ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 97

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
28 ta' Frar 2022


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Interactio – Ibrida – Il-147 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 1.12.2021–2.12.2021

2022/C 97/01

Riżoluzzjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea u l-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-2022

1

2022/C 97/02

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-proposta għal Sena Ewropea taż-Żgħażagħ

7

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Interactio – Ibrida – Il-147 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 1.12.2021–2.12.2021

2022/C 97/03

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Regolamentazzjoni aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar

10

2022/C 97/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer

17

2022/C 97/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

21

2022/C 97/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-eradikazzjoni tal-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar fl-Unjoni Ewropea: il-perspettiva lokali u reġjonali

26

2022/C 97/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-biedja organika

30

2022/C 97/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ekonomija blu u akkwakultura sostenibbli

36

2022/C 97/09

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa

43

2022/C 97/10

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni

50

2022/C 97/11

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Id-dimensjoni tal-ġeneru tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni 2021-2027, b’enfasi fuq it-tħejjija tal-programmi operazzjonali

56


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Interactio – Ibrida – Il-147 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 1.12.2021–2.12.2021

2022/C 97/12

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali — Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (opinjoni riveduta)

60


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Interactio – Ibrida – Il-147 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 1.12.2021–2.12.2021

28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 97/1


Riżoluzzjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea u l-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-2022

(2022/C 97/01)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidra:

il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2022;

il-Protokoll ta’ Kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea ta’ Frar 2012;

ir-Riżoluzzjoni tal-KtR dwar il-prijoritajiet tiegħu għall-perjodu 2020-2025 (1);

ir-Riżoluzzjoni tal-KtR dwar il-proposti tiegħu fid-dawl tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2022 (2); u

ir-Riżoluzzjoni tal-KtR dwar il-Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-UE 2021 (3);

1.

jistieden lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jqisu l-fehmiet u s-suġġerimenti li jinsabu f’din ir-riżoluzzjoni fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2022, u jinsab lest li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħha;

2.

ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li ssegwi l-proposti li joħorġu mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Iqis il-pjattaforma diġitali multilingwi interattiva u l-panels taċ-ċittadini bħala strument possibbli għal mekkaniżmu fil-livell tal-UE għal djalogu permanenti maċ-ċittadini, u jinsab lest li jkollu sehem ewlieni f’dan il-proċess;

3.

jilqa’ b’sodisfazzjon li l-2022 hija s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ tal-2022 u jimpenja ruħu li jikkoopera mill-qrib mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-livelli kollha;

Inressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini

4.

itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tinkludi d-dimensjoni reġjonali u lokali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi deskritti fil-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea, u jisħaq fuq l-importanza li tiġi ssalvagwardjata l-integrità tal-elezzjonijiet lokali u reġjonali u fuq it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-komunitajiet lokali fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u d-diżinformazzjoni;

5.

jitlob li l-inizjattiva leġiżlattiva futura għall-protezzjoni tal-libertà tal-midja tqis is-sitwazzjoni tal-midja lokali u reġjonali;

6.

jappoġġja l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-garanzija tal-applikazzjoni effettiva tal-istat tad-dritt, inkluż il-prinċipju tas-supremazija tad-dritt tal-UE bħala prerekwiżit għal drittijiet ugwali u ċertezza tad-dritt fl-eżerċitar tal-politiki komuni;

7.

jindika l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi lejn Unjoni ta’ Ugwaljanza, inkluż billi jiġu proposti miżuri ġodda għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa, u l-ġlieda kontra tali vjolenza, u jistenna għalhekk li jkun involut fl-istabbiliment ta’ korp interistituzzjonali tal-etika ġdid tal-UE;

8.

jimpenja ruħu bis-sħiħ li jimplimenta l-kunċett ta’ “sussidjarjetà attiva” u jtenni t-talba tiegħu għall-użu sistematiku tal-Grilja għall-Valutazzjoni tas-Sussidjarjetà fil-proposti tal-Kummissjoni;

9.

Jappoġġja l-intenzjoni li jitnaqqas il-piż amministrattiv għaċ-ċittadini u għan-negozji bl-approċċ ta’ “one in, one out”. Jistenna, madankollu, li dan l-eżerċizzju jkun konformi mal-istandards ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-UE. u li jkun jiddependi minn approċċ ibbażat fuq l-evidenza u valutazzjoni tal-kost tan-nuqqas ta’ azzjoni;

10.

itenni t-talba tiegħu biex il-ftehim interistituzzjonali, il-linji gwida dwar ir-regolamentazzjoni aħjar u l-istrumenti għal regolamentazzjoni aħjar jiġu rieżaminati, sabiex id-dimensjoni f’diversi livelli tiġi integrata fil-proċess leġiżlattiv Ewropew, kif issuġġerit mit-Task Force dwar is-Sussidjarjetà;

11.

jilqa’ b’sodisfazzjon, f’dan il-kuntest, l-impenn tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali u l-verifika rurali, sabiex jitqiesu aħjar il-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet ta’ territorji differenti tal-UE. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jitqiesu wkoll ir-reġjuni tal-fruntiera. Għalhekk, il-KtR jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-bidu u l-valutazzjonijiet tal-impatt jinkludu evalwazzjoni tal-impatti potenzjali differenzjati bejn it-territorji ta’ kull inizjattiva leġiżlattiva; jappoġġja, barra minn hekk, il-pjani tagħha li torganizza konferenza fuq skala kbira dwar regolamentazzjoni aħjar fl-2022, u tqis b’mod partikolari d-dimensjoni lokali u reġjonali kif għamlet fil-pjattaforma futura Fit for Future;

12.

jisħaq fuq l-importanza dejjem tikber tal-previżjoni bħala għodda politika għall-iżvilupp ta’ perspettivi fit-tul ibbażati fuq l-evidenza, f’ħafna oqsma ta’ politika fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltajiet ewlenin, bħal fil-qasam tal-appoġġ ekonomiku, id-demografija, il-miżuri għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, l-edukazzjoni, is-saħħa, il-ħiliet u l-infrastruttura. Itenni, għalhekk, l-impenn tiegħu li jappoġġja lill-Kummissjoni fl-immappjar tal-kapaċità taj prospettiva lokali u reġjonali biex titqies l-esperjenza lokali u reġjonali, bjmod partikolari r-Rapport Annwali ta’ Prospettiva Strateġika;

Nibnu komunitajiet reżiljenti

13.

jitlob l-organizzazzjoni sistematika ta’ pjattaformi u djalogi f’diversi livelli biex tinkiseb parteċipazzjoni strutturata u inklużiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni ta’ inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku;

14.

jenfasizza l-isfidi territorjali kbar ħafna tat-tranżizzjoni ekoloġika, anke fis-settur tat-trasport, u jirrikonoxxi s-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni awtomobilistiċi u jappella għal djalogu f’diversi livelli għat-tranżizzjoni ġusta tas-settur tal-karozzi;

15.

se jkompli jakkumpanja l-implimentazzjoni ta’ viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali u t-tranżizzjoni lejn agrikoltura aktar ekoloġika, aktar intelliġenti u sostenibbli. L-istabbiliment ta’ Aġenda Rurali għandu jipprovdi l-bażi għal mekkaniżmu ta’ governanza għaż-żoni rurali, li jipproteġi l-identitajiet u l-karatteristiċi lokali tagħhom, u jipprovdi indikaturi kwantitattivi ċari għal dimensjoni rurali fis-Semestru Ewropew;

16.

jappoġġja l-prijoritizzazzjoni tal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero għall-protezzjoni tan-nies u tal-ekosistemi u jistenna li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jitqiesu fil-Pakkett futur ta’ Tniġġis Żero, b’mod partikolari billi tiġi stabbilita l-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b’rabta mat-Tniġġis Żero u tabella ta’ valutazzjoni għar-reġjuni tal-UE;

17.

jappella li l-proposti futuri dwar il-plastik u l-ekonomija ċirkolari jqisu l-kontribut diġà pprovdut fl-Opinjonijiet rilevanti tal-KtR, inkluża l-enfasi fuq il-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-ġbir u l-immaniġġjar tal-iskart;

18.

jistieden lill-Kummissjoni tippromovi aktar l-użu tat-teknoloġija spazjali u d-disponibbiltà tad-data fil-livell lokali sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, titrawwem it-tranżizzjoni enerġetika, jiġi protett l-ambjent u jiġi implimentat il-Patt Ekoloġiku;

19.

jistenna bil-ħerqa r-reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija bil-ħsieb ta’ implimentazzjoni sħiħa tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni u jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-kooperazzjoni msaħħa li għaddejja mal-KtR;

20.

itenni li biex il-Patt Ekoloġiku tal-UE jagħmel suċċess, hija meħtieġa reviżjoni bir-reqqa tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li torbotha mal-Aġenda tan-NU għall-2030 u mal-qafas tal-SDGs, u mal-implimentazzjoni strutturali tal-governanza f’diversi livelli permezz ta’ djalogi sistematiċi f’diversi livelli dwar il-Patt Ekoloġiku;

21.

jilqa’ b’sodisfazzjon is-sett ta’ għodod għall-ġestjoni tal-fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet tal-enerġija u jitlob li l-punt tat-tluq ikun azzjoni msaħħa għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku u l-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima;

22.

jilqa’ b’sodisfazzjon r-rikonoxximent tar-rabta intrinsika bejn il-kriżijiet klimatiċi u tal-bijodiversità, u jinsisti li l-Kummissjoni Ewropea tkompli tippromovi l-governanza f’diversi livelli fl-UE u fid-dinja, u b’hekk tkompli tibni fuq id-Dikjarazzjoni ta’ Edinburgh, b’mod partikolari fil-COP 15 tal-KDB tan-NU u l-COP 27 tal-UNFCCC; jappella għal Liġi dwar l-Oċeani li tkun tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar;

23.

jappella għat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, li tibni fuq il-Missjoni dwar l-adattament u fuq il-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politiki tal-UE għall-Adattament;

24.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tilħaq il-miri stabbiliti fil-Kumpass Diġitali 2030, u jappella li l-koeżjoni diġitali tiġi integrata bħala dimensjoni komplementari għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-politiki tal-UE;

25.

jiddeplora n-nuqqas ta’ indikaturi rilevanti fil-livell lokali u reġjonali biex jiġu mmonitorjati l-miri tad-Deċennju Diġitali 2030; ifittex, għalhekk, li jiżviluppa indikaturi bħal dawn;

26.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li tadotta Att Ewropew dwar iċ-Ċipep li jirrifletti dwar id-dipendenza għolja tal-UE mill-provvisti min-naħa ta’ pajjiżi terzi ta’ teknoloġiji tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku;

27.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva legali mħabbra għal Strument għas-Suq Uniku f’Emerġenza. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jkun rifless fil-proposta tagħha, speċjalment fir-rigward tat-trattament tat-tfixkil tas-Suq Uniku f’territorji li jiddependu minn ktajjen ta’ provvista u skambji transfruntiera b’saħħithom;

28.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li teżamina mill-ġdid il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE. Jenfasizza li kwalunkwe reviżjoni potenzjali tad-definizzjoni tas-suq għandha tikkunsidra bir-reqqa sa liema punt din se taffettwa l-bilanċ ekonomiku bejn ir-reġjuni differenti tal-UE, kif ukoll l-SMEs u l-konsumaturi;

29.

jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni ma jipprevedix azzjonijiet li jindirizzaw it-tibdil fundamentali li l-Patt Ekoloġiku, id-diġitalizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni se jġibu lill-industrija Ewropea. Jirrakkomanda, għalhekk, li l-Kummissjoni torbot il-politika industrijali futura tagħha aktar mill-qrib biex tibqa’ valida fil-futur u tqis it-tagħlimiet minn ekosistemi reġjonali kompetittivi, l-importanza ta’ teknoloġiji abilitanti essenzjali u l-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn il-kompetittività u l-awtonomija strateġika miftuħa;

30.

jisħaq fuq l-importanza tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini fir-regolamenti futuri tal-UE dwar l-intelliġenza artifiċjali (IA) u t-tisħiħ tar-rekwiżiti etiċi għall-użu ta’ IA ta’ riskju għoli; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-adattament tar-regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili għall-isfidi speċifiċi tal-era diġitali u tal-intelliġenza artifiċjali (4), u jistenna li dan se jirriżulta f’qafas aġġornat immirat lejn l-iżgurar tar-rimedju tal-konsumatur għad-danni kkawżati mill-applikazzjonijiet tal-IA;

31.

jimpenja ruħu li jaħdem lejn il-ħolqien ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa kompleta li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà u jappella għal rwol aktar ċar għall-Parlament Ewropew u għar-reġjuni fl-Awtorità futura tal-UE għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Eemerġenza tas-Saħħa (HERA) , kif ukoll fl-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa; jitlob b’mod espliċitu li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fl-ippjanar marbuta ma’ emerġenza ta’ kriżi tas-saħħa, u fit-twettiq tiegħu, bħala parti mill-proposta HERA, kif ukoll skont l-abbozz ta’ regolament dwar theddid transfruntier serju għas-saħħa;

32.

jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-prevenzjoni tal-kanċer; jinsab lest li jagħti pariri dwar rakkomandazzjoni futura dwar l-iskrinjar u li jkun parti mill-proċess ta’ implimentazzjoni;

33.

itenni r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-Opinjoni tiegħu dwar “Il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil”. Politika komuni dwar il-migrazzjoni bbażata fuq is-solidarjetà u l-iżgurar ta’ ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji kif meħtieġ mit-Trattati tista’ tinkiseb biss bl-involviment tal-livelli kollha ta’ governanza, inklużi l-livelli lokali u reġjonali;

34.

itenni l-ħtieġa ta’ żona Schengen li tiffunzjona mingħajr fruntieri interni; jappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fil-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE filwaqt li jiġi difiż l-istat tad-dritt u jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem;

35.

jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jappoġġjaw finanzjarjament lil dawk l-Istati Membri li jipproteġu b’suċċess il-fruntieri esterni tal-UE;

36.

jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni, kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni ewlenija aktar b’saħħithom bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jiġu indirizzati r-reati transfruntiera b’mod effettiv, u b’mod partikolari t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata;

37.

jistenna li l-Kummissjoni ssegwi t-talba tal-KtR biex ir-relazzjoni bejn ir-Renju Unit (UK) u l-UE tingħata aktar “profondità” territorjali. Il-KtR se jikkontribwixxi għall-iffaċilitar u l-iżvilupp tal-kooperazzjoni territorjali man-nazzjonijiet deċentralizzati u mal-awtoritajiet lokali u reġjonali tar-Renju Unit, inkluż lil hinn mill-qafas istituzzjonali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

38.

jappella għall-istabbiliment ta’ appoġġ sostnut u strutturat mill-Kummissjoni għall-kooperazzjoni bejn il-pari bejn l-awtoritajiet lokali fil-Balkani tal-Punent u l-kontropartijiet tagħhom fl-UE, b’mod partikolari permezz tal-Kumitati Konsultattivi Konġunti mal-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja u l-Grupp ta’ Ħidma tal-KtR għall-Balkani tal-Punent. Jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija mill-ġdid tal-appoġġ strateġiku tat-TAIEX lill-awtoritajiet lokali fil-Balkani tal-Punent;

39.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn kontinwu tal-Kummissjoni għas-Sħubija tal-Lvant (SL), b’mod partikolari billi tadotta l-proposta tal-KtR favur it-tnedija tal-Akkademja tas-SL għall-Amministrazzjoni Pubblika;

40.

itenni li fis-sħubija mġedda mal-Viċinat tan-Nofsinhar, l-istituzzjonijiet kollha tal-UE għandhom iqisu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala msieħba ewlenin għall-iżvilupp sostenibbli u b’hekk tinoloq dinamika ġdida għar-riformi fil-qasam tad-deċentralizzazzjoni;

41.

jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi r-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu biex jikkontribwixxu għall-paċi u l-prosperità fil-pajjiżi terzi, permezz ta’ inizjattivi bħall-Inizjattiva ta’ Nikosija – eżempju konkret ta’ kooperazzjoni bejn il-pari;

42.

jappella għal pjan ċar għal impenn fit-tul u tisħiħ finanzjarju tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u l-istrumenti tiegħu kemm mil-lat tal-prevenzjoni tad-diżastri u l-preparazzjoni għalihom, kif ukoll mil-lat ta’ kapaċità ta’ reazzjoni kollettiva f’każ ta’ emerġenza. Iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tinkludi l-esperjenza reġjonali u lokali dwar il-ġestjoni tad-diżastri fin-Network tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili li ġie stabbilit dan l-aħħar;

Il-koeżjoni, il-valur fundamentali tagħna

43.

jissottolinja r-rwol kruċjali tal-politika ta’ koeżjoni u jitlob għalhekk li l-bliet u r-reġjuni jingħataw l-opportunità li jagħmlu l-aħjar użu minn Next Generation EU, sabiex jikkonsolidaw l-investimenti fit-tul u sostenibbli li jkunu qed jippjanaw fil-qafas tal-politika ta koeżjoni;

44.

jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-fażi ta’ implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza fir-“Rapport ta’ Rieżami” tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li għandu jsir sa Lulju 2022 (l-Artikolu 16 tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza). Jitlob li l-prinċipju tas-sħubija jiġi rispettat bis-sħiħ u implimentat fil-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u li l-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza jiġu approvati malajr;

45.

jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija mill-ġdid tal-Kummissjoni tal-eżerċizzju ta’ rieżami tal-governanza ekonomika, u jemmen li wasal iż-żmien li l-qafas fiskali tal-UE jerġa’ jiġi kkunsidrat sabiex jiġi evitat li l-investiment pubbliku u s-servizzi pubbliċi jerġgħu jsiru l-varjabbli tal-aġġustament;

46.

jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni ma qisitx il-possibbiltà ta’ estensjoni, għal sena addizzjonali, tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % u żieda tal-livell limitu “de minimis” fl-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus, meta wieħed iqis ir-restrizzjonijiet baġitarji li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għadhom qed jiffaċċjaw;

47.

jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni li tiġġedded is-sħubija strateġika tal-UE mar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jitqies kif imiss l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID u jiġi aġġustat l-appoġġ tal-UE;

48.

huwa mħasseb dwar l-approvazzjoni bil-mod tal-Ftehimiet ta’ Sħubija fl-Istati Membri, fir-rigward ta’’ assorbiment baxx tal-fondi strutturali disponibbli u jissuġġerixxi kollaborazzjoni mill-qrib bejn ir-reġjuni u l-istituzzjonijiet tal-UE biex titħaffef ir-rata tal-approvazzjoni, inkluża dik tal-programmi operazzjonali;

49.

jitlob lill-Kummissjoni toħloq, minbarra s-sit web eżistenti għar-relazzjonijiet mal-investituri, portal tal-web iddedikat għall-ħruġ ta’ Bonds Ewropej, li jkun fih id-data aggregata sħiħa għall-bonds u l-kontijiet ikkummerċjalizzati kollha fl-ambitu tan-NextGenerationEU u l-Bonds Ekoloġiċi tan-NextGenerationEU;

50.

jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ qafas tal-politika tal-UE li jippermetti l-istabbiliment u l-ġestjoni effiċjenti tas-servizzi pubbliċi transfruntiera; jappella wkoll għal qafas legali aktar b’saħħtu biex jiġi żgurat li tiġi appoġġjata l-kooperazzjoni bejn l-atturi reġjonali u lokali fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE, u jiġu ggarantiti standards minimi għall-kooperazzjoni transfruntiera f’każ ta’ kriżijiet biex jinżamm livell suffiċjenti ta’ servizzi pubbliċi;

51.

jesprimi dispjaċir għall-fatt li diversi miżuri fl-ambitu tal-Istrateġija Komprensiva għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti, ippjanata għall-2022, ma ġewx riflessi fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasport ikkombinat, tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar ix-xmajjar u tal-effiċjenza tat-trasport ferrovjarju internazzjonali. Jilqa’ b’sodisfazzjon, madankollu li s-“servizzi ta’ mobbiltà diġitali multimodali” ġew inklużi fil-Programm ta’ Ħidma u jenfasizza li t-trasport pubbliku kollettiv, spiss organizzat direttament mill-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, għandu jkun fil-qalba ta’ din l-inizjattiva;

52.

itenni l-ħtieġa li ssir implimentazzjoni rapida tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u tal-indikaturi “lil hinn mill-PDG” biex jitkejjel il-progress ekonomiku, soċjali u ambjentali, u b’hekk tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli tal-benesseri;

53.

jistenna bil-ħerqa r-rakkomandazzjoni dwar l-introjtu minimu, bħala pass lejn il-qerda tal-faqar fl-UE u bħala segwitu tant meħtieġ għad-Direttiva dwar il-pagi minimi adegwati;

54.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien tal-Pjattaforma Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Kondizzjoni ta’ Persuni Mingħajr Dar, bħala l-ewwel pass li jirrifletti t-talbiet tal-KtR matul is-snin għal politika aktar effiċjenti favur il-persuni mingħajr dar;

55.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis kif imiss il-ħidma reċenti tal-KtR dwar il-persuni li jindokraw u s-servizzi tal-kura fl-Istrateġija Ewropea futura tagħha dwar l-Indukrar;

56.

jistenna bil-ħerqa l-Pakkett tal-Kummissjoni dwar l-Edukazzjoni u jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati sinerġiji u koerenza mal-inizjattivi futuri biex jittejbu l-ħiliet diġitali;

57.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-programm propost Aim, Learn, Master, Achieve (ALMA) u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li r-riżorsi allokati għall-programm ikunu konformi mal-għadd sinifikanti ta’ żgħażagħ fl-UE li la għandhom impjieg u humma barra mill-edukazzjoni, impjieg u taħriġ (NEETs);

58.

jenfasizza l-ħtieġa li ż-Żona Ewropea tar-Riċerka ssir realtà billi jiġu appoġġjati l-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali permezz ta’ approċċ strateġiku u kkoordinat tal-livelli kollha tal-gvern u jistenna bil-ħerqa l-iżvilupp tal-kunċett ta’ Ċentri taż-ŻER fil-livel reġjonali flimkien mal-Kummissjoni;

59.

jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Missjonijiet b’rabta ma’ Orizzont Ewropa bħala passi kuraġġużi lejn l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà iżda jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta’ sistema effettiva ta’ governanza f’diversi livelli li tgħaqqad il-Missjonijiet mal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali u reġjonali, il-miżuri ta’ rkupru mill-COVID u l-finanzjament għall-innovazzjoni permezz tal-fondi strutturali;

60.

jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti ma tissemmiex fil-Programm ta’ Ħidma, bħala kunċett ewlieni biex tingħeleb id-dispersjoni ta’ programmi u politiki differenti għall-promozzjoni tal-innovazzjoni;

61.

jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-proposta tiegħu għal Strateġija Ewropea ġdida għat-Turiżmu 2030/2050 ma tissemmiex fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2022; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta viżjoni ambizzjuża ġdida għat-turiżmu sostenibbli, li tqis kemm l-impatt tal-COVID-19 kif ukoll tal-irkupru ekoloġiku u diġitali;

62.

jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jibgħat din ir-Riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Presidenza Slovena, Franċiża u Ċeka tal-Kunsill tal-UE u lill-President tal-Kunsill Ewropew.

Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  COR-2020-01392-00-00-RES-TRA

(2)  COR-2021-02507-00-00-RES-TRA

(3)  COR-2021-03857-00-00-RES-TRA

(4)  https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12979-Civil-liability-adapting-liability-rules-to-the-digital-age-and-artificial-intelligence/public-consultation_mt


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 97/7


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-proposta għal Sena Ewropea taż-Żgħażagħ

Imressaq mill-Gruppi Politiċi tal-PPE, il-PSE, ir-Renew Europe, il-KRE, l-AE u l-Ħodor

(2022/C 97/02)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 (1),

1.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li s-sena 2022 tiġi nominata bħala s-“Sena Ewropea taż-Żgħażagħ”, u jappoġġja l-objettivi ġenerali tal-proposta, li għandhom l-għan li jħeġġu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika u ċivika u jappoġġjaw l-iżvilupp tat-talent u l-iżvilupp personali, soċjali u professjonali taż-żgħażagħ f’Unjoni aktar ekoloġika, aktar diġitali u aktar inklużiva;

2.

jenfasizza li s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 għandha tkun opportunità biex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika bl-għan li tissaħħaħ kemm id-demokrazija parteċipattiva kif ukoll dik rappreżentattiva, mhux biss billi jiġu informati dwar il-politiki li jikkonċernawhom, imma anke billi jiġu involuti fit-tfassil, it-tmexxija u l-implimentazzjoni tagħhom;

3.

jenfasizza, għal dan l-għan, il-ħtieġa li ż-żgħażagħ jiġu involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livelli tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż għal politiki relatati mat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, fejn jinħassu diverġenzi ġenerazzjonali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-saqaf tal-ħġieġ għall-parteċipazzjoni sostantiva fil-ħajja politika li jesperjenzaw iż-żgħażagħ; jenfasizza, f’dan il-kuntest, ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fid-demokrazija lokali jew permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet lokali taż-żgħażagħ, il-kunsilli taż-żgħażagħ u l-parlamenti taż-żgħażagħ;

4.

jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq l-importanza tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa bħala mezz biex jitrawmu l-identità u ċ-ċittadinanza Ewropej bbażati fuq valuri komuni u jitnaqqas id-defiċit demokratiku fl-UE; jistieden lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-UE u lill-Kummissjoni Ewropea jiżguraw li l-kontribut ipprovdut miż-żgħażagħ permezz ta’ mezzi differenti, bħall-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ (EYE2021), jitqies bis-sħiħ;

5.

iqis li, sabiex jiġi żgurat legat fit-tul tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ u b’rikonoxximent tan-natura transsettorjali tal-politika dwar iż-żgħażagħ, objettiv addizzjonali tas-Sena għandu jkun li tiġi integrata perspettiva taż-żgħażagħ fl-oqsma kollha ta’ politika tal-UE fil-livelli tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali;

6.

jinsab lest li jkompli jsaħħaħ il-Programm Politiċi Eletti Żgħażagħ fil-ħidma tiegħu stess, u li jaqsam l-aħjar eżempji ta’ dan il-programm ma’ partijiet ikkonċernati oħra; jirrimarka, f’dan ir-rigward, li d-djalogi lokali tal-KtR huma għodda effettiva biex tissaħħaħ il-komunikazzjoni miftuħa u bidirezzjonali maċ-ċittadini, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, dwar l-aġenda politika tal-UE, u jitressqu l-fehmiet tagħhom quddiem dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE;

7.

jilqa’ l-importanza mogħtija lill-inklużività u jirrikonoxxi li l-objettivi tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ jistgħu jiġu ssodisfati biss billi jitqiesu l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ kollha, fid-diversità tagħhom u bl-għan li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs. Dan jinkludi ż-żgħażagħ minn reġjuni rurali, periferali u inqas żviluppati, kif ukoll gruppi soċjalment diversi jew vulnerabbli, kemm jekk abbażi tal-isfond soċjoekonomiku, il-ġeneru, ir-razza, ir-reliġjon, l-orjentazzjoni sesswali, l-oriġini jew id-diżabilità;

8.

jemmen li s-Sena ma għandhiex tkun limitata għaż-żgħażagħ mis-27 Stat Membru tal-UE, iżda għandha tinvolvi wkoll migranti żgħażagħ u żgħażagħ mill-pajjiżi tat-tkabbir;

9.

iqis li s-Sena Ewropea għandha tipprovdi momentum biex tissaħħaħ is-solidarjetà interġenerazzjonali għal koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali akbar, u għal soċjetajiet aktar inklużivi; jenfasizza, għal dan l-għan, il-bidliet demografiċi dejjem akbar b’diverġenzi territorjali kbar minħabba, fost affarijiet oħra, l-eżodu ta’ mħuħ u l-kisba ta’ mħuħ. Is-Sena Ewropea għandha tindirizza l-impatt sinifikanti ħafna ta’ dawn il-bidliet fuq iż-żgħażagħ fir-rigward tas-solidarjetà interġenerazzjonali u l-ħajja tax-xogħol, kif ukoll id-distakk bejn iż-żoni urbani u dawk rurali;

10.

jindika li għaż-żgħażagħ, il-kriżi tal-COVID-19 ikkawżat ostakli konsiderevoli fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa mentali u l-introjtu finanzjarju; jappella sabiex is-Sena ssaħħaħ l-isforzi biex jiġu indirizzati l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji għaż-żgħażagħ, inklużi l-internships mhux imħallsa, kif ukoll l-aċċess għall-akkomodazzjoni, u biex jinħolqu impjiegi ġodda u deċenti għalihom, filwaqt li tiġi indirizzata l-kwistjoni kruċjali ta’ ħiliet li jibqgħu validi fil-futur;

11.

jenfasizza l-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll partijiet ikkonċernati oħra, inklużi s-settur privat u l-korpi tat-tielet settur, fit-twettiq ta’ miżuri biex tiġi żgurata l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol; jemmen li s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom iqabblu aħjar il-kompetenzi taż-żgħażagħ mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, u b’hekk jagħmluha aktar faċli għaż-żgħażagħ biex jiksbu l-ħiliet u r-riżorsi meħtieġa sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom u jiġu involuti f’dan il-proċess; jenfasizza l-ħtieġa li dan jiġi żgurat b’mod partikolari għaż-żoni transfruntiera;

12.

jappella sabiex tingħata attenzjoni partikolari lill-intraprenditorija taż-żgħażagħ billi jiġu appoġġjati l-intraprendituri żgħażagħ, inkluż permezz ta’ aċċess iffaċilitat għall-finanzjament, b’enfasi partikolari fuq l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju u n-negozji ġodda, peress li dawn spiss jiffaċċjaw diffikultajiet f’dan ir-rigward, kif ukoll aċċess għal taħriġ; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza ta’ edukazzjoni minn età bikrija dwar l-intraprenditorija, l-innovazzjoni, il-ħsieb kritiku, it-teħid tad-deċiżjonijiet, it-tolleranza għall-inċertezza, it-tmexxija, il-kollaborazzjoni, u l-aċċettazzjoni tas-suċċess u l-falliment, fost valuri u ħiliet oħrajn;

13.

jistenna li s-Sena Ewropea ssir stadju importanti biex tintlaħaq il-mira stabbilita fil-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li sal-2030 l-għadd ta’ tfal f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali jitnaqqas b’ħames miljuni, u tingħata spinta lill-implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal, li permezz tagħha l-Istati Membri jiggarantixxu aċċess effettiv u mingħajr ħlas għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, għall-edukazzjoni u l-attivitajiet ibbażati fl-iskola, għal mill-inqas ikla waħda tajba għas-saħħa kull ġurnata tal-iskola u għall-kura tas-saħħa, kif ukoll għal nutrizzjoni tajba għas-saħħa u akkomodazzjoni adegwata;

14.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza assoluta tal-investiment Ewropew fl-edukazzjoni u l-kultura kif ukoll fl-edukazzjoni ċivika u l-litteriżmu fil-media: dan tal-aħħar huwa kruċjali biex tissaħħaħ il-pożizzjoni taż-żgħażagħ sabiex jixtarru b’mod sikur l-informazzjoni pprovduta fuq il-media soċjali, u mhux biss, u biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni. Bl-istess mod, hemm il-ħtieġa wkoll li fil-livell Ewropew isir investiment fir-riċerka xjentifika li ssir miż-żgħażagħ;

15.

jafferma mill-ġdid ir-rieda tiegħu — bħala segwitu għas-Sena Ewropea tal-Ferroviji — li jaħdem mal-Kummissjoni Ewropea sabiex tiġi żviluppata aktar l-inizjattiva DiscoverEU u li din issir aktar inklużiva mill-aspett ġeografiku, li jappoġġja skemi reġjonali ispirati minn DiscoverEU, u li jorbot dan ma’ avvenimenti u opportunitajiet kulturali offruti fil-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa;

16.

jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li twettaq studji u riċerka dwar is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fl-UE; jisħaq li dawn l-isforzi għandhom jindirizzaw in-nuqqas ta’ data disponibbli dwar iż-żgħażagħ fil-livell lokali u reġjonali, li hija sfida importanti għall-kapaċità tal-awtoritajiet reġjonali u lokali li jfasslu u jimplimentaw b’mod adegwat politiki taż-żgħażagħ effettivi mfassla apposta u bbażati fuq il-post;

17.

jilqa’ l-proposta li jiġu stabbiliti laqgħat ta’ koordinaturi nazzjonali maħtura mill-Istati Membri biex jorganizzaw it-tmexxija tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, u jipproponi li l-KtR jiġi inkluż, bħala osservatur, fil-laqgħat tal-koordinaturi nazzjonali;

18.

jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet imħejjija mill-Politiċi Eletti Żgħażagħ tal-KtR dwar is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tqishom kemm jista’ jkun fil-fażijiet tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-inizjattivi tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ;

19.

jirrikonoxxi li l-premju tal-Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ huwa inizjattiva li ssaħħaħ il-pożizzjoni taż-żgħażagħ, filwaqt li tirrikonoxxi bis-sħiħ ir-rwol tagħhom, u tqajjem kuxjenza dwar il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom fil-livell Ewropew u lokali; iqis, għalhekk, li għandhom jinstabu komplementarjetajiet bejn il-Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ u s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ biex jissaħħu l-effettività u s-sensibilizzazzjoni reċiproċi tagħhom;

20.

jisħaq li l-allokazzjoni tal-baġit tal-Kummissjoni Ewropea għas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 għandu jinkludi impenn sostanzjali mill-programmi tal-UE barra mill-Erasmus+ u mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, mingħajr ma jiġi kompromess it-twettiq ta’ proġetti eżistenti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom aċċess għal opportunitajiet ta’ finanzjament għal proġetti li għandhom l-għan li jappoġġjaw inizjattivi lokali taż-żgħażagħ matul l-2022 u lil hinn minnha;

21.

iħeġġeġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jilħqu malajr ftehim dwar is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, biex jippermettu l-bidu tat-tnedija tal-attivitajiet f’Jannar 2022;

22.

jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jibgħat din ir-Riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Presidenza Slovena, Franċiża u Ċeka tal-Kunsill tal-UE u lill-President tal-Kunsill Ewropew.

Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  COM(2021) 634 final.


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Interactio – Ibrida – Il-147 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 1.12.2021–2.12.2021

28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 97/10


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Regolamentazzjoni aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar

(2022/C 97/03)

Relatur:

Piero Mauro ZANIN (IT/PPE), President u Membru tal-Kunsill Reġjonali tal-Friuli-Venezia Giulia

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Regolazzjoni aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar

Brussell, 29.4.2021

COM(2021) 219 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Appoġġ għall-irkupru tal-UE permezz ta’ regolamentazzjoni aħjar

1.

jisħaq li s-sistema ta’ “regolamentazzjoni aħjar” tal-UE titqies mill-OECD bħala waħda mill-approċċi regolatorji l-aktar avvanzati fid-dinja, li tista’ tipproduċi leġiżlazzjoni ta’ kwalità u adatta għall-futur u li tikkorrispondi mal-isfidi ewlenin tat-trasformazzjoni ambjentali, diġitali u soċjali li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea;

2.

jaqbel li l-liġijiet tal-UE jeħtieġ joħolqu valur miżjud, iżommu l-piżijiet amministrattivi għal minimu u proporzjonati mal-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni in kwistjoni, ikunu ċari u trasparenti, u jikkonformaw mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

3.

jenfasizza li huwa fundamentali li s-sistema ta’ “regolamentazzjoni aħjar” tinkorpora d-dimensjoni tal-governanza f’diversi livelli fl-Unjoni Ewropea, peress li l-leġiżlazzjoni Ewropea hija implimentata mill-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali: l-involviment tal-livelli kollha ta’ gvern, li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE huwa prerekwiżit għal leġiżlazzjoni ta’ kwalità li tkun adattata biex jintlaħqu l-objettivi komuni. F’dan ir-rigward, jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tipprijoritizza l-kollaborazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, speċjalment dawk b’setgħat leġiżlattivi, matul iċ-ċiklu ta’ politika, abbażi ta’ metodu ta’ ħidma ta’ governanza f’diversi livelli;

4.

josserva li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, eletti demokratikament, għad għandhom influwenza limitata fuq id-definizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE li huma mitluba jimplimentaw: jeħtieġ jiġi rikonoxxut li dawn l-awtoritajiet u l-KtR, li huwa r-rappreżentant istituzzjonali tagħhom fil-livell tal-UE, għandhom rwol akbar fis-sistema ta’ governanza Ewropea;

5.

iqis bħala pożittiv l-isforzi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ ir-rwol tagħha bħala gwardjana tat-Trattati, billi tiffoka fuq infurzar aktar effettiv tar-regolamentazzjoni tal-UE, u fuq li tagħmel aktar biex tiżgura dan, u billi tappoġġja lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-muniċipalitajiet għall-implimentazzjoni effettiva u korretta tal-liġi tal-UE. Livell ogħla ta’ implimentazzjoni u implimentazzjoni aktar effettiva se javvanzaw ukoll l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar;

6.

jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi kif tinvolvi lill-parlamenti reġjonali aktar mill-qrib fil-proċess tat-tfassil tal-politika tal-UE, billi tibni fuq il-mekkaniżmu ta’ twissija bikrija previst fit-Trattati, sabiex ikunu jistgħu jagħtu kontribut pożittiv reali għall-iżvilupp tas-sussidjarjetà attiva (1);

7.

iqis li wasal iż-żmien li “ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar”, b’approċċ minn isfel għal fuq, bit-titjib u l-approssimazzjoni tal-għodod ta’ regolamentazzjoni aħjar — li ħafna minnhom diġà huma użati mir-reġjuni — sabiex dawn ikunu kompatibbli u jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u d-data disponibbli;

8.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tinvolvi aktar liċ-ċittadini fit-tiswir tal-politika Ewropea permezz ta’ konsultazzjonijiet, iżda jħeġġiġha biex għal dan il-għan tibni fuq il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-KtR li jisimgħu, jaġixxu bħala medjaturi u jittrasmettu t-tħassib taċ-ċittadini;

9.

jaqbel li l-azzjoni politika għandha tkun ibbażata fuq analiżi bir-reqqa u evidenza xjentifika, sabiex ikunu jistgħu jiġu vvalutati b’mod sistematiku l-impatt ekonomiku, soċjali, tal-ġeneru u ambjentali tagħha, fost affarijiet oħra;

10.

jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tintegra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) fit-tfassil tal-politika u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, inkluż billi ttejjeb l-analiżi u l-komunikazzjoni tal-proposti dwar l-iżvilupp sostenibbli. Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-SDGs ma għandhiex tiġi mdgħajfa minn piżijiet amministrattivi u regolatorji, u għandha tqis b’mod ugwali d-dimensjoni ekonomika, soċjali, tal-ġeneru, u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli. Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħmlu l-istess;

11.

jaqbel li l-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għandu jiġi applikat fl-oqsma kollha, f’konformità mal-istrateġija fit-tul tal-UE għall-2050 (2) u l-Aġenda 2030 (3); jappella sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fl-ippjanar u l-ġestjoni tar-riżorsi, peress li huma minn ta’ quddiem fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija, u l-politiki soċjali. Ifakkar fl-Opinjoni tal-KtR dwar Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima (4), u jirrakkomanda li jitqies il-kost tan-nuqqas ta’ azzjoni, li jista’ jkollu konsegwenzi fit-tul, sinifikanti u mhux perċepiti minnufih;

12.

jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jadottaw regoli kompatibbli li jkunu kapaċi jneħħu l-ostakli u d-diffikultajiet burokratiċi li, billi jnaqqsu r-ritmu tal-irkupru, jimminaw il-benessri taċ-ċittadini. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lir-reġjuni, b’mod partikolari dawk transfruntiera u r-reġjuni inqas żviluppati, fil-promozzjoni ta’ leġiżlazzjoni komuni, billi tibni fuq l-esperjenzi ta’ kooperazzjoni eżistenti bejn it-territorji tal-fruntiera u ż-żoni vulnerabbli, bħal dawk tar-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT);

13.

jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex ilkoll jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u dwar li “Isir inqas b’mod iktar effiċjenti” (5). Jappella sabiex dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu aġġornati, fid-dawl tat-tagħlimiet meħuda mill-pandemija, kif ukoll tal-objettivi tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, u tat-tranżizzjoni soċjali, u tal-bini ta’ ekonomiji u soċjetajiet aktar ġusti, reżiljenti u ekwi fi ħdan il-qafas ta’ Next Generation EU;

14.

jappella wkoll għal reviżjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, il-linji gwida dwar ir-regolamentazzjoni aħjar u l-istrumenti għal regolamentazzjoni aħjar, sabiex id-dimensjoni f’diversi livelli tiġi integrata fil-proċess leġiżlattiv Ewropew, kif issuġġerit mit-Task Force dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità (6). Jenfasizza l-importanza li jiżdiedu l-għarfien u l-użu ta’ għodod ta’ regolamentazzjoni aħjar fost l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, speċjalment dawk b’setgħat leġiżlattivi. Jappella sabiex isir kull sforz biex jissaħħu l-aspett lingwistiku, il-kondiviżjoni tat-terminoloġija u t-traduzzjoni korretta, li huma kruċjali sabiex jintlaħqu l-objettivi komuni ta’ regolamentazzjoni aħjar fil-livelli kollha tal-gvern;

Impenn komuni

15.

jaqbel li ma jistax ikun hemm leġiżlazzjoni ta’ kwalità mingħajr ma jitqiesu l-kisbiet tal-leġiżlazzjoni preċedenti. Jirrimarka li bosta reġjuni inkludew klawżoli ta’ evalwazzjoni fil-liġijiet tagħhom sabiex jiżguraw id-disponibbiltà tad-data dwar l-impatt tal-leġiżlazzjoni. Jirrikonoxxi li l-kondiviżjoni tad-data miġbura f’reġistru komuni ta’ kontributi hija responsabbiltà tal-istituzzjonijiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali kollha;

16.

josserva li jkun utli li jiġi stabbilit portal leġiżlattiv komuni, u jirrakkomanda li jiġu organizzati kampanji ta’ komunikazzjoni fl-Istati Membri kollha sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwaru;

17.

iqis li s-siti web tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jikkontribwixxu biex il-konsultazzjonijiet pubbliċi tal-Kummissjoni jiġu ppubbliċizzat aktar billi jxerrdu s-sejħiet għal kontributi u, fejn meħtieġ, billi jippromovu networks permanenti ta’ persuni ta’ kuntatt sabiex jinġabru s-sejħiet għal kontributi u l-inputs tal-utenti finali, li l-kontribut tagħhom huwa kruċjali għall-kisba tal-objettivi ta’ tkabbir u żvilupp;

Komunikazzjoni aħjar mal-partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali

18.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli ttejjeb il-konsultazzjonijiet u tagħmilhom aktar immirati, aktar ċari u aktar faċli għall-utent, inkluż permezz ta’ kwestjonarji aktar bilanċjati, strutturati, inqas tekniċi u faċli biex jinftiehmu. Japprova l-bidla biex il-konsultazzjonijiet pubbliċi u l-pjani direzzjonali jingħaqdu f’“sejħa għal evidenza” unika fuq il-portal Semma’ Leħnek. Jenfasizza li l-kwestjonarji jeħtieġ li jiġu tradotti simultanjament fil-lingwi kollha tal-UE sabiex tkun possibbli l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kullimkien u fil-livelli kollha;

19.

jissuġġerixxi li, minħabba l-ispeċifiċitajiet tagħhom, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu soġġetti aktar ta’ spiss għal konsultazzjonijiet immirati. jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-KtR fl-iżvilupp ta’ konsultazzjonijiet miftuħa u pjani direzzjonali għal proposti li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-livelli sottonazzjonali tal-gvern u jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali permezz tal-KtR f’kampanja ta’ informazzjoni deċentralizzata u sistematika dwar il-programmi ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni Ewropea;

20.

