l-UE, iddgħajjef il-kooperazzjoni futura u twassal għad-deterjorament ulterjuri tal-kredibbiltà ta' Beijing fix-xena internazzjonali; |
6. |
Jikkundanna kwalunkwe tentattiv biex l-attivisti favur id-demokrazija jiġu mġiegħla jisktu, inkluż l-imblukkar ta' siti web favur id-demokrazija, fuq il-bażi tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali; itenni li l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni hija dritt fundamentali minqux fid-dritt nazzjonali ta' Hong Kong u f'dak internazzjonali; |
7. |
Jesprimi tħassib serju dwar il-prattiki rappurtati ta' detenzjoni sigrieta, tortura u trattament ħażin, kif ukoll konfessjonijiet furzati min-naħa tal-forza tal-pulizija ta' Hong Kong u fil-ħabsijiet ta' Hong Kong, inkluż tħassib dwar individwi li bħalissa qed jistennew proċess u li qed jinżammu f'iżolament għal perjodi twal; |
8. |
Jikkundanna r-restrizzjonijiet emerġenti fuq l-indipendenza tal-ġudikatura u ż-żieda fil-politiċizzazzjoni tal-qrati; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiġi evitat, bħala l-pass li jmiss, l-iżmantellar tal-ġudikatura indipendenti ta' Hong Kong u jistieden lis-SEAE jħejji rapport pubbliku dettaljat dwar l-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura flimkien mar-rapport annwali dwar Hong Kong; |
9. |
Jesprimi tħassib dwar il-bidliet li ġew adottati dan l-aħħar fil-liġi elettorali ta' Hong Kong, li jintroduċu prinċipju ta' “patrijotti biss” u jistabbilixxu kumitat ta' skrutinju biex jeżamina l-kandidati elettorali kollha, li se jiskarta l-aħħar vuċijiet ta' dissens u li jmur totalment kontra l-impenji favur rappreżentanza demokratika akbar minquxa fil-Liġi Bażika ta' Hong Kong; |
10. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jirrevokaw il-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali, li hija ta' ħsara għall-istatus internazzjonali ta' Hong Kong, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' Hong Kong jerġgħu jistabbilixxu bis-sħiħ ir-rispett għall-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-livell għoli ta' awtonomija skont il-prinċipju ta' “pajjiż wieħed, żewġ sistemi”, kif minqux fil-Liġi Bażika ta' Hong Kong u f'konformità mal-obbligi nazzjonali u internazzjonali tiegħu; |
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali bħala prijorità ewlenija fl-aġenda tal-laqgħat kollha bejn l-UE u ċ-Ċina, inkluż fil-konsultazzjonijiet diplomatiċi bi tħejjija għal dawk il-laqgħat; ifakkar kemm huwa importanti li, f'kull djalogu politiku u f'kull djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-awtoritajiet Ċiniżi, l-UE tkompli tqajjem il-kwistjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b'mod partikolari fil-każ tal-minoranzi fit-Tibet u fix-Xinjiang, u li tagħmel dan f'konformità mal-impenn tagħha li titkellem b'vuċi waħda, ċara u b'saħħitha fl-approċċ tagħha lejn iċ-Ċina; ifakkar li ċ-Ċina ffirmat firxa wiesgħa ta' trattati u konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u għalhekk jenfasizza kemm huwa importanti li jitkompla d-djalogu maċ-Ċina biex jiġi żgurat li ċ-Ċina żżomm l-impenn tagħha li tikkonforma mal-qafas internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; |
12. |
Jesprimi dispjaċir profond dwar il-fatt li, fil-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE ta' April, ma ġewx adottati konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Hong Kong; jappoġġja bil-qawwa lill-VP/RGħ biex jippreżenta abbozz ta' konklużjonijiet kemm jista' jkun malajr u jħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw l-impass u jadottaw miżuri ġodda inklużi sanzjonijiet immirati fl-ambitu tar-reġim globali ta' sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem – fosthom l-implimentazzjoni ta' projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi – fil-konfront ta' individwi u entitajiet f'Hong Kong u fiċ-Ċina għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali f'Hong Kong, inklużi Carrie Lam, Teresa Yeuk-wah Cheng, Xia Baolong, Zhang Xiaoming, Luo Huining, Zheng Yanxiong, Chris Tang Ping-keung, Stephen Lo Wai-chung u John Lee Ka-chiu, kif ukoll istituzzzjonijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li għandhom rwol kruċjali biex jadottaw miżuri u azzjonijiet kompliċi li jdgħajfu l-livell għoli ta' awtonomija u libertajiet ta' Hong Kong; |
13. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar il-Ftehim Komprensiv bejn l-UE u ċ-Ċina dwar l-Investiment, kif espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2021, inkluża l-ħtieġa urġenti li jiġu adottati miżuri mmirati addizzjonali fl-ambitu tar-reġim globali ta' sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem, kif meħtieġ, maħsuba biex ikomplu jindirizzaw ir-repressjoni fix-Xinjiang u f'Hong Kong u bil-għan li ċ-Ċina ttemm il-ksur kollu; |
14. |
Jistieden lis-SEAE u lill-Kunsill ikomplu jivvalutaw il-pakkett ta' miżuri adottat f'Lulju 2020 u jagħmlu progress fih, kif ukoll jistabbilixxu skeda ta' żmien ċara għall-implimentazzjoni tat-tali miżuri; jistieden lis-SEAE jkompli jivvaluta l-effetti ekstraterritorjali possibbli tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali, b'mod partikolari l-Artikolu 38 tagħha, li jipprevedi li l-liġi hija applikabbli wkoll għal dawk li ma humiex residenti permanenti ta' Hong Kong, u jistiednu jħejji tweġibiet konkreti għat-tali effetti; jilqa' d-deċiżjoni tal-Istati Membri tal-UE u ta' sħab internazzjonali oħra li jissospendu t-trattati ta' estradizzjoni ma' Hong Kong; itenni t-talba tiegħu li l-għaxar trattati ta' estradizzjoni li fadal ta' Stati Membri maċ-Ċina jiġu sospiżi; |
15. |
Ifakkar u jtenni l-kundanna tiegħu tal-kompliċità tal-banek ibbażati fl-UE fl-iffriżar tal-assi u l-kontijiet bankarji li jappartjenu lil eks leġiżlaturi favur id-demokrazija; jistieden lis-SEAE jevalwa l-livell ta' konformità, involviment u kollaborazzjoni ta' kumpaniji bbażati fl-UE mal-awtoritajiet ta' Hong Kong fl-infurzar tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali u jistieden lill-Istati Membri jikkomunikaw mal-banek ibbażati fl-UE biex jirrilaxxaw l-assi li jappartjenu lil attivisti ta' Hong Kong favur id-demokrazija; |
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt kummerċjali fit-tul għall-kumpaniji tal-UE li joperaw f'Hong Kong fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali ta' Hong Kong, b'referenza għat-tibdil fl-istat tad-dritt u l-fluss liberu ta' informazzjoni u ta' kapital fil-belt; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu japplikaw u jiżviluppaw mekkaniżmi xierqa ta' kontroll tal-esportazzjoni biex iċaħħdu liċ-Ċina u lil Hong Kong mill-aċċess għal teknoloġiji użati biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem, u jistedinhom jikkunsidraw regoli għall-prevenzjoni ta' investiment Ewropew f'kumpaniji li huma kompliċi fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina u f'Hong Kong, inkluża l-għażla ta' lista ta' entitajiet; |
17. |
Jilqa' bil-kbir il-passi meħuda mir-Renju Unit, mill-Awstralja u mill-Kanada biex jiftħu skemi bil-għan li joffru liċ-ċittadini ta' Hong Kong l-opportunità li jgħixu u jaħdmu fil-pajjiżi rispettivi tagħhom; itenni l-appell urġenti tiegħu lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-implimentazzjoni ta' “skema ta' salvataġġ” għall-attivisti favur id-demokrazija u għall-mexxejja politiċi f'Hong Kong wara dan id-deterjorament dejjem jikber tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u biex joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar ta' emerġenza għall-ġurnalisti f'Hong Kong li jinsabu f'riskju ta' arrest fil-qafas tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali; |
18. |
Iħeġġeġ lill-membri kollha tal-persunal diplomatiku tal-UE u tal-Ewropa jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jipprovdu protezzjoni u appoġġ lill-attivisti paċifiċi u lill-mexxejja politiċi f'Hong Kong, inkluż billi jattendu l-proċessi ġudizzjarji, jitolbu żjarat fil-ħabs u jżommu l-kuntatt b'mod konsistenti u determinat mal-awtoritajiet lokali, filwaqt li japplikaw bis-sħiħ il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u politiki rilevanti oħra tal-UE, inkluż il-Pjan ta 'Azzjoni l-ġdid tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; jistenna li s-SEAE u l-Kunsill ifasslu miżuri konkreti biex iżidu l-appoġġ għas-soċjetà ċivili u l-midja ta' Hong Kong, bħall-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija għal proġetti li jinsabu fix-Xlokk tal-Asja, kif ukoll involviment attiv mad-dijaspora ta' Hong Kong; |
19. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li l-poplu msikket ta' Hong Kong jingħata lura l-vuċi billi jassistu fl-arkivjar, ir-reklamar u d-dokumentar tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u jistedinhom jiġġieldu kontra r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina billi jagħmlu kotba pprojbiti f'Hong Kong disponibbli online b'mod mifrux; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-isforzi minn stazzjonijiet televiżivi internazzjonali, bħal Deutsche Welle u France 24, biex jirrappurtaw regolarment dwar l-iżviluppi f'Hong Kong; |
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jirrifjutaw l-istediniet indirizzati lil rappreżentanti tal-gvern u lil diplomatiċi biex jattendu l-Olimpjadi tax-Xitwa f'Beijing fl-2022 sakemm il-Gvern Ċiniż ma jurix titjib verifikabbli fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Hong Kong, fir-Reġjun Uyghur tax-Xinjiang, fit-Tibet, fil-Mongolja Interna u fi bnadi oħra fiċ-Ċina; |
21. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-għadd ta' opportunitajiet akkademiċi u ta' taħriġ fil-kuntest tal-programm Erasmus għall-istudenti u l-gradwati żgħażagħ minn Hong Kong; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiżviluppaw u jikkoordinaw miżuri biex jipproteġu l-libertà akkademika tal-istudenti u x-xjenzjati ta' Hong Kong fl-universitajiet Ewropej kontra l-pressjoni mill-awtoritajiet Ċiniżi; |
22. |
Itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri kollha tagħha biex jaħdmu b'mod magħqud u determinat lejn l-organizzazzjoni ta' sessjoni speċjali jew dibattitu urġenti dwar iċ-Ċina fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lejn it-tnedija ta' investigazzjoni indipendenti tan-NU dwar iċ-Ċina; jenfasizza l-appoġġ internazzjonali dejjem jikber għat-tnedija ta' inkjesta indipendenti; |
23. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinkoraġġixxu lis-Segretarju Ġenerali tan-NU biex jikkunsidra l-mekkaniżmi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu bil-għan li jiżgura monitoraġġ u rappurtar indipendenti dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċina, inkluż il-ħatra ta' Mibgħut Speċjali tan-NU; jistieden lill-Kunsill u lill-VP/RGħ jaħdmu mal-komunità internazzjonali biex jistabbilixxu grupp ta' kuntatt internazzjonali dwar Hong Kong u jqiegħdu lil Hong Kong fuq l-aġenda ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra fuq bażi regolari; |
24. |
Iħeġġeġ lill-membri tan-NU jorganizzaw avvenimenti pubbliċi regolari ta' sensibilizzazzjoni dwar il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-Gvern Ċiniż, inklużi delitti kontra l-umanità, u ksur ieħor tad-dritt internazzjonali, inkluża mill-inqas laqgħa waħda bil-formula “Arria” tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jilqa' l-eventwalità li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jikkunsidraw li jikkommemoraw l-1 ta' Lulju bħala Jum ta' Solidarjeta ma' Hong Kong sabiex kull sena l-pubbliku Ewropew isir aktar konxju tas-sitwazzjoni f'Hong Kong; itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw li jressqu każ quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja li fih isostnu li d-deċiżjoni taċ-Ċina li timponi l-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali fuq Hong Kong u l-applikazzjoni tagħha jiksru d-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Brittanika u l-ICCPR; |
25. |
Jiddeplora d-deċiżjoni tal-pulizija ta' Hong Kong li jipprojbixxu l-velja annwali tal-4 ta' Ġunju fil-Pjazza Tiananmen u l-marċ annwali tal-1 ta' Lulju filwaqt li taw permess speċjali għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19 biex l-uffiċjali ta' Hong Kong ikunu jistgħu jiċċelebraw il-mitt sena mit-twaqqif tal-Partit Komunista Ċiniż; |
26. |
Jistieden lill-VP/RGħ jikkoopera mill-qrib ma' pajjiżi u sħab tal-istess fehma biex is-sitwazzjoni tal-libertajiet ta' Hong Kong tieqaf tiddeterjora; jilqa' d-djalogu bilaterali li għadu kif ġie stabbilit bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar iċ-Ċina u jinsisti li koordinazzjoni aktar b'saħħitha dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż b'enfasi fuq is-sitwazzjoni f'Hong Kong, għandha tkun objettiv ewlieni; |
27. |
Josserva li l-politika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li tabbanduna l-approċċ ta' “pajjiż wieħed, żewġ sistemi” aljenat ħafna lill-popolazzjoni tat-Tajwan u jisħaq fuq irrieda tiegħu li jikkoopera mas-sħab internazzjonali bil-għan li jgħin biex tiġi żgurata d-demokrazija fit-Tajwan; |
28. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif ukoll lill-Kap Eżekuttiv u lill-Assemblea tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2021)0027.
(2) Testi adottati, P9_TA(2020)0174.
(4) ĠU C 224, 27.6.2018, p. 78.
(5) Testi adottati, P9_TA(2021)0255.
(6) ĠU C 433, 23.12.2019, p. 103.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/185 |
P9_TA(2021)0357
Il-piena tal-mewt fl-Arabja Sawdija, b'mod partikolari l-każijiet ta' Mustafa Hashem al-Darwish u Abdullah al-Howaiti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar il-piena tal-mewt fl-Arabja Sawdija, b'mod partikolari l-każijiet ta' Mustafa Hashem al-Darwish u Abdullah al-Howaiti (2021/2787(RSP))
(2022/C 99/20)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Arabja Sawdija, b'mod partikolari dawk tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-konsulat Sawdi f'Istanbul (1), tal-14 ta' Frar 2019 dwar id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Arabja Sawdija (2), tat-8 ta' Ottubru 2020 dwar is-sitwazzjoni tal-migranti Etjopjani fiċ-ċentri tad-detenzjoni fl-Arabja Sawdija (3) u tal-11 ta' Frar 2021 dwar is-sitwazzjoni umanitarja u politika fil-Jemen (4), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Josep Borrell, tal-10 ta' Diċembru 2020 fil-Kunsill Affarijiet Barranin li “d-drittijiet tal-bniedem huma parti mid-DNA tal-Unjoni Ewropea”, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR) tal-1966, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra (UNCAT), |
— |
wara li kkunsidra l-Eżami Perjodiku Universali (EPU) tal-Arabja Sawdija ta' Novembru 2018, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC), |
— |
wara li kkunsidra r-Regoli Standard Minimi tan-NU dwar it-Trattament tal-Priġunieri (“Regoli Mandela”), |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra r-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta Għarbija tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tar-Rapporteurs Speċjali tan-NU dwar il-kommutazzjoni tas-sentenzi tal-mewt tat-3 ta' Marzu 2021, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, Agnes Callamard, ta' Ġunju 2021, li jiddikjara li l-Arabja Sawdija hija responsabbli għall-“eżekuzzjoni premeditata” tal-ġurnalist Sawdi Jamal Khashoggi (ir-Rapport Callamard), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, Mary Lawlor, li janalizza l-qtil ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Arabja Sawdija, ippreżentat waqt is-46 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'Marzu 2021, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Uffiċċju tad-Direttur tal-Intelligence Nazzjonali li jivvaluta r-rwol tal-gvern Sawdi fil-qtil ta' Jamal Khashoggi, ippubblikat fi Frar 2021, |
— |
wara li kkunsidra l-fatt li Loujain al-Hathloul ingħatat il-Premju Vaclav Havel għad-Drittijiet tal-Bniedem 2020 mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi r-Renju tal-Arabja Sawdija impenja ruħu li jabolixxi l-piena tal-mewt għad-delinkwenti minorenni kollha mingħajr eċċezzjoni sal-2016 permezz ta' leġiżlazzjoni ġdida, u kkonferma dan l-impenn f'dikjarazzjonijiet diplomatiċi; billi dawn id-dikjarazzjonijiet saru mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Arabja Sawdija f'Settembru 2016 fil-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, kif ukoll f'Awwissu 2018, meta ddikjara li “jekk ir-reat imwettaq mill-minorenni jkun punibbli bil-mewt, is-sentenza għandha titnaqqas għal terminu ta' mhux aktar minn 10 snin detenzjoni fl-istituzzjoni”; |
B. |
billi l-Liġi dwar il-Minorenni tal-2018 tal-Arabja Sawdija, promulgata b'Digriet Reġju fil-31 ta' Lulju 2018, tiddikjara fl-Artikolu 15 li “jekk ir-reat imwettaq mill-minorenni jkun punibbli bil-mewt, is-sentenza għandha titnaqqas għal terminu ta' mhux aktar minn 10 snin detenzjoni fl-istituzzjoni”; billi l-Eżami Perjodiku Universali tal-2018 tal-Arabja Sawdija fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU sussegwentement innota li l-pajjiż kien għamel “progress notevoli fil-promozzjoni tar-rispett tad-drittijiet tat-tfal, il-protezzjoni tagħhom u l-fedeltà lejhom”; |
C. |
billi fil-15 ta' Ġunju 2021, Mustafa Hashem al-Darwish, żagħżugħ Sawdi mill-minoranza Shi'a, ġie ġġustizzjat għal reati li gruppi tad-drittijiet jgħidu li seta' wettaq bħala minorenni, minkejja t-tħabbira reċenti tar-renju li kien abolixxa l-piena tal-mewt għall-minorenni; billi ġarrab perjodu twil ta' arrest preventiv, tortura, u proċess inġust għall-aħħar; billi l-akkużi kontra al-Darwish ma jispeċifikawx id-data eżatta li fiha seħħew l-allegati reati tiegħu, li jfisser li hemm probabbiltà li kien minorenni meta seħħew l-allegati reati, u għalhekk li s-sentenza tiegħu għandha tiġi riveduta skont liġijiet nazzjonali ġodda dwar l-użu tal-piena tal-mewt kontra dawk taħt it-18-il sena; |
D. |
billi Abdullah al-Howaiti ttella' l-qorti fi proċess kollettiv ta' sitt individwi f'każ ta' serqa bl-użu ta' armi; billi l-Qorti Kriminali f'Tabuk (fit-Tramuntana tal-Arabja Sawdija) ikkundannat lil Abdullah al-Howaiti għall-mewt fis-27 ta' Ottubru 2019 minkejja l-fatt li l-kampjun ta' DNA tiegħu ttieħed wara l-arrest tiegħu, u dan invalida l-identifikazzjoni tiegħu bħala suspettat possibbli; billi al-Howaiti ġie arrestat f'Mejju 2017, meta kellu 14-il sena; billi, skont id-dokumenti tal-qorti, huwa nżamm f'iżolament għal erba' xhur u ġarrab tortura matul l-interrogazzjoni tiegħu mingħajr il-preżenza tal-ġenituri jew tal-avukat tiegħu; billi matul dan iż-żmien inżamm fl-Unità tal-Investigazzjonijiet Kriminali ta' Tabuk, minflok f'ċentru ta' detenzjoni għall-minorenni; billi Abdullah al-Howaiti, li kellu 14-il sena meta seħħew l-allegati reati tiegħu, għadu detenut u kkundannat għall-mewt; billi l-Qorti Suprema ilha teżamina l-każ tiegħu minn Ġunju 2021; |
E. |
billi fit-23 ta' April 2019 l-awtoritajiet Sawdin iġġustizzjaw sitt delinkwenti minorenni: Saeed al-Scafi, Salman al-Quraish, Abdul Aziz al-Sahawi, Abdul Karim al-Hawaj, Abdullah al-Asrih u Mujtaba al-Sweikat; billi mill-inqas disa' delinkwenti minorenni oħra bħalissa jinsabu f'riskju ta' eżekuzzjoni; |
F. |
billi bħalissa għad hemm mill-inqas 40 detenut fl-Arabja Sawdija f'riskju ta' eżekuzzjoni; billi dan in-numru jinkludi diversi każijiet ta' allegati reati mwettqa bħala minorenni u kritiċi paċifiċi bħall-istudjużi Iżlamiċi Salman al-Odah u Hassan al-Maliki, li għalihom il-prosekutur pubbliku għadu jitlob il-piena tal-mewt; |
G. |
billi l-Arabja Sawdija ilha għal ħafna snin fost il-pajjiżi li jwettqu l-ogħla numru ta' eżekuzzjonijiet fid-dinja; billi minn Jannar 2015 kien hemm aktar minn 800 eżekuzzjoni, għadd kbir minnhom għal reati mhux vjolenti b'rabta mad-droga, filwaqt li oħrajn kienu għal reati deskritti mill-awtoritajiet bħala relatati mat-terroriżmu iżda li kienu paċifiċi; |
H. |
billi l-Arabja Sawdija wettqet total ta' 32 eżekuzzjoni fl-ewwel nofs tal-2021, aktar min-numru għall-2020 kollha, u minn mindu impenjat ruħha għall-ewwel darba li tabolixxi l-piena tal-mewt għad-delinkwenti minorenni, iġġustizzjat mill-inqas tmien delinkwenti minorenni; |
I. |
billi wara Digriet Reġju Sawdi tal-2020, is-sentenzi tal-mewt għandhom jinbidlu għall-individwi li wettqu reati meta kienu minorenni; billi d-digriet fih diversi lakuni li jħallu diversi modi biex il-minorenni jibqgħu jiġu ġġustizzjati, pereżempju bl-esklużjoni ta' sentenzi tal-mewt li jikkonċernaw hudud (reati b'sentenzi predeterminati) jew qisas (reati b'sentenzi bbażati fuq retribuzzjoni) u każijiet imressqa fl-ambitu tal-Liġi Kontra t-Terroriżmu; |
J. |
billi l-Arabja Sawdija bidlet is-sentenzi tal-mewt imposti fuq is-Sur Ali al-Nimr, is-Sur Dawood al-Marhoon u s-Sur Abdullah al-Zaher għal reati li l-esperti preċedentement kienu jqisu bħala kriminalizzazzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà ta' għaqda u ta' espressjoni, u li allegatament wettqu bħala minorenni; billi ġew ikkundannati mill-ġdid għal 10 snin ħabs, inkluż iż-żmien li diġà għamlu l-ħabs; billi l-esperti tan-NU talbu l-ħelsien tagħhom; |
K. |
billi minkejja t-tħabbira tal-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Arabja Sawdija dwar il-moratorju fuq il-pieni tal-mewt għal reati relatati mad-droga f'Jannar 2021, għadha ma ġiet ippubblikata ebda bidla fil-liġi, u l-piena tal-mewt għadha fid-diskrezzjoni tal-imħallfin u tal-awtoritajiet; |
L. |
billi l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fid-dinja kollha hija wieħed mill-objettivi ewlenin tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
M. |
billi matul dawn l-aħħar xhur, diversi attivisti tad-drittijiet tal-bniedem ingħataw sentenzi ħorox ta' ħabs fi proċessi mfixkla minn nuqqas ta' proċess ġust u minn allegazzjonijiet kredibbli ta' tortura; billi Abdurahman al-Sadhan ingħata sentenza ta' 20 sena ħabs u 20 sena projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar għal attivitajiet relatati ma' tweets li jikkritikaw il-gvern; billi l-proċess tiegħu kiser serjament il-garanziji internazzjonali ta' proċess ġust; |
N. |
billi f'Marzu 2021 Mohammed al-Otaibi, fundatur tal-Unjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem, li jappoġġa l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u t-tisħiħ tar-rwol tan-nisa fis-soċjetà, kellu s-sentenza ta' ħabs tiegħu miżjuda minn 14-il sena għal 17-il sena għall-attiviżmu paċifiku tiegħu favur id-drittijiet tal-bniedem; |
O. |
billi għadd kbir ta' nisa arrestati matul ir-repressjoni tal-2018 tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa ngħataw sentenzi twal ta' ħabs unikament minħabba l-attiviżmu tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem; billi dan l-aħħar l-awtoritajiet Sawdin ħelsu lil difensuri tad-drittijiet tan-nisa mill-ħabs, fosthom Loujain al-Hathloul's, Nouf Abdulaziz, Samar Badawi u Nassima al-Sada; billi s-sentenzi tagħhom ġew sospiżi biss, u l-awtoritajiet Sawdin imponew projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li nħelsu; |
P. |
billi l-Liġi tal-2017 dwar il-Ġlieda kontra r-Reati tat-Terroriżmu u l-Finanzjament tiegħu tiddefinixxi t-terroriżmu f'termini vagi u ma tirrikjedix l-użu tal-vjolenza sabiex azzjoni tiġi kategorizzata bħala att terroristiku; |
Q. |
billi skont ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, l-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija jwettqu abbużi permezz tal-użu ta' teknoloġija ta' sorveljanza elettronika; billi kontrolli ġodda fuq it-teknoloġija tas-sorveljanza ċibernetika ddaħħlu fir-regolament aġġornat tal-UE tal-2021 dwar il-kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju (5); |
R. |
billi r-Renju tal-Arabja Sawdija għandu wieħed mill-aktar livelli baxxi ta' ratifika tat-trattati internazzjonali ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem, u ma aderixxiex ma' trattati ċentrali dwar id-drittijiet tal-bniedem li jiffurmaw il-qalba normattiva tad-dritt għall-ħajja, bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR); |
S. |
billi t-tortura u t-trattament degradanti fil-ħabsijiet huma prattiki mifruxa fl-Arabja Sawdija, u jintużaw kemm waqt l-interrogazzjoni biex jinkisbu konfessjonijiet kif ukoll bħala forma ta' kastig matul id-detenzjoni; billi l-allegazzjonijiet ta' tortura rarament jiġu investigati; |
1. |
Jikkundanna bil-qawwa l-eżekuzzjoni kontinwa tar-Renju tal-Arabja Sawdija ta' delinkwenti minorenni minkejja l-istqarrijiet tiegħu li abolixxa tali eżekuzzjonijiet, inkluż l-eżekuzzjoni reċenti ta' Mustafa Hashem al-Darwish għal reati li setgħu seħħew meta kien minorenni wara l-kundanna tiegħu fi proċess inġust li jinvolvi konfessjoni tiegħu miksuba taħt tortura, kif ukoll il-fatt li bħalissa hemm mill-inqas 40 detenut fl-Arabja Sawdija f'riskju ta' eżekuzzjoni, inkluż mill-inqas disa' għal allegati reati mwettqa bħala minorenni, u kritiċi paċifiċi tal-gvern; |
2. |
Jistieden lill-Arabja Sawdija tikkonferma li Abdullah al-Howaiti, Mohammed Al-Faraj u d-delinkwenti minorenni l-oħra kollha li bħalissa qed jistennew il-piena tal-mewt mhux se jiġu ġġustizzjati, li l-“konfessjonijiet” miksuba taħt tortura se jiġu esklużi mill-każijiet tagħhom, u li d-delinkwenti minorenni kollha se jingħataw proċess ġust mingħajr l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt; jitlob li l-allegazzjonijiet ta' Abdullah al-Howaiti li ġie soġġett għal tortura jiġu investigati, u li l-awturi kollha tar-reat jitressqu quddiem il-ġustizzja; |
3. |
Iħeġġeġ lill-Arabja Sawdija tabolixxi b'mod ġenwin il-piena tal-mewt għad-delinkwenti minorenni, skont l-obbligi tagħha fl-ambitu tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, irrispettivament mit-tip ta' reat, inklużi ta'zir (reati b'sentenzi diskrezzjonali), hudud u qisas, abbażi ta' mill-inqas erba' akkużati minorenni huma f'riskju ta' sentenzi tal-mewt; jistieden lill-Arabja Sawdija tippubblika d-Digriet Reġju tagħha tal-2020 sabiex tipprovdi protezzjoni sħiħa u retroattiva lid-delinkwenti minorenni, kif iddikjarat mill-awtoritajiet Sawdin, u tallinja l-Liġi dwar il-Minorenni tagħha mal-istandards internazzjonali; |
4. |
Itenni l-kundanna tiegħu għall-użu tal-piena tal-mewt fi kwalunkwe każ u f'kull ċirkostanza; jistieden lill-Arabja Sawdija timplimenta moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet sakemm jiġu aboliti, u tipproċedi għal rieżami indipendenti tal-każijiet kollha fis-sistema tal-ġustizzja kriminali tagħha li tinvolvi l-piena tal-mewt għal reati fit-tfulija, jew abbażi ta' konfessjonijiet miksuba taħt tortura, jew fejn ma kienx hemm proċess ġust, u tippubblika s-sejbiet tar-rieżami; jitlob li jsir djalogu internazzjonali u nazzjonali dwar l-ostakli li fadal għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt għad-delinkwenti minorenni kollha, li jwitti t-triq għall-abolizzjoni sħiħa tal-piena tal-mewt fl-Arabja Sawdija; |
5. |
Jilqa' d-deċiżjoni reċenti tal-awtoritajiet li jibdlu s-sentenzi tal-mewt mogħtija lis-Sur Ali al-Nimr, lis-Sur Dawood al-Marhoon u lis-Sur Abdullah al-Zaher għal reati allegatament imwettqa meta kienu minorenni bħala pass neċessarju lejn il-konformità tal-Arabja Sawdija mal-obbligi nazzjonali u internazzjonali tagħha fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari skont il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jitlob għal-ħelsien tagħhom f'konformità mat-talbiet tal-esperti tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, peress li dawn l-esperti preċedentement qiesu r-reati tagħhom bħala l-kriminalizzazzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, inklużi l-libertajiet ta' għaqda u ta' espressjoni; |
6. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija jirrieżaminaw il-każijiet tal-priġunieri kollha li bħalissa huma taħt sentenza tal-mewt bil-għan li jibdlu s-sentenzi tagħhom jew joffru proċess ġdid u ġust fejn il-piena tal-mewt ma tiġix imposta; |
7. |
Iħeġġeġ lid-delegazzjoni tal-UE u lill-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri tal-UE fl-Arabja Sawdija jitolbu b'urġenza li jżuru lid-delinkwenti minorenni detenuti kkundannati għall-mewt; |
8. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill jissospendi l-esportazzjonijiet kollha tal-UE ta' teknoloġija ta' sorveljanza tal-massa u oġġetti oħra b'użu doppju lejn l-Arabja Sawdija li jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw ir-repressjoni interna u s-silenzju tas-soċjetà ċivili; jisħaq fuq ir-responsabilità speċjali tal-kumpaniji tas-sigurtà tal-IT kif ukoll tas-servizzi tal-intelligence nazzjonali li jaħdmu fl-UE u l-obbligu morali u legali tagħhom li jevitaw li jkunu f'sitwazzjoni fejn il-persunal attwali jew preċedenti tagħhom jassistu lill-Arabja Sawdija fir-repressjoni tal-popolazzjoni tagħha stess billi jaħdmu indirettament jew direttament għall-awtoritajiet Sawdin biex irażżnu d-dissens intern u l-libertà ta' espressjoni; |
9. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Arabja Sawdija jirrispetta l-impenji tiegħu skont il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura (CAT), li huwa rratifika, u jħeġġeġ bil-qawwa lir-Renju tal-Arabja Sawdija jirratifika l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u t-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-ICCPR bil-għan li jabolixxi l-piena tal-mewt; |
10. |
Jikkundanna bil-qawwa x-xejra ta' sentenzi ħorox ta' priġunerija mogħtija lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lill-kritiċi paċifiċi u lill-attivisti, u jtenni s-solidarjetà tiegħu mal-ħidma importanti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ħtieġa li tiġi protetta l-libertà tal-kelma u ta' espressjoni; |
11. |
Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem, tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, tal-kritiċi paċifiċi, u tal-attivisti, inklużi Abdurahman al-Sadhan, Mohammed al-Otaibi, Khaled Al-Omair, Mohammed al-Rabiah, Israa al-Ghomgham, Mousa al-Hashim, Ahmed al-Matrood, Khaled al-Ghanim, Ali al-Ouwaisher, Mujtaba al-Muzain, Waleed Abu al-Khair, Abdulaziz al-Shubaili, Issa al-Nukhaifi u Natheer al-Majed; |
12. |
Jappella għal-libertà sħiħa tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li nħelsu temporanjament iżda għadhom qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet, bħal Loujain al-Hathloul, inkluż billi jitneħħew il-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar tagħhom u tal-familji tagħhom, jitneħħew il-projbizzjonijiet fuq ix-xogħol, tiġi limitata s-sorveljanza online, u jiġu restawrati d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini; |
13. |
Ifakkar li r-rebbieħ tal-Premju Sakharov Raif Badawi issa ilu l-ħabs għal disa' snin; jistieden lill-UE, lill-Istati Membri u lill-komunità internazzjonali jżidu l-pressjoni fuq il-Gvern Sawdi u jaħdmu għall-ħelsien immedjat tiegħu; |
14. |
Jenfasizza li l-eżerċizzju tad-drittijiet għal-libertà ta' espressjoni, ta' assemblea u ta' assoċjazzjoni paċifika huwa protett mid-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sawdin ineħħu r-restrizzjonijiet fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li jipprojbuhom milli jitkellmu fil-media soċjali u lill-media internazzjonali; |
15. |
Jesprimi tħassib dwar il-prattika ta' seduti sigrieti; jinsisti li sabiex jiġi żgurat li qed jiġu segwiti proċeduri ta' proċessi ġusti u xierqa, il-missjonijiet diplomatiċi, inklużi osservaturi mid-Delegazzjoni tal-UE fl-Arabja Sawdija jew l-istituzzjonijiet tal-UE, u l-NGOs internazzjonali għandhom jitħallew jattendu seduti ta' smigħ u jżuru l-ħabsijiet Sawdin; |
16. |
Jistieden lill-Gvern tal-Arabja Sawdija jikkoopera bis-sħiħ mal-korpi tan-NU u jestendi stedina permanenti għaż-żjara tal-Proċeduri Speċjali kollha tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u jikkoopera b'mod proattiv, b'mod partikolari mar-Rapporteurs Speċjali tan-NU dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra; |
17. |
Jinsab imħasseb serjament dwar id-definizzjoni vaga tat-terroriżmu fil-Liġi Kontra t-Terroriżmu tal-pajjiż; jikkundanna l-użu tal-Qorti Kriminali Speċjalizzata, qorti mfassla biex tittratta kwistjonijiet ta' terroriżmu, bħala għodda biex tikkastiga lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; |
18. |
Iħeġġeġ lill-Gvern Sawdi jirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; |
19. |
Itenni l-importanza ta' għodod bħad-Djalogu bejn l-UE u l-Arabja Sawdija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem biex imexxu aktar diskussjoni, u jħeġġeġ l-attivazzjoni tiegħu mingħajr dewmien; Iħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lid-Delegazzjonijiet kollha tal-UE li jattendu d-Djalogu biex jimpenjaw ruħhom mas-soċjetà ċivili qabel id-Djalogu sabiex jiżguraw informazzjoni aġġornata u għarfien ta' każijiet speċifiċi li għandhom jitqajmu; iħeġġeġ l-użu ta' punti ta' riferiment biex jimmarkaw il-progress tad-diskussjonijiet; |
20. |
Jiddenunzja l-fatt li s-sistema politika Sawdija għadha profondament mhux demokratika u qed tkompli trażżan b'mod sever il-biċċa l-kbira tal-vuċijiet kuntrarji minkejja t-tħabbir ta' riformi ambizzjużi relatati mad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-bini tal-konsulat Sawdi f'Istanbul fit-2 ta' Ottubru 2018 jibqa' messaġġ ta' tkexkix għall-vuċijiet kritiċi kollha fl-Arabja Sawdija, inklużi ħafna attwalment miżmuma f'detenzjoni għall-attiviżmu paċifiku tagħhom; jappoġġa bil-qawwa l-applikazzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Sanzjonijiet Globali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kontra dawk responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fl-Arabja Sawdija, inkluż il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi; jistieden lill-komunità internazzjonali ssegwi bir-reqqa r-Rapport Callamard li implika lill-Prinċep Eredi Sawdi Mohammad Bin Salman; |
21. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-President tal-Kunsill kif ukoll lill-VP/RGħ u lis-SEAE jqajmu tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-piena tal-mewt, matul il-laqgħat formali u informali kollha mal-kontropartijiet Sawdin tagħhom; jiddispjaċih dwar l-approċċ timidu tal-UE għad-diplomazija pubblika dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-Arabja Sawdija; jitlob għalhekk, lis-servizzi diplomatiċi Ewropej f'Riyadh u bnadi oħra fl-Arabja Sawdija biex sistematikament jużaw il-mekkaniżmi previsti fil-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi dikjarazzjonijiet pubbliċi, démarches diplomatiċi, monitoraġġ tal-proċessi u żjarat fil-ħabs; |
22. |
Jistieden lill-UE tappoġġa kwalunkwe azzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU biex l-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jinżammu responsabbli għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-UE biex, fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, tipproponi l-ħatra ta' Rapporteur Speċjali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-Arabja Sawdija; |
23. |
Jistieden lid-delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentanzi tal-Istati Membri tal-UE fil-pajjiż isaħħu l-appoġġ tagħhom għas-soċjetà ċivili fl-interazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet Sawdin, u jużaw l-istrumenti kollha disponibbli għalihom biex iżidu l-appoġġ tagħhom għall-ħidma tad-drittijiet tal-bniedem, jiffaċilitaw il-ħruġ ta' viżi ta' emerġenza fejn xieraq u jipprovdu rifuġju temporanju fl-Istati Membri tal-UE; |
24. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Maestà Tiegħu r-Re Salman bin Abdulaziz Al Saud u lill-Prinċep Eredi Mohammad bin Salman al-Saud, lill-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija, kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali taċ-Ċentru għad-Djalogu Nazzjonali tar-Renju tal-Arabja Sawdija. |
(1) ĠU C 345, 16.10.2020, p. 67.