iqis li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tippreżenta opportunità eċċellenti għal djalogu maċ-ċittadini. ifakkar fl-Opinjoni tiegħu dwar L-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-djalogu permanenti maċ-ċittadini, u jtenni li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa għandha titqies bħala opportunità sabiex jiġi kkunsidrat mill-ġdid u rriformat il-mod kif l-UE tiffunzjona u hija pperċepita miċ-ċittadini tagħha (7). Jafferma mill-ġdid li l-KtR jeħtieġ li jkun attur ewlieni fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u li jissaħħaħ ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’mod partikolari dawk li għandhom setgħat leġiżlattivi, fil-funzjonament demokratiku tal-UE u d-dimensjoni territorjali tal-politiki Ewropej;

21.

jenfasizza l-importanza li tiġi promossa l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika tal-UE. Ifakkar f’dan ir-rigward il-proposta tiegħu li jiġi stabbilit network pan-Ewropew għad-djalogu li jkun ibbażat fuq il-parteċipazzjoni volontarja taċ-ċittadini (CitizEN), li jekk jiġi ttestjat matul il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, jista’ jintroduċi mekkaniżmu strutturali bil-għan li jiżgura informazzjoni adegwata u involviment taċ-ċittadini, u jinċentiva l-impenn politiku fit-tul tagħhom;

Aktar trasparenza

22.

jirrakkomanda li l-proċess leġiżlattiv ikun trasparenti kemm jista’ jkun, sabiex iċ-ċittadini jkollhom aċċess sħiħ għad-data disponibbli, il-kontributi, l-istudji u l-evalwazzjonijiet li jsiru għal kull proposta leġiżlattiva;

23.

iqis li l-aċċess tal-KtR għal għażla tad-dokumenti tal-laqgħat tat-trilogu, dment li jkun diġà ħareġ opinjoni jew ikun qed ifassal opinjoni dwar il-proposta inkwistjoni skont l-Artikolu 307 tat-TFUE, ikun essenzjali biex jiġi vvalutat jekk il-bidliet diskussi f’dawk il-laqgħat humiex rilevanti minn perspettiva reġjonali jew lokali u jiġġustifikawx opinjoni ġdida. Tali aċċess jippermetti lill-KtR jissodisfa r-rwol tiegħu bħala korp konsultattiv u jiżgura l-effettività jew “effett utli” tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jikkonċernaw il-KtR;

24.

jistieden lill-Kummissjoni toħloq rabta bejn il-bażijiet tad-data, ir-reġistri, l-arkivji u l-portali, inkluż il-MIDAS. Permezz ta’ inizjattivi ta’ komunikazzjoni u ta’ taħriġ, kif ukoll tal-KtR u l-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-Kummissjoni għandha tissensibilizza wkoll lill-pubbliku dwar dawn is-sorsi ta’ informazzjoni;

25.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li żżid l-isforzi biex ittejjeb il-konsultazzjoni pubblika u l-mod kif jiġi pproċessat il-feedback. Bħalissa mhuwiex ċar kif il-Kummissjoni tevalwa il-kontributi individwali, iżda dan huwa meħtieġ biex tiġi żgurata t-trasparenza demokratika f’dan il-qasam; Fi kwalunkwe każ, il-kontributi mill-amministrazzjonijiet pubbliċi reġjonali responsabbli għall-oqsma msemmija fil-konsultazzjoni għandhom jitqiesu b’mod partikolari mill-Kummissjoni meta tippreżenta l-proposti leġiżlattivi tagħha;

Strumenti ġodda għal aktar semplifikazzjoni u tnaqqis tal-piżijiet

26.

jaqbel li wasal iż-żmien li tingħata aktar attenzjoni lill-impatt tal-leġiżlazzjoni f’termini ta’ spejjeż finanzjarji u piżijiet fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali, in-nies, il-familji u n-negozji, speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, li huma s-sinsla tan-nisġa ekonomika Ewropea;

27.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, meta tapplika l-approċċ “one in, one out” li permezz tiegħu hija tipproponi li tagħmel tajjeb għall-piżijiet ġodda li jirriżultaw minn proposti leġiżlattivi bi tnaqqis ekwivalenti tal-piżijiet eżistenti fl-istess qasam, biex tiggarantixxi li l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-bidu u l-valutazzjonijiet tal-impatt jinkludu evalwazzjoni tal-impatti potenzjali differenzjati bejn it-territorji ta’ kull inizjattiva leġiżlattiva. Jistenna li l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju tippreserva l-objettivi tal-leġiżlazzjoni u l-istandards ekonomiċi, soċjali u ambjentali għoljin tal-UE. Jistenna wkoll li l-metodoloġiji użati biex jitkejlu u jitnaqqsu l-piżijiet ikunu bbażati fuq approċċ ibbażat fuq l-evidenza fir-rigward tal-kumpens għall-piżijiet amministrattivi u l-ispiża tan-nuqqas ta’ azzjoni, sabiex aktar tard ikunu jistgħu jsiru prattiki standard għal dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha u jakkumpanjaw il-proposti leġiżlattivi, matul il-proċess tal-adozzjoni tagħhom, sakemm jiġu implimentati fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

28.

jenfasizza li inizjattivi leġiżlattivi Ewropej ġodda għandhom jiġġeneraw valur miżjud tal-UE, u barra minn hekk, jemmen li huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-miżuri u l-obbligi proposti jkunu sempliċi u li jistgħu jiġu applikati b’mod effettiv u effiċjenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika maqbula. Jappella għal aktar trasparenza u responsabbiltà u għal inqas piżijiet amministrattivi fuq in-negozji, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Jenfasizza li l-UE għandha tadotta mira biex tnaqqas il-piż regolatorju ġenerali tal-UE fuq in-negozji;

29.

jenfasizza li wara l-adozzjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, għadd ta’ pajjiżi u reġjuni diġà implimentaw metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-piżijiet li l-leġiżlazzjoni toħloq fuq in-negozji. Iħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar miżuri ta’ kumpens, kif ukoll dwar strumenti, metodoloġiji u data miġbura;

30.

iqis li huwa essenzjali, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet u jiġu ssimplifikati l-proċessi, li jsir investiment fl-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali li jkunu jistgħu jimmodernizzaw is-sistemi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi billi jiġu adattati għall-ħeffa u l-ħtiġijiet tas-setturi produttivi;

31.

jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw lin-negozji, speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, fl-investimenti, inklużi t-taħriġ, it-titjib tal-ħiliet, u t-taħriġ mill-ġdid, meħtieġa biex jintlaħqu l-istandards meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Ewropea fis-settur;

32.

jirrikonoxxi li l-leġiżlazzjoni jeħtieġ li tiġi riveduta u simplifikata bil-għan li jitneħħew l-ostakli għall-implimentazzjoni, inkluż fil-livell transfruntier, u sabiex il-liġijiet isiru aktar effettivi, trasparenti u jinftiehmu mill-utenti finali, kemm miċ-ċittadini kif ukoll min-negozji. Għaldaqstant, jilqa’ l-kisbiet tal-Istħarriġ Annwali dwar il-Piżijiet tal-2020, li, f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jirrapporta dwar il-miżuri meħuda biex jitnaqqsu l-piżijiet u tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni;

33.

japprova l-objettiv tal-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT), li issa ġie msaħħaħ permezz tal-pjattaforma Fit for Future. Jilqa’ r-rwol imsaħħaħ tal-KtR fil-pjattaforma, bi tliet rappreżentanti fil-grupp governattiv, li jindirizza parzjalment it-tħassib tal-KtR dwar il-governanza u l-effettività tal-pjattaforma REFIT preċedenti, u permezz ta’ RegHub (Network ta’ Ċentri Reġjonali għar-Reviżjoni tal-Implimentazzjoni tal-Politika tal-UE). Itenni l-appoġġ tiegħu għall-pjattaforma Fit for Future u l-impenn tiegħu li jintensifika l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea. Ifakkar li l-KtR jinsab f’pożizzjoni biex jiġbor b’mod sistematiku l-kontributi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, permezz tal-membri tiegħi, in-networks u inizjattivi oħra mmirati, bħal RegHub (8);

34.

jenfasizza l-valur miżjud li RegHub jipprovdi permezz ta’ konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u l-iżvilupp ta’ bażi ta’ data Ewropea dwar l-impatt tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li RegHub jappoġġja wkoll l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE permezz ta’ tixrid ta’ informazzjoni u joħloq ambjent li jwassal għall-iskambju tal-aħjar prattiki, kif ukoll għall-valutazzjoni tal-progress u tar-riżultati. Josserva li, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u l-koerenza fis-semplifikazzjoni, jista’ jkun utli li jiġi attivat in-network ta’ RegHub għal direttivi u regolamenti li diġà kien hemm konsultazzjonijiet u reviżjonijiet dwarhom, sabiex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni tagħhom. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra appoġġ finanzjarju fit-tul għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni ta’ RegHub bħala għodda għal regolamentazzjoni aħjar;

35.

iqis li huwa essenzjali li l-parteċipazzjoni tar-reġjuni, il-provinċji u l-bliet fir-RegHub tiġi estiża kemm jista’ jkun, u jistieden ukoll lill-Istati Membri jużaw in-network biex jimplimentaw sistemi għall-ġbir ta’ data u informazzjoni fil-livell lokali;

Intejbu l-għodod tagħna

36.

iqis li waħda mit-tagħlimiet meħuda mill-pandemija hija l-ħtieġa li jinqabdu, kemm jista’ jkun minn qabel, indikazzjonijiet ta’ fenomeni futuri, filwaqt li jiġi żgurat rispons rapidu li tal-inqas jista’ jrażżan l-aktar effetti devastanti. Josserva l-importanza li dawk li jfasslu l-politika jkollhom data xjentifika komprensiva u aġġornata sabiex jifformulaw strateġiji li jirrispondu għall-isfidi. Itenni l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni mill-qrib u kontinwa mal-komunità xjentifika u tar-riċerka;

37.

jittama li l-metodoloġija għall-integrazzjoni tal-previżjoni strateġika fit-tfassil tal-politika tiġi speċifikata fis-sett ta’ għodod għal regolamentazzjoni aħjar, filwaqt li titqies il-perspettiva lokali u reġjonali. Ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-KtR jinsabu f’pożizzjoni ideali biex jikkontribwixxu għall-prospettiva strateġika;

38.

jistieden lill-Kummissjoni taċċetta l-kontributi tal-KtR għall-ħolqien ta’ portal leġiżlattiv komuni, inklużi l-Opinjonijiet, il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali, ir-rapporti ta’ RegHub, l-istudji u d-dokumentazzjoni dwar il-proposti leġislattivi u r-reviżjonijiet; jitlob ukoll li jkun jista’ jipparteċipa fit-titjib tekniku tal-portal Semma’ Leħnek sabiex jikkontribwixxi għal fehim aħjar tal-ispeċifiċitajiet lokali u jiffaċilita l-aċċess għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

39.

jittama li l-Kummissjoni Ewropea tagħmel aktar enfasi fuq l-impatt lokali u reġjonali tal-politiki billi tirrevedi l-linji Gwida għal regolamentazzjoni aħjar u taġġorna l-istrumenti għal regolamentazzjoni aħjar fir-rigward tal-għodod u l-metodoloġiji, tidentifika l-impatti b’mod ġenerali u b’mod partikolari l-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali, billi tagħmilhom flessibbli biżżejjed, sabiex ikunu jistgħu jintużaw f’kuntesti differenti u fil-livelli kollha;

40.

ifakkar li kunċetti bħall-valutazzjoni tal-impatt rurali, il-valutazzjonijiet tal-impatt urban u l-valutazzjonijiet tal-impatt transfruntier kollha huma parti mill-kunċett usa’ tal-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali, u li d-divrenzjar kunċettwali ma għandhiex tmur kontra l-objettiv ta’ tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza u fuq il-post;

41.

jilqa’ l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni Ewropea (u b’mod partikolari ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u d-DĠ Politika Reġjonali u Urbana) u l-programm REKT ESPON biex jiġu żviluppati aktar l-għodod metodoloġiċi għall-valutazzjoni tal-impatti territorjali. Jirrakkomanda li anke meta valutazzjoni tal-impatt territorjali sħiħa ma tkunx possibbli jew ma tkunx rilevanti, għandhom jitwettqu tipi oħra ta’ valutazzjonijiet tal-impatt, fl-aktar livell territorjali dettaljat permess permezz ta’ data statistika eżistenti;

42.

itenni li l-“għama territorjali” għandha effetti negattivi fuq il-kwalità tat-tfassil tal-politika. In-nuqqas ta’ data sottonazzjonali suffiċjenti f’ħafna indiċijiet u tabelli ta’ valutazzjoni importanti (bħall-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI), it-tabella ta’ valutazzjoni soċjali u l-SDGs), u n-nuqqas jew il-kwalità insuffiċjenti ta’ analiżi tat-tbassir sottonazzjonali mill-istituzzjonijiet Ewropej jista’ jkollhom effetti negattivi u dejjiema fuq l-Unjoni kollha kemm hi, fuq l-ispirtu ta’ koeżjoni bejn it-territorji u fuq il-ħajja taċ-ċittadini. Il-linji gwida u l-istrumenti għal regolamentazzjoni aħjar għandhom għalhekk jagħtu sinjali ċari u jipprovdu għodod utli biex jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali jintużaw b’mod wiesa’ matul iċ-ċiklu tal-politika, filwaqt li jiġi żgurat li tipi oħra ta’ valutazzjonijiet tal-impatt (soċjali, ekonomiċi, ambjentali jew oħrajn) jitwettqu wkoll fil-livell sottonazzjonali;

43.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti aktar, sabiex id-data u l-informazzjoni jkunu disponibbli għall-valutazzjoni tal-impatt territorjali li huma diffiċli li jiġu aċċessati fil-livell Ewropew. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tikkondividi l-għarfien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, permezz tal-KtR u RegHub, dwar kif jistgħu jużaw il-mudelli differenti żviluppati mill-ESPON biex iwettqu valutazzjoni tal-impatt territorjali. Dan se jrawwem kultura ta’ valutazzjoni u tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza u fuq il-post, inkluż matul it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni, abbażi ta’ metodu ta’ ħidma ta’ governanza f’diversi livelli;

44.

jenfasizza l-importanza li tingħata ġustifikazzjoni għal nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt ta’ proposta leġiżlattiva, speċjalment fil-każ ta’ proposti b’impatt territorjali potenzjali;

45.

jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force (9) biex is-sussidjarjetà tinftiehem b’mod attiv, peress li t-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell l-eqreb taċ-ċittadini jgħin biex tiżdied il-viżibbiltà tal-azzjonijiet u l-leġittimità demokratika tal-Unjoni. Jistieden lill-Kummissjoni tqis, meta teżamina s-sussidjarjetà, il-forom eżistenti ta’ deċentralizzazzjoni fl-UE, inkluża t-tassazzjoni, peress li dan il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq id-diviżjoni tal-kompetenzi bejn il-livelli differenti tal-gvern;

46.

jistieden lill-koleġiżlaturi u lill-Istati Membri jużaw it-tabella ta’ valutazzjoni tas-sussidjarjetà b’mod sistematiku. Iħeġġeġ lill-parlament reġjonali jużaw it-tabella biex jivverifikaw li l-proposti leġiżlattivi tal-UE jikkonformaw mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, skont il-Protokoll Nru 2 tat-TFUE;

47.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bil-għan li jilħqu l-objettivi tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, biex jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali f’kull stadju tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, kemm fil-livell Ewropew (matul il-konsultazzjonijiet u evalwazzjonijiet ex ante u ex post), kif ukoll fil-livell nazzjonali (fl-iżvilupp ta’ politiki u leġiżlazzjoni u fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ pjani u programmi, u strumenti ta’ politika li l-aktar li għandhom impatt fuq il-bliet u r-reġjuni), bil-għan li tiġi żgurata l-konsistenza. Jirrakkomanda, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force (10), li jiġu aġġornati l-modi ta’ kif l-Istati Membri jinvolvu lir-reġjuni fl-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza u fl-ilħuq tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, abbażi ta’ metodu ta’ ħidma ta’ governanza f’diversi livelli, sabiex tintlaħaq it-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, u tranżizzjoni soċjali ġusta;

48.

jilqa’ l-isforzi biex tiżdied il-kwalità tal-valutazzjonijiet permezz ta’ kontrolli indipendenti, u jilqa’ l-istabbiliment tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (11), li, minħabba n-natura permanenti tiegħu u l-kompożizzjoni l-ġdida tal-bord, bil-mandat estiż tiegħu, jindirizza parzjalment it-tħassib tal-KtR rigward l-effettività tiegħu. Itenni t-talba tiegħu għall-inklużjoni ta’ membru permanenti maħtur mill-KtR fil-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel disponibbli l-abbozzi ta’ evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt ippreżentati lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, sabiex il-kontributi tal-KtR dwar ir-regolamentazzjoni aħjar jkunu jistgħu jiġu vvalutati aħjar u mmirati b’mod aktar effettiv. Jistieden lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jqis l-użu tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ RegHub bħala għodda għall-analiżi ta’ proposti leġiżlattivi, u jindika li l-KtR huwa lest li jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju;

Ir-rwol ewlieni tal-infurzar

49.

jimpenja ruħu li jiġbor flimkien l-għodod u l-metodoloġiji kollha tiegħu għat-tiftix u l-analiżi ta’ data ġeografika f’pakkett uniku għar-regolamentazzjoni aħjar, li jinkludi l-konsultazzjonijiet ta’ RegHub, b’hekk tinħoloq rabta aħjar mal-istrumenti għal regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni u mal-għodod tas-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom aċċess għall-miżuri ta’ appoġġ previsti għat-traspożizzjoni tad-Direttivi, l-implimentazzjoni tar-Regolamenti u l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-UE;

50.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar is-Sussidjarjetà (12), jikkooperaw għat-tħejjija tal-pjani ta’ implimentazzjoni nazzjonali, li jista’ jkollhom valur miżjud meta mqabbla ma’ dawk żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea;

51.

jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost l-Istati Membri u r-reġjuni dwar il-fenomenu tar-regolamentazzjoni żejda u, jekk jitqies li huwa essenzjali li jiġu adottati aktar regoli fil-livell nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea, jirrakkomanda li dawn jiġu identifikati, permezz ta’ atti ta’ traspożizzjoni jew dokumenti relatati, f’konformità mat-termini tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13). Jirrakkomanda wkoll li tiġi evitata il-gold plating b’mod partikolari fl-implimentazzjoni ta’ programmi taħt ġestjoni kondiviża u fil-każ ta’ regoli nazzjonali tal-akkwist, biex b’hekk tkun evitata regolamentazzjoni żejda.

Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  Opinjoni tal-KtR dwar Regolazzjoni aħjar: nagħtu rendikont u nżommu l-impenn tagħna, CdR 2579/2019.

(2)  https://ec.europa.eu/clima/policies/strategies/2050_mt

(3)  https://ec.europa.eu/international-partnerships/sustainable-development-goals_mt

(4)  https://cor.europa.eu/MT/our-work/Pages/OpinionTimeline.aspx?opId=CDR-1361-2020

(5)  Rapport tat-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u dwar li “Isir inqas b’mod iktar effiċjenti”, https://ec.europa.eu/info/files/report-task-force-subsidiarity-proportionality-and-doing-less-more-efficiently_mt

(6)  Rakkomandazzjoni 8.

(7)  Opinjoni tal-KtR dwar L-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-djalogu permanenti maċ-ċittadini, https://cor.europa.eu/mt/our-work/Pages/OpinionTimeline.aspx?opId=CDR-4989-2019

(8)  Network ta’ Ċentri Reġjonali għar-Reviżjoni tal-Implimentazzjoni tal-Politika tal-UE https://cor.europa.eu/mt/engage/Pages/network-regional-hubs-implementation-assessment.aspx

(9)  Rapport tat-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u dwar li “Isir inqas b’mod iktar effiċjenti”, https://ec.europa.eu/info/files/report-task-force-subsidiarity-proportionality-and-doing-less-more-efficiently_mt

(10)  Rakkomandazzjoni 4.

(11)  Opinjoni dwar L-aġenda tal-UE dwar regolamentazzjoni aħjar, https://cor.europa.eu/mt/our-work/Pages/OpinionTimeline.aspx?opId=CDR-4129-2015

(12)  Rakkomandazzjoni 5 tar-Rapport dwar it-Task Force għas-Sussidjarjetà, għall-Proporzjonalità u dwar “Isir Inqas b’Mod Iktar Effiċjenti”.

(13)  Punt 43 tal-Ftehim.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 97/17


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer

(2022/C 97/04)

Relatur:

Birgitta SACRÉDEUS (SE/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Dalarna

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer

COM(2021) 44 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jirreferi għall-għan iddikjarat tiegħu li “jipprijoritizza s-saħħa fil-livell Ewropew u jappoġġja l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġlieda kontra l-kanċer u l-epidemiji ta’ mard fil-kooperazzjoni transfruntiera dwar is-saħħa u fl-immodernizzar tas-sistemi tas-saħħa” (1);

2.

josserva li, għalkemm ir-responsabbiltà primarja għall-politika tas-saħħa hija tal-Istati Membri, l-UE tista’ tikkomplementa u tappoġġja politiki nazzjonali u tadotta leġiżlazzjoni f’setturi speċifiċi, filwaqt li tibqa’ konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, u tqis id-diversi strutturi tas-saħħa eżistenti u l-preferenzi nazzjonali f’kull Stat Membru;

3.

josserva li, għalkemm il-politika tas-saħħa għadha preokkupazzjoni primarja tal-Istati Membri, hemm bżonn ta’ riflessjoni fil-livell tal-UE dwar il-kompetenzi fil-qasam tas-saħħa, matul id-dibattiti dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa;

4.

jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jiżguraw li l-qafas legali għall-Unjoni Ewropea tas-Saħħa futura jirrifletti r-responsabbiltà tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għas-saħħa pubblika, peress li 19 mis-27 Stat Membru għażlu li jagħtu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali r-responsabbiltà primarja għall-kura tas-saħħa; fl-istess ħin, l-istrateġiji tas-saħħa tal-Istati Membri għandhom jirriflettu l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni u jagħtu l-aqwa appoġġ lill-isforzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex itejbu l-kura tas-saħħa;

5.

josserva li l-kanċer huwa b’mod ċar theddida enormi għaċ-ċittadini u s-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-UE, peress li fl-2020, 2,7 miljun persuna ġew dijanjostikati bil-kanċer fl-UE u 1,3 miljun persuna mietu kaġun tal-kanċer (stimi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, 2020). Huwa importanti li wieħed jinnota, b’mod partikolari, it-tixjiħ mistenni tal-popolazzjoni fl-UE u, konsegwentement, iż-żieda fin-numru ta’ pazjenti li se jiġu dijanjostikati bil-kanċer peress li l-inċidenza tal-kanċer tiżdied fost l-anzjani;

6.

iwissi li, peress li fl-2020 kien hemm ferm inqas skrinjar, dijanjożi u kura tal-kanċer minħabba l-kriżi tal-COVID-19, li aggravat l-istat ta’ ħafna nies u ħolqot xogħol lura b’rabta mad-dijanjożi li kkawża akkumulazzjoni ta’ każijiet ta’ kanċer li se tieħu fit-tul, il-kriżi tal-COVID-19 tista’ tiġi sostitwita minn kriżi tal-kanċer. Skont l-istħarriġ tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kanċer, fl-2020 kien hemm 1,5 miljun pazjent bil-kanċer inqas u ma twettqux 100 miljun skrinjar tal-kanċer minħabba l-pandemija. Madwar miljun pazjent tal-kanċer ma setgħux jiġu dijanjostikati, u wieħed minn kull żewġ pazjenti bil-kanċer fl-Ewropa ma ngħatax il-kura kirurġika jew tal-kimoterapija li kellu bżonn; wieħed minn kull ħamsa għadu ma ngħatax dil-kura;

7.

jitlob li jsir dibattitu dwar kif jista’ jittejjeb l-għarfien dwar is-saħħa taċ-ċittadini tal-UE sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jeliminaw jew inaqqsu l-esponiment tagħhom għall-fatturi ta’ riskju, jieħdu deċiżjonijiet aħjar fir-rigward tal-prevenzjoni, id-dijanjożi u l-għażla tal-alternattivi tat-trattament, jikkontribwixxu għall-kura tas-saħħa tagħhom stess u jsiru aktar awtonomizzati b’tali mod li jgħixu ħajja indipendenti; fil-fehma tiegħu, huwa importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti f’dan id-dibattitu bil-għan li jittejjeb l-għarfien taċ-ċittadini tal-UE dwar is-saħħa;

Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer

8.

jappoġġja bil-qawwa l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea fil-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, li għandu l-għan li jindirizza ċ-ċiklu kollu tal-mard mill-prevenzjoni, id-detezzjoni bikrija, id-dijanjożi u t-trattament, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-popolazzjoni vulnerabbli bħall-anzjani, sal-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti u s-superstiti tal-kanċer;

9.

jenfasizza li l-Pjan dwar il-Kanċer huwa strateġija importanti biex tiġi indirizzata l-isfida taż-żieda fl-għadd ta’ każijiet ta’ kanċer u biex jiġu implimentati u proposti miżuri dwar il-prevenzjoni bil-għan li tiġi eliminata jew mitigata l-ħsara, id-detezzjoni bikrija, id-dijanjożi u t-trattament, kif ukoll il-kwalità tal-ħajja ta’ dawk affettwati u l-persuni dipendenti minnhom;

10.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer għandu l-għan li jagħmel l-aħjar użu mill-opportunitajiet għall-kondiviżjoni tad-data medika u xjentifika u d-diġitalizzazzjoni, u li l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa ppjanat se jippermetti kemm lill-pazjenti bil-kanċer kif ukoll lill-fornituri tal-kura tas-saħħa jaċċessaw u jikkondividu b’mod sikur id-data elettronika dwar is-saħħa għall-prevenzjoni u t-trattament bejn il-fruntieri fl-UE. L-Istati Membri jridu jiggarantixxu wkoll id-disponibbiltà ta’ din id-data fil-livell lokali u reġjonali;

11.

jenfasizza wkoll l-importanza tal-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ Strateġija għall-Kura Palljativa li tipprevedi kura multidixxiplinari, li tinkludi appoġġ u kura mhux biss għall-persuna kkonċernata iżda wkoll għal dawk li jindukraw jew għall-membri tal-familja li jgħixu mal-persuna kkonċernata. Fir-rigward tat-tfal dijanjostikati bil-kanċer, li l-marda tagħhom avvanzat sa punt li jista’ jikkomprometti l-kwalità tal-ħajja u l-istennija tal-għomor tagħhom, il-kura għandha tingħata minn professjonisti b’taħriġ speċifiku;

12.

jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li twaqqaf Ċentru tal-Għarfien dwar il-Kanċer biex jiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ inizjattivi xjentifiċi u teknoloġiċi relatati mal-kanċer fil-livell tal-UE, bħall-ġbir tad-data permezz tar-reġistri nazzjonali tal-kanċer, il-possibbiltà li l-pazjenti bil-kanċer jaċċessaw u jikkondividu d-data dwar is-saħħa tagħhom u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali (IA) biex titjieb il-kwalità tal-iskrinjar tal-kanċer;

13.

huwa tal-fehma li ċentru tal-għarfien huwa ta’ min ifaħħru iżda għandu jiġi estiż biex jinkludi l-koordinazzjoni ta’ terapiji inabitwali u t-trattament ta’ kanċers rari, u l-adattament tat-trattament għall-persuni akbar fl-età bil-kanċer biex ikunu integrati fi strateġija ta’ mediċina personalizzata ffukata fuq l-individwu, mhux biss fuq il-karatteristiċi tat-tumur;

14.

jenfasizza li l-prevenzjoni u d-dijanjożi bikrija tal-kanċer għandhom ikunu fil-qalba tal-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, peress li, skont id-WHO, 30-50 % tal-każijiet ta’ kanċer jistgħu jiġu evitati u l-mortalità tista’ titnaqqas ukoll permezz ta’ dijanjożi bikrija u kura mtejba għall-pazjenti bil-kanċer;

15.

jisħaq fuq l-importanza ta’ miżuri biex jiġu enfasizzati l-benefiċċji ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u jiġu indirizzati fatturi ta’ riskju ewlenin bħat-tipjip, il-konsum dannuż tal-alkoħol, l-obeżità u n-nuqqas ta’ attività fiżika, it-tniġġis, u l-esponiment għal sustanzi karċinoġeni, radjazzjoni u diversi infezzjonijiet. Il-Kumitat jappoġġja wkoll miżuri li jixħtu dawl fuq il-benefiċċji tal-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara;

16.

jitlob li l-miżuri favur sensibilizzazzjoni dwar l-esponiment għal tniġġis ambjentali u karċinoġeni jiġu kkoordinati mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE “Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: ‘Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija’” (COM(2021) 400) u mal-“Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà. Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità” (COM(2021) 667 final), għal sinerġiji biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Pjan dwar il-Kanċer;

17.

huwa tal-fehma li s-settur tan-negozju, flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jaqdi rwol importanti fil-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u t-tnaqqis tal-esponiment għat-tniġġis u għall-karċinoġeni;

18.

ifaħħar il-miżuri tal-Kummissjoni li biex trawwem “ġenerazzjoni ħielsa mit-tabakk” u, f’dan ir-rigward, jitlob għanijiet simili biex jitnaqqas il-konsum tal-alkoħol; jappoġġja l-proposta għal tikkettar obbligatorju dwar in-nutrizzjoni fuq l-oġġetti ta’ konsum kif ukoll twissijiet dwar xorb alkoħoliku;

19.

jitlob għal kooperazzjoni akbar bejn is-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali, l-iżjed fil-livell lokali u reġjonali, sabiex jiżdied l-għarfien taċ-ċittadini dwar stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u biex jingħataw informazzjoni dwar x’jistgħu jagħmlu biex inaqqsu r-riskju tal-kanċer tagħhom. Bħalissa, 3 % biss tal-baġits tas-saħħa jintefqu fuq il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard;

20.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-kampanja “HealthyLifestyle4All” (Stili ta’ Ħajja Sana għal Kulħadd) favur żieda fl-attività fiżika u dieti b’saħħithom, li tnediet fl-2021 u se tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Pjan dwar il-Kanċer, kif ukoll id-Deċennju tat-Tixjiħ b’Saħħtu tan-NU, li huwa fis-seħħ bħalissa;

21.

japprezza l-għan tal-Kummissjoni li żżid it-tilqim tas-subien u l-bniet kontra l-papillomavirus uman (HPV), permezz ta’ sforzi akbar ta’ sensibilizzazzjoni. Barra minn hekk, jipproponi li jsir obbligatorju li jingħata tilqim kontra l-HPV kemm għas-subien kif ukoll għall-bniet, peress li dan jista’ jnaqqas drastikament l-inċidenza tal-kanċer ċervikali u ċerti kanċers fil-ħalq, fil-griżmejn u fil-larinġi;

22.

jinnota li għalkemm l-iskrinjar immirat għall-kanċer tas-sider, kolorettali u ċervikali huwa ta’ min ifaħħru, għandu jiġi kkunsidrat mill-aktar fis possibbli, jekk teżisti evidenza xjentifika u jekk l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tippermetti, li jiġi estiż għal tipi oħra ta’ kanċer, bħall-kanċer tal-prostata u tal-pulmun. Huwa importanti mhux biss li l-kanċer jiġi dijanjostikat kmieni, iżda hemm bżonn ukoll ta’ infrastruttura u katina tal-kura li jiffunzjonaw tajjeb;

23.

josserva l-varjazzjonijiet kbar kemm fl-inċidenza tal-kanċer kif ukoll fil-mortalità bejn u fi ħdan l-Istati Membri, u jenfasizza li kulħadd għandu jkollu l-istess dritt għal kura, dijanjożi u trattament ta’ kwalità għolja u aċċess ugwali għall-mediċini, irrispettivament minn fejn jgħixu;

24.

jikkritika n-nuqqas ta’ data diżaggregata fil-livell reġjonali dwar l-inċidenza u l-mortalità tal-kanċer meħtieġa biex jiġu identifikati x-xejriet u/jew jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fl-iskrinjar u t-trattament tal-kanċer; jitlob lill-Kummissjoni tniedi malajr kemm jista’ jkun ir-Reġistru tal-Inugwaljanzi b’rabta mal-Kanċer li huwa ppjanat;

25.

jitlob lill-Istati Membri jeżaminaw mill-ġdid il-perkors tal-kura tal-kanċer fis-sistemi tas-saħħa rispettivi tagħhom sabiex inaqqsu l-inugwaljanzi fl-aċċess, l-irkupru tal-ispejjeż, ir-rimborż, il-kontribuzzjonijiet tal-kura tas-saħħa u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali;

26.

jiġbed l-attenzjoni għas-sistema ta’ “perkors standardizzat ta’ kura” bħala prattika tajba introdotta f’ċerti Stati Membri (eż. l-Iżvezja u d-Danimarka) biex tkun possibbli detezzjoni aktar rapida u l-bidu tat-trattament tal-kanċer;

27.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi akbar fuq ir-riċerka dwar il-kanċer, u r-rabta bejn l-istrateġija u l-missjoni ta’ riċerka dwar il-kanċer imwettqa b’rabta ma’ Orizzont Ewropa biex jiġi sfruttat il-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni u għodod ġodda, bħall-Inizjattiva Ewropea dwar l-Immaġnijiet tal-Kanċer u t-tisħiħ tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar il-Kanċer, biex jiġu salvati l-ħajjiet;

28.

josserva l-potenzjal għal mediċina personalizzata, li ma tkunx biss iffukata fuq il-karatteristiċi molekulari tat-tumur iżda wkoll fuq il-karatteristiċi tal-persuna bit-tumur, permezz ta’ avvanzi rapidi fir-riċerka u l-innovazzjoni li jippermettu dijanjostika u trattamenti innovattivi mfassla apposta u strateġiji ta’ prevenzjoni tal-kanċer li jkunu aktar adatti għall-pazjent speċifiku u t-tip ta’ kanċer;

29.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien tan-Network tal-UE ta’ Ċentri Komprensivi tal-Kanċer, li jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera u l-mobilità tal-pazjenti, itejjeb l-aċċess għal dijanjostika u trattamenti ta’ kwalità garantita, u jiffaċilita l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-provi kliniċi;

30.

jitlob lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-akkreditazzjoni għall-istandards tal-OECD ta’ mill-inqas ċentru wieħed tal-kanċer għal kull Stat Membru;

31.

jipproponi li d-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali tipprevedi rakkomandazzjonijiet għal standards dwar skrinjar, imaging u trattament tal-kanċer fi Stat Membru differenti mill-pajjiż ta’ residenza tal-persuna;

32.

jenfasizza li n-nuqqas ta’ mediċini ilu żmien twil problema fil-kura tas-saħħa li saret saħansitra aktar evidenti matul il-pandemija tal-COVID-19; josserva, b’rabta mal-iżgurar tal-aċċess għal mediċini essenzjali u l-innovazzjoni, li hemm ħtieġa qawwija għal miżuri li jistimulaw l-aċċess għall-mediċini ġeneriċi u bijosimili (2);

33.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta biex tiġi eżaminata l-possibbiltà tal-użu ta’ mediċini eżistenti f’oqsma ġodda, iżda jenfasizza f’dan il-kuntest l-importanza li tiġi żgurata biżżejjed evidenza klinika dwar l-effettività tal-mediċini u s-sikurezza tal-pazjenti, u jeħtieġ ukoll li jiġu kkunsidrati eżiti oħra partikolarment rilevanti fil-każ ta’ pazjenti akbar fl-età lil hinn mis-sopravivenza. Dan huwa importanti mhux biss għall-pazjenti iżda wkoll għas-setur tal-kura tas-saħħa u għall-fornituri tal-finanzjament biex ikunu jistgħu jagħtu l-fehma tagħhom dwar l-użu ta’ trattamenti ġodda; josserva li l-affordabbiltà tal-mediċini hija prerekwiżit għall-pazjenti biex jirċievu l-medikazzjoni meħtieġa u għal sistemi tal-kura tas-saħħa sostenibbli;

34.

jissuġġerixxi li tiġi eżaminata l-possibbiltà li tiġi estiża s-sistema komuni tal-akkwist tal-UE, bl-użu ta’ negozjati konġunti dwar il-prezzijiet u l-ħolqien ta’ riżerva strateġika għall-mediċini kontra l-kanċer, u fl-istess ħin jiġu rikonoxxuti l-ħtiġijiet differenti tal-Istati Membri, kif ukoll tar-reġjuni, u tax-xenarji soċjoekonomiċi differenti;

35.

jitlob li l-leġiżlazzjoni Ewropea tinkludi d-“dritt li persuna tkun minsija”. L-istorja medika tal-pazjenti u s-superstiti tal-kanċer m’għandhiex tiġi reġistrata mill-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni, sabiex jiġi żgurat aċċess ġust għas-servizzi finanzjarji għalihom;

36.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta għal “kard intelliġenti” (smartcard) għas-superstiti tal-kanċer, kif ukoll networks ta’ kura u monitoraġġ effiċjenti u sostenibbli għal superstiti akbar fl-età, sabiex jittejbu l-komunikazzjoni u/jew il-koordinazzjoni bejn il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-pazjenti, mhux l-inqas fir-rigward tal-esperjenzi tal-pazjenti stess;

37.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ħafna nies għadhom jesperjenzaw problemi ta’ saħħa fiżika u mentali, speċjalment it-tnaqqis fl-abbiltajiet funzjonali u konjittivi li jistgħu jesperjenzaw il-persuni akbar fl-età li għandhom kanċer, minħabba t-trattament tagħhom, anke wara li jkun għadda ħafna żmien wara d-dijanjożi tal-kanċer u t-trattament inizjali tagħhom. Għalhekk, huwa importanti li wieħed jifhem kif l-individwi jirreaġixxu għall-kura skont il-livell ta’ vulnerabbiltà tagħhom u, għaldaqstant, huwa essenzjali li jiġu żviluppati mudelli ta’ kura għall-persuni akbar fl-età li għandhom kanċer li jippromovu valutazzjoni kompresiva tas-sitwazzjoni tagħhom u l-użu ta’ għodda li tivvaluta l-kapaċitajiet intrinsiċi tagħhom. Huwa importanti wkoll li wieħed jifhem kif it-terapija taffettwa s-saħħa mentali, sabiex il-kura tas-saħħa u r-riabilitazzjoni jkunu aktar effettivi u jiġu adattati fl-oqsma kollha skont din l-informazzjoni;

38.

jenfasizza li l-appoġġ u l-kura tal-pazjenti bil-kanċer minn persuni li jindukraw b’mod informali, bħall-ġenituri u l-membri tal-familja, huma meħtieġa iżda huma wkoll sfida. Għalhekk, għandhom jiġu ppjanati miżuri ta’ appoġġ soċjali lokali biex jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-indokraturi informali;

39.

jitlob li l-inizjattivi kollha mmirati lejn il-qraba, speċjalment il-membri tal-familja, ikopru wkoll il-preokkupazzjonijiet tat-tfal u s-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċjali tal-aħwa, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

40.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-kanċer pedjatriku, u jenfasizza li għandha tiffoka wkoll fuq il-kanċer fost l-anzjani, li jirrappreżenta karatteristiċi differenti, l-istess bħall-kanċer pedjatriku. Iżda, jirrimarka li l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer jeħtieġ li jiġi kkomplementat minn inizjattivi li jippromovu l-iżvilupp ta’ reġistri ta’ segwitu ta’ kwalità garantita fl-Istati Membri tal-UE. Jeħtieġ ukoll jiġi żgurat li l-awtoritajiet regolatorji bħall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) ikollhom aċċess permanenti għad-data dwar l-effettività u l-effetti sekondarji tal-mediċini;

41.

huwa tal-fehma li l-istudju propost dwar is-superstiti adulti tal-kanċer għandu jidentifika wkoll il-kundizzjonijiet u l-ostakli għar-ritorn għall-iskola, l-edukazzjoni għolja u l-aċċess għas-suq tax-xogħol fir-rigward tas-superstiti ta’ kanċer pedjatriku. Inizjattivi li jippromovu d-dħul mill-ġdid fl-impjieg għandhom jinkludu wkoll is-superstiti tal-kanċer pedjatriku;

42.

jitlob strateġiji biex tiġi indirizzata l-isfida tal-għarfien dwar is-saħħa, l-iżjed fir-rigward tal-kanċer u l-fatturi ta’ riskju tiegħu, peress li t-tibdil demografiku se jkun wieħed mill-fatturi li jwassal għal żieda fl-inċidenza tiegħu. L-istrateġiji jistgħu jinkludu approċċi differenti bħall-ħolqien ta’ ambjent tajjeb għas-saħħa jew li wieħed ikun impjegatur attraenti, u li jinstabu soluzzjonijiet ġodda, modi ta’ kooperazzjoni, metodi u teknoloġiji tax-xogħol, u kundizzjonijiet tax-xogħol sostenibbli.

Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  ĠU C 440, 18.12.2020, p. 131.

(2)  https://webapi2016.COR.europa.eu/v1/documents/cor-2020-05525-00-00-ac-tra-mt.docx/content


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 97/21


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

(2022/C 97/05)

Relatur:

Rob JONKMAN (NL/KRE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Opsterland

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza bħala strument ambizzjuż u f’waqtu biex l-Unjoni Ewropea tkun tista’ toħroġ aktar b’saħħitha mill-kriżi tal-COVID-19 u taċċellera t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. Jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea li ħafna mill-Istati Membri għamlu biċċa xogħol tajba meta fasslu l-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza fi żmien relattivament qasir;

2.

huwa konxju li f’diversi Stati Membri l-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza huma biss parti minn pjani usa’ ta’ rkupru nazzjonali, u jindika l-ħtieġa għal aktar skambju ta’ esperjenza u approċċ komprensiv fil-livell Ewropew, sabiex tingħeleb il-kriżi u l-ekonomija tal-UE ssir aktar robusta u sostenibbli għall-futur;

3.

iwissi li s-Semestru Ewropew bħala mekkaniżmu għall-governanza tal-Fond (imsejjaħ “Faċilità”) għadu eżerċizzju minn fuq għal isfel u ċentralizzat, li mhuwiex adatt bħala għodda mfassla biex issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u reġjonali; jinnota l-importanza kruċjali li l-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jiġu implimentati b’mod xieraq, waqt li l-fondi jiġu mqassma b’mod oġġettiv u trasparenti, fi sħubija mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-imsieħba soċjali u l-NGOs, abbażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-governanza f’diversi livelli, l-approċċ integrat u minn isfel għal fuq. Aktar ma tkun b’saħħitha s-sjieda fi Stat Membru, aktar tkun kbira l-probabbiltà ta’ implimentazzjoni b’suċċess tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza;

4.

jenfasizza li, sa mill-bidu tal-pandemija, l-awtoritajiet lokali u reġjonali kienu minn ta’ quddiem fil-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tagħha, li wettqu mhux biss billi adottaw il-politiki tagħhom stess, iżda wkoll billi implimentaw u applikaw deċiżjonijiet meħuda mill-gvernijiet nazzjonali;

5.

jiġbed l-attenzjoni għat-tnaqqis fid-dħul u ż-żieda fin-nefqa minħabba l-kriżi tal-COVID-19 għal ħafna muniċipalitajiet u reġjuni. Dan ifakkar fis-sitwazzjoni li kienet prevalenti matul il-kriżi tal-kreditu (2008-2011). Il-livell ta’ investiment mill-awtoritajiet lokali u reġjonali għadu ma reġax lura għal-livell ta’ qabel din il-kriżi ekonomika u finanzjarja;

6.

ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma responsabbli għal terz tal-infiq pubbliku kollu u għal aktar minn nofs l-investiment pubbliku fl-UE (1), f’ħafna każijiet għandhom il-kompetenza, skont il-liġijiet konsistwenti tal-Istati Membri, f’ċerti oqsma ta’ politika ewlenin għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Huwa essenzjali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti direttament fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza filwaqt li jwettqu b’mod tajjeb ir-riformi u l-investimenti fil-kompetenza tagħhom, skont il-grad ta’ awtonomija ekonomika, fiskali u finanzjarja mogħtija skont il-qafas legali nazzjonali u l-prinċipju tas-sussidjarjetà;

L-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza

7.

jinnota li, kif jidher minn studji mwettqa mill-KtR, mill-EPC, mill-Konrad Adenauer Stiftung u mis-CPMR (2), l-awtoritajiet lokali u reġjonali ma ġewx involuti biżżejjed fil-proċess ta’ tħejjija tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza u li l-punt sa fejn il-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali ġie inkorporat fil-pjani fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ma jistax jiġi determinat;

8.

jikkonkludi li, b’riżultat ta’ dan, il-livell ta’ involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza huwa varjabbli ħafna u li, għalkemm l-awtoritajiet lokali u reġjonali jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom f’diversi Stati Membri ġew ikkonsultati uffiċjalment fil-fażi tal-abbozzi ta’ pjani, mhuwiex ċar kif saret il-konsultazzjoni fil-prattika u kif il-kontribut deċentralizzat ġie kkunsidrat fil-pjani;

9.

jiddispjaċih ukoll li t-tfassil tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza kien proċess minn fuq għal isfel fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, li jinvolvi riskju ta’ ċentralizzazzjoni ta’ investiment pubbliku sinifikanti u jikkomprometti s-suċċess aħħari tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Dan imur kontra l-importanza mogħtija lill-governanza f’diversi livelli, il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u l-proċess ta’ deċentralizzazzjoni tal-kompetenzi li seħħ f’ħafna Stati Membri f’dawn l-aħħar deċennji, b’mod partikolari fir-rigward tal-programmi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE);

10.

jirrimarka li l-mod li bih tfasslu l-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza u kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali ġew involuti ma jħeġġiġx is-sjieda tal-pjani ta’ rkupru. It-tagħlimiet meħuda mill-passat fil-kuntest tas-Semestru Ewropew juru li ma ġewx indirizzati ħafna rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, minħabba nuqqas ta’ approċċ u sjieda ċari; jirrimarka li dan huwa dovut ukoll għan-nuqqas ta’ rikonoxximent tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew;

11.

huwa diżappuntat li, b’mod ġenerali, ma ngħata l-ebda segwitu pożittiv għall-Opinjoni tiegħu li fiha appella biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti direttament bħala tali, kif ukoll bħala awtoritajiet sottonazzjonali, fit-tħejjija tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (3). Il-KtR jiddispjaċih li t-talba li saret fil-premessa 34 tar-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li tenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjani ta’ rkupru, tqieset biss parzjalment. Il-proċessi ta’ tħejjija tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza jixħtu dubju dwar il-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

12.

ifakkar fil-każ speċifiku tar-reġjuni ultraperiferiċi, li l-ħtieġa tagħhom għal attenzjoni partikolari fis-Semestru Ewropew ġiet rikonoxxuta mill-Kummissjoni Ewropea;

13.

ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-livell ta’ gvern l-eqreb taċ-ċittadini u n-negozji, u b’hekk il-livell l-aktar konxju tal-ħtiġijiet, il-problemi u l-ambizzjonijiet tagħhom. Fl-aħħar mill-aħħar, huma responsabbli biex jimplimentaw il-biċċa l-kbira tal-istrateġiji nazzjonali fil-livell lokali, li normalment jiġu fformulati b’approċċ minn fuq għal isfel, u għalhekk, ma jirriflettux il-ħtiġijiet lokali. Barra minn hekk, huma l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jipprovdu l-biċċa l-kbira tas-servizzi pubbliċi liċ-ċittadini u lin-negozji u li jinvestu f’oqsma ta’ politika koperti mill-pjani ta’ rkupru. L-irkupru ekonomiku u soċjali, kif ukoll it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, u b’mod partikolari d-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, jistgħu jirnexxu biss jekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti direttament fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Mingħajr l-involviment strutturali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, ser jitħalla barra l-livell politiku l-eqreb taċ-ċittadini u minħabba f’hekk mhux ser ikunu jistgħu jinkisbu l-istadji importanti u l-objettivi stabbiliti; għaldaqstant, huwa rakkomandat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, jew l-assoċjazzjonijiet nazzjonali li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, jiġu involuti fil-kummissjonijiet tal-ippjanar, u jkunu parti min-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea;

14.

jikkonkludi wkoll li l-biċċa l-kbira tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza ma fihom l-ebda referenza għall-kontributi biex jinkisbu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), filwaqt li l-Unjoni Ewropea diġà stabbilixxiet li l-politiki tagħha għandhom jikkontribwixxu għalihom b’mod ġenerali. Għalhekk huwa ssuġġerit li l-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi indikaturi ċari li jeħtieġ li jiġu segwiti mill-Istati Membri;

15.

jenfasizza li l-Istati Membri u l-UE jeħtiġilhom japplikaw b’mod strett u jirrispettaw il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” fir-rigward tal-investimenti u r-riformi kollha, b’mod partikolari l-investimenti sostenibbli li jikkontribwixxu għall-miri tal-klima u l-bijodiversità; jinsisti li l-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura li s-sistema ta’ rappurtar tkun fis-seħħ u li d-dimensjoni territorjali u l-għarfien espert tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jitqiesu fil-valutazzjoni peress li l-evalwazzjoni ta’ kull miżura sseħħ fil-livell nazzjonali;

L-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza

16.

jenfasizza, fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, li l-implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza fil-livell lokali u reġjonali hija ta’ importanza kbira u jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinvolvu b’mod attiv u strutturali lill-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan il-proċess, u biex tippreżenta gwida f’dan ir-rigward;

17.

jirrimarka f’dan ir-rigward li r-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali mhuwiex limitat għall-implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, iżda jikkonċerna wkoll l-ippjanar u l-evalwazzjoni sussegwenti tagħhom;

18.

jistieden lill-assoċjazzjonijiet Ewropej bħas-CEMR, il-Eurocities u s-CPMR (4) biex ikomplu jinfurmaw, flimkien mal-KtR, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom dwar il-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza (u l-implimentazzjoni tagħhom) u r-rwol li jistgħu jaqdu f’dan ir-rigward;

19.

jistieden lill-Istati Membri jiddefinixxu, fl-arranġamenti operattivi konklużi mal-Kummissjoni Ewropea (f’konformità mal-Artikolu 20(6) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza) u fl-impenji legali individwali li jikkonċernaw il-kontribuzzjoni finanzjarja (f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament), ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni kif ukoll fl-ippjanar u l-evalwazzjoni sussegwenti tal-pjani ta’ rkupru, filwaqt li jitqiesu r-relazzjonijiet kostituzzjonali u d-diviżjoni tal-kompetenzi fl-Istati Membri, speċjalment fid-dawl tal-fatt li f’xi wħud minnhom l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tkun parzjalment żgurata mill-entitajiet sottonazzjonali. Fir-rapporti tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Istati Membri għandhom jinkludu taqsima dwar l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, f’konformità mal-Premessa 34 tar-Regolament dwar il-Faċilità;

20.

jinnota li t-tabella ta’ valutazzjoni biex jitkejjel il-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza u biex tiġi pprovduta informazzjoni f’dan ir-rigward għandha tkun operattiva sal-31 ta’ Diċembru 2021, kif definit fl-Artikolu 30 tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, isservi ta’ bażi għad-Djalogu dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza u għandha tikkunsidra l-interessi lokali u reġjonali; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li d-dimensjoni territorjali u r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jitqiesu b’mod adegwat fit-tabella ta’ valutazzjoni biannwali. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ monitoraġġ inklużiv u viżjoni oġġettiva tal-implimentazzjoni, il-fehim tal-objettivi milħuqa fil-livell lokali u reġjonali huwa essenzjali, mingħajr ma jkun hemm piż amministrattiv eċċessiv għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

21.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tkompli tiżgura li l-Istati Membri jibqgħu jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tat-tipi kollha ta’ reġjuni meta jimplimentaw il-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom sabiex dawn il-Pjani nazzjonali jiġu implimentati b’mod li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni territorjali;

22.

jilqa’ l-inklużjoni ta’ “Djalogi dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza” fir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-Kumitat jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-Parlament Ewropew għad-dritt tiegħu li jistieden lill-Kummissjoni kull xahrejn biex tippreżenta l-istat tal-irkupru, il-pjani tal-Istati Membri u l-progress fl-implimentazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

23.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex b’mod regolari tikkonsulta lill-Istati Membri u lir-reġjuni, u tiżgura wkoll li r-rekwiżiti u l-prinċipji kollha, b’mod partikolari l-prinċipju tas-sussidjarjetà u dak tal-governanza f’diversi livelli, jiġu segwiti kemm jista’ jkun matul l-implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza u jkunu punt ta’ referenza fid-diskussjonijiet dwar ir-rapporti ta’ progress biannwali;

24.

jistieden lill-Parlament u lill-Kummissjoni biex, minħabba l-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, jinvolvu b’mod sistematiku lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fid-“Djalogi dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza” sabiex jiġi promoss id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet u l-korpi konsultattivi kollha tal-UE, bil-għan li tiġi ppreservata kif xieraq id-dimensjoni reġjonali u lokali;

25.

jistieden lis-27 membru u s-sostituti tal-grupp ta’ ħidma konġunt tal-Kumitati ECON u BUDG tal-Parlament Ewropew dwar il-monitoraġġ tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jaqdu r-rwol sħiħ tagħhom bħala “gwardjani” tal-implimentazzjoni tal-pjani ta’ rkupru u biex jinvolvu regolarment lill-KtR u rappreżentanti oħra tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dawn id-djalogi; jenfasizza li l-KtR jista’ juża wkoll l-għarfien espert tal-Grupp ta’ Ħidma tiegħu dwar il-Patt Ekoloġiku u tal-Pjattaforma tal-Broadband tiegħu biex jgħin fil-monitoraġġ tal-għanijiet ekoloġiċi u diġitali ewlenin;

Il-koeżjoni territorjali

26.

jilqa’ l-ankraġġ tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fil-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali permezz tal-bażi ġuridika tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-inklużjoni tal-koeżjoni bħala wieħed mill-pilastri definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament finali dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

27.

jirrakkomanda li l-Istati Membri jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-investimenti u r-riformi pubbliċi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fil-qasam tal-koeżjoni, is-sostenibbiltà u d-diġitalizzazzjoni u li għandhom jimplimentaw l-iskemi ta’ finanzjament tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza taħt tmexxija kondiviża jew diretta, fejn ikun applikabbli;

28.

jinsisti li huwa essenzjali li r-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jiġi implimentat b’rispett sħiħ tal-Artikolu 4(2) tat-TUE u tal-prinċipji tal-għoti tal-kompetenzi, ta’ oġġettività, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trattament indaqs; jenfasizza li, kif ġie miftiehem fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2020, il-baġit tal-Unjoni (inkluż in-Next Generation EU) għandu jiġi protett minn kwalunkwe tip ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitt ta’ interess bil-għan li jiġu protetti l-ġestjoni finanzjarja tajba u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

29.

jinnota, madankollu, li l-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza jindirizzaw il-koeżjoni territorjali sa ċertu punt biss. Xi pjani jipprovdu informazzjoni fil-livell lokali u reġjonali u jittrattaw kwistjonijiet soċjali, id-diġitalizzazzjoni u kwistjonijiet ambjentali minn perspettiva territorjali. L-approċċ territorjali madankollu mhuwiex sistematikament meqjus fl-oqsma kollha ta’ politika;

30.

iqis li dan in-nuqqas huwa dovut għall-approċċ minn fuq għal isfel tal-parti l-kbira tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll għan-nuqqas ta’ involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrispettaw u jimplimentaw il-prinċipju ta’ sħubija minqux fil-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar is-Sħubija fil-qafas tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej;

31.

jenfasizza li l-approċċ ċentralizzat ittraskura d-differenzi territorjali, mhux biss f’termini ta’ sfidi iżda wkoll f’termini ta’ opportunitajiet. B’riżultat ta’ dan, l-effettività u l-impatt tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza jistgħu jkunu inqas mill-objettiv mixtieq. Ir-reġjuni li diġà kienu għadhom lura f’termini ta’ żvilupp qabel it-tifqigħa tal-pandemija x’aktarx li jesperjenzaw diskrepanza saħansitra akbar f’termini ta’ impjiegi, livell edukattiv, appoġġ għan-negozju, diġitalizzazzjoni jew mobbiltà, jew oqsma ta’ politika ewlenin oħra;

32.

jinnota, barra minn hekk, li jista’ jkun hemm nuqqas ta’ sinerġiji potenzjali mal-politika ta’ koeżjoni jekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jkunux involuti biżżejjed fit-tfassil tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. L-investimenti fi pjani ta’ rkupru u l-programmi tal-FSIE jistgħu jikkoinċidu, u b’hekk joħolqu kompetizzjoni bejn dawn l-istrumenti; il-fatt li l-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza ma jeħtiġux kofinanzjament nazzjonali u huma soġġetti għal skema speċjali ta’ għajnuna mill-Istat huwa ta’ detriment għall-programmi tal-FSIE. L-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn id-diversi reġjuni u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti m’għandhomx jiġu mhedda;

33.

jinsab sorpriż bin-nuqqas ta’ koordinazzjoni ċara s’issa bejn il-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-programmi tal-FSIE, peress li dan huwa obbligu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-KtR għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tiġbed l-attenzjoni għal dan fil-ftehimiet mal-Istati Membri dwar il-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Is-sinerġija bejn il-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-programmi tal-FSIE għandha tkun ukoll is-suġġett tar-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-iskrutinju eżerċitat mill-Parlament Ewropew;

34.

jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-koordinazzjoni mal-programmi l-oħra ffinanzjati minn NextGenerationEU (eż. REACT-EU). L-effettività tal-implimentazzjoni mill-awtoritajiet lokali u reġjonali hija mxekkla mill-perjodi differenti li fihom jitwettqu l-programmi ta’ rkupru u min-nuqqas ta’ armonizzazzjoni bejn il-programmi eżistenti tal-UE u l-programmi ġodda ffinanzjati min-NextGenerationEU f’termini ta’ ambizzjonijiet għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali;

35.

jinnota, barra minn hekk, li l-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza ftit li xejn jagħmlu referenza għal programmi oħra tal-UE (eż. il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa), li jfisser li għad hemm il-ħtieġa li tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza u dawn il-programmi tal-UE;

Il-kapaċità amministrattiva

36.

jenfasizza li filwaqt li l-kapaċità amministrattiva f’ħafna Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija soġġetta għal riformi skont ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, xi Stati Membri ma jagħtux biżżejjed attenzjoni lit-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-livell lokali u reġjonali; jirrimarka li, b’mod partikolari minħabba d-diversi programmi Ewropej u l-possibbiltajiet ta’ appoġġ finanzjarju, il-kapaċità amministrattiva ta’ ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali għandha tissaħħaħ;

37.

jenfasizza li, sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni tajba tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza u livell adegwat ta’ assorbiment tal-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, fejn ikun hemm bżonn, l-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw l-istabbiliment u/jew l-estensjoni tal-kapaċitajiet amministrattivi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, f’kooperazzjoni mill-qrib magħhom, bil-għan li jsir użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi billi jiġu żviluppati u appoġġjati b’mod konġunt mekkaniżmi għall-koordinazzjoni tal-politika, il-kooperazzjoni, it-trażmissjoni tal-informazzjoni u s-sistemi ta’ taħriġ speċifiku u kontinwu;

38.

iqis għalhekk li l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku għandu jkun disponibbli b’mod aktar faċli biex jappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, speċjalment ir-reġjuni inqas avvanzati li jbatu mill-akbar nuqqas ta’ kapaċitajiet, li jwaqqafhom milli jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mill-appoġġ tal-Faċilità fl-implimentazzjoni tal-investimenti u r-riformi;

Semestru Ewropew

39.

jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala awtoritajiet sottonazzjonali, għandhom rwol importanti x’jaqdu, permezz tal-investiment, ir-riformi u l-leġiżlazzjoni, fl-implimentazzjoni tar-riformi implimentati skont il-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza abbażi tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tas-Semestru Ewropew; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex, f’kooperazzjoni mal-KtR, tippubblika u tikkondividi l-prattiki tajba u l-esperjenzi fir-rigward tal-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew;

40.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġja b’mod attiv lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li esperjenzaw problemi biex jassorbu l-fondi tal-UE fil-passat, biex jindirizzaw dawn il-problemi, bil-għan li l-implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-Unjoni Ewropea tkun ta’ suċċess;

41.

itenni, għalhekk, l-appell tiegħu li għamel f’Opinjonijiet preċedenti (5) rigward kodiċi ta’ kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Dan il-kodiċi huwa aktar urġenti u meħtieġ minn qatt qabel sabiex is-Semestru jsir aktar trasparenti, inklużiv u demokratiku, iżda wkoll aktar effettiv bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, sabiex tissaħħaħ is-sjieda fil-livell lokali u reġjonali, u b’hekk tittejjeb l-implimentazzjoni tar-riformi mixtieqa fl-Istati Membri;

42.

jikkonkludi li kodiċi ta’ kondotta għas-sħubija fis-Semestru Ewropew kien jevita l-approċċ minn fuq għal isfel għat-tħejjija tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. L-involviment dirett tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala awtoritajiet imsieħba b’mod sħiħ kien jippermetti li l-objettiv tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali jkun ankrat aħjar fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

43.

jirreferi għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sussidjarjetà (6) tat-23 ta’ Ottubru 2018 fejn, fost affarijiet oħra, jiġi rikonoxxut li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma differenti minn partijiet interessati oħra għax huma minn ta’ quddiem fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u li “f’ħafna każijiet hemm lok għall-fehmiet tal-Parlamenti nazzjonali u reġjonali u dawk tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom jiġu riflessi aħjar minn kull Stat Membru matul il-proċedura leġiżlattiva.”; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex ittejjeb l-involviment tagħha fil-futur;

44.

jikkonkludi wkoll li l-Kummissjoni, fir-rigward tad-dimensjoni territorjali tas-Semestru Ewropew, ħadet passi biex tinkludi aktar l-elementi reġjonali fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u biex tistabbilixxi rabta mal-programmi tal-FSIE; għalhekk, il-KtR iqis li huwa pass loġiku u neċessarju li jitfassal kodiċi ta’ kondotta biex jifformalizza l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew;

45.

jitlob li tal-anqas, fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, imressqa kull sena fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, l-Istati Membri jibdew/minn issa ’l quddiem jirrappurtaw dwar il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet interessati, fl-ispirtu tal-Artikolu 18(4)(q) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u jiddeskrivu fid-dettall l-impatt prattiku ta’ dawn il-konsultazzjonijiet;

46.

jemmen li għall-implimentazzjoni tajba tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza bl-involviment regolari tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, riforma bir-reqqa tas-Semestru Ewropew hija meħtieġa, mhux biss fid-dawl tat-tagħlimiet meħuda mit-tfassil tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, iżda wkoll sabiex din issir għodda reali biex jinkisbu l-għanijiet fit-tul tal-Unjoni, fil-kuntest jew tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, tat-tranżizzjoni diġitali jew tal-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli sal-2030 kif ukoll tan-newtralità klimatika sal-2050.

Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  OECD, Key Data on Local and Regional Governments in the European Union (fuljett), 2018. Disponibbli hawnhekk: https://www.oecd.org/regional/EU-Local-government-key-data.pdf

(2)  EPC u Konrad-Adenauer-Stiftung Europe: Discussion Paper: National Recovery and Resilience Plans: Empowering the green and digital transitions?, [Dokument ta’ diskussjoni: Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza: it-tisħiħ tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali?] (April 2021) (mhux disponibbli bil-Malti).

Valenza, A., Iacob, A., Amichetti, C., Celotti, P. (t33 Srl), Zillmer, S. (Spatial Foresight) u Kotrasinski, J., Regional and local authorities and the National Recovery and Resilience Plans, [L-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza], Studju tal-KtR, Ġunju 2021 (mhux disponibbli bil-Malti). https://cor.europa.eu/en/engage/studies/Documents/Regional and local authorities and the National Recovery and Resilience Plans/NRRPs_study.pdf.

CPMR, CPMR analysis on the National Recovery and Resilience Plans [L-analiżi tas-CPMR dwar il-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza], Nota teknika (Ġunju 2021), (mhux disponibbli bil-Malti).

(3)  Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Pjan ta’ rkupru għall-Ewropa li jindirizza l-pandemija tal-COVID-19: Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u Strument ta’ Appoġġ Tekniku (COR-2020-03381).

(4)  CEMR: Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej (https://www.ccre.org)

Eurocities (https://eurocities.eu)

CPMR: Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi Marittimi (https://cpmr.org)

(5)  Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Pjan ta’ rkupru għall-Ewropa li jindirizza l-pandemija tal-COVID-19: Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u Strument ta’ Appoġġ Tekniku (Ottubru 2020, COR-2020-03381)

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Is-Semestru Ewropew u l-Politika ta’ Koeżjoni: ir-riformi strutturali jiġu adattati għall-investimenti fit-tul (April 2019, COR-2018-05504)

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – It-titjib tal-governanza tas-Semestru Ewropew: Kodiċi ta’ Kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali (Mejju 2017, COR-2016-05386)

(6)  COM(2018) 703 final.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 97/26


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-eradikazzjoni tal-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar fl-Unjoni Ewropea: il-perspettiva lokali u reġjonali

(2022/C 97/06)

Relatur:

Mikko AALTONEN (FI/PSE), Membru ta’ Assemblea Lokali: Kunsill tal-Belt ta’ Tampere

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Sfond u introduzzjoni

1.

jinnota li l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar probabbilment hija l-aktar manifestazzjoni severa tal-esklużjoni soċjali fl-Ewropa. Hija problema soċjetali urġenti li teħtieġ aktar attenzjoni minn dawk li jfasslu l-politika fil-livelli rilevanti kollha inklużi l-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE;

2.

jenfasizza li l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar hija kwistjoni fl-Istati Membri kollha tal-UE. Il-firxa u n-natura tal-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar ivarjaw, iżda ebda Stat Membru ma rnexxielu jsolvi l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar;

3.

jirrimarka li l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar hija realtà dinamika li ma tikkonċernax biss lill-persuni mingħajr dar li jgħixu fit-triq. Il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar għandha tinkludi wkoll lil persuni li jgħixu f’ċentri ta’ kenn jew f’postijiet li mhumiex maħsuba għall-akkomodazzjoni, persuni li dalwaqt jitilqu minn istituzzjoni mingħajr ebda alternattiva ta’ akkomodazzjoni, kif ukoll dawk kollha li m’għandhomx biżżejjed riżorsi finanzjarji u/jew li jiddependu minn membri tal-familja jew ħbieb għal akkomodazzjoni okkażjonali. Is-sottovalutazzjoni tar-realtà kumplessa ta’ persuni mingħajr dar għall-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar li jgħixu fit-toroq iwassal biss għal interventi ta’ politika ta’ kwalità baxxa. Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn sitwazzjonijiet ta’ każijiet totali ta’ kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar u dawk fejn ikun hemm network minimu ta’ appoġġ, peress li l-azzjoni jeħtieġ li tkun imfassla għal ċirkostanzi differenti sabiex tiġi ottimizzata l-effettività tal-interventi ta’ politika;

4.

jinnota bi tħassib li l-ġentrifikazzjoni, il-kiri għal żmien qasir għat-turisti fil-bliet u l-finanzjalizzazzjoni — flimkien mal-konsegwenzi tal-kriżijiet finanzjarji u ekonomiċi globali ta’ dawn l-aħħar deċennji — wasslu għal sitwazzjoni fejn il-provvista ta’ djar affordabbli naqset b’mod konsiderevoli, speċjalment fi bliet u żoni metropolitani li qed jikbru, mingħajr ma jiġu sottovalutati l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-bliet iżgħar u ż-żoni rurali, li b’hekk qed jaggravaw il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar. Għalhekk huma meħtieġa aktar investimenti u qafas aħjar għall-investimenti f’akkomodazzjoni affordabbli bħala għodda ewlenija biex tiġi evitata l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar;

5.

jenfasizza li l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar hija problema multidimensjonali li taffettwa firxa ta’ nies f’termini ta’ gruppi differenti ta’ nies li għandhom bżonn attenzjoni (in-nisa, iż-żgħażagħ, it-tfal, l-immigranti u l-persuni li jfittxu ażil, eċċ.), li jgħixu f’kondizzjonijiet vulnerabbli u prekarji. Il-kawżi u l-fatturi li jiskattaw il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar huma multipli u jinkludu fatturi strutturali bħan-nuqqas ta’ akkomodazzjoni affordabbli, il-qgħad, id-diskrepanzi fil-kopertura mis-sistema tal-protezzjoni soċjali, id-diskriminazzjoni u n-nuqqasijiet fil-politiki tal-migrazzjoni, kif ukoll fatturi personali bħal saħħa mentali batuta, vizzji u problemi ta’ relazzjonijiet personali. Kwalunkwe politika effettiva trid tindirizza n-natura multidimensjonali tal-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar;

6.

jinnota li, skont l-istimi tal-NGO Ewropea FEANTSA, fl-2019, kien hemm minn tal-inqas 700 000 persuna li jorqdu fit-triq jew f’ċentri ta’ kenn fi kwalunkwe lejl, dan jirrappreżenta żieda ta’ 70 % f’10 snin. Il-Kumitat jinsab mħasseb ħafna dwar l-għadd li qed jikber b’rata mgħaġġla tal-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar fl-UE f’dawn l-aħħar żminijiet;

7.

jirrimarka li l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar hija ksur tad-drittijiet tal-bniedem, bħad-dritt għal akkomodazzjoni kif minqux fil-Karta Soċjali Ewropea riveduta tal-Kunsill tal-Ewropa. Il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar tista’ tkun ukoll ksur ta’ diversi drittijiet ċivili u politiċi, bħad-dritt għall-protezzjoni kontra trattament inuman jew degradanti u d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, u f’xi każijiet anke d-dritt għall-ħajja;

8.

jilqa’ l-fatt li l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar b’mod gradwali qed issir prijorità tal-politika soċjali fl-Ewropa — u fil-livell internazzjonali. Diversi organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-NU u l-OECD kif ukoll l-istituzzjonijiet tal-UE dan l-aħħar ħadmu fuq il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar Il-Kumitat jilqa’ din l-attenzjoni internazzjonali u jittama li din se tgħin lill-Istati Membri tal-UE jkomplu jtejbu l-mod kif jindirizzaw il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar;

9.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-pandemija tal-COVID-19 uriet li l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar għandha dimensjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-saħħa pubblika. B’mod partikolari, persuni mingħajr dar li jinsabu f’ċentri ta’ kenn, huma aktar suxxettibbli li jiġu infettati, li jiddaħħlu l-isptar u li jmutu wara infezzjoni minħabba l-kondizzjonijiet tal-għajxien u l-kondizzjonijiet mediċi sottostanti tagħhom;

10.

jemmen li l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar tista’ tiġi solvuta jekk l-aħjar taħlita ta’ politiki ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ koordinazzjoni tiġi implimentata b’mod sostnut u sistemiku. Din it-taħlita ta’ politiki għandha tinvolvi kooperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi soċjali u s-servizzi tal-akkomodazzjoni, flimkien mas-sistema ġudizzjarja, u soluzzjonijiet ibbażati fuq l-akkomodazzjoni, bħall-approċċ ta’ “l-akkomodazzjoni l-ewwel” (Housing First). Dawn is-soluzzjonijiet ibbażati fuq l-akkomodazzjoni, li għandhom l-għan li jindirizzaw il-privazzjoni ta’ akkomodazzjoni, u jippromovu l-inklużjoni soċjali ta’ individwi u familji b’diffikultajiet soċjoekonomiċi, jistgħu jiġu ottimizzati permezz ta’ forom innovattivi ta’ akkomodazzjoni, u ffinanzjati permezz ta’ investimenti pubbliċi-privati u tat-tielet settur. Hemm biżżejjed evidenza biex jiġi konkluż li l-ġestjoni tal-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar li hija bbażata biss fuq sistema ta’ ċentri ta’ kenn hija ineffiċjenti, ineffettiva u għalja;

11.

jaqbel mal-fehma li soluzzjonijiet iffukati fuq l-akkomodazzjoni għandhom jitqiesu bħala dritt, aktar milli soġġetti għal rispons ta’ mġiba u/jew kisbiet (1). Fl-istess ħin, l-iżgurar ta’ akkomodazzjoni għandu jkun parti minn approċċ komprensiv li jiżgura l-għoti ta’ servizzi ta’ appoġġ strutturali kif ukoll personalizzati li jassistu lin-nies biex ma jibqgħux mingħajr dar, u li jindirizzaw b’mod effettiv il-kawżi ewlenin tal-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar fuq bażi individwali. Kooperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi soċjali u tas-saħħa hija kruċjali, speċjalment fil-kuntest tal-pandemija. Il-Kumitat jenfasizza l-importanza li ssir enfasi wkoll fuq il-prevenzjoni, billi jiġu introdotti miżuri speċifiċi li jgħinu lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli u li jinsabu f’riskju li jispiċċaw bla dar;

12.

jargumenta li statistika aġġornata dwar il-profil u n-natura tal-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar hija essenzjali għat-tfassil tajjeb tal-politika u l-provvista ta’ servizzi. Il-Kumitat jinnota b’dispjaċir li m’hemm l-ebda data uffiċjali tal-UE dwar il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, u jitlob li tittieħed azzjoni urġenti biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata;

13.

jissuġġerixxi li, fin-nuqqas ta’ definizzjoni Ewropea tal-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jużaw bħala definizzjoni qafas il-klassifikazzjoni ETHOS, li tkopri l-kondizzjoni ta’ persuni li jorqdu barra, il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, l-għajxien f’akkomodazzjoni prekarji, u l-għajxien f’akkomodazzjoni inadegwata. Dan jiffaċilita l-kooperazzjoni Ewropea;

14.

ifakkar fit-talba tiegħu biex tingħata attenzjoni speċjali wkoll lill-problema tal-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar fost iż-żgħażagħ LGBTIQ, biex titqajjem kuxjenza u jiġu promossi ċentri ta’ kura u postijiet ta’ kenn għaż-żgħażagħ fil-komunitajiet lokali (2);

15.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma atturi ewlenin fil-ġlieda kontra l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, iżda ħafna drabi ma jkollhomx lievi ta’ politika ewlenin u l-appoġġ finanzjarju sabiex ikunu effettivi. Għalhekk, il-politiki dwar il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar għandhom jinvolvu l-livelli rilevanti kollha ta’ gvern;

16.

jirrimarka li l-approċċ sostnut u sistemiku ta’ “l-akkomodazzjoni l-ewwel” jista’ jkun il-bażi biex tiġi indirizzata b’suċċess il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, kif kien il-każ f’xi Stati Membri tal-UE bħall-Finlandja;

17.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Pjattaforma Ewropea għall-ġlieda kontra l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, li tnediet mill-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza Portugiża tal-UE f’Ġunju 2021. Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ l-inklużjoni tal-Pjattaforma fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, għalkemm “jesprimi dispjaċir f’dan ir-rigward li l-Pjan ta’ Azzjoni ma jistabbilixxi l-ebda mira kwantitattiva għall-ġlieda kontra l-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar” (3);

18.

japprova wkoll is-sejħa tal-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern biex il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar tiġi indirizzata bħala prijorità tal-politika soċjali tal-UE fl-isforzi kollha biex tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali u jiġi indirizzat il-faqar, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni ta’ Porto ta’ Mejju 2021;

Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

19.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea jkollha rwol attiv fil-koordinazzjoni tal-Pjattaforma u biex talloka biżżejjed riżorsi tal-UE biex tiżgura governanza effettiva u impatt ta’ politika viżibbli. Il-Kumitat jistenna bil-ħerqa l-involviment attiv tal-Istati Membri, permezz tal-livelli kollha ta’ gvern tagħhom, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, fil-Pjattaforma, kif ukoll l-isforzi tagħhom biex itemmu l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar sal-2030, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni ta’ Lisbona dwar il-Pjattaforma Ewropea għall-ġlieda kontra l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, u f’konformità mal-Aġenda 2030 tan-NU dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Ta’ min jinnota li l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar timmina l-kisba ta’ diversi Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, jiġifieri l-Għanijiet 1, 2, 3, 6, 8, 10 u 11, li jappellaw għal politiki trasversali biex din il-kondizzjoni tiġi indirizzata b’mod effettiv;

20.

huwa impenjat li jaqdi rwol attiv fil-Pjattaforma, anke bħala membru tal-Bord ta’ Tmexxija, sabiex ileħħen l-isfidi li jiffaċċjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġlieda kontra l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar. Għal dan il-għan iħeġġeġ lill-Pjattaforma sabiex tirrikonoxxi bis-sħiħ ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tiffaċilita l-involviment sħiħ tagħhom f’dan l-isforz;

21.

jissuġġerixxi li l-Pjattaforma tqis l-interessi u t-tħassib tal-popolazzjoni mingħajr dar fil-ħidma politika futura tagħha, u li l-attivitajiet relatati mal-Pjattaforma jiġu integrati fil-programmi ta’ ħidma tal-kummissjonijiet rilevanti bħas-SEDEC. Il-Kumitat jista’ jorganizza b’mod regolari konferenza Ewropea dwar dawk il-politiki lokali u reġjonali dwar il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tiegħu;

22.

jissuġġerixxi li FEANTSA tingħata rwol importanti fil-koordinazzjoni u/jew il-ġestjoni tal-Pjattaforma peress li hija l-uniku ċentru Ewropew ta’ għarfien u prattika transnazzjonali fl-Ewropa u l-għarfien espert tagħha huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ u diġà tintuża fl-iżvilupp tal-politika dwar il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri. L-għarfien espert ta’ FEANTSA se jkun kruċjali biex il-Pjattaforma tinbidel minn idea għal realtà;

23.

iqis li hemm erba’ linji ta’ azzjoni importanti għall-Pjattaforma: il-faċilitazzjoni ta’ skambji transnazzjonali u t-tagħlim reċiproku; il-promozzjoni tal-aċċess għall-finanzjament u l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE; il-ġbir ta’ data u l-monitoraġġ tal-progress tal-politika; u l-identifikazzjoni u l-għajnuna biex jiżdiedu l-innovazzjonijiet promettenti, bħall-“akkomodazzjoni l-ewwel”;

24.

jissuġġerixxi li “l-akkomodazzjoni l-ewwel” issir tema ta’ prijorità tal-Pjattaforma, minħabba l-interess li qed jikber b’rata mgħaġġla fost id-diversi partijiet interessati bħall-gvernijiet nazzjonali u lokali, l-NGOs u l-fornituri tal-akkomodazzjoni. Il-Kumitat jemmen li “l-akkomodazzjoni l-ewwel”, li għandha tkun ikkomplementata b’mod imperattiv minn servizzi ta’ appoġġ soċjali ta’ kwalità għolja sabiex il-persuni jiġu megħjuna jindirizzaw l-isfidi personali, għandha twassal għal bidla sistemika fil-mod kif tiġi indirizzata l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar u mhux biss tiġi promossa fil-livell tal-proġett;

25.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura enfasi qawwija fuq il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar fl-inizjattivi ta’ politika rilevanti kollha tal-UE bħall-Garanzija Ewropea għat-Tfal, l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, l-Istrateġija tal-UE dwar l-LGBT, l-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, il-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Soċjali, il-Programm tal-UE għas-Saħħa, il-Patt tal-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, u l-Inizjattiva tal-UE dwar l-Akkomodazzjoni Affordabbli;

26.

jistieden lill-Istati Membri jisfruttaw il-finanzjament u l-opportunitajiet ta’ finanzjament mingħajr preċedent tal-UE sabiex jindirizzaw il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, speċjalment dawk relatati mal-FSE+, il-FEŻR u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-Kummissjoni għandha tippromovi b’mod attiv l-użu tal-Fondi Strutturali mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u t-tielet settur. Il-Kumitat jistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment jappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżviluppaw proposti ta’ investiment li jistgħu jiġu ffinanzjati taħt il-Programm InvestEU bħala parti miċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti;

27.

jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-kooperazzjoni transnazzjonali bejn il-bliet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u tikkapitalizza fuq il-ħidma li diġà saret dwar il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar taħt il-Programm URBACT u l-Azzjonijiet Innovattivi Urbani (Inizjattiva UIA);

28.

jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu l-enfasi fuq il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar fil-proċess tas-Semestru tal-UE, u jikkunsidraw il-ħruġ ta’ Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż dwar il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar għall-Istati Membri fejn il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar saret emerġenza soċjali;

29.

jistieden lill-Kunsill tal-Ewropa, f’konformità mal-Artikolu 31(2) tal-Karta Soċjali Ewropea (4) aġġornata tiegħu, biex jagħti attenzjoni partikolari lill-emerġenza tal-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, u lill-aġenziji rilevanti tal-UE biex jikkunsidraw li jniedu attivitajiet dwar il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, u jqisu l-impatt devastanti tagħha fuq l-individwi u n-nisġa soċjali usa’. Jistieden b’mod partikolari għall-involviment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, peress li l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar hija fost l-aktar ksur urġenti tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa; tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, peress li l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr djar hija l-aktar forma estrema ta’ standards tal-għajxien baxxi; taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, peress li l-persuni mingħajr dar huma affettwati b’mod sproporzjonat minn mard infettiv; tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, peress li l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar hija problema li qed tikber f’diversi Stati Membri tal-UE fost iċ-ċittadini mobbli tal-UE li jivvjaġġaw għal skopijiet ta’ xogħol; u taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, peress li l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr djar tista’ tkun il-fattur li jiskatta l-vizzju jew hija konsegwenza ta’ vizzju;

30.

jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex fil-politiki tagħhom jintegraw l-iżvilupp u l-finanzjament tal-innovazzjoni soċjali applikata għall-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, kif ikkunsidrat fil-Gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Innovazzjoni Soċjali, bħala waħda mill-mezzi kif tiġi evitata l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar;

31.

jistieden lill-Istati Membri kollha jiżviluppaw strateġiji nazzjonali dwar il-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u b’approċċ b’saħħtu bbażat fuq l-akkomodazzjoni u fuq il-post, sabiex jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw il-bliet u r-reġjuni differenti. Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi sett ta’ għodod Ewropej biex tappoġġja lill-Istati Membri fl-ippjanar strateġiku tagħhom;

32.

jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE jwaqqfu minnufih il-kriminalizzazzjoni u l-penalizzazzjoni tal-persuni li jorqdu barra, f’konformità mal-ġurisprudenza dwar id-drittijiet tal-bniedem u kif mitlub mill-Parlament Ewropew.

Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  “Fighting homelessness and housing exclusion in Europe — A study of national policies” (Il-ġlieda kontra l-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar u l-eslużjoni mill-akkomodazzjoni — Studju tal-politiki nazzjonali), Network Ewropew dwar il-Politika Soċjali (2019) (https://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=21629&langId=en) (mhux disponibbli bil-Malti).

(2)  SEDEC-VII/015, l-Opinjoni tal-KtR dwar “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ għall-2020-2025”.

(3)  L-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar L-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali minn perspettiva lokali u reġjonali (COR-2021-01127).

(4)  Artikolu 31(2): Il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-problema ta’ persuni mingħajr dar bil-għan li din tiġi eliminata gradwalment (https://www.coe.int/en/web/european-social-charter).