(2) ĠU C 449, 23.12.2020, p. 133.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0260.
(4) Testi adottati, P9_TA(2021)0053.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/191 |
P9_TA(2021)0358
Rieżami tal-qafas leġiżlattiv makroekonomiku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ir-rieżami tal-qafas leġiżlattiv makroekonomiku għal impatt aħjar fuq l-ekonomija reali tal-Ewropa u trasparenza aħjar tat-teħid ta' deċiżjonijiet u tal-akkontabbiltà demokratika (2020/2075(INI))
(2022/C 99/21)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, iffirmat f'Ruma fl-1957, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 121, 122, 126 u 136 u l-Protokoll Nru 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport ta' nofs il-perjodu) (1) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (3), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (4), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (5), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (7), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (8), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (9), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (10), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi (11), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Frar 2015 bit-titolu “Nagħmlu l-aħjar użu tal-flessibbiltà fl-ambitu tar-regoli eżistenti dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir” (COM(2015)0012/2), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Erba' Presidenti tal-5 ta' Diċembru 2012 bit-titolu “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina”, ir-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta' Ġunju 2015 dwar l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa, il-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 dwar il-futur tal-Ewropa, u d-dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2017 dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 03/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Awditu tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP)”, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (12), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2020 bit-titolu “Rieżami tal-governanza ekonomika” (COM(2020)0055), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Rispons ekonomiku kkoordinat għat-tifqigħa tal-COVID-19” (COM(2020)0112), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2020 dwar l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (COM(2020)0123), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss” (COM(2020)0456), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Il-baġit tal-UE jmexxi l-pjan ta' rkupru għall-Ewropa” (COM(2020)0442), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2020 għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea insostenn tal-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0441), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (13), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 16/2020 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Is-Semestru Ewropew – ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi jindirizzaw problemi importanti iżda jeħtieġu implimentazzjoni aħjar”, |
— |
wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Bord Fiskali Ewropew (EFB) tar-regoli fiskali tal-UE b'enfasi fuq il-leġiżlazzjoni tas-six-pack u tat-two-pack tal-11 ta' Settembru 2019, ir-rapport annwali tal-EFB tad-29 ta' Ottubru 2019, id-dikjarazzjoni tal-EFB tal-24 ta' Marzu 2020 dwar il-COVID-19, il-valutazzjoni tal-EFB tal-1 ta' Lulju 2020 tal-pożizzjoni fiskali xierqa għaż-żona tal-euro fl-2021 u r-rapport annwali tal-2020 tal-EFB tal-20 ta' Ottubru 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2020 dwar il-QFP u n-NextGenerationEU, il-COVID-19, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà u r-relazzjonijiet esterni, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar ir-riżorsi proprji l-ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (14), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha (15), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Mejju 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, ir-riżorsi proprji u l-pjan ta' rkupru (16), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta' Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta' Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta' qgħad f'emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (17), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21 ta' Lulju 2020, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Lulju 2020 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tas-17-21 ta' Lulju 2020 (18), |
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija Annwali għall-Iżvilupp Sostenibbli 2021 tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2020 (COM(2020)0575), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 2020 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (19), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2020 dwar il-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli – Kif niffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku (20), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (21), |
— |
wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-Kummissjoni: Xitwa 2021 (Dokument Istituzzjonali 144) ta' Frar 2021, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2021 bit-titolu “Sena mit-tifqigħa tal-COVID-19: rispons tal-politika fiskali” (COM(2021)0105), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2020 bit-titolu “Rieżami tal-governanza ekonomika – Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1173/2011, 1174/2011, 1175/2011, 1176/2011, 1177/2011, 472/2013 u 473/2013 dwar l-idoneità tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE” (COM(2020)0055), |
— |
wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-Kummissjoni: Rebbiegħa 2021 (Dokument Istituzzjonali 149) ta' Mejju 2021, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2021 bit-titolu “Il-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika fl-2021: biex tingħeleb il-COVID-19, ikun appoġġat l-irkupru u tkun modernizzata l-ekonomija tagħna” (COM(2021)0500), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0212/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regolament ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi matul dawn l-aħħar 30 sena l-qafas tal-governanza ekonomika għadda minn għadd ta' bidliet biex jiġu indirizzati d-difetti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tiegħu u biex jiġi adattat għal sfidi ekonomiċi ġodda; |
B. |
billi l-qafas ta' governanza attwali jippreżenta dgħufijiet kunċettwali u prattiċi li jwasslu għal regoli kumplessi żżejjed, infurzar dgħajjef, nuqqas ta' sjieda u nuqqas ta' inċentivi biex jiġu segwiti politiki simetriċi kontroċikliċi; billi l-qafas attwali ma rnexxilux inaqqas id-diverġenzi fi ħdan l-UE u lanqas jipproteġi jew jistimula l-investiment pubbliku li jsaħħaħ it-tkabbir; |
C. |
billi wara l-kriżi finanzjarja globali, ir-riformi suċċessivi tal-UEM iffokaw fuq it-tnaqqis tar-riskju iżda ma introduċewx elementi ta' kondiviżjoni tar-riskju; |
D. |
billi l-programmi ta' aġġustament makroekonomiku ppreżentaw nuqqas ta' sjieda nazzjonali u ħallew dannu fuq in-nisġa soċjali tal-pajjiżi li implimentawhom; |
E. |
billi fl-2015 il-Kummissjoni adottat gwida dwar l-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir biex tissaħħaħ ir-rabta bejn ir-riformi strutturali, l-investiment u r-responsabbiltà fiskali; |
F. |
billi l-Unjoni Ewropea qed tħabbat wiċċha ma' diversi sfidi fuq terminu twil: kriżi tas-saħħa pubblika, kriżi klimatika u nuqqas ta' investiment fl-infrastruttura pubblika, li qed jaggravaw id-disparitajiet soċjoekonomiċi; |
G. |
billi l-isfida taż-żewġ tranżizzjonijiet tirrikjedi investiment pubbliku addizzjonali, li huwa mfixkel fil-qafas fiskali attwali; billi kemm l-investiment fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat kien diġà insuffiċjenti qabel il-kriżi, minkejja rati tal-imgħax storikament baxxi; |
H. |
billi l-investiment pubbliku gross tnaqqas wara l-kriżi finanzjarja u tad-dejn sovran, u f'ħafna Stati Membri l-investiment pubbliku nett huwa saħansitra negattiv, li jimplika li l-qafas fiskali attwali jwassal għal miżuri ta' konsolidazzjoni reċessivi eċċessivi u jiffaċilita t-tnaqqis tal-investiment pubbliku matul il-perjodi ta' konsolidazzjoni fiskali; |
I. |
billi hemm diskrepanzi sinifikanti fil-finanzjament tal-investiment li għandhom jiġu indirizzati: EUR 470 biljun fis-sena sal-2030 biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali tal-UE (22), EUR 142 biljun fis-sena għall-infrastruttura soċjali bħal sptarijiet jew skejjel (23), u EUR 190 biljun fis-sena biex jiġi stabbilizzat l-istokk tal-kapital pubbliku (24); |
J. |
billi l-livelli tad-dejn pubbliku fil-bidu tal-pandemija kienu għoljin, u billi r-reċessjoni ekonomika bla preċedent, il-miżuri fiskali nazzjonali bla preċedent li ttieħdu b'reazzjoni għall-pandemija u l-ħtieġa li jiġi appoġġat irkupru sostenibbli u inklużiv se jkollhom impatt fuq il-finanzi pubbliċi li se jwasslu biex il-proporzjon tad-dejn tal-UE mal-PDG jilħaq quċċata ġdida ta' aktar minn 100 % tal-PDG; |
K. |
billi s-sostenibbiltà ambjentali (25) u soċjali huma interkonnessi mas-sostenibbiltà fiskali fit-tul; |
L. |
billi l-pandemija qed tikkawża xokk eżoġenju bla preċedent b'impatti asimmetriċi kbar, b'piż negattiv fuq il-perspettiva ekonomika tal-UE u bi twessigħ fid-diverġenzi bejn l-Istati Membri; |
M. |
billi l-pandemija amplifikat l-inugwaljanzi u l-faqar li kienu jeżistu qabel u wriet l-importanza tal-mudell soċjali Ewropew u tax-xbieki ta' sikurezza soċjali eżistenti tiegħu; |
N. |
billi, fl-Ewropa, il-previżjonijiet ekonomiċi (26) (27) juru rkupru inkomplet, irregolari u varjabbli; billi l-organizzazzjoni tad-distribuzzjoni ta' vaċċini qed taċċellera, u hemm riskji konsiderevoli ta' diverġenzi u inugwaljanzi aggravati bejn il-pajjiżi, is-setturi u s-segmenti tas-soċjetà, b'mod partikolari fost il-ħaddiema żgħażagħ, in-nisa u l-ħaddiema b'livell baxx ta' ħiliet; |
O. |
billi għad hemm riskji fit-tul ta' danni fuq l-ekonomiji ta' ċerti Stati Membri, u għalhekk l-irtirar tal-appoġġ għandu jiġi kkomplementat b'miżuri li jiffaċilitaw il-ħolqien tal-impjiegi u r-riallokazzjoni, jiġifieri permezz ta' programmi ta' taħriġ mill-ġdid inkluż taħriġ mill-ġdid f'ħiliet ġodda, flimkien ma' appoġġ għall-introjtu kif meħtieġ; |
P. |
billi r-riskji ġeopolitiċi jista' jkollhom impatti fuq is-sostenibbiltà tad-dejn sovran; |
Q. |
billi l-appoġġ fiskali diskrezzjonarju varja fid-daqs u fil-kompożizzjoni fost l-Istati Membri, b'korrelazzjoni pożittiva ċara bejn l-ispazju fiskali u d-daqs tar-rispons ta' politika li wassal għal rispons asimmetriku, li jista' joħloq riskji ta' kundizzjonijiet mhux ekwi fis-suq intern u ta' differenzi akbar fil-ħeffa tal-irkupru; |
R. |
billi r-rispons tal-UE għall-kriżi (28) saħħaħ l-UEM u, s'issa, irnexxielu joħloq fiduċja u kunfidenza, biex b'hekk ikkontrolla l-volatilità tas-swieq finanzjarji; jissottolinja għal dan il-għan l-importanza tal-ħruġ ta' bonds tal-UE; |
S. |
billi fl-2020, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjoni pubblika b'rieżami tal-effikaċja tal-qafas ta' governanza ekonomika li ġie interrott mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19; |
1.
Jistieden lill-Kummissjoni tniedi mill-ġdid id-dibattitu pubbliku dwar ir-rieżami tal-qafas tal-governanza ekonomika Ewropew u tressaq proposti leġiżlattivi, komprensivi u li jħarsu 'l quddiem bħala riżultat ta' dan ir-rieżami; jinnota li r-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika ġie sospiż minħabba l-pandemija;
Politika fiskali lejn irkupru sostenibbli u inklużiv
2. |
Jilqa' l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, li hija ġġustifikata bis-sħiħ mill-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija; jinnota li l-klawżola liberatorja ġenerali ma tissospendix il-proċeduri tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u jirrikonoxxi li se tippermetti lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu l-miżuri ta' koordinazzjoni tal-politika meħtieġa fil-qafas tal-Patt filwaqt li jiddevjaw mir-rekwiżiti baġitarji li normalment japplikaw; jenfasizza li l-klawżola liberatorja ġenerali ppermettiet lill-Istati Membri jadottaw miżuri mdaqqsa ħafna ta' nfiq u dħul biex jimminimizzaw l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija u li l-appoġġ fiskali għandu jitneħħa gradwalment sabiex jiġu appoġġati l-isforzi tal-Istati Membri biex isostnu l-irkupru u jsaħħu r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jinnota l-grad ta' flessibbiltà tal-qafas attwali għall-governanza ekonomika fir-rispons politiku kkoordinat għall-kriżi tal-COVID-19; |
3. |
Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2021 bil-kunsiderazzjonijiet proposti rigward id-diżattivazzjoni jew l-attivazzjoni kontinwa tal-klawżola liberatorja ġenerali; jinnota li għandha titqies valutazzjoni ġenerali tal-istat tal-ekonomija, ibbażata primarjament fuq kriterji kwantitattivi; jaqbel li l-livell tal-attività ekonomika fl-UE jew fiż-żona tal-euro meta mqabbla mal-livelli ta' qabel il-kriżi se jkun il-kriterju ewlieni; jisħaq, madankollu, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjonijiet tas-saħħa, soċjali u ekonomiċi madwar l-UE u l-ekonomija taż-żona tal-euro; jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika li tindika li l-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir se tkompli tiġi applikata fl-2022 u hija mistennija li tiġi diżattivata mill-2023; |
4. |
Iqis li r-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika se jsir f'ċirkostanzi diffiċli, jiġifieri r-rati tal-imgħax baxxi, il-legati tad-dejn bla preċedent u fil-kuntest ta' pakkett kbir ta' rkupru fiskali li jikkonsisti f'għotjiet u self iffinanzjati mid-dejn tal-UE; |
5. |
Huwa tal-fehma li r-reviżjoni tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE hija meħtieġa; jaqbel mal-Bord Fiskali Ewropew (EFB) dwar l-importanza li jkun hemm perkors ċar lejn qafas fiskali rieżaminat, preferibbilment qabel id-diżattivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali; |
6. |
Huwa konxju li t-tnedija tar-rieżami wara d-diżattivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tagħmilha aktar diffiċli, kontroversjali u diviżiva; iqis, għalhekk, li għandu jkun hemm riflessjoni fuq ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika qabel ma r-ritorn possibbli tar-regoli fiskali jista' jidħol fis-seħħ; |
7. |
Jinnota li fil-kuntest attwali, l-applikazzjoni tal-qafas fiskali attwali, b'mod partikolari l-perkorsi ta' aġġustament, twassal għal veloċità qawwija fit-tnaqqis tad-dejn li tista' timmina t-triq ta' rkupru tal-ekonomiji, u potenzjalment iddgħajjef l-impenn tal-Istati Membri biex jirrispettaw ir-regoli; |
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi linji gwida ċari dwar il-politika fiskali għall-Istati Membri matul il-perjodu ta' attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali mmirati lejn il-kisba ta' pożizzjonijiet fiskali prudenti fuq terminu medju u l-iżgurar tas-sostenibbiltà fiskali fit-terminu medju; ladarba l-klawżola liberatorja ġenerali tiġi diżattivata u filwaqt li qafas rieżaminat ma jkunx għadu fis-seħħ, jitlob l-użu tal-flessibbiltajiet eżistenti kollha previsti fil-qafas ta' governanza ekonomika attwali bħall-“klawżola dwar avveniment mhux tas-soltu” fuq bażi speċifika għall-pajjiż biex tiġi evitata l-konsolidazzjoni fiskali prematura u jiġu limitati r-riskji ta' danni fuq terminu twil; |
9. |
Iqis li l-indikaturi ekonomiċi u l-perkorsi ta' aġġustament jeħtieġ li jiġu implimentati b'kawtela, u jitlob għalhekk li l-Vade Mecum u l-kodiċi ta' kondotta tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir jiġu riveduti; jenfasizza li l-gwida fiskali għandha tevita preġudizzji proċikliċi, tippromwovi l-konverġenza 'l fuq, issaħħaħ irkupru sostenibbli, inklużiv, ekoloġiku u diġitali, billi tikkontribwixxi għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, tqies is-sitwazzjonijiet differenti fost l-Istati Membri u tiġġieled l-iżbilanċi makroekonomiċi; |
10. |
Iqis li s-self ta' NextGenerationEU għandu jiġi rreġistrat bħala dejn nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni, fl-aġġornamenti tal-linji gwida ta' implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, tipprovdi lill-infiq iffinanzjat mis-self tan-NextGenerationEU bl-istess trattament bħal tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) fil-kuntest tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-flessibbiltà; |
11. |
Jappella għal pożizzjoni fiskali espansjonarja kontinwa għat-tul ta' żmien meħtieġ biex jiġi appoġġat l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 u jiġu xprunati l-bidliet trasformattivi li jagħmlu l-ekonomiji aktar ekoloġiċi, diġitali u inklużivi, filwaqt li tiġi żgurata s-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju; iwissi kontra l-irtirar prematur tal-appoġġ u jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li l-politika fiskali għandha tibqa' aġli u taġġusta għas-sitwazzjoni li qed tevolvi kif meħtieġ; iqis li l-miżuri ta' appoġġ fiskali għandhom isiru aktar immirati hekk kif l-irkupru jipprogressa; jappoġġa politiki li huma mfassla għall-istadju tal-pandemija, għat-triq lejn l-irkupru ekonomiku u għaċ-ċirkostanzi individwali tal-pajjiżi; |
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji kredibbli biex jitneħħew il-miżuri relatati mal-kriżi, filwaqt li ma tantiċipax trajettorji fiskali futuri; |
13. |
Jinnota r-riskji ta' danni fit-tul fl-akkumulazzjoni tal-kapital u s-suq tax-xogħol minħabba l-pandemija, li jistgħu jxekklu l-ekonomija; jenfasizza li l-irkupru x'aktarx jibqa' jvarja u l-politika fiskali għandha tillimita d-danni u tnaqqas l-inugwaljanzi billi tappoġġa dawk is-segmenti tal-ekonomija u tas-soċjetà li huma f'riskju ogħla ta' diverġenza; |
14. |
Jistieden lill-Istati Membri jinkorporaw l-appoġġ fiskali ta' kwalità għolja f'oqfsa kredibbli fuq terminu medju u jħejju pjanijiet robusti għall-politika fiskali fuq terminu medju biex jiżguraw li fejn ikunu meħtieġa miżuri fiskali espansjonarji, dawn ikunu appoġġati minn miżuri inklużivi u ta' tkabbir, u jiżguraw ir-rwol antiċikliku tal-politika fiskali filwaqt li jżommu f'moħħhom li l-miżuri ta' politika fiskali ta' emerġenza huma temporanji, limitati u mmirati biex jiżguraw is-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju; jistieden lill-Istati Membri jimmonitorjaw ir-riskji fiskali, speċifikament l-obbligazzjonijiet kontinġenti, kif xieraq; ifakkar fl-importanza dejjem akbar tal-monitoraġġ tar-riskji fiskali relatati mas-sostenibbiltà; jinnota li tali prattiki tajbin ta' ġestjoni finanzjarja pubblika jtejbu t-trasparenza u l-akkontabbiltà; |
15. |
Jilqa' r-rispons immedjat u kkoordinat ta' politika ekonomika tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri mmirat li jevita żieda qawwija fl-insolvenzi korporattivi u fil-qgħad; jirrakkomanda li appoġġ aktar ġenerali jiġi sostitwit b'mod gradwali minn skemi aktar immirati biex jiġu limitati r-riskji ta' diffikultà u danni korporattivi; jirrakkomanda li l-appoġġ pubbliku jiġi ffokat biss fuq korporattivi li huma vijabbli fit-tul, fid-dawl tal-aġenda ekoloġika u diġitali tal-UE; |
16. |
Jinnota li l-pożizzjoni fiskali fil-livell tal-Istati Membri, kif ukoll il-qafas makroekonomiku, kienu sikwit qegħdin jippromwovu politiki fiskali proċikliċi, kemm fi żminijiet tajbin kif ukoll fi żminijiet ħżiena, billi rispettivament f'xi perjodi naqsu milli jibnu buffers suffiċjenti, filwaqt li f'perjodi oħra l-ispazju fiskali ma ntużax b'mod suffiċjenti; jinnota wkoll li kien hemm korrelazzjoni pożittiva bejn l-Istati Membri li għandhom spazju fiskali u l-kapaċità tagħhom li jimmobilizzaw malajr pakketti ta' stimolu fiskali b'pass ħafna aktar mgħaġġel u mingħajr spejjeż ta' self assoċjati, li għen biex jittaffew l-effetti soċjoekonomiċi negattivi tal-pandemija; |
17. |
Jissottolinja l-importanza tar-rwol tal-politiki fiskali sabiex l-Istati Membri jkunu ugwalment kapaċi li minn naħa waħda jiżguraw irkupru sostenibbli, ekoloġiku, diġitali u inklużiv, u min-naħa l-oħra, jiżguraw politiki fiskali sostenibbli u li d-dejn sovran ikun sostenibbli fuq terminu twil; |
18. |
Iqis li r-rispons fiskali Ewropew komuni (NGEU) huwa kruċjali għall-irkupru; jappella għal użu rapidu u effettiv tar-riżorsi min-NGEU b'rispett sħiħ tal-kriterji maqbula, li se jkollhom rwol importanti fl-appoġġ tal-irkupru ekonomiku sostenibbli u inklużiv u biex tingħata spinta lill-produttività u l-investiment madwar l-UE; |
Rieżami tal-qafas leġiżlattiv markroekonomiku
19. |
Jisħaq fuq l-interazzjoni inerenti bejn il-politiki monetarji u fiskali filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-mandat tal-BĊE, l-indipendenza tiegħu u s-salvagwardja tal-leġittimità demokratika tiegħu; jinnota s-suċċess ta' stabbiliment xieraq u responsabbli taż-żewġ politiki biex jgħinu li jingħata l-appoġġ meħtieġ għall-ekonomiji ta' wara l-COVID-19, l-ewwel waħda billi jiġu ppreservati kundizzjonijiet ta' finanzjament favorevoli u t-tieni waħda billi jiġu appoġġati d-ditti, il-ħaddiema u n-nies, filwaqt li tintwera r-rieda ta' dawn il-politiki biex jirrispondu għal din il-kriżi; iqis li l-irtirar prematur tal-politika fiskali għandu jiġi evitat ukoll biex ma jikkontrobattix l-istimolu tal-programm ta' rkupru; |
20. |
Jenfasizza li l-politika monetarja f'dawn l-aħħar snin u kriżijiet ġarret il-piż ewlieni tal-istabbilizzazzjoni; jinnota li l-kriżi kkawżata mill-pandemija wriet li l-istabbilizzazzjoni ma tistax tkun ir-responsabbiltà tal-politika monetarja waħedha u li l-politika fiskali għandu jkollha rwol aktar b'saħħtu; filwaqt li l-kundizzjonijiet monetarji attwali huma akkomodanti u qed jappoġġaw l-irkupru tal-ekonomija fil-kriżi, iwissi kontra d-dipendenza qawwija wisq fuq pożizzjoni ta' politika monetarja akkomodanti u spiża estremament baxxa tad-dejn sovran; |
21. |
Jenfasizza li l-politiki fiskali nazzjonali, flimkien mal-politiki tal-Unjoni, se jkollhom rwol importanti fit-twettiq tal-impenji u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima; |
22. |
Jissottolinja li hemm fatturi strutturali bħat-tixjiħ, tfaddil li qed jiżdied, inflazzjoni baxxa, propensitajiet tal-investiment u tnaqqis fil-produttività li jistgħu jżommu r-rati tal-imgħax reali baxxi fuq terminu medju sa twil; iqis li l-politiki makroekonomiċi għandhom jindirizzaw il-fatturi li jirfdu r-riskju tal-istaġnar sekulari permezz ta' riformi bbilanċjati u soċjalment ġusti li jsaħħu t-tkabbir sostenibbli u l-produttività; ifakkar li, fost fatturi oħra, l-istaġnar sekulari huwa tipikament ikkaratterizzat minn tnaqqis fil-forza tax-xogħol, domanda baxxa, tfaddil eċċessiv u investimenti baxxi; |
23. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li nkunu lesti għal xenarji inqas pożittivi; jinnota li l-impatt tax-xokk tal-COVID-19 żied it-tfaddil u xi għażliet ta' investiment ġew posposti; jirrimarka li ladarba r-restrizzjonijiet jittaffew u l-ekonomija tirpilja, ir-rati tal-imgħax jista' jkollhom żieda xprunata minn aspettattivi ogħla ta' inflazzjoni; jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-investimenti pubbliċi u privati biex jiġi żblukkat kapital addizzjonali, speċjalment fil-kuntest tal-irkupru tal-UE; jissottolinja li mhuwiex biss il-livell ta' investiment li huwa importanti għat-tkabbir iżda wkoll l-istabbiliment, il-kwalità u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' investiment; jinnota li kien hemm telf sostanzjali ta' investiment matul l-aħħar kriżi u jisħaq fuq l-importanza tal-irkupru ekonomiku biex tiżdied il-profittabbiltà tal-investiment; |
24. |
Iqis li qafas ta' governanza ekonomika xieraq u kredibbli huwa rekwiżit neċessarju għal politiki fiskali sostenibbli, trajettorji tad-dejn u tad-defiċit li jiżguraw perkorsi kredibbli ta' tnaqqis tad-dejn, billi jippromwovu tkabbir sostenibbli u inklużiv fuq terminu twil filwaqt li jiżguraw kundizzjonijiet ta' finanzjament favorevoli, speċjalment fit-tul; iqis ukoll li l-qafas għandu jintegra elementi biex jiġu evitati politiki proċikliċi u jinbnew biżżejjed buffers fi żminijiet tajbin, biex fejn meħtieġ, ikun jista' jwettaq funzjoni ta' makrostabbilizzazzjoni fuq terminu qasir u biex jiżgura governanza mtejba u trasparenti, li min-naħa tagħha tagħmel l-ekonomija taħdem għan-nies; |
Analiżi komprensiva tas-sostenibbiltà tad-dejn sovran (SDSA)
25. |
Jinnota li l-livelli tad-dejn sovran żdiedu b'mod konsiderevoli u laħqu kważi 102 % tal-proporzjon tad-dejn aggregat għall-PDG taż-żona tal-euro, b'żieda ulterjuri prevista għall-2021 u l-2022, u li xi Stati Membri diġà akkumulaw legat ta' dejn imdaqqas; jinnota li ċ-ċirkostanzi nbidlu minn meta ġew definiti l-kriterji ta' Maastricht; jenfasizza, għalhekk, li l-qafas ta' governanza ekonomika għandu jiġi rieżaminat fil-kuntest tal-ambjent ekonomiku attwali u, filwaqt li jibni fuq l-esperjenzi tal-qafas eżistenti u jirrispetta bis-sħiħ it-Trattati, għandu jkun ibbażat fuq il-fatti u orjentat lejn il-futur; |
26. |
Iqis li l-qafas ta' governanza ekonomika tal-Unjoni għandu jiġi rieżaminat biex ir-regoli dwar id-dejn ikunu aktar sempliċi u infurzabbli u mfassla biex jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku fuq terminu twil, b'investiment pubbliku u privat xieraq; |
27. |
Iqis li qafas ta' governanza ekonomika rieżaminat għandu jikkunsidra kif jista' jiġi żgurat pass speċifiku għall-pajjiż tat-tnaqqis tad-dejn sovran li jissalvagwardja s-sostenibbiltà fiskali fuq terminu twil u t-tkabbir sostenibbli u inklużiv; jitlob li l-miri tad-dejn jirriflettu b'mod xieraq ir-realtà ekonomika l-ġdida kif ukoll l-isfidi speċifiċi għall-pajjiż; |
28. |
Iqis li l-assi sikuri Ewropej se jsaħħu l-istabbiltà finanzjarja, itejbu t-trażmissjoni tal-politika monetarja, u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro; |
29. |
Huwa konxju li d-defiċits baġitarji għoljin ħafna fl-2020 u l-2021 u t-telf fil-PDG nominali se jiġu riflessi fil-proporzjonijiet tad-dejn għall-PDG; |
30. |
Jirrikonoxxi li l-ambjent ta' rata tal-imgħax baxxa jnaqqas il-pressjoni fuq il-politika fiskali billi jnaqqas l-ispejjeż tas-servizz tad-dejn sovran; jinsisti li l-implikazzjonijiet tar-rati tal-imgħax baxxi, il-bidla possibbli fl-ambjent tar-rati tal-imgħax u l-miżuri possibbli futuri tal-politika monetarja għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq fl-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn sovran fuq terminu medju; jinnota li l-premiums ta' riskju tal-Istati Membri jistgħu jiżdiedu, speċjalment għal pajjiżi b'dejn għoli jew li qed jiżdied u li dan jista' jpoġġi pressjoni addizzjonali fuq il-politika fiskali, kif ukoll fuq l-ekonomija; |
31. |
Jenfasizza li l-ispejjeż tas-servizzi tad-dejn x'aktarx li jibqgħu baxxi għall-futur prevedibbli bis-saħħa ta' sehem kbir tal-piż tad-dejn kopert minn maturitajiet ta' terminu twil u ta' xi bonds b'rendiment negattiv, u defiċits primarji jistgħu jiġu bbilanċjati b'differenzjali favorevoli bejn it-tkabbir u l-imgħax; jinnota li l-istatus pożittiv attwali tal-ispejjeż tas-servizzi tad-dejn jista' jinbidel relattivament malajr, filwaqt li tnaqqis sostenibbli tal-kumulazzjoni tad-dejn sovran jieħu ħafna aktar żmien; iqis li l-benefiċċju ta' spiża baxxa tas-servizzi tad-dejn huwa opportunità biex jiġu sostnuti u progressivament jitnaqqsu livelli għoljin ta' dejn għal livell sostenibbli, biex tingħata spinta lit-tkabbir potenzjali u biex tiżdied ir-reżiljenza tal-ekonomija; |
32. |
Jirrimarka li hemm problemi strutturali sottostanti għar-rati ta' tkabbir asimmetriku fost l-Istati Membri; iqis li t-tkabbir mhuwiex l-uniku objettiv, peress li l-ħolqien ta' ekonomija li taħdem għan-nies u l-kisba tal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku u l-Ftehim ta' Pariġi jirrikjedu appoġġ ta' politika mmirat, inklużi sforzi fiskali; |
33. |
Ifakkar, minbarra r-riformi, fl-importanza ta' politiki li jsaħħu t-tkabbir u investiment privat u pubbliku sostenibbli bil-għan li jiżdied il-potenzjal tat-tkabbir u jinkisbu l-objettivi tal-UE ċċentrati madwar it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u li jiżdiedu l-potenzjal tat-tkabbir, il-kompetittività u l-produttività u li tingħata spinta lis-suq uniku; itenni li l-investiment u l-infiq orjentati lejn il-futur għandhom spillovers pożittivi fuq is-sostenibbiltà tad-dejn fuq terminu medju sa twil; jistieden lill-Istati Membri jsegwu politiki fiskali sostenibbli filwaqt li jippreservaw l-investiment pubbliku ffinanzjat fil-livell nazzjonali u li jappoġġa t-tkabbir; |
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi analiżi komprensiva u trasparenti tas-sostenibbiltà tad-dejn sovran (SDSA), sabiex tappoġġa d-deċiżjoni ta' dawk li jfasslu l-politika biex jiġi stabbilit perkors ċar u trasparenti ta' aġġustament xieraq u speċifiku għall-pajjiż; jenfasizza l-użu ta' għodod u tekniki innovattivi bħal testijiet tal-istress u analiżi stokastika biex jiġu riflessi aħjar ir-riskji għad-dinamika tad-dejn pubbliku (bħad-differenzjali tat-tkabbir tal-imgħax, il-kompożizzjoni tad-dejn, id-demografija u s-sostenibbiltà) u l-kwalità tan-nefqa pubblika; |
Qafas ta' koordinazzjoni tal-politika fiskali tal-UE
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex matul il-proċess ta' rieżami tirrifletti dwar ir-rwol tal-politika fiskali fl-ekonomija Ewropea filwaqt li tindirizza n-nuqqasijiet diġà identifikati fil-qafas fiskali tal-UE qabel it-tifqigħa (29), anke fid-dawl tal-legati tal-pandemija; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif tista' tippromwovi s-sostenibbiltà fiskali u r-regoli kontroċikliċi, u tikkunsidra li tissimplifika l-qafas u ttejjeb l-awtonomija tal-Kummissjoni fl-infurzar tar-regoli f'qafas aktar responsabbli b'sens ta' appartenenza aktar b'saħħtu; jappella wkoll għal mekkaniżmi ta' flessibbiltà definiti sew u li jiskattaw b'mod trasparenti kull meta din il-flessibbiltà tkun iġġustifikata sewwa billi jiġu żgurati effikaċja u kredibbiltà akbar; jenfasizza l-importanza ta' qafas li jiżgura l-koordinazzjoni tal-politika fiskali, iqis il-bidliet fl-ekonomiji u l-kundizzjonijiet tal-finanzjament u jikkunsidra l-ispeċifiċitajiet u l-objettivi strateġiċi tal-Istati Membri; iqis, barra minn hekk, li l-qafas tal-UE għall-koordinazzjoni tal-politika fiskali għandu jippermetti l-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli u inklużiv fit-tul tal-UE, filwaqt li jippreserva s-salvagwardji kontra r-riskju għas-sostenibbiltà tad-dejn; |
37. |
Jinnota l-proposta tal-EFB li l-qafas fiskali tal-UE għandu jerġa' jinbena mill-ġdid fuq tliet prinċipji: (i) ankra tad-dejn – jiġifieri objettiv tal-proporzjon tad-dejn u perkors ta' tnaqqis fl-aġġustament speċifiku lejh għal kull pajjiż, (ii) indikatur uniku tal-prestazzjoni fiskali – jiġifieri regola tal-infiq għall-pajjiżi b'dejn li jaqbeż l-objettiv tal-proporzjon tad-dejn, u (iii) klawżola liberatorja ġenerali sostnuta minn opinjoni abbażi ta' analiżi u pariri indipendenti; |
38. |
Jirrimarka l-ħtieġa ta' perkors ta' aġġustament tad-dejn realistiku u mfassal b'mod trasparenti speċifikament għal kull pajjiż sabiex ikun adattat aħjar għar-realtajiet tal-pajjiżi u jirrifletti l-livell ta' sostenibbiltà tad-dejn tal-Istati Membri; |
39. |
Iqis li, bi qbil mal-proposta tal-EFB, regola tal-infiq b'limitu massimu (30) fuq in-nefqa pubblika nominali meta d-dejn pubbliku ta' pajjiż jaqbeż ċertu livell tista' tipprovdi regoli fiskali aktar trasparenti fl-UE; iqis li r-rata tat-tkabbir tal-limitu massimu tkun tiddependi mit-tkabbir fl-output potenzjali mistenni, l-inflazzjoni prevista u d-distanza mill-ankra tad-dejn; jinnota li l-ispejjeż għas-servizzjar tad-dejn u l-pagamenti tal-benefiċċji tal-qgħad (b'rati fissi) huma esklużi u t-tkabbir fin-nefqa jkun aġġustat għall-impatt tal-bidliet diskrezzjonali fid-dħul tal-gvern (i.e. taxxi diretti u indiretti); |
40. |
Jinnota li perkors speċifiku għal kull pajjiż b'sens ta' appartenenza min-naħa tal-Istati Membri jsaħħaħ il-kredibbiltà u jtejjeb l-osservanza tar-regoli min-naħa tagħhom; jinnota wkoll li l-perkors speċifiku għal kull pajjiż għandu jirriżulta minn analiżi ekonomika trasparenti u komprensiva u diskussjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, li matulha tista' tiġi prevista konsultazzjoni mal-EFB u l-Istituzzjonijiet Fiskali Indipendenti (IFIs) nazzjonali jekk ikun il-każ; |
41. |
Jissottolinja li r-regoli tal-infiq għandhom proprjetajiet ta' stabbilizzazzjoni awtomatika inerenti (31); jinnota li r-regoli tal-infiq taw prova ta' aktar effikaċja fit-tnaqqis tal-preġudizzji ta' proċikliċità tal-politika fiskali (32); jisħaq fuq l-importanza tal-istabbilizzaturi awtomatiċi quddiem inċertezzi dejjem akbar; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-EFB biex jinħoloq kont ta' kumpens li fih jiġu akkumulati devjazzjonijiet mit-tkabbir ippjanat fin-nefqa primarja netta; |
42. |
Jirrimarka li l-metrika fil-qalba tal-qafas ta' governanza ekonomika trid tkun faċilment osservabbli u kontrollabbli minn min jieħu d-deċiżjonijiet fl-ambitu politiku sabiex tiżdied it-trasparenza u l-komprensibbiltà kemm għal dawk li jfasslu l-politika kif ukoll għall-pubbliku; jinnota li kunċetti bħall-analiżi tad-distakk fl-output ma jissodisfawx dawk il-kriterji; jissottolinja li, fil-perjodu ta' wara l-kriżi, l-inċertezza dwar id-distakk fl-output se tkun saħansitra akbar milli kienet fil-passat; isostni li filwaqt li t-tkabbir fl-output potenzjali ma jistax jiġi osservat u jrid jiġi stmat, huwa inqas suxxettibbli għal reviżjonijiet meta mqabbel mad-distakk fl-output; |
43. |
Jipproponi, bi qbil mal-EFB, klawżola liberatorja ġenerali li, f'każ ta' żviluppi ekonomiċi imprevisti, tiġi rrikkmandata mill-Kummissjoni u deċiża mill-Kunsill u li jista' jkollha s-sostenn ta' opinjoni bbażata fuq analiżi ekonomika indipendenti u definita sew sabiex titnaqqas il-kumplessità u tiġi ppreservata l-kapaċità li tittieħed azzjoni f'każ ta' ċirkustanzi imprevedibbli; jenfasizza, madankollu – jekk ikun involut korp indipendenti – il-bżonn ta' kjarifika ulterjuri dwar il-kompożizzjoni tal-korp indipendenti sabiex tiġi żgurata l-oġġettività fil-ġudizzju għar-regoli, li jiżgura l-indipendenza tiegħu u jiggarantixxi li ma jkunx hemm dewmien fil-proċess; |
44. |
Jissottolinja li meta l-finanzi pubbliċi jiġu taħt pressjoni, hemm it-tendenza li jitnaqqas l-investiment tal-gvern; jinnota li l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali attwali fl-UE jirrikjedu sforzi mmirati partikolarment b'rabta mar-reżiljenza soċjali, it-tibdil fil-klima u d-diġitalizzazzjoni; jenfasizza l-importanza tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE biex il-gvernijiet ikunu jistgħu jipproteġu l-investimenti pubbliċi mingħajr ma jipperikolaw is-sostenibbiltà tad-dejn; jissottolinja li jridu jsiru aktar sforzi biex titjieb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi; jitlob li r-rieżami tal-qafas jinkludi enfasi akbar fuq il-kwalità tad-dejn; jenfasizza li l-kwalità tal-finanzi pubbliċi ttejjeb is-sostenibbiltà tad-dejn fit-tul tal-pajjiż u ssaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir fit-tul; |
45. |
Jissottolinja l-fehma tal-EFB li parti min-nefqa li ttejjeb it-tkabbir delineata ċar tkun eskluża mil-limitu massimu ta' tkabbir fin-nefqa primarja netta; |
46. |
Jenfasizza li d-dħul tal-gvern huwa parti importanti mis-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u l-istabbiltà tiegħu tista' tgħin biex tiġi żgurata strateġija kredibbli għat-tnaqqis tad-dejn sovran; jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex ikomplu jindirizzaw il-frodi, l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, kif ukoll il-ħasil tal-flus; itenni li azzjonijiet effikaċi f'dan il-qasam min-naħa tal-Istati Membri jrawmu l-fiduċja fil-governanza tal-finanzi pubbliċi; jinnota l-ħtieġa li tiġi żgurata politika ta' nfiq responsabbli biex tiġi evitata l-pressjoni biex jiżdiedu t-taxxi; |
47. |
Jinnota li l-EFB kien sostenitur kbir tal-introduzzjoni ta' kapaċità fiskali komuni fil-livell Ewropew, billi din toħloq inċentivi għal aktar konformità mar-regoli fiskali tal-UE; jinnota wkoll li din l-opinjoni ġiet kondiviża minn istituzzjonijiet oħra bħall-Fond Monetarju Internazzjonali u l-BĊE; |
48. |
Jilqa' l-inizjattivi NGEU u SURE; jenfasizza li l-NGEU huwa ffinanzjat permezz ta' ħruġ ta' dejn iggarantit mill-baġit tal-UE; jissottolinja li d-dejn maħruġ mill-UE (33) se jforni provvista ġdida ta' assi Ewropej sikuri u ta' kwalità għolja; jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tal-Pakkett għall-Irkupru u l-istrument SURE biex ittejjeb il-konverġenza bejn l-Istati Membri, tippromwovi l-politiki tal-UE u tnaqqas il-vulnerabbiltà tal-UE għax-xokkijiet ekonomiċi; jinnota li l-istrumenti NGEU u SURE attwali tfasslu biex ikunu temporanji u jenfasizza l-importanza ta' pjan trasparenti biex jitħallas lura d-dejn li jirriżulta mill-bonds NGEU u SURE; |
Sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi
49. |
Jenfasizza l-importanza tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) fid-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-indirizzar tal-iżbilanċi makroekonomiċi fl-UE; jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (34) li, għalkemm il-mekkaniżmu tal-MIP huwa ġeneralment imfassal tajjeb, il-potenzjal tiegħu għadu ma ġiex sfruttat b'tali mod li jiżgura l-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi b'mod effikaċi; jinnota wkoll li l-klassifikazzjoni tal-Istati Membri bi żbilanċi hija nieqsa mit-trasparenza, hemm nuqqas ta' għarfien dwar il-proċedura u l-implikazzjonijiet tagħha fost il-pubbliku, u r-rakkomandazzjonijiet ma jippromwovux biżżejjed l-azzjonijiet politiċi li jridu jittieħdu biex jiġu indirizzati dawk l-iżbilanċi, partikolarment fiż-żona tal-euro; |
50. |
Jitlob użu aktar effikaċi tar-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR), filwaqt li jieħu nota tar-reviżjoni teknika tat-tabella ta' valutazzjoni tal-MIP min-naħa tal-Kummissjoni u jilqa' l-analiżi dettaljata u komprensiva li tirfed ir-rapport; jinsisti li t-tabella ta' valutazzjoni tal-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku trid tkun iffukata u razzjonalizzata fuq indikaturi u limiti sinifikattivi li jiddefinixxu b'mod aktar ċar l-iżbilanċi fiż-żona tal-euro u tkun ukoll ibbażata fuq id-data u trasparenti; ifakkar li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi jikkostitwixxu gwida progressiva indirizzata lill-Istati Membri; iqis li trid tinkiseb konformità akbar mar-rakkomandazzjonijiet simplifikati u li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti għall-MIP għandhom ikunu ffukati fuq azzjonijiet politiċi li jista' jkollhom impatt dirett fuq l-iżbilanċi u jkunu konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro jekk ikun il-każ; |
51. |
Iqis li ċ-ċarezza u l-konsistenza fir-rigward tal-interazzjoni bejn l-MIP u l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir huma kruċjali biex jiġi żgurat li l-objettivi tagħhom jintlaħqu; |
52. |
Jesprimi l-appoġġ tiegħu, f'dan ir-rigward, għall-proposti tal-EFB biex, fid-determinazzjoni tar-regola tal-infiq imsemmija hawn fuq, jiġu inkorporati kunsiderazzjonijiet mill-MIP biex, abbażi ta' ftehim reċiproku, pajjiżi b'defiċits għoljin fil-kont kurrenti jkollhom limitu massimu aktar baxx għall-miri tal-infiq tagħhom, filwaqt li pajjiżi b'surplus estern eċċessiv ikollhom limitu minimu ogħla għar-rata ta' tkabbir fin-nefqa; |
53. |
Jitlob involviment akbar min-naħa tal-awtoritajiet makroprudenzjali – biex l-iżbilanċi makroekonomiċi jiġu identifikati aħjar minn perspettiva makroprudenzjali – kif ukoll min-naħa tal-kunsilli nazzjonali inkarigati mill-produttività, sabiex tiżdied il-komprensjoni komuni tal-iżviluppi makroekonomiċi fil-proċess tal-MIP; |
Governanza
54. |
Jissottolinja l-importanza tal-qafas istituzzjonali tal-UE u tal-metodu komunitarju għall-iffissar u l-infurzar effikaċi tar-regoli kif ukoll għall-ħarsien u t-titjib ta' sens b'saħħtu ta' appartenenza politika u responsabbiltà, u jenfasizza li sens dgħajjef ta' appartenenza politika jew responsabbiltà fil-livell nazzjonali jżid in-nonkonformità; |
55. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-leġittimità demokratika, ir-responsabbiltà u l-iskrutinju tal-qafas tal-governanza ekonomika; jemmen li biex jittejjeb is-sens ta' appartenenza, ir-responsabbiltajiet iridu jiġu assenjati fil-livell li fih jittieħdu jew jiġu implimentati d-deċiżjonijiet, fejn il-parlamenti nazzjonali jeżaminaw bir-reqqa l-gvernijiet nazzjonali u l-Parlament Ewropew jagħmel skrutinju bir-reqqa tal-organi eżekuttivi Ewropej; jenfasizza, għalhekk, ir-rwol tal-istituzzjonijiet u jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat bilanċ xieraq tar-responsabbiltajiet bejn l-istituzzjonijiet differenti fl-implimentazzjoni tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE; |
56. |
Ifakkar li s-Semestru Ewropew huwa qafas stabbilit sewwa għall-koordinazzjoni tal-politiki baġitarji, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi fl-Unjoni Ewropea kollha u jsostni l-għanijiet perpetwi tal-UE, jiġifieri dawk ta' tkabbir sostenibbli, finanzi pubbliċi sostenibbli u konverġenza 'l fuq; jinnota li s-Semestru, minn meta nħoloq, twessa' biex jinkludi, fost aspetti oħra, kwistjonijiet relatati mas-settur finanzjarju u t-tassazzjoni, kif ukoll l-objettivi tal-SDGs tan-NU; jinnota li sabiex tkompli tissaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika u soċjali, l-UE trid twettaq il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; ifakkar li l-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli tfisser il-promozzjoni ta' politiki fiskali mmirati lejn pożizzjonijiet fiskali prudenti fuq terminu medju u l-iżgurar tas-sostenibbiltà fiskali fuq l-istess tul ta' żmien, il-promozzjoni ta' riformi strutturali soċjalment ġusti, it-tisħiħ tal-investiment biex tingħata spinta lill-potenzjal tat-tkabbir u l-appoġġ għal tranżizzjoni inklużiva lejn ekonomija sostenibbli u diġitali; jenfasizza l-importanza ta' kollaborazzjoni aktar b'saħħitha fil-koordinazzjoni tal-politika bejn il-ministri tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali u l-ministri tal-finanzi, partikolarment fiż-żona tal-euro; jinnota li l-kunċett tas-Semestru Ewropew ġie introdott bir-Regolament (UE) Nru 1175/2011, li huwa parti mir-rieżami tal-governanza ekonomika tal-UE, u li jintlaqgħu proposti min-naħa tal-Kummissjoni dwar kif jista' jittejjeb il-proċess tas-Semestru; |
57. |
Jirrimarka li n-nuqqas ta' sens ta' appartenenza kien fost id-dgħufijiet ewlenin tas-Semestru Ewropew; jinnota li d-disinn ta' dan il-qafas irid jinkludi sett ta' objettivi u gwida fit-tul fil-livell tal-UE li jikkoordinaw għażliet ta' politika li jirriflettu b'mod xieraq il-bżonnijiet u l-prijoritajiet nazzjonali msejsa fuq djalogu politiku miftuħ u inklużiv bejn l-UE u l-istituzzjonijiet nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati; jemmen li l-esperjenza tal-istruttura ta' governanza tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza toffri opportunità kbira biex din tintuża għat-trawwim ta' sens ta' appartenenza fil-livell nazzjonali, il-promozzjoni tal-għanijiet strateġiċi tal-UE, it-tkabbir sostenibbli u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi; |
58. |
Jitlob li l-Parlament Ewropew ikun involut b'mod xieraq fil-proċess tas-Semestru Ewropew; jenfasizza l-importanza ta' dibattitu sħiħ fid-definizzjoni tal-għanijiet ġenerali u l-linji gwida; |
59. |
Ifakkar li l-Ftehim dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet itenni li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill – bħala koleġiżlaturi – għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom fuq l-istess livell u li l-Kummissjoni għaldaqstant trid tittrattahom it-tnejn indaqs, u jenfasizza r-rwol u r-responsabbiltà tal-parlamenti nazzjonali; jirrimarka li, skont l-Artikoli 121 u 126 TFUE, il-Parlament Ewropew la jista' jiskrutinizza u lanqas jemenda r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kunsill fil-qafas tas-Semestru Ewropew; |
60. |
Jitlob skrutinju demokratiku aktar rigoruż fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali biex il-gvernijiet nazzjonali jinżammu responsabbli; jenfasizza li sens ta' appartenenza jew responsabbiltà nazzjonali aktar b'saħħtu jwassal għal livell ogħla ta' konformità; jappella biex tkompli tiġi żviluppata l-kooperazzjoni interparlamentari, inkluża l-konferenza prevista fl-Artikolu 13 tal-Patt Fiskali, b'tali mod li jkunu jistgħu jsiru diskussjonijiet sostanzjali u f'waqthom meta jkun hemm bżonn; |
61. |
Jirrikonoxxi l-importanza tad-djalogu makroekonomiku tal-UE biex jissaħħaħ is-sens ta' appartenenza u titjieb il-koordinazzjoni tal-politika, u jitlob, għalhekk, li jingħata spinta ġdida permezz ta' djalogu fil-livell taż-żona tal-euro u f'dak nazzjonali mar-rappreżentanti tal-gvern, il-federazzjonijiet ta' min iħaddem u t-trade unions u li jiġu previsti skambji fiż-żewġ livelli mal-banek ċentrali; |
62. |
Ifakkar li, f'konformità mal-leġiżlazzjoni, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Kunsill, il-Kummissjoni u, jekk ikun xieraq, lill-President tal-Kunsill Ewropew jew il-President tal-Grupp tal-Euro biex jidhru quddiem il-kumitat ikkonċernat, u l-istess jgħodd għall-Istati Membri li jkunu soġġetti għal proċedura ta' governanza ekonomika speċifika; |
63. |
Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-objettivi ambjentali skont l-impenji tal-UE dwar il-klima, l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli; jappella b'urġenza lill-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew biex iqisu dawn l-impenji fil-governanza ekonomika tal-Unjoni; jappella biex it-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali titqies bis-sħiħ għall-finijiet ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-prinċipji tal-Pilastru; jieħu nota tal-inizjattiva tal-Kummissjoni li biha kkonfermat li t-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali riveduta se tkun parti mill-qafas ta' koordinazzjoni tal-politika fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; jinnota li l-mexxejja tal-UE laqgħu l-proposta konġunta tas-sħab soċjali Ewropej għal sett alternattiv ta' indikaturi biex jitkejjel il-progress ekonomiku, soċjali u ambjentali, li jissupplimenta l-PDG bħala miżura ta' benessri għal tkabbir inklużiv u sostenibbli; jitlob li t-tabelli ta' valutazzjoni jkunu riflessi aħjar fir-rakkomandazzjonijiet politiċi; |
64. |
Iqis li l-allinjament tal-politiki fiskali nazzjonali mal-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi għandu jkun prijorità u li l-kunċett ta' sostenibbiltà kompetittiva u l-erba' assi tiegħu, identifikati fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2020, għandhom ikomplu jkunu l-prijoritajiet ġenerali tal-istrateġija tal-UE għal tkabbir fit-tul bi qbil mal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jinnota li l-klima ġġib magħha riskji reali u severi għas-sostenibbiltà tal-politiki fiskali tal-Istati Membri; |
65. |
Jaqbel mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fis-Semestru Ewropew jirrikjedu disinn u implimentazzjoni aħjar (35); jissuġġerixxi li r-rakkomandazzjonijiet politiċi jkunu mmirati aħjar, b'objettivi politiċi speċifiċi għal kull pajjiż fuq perjodu qasir u twil; |
66. |
Jilqa' t-titjib sinifikanti fir-rwol tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti fil-proċess baġitarju nazzjonali, li jsaħħaħ it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-politika fiskali kemm permezz tal-monitoraġġ kif ukoll permezz ta' analiżi indipendenti; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex iwettqu l-mandati u l-kompiti tagħhom u jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li dawn l-istituzzjonijiet jagħtu rendikont lill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, skont il-każ; |
67. |
Jissottolinja li, għal infurzar aħjar, kull Stat Membru għandu jistinka favur sens ta' appartenenza b'saħħtu fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet relatati mal-politika ekonomika u li, f'dan il-kuntest, għandu jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn appoġġ bejn il-pari, pressjoni mill-pari, inċentivi u diżinċentivi; |
68. |
Jilqa' l-adozzjoni tal-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda; |
69. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti aktar dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' aġġustament makroekonomiku, partikolarment il-bżonn li jkomplu jiżdiedu t-trasparenza, s-sens ta' appartenenza u r-responsabbiltà demokratika tal-proċess deċiżjonali, bl-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati u tal-Parlament Ewropew; ifakkar lill-Kummissjoni u l-Kunsill, f'dan ir-rigward, fil-pożizzjoni li adotta fil-plenarja b'rabta mar-Regolament (UE) Nru 472/2013; |
70. |
Jinnota li l-Istati Membri li joħorġu minn programm ta' aġġustament makroekonomiku jkunu wkoll taħt sorveljanza msaħħa fis-Semestru Ewropew u, meta rilevanti, jista' jsirilhom rieżami fil-fond; |
71. |
Jinnota li l-Grupp tal-Euro u s-Summit tal-Euro jikkostitwixxu fora ta' diskussjoni informali fl-ambitu tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (Ecofin); jistieden lill-Istati Membri joperaw fil-kuntest tal-qafas Komunitarju, li jiżgura r-rwol tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur u d-dritt tiegħu għal sorveljanza demokratika; |
72. |
Jappella biex il-Grupp tal-Euro jkun soġġett għal regoli ta' proċedura li jtejbu t-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet u r-responsabbiltà demokratika; jitlob ftehim reċiproku bejn il-Grupp tal-Euro u l-Parlament Ewropew dwar kif dawn l-objettivi jistgħu jintlaħqu bl-aħjar mod; jissottolinja l-importanza ta' mekkaniżmi li, permezz tagħhom, l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jkunu jistgħu jieħdu sehem fid-diskussjoni, meta jkun il-każ; |
73. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-qafas deċiżjonali tal-governanza ekonomika tal-UE jopera skont il-metodu Komunitarju; |
74. |
Jisħaq fuq l-importanza ta' dibattitu dwar il-governanza ekonomika maċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali, kif ukoll ma' firxa ta' partijiet ikkonċernati fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali bħala parti mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; jidentifika, f'dan ir-rigward, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa bħala forum li fih tista' tiġi kkunsidrata aktar leġittimità demokratika permezz ta' involviment akbar tal-Parlament Ewropew bħala forum pubbliku u demokratiku għad-definizzjoni u l-infurzar ta' regoli komuni tal-UE dwar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika; |
o
o o
75. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Grupp tal-Euro, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 19.
(2) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 140.
(3) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.
(4) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.
(5) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.
(6) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.
(7) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
(8) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.
(9) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.
(10) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.
(11) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 86.
(12) Testi adottati, P9_TA(2020)0005.
(13) ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13.
(14) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(15) Testi adottati, P9_TA(2020)0054.
(16) Testi adottati, P9_TA(2020)0124.
(17) ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(18) Testi adottati, P9_TA(2020)0206.
(19) Testi adottati, P9_TA(2020)0220.
(20) Testi adottati, P9_TA(2020)0305.
(21) ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(22) Il-Kummissjoni, “SWD(2020)0098 – Identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta' rkupru tal-Ewropa”, 27.5.2020, p. 14-16.
(23) Din l-istima tkopri biss is-saħħa u l-kura fit-tul (EUR 70 biljun), l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (EUR 15-il biljun) u l-akkomodazzjoni affordabbli (EUR 57 biljun). Sors: Fransen, L., Bufalo, G., Reviglio, E., “Boosting Investment in Social Infrastructure in Europe – Report of the High-Level Task Force on Financing Social Infrastructure in Europe” (Tisħiħ tal-Investiment fl-Infrastruttura Soċjali fl-Ewropa – Rapport tat-Task Force ta' Livell Għoli dwar il-Finanzjament tal-Infrastruttura Soċjali fl-Ewropa), 2018, p. 116.
(24) Il-Kummissjoni, “SWD(2020)0098 – Identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta' rkupru tal-Ewropa”, 27.5.2020, p. 18-20.
(25) Extreme disaster tend to lower economic output (Diżastri estremi għandhom it-tendenza li jbaxxu l-output ekonomiku) (Botzen, Deschenes u Sanders, 2019); Il-FMI jbassar li diżastri maġġuri relatati mat-temp jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-PDG reali per capita u l-pajjiżi li huma mgħammra aħjar biex jindirizzaw id-diżastri naturali kbar jistgħu jtaffu l-impatt b'mod aktar faċli.
(26) It-Tbassir Ekonomiku għar-Rebbiegħa 2021 tal-Kummissjoni juri tnaqqis fl-2020 ta' -6,1 % tal-PDG fl-UE u -6,6 % tal-PDG fiż-żona tal-euro. It-tkabbir tal-PDG huwa mistenni li jirkupra bil-mod biss fit-terminu qasir b'4,2 % fl-2021 u 4,4 % fl-2022 fl-UE, u 4,3 % fl-2021 u 4,4 % fl-2022 fiż-żona tal-euro.
(27) World Economic Outlook: Managing Divergent Recoveries, (Perspettiva Ekonomika Globali: L-Immaniġġjar ta' Irkupri Diverġentri) FMI (April 2021)
(28) B'mod partikolari permezz tal-Pakkett għall-Irkupru u l-istrument SURE.
(29) Il-Bord Fiskali Ewropew (2018), Rapport Annwali 2018, Settembru, l-EFB u l-Bord Fiskali Ewropew (2020), Rapport Annwali 2020, Settembru.
(30) Limitu massimu ffissat għal 3-5 snin li jkun jiddependi mit-tkabbir fl-output potenzjali mistenni, l-inflazzjoni prevista u d-distanza mill-ankra tad-dejn.
(31) Il-valutazzjoni tar-regoli fiskali tal-UE min-naħa tal-EFB b'enfasi fuq il-leġiżlazzjoni “six-pack” u “two-pack”: “il-limitu massimu tan-nefqa primarja netta għandu proprjetà ta' stabbilizzazzjoni awtomatika inerenti: meta l-output attwali jikber aktar bil-mod milli bir-rata tax-xejra tal-output potenzjali, it-tkabbir fin-nefqa primarja netta jaqbeż dan tal-aħħar, filwaqt li proporzjon akbar tan-nefqa mal-PDG jgħin biex l-ekonomija tistabbilizza ruħha; viċi versa, meta l-PDG attwali jikber b'rata aktar mgħaġġla mix-xejra, ikun hemm tnaqqis fl-infiq nett bħala sehem mill-PDG.”
(32) Manescu, C., Bova, E. (2021), Effectiveness of national expenditure rules: Evidence from EU member states.
(33) Bonds NGEU u SURE.
(34) Rapport Speċjali Nru 03/2018: Awditu tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP), Qorti Ewropea tal-Awdituri.