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 97/30


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-biedja organika

(2022/C 97/07)

Relatur:

Uroš BREŽAN (SL/Ħodor), Sindku ta’ Tolmin

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-biedja organika u japprova l-approċċ komprensiv tiegħu strutturat fuq tliet fergħat, bil-għan li jiġu stimulati d-domanda u l-produzzjoni u li jittejjeb il-kontribut tal-biedja organika għall-isfidi tas-sostenibbiltà u tal-ambjent;

2.

jemmen li, permezz tal-impatt pożittiv tagħha fuq l-ambjent u l-klima f’termini ta’ titjib fis-sekwestru tal-karbonju u s-saħħa tal-ħamrija, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-benessri tal-annimali, il-biedja organika ser tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-miri tal-istrateġiji tal-UE mill-Għalqa sal-Platt u għall-Bijodiversità;

3.

fost dawn il-miri, jilqa’ l-mira ambizzjuża fil-livell tal-UE tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt li tipprevedi li sal-2030, 25 % tal-art agrikola tintuża għall-biedja organika u josserva li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ta’ din il-mira. Jipproponi li jiġu stabbiliti miri nazzjonali vinkolanti biex titqies id-diversità tal-agrikoltura f’pajjiżi Ewropej differenti u fir-reġjuni tagħhom;

4.

jiddeplora l-fatt li l-PAK mhijiex kompletament konsistenti mal-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-biedja organika, il-Patt Ekoloġiku u l-Istrateġija tal-UE mill-Għalqa sal-Platt u dik għall-Bijodiversità u ma tistax tippremja biżżejjed lill-bdiewa li jagħmlu l-isforz addizzjonali biex jimplimentaw it-tranżizzjoni ekoloġika fl-azjenda agrikola tagħhom, pereżempju billi jużaw l-art tagħhom għall-biedja organika;

5.

jilqa’ l-fatt li t-8 kategoriji ta’ miżuri tal-iżvilupp rurali proposti għall-PAK il-ġdida għall-perjodu 2023-2027 jinkludu pagamenti għal impenji ambjentali, klimatiċi u oħrajn fil-qasam tal-ġestjoni. Dawn it-tipi ta’ miżuri huma obbligatorji għall-Istati Membri, li min-naħa tagħhom se jkollhom jallokaw mill-inqas 30 % tal-fondi tal-FAEŻR għal miżuri relatati mal-impenji ambjentali u klimatiċi. Dawn il-kategoriji jinkludu wkoll il-biedja organika, li għalhekk tista’ tiġi ffinanzjata kemm mill-ekoskemi kif ukoll mill-impenji agrikoli, klimatiċi u ambjentali fit-tieni pilastru, jew mit-tnejn li huma;

6.

l-isfida li 25 % tal-art agrikola tintuża għall-biedja organika sal-2030 trid tkun konsistenti mar-realtà produttiva tar-reġjuni u tintlaħaq permezz ta’ għodod ta’ politika li jappoġġjaw l-iżvilupp bilanċjat kemm tal-produzzjoni kif ukoll tad-domanda għall-prodotti organiċi, implimentati b’mod xieraq fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali;

7.

iqis li huwa essenzjali li fost affarijiet oħra ikun hemm enfasi fuq li tiġi stimolata l-provvista filwaqt li titħeġġeġ id-domanda għall-prodotti organiċi billi jiżdied l-għarfien dwar il-benefiċċji tagħhom u l-fiduċja tal-konsumatur fil-logo organiku;

8.

ikun favur aktar miżuri konkreti u appoġġ għat-tfassil ta’ miżuri għall-biedja organika f’żoni rurali bil-għan li jippromovu aċċess aktar ugwali u introjtu aktar ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fis-settur u li huma mmirati biex jinkoraġġixxu u jattiraw bdiewa żgħażagħ;

9.

jiddispjaċih li m’hemmx baġit dedikat u speċifiku għal kull inizjattiva, u jappella biex id-diversi strumenti finanzjarji disponibbli biex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, jiġifieri l-LEADER/is-CLLD, il-politika ta’ promozzjoni tal-UE u l-Orizzont Ewropa, jintużaw b’mod konsistenti għal dan il-għan. Jappella wkoll biex dan il-Pjan ta’ Azzjoni jiġi ffinanzjat aħjar minn fondi supplimentari tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali;

10.

jenfasizza l-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi li, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom, jiffaċċjaw restrizzjonijiet serji fl-iżvilupp tal-produzzjoni organika. Dan jeħtieġ li jitqiesu b’mod xieraq permezz ta’ miżuri speċifiċi akkumpanjati minn żieda fil-finanzjament;

11.

jinsab kuntent li l-Kummissjoni Ewropea beħsiebha torganizza “Jum Organiku” annwali fl-UE kollha;

12.

japprova l-proposta li jiġu inklużi attivitajiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni mill-bidu nett, li tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni, li jiżdied il-ġbir tad-data tas-suq u li l-analiżi tal-Osservatorji tas-Suq tal-UE tiġi estiża biex tinkludi l-prodotti organiċi;

13.

iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw pjani ta’ azzjoni organiċi nazzjonali sabiex jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell lokali. Dawn għandhom ikunu r-riżultat ta’ proċess konsultattiv miftuħ u demokratiku, b’approċċ minn isfel għal fuq, li jinvolvi lill-partijiet interessati kollha, speċjalment il-bdiewa organiċi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, ir-rappreżentanti tal-konsumaturi u l-industrija tal-ospitalità;

14.

jinsab kuntent li l-pjan ta’ azzjoni organiku jsemmi għall-ewwel darba l-ispiża vera tal-ikel u li l-Kummissjoni beħsiebha tiddedika studju għal din il-kwistjoni, li hija kruċjali biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni lejn sistema tal-ikel aktar ġusta u sostenibbli. L-istudju għandu jgħin biex jiġi rikonoxxut il-valur tal-biedja organika fil-ġenerazzjoni tal-beni pubbliċi;

15.

jenfasizza li r-residwi tal-pestiċidi huma kważi omnipreżenti fl-ambjent u potenzjalment jaffettwaw ukoll il-prodotti organiċi. Peress li l-bdiewa organiċi jiggarantixxu standards ambjentali għoljin fil-produzzjoni, dawn m’għandhomx ikunu mgħobbija b’riskji li għalihom mhumiex responsabbli. Għalhekk, il-KtR jirrimarka li approċċ ta’ tolleranza żero għar-residwi tal-pestiċidi fuq il-prodotti organiċi jagħmel ħsara kbira lis-settur;

16.

jissuġġerixxi li sabiex tiġi indirizzata din il-kwistjoni, il-Kummissjoni Ewropea għandha:

tressaq inizjattivi li għandhom l-għan li jissemplifikaw l-awtorizzazzjoni ta’ sustanzi attivi u ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti adatti għall-biedja organika, jekk huma magħrufa li ma jagħmlux ħsara lin-natura, lill-ambjent u lill-bnedmin; għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-produzzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi li, fil-parti l-kbira tagħha, tvarja fl-iskala u l-karatteristiċi mill-agrikoltura kontinentali;

tippromovi aktar armonizzazzjoni tat-trattament tas-sejbiet tar-residwi tal-pestiċidi, billi jiġu kkunsidrati l-vantaġġi u l-iżvantaġġi kollha tal-approċċi differenti meħuda mill-Istati Membri;

tippromovi l-istudju u r-riċerka ta’ trattamenti ġodda kompatibbli mal-produzzjoni organika;

17.

iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestigaw kif il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” jista’ jiġi implimentat, sabiex il-bdiewa organiċi jkunu jistgħu jirċievu kumpens għat-telf ta’ qligħ li jirriżulta minn kontaminazzjoni aċċidentali tal-prodott organiku tagħhom;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni

18.

jindika li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex ikunu jafu u jindirizzaw il-ħtiġijiet reali tas-setturi organiċi lokali; għalhekk, biex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni organiku l-ġdid, huma għandhom ikunu involuti mill-qrib kemm fl-implimentazzjoni kif ukoll fl-evalwazzjoni tal-azzjonijiet tiegħu;

19.

jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni biex jgħinu fl-istrutturar tas-settur organiku f’termini ta’ produzzjoni, loġistika u kummerċ, jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ kooperazzjoni strutturata bejn il-produtturi u l-konsumaturi, jissensibilizzaw fil-livell lokali, jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-impatt pożittiv tal-biedja organika, u jiżviluppaw programmi edukattivi għal-livelli kollha tal-iskola, inklużi l-iskejjel preprimarji;

20.

jindika li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ilhom jikkontribwixxu biex jappoġġjaw l-iżvilupp tal-biedja organika, b’mod partikolari permezz tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ programmi reġjonali għall-iżvilupp rurali;

21.

jiddispjaċih dwar l-involviment limitat tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni preċedenti għall-biedja organika, li naqas milli jilħaq l-objettivi tiegħu kif muri mir-rieżami ta’ nofs it-terminu mwettaq mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni;

22.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi pjattaforma għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni, li tlaqqa’ flimkien il-partijiet interessati kollha, b’mod partikolari r-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

23.

jenfasizza li, meta jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali, huwa meħtieġ approċċ li jqis l-ispeċifiċitajiet tal-post f’konformità mal-linji gwida tal-Aġenda Territorjali 2030, biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet differenti taż-żoni rurali, periurbani u urbani madwar l-Ewropa;

24.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiżguraw il-koordinazzjoni u l-governanza tajba fost il-livelli amministrattivi kollha. L-appoġġ għal azzjonijiet trasversali fil-livell lokali huwa kruċjali, kif ukoll l-involviment tal-partijiet interessati lokali kollha konnessi mas-settur organiku;

25.

jitlob lill-Kummissjoni tagħmel enfasi akbar fuq il-konservazzjoni tar-riżorsi tal-ilma u jappella għal skambju ta’ esperjenzi biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jitħeġġu jimplimentaw dawn il-prattiki tajbin;

Il-promozzjoni tal-konsum

26.

jilqa’ r-rikonoxximent tal-bijodistretti bħala għodod ta’ suċċess għall-iżvilupp rurali u jfaħħar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri;

27.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva;

28.

jirrimarka li l-bijodistretti huma opportunità kbira għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ sistemi tal-ikel sostenibbli, billi jiddependu mill-kollaborazzjoni bejn il-bdiewa, iċ-ċittadini/il-konsumaturi, l-amministrazzjonijiet pubbliċi lokali, l-assoċjazzjonijiet u l-intrapriżi kummerċjali, turistiċi u kulturali li jaġixxu skont il-prinċipji u l-metodi tal-produzzjoni u l-konsum organiċi;

29.

jenfasizza li l-approċċ integrat u multifunzjonali tal-bijodistretti jġib miegħu wkoll benefiċċji kbar f’termini ta’ sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali;

30.

jistieden għalhekk lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jinvolvu ruħhom fil-ħolqien ta’ bijodistretti, billi jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ inizjattivi minn isfel għal fuq li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-żoni rurali u għaż-żieda fil-konsum ta’ prodotti organiċi lokali;

31.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tadotta qafas u linji gwida komuni fil-livell tal-UE biex tiggarantixxi l-implimentazzjoni armonizzata tal-bijodistretti fil-livell tal-Istati Membri, u tieħu ħsieb li tippreserva n-natura integrata u multifunzjonali tagħhom kif ukoll il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, sabiex tiżgura li dawn jibdew jintużaw b’suċċess;

32.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi network ta’ bijodistretti fil-livell tal-UE, biex jiġu pprovduti appoġġ u servizzi komuni lill-bijodistretti kollha;

33.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu spinta lill-konsum lokali tal-prodotti organiċi bl-appoġġ finanzjarju tagħhom, nazzjonali u tal-UE għas-swieq lokali u l-bejgħ dirett, kif ukoll b’kampanji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar is-swieq u l-operaturi eżistenti reġistrati għall-bejgħ dirett;

34.

jenfasizza l-benefiċċji nutrittivi u ambjentali tal-konsum tal-ikel organiku, u jitlob li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-aċċessibilità għall-konsum ta’ prodotti organiċi, kemm f’termini ta’ affordabbiltà kif ukoll ta’ disponibbiltà ta’ prodotti organiċi fil-punti tal-bejgħ li jistgħu jintlaħqu faċilment mill-konsumaturi, sabiex il-konsumaturi kollha jkunu jistgħu jixtru ikel organiku;

35.

jilqa’ ż-żieda fil-baġit tal-UE biex jiġu promossi l-prodotti organiċi u jistieden lill-Kummissjoni żżommu matul is-snin li ġejjin;

36.

fir-rigward tar-reviżjoni attwali tal-politika ta’ promozzjoni tal-UE, jirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħti prijorità lill-prodotti organiċi prodotti fl-UE, mill-materja prima agrikola sal-ipproċessar;

37.

jipproponi li jinbidel ftit il-logo organiku tal-UE billi jiżdiedu l-kliem “prodott organiku tal-UE” u tiġi kkunsidrata l-inklużjoni possibbli tal-indikazzjoni tar-reġjun ta’ produzzjoni taħt il-werqa ħadra sabiex il-konsumaturi jagħrfuh iktar;

38.

jilqa’ l-proposta li jiġu kkunsidrati għażliet għat-tikkettar relatat mal-benessri tal-annimali fil-qafas tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, u jitlob li jsir progress dwar dan peress li tikkettar ċar, standardizzat u obbligatorju tal-metodu tat-trobbija jista’ jħeġġeġ lill-konsumaturi jixtru prodotti organiċi;

39.

jinsab kuntent li l-Kummissjoni beħsiebha tippromovi kantins organiċi u tanalizza l-applikazzjoni kif ukoll iżżid l-użu tal-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku (APE); jilqa’ l-objettiv li jiġu stabbiliti kriterji obbligatorji minimi għall-akkwist tal-ikel sostenibbli sabiex jiġu promossi dieti sani u sostenibbli; Il-qafas regolatorju tal-akkwist pubbliku jista’ jkun jeħtieġ li jiġi rivedut sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jesiġu l-użu tal-ikel prodott lokalment, u li dan l-użu jiżdied; għandha tingħata attenzjoni partikolari u appoġġ għall-iżvilupp ta’ ktajjen ta’ provvista qosra fir-reġjuni ultraperiferiċi;

40.

jissuġġerixxi li l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi joffru prodotti organiċi għall-istudenti, u b’hekk jikkontribwixxu għal drawwiet alimentari tajbin għas-saħħa minn etajiet bikrin, u għaldaqstant jiffaċilitaw is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tal-ikel lokali, tradizzjonali u tajjeb għas-saħħa;

41.

jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħeġġiġ ta’ użu/inklużjoni akbar ta’ prodotti organiċi lokali u reġjonali fl-akkwist pubbliku tal-ikel, fil-kontribut għall-informazzjoni u l-edukazzjoni kollettivi, u fiż-żieda tal-għarfien u l-fiduċja tal-konsumaturi fil-produzzjoni organika. Permezz tal-akkwist pubbliku, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jiżviluppaw sħubijiet fit-tul mal-produtturi organiċi lokali tagħhom u jħeġġu lill-bdiewa konvenzjonali jikkonvertu għall-produzzjoni organika;

42.

jindika wkoll li l-awtoritajiet lokali u reġjonali qed iħabbtu wiċċhom ma’ diversi ostakli biex jipprovdu prodotti organiċi lokali u reġjonali lill-kantins pubbliċi: ostakli loġistiċi, jiġifieri n-nuqqas ta’ postijiet adattati; ostakli strutturali, bħall-bżonn li s-suq jiġi strutturat u li tissaħħaħ il-katina tal-provvista biex il-provvista u d-domanda lokali jiġu rikonċiljati; u n-nuqqas ta’ riżorsi umani u tekniċi;

43.

jinnota li huwa meħtieġ impenn politiku b’saħħtu fil-livell nazzjonali u reġjonali biex titħeġġeġ id-distribuzzjoni tajba tal-ikel organiku fil-kantins pubbliċi u privati, fil-catering u fir-ristoranti;

44.

jissuġġerixxi li jistgħu jiġu żviluppati kriterji komuni fil-livell tal-UE sabiex jiġu stabbiliti regoli ta’ spezzjoni korrispondenti għall-kantins pubbliċi;

45.

jinnota li ż-żieda fid-domanda tinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-produzzjoni reġjonali u għalhekk jitlob li jkun hemm tikkettar tal-kantins u r-ristoranti, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, li jindika l-perċentwali minimi ta’ ikel tajjeb għas-saħħa, ekoloġiku jew orjentat lejn il-konsumatur użat fil-proċessi ta’ produzzjoni;

46.

jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jivverifikaw il-liġi tagħhom dwar l-akkwist pubbliku u dik baġitarja biex jiżguraw li l-prodotti organiċi użati fil-kantins pubbliċi jkunu ċċertifikati;

47.

jirrikonoxxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għad m’għandhomx għarfien dwar il-possibbiltajiet offruti mill-akkwisti pubbliċi ekoloġiċi u jħeġġiġhom jegħlbu l-ostaklu tal-kriterju tal-prezz u jużaw il-kriterji tas-sostenibbiltà;

48.

jissuġġerixxi l-iżvilupp ta’ pjattaforma komuni tal-UE għall-produtturi organiċi tal-UE mill-Istati Membri biex tiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba, il-fehim dwar ir-Regolamenti tal-UE, it-taħriġ, l-avvenimenti u l-possibbiltajiet ta’ sħubija fi proġetti, biex insemmu xi ftit;

49.

għal dan il-għan, jinsisti fuq l-importanza li jiġi pprovdut programm adegwat ta’ taħriġ u bini tal-kapaċità kemm għall-awtoritajiet tax-xiri (nazzjonali, reġjonali u lokali) kif ukoll għall-produtturi u l-proċessuri organiċi, biex jiġu indirizzati l-ostakli strutturali u loġistiċi u jiġi promoss l-użu tal-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku;

Tiġi stimolata l-produzzjoni

50.

jinnota li fl-2019 l-UE kellha erja agrikola organika ta’ madwar 9 %, u 64 % biss tal-erja organika ċċertifikata kienet tirċievi pagamenti ta’ appoġġ organiku (1);

51.

jirrimarka li l-biedja organika mhijiex iffinanzjata biżżejjed fil-PAK attwali; filwaqt li 8 % tal-art agrikola totali tal-UE tintuża għall-biedja organika, is-sussidji għall-biedja organika jirrappreżentaw 1,5 % biss tat-total tal-baġit agrikolu Ewropew. Għandha tingħata attenzjoni partikolari u appoġġ għall-iżvilupp ta’ żoni rurali żgħar u r-reġjuni inqas żviluppati, fejn is-settur ekonomiku ewlieni huwa rappreżentat minn attivitajiet agrikoli;

52.

jenfasizza li sabiex l-erja agrikola organika tal-UE tittripla sal-2030, hemm bżonn żieda ta’ tlieta sa ħames darbiet fl-infiq tal-PAK fuq il-biedja organika, jiġifieri li sa 15 % tal-infiq tal-PAK għandu jkun iddedikat għas-settur organiku (2);

53.

madankollu, jinnota b’dispjaċir li l-ftehim milħuq dwar il-PAK li jmiss ma fihx ambizzjoni fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju għall-biedja organika;

54.

josserva bi tħassib li, fid-dawl tal-miri fil-livell tal-UE li jridu jintlaħqu fil-qasam tal-agrikoltura organika, xi abbozzi disponibbli tal-Pjani Strateġiċi Nazzjonali tal-PAK ma jipprovdux sussidji adegwati għall-bdiewa organiċi meta mqabbla mal-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti;

55.

jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu prijorità u appoġġ finanzjarju adegwat biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tas-settur organiku reġjonali u lokali fil-pjani strateġiċi tagħhom;

56.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni tevalwa bir-reqqa l-pjani strateġiċi nazzjonali mressqa mill-Istati Membri sabiex tivverifika jekk dawn humiex se jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira ta’ 25 % ta’ art agrikola allokata għall-biedja organika sal-2030;

57.

jappoġġja l-approċċ li jiġu vvalutati, fil-qafas tal-PAK il-ġdida, iċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet diffiċli ta’ produzzjoni fir-reġjoni ultraperiferiċi, fir-rigward tat-tkabbir tas-settur organiku u li jiġi żgurat li l-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu mill-possibbiltajiet offruti mill-PAK il-ġdida biex jappoġġjaw is-settur organiku nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari biex tappoġġja lil dawk l-Istati Membri/ir-reġjuni li għadhom lura, u tkompli tipprovdi gwida lil dawk li diġà kkontribwixxew biex tintlaħaq il-mira ta’ 25 %. Kull Stat Membru għandu jikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira komuni sal-2030;

58.

jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jankraw il-biedja organika b’mod aktar sod fl-edukazzjoni u fil-fakultà tal-agrikoltura u jiżviluppaw materjal ta’ tagħlim u taħriġ dwar il-biedja organika, li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-produzzjoni primarja kif ukoll l-ipproċessar u t-trasformazzjoni;

59.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jħaffu r-rata ta’ konverżjoni għall-biedja organika billi jipprovdu appoġġ u pariri għall-ħolqien, il-konverżjoni jew it-trasferiment ta’ azjendi agrikoli li jagħżlu l-biedja organika;

60.

jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata l-agroindustrija organika fil-livell reġjonali u lokali biex jiġi kkonsolidat it-tkabbir tal-produzzjoni primarja. Il-promozzjoni ta’ ktajjen qosra tal-provvista tal-ikel tista’ tkun ta’ benefiċċju kemm għall-bdiewa organiċi kif ukoll għall-konsumaturi: b’dan il-mod jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport u tiżdied is-sostenibbiltà, filwaqt li tiġi żviluppata l-ekonomija rurali, u b’hekk jiżdied il-valur fiż-żona tal-produzzjoni;

61.

jirrakkomanda għalhekk li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinkludu miżuri speċifiċi għall-operaturi involuti fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ikel organiku, sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp armonjuż tal-produzzjoni u jinħoloq ambjent favorevoli għall-ktajjen qosra tal-provvista fir-reġjuni kollha. Għaldaqstant, jissuġġerixxi:

li jitħeġġu l-agroindustriji fuq skala żgħira marbuta mal-azjenda agrikola;

li jiżdiedu l-faċilitajiet mobbli tal-ipproċessar għall-azjendi agrikoli żgħar (biċċeriji, impjanti tal-ipproċessar, imtieħen, eċċ.) u jitħeġġeġ l-użu kondiviż ta’ faċilitajiet tal-ipproċessar fil-livell lokali, biex jingħelbu l-ostakli legali maħluqa mill-istandards tas-saħħa u s-sigurtà u minn dawk tas-saħħa tal-annimali;

li jitħeġġeġ l-involviment tal-kooperattivi agrikoli fil-kummerċjalizzazzjoni u t-trasformazzjoni ta’ prodotti organiċi, inkluża l-parteċipazzjoni fl-akkwist pubbliku tal-ikel;

62.

jenfasizza l-importanza tal-organizzazzjoni ekonomika, l-għodod effiċjenti tar-regolamentazzjoni tas-suq u l-finanzjament tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex tintlaħaq il-mira ta’ 25 %. Pereżempju, għandu jingħata prezz minimu li jaqbeż il-prezz medju tal-produzzjoni tal-biedja organika lill-produtturi sabiex jiġi żgurat introjtu minimu stabbli. Fil-każ ta’ żbilanċ fis-suq fejn it-tkabbir fid-domanda ma jippermettix li jiġi assorbit it-tkabbir tal-provvista, il-Kummissjoni għandu jkollha l-kompetenza li tattiva l-mekkaniżmu speċjali ta’ intervent pubbliku għall-prodotti organiċi;

63.

jinnota li ż-żieda fil-kompetizzjoni inġusta minn prodotti organiċi minn pajjiżi mhux tal-UE tista’ ddgħajjef is-settur u jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tiggarantixxi kummerċ ġust, ibbilanċjat u trasparenti, u teżiġi r-reċiproċità fl-obbligazzjonijiet u r-regoli tal-produzzjoni organika tal-prodotti importati fl-UE sabiex jiġu garantiti t-trattament indaqs u l-protezzjoni effettiva tal-konsumaturi Ewropej. Għall-istess raġunijiet, dak li ntqal hawn fuq għandu japplika wkoll għall-akkwakultura sabiex il-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni sostenibbli tal-oċeani u l-ibħra jiġu estiżi għall-pajjiżi mhux tal-UE;

64.

jirrakkomanda lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġja t-tnedija ta’ pjattaforma komuni tal-UE li tiffaċilita l-possibilitajiet ta’ importazzjoni-esportazzjoni tal-bdiewa lokali u organiċi, billi jiġu żviluppati servizzi għal bejgħ diġitali/elettroniku tal-UE u billi jiġi offrut appoġġ għal-loġistika u sħubijiet ta’ suċċess f’dan il-qasam;

65.

jirrakkomanda li l-Istati Membri jintroduċu sistema ta’ “bonus-malus” bħala parti mill-ekoskemi tal-PAK il-ġdida, kif stabbilit fl-Opinjoni preċedenti tiegħu dwar l-agroekoloġija;

66.

jinnota li r-Regolament il-ġdid tal-UE dwar il-produzzjoni organika ser jibda japplika fl-1 ta’ Jannar 2022 u jġib miegħu bidliet kbar f’ċerti setturi tal-produzzjoni organika. Biex tiġi żgurata implimentazzjoni b’suċċess, huwa kruċjali li jkun hemm bilanċ bejn l-armonizzazzjoni fil-livell tal-UE u l-adattament fil-livell reġjonali, mingħajr ma jkun hemm deroga mill-prinċipji tal-produzzjoni organika;

67.

għaldaqstant, jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-impatt tar-Regolament il-ġdid, sabiex twieġeb b’mod effettiv għal kwalunkwe diffikultà kkawżata mill-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda;

68.

jirrikonoxxi l-interess kbir u l-potenzjal tal-konverżjoni organika fis-settur tal-bhejjem;

69.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ l-akkwakultura organika. Is-settur qed jiffaċċja kompetizzjoni ħarxa minn pajjiżi mhux tal-UE, peress li l-UE timporta kważi 80 % tal-ħut ikkunsmat fis-suq intern (3);

70.

għalhekk, jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżgura appoġġ adegwat u żżid il-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni għas-setturi organiċi tal-agrikoltura, tal-akkwakultura u tal-bhejjem tal-UE, sabiex tlaħħaq man-nuqqas ta’ inputs adatti, jiġifieri ż-żrieragħ organiċi ċertifikati, il-proteini organiċi u l-għalf arrikkit bil-Vitamina B, u tnaqqas id-dipendenza mill-importazzjonijiet;

71.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex jiżdied il-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni iddedikat għall-biedja organika taħt Orizzont Ewropa u jenfasizza b’mod partikolari l-importanza li jiġu ddedikati sejħiet u baġits separati għall-produzzjoni organika.

Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  IFOAM Organics Europe.

(2)  Ibid.

(3)  Opinjoni tal-COPA-COGECA dwar Pjan ta’ azzjoni jew l-iżvilupp tal-produzzjoni organika.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 97/36


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ekonomija blu u akkwakultura sostenibbli

(2022/C 97/08)

Relatur:

Bronius MARKAUSKAS (LT/AE), Sindku tal-Muniċipalità Distrettwali ta’ Klaipėda

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

Ekonomija blu sostenibbli

1.

jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar approċċ ġdid għal ekonomija blu sostenibbli fl-UE – It-trasformazzjoni tal-Ekonomija Blu tal-UE għal Futur Sostenibbli, li tippreżenta l-viżjoni ġenerali tal-Kummissjoni u tistabbilixxi strateġija għal ekonomija blu sostenibbli fis-setturi u l-industriji marittimi. Jilqa’, f’dan ir-rigward, it-tranżizzjoni mill-kunċett ta’ “tkabbir blu” għal “ekonomija blu”;

2.

jaqbel li l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli u ekoloġika ma jistgħux jintlaħqu mingħajr l-ekonomija blu. It-tilħiq tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u tal-iżvilupp sostenibbli fis-setturi kollha jeħtieġ bidliet radikali biex jitnaqqas l-impatt tal-attività tal-bniedem fuq l-ibħra u l-oċeani u biex jiġu mħarsa r-riżorsi u l-bijodiversità. Jeħtieġ ukoll li dawn il-bidliet isiru kompatibbli mas-sostenibbiltà ekonomika u soċjali tal-attivitajiet marittimi;

3.

isostni, għalhekk, li l-politiki ekoloġiċi u blu għandhom ikunu marbutin flimkien aħjar. L-oċeani huma wħud mir-riżervi ewlenin tal-bijodiversità fid-dinja. Dawn jirrappreżentaw aktar minn 90 % tal-ispazju abitabbli fid-dinja u jassorbu madwar 26 % tal-emissjonijiet antropoġeniċi tad-diossidu tal-karbonju, kif ukoll aktar minn 90 % tas-sħana żejda mormija fl-atmosfera kull sena. Bosta studji juru r-rwol ewlieni tal-bijodiversità tal-baħar għas-saħħa tal-pjaneta u l-benesseri soċjali;

4.

jenfasizza li oċeani mimlijin ħajja huma prerekwiżit għal ekonomija blu b’saħħitha, u li din l-ekonomija blu trid tiffunzjona fi ħdan il-limiti ekoloġiċi, jiġifieri li tirrispetta l-kunċett tal-limiti tal-pjaneta. Għalhekk, il-ġestjoni sostenibbli tal-oċeani u l-ibħra għandha tkun prijorità ewlenija, ibbażata fuq l-għarfien, is-sensibilizzazzjoni u l-kooperazzjoni transkonfinali, sabiex jinkisbu l-objettivi tal-aġenda strateġika tal-UE. L-iskambju ta’ data aġġornata u l-kisba ta’ objettivi komuni huma importanti wkoll f’dan ir-rigward;

5.

jinnota li l-ekonomija blu għandha impatt soċjali u ekonomiku sinifikanti mhux biss fuq ir-reġjuni kostali u marittimi, iżda wkoll fuq l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi, u tista’ tiżgura rkupru ekoloġiku u inklużiv mill-pandemija tal-COVID-19, speċjalment fis-setturi li ntlaqtu l-agħar, bħat-turiżmu u s-sajd. F’ħafna pajjiżi, l-ekonomija blu għandha impatt pożittiv enormi fuq il-PDG;

6.

jinnota li l-enerġija mill-oċeani jista’ jkollha rwol importanti fit-tisħiħ tal-affidabbiltà u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Sakemm ikun kompatibbli mal-attivitajiet eżistenti u jirrispetta l-ħabitats tal-baħar, l-użu tal-enerġija mill-oċeani jnaqqas id-dipendenza tal-pajjiżi mill-fjuwils fossili, jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u jippromovi l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda ta’ kwalità tajba, speċjalment fir-reġjuni kostali Ewropej, fejn il-qgħad ħafna drabi jkun għoli;

7.

jenfasizza l-kontribut tal-industriji marittimi għat-tranżizzjoni tal-enerġija u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, b’mod partikolari permezz tas-settur tal-enerġija rinnovabbli, id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport marittimu u l-ekonomija ċirkolari, inkluż ir-riċiklaġġ tal-plastik mill-oċeani;

8.

ifakkar, b’mod partikolari, li l-emissjonijiet mit-trasport marittimu żdiedu bi kważi 32 % matul dawn l-aħħar 20 sena. L-iżvilupp ta’ industrija sostenibbli tal-bini tal-bastimenti jista’ jagħti kontribut sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-UE. Jappoġġja, f’dan ir-rigward, l-objettivi tal-Kummissjoni Ewropea li potenzjalment jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit u l-ossidi tan-nitroġenu mit-trasport marittimu internazzjonali b’massimu ta’ 80 % u 20 % rispettivament fi żmien għaxar snin. Madankollu, huwa essenzjali li jitqiesu l-ħtiġijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi li, minħabba li jinsabu ’l bogħod u jiddependu ħafna mit-trasport bl-ajru u dak marittimu sabiex jiġu żgurati l-konnettività u l-provvista tagħhom, jeħtieġu miżuri adattati għaċ-ċirkostanzi strutturali tagħhom;

9.

jenfasizza li, sabiex jiġu ssalvagwardjati u jinħolqu impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari fil-bini tal-bastimenti, jeħtieġ li l-Ewropa tiġi protetta minn kompetizzjoni inġusta li qed teqred in-nisġa industrijali tagħha;

10.

iħeġġeġ approċċ trasversali għall-industriji marittimi li jintegra l-attivitajiet marittimi kollha – kemm storiċi kif ukoll ġodda, ċivili u militari – u jqis l-isfidi trasversali kritiċi tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u tal-Industrija 4.0;

11.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li twaqqaf forum blu biex tiġbor flimkien l-għarfien u l-esperjenza, toħloq sinerġiji, issib soluzzjonijiet kreattivi u tippromovi l-iżvilupp tas-settur, kif ukoll tħejji proposti biex tikkoordina l-użu tal-fondi f’dan il-qasam;

12.

jinnota n-nuqqas ta’ approċċ kostruttiv min-naħa tal-gvernijiet nazzjonali fir-rigward tal-iżvilupp tal-ekonomija marittima. Fil-parti l-kbira tal-istati kostali, l-appoġġ għal din l-ekonomija jeżisti biss fuq il-karta, u l-pjani u l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti nazzjonali ma jagħtux biżżejjed attenzjoni lill-ekonomija marittima, l-appoġġ finanzjarju mhuwiex biżżejjed, u r-regoli u l-kriterji għall-aġġudikazzjoni tiegħu huma kumplessi wisq;

Akkwakultura

13.

jinnota li l-akkwakultura reċentement saret qasam importanti tal-ekonomija blu. L-akkwakultura hija settur b’potenzjal sinifikanti kemm għall-ekonomija kif ukoll għall-ħarsien tal-ambjent. Barra minn hekk għandha l-potenzjali li toħloq ukoll l-impjiegi, toffri opportunitajiet ġodda għall-iżvilupp ekonomiku għan-nies fiż-żoni kostali u rurali, u li ċerti prattiki tal-akkwakultura, bħall-farms tal-maskli, jgħinu biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima u biex jiġu mħarsa l-ekosistemi bl-użu ta’ prattiki ta’ impatt baxx;

14.

jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar linji gwida strateġiċi għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fl-UE, u jenfasizza l-kontribut importanti tal-akkwakultura biex tiġi indirizzata l-isfida li jiġi pprovdut ikel ta’ kwalità għolja u tiġi żgurata l-provvista ta’ prodotti tal-baħar u tal-ilma ħelu għal suq li qed jikber, dment li dan ma jkollux impatt negattiv fuq l-istokkijiet tal-ħut selvaġġ u jippromovi l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Istrateġija Mill-għalqa sal-Platt u l-iżvilupp ta’ ekonomija blu sostenibbli;

15.

jilqa’ l-preżentazzjoni tal-istrateġija dwar it-trattament xieraq tal-annimali, b’mod partikolari dwar id-definizzjoni ta’ indikaturi verifikabbli, l-għoti ta’ taħriġ għall-produtturi, ir-riċerka dwar parametri ta’ trattament xieraq għall-annimali speċifiċi għall-ispeċi, u d-diversifikazzjoni lil hinn mill-monokulturi; jenfasizza li issa huwa f’idejn l-Istati Membri biex jaġġornaw il-pjani nazzjonali tagħhom f’konformità mal-linji gwida l-ġodda;

16.

jenfasizza l-importanza tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Istrateġija Mmill-għalqa sal-Platt għall-akkwakultura, b’mod partikolari fir-rigward tat-tnaqqis tal-bejgħ tal-antimikrobiċi u ż-żieda sinifikanti tal-akkwakultura organika; jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tieħu miżuri biex tnaqqas il-bejgħ totali tal-antimikrobiċi għall-annimali mrobbija fl-irziezet u għall-akkwakultura b’50 % sal-2030;

17.

jinnota li l-istrateġiji tal-UE u dokumenti legali oħrajn fihom linji gwida u rakkomandazzjonijiet għall-iżvilupp tas-settur, iżda jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li m’għandhomx kompetenzi esklużivi f’dan il-qasam, m’għandhomx analiżi aktar dettaljata dwar kif l-akkwakultura għandha tiġi żviluppata, abbażi ta’ għarfien prattiku, data aktar preċiża u miżuri konkreti;

18.

jenfasizza li l-iżvilupp sostenibbli huwa l-prerekwiżit ewlieni għall-iżvilupp tal-akkwakultura; jappella, għalhekk, għal definizzjoni ċara tat-terminu “akkwakultura sostenibbli”, u jeħtieġ li jitqiesu wkoll il-kriterji ambjentali, soċjali u ekonomiċi. Approċċ strateġiku fit-tul għat-tkabbir sostenibbli tal-akkwakultura tal-UE jikkontribwixxi għall-irkupru tas-settur wara l-kriżi tal-COVID-19 u jiżgura s-sostenibbiltà u r-reżiljenza fit-tul;

19.

itenni li l-akkwakultura għandha tiġi rikonoxxuta bħala qasam ta’ politika speċifiku, b’finanzjament suffiċjenti sabiex tkun komplement għas-sajd tradizzjonali; jinnota li l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura għal bosta snin ippreveda l-promozzjoni ta’ attivitajiet ta’ akkwakultura sostenibbli u l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-akkwakultura; huwa wkoll tal-fehma li l-akkwakultura organika għandha tiġi promossa billi jiġu appoġġjati s-swieq lokali għall-prodotti tal-akkwakultura Ewropej u billi jitnaqqas il-piż amministrattiv li qed ixekkel l-iżvilupp effiċjenti tas-settur. Għandhom jiġu stabbiliti linji gwida ġenerali għall-aċċess semplifikat għall-ispazju, b’mod partikolari l-ispazju kostali, sabiex ikun jista’ jiġi żviluppat. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu kompatibbli ma’ politiki oħra bħal dawk relatati mal-ambjent;

20.

jilqa’ t-talba tal-Kummissjoni lill-Istati Membri tal-UE biex jinkludu ż-żieda fil-produzzjoni tal-akkwakultura organika fil-pjani strateġiċi nazzjonali tagħhom għall-akkwakultura u biex jallokaw parti mir-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura għal dan il-għan;

21.

itenni l-ħtieġa li tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni lejn trobbija tal-ħut sostenibbli, flimkien ma’ bidliet fl-agrikoltura, peress li s-sajd u l-akkwakultura huma elementi importanti tas-sistemi tal-ikel sostenibbli; jappoġġja wkoll l-objettiv tal-promozzjoni ta’ sajd li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, ir-restawr tal-popolazzjonijiet tal-ħut u l-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar, billi jissaħħu l-attivitajiet tas-sajd ambjentalment sostenibbli, affordabbli, kompetittivi, u soċjalment sostenibbli;

22.

jappella għal miri legalment vinkolanti fil-livell tal-UE biex tiġi restawrata u ppreservata l-bijodiversità tal-baħar u biex jiġu riabilitati l-ekosistemi li tkun saritilhom ħsara; l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jgħinu biex jiġu identifikati u magħżula żoni tal-baħar protetti ġodda, flimkien mal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

Appoġġ finanzjarju u investimenti

23.

jirrimarka li l-investiment sostenibbli huwa kruċjali għall-iżvilupp b’suċċess tal-ekonomija blu. Huwa importanti li jinħoloq ambjent favorevoli li jiffaċilita u jistimula l-investiment pubbliku u privat fl-iżvilupp tal-ekonomija blu. Jeħtieġ li jiġu ffinanzjati l-innovazzjoni, diġitali u mhux, u l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda, isir investiment f’teknoloġiji innovattivi u f’soluzzjonijiet intelliġenti u jiġu appoġġjati teknoloġiji ġodda bħall-enerġija rinnovabbli mill-oċeani, l-industriji marittimi jew il-bijointrapriżi tal-ekonomija blu, sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw fi ħdan il-limiti tal-pjaneta;

24.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea, fir-rigward tal-investiment sostenibbli fis-settur marittimu u b’mod partikolari l-industriji marittimi, biex tagħmel użu akbar mir-reġjuni, l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tagħhom u l-ekosistemi ekonomiċi tagħhom biex jiffurmaw networks ta’ kooperazzjoni fl-Ewropa kollha li kapaċi jikkompetu ma’ atturi internazzjonali. Dawn in-networks, taħt it-tikketta “European Sea tech”, għandhom ikunu jistgħu jwieġbu għal sejħiet għal proposti proposti mill-Kummissjoni Ewropea biex jiġu żviluppati u ffinanzjati l-ewwel fażijiet tal-proġetti tagħhom ta’ riskju għoli;

25.

ifakkar fl-appell tiegħu li diġà għamel fl-Opinjoni preċedenti dwar it-tkabbir blu, li 10 % tal-proġetti mill-programm qafas attwali għar-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jagħtu kontribut sinifikanti għall-objettivi tar-riċerka tal-baħar u dik marittima;

26.

jirrimarka li fil-Komunikazzjoni dwar approċċ ġdid għal ekonomija blu sostenibbli fl-UE, il-Kummissjoni tibda abbażi tal-prinċipju li l-Patt Ekoloġiku Ewropew jimpenja ruħu li jagħti attenzjoni partikolari lir-rwol tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta dan l-impenn billi tfassal pjan ta’ azzjoni speċifiku bil-finanzjament previst;

27.

jinnota b’dispjaċir li l-potenzjal tal-ekonomija blu, inkluż il-kontribut kbir potenzjali tagħha biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, ma tqiesx biżżejjed fir-rieżami tal-pjani ta’ rkupru ffinanzjati minn Next Generation EU, bħall-finanzjament dirett Ewropew ta’ proġetti strutturali u proġetti riskjużi, u l-istabbiliment ta’ pjattaformi ta’ investiment reġjonali;

28.

huwa tal-fehma li l-kunċett ta’ investiment sostenibbli għandu jinftiehem bħala li jeħtieġ sforzi konġunti, kemm mill-industrija kif ukoll mill-gvernijiet nazzjonali, f’termini ta’ progress teknoloġiku u riċerka xjentifika, sabiex isir investiment fi proġetti li jikkombinaw il-benefiċċji soċjali, ekonomiċi u ambjentali. Il-kooperazzjoni bejn ix-xjenza u l-industrija hija ta’ importanza partikolari f’dan il-qasam;

29.

jilqa’ l-pjani tal-Kummissjoni biex iżżid il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej sabiex tippromovi l-investiment pubbliku u privat, u jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza tal-pjattaforma BlueInvest, u r-riżorsi allokati għall-fondi tal-UE u l-programmi speċifiċi tal-baġit tal-UE għall-iżvilupp tas-settur, u jipproponi li jiġi vvalutat jekk jistax jinħoloq fond uniku jew għodda unika għall-aċċess ikkoordinat tal-fondi;

30.

jilqa’ t-talba tal-Kummissjoni biex l-Istati Membri jinkludu investimenti f’ekonomija blu sostenibbli fil-pjani nazzjonali tagħhom ta’ reżiljenza u rkupru u fil-programmi operazzjonali nazzjonali tad-diversi fondi tal-UE;

31.

iqis li huwa partikolarment importanti li jiġi promoss l-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi fl-iżvilupp tal-akkwakultura sostenibbli, biex jiġi appoġġjat l-investiment f’teknoloġiji avvanzati, biex jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-involviment tas-settur privat u biex jiġu allokati fondi għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku sabiex jiġu promossi d-diversifikazzjoni u l-innovazzjoni fl-akkwakultura sostenibbli;

32.

jappella sabiex issir reviżjoni tar-regoli ta’ finanzjament tal-UE u jemmen li l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-valur u, aktar importanti minn hekk, l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet sostenibbli għandhom ikunu l-kriterji ewlenin għall-għoti ta’ appoġġ;

33.

iqis li huwa neċessarju li tiġi eżaminata l-possibbiltà li l-akkwakultura b’impatt baxx tiġi kklassifikata bħala ekoloġika, inkluż f’sistemi ta’ riċirkolazzjoni, u li jingħata appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp ulterjuri tagħha, dment li dawn jissodisfaw il-kriterji rilevanti dwar il-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi, it-trattament xieraq tal-annimali, u r-riċiklaġġ sostenibbli tal-iskart. Bħalissa huwa diffiċli biex l-akkwakultura tibbenefika mill-fondi tal-UE, minkejja l-fatt li fil-prattika ntwera li t-teknoloġiji innovattivi użati jippermettu li jiġu sodisfatti l-ogħla rekwiżiti ambjentali fil-proċessi tekniċi rilevanti (eż. residwi bħal ħama jistgħu jintużaw fl-agrikoltura, l-ilma mormi jitnaddaf u jerġa’ jintuża skont l-ogħla standards, eċċ.);

34.

jirrimarka li l-kwistjonijiet ta’ finanzjament huma partikolarment importanti għal pajjiżi żgħar b’inqas investiment, b’PDG aktar baxx u b’opportunitajiet aktar limitati għall-innovazzjoni, u jinnota li jkun adegwat li jiġu vvalutati l-ħtiġijiet ta’ pajjiżi żgħar u li jiġu adottati skemi ta’ appoġġ speċjali;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

35.

jenfasizza r-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika. Permezz tal-parteċipazzjoni attiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-ġestjoni effettiva tal-fondi ta’ koeżjoni u l-innovazzjoni ambjentali, il-gvernijiet reġjonali jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku;

36.

jiddeplora l-fatt li, fil-parti l-kbira tal-pajjiżi, il-gvernijiet reġjonali mhumiex involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali, u li hemm approċċ ċentralizzat fejn l-ogħla livell jiddetermina l-ħtiġijiet u jieħu deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp tal-ekonomija marittima mingħajr ma jikkonsulta lir-reġjuni; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-gvernijiet nazzjonali biex jittrattaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala msieħba ugwali fil-livell ċentrali fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ulterjuri f’dan il-qasam;

37.

itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta lill-Istati Membri proposta leġiżlattiva dwar kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti fl-identifikazzjoni, it-tfassil, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-miżuri, u biex tipprovdihom b’kompetenzi akbar u definiti b’mod aktar ċar. Involviment akbar tal-awtoritajiet lokali jiżgura żvilupp aħjar ta’ ekonomija blu sostenibbli permezz tal-iżvilupp ta’ ekosistemi tal-ekonomija blu dinamiċi u sostenibbli, il-promozzjoni tal-innovazzjoni, l-applikazzjoni ta’ soluzzjonijiet intelliġenti u l-ħolqien tal-impjiegi;

38.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tappoġġja l-bliet u r-reġjuni kostali fil-ġestjoni tat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali fil-livell lokali u fl-użu sħiħ tal-fondi u l-inċentivi pprovduti mill-UE billi tiżviluppa pakkett ta’ appoġġ għall-irkupru (“Blueprint għall-Patti Ekoloġiċi Lokali”) u linji gwida strateġiċi (eż. Inizjattiva ta’ Sfida għal Bliet Intelliġenti);

39.

jipproponi li jiġi żviluppat qafas legali u baġitarju li jinkoraġġixxi t-tfassil u l-iżvilupp ta’ strateġiji reġjonali u lokali għall-ekonomija blu, li jqisu d-diversità tal-attivitajiet f’dan il-qasam, u l-prinċipju tat-tluq għandu jkun il-kompatibbiltà bejniethom, speċjalment mal-attivitajiet eżistenti. B’mod partikolari, għandha tiġi riflessa l-importanza tal-iżviluppi teknoloġiċi marbuta mal-industriji marittimi u l-produzzjoni tal-enerġija, kif ukoll l-importanza tal-produzzjoni ta’ proteini tal-baħar ta’ kwalità għolja bħala fattur tal-kompetittività globali;

40.

jenfasizza li l-awtortitajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol importanti fl-iżvilupp tal-akkwakultura Ewropea. Fil-qasam tas-sajd, l-awtoritajiet lokali u reġjonali ħafna drabi jkunu responsabbli għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u għall-ġestjoni u l-għoti ta’ appoġġ lill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju li joperaw fit-territorju tagħhom, u b’hekk tinbena esperjenza wiesgħa f’dawn iż-żoni. Din il-prossimità għas-settur tipprovdi esperjenza li trid tiġi rikonoxxuta, koordinata u użata tajjeb;

41.

jemmen li l-awtoritajiet lokali għandhom ikunu involuti aktar fl-iżvilupp tal-politika tal-akkwakultura u jtenni li r-reġjuni jeħtieġu linji gwida ċari għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura tal-UE u pjan ta’ azzjoni konkret;

42.

jinnota b’dispjaċir li l-baġit Interreg għall-kooperazzjoni territorjali tnaqqas, peress li dan seta’ jagħti spinta lill-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni kostali u l-gżejjer bi bżonnijiet komuni fi ħdan l-istess baċir tal-baħar sabiex jiġu żviluppati strateġiji ta’ adattament u approċċi komuni għall-ġestjoni taż-żoni kostali, isir investiment f’difiżi kostali sostenibbli u jiġu adattati l-attivitajiet ekonomiċi kostali; Iqis, madankollu, li fid-dawl ta’ baġit imnaqqas, il-politiki saru iżjed effettivi permezz ta’ skemi pilota, investimenti u permezz ta’ koordinazzjoni ma’ programmi taħt ġestjoni diretta, li joffru lis-settur l-opportunità li jikkapitalizza fuq ideat ġodda;