(35) Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/204 |
P9_TA(2021)0359
Is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (2021/2777(RSP))
(2022/C 99/22)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-Nikaragwa, b'mod partikolari dawk tad-19 ta' Diċembru 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fin-Nikaragwa (1) u tat-8 ta' Ottubru 2020 dwar il-Liġi dwar l-“Aġenti Barranin” fin-Nikaragwa (2) , |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, fuq in-naħa l-oħra (3), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (4) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta' Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (5), id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/607 tal-4 ta' Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (6), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/606 tal-4 ta' Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (7) u d-deċiżjoni li ġġedded tali sanzjonijiet sal-15 ta' Ottubru 2021, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Ġunju 2021 tar-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni politika fin-Nikaragwa li qed tkompli tiddeterjora, id-dikjarazzjoni mill-kelliem tiegħu tas-6 ta' Mejju 2021 dwar il-liġi elettorali l-ġdida, u d-dikjarazzjoni konġunta ta' 59 pajjiż dwar in-Nikaragwa fis-47 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fit-22 ta' Ġunju 2021, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar id-detenzjoni kontinwa tal-mexxejja tal-oppożizzjoni fin-Nikaragwa mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, tal-15 ta' Ġunju 2021, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-28 ta' Mejju 2021 dwar in-Nikaragwa attribwibbli għall-kelliem tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-aġġornament orali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fin-Nikaragwa tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Michelle Bachelet fl-okkażjoni tas-47 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tat-22 ta' Ġunju 2021, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-6 ta' Mejju 2021 tas-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) dwar l-elezzjoni tal-maġistrati tal-Kunsill Suprem Elettorali u r-riforma elettorali fin-Nikaragwa u r-riżoluzzjoni tal-OAS, tal-15 ta' Ġunju 2021, dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-bullettini ppubblikati mill-Mekkaniżmu Speċjali ta' Monitoraġġ għan-Nikaragwa (MESENI) u r-rimarki tal-Kummissarju Antonia Urrejola, President tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, fis-Sessjoni Speċjali tal-Kunsill Permanenti tal-OAS tat-23 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa, |
— |
wara li kkunsidra l-aġġornament dwar in-Nikaragwa fir-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2020, adottat mill-Kunsill fil-21 ta' Ġunju 2021, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tan-Nikaragwa, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fin-Nikaragwa kompliet tiddeterjora serjament wara t-trażżin vjolenti tal-protesti ċiviċi f'April 2018; billi minn dakinhar mill-inqas 130 persuna ġew imċaħħda mil-libertà għal raġunijiet politiċi, filwaqt li l-avversarji tal-gvern u l-familji tagħhom iħabbtu wiċċhom mat-theddida kostanti ta' fastidju, kemm fiżiku kif ukoll online, mill-pulizija u mis-sostenituri tal-gvern; billi sa mill-protesti tal-2018, id-detenzjoni arbitrarja qed tintuża dejjem aktar bħala għodda biex tikkastiga l-attivisti u d-dissidenti; billi l-attivisti jinsabu f'riskju partikolari ta' vjolenza, inkluża l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru; billi d-detenuti qed jiġu maltrattati fil-ħabs, imċaħħda mill-kura medika u mill-aċċess għall-avukati tagħhom, u qed isofru attakki u agressjonijiet sesswali, filwaqt li l-persuni li jipprotestaw kontra l-gvern jitqiegħdu f'ċelel ta' sigurtà massima, fejn jiffaċċjaw sorveljanza, tfittxijiet u iżolament intensifikati; billi hemm tħassib partikolari dwar is-sitwazzjoni tan-nisa u l-adulti anzjani li qed jiċċaħħdu mil-libertà tagħhom; |
B. |
billi, b'riżultat tas-sitwazzjoni attwali, mill-2018 aktar minn 108 000 Nikaragwan ġew sfurzati jaħarbu u jfittxu ażil f'pajjiżi ġirien (tliet kwarti minnhom talbu protezzjoni fil-Costa Rica); |
C. |
billi fl-4 ta' Mejju 2021, l-Assemblea Nazzjonali tan-Nikaragwa għaddiet riformi tal-Liġi Elettorali 331, li jinkorporaw liġijiet punittivi adottati reċentement; billi r-riforma msemmija tinkorpora wkoll regoli li jirrestrinġu l-kompetizzjoni elettorali u l-eżerċizzju tad-drittijiet politiċi li jillimitaw aktar il-parteċipazzjoni tal-oppożizzjoni politika, u tillimita l-libertajiet pubbliċi, li jmur kontra l-istandards internazzjonali u, b'mod partikolari, id-dritt li wieħed jipparteċipa fit-tmexxija tal-affarijiet pubbliċi, il-libertà tal-assoċjazzjoni, il-libertà tal-espressjoni, id-dritt għal protesta soċjali, u d-dritt li wieħed jiddefendi d-drittijiet, fost l-oħrajn; billi dawn ir-riformi jinjoraw it-talbiet tal-oppożizzjoni, tas-soċjetà ċivili u tal-komunità internazzjonali; |
D. |
billi l-Kunsill Elettorali Suprem il-ġdid huwa korp li jissorvelja u jamministra l-proċess elettorali fin-Nikaragwa; billi dan huwa proċess li għandu jiġi ġestit minn korp imparzjali, indipendenti u trasparenti li jirrispetta l-prinċipji demokratiċi u l-eżerċizzju effettiv u pluralistiku tad-drittijiet ċivili u politiċi tal-popolazzjoni; billi l-membri tal-Kunsill Elettorali Suprem inħatru mill-Assemblea Nazzjonali tan-Nikaragwa li hija kkontrollata b'id soda minn Ortega; billi dan jagħmel lill-Kunsill Elettorali Suprem korp preġudikat u mhux trasparenti u jkompli jdgħajjef il-proċess politiku; billi dawn il-ħatriet, flimkien mar-riformi elettorali reċenti, mhumiex ir-riżultat ta' djalogu bejn il-gvern u l-gruppi tal-oppożizzjoni, mitlub ripetutament mill-UE u l-komunità internazzjonali, iżda ġew imposti mill-maġġoranza fil-gvern; |
E. |
billi l-awtoritajiet tan-Nikaragwa f'dawn l-aħħar ġimgħat xoljew żewġ partiti politiċi mingħajr proċess ġust u bl-użu ta' metodi li jmorru kontra n-normi internazzjonali; billi x-xoljiment tal-partiti politiċi – il-Partido de Restauración Democrática u l-Partido Conservador – u l-bidu ta' investigazzjonijiet kriminali ffabbrikati politikament li jistgħu jwasslu għall-iskwalifika ta' kandidati tal-oppożizzjoni demokratika, mingħajr proċess ġust, mhux biss jimminaw id-dritt ta' kandidati aspiranti li joħorġu għall-elezzjoni, iżda wkoll id-dritt tal-votanti li jeleġġu l-kandidati tal-għażla tagħhom; billi dawn il-miżuri, flimkien mal-użu politiku tas-sistema ġudizzjarja, imorru kontra l-prinċipji demokratiċi bażiċi u jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-poplu tan-Nikaragwa skont il-Kostituzzjoni tan-Nikaragwa u d-dritt internazzjonali; |
F. |
billi sa mill-bidu ta' Ġunju 2021, mill-inqas 21 membru tal-oppożizzjoni demokratika, inklużi sitt kandidati prepresidenzjali u mexxejja politiċi u tal-għaqdiet tal-ħaddiema, ġew arrestati b'mod arbitrarju b'allegazzjonijiet kriminali ambigwi u ffabbrikati politikament mingħajr ebda evidenza fi proċess imtappan minn ksur serju tal-garanziji proċedurali, li juri n-nuqqas ta' indipendenza tal-ġudikatura; billi għexieren ta' avversarji prominenti jirrapportaw fastidju sistematiku u li qed jgħixu taħt intimidazzjoni kostanti, u l-pulizija jinsabu stazzjonati b'mod kważi permanenti quddiem djarhom jew isegwuhom fit-triq, u b'hekk iżommuhom milli jiċċaqilqu liberament; |
G. |
billi f'dawn l-aħħar ftit snin il-Gvern tan-Nikaragwa adotta liġijiet dejjem aktar restrittivi, bħal-Liġi għar-Regolamentazzjoni tal-Aġenti Barranin, il-Liġi Speċjali kontra ċ-Ċiberkriminalità, il-Liġi kontra r-Reati ta' Mibegħda, il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Persuni għall-Indipendenza, is-Sovranità u l-Awtodeterminazzjoni għall-Paċi, u l-Liġi li temenda l-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali, li żiedet il-perjodu ta' investigazzjoni għal 90 jum minflok it-terminu kostituzzjonali ta' 48 siegħa; billi dawn il-liġijiet jistituzzjonalizzaw ir-ripressjoni u jillegalizzaw l-atti li twettqu fil-pajjiż mill-adozzjoni tagħhom; |
H. |
billi l-fastidju u l-kriminalizzazzjoni kontinwi tal-media indipendenti jillimitaw d-dritt għal-libertà tal-espressjoni u jdgħajfu d-dritt tal-pubbliku li jkun verament infurmat; billi l-libertà tal-espressjoni, kemm online kif ukoll offline, hija kruċjali għal kwalunkwe demokrazija f'kull ħin, iżda hija ta' importanza kbira matul perjodu elettorali; billi d-dikjarazzjonijiet pubbliċi mill-awtoritajiet tal-gvern u mill-media favur il-gvern kellhom l-għan li jistigmatizzaw lil dawk meqjusa bħala dissidenti; |
I. |
billi dawn l-iżviluppi inkwetanti taħt is-superviżjoni tal-Gvern tan-Nikaragwa juru li r-reġim qed ixaqleb dejjem iktar lejn l-awtoritarjaniżmu billi qed jagħlaq l-ispazju għad-demokrazija, il-fehim nazzjonali u l-medjazzjoni internazzjonali lejn soluzzjoni paċifika għall-kunflitt, u jimpedixxi b'mod ċar li fis-7 ta' Novembru 2021 isiru elezzjonijiet ħielsa u ġusti; billi l-UE, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u atturi internazzjonali oħra wissew li teżisti biża' fondata li dawn il-liġijiet jintużaw kontra l-persuni li jitkellmu kontra l-politiki ripressivi; |
J. |
billi l-Grupp Interdixxiplinari ta' Esperti Indipendenti tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem diġà indika li l-metodi użati biex jitrażżnu l-protesti fit-toroq jistgħu jitqiesu bħala delitti kontra l-umanità; |
K. |
billi kważi l-ebda rakkomandazzjoni li saret lin-Nikaragwa mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem ma ġiet implimentata, u dan irriżulta f'impunità kontinwa u aktar ksur; |
L. |
billi r-riformi tal-Liġi tal-Konsumatur (Liġi 842) mill-Assemblea Nazzjonali tan-Nikaragwa jobbligaw lill-banek jiftħu kontijiet għall-qraba ta' persuni li ġew sanzjonati mill-Gvern tal-Istati Uniti u minn pajjiżi oħra akkużati b'korruzzjoni, ħasil tal-flus u ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-familja Ortega-Murillo hija akkużata li bniet imperu kummerċjali fit-telekomunikazzjonijiet, l-enerġija u setturi oħra; |
M. |
billi l-iżvilupp u l-konsolidament tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali huma parti integrali mill-politiki esterni tal-UE, inklużi fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali tal-2012; |
1. |
Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-popolazzjoni tan-Nikaragwa u jikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet ta' trażżin kollha min-naħa tal-awtoritajiet tan-Nikaragwa kontra l-partiti tal-oppożizzjoni demokratika u l-membri tagħhom, ġurnalisti u ħaddiema oħra tal-media, studenti, popli indiġeni, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u s-soċjetà ċivili, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom, u b'mod partikolari l-imwiet ikkawżati; jappella għall-waqfien immedjat tal-impożizzjoni ta' miżuri restrittivi, ir-repressjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u jappella sabiex tittieħed ir-responsabbiltà għall-ksur gravi mwettaq mill-Gvern tan-Nikaragwa sa mill-2018; |
2. |
Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha detenuti b'mod arbitrarju, fosthom il-kandidati prepresidenzjali Cristiana Chamorro, Arturo Cruz, Félix Maradiaga, Juan Sebastián Chamorro, Miguel Mora u Medardo Mairena, il-mexxejja politiċi José Pallais, José Adán Aguerri, Dora María Téllez, Hugo Torres, Víctor Hugo Tinoco, Violeta Granera, Ana Margarita Vijil, Suyen Barahona u Pedro Joaquín Chamorro u attivisti oħrajn tal-oppożizzjoni, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti; jitlob, barra minn hekk, li r-rispett tas-salvagwardji legali fundamentali, tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet ċivili u politiċi tagħhom jiġu żgurati; jitlob li l-gvern biex b'mod immedjat jipprovdi prova li dawk li jinsabu l-ħabs għadhom ħajjin u evidenza ta' fejn jinsabu; ifakkar li jridu jingħataw assigurazzjonijiet sħaħ lil dawk li jinsabu fl-eżilju biex ikunu jistgħu jirritornaw lejn pajjiżhom; |
3. |
Jitlob lill-Gvern tan-Nikaragwa jneħħi l-istat de facto ta' assedju, jirrispetta r-rwol tal-pulizija nazzjonali bħala forza mhux politika, mhux partiġġjana u mhux deliberattiva, jiddiżarma l-forzi paramilitari, jikkonforma mal-ftehimiet iffirmati mal-Alleanza Ċivika u jerġa' jagħti lura d-drittijiet liċ-ċittadini; itenni t-talba tiegħu lill-gvern biex jippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili joperaw f'ambjent sikur u abilitanti, mingħajr biża' ta' azzjonijiet bi tpattija; |
4. |
Itenni t-talba tiegħu għall-istabbiliment mill-ġdid tad-djalogu inklużiv u d-demokrazija bħala l-uniku mod ta' ħruġ paċifiku mill-kriżi politika, ekonomika u soċjali fin-Nikaragwa; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu adottati riformi b'mod inklużiv u trasparenti; jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE għan-Nikaragwa biex tkompli u tintensifika l-impenn diplomatiku tagħha lejn il-proċess elettorali u tkompli tavviċina lill-awtoritajiet biex tinstab soluzzjoni politika għall-kriżi fin-Nikaragwa; |
5. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tan-Nikaragwa jagħmlu bidliet immedjati fil-liġi elettorali bi qbil mal-parametri internazzjonali mitluba mill-OAS fir-riżoluzzjoni tagħha tal-21 ta' Ottubru 2020, biex jaħtru persuni imparzjali fl-istrutturi elettorali differenti, biex jerġgħu idaħħlu l-istatus legali tal-partiti li kien tneħħielhom, biex jirrispettaw id-dritt tal-poplu tan-Nikaragwa li jeleġġi u li jiġi elett, u biex jiggarantixxu l-preżenza bla restrizzjoni tal-korpi ta' osservazzjoni elettorali nazzjonali u internazzjonali filwaqt li jimpenjaw ruħhom għall-koeżistenza politika wara l-elezzjonijiet; jenfasizza li sabiex l-elezzjonijiet u l-gvern li jirriżulta jiġu rikonoxxuti mill-Parlament Ewropew, il-bidliet mitluba mill-OAS u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jridu jiġu implimentati, b'mod partikolari l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet u l-libertajiet li jagħmlu possibbli proċess elettorali ħieles, kredibbli u ekwu; |
6. |
Jikkundanna l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġijiet restrittivi u punittivi u jitlob ir-revoka immedjata tagħhom; jenfasizza li dawn il-liġijiet imorru kontra d-drittijiet u l-libertajiet tal-poplu tan-Nikaragwa kif minquxa fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika tan-Nikaragwa, il-Karta Demokratika Inter-Amerikana u trattati internazzjonali oħra li n-Nikaragwa hija firmatarja tagħhom; jirrifjuta l-użu mhux korrett tal-istituzzjonijiet u l-liġijiet mill-gvern awtoritarju tan-Nikaragwa bl-intenzjoni li jikkriminalizza l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-avversarji politiċi; |
7. |
Itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet tan-Nikaragwa biex jippermettu aċċess mingħajr impedimenti lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (OHCHR), lill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR) u lill-Grupp Interdixxiplinarju ta' Esperti Indipendenti (GIEI) tagħha, lill-Mekkaniżmu Speċjali ta' Monitoraġġ għan-Nikaragwa (MESENI), lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili u lill-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fin-Nikaragwa; itenni l-appell tiegħu biex immedjatament terġa' tiġi stabbilita l-personalità ġuridika tal-organizzazzjonijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bħas-Centro Nicaragüense de Derechos Humanos (CENIDH); |
8. |
Jistieden lill-Gvern tan-Nikaragwa joħloq unità investigattiva indipendenti li tinvolvi esperti internazzjonali biex tissorvelja investigazzjonijiet kredibbli, imparzjali u eżawrjenti min-naħa tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali dwar l-allegata responsabblità ta' uffiċjali għolja tal-pulizija fir-rigward tal-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq fil-kuntest tar-repressjoni tal-2018 u sussegwentement; |
9. |
Jistieden lis-Sistema ta' Integrazzjoni tal-Amerka Ċentrali (SICA) u lill-Istati Membri tagħha jiżvolġu rwol attiv fid-difiża, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija, u fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem fin-Nikaragwa kif stabbilit fil-Protokoll ta' Tegucigalpa tal-1991 u fit-Trattat Qafas dwar is-Sigurtà Demokratika fl-Amerika Ċentrali tal-1995, li fl-Artikolu 1 jiddikjara li d-demokrazija hija bbażata fuq l-eżistenza ta' gvernijiet eletti b'suffraġju universali, liberu u sigriet, u fuq ir-rispett inkondizzjonat tad-drittijiet tal-bniedem kollha fl-istati li jiffurmaw ir-Reġjun tal-Amerka Ċentrali; |
10. |
Jistieden lit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) tistabbilixxi l-koordinazzjoni meħtieġa mal-Uffiċċju ta' Kontroll ta' Assi Barranin tal-Istati Uniti biex tiżgura s-sigurtà finanzjarja internazzjonali fil-konfront tal-operazzjonijiet illeċiti li joriġinaw mir-reġim Ortega-Murillo u l-kollaboraturi tiegħu u r-relazzjonijiet kummerċjali u l-assi tagħhom fil-pajjiżi Ewropej; jissottolinja l-fatt li n-Nikaragwa ilha mniżżla fil-lista s-sewda mill-FATF minn Ottubru 2020; |
11. |
Jitlob lill-Kunsill u lill-Istati Membri jespandu malajr il-lista ta' individwi u entitajiet li għandhom jiġu sanzjonati, inklużi l-President u l-Viċi President tan-Nikaragwa u ċ-ċirku intern tagħhom, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari biex ma ssir l-ebda ħsara lill-poplu tan-Nikaragwa; jenfasizza l-ħtieġa li tinżamm l-assistenza tal-UE għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-poplu tan-Nikaragwa permezz tal-programmi ta' żvilupp u umanitarji tal-UE, fost l-oħrajn, u li jiġi żgurat li tilħaq lill-benefiċjarji veri tagħha u mhux lill-gvern u lill-awtoritajiet, sabiex ittaffi l-impatt tal-COVID-19 u r-ripressjoni governattiva attwali u tipprevjeni li din il-kriżi tinbidel fi kriżi umanitarja; ifakkar li, fid-dawl tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerka Ċentrali, in-Nikaragwa jeħtiġilha tirrispetta u tikkonsolida l-prinċipji tal-istat tad-dritt, tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, u jtenni t-talba tiegħu li, fid-dawl taċ-ċirkostanzi attwali, tiskatta l-klawżola demokratika tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; |
12. |
Ifaħħar u jappoġġja l-isforzi u l-ħidma pożittiva mwettqa f'ambjent ikkumplikat ħafna mid-Delegazzjoni tal-UE għan-Nikaragwa; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni fil-post permezz tar-rappreżentanti u l-ambaxxati tagħhom fin-Nikaragwa, inkluż permezz ta' monitoraġġ tal-proċessi u billi jżuru l-kritiċi u l-mexxejja tal-oppożizzjoni fil-ħabs jew li jinsabu taħt arrest domiċiljari; |
13. |
Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE għan-Nikaragwa u lill-Istati Membri, fejn xieraq, biex jiffaċilitaw il-ħruġ ta' viżi ta' emerġenza u jipprovdu rifuġju temporanju għal raġunijiet politiċi fl-Istati Membri; |
14. |
Jitlob li l-Konferenza tal-Presidenti tiegħu tibgħat missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fin-Nikaragwa li tinvolvi d-Delegazzjoni tagħha għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali sabiex tivvaluta d-drittijiet tal-bniedem u s-sitwazzjoni politika; |
15. |
Itenni t-talba tiegħu, mir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019, għall-estradizzjoni immedjata ta' Alessio Casimirri, li għadu jgħix f'Managua taħt il-protezzjoni tal-Gvern tan-Nikaragwa, lejn l-Italja, fejn irid jiskonta sitt sentenzi definittivi ta' għomor il-ħabs għall-involviment ippruvat tiegħu fil-ħtif u l-qtil tal-ex prim ministru u mexxej tal-partit Demokristjan Aldo Moro u l-qtil tal-gwardji tiegħu f'Ruma fis-16 ta' Marzu 1978; |
16. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana, lill-Parlament tal-Amerka Ċentrali, lill-Grupp ta' Lima, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tan-Nikaragwa. |
(1) ĠU C 255, 29.6.2021, p. 65.
(2) Testi addodati, P9_TA(2020)0259.
(3) ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3.
(4) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.
(5) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/209 |
P9_TA(2021)0360
Ir-repressjoni tal-oppożizzjoni fit-Turkija, b'mod speċifiku tal-HDP
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ir-repressjoni tal-oppożizzjoni fit-Turkija, b'mod speċifiku tal-Partit Demokratiku tal-Popli (HDP) (2021/2788(RSP))
(2022/C 99/23)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Turkija, b'mod partikolari dawk tad-19 ta' Mejju 2021 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2019-2020 dwar it-Turkija (1), tal-20 ta' Jannar 2021 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija, b'mod partikolari l-każ ta' Selahattin Demirtaş u ta' priġunieri oħra minħabba twemmin (2) u tad-19 ta' Settembru 2019 dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija, b'mod partikolari t-tneħħija ta' sindki eletti (3), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2020 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE (COM(2020)0660) u r-Rapport tal-2020 dwar it-Turkija li jakkumpanjaha (SWD(2020)0355), |
— |
wara li kkunsidra l-qafas ta' negozjar għat-Turkija tat-3 ta' Ottubru 2005, u l-fatt li, kif inhu l-każ għall-pajjiżi kollha kandidati, l-adeżjoni tat-Turkija mal-UE tiddependi fuq konformità sħiħa mal-kriterji ta' Copenhagen, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar relazzjonijiet esterni, u konklużjonijiet rilevanti oħra tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew dwar it-Turkija, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-22 ta' Marzu 2021 dwar is-sitwazzjoni attwali rigward ir-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u t-Turkija (JOIN(2021)0008), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li saret mill-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà fid-19 ta' Awwissu 2019 dwar is-sospensjonijiet tas-sindki eletti u d-detenzjoni ta' mijiet ta' persuni fix-Xlokk tat-Turkija, u ta' dawk bejn il-21 u l-25 ta' Diċembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-18 ta' Marzu 2021 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Josep Borrell u tal-Kummissarju Ewropew għall-Viċinat u t-Tkabbir Olivér Várhelyi dwar l-aħħar azzjonijiet rigward il-Partit Demokratiku tal-Popli, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li jistabbilixxi li l-Partijiet Kontraenti Għolja jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw is-sentenzi finali tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fi kwalunkwe każ li jkunu parti minnu, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Awla Manja tal-QEDB tat-22 ta' Diċembru 2020 fil-kawża Demirtaş vs it-Turkija (14305/17), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2347 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) tat-23 ta' Ottubru 2020 intitolata “New crackdown on political opposition and civil dissent in Turkey: urgent need to safeguard Council of Europe standards” (Repressjoni ġdida tal-oppożizzjoni politika u d-dissens ċivili fit-Turkija: ħtieġa urġenti li jiġu ssalvagwardati l-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa), u r-riżoluzzjoni 2260 ta' PACE tal-24 ta' Jannar 2019 intitolata “The worsening situation of opposition politicians in Turkey: what can be done to protect their fundamental rights in a Council of Europe member State?” (Id-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-politiċi tal-oppożizzjoni fit-Turkija: x'jista' jsir biex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali tagħhom fi Stat membru tal-Kunsill tal-Ewropa?), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi fl-isfond ta' rigress ġenerali li qed jaffettwa l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, il-partiti tal-oppożizzjoni fit-Turkija – u b'mod partikolari l-Partit Demokratiku tal-Popli (HDP) – kienu kontinwament u dejjem aktar fil-mira tal-awtoritajiet Torok; |
B. |
billi fis-17 ta' Marzu 2021, il-Kap Prosekutur Pubbliku tal-Qorti tal-Kassazzjoni tat-Turkija rrikorra għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Kostituzzjonali biex jitlob l-għeluq tal-HDP, it-tielet l-akbar partit politiku fil-Parlament Tork; billi fit-31 ta' Marzu 2021, l-Assemblea Ġenerali tal-Qorti Kostituzzjonali sabet nuqqasijiet proċedurali f'dan l-att ta' akkuża u ddeċidiet li tirritornaha lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewlieni; billi fis-7 ta' Ġunju 2021 ġie ppreżentat att tal-akkuża rivedut li, minbarra l-għeluq tal-partit, talab projbizzjoni fuq it-twettiq ta' attivitajiet politiċi għal kważi 500 politiku tal-HDP u l-iffriżar tal-kontijiet bankarji tal-partit; billi fil-21 ta' Ġunju 2021 l-Assemblea Ġenerali tal-Qorti Kostituzzjonali aċċettat b'mod unanimu l-att ta' akkuża rivedut; |
C. |
billi l-Kap Prosekutur Pubbliku bbaża l-biċċa l-kbira tal-akkużi tiegħu kontra l-HDP fuq il-protesti ta' Kobanî, li fir-rigward għaddejja kawża legali kontra 108 politiku tal-HDP, inklużi l-eks kopresidenti Selahattin Demirtaş u Figen Yüksekdağ; billi dawn l-akkużi kienu prinċipalment ibbażati fuq tweet imtella' mill-Bord Eżekuttiv Ċentrali tal-HDP (bid-data tas-6 ta' Ottubru 2014), li fiha stieden lin-nies jipprotestaw b'solidarjetà mal-poplu ta' Kobanî kontra l-ISIS u kontra l-embargo tat-Turkija fuq Kobanî; billi matul il-protesti, aktar minn ħamsin persuna, il-maġġoranza assoluta tagħhom kienu membri jew simpatizzanti tal-HDP, sfaw maqtula f'konflitti mal-pulizija Torka; |
D. |
billi hemm 108 konvenut mill-HDP fil-“proċess ta' Kobanî”; billi 28 minnhom ġew arrestati fl-istennija tal-proċess; billi hemm restrizzjonijiet ġudizzjarji fuq sitt persuni u mandati ta' arrest kontra 75 persuna; billi l-Parlament se jkompli jsegwi mill-qrib il-proċess ta' Kobanî u każijiet rilevanti oħra; |
E. |
billi fil-passat, il-Qorti Kostituzzjonali pprojbixxiet sitt partiti politiċi favur il-Kurdi; |
F. |
billi l-QEDB ripetutament sabet li x-xoljiment tal-partiti politiċi jikser id-dritt ta' assoċjazzjoni skont l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; billi fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2021 il-Kunsill Ewropew jiddikjara li t-tqegħid ta' partiti politiċi fil-mira jirrappreżenta daqqa ta' ħarta kbira għad-drittijiet tal-bniedem u jmur kontra l-obbligi tat-Turkija li tirrispetta d-demokrazija u l-istat tad-dritt u li d-djalogu dwar din il-kwistjoni jibqa' parti integrali mir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija; |
G. |
billi fis-17 ta' Ġunju 2021, Deniz Poyraz, impjegata u membru tal-HDP, inqatlet fl-uffiċċji tal-partit f'İzmir; billi ġiet allegatament mutilata wara mewtha; billi fl-2015 u l-2016, mijiet ta' uffiċċji tal-partit tal-HDP, inklużi l-kwartieri ġenerali f'Ankara, ġew attakkati u ħafna minnhom inħarqu; |
H. |
billi madwar 4 000 membru u funzjonarju tal-HDP għadhom il-ħabs, inkluż għadd ta' membri parlamentari; |
I. |
billi tliet membri parlamentari tal-HDP tneħħewlhom is-siġġijiet parlamentari u l-immunità parlamentari tagħhom u sussegwentement ġew arrestati; |
J. |
billi fit-30 ta' Ġunju 2021, il-prosekuturi tal-Ministeru tal-Ġustizzja ppreżentaw lill-Kumitat Parlamentari Konġunt dwar Kwistjonijiet Kostituzzjonali u tal-Ġustizzja tal-Gran Assemblea Nazzjonali Torka sommarji tal-proċedimenti li jitolbu t-tneħħija tal-immunità leġiżlattiva ta' 20 leġiżlatur tal-oppożizzjoni minn sitt partiti differenti tal-oppożizzjoni; billi dawn il-proċedimenti huma mmirati lejn 15-il Membru Parlamentari mill-HDP, il-mexxej tal-Partit Repubblikan tal-Poplu (CHP) Kemal Kılıçdaroğlu u leġiżlatur wieħed minn kull partit ieħor tal-oppożizzjoni, jiġifieri l-Partit tar-Reġjuni Demokratiċi (DBP), il-Partit İYİ (Tajjeb), il-Partit tal-Ħaddiema tat-Turkija (TİP), u l-Partit Demokratiku (DP); |
K. |
billi s-Sur Kılıçdaroğlu, bħala l-mexxej tal-partit ewlieni tal-oppożizzjoni, huwa s-suġġett ta' proċedura kriminali talli allegatament insulta lill-President tat-Turkija, u għal dan qed jiffaċċja sentenza ta' massimu ta' erba' snin; billi qed jiffaċċja wkoll kawża mressqa mill-President Recep Tayyip Erdoğan fil-11 ta' Jannar 2021 biex iħallas TRY 1 miljun f'danni; |
L. |
billi s-Sur Demirtaș, eks kopresident tal-HDP u kandidat presidenzjali matul l-elezzjonijiet tal-2014 u l-2018, ilu detenut aktar minn erba' snin fuq akkużi mhux sostanzjati u minkejja żewġ sentenzi tal-QEDB favur il-ħelsien tiegħu; |
M. |
billi, fl-istess sentenza, il-QEDB iddikjarat li l-appell tal-kwartieri ġenerali tal-HDP għas-solidarjetà mal-poplu ta' Kobanî baqa' fil-limiti tad-diskors politiku, peress li ma setax jiġi interpretat bħala appell għall-vjolenza; billi l-qorti ddikjarat li l-atti ta' vjolenza li seħħew bejn is-6 u t-8 ta' Ottubru 2014, għalkemm kienu deplorevoli, ma jistgħux jitqiesu bħala konsegwenza diretta tat-tweets imtellgħin mill-kwartieri ġenerali tal-HDP; |
N. |
billi mill-elezzjonijiet lokali li saru fil-31 ta' Marzu 2019 'l hawn, 59 mill-65 sindku tal-HDP eletti demokratikament fix-Xlokk tat-Turkija ġew sostitwiti minn gvernaturi provinċjali jew fiduċjarji maħtura mill-gvern minħabba l-fatt li kienu taħt investigazzjoni kriminali għal allegati rabtiet mat-terroriżmu; billi mis-36 arrestati, 32 inħelsu matul il-proċess ġudizzjarju, iżda billi 6 kosindki eletti għadhom il-ħabs; |
O. |
billi l-problemi strutturali li qed jiddeterjoraw li jwasslu għal nuqqas ta' indipendenza istituzzjonali fil-ġudikatura għad għandhom impatt fuq id-drittijiet tal-partiti tal-oppożizzjoni; |
1. |
Għadu mħasseb ħafna dwar l-attakki u l-pressjoni kostanti fuq il-partiti tal-oppożizzjoni fit-Turkija, u b'mod partikolari dwar il-mod li bih l-HDP, inkluża l-organizzazzjoni taż-żgħażagħ tiegħu, kien speċifikament u dejjem aktar fil-mira tal-awtoritajiet Torok; jikkundanna din ir-repressjoni kontra l-HDP u kontra kwalunkwe partit ieħor tal-oppożizzjoni Tork, li tfixkel il-funzjonament xieraq tas-sistema demokratika; iħeġġeġ lill-Gvern Tork itemm din is-sitwazzjoni u jiżgura li l-partiti politiċi kollha fil-pajjiż ikunu jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet leġittimi tagħhom b'mod liberu u sħiħ skont il-prinċipji bażiċi ta' sistema pluralista u demokratika; |
2. |
Jikkundanna bil-qawwa l-akkuża mressqa mill-ġdid mill-Kap Prosekutur Pubbliku tat-Turkija quddiem il-Qorti Kostituzzjonali li titlob ix-xoljiment tal-HDP u projbizzjoni politika ta' kważi 500 membru tal-HDP, inkluża l-parti l-kbira tat-tmexxija attwali tiegħu, li twaqqafhom milli jwettqu kwalunkwe tip ta' attività politika fil-ħames snin li ġejjin; huwa inkwetat ħafna dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali li taċċetta dan il-każ, deċiżjoni li kienet unanima; jinnota bi tħassib serju li l-kawża dwar ix-xoljiment tal-HDP hija l-ogħla livell ta' repressjoni fuq il-partit li ilha għaddejja għal bosta snin, u li wasslet biex eluf ta' membri tal-partit, eżekuttivi, membri parlamentari, kunsilliera lokali u kosindki ttellgħu l-qorti, prinċipalment fuq akkużi relatati mat-terroriżmu; |
3. |
Jemmen bis-sħiħ li l-fatt li ma tiġix imxekkla l-parteċipazzjoni tal-HDP fl-istituzzjonijiet demokratiċi tat-Turkija huwa mod bażiku li bih is-soċjetà Torka ssir aktar inklużiva u tinħoloq perspettiva pożittiva li twassal għal soluzzjoni paċifika tal-kwistjoni Kurda; itenni, f'dan ir-rigward, li meta jitqies l-impenn sod tal-HDP li jaħdem permezz ta' istituzzjonijiet demokratiċi, il-projbizzjoni tal-partit tkun żball politiku serju fuq terminu medju u tirrappreżenta daqqa ta' ħarta irriversibbli għall-pluraliżmu u l-prinċipji demokratiċi, u miljuni ta' votanti fit-Turkija jispiċċaw mingħajr rappreżentanza; |
4. |
Jikkundanna bil-qawwa l-qtil terribbli tal-membru u l-ħaddiem tal-HDP Deniz Poyraz u l-attakk fuq l-uffiċċji tal-partit f'İzmir; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba u l-ħbieb tagħha; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jinvestigaw dan il-każ bir-reqqa u jressqu lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja; |
5. |
Jistieden lill-awtoritajiet Torok jibqgħu lura milli jkebbsu l-inċitament kontra l-HDP u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu l-uffiċċji u l-uffiċjali tal-partit, inklużi l-Membri Parlamentari u l-kosindki u l-kunsilliera lokali eletti; |
6. |
Jikkundanna l-applikazzjoni arbitrarja tal-istat tad-dritt matul il-proċess li għaddej ta' Kobanî li wassal għall-ftuħ mill-ġdid tal-każ, u matul il-proċedimenti tiegħu, b'mod partikolari n-nuqqas ta' indipendenza ġudizzjarja, imparzjalità, ġustizzja totali u salvagwardji proċedurali; jinsab imħasseb ħafna dwar l-użu ħażin tal-leġiżlazzjoni wiesgħa kontra t-terroriżmu; itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Torok biex jallinjaw il-leġiżlazzjoni tagħhom kontra t-terroriżmu mal-istandards internazzjonali sabiex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-proporzjonalità u l-ugwaljanza f'għajnejn il-liġi; |
7. |
Jikkundanna d-deċiżjoni li jitneħħew is-siġġijiet u l-immunità parlamentari tal-Membri Parlamentari tal-HDP Leyla Güven, Ömer Faruk Gergerlioğlu u Musa Farisoğulları, u jikkundanna l-arresti sussegwenti tagħhom; jilqa' s-sentenza reċenti tal-Qorti Kostituzzjonali tal-1 ta' Lulju 2021 li fiha ddeċidiet unanimament li d-drittijiet tal-Membru Parlamentari Gergerlioğlu li jiġi elett u jinvolvi ruħu f'attività politika, kif ukoll id-dritt tiegħu għal-libertà u s-sigurtà personali, kienu nkisru; jilqa' r-rilaxx tiegħu u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok u lill-qrati inferjuri jimplimentaw id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali u jerġgħu jagħtu b'mod urġenti l-istatus parlamentari tiegħu; jitlob li jinħelsu minnufih iż-żewġ Membri Parlamentari l-oħra tal-HDP u li jitwaqqgħu l-akkużi kollha kontrihom; jiddenunzja l-użu rikorrenti tar-revoka tal-istatus parlamentari ta' Membri Parlamentari tal-oppożizzjoni, li jagħmel ħsara serja lill-immaġni tal-Parlament Tork bħala istituzzjoni demokratika; |
8. |
Jikkundanna bil-qawwa d-detenzjoni kontinwa minn Novembru 2016 tal-eks kopresidenti tal-HDP Figen Yüksekdağ u Selahattin Demirtaș, il-mexxej tal-oppożizzjoni u l-eks kandidat presidenzjali; ifakkar fid-deċiżjoni tal-QEDB tal-20 ta' Novembru 2018 fil-kawża Selahattin Demirtaş vs it-Turkija, ikkonfermata mid-deċiżjoni tal-Awla Manja tagħha fit-22 ta' Diċembru 2020, li tistieden lill-awtoritajiet Torok jeħilsu minnufih lis-Sur Demirtaş; huwa xxukkjat bil-fatt li l-awtoritajiet Torok kontinwament ma josservawx u ma japplikawx id-deċiżjoni tal-QEDB, inkluż f'każijiet oħra bħal dak ta' Osman Kavala, li għalih il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa jista' jagħti bidu għal proċedimenti ta' ksur kontra t-Turkija; iħeġġeġ kooperazzjoni sħiħa mal-Kunsill tal-Ewropa fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-minoranzi, tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali; |
9. |
Huwa mħasseb ħafna dwar il-pressjoni li qed tiżdied gradwalment fuq il-partit ewlieni tal-oppożizzjoni (is-CHP) u l-mexxej tiegħu, Kemal Kılıçdaroğlu, inklużi l-konfiska ta' fuljetti tal-partit b'ordni tal-qorti, it-theddid pubbliku kontrih u l-attakki fiżiċi fuqu; jikkundanna t-talba għat-tneħħija tal-immunità tas-Sur Kılıçdaroğlu, abbażi tad-dikjarazzjonijiet politiċi tiegħu, inkluż il-fatt li huwa s-suġġett ta' proċedura kriminali talli allegatament insulta lill-President tat-Turkija, u għal dan qed jiffaċċja sentenza ta' massimu ta' erba' snin; itenni t-tħassib serju tiegħu dwar il-fastidju politiku u ġudizzjarju kontinwu ta' Canan Kaftancıoğlu, il-president provinċjali tas-CHP f'Istanbul; |
10. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar il-pressjoni li qed tiżdied fuq il-partiti kollha tal-oppożizzjoni u dwar l-aħħar deċiżjoni tal-prosekuturi tal-Ministeru għall-Ġustizzja li ressqu, quddiem il-Kumitat Parlamentari Konġunt dwar Kwistjonijiet Kostituzzjonali u tal-Ġustizzja tal-Gran Assemblea Nazzjonali Torka, sommarji tal-proċedimenti li jitolbu t-tneħħija tal-immunità leġiżlattiva ta' 20 leġiżlatur tal-oppożizzjoni minn sitt partiti differenti tal-oppożizzjoni; jenfasizza li l-ambjent ġeneralment ostili qed jaffettwa mexxejja oħra tal-oppożizzjoni bħall-President tal-Partit İYİ, Meral Akşener, li reċentement ġie attakkat verbalment minn sostenituri tal-partit fil-gvern waqt li kien fuq żjara f'Rize; |
11. |
Jikkundanna d-deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet Torok li jneħħu mill-kariga lis-sindki eletti demokratikament abbażi ta' evidenza dubjuża u li jissostitwixxuhom b'fiduċjarji mhux eletti, li tostakola d-demokrazija lokali; jinnota l-miżuri politiċi, leġiżlattivi u amministrattivi meħuda mill-Gvern Tork biex jipparalizza l-muniċipalitajiet immexxija minn sindki ta' partiti tal-oppożizzjoni f'Istanbul, f'Ankara u f'Izmir; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-gvern preżenti qed jabbuża mir-riżorsi finanzjarji u mill-awtorità amministrattiva tal-Istat biex idgħajjef jew isikket lill-oppożizzjoni; |
12. |
Jisħaq li dawn l-azzjonijiet ikomplu jdgħajfu l-kapaċità tal-oppożizzjoni politika li teżerċita d-drittijiet tagħha u twettaq ir-rwol demokratiku tagħha; huwa mħasseb ħafna dwar dan ir-rigress serju fil-libertà tal-partiti tal-oppożizzjoni biex jiffunzjonaw, li jiżvela s-sitwazzjoni ħażina tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija u d-deterjorament kontinwu tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, bi ksur tal-kriterji ta' Copenhagen; |
13. |
Iqis li d-deterjorament tal-istat tad-dritt u n-nuqqas sistemiku ta' indipendenza tal-ġudikatura jibqgħu jkunu marbuta ma' deċiżjonijiet tal-qrati li jikkonċernaw il-libertà tal-partiti tal-oppożizzjoni biex jiffunzjonaw; jistieden lit-Turkija tiżgura l-pluraliżmu u tirrispetta l-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni f'konformità mal-protezzjonijiet stabbiliti fil-Kostituzzjoni Torka u mal-obbligi internazzjonali tat-Turkija; |
14. |
Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE għat-Turkija tkompli tissorvelja s-sitwazzjoni tal-oppożizzjoni politika, inter alia billi tosserva l-proċessi ġudizzjarji, inkluż il-“proċess ta' Kobanî”, tagħmel dikjarazzjonijiet pubbliċi u titlob permess għal żjarat fil-ħabsijiet; |
15. |
Jemmen li, minbarra t-titjib fi kwistjonijiet ta' politika barranija, il-progress fi kwalunkwe aġenda pożittiva li tista' tiġi offruta lit-Turkija għandu jkun dipendenti wkoll fuq titjib fis-sitwazzjoni tad-drittijiet ċivili u tal-bniedem u tal-istat tad-dritt fil-pajjiż, inklużi d-drittijiet tan-nisa, bħal dawk iggarantiti mill-Konvenzjoni ta' Istanbul, il-libertà reliġjuża, u d-drittijiet tal-minoranzi etniċi u tal-komunità LGBTI; |
16. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tat-Turkija. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2021)0234.
(2) Testi adottati, P9_TA(2021)0028.
(3) Testi adottati, P9_TA(2019)0017.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/214 |
P9_TA(2021)0361
L-istabbiliment ta' Żoni Marini Protetti (MPAs) fl-Antartiku u l-konservazzjoni tal-bijodiversità tal-Oċean tan-Nofsinhar
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar l-istabbiliment ta' Żoni Marini Protetti (MPAs) fil-Baħar Antartiku u l-konservazzjoni tal-bijodiversità tal-Oċean tan-Nofsinhar (2021/2757(RSP))
(2022/C 99/24)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, speċjalment l-SDGs 13 u 14, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS), b'mod partikolari l-Parti XII, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku (il-Konvenzjoni CAMLR), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta' Valutazzjoni Globali dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi tal-Ekosistema tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES) tal-31 ta' Mejju 2019, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) dwar l-Oċean u l-Krijosfera fi Klima li qed Tinbidel tal-24 ta' Settembru 2019 u r-Rapport Speċjali tal-IPCC dwar it-Tisħin Globali ta' 1,5 oC tat-8 ta' Ottubru 2018, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “Missjoni Stilla tal-Baħar 2030: Nirristawraw l-ibħra u l-ilmijiet tagħna” tal-Bord tal-Missjoni tal-Kummissjoni għal Oċeani, Ibħra u Ilmijiet Interni u Kostali f'Saħħithom, ippubblikat fit-22 ta' Settembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna” (COM(2020)0380), |
— |
wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni mill-President von der Leyen fis-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-21 dikjarazzjoni konġunta UE-Ċina tad-9 ta' April 2019, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikat tal-Mexxejja tal-G7 “Our Shared Agenda for Global Action to Build Back Better” (L-Aġenda Komuni Tagħha biex tittieħed Azzjoni Globali għal Bini Ġdid Aħjar) tat-13 ta' Ġunju 2021, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-summit UE-Stati Uniti tal-15 ta' Ġunju 2021“Towards a renewed Transatlantic partnership” (Lejn sħubija Transatlantika mġedda), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar il-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP15) għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-impatt tal-iskart fil-baħar fuq is-sajd (5), |
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Antartiku ffirmat fl-1 ta' Diċembru 1959, |
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Madrid dwar il-Ħarsien tal-Ambjent għat-Trattat dwar l-Antartiku ffirmat fl-4 ta' Ottubru 1991 (il-Protokoll ta' Madrid), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-istatus ekoloġiku tajjeb tal-Oċean huwa kritiku biex tiġi ssalvagwardjata l-bijodiversità u biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi tal-ekosistema tiegħu bħall-assorbiment tas-CO2 u l-produzzjoni tal-ossiġenu; |
B. |
billi l-Antartika u l-Oċean tan-Nofsinhar jospitaw ekosistema estremament rikka ta' flora u fawna selvaġġa, filwaqt li ċerti speċijiet jinsabu fil-lista ħamra tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura bi status ta' mhedda jew vulnerabbli; |
C. |
billi l-oċean huwa essenzjali biex jiġi mmitigat it-tibdil fil-klima, u assorba aktar minn 90 % tas-sħana maqbuda mill-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju tagħna; billi huwa l-akbar bir ta' karbonju attiv fid-dinja, wara li ssekwestra 'l fuq minn 30 % tal-karbonju minn dawk l-emissjonijiet (6); |
D. |
billi mill-1989 sal-2018 l-Antartika saħnet b'1,8 oC, li huwa tliet darbiet aktar mill-medja globali (7); billi s-Saffi tas-Silġ ta' Greenland u tal-Antartiku huma proġettati li jitilfu l-massa b'rata dejjem akbar matul is-seklu 21 u wara dan; |
E. |
billi l-krill tal-Antartiku huwa parti essenzjali mill-katina alimentari għal ħafna predaturi marini (il-pingwini, il-balieni, il-foki, il-ħut) fl-Oċean tan-Nofsinhar; |
F. |
billi r-Rapport Speċjali tal-IPCC dwar l-Oċean u l-Krijosfera fi Klima li qed Tinbidel (8), issottolinja kif il-mekkaniżmi klimatiċi jiddependu mis-saħħa tal-oċean u l-ekosistemi marini, li attwalment qed jiġu affettwati mit-tisħin globali, it-tniġġis, l-isfruttament eċċessiv tal-bijodiversità marina, l-aċidifikazzjoni, id-deossiġenazzjoni u l-erożjoni tal-kosta; |
G. |
billi n-Nazzjonijiet Uniti pproklamaw id-Deċennju tax-Xjenza dwar l-Oċeani għall-Iżvilupp Sostenibbli (2021-2030) biex tiżdied ix-xjenza dwar l-oċeani u jinbena l-għarfien kollettiv; |
H. |
billi t-Trattat dwar l-Antartiku, li daħal fis-seħħ 60 sena ilu fit-23 ta' Ġunju 1961, fl-Artikolu IX jitlob il-preservazzjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin fl-Antartika; billi dawn l-isforzi huma ddefiniti mill-Protokoll ta' Madrid; billi dan il-Protokoll jistabbilixxi l-Antartika bħala “riżerva naturali ddedikata għall-paċi u għax-xjenza”, u jistabbilixxi l-prinċipji bażiċi applikabbli għall-attivitajiet fl-Antartika; |
I. |
billi fit-28 ta' April 2021 l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Awstralja, in-Norveġja, ir-Renju Unit u l-Urugwaj ingħaqdu mill-Istati Uniti u New Zealand bħala sponsors għall-proposta biex jiġu stabbiliti żewġ MPAs fl-Oċean (Antartiku) tan-Nofsinhar, fl-Antartika tal-Lvant u fil-Baħar Weddell; |
J. |
billi għaddejjin negozjati fil-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku (CCAMLR) biex jiġu stabbiliti dawn iż-żewġ MPAs ġodda, li jkollhom daqs ikkombinat ta' madwar 3 miljun km2; billi l-approvazzjoni ta' dawn l-MPAs tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-impenji tal-UE u dawk globali dwar il-protezzjoni tal-bijodiversità marina; |
K. |
billi l-MPAs huma għodda importanti għall-protezzjoni tal-ekosistemi tal-oċean peress li jistgħu jżidu d-diversità u l-abbundanza tal-ispeċijiet filwaqt li jtejbu r-reżiljenza tal-oċean għall-impatti ambjentali, inkluż it-tibdil fil-klima; |
L. |
billi l-mexxejja tal-G7 iddikjaraw li huma jappoġġjaw b'mod sħiħ l-impenn tas-CCAMLR li tiżviluppa sistema rappreżentattiva ta' MPAs fiż-Żona tal-Konvenzjoni CAMLR fl-Oċean tan-Nofsinhar abbażi tal-aqwa xjenza disponibbli; |
M. |
billi l-UE u l-Istati Uniti esprimew impenn sħiħ biex jippromwovu qafas globali ta' suċċess u ambizzjuż għall-bijodiversità għal wara l-2020 fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-appoġġ sħiħ tagħhom għad-deżinjazzjoni ta' MPAs ġodda fl-Oċean tan-Nofsinhar, u li jkomplu jikkooperaw biex jippromwovu l-ekonomija blu sostenibbli, is-sajd sostenibbli u l-prevenzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU); |
N. |
billi l-Parlament esprima l-appoġġ qawwi tiegħu għal azzjoni ambizzjuża biex tiġi protetta u rrestawrata l-bijodiversità marina, b'mod partikolari fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna u fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP15) għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika; |
O. |
billi l-Parlament talab lill-Kummissjoni tippromwovi mudell ta' governanza internazzjonali ambizzjuż dwar il-bijodiversità marina lil hinn mill-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali, u tirrikonoxxi l-ibħra kollha u l-oċean bħala ġid komuni globali; billi, barra minn hekk, huwa talab lill-UE tistinka għall-adozzjoni ta' trattat globali ambizzjuż dwar l-oċeani biex tiġi protetta l-bijodiversità marina f'żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali madwar id-dinja fis-sessjoni li jmiss tal-Konferenza Intergovernattiva dwar il-Bijodiversità Lil hinn mill-Ġuriżdizzjoni Nazzjonali; |
P. |
billi għaddejjin negozjati fin-Nazzjonijiet Uniti għal ftehim ta' implimentazzjoni biex tiġi protetta d-diversità bijoloġika marina f'żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali skont l-UNCLOS, li tipprevedi l-istabbiliment ta' MPAs fl-ibħra internazzjonali; |
1. |
Jenfasizza li l-Antartika u l-Oċean tan-Nofsinhar fihom ekosistemi u bijodiversità ta' valur u importanza xjentifika eċċezzjonali, u li l-Baħar Weddell huwa kruċjali għaċ-ċirkolazzjoni globali tal-oċeani u għall-klima tad-dinja; jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata l-protezzjoni rapida u effettiva tagħhom; |
2. |
Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-isforzi li saru mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Awstralja, in-Norveġja, ir-Renju Unit, l-Urugwaj, l-Istati Uniti u New Zealand biex jiġu stabbiliti żewġ MPAs ġodda fl-Antartiku tal-Lvant u fil-Baħar Weddell fl-Oċean Antartiku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bi tħejjija għal-laqgħa annwali tas-CCAMLR tal-2021, biex jintensifikaw l-isforzi bilaterali u multilaterali tagħhom biex jiżguraw appoġġ għall-istabbiliment ta' dawn l-MPAs fix-xhur li ġejjin, u b'mod partikolari biex jagħmlu enfasi fuq il-membri tas-CCAMLR li esprimew oppożizzjoni għall-proposti dwar MPAs; |
3. |
Ifakkar li skont l-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030, l-UE għandha tuża l-kapaċitajiet diplomatiċi kollha tagħha ta' influwenza u kuntatt biex tgħin ħalli jintlaħaq ftehim dwar id-deżinjazzjoni ta' MPAs vasti fl-Oċean tan-Nofsinhar; |
4. |
Ifakkar fl-impenn tal-Unjoni dwar il-protezzjoni marina biex tipproteġi legalment minimu ta' 30 % taż-żona tal-baħar tal-UE, inkluża l-protezzjoni stretta ta' 10 % tal-ibħra tagħha; ifakkar li l-UE għandha tiżgura li l-qafas globali għal wara l-2020 jinkludi miri globali ambizzjużi għall-2030 f'konformità mal-impenji tal-UE; itenni, barra minn hekk, il-pożizzjoni tiegħu li l-UE għandha taġixxi bħala mexxejja globali u tinsisti għal livell għoli ta' ambizzjoni, li jaqbel ma' dak tagħha stess jew li jaqbżu, matul in-negozjati għall-qafas globali, li għandu jinkludi miri ta' restawr u protezzjoni globali legalment vinkolanti ta' mill-inqas 30 % sal-2030; jissottolinja li ż-żoni protetti jeħtieġ li jiġu protetti b'mod effettiv; |
5. |
Ifakkar fl-impenn tas-CCAMLR li sal-2012 tinħoloq sistema rappreżentattiva ta' MPAs fiż-Żona tal-Konvenzjoni CAMLR li tipproteġi eżempji rappreżentattivi ta' ekosistemi, bijodiversità u ħabitats marini; |
6. |
Jissottolinja li l-Protokoll ta' Madrid jipprojbixxi attivitajiet relatati mar-riżorsi minerali tal-Antartiku ħlief għal skopijiet ta' riċerka xjentifika; jitlob li din id-dispożizzjoni kruċjali tinżamm fi ftehimiet futuri; |
7. |
Jirrimarka li l-iżolament ġeografiku tal-Oċean tan-Nofsinhar jagħmel l-operazzjonijiet ta' monitoraġġ fiż-Żona tal-Konvenzjoni CAMLR kumplessi u diffiċli; |
8. |
Jissottolinja li aktar minn 80 % ta' qiegħ il-baħar għadu mhux esplorat (9), u li hija meħtieġa aktar riċerka oċeanografika, speċjalment dwar l-impatti tat-tniġġis u t-tibdil fil-klima fuq l-ekosistemi; |
9. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri flimkien mas-sħab globali jsaħħu n-network ta' MPAs fuq livell globali permezz ta' ġestjoni msaħħa, ippjanar spazjali, evalwazzjonijiet u infurzar aħjar sabiex tiżdied il-koerenza ekoloġika u l-konnettività tal-MPAs; |
10. |
Jissottolinja li l-attivitajiet tas-sajd IUU jirrappreżentaw theddida konsiderevoli għas-sajd sostenibbli u għar-reżiljenza tal-ekosistemi marini; |
11. |
Jissottolinja li t-turiżmu fl-Antartika jrid isir b'mod sostenibbli; jitlob għalhekk lis-CCAMLR tiżgura li t-turiżmu jsir skont dan u li ma jkollux impatt negattiv fuq l-ekosistema; |
12. |
Jissottolinja li l-istabbiliment ta' dawn iż-żewġ MPAs ġodda jkun kontribut importanti għad-dimensjoni globali tal-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw l-istabbiliment ta' dawn l-MPAs bħala bażi fin-negozjati globali skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika fil-Konferenza tan-NU dwar il-Bijodiversità tal-COP15 f'Kunming, fiċ-Ċina; |
13. |
Jinnota li l-istabbiliment ta' MPAs li jkopru aktar minn 3 miljun km2 fl-Antartiku tal-Lvant u fil-Baħar Weddell joħloq waħda mill-akbar żoni ta' protezzjoni marina fl-istorja; |
14. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-Istati Membri tas-CCAMLR. |
(1) ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28.
(2) Testi adottati, P9_TA(2020)0005.
(3) Testi adottati, P9_TA(2021)0277.
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0015.
(5) Testi adottati, P9_TA(2021)0096.
(6) Bindoff, N. et al., “Observations: Oceanic Climate Change and Sea Level” (Osservazzjonijiet: It-tibdil fil-klima u l-livell tal-baħar tal-oċean), Climate Change 2007: The Physical Science Basis. Contribution of Working Group I to the Fourth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change, Cambridge University Press, Cambridge, ir-Renju Unit u New York, NY, USA, 2007. https://www.ipcc.ch/site/assets/uploads/2018/02/ar4-wg1-chapter5-1.pdf; Rhein, M. et al., “Observations: Ocean” (Osservazzjonijiet: l-Oċean), Climate Change 2013: The Physical Science Basis. Contribution of Working Group I to the Fifth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change, Cambridge University Press, Cambridge, ir-Renju Unit u New York, NY, USA, 2013. https://www.ipcc.ch/site/assets/uploads/2018/02/WG1AR5_Chapter03_FINAL.pdf;
Cheng L, et al., 2019, “Record-Setting Ocean Warmth Continued in 2019” (L-Akbar Sħana Rreġistrata fl-Oċean Tkompli fl-2019), Advances in Atmospheric Sciences, Vol. 37, Frar 2020, https://link.springer.com/article/10.1007/s00376-020-9283-7
(7) Kyle R. Clem, Ryan L. Fogt, John Turner, Benjamin R. Lintner, Gareth J. Marshall, James R. Miller, James A. Renwick, “Record warming at the South Pole during the past three decades” (Tisħin rekord fil-Pol tas-Sud matul l-aħħar tliet deċennji), Nature Climate Change, 2020; DOI: 10.1038/s41558-020-0815-z.
(8) IPCC Special Report on the Ocean and Cryosphere in a Changing Climate. Summary for Policymakers, 2019. https://www.ipcc.ch/srocc/chapter/summary-for-policymakers/
(9) National Ocean Service, 2021: https://oceanservice.noaa.gov/facts/exploration.html
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/218 |
P9_TA(2021)0362
Ksur tal-liġi tal-UE u tad-drittijiet taċ-ċittadini LGBTIQ fl-Ungerija b'riżultat tal-bidliet legali adottati mill-Parlament Ungeriż
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ksur tal-liġi tal-UE u tad-drittijiet taċ-ċittadini LGBTIQ fl-Ungerija b'riżultat tal-bidliet legali adottati mill-Parlament Ungeriż (2021/2780(RSP))
(2022/C 99/25)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem il-“Karta”), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-ġurisprudenza relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u tal-QEDB, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025” (COM(2020)0698), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2021 bit-titlu “Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (2020-2025)” (COM(2021)0142), |
— |
wara li kkunsidra r-riżultati tal-Istħarriġ dwar l-LGBT fl-UE li tnieda mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) fl-2019, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (1) (ir-“Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt”), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2019 dwar id-diskriminazzjoni pubblika u d-diskors ta' mibegħda kontra persuni LGBTI, inklużi żoni mingħajr LGBTI (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar is-seduti ta' smigħ li għaddejjin bħalissa skont l-Artikolu 7(1) TUE fir-rigward tal-Polonja u l-Ungerija (4), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-QĠUE tat-3 ta' Ġunju 2021 fil-Kawża C-650/18 li tiċħad l-azzjoni tal-Ungerija kontra r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Settembru 2018 li tiskatta l-proċedura għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju minn Stat Membru tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2020 dwar l-istabbiliment ta' Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2021 dwar il-proklamazzjoni tal-UE bħala Żona ta' Libertà LGBTIQ (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa (8), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 dwar ir-Rapport tal-2020 bit-titlu “L-Istat tad-Dritt – Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea” (COM(2020)0580), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar ir-Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt (9), |
— |
wara li kkunsidra l-Att Ungeriż LXXIX tal-2021 dwar “It-teħid ta' azzjoni aktar severa kontra t-trasgressuri pedofili u l-emendar ta' ċerti atti għall-protezzjoni tat-tfal” (l-“Abbozz” u, wara l-promulgazzjoni, il-“Liġi”) |
— |
wara li kkunsidra l-investigazzjoni mnedija mill-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza fis-16 ta' Ġunju 2021 dwar il-konformità tal-Liġi Ungeriża mal-liġi Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra indirizzata mill-Kummissarju għall-Ġustizzja u mill-Kummissarju għas-suq Intern lill-Ministru tal-Ġustizzja Ungeriż (Ares S(2021) 4587976), dwar in-nuqqas ta' konformità tal-abbozz ta' liġi ma' diversi dispożizzjonijiet legali Ewropej, inkluż l-Artikolu 2 TUE dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà u n-nondiskriminazzjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra ta' 17-il kap ta' Stat jew gvern matul il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2021 li wiegħdet li “tkompli tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni fil-konfront tal-komunità LGBTI,” (10) |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tat-22 ta' Ġunju 2021, iffirmata b'mod konġunt minn 18-il Stat Membru, rigward l-adozzjoni tal-Abbozz ta' Liġi Ungeriż (11), |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)5 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati membri dwar il-miżuri intiżi sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentament sesswali jew l-identità tal-ġeneru, u l-istandards adottati mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Abbozz ta' Liġi (12), |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-QEDB tal-20 ta' Ġunju 2017, fil-Kawża Bayev et vs Ir-Russja (rikorsi Nri 67667/09 u 2 oħrajn) (13), |
— |
wara li kkunsidra l-Mistoqsija lill-Kummissjoni għal Tweġiba Orali tat 22 ta' Ġunju 2021 dwar sur tal-liġi tal-UE u tad-drittijiet taċ-ċittadini LGBTIQ fl-Ungerija b'riżultat tal-bidliet legali adottati fil-Parlament Ungeriż (O-000050/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-Assemblea Nazzjonali Ungeriża adottat fil-15 ta' Ġunju 2021 Abbozz ta' Liġi li, fl-oriġini tiegħu, huwa maħsub biex jipproteġi lit-tfal minn trasgressuri pedofili, objettiv li huwa kondiviż u segwit mill-istituzzjonijiet u l-Istati Membri kollha fl-Unjoni; billi l-Abbozz ġie ppromulgat fit-23 ta' Ġunju 2021 u se jidħol fis-seħħ fit-8 ta' Lulju 2021 (14); billi l-Liġi se tillimita b'mod sever u intenzjonat id-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni LGBTIQ, kif ukoll id-drittijiet tat-tfal; |
B. |
billi dan l-aħħar l-Ungerija għamlet għadd ta' dikjarazzjonijiet fil-Kunsill, fejn interpretat il-kunċett ta' “ġeneru” f'ċerti testijiet bħala referenza għas-sess u b'hekk ċaħdet l-eżistenza tal-ġeneru, b'mod partikolari fir-rigward tal-Kunċett ta' Maniġġar ta' Kriżi (CMC) għal possibbiltà ta' missjoni militari tal-UE mhux eżekuttiva fil-Mozambique fl-ambitu tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) , ir-Regolament dwar il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u f'okkażjonijiet oħra; |
C. |
billi d-definizzjonijiet tal-Liġi huma deliberatament vagi bil-għan li jikkawżaw effett dissważiv; billi l-Liġi tipprojbixxi r-“rappreżentazzjoni u l-promozzjoni tal-identità tal-ġeneru differenti mis-sess assenjat fit-twelid, il-bidla tas-sess u tal-omosesswalità” fl-iskejjel, fi programmi televiżivi u f'reklamar disponibbli għall-pubbliku fi kwalunkwe pjattaforma għal persuni taħt it-18-il sena anke għal skopijiet edukattivi; billi l-Liġi tiskwalifika tali kontenut milli jitqies bħala avviż ta' servizz pubbliku jew reklamar ta' responsabbiltà soċjali anki jekk ikun maħsub għall-adulti; billi l-Liġi tintroduċi emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Familja, l-Att dwar l-Attività tar-Reklamar Kummerċjali, l-Att dwar il-Media u l-Att dwar l-Edukazzjoni Pubblika; |
D. |
billi l-Parlament preċedentement ikkundanna l-użu ħażin tal-liġijiet dwar l-informazzjoni disponibbli għall-minorenni, speċjalment fil-qasam tal-edukazzjoni u l-media, sabiex jiġu ċċensurati kontenut u materjal relatati mal-LGBTI, b'mod partikolari fil-Litwanja u l-Latvja; |
E. |
billi fl-2018, il-President Pollakk Andrzej Duda ddikjara li se jikkunsidra li joħroġ l-hekk imsejħa liġi dwar il-“propaganda omosesswali”, kif adottata fir-Russja, li tipprojbixxi l-media u l-letteratura, u laqgħat tal-massa LGBTIQ bħall-Pride; billi f'Ġunju tal-2021, il-Viċi Ministru tal-Ġustizzja Michal Wos ħabbar li l-Polonja bħalissa qed taħdem fuq abbozz ta' liġi li għandu l-għan li jipprojbixxi l-“propaganda LGBT”; |
F. |
billi f'Ġunju 2021, il-President tar-Repubblika Ċeka Milos Zeman għamel kummenti degradanti dwar il-komunità transġeneru f'intervista tal-media relatata mal-liġi l-ġdida kontra l-LGBTIQ fl-Ungerija; |
G. |
billi ġew osservati żviluppi inkwetanti simili fil-Kroazja, b'mod partikolari l-proposta mħabbra mill-partit Konservattiv Most li tiġi inkluża “projbizzjoni tal-esponiment tat-tfal għall-propaganda LGBT” fil-liġijiet li qed jiġu diskussi fil-Parlament Kroat, u l-attakki kontra persuni LGBTI fit-3 ta' Lulju 2021, il-jum tal-20 Pride ta' Zagreb; billi fl-4 ta' Lulju 2021, il-President u l-Viċi President tal-partit Most ħabbru kawżi kontra l-organizzazzjonijiet LGBTI li kienu akkużaw lill-partit Most li kien qed ixerred intolleranza u l-omofobija, u jinċita d-diviżjoni u l-mibegħda; |
H. |
billi fl-2013 ir-Russja introduċiet liġi federali “bl-għan li tipproteġi lit-tfal minn informazzjoni li tippromwovi ċ-ċaħda ta' valuri tradizzjonali tal-familja” li kellha l-għan li tipprojbixxi n-normalizzazzjoni tal-omosesswalità fil-media; billi bosta organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja ddikjaraw li l-liġi Russa tipperikola liż-żgħażagħ LGBTIQ; |
I. |
billi, skont l-Artikolu 2 TUE, “l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi”; |
J. |
billi l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza tal-LGBTIQ tistabbilixxi d-direzzjoni komuni tal-Unjoni fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ fl-Istati Membri kollha, u ttenni li l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni huma valuri ewlenin u drittijiet fundamentali fl-UE, minquxa fit-Trattati tagħha u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; |
K. |
billi l-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen ddeskriviet l-Abbozz ta' Liġi bħala “tal-mistħija” u tat istruzzjonijiet lill-Kummissarji responsabbli biex jindirizzaw lill-gvern Ungeriż (15); billi l-Kummissarju għall-Ġustizzja u l-Kummissarju għas-Suq Intern bagħtu ittra lill-Ministru tal-Ġustizzja Ungeriż fejn jiddikjaraw li l-Liġi tikser d-drittijiet li ġejjin: id-dritt għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikoli 7 u 9 tal-Karta); id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni (l-Artikolu 11 tal-Karta); il-libertà tal-intrapriża (l-Artikolu 16 tal-Karta); u n-nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21 tal-Karta); billi d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (“AVMSD”), (16) id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku (17) u l-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huma applikabbli għal mill-inqas uħud mix-xenarji regolati u l-Artikoli 34 u 36 TFUE jistgħu jkunu applikabbli u miksura wkoll mid-dispożizzjonijiet ikkontestati tal-Liġi; billi ntalbet tweġiba għal din l-ittra qabel it-30 ta' Ġunju 2021 (18); billi l-Ministru Ungeriż għall-Ġustizzja wieġeb fl-1 ta' Lulju 2021; |
L. |
billi 18-il Stat Membru (19) ffirmaw flimkien dikjarazzjoni li tistieden lill-Kummissjoni tuża l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tiżgura rispett sħiħ għal-liġi tal-UE, inkluż billi tirreferi l-kwistjoni lill-QĠUE; |
M. |
billi 17-il Kap ta' Stat jew gvern adottaw dikjarazzjoni konġunta fl-24 ta' Ġunju 2021 li tiddikjara li se jkomplu jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni fil-konfront tal-komunità LGBTIQ, fejn affermaw mill-ġdid id-difiża tagħhom tad-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTIQ (20); |
N. |
billi l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa ħeġġet lill-membri tal-Parlament Ungeriż jirrifjutaw l-Abbozz; billi hija sostniet li l-Abbozz kien insult għad-drittijiet u l-identitajiet tal-persuni LGBTIQ u li dan jillimita wkoll il-libertà tal-espressjoni u tal-edukazzjoni tal-Ungeriżi kollha (21); |
O. |
billi skont ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)5 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati membri dwar miżuri għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru, il-mexxejja tal-Istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa għandhom ir-responsabbiltà li jedukaw, jiġġieldu l-preġudizzji u d-diskriminazzjoni u jaħdmu għall-aċċettazzjoni ta' persuni LGBTIQ. |
P. |
billi l-QEDB iddeċidet fil-Kawża Bayev et vs Ir-Russja li leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-promozzjoni tal-omosesswalità, magħrufa wkoll bħala l-“liġi dwar il-propaganda omosesswali” kienet bi ksur tal-Artikolu 10 (libertà tal-espressjoni) u tal-Artikolu 14 (projbizzjoni tad-diskriminazzjoni) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u għalhekk kienet diskriminatorja, u li kienet issaħħaħ il-preġudizzju fil-konfront tal-persuni LGBTIQ, li huwa inkompatibbli mal-valuri ta' soċjetà demokratika; |
Q. |
billi l-Parlament ħeġġeġ lill-Istati Membri f'diversi okkażjonijiet biex jiggarantixxu d-dritt għal edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità, is-sess u r-relazzjonijiet li tkun xjentifikament preċiża, ibbażata fuq l-evidenza, xierqa għall-età u mingħajr ebda ġudizzju; billi l-korpi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem (22) bħall-Kunsill tal-Ewropa stabbilew li t-tfal u ż-żgħażagħ għandhom id-dritt li jirċievu edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità. |
R. |
billi l-Istħarriġ dwar l-LGBTI tal-FRA jissottolinja li aktar minn nofs ir-rispondenti dejjem jew ta' spiss semgħu jew raw kummenti jew imġiba negattivi matul iż-żmien li qattgħu fl-iskola minħabba li xi ħadd mill-klassi kien perċepit li huwa LGBTI; billi dan in-numru jiżdied għal 70 %għar-rispondenti ta' bejn il-15 u s-17-il sena, li jenfasizza l-ħtieġa li l-aċċettazzjoni u t-tolleranza jiġu indirizzati f'kuntesti edukattivi; |
Il-Liġi, id-dispożizzjonijiet tagħha u l-ksur tad-dritt tal-UE
1. |
Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-Liġi adottata mill-Parlament Ungeriż, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-valuri, tal-prinċipji u tad-dritt tal-UE; ifakkar li, il-Liġi se ddaħħal dispożizzjonijiet f'Atti Ungeriżi differenti li jiksru d-drittijiet fundamentali skont il-Karta u t-Trattati u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-suq intern (AVMSD) u d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku); iqis li l-Liġi tikser l-acquis stabbilit tal-UE; |
2. |
Jilqa' d-dikjarazzjoni ffirmata minn 18-il Stat Membru li tistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni legali u l-kundanna tal-Abbozz ta' Liġi mill-President tal-Kummissjoni u minn kummissarji individwali; jieħu nota tal-ittra mibgħuta lill-Ministru tal-Ġustizzja Ungeriż li titlob kjarifika u informazzjoni dwar il-punti mqajma sat-30 ta' Ġunju 2021; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel din it-tweġiba pubblika; |
3. |
Jieħu nota tal-appell tal-Kummissjoni għal dibattitu kostruttiv u leali mal-Ungerija; jiddispjaċih li l-Liġi ġiet, madankollu, ippromulgata fit-23 ta' Ġunju 2021, minkejja r-reazzjonijiet ta' għadab minn organizzazzjonijiet internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni legali minnufih, b'mod partikolari billi tniedi proċedura aċċellerata ta' ksur kontra l-Ungerija fis-sens tal-Artikolu 258 TFUE fir-rigward tal-Liġi; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-għodod proċedurali kollha tal-Qorti tal-Ġustizzja, jekk ikun meħtieġ, inklużi t-talbiet għal proċedura mħaffa u għal miżuri provviżorji, inklużi penali għal nuqqas ta' konformità ma' dawn tal-aħħar; |
4. |
Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 259 TFUE, Stat Membru li jqis li Stat Membru ieħor naqas milli jissodisfa obbligu skont it-Trattati jista' jressaq il-kwistjoni quddiem il-QĠUE; jistieden lill-Istati Membri biex jiskattaw dan l-artikolu fir-rigward tal-Liġi adottata jekk il-Kummissjoni ma tiħux azzjoni; jistieden lill-Istati Membri jippreżentaw rikors interstatali lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-aspetti mhux koperti mil-liġi tal-UE; |
Il-proċeduri li għaddejjin fis-sens tal-Artikolu 7(1)
5. |
Jisħaq li l-Liġi mhijiex eżempju iżolat, iżda pjuttost tikkostitwixxi eżempju intenzjonat u premeditat ieħor taż-żarmar gradwali tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija; jisħaq li l-kampanji ta' fobija fil-konfront tal-LGBTIQ u ta' diżinformazzjoni organizzati u promossi mill-Istat saru għodod għaċ-ċensura politika mill-Gvern Ungeriż u jqis li dan jikser l-Artikolu 2 TUE; ifakkar li l-Unjoni Ewropea ġiet iddikjarata bħala Żona ta' Libertà LGBTI (23); |
6. |
Ifakkar li l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTIQ huwa parti minn aġenda politika akbar li qed twassal għaż-żarmar tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, inkluża l-libertà tal-media, u għandu jitqies bħala ksur sistemiku tal-Artikolu 2 TUE; ifakkar li r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Settembru 2018 (24) diġà esprimiet tħassib dwar id-dritt għal trattament ugwali u għal-libertà tal-espressjoni; |
7. |
Jesprimi tħassib qawwi li minn meta l-Parlament skatta l-Artikolu 7(1), is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali kompliet tiddeterjora fl-Ungerija; jenfasizza n-nuqqas ta' azzjoni u responsabbiltà tal-Kunsill f'dan ir-rigward matul is-snin; |
8. |
Jilqa' l-fatt li l-Presidenza Portugiża organizzat l-ewwel seduta ta' smigħ dwar l-Artikolu 7(1) dwar l-istat tad-dritt fl-Ungerija mill-2019, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet minn 18-il Stat Membru li kkundannaw il-Liġi; jisħaq, madankollu, li d-djalogu jrid jipproduċi eżitu tanġibbli f'termini ta' azzjonijiet sabiex jindirizza b'mod attiv l-eżempji ta' deterjorament tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jagħti rakkomandazzjonijiet konkreti lill-Ungerija, kif stipulat fl-Artikolu 7(1) TUE, inkluża rakkomandazzjoni biex tiġi rrevokata l-Liġi, u biex jagħti skadenzi għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-Presidenza Slovena torganizza seduta ta' smigħ dwar l-Ungerija f'Settembru 2021 u tħejji votazzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet mill-aktar fis possibbli; jinnota li d-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTIQ qed jiffaċċjaw żarmar gradwali matul dawn l-aħħar snin |
9. |
Ifakkar li fit-2 ta' Marzu 2021, il-Kunsill tal-Media Ungeriż ħabbar li se jniedi proċedimenti legali kontra l-grupp tal-media Ungeriż RTL, wara li xandar il-kampanja “Il-Familja hija l-Familja”; iqis li dawn l-azzjonijiet jikkostitwixxu ċ-ċensura tal-kontenut tal-media u r-reklamar u għalhekk jiksru l-AVMSD; jisħaq li għadd ta' xandara madwar l-UE flimkien ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili talbu lill-Kummissjoni biex tibda proċeduri ta' ksur (25); jistieden lill-Kummissjoni tuża l-għodod legali kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tindirizza ċ-ċensura ta' materjal li jkun konformi mal-AVMSD, meħuda flimkien mal-Karta; |
10. |
Jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li d-deterjorament tal-libertà tal-media qed iwassal għal żieda fl-għoti tat-tort lill-minoranzi u fl-attakki fuqhom, inkluż tal-persuni LGBTIQ |
11. |
Ifakkar li l-Liġi Fundamentali (il-Kostituzzjoni) tal-Ungerija ġiet emendata f'Diċembru 2020 biex tispeċifika li l-omm hija mara u l-missier huwa raġel u li l-Ungerija tipproteġi d-dritt tat-tfal li jistabbilixxu l-identità tagħhom f'konformità mas-sess tat-twelid tagħhom, u d-dritt tagħhom għal edukazzjoni skont l-identità kostituzzjonali u s-sistema ta' valuri tal-pajjiż bbażata fuq il-kultura Kristjana; jinnota li minkejja li l-liġi tal-familja hija kompetenza nazzjonali, l-emendar tal-kostituzzjoni b'dan il-mod, flimkien mal-leġiżlazzjoni ta' segwitu, inkluża l-Liġi, jirriżulta fi tnaqqis dirett fil-protezzjoni tal-valuri stipulati fl-Artikolu 2 TUE; jinnota li l-Kummissjoni ta' Venezja adottat opinjoni dwar l-emendi kostituzzjonali adottati mill-Parlament Ungeriż f'Diċembru 2020 (26); |
12. |
Ifakkar li fit-18 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni ta' Venezja adottat l-opinjoni CDL-AD (2013)022-e dwar il-kwistjoni tal-hekk imsejħa “propaganda tal-omosesswalità”: fid-dawl ta' leġiżlazzjoni riċenti adottata minn xi Stati membri tal-Kunsill tal-Ewropa; |
13. |
Ifakkar li l-leġiżlazzjoni ġiet adottata mill-Parlament Ungeriż li għandha bħala effett ir-restrizzjoni tal-adozzjoni għal koppji miżżewġin, li de facto tipprojbixxi l-adozzjoni għal persuni li jgħixu f'unjoni omosesswali u individwi waħedhom u mhux miżżewġin, sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-Ministru għall-Politika tal-Familja; jisħaq li r-rekwiżit tal-aħħar jagħti lil membru tal-Gvern il-kapaċità li jieħu deċiżjonijiet unilaterali f'dan ir-rigward; |
14. |
Ifakkar li l-adozzjoni tal-Artikolu 33 tal-Att Omnibus tal-2020 tipprojbixxi de facto r-rikonoxximent legali tal-ġeneru għal persuni transġeneru u intersesswali fl-Ungerija, u b'hekk tikser id-dritt tagħhom għall-privatezza u tesponihom għal diskriminazzjoni u b'hekk jista' jkollha effetti psikoloġiċi severi u tista' tillimita d-dritt tagħhom li jipparteċipaw b'mod attiv fis-soċjetà ċivili; jinnota li l-Awtorità Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Libertà tal-Informazzjoni ħarġet opinjoni dwar l-Artikolu 33, fejn argumentat li dan jikser l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (27); ifakkar li sa issa l-Kummissjoni ma ħadet l-ebda azzjoni biex tindirizza din il-kwistjoni; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-kwistjoni u tieħu azzjoni legali, jekk ikun meħtieġ; jinnota li għalkemm il-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija (28) kkonstatat partijiet mil-liġi kienu antikostituzzjonali, l-awtoritajiet pubbliċi għadhom ma implimentawx id-deċiżjoni tal-qorti u qed ikomplu jirrifjutaw applikazzjonijiet anki jekk ġew ippreżentati qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi; jinnota li dan jikkostitwixxi ksur tal-istat tad-dritt; |
15. |
Jikkundanna d-deċiżjoni ta' awtorità għall-protezzjoni tal-konsumatur f'Budapest (29) li tordna lill-pubblikaturi tal-kotba biex jistampaw dikjarazzjonijiet ta' ċaħda ta' responsabbiltà fuq kotba tat-tfal li fih familji qawsalla, peress li fih “imġiba inkonsistenti mar-rwoli tradizzjonali tal-ġeneru”; |
16. |
Jesprimi tħassib qawwi dwar l-ispazju dejjem jonqos għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) fl-Ungerija, inklużi l-NGOs tal-LGBTI; jilqa' s-sentenza tal-QĠUE fil-Kawża C-78/18 (30) li tiddikjara li l-Liġi Nru LXXVI tal-2017 dwar it-Trasparenza ta' Organizzazzjonijiet li jirċievu Appoġġ minn Barra l-Pajjiż introduċiet restrizzjonijiet diskriminatorji u mhux ġustifikati fuq donazzjonijiet barranin lil organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bi ksur tal-obbligi tal-Ungerija rigward il-moviment liberu tal-kapital, ir-rispett għall-ħajja privata, il-protezzjoni tad-data personali u l-libertà ta' assoċjazzjoni; jinnota r-revoka ta' dik il-liġi, iżda jqajjem tħassib dwar limitazzjonijiet ġodda għall-finanzjament tas-soċjetà ċivili fl-Ungerija, bħall-awditi selettivi mill-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat u l-obbligu li jiġu indikati d-donaturi kollha f'rapporti pubbliċi dwar il-benefiċċji li huwa disponibbli għall-pubbliku; jemmen li tali limitazzjonijiet la huma meħtieġa u lanqas proporzjonati, u ma jikkonformawx mal-ġurisprudenza tal-QĠUE, kif ukoll mal-konklużjonijiet tar-rapport dwar il-finanzjament tal-assoċjazzjonijiet, adottat mill-Kummissjoni ta' Venezja fil-118 sessjoni plenarja tagħha tal-15 sas-16 ta' Marzu 2019; |
17. |
Jiddikjara l-impenn sod tiegħu li jiddefendi d-drittijiet tat-tfal fl-UE u lil hinn minnha; jassumi l-pożizzjoni li l-promozzjoni tat-tolleranza, tal-aċċettazzjoni u tad-diversità, aktar milli l-promozzjoni tal-fobija u tal-mibegħda fil-konfront tal-LGBTIQ, għandhom iservu bħala prinċipji gwida biex jiġi żgurat ir-rispett għall-aħjar interessi tat-tfal; iqis f'dak ir-rigward li l-ikkombinar tal-orjentazzjoni sesswali u tal-identità tal-ġeneru mal-pedofilija jew mal-attakki fuq id-drittijiet tat-tfal, juru tentattiv ċar biex il-lingwa tad-drittijiet tal-bniedem tiġi strumentalizzata sabiex jiġu ppromulgati politiki diskriminatorji; iqis li dan imur kontra l-prinċipji u n-normi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; |
18. |
Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Liġi Ungeriża tixbah lill-hekk imsejħa liġi dwar il-propaganda LGBT tar-Russja tal-2013, li rriżultat fi ħsara serja għall-komunità LGBTIQ fir-Russja; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinvestiga l-finanzjament ta' kampanji kontra l-LGBTIQ fl-UE, li b'mod ċar huma ta' theddida għad-demokrazija u għas-sigurtà nazzjonali fl-UE; |
Azzjoni li jeħtiġilha tieħu l-Kummissjoni
19. |
Itenni l-appelli tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex finalment jirrikonoxxu l-ħtieġa urġenti għal azzjoni biex jiddefendu l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 TUE u biex jammettu li Stat Membru ma jistax jemenda l-leġiżlazzjoni tiegħu, inklużi d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali, b'tali mod li dan iwassal għal tnaqqis fil-protezzjoni ta' dawn il-valuri (31); jindika li dan huwa pprojbit fit-Trattati, kif interpretati reċentement mill-QĠUE fil-Kawża C-896/19 (32); |
20. |
Huwa tal-fehma li l-Liġi tikkontradixxi direttament l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza tal-LGBTIQ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-istrateġija tiġi implimentata b'mod ugwali f'kull Stat Membru fl-UE; |
21. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti jiżblokkaw id-Direttiva dwar id-Diskriminazzjoni Orizzontali fil-Kunsill, li ilha blokkata għal aktar minn 10 snin (33); |
22. |
Ifakkar li għadha ma ngħatat l-ebda tweġiba xierqa għall-inizjattiva tal-Parlament dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali li għandu jkun irregolat minn ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jidħlu immedjatament f'negozjati mal-Parlament dwar ftehim interistituzzjonali skont l-Artikolu 295 TFUE; |
23. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021 u li huwa direttament applikabbli fl-intier tiegħu fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri kollha tagħha għall-fondi kollha tal-baġit tal-UE, inklużi r-riżorsi allokati permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru minn dak iż-żmien 'l hawn; |
24. |
Ifakkar li r-Regolament tal-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt jipprovdi definizzjoni ċara tal-istat tad-dritt, li trid tinftiehem fir-rigward tal-valuri l-oħra tal-Unjoni, inklużi d-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni; huwa tal-fehma li d-diskriminazzjoni promossa mill-Istat kontra l-minoranzi għandha impatt dirett fuq il-proġetti li fuqhom l-Istati Membri jiddeċiedu li jonfqu l-flus tal-UE, u għalhekk taffettwa direttament il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiskatta minnufih il-proċedura prevista fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt; |
25. |
Jemmen li l-kapaċità tal-awtoritajiet Ungeriżi li jimmaniġġjaw il-fondi tal-UE mingħajr diskriminazzjoni u f'konformità mal-Karta hija ferm dubbjuża; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-adozzjoni tal-Liġi b'rabta mal-kundizzjoni abilitanti orizzontali sabiex tkun żgurata konformità mal-Karta tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għal Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (34) (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni); jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi previsti skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għan-nefqa relatata mal-fondi rilevanti u tiżgura li l-ftehim ta' sħubija u l-programmi tal-2021-2027 għall-Ungerija ma jiġux approvati sakemm ma tiġix żgurata l-konformità sħiħa mal-kundizzjoni orizzontali abilitanti relatata mar-rispett tal-Karta, kif previst skont l-Artikoli tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni; ifakkar li kwalunkwe att tal-Kummissjoni li ma jikkonformax mal-liġi tal-UE jista' jitressaq quddiem il-QĠUE; |
26. |
Jesprimi tħassib serju dwar il-konformità tal-abbozz tal-Pjan Ungeriż għall-Irkupru u r-Reżiljenza mar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (35) u mal-Karta; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill janalizzaw bir-reqqa kull miżura deskritta fl-abbozz tal-tal-Pjan Ungeriż għall-Irkupru u r-Reżiljenza u japprovaw il-pjan biss jekk jiġi stabbilit li dan ma jkunx se jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Liġi, u sussegwentement iwassal biex il-baġit tal-UE jikkontribwixxi b'mod attiv għall-ksur tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija; |
27. |
Ifakkar li d-drittijiet tal-LGBTIQ huma drittijiet tal-bniedem; jerġa' jafferma l-appell tiegħu biex iħeġġeġ lill-Istati Membri, b'mod partikolari lill-Ungerija, biex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-edukazzjoni u l-informazzjoni disponibbli għall-minorenni tikkonforma bis-sħiħ mad-drittijiet fundamentali minquxa fl-liġi tal-UE u f'dik internazzjonali u biex jiżguraw aċċess għal edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet li tkun xjentifikament preċiża, ibbażata fuq l-evidenza, xierqa għall-età u ħielsa minn kull ġudizzju; ifakkar li informazzjoni ppubblikata għandha tirrifletti d-diversità tal-orjentazzjonijiet sesswali, tal-identitajiet tal-ġeneru, tal-espressjonijiet u tal-karatteristiċi tas-sess, sabiex tiġi miġġielda l-miżinformazzjoni bbażata fuq l-isterjotipi jew il-preġudizzji; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura konformità mad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jitkellmu kontra d-diskors ta' mibegħda u fobija fil-konfront tal-LGBTIQ, speċjalment mill-gvernijiet u mill-politiċi; |
o
o o
28. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill, lill-Kumissjoni u lill-Kumitat tar-Reġjuni. |
(1) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.