43.

jappella, f’dan ir-rigward, fejn possibbli u fid-dawl tax-xewqat tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, sabiex l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar jsiru prattika standard peress li dawn jipprovdu oqfsa ta’ referenza essenzjali. Dawn l-istrateġiji jridu jitqiesu fl-iżvilupp tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u l-ipprogrammar tal-fondi Ewropej;

44.

iqis li huwa kruċjali li jintlaħaq l-għan ta’ portijiet b’emissjonijiet żero, kif stabbilit fl-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, u jipproponi r-rikonoxximent sħiħ tal-portijiet bħala pjattaformi tal-ekonomija blu u lievi għall-iżvilupp għall-industrija marittima;

L-ippjanar spazjali marittimu u l-importanza tal-portijiet

45.

jinnota li l-iżvilupp ta’ ekonomija blu sostenibbli, inklużi l-akkwakultura, is-sajd u s-sajd tal-frott tal-baħar bil-qoxra, huwa possibbli biss jekk ikunu disponibbli żoni adatti u l-intrapriżi jkollhom aċċess għall-ilmijiet. L-aċċess għal żoni fejn l-attivitajiet ekonomiċi huma possibbli u l-aċċess għall-ilmijiet jibqgħu sfida ewlenija fl-iżvilupp tal-akkwakultura Ewropea. Għalhekk huwa importanti ferm li jiġi żgurat pjanar tal-ispazju marittimu adegwat permezz tal-koordinazzjoni u l-involviment tal-partijiet interessati rilevanti kmieni kemm jista’ jkun;

46.

itenni s-sejħa għal proposti li għandhom l-għan li jistabbilixxu ppjanar tal-ispazju marittimu u li jistabbilixxu żoni marini protetti u network ta’ kurituri ekoloġiċi, f’konformità mal-objettivi tal-Istrateġija għall-Bijodiversità, biex ireġġgħu lura t-telfien tal-bijodiversità, jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u r-reżiljenza għal dan il-fenomenu, filwaqt li jipprovdu benefiċċji finanzjarji u soċjali sinifikanti, sabiex jinkiseb bilanċ aktar effettiv bejn l-isfruttar tal-istokkijiet tal-ħut u l-kapaċità tal-baħar li jirrikostitwixxi dawn l-istokkijiet;

47.

jappella għal miri tal-UE legalment vinkolanti biex jiġu rrestawrati u ppreservati l-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar; l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jgħinu fl-identifikazzjoni u l-għażla ta’ żoni marini protetti oħrajn;

48.

jiġbed l-attenzjoni għar-rwol importanti tal-portijiet, speċjalment f’reġjuni remoti, bħar-reġjuni ultraperiferiċi, għall-iżvilupp u l-promozzjoni tal-ekonomija blu, għall-ġestjoni tal-ekonomija ċirkolari u għall-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ekoloġiċi li jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku;

49.

iqis, pereżempju, li, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni ekoloġika, hemm ħtieġa urġenti li jiżdied l-appoġġ għall-investiment fil-portijiet għar-riforniment tal-gass naturali likwifikat għall-bastimenti u b’mod aktar ġenerali għall-infrastruttura li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-impronta ambjentali tal-bastimenti (konnessjoni tal-elettriku max-xatt ibbażata fuq teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi);

50.

jitlob, fl-aħħar nett, li l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku fil-portijiet jiġi appoġġjat aħjar u integrat fil-politika tal-enerġija tal-UE u fil-kurituri tal-idroġenu li qed jiġu implimentati;

51.

ifakkar fl-importanza tar-rwol li jista’ jkollhom il-portijiet, minħabba d-diversità tagħhom ta’ attivitajiet relatati mal-baħar, biex jippromovu l-ekonomija blu u biex jiżviluppaw strateġiji f’dan il-qasam;

52.

iqis li l-portijiet, bħala konnessjonijiet importanti fil-ktajjen tat-trasport u fiċ-ċikli ekonomiċi bejn il-pajjiżi, minn issa ’l quddiem għandhom isiru ċentri tal-enerġija li jużaw b’mod simultanju sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u sistemi b’livell baxx ta’ CO2, biex b’hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari, u jtejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tan-nies li jgħixu fiż-żoni tal-portijiet. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi żviluppata aktar l-infrastruttura tal-portijiet marittimi u li jinfetħu żoni ġodda adatti għall-attivitajiet tal-merkanzija u attivitajiet marittimi potenzjalment ġodda (eż. turbini eoliċi fuq il-baħar, l-akkwakultura sostenibbli);

It-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u t-titjib tal-kompetittività

53.

jinnota b’dispjaċir li l-iżvilupp effettiv tal-akkwakultura u ta’ attivitajiet oħra relatati mal-baħar huwa mxekkel minn għadd ta’ problemi interni, bħal proċeduri ta’ awtorizzazzjoni twal iżżejjed u kkumplikati u aċċess limitat għall-ilmijiet u ż-żoni fejn l-attivitajiet ekonomiċi huma possibbli. Il-kumplessità tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u n-nuqqas ta’ trasparenza jikkostitwixxu ostakli għall-iżvilupp sħiħ tal-akkwakultura Ewropea, u r-regoli applikabbli għandhom għalhekk jiġu ssemplifikati u ċċarati, u jeħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza bejniethom;

54.

jipproponi li jiġi stabbilit punt uniku ta’ servizz għal-liċenzji tal-akkwakultura mill-aktar fis possibbli sabiex jitħaffef il-proċess ta’ awtorizzazzjoni u tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-partijiet interessati u l-awtoritajiet differenti f’diversi livelli; jirrakkomanda wkoll l-introduzzjoni ta’ moduli ta’ taħriġ għall-awtoritajiet lokali dwar l-għoti tal-permessi sabiex titħaffef l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE;

55.

jinnota li, sabiex jissaħħu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-akkwakultura, huwa essenzjali li jkun hemm konformità mal-istandards tal-benessri tal-annimali, tas-saħħa u tal-protezzjoni tal-klima, u li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni preċiża u suffiċjenti fuq it-tikketti;

56.

jirrimarka li f’Opinjonijiet preċedenti diġà ppropona ekotikketta Ewropea; itenni din il-proposta u jenfasizza għal darb’oħra li ekotikketta u sistema ta’ ċertifikazzjoni effiċjenti jkollhom rwol importanti fiż-żieda tal-valur u l-konsum tal-prodotti tal-akkwakultura tal-UE; tikkettar ċar u obbligatorju tal-metodu tat-trobbija, tal-metodu tal-qbid, u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jippermettu lill-produtturi jiksbu rikonoxximent tat-titjib fil-prattiki tagħhom u biex il-konsumaturi jieħdu deċiżjoni infurmata; jenfasizza li l-kriterji għal tali tikkettar ekoloġiku għandhom ikunu ogħla mir-rekwiżiti legali attwali; Din it-tikketta tista’ tiġi estiża għas-sajd imwettaq skont ir-regolamenti dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni, u tindika li l-prodotti nkisbu permezz ta’ attivitajiet legali u b’mod li jirrispetta l-ambjent tal-baħar u s-sostenibbiltà tar-riżorsi;

57.

jappella sabiex il-mekkaniżmu futur ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri jkopri wkoll il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn il-prodotti differenti mibjugħa fis-suq intern, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura speċifika ta’ deroga għar-reġjuni ultraperiferiċi, abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni li tipprevjeni l-importazzjoni ta’ prodotti assoċjati ma’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tistabbilixxi regoli aktar effettivi biex jiġi żgurat li l-ħut li jidħol fis-suq tal-UE jissodisfa standards soċjali u ambjentali għoljin. Dan jiżgura l-protezzjoni tal-konsumatur Ewropew u jestendi l-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni sostenibbli tal-oċeani u l-ibħra għal pajjiżi terzi. Fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, għandu jingħata appoġġ lill-produtturi lokali u lil katini tal-provvista qosra bħala kwistjoni ta’ prijorità. Dan huwa l-uniku mod biex jiġi żgurat l-iżvilupp effiċjenti tal-akkwakultura, tas-sajd u tas-sajd tal-frott tal-baħar bil-qoxra fil-ġejjieni, speċjalment is-sajd kostali fuq skala żgħira;

58.

jirrakkomanda d-diversifikazzjoni fl-akkwakultura, b’enfasi partikolari fuq it-trobbija tal-alga, li l-prodotti tagħha ma jeħtiġux li jkunu maħsuba biss għall-konsum mill-bniedem u mill-annimali, iżda jistgħu jintużaw ukoll għal ċerti proċessi ta’ produzzjoni industrijali jew għall-produzzjoni tal-enerġija u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ attivitajiet sostenibbli, peress li mhu meħtieġ l-ebda għalf u ma jiġi ġġenerat l-ebda skart; Jirrakkomanda wkoll il-promozzjoni ta’ sistemi tal-akkwakultura integrati li jippermettu l-ħolqien ta’ mudelli ekonomiċi ċirkolari fil-katina tal-produzzjoni;

Il-kooperazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet, l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika

59.

itenni l-importanza li jiġu involuti l-partijiet interessati kollha tal-akkwakultura, tas-sajd u tas-sajd tal-frott tal-baħar bil-qoxra, sabiex tinħoloq ekonomija blu sostenibbli. Il-kooperazzjoni bejn ix-xjenza, l-awtoritajiet pubbliċi u l-industrija hija partikolarment importanti: l-għarfien xjentifiku u l-innovazzjoni effettiva, immirata u fit-tul fl-ekonomija ttejjeb l-effettività tax-xogħol u tiżgura l-iżvilupp ekonomiku u l-kompetittività;

60.

jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet li joperaw fil-pajjiżi u li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ professjonisti fis-setturi marittimi u tal-akkwakultura. Għalhekk, l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jaħdmu flimkien biex iżidu l-familjarità u l-attraenza tal-impjiegi marittimi, itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-karriera, jiżviluppaw il-mobilità Ewropea għaż-żgħażagħ fit-taħriġ, u joffru perkorsi ta’ taħriġ komplementari tul il-ħajja biex jikkonvertu impjiegi eżistenti għall-ambjent marittimu u jħeġġu lill-impjiegi marittimi tradizzjonali biex jaħtfu opportunitajiet ġodda. B’mod partikolari, f’termini ta’ taħriġ, ikun meħtieġ li jiġi adattat u promoss taħriġ marittimu u tas-sajd, sabiex ikun element li jiffavorixxi t-tiġdid ta’ ġenerazzjonijiet fis-setturi tas-sajd, l-akkwakultura u t-trobbija tal-frott tal-baħar;

61.

jinnota n-nuqqas ta’ involviment pubbliku fl-iżvilupp tal-ekonomija blu. L-investimenti sostenibbli fit-tul għandhom jippromovu l-implimentazzjoni ta’ miżuri multidixxiplinari biex jipproteġu l-bijodiversità tal-baħar u jipprovdu liċ-ċittadini b’opportunitajiet ġodda biex jiġġeneraw dħul. Huwa importanti wkoll li l-pubbliku jkun involut fl-implimentazzjoni tal-politika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet billi jiġu stabbiliti gruppi ta’ azzjoni lokali u diversi inizjattivi oħrajn;

62.

jimpenja ruħu li jippromovi u jappoġġja inizjattivi parteċipattivi lokali (bħal gruppi ta’ żvilupp lokali stabbiliti minn komunitajiet lokali, gruppi ta’ azzjoni b’rabta mas-sajd lokali, eċċ.) li jikkombinaw ir-riġenerazzjoni tar-riżorsi tal-baħar mal-preservazzjoni tal-għajxien lokali u l-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet, kif ukoll it-tradizzjonijiet u l-wirt kulturali taż-żona kkonċernata. Jimpenja ruħu wkoll li jippromovi u jappoġġja d-diversifikazzjoni u l-komplementarjetà tal-ekonomija tal-baħar. Dan għandu jħeġġeġ u jirrikonoxxi l-eżempju tal-gruppi ta’ azzjoni b’rabta mas-sajd lokali, li integraw is-settur marittimu u tas-sajd mas-soċjetà u l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jagħtu spinta lill-ekonomija blu fit-territorji tagħhom;

63.

iqis li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-kampanji ta’ informazzjoni fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew, l-ewwel nett biex il-konsumaturi jifhmu aħjar il-prodotti tal-akkwakultura, tas-sajd u tas-sajd tal-frott tal-baħar bil-qoxra, il-benefiċċji tagħhom u l-kontribut tagħhom għas-sigurtà tal-provvista, is-sigurtà tal-ikel u l-ħolqien tal-impjiegi, kif ukoll il-benefiċċji ambjentali fit-tul tal-akkwakultura tas-sajd u tas-sajd tal-frott tal-baħar bil-qoxra u, it-tieni, sabiex tingħata informazzjoni rigward l-għarfien xjentifiku dwar il-kompatibbiltà tal-akkwakultura mal-ambjent tal-baħar u l-preservazzjoni tiegħu.

Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 97/43


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa

(2022/C 97/09)

Relatur:

Jeannette BALJEU (NL/ALDE), Membru tal-Kunsill tal-Provinċja ta’ Zuid-Holland

Dokument ta’ referenza:

COM(2021) 350 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

jilqa’, minn perspettiva ġenerali, l-aġġornament tal-Istrateġija Industrijali proposta mill-Kummissjoni Ewropea; madankollu jirrakkomanda li l-Kummissjoni torbtu aktar mill-qrib mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050, billi tistabbilixxi objettivi konkreti fuq terminu qasir, medju u twil li l-industrija tal-UE għandha tikseb sabiex tikkontribwixxi għal dan l-għan ġenerali; jinnota li xi punti għandhom jiġu ċċarati aktar mill-perspettiva tal-gvernijiet lokali u reġjonali u għalhekk qed jiġu indirizzati f’din l-Opinjoni;

2.

jilqa’ l-enfasi fuq l-ekosistemi industrijali u t-tmexxija teknoloġika, u jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tad-dimensjoni bbażata fuq il-post: l-ekosistemi industrijali Ewropej huma magħmula minn ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali interkonnessi, bi strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni dinamiċi u intelliġenti, li huma bbażati fuq approċċ minn isfel għal fuq u għandhom l-għan li jagħtu spinta lill-innovazzjoni reġjonali, u jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-prosperità billi jgħinu u jippermettu lir-reġjuni jiffukaw fuq il-punti b’saħħithom tagħhom. Pjattaformi u sħubijiet ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti diġà jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bbażata fuq il-post bejn dawn is-sistemi ta’ innovazzjoni reġjonali. Dawn se jkunu l-ixprun tat-tkabbir sostenibbli u l-irkupru fl-Ewropa permezz ta’ kooperazzjoni strateġika ġdida u msaħħa fil-katina tal-valur. Dan se jgħin lill-Ewropa tikseb awtonomija strateġika u finalment ir-reġjuni u l-bliet jistgħu jieħdu s-sjieda fit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-industriji tagħhom;

3.

f’dan ir-rigward jilqa’ l-Forum Industrijali b’mod partikolari, li fih il-Kumitat tar-Reġjuni jikkontribwixxi b’mod attiv;

4.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ strateġija industrijali inklużiva li toħloq valur fir-reġjuni Ewropej u tqis il-karatteristiċi uniċi ta’ kull żona, bħar-reġjuni ultraperiferiċi; l-UE teħtieġ pipeline tal-innovazzjoni industrijali għall-UE kollha. Barra minn hekk, l-istrateġija industrijali għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet attwali tal-Istati Membri, abbażi tal-ħtiġijiet tal-iżvilupp lokali u reġjonali. Għal dan il-għan jeħtieġ li jsiru sforzi biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista, ir-reżiljenza u l-indipendenza permezz tad-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista;

5.

jirrikonoxxi t-tħassib dejjem jikber dwar l-irkupru irregolari mill-pandemija f’diversi reġjuni Ewropej. L-UE jeħtiġilha ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tagħlaq dan id-distakk billi tappoġġja lin-negozji, inklużi dawk minn żoni rurali u inqas żviluppati, tiddiġitalizza l-industrija waqt li tagħmilha aktar sostenibbli, u tintroduċi qafas regolatorju adattat għall-era diġitali u sostenibbli; filwaqt li timplimenta approċċi mhux biss industrijali iżda wkoll ibbażati fuq l-ekosistemi industrijali li jqisu d-diversità territorjali tal-UE;

6.

jenfasizza li l-industrija se tiffaċċja sfidi fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti f’diskussjonijiet dwar il-mod li bih jiġi żgurat li l-proposti tal-infrastruttura għat-trasport rinnovabbli, is-sewqan awtonomu u l-miżuri possibbli ta’ taħriġ mill-ġdid jiġu implimentati b’suċċess;

7.

jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-approċċ ta’ ekosistema reġjonali, sabiex jiġu involuti b’mod effettiv l-atturi ewlenin fil-livell lokali u reġjonali, bħall-gvernijiet, ir-raggruppamenti, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet ta’ raggruppamenti kif ukoll l-istituzzjonijiet tal-għarfien (inklużi l-universitajiet tax-xjenza applikata b’rabta qawwija mal-SMEs). Dan huwa essenzjali għat-titjib tal-kompetittività industrijali għal ħafna industriji u għat-trawwim ta’ innovazzjoni miftuħa. Barra minn hekk, il-KtR jixtieq jappella sabiex tingħata aktar attenzjoni lill-kollaborazzjoni bilaterali bejn raggruppament u ieħor, il-ħolqien ta’ forom ġodda ta’ sħubijiet pubbliċi-privati sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u privat u l-iżvilupp ta’ raggruppamenti tal-ekonomija soċjali;

8.

jilqa’ l-monitoraġġ li tħabbar fir-rigward tax-xejriet industrijali u l-kompetittività, peress li l-Ewropa teħtieġ tanalizza u tindirizza d-dipendenzi teknoloġiċi u industrijali strateġiċi flimkien;

9.

jenfasizza l-ħtieġa li jinkisbu parametri aħjar dwar l-innovazzjoni, peress li issa dawn jinsabu ċċentrati madwar l-investimenti (u l-input) fir-riċerka u l-iżvilupp u l-privattivi (indikazzjoni parzjali tal-adozzjoni tal-innovazzjonijiet). Viżjoni ċara dwar it-tiġdid tal-ekonomija u d-data rilevanti hija nieqsa. L-ewwel pass ikun li jiġi mmonitorjat it-tip ta’ investimenti li saru fir-riċerka u l-iżvilupp. L-enfasi għandha tkun speċjalment fuq dawk li għandhom rabta mal-kapaċitajiet teknoloġiċi, l-infrastrutturi tat-teknoloġija u fuq il-kompetittività fir-rigward tat-tranżizzjoni doppja lejn is-swieq tal-futur;

It-tisħiħ tar-reżiljenza tas-suq uniku

10.

jappoġġja t-twettiq ta’ suq uniku li jiffunzjona tajjeb u l-isforzi kontinwi biex jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet u l-ostakli. F’dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kundizzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni tal-fruntiera u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi transfruntiera u l-moviment liberu tal-ħaddiema;

11.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippubblika rapporti strateġiċi u pjani ta’ azzjoni annwali dwar is-suq uniku; jenfasizza l-importanza li jinħarġu fid-dieher id-dipendenzi fil-ktajjen tal-valur, qabel ma jiġu stabbiliti miżuri u restrizzjonijiet għall-ħarsien tas-suq uniku;

12.

it-Task Force għall-Infurzar fis-Suq Uniku (SMET) tista’ tkun ta’ rilevanza bħala l-“perkors” ċentrali għall-awtonomija strateġika. Madankollu, il-KtR jixtieq jenfasizza wkoll li strateġija industrijali ta’ suċċess għandha tirrifletti wkoll id-diversità tal-ekosistemi reġjonali u l-fatt li l-perkorsi għall-awtonomija strateġika se jiżviluppaw b’mod differenti f’ekosistemi differenti;

13.

suq intern li jiffunzjona tajjeb huwa kruċjali għall-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19. Huwa importanti ferm li jiġu evitati restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni minn Stati Membri individwali u li jiġi evitat l-għeluq mill-ġdid tal-fruntieri fl-UE, kif ġara fil-bidu tat-tifqigħa tal-coronavirus. Is-settur industrijali tal-UE huwa soġġett għar-regolamentazzjoni tal-UE filwaqt li jiffaċċja kompetituri minn pajjiżi terzi b’regolamentazzjoni tan-negozju differenti f’ċerti aspetti. . Jenfasizza l-importanza li tiġi stabbilita reċiproċità għar-rekwiżiti industrijali fil-ftehimiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi, sabiex l-industrija Ewropea tkun esposta għal kundizzjonijiet ekwivalenti fis-suq internazzjonali; Aktar progress fis-suq intern, inkluż fil-qasam tas-servizzi, ser ikun dejjem aktar urġenti;

14.

jenfasizza li s-suq uniku għandu jiddiversifika wkoll f’termini ta’ msieħba, prodotti u servizzi, sabiex l-UE tkun tista’ tipprovdi s-servizzi u l-prodotti li l-abitanti tagħha ma jistgħux jgħixu mingħajrhom. Dan iżid ukoll ir-reżiljenza tagħha; f’dan il-qasam il-kriżi tal-coronavirus uriet li, b’mod partikolari fis-settur tal-prodotti mediċinali, huma importanti ferm iż-żieda fil-produzzjoni fl-Ewropa, u fl-istess ħin, l-indipendenza mis-swieq barranin;

15.

jemmen li jenħtieġu regoli mfassla bir-reqqa dwar l-għajnuna mill-Istat fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, jenfasizza l-importanza ta’ kompetizzjoni ġusta fi ħdan l-UE, u biex tiġi evitata r-rilokazzjoni megħjuna mill-Istat tan-negozji fi ħdan l-UE; il-KtR huwa tal-fehma li l-proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEIs) jistgħu jkunu mezz eċċellenti għall-ktajjen tal-valur fejn is-suq waħdu ma jistax iwassal għal innovazzjoni rivoluzzjonarja. L-IPCEIs se jkomplu jappoġġjaw il-ħolqien ta’ forom aġli ġodda ta’ sħubijiet pubbliċi-privati. F’dan ir-rigward, il-KtR jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri, l-SMEs u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

16.

iqis li l-esplorazzjoni tal-merti ta’ proposta leġiżlattiva għar-regolamentazzjoni ta’ servizzi kummerċjali ewlenin bl-appoġġ ta’ standards armonizzati hija importanti ferm, peress li t-tranżizzjoni doppja tinvolvi wkoll mudelli kummerċjali ġodda kif ukoll bidla minn mudell ta’ sjieda ta’ prodott għal mudell iffukat fuq il-forniment ta’ servizzi;

17.

huwa interessat fil-proposta għal regolament biex jiġu indirizzati l-effetti distorsivi tas-sussidji barranin li tiżgura li s-sussidji distorsivi mogħtija minn gvernijiet ta’ pajjiżi terzi lil kumpaniji li jixtiequ jakkwistaw negozju tal-UE jew li jagħmlu offerti għall-akkwist pubbliku jkunu kkontrollati u indirizzati b’mod adegwat;

18.

jenfasizza l-importanza li jiġu eżaminati modi kif jiġu indirizzati l-effetti distorsivi fuq ir-raggruppamenti kkawżati minn akkwiżizzjonijiet, minn investituri appoġġjati mill-Istat, ta’ kumpaniji innovattivi (mhux elenkati fil-borża) essenzjali għal dawk ir-raggruppamenti;

19.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel użu mill-prinċipju ta’ reċiproċità fil-ftehimiet kummerċjali. Kumpaniji minn pajjiżi li ma jaderixxux mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi mhux se jitħallew jidħlu f’akkwisti pubbliċi Ewropej;

20.

jafferma li l-kollaborazzjoni transreġjonali madwar dawn ir-raggruppamenti hija meħtieġa u ta’ benefiċċju;

21.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma importanti biex tiġi stabbilita kollaborazzjoni industrijali fuq skala kbira bejn ir-raggruppamenti bil-għan li jissaħħu l-ktajjen tal-valur Ewropej;

22.

jenfasizza r-rwol li huwa previst għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-governanza u l-infurzar tas-suq uniku b’mod ġenerali, peress li l-kontribut tagħhom huwa essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tar-regoli tas-Suq Uniku;

23.

huwa kontra l-kompetizzjoni inġusta bejn ir-raggruppamenti Ewropej permezz tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet lokali u reġjonali. U jħeġġeġ sabiex jiġu minimizzati d-differenzi fl-ammonti tal-għajnuna mill-Istat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jagħtu billi jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti fi ħdan il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali;

24.

jilqa’ l-idea li l-istandards huma waħda mill-għodod ċentrali għall-implimentazzjoni tal-istrateġija, iżda jenfasizza li l-partijiet interessati kollha għandhom ikunu involuti fil-konsultazzjoni biex jinħolqu dawn l-istrumenti;

25.

jenfasizza l-importanza ta’ kompetizzjoni ġusta fi ħdan l-UE, u sabiex tiġi evitata r-rilokazzjoni megħjuna mill-Istat ta’ negozji fi ħdan l-UE. B’mod partikolari, il-kompetizzjoni ġusta tirrikjedi li l-kumpaniji jitħallew joffru l-prodotti tagħhom fis-suq Ewropew kollu dment li jikkonformaw mal-istandards ambjentali u ta’ sikurezza applikabbli;

Insaħħu d-Dimensjoni tal-SMEs fl-Istrateġija Industrijali

26.

jilqa’ r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar l-SMEs Ewropej 2020/2021 u jaqbel li n-nuqqas ta’ ħiliet meħtieġa u aċċess għall-finanzi huma l-ostakli ewlenin għall-SMEs biex jiddiġitalizzaw l-attivitajiet tagħhom;

27.

jilqa’ r-rikonoxximent tar-rwol tal-SMEs Ewropej kif ukoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tgħinhom jikbru u jattiraw forza tax-xogħol kwalifikata. Dan, min-naħa tiegħu, jeħtieġ ambjent favorevoli għan-negozju u investimenti meħtieġa fil-ħiliet u t-taħriġ tal-ħaddiema (eż. għarfien intern tal-ICT u/jew maniġerjali), kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti. Il-KtR jappella sabiex jingħata appoġġ lill-SMEs biex jgħinhom ifasslu strateġija diġitali jew pjan ta’ azzjoni li jindirizza r-riskji ta’ solvenza tagħhom, bl-użu tal-istrumenti finanzjarji tal-InvestEU;

28.

jinnota li d-diġitalizzazzjoni tal-SMEs tista’ tvarja ħafna fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom u fuq bażi lokali jew reġjonali. Sabiex jitnaqqas dan id-distakk diġitali, l-appoġġ għall-SMEs jeħtieġ li jkun adattabbli, iddisinjat tajjeb u mmirat għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, abbażi tal-iżvilupp sostenibbli lokali u reġjonali u b’appoġġ speċifiku għal dawk minn żoni rurali u żoni inqas żviluppati;

29.

jenfasizza l-ħtieġa għal investiment fl-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-validazzjoni bħaċ-ċentri tal-ittestjar tal-Industrija 4.0, il-fabbriki pilota u ċ-ċentri tal-innovazzjoni diġitali. Dan jista’ jgħin lill-kumpaniji u speċjalment lill-SMEs biex jittrasformaw l-innovazzjonijiet aktar malajr fi prodotti lesti għas-suq;

30.

jissuġġerixxi li tiżdied il-kollaborazzjoni bejn il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Kummissjoni Ewropea, b’mod partikolari man-network tar-Reġjuni Intraprenditorjali Ewropej fl-appoġġ tal-intraprenditorija u t-tranżizzjoni industrijali fil-livell lokali u reġjonali. Qasam ieħor ta’ fokus jista’ jkun ir-regolamentazzjoni u l-implimentazzjoni aħjar tal-politiki tal-UE, bħala parti mill-pjattaforma Fit for Future. L-għan ikun li jittejjeb l-ambjent favorevoli għan-negozju filwaqt li n-negozji jitħejjew għal sfidi futuri;

31.

jilqa’ l-istabbiliment ta’ Konsulenti dwar is-Sostenibbiltà biex jipprovdu pariri ddedikati lill-SMEs;

32.

jilqa’ l-esplorazzjoni tal-merti ta’ proposta leġiżlattiva għar-regolamentazzjoni ta’ servizzi kummerċjali ewlenin appoġġjati minn standards armonizzati. B’mod partikolari, il-KtR qed jistenna bil-ħerqa l-istandard tas-servizzi li tħabbar u jenfasizza li dawn jistgħu jgħinu biex jingħelbu d-diffikultajiet fil-provvista ta’ servizzi transfruntiera. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma affettwati minn għadd insuffiċjenti ta’ notifiki (kif imsemmi fir-rapport annwali dwar is-Suq Uniku li jakkumpanja l-Komunikazzjoni) u mill-inċertezza legali bħala riżultat tas-sentenza tal-QtĠ tal-2018 dwar l-ippjanar żonali;

33.

jiddispjaċih li l-mira ta’ investimenti ta’ 3 % tal-PDG fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għadha ’l bogħod milli tintlaħaq. Għalkemm xi Stati Membri jiksbu dak il-livell, oħrajn jinsabu taħt il-1 %. Dawn id-differenzi qed ixekklu l-kapaċità globali tal-UE bħala blokk, u jżommuha lura wara l-Istati Uniti, il-Ġappun u ċ-Ċina.

34.

jara, fl-implimentazzjoni futura taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, opportunità biex jinħolqu aktar sinerġiji fil-livelli kollha tal-gvern biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni industrijali permezz ta’ żieda fl-investiment fir-riċerka u politiki ta’ innovazzjoni bbażati fuq il-post;

35.

It-tranżizzjoni doppja tirrikjedi li l-industrija u l-forza tax-xogħol tagħha jadattaw u jinbidlu għal realtà ġdida; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex fl-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa tagħha tinkludi approċċ ibbażat fuq il-post għas-setturi affettwati minn dawn it-tranżizzjonijiet; dan jinkludi t-tfassil ta’ inċentivi biex titħeġġeġ iż-żieda fil-produttività tal-forza tax-xogħol bl-użu ta’ teknoloġija ta’ appoġġ (bħal realtà awmentata/realtà virtwali), u biex tiġi inkluża l-forza tax-xogħol tal-industriji affettwati ħafna minn bidliet teknoloġiċi, bħall-industrija tal-karozzi;

Inżidu dimensjoni territorjali għall-ekosistemi industrijali

36.

jilqa’ l-valutazzjoni mfassla apposta tal-ħtiġijiet tal-14-il ekosistema industrijali Ewropea li tindika d-diskrepanzi fl-investiment u l-għażliet għall-appoġġ tal-politika, kif ukoll l-istudju tal-każ dwar l-isfida tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-azzar (1); jissuġġerixxi li din il-valutazzjoni tkun ikkomplementata b’analiżi dwar l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa relatati;

37.

itenni l-appell tiegħu biex tissaħħaħ id-dimensjoni bbażata fuq il-post fl-Istrateġija Industrijali Aġġornata sabiex ir-reġjuni u l-bliet, bħala l-gvernijiet l-aktar qrib taċ-ċittadini u l-ekosistemi, jieħdu f’idejhom is-sjieda tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali doppji tal-industrija tagħhom, anke fid-dawl tal-ħtieġa għal taħriġ kontinwu u titjib tal-ħiliet, li jkollhom bżonn il-ħaddiema, minħabba r-riskju possibbli ta’ esklużjoni minħabba t-tranżizzjoni (2); Politika industrijali bbażata fuq il-post hija kruċjali b’mod speċjali fil-fażi ta’ rkupru, peress li l-industrija u l-iżvilupp reġjonali għandhom rabta mill-qrib;

38.

itenni li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom kompetenzi importanti f’oqsma ta’ politika li għandhom impatt fuq l-iżvilupp industrijali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jimmobilizzaw firxa wiesgħa ta’ strumenti biex jippermettu l-implimentazzjoni ta’ strateġija olistika u ambizzjuża tal-politika industrijali tal-UE, bil-għan li tiġi żgurata reżiljenza ekonomika fi żmien ta’ bidla strutturali; jappella sabiex il-Kummissjoni tinkludi l-livell lokali u reġjonali fit-tfassil futur tal-Istrateġija Industrijali l-ġdida tal-UE (3);

39.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ pilastru soċjali b’saħħtu għat-trasformazzjoni industrijali sabiex jiġu indirizzati b’mod adegwat il-konsegwenzi soċjali tat-tibdil strutturali u biex ir-reġjuni li ntlaqtu b’mod partikolari mill-pandemija jkunu jistgħu jirkupraw mil-lat ekonomiku u soċjali;

40.

jenfasizza li d-dimensjoni reġjonali tista’ tissaħħaħ bl-aħjar mod billi l-istrateġiji reġjonali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti jintużaw bħala mudell għall-kooperazzjoni interreġjonali; jilqa’ l-idea li jkompli jiġi żviluppat il-kunċett ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti billi l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDGs) jiżdiedu bħala r-raba’ element (S4);

41.

jara potenzjal kbir fil-kooperazzjoni interreġjonali u l-Istrument il-ġdid tagħha I3, anke biex ir-reġjuni li jiffaċċjaw l-akbar sfidi tat-tranżizzjoni doppja jiġu konnessi ma’ reġjuni oħra, u b’hekk jikkontribwixxu għall-ktajjen tal-valur interreġjonali u għall-koeżjoni. Użu akbar ta’ dan l-istrument, kif ukoll strumenti addizzjonali possibbli, jistgħu jappoġġajw il-kollaborazzjoni interreġjonali biex jissaħħu l-ktajjen tal-valur Ewropej. In-networks Ewropej, bħall-Inizjattiva Vanguard, jistgħu jappoġġjaw dan il-proċess. Il-KtR jemmen li huwa importanti ferm li ssir referenza għall-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti bħala l-qafas u l-għodda għall-modernizzazzjoni industrijali u l-kunċett ta’ innovazzjoni miftuħa. Il-KtR jenfasizza li hemm bżonn li l-istrateġija ta’ innovazzjoni reġjonali (RIS3) tiġi allinjata mal-iżvilupp ta’ perkorsi ta’ tranżizzjoni, peress li l-istrateġiji S3 għandhom ukoll l-għan li jappoġġjaw l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjonijiet doppji;

42.

jenfasizza l-importanza li jiġu kkoordinati l-għadd kbir ta’ inizjattivi ġodda tal-UE minn servizzi differenti tal-Kummissjoni biex jappoġġjaw it-trasformazzjoni industrijali. L-għanijiet li huma stabbiliti fl-Istrateġija “lesti għall-mira ta’ 55 %” huma ambizzjużi u għandhom jiġu appoġġjati mill-industrija permezz ta’ azzjoni konkreta biex tintlaħaq il-mira tan-newtralità klimatika sal-2050. Il-KtR jipproponi li jsir djalogu strateġiku mmexxi mill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rabta tal-ekosistemi industrijali mal-ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali. L-għan ikun li tiġi promossa l-governanza f’diversi livelli u li tiġi pprovduta koordinazzjoni aħjar. L-integrazzjoni tad-diversi inizjattivi fil-livell tal-UE f’kull livell ta’ gvern tkun kruċjali.

It-trattament tad-dipendenzi: awtonomija strateġika miftuħa fil-prattika

43.

jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex tkompli tanalizza d-dipendenzi u l-kapaċitajiet strateġiċi tal-UE b’rieżami fil-fond ta’ għadd ta’ oqsma strateġiċi teknoloġiċi u industrijali; jilqa’ l-isforzi biex jiġu identifikati miżuri biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE fil-ktajjen tal-valur globali; jinnota li l-“ekosistemi naturali” jkopru setturi differenti, speċjalment fil-livell reġjonali, u jiffurmaw parti minn network. Hemm “pipelines” Ewropej, inkluż fil-forma ta’ produzzjoni interreġjonali u ktajjen tal-valur, li jeħtieġu l-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea;

44.

jilqa’ l-attenzjoni żejda mogħtija lill-awtonomija strateġika iżda jenfasizza li, kif indikaw Spanja u n-Netherlands f’dokument informali, l-awtonomija strateġika ma tfissirx iżolazzjoniżmu jew protezzjoniżmu ekonomiku. Dan jimplika aktar reżiljenza u interdipendenza permezz ta’ azzjonijiet razzjonali u mfassla apposta b’rabta mad-dipendenzi asimmetriċi. Il-KtR jenfasizza li f’xi ktajjen tal-valur strateġiċi, l-Ewropa teħtieġ iżżid l-isforzi tagħha biex tiftaħ u tiffaċilita l-flussi tal-importazzjoni;

45.

jappoġġja r-reviżjoni tad-dipendenzi strateġiċi, speċjalment dawk li għandhom impatt partikolari fuq l-SMEs. Barra minn hekk, jappoġġja l-azzjonijiet imsaħħa biex l-SMEs jingħataw l-għajnuna biex jindirizzaw it-tfixkil u l-vulnerabbiltajiet, jew jiddiversifikaw billi jiġu konnessi mal-imsieħba lokali u transfruntiera ġodda;

46.

jinsab entużjast dwar l-iżvilupp ta’ gwida/għodda li tidentifika d-dipendenzi strateġiċi u tindirizzahom permezz tal-akkwist pubbliku;

L-aċċellerar tat-tranżizzjonijiet doppji

47.

jenfasizza l-importanza ta’ mudelli kummerċjali ġodda li jgħinu biex titħaffef it-tranżizzjoni doppja u għalhekk l-importanza ta’ kunċetti bħas-SOLVIT; għajnuna lin-negozji b’soluzzjonijiet prammatiċi għall-kummerċ bejn il-fruntieri u b’aċċess aktar faċli għall-finanzi;

48.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi mekkaniżmu għall-valutazzjoni u l-prevenzjoni tal-akkwiżizzjoni ta’ kumpaniji f’setturi bi rwol vitali jew strateġiku fl-ekonomija Ewropea, b’enfasi partikolari fuq kumpaniji iżgħar, ħafna drabi mhux elenkati, li huma essenzjali għall-ekosistemi reġjonali ta’ innovazzjoni u intraprenditorija;

49.

jappella għal appoġġ kontinwu mir-reġjuni u l-bliet ta’ alleanzi industrijali f’oqsma strateġiċi, li għandhom jinkludu negozji ġodda u SMEs u proposta ta’ tnedija ta’ alleanzi industrijali ġodda. Dawn l-alleanzi jkunu fl-oqsma tal-lanċjaturi spazjali, l-ajruplani b’emissjonijiet żero, it-teknoloġija cloud, u l-proċessuri u s-semikondutturi. Il-KtR jirrimarka li żewġ fatturi jwasslu għas-suċċess tal-alleanzi: 1) il-governanza u l-ħtieġa ta’ impenn mill-partijiet interessati kollha, u speċjalment 2) il-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex l-alleanzi jiffunzjonaw;

50.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni, flimkien mal-industrija, l-awtoritajiet, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħra, ħolqot perkorsi ta’ tranżizzjoni, li jibdew bit-turiżmu u l-industriji li jużaw ħafna enerġija, sabiex tikseb fehim aħjar tal-kamp ta’ applikazzjoni, l-ispejjeż u l-kundizzjonijiet għall-miżuri meħtieġa biex jakkumpanjaw it-tranżizzjoni doppja għall-ekosistemi prinċipali, u li jwasslu għal pjan ta’ azzjoni għal kompetittività sostenibbli;

51.

jenfasizza għal darb’ oħra l-importanza tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari għal industrija sostenibbli u kompetittiva. Iċ-ċirkolarità mhijiex essenzjali biss biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi u l-SDGs, iżda tgħin ukoll lill-industrija biex tikkompeti globalment u tista’ tkun element importanti tal-awtonomija strateġika. L-użu ċirkolari ta’ materja prima u prodotti skarsi (u strateġiċi) jagħmilha possibbli li jiġu limitati d-dipendenzi asimmetriċi u tissaħħaħ l-awtonomija (4). Peress li l-ekonomija ċirkolari hija impetu għal ktajjen tal-provvista iqsar mil-lat ġeografiku u għandha impatt kważi fuq kull tip ta’ raggruppament u industrija, id-dimensjoni territorjali u reġjonali tal-ekosistemi industrijali hija element essenzjali għas-suċċess ta’ strateġija industrijali mmirata lejn l-awtonomija strateġika. Peress li ħafna SMEs, minkejja l-isforzi kontinwi biex jittrasformaw il-mudelli ekonomiċi u kummerċjali tradizzjonali, mhumiex lesti għal din il-bidla, il-Kummissjoni tista’ tgħin biex tingħata spinta lill-bidla ċirkolari. Dan jista’, pereżempju, isir permezz ta’ suq uniku għall-iskart u b’appoġġ għat-tibdil tal-operazzjonijiet kummerċjali tal-parti l-kbira tal-SMEs li mhumiex atturi ewlenin fl-innovazzjoni;

52.

jenfasizza l-ħtieġa li ssir enfasi fuq setturi u oqsma fejn jista’ jsir l-akbar kontribut biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet klimatiċi. Dan ikun speċjalment fl-industrija intensiva fl-enerġija u raggruppamenti kbar tal-industrija, kif ukoll fil-ktajjen tal-produzzjoni li huma parti minnhom. L-enfasi fuq il-ktajjen tal-produzzjoni se tkun ta’ benefiċċju wkoll għall-SMEs fl-industrija, peress li ħafna drabi dawn ikunu integrati fil-katina tal-produzzjoni madwar kumpaniji akbar. Dan se jimmassimizza l-impatt fuq l-ambizzjonijiet klimatiċi. L-industrija hija estremament importanti bħala l-bażi tas-swieq tax-xogħol reġjonali fir-reġjuni industrijali. Dan ifisser li t-tranżizzjoni tal-industrija lejn mudell ta’ negozju sostenibbli hija kruċjali, anke f’termini ta’ impjiegi u tranżizzjoni inklużiva lejn ekonomija sostenibbli u diġitali;

53.

jenfasizza li huwa essenzjali li l-mudell industrijali l-ġdid ifittex soluzzjonijiet biex jipproteġi l-impjiegi, b’mod partikolari f’setturi affettwati ħafna mit-tranżizzjoni ekoloġika, bħas-settur tal-karozzi, peress li huwa wieħed mill-muturi ewlenin tal-ekonomija Ewropea. Sabiex jiġu salvagwardjati l-impjiegi, l-ekoloġizzazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-prodotti awtomobilistiċi għandha titwettaq b’mod flessibbiltà u fi żmien suffiċjenti, abbażi tan-newtralità teknika, u permezz tal-għajnuna finanzjarja tal-UE lir-reġjuni milquta bil-għan li jiġu adattati l-fabbriki, il-fornituri u l-faċilitajiet tal-produzzjoni eżistenti. Barra minn hekk, il-kompetittività tas-siti ta’ produzzjoni eżistenti għandha tiġi żgurata, kif ukoll il-kapaċità li jiġu adattati l-impjiegi;

54.

jenfasizza li l-aċċess għal sorsi tal-elettriku affidabbli u affordabbli huwa kruċjali għall-kompetittività tal-industrija Ewropea. Dan jeħtieġ il-bini ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni bbażati fuq sorsi kompletament rinnovabbli. Meta tiġi kkalkulata l-vijabbiltà ekonomika tas-sorsi tal-enerġija, l-ispejjeż ġenerali għandhom dejjem jitqiesu, jiġifieri l-ispejjeż livellati tal-enerġija li jkopru ċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-produzzjoni tal-enerġija, l-ispejjeż tas-sistema u l-ispejjeż esterni;

55.

jappella għal kunċett wiesa’ u inklużiv tat-tkabbir ekonomiku, anke f’termini ta’ sess, razza, ġeneru, lingwa, reliġjon, opinjoni politika u ċirkostanzi personali u soċjali, peress li neħtieġu t-talent kollu li l-Ewropa għandha x’toffri; jenfasizza li n-nisa għadhom sottorappreżentati ħafna fil-pożizzjonijiet maniġerjali fil-kumpaniji, u jistieden lill-kumpaniji biex l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-maniġment jagħmluha parti integrali tal-prinċipju korporattiv fundamentali tagħhom. Kumpaniji li jiddiversifikaw jirnexxu aktar minn kumpaniji li mhumiex rappreżentattivi tas-soċjetá (tagħhom);

56.

jirrimarka li l-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li jiġi kkalibrat mill-ġdid b’mod fundamentali sabiex jiġi eżaminat kif it-trasformazzjoni gradwali tal-industriji tal-komoditajiet intensivi fl-enerġija u li jiddependu fuq il-kummerċ barrani fi proċessi b’livell baxx ta’ karbonju u newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju tista’ tiġi appoġġjata aħjar. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-programmi ta’ finanzjament Ewropej u nazzjonali jingħataw biżżejjed riżorsi u jeħtieġ li l-kombinazzjoni tagħhom tkun possibbli;

57.

jenfasizza l-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn id-dinamika tal-bidla li hija meħtieġa għat-tranżizzjoni doppja, minn naħa, u l-prevedibbiltà tal-qafas regolatorju (speċjalment għall-SMEs u l-impjegati), min-naħa l-oħra. Il-KtR jenfasizza wkoll li tranżizzjoni inklużiva teħtieġ l-użu ta’ fondi għat-taħriġ (mill-ġdid) tal-forza tax-xogħol f’ħiliet ġodda fuq skala reġjonali u fis-setturi kollha. Dan iservi biex jiġu evitati kemm il-“lock-in” tal-impjegati fis-setturi li jaħdmu fihom, kif ukoll il-ħtieġa li jmorru jgħixu f’reġjuni oħrajn għax-xogħol;

58.

jirrimarka li dan ifisser ukoll li t-tranżizzjoni doppja għandha tkun appoġġjata minn tranżizzjoni lejn ekonomija li tindirizza l-popolazzjoni li qed tixjieħ u l-innovazzjonijiet li huma meħtieġa biex iċ-ċittadini kollha jiġu inklużi fit-tranżizzjoni doppja;

59.

il-KtR jilqa’ l-iżvilupp ta’ indikaturi, u jixtieq jenfasizza li l-kompetittività fit-tul, inkluża r-reżiljenza, tirriżulta minn tranżizzjonijiet aktar rapidi. Għalhekk l-indikaturi għandhom ikejlu l-veloċità u l-ostakli għat-tranżizzjoni doppja, mhux il-kompetittività b’mod ġenerali;

60.

jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għar-rwol importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-aġenziji tal-iżvilupp reġjonali jista’ jkollhom biex tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni doppja fl-appoġġ ta’ SMEs aktar diġitali u ekoloġiċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħaddan il-prinċipju ta’ “aħseb fiż-żgħir, aġixxi reġjonalment”.

Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  Opinjoni tal-KtR dwar https://webapi2016.COR.europa.eu/v1/documents/cor-2016-01726-00-01-ac-tra-mt.docx/content (COR-2016-01726-00-01).

(2)  Opinjoni tal-KtR dwar https://webapi2016.COR.europa.eu/v1/documents/cor-2020-01374-00-00-ac-tra-mt.docx/content, punt 4.

(3)  Opinjoni tal-KtR dwar https://webapi2016.COR.europa.eu/v1/documents/cor-2020-01374-00-00-ac-tra-mt.docx/content, punt 6.

(4)  Opinjoni tal-KtR dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Materja Prima Kritika (CDR-2021-04292-00-01).


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 97/50


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni

(2022/C 97/10)

Relatur:

Tadeusz TRUSKOLASKI (PL/AE), Sindku tal-Belt ta’ Białystok

Dokument ta’ referenza:

COM(2021) 373 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

iqis li s-Suq Uniku Ewropew huwa wieħed mill-akbar kisbiet tal-Unjoni Ewropea, u li l-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) għandha l-għan li żżomm ekonomija tas-suq miftuħa b’kompetizzjoni ħielsa, ġusta u effettiva, li twassal għal allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi u tippromovi l-innovazzjoni;

2.

japprezza l-isforzi li saru s’issa mill-Kummissjoni Ewropea (KE) u l-Parlament Ewropew (PE) biex jistabbilixxu politika tal-kompetizzjoni tal-UE ċara, trasparenti u effettiva;

3.

jenfasizza li r-rikonċiljazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE mal-politiki industrijali, diġitali, ambjentali, dwar il-klima, soċjali u dawk dwar il-kummerċ internazzjonali tagħha hija essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-setturi kollha u b’dan il-mod tiġi żgurata l-kompetittività globali, u b’hekk jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-SMEs;

4.

jilqa’ r-Regolament (UE) 2019/452 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni, kif ukoll il-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fir-rigward tas-sussidji barranin;

5.

jaqbel mad-dikjarazzjonijiet li jenfasizzaw l-aċċess limitat tal-konsumaturi għal informazzjoni online sħiħa dwar prodotti u servizzi minħabba l-għadd limitat ta’ ekosistemi u pjattaformi diġitali disponibbli, b’disponibbiltà dgħajfa ta’ traduzzjonijiet għal lingwi nazzjonali;

6.

jilqa’ l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-inizjattiva “Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni” (IPCEI);

7.

jirrimarka li l-objettivi tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE għandhom iqisu b’mod partikolari l-ħtiġijiet tal-SMEs, inklużi dawk taż-żoni rurali u ż-żoni inqas żviluppati, u joħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti u ġusti ta’ kompetizzjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha tal-UE;

8.

jenfasizza li huwa partikolarment importanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jiżguraw li l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE tittejjeb, peress li l-ugwaljanza bejn l-intrapriżi hija element essenzjali u waħda mill-prijoritajiet għall-funzjonament tas-suq intern;

Il-kompetittività tal-UE u l-appoġġ għan-negozji b’rabta mal-pandemija

9.

iqis li kwalunkwe għajnuna relatata mal-COVID-19 trid tingħata biss lin-negozji li qed jesperjenzaw l-impatt finanzjarju immedjat tal-pandemija u li, b’riżultat ta’ dan, mhumiex profittabbli;

10.

jirrimarka li miżuri finanzjarji temporanji li jirrispondu għall-pandemija m’għandhomx jintużaw minn kumpaniji mhux profittabbli li ma jikkommettux ruħhom għall-objettivi klimatiċi tal-UE, li huma fil-proċess ta’ falliment jew ristrutturar kbir, jew li jeħtieġu ristrutturar, sakemm dawn ma kinux diġà bdew qabel ma bdiet il-pandemija;

11.

jiġbed l-attenzjoni għal-linji ġenerali ta’ riforma globali tat-taxxa korporattiva miftiehma mill-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 f’Ottubru 2021; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi miżuri konkreti għall-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda fl-UE malli jiġu konklużi n-negozjati, u jappella b’urġenza għal sforzi biex tkompli tiġi żviluppata l-liġi tat-taxxa globali, filwaqt li jitqiesu n-negozji ta’ kull daqs;

12.

jirrikonoxxi li l-għajnuna pubblika għandha titfassal u tingħata b’mod li jkun kemm trasparenti kif ukoll responsabbli soċjalment, ekonomikament u ambjentalment;

13.

jilqa’ r-restrizzjonijiet diġà stabbiliti mill-Kummissjoni rigward, inter alia, il-ħlas ta’ dividendi u bonusijiet, jew it-tifdija tal-ishma ta’ negozji li jirċievu għajnuna;

14.

iħeġġeġ il-ħolqien ta’ mekkaniżmi li jiffaċilitaw il-funzjonament fi żminijiet ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku b’riżultat ta’ kriżijiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi (bħal fil-każ tal-pandemija tal-COVID-19), iżda li jnaqqsu s-sehem ta’ finanzjament dirett li jfixkel b’mod artifiċjali r-relazzjonijiet tas-suq;

15.

jinnota li d-disturbi fl-ambjent operattiv ikkawżati, inter alia, minn diversi tipi ta’ kriżijiet, jinkoraġġixxu lin-negozji biex jorganizzaw mill-ġdid is-suq b’mod kuntrarju għall-politika tal-kompetizzjoni tal-UE, li jwassal, pereżempju, għall-konklużjoni ta’ ftehimiet dwar il-volum tal-produzzjoni u/jew dwar żieda fil-profittabilità; madankollu, dan huwa pprojbit mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u fl-aħħar mill-aħħar iwassal biex l-ispejjeż tal-kriżi jgħaddu għand il-konsumaturi;

16.

jenfasizza li l-objettiv primarju, anke f’kundizzjonijiet ta’ kriżi, jibqa’ li jiġi żgurat li l-konsumaturi jibbenefikaw minn swieq kompetittivi biss jekk dawn joffru prezzijiet ġusti u għażla wiesgħa ta’ prodotti ta’ kwalità għolja;

17.

jemmen li l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għan-negozji fis-Suq Uniku huwa kruċjali speċjalment għall-SMEs, inkluż għall-ħolqien tal-innovazzjoni, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ekoloġiċi ġodda u l-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli fl-UE;

18.

jistieden lill-KE timmonitorja l-użu u d-distribuzzjoni ta’ diversi fondi tal-UE b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19, inkluż permezz tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri, li jridu jikkonformaw mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat;

19.

jistenna azzjoni ex ante dwar strateġiji ta’ kriżi; l-ippjanar tal-politika tal-kompetizzjoni għandu jkun koerenti u konsistenti fi ħdan orizzont ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fit-tul.

Oqsma ġodda tas-suq Ewropew

20.

jilqa’ l-proposta tal-KE għal Att dwar is-Swieq Diġitali u jenfasizza l-urġenza li jinħoloq ambjent kummerċjali ġust għall-utenti kummerċjali li jiddependu mill-“gwardjani” sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ħielsa anke online;

21.

jistieden lill-KE, l-Istati Membri u r-reġjuni jżidu l-isforzi tagħhom biex jippromovu t-trasferiment tat-teknoloġija, sabiex jappoġġjaw il-bini ta’ katini tal-ħolqien tal-valur tal-UE u jimmassimizzaw l-użu tal-kapital disponibbli; għandu jingħata appoġġ speċjali lir-reġjuni inqas żviluppati, periferiċi, ultraperiferiċi, u insulari;

22.

jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni hija partikolarment importanti għall-SMEs, peress li tipprovdi aċċess għal swieq usa’ u telimina l-problemi spazjali li jirriżultaw minn żvantaġġi ġeografiċi; il-fondi tal-UE għandhom jingħataw lill-SMEs, speċjalment dawk li jinsabu f’żoni rurali u żoni inqas żviluppati sabiex jiddiġitalizzaw l-attivitajiet tagħhom. Barra minn hekk, l-SMEs għandhom jingħataw informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ diġitalizzazzjoni fil-livell tal-UE. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu rwol ewlieni fit-tixrid ta’ din l-informazzjoni;

23.

iqis li l-iżvilupp tal-UE li jwassal għat-trasformazzjoni diġitali jesiġi li tittieħed azzjoni kontra strutturi monopolistiċi;

24.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza partikolari tal-projbizzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti (Artikolu 102 tat-TFUE) b’rabta mal-attivitajiet kemm tal-entitajiet esterni kif ukoll fi ħdan l-UE; dan huwa partikolarment importanti f’oqsma emerġenti tas-suq bi tkabbir dinamiku li mhumiex formalizzati jew immonitorjati tajjeb;

25.

jirrimarka li l-penali finanzjarji imposti għal ksur ta’ kundizzjonijiet kompetittivi huma parti biss mis-soluzzjoni u, b’mod partikolari, l-Att il-ġdid dwar is-Swieq Diġitali għandu jwaqqaf lill-gwardjani milli jinvolvu ruħhom fi prattiki illegali biex jiksbu vantaġġ kompetittiv; jikkritika l-fatt li l-ispejjeż imġarrba mill-penali tal-kompetizzjoni huma mgħoddija lill-konsumaturi, u fl-aħħar mill-aħħar tinħoloq sitwazzjoni fejn iċ-ċittadini tal-UE huma l-uniċi vittmi;

26.

jenfasizza li d-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għandu d-dipartiment tiegħu stess għall-affarijiet diġitali, li wettaq numru ta’ inkjesti settorjali f’dawn l-aħħar snin (eż. l-inkjesta settorjali dwar il-kummerċ elettroniku u l-inkjesta settorjali dwar l-Internet tal-Oġġetti b’rabta mal-konsumatur), li wassal ukoll għall-proposta għal Att dwar is-Swieq Diġitali; jistenna li d-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni jinkorpora r-riżultati tal-investigazzjonijiet tal-antitrust fl-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Swieq Diġitali;

27.

jaqbel mal-PE li r-riżorsi attwali tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (DĠ COMP) tal-KE mhumiex biżżejjed fir-rigward tal-ammont ta’ xogħol u l-isfidi li qed jiffaċċja;

28.

jirrikonoxxi l-isfidi li jirriżultaw mill-ħolqien u l-implimentazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni, speċjalment fil-qasam tas-suq diġitali, fejn iseħħu l-konċentrazzjoni, l-aggregazzjoni u l-użu ta’ data fi swieq bi prezzijiet żero, u jintużaw algoritmi ta’ pprezzar inġusti, speċjalment minn pjattaformi kbar; f’dan ir-rigward, jilqa’ l-fatt li l-Att dwar is-Swieq Diġitali fost affarijiet oħra għandu l-għan li jiżgura li s-servizzi u l-prodotti offruti minn pjattaforma bi rwol ta’ gwardjan innifisha jiġu ttrattati l-istess bħal servizzi u prodotti simili offruti minn partijiet terzi fuq il-pjattaforma tal-gwardjan, u b’hekk jiggarantixxi kompetizzjoni ħielsa;

29.

jistenna li l-KE taħdem biex tadatta r-reġistru dwar l-organizzazzjonijiet li jagħmlu lobbying għal soluzzjonijiet diġitali speċifiċi f’isem atturi mhux tal-UE u dwar it-trasparenza tas-sorsi ta’ finanzjament tagħhom;

30.

jilqa’ l-valutazzjoni tal-KE tal-ħtieġa għal għodod ġodda biex tiġi żgurata l-effettività tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE, li huma partikolarment meħtieġa f’oqsma ġodda tas-suq li għadhom qed jitfaċċaw u li mhumiex deskritti tajjeb;

31.

jaqbel li l-konsumaturi ftit li xejn għandhom kontroll fuq id-data u l-identità diġitali tagħhom stess, speċjalment peress li l-biċċa l-kbira tal-fornituri tas-servizzi diġitali jeħtieġu l-kunsens mingħajr ma jħallu għażla lill-konsumaturi jekk ma jridux jitilfu l-aċċess għal ċerti servizzi;

32.

iħeġġeġ lill-KE toħloq leġiżlazzjoni li tobbliga lid-detenturi tad-data jħassru d-data meta l-konsumaturi ma jkunux użaw is-servizzi tagħhom għal ċertu perjodu ta’ żmien (eż. sena);

33.

jesprimi l-appoġġ tiegħu għal azzjonijiet favur servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, li għadhom essenzjali għas-sopravivenza ta’ għadd ta’ komunitajiet madwar l-Ewropa, speċjalment f’reġjuni iżolati, remoti jew periferiċi tal-Unjoni;

34.

jirrimarka li xi strutturi oligopolistiċi żviluppaw fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u li xi kumpaniji teknoloġiċi kbar saru atturi importanti fis-suq tas-servizzi finanzjarji, li jirrikjedi arranġamenti ta’ kontroll u salvagwardja għall-konsumaturi; f’dan ir-rigward, jenfasizza l-importanza li jiġi applikat l-Artikolu 102 tat-TFUE għas-servizzi online ukoll, sabiex fornituri żgħar minn bliet u reġjuni li joffru s-servizzi u l-prodotti tagħhom online ma jsofrux minn żvantaġġ kompetittiv;

35.

jistieden lill-KE tirrevedi d-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, peress li l-protezzjoni eżistenti tal-konsumatur mhijiex biżżejjed u l-aċċess għall-informazzjoni għas-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt ta’ diversi fatturi fuq il-varjabbiltà tal-prodotti huwa baxx wisq;

36.

jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga klawżoli u prattiki inġusti, b’mod partikolari fil-kuntratti tal-konsumatur fis-settur bankarju, peress li s-settur bankarju, minkejja l-importanza konsiderevoli tiegħu, irid jiġi ttrattat l-istess bħal oqsma oħra tas-suq;

37.

jenfasizza l-ħtieġa li l-kontribwenti u l-klijenti tal-banek jiġu protetti mill-piż tas-salvataġġ tas-sistema finanzjarja.

Il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE fil-konfront ta’ pajjiżi terzi

38.

jingħaqad mas-sejħa tal-PE biex jissaħħu l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ biex jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali inġusti u tiġi salvagwardjata l-kompetittività tal-industrija Ewropea;

39.

jistenna li ssir ħidma fuq il-bidirezzjonalità tal-politika tal-kompetittività tal-UE sabiex fil-qafas tas-Suq Uniku jkun hemm garanziji ta’ libertà u mekkaniżmi għall-prevenzjoni tal-konċentrazzjoni, inkluż il-ħolqien ta’ monopolji, u li jinbena bilanċ bejn is-saħħa fis-suq tax-xerrejja u l-bejjiegħa, flimkien ma’, fir-rigward ta’ pajjiżi terzi (eż. iċ-Ċina, l-Istati Uniti), mekkaniżmi ekwivalenti għal mudelli ta’ promozzjoni tal-esportazzjoni;

40.

jirrimarka li fil-ġlieda kontra l-monopolizzazzjoni tas-suq Ewropew għandu jsir l-istess sforz fir-rigward kemm ta’ operaturi tal-UE kif ukoll ta’ dawk li mhumiex; illum il-ġurnata, speċjalment fil-qasam tal-kummerċ elettroniku, hemm diversi disfunzjonijiet li jirriżultaw mill-monopolizzazzjoni tat-teknoloġiji diġitali avvanzati mill-korporazzjonijiet tal-Istati Uniti u taċ-Ċina;

41.

jistenna li l-politika industrijali tiġi żviluppata b’tali mod li taħdem bħala għodda għall-konverġenza tar-reġjuni u tappoġġja riallokazzjoni spazjali effiċjenti tar-riżorsi mingħajr distorsjoni tal-kompetizzjoni;

42.

jistieden lill-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għar-rwol ta’ intrapriżi statali barranin, li jiġu appoġġjati u ssussidjati mill-gvernijiet rispettivi tagħhom b’mod li r-regoli tas-Suq Uniku tal-UE jipprojbixxu għall-operaturi fi ħdan l-UE;

43.

jitlob trattament ugwali tal-imsieħba kummerċjali tal-UE, u għalhekk jistenna li l-Kummissjoni tifformalizza regoli li jiggarantixxu kundizzjonijiet uniformi fir-rigward tal-aċċess għas-suq, il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat; kwalunkwe ksur tal-kundizzjonijiet għandu jinvolvi s-sospensjoni tal-kummerċ fuq termini speċjali, sabiex it-theddida ta’ sanzjonijiet ikollha dimensjoni ta’ inċentiv;

44.

jinnota li l-attivitajiet attwali li jiffavorixxu l-kompetizzjoni juru li l-atturi mhux tal-UE mhumiex qed isegwu l-istess regoli u qed jirċievu appoġġ qawwi mill-Istat, fost affarijiet oħra, inkluż appoġġ finanzjarju. Dan jirrikjedi li l-liġi Ewropea tal-kompetizzjoni tkun aktar flessibbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, peress li ma tqisx biżżejjed in-natura tal-kompetizzjoni li jiffaċċjaw il-kumpaniji Ewropej f’pajjiżi terzi fejn l-istess regoli mhumiex rispettati;

45.

jitlob li l-ħidma fuq il-politika kummerċjali tal-UE tissaħħaħ aktar minflok issegwi swieq oħra bħall-Istati Uniti, peress li l-formula użata s’issa hija konsistenti mal-konvinzjonijiet taċ-ċittadini tal-UE u t-tradizzjonijiet tal-intraprenditorija; jeħtieġ li l-UE ssaħħaħ il-politika kummerċjali tagħha sabiex tkun aktar assertiva f’termini ta’ reċiproċità fl-aċċess għas-suq u l-kontroll tas-sussidji industrijali;

46.

iħeġġeġ l-estensjoni tal-mudell ta’ kontroll għall-konċentrazzjoni tal-kapital; għandha tingħata attenzjoni għall-espansjoni li dejjem qed tikber tiegħu, li twassal mhux biss għall-ħolqien ta’ monopolji tas-suq, iżda wkoll iżżid l-okkupazzjoni vertikali u orizzontali tas-suq, li għandha impatt negattiv fuq id-dekonċentrazzjoni tal-katini tal-valur;

47.

it-tilħiq tal-objettivi tal-indirizzar tal-inugwaljanzi soċjali u l-kriżi klimatika, it-titjib tal-istandards ambjentali, it-titjib fit-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, l-implimentazzjoni tal-politiki dwar il-klima u l-protezzjoni tal-konsumatur ilkoll jeħtieġu azzjonijiet li jittrattaw b’mod strett kwalunkwe ksur tal-kundizzjonijiet applikabbli dwar il-produzzjoni, l-impjieg, l-ambjent, eċċ. mill-fornituri barra mill-UE.

Il-futur tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE

48.

jirrimarka li d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit li jirregolaw is-sorveljanza ta’ għajnuna/sussidji mill-Istat jimponu restrizzjonijiet sinifikanti fuq iż-żewġ partijiet fir-rigward ta’ sussidji pubbliċi; filwaqt li d-dispożizzjonijiet jiżguraw li l-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE tkompli tistabbilixxi standards għal kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, l-Artikoli 3.4.2 u 3.5 tal-ftehim jistipulaw li ċerti tipi ta’ sussidji m’għandhomx jingħataw mill-partijiet jekk għandhom jew jista’ jkollhom effett “materjali” fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-partijiet; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib il-konformità tar-Renju Unit ma’ dawn id-dispożizzjonijiet biex tevita kull dumping ta’ sussidji mir-Renju Unit;

49.

jinkoraġġixxi azzjoni aktar radikali kontra l-bojkott, il-falsifikazzjoni u l-imitazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni frawdolenti tal-prodotti u s-servizzi tal-Istati Membri fis-suq globali; l-SMEs għandu jkollhom appoġġ ċar mill-istituzzjonijiet Ewropej fis-swieq barranin;

50.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ demarkazzjoni ċara bejn l-objettivi tal-politika tal-kompetizzjoni, li għandhom jiġu applikati l-ewwel u qabel kollox fis-Suq Uniku Ewropew, u politika industrijali mmirata biex tappoġġja entitajiet li jidħlu f’kompetizzjoni fis-suq globali;

51.

iqis li azzjoni fit-tul skont il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE għandha ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-katini tal-valur miżjud sabiex titnaqqas id-dipendenza minn operaturi minn pajjiżi terzi u, fejn dan ma jkunx possibbli, biex jiġi garantit grad għoli ta’ diversifikazzjoni tal-fornituri;

52.

jenfasizza li r-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat iridu jkunu konsistenti mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija Diġitali tal-UE, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU; jenfasizza li l-Istati Membri huma responsabbli biex jiddeterminaw it-taħlita tal-enerġija, iżda jiddispjaċih li għadd ta’ Stati Membri ma jagħmlux l-għajnuna mill-Istat kondizzjonali fuq dawn l-għanijiet;

53.

jilqa’ l-fatt li l-istudju reċenti mħejji għall-Kummissjoni dwar ix-xejriet tas-suq fil-qasam tal-kura tas-saħħa u tal-akkomodazzjoni soċjali u dwar l-implikazzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat, imwettaq fil-kuntest ta’ valutazzjoni kontinwa tal-pakkett tas-Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali tal-2012 dwar il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni soċjali (1), jappoġġja b’mod ġenerali t-talbiet li għamel il-KtR fl-Opinjoni tiegħu ta’ Ottubru 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat u s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (2), u b’mod partikolari ż-żewġ punti li ġejjin: 1) il-limitu de minimis ta’ EUR 500 000 jintlaħaq faċilment u, meta titqies iż-żieda globali fl-appoġġ tal-għajnuna mill-Istat lis-setturi, għandha titqies żieda tal-limitu għal raġunijiet ta’ proporzjonalità; 2) id-definizzjoni ta’ akkomodazzjoni soċjali mhijiex ċara, peress li ma hemm l-ebda definizzjoni unika ta’ akkomodazzjoni soċjali fl-Istati Membri tal-UE. Barra minn hekk, jidher li d-definizzjoni attwali m’għadhiex tajba peress li l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni għal akkomodazzjoni affordabbli qed jiżdiedu. Għalhekk, il-KtR itenni t-talba tiegħu biex mid-definizzjoni titneħħa r-referenza restrittiva żżejjed għal “persuni żvantaġġati u (…) gruppi soċjalment inqas vantaġġati”;

54.

jistieden lill-KE timmonitorja u tinvestiga bir-reqqa l-impatt tal-atturi finanzjarji, speċjalment il-pjattaformi diġitali, fuq il-kompetizzjoni tas-suq u d-deċiżjonijiet tal-konsumatur;

55.

jirrimarka li l-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-UE biex jappoġġja t-trasformazzjoni gradwali ta’ industriji primarji li jużaw ħafna enerġija li jiddependu minn kummerċ barrani fi proċessi b’livell baxx ta’ karbonju u newtrali fil-karbonju jeħtieġ li jiġi rivedut b’mod fundamentali. Jeħtieġ li jingħata appoġġ mhux biss għall-investimenti iżda wkoll għall-ispejjeż operattivi. Il-programmi ta’ finanzjament Ewropej u nazzjonali għandhom għalhekk ikollhom riżorsi suffiċjenti u jkunu jistgħu jiġu kkombinati. Kuntratti klimatiċi bbażati fuq proġetti li jinvolvu garanzija tal-gvern fit-tul fir-rigward tal-ipprezzar tas-CO2 jistgħu wkoll jagħmlu kontributi sinifikanti għat-trasformazzjoni industrijali;

56.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jinħolqu u jiġu applikati għodod effettivi biex issir pressjoni fuq atturi interni u esterni li ma jikkonformawx mar-regoli tal-kompetizzjoni;

57.

iqis li l-infurzar strett u imparzjali tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE minn awtoritajiet tal-kompetizzjoni indipendenti huwa kruċjali għan-negozji Ewropej li joperaw fis-suq intern u fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari għall-SMEs, u għalhekk iħeġġeġ fermezza akbar meta jiġu imposti sanzjonijiet fuq dawk li jiksru r-regoli stabbiliti;

58.

itenni l-appell tiegħu għal ambizzjoni akbar meta jiġu implimentati soluzzjonijiet ġodda, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw in-newtralità klimatika tal-ekonomija Ewropea, kif ukoll għal turija ta’ kuraġġ huma u jsaħħu direttament l-uniformità tas-Suq Uniku;

59.

jinkoraġġixxi miżuri li jorbtu l-politika ta’ koeżjoni u l-politika tal-kompetizzjoni, sabiex l-appoġġ eventwali jkun assoċjat mal-armonizzazzjoni tar-regoli u l-prinċipji għall-operaturi fis-Suq Uniku; f’dan ir-rigward, jilqa’ l-flessibilità introdotta b’rabta mal-pandemija COVID-19 f’termini ta’ għajnuna mill-Istat għall-politika reġjonali; jiġbed l-attenzjoni għall-istħarriġ tal-Kummissjoni COTER tal-KtR fir-rigward tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-Fondi Strutturali dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ akkumpanjament għall-programmi CRII u CRII+, li wrew li l-maġġoranza tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-Fondi Strutturali appoġġjaw żieda temporanja fil-limitu de minimis għall-għajnuna mill-Istat;

60.

filwaqt li jirrikonoxxi li n-negozji Ewropej għandhom ikunu jistgħu jikkompetu fis-swieq globali fuq l-istess livell, jistieden lill-KE tadatta l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE u l-għajnuna mill-Istat sabiex tippromovi l-iżvilupp industrijali, b’mod partikolari f’oqsma bl-ogħla livell ta’ eċċellenza teknika u teknoloġika, u biex tappoġġja bis-sħiħ l-espansjoni tan-negozji Ewropej barra mis-Suq Uniku;

61.

jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tipproponi emendi għar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER), sabiex jiġi ffaċilitat aktar l-appoġġ pubbliku għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-UE (3); jenfasizza li l-eżenzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ għajnuna mir-rekwiżit ta’ notifika tagħmilha ħafna aktar faċli għall-Istati Membri li jagħtu għajnuna malajr jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern;

62.

jisħaq dwar l-importanza li l-UE tibqa’ ekonomija miftuħa u li tkompli tippromovi kummerċ internazzjonali liberu, ġust u sostenibbli li minnu jibbenefikaw l-imsieħba kummerċjali kollha; jappoġġja f’dan ir-rigward l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex tirriforma d-WTO, u li l-għan tagħha jrid ikun li terġa’ tagħti l-ħajja u ssaħħaħ id-WTO, fost l-oħrajn billi timmodernizza l-mod kif taħdem u timla l-lakuni fil-qafas regolatorju tagħha sabiex tkun tista’ tindirizza b’mod adegwat l-isfidi attwali tal-politika kummerċjali;

63.

itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa regoli aktar flessibbli u effettivi dwar l-għajnuna mill-Istat biex tiġi provduta assistenza finanzjarja, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-FEŻR u tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, lill-ajruporti reġjonali li jinsabu f’reġjuni periferiċi, insulari jew ultraperiferiċi, jew inqas żviluppati, fejn ma teżistix alternattiva aktar effiċjenti u sostenibbli (4).

Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  https://ec.europa.eu/competition-policy/system/files/2021-09/kd0621047enn_SGEI_evaluation.pdf

(2)  https://webapi2016.COR.europa.eu/v1/documents/cor-2016-01460-00-00-ac-tra-en.docx/content

(3)  Konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-6 ta’ Ottubru 2021 bil-ħsieb li l-GBER rivedut jiġi adottat fl-ewwel nofs tal-2022.

(4)  COTER-VII-010, COR-2021-00471-00-00 Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Il-futur tal-ajruporti reġjonali – Sfidi u opportunitajiet.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 97/56


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Id-dimensjoni tal-ġeneru tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni 2021-2027, b’enfasi fuq it-tħejjija tal-programmi operazzjonali

(2022/C 97/11)

Relatur:

Donatella PORZI (IT/PSE)

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Sfond u kummenti ġenerali

1.

ifakkar fl-importanza tal-politika ta’ koeżjoni, li l-objettivi ġenerali tagħha huma l-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mat-tnaqqis tad-disparitajiet fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni differenti, sabiex tinkiseb il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

2.

jenfasizza, f’dan il-kuntest, li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandha tinftiehem sew bħala: (1) prinċipju fundamentali għal-leġiżlazzjoni dwar il-politika ta’ koeżjoni; (2) kriterju orizzontali għat-tħejjija tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni, (3) objettiv li għandu jiġi segwit mill-programmi, u (4) fattur b’saħħtu li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta’ żvilupp sostenibbli u bilanċjat tal-politika ta’ koeżjoni;

3.

josserva li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għadha tiġi indirizzata b’mod ġenerali u għadha limitata għall-oqsma tal-politika tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, kif ukoll fil-fażi tal-analiżi tal-kuntest u l-programmazzjoni, mentri tinħtieġ aktar attenzjoni fuq bażi regolari fil-fażijiet tal-leġiżlazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

4.

jirrimarka li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija ta’ benefiċċju mhux biss għan-nisa iżda għas-soċjetà kollha, peress li hija xprun b’saħħtu tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku, kif stabbilit ukoll fl-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025, li tenfasizza li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tgħin biex jiżdiedu l-impjieg u l-produttività;

5.

jinsab konvint li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs, flimkien mat-tisħiħ tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali u tal-kura, b’mod partikolari dawk marbuta mal-ħarsien tal-ommijiet u tat-tfal, se jagħmluha aktar faċli biex tiġi kkombinata karriera mal-familja, li min-naħa tagħha tista’ tgħin biex tiżdied ir-rata tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, u li tiġi indirizzata l-kriżi demografika serja li qed tiffaċċja l-Ewropa. Iż-żieda fl-appoġġ għall-familji Ewropej u ż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol huma miżuri importanti biex jittaffew il-problemi ta’ sostenibbiltà tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali u biex iż-żgħażagħ jiġu megħjuna jistabbilixxu ruħhom bħala ġenituri;

6.

jirrikonoxxi u japprezza l-isforzi li saru mill-istituzzjonijiet Ewropej biex jippromovu l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, kif ukoll l-importanza kbira marbuta mat-tilħiq tal-objettivi tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fil-qafas leġiżlattiv u ta’ programmazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni 2021-2027, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet abilitanti u s-sistema ta’ traċċar fil-programmi ta’ nfiq relatati ma’ objettivi speċifiċi;

7.

jinsab imħasseb, madankollu, li fl-2017 ir-rata ta’ impjieg u l-paga medja tan-nisa fl-Ewropa kienu għadhom madwar 12-il punt (67,3 % meta mqabbel ma’ 79 %) u 16-il punt, rispettivament, inqas mill-irġiel, u li, skont l-analiżi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), il-prestazzjoni tal-pajjiżi tal-UE fl-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri ilha tonqos mill-2012. Fil-fatt, skont l-EIGE, li jikklassifika l-elementi ewlenin tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fuq skala minn 0 sa 16, il-valur medju tal-Istati Membri naqas minn 8,4 fl-2012 għal 7,4 fl-2018;

8.

jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025 ma tinkludix azzjonijiet speċifiċi għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-oqsma kollha tal-politika tal-UE, u jfakkar li jeħtieġ li jissaħħaħ l-użu ta’ indikaturi effettivi biex jitkejjel u jiġi vvalutat l-impatt tal-ġeneru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji;

9.

iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni Ewropea tintensifika l-isforzi għal ugwaljanza ġenwina bejn il-ġeneri, li għandhom jiġu segwiti f’approċċ doppju ta’ inizjattivi speċifiċi biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi speċifiċi minn naħa waħda, u l-integrazzjoni, bħala approċċ orizzontali li jkopri l-politiki Ewropej kollha, min-naħa l-oħra;

10.

ifakkar li sabiex tintlaħaq ugwaljanza ġenwina bejn il-ġeneri, dan l-objettiv għandu jiġi inkluż f’kull stadju tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u matul il-fażi ta’ implimentazzjoni sussegwenti, meta jiġu stabbiliti l-prijoritajiet, żviluppati l-politiki, u allokati r-riżorsi. Huwa importanti, għal dan l-għan, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħmlu l-programmi soġġetti għal valutazzjonijiet tal-impatt adatti fir-rigward tal-ġeneru;

11.

jirrakkomanda, madankollu, li l-approċċ tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri m’għandux jiddevja l-attenzjoni lejn miżuri u investimenti speċifiċi mmirati speċifikament lejn it-tneħħija tal-kawżi tad-diskriminazzjoni u l-appoġġ għall-proċessi għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, il-parteċipazzjoni u t-tisħiħ tar-rwol tan-nisa fis-soċjetà u fid-dinja tax-xogħol;

12.

iħeġġeġ, għal dan il-għan, lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel użu akbar tal-istrumenti stabbiliti mill-EIGE biex timmonitorja b’mod regolari r-rata ta’ implimentazzjoni tal-impenji fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tal-koeżjoni; f’każ li l-istrumenti ma jkunux biżżejjed, jitlob il-ħolqien ta’ strumenti speċifiċi għall-kejl ta’ kisbiet konkreti li jorbtu l-ugwaljanza mal-koeżjoni;

13.

iqis li jeħtieġ, b’referenza għall-prinċipju tar-regolamentazzjoni aħjar, li tingħata aktar attenzjoni biex jiġi żgurat li l-interventi regolatorji adottati jkun jista’ jkollhom impatt reali u effettiv fuq il-kuntest soċjali u kulturali, billi jittrasformaw il-garanziji legali inkorporati fil-Karta f’dinamika ta’ bidla strutturali fir-relazzjonijiet bejn il-ġeneri. Għal dan l-għan jeħtieġ li t-tfassil tal-liġi ma jibqax iħares lejn l-individwi bħala kunċetti legali, u jkun dejjem aktar iffukat biex jintervjeni f’każijiet konkreti ta’ diskriminazzjoni preżenti fis-soċjetà;

14.

jemmen li jeħtieġ li jiġu indirizzati l-fattur tal-ġeneru u r-rabta tiegħu mad-distakk diġitali, u jinħtieġ aktar investiment fid-diġitalizzazzjoni, l-innovazzjoni diġitali u l-konnettività diġitali; il-politika ta’ koeżjoni għandha tappoġġja l-aċċess ugwali għan-nisa u l-irġiel għat-taħriġ u l-impjieg, u tgħin biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, u ġusta, ma taggravax id-disparità bejn il-ġeneri f’dak li jirrigwarda n-nisa u l-irġiel;

15.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi metodoloġija għall-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneru b’rabta mal-programmi ffinanzjati mill-UE, u tagħmel disponibbli data u indikaturi speċifiċi għall-ġeneru, f’konformità ma’ dak li ġie miftiehem fl-aħħar Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tistabbilixxi miżuri ta’ taħriġ adatti għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni biex jimplimentaw aħjar dawn il-metodoloġiji ġodda;

16.

jenfasizza li l-pandemija tal-COVID-19, li affettwat b’mod partikolari s-setturi ekonomiċi bi preżenza qawwija tan-nisa, aggravat l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri. In-nisa huma impjegati aktar ta’ spiss f’dawk li tradizzjonalment jitqiesu bħala “impjiegi tan-nisa”, bħall-kura tas-saħħa, il-bejgħ bl-imnut u l-kura tat-tfal. Dan wassal biex dawn il-ħaddiema nisa jkunu l-aktar esposti matul il-pandemija, u ġew esposti b’mod sproporzjonat għall-virus u l-impatt tal-kriżi. L-akbar impatt fuq il-ġeneru tal-COVID-19 jidher mhux biss f’rati aktar baxxi ta’ impjieg, iżda wkoll fid-diffikultà akbar għan-nisa – meta mqabbla mal-irġiel – biex jirritornaw għax-xogħol wara t-tmiem tar-restrizzjonijiet: għalhekk għandhom jiġu stabbiliti għodod adegwati biex jinkoraġġixxu l-integrazzjoni mill-ġdid tan-nisa li tilfu l-impjieg tagħhom bħala riżultat tal-lockdowns, inkluż billi tiġi sfruttata l-esperjenza minn kriżijiet preċedenti;

17.

iqis li, fost id-diversi strumenti ta’ politika tal-Unjoni, il-politika ta’ koeżjoni hija partikolarment adatta biex tikkontribwixxi għal żieda reali fil-livell tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kemm f’termini tal-volum tal-finanzjament kif ukoll tan-natura u l-finalizzazzjoni tiegħu; jenfasizza li, b’mod partikolari fir-reġjuni fejn il-programmi tagħhom jammontaw għal sehem sinifikanti tal-baġit globali, l-impatt fuq il-ġeneru huwa wkoll funzjoni ta’ kif il-programmi jiġu fformulati u implimentati;

18.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u b’mod partikolari lill-Istati Membri biex jikkoordinaw mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali meta jfasslu ftehimiet ta’ sħubija, sabiex jitqiesu l-isfidi relatati ma’ politiki effettivi dwar l-ugwaljanza fil-livell lokali u reġjonali;

19.

jenfasizza, fil-fatt, kif id-diversi fondi tal-politika ta’ koeżjoni jagħmluha possibbli li jiġu implimentati miżuri mmirati direttament lejn iż-żieda għal aktar ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-impjieg, fl-inklużjoni soċjali, fl-edukazzjoni u fil-kura tat-tfal, bħalma huwa l-każ tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għandu jikkontribwixxi aktar, minn investimenti u servizzi b’appoġġ għall-intraprenditorija femminili, sat-tnaqqis tad-differenza bejn il-ġeneri fir-riċerka u l-innovazzjoni u t-titjib tal-aċċess għall-infrastruttura fiżika, tal-ICT u dik soċjali;

20.

jitlob, għalhekk, li l-kontribut għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri ma jitqiesx bħala kompitu tal-Fond Soċjali biss, li huwa fond li primarjament huwa ffukat fuq il-persuni, iżda għandu jiġi mill-fondi kollha, inkluż il-FEŻR, li fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa mmirat lejn in-negozji, u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li għandu rwol importanti fil-promozzjoni tal-iżvilupp taż-żoni rurali u ta’ villaġġi żgħar ħafna li huma mbiegħda mill-bliet, oqsma fejn il-problema tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol spiss hija aktar akuta; jeħtieġ li jittejbu s-sinerġiji bejn il-koeżjoni, il-fondi għall-irkupru u programmi oħra li jeżistu fil-marġni tal-politika ta’ koeżjoni;

21.

itenni bil-qawwa li l-politika ta’ koeżjoni trid tindirizza l-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, u tqis l-objettivi relatati bħala prijorità, peress li mhuwiex realistiku li tiġi prevista koeżjoni ekonomika u soċjali akbar mingħajr ma tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jiġu eliminati d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi fil-pagi;

22.

itenni għalhekk li, fost il-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jitqiesu sew matul dan il-perkors, l-interpretazzjoni tal-miżuri tal-politika dwar il-ġeneri hija wkoll ta’ importanza kbira bħala għodda għat-tilħiq konkret tal-objettivi tal-politiki ta’ koeżjoni; jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tinkludi taqsima speċifika dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fit-8 Rapport annwali dwar il-Fond ta’ Koeżjoni;

23.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-programmi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2021-2027 jiżviluppaw proġetti u miżuri li jkollhom l-għan li: a) jappoġġjaw ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja, billi jistimulaw lin-negozji sabiex jadottaw strateġiji adatti fuq il-postijiet tax-xogħol; b) iħeġġu l-integrazzjoni mill-ġdid ta’ nisa li tilfu xogħolhom minħabba l-COVID-19; c) iżidu u jtejbu s-servizzi ta’ kura, sabiex jonqos il-piż minn fuq in-nisa; d) jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi u mmirati li jkollhom l-għan li jħeġġu lin-nisa jipparteċipaw f’oqsma ta’ attività li tradizzjonalment huma ddominati mill-irġiel; e) jiġġieldu kontra l-isterjotipi u r-rwol tal-ġeneru, kif ukoll jipprevjenu d-diskriminazzjoni u l-fastidju sesswali u tal-ġeneru fuq il-post tax-xogħol; f) joffru ħiliet u kompetenzi professjonali biex jiggwidaw il-proċess kumplessiv tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru; g) jipprovdu lill-benefiċjarji tal-fondi Ewropej appoġġ u linji gwida sabiex il-perspettiva tal-ġeneru tiġi inkorporata b’mod aħjar fl-oqsma differenti ta’ intervent, mill-politiki dwar ix-xogħol sa dawk dwar ir-riċerka u l-iżvilupp, u mill-ħarsien tal-ambjent sat-trasport pubbliku u t-teknoloġiji diġitali; h) in-nisa jiġu mħeġġa jsiru intraprendituri; i) tingħata attenzjoni lit-tfassil tal-infrastruttura bil-għan li titjieb is-sikurezza tan-nisa; j) jiġu promossi azzjonijiet sabiex jiggarantixxu t-tagħlim fi skejjel imħalltin u jieqfu l-isterjotipi u r-rwoli tal-ġeneru fis-swali tal-iskejjel; u k) tiġi eliminata l-immaġni sessista tan-nisa fil-media;

24.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet maniġerjali tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 jikkooperaw, jikkoordinaw u jappoġġjaw il-korpi tal-ugwaljanza fil-kisba ta’ ħiliet u għarfien speċifiċi sabiex jintegraw b’mod sistematiku l-perspettiva tal-ġeneru matul iċ-ċiklu tal-fondi, kemm fit-tħejjija tal-programmi operazzjonali, fl-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll fil-fażi ta’ evalwazzjoni, biex b’hekk ikun possibbli li jiġi aċċertat l-impatt li dawn il-programmi għandhom fuq it-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-ġeneri matul u wara l-implimentazzjoni tagħhom;

25.

jittama li l-evalwazzjoni tal-mudelli għall-organizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi (eż. it-trasport pubbliku), kif ukoll il-mudelli ta’ intervent b’mod ġenerali, jiġu estiżi dejjem aktar sabiex tiġi vverifikata l-konsistenza tagħhom mal-objettivi tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

26.

iqis li huwa ta’ importanza kbira li l-perspettiva tal-ġeneru tiġi inkorporata wkoll fil-pjani nazzjonali ta’ rkupru mfassla fl-ambitu ta’ NextGenerationEU, billi jiġu applikati l-prinċipji u l-għodod għall-valutazzjoni tal-ġeneru għal proġetti kbar;

27.

jirrakkomanda li d-data u l-istatistika meħtieġa jkunu disponibbli għall-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex iwettqu valutazzjonijiet adegwati tal-inugwaljanzi eżistenti bejn il-ġeneri;

28.

iħeġġeġ sabiex ikun hemm tixrid akbar ta’ għodod bħall-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneru u l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fil-livell tal-programmi Ewropej, li bħalissa rarament jintużaw;

29.

jiġbed l-attenzjoni għall-esperjenza tal-perjodu 2014-2020 fir-rigward tal-punti kritiċi li ġejjin li għandha tingħata attenzjoni dwarhom: a) id-disparità bejn id-dikjarazzjonijiet formali u l-akkwisti attwali; b) in-nuqqas ta’ għarfien adegwat dwar kif għandha tiġi implimentata l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b’mod partikolari fl-interventi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali; c) il-ħtieġa għal aktar enfasi fuq il-ġeneri fil-kriterji tal-għażla u fis-sistemi ta’ evalwazzjoni; d) il-fatt li tinħtieġ rabta aktar b’saħħitha bejn l-istrateġiji nazzjonali u l-azzjonijiet tal-politika ta’ koeżjoni fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; e) l-utilità tal-iżvilupp ta’ sistema ta’ governanza għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

30.

jenfasizza l-importanza li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jaqsmu ideat u prattiki tajba mal-korpi tas-soċjetà ċivili attivi fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u li jeħtieġ li jissaħħu t-taħriġ, il-koordinazzjoni u l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni, fir-rigward kemm tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni kif ukoll tas-sħubija.

Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


III Atti preparatorji

Il-Kumitat tar-Regjuni

Interactio – Ibrida – Il-147 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 1.12.2021–2.12.2021

28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 97/60


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali — Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali

(opinjoni riveduta)

(2022/C 97/12)

Relatur:

Guido RINK (NL/PSE), Membru tal-Kunsill Eżekuttiv ta’ Emmen

Dokumenti ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Inrawmu approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali

COM(2021) 205

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni

COM(2021) 206

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Dan ir-Regolament għandu l-iskop li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jistabbilixxi qafas legali uniformi b’mod partikolari għall-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali bi qbil mal-valuri tal-Unjoni. Dan ir-Regolament isegwi għadd ta’ raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku, fosthom livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza, u ta’ ħarsien tad-drittijiet fundamentali, u jiżgura l-moviment liberu transfruntier tal-prodotti u s-servizzi bbażati fuq l-AI, u b’hekk jevita li l-Istati Membri jimponu restrizzjonijiet fuq l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tas-sistemi tal-AI, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament minn dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu l-iskop li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern u jiggarantixxi d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini billi jistabbilixxi qafas legali uniformi b’mod partikolari għall-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali bi qbil mal-valuri tal-Unjoni. Dan ir-Regolament isegwi għadd ta’ raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku, fosthom livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza, u ta’ ħarsien tad-drittijiet fundamentali, u jiżgura l-moviment liberu transfruntier tal-prodotti u s-servizzi bbażati fuq l-AI, u b’hekk jevita li l-Istati Membri jimponu restrizzjonijiet fuq l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tas-sistemi tal-AI, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament minn dan ir-Regolament.

Raġuni

L-għan tar-referenza għad-drittijiet fundamentali huwa li tiġi enfasizzata r-rabta mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 2

Premessa ġdida wara Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Id-definizzjoni tas-sistemi tal-AI hija proċess kontinwu, li jqis il-kuntest tal-AI, isegwi l-pass tal-iżviluppi soċjetali f’dan il-qasam u ma jinsiex ir-rabta bejn l-ekosistema ta’ eċċellenza u l-ekosistema ta’ fiduċja.

Raġuni

L-iżviluppi teknoloġiċi u dawk fil-qasam tal-IA jeħtieġu approċċ adattiv u li jevolvi. Din il-premessa għandha l-għan li tiċċara li d-definizzjoni tal-IA jeħtieġ li tevolvi maż-żmien u f’konformità mal-progress fis-sistemi u l-applikazzjonijiet tal-IA.

Emenda 3

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Biex ikun żgurat li dawk is-sistemi jintużaw b’mod responsabbli u proporzjonat, hu importanti wkoll li jiġi stabbilit li, f’kull waħda minn dawk it-tliet sitwazzjonijiet elenkati b’mod eżawrjenti u definiti b’mod ristrett, jenħtieġ jitqiesu ċerti elementi, b’mod partikolari fir-rigward tan-natura tas-sitwazzjoni li twassal għat-talba u l-konsegwenzi tal-użu għad-drittijiet u għal-libertajiet tal-persuni kollha kkonċernati u s-salvagwardji u l-kundizzjonijiet previsti fl-użu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-użu tas-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi jkun soġġett għal limiti xierqa fiż-żmien u fl-ispazju, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-evidenza jew l-indikazzjonijiet dwar it-theddidiet, il-vittmi jew l-awtur. Jenħtieġ li l-bażi tad-data ta’ referenza tal-persuni tkun adattata għal kull każ ta’ użu f’kull waħda mit-tliet sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Biex ikun żgurat li dawk is-sistemi jintużaw b’mod responsabbli u proporzjonat, hu importanti wkoll li jiġi stabbilit li, f’kull waħda minn dawk it-tliet sitwazzjonijiet elenkati b’mod eżawrjenti u definiti b’mod ristrett, jenħtieġ jitqiesu ċerti elementi, b’mod partikolari fir-rigward tan-natura tas-sitwazzjoni li twassal għat-talba u l-konsegwenzi tal-użu għad-drittijiet u għal-libertajiet tal-persuni kollha kkonċernati u s-salvagwardji u l-kundizzjonijiet previsti fl-użu. L-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati għandhom jiġu kkonsultati qabel l-użu eċċezzjonali ta’ dawn is-sistemi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-użu tas-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi jkun soġġett għal limiti stretti fiż-żmien u fl-ispazju, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-evidenza jew l-indikazzjonijiet dwar it-theddidiet, il-vittmi jew l-awtur. Jenħtieġ li l-bażi tad-data ta’ referenza tal-persuni tkun adattata għal kull każ ta’ użu f’kull waħda mit-tliet sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Raġuni

Għandu jkun hemm restrizzjonijiet għall-użu tas-sistemi ta’ identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali”.

Emenda 4

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li kull użu tas-sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi jkun soġġett għal awtorizzazzjoni espliċita u speċifika minn awtorità ġudizzjarja jew minn awtorità amministrattiva indipendenti ta’ Stat Membru. Jenħtieġ li , fil-prinċipju, din l-awtorizzazzjoni tinkiseb qabel l-użu, għajr f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza debitament ġustifikati, jiġifieri, f’sitwazzjonijiet meta l-ħtieġa li jintużaw is-sistemi inkwistjoni tkun tali li tagħmilha effettivament u oġġettivament impossibbli li tinkiseb awtorizzazzjoni qabel ma jibda l-użu. F’sitwazzjonijiet ta’ urġenza bħal dawn, jenħtieġ li l-użu jkun ristrett għall-minimu assolut meħtieġ u jkun soġġett għal salvagwardji u għal kundizzjonijiet xierqa, kif determinati fil-liġi nazzjonali u speċifikati fil-kuntest ta’ kull każ individwali ta’ użu urġenti mill-awtorità tal-infurzar tal-liġi nnifisha. Barra minn hekk, jenħtieġ li f’sitwazzjonijiet bħal dawn l-awtorità tal-infurzar tal-liġi tfittex li tikseb awtorizzazzjoni mill-aktar fis possibbli, filwaqt li tipprovdi r-raġunijiet għalfejn ma setgħetx titlobha qabel.

Jenħtieġ li kull użu tas-sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi jkun soġġett għal awtorizzazzjoni espliċita u speċifika minn awtorità ġudizzjarja jew minn awtorità amministrattiva indipendenti ta’ Stat Membru. Jenħtieġ li din l-awtorizzazzjoni tinkiseb qabel l-użu, għajr f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza debitament ġustifikati, jiġifieri, f’sitwazzjonijiet meta l-ħtieġa li jintużaw is-sistemi inkwistjoni tkun tali li tagħmilha effettivament u oġġettivament impossibbli li tinkiseb awtorizzazzjoni qabel ma jibda l-użu. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-użu jkun ristrett għall-minimu assolut meħtieġ u jkun soġġett għal salvagwardji u għal kundizzjonijiet xierqa, kif determinati fil-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtorità tal-infurzar tal-liġi tinforma minnufih lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati u tfittex li tikseb awtorizzazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti .

Raġuni

Ir-responsabbiltà politika u amministrattiva għall-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-ispazji pubbliċi hija tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Għalhekk għandhom ikunu involuti b’mod adatt fl-implimentazzjoni ta’ sistemi bħal dawn fi spazji pubbliċi. F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fejn ma tistax tkun mistennija konsultazzjoni minn qabel b’mod raġonevoli, l-awtorità lokali jew reġjonali kkonċernata għandha tiġi infurmata minnufih dwar l-implimentazzjoni ta’ sistemi bijometriċi fl-ispazju pubbliku.

Emenda 5

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Is-sistemi tal-AI użati fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-kontroll tal-fruntieri jaffettwaw lil persuni li spiss ikunu f’pożizzjoni partikolarment vulnerabbli u li jiddependu fuq l-eżitu tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għalhekk, l-eżattezza, in-natura nondiskriminatorja u t-trasparenza tas-sistemi tal-AI użati f’dawk il-kuntesti huma partikolarment importanti biex ikun żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni affettwati, b’mod partikolari d-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ protezzjoni tal-ħajja privata u ta’ data personali, ta’ protezzjoni internazzjonali u ta’ amministrazzjoni tajba. Għalhekk jixraq jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, dawk is-sistemi maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti inkarigati b’kompiti fl-oqsma tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-ġestjoni tal-kontroll fil-fruntieri bħal poligrafi u għodod simili jew biex jidentifikaw l-istat emozzjonali ta’ persuna fiżika; għall-valutazzjoni ta’ ċerti riskji ppreżentati minn persuni fiżiċi li jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru jew li japplikaw għal viża jew għal ażil; għall-verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti rilevanti ta’ persuni fiżiċi; għall-assistenza lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-eżaminar tal-applikazzjonijiet għal ażil, għal viża u għal permessi ta’ residenza u tal-ilmenti assoċjati fir-rigward tal-objettiv li tiġi stabbilita l-eliġibbiltà ta’ persuni fiżiċi li japplikaw għal status. Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-kontroll fil-fruntieri koperti b’dan ir-Regolament ikunu konformi mar-rekwiżiti proċedurali rilevanti stabbiliti mid-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, mir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u minn leġiżlazzjoni rilevanti oħra.

Is-sistemi tal-AI użati fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-kontroll tal-fruntieri jaffettwaw lil persuni li spiss ikunu f’pożizzjoni partikolarment vulnerabbli u li jiddependu fuq l-eżitu tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għalhekk, l-eżattezza, in-natura nondiskriminatorja u t-trasparenza tas-sistemi tal-AI użati f’dawk il-kuntesti huma partikolarment importanti biex ikun żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni affettwati, b’mod partikolari d-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ protezzjoni tal-ħajja privata u ta’ data personali, ta’ protezzjoni internazzjonali u ta’ amministrazzjoni tajba. Għalhekk huwa indispensabbli li jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, dawk is-sistemi maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti inkarigati b’kompiti fl-oqsma tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-ġestjoni tal-kontroll fil-fruntieri bħal poligrafi u għodod simili jew biex jidentifikaw l-istat emozzjonali ta’ persuna fiżika; għall-valutazzjoni ta’ ċerti riskji ppreżentati minn persuni fiżiċi li jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru jew li japplikaw għal viża jew għal ażil; għall-verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti rilevanti ta’ persuni fiżiċi; għall-assistenza lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-eżaminar tal-applikazzjonijiet għal ażil, għal viża u għal permessi ta’ residenza u tal-ilmenti assoċjati fir-rigward tal-objettiv li tiġi stabbilita l-eliġibbiltà ta’ persuni fiżiċi li japplikaw għal status. Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-kontroll fil-fruntieri koperti b’dan ir-Regolament ikunu konformi mar-rekwiżiti proċedurali rilevanti stabbiliti mid-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, mir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u minn leġiżlazzjoni rilevanti oħra.

Raġuni

Din l-emenda għandha l-għan li tenfasizza l-ħtieġa li s-sistemi tal-IA kkonċernati jkunu soġġetti għar-reġim imsaħħaħ applikabbli għas-sistemi tal-IA b’riskju kbir.

Emenda 6

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li r-rekwiżiti applikabbli għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir fir-rigward tal-kwalità tas-settijiet tad-data użati, id-dokumentazzjoni teknika u ż-żamma tar-rekords, it-trasparenza u l-għoti tal-informazzjoni lill-utenti, is-sorveljanza umana, u r-robustezza, l-eżattezza u ċ-ċibersigurtà. Dawk ir-rekwiżiti huma meħtieġa biex itaffu b’mod effettiv ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali, kif applikabbli fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema, u l-ebda miżura oħra anqas restrittiva għall-kummerċ ma tkun raġonevolment disponibbli, u b’hekk jiġu evitati restrizzjonijiet mhux ġustifikati għall-kummerċ.

Jenħtieġ li r-rekwiżiti applikabbli għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir fir-rigward tal-kwalità tas-settijiet tad-data użati, id-dokumentazzjoni teknika u ż-żamma tar-rekords, it-trasparenza u l-għoti tal-informazzjoni lill-utenti, is-sorveljanza umana, u r-robustezza, l-eżattezza u ċ-ċibersigurtà. Dawk ir-rekwiżiti huma meħtieġa biex itaffu b’mod effettiv ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza , is-sikurezza tad-data, id-drittijiet tal-konsumatur u d-drittijiet fundamentali, kif applikabbli fid-dawl tal-għan tas-sistema, u l-ebda miżura oħra anqas restrittiva għall-kummerċ ma tkun raġonevolment disponibbli, u b’hekk jiġu evitati restrizzjonijiet mhux ġustifikati għall-kummerċ. Jeħtieġ li l-persuni jew il-gruppi ta’ persuni fiżiċi li jiġu affettwati minn sistemi tal-AI b’riskju kbir li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew li jiddaħħlu fis-servizz b’xi mod ieħor jiġu infurmati b’mod adatt, faċilment aċċessibbli u li jinftiehem, u li jkollhom aċċess għal informazzjoni espliċita, li hija aċċessibbli minnufih u disponibbli pubblikament li tispjega li huma soġġetti għal dawn is-sistemi.

Raġuni

Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza u informazzjoni għall-fornituri u l-utenti jenħtieġ li jiġu estiżi għall-persuni jew il-gruppi ta’ persuni potenzjalment affettwati mill-użu ta’ sistemi tal-IA b’riskju kbir elenkati fl-Anness III għar-Regolament. B’“li jinftiehem” qed infissru, fost affarijiet oħra, “lingwa li tinftiehem u li hija aċċessibbli għall-utent, inklużi lingwi mitkellma u tas-sinjali”.

Emenda 7

Premessa ġdida wara Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Fis-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità tagħhom, il-fornituri tas-sistemi tal-AI ma għandhom jinkludu l-ebda miżura li tippromovi diskriminazzjoni mhux ġustifikata bbażata fuq il-ġeneru, l-oriġini, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentazzjoni sesswali jew kwalunkwe raġuni oħra.

Raġuni

Id-diskriminazzjoni illegali tirriżulta mill-azzjoni tal-bniedem. Il-fornituri tas-sistemi tal-IA jenħtieġ li joqogħdu lura milli jinkludu fis-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità tagħhom miżuri li jistgħu jinkoraġġixxu d-diskriminazzjoni.

Emenda 8

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Biex tiġi indirizzata l-opaċità li tista’ tagħmel ċerti sistemi tal-AI inkomprensibbli għal persuni fiżiċi jew kumplessa wisq għalihom, jenħtieġ jintalab ċertu grad ta’ trasparenza fejn jidħlu s-sistemi tal-AI b’riskju kbir. Jenħtieġ li l-utenti jkunu jistgħu jinterpretaw l-output tas-sistema u jużawh kif xieraq. Għalhekk, jenħtieġ li mas-sistemi tal-AI b’riskju kbir jinhemżu dokumentazzjoni u struzzjonijiet rilevanti tal-użu b’informazzjoni konċiża u ċara, inkluż fir-rigward tar-riskji possibbli għad-drittijiet fundamentali u ta’ diskriminazzjoni, meta xieraq.

Biex tiġi indirizzata l-opaċità li tista’ tagħmel ċerti sistemi tal-AI inkomprensibbli għal persuni fiżiċi jew l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha ta’ gvern jew kumplessa wisq għalihom, jenħtieġ jintalab grad għoli ta’ trasparenza fejn jidħlu s-sistemi tal-AI b’riskju kbir. Jenħtieġ li l-utenti jkunu jistgħu jinterpretaw l-output tas-sistema u jużawh kif xieraq. Għalhekk, jenħtieġ li mas-sistemi tal-AI b’riskju kbir jinhemżu dokumentazzjoni u struzzjonijiet rilevanti tal-użu b’informazzjoni konċiża u ċara, inkluż fir-rigward tar-riskji possibbli għad-drittijiet fundamentali u ta’ diskriminazzjoni, meta xieraq.

Raġuni

Ir-responsabbiltà tal-iżviluppaturi tas-sistemi tal-IA b’riskju kbir tiddgħajjef mill-użu tal-kliem “ċertu grad ta’ trasparenza”.

Emenda 9

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jitfasslu u jiġu żviluppati b’tali mod li l-persuni fiżiċi jkunu jistgħu jissorveljaw il-funzjonament tagħhom. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-fornitur tas-sistema jidentifika miżuri xierqa ta’ sorveljanza umana qabel ma titqiegħed fis-suq jew fis-servizz. B’mod partikolari, meta xieraq, jenħtieġ li dawn il-miżuri jkunu jiżguraw li s-sistema tkun soġġetta għal restrizzjonijiet operazzjonali inkorporati li ma jistgħux jitwarrbu mis-sistema nnifisha u li tkun risponsiva għall-operatur uman, u li l-persuni fiżiċi li lilhom tkun ġiet assenjata sorveljanza umana jkollhom il-kompetenza, it-taħriġ u l-awtorità meħtieġa biex jaqdu dak ir-rwol.

Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jitfasslu u jiġu żviluppati b’tali mod li l-persuni fiżiċi u l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha ta’ gvern ikunu jistgħu jissorveljaw il-funzjonament tagħhom. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-fornitur tas-sistema jidentifika miżuri xierqa ta’ sorveljanza umana qabel ma titqiegħed fis-suq jew fis-servizz. B’mod partikolari, meta xieraq, jenħtieġ li dawn il-miżuri jkunu jiżguraw li s-sistema tkun soġġetta għal restrizzjonijiet operazzjonali inkorporati li ma jistgħux jitwarrbu mis-sistema nnifisha u li tkun risponsiva għall-operatur uman, u li l-persuni fiżiċi li lilhom tkun ġiet assenjata sorveljanza umana jkollhom il-kompetenza, it-taħriġ u l-awtorità meħtieġa biex jaqdu dak ir-rwol.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 10

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jkollhom il-markatura CE biex jindikaw il-konformità tagħhom ma’ dan ir-Regolament b’tali mod li jkunu jistgħu jiċċaqilqu liberament fis-suq intern. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma joħolqux xkiel mhux ġustifikat għat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jkollhom il-markatura CE.

Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jkollhom il-markatura CE biex jindikaw il-konformità tagħhom ma’ dan ir-Regolament b’tali mod li jkunu jistgħu jiċċaqilqu liberament fis-suq intern. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma joħolqux xkiel għat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jkollhom il-markatura CE. L-Istati Membri għandu jkollhom is-setgħa li jirregolaw il-prattiki u s-sistemi tal-AI b’riskju kbir biss abbażi ta’ interessi ta’ sigurtà pubblika u nazzjonali prevalenti u debitament ġustifikati.

Raġuni

Filwaqt li l-Istati Membri m’għandhomx jostakolaw l-applikazzjoni tar-Regolament, jenħtieġ li jżommu d-dritt li jirregolaw is-sistemi tal-IA b’riskju kbir jekk l-interessi ta’ sigurtà pubblika u nazzjonali jkunu f’riskju.

Emenda 11

Premessa 70

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Ċerti sistemi tal-AI maħsuba biex jinteraġixxu ma’ persuni fiżiċi jew biex jiġġeneraw xi kontenut, jistgħu joħolqu riskji speċifiċi ta’ impersonalizzazzjoni jew qerq irrispettivament minn jekk dawn jikkwalifikawx li għandhom riskju kbir jew le. Għalhekk, f’ċerti ċirkostanzi, jenħtieġ li l-użu ta’ dawn is-sistemi jkun soġġett għal obbligi speċifiċi tat-trasparenza mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti u l-obbligi tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir. B’mod partikolari, il-persuni fiżiċi jenħtieġ jiġu notifikati li qed jinteraġixxu ma’ sistema tal-AI , sakemm dan ma jkunx ovvju miċ-ċirkostanzi u mill-kuntest tal-użu . Barra minn hekk, il-persuni fiżiċi jenħtieġ jiġu notifikati meta jkunu esposti għal sistema ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet jew għal sistema ta’ kategorizzazzjoni bijometrika. Jenħtieġ li dawn l-informazzjoni u n-notifiki jiġu pprovduti b’formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà. Barra minn hekk, l-utenti li jużaw sistema tal-AI biex jiġġeneraw jew jimmanipulaw kontenut ta’ immaġni, awdjo jew vidjo li sostanzjalment jixbah lil persuni, postijiet jew avvenimenti eżistenti b’tali mod li jkunu jidhru b’mod falz daqslikieku persuna awtentika, jenħtieġ jiżvelaw li l-kontenut inħoloq jew ġie mmanipulat b’mod artifiċjali billi jittikkettaw l-output tal-intelliġenza artifiċjali kif xieraq u jiżvelaw l-oriġini artifiċjali tiegħu.

Ċerti sistemi tal-AI maħsuba biex jinteraġixxu ma’ persuni fiżiċi jew biex jiġġeneraw xi kontenut, jistgħu joħolqu riskji speċifiċi ta’ impersonalizzazzjoni jew qerq irrispettivament minn jekk dawn jikkwalifikawx li għandhom riskju kbir jew le. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ dawn is-sistemi jkun soġġett għal obbligi speċifiċi tat-trasparenza mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti u l-obbligi tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir. B’mod partikolari, il-persuni fiżiċi jenħtieġ jiġu notifikati b’mod sistematiku li qed jinteraġixxu ma’ sistema tal-AI. Barra minn hekk, il-persuni fiżiċi jenħtieġ jiġu notifikati meta jkunu esposti għal sistema ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet jew għal sistema ta’ kategorizzazzjoni bijometrika. Jenħtieġ li dawn l-informazzjoni u n-notifiki jiġu pprovduti b’formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà. Barra minn hekk, l-utenti li jużaw sistema tal-AI biex jiġġeneraw jew jimmanipulaw kontenut ta’ immaġni, awdjo jew vidjo li sostanzjalment jixbah lil persuni, postijiet jew avvenimenti eżistenti b’tali mod li jkunu jidhru b’mod falz daqslikieku persuna awtentika, jenħtieġ jiżvelaw li l-kontenut inħoloq jew ġie mmanipulat b’mod artifiċjali billi jittikkettaw l-output tal-intelliġenza artifiċjali kif xieraq u jiżvelaw l-oriġini artifiċjali tiegħu.

Raġuni

M’għandha ssir l-ebda eċċezzjoni għall-obbligu ta’ trasparenza u ta’ informazzjoni meta persuni fiżiċi jinteraġixxu mas-sistemi tal-IA.

Emenda 12

Premessa 76

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Biex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni bla xkiel, effettiva u armonizzata ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ jiġi stabbilit Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali. Jenħtieġ li l-Bord ikun responsabbli għal għadd ta’ kompiti konsultattivi, inkluż il-ħruġ ta’ opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, pariri jew gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż dwar speċifikazzjonijiet tekniċi jew standards eżistenti rigward ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-għoti ta’ pariri u ta’ assistenza lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-intelliġenza artifiċjali.

Biex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni bla xkiel, effettiva u armonizzata ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ jiġi stabbilit Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali. Jenħtieġ li l-Bord ikun responsabbli għal għadd ta’ kompiti konsultattivi, inkluż il-ħruġ ta’ opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, pariri jew gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż dwar speċifikazzjonijiet tekniċi jew standards eżistenti rigward ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-għoti ta’ pariri u ta’ assistenza lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-intelliġenza artifiċjali. Il-kompożizzjoni tal-Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali għandha tirrifletti l-interessi tas-soċjetà Ewropea u tirrispetta l-bilanċ bejn il-ġeneri.

Raġuni

Il-Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali għandu jirrifletti b’mod adatt l-interessi ewlenin tas-soċjetà Ewropea. Dawn jinkludu l-interessi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tal-klima u tal-effiċjenza enerġetika tas-sistemi tal-IA, tas-sigurtà, tal-inklużjoni soċjali, tas-saħħa, eċċ. Il-bilanċ bejn il-ġeneri huwa kundizzjoni neċessarja biex tiġi żgurata d-diversità fl-attivitajiet ta’ konsulenza, għoti ta’ gwida, eċċ.

Emenda 13

Premessa 77

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jaqdu rwol ewlieni fl-applikazzjoni u fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li kull Stat Membru jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar għall-fini tas-superviżjoni tal-applikazzjoni u tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Biex tiżdied l-effiċjenza tal-organizzazzjoni fuq in-naħa tal-Istati Membri u biex jiġi stabbilit punt ta’ kuntatt uffiċjali għall-pubbliku u għal kontropartijiet oħrajn fil-livelli tal-Istati Membri u tal-Unjoni, jenħtieġ li f’kull Stat Membru tinħatar awtorità nazzjonali waħda bħala awtorità superviżorja nazzjonali.

L-Istati Membri jaqdu rwol ewlieni fl-applikazzjoni u fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li kull Stat Membru jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar għall-fini tas-superviżjoni tal-applikazzjoni u tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Biex tiżdied l-effiċjenza tal-organizzazzjoni fuq in-naħa tal-Istati Membri u biex jiġi stabbilit punt ta’ kuntatt uffiċjali għall-pubbliku u għal kontropartijiet oħrajn fil-livelli tal-Istati Membri u tal-Unjoni, jenħtieġ li f’kull Stat Membru tinħatar awtorità nazzjonali waħda bħala awtorità superviżorja nazzjonali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu fdati bil-kompiti ta’ monitoraġġ jew ta’ implimentazzjoni fejn Stat Membru jqis li dan ikun adatt.

Raġuni

Għall-finijiet tal-applikabbiltà tar-Regolament u l-arranġamenti superviżorji u ta’ implimentazzjoni tiegħu, Stat Membru għandu jingħata s-setgħa li jafda kompiti ta’ monitoraġġ jew ta’ implimentazzjoni lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fejn meħtieġ u possibbli.

Emenda 14

Premessa 79

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Biex ikun żgurat infurzar xieraq u effettiv tar-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament, bħal leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jenħtieġ li s-sistema tas-sorveljanza tas-suq u tal-konformità tal-prodotti stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/1020 tapplika fl-intier tagħha. Meta jkun meħtieġ għall-mandat tagħhom, l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi nazzjonali, li jissorveljaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li tipproteġi d-drittijiet fundamentali, inkluż il-korpi tal-ugwaljanza, jenħtieġ ikollhom ukoll aċċess għal kull dokumentazzjoni maħluqa skont dan ir-Regolament.

Biex ikun żgurat infurzar xieraq u effettiv tar-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament, bħal leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jenħtieġ li s-sistema tas-sorveljanza tas-suq u tal-konformità tal-prodotti stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/1020 tapplika fl-intier tagħha. Meta jkun meħtieġ għall-mandat tagħhom, l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi nazzjonali, li jissorveljaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li tipproteġi d-drittijiet fundamentali, inkluż il-korpi tal-ugwaljanza , u jekk ikun hemm bżonn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, jenħtieġ ikollhom ukoll aċċess għal kull dokumentazzjoni maħluqa skont dan ir-Regolament.

Raġuni

Din l-emenda għandha l-għan li tqis l-istrutturi differenti ta’ governanza fl-Istati Membri tal-UE.

Emenda 15

Premessa 83

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Biex tkun żgurata kooperazzjoni fiduċjuża u kostruttiva tal-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, jenħtieġ li l-partijiet kollha involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Biex tkun żgurata kooperazzjoni fiduċjuża u kostruttiva tal-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali , jenħtieġ li l-partijiet kollha involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Raġuni

Din l-emenda għandha l-għan li tqis l-istrutturi differenti ta’ governanza fl-Istati Membri tal-UE.

Emenda 16

Titolu I, Artikolu 3 – Definizzjonijiet, punt (1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

“sistema tal-intelliġenza artifiċjali” (sistema tal-AI) tfisser software li jiġi żviluppat b’teknika u b’approċċ wieħed jew aktar minn fost dawk elenkati fl-Anness I u li jista’, għal sett partikolari ta’ objettivi definiti mill-bniedem, jiġġenera outputs bħal kontenut, previżjonijiet, rakkomandazzjonijiet, jew deċiżjonijiet li jinfluwenzaw l-ambjenti li jinteraġixxu magħhom;

“sistema tal-intelliġenza artifiċjali” (sistema tal-AI) tfisser software li jiġi żviluppat b’teknika u b’approċċ wieħed jew aktar minn fost dawk elenkati b’mod mhux eżawrjenti fl-Anness I , li huwa relatat ma’ prattiki soċjali, l-identità u l-kultura, u li jista’, għal sett partikolari ta’ objettivi definiti mill-bniedem, u abbażi tal-osservazzjoni tal-ambjent tiegħu permezz tal-ġbir tad-data, l-interpretazzjoni tad-data miġbura, li tista’ tkun strutturata jew le, il-ġestjoni ta’ għarfien jew l-ipproċessar tal-informazzjoni li tinsilet minn din id-data, jiġġenera outputs bħal kontenut, previżjonijiet, rakkomandazzjonijiet, jew deċiżjonijiet li jinfluwenzaw l-ambjenti li jinteraġixxu magħhom;

Raġuni

Sistema tal-IA tikkonsisti f’taħlita ta’ elementi tekniċi li jorbtu d-data, l-algoritmi u l-poter tal-kalkolu ma’ prattiki soċjali, mas-soċjetà, mal-identità u mal-kultura. Id-definizzjoni ta’ tali sett soċjotekniku dinamiku għandha għalhekk tibqa’ valida fil-futur u tiġi aġġornata b’mod regolari biex tirrifletti b’mod preċiż l-impatt kontinwu dejjem jikber tal-IA fuq is-soċjetà, filwaqt li jiġu identifikat sfidi u opportunitajiet relatati mal-IA u li qed jinbidlu b’mod rapidu, inkluża r-rabta bejn il-ġestjoni tal-għarfien u l-IA. F’dan il-kuntest, algoritmu żviluppat minn algoritmu ieħor għandu jkun ukoll soġġett għar-Regolament.

Emenda 17

Artikolu 5(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti:

Il-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti:

(a)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistema tal-AI li tuża tekniki subliminali lil hinn mill-konxju ta’ persuna biex materjalment tfixkel l-imġiba ta’ persuna b’mod li tikkawża jew li aktarx tikkawża dannu fiżiku jew psikoloġiku lil dik il-persuna jew lil persuna oħra;

(a)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistema tal-AI li tuża tekniki subliminali lil hinn mill-konxju ta’ persuna biex materjalment tfixkel l-imġiba ta’ persuna b’mod li tikkawża jew li aktarx tikkawża dannu fiżiku jew psikoloġiku lil dik il-persuna jew lil persuna oħra , tikser, jew potenzjalment tikser, id-drittijiet fundamentali ta’ persuna jew grupp ta’ persuni oħra, inklużi s-saħħa u s-sikurezza fiżiċi jew psikoloġiċi tagħhom, ikollha, jew potenzjalment ikollha, effett detrimentali fuq il-konsumaturi, inkluż telf monetarju jew diskriminazzjoni ekonomiku, jew thedded, jew potenzjalment thedded, id-demokrazija u l-istat tad-dritt ;

(b)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistema tal-AI li tisfrutta xi waħda mill-vulnerabbiltajiet ta’ grupp speċifiku ta’ persuni minħabba l-età, diżabbiltà fiżika jew mentali tagħhom, biex tfixkel materjalment l-imġiba ta’ persuna li tappartjeni għal dak il-grupp b’mod li tikkawża jew li aktarx tikkawża dannu fiżiku jew psikoloġiku lil dik il-persuna jew lil persuna oħra;

(b)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistema tal-AI li tisfrutta xi waħda mill-vulnerabbiltajiet ta’ grupp speċifiku ta’ persuni minħabba l-età, diżabbiltà fiżika jew mentali tagħhom, biex tfixkel materjalment l-imġiba ta’ persuna li tappartjeni għal dak il-grupp b’mod li tikkawża jew li aktarx tikkawża dannu fiżiku jew psikoloġiku lil dik il-persuna jew lil persuna oħra;

(c)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom għall-evalwazzjoni jew għall-klassifikazzjoni tal-affidabbiltà ta’ persuni fiżiċi f’ċertu perjodu ta’ żmien abbażi tal-imġiba soċjali tagħhom jew tal-karatteristiċi personali jew tal-personalità magħrufa jew previsti , bil-punteġġ soċjali li jwassal għal wieħed minn dawn li ġejjin jew għat-tnejn li huma:

(i)

trattament detrimentali jew mhux favorevoli ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ta’ gruppi sħaħ tagħhom f’kuntesti soċjali li mhumiex relatati mal-kuntesti li fihom id-data kienet oriġinarjament iġġenerata jew inġabret;

(ii)

trattament detrimentali jew mhux favorevoli ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ta’ gruppi sħaħ tagħhom li ma jkunx ġustifikat jew li jkun sproporzjonat għall-imġiba soċjali tagħhom jew għall-gravità tagħha;

(c)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom għall-evalwazzjoni jew għall-klassifikazzjoni tal-affidabbiltà ta’ persuni fiżiċi jew gruppi ta’ persuni f’ċertu perjodu ta’ żmien abbażi tal-imġiba soċjali tagħhom jew tal-karatteristiċi personali jew tal-personalità magħrufa jew previsti , li jwassal għal punteġġ soċjali bbażat fuq l-AI għal skopijiet ġenerali;

(d)

l-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, sakemm u sa fejn tali użu jkun strettament meħtieġ għal wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(i)

it-tfittxija mmirata għal vittmi potenzjali speċifiċi ta’ reati, inkluż tfal neqsin;

(ii)

il-prevenzjoni ta’ theddida speċifika, sostanzjali u imminenti għall-ħajja jew għas-sikurezza fiżika ta’ persuni fiżiċi jew ta’ attakk terroristiku;

(iii)

is-sejbien, il-lokalizzazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ awtur jew ta’ persuna suspettata ta’ reat kriminal msemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/JHA ([62]) u punibbli fl-Istat Membru kkonċernat b’piena li ċċaħħad il-libertà jew b’ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin, kif determinat bil-liġi ta’ dak l-Istat Membru.

(d)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom, bl-applikazzjoni ta’ punteġġ soċjali bbażat fuq l-AI u mingħajr sorveljanza umana għal skopijiet speċifiċi, jiġifieri, f’kuntesti soċjali relatati mal-kuntesti li fihom id-data tkun ġiet iġġenerata jew miġbura oriġinarjament, għall-evalwazzjoni jew il-klassifikazzjoni tal-livell ta’ affidabbiltà ta’ persuni fiżiċi jew gruppi ta’ persuni fuq ċertu perjodu ta’ żmien abbażi tal-imġiba soċjali tagħhom jew tal-karatterisitiċi personali jew tal-personalità tagħhom magħrufin jew previsti, b’mod li l-punteġġ soċjali jwassal għal trattament dannuż jew sfavorevoli ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ta’ gruppi sħaħ tagħhom li mhux ġustifikat jew huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-imġiba soċjali tagħhom jew il-gravità tagħha;

 

(e)

l-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, sakemm u sa fejn tali użu jkun strettament meħtieġ għal wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(i)

it-tfittxija mmirata għal vittmi potenzjali speċifiċi ta’ reati, inkluż tfal neqsin;

(ii)

il-prevenzjoni ta’ theddida speċifika, sostanzjali u imminenti għall-ħajja jew għas-sikurezza fiżika ta’ persuni fiżiċi jew ta’ attakk terroristiku;

(iii)

is-sejbien, il-lokalizzazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ awtur jew ta’ persuna suspettata ta’ reat kriminal msemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/JHA ([62]) u punibbli fl-Istat Membru kkonċernat b’piena li ċċaħħad il-libertà jew b’ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin, kif determinat bil-liġi ta’ dak l-Istat Membru.

Raġuni

It-tekniki subliminali b’mod ġenerali jistgħu jheddu l-libertà, id-drittijiet tal-bniedem u b’hekk il-funzjonament tal-istat tad-dritt demokratiku. Fl-istess ħin, l-intelliġenza artifiċjali tista’ tipperikola d-drittijiet tal-konsumatur. L-għan taż-żidiet proposti huwa li jiċċaraw dan il-punt.

Fir-rigward tal-għoti ta’ punteġġ soċjali mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom, dan għandu jiġi pprojbit jekk jitwettaq għal skopijiet ġenerali, minħabba l-perikli li jirriżultaw minn tali prattiki, kif spjegat fil-Premessa 17. Jenħtieġ li l-ġenerazzjoni jew il-ġbir ta’ data għal finijiet speċifiċi jkunu permessi biss b’sorveljanza umana u dment li ma jiksrux id-dritt għad-dinjità u n-nondiskriminazzjoni u l-valuri tal-ugwaljanza u l-ġustizzja.

Emenda 18

Artikolu 5(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jipprevedi l-possibbiltà li jawtorizza għalkollox jew parzjalment l-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi skont il-limiti u l-kundizzjonijiet elenkati fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafi 2 u 3. Fil-liġi nazzjonali tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dettaljati meħtieġa għat-talba, il-ħruġ u l-eżerċitar tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll għas-superviżjoni relatata magħhom. Dawk ir-regoli għandhom jispeċifikaw ukoll b’rabta ma’ liema objettivi elenkati fil-punt (d) tal-paragrafu 1, inkluż liema reati kriminali msemmija fil-punt (iii) tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu awtorizzati jużaw dawk is-sistemi għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi.

Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jipprevedi l-possibbiltà li jawtorizza għalkollox jew parzjalment l-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi skont il-limiti u l-kundizzjonijiet elenkati fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafi 2 u 3. Fil-liġi nazzjonali tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dettaljati meħtieġa għat-talba, il-ħruġ u l-eżerċitar tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll għas-superviżjoni relatata magħhom. Dawk ir-regoli għandhom jispeċifikaw ukoll b’rabta ma’ liema objettivi elenkati fil-punt (d) tal-paragrafu 1, inkluż liema reati kriminali msemmija fil-punt (iii) tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu awtorizzati jużaw dawk is-sistemi għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi. Dawn ir-regoli jistabbilixxu wkoll l-arranġamenti għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati. Din il-konsultazzjoni għandha ssir qabel l-użu eċċezzjonali ta’ dawn is-sistemi fi spazji pubbliċi. F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fejn ma tistax tkun mistennija konsultazzjoni minn qabel b’mod raġonevoli, l-awtorità lokali jew reġjonali kkonċernata għandha tiġi infurmata minnufih dwar l-implimentazzjoni tal-prattika tal-AI inkwistjoni.

Raġuni

Ir-responsabbiltà politika u amministrattiva għall-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-ispazji pubbliċi hija tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Għalhekk jenħtieġ li jkollhom vuċi qabel l-użu ta’ tali prattiki tal-IA u jkunu infurmati kif xieraq dwar l-użu eċċezzjonali ta’ sistemi tal-IA għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi.

F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fejn ma tistax tkun mistennija konsultazzjoni minn qabel b’mod raġonevoli, l-awtorità lokali jew reġjonali kkonċernata għandha tiġi infurmata minnufih

Emenda 19

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 13 Trasparenza u għoti tal-informazzjoni lill-utenti

Artikolu 13a  – Trasparenza u għoti tal-informazzjoni lill-utenti

1.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu disinjati u żviluppati b’tali mod li jkun żgurat li t-tħaddim tagħhom ikun trasparenti biżżejjed biex l-utenti jkunu jistgħu jinterpretaw l-output tas-sistema u jużawh kif xieraq. Għandhom jiġu żgurati tip u grad xierqa ta’ trasparenza, biex tinkiseb konformità mal-obbligi rilevanti tal-utent u tal-fornitur stabbiliti fil-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu.

1.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu disinjati u żviluppati b’tali mod li jkun żgurat li t-tħaddim tagħhom ikun trasparenti biżżejjed biex l-utenti jkunu jistgħu jinterpretaw l-output tas-sistema u jużawh kif xieraq. Għandhom jiġu żgurati tip u grad xierqa ta’ trasparenza u ta’ spjegazzjoni komprensibbli, biex tinkiseb konformità mal-obbligi rilevanti tal-utent u tal-fornitur stabbiliti fil-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu. Din l-ispjegazzjoni għandha tingħata mill-inqas bil-lingwa tal-pajjiż fejn tiġi implimentata s-sistema tal-AI.

2.   Mas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jingħataw struzzjonijiet għall-użu b’format diġitali xieraq jew b’xi format ieħor li jinkludu informazzjoni konċiża, kompluta, korretta u ċara li tkun rilevanti, aċċessibbli u li tinftiehem mill-utenti.

2.   Mas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jingħataw struzzjonijiet għall-użu komprensibbli u aċċessibbli għal kulħadd, b’format diġitali xieraq jew b’xi format ieħor li jinkludu informazzjoni konċiża, kompluta, korretta u ċara li tkun rilevanti, aċċessibbli u li tinftiehem mill-utenti.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tispeċifika:

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tispeċifika:

(a)

l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur u, meta applikabbli, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

(a)

l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur u, meta applikabbli, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

(b)

il-karatteristiċi, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, inkluż:

(b)

il-karatteristiċi, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, inkluż:

 

(i)

l-għan maħsub tagħha;

 

(i)

l-għan maħsub tagħha;

 

(ii)

il-livell ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà msemmi fl-Artikolu 15 li abbażi tiegħu tkun ġiet ittestjata u vvalidata s-sistema tal-AI b’riskju kbir u li jista’ jkun mistenni; u kull ċirkostanza magħrufa u prevedibbli li tista’ tħalli impatt fuq dak il-livell mistenni ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà;

 

(ii)

il-livell ta’ eżattezza (espress fil-metrika adattata għall-valutazzjoni tal-mudelli) , robustezza u ċibersigurtà msemmi fl-Artikolu 15 li abbażi tiegħu tkun ġiet ittestjata u vvalidata s-sistema tal-AI b’riskju kbir u li jista’ jkun mistenni; u kull ċirkostanza magħrufa u prevedibbli li tista’ tħalli impatt fuq dak il-livell mistenni ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà;

 

(iii)

kwalunkwe ċirkostanza magħrufa jew prevedibbli, relatata mal-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-għan maħsub tagħha jew f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli, li tista’ twassal għal riskji għas-saħħa u s-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali;

 

(iii)

kwalunkwe ċirkostanza magħrufa jew prevedibbli, relatata mal-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-għan maħsub tagħha jew f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli, li tista’ twassal għal riskji għas-saħħa u s-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali;

 

(iv)

il-prestazzjoni tagħha b’rabta mal-persuni jew il-gruppi ta’ persuni li fuqhom hi maħsuba li tintuża s-sistema;

 

(iv)

il-prestazzjoni tagħha b’rabta mal-persuni jew il-gruppi ta’ persuni li fuqhom hi maħsuba li tintuża s-sistema;

 

(v)

meta jkun xieraq, l-ispeċifikazzjonijiet għad-data tal-input, jew kull informazzjoni rilevanti oħra f’termini tas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar użati, filwaqt li jitqies l-għan maħsub tas-sistema tal-AI.