(2) ĠU C 433, 23.12.2019, p. 66.
(3) ĠU C 255, 29.6.2021, p. 7.
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0014.
(5) Is-sentenza tat-3 ta' Ġunju 2021, L-Ungerija vs Il-Parlament, C-650/18, ECLI:EU:C:2021:426.
(6) Testi adottati, P9_TA(2020)0251.
(7) Testi adottati, P9_TA(2021)0089.
(8) Testi adottati, P9_TA(2021)0314.
(9) Testi adottati, P9_TA(2021)0313.
(10) https://twitter.com/alexanderdecroo/status/1407977290189971457/photo/1
(11) https://wilmes.belgium.be/en/thirteen-countries-unite-belgiums-initiative-defend-lgbtiq-rights-europe
(12) https://www.coe.int/en/web/commissioner/-/commissioner-mijatovic-urges-hungary-s-parliamentarians-to-reject-draft-amendments-banning-discussion-about-sexual-and-gender-identity-and-diversity
(13) http://hudoc.echr.coe.int/eng?i=001-174422
(14) Il-Liġi ppubblikata fil-Gazzetta: https://njt.hu/jogszabaly/2021-79-00-00; https://magyarkozlony.hu/dokumentumok/ba643dee7b59c2a1901132e6e3320483d2245b56/megtekintes
(15) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/statement_21_3164
(16) ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69.
(17) ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
(18) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/api/files/attachment/869254/Letter%20by%20Commissioners%20Reynders%20and%20Breton.pdf
(19) Il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, Spanja, l-Iżvezja, il-Latvja, l-Italja, il-Greċja, L-Awstrija, Ċipru u l-Portugall,
(20) https://twitter.com/alexanderdecroo/status/1407977290189971457?s=20
(21) https://www.coe.int/be/web/commissioner/-/commissioner-mijatovic-urges-hungary-s-parliamentarians-to-reject-draft-amendments-banning-discussion-about-sexual-and-gender-identity-and-diversity
(22) Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, Rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Dritt għall-Edukazzjoni.
(23) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar il-proklamazzjoni tal-UE bħala Żona ta' Libertà LGBTIQ.
(24) Testi adottati, P8_TA(2018)0340.
(25) ACT, Hungary: Broadcasting associations across Europe express dismay at anti-LGBTIQ bill & urge European Commission to open infringement proceedings, Brussels, 29 June 2021. (L-Ungerija: L-assoċjazzjonijiet tax-xandir madwar l-Ewropa jesprimu dispjaċir dwar l-abbozz ta' liġi kontra l-LGBTIQ u jħeġġu lill-Kummissjoni Ewropea tniedi proċedimenti ta' ksur, Brussell, id-29 ta' Ġunju 2021.)
(26) Hungary – Opinion on the constitutional amendments adopted by the Hungarian parliament in December 2020, adopted by the Venice Commission at its 127th Plenary Session, Venice and online, 2-3 July 2021 (CDL-AD(2021)029-e). (L-Ungerija – Opinjoni dwar l-emendi kostituzzjonali adottati mill-Parlament Ungeriż f'Diċembru 2020, adottata mill-Kummissjoni ta' Venezja fil-127 Sessjoni Plenarja tagħha, Venezja u online, 2-3 ta' Lulju 2021(CDL-AD (2021) 029-e)).
(27) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(28) http://public.mkab.hu/dev/dontesek.nsf/0/CB4CA4E8F72D33DFC125863A00604976?OpenDocument. Is-sommarju bl-Ingliż huwa disponibbli fuq http://public.mkab.hu/dev/dontesek.nsf/0/CB4CA4E8F72D33DFC125863A00604976?OpenDocument&english&english
(29) https://www.kormanyhivatal.hu/hu/budapest/hirek/tisztessegtelen-kereskedelmi-gyakorlatot-folytat-a-labrisz-egyesulet-a-meseorszag-mindenkie-cimu-konyv-ertekesitesekor.
(30) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Ġunju 2020, Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija, C-78/18, ECLI:EU:C:2012:476.
(31) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tal-Istat tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar il-kondizzjonalità.
(32) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' April 2021, Repubblika vs Il-Prim Ministru, C-896/19, ECLI:EU:C:2021:311.
(33) Il-proposta tat-2 ta' Lulju 2008 għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426).
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2021
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/226 |
P9_TA(2021)0330
Emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament li jikkonċernaw l-Artikoli 99, 197, 213, 214, 222, 223, 230, 235 u l-Anness V, u dwar iż-żieda ta' Artikolu 106a ġdid (2021/2048(REG))
(2022/C 99/26)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 236 u 237 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0214/2021), |
1.
Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2.
Jiddeċiedi li l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali ta' wara dik tal-adozzjoni tagħhom, bl-eċċezzjoni ta':
(a) |
l-emenda għall-Artikolu 213(1) dwar id-diversità tal-ġeneru, li għandha tidħol fis-seħħ mal-ftuħ tal-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew li għandhom isiru fl-2024; |
(b) |
l-emenda għall-Artikolu 223, dwar it-tul tal-mandat tal-membri tal-bureaux tad-delegazzjonijiet, li għandha tidħol fis-seħħ mal-ftuħ tal-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew li għandhom isiru fl-2024; |
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.
Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 99
Test fis-seħħ |
Emenda |
Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura għall-għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit skont id-dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966 / 2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“Regolament Finanzjarju”) huma mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness. |
Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura għall-għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit skont id-dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE, Euratom) 2018 / 1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“Regolament Finanzjarju”) huma mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness. |
Emenda 2
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 106a (ġdid)
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Artikolu 106a |
|
Proċedura għall-għoti tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-istabbiliment jew l-estensjoni ta' fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterna |
|
1. Meta l-Kummissjoni tikkonsulta lill-Parlament dwar l-intenzjoni tagħha li tistabbilixxi jew testendi fond fiduċjarju għal azzjonijiet ta' emerġenza jew ta' wara emerġenza, skont l-Artikolu 234(1), it-tielet subparagrafu, jew l-Artikolu 234(5), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju, il-kumitat responsabbli għandu jfassal abbozz ta' rakkomandazzjonijiet. |
|
Dawk l-abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet jistgħu jinkludu rakkomandazzjonijiet speċifiċi lill-Kummissjoni dwar id-dettalji tal-fond fiduċjarju, bħalma huma l-objettivi li dan għandu jsegwi jew il-modalità tal-funzjonament tiegħu. |
|
L-Artikolu 118 (2) sa (6) għandu japplika mutatis mutandis. |
|
2. Meta l-Parlament jintalab mill-Kummissjoni jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal abbozz ta' deċiżjoni dwar l-istabbiliment jew l-estensjoni ta' fond fiduċjarju għal azzjonijiet tematiċi skont l-Artikolu 234(1), ir-raba' subparagrafu, jew l-Artikolu 234(5), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju, il-kumitat responsabbli għandu jħejji rakkomandazzjoni ta' approvazzjoni jew ta' rifjut tal-abbozz ta' deċiżjoni. |
|
L-Artikolu 105(1) sa (4) għandu japplika mutatis mutandis. |
|
3. Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jew il-kumitat responsabbli jistgħu jippreżentaw lill-Parlament mozzjoni għal riżoluzzjoni li titlob lill-Kummissjoni twaqqaf l-approprjazzjonijiet għal fond fiduċjarju tal-Unjoni, jew tirrevedi l-ftehim kostituttiv bil-ħsieb tal-likwidazzjoni ta' fond fiduċjarju tal-Unjoni, skont l-Artikolu 234(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju. |
Emenda 3
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 197
Test fis-seħħ |
Emenda |
Artikolu 197 |
imħassar |
Mozzjoni biex kwistjoni tiġi ddikjarata inammissibbli |
|
1. Fil-bidu tad-dibattitu dwar xi punt speċifiku tal-aġenda tista' titressaq grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jippreżentaw mozzjoni biex dan il-punt jiġi ddikjarat inammissibli. Għandu jittieħed vot fuq tali mozzjoni minnufih. |
|
L-intenzjoni ta' preżentazzjoni ta' mozzjoni ta' inammisibbiltà, għandha tiġi notifikata tal-anqas 24 siegħa bil-quddiem lill-President li għandu jinforma lill-Parlament minnufih. |
|
2. Jekk il-mozzjoni tiġi approvata, il-Parlament għandu jgħaddi minnufih għall-punt li jkun imiss fl-aġenda. |
|
Emenda 4
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 213 – paragrafu 1
Test fis-seħħ |
Emenda |
1. Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-ħatra tal-membri tal-kumitat skont l-Artikolu 209, u sussegwentement sentejn u nofs wara, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u f'viċi presidenti minn fost il-membri sħaħ tiegħu f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat ; m'għandux ikun permess li jkun hemm bureau kompost minn nisa biss jew minn irġiel biss jew li l-viċi presidenti kollha joriġinaw mill-istess Stat Membru. |
1. Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-ħatra tal-membri tal-kumitat skont l-Artikolu 209, u sussegwentement sentejn u nofs wara, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi President u f'Viċi Presidenti minn fost il-membri sħaħ tiegħu f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' Viċi Presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat . Il-President u l-ewwel Viċi President ta' kumitat m'għandhomx ikunu tal-istess ġeneru. Barra minn dan, il-bilanċ bejn il-ġeneri għandu japplika wkoll għall-membri l-oħra tal-bureau. M'għandux ikun permess li l-membri kollha tal-bureau joriġinaw mill-istess Stat Membru. |
Emenda 6
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 214 – paragrafu 2 – subparagrafu 4
Test fis-seħħ |
Emenda |
Il-president għandu jħabbar fil-kumitat id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-koordinaturi, li għandhom jitqiesu li ġew adottati jekk ma ġewx ikkontestati. Huma għandhom ikunu debitament imsemmija fil-minuti tal-laqgħa tal-kumitat. |
Il-president għandu jħabbar fil-kumitat id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-koordinaturi, li għandhom jitqiesu li ġew adottati jekk ma ġewx ikkontestati. F'każijiet ta' kontestazzjoni, il-kumitat għandu jivvota b'maġġoranza sempliċi. Dawk id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu debitament imsemmija fil-minuti tal-laqgħa tal-kumitat. |
Emenda 7
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 222 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test fis-seħħ |
Emenda |
1. Meta l-Kummissjoni tkun ippubblikat inizjattiva taċ-ċittadini fir-reġistru rilevanti skont l-Artikolu 10 (1 )(a ) tar-Regolament (UE) Nru 211 / 2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), il-President tal-Parlament, fuq talba mill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati: |
1. Meta l-Kummissjoni tkun ippubblikat l-avviż dwar inizjattiva taċ-ċittadini fir-reġistru rilevanti skont l-Artikolu 14 (1) tar-Regolament (UE) 2019 / 788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), il-President tal-Parlament Ewropew , fuq proposta mill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati: |
Emenda 8
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 222 – paragrafu 1 – punt a
Test fis-seħħ |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 222 – paragrafu 1 – punt (b)
Test fis-seħħ |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 10
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 222 – paragrafu 2 – punt a
Test fis-seħħ |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 11
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 222 – paragrafu 3
Test fis-seħħ |
Emenda |
3. Il-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett għandu jagħżel id-data għas-smigħ pubbliku fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tal-inizjattiva lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 211 / 2011 . |
3. Il-President tal-kumitat responsabbli għas-suġġett għandu jagħżel id-data għas-smigħ pubbliku fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tal-inizjattiva lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019 / 788 . |
Emenda 12
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 222 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ |
Emenda |
Il-kumitat responsabbli għas-suġġett għandu jistieden lil grupp rappreżentattiv tal-organizzaturi, inkluż tal-anqas waħda mill-persuni ta' kuntatt imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3 (2 ) tar-Regolament (UE) Nru 211 / 2011 , biex tippreżenta l-inizjattiva fis-seduta ta' smigħ. |
Il-kumitat responsabbli għas-suġġett għandu jistieden lil grupp rappreżentattiv tal-organizzaturi, inkluża tal-anqas waħda mill-persuni ta' kuntatt imsemmija fl-Artikolu 5( 3) , l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2019 / 788 , biex tippreżenta l-inizjattiva fis-seduta ta' smigħ. |
Emenda 13
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 222 – paragrafu 8
Test fis-seħħ |
Emenda |
8. Il-Parlament għandu jorganizza dibattitu dwar inizjattiva taċ-ċittadini ppubblikata fir-reġistru rilevanti skont il-punt (a) tal-Artikolu 10 (1) tar-Regolament (UE) Nru 211 / 2011 , f'sessjoni parzjali wara s-seduta ta' smigħ pubbliku u għandu, meta jqiegħed id-dibattitu fuq l-aġenda tiegħu, jiddeċiedi jekk jagħlaqx id-dibattitu b'riżoluzzjoni jew le. M'għandux jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni jekk rapport fuq l-istess suġġett jew suġġett simili huwa skedat għall-istess seduta parzjali jew f'dik ta' wara, ħlief jekk il-President, għal raġunijiet eċċezzjonali, jipproponi mod ieħor. Jekk il-Parlament jiddeċiedi li jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni, il-kumitat responsabbli jew grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni. L-Artikolu 132(3) sa (8) rigward it-tqegħid fuq il-Mejda ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet u l-votazzjoni fuqhom għandu japplika mutatis mutandis. |
8. Il-Parlament għandu jorganizza dibattitu dwar inizjattiva taċ-ċittadini li fir-rigward tagħha jkun ġie ppubblikat avviż fir-reġistru rilevanti skont l-Artikolu 14 (1) tar-Regolament (UE) 2019 / 788 , f'sessjoni parzjali wara s-seduta ta' smigħ pubbliku u għandu, meta jqiegħed id-dibattitu fuq l-aġenda tiegħu, jiddeċiedi jekk jagħlaqx id-dibattitu b'riżoluzzjoni jew le. M'għandux jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni jekk rapport fuq l-istess suġġett jew suġġett simili huwa skedat għall-istess seduta parzjali jew f'dik ta' wara, ħlief jekk il-President, għal raġunijiet eċċezzjonali, jipproponi mod ieħor. Jekk il-Parlament jiddeċiedi li jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni, il-kumitat responsabbli jew grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni. L-Artikolu 132(3) sa (8) rigward it-tqegħid fuq il-Mejda ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet u l-votazzjoni fuqhom għandu japplika mutatis mutandis. |
Emenda 14
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 223 – paragrafu 3
Test fis-seħħ |
Emenda |
3. Il-bureaux tad-delegazzjonijiet għandhom jitwaqqfu skont il-proċedura stabbilita għall-kumitati permanenti skont l-Artikolu 213. |
3. Il-bureaux tad-delegazzjonijiet għandhom jitwaqqfu skont il-proċedura stabbilita għall-bureaux tal-kumitati skont l-Artikolu 213. Madankollu, il-membri tal-bureaux tad-delegazzjonijiet għandhom jiġu eletti għat-tul tal-leġiżlatura. |
Emenda 15
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 230 – paragrafu 1
Test fis-seħħ |
Emenda |
1. Meta l-Parlament ikun mgħarraf li l-Kummissjoni tkun ġiet mistiedna biex tressaq proposta għal att legali skont l-Artikolu 11(4) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 211 / 2011 , il-kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet għandu jaċċerta ruħu jekk dan jistax jaffettwa l-ħidma tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, għandu jgħarraf lil dawk il-petizzjonanti li jkunu indirizzaw il-petizzjonijiet dwar suġġetti relatati. |
1. Meta l-Parlament ikun mgħarraf li l-Kummissjoni tkun ġiet mistiedna tressaq proposta għal att legali skont l-Artikolu 11(4) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u b'konformità mar-Regolament (UE) 2019 / 788 , il-kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet għandu jaċċerta ruħu jekk dan jistax jaffettwa l-ħidma tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, għandu jgħarraf lil dawk il-petizzjonanti li jkunu indirizzaw il-petizzjonijiet dwar suġġetti relatati. |
Emenda 16
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 230 – paragrafu 2
Test fis-seħħ |
Emenda |
2. Il-proposti għal inizjattivi taċ-ċittadini li jkunu ġew reġistrati b'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 211 / 2011 , iżda li ma jistgħux jitressqu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament minħabba li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet rilevanti kollha stipulati ma ġewx rispettati, jistgħu jiġu eżaminati mill-kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet jekk dan iqis xieraq li jingħata segwitu. L-Artikoli 226, 227, 228 u 229 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom japplikaw mutatis mutandis. |
2. Il-proposti għal inizjattivi taċ-ċittadini li jkunu ġew reġistrati b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019 / 788 , iżda li ma jistgħux jitressqu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament minħabba li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet rilevanti kollha stipulati ma ġewx rispettati, jistgħu jiġu eżaminati mill-kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet jekk dan iqis xieraq li jingħata segwitu. L-Artikoli 226, 227, 228 u 229 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom japplikaw mutatis mutandis. |
Emenda 17
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 235 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Test fis-seħħ |
Emenda |
1. Meta, skont l-Artikolu 65 (1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament jiddeċiedi li jirriserva għalih innifsu d-dritt li jawtorizza n-nefqa, huwa għandu jaġixxi permezz tal-Bureau tiegħu. |
1. Meta, skont l-Artikolu 73 (1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament jiddeċiedi li jirriserva għalih innifsu d-dritt li jawtorizza n-nefqa, huwa għandu jaġixxi permezz tal-Bureau tiegħu. |
Emenda 18
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness V – Artikolu 2 – paragrafu 1
Test fis-seħħ |
Emenda |
1. Il-Parlament għandu jeżamina rapport mill-kumitat responsabbli dwar il-kwittanza sat-30 ta' April tas-sena ta' wara s-sena li fiha jkun approvat ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri, kif rikjest mir-Regolament Finanzjarju. |
1. Il-Parlament għandu jeżamina rapport mill-kumitat responsabbli dwar il-kwittanza sal-15 ta' Mejju tas-sena ta' wara s-sena li fiha jkun approvat ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri, kif rikjest mir-Regolament Finanzjarju. |
(1) Regolament (UE, Euratom) Nru 966 / 2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill ( KE , Euratom) Nru 1605 / 2002 (ĠU L 298 , 26 . 10 . 2012 , p. 1).
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018 / 1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni , li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament ( UE , Euratom) Nru 966 / 2012 (ĠU L 193 , 30 . 7 . 2018 , p. 1).
(1) Regolament (UE) Nru 211 / 2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65 , 11 . 3 . 2011 , p. 1 ).
(1) Ir-Regolament (UE) 2019 / 788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (ĠU L 130 , 17 . 5 . 2019 , p. 55 ).
III Atti preparatorji
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2021
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/234 |
P9_TA(2021)0318
Ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-network trans-Ewropew tat-trasport ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) (10537/1/2020 – C9-0215/2021 – 2018/0138(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2022/C 99/27)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10537/1/2020 – C9-0215/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Ċek, il-Bundestag Ġermaniż, il-Parlament Irlandiż u l-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Frar 2019 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0277), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0223/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 269.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/235 |
P9_TA(2021)0319
L-użu ta' teknoloġiji għall-ipproċessar ta' data għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online (deroga temporanja mid-Direttiva 2002/58/KE) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta' data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali online (COM(2020)0568 – C9-0288/2020 – 2020/0259(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 99/28)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0568), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 16(2) u 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0288/2020), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2020 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta’ Mejju 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0258/2020), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2020)0259
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta' teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta' data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2021/1232.)
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/236 |
P9_TA(2021)0320
Ir-rikonoxximent ta' ċertifikati ta' pajjiżi terzi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2021 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/2397 fir-rigward tal-miżuri ta' tranżizzjoni għar-rikonoxximent ta' ċertifikati ta' pajjiżi terzi (COM(2021)0071 – C9-0026/2021 – 2021/0039(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 99/29)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0071), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0026/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta' Marzu 2021 (1), |
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta’ Ġunju 2021 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0210/2021), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2021)0039
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ Lulju 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/2397 fir-rigward tal-miżuri ta' tranżizzjoni għar-rikonoxximent ta' ċertifikati ta' pajjiżi terzi
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2021/1233.)
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/237 |
P9_TA(2021)0321
Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2021: is-surplus tas-sena finanzjarja 2020
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2021 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 – Id-dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2020 (09904/2021 – C9-0232/2021 – 2021/0102(BUD))
(2022/C 99/30)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2020 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (3) (ir-Regolament dwar il-QFP), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (4), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (5), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 3/2021 adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2021 (COM(2021)0270), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2021, adottata mill-Kunsill fil-21 ta' Ġunju 2021 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (09904/2021 – C9-0232/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0218/2021), |
A. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit tal-2021 il-bilanċ favorevoli mis-sena finanzjarja 2020, li jammonta għal EUR 1 768 617 610; |
B. |
billi l-komponenti ewlenin ta' dak is-surplus huma eżitu pożittiv fuq id-dħul ta' EUR 1 647,3 miljun, u sottoinfiq fin-nefqa ta' EUR 121,3 miljun; |
C. |
billi fuq in-naħa tad-dħul, is-surplus huwa xprunat b'mod predominanti minn ġbir ogħla milli mistenni ta' dazji doganali; |
D. |
billi fuq in-naħa tan-nefqa, is-sottimplimentazzjoni fil-pagamenti mill-Kummissjoni tilħaq il-EUR 100,98 miljun għall-2020 (li minnhom EUR 61,7 miljun taħt l-Intestatura 5 – Amministazzjoni, attribwibbli għall-impatt tal-COVID-19 fuq il-missjonijiet, il-laqgħat, it-traineeships u r-reklutaġġi), u EUR 120,38 miljun is-sottimplimentazzjoni minn istituzzjonijiet oħra; |
1. |
Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2021 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa maħsub biss għall-ibbaġitjar tas-surplus tal-2020, għal ammont ta' EUR 1 768 617 610, skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament Finanzjarju, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
2. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-mezzi disponibbli kollha u l-flus mhux użati fil-baġit tal-Unjoni, inkluż is-surplus, għandhom jintużaw biex l-assistenza finanzjarja titqassam b'ħeffa lil dawk li ntlaqtu l-iktar mill-pandemija tal-COVID-19; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Istati Membri biex jallokaw totalment it-tnaqqis mistenni fil-kontribuzzjonijiet bbażati fuq il-DNG tagħhom li joriġinaw mis-surplus tal-2020 lill-ibbaġitjar tal-azzjonijiet relatati mal-indirizzar tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u lill-irkupru u r-reżiljenza tal-Unjoni, biex jiżguraw l-allokazzjoni ottimali tal-fondi; |
3. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2021; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2021 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 23.
(3) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/239 |
P9_TA(2021)0322
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2021 dwar abbozz għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (09827/2021 – C9-0243/2021 – 2020/0112(APP))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)
(2022/C 99/31)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz għal regolament tal-Kunsill (09827/2021), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0243/2021), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (1). |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0227/2021), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz għal regolament tal-Kunsill; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2021)0258.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/240 |
P9_TA(2021)0323
Ftehim Interbus: Protokoll dwar it-trasport regolari internazzjonali u t-trasport regolari speċjali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll għall-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) rigward it-trasport regolari internazzjonali u t-trasport regolari speċjali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (11441/2020 – C9-0027/2021 – 2020/0258(NLE))
(Approvazzjoni)
(2022/C 99/32)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11441/2020), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll għall-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) rigward it-trasport regolari internazzjonali u t-trasport regolari speċjali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (11442/2020), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 91 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0027/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0176/2021), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/241 |
P9_TA(2021)0324
Il-Fond għas-Sigurtà Interna ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (06488/1/2021 – C9-0227/2021 – 2018/0250(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2022/C 99/33)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06488/1/2021 – C9-0227/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0472), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0221/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/242 |
P9_TA(2021)0325
Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (06975/3/2021 – C9-0224/2021 – 2018/0210(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2022/C 99/34)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06975/3/2021 – C9-0224/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Mejju 2018 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0390), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2), l-Artikolu 195(2) u l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0222/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u l-Kummissjoni kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni; |
4. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 110, 22.3.2019, p. 104.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jirrikonoxxu l-ħtieġa li tiġi avvanzata b'mod urġenti l-azzjoni dwar il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ekosistemi u tal-bijodiversità marini u kostali. It-tliet istituzzjonijiet jaqblu li l-indirizzar tat-telfien tal-bijodiversità, il-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi u/jew iż-żamma tagħhom f'kundizzjoni tajba jirrikjedu investiment pubbliku u privat sinifikanti fil-livell nazzjonali u Ewropew u li proporzjon sinifikanti tal-infiq tal-FEMSA jenħtieġ li jiġi investit fil-bijodiversità. It-tliet istituzzjonijiet jaqblu li l-Kummissjoni ser taħdem mal-Istati Membri, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' programmazzjoni għall-FEMSA 2021-2027, biex tilħaq l-ambizzjoni ġenerali tal-infiq fil-bijodiversità enfasizzata fil-premessa 15.
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u l-Kummissjoni
Il-Kunsill u l-Kummissjoni jibqgħu impenjati li jippruvaw jevitaw interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd fl-ambitu tal-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli billi jaħdmu favur it-tiġdid f'waqtu tal-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u l-Protokolli ta' implimentazzjoni tagħhom.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni aċċettat l-eliġibbiltà tal-investimenti abbord relatati mal-kontroll u mal-infurzar tas-sajd, kemm jekk obbligatorji kif ukoll jekk le, u għall-bastimenti tas-sajd kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tqis li dawn l-investimenti se jippermettu lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mir-riżorsi finanzjarji disponibbli fil-FEMSA għall-kontroll u l-infurzar, biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont ir-Regolament ta' Kontroll u regoli oħra tal-Politika Komuni tas-Sajd u biex itejbu b'mod sostanzjali l-kultura ta' konformità fis-settur tas-sajd. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tistenna li – fil-kuntest tar-rieżami li għaddej tar-Regolament ta' Kontroll – il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jappoġġaw il-modernizzazzjoni tal-għodod ta' kontroll eżistenti u l-użu ta' teknoloġiji ġodda kif propost mill-Kummissjoni. Dan ifisser b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' soluzzjonijiet intelliġenti għall-intraċċar u r-rapportar tal-qbid ta' bastimenti fuq skala żgħira, l-installazzjoni ta' sistemi għall-monitoraġġ kontinwu tal-potenza tal-magna, il-bidla għal sistemi ta' traċċabbiltà kompletament diġitalizzati li jkopru l-prodotti kollha tas-sajd (friski, iffriżati u pproċessati), u l-introduzzjoni ta' sistemi obbligatorji ta' monitoraġġ elettroniku mill-bogħod abbord bastimenti tas-sajd u abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, bħala l-uniku mezz effettiv biex tiġi kkontrollata l-applikazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art u l-qabda inċidentali u l-qabdiet skartati ta' speċijiet sensittivi.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni tieħu nota tad-diffikultajiet li s'issa kien hemm biex tingħata għajnuna mill-Istat għat-tiġdid tal-flotot fir-reġjuni ultraperiferiċi. Bil-ħsieb li jkun hemm żvilupp sostenibbli ta' dawk ir-reġjuni, il-Kummissjoni ser tagħmel ħilitha biex tgħin lill-Istati Membri jtejbu l-ġbir tad-data xjentifika meħtieġa biex jikkonformaw mal-kundizzjoni ta' eliġibbiltà stabbilita fil-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat bil-għan li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-linji gwida għall-eżaminazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura fir-Reġjuni Ultraperiferiċi.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' programmazzjoni għall-FEMSA 2021-2027, ser tħeġġeġ b'mod attiv lill-Istati Membri biex jimmassimizzaw l-użu tal-miżuri inklużi fil-programmi tagħhom, b'mod partikolari skont l-Artikolu 25 (il-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi), biex tintlaħaq l-ambizzjoni ġenerali li jiġi pprovdut infiq annwali fl-ambitu tal-QFP biex jiġi indirizzat it-telfien tal-bijodiversità, jiġu protetti u restawrati l-ekosistemi u jinżammu l-ekosistemi f'kundizzjonijiet tajbin kif ġej: 7,5 % tal-infiq annwali fl-ambitu tal-QFP għall-objettivi tal-bijodiversità fis-sena 2024 u 10 % tal-infiq annwali fl-ambitu tal-QFP għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2026 u l-2027. Il-Kummissjoni ser timmonitorja b'mod regolari l-livell ta' dan l-infiq abbażi tan-nefqa eliġibbli totali ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità maniġerjali u fuq data sottomessa mill-Istat Membru. Meta l-monitoraġġ juri progress insuffiċjenti lejn l-ilħuq tal-ambizzjoni ġenerali, il-Kummissjoni ser tinvolvi ruħha b'mod attiv mal-Istati Membri fil-laqgħa annwali ta' rieżami sabiex tadotta miżuri ta' rimedju, inkluża emenda tal-programm.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/244 |
P9_TA(2021)0326
Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2021-2027 ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (06486/2/2021 – C9-0225/2021 – 2018/0248(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2022/C 99/35)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06486/2/2021 – C9-0225/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0471), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0224/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2021
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/245 |
P9_TA(2021)0329
Is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiddetermina t-tifsira tat-termini użati f'ċerti dispożizzjonijiet *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-għoti ta' kompetenzi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiddetermina t-tifsira tat-termini użati f'ċerti dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva (COM(2020)0749 – C9-0002/2021 – 2020/0331(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2022/C 99/36)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0749), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0002/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0201/2021), |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
2. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/246 |
P9_TA(2021)0339
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (06115/2/2021 – C9-0214/2021 – 2018/0228(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2022/C 99/37)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06115/2/2021 – C9-0214/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2018 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0438), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0219/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 191.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/247 |
P9_TA(2021)0340
Miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/76/KE li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data tal-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar (09399/2021 – C9-0242/2021 – 2020/0142(APP))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)
(2022/C 99/38)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09399/2021), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0242/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0229/2021), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/248 |
P9_TA(2021)0341
L-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u tal-Assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (COM(2020)0321 – C9-0216/2020 – 2020/0143(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2022/C 99/39)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0321), |
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tiegħu, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0216/2020), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0228/2021), |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
2. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/249 |
P9_TA(2021)0342
Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS): l-ipproċessar tal-viżi ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (05950/1/2021 – C9-0198/2021 – 2018/0152A(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2022/C 99/40)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05950/1/2021 – C9-0198/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0302), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-25 ta' Settembru 2020 li tawtorizza lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern li jaqsam il-proposta leġiżlattiva u li jipproċedi fuq dik il-bażi, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 67 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0207/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/250 |
P9_TA(2021)0343
Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS): Kondizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi oħra ta’ informazzjoni tal-UE għall-finijiet tal-VIS ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta' informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (05951/1/2021 – C9-0199/2021 – 2018/0152B(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2022/C 99/41)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05951/1/2021 – C9-0199/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0302), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-25 ta' Settembru 2020 li tawtorizza lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern li jaqsam il-proposta leġiżlattiva u li jipproċedi fuq dik il-bażi, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0208/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/251 |
P9_TA(2021)0344
Il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri: Strument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi 2021-2027 ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (06487/2/2021 – C9-0226/2021 – 2018/0249(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2022/C 99/42)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06487/2/2021 – C9-0226/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0473), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0220/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2021
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/252 |
P9_TA(2021)0351
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Lulju 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (COM(2020)0725) – C9-0365/2020 – 2020/0321(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 99/43)
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 9
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 10b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 12
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 13
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 15
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 18
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 19
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 19b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 20
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 22
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 24
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 25
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 26
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 26b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 26c (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 26d (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 26e (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 27
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 27b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 29
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Grupp Eżekuttiv ta' Tmexxija dwar in-Nuqqasijiet u s-Sikurezza tal-Mediċini (“il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini”) huwa b'dan stabbilit bħala parti mill-Aġenzija. Għandu jiltaqa' jew personalment jew b'mod remot, bi tħejjija għal jew waqt emerġenza tas-saħħa pubblika jew wara talba għall-assistenza kif imsemmi fl-Artikolu 4(3). L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tiegħu. |
1. Il-Grupp Eżekuttiv ta' Tmexxija dwar in-Nuqqasijiet u s-Sikurezza tal-Mediċini (“il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini”) huwa b'dan stabbilit bħala parti mill-Aġenzija. Għandu jiltaqa' f'intervalli regolari jew personalment jew b'mod remot , u kull meta s-sitwazzjoni tirrikjedi dan , bi tħejjija għal jew waqt emerġenza tas-saħħa pubblika jew wara talba għall-assistenza kif imsemmi fl-Artikolu 4(3). L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tiegħu. |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jkun magħmul minn rappreżentant tal-Aġenzija, minn rappreżentant tal-Kummissjoni u minn rappreżentant anzjan wieħed għal kull Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnomina lir-rappreżentant tiegħu. Il-membri jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti f'oqsma xjentifiċi jew tekniċi speċifiċi. |
2. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jkun magħmul minn rappreżentant tal-Aġenzija, minn rappreżentant tal-Kummissjoni u minn rappreżentant anzjan wieħed awtorizzat għal kull Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnomina lir-rappreżentant tiegħu. Il-membri jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti f'oqsma xjentifiċi jew tekniċi speċifiċi. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jinkludi wkoll rappreżentant tal-Grupp ta' Ħidma għall-Konsumaturi u l-Pazjenti (PCWP) tal-Aġenzija u rappreżentant tal-Grupp ta' Ħidma tal-Professjonisti fil-Qasam tal-Kura tas-Saħħa (HCPWP) tal-Aġenzija bħala osservaturi. Il-lista tal-membri tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandha tkun trasparenti u tiġi ppubblikata fuq il-portal web tal-Aġenzija. |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jkun ippresedut mill-Aġenzija. Il-President jista' jistieden lil partijiet terzi, li jinkludu rappreżentanti ta' gruppi ta' interess ta' prodotti mediċinali u ta' detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, biex jattendu l-laqgħat tiegħu. |
3. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jkun ippresedut mill-Aġenzija. Kwalunkwe membru tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista' jipproponi lill-President biex jistieden lil partijiet terzi, li jinkludu rappreżentanti ta' gruppi ta' interess ta' prodotti mediċinali, ta' detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq , distributuri bl-ingrossa, jew kwalunkwe attur xieraq ieħor fil-katina tal-provvista farmaċewtika, rappreżentanti ta' professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, pazjenti u konsumaturi , biex jattendu l-laqgħat tiegħu meta l-kontribut tagħhom jista' jinforma d-diskussjonijiet tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini . |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jiggarantixxi komunikazzjoni miftuħa u kooperazzjoni mill-qrib mad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, il-manifatturi, l-atturi rilevanti tal-katina tal-provvista farmaċewtika, u rappreżentanti tal-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, pazjenti u konsumaturi bil-għan li jkunu jistgħu jiġu nnotifikati jew identifikati fi stadju bikri n-nuqqasijiet potenzjali jew attwali ta' prodotti mediċinali meqjusa bħala kritiċi waqt event maġġuri jew emerġenza tas-saħħa pubblika kif previst fl-Artikolu 6. |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(4) u l-Artikoli 5 sa 8. |
6. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(3) u (4) u l-Artikoli 5 sa 8. |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista' jikkonsulta mal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju kull meta jqis li jkun meħtieġ li jittratta emerġenzi tas-saħħa pubblika u eventi maġġuri relatati maż-żoonożi jew mard li jaffettwaw biss lill-annimali li għandhom jew li jista' jkollhom impatt kbir fuq is-saħħa tal-bniedem. |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6b. Il-membri tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini ma għandux ikollhom interessi finanzjarji jew interessi oħra fl-industrija farmaċewtika li jistgħu jaffettwaw l-imparzjalità tagħhom. Għandhom jaġixxu fl-interess pubbliku u b'mod indipendenti, u għandhom jagħmlu dikjarazzjoni annwali tal-interessi finanzjarji tagħhom u jaġġornawha kull meta sseħħ bidla rilevanti. L-interessi indiretti kollha li jistgħu jkunu relatati mal-industrija farmaċewtika għandhom jiddaħħlu f'reġistru miżmum mill-Aġenzija u għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku fuq talba. Id-dikjarazzjoni tal-interessi għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq il-portal web tal-Aġenzija. |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Aġenzija għandha timmonitorja kontinwament kwalunkwe event li x'aktarx li jwassal għal event maġġuri jew għal emerġenza tas-saħħa pubblika. |
1. L-Aġenzija għandha timmonitorja kontinwament kwalunkwe event li x'aktarx li jwassal għal event maġġuri jew għal emerġenza tas-saħħa pubblika , b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali . F'dak ir-rigward, l-Aġenzija għandha tikkoopera mill-qrib maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) jew ma' aġenziji oħra tal-Unjoni, fejn ikun rilevanti. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Biex jiffaċilitaw il-kompitu ta' monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, permezz tal-punti uniċi ta' kuntatt imsemmija fl-Artikolu 3(5), għandhom, abbażi tal-kriterji ta' rapportar speċifikati mill-Aġenzija skont l-Artikolu 9(1)(b), jirrapportaw lill-Aġenzija dwar kwalunkwe event, inkluż nuqqas ta' prodott mediċinali fi Stat Membru partikolari, li x'aktarx iwassal għal event maġġuri jew għal emerġenza tas-saħħa pubblika. Meta awtorità kompetenti nazzjonali tinforma lill-Aġenzija dwar nuqqas ta' prodott mediċinali fi Stat Membru partikolari, hija għandha tipprovdi lill-Aġenzija bi kwalunkwe informazzjoni riċevuta mid-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 23a tad-Direttiva 2001/83/KE. Abbażi ta' rapport ta' event minn awtorità kompetenti nazzjonali u sabiex tifhem l-impatt tal-event fi Stati Membri oħra, l-Aġenzija tista' titlob informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, permezz tal-grupp ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 3(5). |
2. Biex jiffaċilitaw il-kompitu ta' monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, permezz tal-punti uniċi ta' kuntatt imsemmija fl-Artikolu 3(5) , jew permezz tal-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 12a ladarba tibda topera bis-sħiħ , għandhom, abbażi tal-kriterji ta' rapportar speċifikati mill-Aġenzija skont l-Artikolu 9(1)(b), jirrapportaw mingħajr dewmien lill-Aġenzija dwar kwalunkwe event, inkluż nuqqas ta' prodott mediċinali fi Stat Membru partikolari, li x'aktarx iwassal għal event maġġuri jew għal emerġenza tas-saħħa pubblika. Meta awtorità kompetenti nazzjonali tinforma lill-Aġenzija dwar nuqqas ta' prodott mediċinali fi Stat Membru partikolari, hija għandha tipprovdi lill-Aġenzija bi kwalunkwe informazzjoni riċevuta mid-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 23a tad-Direttiva 2001/83/KE. Abbażi ta' rapport ta' event minn awtorità kompetenti nazzjonali u sabiex tifhem l-impatt tal-event fi Stati Membri oħra, l-Aġenzija tista' titlob informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, permezz tal-grupp ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 3(5). |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Meta l-Aġenzija tqis li event maġġuri attwali jew imminenti jrid jiġi indirizzat, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan. Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja jew wara talba minn Stat Membru wieħed jew aktar, jew id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jistgħu jitolbu l-assistenza tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini biex jindirizzaw l-event maġġuri. |
3. Meta l-Aġenzija tqis li event maġġuri attwali jew imminenti jrid jiġi indirizzat, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan. Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja jew wara talba minn Stat Membru wieħed jew aktar, jew id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandhom imbagħad jitolbu l-assistenza tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini biex janalizzaw l-informazzjoni disponibbli . Abbażi tal-analiżi tal-informazzjoni, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista' jipproponi lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi formalment l-event maġġuri u, skont l-Artikolu 5, għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex jiġi indirizzat tali event . |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jipprovdi pariri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar kwalunkwe azzjoni xierqa li jemmen li jenħtieġ li tittieħed fil-livell tal-Unjoni dwar il-prodotti mediċinali konċernati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE jew tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (18). |
Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar kwalunkwe azzjoni xierqa li jemmen li jenħtieġ li tittieħed fil-livell tal-Unjoni dwar il-prodotti mediċinali konċernati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE jew tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (18). |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni sostanzjata f'każ li r-rakkomandazzjonijiet ipprovduti mill-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini ma jitqisux. Ir-rakkomandazzjonijiet ipprovduti mill-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini, kif ukoll kwalunkwe ġustifikazzjoni sostanzjata pprovduta mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-portal web kif imsemmi fl-Artikolu 13. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn tiġi stabbilita rabta maż-żoonożi jew mal-mard li jaffettwa biss l-annimali li għandhom jew jista' jkollhom impatt kbir fuq is-saħħa tal-bniedem jew fejn l-użu ta' ingredjenti attivi ta' prodotti mediċinali veterinarji jista' jkun utli biex tiġi indirizzata l-emerġenza tas-saħħa pubblika jew l-event maġġuri, jew inkella kull meta jkun meħtieġ, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista' jikkollabora mal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Wara talba għall-assistenza kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) u wara konsultazzjoni mal-grupp ta' ħidma tiegħu, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jadotta lista ta' prodotti mediċinali awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2001/83/KE jew mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 li huwa jqis bħala kritiċi matul l-event maġġuri (“il-lista ta' mediċini kritiċi għal event kbir”). Il-lista għandha tiġi aġġornata kull meta jkun meħtieġ sakemm l-event maġġuri jkun ġie indirizzat b'mod suffiċjenti. |
1. Wara talba għall-assistenza kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) u wara konsultazzjoni mal-grupp ta' ħidma tiegħu, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jadotta lista ta' prodotti mediċinali awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2001/83/KE jew mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 li huwa jqis bħala kritiċi matul l-event maġġuri (“il-lista ta' mediċini kritiċi għal event kbir”). Il-lista għandha tiġi aġġornata kull meta jkun meħtieġ sakemm l-event maġġuri jkun ġie indirizzat b'mod suffiċjenti u jkun ġie kkonfermat li l-assistenza tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini ma tibqax meħtieġa kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) ta' dan ir-Regolament . |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Immedjatament wara r-rikonoxximent ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u wara konsultazzjoni mal-grupp ta' ħidma tiegħu, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jadotta lista ta' prodotti mediċinali awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2001/83/KE jew mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 li huwa jqis bħala kritiċi matul l-emerġenza tas-saħħa pubblika (“il-lista ta' mediċini kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika”). Il-lista għandha tiġi aġġornata kull meta jkun meħtieġ sakemm ma tibqax rikonoxxuta l-emerġenza tas-saħħa pubblika. |
2. Immedjatament wara r-rikonoxximent ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u wara konsultazzjoni mal-grupp ta' ħidma tiegħu, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jadotta lista ta' prodotti mediċinali awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2001/83/KE jew mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 li huwa jqis bħala kritiċi matul l-emerġenza tas-saħħa pubblika (“il-lista ta' mediċini kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika”). Il-lista għandha tiġi aġġornata kull meta jkun meħtieġ sakemm ma tibqax rikonoxxuta l-emerġenza tas-saħħa pubblika. Il-lista tista' tiġi aġġornata f'konformità mal-eżiti tal-proċess ta' rieżami skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament, fejn xieraq, li għalih il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jikkollabora mat-Task Force għall-Emerġenzi. |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jadotta sett ta' informazzjoni meħtieġa biex jimmonitorja l-provvista tal-prodotti mediċinali u d-domanda għall-prodotti mediċinali inklużi fil-listi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 (“il-listi ta' mediċini kritiċi”) u jinforma lill-grupp ta' ħidma tiegħu dwar dan. |
3. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jadotta sett ta' informazzjoni u azzjonijiet meħtieġa biex jimmonitorja l-provvista tal-prodotti mediċinali u d-domanda għall-prodotti mediċinali inklużi fil-listi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 (“il-listi ta' mediċini kritiċi”) u jinforma lill-grupp ta' ħidma tiegħu dwar dan. L-entitajiet tal-Unjoni jew nazzjonali li huma involuti fil-kumulazzjoni ta' riżerva ta' prodotti mediċinali għandhom jiġu infurmati kif xieraq. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jirrapporta lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni fi żmien xieraq u għandu jinnotifika immedjatament kull event maġġuri jew nuqqas ta' provvista. |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||||||||||
|
4a. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi paġni web aċċessibbli għall-pubbliku b'informazzjoni dwar in-nuqqasijiet attwali ta' prodotti mediċinali kritiċi. Għandha tiġi inkluża wkoll referenza għar-reġistri nazzjonali dwar in-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali. Il-paġna web għandu jkun fiha informazzjoni dwar, iżda mhux biss: |
||||||||||||
|
|
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fuq il-bażi tal-listi ta' mediċini kritiċi u l-informazzjoni u d-data pprovduti f'konformità mal-Artikoli 10 u 11, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jimmonitorja l-provvista u d-domanda tal-prodotti mediċinali inklużi f'dawk il-listi bil-ħsieb li jidentifika kwalunkwe nuqqas potenzjali jew attwali ta' dawk il-prodotti mediċinali. Bħala parti minn dak il-monitoraġġ, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jikkomunika, fejn rilevanti, mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/[…] (19) u, fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika stabbilit skont l-Artikolu 24 ta' dak ir-Regolament. |
Fuq il-bażi tal-listi ta' mediċini kritiċi uniċi Ewropej u l-informazzjoni u d-data pprovduti f'konformità mal-Artikoli 10 u 11 , u l-bażi tad-data stabbilita f'konformità mal-Artikolu 12a ladarba tibda topera bis-sħiħ , il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jimmonitorja l-provvista u d-domanda tal-prodotti mediċinali inklużi f'dawk il-listi bil-ħsieb li jidentifika kwalunkwe nuqqas potenzjali jew attwali ta' dawk il-prodotti mediċinali. Bħala parti minn dak il-monitoraġġ, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jikkomunika, fejn rilevanti, mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/[…] (19) u, fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika stabbilit skont l-Artikolu 24 ta' dak ir-Regolament , kif ukoll mal-ECDC . |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għal sakemm iddum emerġenza tas-saħħa pubblika jew wara talba għall-assistenza kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) u sal-għeluq tagħha, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jirrapporta regolarment ir-riżultati tal-monitoraġġ tiegħu lill-Kummissjoni u lis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 9(2), u, b'mod partikolari, jindika kwalunkwe nuqqas potenzjali jew attwali ta' prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi. |
1. Għal sakemm iddum emerġenza tas-saħħa pubblika jew wara talba għall-assistenza kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) u sal-għeluq tagħha, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jirrapporta regolarment ir-riżultati tal-monitoraġġ tiegħu lill-Kummissjoni u lis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 9(2), u, b'mod partikolari, jindika kwalunkwe nuqqas potenzjali jew attwali ta' prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi. Dawk ir-rapporti jistgħu jsiru disponibbli wkoll għal atturi oħra fil-katina tal-provvista farmaċewtika, fejn rilevanti. |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta jintalab jagħmel dan mill-Kummissjoni jew mis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 9(2), il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jipprovdi data aggregata u tbassir tad-domanda biex jissostanzja s-sejbiet tiegħu. F'dak ir-rigward, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jikkollabora maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard biex jikseb data epidemjoloġika li tgħin fit-tbassir tal-ħtiġijiet tal-prodotti mediċinali, u mal-Grupp Eżekuttiv ta' Tmexxija dwar in-Nuqqasijiet tal-Apparati Mediċi msemmi fl-Artikolu 19 meta l-prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi jingħataw b'apparati mediċi. |
2. Meta jintalab jagħmel dan mill-Kummissjoni , minn awtorità kompetenti nazzjonali waħda jew aktar jew mis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 9(2), il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jipprovdi data aggregata u tbassir tad-domanda biex jissostanzja s-sejbiet tiegħu. F'dak ir-rigward, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu juża d-data mill-bażi tad-data stabbilita f'konformità mal-Artikolu 12a, ladarba tibda topera bis-sħiħ, u għandu jikkollabora maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard biex jikseb data epidemjoloġika , mudelli u xenarji ta' żvilupp li tgħin fit-tbassir tal-ħtiġijiet tal-prodotti mediċinali, u mal-Grupp Eżekuttiv ta' Tmexxija dwar in-Nuqqasijiet tal-Apparati Mediċi msemmi fl-Artikolu 19 meta l-prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi jingħataw b'apparati mediċi. Id-data aggregata u t-tbassir tad-domanda jistgħu jkunu wkoll disponibbli għal atturi oħra tal-katina tal-provvista farmaċewtika, fejn ikun rilevanti, bil-għan li jiġu evitati jew immitigati aħjar in-nuqqasijiet potenzjali jew attwali. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandu wkoll jikkondividi s-sejbiet u l-konklużjonijiet tiegħu mal-atturi tal-Unjoni u dawk nazzjonali involuti fil-kumulazzjoni ta' riżervi ta' prodotti mediċinali u apparati mediċi. |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Bħala parti minn dak ir-rapportar, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista' jipprovdi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar miżuri, li jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri, mid-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u minn entitajiet oħra għall-prevenzjoni jew għall-mitigazzjoni ta' nuqqasijiet potenzjali jew attwali. F'dak ir-rigward il-Grupp għandu jikkomunika, kif rilevanti, mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa u, fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika. |
3. Bħala parti minn dak ir-rapportar, il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista' jipprovdi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar miżuri, li jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri, mid-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u minn entitajiet oħra , inklużi rappreżentanti ta' professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u organizzazzjonijiet tal-pazjenti, għall-prevenzjoni jew għall-mitigazzjoni ta' nuqqasijiet potenzjali jew attwali. F'dak ir-rigward il-Grupp għandu jikkomunika, kif rilevanti, mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa u, fil-każ ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika. |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba mill-Kummissjoni, jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar miżuri, li jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri, mid-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u minn entitajiet oħra biex tiġi żgurata t-tħejjija għall-indirizzar ta' nuqqasijiet potenzjali jew attwali ta' prodotti mediċinali kkawżati minn emerġenzi tas-saħħa pubblika jew minn eventi maġġuri. |
4. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba mill-Kummissjoni, jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar miżuri, li jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri, mid-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq , mir-rappreżentanti tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa u minn entitajiet oħra biex tiġi żgurata t-tħejjija għall-indirizzar ta' nuqqasijiet potenzjali jew attwali ta' prodotti mediċinali kkawżati minn emerġenzi tas-saħħa pubblika jew minn eventi maġġuri. |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista', fuq talba tal-Kummissjoni, jikkoordina miżuri, fejn rilevanti, bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u entitajiet oħra għall-prevenzjoni jew għall-mitigazzjoni ta' nuqqasijiet potenzjali jew attwali fil-kuntest ta' event maġġuri jew ta' emerġenza tas-saħħa pubblika. |
5. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini jista', fuq talba tal-Kummissjoni, jikkoordina miżuri, fejn rilevanti, bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u entitajiet oħra , inklużi professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u organizzazzjonijiet ta' pazjenti, għall-prevenzjoni jew għall-mitigazzjoni ta' nuqqasijiet potenzjali jew attwali fil-kuntest ta' event maġġuri jew ta' emerġenza tas-saħħa pubblika. |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Fejn ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ma jitqisux jew ma jiġux implimentati, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u d-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom jipprovdu, fejn ikun xieraq, ġustifikazzjoni sostanzjata. |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt (b)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt eb (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt ec (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt g
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt h
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali awtorizzati fl-Unjoni għandhom, fi żmien 6 xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 9(1)(e) fil-forma ta' sottomissjoni elettronika fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 57(1)(l) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Dawk id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għandhom jaġġornaw is-sottomissjoni tagħhom kull fejn ikun meħtieġ. |
2. Id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali awtorizzati fl-Unjoni għandhom, fi żmien 6 xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 9(1)(e) fil-forma ta' sottomissjoni elettronika fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 57(1)(l) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 u f'konformità mal-istandards żviluppati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandards (ISO) għall-identifikazzjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (IDMP) . Dawk id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għandhom jaġġornaw is-sottomissjoni tagħhom kull fejn ikun meħtieġ. |
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Meta d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi jindikaw li l-informazzjoni sottomessa fiha informazzjoni ta' natura kummerċjalment kunfidenzjali, huma għandhom jidentifikaw il-partijiet rilevanti u jiċċaraw ir-raġunijiet għal indikazzjoni bħal din. L-Aġenzija għandha tivvaluta l-merti ta' kull talba u tipproteġi informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali kontra divulgazzjoni mhux ġustifikata. |
4. Meta d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi jindikaw li l-informazzjoni sottomessa mitluba mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fiha informazzjoni ta' natura kummerċjalment kunfidenzjali, huma għandhom jidentifikaw il-partijiet rilevanti u jiċċaraw ir-raġunijiet għal indikazzjoni bħal din. L-Aġenzija għandha tivvaluta l-merti ta' kull talba u tipproteġi informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali kontra divulgazzjoni mhux ġustifikata. |
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Meta d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi jkollhom fil-pussess tagħhom kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tipprovdi evidenza ta' nuqqas potenzjali jew reali, dawn għandhom jipprovdu minnufih din l-informazzjoni lill-Aġenzija. |
5. Meta d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi u/jew atturi rilevanti oħra tal-katina tal-provvista farmaċewtika jkollhom fil-pussess tagħhom kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tipprovdi evidenza ta' nuqqas potenzjali jew reali, dawn għandhom jipprovdu minnufih din l-informazzjoni lill-Aġenzija. |
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 6 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 6a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. Sabiex jiġu ssupplimentati l-pjanijiet ta' prevenzjoni u ta' mitigazzjoni tan-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali kritiċi, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mid-distributuri operaturi u atturi rilevanti oħra rigward kwalunkwe sfida loġistika li tirriżulta mill-katina tal-provvista bl-ingrossa. |
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 7 wara talba mill-Aġenzija, l-Istati Membri għandhom, sal-iskadenza stabbilita mill-Aġenzija: |
1. Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 7 wara talba mill-Aġenzija, l-Istati Membri għandhom, sal-iskadenza stabbilita mill-Aġenzija , jissottomettu l-informazzjoni li ġejja dment li ma tkunx disponibbli fil-bażi tad-data prevista fl-Artikolu 12a : |
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Fejn meħtieġ biex jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Aġenzija, għandhom jiġbru informazzjoni u data dwar il-livelli tal-istokkijiet minn distributuri operaturi u minn entitajiet legali oħra intitolati li jipprovdu lill-pubbliku bi prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi. |
2. Fejn meħtieġ biex jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Aġenzija, għandhom jiġbru informazzjoni u data rilevanti, inkluż dwar il-livelli tal-istokkijiet, minn distributuri bl-ingrossa u minn entitajiet legali oħra u persuni awtorizzati jew intitolati li jipprovdu lill-pubbliku bi prodotti mediċinali inklużi fil-listi ta' mediċini kritiċi. |
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-prodotti mediċinali għandhom jiffaċilitaw il-ġbir tad-data online dwar l-impatt ta' nuqqasijiet ta' mediċini fuq il-pazjenti u l-konsumaturi. Is-subnetwork ta' punti uniċi ta' kuntatt mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmi fl-Artikolu 3(5) għandu jikkondividi data aggregata rilevanti minn dawk ir-rapporti mal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini biex tinforma r-rakkomandazzjonijiet dwar il-maniġġar tan-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali. |
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt f
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 12a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
Artikolu 12a |
||
|
Bażi tad-Data Ewropea tal-Provvista tal-Mediċini |
||
|
1. L-Aġenzija għandha, f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri, tistabbilixxi, iżżomm u timmaniġġa l-bażi tad-data Ewropea tal-provvista tal-mediċini (EUMSD) għall-finijiet li ġejjin: |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
L-EUMSD, li għandha topera mhux biss matul emerġenzi tas-saħħa pubblika u eventi maġġuri iżda wkoll f'ċirkostanzi normali, għandha tiffunzjona bħala bażi tad-data interoperabbli u diġitali fil-livell tal-Unjoni, abbażi tad-data rrapportata permezz tal-pjattaformi elettroniċi nazzjonali stabbiliti skont il-paragrafu 2. Il-bażi tad-data għandha tippermetti lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali simultanjament jaċċessaw u jikkondividu l-informazzjoni pprovduta fil-bażi tad-data. |
||
|
2. Kull Stat Membru għandu jiżviluppa pjattaforma elettronika bil-għan li jistabbilixxi monitoraġġ f'ħin reali tal-provvista ta' prodotti mediċinali, li tkun tista' tiddetermina l-volum tal-provvista ta' kull prodott mediċinali eżistenti fi kwalunkwe mument partikolari, u jidentifika, jipprevedi u jipprevjeni n-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali. Dawk il-pjattaformi, li għandhom ikunu mmaniġġjati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, għandhom ikunu kompletament operattivi fil-livell tal-Istati Membri sa…[30 xhar wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
||
|
Id-data dwar il-provvista u d-domanda għandha tiġi rrapportata fil-livell tal-Istati Membri mill-entitajiet li ġejjin: |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
3. Minbarra l-paragrafu 2, il-pjattaformi elettroniċi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali b'aċċess f'ħin reali għal informazzjoni dwar talbiet mhux issodisfati minn distributuri bl-ingrossa, spiżeriji komunitarji u spiżeriji tal-isptarijiet fil-livell nazzjonali. Dawk il-pjattaformi għandhom jippermettu wkoll li d-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jirrappurtaw kwalunkwe problema ta' provvista ta' prodotti mediċinali, inklużi problemi ta' manifattura. |
||
|
4. Il-pjattaformi tal-Istati Membri għandhom ikunu interoperabbli u għandhom jirreplikaw l-informazzjoni tagħhom fl-EUMSD immaniġġjata mill-Aġenzija, u b'hekk jipprevjenu kwalunkwe duplikazzjoni tal-proċess ta' rapportar mill-punti uniċi ta' kuntatt stabbiliti fl-Artikolu 9(2). |
||
|
5. Id-data ġġenerata mill-pjattaformi tal-Istati Membri u konsegwentement mill-EUMSD għandha tagħmilha possibbli li tiġi identifikata kwalunkwe problema ta' provvista tul il-katina tal-provvista u, permezz tal-applikazzjoni ta' tekniki tal-big data u, fejn xieraq, l-intelliġenza artifiċjali, għandha tkun tista' tbassar problemi ta' provvista minn qabel. |
||
|
6. Id-data sottomessa għandha tkun konformi mal-istandards żviluppati mill-ISO għall-IDMP u għandha tkun ibbażata fuq l-erba' oqsma ta' data ewlenija fil-proċessi regolatorji farmaċewtiċi: is-sustanza, il-prodott, l-organizzazzjoni u d-data referenzjali. |
||
|
7. L-Aġenzija għandha, f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u l-Istati Membri, tfassal l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali għall-bażijiet tad-data, flimkien ma' pjan għall-implimentazzjoni tal-EUMSD u l-pjattaformi tal-Istati Membri sa…[6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Dak il-pjan għandu jfittex li jiżgura li l-EUMSD ikun kompletament funzjonali sa … [48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
||
|
8. Meta awtorità kompetenti nazzjonali tindika li l-informazzjoni ppreżentata fiha informazzjoni ta' natura kummerċjalment kunfidenzjali, hi għandha tidentifika l-partijiet rilevanti u tiċċara r-raġunijiet għal indikazzjoni bħal din. L-Aġenzija għandha tivvaluta l-merti ta' kull talba u tipproteġi informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali kontra divulgazzjoni mhux ġustifikata. |
||
|
9. Fid-dawl tan-natura kummerċjalment sensittivi tad-data pprovduta lill-EUMSD, l-aċċess għall-bażi tad-data għandu jkun limitat għall-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jirrapportaw id-data lill-bażi tad-data u lill-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini. |
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Aġenzija għandha, permezz tal-portal tal-web tagħha u mezzi xierqa oħra, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, tinforma lill-pubbliku u lill-gruppi ta' interess fir-rigward tal-ħidma tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini. |
L-Aġenzija għandha, permezz ta' spazju ddedikat fuq il-portal tal-web tagħha u mezzi xierqa oħra, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, tinforma f'waqthom lill-pubbliku u lill-gruppi ta' interess fir-rigward tal-ħidma tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini , u tirreaġixxi għad-diżinformazzjoni li fil-mira tagħha jkollha l-ħidma tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini kif xieraq . |
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-proċedimenti mwettqa mill-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini għandhom ikunu trasparenti. L-aġenda u l-minuti tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini kif ukoll ir-regoli ta' proċedura u r-rakkomandazzjonijiet u, fejn xieraq, il-voti għandhom ikunu dokumentati u disponibbli għall-pubbliku, inkluż kwalunkwe nuqqas ta' ftehim. |
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. B'dan, it-Task Force għall-emerġenzi hija stabbilita bħala parti mill-Aġenzija. Din għandha titlaqqa' waqt emerġenzi tas-saħħa pubblika, jew wiċċ imb wiċċ jew b'mod remot. L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tiegħu. |
1. B'dan, it-Task Force għall-emerġenzi hija stabbilita bħala parti mill-Aġenzija. Din għandha titlaqqa' bi tħejjija għal u waqt emerġenzi tas-saħħa pubblika, jew wiċċ imb wiċċ jew b'mod remot. L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tiegħu. |
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt f
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. It-Task Force għall-emerġenzi għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-kumitati xjentifiċi, tal-gruppi ta' ħidma, u tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija, mill-grupp ta' koordinazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2001/83/KE, u mill-Grupp ta' Konsulenza u ta' Koordinazzjoni tal-Provi Kliniċi stabbilit f'konformità mal-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru 536/2014 (21). Jistgħu jinħatru esperti esterni u r-rappreżentanti ta' korpi u ta' aġenziji oħra tal-Unjoni jistgħu jiġu mistiedna fuq bażi ad hoc, kif ikun meħtieġ. Għandha tiġi ppreseduta mill-Aġenzija. |
3. It-Task Force għall-emerġenzi għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-kumitati xjentifiċi, tal-gruppi ta' ħidma , inklużi rappreżentanti tal-PCWP u tal-HCPWP , u tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija, mill-grupp ta' koordinazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2001/83/KE, u mill-Grupp ta' Konsulenza u ta' Koordinazzjoni tal-Provi Kliniċi stabbilit f'konformità mal-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru 536/2014 (21). Jistgħu jinħatru esperti esterni u r-rappreżentanti ta' korpi u ta' aġenziji oħra tal-Unjoni jistgħu jiġu mistiedna fuq bażi ad hoc, kif ikun meħtieġ. Għandha tiġi ppreseduta mill-Aġenzija. |
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-President jista' jistieden lil rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-membri tal-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija u tal-gruppi ta' ħidma, u lil partijiet terzi, li jinkludu rappreżentanti ta' gruppi ta' interess għall-prodotti mediċinali, detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, żviluppaturi ta' prodotti mediċinali, sponsors tal-provi kliniċi, rappreżentanti tan-networks tal-provi kliniċi, u gruppi ta' interess li jirrappreżentaw lill-pazjenti u lill-professjonisti fil-kura medika biex jattendu l-laqgħat tiegħu. |
5. Il-President jista' jistieden lil rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-membri tal-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija u tal-gruppi ta' ħidma, u lil partijiet terzi, li jinkludu rappreżentanti ta' gruppi ta' interess għall-prodotti mediċinali, detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, żviluppaturi ta' prodotti mediċinali, sponsors tal-provi kliniċi, riċerkaturi, rappreżentanti tan-networks tal-provi kliniċi, esperti u riċerkaturi indipendenti fil-qasam tal-provi kliniċi, u gruppi ta' interess li jirrappreżentaw lill-pazjenti u lill-professjonisti fil-kura medika biex jattendu l-laqgħat tiegħu. |
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 8
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. L-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għandu japplika għat-Task Force għall-emerġenzi fir-rigward tat-trasparenza u tal-indipendenza tal-membri tiegħu. |
8. L-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għandu japplika għat-Task Force għall-emerġenzi fir-rigward tat-trasparenza u tal-indipendenza tal-membri tiegħu. Il-membri tat-Task Force għall-Emerġenzi għandhom jaġġornaw id-dikjarazzjoni annwali tal-interessi finanzjarji tagħhom prevista fl-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 kull meta sseħħ bidla rilevanti. |