 

(v)

meta jkun xieraq, l-ispeċifikazzjonijiet għad-data tal-input, jew kull informazzjoni rilevanti oħra f’termini tas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar użati, filwaqt li jitqies l-għan maħsub tas-sistema tal-AI.

(vi)

il-parametri użati biex jiġi aġġustat il-mudell u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat aġġustament żejjed jew aġġustament insuffiċjenti.

(c)

it-tibdiliet fis-sistema tal-AI b’riskju kbir u fil-prestazzjoni tagħha li jkunu ġew determinati minn qabel mill-fornitur waqt il-valutazzjoni inizjali tal-konformità, jekk ikun hemm;

(c)

it-tibdiliet fis-sistema tal-AI b’riskju kbir u fil-prestazzjoni tagħha li jkunu ġew determinati minn qabel mill-fornitur waqt il-valutazzjoni inizjali tal-konformità, jekk ikun hemm;

(d)

il-miżuri tas-sorveljanza umana msemmija fl-Artikolu 14, inkluż il-miżuri tekniċi stabbiliti biex jiffaċilitaw l-interpretazzjoni tal-outputs tas-sistemi tal-AI mill-utenti;

(d)

il-miżuri tas-sorveljanza umana msemmija fl-Artikolu 14, inkluż il-miżuri tekniċi stabbiliti biex jiffaċilitaw l-interpretazzjoni tal-outputs tas-sistemi tal-AI mill-utenti;

(e)

il-ħajja mistennija tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u kull miżura ta’ manutenzjoni u kura meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament xieraq ta’ dik is-sistema tal-AI, inkluż fir-rigward tal-aġġornamenti tas-software.

(e)

il-ħajja mistennija tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u kull miżura ta’ manutenzjoni u kura meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament xieraq ta’ dik is-sistema tal-AI, inkluż fir-rigward tal-aġġornamenti tas-software.

 

Artikolu 13b – Trasparenza u informazzjoni għall-persuni kkonċernati

Il-persuni jew il-gruppi ta’ persuni li x’aktarx ikunu soġġetti għal sistema tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu infurmati espliċitament, b’mod adatt, faċilment aċċessibbli u li jinftiehem, u għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni espliċita, aċċessibbli minnufih u pubblikament disponibbli.

Raġuni

Sabiex tissaħħaħ l-ekosistema ta’ fiduċja, l-istruzzjonijiet għall-użu ta’ sistemi tal-IA b’riskju kbir għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jitfasslu b’mod li jinftiehem, u bil-lingwa tal-pajjiż fejn tintuża s-sistema tal-IA.

Għall-finijiet ta’ trasparenza u komprensibbiltà tal-algoritmi, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi spjegat liema parametri ntużaw biex jirregolaw il-mudell u liema miżuri ttieħdu biex jiġi evitat aġġustament żejjed jew aġġustament insuffiċjenti.

L-Artikolu 13b jirregola l-obbligu ta’ trasparenza u ta’ informazzjoni għall-persuni li jinteraġixxu mas-sistemi tal-IA jew li jistgħu jiġu affettwati minn sistema tal-IA.

Emenda 20

Artikolu 14(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jippermettu lill-individwi li lilhom tiġi assenjata s-sorveljanza umana jagħmlu dan li ġej, kif xieraq għaċ-ċirkostanzi:

Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jippermettu lill-individwi li lilhom tiġi assenjata s-sorveljanza umana jagħmlu dan li ġej, kif xieraq għaċ-ċirkostanzi:

(a)

jifhmu bis-sħiħ il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u jkunu jistgħu jimmonitorjaw kif xieraq it-tħaddim tagħha, biex ikunu jistgħu jiġu identifikati u indirizzati sinjali ta’ anomaliji, diżfunzjonijiet u prestazzjoni mhux mistennija mill-aktar fis possibbli;

(a)

jifhmu bis-sħiħ il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u jkunu jistgħu jimmonitorjaw kif xieraq it-tħaddim tagħha, biex ikunu jistgħu jiġu identifikati u indirizzati sinjali ta’ anomaliji, diżfunzjonijiet u prestazzjoni mhux mistennija mill-aktar fis possibbli;

(b)

jibqgħu konxji tat-tendenza possibbli li wieħed jibbaża awtomatikament jew jibbaża żżejjed fuq l-output prodott minn sistema tal-AI b’riskju kbir (“preġudizzju fl-awtomatizzazzjoni”), b’mod partikolari għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir użati biex jagħtu informazzjoni jew rakkomandazzjonijiet għal deċiżjonijiet li jridu jieħdu persuni fiżiċi;

(b)

jibqgħu konxji tat-tendenza possibbli li wieħed jibbaża awtomatikament jew jibbaża żżejjed fuq l-output prodott minn sistema tal-AI b’riskju kbir (“preġudizzju fl-awtomatizzazzjoni”) jew kwalunkwe preġudizzju (“bias”) ieħor , b’mod partikolari għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir użati biex jagħtu informazzjoni jew rakkomandazzjonijiet għal deċiżjonijiet li jridu jieħdu persuni fiżiċi;

(c)

ikunu jistgħu jinterpretaw b’mod korrett l-output tas-sistema AI b’riskju kbir, filwaqt li jqisu b’mod partikolari l-karatteristiċi tas-sistema u l-għodod u l-metodi ta’ interpretazzjoni disponibbli;

(c)

ikunu jistgħu jinterpretaw b’mod korrett l-output tas-sistema AI b’riskju kbir, filwaqt li jqisu b’mod partikolari l-karatteristiċi tas-sistema u l-għodod u l-metodi ta’ interpretazzjoni disponibbli;

(d)

ikunu jistgħu jiddeċiedu, f’xi sitwazzjoni partikolari, li ma jużawx is-sistema tal-AI b’riskju kbir jew jinjoraw, iwarrbu jew ireġġgħu lura l-output tas-sistema tal-AI b’riskju kbir;

(d)

ikunu jistgħu jiddeċiedu, f’xi sitwazzjoni partikolari, li ma jużawx is-sistema tal-AI b’riskju kbir jew jinjoraw, iwarrbu jew ireġġgħu lura l-output tas-sistema tal-AI b’riskju kbir;

(e)

ikunu jistgħu jintervjenu fuq it-tħaddim tas-sistema tal-AI b’riskju kbir jew jinterrompu s-sistema b’buttuna ta’ “waqfien” jew bi proċedura simili.

(e)

ikunu jistgħu jintervjenu fuq it-tħaddim tas-sistema tal-AI b’riskju kbir jew jinterrompu s-sistema b’buttuna ta’ “waqfien” jew bi proċedura simili.

Raġuni

Hemm diversi tipi ta’ preġudizzju li jistgħu jkunu problematiċi. Nistgħu nsemmgħu l-eżempju tal-preġudizzju tad-disinjatur jew tal-utent innifsu (“preġudizzju soċjali”), il-preġudizzju dwar jekk is-sistema tal-IA implimentata hijiex soluzzjoni adatta għall-problema (“preġudizzju teknoloġiku”) u t-tipi differenti ta’ preġudizzju statistiku.

Emenda 21

Artikolu 14, paragrafu ġdid wara paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Kwalunkwe deċiżjoni meħuda mis-sistemi tal-AI msemmija fil-punti 5 (a) u (b) tal-Anness III għandha tkun soġġetta għal intervent mill-bniedem u għandha tkun ibbażata fuq proċess rigoruż ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Għandu jiġi żgurat il-kuntatt uman fir-rigward ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

Raġuni

L-Artikolu 14 jittratta biss is-sorveljanza umana ta’ sistemi tal-IA b’riskju kbir. Fir-rigward tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-intervent tal-bniedem, il-kuntatt uman u r-rispett għall-proċeduri għandhom jiġu ggarantiti.

Emenda 22

Artikolu 17(1) – żid żewġ punti ġodda wara l-punt (m)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jistabbilixxu sistema tal-ġestjoni tal-kwalità li tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Dik is-sistema għandha tiġi dokumentata b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politiki, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub, u għandha tinkludi tal-anqas l-aspetti li ġejjin:

Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jistabbilixxu sistema tal-ġestjoni tal-kwalità li tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Dik is-sistema għandha tiġi dokumentata b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politiki, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub, u għandha tinkludi tal-anqas l-aspetti li ġejjin:

(a)

strateġija għall-konformità regolatorja, inkluż il-konformità mal-proċeduri ta’ valutazzjoni u mal-proċeduri għall-ġestjoni tal-modifiki fis-sistema tal-AI b’riskju kbir;

(a)

strateġija għall-konformità regolatorja, inkluż il-konformità mal-proċeduri ta’ valutazzjoni u mal-proċeduri għall-ġestjoni tal-modifiki fis-sistema tal-AI b’riskju kbir;

(b)

it-tekniki, il-proċeduri u l-azzjonijiet sistematiċi li għandhom jintużaw għad-disinn, il-kontroll tad-disinn u l-verifika tad-disinn tas-sistema tal-AI b’riskju kbir;

(b)

it-tekniki, il-proċeduri u l-azzjonijiet sistematiċi li għandhom jintużaw għad-disinn, il-kontroll tad-disinn u l-verifika tad-disinn tas-sistema tal-AI b’riskju kbir;

(c)

it-tekniki, il-proċeduri u l-azzjonijiet sistematiċi li jridu jintużaw għall-iżvilupp, il-kontroll tal-kwalità u l-garanzija tal-kwalità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir;

(c)

it-tekniki, il-proċeduri u l-azzjonijiet sistematiċi li jridu jintużaw għall-iżvilupp, il-kontroll tal-kwalità u l-garanzija tal-kwalità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir;

(d)

il-proċeduri ta’ eżaminazzjoni, ittestjar u validazzjoni li jridu jsiru qabel, waqt u wara l-iżvilupp tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, u l-frekwenza li biha jridu jsiru;

(d)

il-proċeduri ta’ eżaminazzjoni, ittestjar u validazzjoni li jridu jsiru qabel, waqt u wara l-iżvilupp tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, u l-frekwenza li biha jridu jsiru;

(e)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż l-istandards, li jridu jiġu applikati u, meta l-istandards armonizzati rilevanti ma jiġux applikati għalkollox, il-mezzi li jridu jintużaw biex ikun żgurat li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu;

(e)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż l-istandards, li jridu jiġu applikati u, meta l-istandards armonizzati rilevanti ma jiġux applikati għalkollox, il-mezzi li jridu jintużaw biex ikun żgurat li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu;

(f)

sistemi u proċeduri għall-ġestjoni tad-data, inkluż il-ġbir tad-data, l-analiżi tad-data, it-tikkettar tad-data, il-ħżin tad-data, il-filtrazzjoni tad-data, l-estrazzjoni tad-data, l-aggregazzjoni tad-data, iż-żamma tad-data u kwalunkwe operazzjoni oħra rigward id-data li titwettaq qabel u għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir;

(f)

sistemi u proċeduri għall-ġestjoni tad-data, inkluż il-ġbir tad-data, l-analiżi tad-data, it-tikkettar tad-data, il-ħżin tad-data, il-filtrazzjoni tad-data, l-estrazzjoni tad-data, l-aggregazzjoni tad-data, iż-żamma tad-data u kwalunkwe operazzjoni oħra rigward id-data li titwettaq qabel u għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir;

(g)

is-sistema tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 9;

(g)

is-sistema tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 9;

(h)

l-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistema tas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, f’konformità mal-Artikolu 61;

(h)

l-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistema tas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, f’konformità mal-Artikolu 61;

(i)

il-proċeduri relatati mar-rapportar ta’ inċidenti serji u funzjonament ħażin f’konformità mal-Artikolu 62;

(i)

il-proċeduri relatati mar-rapportar ta’ inċidenti serji u funzjonament ħażin f’konformità mal-Artikolu 62;

(j)

it-trattament tal-komunikazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż dawk settorjali, l-għoti jew l-appoġġ tal-aċċess għad-data, mal-korpi notifikati, ma’ operaturi oħra, ma’ klijenti jew ma’ partijiet interessati oħra;

(j)

it-trattament tal-komunikazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż dawk settorjali, l-għoti jew l-appoġġ tal-aċċess għad-data, mal-korpi notifikati, ma’ operaturi oħra, ma’ klijenti jew ma’ partijiet interessati oħra;

(k)

is-sistemi u l-proċeduri għaż-żamma tar-rekords tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti kollha;

(k)

is-sistemi u l-proċeduri għaż-żamma tar-rekords tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti kollha;

(l)

il-ġestjoni tar-riżorsi, li tinkludi miżuri relatati mas-sigurtà tal-provvista;

(l)

il-ġestjoni tar-riżorsi, li tinkludi miżuri relatati mas-sigurtà tal-provvista;

(m)

qafas ta’ responsabbiltà li jistabbilixxi r-responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ persunal ieħor fir-rigward tal-aspetti kollha elenkati f’dan il-paragrafu.

(m)

qafas ta’ responsabbiltà li jistabbilixxi r-responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ persunal ieħor fir-rigward tal-aspetti kollha elenkati f’dan il-paragrafu;

 

(n)

miżuri għall-prevenzjoni ta’ diskriminazzjoni mhux ġustifikata bbażata fuq il-ġeneru, l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentazzjoni sesswali jew kwalunkwe raġuni oħra;

(o)

spjegazzjoni ta’ kif jiġu kkunsidrati kwistjonijiet etiċi fid-disinn ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir.

Raġuni

Din iż-żieda tenfasizza li l-inklużività u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni mhux ġustifikata għandhom ikunu elementi importanti tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità.

Is-sistema trid tirrispetta l-valuri etiċi li utent tas-sistema tal-IA jixtieq jassoċja jew li l-fornitur tas-sistema jista’ raġonevolment jistenna li jkunu assoċjati ma’ sistema tal-IA b’riskju kbir. Il-fornitur għandu jkun jista’ jispjega kif ikkunisdra dan kollu.

Emenda 23

Artikolu 19(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-fornituri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiżguraw li s-sistemi tagħhom jgħaddu mill-proċedura rilevanti tal-valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 43, qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz. Meta tkun intweriet il-konformità tas-sistemi tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu wara dik il-valutazzjoni tal-konformità, il-fornituri għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, f’konformità mal-Artikolu 48 u jwaħħlu l-markatura tal-konformità CE, f’konformità mal-Artikolu 49.

Il-fornituri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiżguraw li s-sistemi tagħhom jgħaddu mill-proċedura rilevanti tal-valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 43, qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz. Meta tkun intweriet il-konformità tas-sistemi tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu wara dik il-valutazzjoni tal-konformità, il-fornituri għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, f’konformità mal-Artikolu 48 u jwaħħlu l-markatura tal-konformità CE, f’konformità mal-Artikolu 49. Il-fornituri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jippubblikaw id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u sommarju tal-valutazzjoni tal-konformità f’post aċċessibbli għall-pubbliku.

Raġuni

Sabiex tissaħħaħ l-ekosistema ta’ fiduċja fis-sistemi tal-IA, il-fornituri ta’ sistemi tal-IA b’riskju kbir għandhom ikunu sinċieri. Il-pubbliku għandu għalhekk ikun jista’ jivverifika li l-valutazzjoni tal-konformità tkun ġiet stabbilita kif suppost skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

Emenda 24

Artikolu 29 – paragrafu ġdid wara paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

L-utenti ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir huma meħtieġa jwettqu evalwazzjoni etika qabel ma s-sistema ssir operattiva. Huma għandhom ikunu kapaċi jispjegaw l-impatt possibbli tal-implimentazzjoni tat-teknoloġija fuq l-individwi u s-soċjetà. Huma għandhom jispeċifikaw l-iskop li għalih tintuża s-sistema tal-AI, il-valuri fundamentali u kif dawn ġew iddeterminati, u jekk ġewx ikkunsidrati fis-sistema jew le. Huma għandhom jivvalutaw l-impatt reali tas-sistema fuq il-bnedmin u s-soċjetà matul iċ-ċiklu kollha tal-ħajja tas-sistema tal-AI.

Raġuni

L-etika hija kunċett wiesa’. Hemm ħafna modi kif tiġi pprattikata l-etika fil-qasam tat-teknoloġija, kemm f’termini ta’ ġustifikazzjonijiet teoretiċi kif ukoll ta’ metodoloġiji, għodod u valuri tad-disinn konkreti. Il-valuri huma elementi meqjusa importanti minn ċerti individwi jew gruppi ta’ persuni; jistgħu jkunu pjuttost konkreti, jew aktar kunċettwali. Huwa importanti li tiġi ppreservata l-firxa ta’ valuri morali li jistgħu jiġu implimentati u li jiġi vvalutat kontinwament iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema tal-IA.

Emenda 25

Artikolu 52(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-fornituri għandhom jiżguraw li s-sistemi tal-AI maħsubin biex jinteraġixxu ma’ persuni fiżiċi jkunu ddisinjati u żviluppati b’tali mod li l-persuni fiżiċi jiġu informati li qed jinteraġixxu ma’ sistema tal-AI , sakemm dan ma jkunx ovvju miċ-ċirkostanzi u mill-kuntest tal-użu . Dan l-obbligu m’għandux japplika għas-sistemi tal-AI awtorizzati bil-liġi biex jidentifikaw, jipprevjenu, jinvestigaw u jipprosegwixxu reati kriminali, sakemm dawk is-sistemi ma jkunux disponibbli għall-pubbliku biex jirrapporta reat kriminali.

Il-fornituri għandhom jiżguraw li s-sistemi tal-AI maħsubin biex jinteraġixxu ma’ persuni fiżiċi jkunu ddisinjati u żviluppati b’tali mod li l-persuni fiżiċi jiġu informati li qed jinteraġixxu ma’ sistema tal-AI. Dan l-obbligu m’għandux japplika għas-sistemi tal-AI awtorizzati bil-liġi biex jidentifikaw, jipprevjenu, jinvestigaw u jipprosegwixxu reati kriminali, sakemm dawk is-sistemi ma jkunux disponibbli għall-pubbliku biex jirrapporta reat kriminali. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għażliet u l-istatus legali ta’ persuni fiżiċi li jinteraġixxu mas-sistemi tal-AI ma għandhomx ikunu limitati minn din l-interazzjoni.

Raġuni

Fejn jintużaw artifatti teknoloġiċi bħala mezz ta’ interazzjoni ma’ persuni fiżiċi, jista’ jkun hemm riskju li l-għażliet magħmula minn persuni fiżiċi li jinteraġixxu ma’ dawn l-artifatti jkunu limitati. Il-persuni fiżiċi għandhom dejjem jiġu infurmati kif xieraq kull meta jkunu qed jinteraġixxu ma’ sistemi tal-IA u dan m’għandux ikun soġġett għall-interpretazzjoni ta’ sitwazzjoni partikolari. Id-drittijiet tagħhom għandhom jiġu garantiti l-ħin kollu fl-interazzjonijiet mas-sistemi tal-IA.

Emenda 26

Artikolu 57(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Bord għandu jkun magħmul mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, li għandhom ikunu rrappreżentati mill-kap jew minn uffiċjal ta’ livell għoli ekwivalenti ta’ dik l-awtorità, u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Awtoritajiet nazzjonali oħrajn jistgħu jiġu mistiedna għal-laqgħat, meta l-kwistjonijiet diskussi jkunu rilevanti għalihom.

Il-Bord għandu jkun magħmul mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, li għandhom ikunu rrappreżentati mill-kap jew minn uffiċjal ta’ livell għoli ekwivalenti ta’ dik l-awtorità, u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Awtoritajiet nazzjonali , reġjonali u lokali oħrajn jistgħu jiġu mistiedna għal-laqgħat, meta l-kwistjonijiet diskussi jkunu rilevanti għalihom.

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-monitoraġġ tas-sistemi tal-IA u jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tagħhom fuq il-post.

Emenda 27

Artikolu 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Meta jipprovdi pariri u assistenza lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-Artikolu 56(2), il-Bord għandu b’mod partikolari:

Meta jipprovdi pariri u assistenza lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-Artikolu 56(2), il-Bord għandu b’mod partikolari:

(a)

jiġbor u jaqsam l-għarfien espert u l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri;

(a)

jiġbor u jaqsam l-għarfien espert u l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri , l-awtoritajiet reġjonali u lokali ;

(b)

jikkontribwixxi għal prattiki amministrattivi uniformi fl-Istati Membri, inkluż għall-funzjonament ta’ sandboxes regolatorji msemmijin fl-Artikolu 53;

(b)

jikkontribwixxi għal prattiki amministrattivi uniformi fl-Istati Membri, inkluż għall-funzjonament ta’ sandboxes regolatorji msemmijin fl-Artikolu 53;

(c)

joħroġ opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew kontributi bil-miktub dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari

(c)

joħroġ opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew kontributi bil-miktub dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari

 

i)

dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew l-istandards eżistenti rigward ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III,

ii)

dwar l-użu ta’ standards armonizzati jew ta’ speċifikazzjonijiet komuni msemmijin fl-Artikoli 40 u 41,

iii)

dwar it-tħejjija ta’ dokumenti ta’ gwida, inklużi l-linji gwida dwar l-istabbiliment ta’ multi amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 71.

 

i)

dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew l-istandards eżistenti rigward ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III,

ii)

dwar l-użu ta’ standards armonizzati jew ta’ speċifikazzjonijiet komuni msemmijin fl-Artikoli 40 u 41,

iii)

dwar it-tħejjija ta’ dokumenti ta’ gwida, inklużi l-linji gwida dwar l-istabbiliment ta’ multi amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 71.

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-eqreb tal-popolazzjonijiet u l-ekonomiji lokali. Għandha ssir referenza espliċita u f’pożizzjoni prominenti għall-kondiviżjoni tal-għarfien tagħhom.

Emenda 28

Artikolu 59(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiġu stabbiliti jew iddiżinjati minn kull Stat Membru għall-fini li jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu organizzati b’mod li jkunu ssalvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet u tal-kompiti tagħhom.

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiġu stabbiliti jew iddiżinjati minn kull Stat Membru għall-fini li jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu organizzati b’mod li jkunu ssalvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet u tal-kompiti tagħhom. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu awtonomizzati biex iwettqu l-kompiti ta’ monitoraġġ jew ta’ implimentazzjoni fejn Stat Membru jqis li dan ikun adatt.

Raġuni

Għall-finijiet tal-applikabbiltà tar-Regolament u l-arranġamenti superviżorji u ta’ implimentazzjoni tiegħu, Stat Membru għandu jkollu l-possibbiltà li jafda kompiti ta’ monitoraġġ jew ta’ implimentazzjoni lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fejn meħtieġ u possibbli. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jirċievu appoġġ u taħriġ sabiex jiġu awtonomizzati bis-sħiħ biex iwettqu kompiti superviżorji jew ta’ infurzar.

Emenda 29

Artikolu 69(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-kodiċijiet tal-kondotta jistgħu jitfasslu minn fornituri individwali ta’ sistemi tal-AI jew minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom jew mit-tnejn li huma, inkluż bl-involviment tal-utenti u ta’ kwalunkwe parti kkonċernata u tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom. Il-kodiċijiet tal-kondotta jistgħu jkopru sistema waħda jew aktar tal-AI filwaqt li titqies is-similarità tal-għan maħsub tas-sistemi rilevanti.

Il-kodiċijiet tal-kondotta jistgħu jitfasslu minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, minn fornituri individwali ta’ sistemi tal-AI jew minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom jew mit-tnejn li huma, inkluż bl-involviment tal-utenti u ta’ kwalunkwe parti kkonċernata u tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom. Il-kodiċijiet tal-kondotta jistgħu jkopru sistema waħda jew aktar tal-AI filwaqt li titqies is-similarità tal-għan maħsub tas-sistemi rilevanti.

Raġuni

L-awtoritajiet nazzjonali, lokali u reġjonali għandu jkollhom il-kompetenza legali biex jiżviluppaw kodiċijiet ta’ kondotta għas-sistemi tal-IA li jiżviluppaw jew jużaw.

Emenda 30

Anness I – Tekniki u approċċi tal-intelliġenza artifiċjali Imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt 1

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Fid-dawl tal-istat attwali tax-xjenza, l-AI tinkludi t-tekniki u l-approċċi li ġejjin:

(a)

L-approċċi tat-tagħlim awtomatiku, inkluż tagħlim sorveljat, mhux sorveljat u rinforzat, bl-użu ta’ varjetà wiesgħa ta’ metodi, inkluż it-tagħlim profond;

(a)

L-approċċi tat-tagħlim awtomatiku, inkluż tagħlim sorveljat, mhux sorveljat u rinforzat, bl-użu ta’ varjetà wiesgħa ta’ metodi, inkluż it-tagħlim profond;

(b)

Approċċi bbażati fuq il-loġika u l-għarfien, inkluż ir-rappreżentazzjoni tal-għarfien, l-ipprogrammar induttiv (tal-loġika), il-bażijiet tal-għarfien, l-inferenza u l-magni deduttivi, ir-raġunament (simboliku) u s-sistemi tal-esperti;

(b)

Approċċi bbażati fuq il-loġika u l-għarfien, inkluż ir-rappreżentazzjoni tal-għarfien, l-ipprogrammar induttiv (tal-loġika), il-bażijiet tal-għarfien, l-inferenza u l-magni deduttivi, ir-raġunament (simboliku) u s-sistemi tal-esperti;

(c)

Approċċi statistiċi, stima Bayesjana, metodi ta’ tiftix u ottimizzazzjoni.

(c)

Approċċi statistiċi, stima Bayesjana, metodi ta’ tiftix u ottimizzazzjoni.

Raġuni

Id-definizzjoni u l-lista tat-tekniki tal-IA għandhom ikunu validi għall-futur. Il-lista tat-tekniki u tal-approċċi speċifiċi użati għall-iżvilupp ta’ sistemi tal-IA m’għandhiex tkun eżawrjenti u għandu jkun ċar li hija bbażata fuq is-sitwazzjoni attwali fil-qasam tax-xjenza.

Emenda 31

Anness III(1) sa (5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir skont l-Artikolu 6(2) huma sistemi tal-AI elenkati f’xi wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin:

Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir skont l-Artikolu 6(2) huma sistemi tal-AI elenkati f’xi wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin:

1.

Identifikazzjoni bijometrika u kategorizzazzjoni ta’ persuni fiżiċi:

1.

Identifikazzjoni bijometrika u kategorizzazzjoni ta’ persuni fiżiċi:

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni fiżiċi “fil-ħin reali” u “f’ħin aktar tard”;

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni fiżiċi “fil-ħin reali” u “f’ħin aktar tard”;

2.

Ġestjoni u tħaddim tal-infrastruttura kritika:

2.

Ġestjoni u tħaddim tal-infrastruttura kritika:

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bħala komponenti tas-sikurezza fil-ġestjoni u t-tħaddim tat-traffiku fit-toroq u l-provvista tal-ilma, il-gass, it-tisħin u l-elettriku.

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bħala komponenti tas-sikurezza fil-ġestjoni u t-tħaddim tat-traffiku fit-toroq u l-provvista tal-ilma, il-gass, it-tisħin u l-elettriku kif ukoll fl-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, tad-distribuzzjoni tal-ilma u tal-internet .

3.

Edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali:

3.

Edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali:

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex jiddeterminaw l-aċċess jew l-assenjazzjoni ta’ persuni fiżiċi lil istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali;

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex jiddeterminaw l-aċċess jew l-assenjazzjoni ta’ persuni fiżiċi lil istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali;

(b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex issir valutazzjoni tal-istudenti f’istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali u biex issir valutazzjoni tal-parteċipanti f’testijiet li s-soltu jkunu meħtieġa għal dħul fl-istituzzjonijiet edukattivi.

(b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex issir valutazzjoni tal-istudenti f’istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali u biex issir valutazzjoni tal-parteċipanti f’testijiet li s-soltu jkunu meħtieġa għal dħul fl-istituzzjonijiet edukattivi.

4.

Impjiegi, ġestjoni tal-ħaddiema u aċċess għal impjiegi indipendenti:

4.

Impjiegi, ġestjoni tal-ħaddiema u aċċess għal impjiegi indipendenti:

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għar-reklutaġġ jew għall-għażla ta’ persuni fiżiċi, b’mod partikolari għar-reklamar ta’ postijiet tax-xogħol battala, għall-iskrinjar jew l-iffiltrar tal-applikazzjonijiet, għall-evalwazzjoni tal-kandidati waqt l-intervisti jew għat-testijiet;

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għar-reklutaġġ jew għall-għażla ta’ persuni fiżiċi, b’mod partikolari għar-reklamar ta’ postijiet tax-xogħol battala, għall-iskrinjar jew l-iffiltrar tal-applikazzjonijiet, għall-evalwazzjoni tal-kandidati waqt l-intervisti jew għat-testijiet;

(b)

L-Intelliġenza Artifiċjali maħsuba biex tintuża għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-promozzjoni u t-terminazzjoni ta’ relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, għall-allokazzjoni tal-kompiti u għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u l-imġiba ta’ persuni f’dawn ir-relazzjonijiet.

(b)

L-Intelliġenza Artifiċjali maħsuba biex tintuża għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-promozzjoni u t-terminazzjoni ta’ relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, għall-allokazzjoni tal-kompiti u għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u l-imġiba ta’ persuni f’dawn ir-relazzjonijiet.

5.

Aċċess u tgawdija ta’ servizzi privati essenzjali u ta’ servizzi u benefiċċji pubbliċi:

5.

Aċċess u tgawdija ta’ servizzi privati essenzjali u ta’ servizzi u benefiċċji pubbliċi:

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isem l-awtoritajiet pubbliċi biex jevalwaw l-eliġibbiltà ta’ persuni fiżiċi għal benefiċċji u servizzi ta’ assistenza pubblika, u biex jagħtu, inaqqsu, jirrevokaw, jew jitolbu lura dawn il-benefiċċji u s-servizzi;

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isem l-awtoritajiet pubbliċi biex jevalwaw u jiddeċiedu dwar l-eliġibbiltà ta’ persuni fiżiċi għal benefiċċji u servizzi ta’ assistenza pubblika, u biex jagħtu, inaqqsu, jirrevokaw, jew jitolbu lura dawn il-benefiċċji u s-servizzi;

(b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għal evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ persuni fiżiċi jew biex jiġi stabbilit il-punteġġ tal-kreditu tagħhom, għajr is-sistemi tal-AI imdaħħla fis-servizz minn fornituri fuq skala żgħira għall-użu tagħhom stess;

(b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għad-determinazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ persuni fiżiċi jew il-punteġġ tal-kreditu tagħhom, għajr is-sistemi tal-AI imdaħħla fis-servizz minn fornituri fuq skala żgħira għall-użu tagħhom stess;

(c)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għad-dispaċċ, jew biex tiġi stabbilita prijorità fid-dispaċċ ta’ servizzi tal-ewwel rispons ta’ emerġenza, inkluż minn ħaddiema tat-tifi tan-nar u tal-għajnuna medika.

(c)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għad-dispaċċ, jew biex tiġi stabbilita prijorità fid-dispaċċ ta’ servizzi tal-ewwel rispons ta’ emerġenza, inkluż minn ħaddiema tat-tifi tan-nar u tal-għajnuna medika.

Raġuni

L-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, tad-distribuzzjoni tal-ilma u l-internet huma parti integrali mill-infrastruttura kritika.

Il-klassifikazzjoni ta’ sistema tal-IA bħala sistema b’riskju kbir tfisser li għandu jiġi deċiż jekk sistema bħal din hijiex suxxettibbli li toħloq riskju reali għaċ-ċittadini. Is-sempliċi valutazzjoni analitika u teoretika tal-eliġibbiltà tal-individwi għall-benefiċċji u s-servizzi tas-setgħat pubbliċi fiha nnifisha ma tinvolvix riskju kbir. Meta l-verb “jevalwaw” jiġi komplementat b’“jiddeċiedu” ssir enfasi li dan ir-riskju fil-fatt joħroġ fid-dieher meta tittieħed id-deċiżjoni, b’mod partikolari għall-persuni kkonċernati.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Ekosistema ta’ eċċellenza

1.

jenfasizza li l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel lill-UE mexxejja globali fl-iżvilupp responsabbli tal-intelliġenza artifiċjali (IA) li jkun iċċentrat fuq il-bniedem tista’ tinkiseb biss jekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom pożizzjoni b’saħħitha fil-proċess. L-awtoritajiet lokali u reġjonali qegħdin fl-aħjar pożizzjoni biex jgħinu biex jinħoloq ambjent favorevoli li jwassal għal żieda fl-investiment fl-IA fis-snin li ġejjin u biex irawmu l-fiduċja fl-IA;

2.

jenfasizza li, minbarra l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, huwa importanti li jiġu pprovduti appoġġ u taħriġ sabiex jissaħħu l-kompetenzi tagħhom fil-qasam, speċjalment peress li jistgħu jirċievu rwoli superviżorji u ta’ infurzar;

3.

jinnota li se jkunu disponibbli fondi tal-Unjoni għall-iżvilupp tal-IA, iżda jiġbed l-attenzjoni għall-frammentazzjoni tal-approċċ minħabba d-diversità tal-programmi, li żżid ir-riskju ta’ tixrid u trikkib;

4.

jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tiżviluppa u torbot spazji komuni tad-data robusti u multidimensjonali, li jistgħu jsolvu l-każijiet tal-użu tas-soċjetà permezz tad-data pubblika u privata. Dan jeħtieġ, b’mod partikolari, armonizzazzjoni ma’ inizjattivi leġiżlattivi skont l-Istrateġija Ewropea għad-Data;

Ekosistema ta’ fiduċja

5.

jiddispjaċih li l-Proposta għal Regolament ma tirreferix għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, minkejja l-fatt li l-qafas legali se japplika kemm għall-atturi pubbliċi kif ukoll għal dawk privati;

6.

jinnota, f’dan ir-rigward, li s-sistemi tal-IA jistgħu jaqdu rwol importanti fl-interazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali maċ-ċittadini u l-forniment tas-servizzi. Barra minn hekk, is-sistemi tal-IA għandhom il-potenzjal, fost affarijiet oħra, li jtejbu l-effiċjenza tas-settur pubbliku u jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jwieġbu għall-aġġustamenti li jeħtieġ li jsiru fil-livell lokali u reġjonali fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. Għalhekk huwa importanti li l-esperjenza miksuba mill-awtoritajiet lokali u reġjonali tintuża b’mod attiv fir-reviżjoni li għaddejja tar-Regolament;

7.

jitlob definizzjoni aktar preċiża ta’ “fornitur” u “utent”, speċjalment f’sitwazzjonijiet fejn kumpaniji, istituti ta’ riċerka, awtoritajiet pubbliċi u ċittadini jiżviluppaw u jittestjaw b’mod konġunt sistemi tal-IA f’“laboratorji ħajjin”. Għandha tingħata kunsiderazzjoni adegwata wkoll liċ-ċittadini jew konsumaturi affettwati minn deċiżjonijiet ibbażati fuq l-IA ta’ sistemi li jintużaw minn utenti professjonali;

8.

jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati jiġu kkonsultati minn qabel meta jintużaw sistemi tal-IA għall-identifikazzjoni bijometrika ta’ persuni fiżiċi f’ħin reali u mill-bogħod, għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi, f’żoni aċċessibbli għall-pubbliku;

9.

jilqa’ l-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-adattament tar-regoli tar-responsabbiltà ċivili għall-isfidi speċifiċi tal-era diġitali u tal-intelliġenza artifiċjali (1) u jistenna li dan se jirriżulta f’qafas aġġornat immirat lejn l-iżgurar tar-rimedju tal-konsumatur għad-danni kkawżati mill-applikazzjonijiet tal-IA;

10.

jistaqsi għaliex is-sistemi tal-IA użati fi proċessi demokratiċi bħall-elezzjonijiet mhumiex inklużi fil-lista ta’ sistemi tal-IA b’riskju kbir;

11.

iħeġġeġ li s-sistemi tal-IA b’riskju kbir ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ trasparenza u ta’ informazzjoni għall-persuni fiżiċi bħal dawk attwalment applikati għall-utenti;

12.

jenfasizza li l-użu tal-punteġġ soċjali jinvolvi riskji u konsegwenzi sinifikanti għad-drittijiet tal-bniedem;

13.

huwa xettiku ħafna taż-żewġ sitwazzjonijiet stabbiliti fil-Proposta għal Regolament (2) biex jiġi determinat meta punteġġ soċjali jwassal għal trattament detrimentali jew mhux favorevoli ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni, peress li huwa estremament diffiċli li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn. F’dan il-kuntest, il-Kumitat iħeġġeġ il-formulazzjoni ċara ta’ salvagwardji b’saħħithom sabiex jiġi żgurat li l-projbizzjoni fuq il-prattiki ta’ punteġġ soċjali ma tiġix evitata;

14.

jinnota l-fatt li l-premessi tal-Proposta għal Regolament jindirizzaw fid-dettall ir-riskji li huma esposti għalihom persuni fiżiċi bħala riżultat tal-interazzjoni tagħhom ma’ sistemi tal-IA b’riskju kbir, b’mod partikolari fil-kuntest tal-edukazzjoni, it-taħriġ, l-impjiegi, il-ġestjoni tar-riżorsi umani, l-aċċess għal impjieg indipendenti jew l-aċċess għal ċerti servizzi pubbliċi u privati essenzjali u d-dritt għalihom;

15.

jistieden lill-Kummissjoni tkompli teżamina bir-reqqa l-kwalifika b’riskju kbir tas-sistemi tal-IA maħsuba għall-użu mill-awtoritajiet pubbliċi (3);

16.

jixtieq li awtorità tagħti, ex ante, opinjoni b’saħħitha dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Proposta għal Regolament, inkluż fir-rigward tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data. Dan iżid iċ-ċertezza legali u jnaqqas l-ispejjeż tat-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IA;

17.

jenfasizza għal dan il-għan l-importanza taċ-ċarezza fil-formulazzjoni tar-Regolament, li hija strumentali fil-bini ta’ ekosistema ta’ fiduċja u t-tneħħija tal-inċertezza legali madwar l-iżvilupp u l-użu tas-sistemi tal-IA. Dan jevita interpretazzjonijiet ħżiena tar-rekwiżiti proposti u jimminimizza r-riskji ta’ ġestjoni ħażina sussegwenti tal-applikazzjonijiet tal-IA, u b’hekk jimmassimizza l-effettività u l-kredibbiltà tar-regolamentazzjoni tas-sanzjonijiet. Fl-istess ħin, u f’konformità mal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni Ewropea, l-identifikazzjoni bikrija u l-eliminazzjoni ta’ duplikazzjonijiet potenzjali u/jew kunflitti mar-regoli eżistenti huma ta’ importanza ewlenija;

18.

jinnota li ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali jużaw l-istess sistemi tal-IA għal kompiti simili. Fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet, dawn is-sistemi huma mfassla minn kumpaniji privati;

19.

jinnota li l-Proposta għal Regolament mhiex l-unika li tiżgura d-drittijiet taċ-ċittadini u għandha titqies fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jiżguraw li, fuq bażi kontinwa, jieħdu l-miżuri amministrattivi meħtieġa biex ikunu jistgħu jindirizzaw l-opportunitajiet u r-riskji maħluqa mill-użu tal-IA fis-settur pubbliku;

20.

minn dan jirriżulta li huma l-intrapriżi u l-korpi notifikati li jinterpretaw ir-regoli Ewropej u nazzjonali fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-konformità, u li din l-interpretazzjoni hija għalhekk riflessa fil-prattika tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jużaw dawn is-sistemi tal-IA. Għalhekk mhuwiex ċar sa liema punt il-politika lokali u reġjonali tista’ tiġi kkunsidrata f’dawn is-sistemi tal-IA. Għalhekk, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u għall-fatt li approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” jista’ jdgħajjef l-effettività tas-sistemi tal-IA biex jirrispondu għal dawk il-ħtiġijiet. Barra minn hekk, il-Kumitat jissuġġerixxi li l-Istati Membri għandhom jingħataw is-setgħa li jirregolaw is-sistemi tal-IA b’riskju għoli fid-dawl ta’ raġunijiet prevalenti u ġustifikati ta’ interess pubbliku;

21.

jitlob, f’dan ir-rigward, li l-valutazzjonijiet tal-konformità jkunu trasparenti u disponibbli għall-pubbliku. Barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ukoll ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-monitoraġġ tas-sistemi tal-IA, jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tagħhom fil-post u jikkontribwixxu b’mod formali għall-valutazzjoni li ssir mill-Kummissjoni Ewropea tal-applikazzjoni tar-Regolament;

22.

jenfasizza li hemm lok li jinħolqu l-kundizzjonijiet legali, metodoloġiċi u etiċi adatti għall-applikazzjoni tal-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja sabiex tkun tista’ tiġi żviluppata t-teknoloġija u tiġi abbozzata u evalwata l-leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti kriterji ċari għall-ammissjoni ta’ kumpaniji fl-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja. Sabiex jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur jkunu jistgħu jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, dan tal-aħħar irid jinżied mal-Anness I tad-Direttiva Ewropea dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi ((UE) 2020/1828);

Kampanji ta' informazzjoni

23.

jenfasizza l-importanza tal-kampanji pubbliċi, sabiex il-pubbliku ġenerali jkun infurmat u ffamiljarizzat dwar l-eżistenza u s-siwi tas-sistemi tal-IA kif ukoll dwar ir-riskji potenzjali. Jenfasizza wkoll il-ħtieġa urġenti għal informazzjoni komprensiva għall-konsumaturi dwar l-Intelliġenza Artifiċjali/it-teħid ta’ deċiżjonijiet immexxi mill-magni. Jappella għal dan il-għan li l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi finanzjament għal kampanji bħal dawn;

Piż amministrattiv

24.

jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-piż amministrattiv potenzjali tal-Proposta għal Regolament. Il-piż amministrattiv jista’ jipprevjeni lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali milli jippromovu l-innovazzjoni u jimplimentaw sistemi tal-IA (4);

Proporzjonalità u sussidjarjetà

25.

iqis li l-abbozz ta’ regolament jirrispetta l-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà. Il-valur miżjud tal-azzjoni tal-UE f’dan il-qasam u l-bażijiet legali rilevanti magħżula mill-Kummissjoni huma ċari u koerenti. Il-valutazzjoni tal-impatt inkludiet taqsima separata dwar is-sussidjarjetà. Barra minn hekk, l-ebda parlament nazzjonali ma ħareġ opinjoni motivata dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà sal-iskadenza għas-sottomissjonijiet, stabbilita għat-2 ta’ Settembru 2021.

Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


([62])  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

([62])  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

(1)  https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12979-Civil-liability-adapting-liability-rules-to-the-digital-age-and-artificial-intelligence/public-consultation_mt

(2)  Artikolu 5(1)(c)

(3)  Anness III(5)(a)

(4)  Studju reċenti kkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea (Study to Support an Impact Assessment of Regulatory Requirements for Artificial Intelligence in Europe [Studju li jappoġġja valutazzjoni tal-impatt tar-rekwiżiti regolatorji għall-Intelliġenza Artifiċjali fl-Ewropa], p. 12) stima li, abbażi ta’ suppożizzjonijiet raġonevoli, il-kisba ta’ ċertifikazzjoni ta’ sistema tal-IA tista’ tiswa medja ta’ bejn EUR 16 800 u EUR 23 000, jew madwar 10 sa 14 % tal-kostijiet tal-iżvilupp.