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. It-Task Force għall-emerġenzi għandha tistabbilixxi proċeduri għat-talba u għall-preżentazzjoni tas-sett ta' informazzjoni u ta' data meħtieġa, inkluża informazzjoni dwar l-Istat Membru jew dwar l-Istati Membri meta tiġi ppreżentata jew meta jkun hemm il-ħsieb li tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' prova klinika. |
3. It-Task Force għall-emerġenzi għandha tistabbilixxi proċeduri u gwida għat-talba u għall-preżentazzjoni tas-sett ta' informazzjoni u ta' data meħtieġa, inkluża informazzjoni dwar l-Istat Membru jew dwar l-Istati Membri meta tiġi ppreżentata jew meta jkun hemm il-ħsieb li tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' prova klinika. |
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Meta jawtorizzaw applikazzjoni għal prova klinika li għaliha jkun ingħata parir xjentifiku, l-Istati Membri għandhom iqisu dak il-parir kif xieraq. |
5. Meta jawtorizzaw applikazzjoni għal prova klinika li għaliha jkun ingħata parir xjentifiku, l-Istati Membri għandhom iqisu dak il-parir kif xieraq. Il-parir xjentifiku pprovdut mit-Task Force għall-Emerġenzi għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rieżami etiku previst fir-Regolament (UE) Nru 536/2014. |
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 15a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
Artikolu 15a |
||
|
Informazzjoni pubblika dwar il-provi kliniċi u d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq |
||
|
1. Sakemm iddum l-emerġenza tas-saħħa pubblika, l-isponsors tal-provi kliniċi mwettqa fl-Unjoni għandhom: |
||
|
|
||
|
|
||
|
2. Meta prodott mediċinali jirċievi awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, l-Aġenzija għandha tippubblika: |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Wara r-rikonoxximent ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, it-Task Force għall-emerġenzi għandha twettaq rieżami tad-data xjentifika disponibbli dwar il-prodotti mediċinali li jista' jkollhom l-potenzjal li jintużaw biex jindirizzaw l-emerġenza tas-saħħa pubblika. Ir-rieżami għandu jiġi aġġornat regolarment matul l-emerġenza tas-saħħa pubblika. |
1. Wara r-rikonoxximent ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, it-Task Force għall-emerġenzi għandha twettaq rieżami tad-data xjentifika disponibbli dwar il-prodotti mediċinali li jista' jkollhom l-potenzjal li jintużaw biex jindirizzaw l-emerġenza tas-saħħa pubblika. Ir-rieżami għandu jiġi aġġornat regolarment matul l-emerġenza tas-saħħa pubblika , inkluż fejn ikun miftiehem mit-Task Force għall-Emerġenzi u mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem bi tħejjija għall-valutazzjoni ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq . |
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Bi tħejjija għar-rieżami, it-Task Force għall-emerġenzi tista' titlob informazzjoni u data mingħand id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-iżviluppaturi u tagħmel diskussjonijiet preliminari magħhom. Fejn disponibbli, it-Task Force għall-emerġenzi tista' wkoll tagħmel użu minn studji ta' osservazzjoni tad-data dwar is-saħħa ġġenerata barra mill-istudji kliniċi filwaqt li tqis l-affidabbiltà tagħhom. |
2. Bi tħejjija għar-rieżami, it-Task Force għall-emerġenzi tista' titlob informazzjoni u data mingħand id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-iżviluppaturi u tagħmel diskussjonijiet preliminari magħhom. Fejn disponibbli, it-Task Force għall-emerġenzi tista' wkoll tagħmel użu minn studji ta' osservazzjoni tad-data dwar is-saħħa ġġenerata barra mill-istudji kliniċi filwaqt li tqis l-affidabbiltà tagħhom. It-Task Force għall-Emerġenzi tista' tikkoordina mal-aġenziji tal-mediċini ta' pajjiżi terzi għal informazzjoni addizzjonali u skambju tad-data. |
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 7
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-Aġenzija għandha tippubblika l-opinjonijiet adottati skont il-paragrafu 4 inkluż kwalunkwe aġġornament fuq il-portal tal-web tagħha. |
imħassar |
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Aġenzija għandha, permezz tal-portal tal-web tagħha u mezzi xierqa oħra, u flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, tinforma lill-pubbliku u lill-gruppi ta' interess rilevanti fir-rigward tal-ħidma tat-Task Force għall-emerġenzi. |
L-Aġenzija għandha, permezz ta' spazju ddedikat fuq il-portal tal-web tagħha u mezzi xierqa oħra, u flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, tinforma mingħajr dewmien lill-pubbliku u lill-gruppi ta' interess rilevanti fir-rigward tal-ħidma tat-Task Force għall-emerġenzi , u tirrispondi għad-diżinformazzjoni li fil-mira tagħha jkollha l-ħidma tat-Task Force għall-Emerġenzi kif xieraq . |
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-lista tal-membri tat-Task Force għall-Emerġenzi, ir-regoli ta' proċedura, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 16(3) u l-opinjonijiet adottati skont l-Artikolu 16(4) għandhom jiġu ppubblikati fuq il-portal tal-web tal-Aġenzija. |
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. B'dan, il-Grupp Eżekuttiv ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi (“il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi”) huwa stabbilit bħala parti mill-Aġenzija. Għandu jiltaqa' wiċċ imb wiċċ jew inkella b'mod remot, bi tħejjija għal emerġenza tas-saħħa pubblika jew matulha. L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tiegħu. |
1. B'dan, il-Grupp Eżekuttiv ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi (“il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi”) huwa stabbilit bħala parti mill-Aġenzija. Għandu jiltaqa' wiċċ imb wiċċ jew inkella b'mod remot f'intervalli regolari, u kull meta s-sitwazzjoni tirrikjedi dan , bi tħejjija għal emerġenza tas-saħħa pubblika jew matulha. L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tiegħu. |
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jkun magħmul minn rappreżentant tal-Aġenzija, minn rappreżentant tal-Kummissjoni u minn rappreżentant anzjan wieħed għal kull Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnomina lir-rappreżentant tiegħu. Il-membri jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti f'oqsma xjentifiċi jew tekniċi speċifiċi. |
2. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jkun magħmul minn rappreżentant tal-Aġenzija, minn rappreżentant tal-Kummissjoni u minn rappreżentant anzjan awtorizzat wieħed għal kull Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnomina lir-rappreżentant tiegħu. Il-membri jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti f'oqsma xjentifiċi jew tekniċi speċifiċi. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jinkludi wkoll rappreżentant tal-PCWP u rappreżentant tal-HCPWP bħala osservaturi. Il-lista tal-membri tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandha tkun trasparenti u tiġi ppubblikata fuq il-portal tal-web tal-Aġenzija. |
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jkun ippresedut mill-Aġenzija. Il-President jista' jistieden lil partijiet terzi, li jinkludu rappreżentanti ta' gruppi ta' interess ta' apparati mediċi, biex jattendu l-laqgħat tiegħu. |
3. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jkun ippresedut mill-Aġenzija. Kwalunkwe membru tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi jista' jipproponi lill-President biex jistieden lil partijiet terzi, li jinkludu rappreżentanti ta' gruppi ta' interess ta' apparati mediċi, bħal rappreżentanti tal-manifatturi u korpi notifikati jew kwalunkwe attur ieħor fil-katina tal-provvista tal-apparat mediku, kif ukoll rappreżentanti ta' professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, pazjenti u konsumaturi biex jattendu l-laqgħat tiegħu meta l-kontribut tagħhom jista' jinforma d-diskussjonijiet tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi . |
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 6a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. Il-membri tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi ma għandux ikollhom interessi finanzjarji jew ta' tip ieħor fl-industrija tal-apparati mediċi li jistgħu jaffettwaw l-imparzjalità tagħhom. Għandhom jaġixxu fl-interess pubbliku u b'mod indipendenti, u għandhom jagħmlu dikjarazzjoni annwali tal-interessi finanzjarji tagħhom u jaġġornawha kull meta sseħħ bidla rilevanti. L-interessi indiretti kollha li jistgħu jkunu relatati mal-industrija tal-apparati mediċi għandhom jiddaħħlu f'reġistru miżmum mill-Aġenzija u għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku fuq talba. Id-dikjarazzjoni tal-interessi għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq il-portal web tal-Aġenzija. |
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jadotta sett ta' informazzjoni meħtieġa biex jimmonitorja l-provvista u d-domanda tal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u jinforma lill-grupp ta' ħidma tiegħu dwar dan. |
2. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jadotta sett ta' informazzjoni meħtieġa biex jimmonitorja l-provvista u d-domanda tal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u jinforma lill-grupp ta' ħidma tiegħu dwar dan. L-entitajiet tal-Unjoni jew nazzjonali li huma involuti fil-kumulazzjoni ta' riżerva ta' apparati mediċini għandhom jiġu infurmati kif xieraq. |
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Aġenzija għandha tippubblika l-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u kwalunkwe aġġornament ta' dik il-lista fuq il-portal tal-web tagħha. |
3. L-Aġenzija għandha tippubblika l-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika u kwalunkwe aġġornament ta' dik il-lista fi spazju ddedikat fuq il-portal tal-web tagħha. |
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 3a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. L-Aġenzija għandha tirrapporta dwar in-nuqqas ta' apparati mediċi kritiċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika permezz tal-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 6(4a). |
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sakemm iddum l-emerġenza tas-saħħa pubblika, il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jirrapporta regolarment ir-riżultati tal-monitoraġġ tiegħu lill-Kummissjoni u lis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 23(1)(b) , u, b'mod partikolari, jindika kwalunkwe nuqqas potenzjali jew attwali tal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati mediċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika. |
1. Sakemm iddum l-emerġenza tas-saħħa pubblika, il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jirrapporta regolarment ir-riżultati tal-monitoraġġ tiegħu lill-Kummissjoni u lis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 23(2)(a) , u, b'mod partikolari, jindika kwalunkwe nuqqas potenzjali jew attwali tal-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati mediċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika. |
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta jintalab jagħmel dan mill-Kummissjoni jew mis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 23(2)(b) , il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jipprovdi data aggregata u tbassir tad-domanda biex jissostanzja s-sejbiet tiegħu. F'dak ir-rigward, il-Grupp ta' Tmexxija għandu jikkomunika maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard biex jikseb data epidemjoloġika li tgħin fit-tbassir tal-ħtiġijiet tal-apparati mediċi, u mal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini msemmi fl-Artikolu 3 meta l-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika jintużaw b'mod konġunt ma' prodott mediċinali. |
2. Meta jintalab jagħmel dan mill-Kummissjoni , minn awtorità kopmetenti nazzjonali waħda jew aktar jew mis-subnetwork imsemmi fl-Artikolu 23(2)(a) , il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jipprovdi data aggregata u tbassir tad-domanda biex jissostanzja s-sejbiet tiegħu. F'dak ir-rigward, il-Grupp ta' Tmexxija għandu jikkomunika maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard biex jikseb data epidemjoloġika li tgħin fit-tbassir tal-ħtiġijiet tal-apparati mediċi, u mal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Mediċini msemmi fl-Artikolu 3 meta l-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika jintużaw b'mod konġunt ma' prodott mediċinali. Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jikkondividi wkoll is-sejbiet u l-konklużjonijiet tiegħu mal-atturi tal-Unjoni u dawk nazzjonali involuti fil-kumulazzjoni ta' riżervi ta' prodotti mediċinali u apparati mediċi. |
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 5a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Fejn ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ma jitqisux jew ma jiġux implimentati, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-manifatturi ta' apparati mediċi u l-korpi notifikati għandhom jipprovdu, fejn ikun xieraq, ġustifikazzjoni sostanzjata. |
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt eb (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt ec (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt f
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta dan ikun meħtieġ sabiex jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni mingħand il-manifatturi, l-importaturi, id-distributuri u l-korpi notifikati dwar l-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika. |
2. Meta dan ikun meħtieġ sabiex jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni mingħand il-manifatturi, l-importaturi, id-distributuri, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-korpi notifikati dwar l-apparati mediċi inklużi fil-lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika. |
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 4 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Aġenzija għandha, permezz tal-portal tal-web tagħha u mezzi xierqa oħra, u flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, tinforma lill-pubbliku u lill-gruppi ta' interess rilevanti fir-rigward tal-ħidma tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi. |
L-Aġenzija għandha, permezz ta' spazju ddedikat fuq il-portal tal-web tagħha u mezzi xierqa oħra, u flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, tinforma lill-pubbliku u lill-gruppi ta' interess rilevanti f'waqthom fir-rigward tal-ħidma tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi u tirreaġixxi għad-diżinformazzjoni li fil-mira tagħha jkollha l-ħidma tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi kif xieraq . |
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-proċedimenti mwettqa mill-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandhom ikunu trasparenti. L-aġenda u l-minuti tal-Grupp ta' Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi kif ukoll ir-regoli ta' proċedura u r-rakkomandazzjonijiet u, fejn ikun xieraq, il-voti għandhom ikunu ddokumentati u disponibbli għall-pubbliku, inkluż kwalunkwe nuqqas ta' ftehim. |
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Mill-1 ta' Marzu 2022'il quddiem, l-Aġenzija għandha, f'isem il-Kummissjoni, tipprovdi s-segretarjat tal-gruppi ta' esperti maħtura f'konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/1396 u tipprovdi l-appoġġ meħtieġ biex jiġi żgurat li dawk il-gruppi ta' esperti jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effiċjenti kif stabbilit fl-Artikolu 106(9) u (10) tar-Regolament (UE) 2017/745. L-Aġenzija għandha: |
L-Aġenzija għandha, f'isem il-Kummissjoni, tipprovdi s-segretarjat tal-gruppi ta' esperti maħtura f'konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/1396 u tipprovdi l-appoġġ meħtieġ biex jiġi żgurat li dawk il-gruppi ta' esperti jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effiċjenti kif stabbilit fl-Artikolu 106(9) u (10) tar-Regolament (UE) 2017/745. L-Aġenzija għandha: |
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 29a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 29a Protezzjoni kontra attakki ċibernetiċi L-Aġenzija għandha tkun mgħammra b'livell għoli ta' kontrolli u proċessi tas-sigurtà kontra l-attakki ċibernetiċi, l-ispjunaġġ ċibernetiku u ksur ieħor tad-data biex tiżgura l-protezzjoni tad-data dwar is-saħħa u l-funzjonament normali tal-Aġenzija f'kull ħin, u speċjalment matul emerġenzi tas-saħħa pubblika jew eventi maġġuri fil-livell tal-Unjoni. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha ssegwi u timplimenta b'mod attiv l-aħjar prattiki taċ-ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex tipprevjeni, tidentifika, timmitiga u tirrispondi għall-attakki ċibernetiċi. |
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 29b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 29b Penali L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 10 u 24 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti, inklużi dawk finanzjarji, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sa …[sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u b'dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom. |
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Ħlief jekk ikun previst mod ieħor f'dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (24) u għad-dispożizzjonijiet u għall-prattiki nazzjonali eżistenti fl-Istati Membri dwar il-kunfidenzjalità, il-partijiet kollha involuti fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom sabiex jipproteġu dawn li ġejjin: |
1. Ħlief jekk ikun previst mod ieħor f'dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (24) u d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24a) u għad-dispożizzjonijiet u għall-prattiki nazzjonali eżistenti fl-Istati Membri dwar il-kunfidenzjalità, il-partijiet kollha involuti fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom sabiex jipproteġu dawn li ġejjin: |
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija, u l-Istati Membri jistgħu jiskambjaw informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali u, fejn meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, data personali, mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi li magħhom ikunu kkonkludew ftehim bilaterali jew multilaterali dwar il-kunfidenzjalità. |
5. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija, u l-Istati Membri jistgħu jiskambjaw informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi li magħhom ikunu kkonkludew ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar il-kunfidenzjalità. |
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 30a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 30a Protezzjoni tad-data personali 1. It-trasferimenti ta' data personali skont dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 kif applikabbli. 2. Għat-trasferimenti ta' data personali lejn pajjiż terz, fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, jew ta' salvagwardji xierqa, kif imsemmi fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Kummissjoni, l-Aġenzija, u l-Istati Membri jistgħu jiskambjaw data personali mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi li magħhom ikunu kkonkludew arranġamenti ta' kunfidenzjalità bilaterali jew multilaterali fejn dan ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku, bħall-protezzjoni tas-saħħa pubblika. |
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 30b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 30b Rieżami Sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni dwar il-funzjonament ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex temendah. Dan ir-rapport għandu speċifikament iqis l-estensjoni possibbli tal-kamp ta' applikazzjoni għall-prodotti mediċinali għall-użu veterinarju. |
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – titolu
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dħul fis-Seħħ |
Dħul fis-Seħħ u data ta' applikazzjoni |
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kapitolu IV għandu japplika minn… [data tad-dħul fis-seħħ + 12-il xahar]. |
(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A9-0216/2021).
(1a) Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).
(11) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2020 dwar nuqqas ta' mediċini – kif nindirizzaw problema emerġenti (2020/2071(INI))
(11) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2020 dwar nuqqas ta' mediċini – kif nindirizzaw problema emerġenti (2020/2071(INI))
(1a) Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).
(1b) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(1a) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(1a) Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1).
(12) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1396 tal-10 ta' Settembru 2019 li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' gruppi ta' esperti fil-qasam tal-apparati mediċi, ĠU L 234, 11.9.2019, p. 23.
(12) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1396 tal-10 ta' Settembru 2019 li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' gruppi ta' esperti fil-qasam tal-apparati mediċi, ĠU L 234, 11.9.2019, p. 23.
(1a) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(1b) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(1a) Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).
(18) Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004
(18) Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004
(19) [daħħal referenza għat-test adottat imsemmi fin-nota 4 f'qiegħ il-paġna]
(19) [daħħal referenza għat-test adottat imsemmi fin-nota 4 f'qiegħ il-paġna]
(21) Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE, ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1
(21) Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE, ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1
(24) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, 31.05.2001, p. 43
(24) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, 31.05.2001, p. 43
(24a) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
(1a) Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/313 |
P9_TA(2021)0352
Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Lulju 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (COM(2020)0652 – C9-0329/2020 – 2020/0300(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 99/44)
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5c (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5d (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5e (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9c (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9d (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11c (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 12
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 27
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 13
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 28
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 14
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 14a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 30
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 15
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 31
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 17
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 17a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 33
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 18
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 18a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Din id-deċiżjoni tistabbilixxi programm ta' azzjoni ġenerali fil-qasam tal-ambjent għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2030 (“it-tmien EAP”). Dan jistabbilixxi l-objettivi prijoritarji tiegħu, jidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti għall-kisba tagħhom u jistabbilixxi qafas biex jitkejjel jekk l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jinsabux fit-triq it-tajba biex jilħqu dawk l-objettivi prijoritarji. |
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm ta' azzjoni ġenerali fil-qasam tal-ambjent għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2030 (“it-tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali” jew “it-tmien EAP”). Dan jistabbilixxi l-objettivi prijoritarji tiegħu, jidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti kif ukoll l-azzjonijiet meħtieġa għall-kisba tal-kundizzjonijiet abilitanti. Huwa jistabbilixxi qafas ta' monitoraġġ biex jitkejjel u jiġi evalwat il-progress tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha lejn il-kisba tal-objettivi prijoritarji. Jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu ta' governanza biex jiżgura l-kisba sħiħa tal-objettivi prijoritarji. |
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. It-tmien EAP għandu l-għan li jħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali mil-lat ta' klima, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, nadifa u ċirkolari b'mod ġust u inklużiv, u japprova l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-inizjattivi tiegħu. |
2. It-tmien EAP għandu l-għan li jħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali mil-lat ta' klima, sostenibbli, mhux tossika, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, reżiljenti, kompetittiva u ċirkolari b'mod ġust , ekwu u inklużiv, u li tipproteġi, tirrestawra u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent, inkluż l-arja, l-ilma u l-ħamrija, kif ukoll tipproteġi u tirrestawra l-bijodiversità u l-ekosistemi. Huwa jibni u jippromwovi l-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-inizjattivi tiegħu. |
Emenda 37
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. It-tmien EAP huwa l-bażi għall-kisba tal-objettivi ambjentali u klimatiċi ddefiniti skont l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha u l-qafas ta' monitoraġġ tagħha jikkostitwixxi l-parti ambjentali u klimatika tal-isforzi tal-UE biex tkejjel il-progress lejn sostenibbiltà akbar , inklużi n-newtralità klimatika u l-effiċjenza tar-riżorsi, il-benesseri u r-reżiljenza. |
3. It-tmien EAP huwa l-bażi għall-kisba tal-objettivi ambjentali u klimatiċi ddefiniti skont l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha , kif ukoll l-objettivi segwiti mill-ftehimiet ambjentali u dwar il-klima li huma rilevanti u multilaterali, u l-qafas ta' monitoraġġ tagħha jikkontribwixxi l-parti ambjentali u klimatika tal-isforzi tal-Unjoni biex tkejjel il-progress lejn is-sostenibbiltà , il-benesseri u r-reżiljenza. |
Emenda 38
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. It-tmien EAP għandu l-objettiv prijoritarju fit-tul għall-2050 li ċ-ċittadini jgħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji f'ekonomija riġenerattiva fejn ma jinħela xejn, li ma jiġu prodotti l-ebda emissjonijiet netti ta' gassijiet serra u li t-tkabbir ekonomiku jiġi diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi u mid-degradazzjoni ambjentali . Ambjent b'saħħtu jirfed il-benesseri taċ-ċittadini, isaħħaħ il-bijodiversità u jipproteġi, jirrestawra u jagħti valur lill-kapital naturali b'modi li jtejbu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u riskji ambjentali oħra. L-Unjoni tistabbilixxi l-pass biex tiżgura l-prosperità tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri globalment. |
1. It-tmien EAP għandu jkollu l-objettiv prijoritarju fit-tul li kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-2050, il-persuni jgħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji f'ekonomija tal-benesseri sostenibbli fejn ma jinħela xejn, it-tkabbir ikun riġenerattiv, tkun inkisbet in-newtralità klimatika u jkunu ġew minimizzati l-inugwaljanzi . Ambjent b'saħħtu jirfed il-benesseri u s-saħħa tal-persuni kollha, jiffjorixxu l-bijodiversità u l-ekosistemi u n-natura tiġi protetta u rrestawrata, li jwassal għal reżiljenza akbar għat-tibdil fil-klima, għad-diżastri naturali u riskji ambjentali oħra. L-Unjoni tistabbilixxi l-pass biex tiżgura l-prosperità tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri globalment f'konformità mar-responsabbiltà interġenerazzjonali . |
Emenda 39
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. It-tmien EAP għandu s-sitt objettivi tematiċi prijoritarji li ġejjin: |
2. It-tmien EAP għandu jkollu s-sitt objettivi tematiċi prijoritarji interkonnessi li ġejjin , li għandhom jinkisbu sa mhux aktar tard mill-2030 : |
Emenda 40
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 41
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 42
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 43
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 44
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 45
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 46
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-objettivi prijoritarji tematiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jinftiehmu bħala li jkopru l-objettivi, il-miri u l-azzjonijiet stabbiliti fl-istrateġiji u l-inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kif ukoll il-miri fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dawn l-objettivi. Dawk l-objettivi, il-miri u l-azzjonijiet għandhom jitqiesu meta jiġi żviluppat il-qafas ta' monitoraġġ għall-valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP. |
Emenda 47
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – Titolu
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kundizzjonijiet li jippermettu li jintlaħqu l-objettivi prijoritarji ta' dan il-programm |
Kundizzjonijiet li jippermettu li jintlaħqu l-objettivi prijoritarji ta' dan il-programm u l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati dawn il-kundizzjonijiet abilitanti |
Emenda 48
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 49
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 50
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 51
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 52
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 53
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 3a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 54
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 3b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 55
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 56
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 57
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 58
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 59
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 60
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 61
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 62
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 63
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ed (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 64
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ee (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 65
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ef (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 66
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 67
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 68
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 69
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 70
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fd (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 71
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fe (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 72
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ff (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 73
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fg (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 74
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fh (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 75
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fi (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 76
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fj (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 77
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 78
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 79
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 80
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 81
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 1 (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 82
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 2 (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 83
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 3 (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 84
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 4 (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 85
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 5 (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 86
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – inċiż 6 (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 87
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt i
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 88
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 89
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt jb (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 90
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 91
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 92
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 93
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 94
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k – inċiż 5
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 95
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
1a. Sabiex tikseb il-kundizzjonijiet abilitanti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin: |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
Emenda 96
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Sabiex jinkisbu l-kundizzjonijiet abilitanti stabbilti fil-punt (ea) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, sa Diċembru 2022, u abbażi tal-ħidma li għaddejja, tivvaluta liema sussidji huma ta' ħsara għall-ambjent u tipproduċi materjali ta' gwida biex tidentifika tali sussidji fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll trajettorji possibbli għat-tneħħija gradwali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni kull sena dwar l-eżistenza ta' sussidji fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll miżuri li qed jieħdu biex ineħħuhom gradwalment. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu dik l-informazzjoni kull sena lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni f'rapport, maqsum skont l-Istat Membru, li għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard minn 6 xhur wara t-tmiem tas-sena ta' referenza, bl-ewwel sena ta' referenza tkun l-2023. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport fuq bażi annwali lill-Parlament Ewropew. |
Emenda 97
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP se jkun hemm bżonn li jiġi mobilizzat appoġġ wiesa' billi jiġu involuti ċ-ċittadini, is-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati oħra, u titħeġġeġ il-kooperazzjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji, politiki jew leġiżlazzjoni relatati mat-tmien EAP fost l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, f'żoni urbani u rurali. |
2. L-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha għandhom jaħdmu man-negozji, partikolarment mal-SMEs, u mas-sħab soċjali, mas-soċjetà ċivili, maċ-ċittadini, mal-komunitajiet u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn fl-implimentazzjoni tat-tmien EAP. Biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP se jkun hemm bżonn li jiġi mobilizzat appoġġ wiesa' billi jiġu involuti ċ-ċittadini, is-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati oħra, u titħeġġeġ il-kooperazzjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji, politiki jew leġiżlazzjoni relatati mat-tmien EAP fost l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, f'żoni urbani u rurali u fir-reġjuni ultraperiferiċi . |
Emenda 98
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jieħdu l-azzjoni xierqa bil-għan li jitwettqu l-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2). L-azzjoni għandha tittieħed b'kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipji ta’ konferiment, ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
Emenda 99
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – Titolu
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Qafas ta' monitoraġġ |
Indikaturi, qafas ta' monitoraġġ u governanza |
Emenda 100
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, għandha tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-kisba tal-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2 fuq bażi regolari , filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3. |
1. Il-Kummissjoni, appoġġjata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tagħhom, għandha timmonitorja, tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-kisba tal-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2 fuq bażi annwali , filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet u l-azzjonijiet ta' awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3 , u l-għan ġenerali li tinkiseb bidla sistemika . Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li tirriżulta minn dak il-monitoraġġ, valutazzjoni u rappurtar tkun disponibbli pubblikament u aċċessibbli faċilment, biex b'hekk jiġi żgurat li jkun hemm monitoraġġ effettiv tal-progress magħmul. |
Emenda 101
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Wara proċess ta' konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2021, tippreżenta qafas simplifikat fil-forma ta' tabella ta' valutazzjoni unika, inklużi l-indikaturi ewlenin, biex timmonitorja u tittraċċa l-progress lejn il-kisba tal-objettivi prijoritarji fl-Artikolu 2(1) u (2), billi tibni fuq l-oqfsa u l-proċessi ta' monitoraġġ eżistenti. |
Emenda 102
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
1b. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni dwar: |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
Emenda 103
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tirrifletti l-aħħar żviluppi fir-rigward tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-indikaturi, abbażi tad-data disponibbli fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u s-Sistema Statistika Ewropea. Din il-valutazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-oqfsa u l-eżerċizzji eżistenti ta' monitoraġġ, rapportar u governanza li jkopru l-politika ambjentali u klimatika. |
2. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tirrifletti l-aħħar żviluppi fir-rigward tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-indikaturi, abbażi tad-data disponibbli fl-Istati Membri , inkluz fil-livell reġjonali u lokali, u fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u s-Sistema Statistika Ewropea bil-ħsieb li jitnaqqas il-piż amministrattiv . Din il-valutazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-oqfsa u l-eżerċizzji eżistenti ta' monitoraġġ, rapportar u governanza li jkopru l-politika ambjentali u klimatika , tibni fuqhom u tkun koerenti magħhom, u għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija robusta li tippermetti l-kejl tal-progress . |
Emenda 104
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw opinjonijiet fuq bażi annwali dwar il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jidentifikaw, bħala parti mill-programmazzjoni annwali tal-Unjoni, miżuri u azzjonijiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi addizzjonali meta l-progress lejn il-kisba tal-objettivi prijoritarji jitqies bħala insuffiċjenti jew sabiex jingħelbu l-ostakli identifikati. |
Emenda 105
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni fit-titjib tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-għarfien, b'mod partikolari billi jwettqu dan li ġej: |
3. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni fit-titjib tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data , l-indikaturi u l-għarfien, b'mod partikolari billi jwettqu dan li ġej: |
Emenda 106
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 107
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 108
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 109
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 110
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 111
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 112
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 113
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt db (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 114
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 115
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt g
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 116
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 117
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment il-ħtiġijiet tad-data u l-għarfien fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluża l-kapaċità tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li jwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 3. |
4. Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment il-ħtiġijiet tad-data u l-għarfien fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluża l-kapaċità tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi , kif ukoll ta' korpi u aġenziji Ewropej oħra, fejn rilevanti, li jwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 3 u tirrapporta dwar ir-riżultati ta' dan ir-rieżami, inklużi l-proposti biex tiġi indirizzata kwalunkwe ħtieġa ta' riżorsi umani u finanzjarji, jew biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas ieħor . |
Emenda 118
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu - 1 (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1. Sal-31 ta' Marzu 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tat-tmien EAP u tippreżentaha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha tiddeskrivi l-progress miksub lejn l-ilħuq tal-objettivi tematiċi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2(2), inklużi l-miri fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-istatus tal-kundizzjonijiet u l-azzjonijiet abilitanti stabbiliti fl-Artikolu 3, u l-progress imwettaq fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-bidla sistemika, u għandha tkun ibbażata fuq l-aktar valutazzjoni reċenti msemmija fl-Artikolu 4(1), kif ukoll fuq l-eżitu ta' konsultazzjoni pubblika. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha tiddeskrivi r-rakkomandazzjonijiet u l-korrezzjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP sat-tlestija tagħhom. |
Emenda 119
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu - 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1a. Fid-dawl tal-progress deskritt fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmija fil-paragrafu - 1, ta' żviluppi ta' politika rilevanti oħra u tar-rapport tal-EEA “The European environment – state and outlook” (L-ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti), il-Kummissjoni li se tibda l-mandat tagħha wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2024 għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien l-ewwel 100 jum tal-mandat tagħha, lista u skeda ta' żmien tal-azzjonijiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi li tippjana li tieħu matul il-mandat tagħha sabiex tiżgura l-kisba sħiħa, sal-2030 u l-2050, rispettivament, tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP. |
Emenda 120
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sal-31 ta' Marzu 2029, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tat-tmien EAP. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih is-sejbiet ewlenin ta' dik l-evalwazzjoni, akkumpanjat, jekk il-Kummissjoni tqis xieraq, minn proposta leġiżlattiva għall-programm ta' azzjoni ambjentali li jmiss. |
Sal-31 ta' Marzu 2029, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tat-tmien EAP. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih is-sejbiet ta' dik l-evalwazzjoni, akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva għall-programm ta' azzjoni ambjentali li jmiss u tħalli biżżejjed żmien sabiex id-disa' EAP jilħaq jidħol fis-seħħ sal-1 ta' Jannar 2031, biex b'hekk jiġi evitat li jkun hemm lakuna bejn it-tmien u d-disa' EAP . |
(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A9-0203/2021).
(24) COM(2019)0233.
(24) COM(2019)0233.
(25) COM(2019)0640.
(26) COM(2020)0080.
(25) COM(2019)0640.
(26) COM(2020)0080.
(1a) Workshop tal-IPBES dwar id-Diversità u l-Pandemija – Sommarju Eżekuttiv, 2020.
(1a) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(1a) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(1a) Id-Dokument ta' Ħidma Nru 102 tal-SDD tat-18 ta' Settembru 2019“The Economy of Well-being – Creating opportunities for people’s well-being and economic growth” (L-Ekonomija tal-Benesseri – Il-ħolqien ta' opportunitajiet għall-benesseri tan-nies u t-tkabbir ekonomiku).
(1a) Ir-rapport finali tal-OECD, April 2020, “A Comprehensive Overview of Global Biodiversity Finance” (Ħarsa Komprensiva tal-Finanzjament Globali tal-Bijodiversità).
(1a) Ir-rapport tal-EEA Nru 1/2021 “Nature-based solutions in Europe: Policy, knowledge and practice for climate change adaptation and disaster risk reduction” (Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura fl-Ewropa: Politika, għarfien u prattika għall-adattament għat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri).
(1a) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Settembru 2018, ClientEarth vs Il-Kummissjoni, C-57/16 P, ECLI:UE:C:2018:660.
(27) Ara pereżempju https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10414-2019-INIT/mt/pdf
(28) https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/opinions/reflection-paper-towards-sustainable-europe-2030.
(29) Ara pereżempju: OECD Well-being Framework (il-Qafas tal-OECD għall-Benesseri), OECD Framework for Policy Action on Inclusive Growth (il-Qafas tal-OECD għall-Azzjoni Politika dwar it-Tkabbir Inklużiv), Better Life Initiative (l-Inizjattiva “Ħajja Aħjar”) u New Approaches to Economic Challenges Initiative (l-Inizjattiva “Approċċi Ġodda għall-Isfidi Ekonomiċi”).
(27) Ara pereżempju https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10414-2019-INIT/mt/pdf
(28) https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/opinions/reflection-paper-towards-sustainable-europe-2030.
(29) Ara pereżempju: OECD Well-being Framework (il-Qafas tal-OECD għall-Benesseri), OECD Framework for Policy Action on Inclusive Growth (il-Qafas tal-OECD għall-Azzjoni Politika dwar it-Tkabbir Inklużiv), Better Life Initiative (l-Inizjattiva “Ħajja Aħjar”) u New Approaches to Economic Challenges Initiative (l-Inizjattiva “Approċċi Ġodda għall-Isfidi Ekonomiċi”).
(30) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1 -77 .
(31) COM(2020)0493.
(30) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(31) COM(2020)0493.
(32) COM(2020)0080.
(32) COM(2020)0080.
(1a) Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).
(35) https://www.unece.org/fileadmin/DAM/env/pp/documents/cep43e.pdf.
(35) https://www.unece.org/fileadmin/DAM/env/pp/documents/cep43e.pdf.
1.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/362 |
P9_TA(2021)0354
Il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati speċjali u l-kumitat ta' inkjesta
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2021 dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati speċjali u l-kumitat ta' inkjesta (2021/2802(RSO))
(2022/C 99/45)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali għall-ġlieda kontra l-kanċer (1), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali dwar l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni (2), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali dwar l-intelliġenza artifiċjali f'era diġitali (3); |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif ta' kumitat ta' inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-Unjoni u lil hinn minnha, u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tiegħu (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 207 u 208 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
1. |
Jiddeċiedi li jistabbilixxi kif ġej il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati speċjali u l-kumitat ta' inkjesta:
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0160.
(2) Testi adottati, P9_TA(2020)0161.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0162.
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0163.